Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Oct - Dec 2015

Page 1

04

HBIEBNA Newspaper post

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

lil

2015

Il-kriżi tar-refuġjati... X’qedin nagħmlu? Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja

1


Miktub minn Fr Paul Zammit SJ

www.jesuit.org.mt

Il-Qaddis tax-Xahar

Il-Beatu Miguel Pro 1891-1927 - Eroj ta’ Kristu Re fil-Messiku atti reliġjużi fil-pubbliku. L-organizzazzjonijiet reliġjużi ma seta’ jkollhom ebda proprjetà. Ħadd ma seta’ jilbes l-ilbies klerikali. Lillkleru tneħħielu d-dritt għall-vot u ma setgħux lanqas jikkommentaw fuq affarijiet pubbliċi. (Ħafna minn dawn il-liġijiet inġusti tneħħew biss fl-1998!) Miguel kompla l-istudji tiegħu f ’Enghien, ilBelġju, flimkien mal-Ġiżwiti Franċiżi li huma wkoll kienu tturufnati. Hawnhekk saħħtu marret lura. B’danakollu ġie ordnat saċerdot fil-31 ta’ Awwissu 1925. Wara l-ordinazzjoni waqt li sħabu taw l-ewwel barka tagħhom lillmembri tal-famija tagħhom li kienu assistew, Miguel taha lill-familja tiegħu billi bierek irritratt tagħhom. Wara żmien ta’ xogħol mal-ħaddiema talminjieri fil-Belġju, fl-1926 reġa’ lura l-Messiku fejn issa kien hemm il-president Elias Calles. Dan il-president beda japplika bi ħruxija l-liġijiet kontra l-Knisja. F’ċerti nħawi talMessiku kienu ġa għalqu l-knejjes kollha u qatlu s-saċerdoti. Għalhekk Miguel sab ruħu fi Knisja li kellha taħdem bil-moħbi. Kien magħruf kemm kien kapaċi jidħak bil-pulizija billi daqqa jilbes ħaġa u darba jilbes oħra.

Miguel Pro twieled f ’familja ta’ nies tal-minjieri fit-13 ta’ Jannar 1891 fi Guadalupe, fil-Messiku. Daħal in-novizzjat tal-Ġiżwiti f ’El LLano fil-15 ta’ Awwissu 1911. Kien magħruf fost sħabu għaċ-ċajt u l-ispirtu ferrieħi tiegħu li bihom kien jisraq qalb kulħadd filwaqt li kien kapaċi jkellem lin-nies fuq Alla migħajr ma jdejjaqhom. Fuq kollox kien bniedem ta’ talb. Fiż-żmien li fih daħal Ġiżwita l-President Porfirio Diaz kien irnexxielu jirbaħ bil-qerq elezzjoni li qajmet irRevoluzzjoni Messikana. Qerda sħiħa Dan il-gvern kien kontra l-Kattoliċi għall-aħħar, tant li fi żmienu n-novizzjat kellu jiġi magħluq u l-Ġiżwiti jaħarbu. Miguel mar Los Gatos, fl-Istati Uniti biex ikompli l-formazzjoni tiegħu. Bejn l-1915 u l-1919 insibuh Granada fi Spanja. Matul dan iż-żmien kien filformazzjoni ma’ P. Ġużè Delia. Bejn l-1919 u l-1922 mar jgħallem fin-Nikaragwa. Sadanittant fl-1917 daħlet fil-Messiku kostituzzjoni ġdida li kienet għalkollox kontra l-Kattoliċi. Daħħlet edukazzjoni sekularista fl-iskejjel filwaqt li warrbet lill-Knisja mill-edukazzjoni primarja u sekondarja. L-ordnijiet monastiċi saru illegali. Ħadd ma seta’ jagħmel

2

“Viva Kristu Re!” Minkejja l-ħila tiegħu biex jistaħba, flaħħar inħariġlu mandat ta’ arrest. Qabduh f ’Ottubru 1926, żammewh arrestat u wara li ħelsuh l-pulizija xorta baqgħet tiġri warajh. Il-gvern imbagħad ġietu x-xoqqa f ’moxxtha meta sar attentat fuq il-ħajja ta’ Alvaro Obregon. Allura arrestaw lil Miguel flimkien ma’ ħutu Humberto u Roberto. Avolja inġinier żagħżugħ li kien imdaħħal f ’dan l-attentat stqarr li Miguel ma kellu x’jaqsam xejn f ’dan l-attentat, xorta nqatgħetlu għallmewt mingħajr qatt ma sar ebda ġuri. Miguel ġie ffuċillat fit-23 ta’ Novembru 1927. IlPresident insista li l-fuċillazzjoni tiġi ddokumentata ħalli bir-ritratti li jkollu minn għalih kien se jbeżża’ lill-Insara. Meta wasal il-waqt Miguel ma riedx li jgħammduh, imma bis-salib f ’id waħda u l-kuruna f ’id l-oħra ffaċċja s-suldati. Qabel ma miet fetaħ dirgħajh bħal Ġesù fuq issalib u qal: “Jalla l-Mulej ikollu ħniena minnkom. Tafu li jien innoċenti. Minn qalbi naħfer lill-għedewwa tiegħi.” Imbagħad għajjat: “Viva Kristu Re!”. Daqs 40,000 akkompanjaw il-funeral tiegħu, filwaqt li 20 000 oħra marru ċ-ċimiterju għad-difna. Ir-ritratt tiegħu qed jiġi ffuċillat sar wieħed mill-iktar magħrufa, filwaqt li ħajjet dan l-eroj baqgħet tispira tant nies sal-lum. Ġwann Pawlu II bbeatifika lil Miguel Pro fil-25 ta’ Settembru 1988. Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015


Kelma mill-editur

Għeżież ħbieb u benefatturi, Xi ftit jew wisq il-ġrajjiet li bdew jiġru bilkbir fis-sajf li għadda stajna narawhom ġejjin. Mijiet u mijiet ta’ rifuġjati kienu sfurzati, minħabba gwerra f ’pajjiżhom jew għax pajjiżhom kien qiegħed ikun ibbumbardjat, jħallu darhom u kull ma kellhom ħalli jfittxu kenn, paċi u ħajja ġdida f ’pajjiżi tal-Ewropa. Fuq il-mezzi tax-xandir rajnihom il-follol kbar ta’ rifuġjati ġejjin qishom mewġa wara l-oħra. Telqu minn pajjiżhom b’xi dgħajsa jew bil-mixi. Meta waslu fuq fruntiera ta’ pajjiż, ġieli laqgħuhom u xi drabi sabu ħajt jew xibka twaqqaf ħesrem il-mixja tagħhom. Meta dawn ir-rifuġjati waslu u daħlu f ’pajjiż, il-mira tagħhom kienet li jaqbdu xi ferrovija li twassalhom f ’pajjiż Ewropew iktar ‘il fuq u lejn il-punent. Forsi jirnexxilna xi ftit nimmaġinaw minn xhiex għaddew dawn in-nies biex x’aktarx jaslu fejn xtaqu. Min jaf kemm ġarbu għejja, ġuħ, bard, biżgħa u inċertezza għall-ġejjieni tagħhom u tal-familja tagħhom. Bit-tama li kellhom u l-perseveranza waslu. Żġur li l-informazzjoni li tawna l-mezzi tax-xandir nessewna jew ma tawniex ċans nieqfu u naħsbu dwar xi mistoqsijiet importanti. X’kienu r-raġunijiet li wasslu għall-faqar, għall-biżgha u għall-insigurtà f ’dawk ilpajjiżi?

.

2

Il-Qaddis tax-Xahar Il-Beatu Miguel Pro

4

L-emigrazzjoni u l-persekuzzjoni talinsara fl-iLvant Nofsani

Persekuzzjoni

6

Traġedji Umani

Waqt li naħsbu fuq is-sitwazzjoni tarrifuġjati ma nistgħux ma nagħtux kas jew ninsew il-persekuzzjoni tal-Insara fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani. Kien hemm isqfijiet li nħatfu. Saċerdoti maqtula. Insara ttorturati u maqtula. Knejjes imfarrka. Il-Pew Research Center għamel riċerka u sab li f ’ħafna pajjiżi l-Insara huma ppersegwitati iktar minn reliġjonijiet oħra. Skont il-gazzetta The New York Times ilpopulazzjoni tal-Insara fil-Lvant Nofsani, f ’qasir żmien, sofriet nuqqas drastiku minħabba l-persekuzzjojni. Wara li twaqqaf l-Istat Islamiku, is-sitwazzjoni u l-problema tal-Insara marret mill-ħażin għall-għar. Fis-Sirja, meta bdiet il-gwerra ċivili fl-2011, il-President Assad ħalla lill-Insara jitilqu. Fis-Sirja l-Insara kienu jgħoddu xi 600,000 u minħabba l-ISIS terz minnhom ħarbu. L-Insara fl-Egittu, f ’Israel, fil-Palestina u filĠordan, minn 14 fil-mija tal-popolazzjoni saru biss 4 fil-mija. Nixtieq nagħlaq dan l-Editorjal billi minn qalbi nawguralkom il-Paċi li ġabilna Ġesù meta sar bniedem bħalna. Ejjew nħejju u niftħu qalbna biex nirċievu din il-Paċi. Nawguralkom ukoll Sena Ġdida mimlija b’kull barka u saħħa.

8

U f’Malta...

Kemm nemmnu tassew, bħala nazzjon u bħala Insara, li għandna risponsabiltà lejn dawn ħutna biex nilqgħuhom u ngħinuhom? X’ser jiġri minn dawk li ma rnexxilhomx jitilqgħu u jaħarbu lejn pajjiż ieħor?

f’din il-harġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

9 Ir-rifuġjati u l-insara fl-iLvant Nofsani

11 Għajnuna għat-talb 12 Appell 14 Spiritwalità Injazjana -

It-Tieni Ġimgħa tal-Eżerċizzi Spiritwali

16 ‘Ir-rigal tal-ħniena’ 17 ’l Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti

20 Pellegrinaġġ fil-faqar 22 Libertà u drittijiet 23 Il-programm ta’ rtiri u seminars organizzati miċ-ĊIS

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

Editur: Fr John Scicluna SJ

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Website: www.jesuit.org.mt

Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

Qoxra: Membru tal-istaff ta’ JRS Malta tilqa’ mara rifuġjata u t-tarbija tagħha fl-uffiċju (Arkivi SJ Communications)

um

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

ru 4 - 2015

lil

HBIEBNA

N

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


Attwalità

www.jesuit.org.mt

Ritratt meħud minn http://blogs.new.spectator.co.uk/2011/12/we-cant-ignore-the-persecution-of-christians-in-the-middle-east/

L-emigrazzjoni u l-persekuzzjoni

tal-Insara tal-Lvant Nofsani

Fil-ħarġa tal-10 ta’ Ottubru, 2015, fir-rivisita prestiġjuża La Civiltà Cattolica tal-Ġiżwiti deher l-artikolu “L’Emigrazzione dei Cristiani mediorientali nell’Epoca contemporanea” miktub minn Fr Giovanni Sale, SJ. Nirringrazzjaw lil Fr Robert Soler, SJ, li għamlilna sommarju tal-artiklu li jgħinna nifhmu aħjar dak li sejrin naqraw fil-paġni li ġejjin dwar il-kriżi tar-rifuġjati li telqu bl-eluf mill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani, kif ukoll dwar is-sitwazzjoni mwera u l-futur tal-Insara f ’dawk il-pajjiżi. Nisimgħu ħafna dwar il-moviment ta’ eluf kbar ta’ nies li, minħabba l-gwerra u t-taqlib soċjali, qed iħallu s-Sirja u pajjiżi oħra tal-Lvant Nofsani biex jiġu l-Ewropa jew imorru band’oħra. Iżda hemm dramm ieħor li mhux qed jissemma’ wisq, u dan huwa l-eliminazzjoni tal-Insara mil-Lvant Nofsani. Bħala minoranza l-Insara, kattoliċi jew mhumiex, bħalissa huma persegwitati u terrorizzati mill-Istat Islamiku u għalhekk qed jemigraw. L-emigrazzjoni ilha sejra ħafna u tkompli iddgħajjef il-komunitajiet Insara. Is-Seklu 19 – Seklu tad-deheb L-Insara fil-Lvant Nofsani kienu fl-aqwa tagħhom fisseklu dsatax. Ħafna mil-pajjiżi għarab kienu taħt is-Sultan Tork. Iżda l-Insara f ’dawn il-pajjiżi mxew ’il quddiem minħabba fil-pajjiżi ewropej. Dawn bdew jiftħu fl-ibliet tal-imperu tork ambaxxati,

4

konsolati, u ċentri kummerċjali. Biex ikabbru l-influenza tagħhom, bdew jappoġġaw il-komunitajiet Insara fl-Imperu. Waslu missjunarji u komunitajiet reliġjużi fil-Lvant Nofsani. Huma waqqfu skejjel u opri ta’ karità fuq mudelli ewropej. L-iskejjel Insara edukaw l-istudenti skond l-ogħla kriterji. L-istudenti ġew ifformati kulturalment tajjeb ħafna. Dan wassal biex l-Insara kellhom rwol importanti fil-proċess li bih xi pajjiżi fl-Imperu Tork ġew modernizzati. Speċjalment taħt l-influss tal-Armeni, l-Griegi u l-Maroniti, daħlu fil-Lvant ħafna ideat ġodda u stili ta’ ħajja tal-Ewropa tal-Punent. L-Insara introduċew ukoll it-teknoloġija moderna, l-istampa, il-ġornaliżmu, t-telegrafu u xi skoperti fix-xjenza (l-iktar fil-mediċina). Dan kellu influss kbir fuq il-musulmani. Is-Seklu 20 – L-ewwel mewġa ta’ emigrazzjoni L-ewwel parti tas-seklu għoxrin, b’kuntrast, fissret għal Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015


www.jesuit.org.mt

ħafna Insara tal-Lvant Nofsani qirda, deportazzjoni, jew emigrazzjoni. Baqa’ msemmi l-hekk imsejjaħ “ġenoċidju tal-armeni tal-Anatolja”, massakru fit-Turkija fis-snin 1915-16. Bih komunitajiet ta’ Nsara preżenti fit-Turkija minn żmien l-appostli ġew imxejna, u komponent essenzjali talkultura torka inqered għal-dejjem. Bit-trattat ta’ Lożanna tal-1923 ġew deportati mitTurkija għall-Greċja kontra r-rieda tagħhom 400,000 Insara ortodossi griegi, fil-waqt li 25,000 Tork kellhom bil-fors jirritornaw fit-Turkija. F’dan iż-żmien seħħet l-ewwel mewġa ta’ emigrazzjoni. Bdiet fis-seklu ta’ qabel, iżda issa tqawwiet. Irraġunijiet prinċipali kienu tnejn: il-konflitti militari bejn il-musulmani (li fihom spiss intlaqtu l-Insara) u s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika imwiegħra tal-Insara. L-emigrazzjoni (speċjalment mil-Libanu, is-Sirja u l-Palestina) kienet l-iktar lejn l-Amerika ta’ fuq u ta’ isfel. Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li emigraw kellhom livell għoli ta’ kultura, u nġibdu mill-possibiltà ta’ xogħol u ta’ titjib fil-kondizzjonijiet tal-għixien. Motivazzjoni qawwija għalhekk kellhom. In-nazzjonalizmu għarbi – zmien ta’ kollaborazzjoni Wara l-ewwel gwerra dinjija, l-emigrazzjoni talInsara tal-Lvant Nosfani naqset għal madwar tletin sena. Kien żmien meta kiber sew in-nazzjonaliżmu għarbi. L-Insara, bil-livell kulturali għoli tagħhom u l-konoxxenza tal-lingwi, ikkontribwew ħafna fit-taqbida għall-indipendenza tal-popli għarab. Kellhom f ’idejhom is-setturi tal-istampa u tas-suq ħieles. Sfortunatament din il-kollaborazzjoni pożittiva bejn Insara u musulmani fil-pajjiżi għarab intemmet mat-tieni gwerra dinjija. It-tieni mewġa ta’ emigrazzjoni Ir-raġuni prinċipali għat-tieni mewġa kbira ta’ emigrazzjoni tal-Insara tal-Lvant Nofsani kienu l-gwerer. Il-gwerra bejn Iżrael u l-Palestina fl-1948 wasslet biex 700,000 iħallu t-territorji okkupati, fosthom 60,000 Nisrani, li numru sew minnhom wara emigraw. Minħabba l-gwerra ċivili fil-Libanu (1975-1990) huwa stmat li bejn nofs miljun u miljun Nisrani emigraw. Minħabba l-gwerra bejn l-Iran u l-Iraq (1980) u l-gwerra fil-Kuwait/Iraq fl-1991, telqu madwar 40,000 Kattoliku (minn total ta’ 400,000). L-emigranti Nsara marru l-Ewropa tal-Punent u l-Amerika ta’ fuq. It-tieni perijodu ta’ emigrazzjoni ssejjaħ it-Triq tas-Salib tal-Kristjaneżmu għarbi qadim. Kemm huma l-Insara li fadal? Diffiċli tgħid eżatt kemm kien għad fadal Insara fil-Lvant Nofsani qabel ma bdiet il-persekuzzjoni minnaħa tal-ISIS. Is-sitwazzjoni inbidlet spiss u ħadd ma jaf sew kemm Insara emigraw. Stimi jindikaw li fil-Lvant Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015

Nofsani għad fadal bejn seba’ u ħdax-il miljun Nisrani. L-ikbar komunitajiet huma dawk tal-Insara fl-Eġittu (’il fuq minn ħames miljuni) u fil-Libanu (’il fuq minn miljun). Komunitajiet oħra jinsabu fl-Iraq, is-Sirja, l-Ġordan, l-Palestina, Israel u l-Iran. Persekuzzjoni u t-tielet mewġa ta’ emigrazzjoni Il-komunitajiet Insara, ġa żgħar fin-numru, qegħdin issa jsofru persekuzzjoni, intimidazzjoni u vjolenzi ma jitwemmnux mil-musulmani sunniti (waħabiti) tal-ISIS. Twaqqaf il-‘kaliffat’ u l-ISIS jokkupa parti sew mitterritorji ta’ fuq tas-Sirja u l-Iraq. Fl-Iraq, dawn il-gruppi radikali islamiċi jattakkaw b’mod speċjali l-Insara u l-knejjes tagħhom. Eluf kbar ta’ Nsara kellhom ifittxu kenn fil-parti kurda tal-Iraq, biex wara jmorru f ’pajjiżi għarab fil-qrib jew emigraw l-Ewropa jew l-Amerika ta’ fuq. Fis-Sirja, fiz-zoni madwar Djéziré, Edlib u Aleppo pratikament m’għadekx issib Insara. Fl-Eġittu u l-Libanu theddid minn gruppi Islamiċi ġa wassal biex ħafna familji Insara jemigraw. Ħafna minn ħutna Nsara ġew imwerwra, mentri oħrajn taw xhieda tal-fidi tagħhom bit-tixrid ta’ demmhom u anki bil-maħfra ta’ min għamlilhom id-deni. Bilpersekuzzjoni tal-minoranzi kollha, bil-qtil u t-twerwir, l-ISIS fil-fatt qed iwettqu indafa etnika u jibdlu ż-żona kollha f ’waħda musulmana sunnita biss. Din hija ħasra kbira: fi kliem l-Imam ta’ Bordeaux, Tareq Oubrou, “li tiżvojta l-Lvant mill-Insara tiegħu ikun ifisser li ċċaħħad id-dinja għarbija-musulmana minn rikkezza umana bla prezz”. Qed isseħħ it-tielet mewġa ta’ emigrazzjoni tal-Insara tal-Lvant Nofsani u qed tkompli l-Via Sagra tagħhom. Papa Franġisku F’Novembru 2013 il-Papa kien ġa ħeġġeġ l-Insara filLvant Nofsani biex, minkejja d-diffikultajiet kbar, jibqgħu f ’pajjiżhom: “lanqas biss irridu naħsbu fil-Lvant Nofsani bla Insara. Għal elfejn sena huma stqarrew hemmhekk l-isem ta’ Ġesù. Dejjem kellhom sehem bħala ċittadini sħaħ mil-ħajja soċjali, kulturali u reliġjuża tal-ġnus li huma jagħmlu parti minnhom”. Appell ta’ P. Ġeneral Nicolás Il-P. Ġeneral tal-Ġiżwiti Adolfo Nicolás reċentement faħħar is-solidarjetà li qed tintwera mal-Ġiżwiti u l-Insara fil-Lvant Nofsani, permezz ta’ talb, messaġġi, viżti u għajnuna materjali. Hu appella lil sħabu Ġiżwiti biex, barra li jitolbu għall-Insara fil-Lvant Nofsani, bl-opri apostoliċi li jmexxu jagħmlu n-nies konxji mir-realtà talInsara fil-Lvant Nofsani u jieħdu inizjativi ta’ solidarjetà favur tagħhom. L-istess tradizzjoni biblika ġiet iffurmata f ’dawk l-artijiet, u l-preżenza tal-Insara (kattoliċi u mhumiex) fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani hi prezzjuża ħafna, turi d-dinjità komuni ta’ ulied Alla u hi fattur ta’ paċi.

5


Attwalità

Miktub minn Danielle Vella

Traġedji Umani Ix-xahar ta’ April ta’ din is-sena kien l-iktar wieħed li matulu kien hemm l-ikbar numru ta’ traġedji fatali ta’ persuni li ppruvaw jaqsmu l-Mediterran. S’issa kienet ir-rotta l-iktar perikoluża u l-aktar użata biex dawn ir-refuġjati jaslu l-Ewropa. Ilbiċċa l-kbira ta’ dgħajjes li telqu mil-Libja riedu jaslu l-Italja. Din ir-rotta ntużat l-iktar minnnies ġejjin mill-Lvant Nofsani u millAfrika, l-iktar mill-Eritrea u s-Somalja. Fid-19 ta’ April mietu iktar minn 800 ruħ meta nqalbu d-dgħajjes qrib il-kosta Libjana. Din ma kinitx l-ewwel jew l-aħħar traġedja. Din is-sena biss, sa Settembru, fil-Mediterran għerqu 2,643 persuna li nafu bihom. Din is-sena rotta oħra lejn l-Ewropa saret iktar importanti minn dik taċ-ċentru talMediterran għax iktar rifuġjati jmorru lejn il-lvant u jitilqu mit-Turkija. Minn hemm, b’dgħajsa tal-injam jew dingi qadim ħafna, jaqsmu lejn waħda mill-gzejjer tal-Greċja li tkun qrib. Il-maġġoranza tagħhom huma Sirjani, Iraqini u Afganin. Fix-xhur tas-sajf in-numru li waslu fuq ix-xtut tal-Ewropa beda jiżdied ġmielu. F’Lulju biss, 50,000 rifuġjat waslu l-Greċja bil-baħar u l-ġżejjer ma kellhomx il-faċilitajiet meħtieġa ħalli jilqgħu dawn l-eluf.

Lejn il-punent Mill-Greċja, eluf ta’ rifuġjati qabdu triqthom lejn il-Maċedonja. Qasmu s-Serbja u l-Ungerija u komplew lejn il-punent. Din il-bidla fil-mod tal-migrazzjoni issa tfisser li l-wasla ta’ numru kbir ta’ rifuġjati ma baqgħetx il-problema ta’ ftit stati fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea. Ilperiklu tal-vjaġġ, organizzat minn xibka dejjem tikber ta’ kuntrabandu fl-Ewropa, ħarġet biċ-ċar meta l-iġsma ta’ 71 persuna, li forsi kienu Sirjani, instabu ġo lorry refriġerejter abbandunat fit-triq prinċipali bejn Budapest u Vjenna. Fil-bidu ta’ Settembru, ir-rifuġjati waslu fuq il-fruntiera tal-Ungerija. Imma l-Ungerija

6

mhux biss ma laqagħathomx iżda ma ħallewhomx jirkbu ferroviji sejrin lejn il-punent. L-Awstrija u l-Ġermanja, għal din id-darba biss, fetħu l-fruntieri tagħhom u f ’jumejn waslu 20,000 rifuġjat bilferrovija, bil-bus u bil-mixi. Malajr reġgħu għalqu l-fruntieri. Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-parroċċi biex jilqgħu familji ta’ refuġjati u ħafna Ewropej urew solidarjetà b’mod konkret. Xi gvernijiet laqgħuhom u oħrajn ma laqgħuhomx. Mis-16 ta’ Settembru, wara li l-Ungerija għalqet il-fruntiera mas-Serbja b’xibka tal-barbedwire ir-rifugjati ppruvaw jidħlu fil-Kroazja. Sat-23 ta’ Ottubru, iktar minn 230,000 rifuġjat daħlu fil-Kroazja. Meta l-Ungerija għalqet il-frunitiera mal-Kroazja, ir-rufuġjati marru lejn is-Slovenja. Kuljum, qabel tibda x-xitwa, eluf ta’ rifuġjati qed jaslu l-Ewropa u sal-aħħar tas-sena l-Ġermanja qed tistenna mal-miljun rifuġjat. Jidher ċar li kull attentat biex jingħalqu l-fruntieri mhux ser iwaqqaf lir-rifuġjati.

It-tweġiba tal-Ġiżwiti Il-Konferenza tal-Ġiżwiti Ewropej Il-president tal-Konferenza tal-Ġiżwiti Ewropej, Fr John Dardis, stieden lill-Ġiżwiti fl-Ewropa ħa jwieġbu s-sejħa tal-Papa biex jieħdu azzjoni fil-kriżi tar-refuġjati. Fl-ittra talab lill-Provinċjali jaraw kif f ’pajjiżhom titfassal politika li tkun umana, solidari u miftuħa. Issuġġerilhom x’jista’ jsir fl-iskejjel, u li l-parroċċi tagħna jorganizzaw “Ħadd ta’ Solidarjetà” fejn xi refuġjat jew rappreżentant tal-JRS jitkellem dwar din il-kriżi waqt il-Quddiesa. JRS Ewropa L-għajnuna tal-Ġiżwiti lir-rifuġjati tingħata minnhom stess u permezz tas-Servizz tal-Ġiżwiti għar-Rifuġjati (JRS) li ġa jaqdi għexieren ta’ eluf ta’ refuġjati fl-Ewropa. Fl-Italja, il-JRS jgħin iktar minn 30,000 refuġjat fis-sena billi jipprovdulhom ikel sħun kuljum, joffrulhom servizzi tas-saħħa u għajnuna legali, jgħinuhom lil uliedhom fl-edukazzjoni, joffrulhom lezzjonijiet biex jitgħallmu l-lingwa talpost, u bosta servizzi oħra. F’Malta fejn jinżlu ħafna refuġjati, il-JRS jgħinhom waqt li jkunu fid-detenzjoni kif ukoll meta mbagħad jgħixu fil-komunità. (Ara l-artiklu li jmiss, paġna 8) Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015


Ritratt: AL. Uħud mill-eluf ta’ rifuġjati Sirjani jaslu Lesbos mit-Turkija, jaħarbu mit-terroristi u l-gwerra

www.jesuit.org.mt

Fir-Rumanija, il-JRS jipprovdi għajnuna legali, djar, lezzjonijiet tal-lingwa u servizzi oħra lir-refuġjati li x’uħud minnhom ġew mis-Sirja. Fil-Maċedonja, il-JRS għandu dar għallfamilja tar-refuġjati. Fil-Ġermanja l-JRS joffri għajnuna legali speċjalizzata lil dawk li jirriskjaw li jkunu ddeportati mingħajr ħtija. Il-JRS ilha ħafna snin tgħin lir-rifugjati fil-Ġermanja permezz ta’ għajnuna legali u jżuru dawk miżmuma filkampijiet tad-detenzjoni. Minħabba bidla fil-ligi, twal iż-żmien fid-deternzjoni. Fil-Portugall, il-JRS joffri tħarriġ fil-qasam tal-kura tal-anzjani ħalli b’hekk ir-refuġjati li jibqgħu fil-pajjiż ikunu jistgħu jsibu xogħol. Fil-Portugall, il-JRS huwa membru ta’ moviment li joffri għajnuna legali u sapport ieħor biex irrefuġjati jkunu jistgħu jintlaqgħu tajjeb. Fl-Awstrija, kull komunità tal-Ġiżwiti qed tilqa’ għall-inqas familja waħda. Lejl wieħed, fil11.00 ta’ bil-lejl, id-direttur tar-residenza Cardinal Koenig irċieva telefonata mingħand il-Caritas biex jistaqsuh kemm refuġjati kien jista’ jieħu. Wieġeb li kien jista’ jieħu xi mija fis-swali kollha tad-dar. Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015

Fil-Greċja, f ’Ateni il-JRS għandu ċentru għattfal minn seba’ pajjiżi u jżuru r-rifuġjati fiċ-ċentri ta’ detenzjoni. Dalwaqt tinfetaħ hostel bi 15-il kamra biex toffri akkomodazzjoni f ’emergenza. Qegħda tagħmel li tista’ ma’ dawk l-eluf li qegħdin jaslu u jinsabu f ’kundizzjonijiet tassew miserabbli sakemm jirnexxilhom imorru pajjiż ieħor. Il-JRS taħdem ħafna fil-qrib mal-UNHCR u mal-Caritas. Fil-Maċedonja malli bdew jaslu l-eluf fuq il-fruntiera tal-Greċja, il-JRS mill-ewwel bdew jipproivdu ikel u ilma. F’Skopje tmexxi dar għar-rifuġjati vulnerabbli. F’ċentru tal-gvern joffru appoġġ psikosoċjali, skola għat-tfal żgħar u facilitajiet tal-kompjuter. Fil-Kroażja meta fis-17 ta’ Settembru waslu mijiet ta’ rifuġjati il-JRS kienu hemm biex jilqawhom. Min dakinhar mijiet waslu f ’Zagreb u fil-kamp ħdejn il-fruntiera mas-Serja u l-JRS qegħda tgħin u tagħti ilma, ikel, gvieret, raincoats u mediċina. Fi Franza għalkemm ir-rifuġjati għadhom ma waslux, il-JRS qegħda toħloq opportunitatijiet biex il-ħafna Franċizi li offrew ruħhom jilqgħu lirrifuġjati jkunu jistgħu jagħmlu dan. Ħejjew ukoll programmi għall-integrazzjoni tar-rifuġjati.

7


il-Missjoni tagħna

... U f’Malta Is-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati f ’Malta (JRS) ilu mill-1993 jaqdi, jakkumpanja u jiddifendi lil dawk kollha li jfittxu l-ażil u li huma refugjati f ’Malta. Matul is-snin, it-tip ta’ xogħol li jagħmlu tbiddel mhux ħażin, imma l-valuri li jsostnuhom fix-xogħol tagħhom baqgħu dejjem l-istess. Fost dawn insemmu r-rispett u l-għarfien tad-dinjita’ ta’ kull persuna li jiltaqgħu magħha, dinjita’ li ma tiddependix fuq il-kulur tal-ġilda jew fuq jekk ilpersuna hijiex fqira jew sinjura. Valur ieħor huwa dak tal-ġustizzja, fejn il-JRS jibqa’ jissielet biex dawk kollha li huma vittmi ta’ diskriminazzjoni u inġustizzji oħra li jġiegħeluhom jitilqu minn pajjiżhom, issirilhom ġustizzja. F’dawn l-aħħar sentejn, filwaqt li n-numru ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil fil-bqija ta’ l-Ewropa żdied sew, f ’Malta in-numru ta’ dawk li qed jaslu bid-dgħajsa naqas mhux ħażin meta mqabbel mas-snin ta’ qabel. Madanakollu, dan ma jfissirx li x-xogħol tal-JRS f ’Malta sar irrilevanti. Fil-fatt, tajjeb li ngħidu wkoll li qed japplikaw għallażil nies li waslu Malta bl-ajruplan jew oħrajn li kienu ilhom jgħixu Malta għal tul ta’ snin u issa minħabba s-sitwazzjoni mwiergħa f ’pajjiżhom, qed japplikaw għall-ażil f ’Malta. Servizzi Quddiem dan kollu, il-JRS f ’Malta qed jibqa’ jipprovdi numru ta’ servizzi essenzjali. Fost dawn insemmu l-għajnuna legali li tingħata biex ilpersuni jingħataw il-protezzjoni li tistħoqqilhom u biex kulħadd ikollu informazzjoni xierqa dwar kif taħdem is-sistema ta’ l-ażil f ’Malta u fuq id-drittijiet tagħhom. F’numru limitat ta’ każi l-għajnuna li tingħata tista’ tkompli fuq medda ta’

www.jesuit.org.mt

xhur u snin. Għajnuna oħra tiġi pprovduta permezz ta’ social workers li jsegwu numru ta’ persuni li jkollhom bżonn akkumpanjament iktar mill-viċin fuq kwistjonijiet ta’ housing, saħħa, edukazzjoni u l-benefiċċji soċjali. Is-social workers tal-JRS jaħdmu id f ’id ma’ żewġ counselling psychologists u nurse. Wieħed jista’ jimmaġina li ħafna millpersuni li jaslu Malta biex jitolbu l-ażil ikunu għaddew minn esperjenzi koroh li jistgħu jimmarkawhom għall-ħajjithom. Permezz talħidma ta’ dan it-tim, nippruvaw ngħinuhom jerġgħu iqumu fuq saqajhom. Fost ir-refuġjati, hemm numru sabiħ li huma Insara u Kattoliċi. Għal dawn ta’ l-aħħar, il-JRS jaħdem ukoll fuq livell ta’ kura pastorali. Kull nhar ta’ Ħadd, fir-Residenza tal-Ġiżwiti fl-Imsida, tiġi ċċelebrata quddiesa bl-Ingliż. Oħrajn jiġu ppreparati għas-sagramenti tal-Magħmudija. Sfidi u tama Parti importanti tax-xogħol tagħhom bħala JRS hi li jqajmu kuxjenza soċjali dwar l-isfida ta’ l-immigrazzjoni. Dan jagħmluh permezz talischool outreach programm fejn iżuru l-iskejjel ma’ refuġjat u refuġjata li jaqsmu mal-istudenti l-istorja tar-raguni għalfejn kellhom jitilqu minn pajjiżhom, kif waslu Malta u x’inhi t-tama tagħhom għall-futur. Iżuru wkoll numru ta’ gruppi u anke parroċċi li jkunu jixtiequ jsiru jafu iktar mill-viċin din ir-realta’. L-isfidi f ’dan il-qasam huma kbar ħafna. U mhux faċli li tibqa’ għaddej meta ftit li xejn tara “suċċessi”. Fl-istess ħin, l-eżempju ħaj ta’ ħafna refuġjati li jibqgħu jittamaw minkejja d-diffikultajiet kbar li jiltaqgħu magħhom huwa għall-JRS ta’ eżempju kbir. Fl-istess ħin, konxji wkoll li m’humiex biss is-suċċessi l-kbar li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Fil-kliem ta’ Mazloum, refuġjat mis-Sirja: “Jekk issaqsuni ‘x’għamel il-JRS għalik’? Nirrispondik li anke t-tbissima tan-nies li jaħdmu l-JRS hi biżżejjed għalija.” Il-Kulleġġ San Alwiġi Fl-imgħoddi l-Kulleġġ dejjem kellu tfal tarrefuġjati li offrielhom l-edukazzjoni – mill-Iraq, mis-Sudan, mill-Albanija... Issa meta l-qagħda hi iktar drammatika, ittieħdet policy li kull sena l-Kulleġġ joffri żewġ postijiet fl-iskola primarja u tnejn oħra fl-iskola sekondarja lil ulied ir-refuġjati li hawn Malta. Dan bi tweġiba għas-sejħa tal-Papa.

Jesuit Refugee Service

8

Br Salvu Mifsud SJ (JRS Malta) waqt school outreach

Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015


Ir-Refuġjati u l-Insara

fil-Lvant Nofsani Żewġ Ġiżwiti Maltin jinsabu jaħdmu barra minn xtutna mas-Servizz tal-Ġizwiti għar-Rifuġjati (JRS), imma f ’diversi pajjiżi. Fr Michael Zammit Mangion hu d-Direttur Reġjonali tal-JRS fil-Lvant Nofsani u Fr Tony Calleja hu l-Assistent tiegħu. Meta Fr Calleja kien Malta għal ftit mistrieħ għamilnielu din l-intervista.

LĦ: Grazzi talli lqajt l-istedina tagħna. Inti fis-sena 1974 mort missjunarju ċ-Cilì fejn ħdimt għal bosta snin. Fl-2000 is-Superjuri tawk missjoni ġdida li u kellek tħalli ċ-Ċilì. Fejn mort? TC: Iva, is-Superjuri bagħtuni ngħin fitTanżanija, fil-Punent tal-Afrika. Dak iż-żmien fit-Tanżanija kien hemm nofs miljun refuġjat, minnhom 380,000 kienu mill-Burundi. LĦ: X’kien ix-xogħol li għamilt hemmhekk u kemm domt? TC: Domt erba’ snin naħdem hemm u ngħin lil dawn ir-refuġjati. Ix-xogħol kien l-iktar ta’ edukazzjoni u pastorali f ’ħames kampijiet. LĦ: Allura meta spiċċajt mill-Afrika, mort lura ċ-Ċilì? TC: Iva, naturalment meta spiċċajt ix-xogħol li kelli fit-Tanżanija mort lura ċ-Ċilì fejn inħtart kappillan f ’Santiago ġo parroċċa tal-Ġiżwiti. L-Insara kienu foqra ħafna. Hemmhekk domt biss sentejn għax ingħatajt missjoni ġdida. Għal darb’oħra fl-2005 erġajt lura l-Afrika. Din id-darba kelli nieħu ħsieb il-Ħidma talĠiżwiti mar-Refugjati (JRS) fiż-żona tal-Great Lakes, jiġifieri fil-Kongo, ir-Rwanda u l-Burundi. B’kollox għaddejt seba’ snin naħdem ma’ dawk l-eluf ta’ refugjati mifruxin f ’ħafna kampijiet. Kienet esperjenza ta’ qsim il-qalb. Fl-2012 mort lura ċ-Cilì fejn inħtart Direttur ta’ Istitut tagħna f ’Santiago. LĦ: Imma niftakar li ma domtx wisq. X’ġara? Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015

TC: Iva hekk hu. Inqalgħet emerġenza oħra u, minħabba l-esperjenza li ksibt fl-Afrika, għal darb’oħra s-Superjuri sejħuli biex immur filLvant Nofsani biex ngħin lil Fr Michael Zammit Mangion li hu d-Direttur Reġjonali tal-JRS. Wasalt il-Libanu u malajr indunajt li x-xogħol tal-JRS ma kienx limitat biss għal-Libanu. Il-JRS qiegħda taħdem f ’żona mifruxa ħafna. Għandna xogħol kbir ġewwa s-Sirja - f ’Damasku, f ’Homs u f ’Aleppo. Naħdmu wkoll fil-Libanu, fil-Ġordan, u fitTurkija mar–refuġjati li ħarbu mis-Sirja. Is-sena li għaddiet bdejna maħdmu wkoll flIraq, mar-refuġjati li qegħdin jaħarbu mill-ISIS, l-istat Iżlamiku. LĦ: Mela minħabba x-xogħol tagħkom Fr Michael u inti jkollkom iżżuru dawn il-pajjiżi. X’taħseb li kienu ir-raġunijiet li wassal għal din is-sitwazzjoni? Minn fejn ġejjin dawn irrefuġjati? TC: Ir-raġunijiet huma ħafna u kumplessi. Imma huwa ċar ħafna li l-indħil tal-pajjiżi l-kbar, flimkien mas-sitwazjoni interna f ’dawn il-pajjiż, wasslu għal dan id-diżastru... traġedja umana kbira għal miljuni ta’ nies innoċenti Fl-Iraq huwa ċar li kulma qed jigri huwa l-konsegwenza tal-gwerra li bdew l-Amerikani u l-Ingliżi fl-2003, jiġifieri l-invazjoni, mingħajr mandat minn-Nazzjonijiet Maqgħuda, u mibnija fuq ħafna gideb. Kienet gwerra immorali ħafna u li għadha sejra. LĦ: Tista’ tagħtina dasqxejn ta’ stampa tassitwazzjoni u tar-refuġjati f ’kull wieħed minn dawn il-pajjiżi?

9

il-Missjoni tagħna

www.jesuit.org.mt


www.jesuit.org.mt

Fr Tony Callejja SJ

TC: Il-biċċa l-kbira tar-refuġjati joqogħdu marsusin fuq xulxin f ’kampijiet. Oħrajn jippreferu jgħixu fl-ibliet għal rashom, mingħajr l-għajnuna tan-Nazzjonijiet Magħqħuda. LĦ: Mela meta Fr Michael u inti żżuru dawn il-postijiet, minbarra li tiltaqgħu mar-refuġjati jkollkom opportunitajiet tiltaqgħu man-nies talpost? Ikun hemm Insara fost dawn ir-refuġjati? TC: Iva niltaqgħu u nitkellmu man-nies talpajjiz. L-iktar fejn niltaqgħu mal-Insara hu fisSirja, fil-Libanu u fl-Iraq. LĦ: Kif tara s-sitwazzjoni u d-diffikultajiet tal-Isqfijiet u tal-Insara f ’dawn il-pajjiżi? Xi problemi jħabbtu wiċċhom magħhom? TC: L-esperjenza tiegħi hi li l-Insara jinsabu mdejqin u mbeżżgħin u għalhekk qegħdin ifittxu jitilqu lejn pajjiżi oħra. Dan ifisser li l-preżenza importanti tal-Insara fil-Lvant Nofsani, li ilha mill-bidu tal-Knisja, għandha mnejn tintemm. Diġà saret dgħajfa ħafna. Ħa nagħti ezempju. FlIraq, qabel is-sena 2003 kien hemm żewġ miljun

10

Insara fil-pajjiz. Illum jekk fadal 400.000. LĦ: X’tamiet għandħom ir-refuġjati għall-futur tagħhom? Il-ħidma tagħkom f ’sitwazzjonijiet diffiċli ħafna kif qiegħda tgħinhom? Kif tħarsu lejn il-ġejjieni? TC: Ir-refuġjati jgħallmuna ħafna, l-iżjed it-tama li għandhom. Ħafna minnhom tilfu kollox, oħrajn jixtiequ jibdew ħajja mill-ġdid f ’pajjiz ieħor malfamilji tagħhom. Ħafna jgħixu bit-taqtigħ ta’ qalb għax ma jafux x’ser isir minnhom. Aħna nagħmlu li nistgħu biex inkunu magħhom, ngħinuhom jesprimu dak li batew u dak li jittamaw, nedukaw lit-tfal tagħhom. Xi ħaġa li tagħtihom ħafna tama hu minħabba dak kollu li nagħmlu magħhom. Li nkunu fosthom nuruhom li m’humiex abbandunati, l-iżjed minn Alla, u l-fatt li hemm ħafna nies li qegħdin jiftakru fihom u jixtiequ jgħinuhom. Mhux kollha ma jimpurtahomx. LĦ: F’isem il-qarrejja tagħna nirringrazzjak ħafna u nassigurawkom mit-talb u l-appoġġ tagħna.

Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015


il-Missjoni tagħna

Għajnuna għat-Talb

Ninġabar: Insib pożizzjoni komda biex nibda t-talb tegħi ... Nipprova ninfetaħ għal Alla u nagħraf li Alla hu preżenti madwari u ġewwa fija. Hu jinsab hawn, jonorani bil-preżenza tiegħU... Fatt ċkejken: Demmi beda jbaqbaq; ma stajtx nemmen lill-għajnejja. Hemm kien fuq branda, 20 pied ’il bogħod minni. Ir-rabja reġgħet ħarġet bl-istess qawwa ta’ sitt snin ilu meta kien tani daqqa f ’rasi b’ġebla u seraqli 60 dollaru. U ma stajt nagħmel xejn dwar dan. Kemm xtaqt inpattihielu lil dan ir-raġel, issa li kien miegħi mhux biss fl-istess ħabs iżda wkoll fl-istess dormitorju. Xi ġimgħa qabel kelli nispiċċa millħabs, kien staqsieni: “Nista’ nieħu l-boots tiegħek meta inti titlaq?” Ma stajtx nemmen dak li kont smajt. Bejni u bejn ruħi ħsibt: “Tajjeb ukoll!! Ilboots tiegħi teħodhom mhux biex tilbishom, imma biex taqla’ daqqa bihom fuq wiċċek!”. M’inix xi wieħed reliġjuż, imma xi ftit tal-ġranet qabel ma ħriġt mill-ħabs kont mistieden biex immur għal kors spiritwali qasir. Rajna DVD bl-isem “Kif tbiddel id-dinja ta’ madwarek”. Parti minnu kien dwar Ġesu li jgħid: “Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena”. Il-kelliem spjega

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015

Naħseb ftit: Kif jolqotni dan ir-rakkont? Kif qed jurini ħniena, Alla, fil-ħajja tiegħi? Hemm xi persuni li nħoss li għandi nħenn għalihom u naħfrilhom? X’azzjonijiet nista’ nieħu? Nitlob: Mulej, għinni ninfetaħ għall-ħniena tiegħek. Agħtini l-kuraġġ biex nuri ħniena lil dawk ta’ madwari. Kliem ta’ dawl: “Il-ħniena ta’ Alla tista’ tbiddel art niexfa fi ġnien, tista’ tagħti l-ħajja lill-għadam niexef ” - Papa Franġisku X’nista’ nagħmel: Qabel il-bidu ta’ sena ġdida, ftakar f ’dawk l-esperjenzi matul din is-sena meta kellek turi ħniena lil xi persuna... Wiegħed lil Alla u lilek innifsek li matul is-sena li ġejja inti tkompli tkun miftuħ għal atti ta’ ħniena meta u ma’ min ikun hemm bżonn.

www

Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org

sto

Biex ilkoll inġarrbu l-ħniena ta’ Alla, li qatt ma jgħejja jaħfer

Ritratt: ‘Dirty walking boots’ ta’ James Blunt - Flickr (Creative Commons)

-Talb tat t la

Appo

Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu:

li l-ħniena isser meta tagħti lil dawk ta’ madwarek dak li ma jkunx jistħoqqilhom. Alla jagħmel l-istess magħna, aħna ma jistħoqqilniex il-ħniena imma għax iħobbna Hu juri ħniena magħna. Ftakart f ’din it-taħdita waqt li kont qed naħseb kif se nwieġeb lil dan sieħbi tal-istess dormitorju. Fil-fond ta’ qalbi kont naf li m’għandix inpattihielu. Lill-grupp tal-kors għarrafthom bir-rabja li kont inħoss, iżda għidtilhom ukoll: “Issa naf x’għandi nagħmel qabel ma nispiċċa minn hawn, irrid nagħtih il-boots tiegħi u nurih ħniena kif Alla juri ħniena magħna”.

11


✂️

Għażiż Father, Jien nixtieq nagħmel offerta ta’ € …………… u nixtieq inqassamha kif jidher hawn taħt. 1. € .................... Għall-formazzjoni tal-istudenti Ġizwiti.; Jew 2. € .................... Għall-kura u l-ħteġiet tal-Ġiżwiti anzjani u morda. Jew 3. € .................... Inħalli f ’idejk biex tużaha skont kif jidhirlek li hu l-aktar ta’ ħtieġa Tista’ wkoll tagħti donazzjoni onlajn: Idħol www.jesuit.org.mt fejn issib ‘Donate Online’ fuq in-naħa tax-xellug.

Isem: (Mr, Ms) ....................................................................................................................................................................... Indirizz: .................................................................................................................................................................................. Email: ...................................................................................................................................................................................... Jekk jogħġbok, ibgħat id-donazzjoni tiegħek lil P. Provinċjal, Uffiċju tal-Provinċjal, 78 Triq il-Markiż Scicluna, In-Naxxar NXR 2067 (Ċekkijiet għandhom ikunu ndirizzati lil ‘Maltese Jesuit Province’) GRAZZI!! 12


KUMPANIJA TA’ ĠESÚ Provinċja ta’ Malta

Għeżież Qarrejja, Naħseb li permezz ta’ Lil Ħbiebna, ir-r ivista li aħna l-Ġiżwiti nippublikaw kul l tliet xhur, ġieli smajtu bija, Fr Patrick Magro, li għal dawn l-aħħar sena u nof s, bħala l-Provinċjal tal-Ġiżwiti Maltin, qiegħe d inservi ’l-Knisja, ’l-Kumpanija u ’l ħuti. Nieħu pjaċir insellmilkom, għeziez Qar rejja, Ħbieb u Benefatturi tagħna. Din irrivista hi ħolqa bejnietna u biha aħn a nippruvaw inżommukom infurma ti b’dak li qed jiġri f ’ħajjitna u, mhux inqas, bil-ħid ma tagħna fl-għalqa tal-Mulej. Żewġ affarijiet importanti li għaddejjin minnhom dan iż-żmien hu li xi żgħaża għ Maltin qed jilqgħu is-sejħa ta’ Kristu u jagħżlu l-ħajja reliġjuża bħala Ġiżwit i. Dan jimlina b’ħafna kuraġġ u sens ta’ radd-il ħajr lil Alla ta’ dawn il-vokazzjonijiet għa x sa ftit ilu kienu jgħaddu s-snin mingħajr ma xi ħadd iħabbat il-bibien tagħna. Xi ħaġ’oħra li tagħmel parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum hi li ħafna fostna qed jgħabbu sew fis-snin u l-għomor twi l iġib miegħu wkoll il-mard u ħtieġa ikbar għallgħajnuna. Dawn ikunu taw ħajjithom għas-servizz t’Alla u ta’ ħuthom il-bned min, Malta u ’l hinn minnha. Għax nafu li int tapprezza ħafna l-ħi dma tagħna, nagħmlu kuraġġ induru lejk u nitolbuk l-għajnuna tiegħek, kemm per mezz tat-talb tiegħek kif ukoll għajnu na finanzjarja. L-istudenti Ġiżwiti tagħna jeħtieġu snin twal ta’ formazzjoni biex ikunu jistgħu jagħtu l-aqwa servizz lill-oħrajn; l-an zjani tagħna ukoll jistħoqqilhom kur a tajba wara li ddedikaw ħajjithom kollha għall-q adi tal-oħrajn. Minbarra hekk għandna l-ispejjeż talistess appostolat li aħna dejjem nagħm lu gratwitament. Dan ma jfissirx li lilna ma jqumilna xejn! Għal dan il-għan ukoll qed nitolbu l-għ ajnuna finanzjara tiegħek u hekk, min barra li int tkun qed tgħinna, tkun ukoll qed tissieħeb fil-ħidma appostolika tagħna . Jekk tixtieq tibagħtilna xi donazzjon i nitolbuk tgħidilna kif tkun tixtieq tgħ inna. Imla’ u aqta’ l-parti ta’ taħt u ibgħathie lna flimkien mal-offerta tiegħek li tqa ssam ha kif tixtieq int. Filwaqt li minn issa nirringrazzjakom għat-talb, l-għajnuna u tal-ġenerożità tagħkom, nixtieq nassigurakom mit-tal b tagħna għalikom u għall-intenzjon ijiet tagħkom. Fl-istess ħin, f ’isem sħabi l-Ġ iżwiti, nixtiqilkom Milied mimli bilPaċi ta’ Ġesù u Sena Ġdida mimlija b’kull bar ka.

Fr Patrick Magro, SJ Provinċjal

Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015

13


Spiritwalità

Miktub minn Fr Reno Grech SJ matul ħajtu 1943 - 2013

Spiritwalità

Ritratt: Indecision Dice ta’ Anne-Lise Heinrichs / Flickr - Creative Commons

Injazjana

L-Għażla It-Tieni Ġimgħa talEżerċizzi Spiritwali (3) It-Tieni Ġimgħa għandha wkoll l-għan li twassal lill-eżerċitant għal għażla ta’ stat ta’ ħajja jew tiġdid ta’ ħajja jew għażla oħra importanti, dejjem skond ir-rieda ta’ Alla.

Fl-aħħar ħarġa semmejna kif l-eżerċitant għandu jħejji u jiddisponi ruħu għal din l-għażla permezz ta’ meditazzjonijiet u konsiderazzjonijiet speċifiċi. 14

L-Għażla li għandha ssir (Eż. Sp. 169) L-għażla tal-eżerżitant m’hijiex dwar l-għan ta’ ħajtu, jiġifieri jekk għandux ifaħħar, iqim, iħobb u jaqdi lil Alla jew le; jekk għandux jagħmel ir-rieda ta’ Alla jew le; imma dwar il-mezzi biex jilħaq l-għan tiegħu. Għal għażla tajba neħtiegu tliet ħwejjeġ essenzjali: 1. L-eżerċitant, imdawwal biss minn Alla, irid jagħmel l-għażla u d-deċiżjoni personali waħdu mingħajr jkun jew iħossu mbuttat lejn naħa jew oħra mid-direttur tal-Eżerċizzi, li għandu jmexxih biex jagħraf iktar ċar x’inhi r-rieda ta’ Alla. 2. L-għażla trid issir f ’dispożizzjoni ta’ libertà interjuri (“indifferenza” fis-sens Injazjan). Sant’Injazju ma ridtx li l-eżerċitant jagħmel l-għażla jekk ma jkollux din id-dispożizzjoni. Jekk l-eżerċitant li ma jasalx li jkollu din iddispożizzjoni għandu jew itawwal it-Tieni Ġimgħa sakemm jiksibha jew jinterrompi l-irtir. 3. L-għażla trid issir b’intenzjoni retta billi l-eżerċitant, “jżomm ħarstu fuq il-għan li għalih ġie maħluq, jiġifieri li jkun ta’ ġieħ lil Alla Sidna u jsalva ruħu”. (Eż. Sp. 169) L-Oġġett tal-għażla (Eż. Sp. 170-174) Dwar dan Sant’Injazju jagħti erba’ direttivi: 1. L-għażla dwar il-mezzi trid tkun fiha nfisha jew tajba moralment jew indifferenti (newtrali). Il-mezz jew mezzi li jintgħażlu jridu jkunu skont ir-rieda ta’ Alla jew għallinqas ma jmorrux kontra l-kmandamenti tiegħu. Eżempju: bħala mpieg persuna ma tistgħax tagħżel li tidħol f ’kummerċ bħas-suq iswed (“black market”), prostituzzjoni, jew traffikar tad-droga, għax dawn huma fihom infushom immorali. 2. Nieħdu xi għażliet li ma jistgħux jinbidlu (eżempji: iż-żwieġ u s-saċerdozju), u oħrajn li jistgħu jinbidlu (eżempji: it-tip jew post ta’ xogħol, il-karriera, u d-dar). 3. Meta persuna tinduna li għażlet xi ħaġa li ma tistax tinbidel u titħassar għax ma saritx kif imiss minħabba xi ġibdiet mhux flokhom u mhux skont ir-rieda ta’ Alla u għall-glorja tiegħu, hi għandha jisgħobbiha għall-iżball li għamlet u tagħmel mill-aħjar li tista’ biex tgħix tajjeb f ’dak l-istat. 4. Meta wieħed, b’mod ordnat mingħajr ma fittex lilu nnifsu, jagħżel xiħaġa li tista’ terġa’ tinbidel, għandu Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015


www.jesuit.org.mt

jfittex li jikseb il-milja tiegħu nnifsu f ’dak li għażel. Jekk l-għażla ma saritx kif imiss, għandha terġa’ ssir b’mod ordnat biex jikseb il-frott meħtieġ u jogħġob lil Alla. Meta u kif issir għażla tajba (Eż. Sp. 175-188) Dwar id-dispożizzjonijiet spiritwali ħalli ssir għażla tajba skont ir-rieda ta’ Alla, Sant’Injazju jsemmi tliet żminijiet jew okkażjonijiet u tliet modi. L-ewwel żmien hu meta Alla jaħdem fuq ir-rieda tal-persuna u jiġbidha lejh b’mod li l-persuna bla biża’ ta’ żball jew dubju timxi wara dak li rat. Bħas-sejħat ta’ San Pawl u San Mattew li kienu esperjenzi spiritwali profondi mogħtija direttament minn Alla. Huma frott ta’ grazzja speċjali ta’ Alla u għalhekk huma esperjenza eċċezzjonali. F’dawn l-esperjenzi ninnotaw tliet fatturi essenzjali: 1. Hu Alla li jqanqal ir-rieda, mhux xi ġibda sentimentali jew emozzjonali. 2. Il-persuna timxi wara dak li r-rieda tkun miġbuda lejh u tagħrfu bħala r-rieda ta’ Alla. 3. Din l-esperjenza għandha ċertezza doppja. Ilpersuna ma tiddubitax li l-ġibda u dak li rat gew minn Alla. It-tieni żmien hu meta mill-faraġ u mid-djieqa spiritwali li jġarrab mill-esperjenza li jagħmel ta’ għażla bejn spirtu u ieħor, wieħed jara ċar ħafna u jifhem sewwa. L-għażla skond dan iż-żmien fiha erba’ elementi essenzjali. 1. Il- faraġ u d-djiqa spiritwali huma l-materjal u l-informazzjoni li wieħed irid jirrifletti fuqhom biex jasal għall-għażla. 2. Dawn l-esperjenzi ta’ faraġ u djiqa spiritwali jridu jiġu mgħarbla u interpretati fid-dawl taddixxerniment tal-ispirti (Eż. Sp. 313-336). Dan iddawl juri jekk hux l-ispirtu tajjeb jew l-ispirtu ħażin li qed jinfluwenza l-persuna u jekk hi għandhiex taġixxi fuqhom jew tirreżistihom u twarrabhom. Minħabba li l-persuna tista’ faċilment tilludi ruħha, hu meħtieġ li titkellem ma’ persuna li hi mħarrġa sewwa f ’dan il-qasam 3. Għalkemm id-dixxerniment tal-ispirti għandu jwassal lill-persuna biex tara ċar u tifhem sewwa liema spirtu qiegħed imexxiha, m’hemmx dik iċ-ċertezza li nsibu fl-ewwel żmien. 4. Għalhekk ikun hemm bżonn ta’ konferma mingħand Alla biex il-persuna tara iktar ċar jekk dik l-esperjenza hix ġejja minn għandu jew le. It-tielet żmien hu karatterizzat minn perijodu u dispożizzjoni ta’ kalma u trankwillità meta l-persuna mhijiex imqallba minn spirti u movimenti differenti u tista’ tuża l-qawwiet tagħha naturali bla xkiel u filpaċi. L-ewwel nett il-persuna tikkonsidra l-għan li għalih

Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015

hi maħluqa u għalhekk tagħżel bħala mezz, il-mod jew stat ta’ ħajja li jgħinuha taqdi lil Alla. Biex persuna tagħmel għażla skont dan iż-żmien Sant’Injazju jipproponi metodu deliberattiv u ieħor intuwittiv. a) Il-metodu deliberattiv fih sitt punti (Eż. Sp. 178-183) • Inġib quddiem għajnejja l-ħaġa li fuqha rrid nagħmel l-għażla. • Inżomm ruħi ħieles internament dwar jekk nagħżilx il-ħaġa jew le u nħares lejn l-għażla millangolu tal-għan aħħari tiegħi. Il-kriterju li għandi nimxi fuqu hu dak li nħoss li jkun ta’ iżjed glorja u ġieħ lil Alla u għall-ikbar ġid tiegħi. • Nitlob lil Alla jqanqal ir-rieda tiegħi u jqiegħed fija dak li għandi nagħmel dwar il-ħaġa biex meta nirraġuna fuqha nasal biex nagħżel dak li hu skont ir-rieda tiegħu. • Fl-ewwel parti nikkonsidra l-vantaġġi u l-iżvantaġġi/perikli li jkun hemm jekk nagħżilha; kemm ikunli ta’ siwi għall-ġieħ ta’ Alla waħdu u għallġid tiegħi kieku nagħżel dik il-ħaġa. • Fit-tieni parti nikkonsidra x’vantaġġi jew siwi u xi żvantaġġi jew perikli jkun hemm jekk ma nagħżilx il-ħaġa. Tajjeb li r-raġunijiet jinkitbu f ’żewġ kolonni paralleli ħalli wieħed jista’ jarahom u jiżinhom aħjar. • Wara li nkun għarbilt il-ħaġa minn kull naħa u aspett nara ’l fejn l-iktar ixxaqleb ir-raġuni. Imbagħad taħt l-influwenza ta’ dak li turini r-raġuni u mhux taħt xi ġibda sensibbli oħra, niddeċiedi dwar il-ħaġa. • Nitlob lil Alla u noffrilu l-għażla li għamilt biex jekk tkun ta’ iktar qadi tiegħu jogħġbu jikkonfermaha. b) Il-metodu intuwittiv fih ħames osservazzjonijiet (Eż. Sp. 184-188) u jikkonsisti f ’ċerti reazzjonijiet spontanji u profondi tas-sens komun Nisrani. • Nirrealizza li l-imħabba ta’ Alla għandha tmexxini biex nagħżel din il-ħaġa. Dik l-imħabba jew ġibda li għandi lejn il-ħaġa li nagħżel hi biss għal Alla. • Biex nagħmel ġudizzju iktar oġġettiv dwar l-għażla nimmaġina bniedem li qatt ma rajtu imma nixtieqlu l-ġid. X’kont ngħidlu jagħżel biex jagħti iktar glorja lil Alla u jsalva ruħu? Nagħmel l-istess għalija. • Nimmaġinani qiegħed fil-punt tal-mewt. Kif inkun nixtieq dak il-ħin li mxejt f ’din l-għażla issa u x’inkun nixtieq li żammejt quddiem għajnejja? Nagħmel l-istess issa. • Nimmaġinani quddiem Alla fil-ġudizzju. X’deċiżjoni nkun nixtieq li ħadt f ’din il-ħaġa? Nagħmel hekk issa. • Wara li nkun ikkonsidrajt dawn it-tliet tixbihat nagħmel l-għażla tiegħi u noffriha lil Alla biex jikkonfermaha.

15


Fid-Dinja

www.jesuit.org.mt

“Ir-Rigal tal-Ħniena” Hekk kif bdiet toqrob ix-xitwa, il-Papa Franġisku ħaseb fin-nies ta’ bla dar u jsibu ruħhom fit-toroq ta’ Ruma matul l-iljieli xitwija. Għalhekk għamel appell lill-parroċċi, lir-reliġjużi u oħrajn biex ipoġġu xi bini battal għas-servizz ta’ dawk fil-bżonn u f ’xi diffikultà. Il-Ġiżwiti semgħu l-appell tal-Papa Franġisku u riedu jgħinu billi jagħmlu rigal ta’ dar mil-bini tagħhom lil ħuhom biex jgħinuh iwettaq il-ħsieb tiegħu.

Kif iddur mill-Vatikan, ġo Via dei Penitenzieri, il-Ġiżwiti kellhom bini, parti mill-bini tal-Kurja tagħhom, li kien iservi ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar. Huma offrew dan il-bini biex jinbidel f ’dormitorju ħalli jkun hemm iktar sodod għan-nies li ma kellhomx dar. Skont l-Isqof Konrad Krajewski, l-Elemożinier Appostoliku (l-uffiċjal inkarigat li jqassam ilkarità), permezz tal-offerta ta’ dan il-post, ilĠiżwiti wieġbu għas-sejħa tal-Papa. Il-post ingħata l-isem ta’ “Ir-Rigal tal-Ħniena”, għax kif spjega l- isqof Krajewski, “hija rigal mill-Kumpanija ta’ Ġesù u l-ħniena hija t-tieni isem tagħha.” Id-dormitorju reġa’ nbena u ġie mgħammar mill-Uffiċċju tal-Papa għall-Karità mgħejjun millofferti tal-fidili. Id-dormitorju hu mmexxi millElemosineria Appostolica bl-għajnuna tas-Sorijiet ta’ Mother Teresa.

Saru regulamenti biex bihom din il-faċilità timxi sewwa. Għalhekk is-sorijiet jintervistaw, idaħħlu u jirreġistaw lil dawk li jiġu jfittxu l-kenn. Dawn jistgħu joqogħdu hemm sa 30 ġurnata. Dawk li jiġu joqogħdu hemm iridu jaslu bejn is-6.00 u s-7.00 ta’ filgħaxija. Huma jkollhom ikla sħuna u wara jintefa d-dawl u kulħadd jorqod. Iqumu fis-6.15 ta’ filgħodu. Kulħadd jinħasel, jagħmel is-sodda u jnaddaf il-post. Imbagħad fit-8.00 iċ-ċentru jagħlaq sa filgħaxija. In-nisa bla dar ġa kellhom kenn għalihom sa mill-1988 f ’post jismu “Ir-Rigal ta’ Marija”, li hu mmexxi wkoll mis-sorijiet ta’ Mother Teresa u joffru ukoll platt sħun u sodda nadifa għal 50 mara. L-Uffiċċju tal-Karità tal-Papa ffinanzja r-restawar ta’ dan il-post. Hekk issa l-Vatikan jista’ joffri kenn għal 84 ruħ li ma għandhomx dar.

Inawgurazzjoni

Żjara tal-Papa

Fis-7 ta’ Ottubru saret inawgurazzjoni millIsqof Krajewski bit-tberik tan-nies tal-post. Fil-ftuħ tiegħu, għall-Quddiesa li ċċelebra l-Isqof Krajewski, kienu preżenti l-ewwel nies li se jużawh u l-voluntiera.

Nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Ottubru, ftit wara s-sebgħa ta’ filgħaxija hekk kif spiċċat il-laqgħa tas-Sinodu, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, żar id-dormitorju il-ġdid fejn qed jiġu milqugħa dawk in-nies bla dar. Jilqgħu lill-Papa kien hemm Mons. Konrad Krajewski u Mons. Diego Ravelli mill-Elemosineria, kif ukoll Fr Adolfo Nicolás, il-Ġeneral tal-Ġiżwiti, u Fr Joachin Barrero, isSuperjur tal-komunita’ tal-kurja ġenerali. Il-Papa ltaqa’ ukoll ma’ tlett sorijiet ta’ Madre Teresa u xi volontiera li qiegħdin imexxu din l-inzjattiva. Kif kien hemm, il-Papa Franġisku sellem u għamel xi ħin jitkellem ma’ kull wieħed li kien miġbur ġewwa s-sala prinċipali. L-irġiel dehru ferħanin ħafna u kommossi b’din iż-żjara fosthom tal-Papa. Wara huma akkumpanjaw lill-Papa meta żar il-kmamar l-oħra.

Il-Papa iżur ‘Ir-Rigal tal-Ħniena’ (Ritratt meħud minn filmat li deher fuq time.com)

16

Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015


’l Hawn u ’l Hemm

mal-Ġiżwiti

Bdiet it-tħejjija għall-KG36 Għalkemm l-ewwel sessjoni plenarja tas-36 Kongregazzjoni (Kapitlu) Ġenerali mhux ser issir qabel it-2 ta’ Ottubru, 2016, ix-xogħol tagħha diġà beda. Meta kwazi sena ilu l-Patri Ġeneral sejjaħ il-KG 36 hu talab li kull Kongregazzjoni tal-Provinċja tiddixxerni t-tlett sejħiet l-iktar importanti li llum l-Mulej qiegħed jagħmel lill-Kumpanija ta’ Ġesù. Ir-riflessjonijiet kollha ġew studjati mill-Kummissjoni Preparatorja u ħarġu sitt sejħiet ewlenin. Din ilKummissjoni waqqfet erba’ Kumitati. Il-Provinċji kollha tal-Kumpanija huma miġbura f ’sitt Konferenzi Reġjonali. Matul Ottubru u Novembru sejrin jiltaqgħu l-Provinċjali u l-Eletturi ta’ kull Konferenza. Huma jiltaqgħu biex jistudjaw iktar fil-fond ir-Rapport li ħejjiet il-Kummissjoni

Preparatorja. Imbagħad jibda ixxogħol tal-erba’ Kumitati. Fil-KG36 ser jieħdu sehem 216 Ġiżwita. Minnhom 17 huma millKurja Ġenerali, 73 huma Provinċjali, 123 kienu eletti (fosthom 6 Brothers)

u 3 ġew imsejjħa mill-Ġeneral. Il-216 membru tal-KG36 ser ikun 21 mill-Konferenza tal-Afrika, 63 mill-Konferenza tal-Ewropa, 29 mill-Konferenza tal-Amerika ta’ Fuq u l-Kanada, 23 mill-Konferenza tal-Paċifiku, 46 mill-Konferenza tal-Indja u 34 mill-Konferenza talAmerika t’Isfel.

Ritratt tal-ewwel Quddiesa tal-GC 35, jidher Fr Paul Pace SJ li dak iż-żmien kien Provinċjal ta’ Malta

Il-Kulleġġ San Alwiġi Wara l-vaganzi tas-sajf, il-Kulleġġ reġa’ fetaħ fit-22 ta’ Settembru. Fis-sezzjoni Primarja hemm 534 student. Fis-Sekondarja hemm 515 student. Imbagħad hemm 247 student u 265 studenta fis-Sixth

Form. L-għalliema jgħoddu 223 u hemm ukoll 59 ħaddiem. Ta’ kull sena, fis-7 ta’ Ottubru, l-istudenti u l-għalliema jiċċelebraq “Foundation Day” biex ifakkru l-ġurnata meta l-Kulleġġ fetaħ għallistudenti fl-1907. Saret Quddiesa fil-knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara, li tmmexxiet mir-Rettur, Fr Jimmy Bartolo. Waqt li kien qed jinqara l-Vanġelu xi studenti ta’ Form 2

għamlu mima. Fl-aħħar tqassmu bookmarks bl-istampa ta’ San Alwiġi b’talba miktuba minn Fr David Cefai. Saru diversi laqgħat mal-ġenituri. Fil-Primarja gruppi żgħar ta’ ġenituri żaru l-klassi fejn jitgħallem it-tifel tagħhom. Is-sena l-oħra grupp ta’ studenti mill-Colegio de la Immaculata Conceptión f ’Gijón, Spanja kienu ġew Malta u qagħdu ma’ familji ta’ studenti tas-Sixth Form tal-Kulleġġ li jisudjaw l-Ispanjol. Din is-sena, l-istudenti Maltin marru Gijón u qagħdu mal-familji tal-ħbieb tagħhom Spanjoli. Qabel il-vaganzi tas-sajf l-awtoritajiet tal-Kulleġġ organizzaw kors għall-għalliema kollha dwar Positive Discipline. Dawn l-istess għalliema qegħdin jieħdu sehem f ’workshops fil-Kulleġġ.

Waqt il-quddiesa ta’ Foundation Day

Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015

17


’l Hawn u ’l He Brother maħtur Direttur tal-Osservatorju Vatikan Il-Papa Franġisku ħatar lil Brother Guy Consolmagno, Amerikan, bħala d-Direttur il-ġdid tal-Osservatorju Vatikan. Br Consolmagno għandu 63 sena u daħal Ġiżwita fl-1989. Qabel ingħaqad mal-Ġiżwiti, fl-1978, kiseb id-dottorat fix-Xjenza tal-Pjaneti u għal ħafna snin għallem dan is-suġġett f ’Harvard College Observatory. Fl-1983 ingħaqad mal-Peace Corps, u għal sentejn serva fil-Kenja fejn għallem il-fiżika u l-astronomija. Lura l-Amerika għallem f ’Lafayette College sakemm fl-1989 daħal Ġiżwita Brother. Wara n-novizzjat studja l-filosofija u t-teoloġija u fl-1993 sar membru tal-komunità tal-Ġiżwiti li jaħdmu fl-Osservatorju Vatikan bħala astronomu. Brother Consolmagno hu espert tal-meteoriti, u jieħu ħsieb il-kollezzjoni tal-meteoriti f ’Kastel Gandolfo, waħda mill-ikbar fid-dinja. Ippubblika ħafna kotba u studji. Fl-2000, minħabba l-istudji tiegħu fuq il-meteoriti u asterojdi (pjaneti żgħar li jduru max-xemx), kien onorati billi semmew l-asterojde 4597 Consolmagno.

Ħatriet

18

Il-JRS Internazzjonli ħatret lil Fr Joseph Cassar bħala d-Direttur tal-JRS u jkun f ’Erbil, il-belt kapitali tar-regjun awtonomu ta’ Kurdistan, flIraq. F’nofs Jannar 2016 hu sejjer jibda l-missjoni ġdida li tawh is-Superjuri. Waqt li nifirħulu, nixtiequlu barka f ’dan l-appostolat ġdid tiegħu u nwiegħduh it-talb taghna. L-istudent Ġiżwita Andrew Camilleri, li qiegħed jistudja l-filosofija fl-Università Gregorjana f ’Ruma, ġie maħtur bħala r-rappreżentant tal-Provinċja ta’ Malta fil-grupp ta’ Ġiżwiti Ewropej li qegħdin iħejju ruħhom biex isiru saċerdoti fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Qablu, ir-rapprezentant kien l-istudent Schol Michael Debono li issa qiegħed jgħallem fil-Kulleġġ ta’San Alwiġi, Birkirkara.

Fr Joe Cassar, SJ, flimkien ma’ numru ta’ rifuġjati meta kien Direttur ta’ JRS Malta

Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015


emm

mal-Ġiżwiti Is-70 anniversarju Fl-1 ta’ Novembru, il-Kardinal Reinhard Marx, l-Arċisqof ta’ Munich u Freisung, il-Ġermanja, qaddes Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tas-70 anniversarju mill-mewt tal-Beatu Ġiżwita Rupert Mayer. Sal-lum Fr Mayer għadu meqjun ħafna f ’Munich u fil-Ġermanja. Matul l-ewwel Gwerra Dinjija, fl-1914, Mayer offra ruħu bħala kappillan militari. Intbagħat fuq il-fruntieri fi Franza, il-Polonja u r-Rumanija. Kien stmat ħafna mill-Insara u oħrajn. Waqt xi battalja hu kien jitkaxkar mal-art biex ikellem lis-suldati, jismagħhom u jamminstra s-sagramenti. Għal din il-ħidma kien l-ewwel kappilan li kien onorat b’medalja. F’Diċembru 1916, intlaqgħat bi granada u tilef siequ taxxellug. Kien imfittex bħala predikatur. Kellu impenn soċjali u minħabba r-reżistenza kontra n-Nażiżmu fl-1937 kien arrestat u nżamm f ’kamp ta’ konċentrament. Meta ħelsuh ipprojbewlu li jippriedka. Fl-1 ta’ Novembru, 1945, waqt li qiegħed iqaddes, skont ir-rit ta’ dak iz-żmien, dar lejn in-nies biex jgħid “Il-Mulej magħkom”. Mal-kelma “Mulej” tatu puplesija u lissen “Mulej, Mulej, Mulej” u miet. Eluf kbar ta’ nies ħadu sehem fil-funeral tiegħu. Il-Papa Ġwann Pawlu II iddikjarah Beatu fit-3 ta’ Mejju, 1987.

Missjunarju Malti onorat Din is-sena jaħbat id-90 sena minn meta l-Ġiżwita Fr Anton DeBono, minn Għawdex, beda l-missjoni tal-Ġiżwiti Maltin fost it-tribu tasSantals fl-Indja. Ġiżwita ieħor mill-Qala, Għawdex, Fr Ġuzeppi Portelli, mar l-Indja fl1926 u kien wieħed mill-pijunieri. Ħadem ħafna bħala kappillan, kien l-ewwel Superjur Reġjonali u kiteb u ppubblika kotba bis-Santali. Waqqaf ir-rivista “Marsaltabon” (Id-Dawl Tagħna) li għadha toħroġ kull xahar. Fiċ-Ċentru ta’ Spiritwalità fil-belt ta’ Raiganj, imbniet sala li ssejħet “Portelli Hall” b’tifkira ta’ dan ilpijunier. Fr Ġużeppi Portelli, SJ

Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015

Fr Anton DeBono, SJ

19


Intervista

www.jesuit.org.mt

Pellegrinaġġ ...fil-faqar Waqt in-novizzjat, aħna l-Ġiżwiti noffru diversi esperjenzi li jgħinu n-novizz jiskopri lilu nnifsu u s-sbuħija tas-sejħa tiegħu bħala reliġjuż Ġiżwita. Waħda minn dawn l-esperjenzi hija l-Pellegrinaġġ. San Injazju kien għex esperjenza qawwija ta’ mixi u vjaġġi fit-tul fejn ried li jiddependi għal kollox mill-Providenza. Huwa f ’dan l-istess Spirtu li n-novizz jintbagħat fuq pellegrinaġġ bil-mixi fejn, għal bosta ġranet, jagħżel li jiddependi mit-tjubija t’Alla li tinsab fi qlub il-bnedmin. Għalhekk ma jiħux flus miegħu biex isib x’jiekol, fejn jorqod, jinħasel u jaqdi l-bżonnijiet tal-ħajja. Jgħix il-faqar litteralment biex jintreħa f ’idejn it-tjubija t’Alla. Tlabna lin-novizz tagħna Arnold Mugliett li bħalissa qed jagħmel in-novizzjat tiegħu f ’Genova, l-Italja, jiktbilna dwar kif għex dan il-Pellegrinaġġ.

20

Minn Genova sa Livorno

Is-sorpizi tal-Providenza

Minn qabel bdejt in-Novizzjat kont diġà smajt ħafna Ġiżwiti jitkellmu fuq l-esperjenza tagħhom tal-Pellegrinaġġ fil-Faqar. Ikolli nammetti li kienet xi ħaġa li dejjem interessatni u dan is-sajf kien imiss lili. Pellegrinaġġ fil-Faqar ifisser li titlaq bi ftit affarijiet essenzjali, mingħajr flus u trid titlob għall-ikel u post fejn torqod mingħajr ma tgħid li int Ġizwita. Id-destinazzjoni tiegħi kienet isSantwarju ta’ Montenero ġewwa Livorno, xi mitejn kilometru ‘l bogħod min-Novizzjat minn fejn bdejna l-Pellegrinaġġ. F’jum Santa Marija, flimkien ma Giuseppe, li miegħu għamilt din l-esperjenza, b’basket ta’ sitt kili u nofs b’tibdila ta’ ħwejjeġ, sleeping bag u xi affarijiet oħra essenzjali tlaqna għal għonq it-triq. Ħadna b’kollox ħdax-il jum u għaxart iljieli biex wasalna u minn dawn kuljum kellna x’nieklu u lejl wieħed biss ma sibniex fejn norqdu. Forsi wieħed jistaqsi “imma Alla fejn kien f ’din l-esperjenza?” Nirrifletti fuq dak li għaddejt minnu iktar naċċerta ruħi li bħala kumpanja tal-vjaġġ kelli lil Marija li b’imħabba ta’ omm akkumpanjat kull pass tiegħi filwaqt li Alla kien dejjem jiġri quddiem jippreparali t-triq. Inħares lura u nirrifletti nista’ dejjem aktar nara l-imħabba Tiegħu u l-attenzjoni personali li Hu kellu għalija waqt din l-esperjenza.

Il-Providenza ma naqsetx. Iltqajna ma’ nies li mhux biss kienu lesti jgħinuna imma li fetħulna l-bibien u ttrattawna daqs li kieku konna wliedhom. Nirrakonta biss xi ftit minnhom: Francesco, is-sagristan ta’ Mattarana, li tana d-dar tal-Kappillan (li kien jgħix f ’Parroċċa oħra) biex inkunu nistgħu norqdu hemm u li ħadna f ’restaurant għall-ikel. Sid ir-restaurant li ma ridetx flus mingħand Francesco tal-ikla li konna kilna. Ilmara ta’ Francesco li l-ġurnata ta’ wara daħħlitna d-dar tagħha u offritilna kolazzjoni ta’ yogurt frisk u ċereali filwaqt li pprovditilna ikel għal matul il-jum. Padre Giovanni, patri Passjonista li laqagħna għall-ikla ta’ nofsinhar u offrilna anke saqqu biex inserrħu saqajna. Don Filippo, il-Kappillan ta’ Piana Battolla u Bottagna li kif ċemplitlu s-sagristana biex tgħidlu bina, offrielna daru biex norqdu fiha qabel iltaqa’ magħna. Mhux talli hekk, talli kif iltaqa’ magħna iddeċieda li jeħodna fil-Parroċċa l-oħra tieghu fejn kellu s-saqqijiet biex inkunu nistgħu norqdu aktar komdi u xtralna aktar minn pizza kull wieħed għall-ikel. Michaela u Luana minn Querceta li kif iltaqgħu magħna fil-knisja u saru jafu li konna qegħdin infittxu post fejn norqdu ħaduna magħhom filLil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015


www.jesuit.org.mt

karozza, dawruna f ’żewġ irħula sakemm sibna post fejn norqdu fi Pietrasanta u anke ħaduna f ’supermarket biex jixtrulna l-ikel. Is-Sorijiet Servi ta’ Marija li mhux talli laqgħuna fil-kunvent tagħhom iżda tellawna fit-terrazzin privat tagħhom għaċ-ċena u ħaduna nieklu l-ġelat. Padre Simone u l-Franġiskani Minuri li wara li dorna Pisa kollha biex insibu post laqgħuna, offrulna x’nieklu u anke l-ġelat meta saru jafu li kont ħa naqgħlaq żmieni l-jum ta’ wara. Suor Maria Grazia u s-Sorijiet Salesjani li fetħulna l-bibien beraħ u laqgħuna b’imħabba kbira u għalkemm ma setgħux iżommuna għallejl offrewlna ċ-ċena u anke wassluna bil-karozza f ’post ieħor fejn stajna norqdu. Ikolli nammetti li jien persuna li nħobb il-ħelu u xi ħaġa tal-għaġeb li m’għaddiex jum wieħed minn dan il-Pellegrinaġġ fejn b’xi mod jew ieħor ma kellniex xi ħaġa tal-ħelu għall-ikel. Lejl barra fi ġnien Anke fil-mumenti l-aktar diffiċli stajt nara b’mod ċar li Alla qatt ma ħalliena waħidna. Il-lejl li ma sibniex post fejn norqdu, qattajnieh barra fi ġnien taħt gażibo u anke hemm sibna waħda mara li b’ġentilezza liema bħalha ġiet tara kellniex bżonn xi ħaġa. Dawn huma biss ftit mill-esperjenzi ta’ providenza u mħabba gratuwita li rċevejna waqt dan il-pellegrinaġġ. Il-pellegrinaġġ kien metafora ta’ ħajti fejn Alla dejjem kien preżenti mhux biss biex jieħu ħsiebi fl-aktar affarijiet bażiċi imma anke fid-dettalji ċkejknin. Alla li anke fl-għejja talmixi baqa’ miegħi u għalkemm kultant il-preżenza tiegħu mhux dejjem kienet waħda ovvja, pero b’xi mod jew ieħor naf li kien hemm jakkumpanja kull pass tiegħi. Nista’ ngħid li dan il-Pellegrinaġġ filFaqar kien esperjenza ħajja ta’ dan li nsibu miktub fl-Evanġelju ta’ Mattew: “Ħarsu lejn l-għasafar tas-sema; la jiżirgħu u lanqas jaħsdu u lanqas igeddsu fl-imħażen, u madankollu Missierkom li hu fis-smewwiet jitmagħhom! Intom ma tiswewx aktar minnhom? U min minnkom, bl-inkwiet kollu tiegħu, se jseħħlu jtawwal għomru mqar b’jum wieħed biss? U għallilbies għalfejn tinkwetaw ruħkom? Ħarsu lejn il-ġilji tal-għelieqi, kif jikbru! U la jitħabtu u lanqas jinsġu. Madankollu, ngħidilkom, anqas Salamun, fil-glorja kollha tiegħu, ma kien jilbes bħal wieħed minnhom. Mela jekk Alla jlibbes hekk imqar ħaxixa selvaġġa li llum hawn u għada tinxteħet fil-forn, kemm aktar lilkom, nies ta’ fidi ċkejkna! Għalhekk toqogħdux tinkwetaw ruħkom u tgħidu, “X’se nieklu?’ jew ‘X’se nixorbu?’ jew ‘X’se nilbsu?’, għax dawn huma kollha ħwejjeġ li jfittxuhom il-pagani. Imma Missierkom li hu fis-smewwiet jaf li dan kollu teħtiġuh.” Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015

21


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Miktub minn Fr Alfred Micallef, SJ

Libertà u Drittijiet

Rotratt ta’ Ian Britton: Monumento de Derechos Humanos (Mafkar tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem) - Murcia

Żewġ kelmiet li niltaqgħu magħhom ta’ spiss fiż-żmenijiet tagħna huma “libertà” u “drittijiet”. Għalkemm huma kliem differenti dawn it-tnejn huma marbutin ħafna ma’ xulxin. Min hu maħkum jitlef ħafna mid-drittijiet li għandu, fosthom id-dritt li jkun ħieles. Min-naħa l-oħra dawn iż-żewġ kelmiet tant huma mwaħħdin mas-sisien li tkun bniedem li mhux faċli tifhimhom malajr u spiss jiġu interpretati b’mod pjuttost superfiċjali u, kultant, joħolqu sitwazzjoni l-oppost ta’ dak li jitolbu. Ħa neħduhom waħda waħda u nibdew bil-“libertà”. Ħafna żgħażagħ ma jħossuhomx liberi għax il-ġenituri tagħhom jagħmlulhom xi kundizzjonijiet u dawn jistennew is-siegħa u l-mument li jilħqu l-età meta ma jkunux iktar suġġetti għall-ġenituri tagħhom biex

22

ikunu liberi u jagħmlu dak li jixtiequ. Għalihom tkun liberu tfisser li ħadd ma jżommok milli tagħmel dak li tixtieq tagħmel. Naturalment, dan qed ngħidu mingħajr ma niġġustifika lil dawk il-ġenituri li joħonqu lil uliedhom u ma jagħtuhomx ċans jikbru. Tibżgħa tagħżel? Fenomenu ieħor komuni llum hu li ma nagħmlux għażliet definittivi għax b’hekk inħossu li nkunu għalaqna l-bieb għal possibbilitajiet oħra u tlifna l-“libertà”. Dan, almenu xi ftit, jispjega wkoll parti min-nuqqas ta’ vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjuża u saċerdotali. Ħafna żgħażagħ jagħmlu esperjenzi iebsa ta’ servizz f ’artijiet oħra fost l-iktar fqar u b’ġenerożità kbira jgħaddu l-btala tas-sajf tagħhom f ’ħidma għall-oħrajn. Xi ftit jew wisq esperjenza bħal din tkun immarkathom imma rari xi ħadd minnhom jagħżel li jiddedika ħajtu kollha għal ħajja bħal din. L-esperjenza tibqa’ parentesi, bil-bidu u bit-tmiem. Oħrajn – x’aktarx li dejjem biex ma jitilfux il-libertà – ma jidħlux f ’relazzjonjiet stabbli. Jibżgħu li jekk jintrabtu fiż-żwieġ ikunu tilfu l-possibbiltà li jibqgħu mhux marbutin u wkoll il-possibbiltà ta’ sieħba jew

sieħeb ieħor. Allura jgħixu l-mument, jew jgħixu flimkien imma mingħajr irbit jew jirrinunzjaw għal kull forma ta’ rbit, anke rbit laxk. Mill-ġdid issaltan il-biża’ li jintilfu l-possibbilitajiet. Il-libertà prezzjuża wisq biex nitilfuha! Fil-fatt dawn ftit jintebħu li b’dan il-mod il-libertà qatt ma jkunu akkwistawha! Jekk għandna l-libertà li nagħżlu u ma nagħżlu qatt biex ma nitilfux ilpossibbiltà li nagħżlu xi ħaġa ġdida, il-libertà tagħna qatt ma nkunu ħaddimnieha. Tifel jew tifla żgħar bixxeħta għall-mużika li qatt ma jagħżlu liema strument iridu jitgħallmu jdoqqu sew biex ma jirrinunzjawx għall-possibbiltà li jitgħallmu strument ieħor qatt ma jirnexxilhom isiru kunċertisti! Il-libertà nakkwistawha meta nużawha biex nagħżlu u, veru, malli nagħżlu nkunu qed nirrinunzjaw għall-possibbilitajiet oħra. Imma hekk biss nista’ nkun liberu! Dan hu fattur tagħna l-bnedmin u ma nistgħux naħarbu minnu. U anqas ma tkun libertà meta nagħżlu dak li ma jkabbarniex bħala bnedmin. Il-libertà vera ma tfissirx li jien nagħżel dak li rrid imma li nagħżel dak li jkabbarni bħala bniedem. Jekk nagħżel dak li nixieq mingħajr ma nkun qist jekk b’dik l-għażla hux se nikber bħala bniedem jew le, il-libertà tiegħi ma tkun libertà xejn. Dritt jew dmir ? Dan l-istess kliem nistgħu ngħiduh għat-tieni kelma tagħna, “dritt”. Kelma li nisimgħuha u naqrawha spiss fi żmienna. Huma drittijiet tassew dawk l-għażliet li jkabbru lill-bniedem u jkabbru s-soċjetà fl-istess ħin. Forsi biex inkunu nafu jekk dritt hux verament hekk, l-aħjar mod hu li naraw xi dmirijiet iġib miegħu. Ilpsikologu famuż Viktor Frankl darba wasal New York biex jagħti xi konferenzi. It-taxi li ħa mill-ajruport għaddietu minn qrib l-istatwa tal-libertà. Frankl ikkummenta: “Kif qatt ma ġiethom f ’rashom biex finnaħa l-oħra tal-port (NY qiegħda bejn żewġ xmajjar u l-port fih qishom żewġ bajjiet) jagħmlu statwa tarrisponsabbiltà!” Fuq dmirijiet u r-risponsabbiltà li jġibu magħhom, sfortunatament, ma naqrawx ħafna. Anqas ma nqisu ħafna li ċerti drittijiet tagħna mhuma drittijiet xejn għax jagħmlu l-ħsara – u kultant anke jġibu l-mewt – lil ħaddieħor. Aħna lkoll għandna ħafna xewqat imma mhux dejjem nistgħu naqtgħuhom kollha. Ebda dritt mhu assolut. Meta naċċettaw din il-verità inkunu sibna l-vera libertà. Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015


Programm t’attivitajiet Ċentru Spiritwalità Injazjana

Jimpurtani

Għal aktar tagħrif, jew biex tieħu sehem, ċempel fuq 2276 0201 jew ibgħat email lil info@mtsjoseph.org għallattivitajiet li ser isiru d-dar tal-irtiri Mount St Joseph, Mosta, jew għallattivitajiet li ser isiru d-dar tal-irtiri Dar Manresa, Victoria, Għawdex ċempel fuq 21 55 6635 jew ibgħat email lil manresagozo@gmail.com.

7-13 DIĊ

Irtir Injazjan fis-silenzju

L-irtirant jista’ jagħzel kemm-il ġurnata jdum fl-irtir Post: Mount St. Joseph, Mosta

Irtir waqt l-Avvent - preparazzjoni għall-Milied

Imexxi: Fr Edgar Busuttil, SJ Post: Manresa House, Għawdex

22-24 JAN

Imexxi: Fr Godwin Preca, SJ Post: Mount St. Joseph, Mosta

Irtir għal familji bit-tfal

FRAR

DIĊ

Irtir għal koppji miżżewġa

Imexxi: Fr Paul Chetcuti, SJ Post: Manresa House, Għawdex

12-14

11-13

5-7

FRAR

Irtir ispirat mill-kotba ‘Lord of the Rings’ Imexxi: Fr Mark Cachia, SJ Post: Mount St. Joseph, Mosta

Irtir ispirat mill-ikoni reliġjużi Imexxi: Fr Gerard Buhagiar Post: Manresa House, Għawdex

Lil Ħbiebna - Ir-Raba Ħarġa 2015

19-21 FRAR

Bejn it-23 u l-24 ta’ Ottubru, fis-Seminarju tal-Virtu’, ir-Rabat, ġie organizzat is-seminar ‘Jimpurtani’. Matul dan is-seminar ġie ppreżentat il-manwal “X’jimpurtani” li għandu bħala skop li jwassal it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja liż-żgħażagħ. Iktar minn 35 persuna ħadu sehem f ’dan is-seminar li kien jinkludi mumenti ta’ talb, ta’ sharing, kif ukoll ta’ attivitajiet flimkien. Il-manwal “X’jimpurtani” fih għaxar laqgħat dwar l-impatt tal-medja, il-fair trade, il-faqar, l-immigrazzjoni, il-politika, l-ambjent, ix-xogħol u l-gwerra. Dan il-manwal huwa bbażat fuq il-Prinċipji tatTagħlim Soċjali tal-Knsija imma jista’ jiġi addattat għallgruppi kollha. L-għan ewlieni hu li jgħin liż-żgħażagħ jikbru f ’ċittadini responsabbli u b’kuxjenza soċjali. Dawn l-għaxar laqgħat joffru mezzi ta’ kif tanima laqgħat interessanti u interattivi għaż-żgħażagħ permezz ta’ eżerċizzi, vidjos, mużika, preżentazzjonijiet u mumenti ta’ talb. Dawn l-esperjenzi jgħinu liż-żgħażagħ jidħlu fi vjaġġ fejn jiskopru, jirriflettu u jiddiskutu r-realtajiet varji fis-soċjeta’ tagħna u jagħmlu xi ħaġa dwarhom kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell ta’ grupp. Biex taqra il-manwal “X’jimpurtani” mur fuq ilwebsite www.xjimpurtani.jesuit.org.mt Dan huwa proġett mtella’ miċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja tal-Ġiżwiti, b’appoġġ tal-KDŻ u tal-SIS-VO fund.

Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin Birkirkara Ħal Għaxaq Il-Mosta Raħal Ġdid Ta’ Xbiex

P. Benjamin Galea OCD Rosaria Azzopardi Carmelina Xuereb Dun Viċenz Deguara Harry Sullivan oħt Br Emmanuel Cilia, SJ 23


Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Novembru - Diċembru 2015 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

L-editur u l-kollaboraturi tiegħu jixtiequ lill-ħbieb u l-qarrejja Milied mimli bil-Paċi u l-Ferħ ta’ Ġesù.

24


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.