Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Jan - Mar 2018

Page 1

01

HBIEBNA Newspaper post

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

lil

2018

2018 Sena ta’ Ġublew ta’ San Alwiġi Gonzaga Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1


www.jesuit.org.mt

2018 – 9 ta’ Marzu - 2019

Sena ta’ Ġublew ta’ San Alwiġi Gonzaga 9 ta’ Marzu 19-24 Marzu 25 ta’ Marzu 15 ta’ Awwissu Ottubru Jannar 2019

Il-450 sena mit-twelid ta’ San Alwiġi Gonzaga, student Ġiżwita Laqgħa qabel is-Sinodu tad-Delegati Żgħażagh Ħadd il-Palm – Jum taż-Żagħażagħ f ’kull Djoċesi Il-450 sena mill-mewt ta’ San Stanislaw Kostka Novizz Ġiżwita. Sinodu tal-Isqfijiet f ’Ruma dwar “Iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali” Jum Dinji Internazzjonali taż-Żgħażagh fil-Panama

Il-Papa Franġisku stieden lill-Knisja biex din issena tiffoka fuq iż-żgħażagh. Is-Sinodu u l-Laqgħa Dinjija sejrin iqajmu ħafna interess. Għalina l-Ġiżwiti sejrin nagħtu attenzjoni wkoll lil żewġ anniversarji ta’ żewġ qaddisin Ġiżwiti żgħażagh li kienu għadhom studenti, San Alwiġi Gonzaga u San Stanislaw Kostka. Fl-okkażjoni tal-anniversarju ta’ San Alwiġi, is-Santa Sede ħabbret li jkun hawn Ġublew ta’ sena ta’ San Alwiġi li matulha, kif jiġri f ’kull sena ta’ Ġublew, inkunu nistgħu nirbħu l-Indulġenza Plenarja. Luiġi Ġonżaga twieled ġo familja nobbli f ’Castiglione, Italja, fid-9 ta’ Marzu, 1568. Kien ilkbir fost 7 ulied. Il-Kardinal San Karlu Borromeo tah l-Ewwel Tqarbina fit-22 ta’ Lulju 1580. F’Novembru 1585 irrinunzja d-dritt tal-eredità. Daħal Ġiżwita f ’Ruma fil-25 ta’ Novembru, 1585 u sentejn wara għamel l-Ewwel Voti. Beda jistudja t-teoloġija. Fl-1591 bdiet il-pesta. Luiġi beda jiġbor l-għajnuna għal-vittmi tal-pesta u jdur bihom. Wara ftit ittieħed u miet fil-21 ta’ Ġunju, 1591 fl-età ta’ 23 sena. Indifen fil-knisja ta’ Sant’Injazju f ’Ruma. Kien iddikjarat Beatu fid-19 ta’ Ottubru, 1695 u kkanoniżżat fil-31 ta’ Diċembru, 1726, flimkien ma’ San Stanislaw Kostka. Fl-1729 ġie ipproklamat Patrun taż-żgħażagħ u fil-1926 għamluh l-Patrun tal-istudenti. Fir-raba ċentinarju ta’ mewtu, fl-1991 ġie iddikjarat Patrun ta’ dawk li jsofru bl-AIDS. F’din l-okkażjoni, is-Superjur Ġenerali talKumpanija ta’ Ġesù, Fr Arturo Sosa, kiteb ittra lillħutu l-Ġiżwiti u stedinhom jisimgħu liż-żgħażagħ

2

u jaraw kif nistgħu ngħinuhom jikbru fil-fidi u l-imħabba tagħhom għal Ġesù, biex b’kuraġġ bħal ta’ San Alwiġi jikkonfrontaw l-idoli talkultura dominanti. Fr Sosa żied jgħid li l-Ispirtu ta’ Alla għadu jsejjaħ ħafna żgħażagħ. Ħafna minnhom, b’mod nobbli, qawwi u ġeneruz jixtiequ jagħmlu xiħaġa ta’ ġid għall-umanità. Jixtiequ li tispiċċa t-tbatija ta’ ħafna, li jkun hawn rikonċiljazzjoni bejn il-bnedmin u l-popli. Ħafna, immexxijin minn valuri tranxendenti li jagħtu tifsira lid-dinja u l-istorja umana, jixtiequ li nħarsu l-pjaneta tagħna u l-umanità. Jispiċċa l-ittra billi jistaqsi kif aħna nistgħu nippreżentaw il-Kumpanija ta’ Ġesù u l-ħajja reliġjuża liż-żgħażagħ ta’ żmenna bħala għażla ta’ ħajja ferħana bl-għan li taqdi u tagħti l-ħajja lill-oħrajn. Fid-9 ta’ Marzu, is-Superjur Ġenerali tagħna fetaħ dan il-Ġublew b’Quddiesa fil-knisja ta’ Sant’Injazju fejn hemm midfun San Alwiġi.


Kelma mill-editur Nibnu pontijiet Għeżież Ħbieb u Benefatturi, Fl-imgħoddi, persuni ta’ twemmin differenti minn tagħna jew li ma kinux magħna konna nsejħulhom “Protestanti” u “pagani”. Kien il-Papa Ljun XIII li l-ewwel darba uża l-kliem “ħutna s-separati” minflok “Protestanti”. Il-Konċilju Vatikan II ħareġ digrieti dwar l-Ekumeniżmu u dwar irrelazzjonijiet ma’ reliġjonijiet mhux Insara. Il-Papa San Ġwann XXIII ukoll kien indirizza l-Protestanti bħala “ħutna s-separati”. Wara l-Konċilju waqqaf is-Segretarjat għallGħaqda tal-Insara u ħatar il-Ġiżwita Fr (wara Kardinal) Agostino Bea bħala l-ewwel President tagħha. Il-Papa Beatu Pawlu VI f ’Jannar 1964 iltaqa’ f ’Ġerusalemm mal-Patrijarka Ekumeniku Athanagoras u nkiser issilenzju ta’ iktar minn 500 sena bejn Ruma u Kostantinopoli. Hu waqqaf ukoll il-Kunsill għad-Djalogu Interreliġjuż. Il-Papa San Ġwann Pawlu II u Benedittu XVI komplew itejbu r-relazzjonijiet u jibnu pontijiet ma’ ħutna s-separati jew ta’ twemmin ieħor permezz ta’ dokumenti li ppubblikaw jew f ’laqgħat f ’Ruma, jew matul il-vjaġġi tagħhom u anke bi żjarat f ’postijiet tat-talb tagħhom. Il-Papa Franġisku wkoll, kif naqraw fl-ewwel artiklu f ’din il-ħarga kempla jtejjeb u jsaħħaħ ir-relazzonijiet tajba. Bdiet trasformazzjoni eċċezzjonali firrelazzjonijiet bejn il-Knisja Rumana Kattolika

u dik Ortodossa kif ukoll mal-Anglikani u l-Luterani. Tassew bdiet rebbiegħa ġdida għall-Knisja ta’ Kristu. Kibret ħafna wkoll l-kollaborazzjoni bejn il-Knejjes. Żdied ukoll id-djalogu ma’ għaqdiet ta’ twemmin ieħor. Dwar iż-żjara tiegħu f ’Kuba f ’Settembru 2015, il-Papa Franġisku qal li kienet “pass simboliku” u xebbħu mal-pont li Alla qiegħed jibni. Żied jgħid li“Alla dejjem jibni pontijiet meta aħna nibnu l-ħitan. Il-ħitan dejjem jaqgħu”. Huwa fatt li l-kliem u l-komunikazzjoni għandhom il-qawwa li jibnu pontijiet bejn individwi, familji, gruppi soċjali u popli. Fl-aħħar erba’ Kongregazzjonijiet Ġenerali tal-Ġiżwiti ġie diskuss kif nistgħu nippromovu d-djalogu. Il-KĠ 35, li ddiskutiet dwar “fruntieri ġodda”, qalet li “t-tradizzjoni tal-Ġiżwiti hi li nibnu pontijiet fejn hemm barrieri. Li nkunu kapaċi nibnu pont fejn hemm il-qsim f ’dinja framentata. It-tibdil reliġjuż u kulturali jġagħalna nirriflettu tajjeb ħalli nibnu pontijiet u ngħaqqdu ndividwi u komunitajiet ta’ rieda tajba.” (D 3, 17, 22). Il-KĠ tas-sena l-oħra tenniet li f ’dinja li qiegħda ssir dejjem iktar pluralistika “id-djalogu interreliġjuż filforom kollha jibqa’ dejjem meħtieġ” (D 1, 24) Id-djalogu u l-bini ta’ pontijiet bejn ilbnedmin u Alla, kif ukoll bejn in-nies kollha, hu l-impenn ta’ kull bniedem speċjalment ta’ kull Nisrani biex “inkunu lkoll ħaġa waħda”. Aħna l-Ġiżwiti nagħmlu dan filmissjonijiet u kullimkien permezz talappostolati tagħna, u fl-impenn edukattiv fejn niltaqgħu ma’ diversità ta’ nies, ta’ twemmin, ta’ kulturi u ta’ sitwazzjonijiet.

2

Sena ta’ Ġublew ta’ San Alwiġi Gonzaga

4

Il-konverżazzjonijiet

f’din il-ħarġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

tal-Papa mal-Ġiżwiti f’Myanmar u l-Bangladesh

11 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti

14 Spiritwalita Injazjana Kif tasal għal deċiżjoni skond it-tradizzjoni Injazjana

16 Il-Knisja ta’ Sarria 19 Il-Ġiżwiti u l-gwerra fis-Sirja

21 Il-Qaddis tax-Xahar Petar Barbarić SJ

23 Knisja mġedda 24 Programm t’irtiri u seminars organizzati miċ-Ċentru Spiritwalità Injazjana

lil

HBIEBNA

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Editur: Fr John Scicluna SJ Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Lilian Casaletto, Maria Casaletto, George Cassar, Elisa Saliba, Maria Sciberras Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar, MALTA Tel: (356) 21 412 606

Website: www.jesuit.org.mt

Qoxra: 2018 Sena ta’ Ġublew ta’ San Alwiġi Gonzaga.

um

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

ru 1 - 2018

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

N

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


Intervisti

Traduzzjoni minn Fr John Scicluna, SJ

F’salib it-toroq tal-istorja Il-Konversazzjonijiet tal-Papa Franġisku mal-Ġiżwiti f ’Myanmar u l-Bangladesh Bejn is-26 ta’ Novembru u 2 ta’ Diċembru tal-2017 il-Papa Franġisku għamel il-21 vjaġġ internazzjonali appostoliku tiegħu u żar żewġ pajjiżi fl-Asja, il-Myanmar (Burma) u l-Bangladesh. Dan l-artiklu hu traskrizzjoni tażżewġ konversazzjonijiet li l-Papa kellu ma’ ħutu l-Ġiżwiti. Fr Spadaro ħa sehem fihom u qegħdin jiġu ppublikati bl-approvazzjoni tal-Papa. Fiż-żewġ konversazzonijiet il-Papa tkellem dwar diversi temi interessanti u ta ħafna tagħlim. Għalkemm huma twal qegħdin naqsmuhom mal-qarrejja tagħna. Bit-tweġibiet tiegħu, il-Papa jlaqqagħna ma’ realtajiet u sitwazzjonijiet li ma tantx nisimgħu bihom. Il-Papa jgħinna nħarsu lejhom b’lenti oħra u minn perspettiva differenti. FIL-MYANMAR Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Novembru wara li ltaqa’ mal-Isqfijiet ta’ Myanmar, Franġisku ltaqa’ mal-31 Ġiżwita li jaħdmu fil-pajjiż: 13 minn Myanmar (tliet saċerdoi, ħames novizzi u ħames studenti). L-oħrajn kienu mit-Tajlandja, mill-Malasja, mill-Vjetnam, mill-Indja, millIndonesja, mill-Awstralja u miċ-Ċina. Wieħed u għoxrin Ġiżwita Myanmari ma kinux preżenti għax qegħdin jistudjaw fl-Indonesja, fi Sri Lanka u fil-Filippini. Flimkien, dawk preżenti rrapreżentaw l-istutizzjonijiet tal-Kumpanija ta’ Ġesù fil-pajjiż. Dawn huma għal kulħadd, mingħajr distinzjoni etnika jew reliġjuża, parroċċa f ’djoċesi fuq ilfruniera li sservi lil poplu Kachin u Shan, skola fil-kwartieri tal-foqra fiż-żona ta’ Yangon, fejn il-Ġiżwiti jgħinu wkoll lill-foqra biex jerġgħu jibnu darhom u għandhom għaqda li tislef il-flus, is-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati li jaħdem ma’ mijiet ta’ eluf ta’ refuġjati fl-istati ta’ Kachin u Kayah u fuq il-fruntiera mat-Tajlandja u ċ-Ċina. Malli daħal, il-Papa ntlaqa’ b’ċapċip u sellem

4

lil kull wieħed individwalment. Il-Papa qagħad bilqiegħda u qal li kellu bżonn lil xi ħadd biex jittraduċi bl-Inġliż. Malajr offra ruħu Mons Mark Miles. Il-Papa biċ-ċajt qal, “Il-Monsinjur hu persuna tajba u mhux ser jikxef xi sigrieti tal-Ġiżwiti li ser nitkellmu dwarhom hawn”. Imbagħad irringrazzja lil dawk preżenti. Il-Papa: Grazzi talli ġejtu. Qiegħed nara ħafna uċuħ żgħażagħ u nħossni ferħan. Din hi ħaġa tajba għaliex hija tama. Iż-żgħażagħ għandhom ġejjieni jekk ikollhom l-għeruq. Mingħajr għeruq jixxejru mar-riħ. Biex nibda nixtieq nagħmel mistoqsija. Fl-eżami tal-kuxjenza kulħadd għandu jistaqsiha lilu nnifsu: Fejn huma l-għeruq tiegħi? Għandi għeruq? L-għeruq tiegħi huma sodi jew dgħajfa? Din il-mistoqsija tagħmlilna l-ġid. Fl-Eżerċizzi Spiritwali Sant’Injazju jitkellem dwar għerq: “Ilbnedmin huma maħluqa biex ifaħħru”. U jagħlaq b’għerq ieħor: li tikber fl-imħabba. Ma teżistix imħabba vera jekk ma trabbix għeruq. Din hi l-priedka tiegħi tal-bidu! Imma issa nixtieqkom tagħmluli xi mistoqsijiet. Wieħed Ġiżwita: Grazzi, Santità, li qiegħed magħna. Aħna lkoll ngħixu f ’Myanmar u inti tifhem is-sitwazzjoni ta’ pajjiżna. Aħna naqsmu l-istess spiritwalità, dik tal-Eżerċizzi Spiritwali. L-ispiritwalità tagħna tikkontempla l-Inkarnazzjoni li timbuttana ’l quddiem; u twassalna biex ikollna missjoni. Aħna ninsabu hawn u għalhekk għandna missjoni. Meta inti tikkontempla s-sitwazzjoni attwali f ’Myanmar, x’tistenna minna? Il-Papa: Jiena nemmen li ma nistgħux nitkellmu dwar missjoni – u ngħid dan mhux biss bħala Ġiżwita imma wkoll bħala Nisrani - mingħajr il-misteru tal-Inkarnazzjoni. Il-misteru talInkarnazzjoni jitfa’ d-dawl fuq kif għandna naffrontaw r-realtà u d-dinja sħiħa, u kemm aħna Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018


www.jesuit.org.mt

Il-Papa mal-Ġiżwiti filMyanmar

qrib in-nies u l-kultura. Il-viċinanza Nisranija hija dejjem inkarnata. Hija viċinanza bħal dik tal-Verb, li ġie biex ikun magħna. Infakkarkom fil-kelma Ġriega syncatabasis (li tfisser tbaxxa). Alla tbaxxa u sar bniedem ħalli jkun magħna. Il-Ġiżwita hu dak li għandu dejjem jersaq qrib, bħalma l-Verb ta’ Alla ħa ġisem u ġie qrib tagħna. Li tħares u tisma’ mingħajr preġudizzji, imma b’mod mistiku. Li tħares bla biża’ u tħares mistikament: din hi fundamentali għall-mod kif inħarsu lejn ir-realtà. L-inkulturazzjoni tibda b’dan il-mod kif inħarsu. L-inkulturazzjoni mhix xi moda, le. Hija l-mod essenzjali tal-Verb li ħa l-ġisem, ħa l-kultura tagħna, ilsienna, ġisimna, ħajjitna u miet. L-inkulturazzjoni tikkonsisti filli naċċetta l-kultura tan-nies għand min jiena mibgħut. Għal din ir-raguni it-talb tal-Ġiżwita - u qiegħed nirriferi speċjalment għallinkulturazzjoni - hu talba ta’ interċessjoni. Hu neċessarju li nitolbu lill-Mulej preċiżament għal dawk ir-realtajiet fejn ninsabu. Fil-Kumpanija ta’ Ġesù kien hemm ħafna fallimenti fil-ħajja tat-talb. Fil-bidu xi Ġiżwiti nkwetaw lil Sant’Injazju għaliex riedu li l-Ġiżwiti jibqgħu magħluqin u jiddedikaw sagħtejn jew

tlieta għat-talb… U Sant’Injazju wieġeb: “Le, ikkontemplaw waqt li taħdmu!” U fl-1974 kien imiss lili li jkolli din l-esperjenza. Kif tafu, kien hemm moviment bl-isem ta’ “Ġiżwiti Skalzi” li riedu osservanza riġida kważi monastika tar-regoli. Riforma kuntrarja għall-ispirtu ta’ Sant’Injazju. It-talb veru u l-osservanza vera tal-Ġiżwiti hi mod ieħor. Mhix xi osservanza restawrazzjonista. L-osservanza tagħna hi dejjem li nħarsu ’l quddiem bl-ispirazzjoni tal-imgħoddi, imma dejjem inħarsu ’l quddiem. L-isfidi mhumiex warajna, imma jinsabu quddiemna. Dwar dan, il-Papa Beatu Pawlu VI kien ta’ għajnuna kbira lill-Kumpanija ta’ Ġesù għax fit-3 ta’ Diċembru, 1974, f ’diskors lid-Delegati miġbura għall-Kongregazzjoni Ġenerali 32 qalilhom kliem li jibqa’ dejjem rilevanti. Nirrakkmandakom li taqrawh. Per eżempju, uża din il-frazi: “F’salib it-toroq tal-istorja, kull fejn jinqala’ bżonn, ikun hemm il-Ġiżwiti” (1) Il-Papa Pawlu VI qal dan! Ma qalx “Ingħalqu f ’kunvent”, iżda qal lill-Ġiżwiti “Morru f ’salib it-toroq”. U biex tmur f ’salib ittoroq tal-istorja, għeżież ħbieb, jeħtieġ li nitolbu! Għandna bżonn inkunu nies ta’ talb biex inkunu f ’salib it-toroq tal-istorja! Nota: (1) Il-Papa Pawlu VI kien qal: “Kull fejn fil-Knisja, anke fl-iktar oqsma diffiċli jew estremi, f ’salib it-toroq ta’ ideoloġiji, fil-linji ta’ quddiem soċjali, kien hemm u jkun hemm konfront bejn il-bżonnijiet kbar tal-bniedem u l-messaġġ dejjiemi tal-Vanġelu, kien hemm u għad hemm il-Ġiżwiti.”

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017

5


Intervisti Il-Papa jasal f’Yangon, Myanmar (Ritratt: Osservatore Romano)

Ġiżwita ieħor: Nixtieq nirrifletti għal ftit dwar in-nies tagħna. Xi wħud imxew tlitt ijiem biex jiġu jarawk, oħrajn għal sitt xhur faddlu l-flus. Jiena nista’ nixhed li huma kuntenti li rawk. Il-mistoqsija tiegħi hi din: ħafna mezzi soċjali qalu li ż-żjara tiegħek f ’Myanmar hi waħda mill-iktar diffiċli u ġġib magħha sfidi kbar. Taqbel ma’ li qalu? II-Papa: Inti semmejt żewġ affarijiet. L-ewwel tkellimt dwar il-Poplu ta’ Alla. Meta smajt li dawn in-nies ivvjaġġaw u mxew ħafna u li faddlu l-flus biex jiġu hawn, ħassejtni nistħi li nkun ir-ragħaj ta’ nies li jgħadduni fil-virtù, fl-għatx għal Alla, kemm iħossuhom parti mill-Knisja u x-xewqa li jiġu jaraw lil Pietru. Ħassejtha u nirringrazzja ’l Alla li ppermettieli nħossha. Bil-ħaqq ħalli ngħidilkom li hemm grazzja li l-Ġiżwita għandu jitlob għaliha, il-mistħija, mistħija kbira. Fl-Ewwel Ġimgħa tal-Eżerċizzi Spiritwali, Sant’Injazju jridna nitlobu għal din il-grazzja quddiem Kristu msallab. Itlob għal din il-grazzja ta’ mistħija għalik u għalija. Hija grazzja! Issa ħalli ngħaddi għat-tieni mistoqsija tiegħek. Iva, dan hu vjaġġ diffiċli ħafna. Kien hemm żmien meta rriskja li jitħassar. Hu vjaġġ diffiċli. Imma għaliex hu diffiċli kelli nagħmlu! Fil-fatt, ftit ilu, qrajna fl-Uffiċċju tal-Qari dak li qal ilProfeta Eżekjel dwar ir-ragħajja li japprofittaw ruħhom min-nies tagħhom, li għexu minn fuqhom. Huma jgħixu biex jerdgħu l-ħalib tagħhom, huma ragħajja li jixorbu l-ħalib minn

6

nagħaġ u jieħdu s-suf tagħhom. Hawn għandna żewġ simboli. L-ikel simbolu tar-rikkezza, u s-suf simbolu tal-vanità. Ragħaj spiritwali li dara r-rikkezzi u l-vanità jispiċċa, kif jgħid Sant’Injazju, jsofri mis-suppervja. Għalhekk Santu Wistin ħa din it-tema tal-profeta Eżekjel u kiteb it-trattat famuż De pastoribus (Dwar irragħajja) u jgħid li jekk ir-ragħaj ħażin jintrabat ma’ ġidu, jispiċċa mimli bis-suppervja. Għalhekk, dak li jagħmel ragħaj tajjeb u b’saħħtu hu l-faqar. Sant’Injazju sejjaħ il-faqar l-omm u l-ħajt tal-ħajja reliġjuża. Il-Poplu ta’ Alla hu poplu fqir, poplu umli u poplu li għandu l-għatx għal Alla. Aħna r-ragħajja jeħtieġ nitgħallmu min-nies. Minħabba f ’hekk, jekk dan il-vjaġġ deher diffiċli, jiena ġejt biex inkun f ’salib it-toroq tal-istorja. Qassis Ġiżwita: Meta smajna biż-żjara tiegħek, bdejna nħossuna u naħsbu li konna f ’salib it-toroq kif għadek kif għidtilna. Għalina, f ’dan is-sena, ilviżta tiegħek sejra tkun ta’ mbuttatura ’l quddiem. Kif inti tgħid spiss, iċ-ċavetta hi li fuqna jkollna r-riħa tan-nagħaġ. Aħna ġejjin minn postijiet differenti ta’ Myanmar, fejn, bħala qassissin inħossu din ir-riħa. Xi ftit għandna r-riħa tar-refuġjati. Kif nistgħu, bħalma jitlobna Sant’Injazju, nħossu u naħsbu mal-Knisja, u nagħrfu din ir-riħa qawwija tal-Poplu ta’ Alla? Kif nistgħu nħossu l-preżenza tal-Papa? Il-Papa: Ftit ilu kellimt lill-Isqfijiet dwar żewġt Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018


www.jesuit.org.mt

irwejjaħ: ir-riħa tan-nagħaġ u r-riħa ta’ Alla. nitlaq u f ’mument indunajt li t-tfal kienu qegħdin Jeħtieg insiru nafu r-riħa tan-nagħaġ sabiex iżommuli jdejja imma kienu qedin jħarsu lura. nagħrfu, nifhmu u nakkumpanjaw, u nagħaġ Staqsejt lili nnifsi “X’ġara?” Dort u rajt lillgħandhom jagħrfu li aħna narmu r-riħa ta’ Patrijarka Bartilmew kellu l-bwiet mimlijin ħelu Alla. Din hi x-xhieda li għandna nagħtu. Illum, li beda jqassmu lit-tfal. B’id waħda jxejrulu u niżżu ħajr ‘l Alla, il-ħidma missjunarja mhix bl-oħra jaħtfu l-ħelu. Irrealizzajt li forsi dik kienet ta’ proselitiżmu. Il-Papa Benedittu XVI kien l-ewwel ħelwa li kielu wara ħafna ġranet. għamilha ċara li l-Knisja ma tikbirx permezz Għandi immaġni oħra minn Lesbos li ġegħlitni tal-proselitiżmu, imma bl-attrazzjoni, bixnibki ħafna quddiem Alla: raġel ta’ madwar 30 xhieda. Intom li taħdmu hawn, kif tistgħu sena bi tlett it-tfal qalli: Jiena Musulman. Marti tħossu l-preżenza tal-Papa? Kif jistgħu jħossuha kienet Nisranija. Konna nħobbu ħafna ’l xulxin. r-refuġjati? Ġurnata waħda ġew it-terrorisi. Raw is-salib li It-tweġiba mhix faċli. S’issa jiena żort erbgħa kellha. Riduha tneħħih. Qaltilhom le u quddiemi kampijiet tar-refugjati: tlieta kbar f ’Lampedusa, ħanxrulha gerżumitha. Għadni nħobb lil marti u f ’Lesbos u f ’Bolonja fit-tramuntana tal-Italja. lil wliedi.” Hemmhekk il-ħidma tagħna hi l-viċinanza. Xi Dawn l-affarijiet trid tarahom u tgħidhom. drabi mhux possibbli tiddistingwi sewwa bejn Dawn l-affarijiet ma jaslux fis-salotti tal-bliet post fejn persuna tistenna li toħroġ u ħabs taħt il-kbar. Aħna obbligati nxandru fil-beraħ dawn isem ieħor. Xi drabi l-kampijiet mhumiex ħlief it-traġedji li xi wħud jippruvaw jaħbu. kampijiet ta’ konċentrament jew ħabsijiet. Fl-Italja, il-preżenza tar-refuġjati mill-Afrika Ġiwita ieħor: Ħafna mil-Ġiżwiti huma impenjati tinħass ħafna, għaliex huma hemm, daqshekk qrib fil-formazzjoni u bħala għalliema nippruvaw u jseħħu traġedji veri. Refuġjat li kellimt qalli li ħa nifhmu aħjar x’inhu Ġiżwita llum. Inti Ġiżwita tlitt snin biex mid-dar tiegħu wasal sa Lampedusa. tajjeb, impenjat fil-missjoni fdata lilek. X’tista’ F’dawn it-tlitt snin kien mibjugħ ħames drabiet. tgħidilna dwar dan? X’inhu l-parir tiegħek lillDwar it-traffikar ta’ nisa żgħażagħ u bniet li jkunu Ġiżwiti żgħażagħ f ’Myanmar biex isiru Ġiżwiti mqarqa u mibjugħa lit-traffikanti f ’Ruma, qassis tajba? anzjan darba qalli b’ċerta ironija, li ma kienx żgur jekk f ’Ruma kienx hemm iktar qassisin milli nisa Il-Papa: Tgħallmuhomx ikunu bħali! (U hawn żgħażagħ imjassra fil-prostituzzjoni. Dawn huma il-Papa nfexx jidħak). Ngħid żewġ affarijiet. Fost bniet li kienu maħtufa, imqarqa, meħudin minn il-formaturi tiegħi kelli Ġiżwita anzjan li kien post għall-ieħor. Il-knisja f ’Ruma qiegħda taħdem fuq il-fruntieri eżistenzjali. Kien Ġiżwita xjenzjat ħafna dwar dan. Hi ħidma ta’ ħelsien ġdid. kbir u darba tani dal-parir: Jekk trid tippersevera Imbagħad irridu niftakru wkoll fl-isfruttament fil-Kumpanija, aħseb ċar u tkellem mhux ċar. tat-tfal sfurzati biex jaħdmu. Ħa naħsbu fitKien xjenzjat kbir, imma mhux formatur tajjeb. tfal li nsew kif jilagħbu. Ikollhom jaħdmu. Tifhimni? (U hawn il-Papa daħak mal-Ġiżwiti Hawn niftakru fit-Tielet Ġimgħa tal-Eżerċizzi l-oħra) Spiritwali ta’ Sant’Injazju biex fihom naraw It-tieni ħaġa li nixtieq insemmi hi dwar persuna lil Kristu jbati u msallab. Kif nersaq lejn dan oħra u nixtieq insemmih hawn f ’Myanmar, kollu? Iva, nipprova nżurhom, nitkellem ċar, għax nemmen li hu qatt ma mmaġina li ismu speċjalemt f ’dawk il-pajjiżi li għalqu l-fruntieri jissemma hawn. Kien P. Miguel Angel Fiorito, tagħhom. Sfortunatament, fl-Ewropa hemm Ġiżwita Arġentin, li għamel edizzjoni kritika talpajjiżi li għażlu li jagħlqu l-fruntieri. L-iktar ħaġa Memoriale ta’ San Pietru Fabre, imma kien filosfu li tweġġa’ hi li biex ħadu din id-deċiżjoni kellhom u kiteb it-teżi tiegħu dwar San Tumas u x-xewqa jagħlqu qalbhom. Il-ħidma missjunarja tagħna naturali li jsib ’l Alla. Kien professur tal-filosofija u hi li aħna naslu għand dawk il-qlub li għalqu dekan tal-fakultà, imma kien iħobb l-ispiritwalità. qalbhom biex ma jilqgħux lill-oħrajn. Lilna l-istudenti għallimna l-ispiritwalità ta’ Dwar dan is-suġġett ma nafx x’ngħidilkom iżjed Sant’Injazju. Kien hu li għallimna t-triq tadħlief li hi ħaġa serja. Ħafna minn dawn ir-refuġjati dixxerniment. għandhom biċċa ħobż għal nofsinhar. Il-lejla Int li int formatur, jekk tiltaqa’ ma’ Ġiżwita li aħna sejrin nieklu. Forsi jkollna xi kejk. Dan iġib qiegħed fil-formazzjoni imma ma jafx jiddixxerni, quddiem għajnejja l-istampa ta’ Lesbos, gżira li ma tgħallimx id-dixxerniment u juri ftit xewqa Griega. Kont hemm mal-Patrijarka Bartilmew li jitgħallem dwaru, anke jekk hu żagħżugħ u l-Arċisqof Ortodoss Ieronymos ta’ Ateni. Ireċċellenti, għidlu jfittex triq oħra. Il-Ġiżwita refuġjati kienu kollha bilqiegħda – kien hemm għandu jkun għalliem tad-dixxerniment għalih ħafna eluf minnhom – jiena kont miexi quddiem innifsu u għall-oħrajn. Sant’Injazju ma talabniex u warajja l-Patrijarka Bartilmew u l-Arċisqof nagħmlu l-eżami tal-kuxjenza darbtejn biex Ieronymos. Kont qiegħed insellmilhom qabel neħilsu mill-qamel u l-briegħed. Le, riedna

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018

7


Intervisti

www.jesuit.org.mt

Il-Papa jiltaqa’ ma’ rifuġjati Rohingya (Ritratt: AdnKronos)

nagħmluh biex naraw x’qiegħed jiġri f ’qalbna. Fl-opinjoni tiegħi, il-kriterju vokazzjonali għall-Kumpanija hu dan: jekk il-kandidat jistax jiddixxerni. Jekk huwiex kapaċi jitgħallem jiddixxerni. Jekk jaf jiddixxerni, allura jaf jagħraf dak li ġej minn Alla u dak li ġej mill-ispirtu l-ħażin. Imbagħad dan jkun biżżejjed biex ikompli. Anke jekk ma jifhimx ħafna, anke jekk iwaħħluh fleżamijiet … tajjeb, sakemm jaf id-dixxerniment spiritwali. Aħseb f ’San Pietru Klaver. Kien jaf jiddixxerni u kien jaf li Alla riedu jqatta’ ħajtu fost l-iskjavi suwed. Fl-istess ħin xi teoloġi magħrufa kienu qegħdin jiddiskutu jekk l-iskjavi suwed kellhomx ruħ jew le! Qassis Ġiżwita: Il-formazzjoni tiegħi damet 14-il sena min-novizzjat sal-ordinazzjoni. Mutul iż-żmien x’uħud minn sħabi telqu. Issa mill-pajjiż bqajna tlieta biss. Għandek kliem ta’ inkuraġġjament għal dawk li għadhom fil-formazzjoni? Il-Papa: Waħda mill-ħwejjeġ li Alla jirrispetta hi l-libertà li tinkludi li nitilqu minn miegħu, illibertà li nidinbu. Hu ma jitkellimx imma jsofri. Ma jgħid xejn. Dan hu l-estrem. Bejn dak l-estrem u hawn, issib ħafna sitwazzjonijiet, hemm ħafna li mhumiex dnub, imma hemm sitwazzjonijiet storiċi li jdagħjfu l-persuna li jagħmluha ċara li ma kinitx it-triq tiegħu … L-abbandun tal-ħajja reliġjuża, l-abbandun ta’ qassis, hu misteru. Għandna

8

nirrispettawh, ngħinuh jekk jitlob l-għajnuna, nibqgħu disponibbli u nitolbu għalih. Fil-fatt, il-Mulej jistennih fil-mument l-iktar opportun. U qatt m’għandna niddispraw, għax il-Mulej hu twajjeb u anke ‘maliżjuz’ jekk taħfruli din il-kelma. Nixtieq inżid xi ħaġa dwar kemm hu brikkun Alla. Ħa ngħidilkom dwar opra tal-arti li tolqotni, li tinstab fil-knisja ta’ Santa Marija Maddalena ġo Vézelay, fiċ-ċentru ta’ Franza, minn fejn tibda l-Mixja ta’ San Ġakbu. Fuq naħa tal-kappella hemm Ġuda mgħallaq, mejjet, b’ilsienu barra u għajnejh miftuħa. Ħdejh hemm ix-xitan lest li jieħdu miegħu. Fin-naħa l-oħra tal-kappella hemm ix-xbieha tar-Ragħaj it-Tajjeb li qabad lil Ġuda, poġġih fuq spaltu u ħadu miegħu. Dan l-iskultur tas-seklu 13 kien artista, imma f ’qalbu kien teologu. Kien mistiku u bravu. Ta permess lilu nnifsu biex jgħid xi ħaġa li ħadd minna, l-ebda teologu jazzarda jgħidha uffiċċjalment: li Alla hu brikkun, malizjuż u speċjali. Jekk inħarsu tajjeb lejn xofftejn ir-Ragħaj it-Tajjeb, naraw li għandu tbissima ta’ ċajtier qisu qiegħed jgħid lix-xitan: “Dħakt bik!” Dan jgħallimna ħafna. Għandna nittamaw dejjem … dan hu l-istess kliem li l-Kurat ta’ Ars qal lil armla mnikkta ħafna għax żewġha għamel suwiċidju u mar l-infern: “Sinjura, bejn il-pont minn fejn żewġek qabeż u x-xmara hemm ilħniena ta’ Alla”. Qatt tinsa l-kelma ħniena. Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018


www.jesuit.org.mt

Student Ġiżwita: Jiena Ġiżwita u għadni fil-formazzjoni. Bħalissa qiegħed ngħallem u naħdem f ’mandraġġ. In-nies huma foqra ħafna, imma hemmhekk huma jridu jgħinu ’l xulxin. Tifla staqsietni: Kif nista’ ngħin lil dawk fil-bżonn meta jiena stess għandi bżonn l-għajnuna? Ippruvajt nagħtiha tweġiba intelletwali, imma ma kontx konvint. Imbagħad xi ħadd tani parir nagħmel ilmistoqsija lill-Papa. Il-Papa: Tweġibiet intelletwali ma jgħinux. M’iniex anti-intelletwali. Jeħtieġ nistudjaw ħafna, imma f ’dan il-każ, it-tweġiba intellettwali u astratta ma tghinx. X’jiswew il-kliem għall-mara li tilfet lil binha, lir-raġel li mititlu l-mara, lit-tifel … Biżżejjed tbissima, toħodlu b’idejh, tmissu …. u forsi f ’dak il-mument il-Mulej jispirana b’kelma. Imma tagħtix spjegazzjoniijiet. Il-mistoqsija ta’ dik it-tifla kienet mistoqsija eżistenzjali: “Kif nista’ jiena, li m’għandi xejn, ngħin ’l-oħrajn?” Ersaq iktar qrib, akkumpanaha. Ibqa’ qrib. U l-Ispirtu s-Santu – ħalli ma ninsewx li ġo fina għandna l-Ispirtu – jispira fik dak li tista’ tagħmel, dak li tista’ tgħid. Imma li titkellem hi l-aħħar ħaġa. L-ewwel agħmel. Kun sieket, akkumpanja, ibqa’ qrib. Viċinanza. Hu l-misteru tal-Verb li sar bniedem. Kun qrib. Forsi tista’ tgħid lil dik it-tifla: “Kun iktar qrib!” Hi għandha bżonn min ikun qribha. U inti wkoll teħtieġ viċinanza. U ħalli ’l Alla jagħmel il-kumplament.

ruħhom imsallbin mill-Knisja ta’ żmienhom u żammew ħalqhom magħluq. Niftakru fil-Kardinal De Lubac, biex insemmu wieħed minnhom. U nista’ nsemmi ħafna oħrajn. Kunu nies tal-Knisja. Meta l-Kumpanija tibda tħossha m’għandha bżonn ħadd, ma tibqax il-Kumpanija ta’ Ġesù. Ġiżwita ieħor: F’pajjiżna l-fundamentaliżmu hu problema serja. Jiena ġej minn regjun fejn hemm ħafna tensjoni mal-Musulmani. Ma nafx kif tista’ tieħu ħsieb nies li għandhom tendenzi fundamentalisti. Issa li qiegħed iżżur pajjiżna, kif tħossok dwar din il-biċċa? Il-Papa: Ftakar li l-fundamentalizmu ssibu kullimkien. U aħna l-Insara għandna “l-unur” li għandna fundametalisti fost l-imgħammdin. Naħseb li tkun ħaġa interessanti kieku xi wħud minnkom li dalwaqt tiggradwaw tagħmlu studju tal-għeruq ta’ dan il-fundamentaliżmu. Din hi attitudni tar-ruħ meta tagħmilha ta’ mħallef tal-oħrajn u ta’ dawk li għandhom dik l-istess reliġjon. Tkun qiegħed tmur lejn l-essenzjali – l-essenzjali tar-reliġjon, imma b’mod li tinsa dak li hu eżistenzjali. Tinsa l-konsegwenzi. L-attitudnijiet fundamentalisti jieħdu diversi forom, imma għandhom sfond komuni li tant jenfazizzaw l-essenzjali li jiċħdu l-eżistenzjali. Ilfundamentalista jiċħad l-istorja, jiċħad il-persuna. U l-fundamentaliżmu jiċħad l-Inkarnazzjoni.

Ġiżwita ieħor: Santità, nistagħġeb kif matul ilvjaġġi tiegħek dejjem issib ħin tiltaqa’ mal-Ġiżwiti. Mistoqsija oħra: X’inhuma l-iktar tlett affarijiet importanti li Ġiżwita jista’ jagħmel għan-nies ta’ dan il-pajjiż, għall-Knisja f ’Myanmar?

Il-laqgħa għalqet f ’atmosfera ta’ festa bil-kant tas-“Salve Regin” u wara b’tislimiet personali u ritratti. ***

Il-Papa: Ir-raġuni li għaliha jiena dejjem niltaqa’ mal-Ġiżwiti hi biex ma ninsiex li jiena missjunarju u jeħtieġli nikkonverti lill-midinbin. (Is-semmiegħa bdew jidħku). Dwar il-mistoqsija tiegħek, ħadt pjaċir li użajt il-kelma “Knisja”. Għal Injazju kien importanti ħafna li jaħseb u jħossu mal-Knisja. Dan ukoll jeħtieġ dixxerniment. Imma għandna wkoll inkunu qrib il-ġerarkija. U jekk jiena ma naqbilx ma’ dak li jgħid l-Isqof, għandi mmur inkellmu bil-kuraġġ u b’sens ta’ djalogu. U wara nobdi. Ftakru f ’Sant’Injazju meta Gian Pietro Carafa, kien elett Papa Pawlu IV. Meta staqsewh x’jagħmel kieku l-papa kellu jxolji l-Kumpanija, Sant’Injazju wieġeb li bi ftit talb kien jirranġa kollox u kien jibqa’ fil-paċi. Imma wieħed ma jistax jaħseb fil-Kumpanija ta’ Ġesù bħala Knisja parallela. Jew xi kważi Knisja. Aħna lkoll parti mill-Knisja qaddisa u midinba. Aħna parti mill-Knisja fil-ferħ u finniket. Għandna eżempji ta’ Ġiżwiti kbar li ħassew

FIL-BANGLADESH

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018

Fl-ewwel ta’ Diċembru wara nofsinhar, waqt il-mawra tiegħu f ’Bangladesh, il-Papa ħa sehem f ’laqgħa ekumenika u inter-reliġjuża għall-paċi flimkien ma’ rappreżentanti ta’ erbgħa reliġjonijiet (Musulman, Hindu, Buddist u Kattoliku) u rappreżentant tas-soċjetà ċivili. L-aħħar talba ntqalet mill-Isqof Anglikan. Imbagħad grupp ta’ Rohingya telgħu fuq il-palk. Il-Papa laqagħhom. Sema’ l-istejjer tagħhom u talab wieħed minnhom jgħid talba. Wara mar fin-Nunzjatura Appostolika f ’Dhaka, fejn 13-il Ġiżwita li qegħdin iwettqu l-missjoni tagħhom fil-pajjiż kienu qegħdin jistennewh f ’kamra, bilqiegħda f ’forma ta’ ċirku. Is-Superjur tal-Missjoni, li tagħmel parti millProvinċja ta’ Kolkatta fl-Indja, fisser il-ferħ talĠiżwiti li l-Papa jinsab fosthom. Qal li l-ewwel preżenza tal-Ġiżwiti f ’dan il-pajjiż kienet fl-aħħar tas-seklu 16. Fl-1600 nbniet knisja, imma tfarrket is-sena ta’ wara. Wara ħafna ġrajjiet, fuq stedina

9


Intervisti

www.jesuit.org.mt

tal-Knisja lokali, ġew lura. Issa ilhom fil-pajjiż mill-1994. Il-Papa: Iż-żewġ dati li semmejt laqtuni: 1600 u 1994. S’issa l-Ġiżwiti għaddew minn ċirkustanzi differenti mingħajr ma kellhom permanenza stabbli. Dan jgħodd għall-Ġiżwiti għax huma wkoll hekk jgħixu. P. Hugo Raher jgħid li l-Ġiżwita għandu jkun bniedem kapaċi jiċċaqlaq waqt li jipprattika d-dixxerniment fl-għalqa ta’ Alla u għalqa tax-xitan. Is-snin tagħkom kienu xi ftit hekk: bidla mingħajr stabbilità u bidla l-quddiem fid-dawl tad-dixxerniment. Wieħed Ġiżwita: Santità, grazzi talli tkellimt dwar in-nies Rohingya. Huma ħutna u meta inti tkellimt dwarhom użajt dawn il-kliem: aħwa subien u bniet… Il-Papa: Illum Ġesù Kristu jissejjaħ Rohingya. Intom titkellmu dwarhom bħala aħwa subien u bniet: hekk huma. Qiegħed niftakar f ’San Pietru Klaver, li hu għażiż ħafna għalija. Hu ħadem maliskjavi ta’ żmienu … u dak iż-żmien kien hemm xi teoloġi – mhux ħafna, niżżu ħajr ’l Alla – li kienu qegħdin jiddiskutu jekk l-iskjavi kellhomx ruħ jew le! Ħajtu kienet profezija, u għen lil ħutu li kienu jgħixu f ’kundizzjonijiet tal-mistħija. Imma llum din il-mistħija ma spiċċatx. Illum qed issir ħafna diskussjoni dwar kif insalvaw il-banek. Iżda llum min sejjer isalva d-dinjità tal-irġiel u n-nisa? Ħadd m’għadu jagħti kas ta’ nies f ’rovina. Ix-xitan qiegħed jagħmel dan fi żmienna. Kieku kellna ftit sens tar-realtà, dan għandu jiskandalizzana. L-iskandlu tal-medja llum hu li titħasseb dwar il-banek u mhux dwar in-nies. Quddiem dan kollu għandna nitolbu għall-grazzja: li nibku. Id-dinja tilfet id-don taddmugħ. Sant’Injazju – li kellu din l-esperjenza – kien talab għad-don tad-dmugħ. San Pietru Fabre għamel l-istess. Qabel fil-Quddiesa konna nitolbu għad-don tad-dmugħ. It-talba kienet: “Mulej, int ġegħelt l-ilma jnixxi mill-blat, agħmel li d-dmugħ inixxi mill-qalb midinba tiegħi”. It-tostaġni taddinja tagħna hi tali li l-unika soluzzjoni hi li titlob għall-grazzja tad-dmugħ. Imma l-lejla quddiem dik il-folla li ltqajt magħhom stħajt minni nifsi, għad-dinja kollha. Skużawni, qiegħed naqsam magħkom dak li nħoss … Ġiżwita ieħor: Kif tista’ l-Kumpanija ta’ Ġesù llum twieġeb għall- ħtiġiet tal-Bangladesh? Il-Papa: Sinċerament ftit naf dwar l-attivitajiet tal-Kumpanija ta’ Ġesù fil-Bangladesh. Imma l-fatt li l-Provinċjal assenja żewġ Ġiżwiti biex jaħdmu fil-kampijiet tar-refuġjati juri li l-Ġiżwiti mixjin! Din hi preċiżament il-vokazzjoni tagħna,

10

li tinġabar tajjeb f ’kelma waħda fil-“Formula talIstitut tal-Kumpanija”: tinġabar fil-kelma discurrir, jiġifieri … timxi l-quddiem, timxi … iddur … tipprova l-ispirti … Din sabiħa u tajba għallvokazzjoni tagħna Ġiżwita ieħor: Inħossuna mberkin li inti ġejt ilBangladesh, nazzjon fejn hawn komunità Nisranija żgħira. U ħtart lill-Arċisqof tal-belt kapitali tagħna kardinal. Għaliex din l-attenzjoni kollha lejna? Il-Papa: Ikolli ngħid li għalija wkoll ilBangladesh kienet sorpriża. Hawn tant rikkezza. Meta naħtar il-kardinali nipprova nħares lejn il-Knejjes iż-żgħar, dawk li jikbru fil-periferiji, fit-truf. Dan nagħmlu mhux biex nagħti konsolazzjoni lil dawk il-Knejjes, imma biex inwassal messaġġ ċar: dawk il-Knejjes żgħar li jikbru fil-periferija u neqsin minn tradizzjonijiet Insara, illum għandhom ikellmu lill-Knisja universali, lill-Knisja. Jiena nħoss ċar li huma għandhom xi ħaġa x’jgħallmuna. Ġiżwita ieħor: Illum wara li ċċelebrajt Quddiesa mal-Insara, kif tħossok? Irnexxilek tiltaqa’ mat-tfal kif tagħmel is-soltu? Il-Papa: Iva, ltqajt ma’ ftit minnhom. U l-lejla ltqajt ma’ żewġt ibniet Rohingja. It-tfal jagħtuni tenerezza. It-tenerezza hi tajba f ’din id-dinja kiefra; għandna bżonnha. Nixtieq inżid xi ħaġa dwarha: Sant’Injazju kien mistiku. Il-figura vera tiegħu nstabet ftit ilu. Konna narawh li kien riġidu. Imma mal-morda kien qisu omm. Kellu tenerezza kbira li wera f ’diversi okkażjonijiet. P. Arrupe, li kien Ġeneral tal-Kumpanija rrepetilna dawn l-affarijiet u wriena l-qalb kbira ta’ Injazju. Hu waqqaf iċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana u l-magazin Christus biex jirraffina l-ispiritwalità tagħna. Għalija kien figura profetika. Il-mistoqsija tiegħek tfakkarni kemm hu importanti li jkollna qalb li turi tenerezza u kompassjoni għal dawk li huma dgħajfa jew fqar jew żgħar. Ftakru li kien P. Arrupe li waqqaf is-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati. F’Bangkok, qabel rikeb l-ajruplan li fuqu tatu puplesija, kien qal: “Itolbu, itolbu, itolbu”. Dan kien il-qofol tad-diskors tiegħu hemmhekk lill-Ġiżwiti li kienu jaħdmu marrefuġjati biex ma jabbandunawx it-talb. Din kienet l-aħħar għanja tiegħu. Dan kien preċiżament il-wirt li ħalla lill-Kumpanija. Tifħimni? Issoċjoloġija hi importanti, iva, imma t-talb jiswa iktar, ferm iktar. (2) Nota (2) Ara l-ktieb: Papa Francesco, Adesso fate le vostre domande. Conversazioni sulla Chiesa e sul mondo di domani, Milan, Rizzoli, 2017, 8.

Lil Ħbiebna - L-Ewwl Ħarġa 2018


’l Hawn u ’l Hemm

www.jesuit.org.mt www.jesuit.org.mt

mal-Ġiżwiti

Niffaċċjaw għażliet importanti

In-Nunzju mal-Ġiżwiti Maltin

Bejn is-6 u d-9 ta’ Frar, 28 Ġizwita u kollaboratur mis-sitt Konferenzi tal-Ġiżwiti fid-dinja ltaqgħu fil-Kurja tas-Superjur Ġenerali f ’Ruma u ħadu sehem f ’workshop dwar id-“Dixxerniment Flimkien”. Dan ilworkshop kien organizzat minn Fr John Dardis, il-Kunsillier Ġenerali għad-Dixxerniment u l-Ippjanar Appostoliku. Meta fetaħ il-workshop, Fr Arturo Sosa, is-Superjur Generali, qal li l-Kumpanija ta’ Ġesù huwa korp multikulturali f ’mixja biex iwettaq il-missjoni tiegħu fil-Knisja: “Aħna, reliġjużi u lajċi, jeħtieġ nimxu flimkien, biex, kif talab ilKonċilju Vatikan II, il-Knisja ssir tassew il-Poplu ta’ Alla. Il-Kumpanija ta’ Ġesù madwar id-dinja qiegħda tiffaċċja għażliet importanti; hemm ħafna sejħiet. Għalhekk, aħna l-Ġiżwiti u l-imsieħba fil-missjoni tagħna ma nistgħux inkomplu nippruvaw inlaħħqu mal-għadd indefinit ta’ bżonnijiet. Jeħtieġ nagħmlu għażliet. Din hi r-raguni għaliex id-dixxerniment flimkien hu meħtieġ b’mod urġenti.” Wara dan, is-Superjur Ġenerali talab lill-parteċipanti biex “ifasslu l-prinċipji ewlenin, l-għodda u metodoloġiji għaddixxerniment flimkien.” Huwa rikonoxxut li din hi biċċa xogħol kbira, madanakollu, fakkar lill-parteċipanti li “jekk għandna dik il-bażi komuni, dak il-pedament komuni, aħna nistgħu nimxu ’l quddiem.” (Fir ritratt jidhru l-parteċipanti mill-Ewropa).

Ftit ilu, in-Nunzju Appostoliku f ’Malta, l-Arċisqof Alessandro D’Errico, waqt laqgħa mal-membri tal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi, wera x-xewqa li jiltaqa’ mal-membri ta’ kull Ordni jew Kongregazzjoni f ’pajjiżna. Għalhekk, Fr Michael Bugeja, id-Delegat talProvinċjal f ’Malta, stieden lil Monsinjur D’Errico biex jiltaqa’ mal-Ġiżwiti li jkunu jistgħu jattendu. Il-laqgħa saret f ’Mount St Joseph, il-Mosta, itTnejn, 5 ta’ Frar. Meta wasal, in-Nunzju ltaqa’ u tkellem ma’ kull Ġiżwita. Mons D’Errico hu minn Napli u, bħala seminarista, studja fil-Fakultà Pontifiċja li jmexxu l-Ġiżwiti hemmhekk. Ha pjaċir jiltaqa’ ma’ Fr Salvatore Sammut, li kien student miegħu f ’Napli. Fil-bidu tal-laqgħa, in-Nunzju tkellem dwar ix-xogħol. Imbagħad, wieġeb għall-mistoqsijiet li għamlulu. Wara l-Quddiesa flimkien, in-Nunzju baqa’ magħna għall-ikel. Kienet laqgħa sabiħa u kordjali ħafna.

Il-Missjoni fir-Rumanija L-ewwel darba li l-Ġiżwiti waslu fi Cluj, fir-Rumanija, kien fl-1579. Minħabba l-komuniżmu, kien hemm interruzzjoni. Reġgħu ġew fl-1990 u nġabru madwar dawk li kien fadal wara r-reġim komunist. Is-Superjur Ġenerali kien stieden missjunarji mill-Italja, Malta, il-Polonja, il-Belġju, Franza u Spanja. Waqt ċerimonja fil-belt ta’ Cluj, fir-Rumanija, fis-6 ta’ Jannar 2018, inqara d-Digriet tas-Superjur Ġenerali li bih il-pajjiż tar-Rumanija sar il-Missjoni tal-Provinċja EwroMediterranja. Dakinhar, Fr Michael Bugeja, li hu d-Delegat tal-Provinċjal f ’Malta, sar ukoll id-Delegat għar-Rumanija. Din id-deċiżjoni ilha ġejja. L-iskolastiċi Taljani, Maltin u Rumeni, matul il-formazzjoni tagħhom, diġà għaddew snin flimkien. Barra minn hekk, il-Provinċji tal-Italia u Malta kienu bagħtu Giżwiti jaħdmu hemm. Minn Malta, Fr Robert Soler għadda ħafna snin hemmhekk u kien id-Direttur tanNovizzi.

Fir-Rumanija, 87% tal-popolazzjoni hi Ortodossa u 6% hi Nisranija. Dan juri l-ħtieġa tad-djalogu. Il-Ġiżwiti Rumeni huma żgħażagh li m’għexux taħt il-komuniżmu imma semgħu dwar dak iż-żmien. Il-pajjiż qiegħed isir iktar sekularizzat. Għad hemm il-memorji koroh ta’ 42 sena taħt regim komunista li bil-mod iridu jħassruhom, u hemm xewqa għall-valuri awtentiċi. Bħalissa, fil-pajjiż, hemm 15-il Ġiżwita Rumen imxerred fi tliet komunitajiet. Hemm Ġiżwiti oħrajn fl-Italja. Sitt Ġiżwiti mill-Provinċja Ungeriża jinsabu f ’Satu-Mare, fil-kulleġġ, f ’parroċċa fejn jitkellmu bit-Tedesk, u fil-kappella tal-Università. F’Satu-Mare, jagħmlu ħidma pastorali. Fi Cluj, fiċ-ċentru tal-pajjiż, ħdejn l-iktar ċentru universitarju u importanti, għandhom Ċentru ta’ Spiritwalità. Fil-kapitali, Bucharest, imbagħad, hemm l-uffiċċju tal-JRS li jieħu ħsieb ir-refuġjati li daħlu mill-pajjiżi qrib.

11


’l Hawn u ’l He Fil-Kulleġġ San Alwiġi L-Arċisqof iżur il-Primarja Fil-bidu ta’ Frar, bħala parti mill-Vista Pastorali filparroċċa ta’ Ħal Balzan, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-Iskola Primarja tal-Kulleġġ f ’Ħal Balzan. L-Arċisqof intlaqa’ mid-Delegat, Fr Michael Bugeja, mirRettur tal-Kulleġġ, Fr Jimmy Bartolo, mill-Kap tal-Iskola, is-Sinjura Daniela Camilleri Sacco, u l-għalliema. L-istudenti wkoll tawh merħba permezz t’attivitajiet diversi. Mons Scicluna żar il-klassijiet tal-istudenti l-kbar li għamlulu diversi mistoqsijiet. F’indirizz lill-istudenti, l-Arċisqof irringrazzjahom u inkuraġġihom jistudjaw u jieħdu bis-serjetà l-formazzjoni sħiħa tagħhom.

Żviluppi ġodda Billi fil-Kulleġġ, issa qed tingħata iktar importanza għal tip ta’ edukazzjoni iċċentrata iktar fuq l-istudent, żdiedu sew is-suġġetti li qed jiġu offruti. Żdiedu l-lingwi, bħalma huma ċ-Ċiniż u l-Għarbi, u żdiedu suġġetti bħal Hospitality u Engineering Technology. Dawn l-aħħar suġġetti għandhom ukoll laboratorji ġodda fjamanti, mgħammra tajjeb ħafna bl-aqwa materjal li għandhom bżonn. Għadd ġmielu ta’ studenti għażlu dawn issuġġetti. Dan jgħinhom ħalli ’l quddiem jidħlu iktar faċilment fil-karriera li jixtiequ.

Formazzjoni għall-Istaff

Ħidma spiritwali maż-żgħażagħ L-EYM (Eucharistic Youth Movement) huwa l-isem ta’ moviment għat-tfal u ż-żgħażagħ li jeżisti f ’ħafna pajjiżi tad-dinja bl-għan li jgħinhom jgħixu iktar fil-fond il-ħajja nisranija tagħhom. Fil-Kulleġġ, l-EYM għandu 30 membru fil-Primarja, 100 fis-Sekondarja u 16 fis-Sixth Form. Il-Ġiżwiti, l-għalliema lajċi u studenti tas-Sixth Form jgħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ jiltaqgħu flimkien, jikbru fil-ħbiberija u fuq kollox jissaħħu fil-ħajja spiritwali tagħhom. Fil-laqgħat, ikun hemm ukoll ħin għal-logħob. Ftit ilu, kien iċċelebrat il-EYM Day. Imbagħad, kien hemm okkażjoni sabiħa meta f ’Diċembru li għadda, grupp ta’ membri mill-Iskola Sekondarja u s-Sixth Form, akkumpanjati mil-liders, attendew laqgħa tal-EYM fi Frascati, l-Italja, li fiha ħadu sehem mijiet ta’ żgħażagħ. Kellhom diskussjonijiet, talb u logħob flimkien. L-iktar ħaġa li laqtet lill-membri tagħna kienet l-esperjenza sabiħa tal-Qrar li kellhom. Issa li l-Ġiżwiti Maltin ingħaqadna fi Provinċja waħda mal-Italja, mal-Albanija u r-Rumanija, esperjenzi bħal dawn se jsiru iktar possibbli.

It-Tim ta’ Formazzjoni Injazjana fil-Kulleġġ qed ikompli jorganizza ġranet ta’ riflessjoni għall-istaff tal-iskola Primarja, Sekondarja u tas-Sixth Form, li jsiru f ’postijiet differenti. Dawn il-laqgħat jiffukaw fuq it-tema tasSena - Connected: Taking Care of Our Common Home. It-tema, ispirata mill-Enċiklika tal-Papa Franġisku – Laudato Si, taspira li nerġgħu nġibu ordni fir-relazzjonijiet tagħna magħna nfusna, mal-oħrajn, mal-ħolqien u ma’ Alla. Il-ġranet ikunu organizzati b’mod kreattiv, fosthom bl-użu tat-tafal u permezz ta’ esperjenzi ta’ nies li qed jaħdmu biex itejbu d-dinja, bħall-moviment tal-Fair Trade, kif ukoll grazzi ghal esperti fl-iżvilupp ambjentali, bħall-Professur Paul J. Pace. Mit-31 ta’ Jannar sat-2 ta’ Frar, Fr Adrian Porter, id-Direttur tal-Jesuit Institute fil-qasam edukattiv talIngilterra, mexxa seminars għall-istaff tat-tliet skejjel fuq l-erba’ attitudnijiet essenzjali tal-edukazzjoni Injazjana: il-Kompetenza, il-Kuxjenza, il-Kompassjoni u l-Impenn.

Esperjenzi spiritwali L-istaff ukoll qed ikun imħeġġeġ jagħmel esperjenzi diversi ta’ talb: sar Irtir Injazjan fis-skiet, immexxi minn

12

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018


emm

mal-Ġiżwiti

Fr Paul Pace SJ. Ġiet organniżżata esperjenza tal-ġimgħa ta’ talb, akkumpanjati mit-tim tas-School Ignatian Ministry miċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana. Qed isiru wkoll sigħat ta’ riflessjoni mill-istess tim għall-Istaff Amministrattiv u Tekniku tal-Kulleġġ.

Talenti fuq il-palk Għal bosta snin, l-istudenti tas-Sixth Form, qabel il-karnival, jippreżentaw is-Soirée. Għal kull waħda mill-erba’ serati s-Sala kienet mimlija. Kważi l-500 student kollha ħadu sehem fil-kant, fl-orkestra, fir-reċti, f ’partijiet oħra tal-programm u saret ħafna ħidma wara l-kwinti u fl-apparat tat-teknoloġija. Wara l-intervall, kien hemm il-parti ewlenija tal-programm, il-musical “Sister Act.” L-udjenzi apprezzaw il-ħafna talenti tażżgħażagħ u kif ħadmu flimkien u, b’mod professjonali, ippreżentaw programm imżewwaq u rikreattiv.

Protezzjoni tal-inqas fostna Fit-22 ta’ Jannar 1973, il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti tal-Amerka iddeċieda li fil-pajjiż, l-abort kellu jkun legali. Din is-sena, lejliet il-45 anniversarju minn dik ilġurnata, il-Ġiżwiti Amerikani ħarġu stqarrija u talbu lillĠiżwiti u l-kollaboraturi tagħhom ikomplu juru solidarjetà mat-tarbija fil-ġuf u ma’ ommijiet f ’sitwazzjonijiet diffiċli. L-Istqarrija ħarġet ġurnata qabel li l-membri talfamilja Injazjana, flimkien mal-ħafna studenti fl-iskejjel u l-kulleġġi tal-Ġiżwiti, kellhom jinġabru f ’Washington, D.C. għall-quddiesa li tippromwovi l-ħajja, li ssir kull sena.

Riflessjonijiet matul ir-Randan Dawn l-aħħar snin, matul ir-Randan, u din is-sena wkoll, Fr Paul Pace SJ, ħejja meditazzjonijiet għarRandan. Dawn il-meditazzjonijiet bdew f ’Ras ir-Randan u wieħed jista’ jsibhom bl-Ingliz, bit-Taljan u bl-Albaniż. Din is-sena, għar-riflessjonijiet, intgħażlet it-tema “Mela itolbu hekk” (Mt 6:9), li hi dwar il-Missierna, u hi akkumpanjata mill-mużika, vidjows u e-cards. Il-kontenut ta’ dawn ir-riflessjonijiet jinstab fuq il-blog https://jesuitreflections.wordpress.com/ u jista’ jiġi mxerred permezz tal-midja soċjali. Wara, dawn irriflessjonijiet jinġabru f ’e-book bla ħlas. Ukoll, dawn ir-riflessjonijiet joħorġu darbtejn filġimgħa. Inti tista’ tirċevihom direttament b’email, billi tirreġistra fuq il-blog u tikklikkja fuq il-buttuna Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017 “Follow”.

Appostolat f’4 kontinenti Fil-Kostituzzjonijiet tal-Kumpanija ta’ Ġesù, il-Fundatur San Injazju kiteb li “hi skont il-vokazzjoni tagħna li nivvjaġġaw f ’kull parti tad-dinja, fejn hemm tama tal-akbar servizz lil Alla u l-għajnuna lill-erwieħ”. Ġiżwita Malti li għandu din l-esperjenza hu Fr Tony Calleja. Kien student fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u fl-1966, daħal Ġiżwita. Wara n-novizzjat, studja fl-Università ta’ Malta u, wara, il-filosofija l-Irlanda. Imbagħad, għallem filKulleġġ ta’ San Alwiġi. Fl-1974, intalab imur missjunarju fiċ-Ċilì fejn studja t-teoloġija u kien ordnat saċerdot fl-1980. Kien superjur f ’żewġ postijiet u direttur tal-Istitut ta’ formazzjoni għallajċi, kif ukoll għallem it-teoloġija fl-universitajiet, u kien direttur spiritwali fis-seminarju. Fl-2000, beda jaħdem mas-Servizz tal-Ġiżwiti, marRefuġjati (JRS) fil-Burundi, fl-Afrika. Fl-2004, mar lura fiċ-Ċilì u hemm, kien kappillan għal sentejn u fit-2006 kien lura l-Burundi mal-JRS. Imbagħad, fl-2014, sejħulu ghallmissjoni fil-Libanu bħala Assistent Direttur tal-JRS biex jaħdem fil-Lvant Nofsani mar-refuġjati. Issa, ġie lura Malta biex jibqa’ hawn fostna u ser jgħin flappostolat tal-Ispiritwalità.

Aħbarijiet fil-qosor. F’dawn l-aħħar xhur, is-sala tal-laqgħat f ’Mount St Joseph, il-Mosta, kienet irrestawrata u ngħatat dehra ġdida, iktar sabiħa u komda. It-tim u żgħażagh fiċ-Chaplaincy tal-Università bdew it-tħejjija ta’ kull sena biex jagħmlu ħafna figolli għallbejgħ u b’hekk jiġbru l-flus għax-xogħol ta’ volontarjat li jiġi organizzat fix-xhur tas-sajf. Fr Joseph Cassar għadu kif għalaq sentejn jaħdem malJRS f ’Erbil, fl-Iraq, fejn it-tim u hu, permezz tal-proġetti u l-preżenza tagħhom, jippruvaw joħolqu kundizzjonijiet biex ikun hemm ir-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja u l-paċi.

13


Spiritwalità

Miktub minn Fr William A Barry SJ

Spiritwalità Injazjana

Ħa nagħti eżempju. Ejja nissoponu li hemm żagħżugħ li qed jipprova jiddixxerni jekk għandux vokazzjoni għall-ħajja reliġjuża u partikolarment għall-Kumpanija ta’ Ġesù. Irid ifittex li jsir jaf xi ħaġa dwar l-Ordni talĠiżwiti, l-ispiritwalità, l-appostolat u l-ħajja tagħhom. Japplika, imma ... Jekk iħoss li dawn jaqblu mal-ħolma u x-xewqat tiegħu, jitlob ’l Alla d-dawl jekk għandux japplika. Jemmen li Alla hu interessat fid-deċiżjoni tiegħu. Jaf li l-mod kif ser jgħix ħajtu ser jaffettwa mhux biss il-ħajja tiegħu imma wkoll il-ħajja ta’ dawk kollha li magħhom ser jiltaqa’ jew le tul ħajtu. Irid ikun żgur (bħal Injazju) li jkun miexi fi triq li hi parti mill-ħolma t’Alla għaddinja. Bħala parti mid-dixxerniment tiegħu ż-żagħżugħ jitkellem mad-direttur spiritwali, li jgħinu jagħraf dak kollu li għaddej f ’qalbu u f ’moħħu. Jitkellem ma’ ħbieb li jafu lilu u jafu lill-Ġiżwiti. Ħalli nissoponu li jieħu deċiżjoni soda li Alla qed isejjaħlu għall-Kumpanija ta’ Ġesù. Jeħtieġlu issa japplika biex jidħol mal-Ġiżwiti u jsegwi l-proċeduri kollha preskritti għal kull min japplika biex jingħaqad magħhom. Ma jfissirx li ser ikun aċċettat. M’għandux kontroll fuq id-deċiżjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesù dwaru. Irid iħalli kollox f ’idejn is-Superjuri tal-Ġiżwiti u f ’idejn Alla.

Kif tasal għal Deċiżjoni skond it-tradizzjoni Injazjana (3) Meta nkunu rridu naslu għal deċiżjoni skont it-tradizzjoni Injazjana, għandna, bħal Injazju, inpoġġu lilna nfusna kemm jista’ jkun f’armonija mal-azzjoni t’Alla. Darba li nkunu għamilna dixxerniment bl-attenzjoni, nippruvaw inwettqu d-deċiżjoni tagħna f’dinja komplikata fejn m’aħniex l-uniċi atturi. 14 Ritratt ta’ Ben White - Unsplashed

Kif taħdem Jingħad li Injazju kien iħobb jgħid hekk: “Itlob qisu kollox jiddependi minn Alla; u aħdem qisu kollox jiddependi minnek.” Injazju qatt ma qal jew kiteb hekk. Xi ftit snin wara l-mewt ta’ Injazju, Ġiżwita Svizzeru ħoloq “sentenzi” qosra bil-Latin u mimlijin sinifikat li sejħilhom Scintillae, jew “Xrar”. Huma bbażati fuq ħwejjeġ li Injazju kiteb u qal, u fuq l-ispiritwalità tiegħu, imma mhumiex kwotazzjonijiet diretti. F’appendiċi għall-istudju kbir tiegħu dwar l-Eżerċizzji Spiritwali, Gaston Fessard1 jargumenta b’mod konvinċenti li din “ix-xrara żgħira” taqbel malispirtwalità ta’ Injazju. Jgħid: “Ħa tkun din l-ewwel regola ta’ dak li tagħmel: afda f ’Alla bħallikieku s-suċċess ta’ dak li ser tagħmel jiddependi biss minnek u mhux minn Alla; fl-istess ħin agħmel dil-ħidma tiegħek bħallikieku Alla waħdu kien ser jagħmel kollox hu.”2

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018


Fi kliem ieħor, dis-sentenza hi l-maqlub ta’ dak li hu attribwit lil Sant lnjazju. Suppost li tgħid: Itlob qisu kollox jiddependi minnek; aħdem qisu kollox jiddependi minn Alla.” Kif iseħħ il-pjan Jekk il-bnedmin jgħixu din l-ispiritwalità, allura fl-azzjonijiet personali tagħhom jagħmlu minn kollox biex jagħrfu dak li jrid Alla. Injazju hekk kien jagħmel, kif nistgħu naraw fl-elezzjoni għallĠeneral u l-proposta li Borgia jingħata l-kardinalat. Imbagħad wara li għamlu minn kollox biex isibu x’ried Alla minnhom, Injazju u sħabu setgħu jaħdmu b’entużjażmu biex iwettqu dak il-pjan, imma jħallu kollox f ’idejn Alla kif iseħħ il-pjan. Dis-sentenza, jidhirli, hi l-qalba ta’ kif wieħed għandu jasal għal deċiżjoni fit-tradizzjoni Injazjana. Qabel ma nieħu deċiżjoni importanti, jeħtieġli nitlob bħallikieku kollox kien jiddependi minni, f ’das-sens: Dak li niddeċiedi jidħol b’xi mod fil-ħolma t’Alla għad-dinja għaliex Alla qiegħed il-ħin kollu jaħdem biex il-ħolma sseħħ. Alla jaħdem bid-deċiżjoni tiegħi kemm jekk taqbel mal-ħolma divina u kemm jekk le. Imma hemm differenza jekk taqbilx jew le. Id-deċiżjoni ta’ Marija Aħseb fid-deċiżjoni li Marija ta’ Nazaret kellha quddiemha. Alla bħal donnu qagħad jistenna t-tweġiba tagħha għat-tħabbira tal-Anġlu Gabrijel. Setgħet irrifjutat, u mbagħad, nissoponu, Alla kien juża dik l-għażla biex jilħaq l-iskop oriġinali li jinkludi kollox. Imma d- dinja kienet taqbad triq oħra. L-Iben t’Alla ma kienx ikun Ġesù ta’ Nazaret li nafu llum. L-għażla ta’ Marija kienet, bla dubju, l-iktar għażla importanti li qatt saret fid-dinja tagħna, imma l-importanza speċjali tagħha m’għandhiex ma tħalliniex nagħrfu li l-għażliet tagħna lkoll, talanqas dawk li huma aktar importanti, għandhom effett fuq id-dinja, li fuq kollox hi l-azzjoni waħdanija t’Alla. Kif għamel Ġesù Għalhekk, Alla għandu interess fl-

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018

għażliet tagħna u, b’xi mod misterjuż, jiddependi minna. Għalhekk nitlob daqslikieku kollox kien jiddependi minni. Wara li nkun iddixxernejt bis-serjetà liema azzjoni tkun l-akar li taqbel mal-azzjoni t’Alla, naġixxi daqslikieku kollox kien jiddependi minn Alla. Jiġifieri, inħalli f ’idejn Alla u f ’idejn nies u ġrajjiet oħra jekk dak li nagħmel jirnexxix jew le. Dan li kellu jagħmel Ġesù darba li ddixxerna, li minkejja l-periklu, kellu jitla’ Ġerusalemm għal darb’oħra biex isejjaħ lill-poplu biex jindem u jemmen fih. Affaċċja l-mewt, bil-fiduċja li l-ħolma t’Alla setgħet u kellha sseħħ anke b’dal-mod. Hekk, aħna wkoll, nimxu wara Kristu, nagħmlu minn kollox biex inqabblu l-azzjonijiet tagħna ma’ dik il-ħolma u mbagħad inħallu l-qawmien f ’idejn il-Missier. Jekk iż-żagħżugħ li ssopponejna qatagħha li jitlob li jidħol Ġiżwita jimxi skont din it-tradizzjoni, malajr jerġa’ jikseb l-ekwilibriju jekk ma jkunx aċċettat, bħalma Injazju għamel meta l-Provinċjal Franġiskan ordnalu jitlaq mill-Art Imqaddsa. Nagħmlu li nistgħu, u nħallu kollox f’idejh Forsi ma jsibhiex faċli, imma l-punt hu li qed jipprova jqabbel kull għażla li jagħmel mal-azzjoni waħdanija t’Alla. Jekk ma jkunx aċċettat, issa jrid jibqa’ miexi ’l quddiem, billi kull għażla li jagħmel jipprova jqabbilha mal-azzjoni waħdanija t’Alla. Jista’ jkun ukoll li l-Ġiżwiti għamlu żball li rrifjutawh. Dan mhux rilevanti. Fid-dinja reali nistgħu biss nagħmlu li nistgħu biex nagħrfu r-rieda t’Alla u mbagħad inħallu kollox f ’idejh, fiduċjużi li Alla ser jikteb dritt, ikunu xi jkunu l-linji mgħawġa li niktbu aħna u l-oħrajn.

1

1 Gaston Fessard, SJ, La Dialectique des Exercises Spirituels de Saint Ignace de Loyola, Vol 1 (Paris Aubier, 1966) 2 “Selectae S. Patris Nostri Ignatii Senteniae” no. II f ’ Thesaurus Spiritualis Societatis Jesu (Roma, Typis Poly glottis Vaticanis, 1948,), p. 480

15

Spiritwalità

www.jesuit.org.mt


Kultura Kultura

Miktub minn Fr John Scicluna SJ

Il-knisja ta’ Sarria L-oriġini ta’ din il-knisja jmur lura għas-sena 1585. Dak iż-żmien, fil-Furjana, ftit kien hemm djar fil-pjanura qrib il-Belt. Il-knisja ż-żgħira, li nbniet fil-Furjana mill-Kavallier Martin de Sarria u li minnu ħadet isimha, kienet l-ewwel knisja fil-Furjana. Madwar din ilknisja kien hemm ġnien kbir li jdur mal-blokka kollu fejn illum hemm l-iskola tal-Gvern.

Il-kappella ż-żgħira kienet iddedikata lillVerġni Marija. Il-pittura ta’ fuq l-artal, xogħol Antonio Riccio minn Messina, kienet turi lillMadonna bil-Bambin f ’dirgħajha, b’San Ġwann Battista u Santa Luċija maġenbha, u taħthom kienu jidhru l-flotta tal-Ordni u dik Torka biswit xulxin, tifkira tal-Assedju ta’ 15-il sena qabel. Wegħdi

Il-Knisja ta’ Sarria, l-Furjana

16

F’Diċembru, 1675, xterdet il-pesta, li ħakmet kważi l-gżira kollha għal disa’ xhur. Meta l-Gran Mastru Nikola Cottoner ra li ma setgħux isibu tarf il-pesta, laqqa’ l-Gran Kunsill tal-Ordni fil-11 ta’April, 1676. Il-Gran Mastru għamel żewġ wegħdi: l-ewwel, li kull sena toħroġ purċissjoni mill-Kattidral ta’ San Ġwann sal-kappella ta’ Sarria, u t-tieni, li minflok il-kappella antika ta’ Sarria li kienet iddeterjorat tinbena knisja akbar ad unur tat-tnissil bla tebgħa tagħha. Nafu mill-istorja, li malli saret ilwegħda, il-pesta malajr battiet. Xi ftit nies milqutin mill-pesta fiequ, u wara ftit il-flaġell ta’ dil-marda qalila għeb għal kollox. Sa mis-sena 1696, bħala parti mill-wegħda li kienet saret millOrdni, kienet issir purċissjoni millknisja konventwali ta’ San Ġwann għall-knisja ta’ Sarria. Fiha kienu jieħdu sehem il-Gran Mastru u l-kavallieri, kif ukoll l-isqof, il-kapitlu u

l-qassisin kollha tal-Belt. Il-wegħda tal-purċissjoni minn San Ġwann baqgħet issir sal-1995, meta minħabba t-traffiku l-purċissjoni bdiet issir mat-toroq ewlenin tal-Belt. Biex titwettaq it-tieni wegħda, il-pittur famuż Mattia Preti (1613-1699) għamel id-disinn talknisja l-ġdida. Din kienet l-unika knisja ddisinjata minn Preti. Il-knisja hi tonda b’ħitan mastizzi biex jifilħu l-koppla kbira. Inbniet taħt id-direzzjoni talarkitett Lorenzo Gafá (1638-1704). Fit-8 ta’ Diċembru, 1676, il-Gran Mastru Cottoner stess poġġa l-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida li baqgħet tissejjaħ għall-istess kavallier Sarria li kien bena l-ewwel kappella. Il-knisja ġiet ikkonsagrata f ’Ġunju tal-1697. Il-Ġiżwiti fil-Furjana Il-Gran Mastru u l-Isqof Gargallo stiednu ’lĠiżwiti jiftħu Kulleġġ. Dan kien stabbilit b’kuntratt f ’Novembru 1592. U fl-1593 fetħu l-Collegium Melitense fil-Belt. Wieħed millappostolati ewlenin tal-Ġiżwiti hu li jagħtu l-Ezerċizzi Spiritwali. Kienu jagħtu Missjonijiet f ’diversi parroċċi f ’Malta u Għawdex u dejjem xtaqu li jkollhom dar tal-irtiri. Għal dan l-iskop, fl-1725, il-Ġiżwiti ngħataw biċċa art u dar ġewwa l-Furjana. Iżda meta fl-1740, fuq stedina tal-Gran Mastru, ġie Malta l-Ġiżwita Fr Pietro Francesco Rosignoli sab li dik id-dar kienet Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018


Il-pittura titulari tal-knisja ta’ Sarria, mpittra minn Mattia Preti

żgħira. Malajr beda jiġbor il-fondi biex tinbena dar tal-irtiri. Ix-xogħol fil-Furjana beda fl-1743 u Casa della Madonna di Manresa infetħet fl-1751. Din id-dar hi magħrufa wkoll bħala San Kalċidonju għax ir-relikwi tiegħu jinsabu fil-kappella. Illum f ’dan il-bini hemm il-Kurja talArċisqof. Meta fl-1768 il-Gran Mastru Pinto keċċa ’l-Ġiżwiti, din id-dar tal-irtiri għaddiet f ’idejn l-Isqof ta’ Malta. Wara r-Restawrazzjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesù fl-1814, il-Ġiżwiti tkeċċew minn Sqallija u ġew Malta. L-Isqof laqagħhom f ’San Kalċidonju. Ta’ min isemmi li, bejn l-1858 u l-1910 kif ukoll wara, bejn l-1921 u l-1977, f ’din id-dar, mal-Ġiżwiti kienu joqogħdu wkoll isseminaristi. Sarria tidħol fl-istorja Billi l-Ġiżwiti xtaqu jagħmlu spazju għasseminaristi, huma telqu minn San Kalċidonju u marru joqogħdu fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’kara. B’hekk f ’Malta kien ser ikollhom biss il-Kulleġġ f ’B’Kara. Għalhekk is-Superjuri xtaqu li jkollhom xi knisja għall-appostolat. Wara t-tluq tal-Ordni ta’ San Ġwann, il-knisja ta’ Sarria bid-dar u l-ġnien tagħha għaddiet f ’idejn il-gvern, li kien jamministra l-beni tagħha u jinnomina r-rettur bil-kunsens

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018

tal-isqof. L-aħħar rettur tal-knisja ta’ Sarria, Dun Ġwann Battista Zab, miet hemm f ’Settembru, 1922. Il-Provinċjal ta’ Sqallija, flimkien ma’ Fr Vincenzo Furci, ir-rettur tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, xtaqu li jibdew jagħtu servizz pastorali fil-knisja ta’ Sarria. L-Arċisqof Mawru Caruana qabel u wegħidhom l-appoġġ tiegħu. Il-gvern laqa’ t-talba tal-Arċisqof u tal-Ġiżwiti biex is-superjur talKulleġġ, Fr Vincenzo Furci, ikun nominat rettur tal-knisja ta’ Sarria. Imma xi wħud opponew li Sarria tingħata f ’idejn Fr Furci, Ġiżwita barrani. L-Arċisqof u Fr Furci ħadmu flimkien mal-Ministru Enrico Mizzi biex il-ħolma tal-Ġiżwiti sseħħ. Fr Furci rrinunzja għall-onorarju dovut u talab li dan jingħata lil xi qassis bl-obbligu li jgħid il-quddiesa f ’ċerti festi; xtaq biss il-knisja bid-dar. Fil-31 ta’ Ottubru, 1924, Fr Furci nħatar “Sagrista u Rettur tal-Knisja ta’ Sarria”. Imbagħad, fis-27 ta’ Novembru, 1924, uffiċċjal tal-Gvern, fil-preżenza tal-Kanonku Emmanuele Bartoli, l-Agent-Rettur tal-knisja, ta lill-Ġiżwiti l-pussess tal-knisja u d-dar ta’ Sarria. Fr Lwiġi Briffa, li kien id-Direttur Spiritwali fisSeminarju, il-Furjana, ġie nkarigat minn Fr Furci biex, bl-għajnuna ta’ Br Franġisk Schembri, jieħu ħsieb jirranġa d-dar. Id-dar tnaddfet, iddaħħal l-elettriku u nġiebet l-għamara li l-Ġiżwiti kellhom f ’San Kalċidonju. Malajr din il-knisja saret ċentru ta’ appostolat, speċjalment għall-qrar. Illum Sarria nafuha aktar bħala ċentru ta’ attivitajiet appostoliċi. Min jaf kemm ġid sar matul is-snin ġo dik id-dar mingħajr ħafna daqq ta’ trombi! Matul is-snin f ’din id-dar kien hemm l-uffiċċju tal-Appostolat tat-Talb, tal-Crusaders, l-uffiċċju tal-Kongregazzjonijiet Marjani u Regina et Mater (illum RM2000), l-uffiċċju ta’ Lil Ħbiebna, tat-Teenagers Correspondence Club, tat-Teens and Twenties Talent Trust (il-4Ts), kif ukoll talFriendship Groups. Diversi gruppi jiltaqgħu matul il-ġimgħa jew ilĦadd għall-quddiesa. Sarria għandha tradizzjoni sabiħa oħra, bħala ċentru ta’ katekiżmu għal dawk l-Ingliżi li jkunu qegħdin iħejju ruħhom għall-Magħmudija. San Ġorġ Preca darbtejn ippriedka l-Eżerċizzi tar-Randan u diversi drabi fil-festi tad-Duluri u tal-Kunċizzjoni. Għal ħafna snin Dun Ġorġ kien ilaqqa’ f ’Sarria l-“Apostli Capi“ tas-soċjeta talMużew li kien waqqaf. Bejn Diċembru, 1950, u Settembru, 1962, f ’dar mikrija u mniffda mad-dar l-antika, kien hemm il-Kurja tal-Provinċjal tal-Ġiżwiti. Il-Knisja Il-knisja ta’ Sarria hi ġawhra arkitettonika kemm

17

Kultura

www.jesuit.org.mt


Kultura

www.jesuit.org.mt

Xogħol ta’ restawr fuq wieħed millpitturi

minn barra kif ukoll minn ġewwa. Il-kwadri mill-isbaħ li jżejnu l-knisja kollha tpittru minn Mattia Preti fl-1677-8. Ilpittura ta’ fuq l-artal, li llum ħadet post il-Madonna tal-Flotta, turi l-Kunċizzjoni b’żewġ anġli ħdejha, u fil-qiegħ jidhru nies mejtin, impestati u nies oħrajn għarkupptejhom jitolbu. Fil-lunetti hemm żewġ pitturi: waħda ta’ San Ġwann Battista liebes il-libsa tal-Ordni u l-oħra ta’ San Mikiel. Fl-erba’ ġnub tal-knisja hemm kwadri kbar li juru lil San Bastjan, Santu Rokku, Santa Rosalia u San Nikola ta’ Bari, ilkoll protetturi kontra l-pesta. Fuq il-koppla, fuq lanterna żgħira kien hemm salib tal-bronż tal-Ordni. Fl-1813 il-lanterna nqerdet b’sajjetta. Il-koppla ssewwiet, imma s-salib sparixxa. Il-knisja għandha paviment tal-irħam, imma fl-antik kien isir id-dfin fiha. Fl-aħħar Gwerra Dinjija, nhar it-Tlieta, 28 ta’ April, 1942 filgħodu, il-knisja ta’ San Publiju ntlaqtet minn bomba u ġġarrfet . L-Arċipriet malajr ħa s-Sagrament f ’Sarria, li minn dakinhar sal-10 ta’ Diċembru, 1944, serviet ta’ knisja parrokkjali. Din il-ġrajja hi mfakkra b’lapida talirħam mal-ħajt tas-sagristija ta’ Sarria. Restawr L-ispinta kbira tar-rinovament ta’ din il-knisja bdiet mis-sena 2000 ’l hawn meta Fr Lino Spiteri kien l-ewwel darba s-Superjur tal-komunità u Rettur tal-knisja. Fr Spiteri beda japplika malKunsill għar-Restawr tal-Arti, għax il-Furjana kienet tagħmel parti minnu, biex isir ir-restawr tal-knisja minn barra. Wara ħafna taħbit u dewmien sar xi xogħol minn barra. Iżda fuq ilkoppla ma sarx xogħol. Wara li Fr Spiteri ntbagħat Superjur f ’komunita oħra, sar ix-xogħol fuq l-inkwadru l-kbir talImmakulata Kunċizzjoni. Dan ir-restawr sar blgħajnuna tas-soċjetà Din l-Art Ħelwa. Fl-2015, għal darba oħra, Fr Lino Spiteri nħatar Superjur ta’ Sarria. Mill-ewwel beda jaħseb biex bl-għajnuna ta’ Alla u l-ħbieb iġib il-knisja fl-istat sabiħ tagħha bħal ma kienet 400 sena ilu. Biex issir it-tiswija tal-koppla minn ġewwa ma nstabx krejn li seta’ jidħol mill-bieb tal-knisja Għalhekk kien meħtieġ l-iscaffolding u wieħed kuntrattur

18

għen ħafna. Inġab makkinarju apposta u nżebgħet il-knisja kollha. Beda wkoll ir-restawr tal-inkwadri imma ma spiċċax Is-soċjetà Din L-Art Ħelwa sabet l-isponsors kollha biex l-inkwadri kollha jkunu restawrati minn esperti. Fr Spiteri tkellem ma’ Signor Mantella, il-kap tar-restawr, dwar l-inkwadri li fuqhom kellu jitkompla r-restawr. Il-kap aċċetta u ġab tliet professjonisti tassew kapaċi. Kienu jagħmlu x-xogħol b’reqqa kbira u għal għaxar sigħat kuljum. Min jara dawn l-inkwadri llum jara x-xogħol sabiħ li sar. Baqa’ żewġ inkwadri, li blgħajnuna tal-isponsors, ħa jsiru din is-sena. Ringrazzjament Fuq talba ta’ Fr Spiteri, il-gvern aċċetta li jgħin biex isir ix-xogħol fuq barra tal-koppla. Wara ħafna xhur ta’ taħbit Fr Spiteri sab krejn li tlaħħaq mal-koppla u x-xogħol beda u dalwaqt jispiċċa. Fil-knisja nbidlet is-sistema awdjovisiva, twaħħlu ħafna floodlights u nbidlu ħafna lampi tal-LEDs. Il-Ġiżwiti jixtiequ jirringrazzjaw ħafna lil dawk kollha li b’xi mod għenu f ’dan il-proġett kbir. Ħajr lis-soċjetà Din l-Art Ħelwa, lill-komunità ta’ Sarria, il-ħafna voluntiera nklużi l-membri tal-Friendship Group li ħadmu ħafna biex waqt ix-xogħlijiet ma ssirx ħsara lill-pitturi u għall-appoġġ u x-xogħol materjali li sar fil-knisja. Il-knisja ta’ Sarria hi kapulavur tal-arti u ċentru fejn jiġu ħafna prayer groups kemm fil-knisja u fir-residenza ta’ magħha. Il-Ġiżwiti tal-komunità jieħdu ħsieb il-quddiesa li ssir kuljum finnofsiegħa u li fiha jieħdu sehem ħafna nisa, rġiel u żgħażagħ. Jiġu wkoll ħafna nies għall-qrar u counselling. Alla biss jaf il-ġid spiritwali li sar ma’ ħafna erwieħ mill-Fathers u l-Brothers Ġiżwiti li kienu f ’Sarria. Ta’ dan kollu, bħala qaddejja fil-missjoni ta’ Kristu u strumenti tiegħu, bil-qalb ngħidu “Grazzi Mulej!”

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018


Il-Ġiżwiti u l-gwerra fis-Sirja Għal dawn l-aħħar snin, fuq il-mezzi tax-xandir naraw u nisimgħu ħafna dwar il-ġlied, il-bombadamenti li jħallu ħafna nies u tfal midruba kif ukoll dwar sforzi internazzjonali biex jieqaf il-ġlied ħalli jkun hemm il-paċi. Il-Ġiżwita Malti Fr Michael Zammit Mangion ilu ħafna snin jaħdem fil-Lebanon. Matul is-sena, minħabba x-xogħol tiegħu jmur is-Sirja darba fix-xahar. Hemmhekk jiltaqa’ ma’ sħabu l-Ġiżwiti u jisma’ dwar dan kollhu li għaddej minnu l-pajjiż. Tlabnih jiktbilna artiklu u jfissrilna s-sitwazzjoni biex il-qarrejja jifhmu dak kollu li għaddej u jitolbu biex terġa ssaltan il-paċi u tieqaf il-qerda u tbatija. Fr Michael kiteb l-artiklu f ’forma ta’ ittra u jagħtina stampa oħra, ta’ dak li jara u jmiss, differenti minn dik li jagħtuna x-xandara.

Għażiża Catherine, Il-bieraħ filgħaxija, wara mawra ta’ ħamest ijiem fis-Sirja, wasalt lura hawnhekk f ’Taanayel. Minn mindu, seba’ snin ilu, bdiet il-gwerra, jiena kont immur is-Sirja xi darbtejn fis-sena. Iżda issa, minbarra li jiena s-superjur tal-kommunità hawnhekk f ’Taanayel, u minn Settembru għamluni wkoll is-superjur tal-komunitajiet fis-Sirja, jkolli mmur hemm għalmenu darba fix-xahar. Damasku L-ewwel mort Damasku li bil-karozza, sagħtejn bogħod. F’dawn l-aħħar sentejn is-sitwazzjoni nbiddlet għall-aħjar. Għall-biċċa l-kbira hemm iddawl u l-ilma. In-nies reġgħu bdew joħorġu minn darhom. Fit-toroq hemm inqas iċċekjar u qiegħed ikun hemm iktar dawl. Flimkien ma’ Ġiżwita żagħżugħ Messikan li kien għadu kif wasal, imxejna sal-Hamidiyeh, li hu suq mgħotti ’l ġewwa mill-ħitan tal-belt il-qadima. Il-ħwienet kienu kollha miftuħin u kien hemm ħafna nies fit-triq. Kien qisu kwazi bħal qabel bdiet il-ġwerra – b’differenza kbira. Rajt ftit żgħażagħ. Ħafna kienu ssejħu fl-armata, oħrajn irnexxielhom jitilqu mill-pajjiż u oħrajn ħarbu biex ma jiddaħlux fl-armata u jkollhom jieħdu sehem fil-gwerra. L-istudenti setgħu jkomplu jistudjaw fl-Università, imma malli jispiċċaw jissejjħu bil-lieva u gwaj għalihom jekk ma jmorrux. Xi għaxart ijiem qabel iż-żjara tiegħi, Damasku Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018

kien differenti. Kien hemm ħafna sparar. Il-biċċa l-kbira ta’ Damasku hi taħt il-kontrol tal-armata Sirjana, imma l-Ghouta (żona agrikola kbira fejn jgħixu eluf ta’ nies) fil-Lvant, parti mis-subborg, hi kkontrollata mir-ribelli u xi kulltant iqum il-ġlied. Għal ħafna ġranet jew ġimgħat, is-sitwazzjoni tista’ tkun kalma, imma f ’daqqa jfaqqa l-ġlied. Kienu waqgħu ħafna bombi fuq iż-żona ta’ Bab Touma u ħafna sfaw midruba. Imma, ftit ġranet wara, meta kont hemm, ma kontx tinduna x’kien ġara. Issa, waqt li qiegħed niktiblek, reġa’ faqqa’ ġlied feroċi bi sparar fil-belt kollha u ħafna bombardamenti mill-ajru fuq iż-żona kkontrollata mill-qawwiet li jopponu l-gvern Sirjan. Il-mezzi tax-xandir jgħidu li dan hu attak aggressiv biex il-forzi tal-gvern jneħħu għal kollox il-preżenza ta’ oppożizzjoni armata qrib il-belt kapitali. Il-mezzi tax-xandir żammewna wkoll infurmati bis-sitwazzjoni diffiċli ta’ ħafna pajżani maqbudin fil-Ghouta tal-Lvant. Il-ħajja f ’dawn iż-żewġ reġuni tal-belt hi differenti ħafna. Il-Ġiżwiti fis-Sirja jgħixu fi tlett kommunitajiet. Homs L-għada mort Homs fejn għandna żewġt idjar u kommunità ta’ ħames Ġiżwiti. Waqt l-assedju ta’ Homs (2011-2014), waħda mid-djar kienet fiż-żona taħt il-kontrol tal-gvern, l-oħra fil-parti assedjata. F’din id–dar, fiż-żona mgħrufa bħala Bustan al Diwan, kien joqgħod Fr Frans van der

19

Esperjenzi

Miktub minn Michael Zammit Mangion SJ


Esperjenzi

www.jesuit.org.mt

Il-qabar ta’ Fr Frans van der Lugt Sj, li nqatel Homs fl-2014

L-awtur, Fr Michael Zammit Mangion, it-tieni wieħed mil-lemin, jidher hawn waqt laqgħa li kienet immarkat il-ħamsin sena mill-wasla talĠiżwiti Maltin fil-medju orjent. Fir-ritratt jidhru (mix-xellug) Fr Joe Mizzi, Fr Oliver Borg Olivier, Fr Paul Pace (li dak iż-żmien kien il-Provinċjal ta’ Malta u mar użurhom), Fr Joe Buhagiar Bianco u Fr Twanny Fenech.

20

Lugt, Ġiżwita Olandiz ta’ 76 sena, li nqatel fis-7 ta’ April, 2014. Raġel mgħammad daħal fid-dar talĠiżwiti fejn kien jgħix Frans meta sparalu mill-qrib ħafna. Dan ġara xahar qabel ma spiċċa l-assedju permezz ta’ fteħim negozjat man-nies armati biex jitħallew joħorġu miż-żona b’armi żgħar. L-aħħar darba li ltqajt ma’ Frans kien fl-Għid 2013. Dak iż-żmien hu seta’ joħroġ miż-żona assedjata Imma għażel li jerġa’ lura hemm. Probabbli qabel qatluh hu seta jħalli dak il-post imma ma riedx jitlaq għax ried jibqa’ mal-ħafna familji li ma setgħux jitilqu. Indifen fil-ġnien tad-dar u sa llum il-qabar tiegħu hu meqjum. Mort Homs biex nieħu sehem f ’irtir ta’ tlett ijiem organizzat għall-istudenti universitarji. Xi tletin sena ilu Frans kien beda dawn l-irtiri. Reġgħu nbdew xi sena wara mewtu. Din id-darba kienu organizzati mill-membri tal-Kommunitajiet ta’ Ħajja Nisranija ta’ Homs li qabel kienu ħadu sehem fihom u ħallew influenza tajba fuqhom. Kont smajt dwar dawn l-irtiri u xtaqt nara xi jsir fihom. Kien hemm madwar 55 guvintur u xebbiet żgħażagh. Ħafna minnhom kienu qegħdin jistudjaw l-inginerija jew ilmediċina. Kienu

żgħażagħ intelligenti li waqt il-vaganzi ta’ wara l-ezamijiet tal-mid term ġew flimkien biex jirriflettu u jaqsmu flimkien dwar xi tfisser ħajjithom u dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla. Ikolli nammetti li ma stajtx nifhem kif dawn in-nies li kienu f ’nofs ta’ ġwerra setgħu jagħmlu dan. Mir-ritratti li taraw fl-aħbarijiet, taħsbu li kulma kellhom f ’rashom kienet is-sopravvivenza tagħhom. Hi importanti, u l-iktar, bil-ħidma tagħna permezz tal-JRS, qiegħdin ngħinu n-nies biex jibqgħu jgħixu. Ħwejjeġ oħra wkoll huma importanti ħafna, bħal li naqsmu flimkien il-biżgħat u t-tamiet tagħna, li naraw li m’aħniex weħidna u nagħtu tifsira lill-ħajjitna u niżviluppaw ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla u l-oħrajn. Għaż-żgħażagħ dawn huma ħwejjeġ kommuni. Ħassejtni umiljat b’din l-esperjenza, bil-vitalità ta’ dawk presenti, bit-tamiet tagħhom u li ma jiddisprawx. Ħsibijieti jmorru għal dak li qal Ġesù (Mt 4:4) meta kkwota x’qal id-Dewtronomju li l-bniedem ma jgħix biss bil-ħobż. Tassew kienet esperjenza sabiħa. F’Settembru zġur li mmur għallirtir li ser jorganizzaw dak iż-żmien. Touffaha Fi triqti lura lejn Beirut għaddejt minn triq oħra ħalli nżur il-villaġ ta’ Touffaha, fejn il-Ġiżwiti għandhom dar. It-tmexxija tad-dar qiegħda f ’idejn Kongregazzoni feminili Lebaniża li magħhom ilĠiżwiti għandhom storja twila ta’ kolloborazzjoni. Fir-reġjun, l-iktar li jgħixu huma l’Alawiti. Assad ġej minn din il-komunita. Fid-daħla ta’ kull villaġġ, tista’ tara ritratti kbar ta’ rġiel zgħazagh, bl-uniformi tal-armata bl-ixkubetti. Dawn tifkiriet ta’ dawk li mietu fil-glied. In-numri huma tassew impressjonanti. F’Dreikish, belt ħdejn id-dar talirtiri tagħna, f ’nofs salib it-toroq, hemm mafkar li jfakkar dawk li mietu. Hemm iktar minn mija u ħamsin isem minquxa. Kien hawnhekk li l-ewwel darba fhimt il-prezz għoli bil-qerda ta’ ħajja umana fi ġwerra bla sens. Fi żmien għaxart ijiem sejjer Aleppo.

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018


Miktub minn Fr Paul Zammit SJ

Il-Qaddis tax-Xahar

Petar Barbarić, SJ

Novizz Ġiżwita skont il-Qalb ta’ Alla Forsi ma tantx smajna b’dan iż-żagħżugħ, Petar Barbarić. Dan ifisser li b’xorti tajba hemm ħafna u ħafna nies li ma nafuhomx imma li huma qaddisin! Petar twieled f ’familja numeruża fil-Bosnia u Ħerzegovina fid-19 ta’ Mejju, 1874 u kien ta’ dixxendenza Kroata. Wieħed mit-tmien ħutu subien daħal Franġiskan u huwa wkoll qiegħed fil-proċess talbeatifikazzjoni. Petar qatta’ tfulitu fir-razzett u jirgħa n-nagħaġ. F’id waħda kien iżomm il-bastun u fl-oħra l-kuruna tar-rużarju. L-ewwel lezzjonijiet tal-katekiżmu rċevihom mingħand il-ġenituri tiegħu stess. Fl-1886 fetħet skola fir-raħal tiegħu u Petar kien minn talewwel li mar jinkiteb fiha. Tant mar tajjeb li f ’sentejn lesta l-kors kollu u spiċċa bl-unuri. Xtaq ikompli l-istudji imma billi ma kellux l-mezzi biex iħallas daħal bħala apprentista f ’Vitina fejn għen fil-bejgħ u bħala skrivan. Baqa’ hemm għal sena. Bis-saħħa ta’ wieħed mill-għalliema tiegħu li rrikkmandah Petar beda l-istudji tiegħu għas-saċerdozju f ’Travnik fis-seminarju mmexxi mill-Ġiżwiti. Hawn ukoll mar tajjeb fl-istudji tiegħu. Saħaq fuq il-lingwi – it-Taljan, il-Franċiż u l-Ġermaniż - għax kien jemmen li dawn illingwi jistgħu jgħinuh ’l quddiem bħala qassis. Il-motto tiegħu kien li jippreferi jmut milli joffendi lil Ġesù. Barbarić kien magħruf għad-devozzjoni tiegħu lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Meta sar prefett tal-klassi tiegħu, kien iħajjar lil sħabu ħalli jersqu iktar għatTqarbin speċjalment fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Petar xtaq ħafna li jidħol Ġiżwita u kien deċiz li malli jispiċċa l-istudji jsir membru tal-Kumpanija ta’ Ġesù. . Sena waħda, jumejn wara l-Għid, Petar u sħabu marru piknik u dakinhar ħadu tixriba sew u wara Petar qabditu l-influwenza. Saħħtu bdiet sejra lura u għadda l-vaganzi tas-sajf id-dar mal-familja għall-mistrieħ imma ma ndunax mill-ewwel li kellu t-tuberkulożi. Saħħtu bdiet sejra lura u ssakkar ġo kamartu. Beda jimxi bil-bastun. L-istudju waqaf ħesrem. Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018

Fil-11 ta’ Marzu qal lillkonfessur tiegħu: “Għamilt novena lil San Franġisk Saverju biex infiq u issa se nagħmel oħra lil San Ġużepp ħalli nagħmel mewta tajba.” Ġiżwita jumejn qabel miet Il-konfessur tiegħu kien jaf li Petar kien iddeċieda jidħol Ġiżwita. Meta ra li Petar beda sejjer għall-agħar, kiteb lillProvinċjal biex qabel imut Petar jagħmel il-voti ta’ faqar, kastità u ubbidjenza bħala Ġiżwita. F’Ħadd il-Palm, 11 ta’ April, 1897, bi sforz kbir Petar mar il-knisja u matul il-qari talpassjoni baqa’ bil-wieqfa. Meta waslet it-telegramma mingħand il-Provinċjal bil-permess li Petar seta’ jagħmel il-voti, hu wera x-xewqa li jagħmilhom nhar Hamis i-Xirka. Imma billi kien ħażin ħafna, il-konfessur tiegħu nsista li jagħmilhom qabel. Hekk nhar it-Tlieta 13 ta’ April, fid-9 ta’ filgħaxija, Petar għamel it-tliet voti bħala Ġiżwita. F’Hamis-Xirka, 15 ta’ April, 1897, Petar bies il-kurċifiss u għalaq għajnejh u fetaħhom fil-ġenna. Kellu 23 sena. Kien żagħżugħ għall-qalb ta’ Alla! Il-Proċess tal-beatifikazzjoni tiegħu beda fl-1939 u ntemm fl-1945, imma għal xi raġuni waqaf. Rega’ tkompla fl-2012. Fit-18 ta’ April, 2015, il-Papa Franġisku approva li Petar Barbarić għex ħajja erojika ta’ virtu u ddikjarah Venerabbli. Il-miraklu bl-interċessjoni ta’ Petar qiegħed jiġi studjat. Waqt il-VjaġġAppostoliku f ’Sarajevo, fit-12 ta’ April, 1997, il-Papa San Ġwann Pawlu II, f ’diskors lisseminaristi qalilhom: “Għandi kelma għalikom ukoll, għeżież seminaristi, tama tal-Knisja f ’din l-art. Wara l-eżempju tal-Qaddej ta’ Alla, Petar Barbaric, ħallu lilkom infuskom tiġu affaxxinati minn Kristu! Skopru s-sbuħija li tagħti l-ħajja tiegħek lilu, biex iġġib l-Evanġelju tiegħu tassalvazzjoni lill-aħwa tiegħu. Il-vokazzjoni hija avventura ta’ min jgħixha għal kollox! Fir-risposta ġeneruża u perseveranti għas-sejħa tal-Mulej jinsab is-sigriet ta’ ħajja’ kompletament imwettqa.”

21


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Miktub minn Fr Alfred Micallef, SJ

Knisja mġedda Bosta, insara u mhumiex, qed iħarsu lejn ilPapa Franġisku u jaraw fih mexxej li għandu xi ħaġa x’jgħid. Bil-kliem u bl-għemil tiegħu l-Papa qed jispira lil ħafna u jwassalhom biex imissu d-dimensjoni spiritwali tagħhom. Meta jinsisti li l-komunità tal-insara mhix komunità perfetta u jqabbel il-Knisja ma’ “sptar tal-battalja” b’ħafna feriti li jeħtiġilhom l-attenzjoni u l-kura, iktar iħossuhom li jistgħu jagħmlu parti minnha. Din l-onestà tal-Papa tiġbidhom u tiftaħhom iktar għallmessaġġ tiegħu. Min-naħa l-oħra, minkejja l-ħafna entużjażmu li qajjem dan il-Papa fost l-insara u wkoll fost oħrajn, hawn gruppi ta’ nies li l-atitudni tal-Papa qed tfixkilhom għax qed jibżgħu li l-Papa qed imur kontra xi tagħlim u tradizzjonijiet antiki tal-Knisja. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn huma onesti u tassew iħossu li l-Papa qed jagħmel il-ħsara lill-Knisja, u qed jinkwetaw. Forsi dawn x’aktarx huma marbutin mattradizzjoni, b’tali mod li jaħsbu li l-affarijiet għandhom jibqgħu dejjem l-istess. Qishom ma jistgħux jifhmu li, ħafna drabi, biex ma tbiddilx jeħtieġlek tbiddel, għax il-kliem u l-ġesti tal-passat, maż-żmien, jistgħu jieħdu tifsiriet ġodda u jekk tibqa’ tużahom tkun qed tgħid xi ħaġa differenti. Hekk, per eżempju, il-Knisja bikrija xtaqet li kulħadd jifhem iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa biex jieħu sehem fiha b’saħħtu kollha. Għalhekk għażlet illingwa franka ta’ dak iż-żmien, il-Latin li kien jifhmu kważi kulħadd. Illum ftit jifhmu l-Latin, għalhekk jekk niċċelebraw il-Quddiesa bil-Latin inkunu qed nibdlu l-fehma tradizzjonali tal-Knisja li l-liturġija

22

għandha tkun mifhuma minn kulħadd. Oħrajn jixtiequ liġijiet riġidi biex ma jkollhomx diffikultà jagħrfu x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Imma jekk taqta’ wisq għad-dritt u tara kollox jew abjad jew iswed, ma tkunx qed tagħmel ġustizzja lill-ħajja li kważi dejjem tkun iktar kumplessa u iktar griża milli bajda jew sewda. Dan it-tagħlim ġab xi inkwiet kbir f ’ħafna nies li ħasbu li l-Papa qed ibiddel il-liġi t’Alla. Fil-fatt ilPapa ma qal xejn ġdid għax insista, bħalma insistiet dejjem il-Knisja, li l-prinċipji jibqgħu prinċipji u ma jintmessux, imma l-applikazzjoni tagħhom trid tagħraf tagħmilha skont iċ-ċirkustanzi partikulari. Dan ilu jsir fil-Knisja sa minn dejjem. Fil-lingwaġġ teoloġiku konna nsejħulu l-foro interno. Għalhekk, bl-għajnuna ta’ saċerdot li jifhem din il-kumplessità, wieħed jipprova jifhem x’titlob minnu s-sitwazzjoni li jinsab fiha, ukoll fil-każ ta’ xi divorzjati li jkunu reġgħu żżewġu. L-għajnuna tas-saċerdot isservi biex wieħed ma jagħżilx skont il-preġudizzji tiegħu. Xi ftit, sfortunatament, qed jirreżistu t-tagħlim tal-Papa minħabba aġenda personali. Il-Papa Franġisku qed jippriedka Knisja sempliċi, fqira u għas-servizz taloħrajn, li fiha m’hemmx post għal min kull ma jrid hu li jagħmel karriera fiha. Jixtieq li l-isqfijiet ikunu rgħajja li jħokku mal-poplu t’Alla biex jifhmu dak kollu li jkun għaddej minnu; biex jgħinuh bl-aħjar mod. Xi oħrajn jirreżistu l-Papa għax ma jaqblux ma’ xi tagħlim tiegħu bħall-insistenza tiegħu fuq li nilqgħu l-emigranti. Forsi jkun tajjeb jekk dawn isaqsu lilu nfushom jekk humiex miftuħa biżżejjed għall-vanġelu.

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018


Programm ta’ rtiri u seminars Ċentru Spiritwalità Injazjana

Għal aktar informazzjoni u bookings: Mount St Joseph: 2276 0201 info@mtsjoseph.org

jew Dar Manresa: 21 55 6635 manresagozo@gmail.com Il-Ġimgħa mqaddsa fit-talb Ngħixu t-Tridu fis-skiet Data: 29 Marzu 6:00pm - 1 Apr 8:30am Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Christopher Vella SJ u xi kollaboraturi lajċi Niltaqgħu mal-Mulej Irxoxt Il-vjaġġ ta’ Pietru u d-dixxiplu l-maħbub Data: 6 Apr 6:00pm - 8 Apr 4:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Josef Briffa SJ Dealing with life’s hurts Making spiritual lemonade Dati: 13 Apr 7:00pm - 15 Apr 4:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Maria Theresa Portelli, Clare Camilleri u Maryanne Borg Cunen The Dark Knight Trilogy: A modern day parable Redemption, sacrifice, faithfulness, hope, perseverance Dati: 20 Apr 6:00pm - 22 Apr 3:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Mark Cachia SJ Irtir iggwidat, ta’ 3, 5 jew 7 ijiem Irtir fis-silenzju fl-istil ta’ San Injazju Dati: 27 Apr 7:00pm - 3 Mejju 3:00pm (jew qabel) Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Alfred Micallef SJ u oħrajn Esperjenza ġdida: Nitolbu bl-għajnuna ta’ labirint

Lil Ħbiebna -L-Ewwel Ħarġa 2018

Data: 5 Mejju 9:00am - 4:30pm Fejn: Mount St Joseph Tmexxi: Maria Theresa Portelli Irtir ta’ 8 ijiem għar-reliġjużi It-Trinita’ Mqaddsa u l-Imħabba Dati: 7 Mejju 9:00am - 14 Mejju 3:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Victor Degabriele SJ Violence in the Old Testament and Select Themes from the Spiritual Exercises of St Ignatius Dati: 18 Mejju 7:00pm - 20 Mejju 3:30pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Prof. Anthony Frendo Il-Fotografija u t-Talb Niskopru ‘l Alla bl-għajnuna tal-lenti Dati: 2 Ġunju 8:45pm - 5:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Tmexxi: Maria Theresa Portelli L-Eżerċizzi Spiritwali fil-ħajja ta’ kuljum ma’ gwida spiritwali Organizzati miċ-Ċentru Spiritwali Injazjan u ċ-Chaplaincy tal-Universita’ Fejn: University Chaplaincy Ċempel għal iktar informazzjoni

Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin Il-Gzira Alfred Delicata, ħu l-mejjet Fr Salvino Il-Ħamrun Rita Farrugia, oħt Fr Edward Il-Mosta Leslie Sammut, ħu Fr Salvatore Is-Siġġiewi Josephine Aquilina, oħt Fr Paul Tas-Sliema Mary Anne Busuttil Is-Swieqi Marisa Bonnici Ordina Vella Ix-Xagħra Larence Camilleri, hu Fr George u l-mejjet Fr Ġiġi 23


Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Marzu 2018 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

LIFE DIRECTIONS SEMINARS If you would like to form a better understanding about your calling in life and take good decisions about your future, ask about our Life Directions Seminars. We will be organising a number of seminars in different formats - meetings or residential options will be available.

Join in and meet other young people who are searching too!

24

JESUITS

For more information feel free to contact Fr Patrick Magro SJ lifedirections@jesuit.org.mt


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.