03
HBIEBNA Newspaper post
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
lil
2016
Il-Kongregazzjoni Ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesù Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1
Miktub minn Fr Paul Zammit SJ
www.jesuit.org.mt
Il-Qaddis tax-Xahar
Il-Beatu Rupert Mayer - Bniedem ta’ Alla, bniedem għall-oħrajn
Għalkemm ma kienx xi ġenju intellettwali, kif se naraw mill-ħajja tiegħu, Rupert kien bniedem li għamel ħafna u ħafna ġid u waqaf b’qawwa kbira lill-ħakkiema Nażisti. Twieled fi Stuttgart fl-1876 f ’familja tal-klassi tan-nofs. Kellu ħames ħutu oħra. Għalkemm fl-iskola ma kienx minn ta’ quddiem, hu jispikka fin-namra u s-sengħa tiegħu li jdoqq il-vjolin. Jgħidu li bħala saċerdot, qabel ma daħal Ġiżwita, hu kien iħejji l-priedki tiegħu billi joqgħod idoqq dan l-istrument. Għalhekk swielu sagrifiċċju meta kellu jħalli dan l-istrument biex jidħol Ġiżwita. Namra oħra li kellu kienet dik taż-żwiemel u mhux l-ewwel darba ssellef xi żiemel mingħand is-suldati. Din il-ħila tiegħu li jirkeb iż-żiemel ġagħlet lil wieħed milluffiċċjali Ġermaniżi jgħid li Rupert qatt ma kien se jsir qassis. Huwa temm l-istudji tiegħu fis-seminarju bla ebda distinzjoni, imma kienu jfaħħruh ta’ kemm kien bniedem twajjeb, reliġjuż u nobbli fil-karattru tiegħu. Ordna fl-1899 u sena wara daħal Ġiżwita. Fl-1911 lil Rupert bagħtuh biex jaħdem fil-belt kbira ta’ Munich. Kien żmien meta eluf ta’ immigranti kienu qed jaslu f ’din il-belt biex ifittxu x-xogħol li ħafna drabi ma kinux jsibu. Biex jgħinhom Rupert organizza gruppi ta’ rġiel u nisa biex jgħinuhom. Kappillan militari Malli faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija, Rupert offra
2
ruħu biex imur bħala kappillan militari. Wera kuraġġ mill-aqwa, speċjalment fit-truniċieri, fejn kien jitkaxkar mal-art minn suldat midrub għall-ieħor biex jagħtihom ilkonfort tas-sagramenti. F’dan ix-xogħol korra u kellhom jaqtgħulu riġlu. Għal tlett darbiet irċieva s-Salib talĦadid (l-ogħla unur militari). Wara l-gwerra, Rupert intefa’ fuq xogħol pastorali. Beda jiċċelebra l-Quddiesa flistazzjoni prinċipali ta’ Munich, ħaġa li ħassbet lill-awtoritajiet ekkleżjastiċi. Rupert wieġeb li kellhom iwasslu l-knisja linnies u mhux jistennew li n-nies jiġu l-knisja. Kien iqaddes kmieni ħafna fit-3.10 ta’ filgħodu. Dan il-Quddies kmieni ħafna filgħodu baqa’ jiġi ċċelebrat sal-1937, meta n-Nazi waqqfuh. Naturalment, dan il-Quddies u l-Qrar li kien jisma’ ħallew il-marka tagħhom fuq saħħtu. Matul il-ġimgħa mbagħad Rupert kien jintefa’ fuq xogħol ta’ karità. Bejn il-Gwerer feġġet id-dipressjoni bilfaqar li ġabet magħha. F’seba’ snin Rupert ġabar b’kemm jiswew 18,000 mark ikel u ħwejjeġ u qassam mal-34,000 mark f ’karità. In-Nażiżmu u t-Tieni Gwerra
P. Rupert ħadha qatta bla ħabel kontra n-Nażiżmu meta nduna bil-ħsara li seta’ jġib. Kien jitkellem b’wiċċu minn quddiem kontra dan il-flaġell. Minn dak iżżmien sal-1945 baqa’ jew il-ħabs jew f ’xi kamp ta’ konċentrament. Meta n-Nazi ħasbu li jista’ jmut u hekk isir martri huma ħarġuh u poġġewh f ’monsateru. Wara li l-Amerikani ħelsu lil Munich hu reġa’ lura għax-xogħol pastorali u miet ftit wara fl-età ta’ 70 sena fl-1945. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
Kelma mill-editur Ġrajjiet importanti Għeżież ħbieb u benefatturi, Din is-sena, fil-bidu ta’ Settembru u mbagħad fil-bidu ta’ Ottubru f ’Ruma ser iseħħu żewġ ġrajjiet importanti ħafna. L-ewwel ġrajja li sejra ssir fil-bidu ta’ Settembru ilna nistennewha disa’ snin. Qiegħed nirriferi għall-kanoniżżazzjoni ta’ Madre Teresa ta’ Kolkatta. Il-ġrajja l-oħra, għalkemm il-Ġiżwiti kienu jħossu li x’aktarx issir, iżda ma ħasbux li tiġri malajr. Qiegħed nirriferi għar-riżenja tasSuperjur Ġenerali tagħna, Fr Adolfo Nicolás. Nistennew Ġeneral ġdid Fr Peter-Hans Kolvenbach, fit-13 ta’ Settembru, 1983, fl-ewwel skrutinju ntgħażel bħala d-29 Superjur Ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesù u dam kwazi 25 sena. Fit-2 ta’ Frar, 2006, Fr Kolvenback ħabbar li wara li mexa skont il-proċeduri kien bi ħsiebu jressaq ir-riżenja tiegħu. Bdiet it-tħejjija biex tiltaqa’ il-Kongregazzjoni Ġenerali 35 li bdiet fis-7 ta’ Jannar, 2008. Fid-19 ta’ Jannar, 2008, fit-tieni skrutinju, intgħażel Fr Adolfo Nicolás, li kellu 72 sena, biex imexxi l-Kumpanija ta’ Ġesu. Matul il-ġeneralat tiegħu, Fr Nicolàs beda jwettaq mandat importanti li tatu l-Kongregazzjoni Ġenerali li kienet irRisturazzjoni tal-Provinċji biex inkunu nistgħu naqdu aħjar il-Missjoni tagħna fiż-
żminijiet tal-lum. Dan il-proċess beda u għaddej b’ċertu ritmu. Fil-20 ta’ Mejju, 2014, meta Fr Nicolás kellu 78 sena, wara l-proċeduri meħtieġa, informa lill-Papa u ħabbar li kien sejjer jirriżenja. Hu qal li meta tibda l-Kongregazzjoni Ġenerali hu jkun qrib it-80 sena Fit-8 ta’ Diċembru, 2014, isejħet ilKongregazzjoni Ġenerali 36 biex tiltaqa’ fit-3 ta’ Ottubru, 2016. Nistiednu l-ħbieb kollha tagħna, speċjalment is-Sorijiet tal-Klawsura, biex jingħaqdu magħna fit-talb lill-Ispirtu s-Santu biex jintgħażel Ġeneral mimli bl-ispirtu ta’ Alla u ta’ Sant’Injazju kif ukoll ikollu mħabba kbira lejn il-Knisja u ħutu.
2
Il-Qaddis tax-Xahar Rupert Mayer
4
Is-36 Kongregazzjoni
f’din il-harġa
Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt
Ġenerali tal-Ġiżwiti
7
X’nistennew mill-KĠ36
8
Xi tagħrif dwar il-KĠ
11
Week with the Wise
12 ’l Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti
Qaddisa bi spiritu Injażjan
14 Madre Teresa u l-Ġiżwiti
Il-Knisja kollha, il-Missjunarji tal-Karità u magħom il-Ġiżiwiti jirringrazzjaw ’l Alla u jifirħu għall-kanonizzazzjoni ta’ Madre Teresa. Il-Mulej għażilha bħala nstrument tiegħu biex iwassal imħabbtu lill-foqra, il-batuti u l-abbandunati. Nistgħu ngħidu li f ’din ilqaddisa ngħaqdu żewġ imħabbiet – l-imħabba ta’ Alla għall-kullħadd u l-imħabba tagħha għal Alla li wegħditu li tikkuntentah f ’kollox. Aħna l-Ġiżwiti nirringrazzjaw ’l Alla li għażel xi membri tagħna, bħalma kien għamel ma’ Santa Margerita Alacoque, biex jakkumpanjawha fil-mixja spiritwali tagħha u fit-twaqqif tal-Missjunarji tal-Karità. Fl-okkażjoni ta’ dawn iż-żewġ grajjiet qegħdin noffrulkom din il-ħarga speċjali.
18 Ġiżwiti Maltin u Madre Teresa
21 Għajnuna għat-talb 22 In-Nisrani u s-soċjeta 23 Talba ta’ Madre Teresa 24 Irtiri u seminars organizzati miċ-Ċentru Spiritwalità Injazjana
Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.
Editur: Fr John Scicluna SJ
Email: hbiebna@jesuit.org.mt
Website: www.jesuit.org.mt
Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606
um
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
ru 3 - 2016
lil
HBIEBNA
N
Qoxra: Id-delegati talKĠ 35 iċapċpu b’sinjal ta’ ringrazzjament lil P Kolvenbach SJ meta ta r-riżenja tiegħu bħala Superjur Ġenerali
Stampar: Gutenberg Press
Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.
3
il-Kongregazzjoni Ġenerali
Intervista ma’ Fr Luis Orlando Torres, SJ
Is-36 Kongregazzjoni Ġenerali tal-Ġiżwiti Is-36 Kongregazzjoni Ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesù se tibda bl-Ewkaristija fit-2 ta’ Ottubru 2016 filgħaxija. Fiha jkun jieħu sehem Fr Patrick Magro, il-Provinċjal ta’ Malta.
Is-36 Kongregazzjoni Ġenerali ser taċċeta r-rizenja tas-Superjur Ġenerali Fr Adolfo Nicolás u tagħżel is-suċċessur tiegħu. Wara se tgħarbel x’inhuma s-sejħat li l-Mulej qed jagħmel lill-Kumpanija llum. Din se tkun avveniment ta’ importanza anki għall-Knisja għax il-Kumpanija hija l-ikbar ordni reliġjuż fil-Knisja Kattolika, barra li tinsab imferrxa taqdi lill-Knisja f ’missjonijiet maddinja kollha. Tlabna lil Fr Orlando Torres, li kien ġa ħa sehem fil-Kongregazzjoni Ġenerali 35, ħalli jgħidilna fid-dettal kif tiżvolġi Kongregazzjoni Ġenerali. Fr Torres twieled f ’Puerto Rico u qatta’ 10 snin fil-Kurja tal-Ġeneral bħala Kunsillier Ġenerali u Assistent għall-formazzjoni tal-Ġiżwiti. Issa minn Ġunju tal-2013 qed iservi bħala Rettur tal-Kulleġġ Internazzjonali talGesù f ’Ruma. X’relazzjoni hemm bejn il-Kongregazzjoni Ġenerali u s-Superjur Ġenerali? L-ewwel nett wieħed irid iżomm f ’rasu li l-ogħla organu leġislattiv fil-Kumpanija hija l-Kongregazzjoni Ġenerali, mhux is-Superjur
4
Ġenerali. Dan huwa l-persuna li iktar trid twettaq l-orjentazzjonijiet li joħorġu millKongregazzjoni Ġenerali. Tant hu hekk li bħalma ġara fil-każ ta’ P. Arrupe wara li tatu puplesija, lil P. Kolvenvbach fl-2008 u ’l quddiem kif se jagħmel P. Nicolás, dawn kollha taw ir-riżenja tagħhom li ġiet diskussa u milqugħa mill-Kongregazzjoni Ġenerali. Għalhekk, wieħed mix-xogħlijiet talKongregazzjoni huwa dak li tagħżel il-Ġeneral il-ġdid. Ix-xogħol l-ieħor huwa li tirrifletti fuq il-ħajja u l-missjoni tal-Kumpanija fid-dawl tas-sinjali taż-żminijiet. B’differenza minn ordnijiet reliġjużi oħra li għandhom il-kapitlu, il-Kongregazzjoni tagħna ma tiltaqax fi żminijiet fissi. L-iktar li tiltaqa’ hu biex tagħżel il-P. Ġeneral. Billi biex issir trid taqla’ lill-membri minn fuq il-missjoni tagħhom, S. Injazju ma riedx li tiltaqa’ jekk mhux meta jinqalgħu bżonnijiet ta’ importanza tassew. B’danakollu fl-imgħoddi ġieli ġara li ltaqgħet għal raġunijiet barra mill-għażla tal-P. Ġeneral, speċjalment meta jkun hemm xi Ġeneral li jdum ħafna bħalma kien Claudio Acquaviva li nħatar Ġeneral ta’ 37 sena u baqa’ jmexxi l-Kumpanija għal 34 sena – jew bħal P. Peter-Hans Kolvenbach, li dam Ġeneral għal 25 sena. Minbarra l-Kongregazzjoni Ġenerali, hemm ukoll il-Kongregazzjoni tal-Prokuraturi, li tiltaqa’ fuq bażi regolari. X’inhu x-xogħol tagħha? Din hi xi ħaġa proprja tal-Kumpanija, li nħolqot fiż-żminijiet bikrin waqt it-tieni Kongregazzjoni Ġenerali (1556). F’dik il-Kongregazzjoni kienet qamet diskussjoni jekk għandux ikun hemm obbligu jew le li l-Kongregazzjoni Ġenerali tiltaqa’ fuq bażi regulari, imma l-Kongregazzjoni irrifjutat din il-proposta. B’danakollu bħala tweġiba għat-talba li l-Kongregazzjoni Ġenerali Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
www.jesuit.org.mt
Fr Orlando Torres, waqt il-35 Kongregazzjoni Ġenerali talKumpanija ta’ Ġesù
tissejjaħ fi żminijiet fissi, interpretaw numru mill-Kostituzzjonijiet li għandhom x’jaqsmu malinformazzjoni li għandha tingħata lil P. Ġeneral u hekk ħolqu l-Kongregazzjoni tal-Prokuraturi. Il-Prokuratur huwa Ġiżwita magħżul millKongregazzjoni tal-Provinċja. Dan mhux ilProvinċjal iżda membru tal-Provinċja li jżur il-komunitajiet biex imbagħad jikteb rapport fuq il-qagħda tal-Provinċja. Kull Provinċja tibgħat Prokuratur għal din il-Kongregazzjoni li tiltaqa’ mal-P. Ġeneral u l-Kunsilliera tiegħu kull tliet snin, biex isawru rapporti individwali u hekk ikollhom stampa ċara tal-qagħda talKumpanija. Jekk l-istat tal-Kumpanija juri li hemm bżonn li tissejjaħ Kongregazzjoni Ġenerali, il-Kongregazzjoni tal-Prokuraturi tista’ titlob lil P. Ġeneral li jagħmel dan. F’dan il-każ il-Kongregazzjoni trid tissejjeħ fi żmien tmintax-il xahar. Din l-istruttura ilha teżisti għal żmien twil – s’issa kien hemm 70 Kongregazzjoni tal-Prokuraturi – avolja issa l-Kongregazzjoni tal-Prokuraturi bdiet tiltaqa’ kull erba’ snin millaħħar Kongregazzjoni Ġenerali ’l hawn. Qabel Kongregazzjoni Ġenerali l-Provinċji jħejju rapport fuq l-istat tal-provinċji tagħhom li mbagħad jidħol fir-rapport ġenerali fuq ilKumpanija universali. X’għandhom iżommu f’rashom id-delegati
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
tal-Kongregazzjoni Ġenerali meta jaslu biex jagħżlu Ġeneral? Skont S. Injazju, x’inhuma l-karatteristiċi tas-Superjur Ġenerali? Injazju jitkellem dwar is-Superjur Ġenerali fid-9 parti tal-Kostituzzjonijiet. Il-Ġeneral għandu jkun intimament magħqud ma’ Alla u jkollu familjarità miegħu.It-tieni kwalità hi li jkun persuna li bleżempju tal-ħajja reliġjuża tiegħu jispira lil sħabu; irid ikun ta’ intelliġenza kbira, li jkollu ġudizzju tajjeb u bniedem għaqli. Injazju jitkellem ukoll fuq l-apparenza fiżika tiegħu, billi din hija missjoni li titlob li dak li jkun ikun f ’saħħtu, iktar u iktar illum meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni li l-Ġeneral ikollu jivvjaġġa ħafna. In fatti, in-nuqqas ta’ saħħa jew l-età avvanzata, jistgħu jkun raġunijiet biex is-Superjur Ġenerali jippreżenta r-riżenja tiegħu. S. Injazju jagħlaq billi jgħid li anki jekk x’uħud minn dawn il-kwalitajiet ikunu neqsin, ma jistax ma jkollux tjubija, jew imħabba lejn il-Kumpanija, jew li jkun nieqes minn ġudizzju u tagħlim sod. Sħabu jistgħu jgħinuh f ’dak li jonqsu. Flimkien ma’ dawn il-karatteristiċi, irid ikollu qalb kbira u qawwa biex imexxi l-Kumpanija bilpersevernza fl-isfidi li l-Kongregazzjoni titolbu jindirizza.Ta’ min jinnota li l-aħħar tliet Ġenerali kollha għexu l-esperjenzi fil-Lvant Nofsani jew fil-Lvant Imbiegħed. Dan ifisser li waħda mill-
5
il-Kongregazzjoni Ġenerali
www.jesuit.org.mt
karatteristiċi tal-Ġeneral illum trid tkun ċerta intelliġenza kulturali, jiġifieri apertura u libertà, li jippermettulu mhux biss li jkollu kuntatt ma’ realtajiet kulturali, imma li jaċċettahom u jgħixhom minn ġewwa. Allura kif jintgħażel il-Ġeneral ladarbu mhux possibbli li l-partiċipanti jkunu jafu biżżejjed lill-Ġiżwiti l-oħra? Hawnhekk għandna mod kif issir l-elezzjoni li bilkemm jitwemmen jekk wieħed ma jiħux sehem fiha hu stess! Issir hekk. Wara l-preżentazzjoni tal-istat tal-Kumpanija, ikollna erbgħat ijiem li nsejħulhom murmurationes. Matul dawn il-jiem, f ’atmosfera ta’ talb u dixxerniment, kuljum quddiem Ġesù espost, flimkien ma’ ħafna Ġiżwiti oħra li jitolbu flimkien, il-partiċipanti fil-Kongregazzjoni jiddjalogaw bejniethom – wieħed ma’ wieħed, qatt fi gruppi – u bejniethom biss. Jistgħu jistaqsu jekk fit-tali provinċja jew reġjun hemmx persuni li jistgħu jassumu r-rwol ta’ Ġeneral. Jistaqsu wkoll fuq il-kwalitajiet u l-limitazzjonijiet tiegħu. Huwa assolutament ipprojbit li xi ħadd jgħid: “ivvota jew tivvotax għat-tali persuna.” Ma jistgħux jinħolqu “gruppi ta’ pressjoni” jew li jiġu “nominati kandidati”. Hemm kommissjoni apposta msejħa De Ambitu (fuq l-ambizzjoni) li tiżgura li dan il-proċess ikun ħieles minn kull attentat biex issir pressjoni favur jew kontra xi ħadd, jew li xi ħadd jaġevola lilu nnifsu. L-ambizzjoni kienet xi ħaġa li Injazju kien jistmell iktar minn kull ħaġa oħra. Din ilKummissjoni għandha s-setgħa li tkeċċi ’l barra mill-Kongregazzjoni lil min jipprova javvanza lilu nnifsu (kingmaker). Issa, ħalli nitkellmu fuq il-Kongregazzjoni stess. Wara dawk l-erbat ijiem ta’ skambji fuq livell personali ssir l-elezzjoni. Tibda billi jkun hemm eżortazzjoni qasira ta’ xi 15-il minuta, li fiha l-Ġiżwita li jkun intgħażel għalhekk iħeġġeġ liddelegati ħalli jagħżlu l-persuna l-iktar adattata għall-ikbar glorja ta’ Alla. Wara din l-eżortazzjoni jkun hemm 45 mintua ta’ talb fis-silenzju. Huwa hawn li kull wieħed jagħżel lil min se jagħti l-vot tiegħu. Il-vot jinkiteb minn kull wieħed fuq karta tal-vot u jkun iffirmat, għax ħadd ma jista’ jivvota għalih innifsu. Jista’ jintgħażel xi ħadd li ma jkunx fil-Kongregazzjoni basta jkun saċerdot profess b’erba’ voti. Tistgħaġeb kif l-ismijiet jibdew jitfaċċaw kmieni. Fr Arrupe ntgħażel wara żewġ votazzjonijiet. Fr Nicolás kiseb il-maġġoranza talvoti wara żewġ votazzjonijiet; Fr Kolvenbach tela’ mill-ewwel, ħaġa li turi li kien hemm qbil mifrux
6
dwar il-kwalitajiet tiegħu f ’dak iż-żmien diffiċli għall-Kumpanija. Irridu niftakru li l-membri talKongregazzjoni jkunu maqfula fis-Sala, bla ebda kuntatt ma’ barra, u li ma jistgħux joħorġu qabel ma jagħżlu l-Ġeneral. Taħseb li se jkun hemm xi ħaġa ġdida jew differenti fil-KĠ 36? Iva, se jkun hemm xi żviluppi ġodda fid-dawl tal-esperjenza tal-aħħar Kongregazzjonijiet. Per eżempju, ir-rapport dwar l-istat tal-Kumpanija se jitlesta qabel ma tibda l-Kongregazzjoni, biex hekk il-formulazzjoni tiegħu ssir b’mod iktar seren u wara reflessjoni serja. Ukoll, ix-xogħol li jkun sar qabel minn kummissjonijiet oħra fuq temi varji se jkun ikkunsidrat bħala parti mill-Kongregazzjoni. Fl-aħħar nett, se jkun hemm preżenti sitt Brothers Ġiżwiti bi dritt li jivvotaw fl-elezzjoni tal-Ġeneral. Meta tieħu in konsiderazzjoni s-sitwazzjoni tad-dinja u tal-Knisja, x’taħseb li se jkunu t-temi probabbli għarreflessjoni? Bl-ittra li biha l-Fr Nicolás sejjaħ ilKongregazzjoni Ġenerali, huwa talab lil kull Ġiżwita jirrifletti u jiddixxerni liema huma t-tliet sejħat li l-Mulej qed jagħmel lill-Kumpanija llum. Jidhirli li meta tiġbor dawk is-sejħat kollha flimkien ikollok ħjiel ta’ x’se jkunu t-temi talKongregazzjoni Ġenerali. Naħseb li rridu nżommu f ’moħħna s-sejħa tal-Papa li mmorru fil-fruntieri u fil-periferija tad-dinja, temi bħalma huma ilmigrazzjoni u r-refuġjati, il-Ġublew tal-Ħniena, is-Sinodu dwar il-familja. Tajjeb li niftakru li l-famuż digriet 4 tal-KĠ 32 fuq is-servizz tal-fidi u l-promozzjoni tal-ġustizzja kienu spirati misSinodu dwar il-Ġustizzja tal-1971-72. Aspett ieħor li naħseb li għandu jiġi indirizzat huwa t-tibdil demografiku fil-Kumpanija. Bħalma qed jiġri fil-Knisja n-numru tal-Ġiżwiti żgħażagħ l-iktar li qed jikber huwa fl-Asja (47%) u flAfrika (20%), baqa’ bejn wieħed u ieħor l-istess fl-Amerka Latina (12%) u baqa’ dejjem jonqos fl-Ewropa (12%) u fl-Istati Uniti(9%). Dan ifisser li 79% tal-Ġiżwiti żgħażagħ jinsabu fin-Nofsinhar tad-dinja (Asja, Afrika u Amerka Latina) filwaqt li fl-Ewropa u fl-Istati Uniti baqa’ biss 21%. IlKumpanija tal-ġejjieni, u qed nitkellem dwar l-għaxar snin li ġejjin se jkollha wiċċ ieħor, meta wieħed jikkonsidra li l-ogħla pożizzjonijiet f ’ħafna istituzzjonijiet - bħalma hi l-Università Gregorjana – kienu s’issa okkupati minn Ġiżwiti ġejjin mill-Ewropa u l-Amerka ta’ Fuq. Dan il-bdil fid-demografija jġagħalna naħsbu fuq ilkonsegwenzi ħalli ma ninqabdux mhux preparati.
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
KĠ Naqdfu fil-fond
X’nistennew mill-KĠ36?
Fit-2 ta’ Ottubru, 2016, sejra tibda f ’Ruma s-36 Kongregazzjoni Ġenerali talKumpanija ta’ Ġesù. Il-Ġeneral, Fr Adolfo Nicolás diġà indika x-xewqa tiegħu li jippreżenta r-rizenja tiegħu. Il-KĠ tista’ tilqa’ jew ma tilqax it-talba tiegħu. Fr Patrick Mulemi, id-Direttur tal-Komunikazzjoni fil-Kurja tagħna, għamel din l-intervista lil Fr Nicolás.
Fr Adolfo Nicolás SJ, Superjur Ġeneral talĠiżwiti
PM: Mhemmx għalfejn ngħidu li l-aġenda għal din il-Kongregazzjoni se jfassluha l-Ispirtu s-Santu u l-eletturi; imma int x’qed tistenna? AN: Jiena nixtieq li l-Kongregazzjoni twettaq b’mod realistiku dak li hi msejħa tagħmel. Wara l-Konċilju Vatikan II, inħass il-bżonn li jerġgħu jiġu fformulati ħafna aspetti tal-ħajja reliġjuża. Dan għamluh il-Kongregazzjonijiet Ġenerali mill-31 sal-35. Dawn il-Kongregazzjonijiet intefgħu biex iwettqu dan ix-xogħol. Kellhom u ma kellhomx suċċess. Huma biddlu l-metodoloġija biex jinkorporaw dawn l-aspetti ta’ dawn iż-żminijiet ġodda fil-Knisja. Issa nistgħu mmorru għall-kompitu ta’ din il-Kongregazzjoni li jmiss bil-għadd hekk kbir ta’ nies li fiha. Ġeneralment, Kongregazzjoni Ġenerali ma għandhiex għalfejn tipproduċi dokumenti twal. Hija pjuttost rappreżentanza tal-Kumpanija ta’ Ġesù kollha li għandha l-għan li tiddixxerni kif tista’ ttejjeb il-ħajja tagħna reliġjuża u kif nistgħu nagħtu servizz aħjar lill-Knisja u lill-Evanġelu ‘fisservizz tal-erwieħ.’ Dan li qed ngħid jissarraf f ’ħafna stennija. Għalhekk, nittama li l-frott tal-Kongregazzjoni Ġenerali jkun titjib fil-ħajja tagħna reliġjuża flispirtu tal-Evanġelu u li nimmaġinaw modi ġodda kif naqdu l-missjoni tagħna. PM: Taħseb li din il-Kongregazzjoni ser tkun differenti mill-aħħar waħda, dik li ħatritek bħala Ġeneral ? AN: Iva, naħseb li ser tkun differenti ħafna. Iż-żminijiet inbidlu u issa qed nindunaw li
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
l-Kumpanija trid tissogra iktar, tuża iktar immaġinazzjoni u turi iktar kuraġġ biex tiffaċċja l-missjoni tagħna bħala parti mill-Missjoni ikbar ta’ Alla b’risq id-dinja tagħna. Issa għandna wkoll formula ġdida, li turina triq ġdida kif nifhmu l-Kongregazzjoni Ġenerali. Veru li se niltaqgħu f ’Ottubru 2016, imma l-Kongregazzjoni ġa bdiet f ’Settembru 2015 billaqgħat tal-Kumitat Preparatorju (Settembru) u l-Kumitat tal-Koordinazzjoni (Diċembru). Din hi bidla tabilħaqq kbira u se jkollha effett fuq ilKongregazzjoni. PM: X’jiġri jekk il-Kongregazzjoni ma tilqax it-talba tiegħek li tirriżenja ? AN: Dik tkun sorpriża kbira! Naħseb li l-Kumpanija taf tajjeb li għandna bżonn ta’ ħeffa u kuraġġ biex nilqgħu l-isfidi tal-ġejjieni u li l-Kumpanija ma jaqblilhiex tgħaddi miż-żmien ta’ inċertezzi li jakkompanjaw l-aħħar sentejn (jew iżjed) ta’ servizz ta’ kull P. Ġeneral. Fil-konkret, il-Kongregazzjoni hija libera li taċċetta jew ma taċċettax it-talba tiegħi. Fil-każ li ma taċċettax it-talba tiegħi, il-Kongregazzjoni jkollha taħtar Vigarju għas-snin li ġejjin meta l-kapaċitajiet jibdew jonqsu bis-sħiħ, proċess li ġa bdejt inħoss li beda. PM: Taħseb li l-Papa se jindirizza l-Kongregazzjoni Ġenerali 36 ? AN: Qed nittamaw li iva. Imma l-Papa hu liberu, u niżgurak li hu se juża din il-libertà. Aħna lkoll nittamaw li hu jindirizza l-Kongregazzjoni u li jippreżentalha x’qed iħoss u x’jippreokkupah.
7
il-Kongregazzjoni Ġenerali
www.jesuit.org.mt
il-Kongregazzjoni Ġenerali
Miktub minn Fr John Scicluna SJ
Xi tagħrif dwar il-KĠ
Xavier Jesuit school, Cambodia
1. X’inhu ix-xogħol ta’ Kongregazzjoni Ġenerali (KĠ) ? Wara li Sant’Injazju waqqaf il-Kumpanija ta’ Ġesù, flimkien ma’ sħabu marru Ruma u poġġew ruħhom għad-dispożizzjoni tal-Papa, il-Vigarju ta’ Kristu fl-art. Fil-Kostituzzjonijiet il-Fundatur kiteb li l-membri tal-Kumpanija jaqdu ’l Mulej u ’l-Knisja taħt il-Papa. Il-Ġiżwiti, barra it-tliet voti reliġjużi, jagħmlu vot speċjali ta’ ubbidjenza lejn il-Papa. Dan il-vot joħloq rabta speċjali tal-Ġiżwiti kollha mal-Papa. Hija drawwa li meta jkun hemm Papa ġdid, ilĠeneral għandu jmur ifakkru b’dan il-vot speċjali. Ġeneral ġdid ukoll għandu jmur ifakkar lill-Papa b’dan il-vot speċjali. Għalhekk meta l-Papa Pawlu VI fl-1974 indirizza lid-delegati tal-KĠ 32 (fosthom kien hemm Fr Jorge Bergoglio, il-Provinċjal tal-Argentina) qalilhom li kellimhom f ’isem Kristu u “bħala l-għola Superjur tal-Kumpanija”. Imma l-Kongregazzjoni (Kapitlu) Ġenerali hi l-għola awtorità. Wara l-mewt jew ir-rizenja tal-Ġeneral jintagħżel wieħed ġdid. Wara tagħżel ukoll l-erbgħa Assistenti u l-Ammonitur tal-Ġeneral. Tiddiskuti wkoll it-talbiet li jkunu ntbagħtu millKongregazzjonijiet tal-Provinċji jew minn membri individwali. Imbagħad, jekk tħoss il-bżonn, toħroġ
8
dokumenti bħala għajnuna lill-membri, kif ukoll biex il-Kumpanija taqdi aħjar il-missjoni tagħha ta’ servizz lill-Knisja u l-Poplu ta’ Alla. 2. Kull meta tiltaqa’? Sant’Injazju ried li l-KĠ tiltaqa’ biex jintgħażel isSuperjur Ġenerali jew meta jkun hemm xi bżonn kbir u mportanti u mhux kull tant snin. Raġuni ewlenija hi għaliex permezz tal-korrispondenza kontinwa bejnu u l-Provinċjali u s-superjuri, il-Ġeneral hu nfurmat biżżejjed biex jieħu deċiżjonijiet. Barra minhekk, Sant’Injazju ried li kull erba’ snin wara li tkun saret KĠ, tiltaqa’ l-Kongregazzjoni tal-Prokuraturi (mhux il-Provinċjali). Dawn ikunu delegati eletti f ’kull Provinċja u kull wieħed iħejji rapport dwar il-Provinċja tiegħu u jiddiskutih malĠeneral. Il-KĠ tista’ tissejjaħ ukoll meta l-Kongregazzjoni tal-Prokuraturi tiddeċiedi li għandha tissejjaħ (u dan ġara biss darba, fl-1608). 3. Minn isejjaħa l-KG? Il-KG li tiltaqa’ f ’Ruma tissejjaħ mill Ġeneral jew, wara mewtu, mill-Vigarju Ġenerali, jew mill-erba’ Assistenti, li jkunu ħadu ġurament meta ntgħażlu, jekk jaraw li l-Ġeneral mhux qed imexxi tajjeb jew igib ruħu sewwa. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
4. S’issa kemm kien hemm KG
8. Minn jippresiedi?
Fl-istorja tal-Kumpanija, matul l-456 sena tagħha, kien hemm 35 Kongregazzjonijiet Ġenerali. Sitta u għoxrin biex jintgħażel ilĠeneral u disa’ għal xi bżonn. 5. Min jieħu sehem fiha? Jieħdu sehem: il-Ġeneral (1) jew il-Vigarju, jew it-tnejn jekk il-Ġeneral ikun għadu ħaj, l-Assistenti, il-Konsullieri Ġenerali (13), isSegtretarju tal-Kumpanija, il-Prokuratur Ġenerali u l-Ekonomu Ġenerali (3), il-Provinċjali (jekk fil-Provinċja l-għadd tal-membri jkun 0.5% talmembri kollha tal-Kumapnija) (67), il-Presidenti tal-Konferenzi tal-Provincjali (6), id-delegati eletti mill-Kongregazzjoni tal-Provinċja (112), dawk li jkunu eletti min xi Reġjun independenti jew dependenti (5) u l-Brothers eletti mill-Konferenzi tal-Provinċjali (6). Hekk f ’KĠ36 ser jieħdu sehem 216, sebgħa inqas minn l-aħħar waħda.
Jekk il-Ġeneral ikun għadu ħaj jippresiedi hu. Wara l-mewt tal-Ġeneral jippresiedi l-Vigarju Ġenerali. Meta l-KĠ tiltaqa’ biex tiddiskuti r-riżenja tal-Ġeneral, jippresiedi hu, ħlief meta jkunu jiddiskutu r-riżenja tiegħu, sakemm tkun aċċettata. Imbagħad, kif ġara l-aħħar darba, hu jkompli jippresiedi bħala d-delegat tal-Papa.
6. Dawn il-216 membru minn liema pajjiż jew kontinent ġejjin? Is-77 Provinċja u l-4 Regjuni indipendenti huma miġbura f ’9 Assistenzi. L-istess Provinċji huma wkoll maqgħuda f ’sitt Konferenzi:
21 minn tal-Afrika 16 minn tal-Amerika Latina ta’ Fuq 18 minn tal-Amerika Latina t’Isfel 46 minn tal-Asja t’Isfel 23 minn tal-Asja Paċifika 22 minn tal-Ewropa Ċentrali 17 minn tal-Ewropa t’Isfel 24 minn tal-Ewropa tal-Lvant 29 minn tal-Amerila 216
21 mill-Konf. tal-Afrika 34 mill-Konf. tal-Amerika Latina 46 mill-Konf. tal-Asja t’Isfel 23 mill-Konf. tal-Asja Paċifika
Kull Father li għamel il-Professjoni Solenni, li jkun qiegħed jieħu sehem fil-KĠ jew ma jkunx hemm, jista’ jintgħażel. 10. Għal kemm-il sena jintgħażel ilĠeneral? Fil-Kostituzzjonijiet, Sant’Injazju kiteb li l-Ġeneral jintgħażel għal għomru. Kien hemm Ġenerali li minħabba l-età u l-mard sejħu KĠ biex tagħżel Vigarju Ġenerali temporanju jew biex ikun il-Ġeneral warajh. Kien hemm drabi li l-Papa ried li din tinbidel imma wara rappreżentazzjoni ma nbidel xejn. Xi KĠ iddiskutiet dan il-punt u kollox baqa’ kif kien. L-aħħar darba li qamet kien fil-KG 31, fl1965 qabel intgħażel Fr Arrupe. Imma ma setax jittieħed vot għax, jekk ma jkunx hemm Ġeneral il-KĠ għadha mhix kompluta u kompetenti biex tieħu deċiżjonijiet. Għalhekk Fr Arrupe intgħażel għal għomru, imma wara din il-KĠ ddeċidiet li l-Ġeneral jibqa’ jintgħażel għal għomru u jista’ jirriżenja. Fr Arrupe kien l-ewwel wieħed li rriżenja fl-1983 u warajh Fr Kolvenbach fl-2008, u din is-sena Fr Nicolás. 11. Kif jintgħażel il-Ġeneral?
63 mill-Konf. tal-Ewropa 29 mill-Konf. tal-Amerika-Kanada 216
7. U il-KĠ kemm iddum? M’hemmx żmien determinat. Il-Kongregazzjoni stess tiddeċiedi. L-iqsar waħda kienet KG 23, fl-1883 li damet 39 ġurnata. L-itwal waħda, KG 8, fl-1645, damet 145-il ġurnata. KG 7 fl-1615 damet 144 ġurnata. Il-KG 31 saret b’żewġ sezzjonijiet fl-1965 u fl-1966 u damet 131 gurnata. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
9. Min jista’ jintgħażel u kif jintgħażel ilĠeneral?
Fl-ewwel sessjoni, wara xi proċeduri preliminari, il-Ġeneral jagħti r-rapport tiegħu. Jintgħażlu d-delegati li jmorru jitolbu l-barka tal-Papa fuq il-KĠ kif ukoll id-delegat li jagħmel eżortazzjoni lid-delegati qabel l-elezzjoni. L-abbozz tad-dokument dwar l-istat talKumpanija, li jkun tħejja qabel permezz tal-emails bejn id-delagati kollha, jiġi diskuss f ’sessjoni plenarja. Minħabba li l-Ġeneral diġà indika li jixtieq jirriżenja, issir diskussjoni u jittieħed vot sigriet jekk jaċċettawx ir-riżenja. Jekk tiġi aċċettata, tkun iffissata d-data talelezzjoni u jibda’ l-proċess. Tajjeb jingħad li
9
il-Kongregazzjoni Ġenerali
Maqlub għall-Malti minn Fr Robert Soler, SJ
il-Kongregazzjoni Ġenerali
www.jesuit.org.mt
Id-delegati jitolbu waqt l-espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat Il-Papa Benedittu jilqa’ lis-Superjur Ġenerali l-ġdid waqt il-KĠ35
10
l-għażla tal-Ġeneral issir permezz ta’ dixxerniment spiritwali. Fil-Kostituzzjonijiet Sant’Injazu ħalla dettalji dwar il-kwalitajiet li tajjeb ikollu l-Ġeneral. Matul erbat ijiem ta’ ġabra, talb u penitenza, ikun hemm espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat il-ġurnata kollha. Id-delegati ndividwalment jitkellmu u jistaqsu lil xulxin dwar persuni li jistgħu jkunu kkonsidrati għar-risponsabbiltà ta’ Ġeneral. Min ikun mistoqsi jwieġeb bl-ikbar sempliċità u oġġettività dwar il-kwalitajiet u d-difetti tal-
persuna li jipproponi. Ma tistax issir xi propaganda favur jew kontra xi ħadd. Kulħadd jitlob u jirrifletti, iżda ma jiddeċiedi xejn sakemm ikun fis-sala. Wara erbat ijiem, dakinhar talelezzjoni, issir Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu u wara d-delegati imorru dritt fis-sala tal-laqgħat u jissakkar il-bieb. Hemmhekk jitkanta l-innu “Ejja Spirtu s-Santu” u d-deleġat magħżul jagħmel eżortazzjoni ta’ kwarta u mbagħad jagħmlu 45 minuta ta’ talb personali. Wara, flimkien jieħdu ġurament li quddiem Alla ser jivvota biex ikun Ġeneral dak li ddeċieda fil-talb ftit qabel. Dak li jikseb l-iktar minn nofs ilvoti jkun elett. Ma jistax jirrifjuta. Hi ħaġa sabiħa ħafna kif, permezz taddixxerniment spiritwali, 216 Ġiżwita mid-dinja kollha, li ħafna minnhom qed jiltaqgħu għall-ewwel draba, jirnexxilhom, il-biċċa l-kbira, fl-ewwel votazzjoni, jagħżlu l-Ġeneral. Il-Ġeneral il-ġdid jagħmel il-Professjoni talFidi u d-delegati jersqu wieħed wieħed u jifirhulu. Sadattant, minnufih ikun infurmat il-Papa. Fl1983 il-Papa kien fuq l-ajruplan fl-Awstrija u kien infurmat permezz tal-pilota. Imbagħad kulħadd imur fil-kappella u jitkanta t-Te Deum.
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
‘Week with the Wise’ Esperjenza ta’ darba, esperjenza li nibqgħu insemmu. Xi ftit tal-gimgħat ilu, grupp ta’ żgħażagħ mill-kulleġġ tas-Sixth Form ta’ San Alwiġi kellu l-opportunità li jqatta’ gimgħa fiddar tal-Ġiżwiti anzjani fin-Naxxar, Loyola House. L-għan ta’ din l-esperjenza kien sabiex b’mod volontarju mhux biss noffru ftit għajnuna lil dawn l-anzjani iżda biex nagħtu ftit mill-ħin tagħna u nżommulhom xi ftit tal-kumpanija. Nistgħu ngħidu li minn din l-esperjenza aħna tgħallimna ħafna mingħand dawn l-anzjani u dan huwa preċiż l-iskop wara it-titlu li tajna lil din il-ġimgħa. Matul din il-ġimgħa kellna iċ-ċans li nitkellmu dwar l-esperjenzi ta’ dawn l-anzjani f ’pajjiżi diversi u dak li ltaqgħu miegħu, speċjalment il-faqar. Xogħol u mużika Bħala grupp, kellna diversi laqgħat ta’ preparazzjoni li għenuna ħafna, kemm biex nifhmu l-abbiltajiet ta’ dawn l-anzjani, kif ukoll biex nippreparaw programm ta’ attivitajiet għal din il-ġimgħa. Ta’ min ngħidu li din il-ġimgħa kienet waħda mogħnija bil-mużika kemm klassika kif ukoll moderna. L-anzjani għandhom għal qalbhom ħafna il-mużika speċjalment l-opri u l-mużika klassika. Bit-talenti ta’ kullħadd, minkejja li ma għixniex żmienhom irnexxilna noħolqu diversi kanzunetti għeżież għalihom, fosthom ‘O Sole Mio’, ‘Arrivederci Roma’ u ‘Sul Cappello’. Permezz tal-mużika inħossuna li ingħaqadna iktar mal-ġenerazzjoni tagħhom filwaqt li apprezzajna id-diversità fil-mużika minn żmienhom għal żmienna. Iż-żjara ta Edward Tagliaferro kienet attività mużikali oħra li qajmet atmosfera pożittiva ħafna u ġabet ftit ħajja f ’din id-dar. Fost l-attivitajiet kien hemm mawra sal-‘Malta National Aquarium’ li ħalliet impatt pożittiv ħafna qalb l-anzjani. Huma kellhom l-opportunità li
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2016
jesperjenzaw xi ħaġa li kienu ilhom ħafna ma jesperjenzaw. Din il-ħarġa provdiet ukoll iktar interazzjoni bejn iż-żewġ ġenerazzjonijiet. Attività oħra li kulħadd ħa gost biha kienet it-talent show li organizzajna fejn mhux biss tajna wirja tat-talenti tagħna iżda kellna iċ-ċans nisimgħu u naraw ftit mit-talenti tal-anzjani. Fosthom kien hemm wieħed jgħid iċ-ċajt u ieħor ikantalna kanzunetti tal-muntanji. Madankollu l-intervisti individwali kienu mezz ieħor ta’ kif aħna sirna nafu iktar u aħjar lil dawn l-anzjani. Hawnhekk tajna ftit iktar ħin sabiex dawn l-anzjani jesprimu iktar fit-tul l-esperjenzi ta’ ħajjithom. Tajt ftit u rċevejt ħafna Bla dubju din l-esperjenza ma għinitniex biss sabiex nitgħallmu nikkomunikaw ma dawk ikbar minna iżda tatna l-opportunità biex nitgħallmu ngħixu iktar bħala komunità u bħala familja. Din il-ġimgħa kellna iċ-ċans insajru flimkien, noħorgu fil-kampanja, inkantaw u nilgħabu diversi logħob. B’danakollu, żgur illi l-quddiesa ta’ kuljum flimkien mal-anzjani kienet tkun mument fil-ġurnata fejn konna ninġabru lkoll bħala familja u nitolbu flimkien. Matul din il-ġimgħa iltqajna ma diversi karattri uniċi li żgur jibqgħu f ’qalbna. Minkejja d-diffikultajiet ta’ diversi anzjani, nistgħu ngħidu li ġabulna tbissima kbira fuq fommna. Hawn inżid billi ngħid kemm kienet importanti u signifikani it-tbissima ta’ kull wieħed minna, kemm żgħar, kif ukoll kbar. Din it-tbissima kienet bħal qisha ringrazzjament u turija tal-imħabba infinita t’ Alla. Nagħlaq billi ngħid kemm kienet esperjenza unika u waħda li żgur mhux forsi tibqa’ tissemma kemm minn naħa tagħna ż-żgħażagħ kif ukoll minn naħa tal-anzjani. Esperjenza li minnha mhux tajna biss iżda ħadna ħafna ukoll. ‘Agħtu, u jingħatalkom.’- Luqa 6:38.
11
Volontarjat
Miktub minn Julia Blake
’l Hawn u ’l He Sejħa għal voluntiera
Missjonijiet ġodda
Is-sena l-oħra is-Superjur Ġeneral tagħna, Fr Adolfo Nicolás, kiteb ittra lill-Ġiżwiti dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u t-tbatija tal-Insara hemmhekk. Hu talab li l-Ġiżwiti juru solidarjetà mal-Provinċja tal-Lvant Qrib. Ħabbar li sejjer iwaqqaf grupp ta’ esperti li jgħixu f ’dawn l-inħawi biex jirriflettu dwar is-sitwazzjoni. Ir-rapport tlesta u fil-25 ta’ Lulju, 2016, Fr Nicolás bagħtu lill-komunitajiet biex jirriflettu dwaru. Talab biex ir-rapport jitwassal għall-attenzjoni ta’ dawk kollha li fil-Knisja u fis-soċjetà ċivili jixtiequ jisimgħu leħen li ġej mill-Lvant Qrib. Jumejn wara, is-Superjur Ġenerali kiteb ittra lillKumpanija kollha u talab voluntiera mill-provinċji tagħna kollha, speċjalment dawk li tgħallmu l-Għarbi jew jixtiequ jistudjawh, biex joffru ruħhom u jmorri jaħdmu hemm. Ta’ min isemmi li digà hemm tliet Ġiżwiti Maltin jaħdmu hemm: Fr Michael Zammit Mangion li hu d-Direttur Reġjonali tal-JRS, u Fr Tony Calleja, l-Assistent tiegħu, kif ukoll Fr Joseph Cassar (jidher hawn taħt fin-nofs tar-ritratt), li hu d-Direttur tal-JRS f ’Erbil, fil-Kurdistan, l-Iraq.
Ta’ kull sena f ’Lulju jitħabbru il-missjonijiet ġodda li s-Superjuri jkunu taw lil xi Ġiżwiti: Fr Ray Pace, li kien id-Direttur tal-Appostolat tat-Talb f ’Malta, sejjer Genova biex ikun l-Assistent tad-Direttur tan-novizzi minflok Fr Pierre Grech Marguerat li ġie lura Malta u se jkun f ’Dar Manwel Magri, l-Imsida biex jgħin fiċ-Chaplaincy tal-Università kif ukoll ikun l-Assistent Ekkleżjastiku tal-“Komunità ta’ Ħajja Nisranija” (CLC) u jieħu ħsieb il-programm pastorali tal-JRS. Id-Direttur tal-Appostolat tat-Talb ser ikun Fr Paul Chetcuti. Hu sejjer jibda jagħmel xogħol pastorali fl-iskola Primarja tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Ikompli l-missjoni bħala superjur f ’Dar Loyola, in-Naxxar, u l-Editur tar-rivista tagħna, R+M2000. Fr Godwin Preca, li qiegħed Mount St Joseph, ilMosta, ukoll sejjer jagħmel xogħol pastorali fl-iskola Primarja tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Fr Mark Cachia, li qiegħed Dar Manwel Magri, l-Imsida, ser ikun l-Assistent Direttur tal-JRS. Bejn Novembru, 2016, u Mejju, 2017, ikun il-Messiku fejn jagħmel it-Tielet sena tan-novizzjat. Fr Joe Buhagiar Bianco, li għadda ħafna snin missjunarju fl-Eġittu u l-Libanu, wara xi snin Malta, sejjer lura il-Libanu.
Il-Ġiżwiti u d-djakni nisa Fit-2 ta’ Awxissu, 2016, il-Papa Franġisku, wara ħafna talb u riflessjoni, waqqaf Kummissjoni uffiċjali biex tistudja dwar id-Djakonat tan-nisa, “speċjalment fl-ewwel żminijiet tal-Knisja”. Il-President tal-Kummissjoni hu l-Arċisqof Ġiżwita, Mons L. Ladra Ferrer, li kien professur tat-Teoloġija fl-Università Gregorjana, u issa hu s-Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Fidi. Fost Il-ħdax-il membru hemm ħames nisa (tlieta minnhom sorijiet – waħda r-Rettur ta’ Università) u żewġ lajċi kif ukoll sitt saċerdoti (fosthom żewġ professuri Ġiżwiti). Il-membri kollha huma speċjalisti fil-Bibbja, fil-Patristika, fit-Teologija u flEkklesjologija.
12
Wara ħafna snin ta’ ħidma missjunarja fejjieda fl-Indja, Fr Ġiġi Zammit ġie Malta u qiegħed f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Mill-Italja ġej Fr Massimo Annichiarico. Ser ikun il-Viċi Superjur f ’Dar Manwel Magri, l-Imsida, u jgħin fiċ-Chaplaincy tal-Università. L-istudent Michael Debono, sejjer jistudja t-teoloġija fl-Università Comillas f ’Madrid, Spanja. F’Ottubru, l-istudent Arnold Mugliett li ser jispiċċa s-sentejn tan-Novizzjat sejjer jistudja l-Psikoloġija f ’Ruma u jkun fil-komunità fejn hemm iż-żewġ studenti Andrew Camilleri u Robert Rizzo. Mit-Tanżanija, fl-Afrika, għandu jasal l-istudent Mark C. Kimaro biex ikun Prefett tal-istudenti filKulleġġ ta’ San Alwiġi, B’Kara. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
emm
mal-Ġiżwiti
Il-JRS tingħata Dottorat
Mhix xi ħaġa tas-soltu li xi organiżżazzjoni tingħata “dottorat”, iktar u iktar meta l-ħidma ewlenija talorganizzazzjoni hi mar-rifugjati u persuni li kienu sfurzati jħallu pajjiżhom. F’ċerimonja impressjonanti li saret fis-17 ta’ Ġunju, 2016, fl-Università ta’ San Ġużepp tal-Ġiżwiti f ’Bejrut, il-Libanu, il-JRS ingħata onorifiċenza li permezz tagħha ingħata rikonoxximent pubblikuj għall-ħidma kbira u siewja tal-JRS. Fiċ-ċitazzjoni li nqrat qabel il-prezentazzjoni intqal li: “Minħabba li l-JRS hu impenjat f ’missjoni li hi kemm umanitarja u fil-qasam tal-edukazzjnoni, kif ukoll fisservizz ta’ dawk li huma l-inqas ipprivileġġjati fis-soċjetà tagħna, u peress li dan is-servizz hu skont l-ispirtu talKarta ta’ din l-Università, nipproponi li r-Rettur jagħti lil-Jesuit Refugee Sercvice hawn irrapreżentat minn Fr Michael Zammit, id-Direttur Regjonali tal-JRS fil-Lvant Qrib it-titlu ta’ ‘Doctor Honoris Causa’ mill-Università ta’ San Ġużepp.” Imbagħad, fost ċapċip kbir u twil, ir-Rettur, il-Ġiżwita, Fr Dr Salim Daccache, ippreżenta d-Dottorat lil Fr Zammit Mangion (jidher fir-ritratt hawn fuq).
Ahbarijiet fil-qosor Fr Michael Bugeja ta diversi rtiri. Matul Lulju hu kien f ’Darjeeling l-Indja, u mexxa l-irtir Injazjan ta’ xahar lisSorijiet ta’ Madre Teresa. Meta ġie lura telaq lejn l-Etjopja ma’ grupp ta’ żgħażagħ biex hemmhekk jagħmlu xogħol voluntarju mat-tfal għand is-Sorijiet. In-Novizz Josef Beck għadda x-xahar ta’ Lulju f ’Malta. Kemm dam hawn hu għen lil Fr Paul Zammit f ’irtiri għaż-żgħażagh f ’Dar Manresa, Għawdex. Wara ħadem Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
Iċ-Ċavetta diġitali Ftit ilu, Fr Vince Magri, id-Direttur tal-Paulo Freire Institute li għandna fiż-Żejtun, kien ippubblika sett ta’ kotba u għodda oħra bl-isem ta’ iċ-Ċavetta li ntlaqa’ tajjeb ħafna. Iċ-Cavetta tool-kit huwa biċċa għodda edukattiva biex jiġi mgħallem il-kitba bil-Malti mill-bidunett, lill-adulti li għal xi raġuni jew oħra qatt ma tgħallmu jiktbu u jaqraw. Fl-ewwel fażi tiegħu l-proġett kien iffinanzjat parti millEuropean Social Fund (ESF), u parti mill-Gvern flimkien mal-imsieħba tiegħu, l-ETC, ir-Richmond Foundation u l-Inspire. Il-prodott tal-ewwel fażi kien materjal stampat – ilmanwal, logħba, posters, diversi kartolini, diversi flash cards u CD b’diversi eżerċizzi għall-kompjuter. Din is-sena, bl-għajnuna u l-finanzjament tal-Vodafone Foundation, il-progett se jgħaddi għat-tieni fażi tiegħu u ser ikun tradott “diġitali”. Dan ifisser li il-materjal ewlieni ser issir “app” u allura jkun jista’ jiġi moqri minn fuq l-internet, kif ukoll minn smart phone, tablet, kompjuter u bl-interactive whiteboard fil-klassijiet. B’hekk il-proġett oriġinali jkun laħaq il-mira aħħarija tiegħu fejn kulħadd jkun jista’ jibbenifika minn dan ilproġett. Hu ttamat li sal-biedu tas-sena d-dieħla l-proġett ikun lest. Ħajr dejjem lill-awturi tal-materjal, is-sur David Muscat u s-sinjura Carmen Mamo. Ħajr lil Alison Vella tal-għajnuna fl-istampar. Ħajr ukoll lit-tim ta’ esperti li qed jagħmluh diġitali: is-sinjuri Richard Borg, Liam Farrugia, Franco Cassar Manghi u l-parteċipazzjoni ta’ Fr Christopher Vella.
biex jippakkja f ’kaxxi l-kotba kollha li kien hemm filbibblijoteka ta’ Dar Manwel Magri, l-Imsida. Kien ta’ għajnuna wkoll f ’xi xogħol fl-uffiċċju tal-Provinċjal u f ’Dar Loyola. L-istudent Robert Rizzo akkumpanja grupp ta’ żgħażagħ universitarji li marru l-Polonja u ħadu sehem fil-programm “Magis”, organizzat mill-Ġiżwiti għażżgħażagħ u fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Imbagħad, matul Awwissu huwa għen f ’Dar Loyola. Fix-xhur li għaddew, Br Frank Borg, kompla għaddej bix-xogħol tajjeb ta’ refurbishment fil-kmamar talInfirmerija għall-Fathers u Brothers anzjani jew morda li għandna f ’Dar Loyola, in-Naxxar.
13
Spiritwalità Injazjana
Miktub minn Fr John Scicluna, SJ
Madre Teresa
u l-Ġiżwiti
Il-qniepen ta’ San Pietru f ’Ruma bdew idoqqu, l-eluf kbar ta’ nies li mlew il-pjazza kbira u madwar nfexxew f ’ċapċipa twila hekk kif nhar il-Ħadd, 4 ta’ Settembru, il-Papa Franġisku ddikjara lil Madre Teresa ta’ Kolkatta bħala Qaddisa biex tkun meqjuma fil-Knisja Universali.
L-ittra ta’ Madre Teresa (1990) fejn tikteb dwar ir-rwol tal-Ġiżwiti fil-ħajja talMissionaries of Charity
14
U x’ma ferħux l-4,500 Missjunari tal-Karità, f ’600 kunvent f ’123 pajjiż! Magħhom ferħu wkoll miljuni kbar ta’ nies, tista’ tgħid ta’ kull reliġjon, li ammirawha u qisuha mara u soru qaddisa. Il-Providenza t’ Alla riedet li jkun Papa Ġiżwita li jiddikjaraha Qaddisa. B’hekk, qisu l-Mulej xtaq ibierek issehem importanti u indispensabbli tal-Ġiżwiti f ’ħajjitha li b’mod jew ieħor akkumpanjaw b’imħabba lil Madre Teresa minn żgħożitha u wara biex twieġeb għas-sejħa tal-Mulej biex tkun id-dawl tiegħu billi tgħin lill-ifqar fost il-fqar u taqta’ l-għatx ta’ Ġesù għallerwieħ. Kienu wkoll il-Ġiżwiti li għenuha biex tqiegħed ilkongregazzjoni ġdida tagħha
fuq sisien tajba, ħalli tibqa’ soda bħal dar mibnija fuq il-blat. L-ispiritwalità Injazjana sawret dik il-mara ċkejkna minn Skopje fil-qaddisa ta’ Kolkata. Tfulija Madre Teresa twieldet fis-26 ta’ Awwissu, 1910, f ’Skopje, illum il-kapitali tar-Repubblika tal-Maċedonja. L-għada, fil-Magħmudija, tawha l-isem ta’ Anjezë Gonxhe Bojaxhiu (bl-Albaniz “gonxhe” tifisser “blanzun ta’ ward” jew “warda żgħira). Hi dejjem qieset is-27 t’Awwissu bħala l-veru birthday tagħha Anjezë kienet l-iżgħar fost it-tliet ulied ta’ Nikola Dranafile Bojaxhiu. Lazar kien il-kbir u warajh hemm oħtha Aga. Missierha kien negozjant u bniedem irrispettat. Hu miet meta Anjezë kellha tmien snin. Ommha, li kienet mara reliġjuża, kellha tiftaħ ħanut tad-drap biex tkun tista’ trabbi l-familja. Meta kellha ħames snin u nofs Anjezë għamlet l-ewwel tqarbina. Snin wara kitbet li minn dakinhar bdiet tħoss “imħabba għall-erwieħ”. Hi studjat fl-iskola tal-gvern f ’Skopje. Hemmhekk ltaqgħet għall-ewwel darba ma’ saċerdot Ġiżwita, Fr Franjo Jambrekovic (1890-1969), il-kappillan tal-parroċċa fejn kienet toqgħod. Hu kien ukoll l-konfessur tagħha. Jingħad li l-bidu tas-sejħa tagħha kien ġej minn dan is-saċerdot li kien jagħraf inissel tant imħabba fil-qlub tal-membri tal-Kongregazzjoni Marjana. Fl-iskola kienet membru ta’ għaqda li kienet tgħin lill-missjunarji. Meta kellha tnax-il sena bdiet tħoss is-sejħa biex tmur tgħin lill-fqar. Matul żgħożitha kienet tisma’ ħafna stejjer dwar il-missjunarji Ġizwiti minn pajjizha li marru missjunarji fil-Bengal fl-Indja u b’hekk is-sejħa Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
www.jesuit.org.mt
Madre Teresa mal-Arċisqof Ġiżwita ta’ Kolkata Ferdinand Perier
ċċarat. Fil-15 ta’ Awwissu, 1928, waqt li kienet titlob fis-santwarju tal-Madonna, Anjezë ddeċidiet tidħol soru masSorijiet ta’ Loretu, kongregazzjoni Irlandiża, li kellhom missjoni f ’Kalkutta. Dawn is-Sorijiet ta’ Loretu, jew l-Institute of the Blessed Virgin Mary, huma meqjusa bħala kongregazzjoni Injazjana. Mary Ward li waqqfitha xtaqet li s-sorijiet tagħha jimxu fuq l-ispiritwalità Injazjana fil-kostituzzjonijiet u fil-ħajja tagħhom. Lejn l-Indja Għalhekk, ta’ tmintax-il sena Anjezë ħalliet ’l ommha u ħutha, li qatt ma reġgħet rathom u marret l-Irlanda tistudja l-Ingliz biex tmur l-Indja. Anjezë waslet l-Indja fl-1929 u bdiet innovizzjat f ’Darjeeling, fuq il-muntanji, u studjat il-Bengali. Fl-24 ta’ Mejju, 1931, għamlet l-ewwel voti u saret Sister Teresa. Wara n-novizzjat marret Kalkutta u bdiet tgħallem f ’Loreto Convent, f ’Entally. Damet hemm għoxrin sena u fl-1944 inħatret kap tal-iskola. Bħala soru ta’ Loretu, Madre Teresa għamlet ix-xahar irtir Injazjan meta kienet novizza f ’Darjeeling. Qabel għamlet l-ewwel voti u l-voti perpetwi, kif ukoll kull sena, għamlet l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant’Injazju ta’ tmint ijiem ma’ predikatur Ġiżwita. Għalhekk nistgħu ngħidu li Madre Teresa kienet midħla sew tal-ispiritwalità Injazjana. Dan għenha biex ma tikkuntentax ruħha b’affarijiet kif inhuma, imma li tfittex ilmagis (jiġifieri li tfittex dejjem l-ikbar glorja ta’ Alla). F’xi ittri tagħha ssib il-motto tal-Ġiżwiti – AMDG (Ad majorem Dei Gloriam – Għall-ikbar glorja ta’ Alla). Kienet din l-attitudni li ġagħlitha tħalli l-kenn tal-Kunvent ta’ Loretu u timxi filħmieġ u l-periklu tal-griebeġ fejn jgħixu l-fqar f ’Kalkutta. Imbagħad fl-14 ta’ Mejju, 1937 għamlet il-Voti Perpetwi, u skont id-drawa, bdiet tissejjaħ Madre Teresa. F’ittra li kitbet lil Fr Franjo qabel għamlet il-voti qaltlu “Itlob ftit iktar għall-missjunarja tiegħek”.
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
F’ittra oħra wara li għamlet il-voti kitbitlu hekk: “Kieku taf dakinhar kemm kont ferħana... Żġur li ma tistax timmagina lil dik li kien jisimgħa Gonxhe, issa hi l-għarusa ta’ Ġesù. Imma hu kien dejjem tajjeb ħafna lejja – bħal li kieku jassigura li qalbi tkun għalih . Għal darb’ oħra nirringrazzjak għal dak kollu li għamilt għalija”. Sejħa ġo sejħa F’April 1942, bil-permess tal-konfessur tagħha, għamlet vot privat lil Alla, taħt piena ta’ dnub mejjet, li tagħtih kull ħaġa li jitlobha u li ma tirrifjutah xejn. Dan il-vot kien jeffettwa l-aspetti kollha ta’ ħajjitha. Meta Madre Teresa kella 36 sena, fl-10 ta’ Settembru, 1946, kienet fuq il-ferrovija tielgħa’ lejn Darjeeling biex tagħmel l-irtir tas-sena. Dakinhar kellha esperjenza spiritwali li wara hi ddeskrivietha bħala “is-sejħa ġo sejħa”. Il-Mulej nebbaħha li riedha tħalli l-kunvent fejn kienet kuntenta biex tmur tgħix fost il-fqar u tgħinhom. Ħasset is-sejħa biex tagħtih kollox. Dik il-ġurnata kienet il-bidu tal-Missionaries of Charity. Madre Teresa wasslet biex twaqqaf din ilKongregazzjoni ġdida “biex taqta’ l-għatx ta’ Ġesù fuq is-salib għall-erwieħ”. Ġesù, jew kif kienet tgħid hi, “Il-Vuċi” kien isejħila “L-għarusa tiegħi” jew “Iż-żgħira tiegħi”. Wara li marret lura Kalkutta, fil-bidu ta’ Ottubru hi kellmet lil Fr Celeste Van Exem (1908-1993), Ġiżwita Belgjan, li kien il-konfessur tagħha. Madre Teresa riedet tibda malajr, imma riedet ukoll il-barka tas-superjuri – ta’ Loreto, tad-Direttur Spiritwali u tal-Arċisqof – li riedu jittestjaw u jiddixxernu is-sejħa li qalet li rċeviet. Fr Van Exem qalilha biex tinsa kollox u ma taħsibx dwarha. Hi riedet tkellem lill-Arċisqof ta’ Kalkutta, il-Ġiżwita Belgjan, Mons Ferdinand Perier (1875-1968). Imma ma tahiex permess. Imma f ’Jannar, 1947, Fr Van Exem ma kellux dubju li din l-ispirazzjoni kienet minn Alla u kien wasal il-mument li hi twieġeb għas-sejħa ġdida. Fil-15 ta’ Jannar kitbet lill-Arċisqof u wasslitlu l-kliem li kien qalilha Ġesù: “Itlob lill-Arċisqof li, bħala ringrazzjament għall-25 sena ta’ grazzja li tajtu, jagħtini li qed nitlob”. Il-Vuċi baqgħet tgħidilha “Sejra tirrifjutani?” Kif wieħed jifhem minħabba s-sitwazzjoni tagħha Madre Teresa kien ikollha laqgħat ta’ spiss u twal ma’ Fr Van Exem. Sa issa s-superjuri u lanqas sħabha ma kienu jafu minn xiex kienet għaddejja Madre Teresa. Għalhekk bdew jissuspettaw ħażin u kienet trasferita f ’kulleġġ ieħor f ’Asansol. Meta l-Arċisqof wieġeb l-ittra tagħha qalilha li kellu bżonn jitlob, jirrifletti u jiddixxerni. Qalilha li f ’Ġunju kien sejjer Ruma u kif ikun hemm jieħu parir. Imma Ġesù baqa’ jistaqsiha jekk kinitx ser
15
Spiritwalità Injazjana
www.jesuit.org.mt
tgħidlu le, “La ddumx, tipposponix”. Kongregazzjoni ġdida
Madre Teresa ma’ Fr Lawrence Picachy (li ’l quddiem għamluh Kardinal)
16
Fis-17 ta’April, 1947, l-Arċisqof talabha tiktiblu l-għan, ir-regoli, kif sejra tħajjar xi xebbiet u tiffurmahom, u ħwejjeġ oħra. F’ittra twila hekk għamlet. Iżda Fr Van Exem talabha tinsa kollox għal dejjem. Għalkemm kienet ordni iebsa ħafna, hi obdiet. F’Lulju, fuq ordni tal-Madre Ġenerali, Madre Teresa issejħet lura Kalkutta. Fl-24 ta’ Ottubru f ’ittra lill-Arċisqof qaltlu; “Għall-imħabba ta’ Ġesu, ħallini mmur bil-barka tiegħek u talubbidjenza. Iddumx iżjed”. Ħmistax wara qaltlu: “Ħallini nibda. Ħallini noffri ruħi għax-xogħol li hu għażilni għalih”. Imma l-Arċisqof, għax kien fehem il-karattru qawwi tagħha u t-tjubija ta’ qalbha kif ukoll għax ħa bisserjetá l-proposti tagħha, baqa’ sod fid-dixxerniment metikuluż u jieħu pariri. Fl-aħħar, wara ħafna talb u ħsieb, l-Arċisqof ħass li kellu jagħtiha lpermess biex twettaq l-għan tagħha. F’ittra lill-Ġenerali tagħha, l-Arċisqof qalilha: “Jiena konvint ħafna li jekk ma nagħtix il-permess inkun qiegħed infixkel it-twettiq, permezz tagħha, tar-rieda ta’ Alla.” Id-deċiżjoni tiegħu ma kinitx ibbażata fuq ilfenomeni li għaddiet minnhom, imma fuq il-ħajja intensa ta’ talb tagħha, fuq l-ubbidjenza u ż-żelu tagħha. Fis-6 ta’ Jannar, 1948, wara li qaddes filkunvent ta’ Loretu, l-Arċisqof qalilha: “Tista’ tibda”. Minn dak il-mument, l-Arċisqof Perier taha l-appoġġ sħiħ tiegħu u kien il-gwida ewlieni tagħha. Hu qal li Fr Van Exem: “Ix-xogħol tiegħek u tiegħi biex neżaminaw is-sejħa tagħha issa spiċċa. Il-kumplament hu kollu x-xogħol ta’ Alla. L-Arċisqof irrakkomanda t-talba li Madre Teresa għamlet lil Vatikan u fit-8 ta’ Awwissu, 1948, ingħatat il-permess biex, għal sena jew inqas, tgħix
barra l-kunvent. Disat ijiem wara, libset sari abjad b’faxxi blu u b’ħames rupiji biss, telqet lejn Patna biex mal-Medical Missionaries titħarreġ ftit filmediċina. Dan il-pass swielha ħafna tbatija, imma qalbha kienet mimlija paċi u ferħ. Mingħand is-sorijiet ta’ Loretu irċeviet ħafna ittri ta’ appoġġ. Fil-bidu ta’ Diċembru telqet minn Patna biex tmur “fit-toqob mudlama tal-fqar”. Wara li għamlet irtir, fil-21ta’ Diċembru bdiet il-ħidma kbira u twila tagħha. Xi eks-studenti tagħha u oħrajn riedu jingħaqdu magħha. Familja Indjana minn Goa ħallewha tuża’ t-tielet sular ta’ binja kbira tagħhom (illum saret kollha tas-sorijiet). Is-sorijiet ta’ Loretu u kongregazzjoni Indjana bdew jinkwitaw li Madre Teresa ser toħdilhom ilvokazzjonijiet kollha! Fis-7 ta’ Ottubru, 1950, bil-permess tal-Vatikan, l-Arċisqof Perier waqqaf il-kongregazzjoni talMissjunarji tal-Karità. Hekk is-sejħa ta’ Madre Teresa kienet rikonoxxuta u kkonfermata mill-ogħla awtorità tal-Knisja. Darba meta staqsiet lil Papa San Gwanni Pawlu II x’ghandha tagħmel, weġibha: “Tiċħad xejn lil Ġesù”. Kulħadd jaf u japprezza l-appostolat li għamlet Madre Teresa u li qiegħed jitkompla mill-Missjunarji tal-Karità. Fil-5 ta’ Settembru, 1997, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija Madre Teresa qalet li kellha uġiegħ f ’darha. Beda jinqatalha n-nifs. Ġie tabib u qassis. F’daqqa mar id-dawl. Ma setgħux iqabbdu l-magni. Kienu d-disgħa u nofs, meta Kalkutta kollha kienet fid-dlam, ir-ruħ ta’ dik li Alla għażilha biex tkun id-dawl tiegħu ttajret fi ħdan Ġesù li tant ħabbet. Il-Gvern Indjan ried jonora l-ħajja u l-ħidma ta’ Madre Teresa b’funeral statali. Indifnet filpjan terran fil-Mother House f ’Kalkutta. Ilġurnata kollha mijiet ta’ persuni ta’ kull religjon u nazzjonalità jiġu jitolbu fuq il-qabar tagħha. Fost il-Qaddisin Il-liġi tal-Knisja titlob li jridu jgħaddu ħames
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
www.jesuit.org.mt
snin mill-mewt ta’ persuna qabel jista’ jibda l-proċess tal-kanonizzazzjoni. Imma l-Arċisqof ta’ Kalkutta talab u ngħata dispensa mingħand il-Papa Ġwann Pawlu II biex jibda l-proċess. F’Marzu, 1999, bdew jinstemgħu x-xhieda. Il-miraklu meħtieġ seħħ fil-5 ta’ Settembru, 1998, l-ewwel anniversarju tal-mewt tagħha, fil-missjoni tal-Ġiżwiti Maltin fl-Indja. Monica Besra, mara mitMadre Teresa ma’ Fr André tribù tas-Santals fieqet Gabric. Is-sena minn kanċer. Wara studju l-oħra bdiet fl-Indja u Ruma il-Papa il-kawza għallaċċetta dan il-fejqan bħala beatifikazzjoni miraklu. Madre Teresa tiegħu. kienet dikjarata Beata fid-19 ta’ Ottubru, 1993. It-tieni miraklu sar fl2008 bil-fejqan ta’ raġel Brażiljan li kellu ħafna tumuri f ’rasu. F’Diċembru tas-sena l-oħra l-Vatikan ħabbar li l-Papa Franġisku approva dan il-fejqan u qal li l-kanoniżżazzjoni ser issir il-Ħadd, 4 ta’ Settembru din is-sena. Minbarra it-tliet Ġiżwiti li semmejna qabel kien hemm oħrajn li kellhom xi sehem ewlieni Fr Lawrence Trevor Picachy (1916-1992) kien id-direttur tal-irtir li Madre Teresa għamlet Madre Teresa f ’April 1959 u wara għal xi żmien kien id-direttur mad-direttur spiritwali tagħha. Hi baqgħet f ’kuntatt miegħu spiritwali anke wara li nħatar l-Isqof ta’ Jamshedpur u wara tagħha, Arċisqof ta’ Kalkutta kif ukoll Kardinal. il-Ġiżwita Fr Joseph Neuner, (1908-2009) Ġiżwita millFr Celeste Awstrija, kien professur tat-teologija fl-Indja u kien Van Exem ukoll espert waqt il-Konċilju Vatikan. Hu daħal tard fil-ħajja ta’ Madre Teresa imma kellu rwol
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
importanti meta hi kienet għaddejja minn battalja nterjuri minħabba d-dlamijiet ta’ ruħha. Permezz tad-dixxerniment Injazjan, hu għenha tifhem li dan kien żmien privileġġjat għax kienet għaddejja minn perijodu li minnu għaddew qaddisin kbar bħal S. Teresa ta’ Ġesù u San Ġwann tas-Salib. Kien ta appoġġ fiż-żmien ta’ tbatija f ’ħajjitha. Fr Josef Cukale (19141999) mis-Slovenja kien mistieden biex jakkompanja l-ewwel grupp talMissjunarji tal-Karità f ’missjoni fl-Armenia u fir-Russja. Fr Andre Gabric, (19151988) mill-Jugoslavja, li ħadem ħafna ma’ Madre Teresa fl-irħula fqar. Is-sena l-oħra bdiet il-kawza għallbeatifikazzjoni tiegħu. Il-Ġiżwita Awstraljan, Fr Ian Travers-Ball, (19282000) flimkien ma’ Madre Teresa waqqaf is-sezzjoni tal-Brothers tal-Missjunarji tal-Karità fil-25 ta’ Marzu 1963, u ħa l-isem ta’ Brother Andrew. Rabta qawwija Għal din il-grajja tal-għaġeb irroddu ħajr lil Alla u l-Ispirtu Qaddis tiegħu. Madre Teresa baqgħet dejjem grata lejn ilKumpanija ta’ Ġesù għax din kienet dejjem ġeneruża ħafna meta akkumpanjat kemm lilha u kemm lil bosta mill-membri tagħha fuq livell spiritwali. F’nota minn idejha stess bid-data tad-29 ta’ Awwissu 1990, hi kitbet: “Kważi kull Missjunarja tal-Karità għandha dejn ta’ gratitudni profonda lejn il-Kumpanija ta’ Ġesù li ħalliet lis-saċerdoti tagħha jieħdu ħsieb il-formazzjoni spiritwali tagħna u jgħinuna nikbru fil-qdusija. Grati lejhom f ’kull naħa tad-dinja fejn jinsabu, l-iktar dawn ta’ Kalkutta. Nitolbu li l-Kumpanija ta’ Ġesù tagħti ħafna qaddisin lil Ommna l-Knisja. Nitolbu. Alla jberikhom.” Ir-rabta qawwija bejn il-Missjunarji tal-Karità u l-Kumpanija ta’ Ġesù għadha hemm – illum ukoll. Il-Kumpanija ta’ Ġesù tista’ tkun kburija b’din il-kollaborazzjoni twila ma’ din is-soru erojka u qaddisa li fittxet li taqta’ l-għatx ta’ Ġesù għallimħabba u għall-ewrieħ billi taqdi lill-ifqar fost il-fqar.
17
Esperjenzi
www.jesuit.org.mt
Ġiżwiti Maltin u Madre Teresa
Il-Ġiżwiti Maltin ukoll kellhom konnessjonijiet ma’ Madre Teresa. Waħda kienet personali u tnejn minnhom sejrin jirrakuntaw l-esperjenza tagħhom. Konnessjonijiet oħra kienu ndiretti permezz ta’ qraba ta’ xi Ġiżwiti Maltin li huma membri tal-Missionaries of Charity, il-Kongregazzjoni li waqqfet il-Qaddisa. Hemm Sister Victoria, mir-Rabat ta’ Għawdex, oħt il-mejjet Fr Ġorġ Muscat, oħra hi Sister Joan, minn Birkirara, oħt Fr Joe Borg u Sister Francline, il-kugina ta’ Fr Joe Borg. Hemm ukoll Sister Benedict, mill-Belt Valletta, li tiġi oħt Fr Konrad Grech. Fr Paul Chetcuti, S.J., jirrakonta: Jiena kont midħla ħafna ta’ Madre Teresa u tas-sorijiet tagħha. Ħdimt magħha Kalkutta, meta kont saċerdot żagħżugh, u ltqajt magħha diversi drabi meta kienu jitolbuni nagħtihom xi rtir f ’bosta pajjiżi. Ħaġa li dejjem laqtitni fil-Madre kienet issemplicità tagħha u l-umiltà kbira tagħha minkejja l-fama internazzjonali enormi li kellha. Hi kienet tirbaħ lil kulħadd bil-kariżma tagħha, bil-mod kif tneżża’ lil kull min jiltaqa’ magħha mill-kburija li kull bniedem għandu ġewwa fih. Hi kellha kapaċità straordinarja li tisma’ u tifhem lil dak li jkun, hu min hu. Il-fqar u l-veru faqar Madre Teresa kienet bniedma ta’ azzjoni u sensitività lejn l-oħrajn u għalhekk kienet bil-qalb tagħmel xogħol li taf li ħaddieħor kien jiddejjaq jagħmlu. Kienet mara ta’ talb u kontemplazzjoni. Kienet tara lil Kristu f ’kulħadd, u kienet tħares lejn il-fqir bħala l-persuna li fiha tiltaqa’ u taħdem ma’ Kristu nnifsu. Hija kienet issostni li ma kinetx qed tagħmel xi pjaċir lill-fqar meta tgħinhom, iżda kienet tqis din l-għajnuna bħala rigal li l-fqar kienu qed jagħtu lilha stess. Tibqa’ impressjonat kif Madre Teresa kienet tgħaddi messaġġi ta’ spiritwalità profonda blakbar semplicità, b’mod li kulħadd jista’ jifhem b’mod ċar u qawwi dak li kienet tgħid u temmen. Fost affarijiet oħra, Madre Teresa dejjem tkellmet kontra l-kontroll tat-twelid permezz ta’ kontraċettivi artifiċjali. Kienet tgħid li l-veru għadu tal-bniedem huwa l-faqar u mhux il-fqir.
18
Għaliha, l-għerq tal-problema tal-faqar materjali huwa l- egoiżmu tal-bniedem li ma jħallix li l-ġid tad-dinja jitqassam b’mod li jgawdi minnu kulħadd, u mhux għax hawn xi nies li jistgħu jitqiesu bħala żejda jew għax m’hawnx biżżejjed għal kulħadd. Hi tkellmet ċar ħafna wkoll dwar l-abort, saħansitra fl-okkażjoni uffiċjali meta rċeviet il-Premju Nobel għall-Paċi. Madre Teresa kienet taf sew li l-faqar mhuwiex biss dak materjali, iżda hemm tip ta’ faqar ieħor li huwa iżjed profond u kiefer. Dan huwa l-faqar spiritwali: il-faqar ta’ dawk li, għalkemm jista’ jkollhom ħafna flus iħossuhom waħedhom, jew tilfu s-sens jew skop ta’ ħajjithom. Fqir huwa min mhux kapaċi jħobb lil għajru u huwa mitluf f ’kilba bla rażan biex jikseb dejjem aktar flus u ġid materjali. Rispett lejn kulħadd Madre Teresa spiss ikkritikat in-nuqqas ta’ valuri li f ’dawn iż-żminijiet qed jimminaw u jdgħajfu il-familji speċjalment fil-pajjiżi hekk imsejħa żviluppati. Hija kienet tgħid li ma jistax ikun hemm imħabba vera fil-familja jekk il-ġenituri u t-tfal ma għandhomx ħin għal xulxin. Madre Teresa kien ikollha ħin għal kulhadd: mill-ifqar bniedem marid, maħmuġ, jinten u mwarrab minn kulħadd sal-akbar mexxejja tad-dinja u personalitajiet li xtaqu jiltaqgħu magħha. Ir-rispett lejn il-bniedem kien assolut, u kienet tħares bl-akbar stima lejn kull min ikun, tkun xi tkun il-pożizzjoni fis-soċjetà, razza, reliġjon, jew kwalunkwe kwalità oħra li jista’ jkollu dak li jkun. Hija kienet tagħti l-ħin kollu tagħha lil min għandu bżonnha, mingħajr ma toqgħod Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
www.jesuit.org.mt
Fr Paul Chetcuti SJ ma’ Madre Teresa
tqis la saħħitha u lanqas il-bżonnijiet personali tagħha. Kull meta kont ngħidilha biex tieħu ħsieb saħħitha, hi wegbitni: “La jkunu jixtiequ jfittxuni, sinjal li għandhom bżonni”. Madre Teresa, qabel ma ħalliet din id-dinja, ħolmot li kienet mietet u marret il-ġenna. Filbieb tal-ġenna San Pietru qalilha: “X’ġejt tagħmel
hawn? Hawnhekk mhux postok, għax hawnhekk m’hawnx fqar u nies jgħixu fis-slums!” Min jaf jekk bħalissa Madre Teresa, mill-ġenna hix qiegħda verament tħoss in-nuqqas ta’ dawk il-fqar li tant ħabbet sakemm kienet għadha f ’din id-dinja!
Fr John Scicluna, S.J., jirrakonta:
ħamsa ta’ filgħodu kulma kellha f ’idejha kien basket sempliċi taċ-ċarruta bil-manku tal-injam. Fl-istazzjon kien hemm folla kbira tistennieha, imma hi b’rasha baxxuta għaddiet minn nofs ilfolla u daħlet fil-karozza tiegħi. Waqt il-Quddiesa ta’ Ringrazzjament, Madre Teresa mal-oħrajn qagħdet fl-art. Iktar tard filgħodu, ħadet seħem fil-Laqgħa ta’ Talb u tkellmet dwar l-imħabba. Fid-diskors talbet lill-Gvern biex jagħtiha biċċa art ħalli tiftaħ lebbrożarju.
Il-Kulleġġ ta’ St Xavier’s, f ’Sahibganj, filMissjoni tagħna fl-Indja, fi Frar, 1982, iċċelebra l-25 sena tat-twaqqif tiegħu. Iċ-ċelebrazzjonijiet kellhom jibdew b’servizz Ekumeniku ta’ Talb. Għalhekk għal din l-okkażjoni sabiħa stedinna lil Madre Teresa u hi aċċettat u qaltilna li wara xtaqet iżżur il-kunventi tas-sorijiet tagħha fid-djoċesi tagħna ta’ Dumka. Għalhekk kelli x-xorti sabiħa li għal tlett ijiem inkun ma’ din is-soru qaddisa insuq il-karozza. Minn Kalkutta għal Sahibganj, Madre Teresa kellha vjaġġ ta’ seba’ sigħat bil-ferrovija matul illejl. Hi vvjaġġat ma’ soru oħra ġo vagun ordinarju man-nies komuni. Meta waslet Sahibganj filLil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
Tqassam l-ikel Wara kellha laqgħa mal-għalliema. Wieħed għalliem, wara li faħħar lil Madre Teresa għax-
19
Esperjenzi
www.jesuit.org.mt
xogħol fejjiedi tagħha mal-foqra, staqsieha jekk għandniex nagħlqu l-iskejjel, speċjalment dawk fejn jitgħallmu l-hekk imsejha “is-sinjuri” biex naħdmu fost il-fqar. Fil-pront, Madre Teresa weġbitu: “Xi ħtija għandhom is-sinjuri? Għalihom ukoll għandu jkollna l-imħabba. L-edukazzjoni hi meħtieġa għal kullhadd.” Hekk Madre Teresa wriet biċ-ċar li hi kienet tara u tħobb lil Kristu f ’kulħadd, speċjalment fil-foqra. F’nofs in-nħar organizzajna ikla għat-tfal foqra ta’ qrib il-Kulleġġ. Madre Teresa ngħaqdet malistudenti tagħna u bi tbissima fuq wiċċha, qassmet l-ikel lit-tfal. L-awtoritajiet ċivili ta’ Sahibganj organizzaw “Laqgħa ta’ Merħba” (Civic Reception) f ’ġieħ Madre Tereża. Fid-diskors tagħha wriet b’eżempji minn ħajjitha kif wieħed iħobb bil-fatti. Wara ħadna lil Madre Tereża fil-parroċċa ta’ Sahibganj fejn kellha laqgħa ferrieħa mat-tfal taliskola. Laqtitni kif Madre Tereża żammet l-istess tbissima, disponibbiltà u l-ekwilibriju tagħha ma’ kulħadd. L-għada filgħodu bdejna l-vjaġġ biex inżuru l-kunventi tas-sorijiet tagħha. Jiena kont insuq u Madre Teresa u s-soru l-oħra rekbin wara. Ara taħsbu li ħlejna ż-żmien nitkellmu! Kif tlaqna Madre Teresa bdiet ir-Rużarju. Ma niftakarx kemm il-Rużarju għedna. Imma ma ninsa qatt il-ġabra u d-devozzjoni li biha qalet ir-Rużarju u niżżi ħajr ’l Alla li kelli l-grazzja li għal jumejn sħaħ tlabt ma’ Madre Teresa.
Frar 1982: Fr John Scicluna SJ, meta kien Superjur Reġjonali, ma’ Madre Teresa
20
Ambaxxatrici F’kull kunvent is-sorijiet tagħha kienu jilqgħuha bil-ferħ. Il-biċċa l-kbira tal-kunventi kienet qed iżżurhom għall-ewwel darba. Madre Teresa kienet tosserva kollox u ħaġa li laqtitni kienet
li l-bżonnijiet tal-appostolat kienu jiġu qabel il“kumdità” tas-sorijiet. Per eżempju f ’kunvent rat li l-kappella tassorijiet kienet kbira wisq għalihom. Filgħaxija, flok marret torqod, għenet lis-sorijiet iġorru l-kappella f ’kamra izgħar, u flokha qaltilhom jibdew jilqgħu u jżommu t-trabi. Minħabba f ’hekk ma tantx kienet torqod bil-lejl imma filgħodu kienet tkun friska. Meta staqsejtha kif tikseb dik is-saħħa u dinamiżmu kollu hi weġbitni li Gesù Ewkaristija u t-talb jagħtuha s-saħħa. F’Dumka, il-belt ewlenija tad-Distrett tas-Santal Parganas, l- awtoritajiet ukoll tawha “Laqgħa ta’ Merħba”. F’dawn il-Laqgħat formali, waqt li Madre Tereża tkun titkellem kien ikollha l-kuruna tar-Rużarju f ’idejha u bla tlaqliq spiss issemmi t-tagħlim ta’ Ġesù. Wara waħda minn dawn ilLaqgħat, hi stqarret miegħi li ma kinux jogħġbuha l-vjaġġi u li titkellem fil-pubbliku. Iżda kien il-Papa Ġwann Pawlu li nsistielha tkompli din il- missjoni ta’ Ambaxxatrici ta’ Kristu! U kif wettqitha din ilmissjoni li taha l-Papa! Sempliċità u umanità Niftakar żewġ ġrajjiet li impressjonawni u wrewni kemm Madre Tereża kienet mhux biss soru qaddisa, imma wkoll bniedma b’sentimenti umani u naturali. Fl-aħħar għodwa tagħna f ’Dumka kellna mmorru għand l-uffiċjali talGvern f ’Dumka għax xtaqu li hi żżurhom qabel titlaq. Fost dawn l-uffiċjali kien hemm mara Hindu u miżżewġa. Kif dħalna għandha din is-sinjura qalet lil Madre: “Jiena tqila u qed nistenna l-ewwel tarbija tagħna. Berikna!” Spontanjament Madre Tereża poġġiet iż-żewġ idejha fuq iż-żaqq ta’ dik il-mara u bierket dak il-frott tal-imħabba, ħlejqa ta’ Alla! Madre Tereża qatt ma għamlet distinzjoni minħabba r-reliġjon talpersuna. Wara li Madre Tereża telqet minn Dumka, waħda Superjura ta’ kunvent tagħha qaltli li l-Madre kienet ċanfritha fuq xi tibjid li wieħed kuntrattur kien għamlilhom b’xejn filkunvent. Imma s-soru qaltli li t-tibjid kien sar fi żmein is-superjura ta’ qabel. Xi ġranet wara kelli okkażjoni mmur Kalkutta u ċempilt lil Madre Tereża u spjegajtilha l-każ. Mill-ewwel hi staqsietni meta kont sejjer lura, għax xtaqet tibgħat xi ħaġa lil din is-superjura. Hekk għamlet. Kitbitilha ittra fejn skużat ruħha u bagħtitilha statwa żgħira tal-Madonna u xi ftit karamelli! X’tifkiriet sbieħ ta’ soru hekk umana imma tassew qaddisa! Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
Għajnuna għat-Talb Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu: Biex kulħadd jagħti s-sehem tiegħu għall-ġid komuni u għall-bini ta’ soċjetà li tqiegħed ilpersuna umana fiċ-ċentru tagħha. Ninġabar: Insib post kwiet u nieħu ftit talħin biex nieqaf u nirrifletti. Naħseb dwari nnifsi, dwar il-familja u l-ħbieb tiegħi. Niftakar f ’min insibha faċli ngħix magħhom jew f ’min hu speċjali għalija. Imbagħad naħseb f ’dawk li nsibha iebsa magħhom, li nqishom diffiċli u forsi anke inferjuri. Wara, naħseb kif kien iġib ruħu Ġesù ma’ nies hekk, kieku kien minfloki. Kien jagħmel distinzjoni bejn in-nies jew kien jagħti l-istess importanza lil kulħadd? Fatt ċkejken: Kull min jaf lil Rose u lil Evan jgħidlek li m’huma xejn mingħajr binthom Maria. Maria hija l-iżgħar fost it-tlitt itfal tagħhom u għandha 20 sena. Twieldet b’diżabbiltà severa u tiddependi għal kollox mill-ġenituri tagħha; għandha bżonn min jieħu ħsiebha kontinwament. Rose u Evan qabżu l-50 u ma jsibuhiex faċli trabbi persuna għamja, ma tikkomunikax, fil-wheelchair, inkontinenti u tiekol bit-tube. Konxji li minħabba l-kundizzjoni tagħha faċli jkollha l-infezzjonijiet u kumplikazzjonijiet oħra. Sintendi l-kura ta’ din it-
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2016 Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2016
tifla tagħhom tgħejjihom, anke għax ftit tħallilhom ħin għal affarijiet oħra. Madankollu kemm Rose u kemm Evan ma jgħixux mingħajr Maria tagħhom u ma jmorru mkien mingħajrha. Għalkemm mhux possibbli l-komunikazzjoni normali, Rose u Evan tgħallmu jagħrfu x’għandha bżonn millġesti partikolari tagħha. Jieħdu ħsiebha b’rispett u dinjità kbira u jagħmlu minn kollox biex iżommu l-maħbuba tagħhom komda u ferħana. Il-ġirien tagħhom ġieli kkummentaw li din ilfamilja għandha sservi ta’ eżempju għal kulħadd. “Kemm ikun hawn aktar serħan il-moħħ”, jgħidulek, “kieku l-ewwel ħsieb tas-soċjetà kollha jkun kif ħa twennes lil kull individwu u tqajjmu fuq saqajh ħalli jħossu maħbub u importanti”. Naħseb ftit: Biċċa opra kbira din ta’ Rose u Evan bil-mod ta’ kif jieħdu ħsieb binthom minkejja l-ħafna sfidi li jkollhom jaffaċċjaw. Naf lil xi ħaddieħor bħalhom? Nitlob: Mulej għinni nifhem li soċjetà tinbena mhux tant għax jiżdied il-qligħ iżda aktar għax jiżdiedu l-għajnuna u l-attenzjoni għal xulxin. Kliem ta’ dawl: “Kull persuna hija sabiħa u prezzjuża; jixirqilha kull dinjità u rispett, u jistħoqqilha s-sliem, l-hena u l-imħabba”. - Bryant McGill
www
Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org
21
Nitolbu flimkien
www.jesuit.org.mt
Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani
Miktub minn Fr Alfred Micallef, SJ
In-Nisrani u s-Soċjetà “Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari u lil Alla dak li hu ta’Alla.” Matul iż-żmien ħafna interpretaw din is-sentenza ta’ Ġesù bħala li n-nisrani għandu jinqata’ kompletament mid-dinja tal-politika u jiddedika ruħu biss għat-talb u għall-osservanza tal-liġijiet morali spiss limitati għal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ serq, qtil, relazzjonijiet sesswali u żebligħ tal-Isem t’Alla. Din l-interpretazzjoni tal-kliem ta’ Ġesù ma tagħtix kas tal-kuntest li qalhom fih. Ġesù kien qed jgħid lillFariżej li kienu qed jonsbuh li fil-fatt huma kienu diġà maħkuma mir-Rumani imma, bħala mexxejja tal-poplu, kellhom id-dmir li jwasslu l-poplu li ġie fdat f ’idejhom għand Alla. Dan għax huma, bil-ħafna liġijiet li kienu qed idaħħlu bla bżonn, minflok iktar kienu qegħdin ibegħduh minn Alla. Prinċipju ġdid Ġesù stess fil-ħajja tiegħu kien attent ħafna għal dak li kien qed jiġri fis-soċjetà ta’ żmienu. Ħafna parabboli tiegħu jirriflettu dan. Hekk, per eżempju, il-parabbola tal-ħaddiema li jistennew min jagħtihom ix-xogħol kienet xi ħaġa li hu kien jara kuljum. Ħafna bdiewa żgħar kienu tilfu l-għelieqi u l-għixien tagħhom minħabba sistemi ġodda tal-ekonomija u kienu jittalbu x-xogħol, almenu għal jum wieħed, biex jaqilgħu xi ħaġa għall-familja. Interessanti li Ġesù, meta fl-aħħar jgħid li s-sid ta dinar lil kulħadd – ukoll lil dawk li kienu ħadmu ftit – kien qed jagħti prinċipju ġdid tarrelazzjonijiet industrijali: il-paga m’għandhiex tkun skont il-produzzjoni imma skont il-ħtieġa tal-ħaddiem. Waqt li n-nisrani għandu relazzjonijiet ma’ Alla u mal-proxxmu u kull waħda minn dawn iġġib magħha dmirijiet u responsabbiltajiet, għandu wkoll relazzjoni mas-soċjetà u din ukoll iġġib dmirijiet u responsabbiltajiet magħha. Il-profeta Mikea kien spjega dan tajjeb meta lill-poplu moħħu biss fis-
22
sagrifiċċji li kellu joffri qallu: “Bniedem, huwa wriek x’inhu tajjeb u x’jistenna minnek il-Mulej: li tagħmel dak li hu ġust, li tħobb u tkun ħanin, u li tkun umli flimġiba tiegħek ma’ Alla tiegħek.” (6,8) Naraw kif il-profeta Mikea jinsisti fuq it-tliet relazzjonijiet u jqiegħed “li tagħmel dak li hu ġust” fl-ewwel post. Mhux biss tagħmel dak li hu ġust imma wkoll taħdem biex ikun hemm ġustizzja u din trid issir fuq il-livell tas-soċjetà kollha. Il-Papa Pawlu VI qal li biex ikollna l-paċi jeħtieġ naħdmu għall-ġustizzja. Mela ebda nisrani ma jista’ jgħaddas rasu fir-ramel u jgħid jien ma jimpurtanix minn dak li qed jiġri l-aqwa li jien ma qiegħed nagħmel deni lil ħadd. Għażliet tajba Kull wieħed minna hu membru tas-soċjetà u l-għażliet li jagħmel jinfluwenzaw lis-soċjetà. Għalhekk l-ewwel dmir tagħna bħala nsara hu li nevitaw dak kollu li hu inġust bħal naħarbu milli nħallsu t-taxxi ġusti, inxaħħmu biex nakkwistaw dak li m’għandniex dritt għalih, inwettqu għemil li hu ta’ ħsara għassoċjetà. Hu dmir tagħna wkoll li nagħżlu tajjeb lil dawk li jmexxuna. F’sistemi demokratiċi bħal tagħna aħna responsabbli għall-gvernijiet li jkollna. Sfortunatament ħafna jżommu ma’ partit politku bħalma jżommu ma’ tim tal-futbol. Rabta għamja ma’ partit politku ttellifna l-kapaċità li nkunu kritiċi u li nagħmlu għażliet oġġettivi. Faċilment twassalna biex niġġustifikaw għażliet inġusti. In-nisrani għandu jagħraf jieħu ċerta distanza biex jeħles minn kull preġudizzju li jista’ jwasslu biex jagħmel għażliet li jkunu ta’ detriment għas-soċjetà; jeħtieġlu jitgħallem jgħarbel u jiżen kulma jsir u kulma jintqal – jgħidu min jgħidu – biex jagħmel għażliet li jwasslu għall-ġid ta’ kulħadd.
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016
Għix ħajtek Il-ħajja hija okkażjoni - aħtafa Il-ħajja hija ġmiel - tgħaxxaq biha Il-ħajja hija barka - gawdiha Il-ħajja hija ħolma - wettaqha Il-ħajja hija sfida - ilqagħha Il-ħajja hija obbligu - temmha Il-ħajja hija logħba - ilgħabha Il-ħajja hija ta’ siwi kbir - għożżha Il-ħajja hija mħabba - għixha Il-ħajja hija misteru - agħrafha Il-ħajja hija wegħda - żommha Il-ħajja hija tiġrib - egħlibha Il-ħajja hija għanja - għannija Il-ħajja hija taqbida - idħol għaiha Il-ħajja hija sogru - issugraha Il-ħajja hija ferħ - stħoqqha Il-ħajja hija l-ħajja - ħarisha dejjem - Madre Teresa
GRAZZI Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Ħbieb u l-Qarrejja li bagħtulna OFFERTA għarrivista LIL ĦBIEBNA. L-offerti tagħkom jgħinuna nkopru xi ftit l-ispejjes biex nistampaw u nimpustawlkom LIL ĦBIEBNA. Kif tafu, Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma tiddependi kompletament mill-offerti tal-ħbieb u l-qarrejja. Għalhekk niddependu ħafna mill-ġenerożità tagħkom. Tistgħu tibagħtulna l-offerta bil-posta: Lil Ħbiebna, 78, Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 jew twassluha f ’dan l-indirizz: Uffiċċju Benefatturi, 1, Pjazza E.S. Tonna, Floriana (ħdejn il-knisja ta’ Sarria eżattament quddiem l-istage). Jew tagħmlu donazzjoni online: www.jesuit.org.mt
Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin Tas-Sliema Lil Ħbiebna -It-Tielet Ħarġa 2016
Ray Soler 23
Programm ta’ rtiri u seminars - Ċentru Spiritwalità Injazjana SETTEMBRU
Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Lulju - Settembru 2016 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
Irtir għar-reliġjużi It-Trinita Mqaddsa – mudell għall-ħajja reliġjuża Data: 30 Sett - 2 Ott 16 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Victor Degabriele sj Irtir ibbażat fuq “I dieci comandamenti” ta’ Benigni Għaxart ikliem għal ‘ħelsien’ Data: 30 Sett - 2 Ott 16 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Christopher Vella sj
FRAR
Abraham, Iżakk u Ġakobb: jissieltu mal-fidi Workshop - insaħħu l-fidi tagħna Data: 3 - 5 ta’ Frar 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Josef Briffa sj
OTTUBRU
Irtir iggwidat individwalment Vjaġġ fejn niskopru dejjem iżjed lilna nfusna u ’l Alla Data: 9 - 12 ta’ Frar 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Christopher Vella sj u t-tim tal-lajċi Irtir għall-familji Ħruġ fil-kampanja, talb għall-ġenituri u għall-familja kollha, sharing, u ħin ta’ mistrieħ għall-familja kollha; programm separat għat-tfal. Data: 24 - 26 ta’ Frar 17 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj
DIĊEMBRU
Introduzzjoni għall-ispiritwalità ta’ Sant’ Injazju ta’ Loyola Insaħħaħ ir-relazzjoni tiegħi m’Alla Data: 24 - 26 ta’ Frar 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Christopher Vella sj
Pellegrinaġġ- Is-Sena tal-Ħniena u l-Ewwel Ġimgħa tal-Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant Injazju Pellegrinaġġ ta’ Ħniena mfassal fl-istorja Data: 7 - 9 t’Ottubru 16 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Clare Camilleri, Maria Theresa Portelli u Stanley Fiorini Irtir fil-kampanja Alla li jżomm il-wegħdiet tiegħu Irtir fil-kampanja waqt l-Avvent Data: 2 - 4 ta’ Diċembru 16 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Clare Camilleri, Maria Theresa Portelli u Frank Mifsud Nitħejjew għall-Milied Nilqgħu ’l Alla fostna Data: 2 - 4 ta’ Diċembru 16 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Christopher Vella sj Irtir ispirat mill-ikoni Niskopru tifsira ġdida permezz tal-ikoni Data: 9 - 11 ta’ Diċembru 16 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Gerald Buhagiar Irtir għall-familji Jiem ta’ talb u riflessjoni għall-familja kollha Data: 16 - 18 ta’ Diċembru 16 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Pierre Grech Marguerat sj u Ms Cristina Spiteri
24
MARZU
Irtir għall-familji Jiem ta’ talb u riflessjoni għallfamilja kollha Data: 3 - 5 ta’ Marzu 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Pierre Grech Marguerat sj u Ms Cristina Spiteri Irtir għall-qassisin Data: 6 - 8 ta’ Marzu 17 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Konrad Grech sj Irtir għall-familji Ħruġ fil-kampanja, talb għall-ġenituri u għall-familja kollha, sharing, u ħin ta’ mistrieħ għall-familja kollha; programm separat għat-tfal. Data: 10 - 12 ta’ Marzu 17 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj
Mount St Joseph: 2276 0201 | info@mtsjoseph.org
Irtir għall-professjonisti “Niskopru dejjem iżjed it-teżor tas-salib” Data: 23 - 26 ta’ Marzu 17 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Dominic Sultana Irtir għall-professjonisti miżżewġin ‘Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux.’ - Jn 1:5 Data: 30 ta’ Marzu - 2 t’April 17 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Godwin Preca sj
APRIL
Irtir bit-Taljan għall-professjonisti “Fede personale e fede ecclesiale: la mia esperienza di Dio e l’esperienza della Chiesa” Data: 7 - 11 t’April 17 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Francesco Citarda Il-Ġimgħa Imqaddsa fit-talb Esperjenza qawwija ta’ solidarjetà ma’ Kristu fl-aħħar jiem ta’ ħajtu sal-Qawmien Data: 13 - 16 t’April 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Christopher Vella sj u t-tim tal-lajċi Irtir fil-kampanja Data: 28 - 30 t’April 17 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxu: Mr Edward Warrington u Ms Rosalie Scicluna
MEJJU Nitolbu bl-għajnuna tad-’djarju’ Irtir - Workshop Data: 6 ta’ Mejju 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Tmexxi: Ms Maria Theresa Portelli The Gospel of John and select themes from the Spiritual Exercises of St Ignatius The person of Christ through John’s eyes Data: 19 - 21 ta’ Mejju 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Prof. Anthony Frendo
Dar Manresa: 21 55 6635 | manresagozo@gmail.com