Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Apr - Jun 2017

Page 1

02

HBIEBNA Newspaper post

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

lil

2017

Intervista ma’ Fr Antonio Spadaro SJ dwar Papa Franġisku Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1


Miktub minn Fr Paul Zammit SJ

www.jesuit.org.mt

Il-Qaddis tax-Xahar

Jean-François Régis Qaddis umli, appostlu ħabrieki

Jean twieled f ’Fontcouverte, fi Franza, fil-31 ta’ Jannar 1597 f ’familja nobbli. Ommu Marguerite wkoll kienet ġejja minn familja nobbli. Jean irċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ talĠiżwiti f ’Béziers. Ta’ dsatax-il sena daħal Ġiżwita fil-belt ta’ Toulouse. Kompla bil-formazzjoni tiegħu u fl-istudji għaqqad l-istudji tiegħu max-xogħol għax waqt li kien qed jgħallem fil-kulleġġi f ’Billom, Puy-en-Velay u f ’Auch huwa ssokta bl-istudju tal-filosofija. Ġie ordnat saċerdot ta’ 31 sena fl-1630. Imħejji b’formazzjoni soda, Jean beda x-xogħol tiegħu fl-1631. Intefa’ l-iktar biex jgħin lil dawk li

2

kienu mwarbin. Meta fil-belt ta’ Toulouse faqqgħet il-pesta, hu mar jaħdem mal-vittmi. Mill-1632 sal-1634 kien stazzjonat fil-kulleġġ ta’ Montpellier. Hawnhekk ħadem bla heda għall-konverżjoni talUgonotti (Protestanti Franċiżi). Kien ukoll iżur l-isptarijiet u jgħin lil min kien fil-bżonn. Għen ħafna nisa u tfajliet li qabdu t-triq il-ħażina. Fuq kollox għallem idduttrina lill-foqra u lit-tfal. Jean ħadem għat-tfajliet u nisa li nqabdu fil-prostituzzjoni billi sabilhom fejn joqogħdu. Waqqaf ukoll il-Konfraternità ta’ Sagrament li l-membri tagħha kienu jiġbru flus u ikel għal dawn it-tfajliet u nisa. Mhux biss, iżda wkoll għallimhom jaħdmu l-bizzilla ħalli b’hekk ikollhom biex jgħixu. Programm ta’ fejda sabiħ tassew! Kien għalhekk li nħatar bħala l-patrun talħaddiema tal-bizzilla, tas-social workers u tat-tfal illeġittmi. Fl-1633 l-Isqof ta’ Viviers stiednu jagħti missjoni fid-djoċesi tiegħu. Għal sebgħa snin dar malħamsin distrett jipprieka bl-istil sempliċi u dirett tiegħu. B’hekk mess il-qalb ta’ ħafna raħħala bla edukazzjoni u wasslilhom l-Evanġelu. M’hemmx dubju li JeanFrançois għamel ħafna ġid, però dan qajjem f ’uħud is-suspett li hu kien bniedem arroganti. Ix-xogħol tiegħu ġabu f ’konflitt ma’ xi qassisin u kien hemm żmien, anki mal-Isqof talpost. Irċieva anki theddid minn dawk li kkundanna għallimġiba ħażina tagħhom. Fl-aħħar l-istrapazz ta’ tant ġiri f ’kundizzjonijiet diffiċli għamel bih. François miet bi pnewmonja fl-età ta 43 sena. Kien il-31 ta’ Diċembru 1640. Il-Papa Klement XI, iddikjarah Beatu fit-18 ta’ Mejju, 1716, U l-Papa Klement XII ikkanonizzah fil-5 ta’ April, 1737. F‘Toronto, il-Kanada hemm università tal-Ġiżwiti msemmiha għalih.

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


Kelma mill-editur Żewġ Digrieti

Għeżież ħbieb u benefatturi, Kull meta tissejjaħ Kongregazzjoni (Kapitlu) Ġenerali tal-Ġiżwiti, f ’kull Provinċja fid-dinja tiltaqa’ l-Kongregazzjoni tal-Provinċja. Matulha d-delegati jiddiskutu s-suġġerimenti li jkunu ntbagħtu millmembri tal-Provinċja, jew minnhom stess. Dawn is-suġġerimenti jew talbiet jistgħu jkunu kif intejbu l-ħajja reliġjuża u komunitarja, kif naqdu aħjar is-servizz tagħna lill-Knisja, u t-tiġdid tal-appostolati tagħna. Wara diskussjoni u approvazzjoni s-suġġerimenti jintbagħtu l-kurja tagħna f ’Ruma. Hemmhekk, is-suġġerimenti kollha jinġabru skont is-suġġett u jintbagħtu lillProvinċjali u d-delegati li jkunu ser jieħdu sehem. Meta tibda l-laqgħa tal-Kongregazzjoni, wara diskussjoni, jintgħażlu gruppi żgħar biex iħejju abbozz ta’ dokumenti dwar diversi temi. L-abbozz ikun diskuss fl-Awla u jsiru suġġerimenti biex tiżdied jew titnaqqas jew tinbidel xi ħaġa. Isir it-tibdil u l-abbozz ikun ppreżentat għad-diskussjoni u fl-aħħar jittieħed vot u jekk l-abbozz ikun approvat dan isir Digriet. Il-Kongregazzjoni Ġenerali 36 li ltaqgħet f ’Ottubru, 2016, approvat u ħarġet żewġ Digrieti. Wieħed kellu t-titlu ta’ Kumpanji fil-Missjoni ta’ Rikonċiljazzjoni u Ġustizzja u l-ieħor it-titlu ta’ Governanza Mġedda għall- Missjoni Mġedda. Għalkemm huma tnejn iżda huma jitqiesu bħala ħaġa waħda.

Fiż-żewġ dokumenti hemm il-kelma “Missjoni”. Din ma tfissirx xi pajjiż fl-Afrika, jew xi post ieħor fejn imorru saċerdoti, reliġjużi u lajċi bħala missjunarji. Kull Ġiżwita hu kumpann ta’ Ġesù u qaddej talmissjoni waħdanija ta’ Ġesù li tissokta filKnisja permezz ta’ kull min jemmen f ’Ġesù u permezz ta’ diversi forom ta’ appostolat. Il-Kumpanija ta’ Ġesù dejjem fittxet tagħraf u timxi fuq dak li l-Mulej irid minnha. Sant’Injazju u l-ewwel sħab tiegħu, waqt li kienu jistennew vapur ħalli jmorru Ġerusalemm, bdew jaħdmu mal-fqar, flisptarijiet, u bil-ferħ ixandru l-Bxara t-Tajba bil-ferħ. Għalhekk, il-missjoni appostolika hi tassew fil-qalba tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Fl-ewwel Digriet il-Kongregazzjoni Ġenerali, li ssib artiklu dwaru f ’din il-ħarġa, qiegħda ssejjaħ lil kull Ġiżwita biex jieħu sehem fil-ħidma ta’ Alla għar-rikonċiljazzjoni ta’ dinja mfarrka. Ir-rikonċiljazzjoni hi dejjem marbuta mal-ġustizzja. Is-sejħa tal-Mulej għat-tiġdid talmissjoni tagħna, minħabba ċ-ċirkustanzi li dejjem qiegħdin jinbidlu, teħtieg żvilupp fil-ġovernanza u l-kura tal-persuni li huma mpenjati b’diversi modi skont il-bżonnijiet ta’ żminijietna. Minħabba li l-Kumpanija ta’ Ġesù hi korp internazzjonali b’diversi kulturi, teħtieġ it-tliet perspettivi li huma: id-dixxerniment, il-kollaborazzjoni u xibka ta’ komunikazzjoni biex ikollha governanza aktar adattata ħalli tkun iktar flessibbli u appostolikament iktar effettiva. Permezz ta’ dan it-tiġdid nagħtu glorja ‘l Alla u servizz fejjiedi lill-poplu tiegħu li hu sejħilna biex naqdu.

2

Il-Qaddis tax-Xahar Jean-François Régis

4

L-ewwel digriet

f’din il-harġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

tal-Kongregazzjoni Ġenerali 36

6

Intervista dwar il-Papa Franġisku

10 Ir-Randan l-Albanija 12 Spiritwalita Injazjana Ir-Raba’ Ġimgħa

14 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti

16 Esperjenzi - Fr Paul Deguara SJ

18 Beatu Ġiżwita ġdid 19 Fr Anthony Gatt Sj 21 Għajnuna għat-talb 22 Nitqaddsu fl-ordinarju 23 Programm t’irtiri u seminars organizzati miċ-Ċentru Spiritwalità Injazjana

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

Editur: Fr John Scicluna SJ

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Website: www.jesuit.org.mt

Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

Qoxra: Papa Franġisku Ritratt ta’ Casa Rosada, Wikimedia Commons

um

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

ru 2 - 2017

lil

HBIEBNA

N

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


Rikonċiljazzjoni

Miktub minn Fr Robert Soler, SJ

Kumpanji ta’ Ġesù f’Missjoni ta’ Rikonċiljazzjoni u Ġustizzja L-ewwel digriet tal-Kongregazzjoni Ġenerali 36 Il-Kongregazzjoni Ġenerali 36 iltaqgħet f ’Ottubru 2016, l-iktar biex tilqa’ r-riżenja, għal raġunijiet ta’ saħħa, ta’ P. Ġeneral Adolfo Nicolás u tagħżel is-suċċessur tiegħu. P. Arturo Sosa mill-Venezuela ġie elett bħala l-Ġeneral il-ġdid. Il-Kongregazzjoni għaddiet ukoll xi digrieti: l-ewwel wieħed hu l-iktar importanti. Minnu nisiltu l-punti ewlenin. Riflessjoni dwar iżżmien preżenti Il-Kumpanija ta’ Ġesù, minn qalb il-Knisja, tħares lejn id-dinja ta’ żmienna. Tara ħwejjeġ sbieħ – il-ħolm taż-żgħożija, nies igawdu l-ħolqien, oħrajn iħaddmu t-talenti tagħhom għal ħaddieħor. Tara wkoll ħwejjeġ koroh ħafna – nies umiljati, milquta mil-vjolenza, esklużi mis-soċjetà. Il-ħsara tal-ambjent kawżata minna l-bnedmin hi ġerħa enormi. It-tama mhedda; flokha hemm biża’ u rabbja. Imrawma mil-Kontemplazzjoni biex naslu għall-Imħabba (Eżerċizzi Spiritwali 230-237), nafu li Alla jaħdem fid-dinja. Nagħrfu xi sinjali tal-ħidma li biha Alla ħabbeb id-dinja miegħu fi Kristu, biex iwassal għas-Saltna ta’ ġustizzja, paċi u s-sbuħija tal-ħolqien. Għalkemm nafu li Alla jaħdem fid-dinja, mhux dejjem nifhmu sew xi jkun irid. IlKongregazzjoni Ġenerali 36 tfakkar li Injazju u sħabu tal-bidu huma wkoll għaddew minn żmien ta’ dlam: il-pjan li minn Venezja jmorru

4

Ġerusalemm sfaxxa. Għamlu dixxerniment iktar fil-fond x’kienet is-sejħa ta’ Alla. Bdew mit-tliet elementi li kienu tgħallmu li jagħtu l-ħajja: li jaqsmu ħajjithom bħala ħbieb filMulej, li jkunu qrib il-fqar u li jħabbru l-Vanġelu bil-ferħ. Il-Ħniena fl-Esperjenza u fl-Apostolat talĠiżwiti Sant’Injazju u sħabu setgħu jagħmlu dixxerniment dwar ir-rieda ta’ Alla għax fl-Eżerċizzi Spiritwali ġarrbu l-grazzja ta’ Kristu li tħenn, tħabbeb u teħles. Il-Ġiżwita jkun jista’ jaħdem biex jirrikonċilja, jiġifieri jħabbeb lil ħaddieħor ma’ Alla, għax ikun għadda minn proċess ta’ konverżjoni. Fil-qalba tal-ispiritwalità Injazjana hemm preċiżament il-laqgħa mal-ħniena ta’ Alla fi Kristu li tittrasforma l-bniedem. Li tkun ltqajt ma’ Alla ta’ ħniena bla tarf jibdlek f ’ministru mimli ħniena u ta’ kuraġġ kbir fl-apostolat. Lill-membri tal-Kongregazzjoni Ġenerali Papa Franġisku qalilhom li “l-ħniena mhix ħaġa astratta, iżda stil ta’ ħajja li jrid jidher f ’ġesti konkreti, iktar milli fil-kliem”. Għall-Ġiżwita, li tħoss u tħenn irid iwassal għal azzjoni li tkun imnebbħa minn imħabba għal Kristu preżenti f ’min qed ibati, jew għal Ġesù imkasbar fil-ħolqien. F’Missjoni ma’ Kristu li jħabbibna Il-Ġeneral Fr Nicolás kien talab lill-Ġiżwiti jiddixxernu is-sejħat prinċipali li l-Mulej qed jagħmel lill-Kumpanija lum. Fit-tweġibiet, spikkat is-sejħa li nieħdu sehem fil-pjan ta’ Alla

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


www.jesuit.org.mt

ta’ rikonċiljazzjoni. Il-Kongregazzjoni ta’ qabel kienet tkellmet dwar it-tliet dimensjonijiet talministeru ta’ rikonċiljazzjoni – ma’ Alla, bejnietna u mal-ħolqien. It-tliet aspetti jifformaw opra waħda ta’ Alla l-Missier; huma konnessi bejniethom, ma tistax tifridhom. Fil-ħidma għar-rikonċiljazzjoni hemm dejjem is-Salib ta’ Kristu u s-sehem li aħna għandna fih. Din il-missjoni tista’ twassal għall-konflitt u saħansitra l-mewt, bħalma ġara fil-ħajja ta’ ħafna minn ħutna Ġiżwiti fi żmienna.

L-iżvilupp kif inhu strutturat fid-dinja tagħna qed jgħaffeġ miljuni ta’ nies, l-iktar iż-żgħażagħ u dawk vulnerabbli, il-fqar u n-nisa. Il-Ġiżwiti huma msejħa jaħdmu biex jiddefendu u jġibu ’l quddiem id-drittijiet tal-bniedem u l-ekoloġija integrali. c) Hemm ħafna fondamentaliżmu flimkien ma’ intolleranza etnika, reliġjuża u politika: dan iwassal għall-konflitti, firdiet u vjolenża. Il-Ġiżwiti flimkien man-nies kollha ta’ rieda tajba imsejħa jaħdmu biex it-tradizzjonijiet reliġjużi u spiritwali Nsara jgħinu fil-bini tal-paċi, fuq livell sew lokali sew dinji.

L-ewwel sejħa: Rikonċiljazzjoni ma’ Alla

It-tielet sejħa: Rikonċiljazzjoni malĦolqien Is-soċjetà u l-ekonomija fid-dinja huma organizzati b’mod għal kollox żbaljat. Jibilgħu r-riżorsi naturali, u ma jirrispettawx lill-bnedmin. Papa Franġisku jgħid li l-unika soluzzjoni tista’ biss tkun bidla radikali fiddirezzjoni tal-iżvilupp. Il-Ġiżwiti msejħa jgħinu biex tiġi mfejqa dinja marida, billi jġibu ’l quddiem modi ġodda ta’ produzzjoni u konsum, li jqiegħdu l-ħolqien stess ta’ Alla fiċ-ċentru ta’ kollox. Biex il-Ġiżwiti jieħdu ħsieb id-dinja, id-‘dar komuni’ tagħna (Papa Franġisku), hemm bżonn bidla fl-istil ta’ ħajja personali u komunitarju. Meħtieġ ukoll li l-Ġiżwiti jakkumpanjaw u jkunu qrib ta’ dawk li huma l-iktar dgħajfa. Itteoloġi, filosfi u esperti oħra Ġiżwiti għandhom jikkontribwixxu fl-analiżi rigoruża tal-għeruq talkriżi u tas-soluzzjonijiet possibbli.

Il-Kumpanija ta’ Ġesù tezisti biex tħabbar ilVanġelu li Alla fi Kristu ħabbeb id-dinja miegħu. Il-missjoni tagħha hi li Ġesù Kristu jkun magħruf u maħbub. Hu l-għajn tal-ħajja, tal-ferħ u t-tama li noffru lil ħaddieħor. Il-Kumpanija trid twieġeb b’mod iktar deċiż għas-sejħa tal-Knisja għal evanġelizzazjoni ġdida, billi tagħti importanza speċjali lill-ħidma apostolika maż-żgħażagħ u l-familji. Don speċjali li l-Kumpanija u l-familja Injazjana għandhom x’joffru lill-Knisja hija l-ispiritwalità Injazjana. Din tgħinna niltaqgħu ma’ Alla u nidħlu fi proċess ta’ konverżjoni personali jew komunitarju. Il-Papa spiss isemmi li d-dixxerniment għandu rwol speċjali per eżempju fil-ħidma ma’ familji u żgħażagħ. Il-fidi Nisranija ssir iktar personalizzata permezz taddixxerniment. L-evanġelizzazjoni titlob ħwejjeġ differenti skond il-kuntest. Fil-pajjiżi li warrbu ’l Alla, meħtieġa kreatività speċjali; f ’ambjenti pluralistiċi trid tħaddem id-djalogu inter-reliġjuż; kullimkien importanti l-istudji teoloġiċi u skritturistiċi, li jgħinu lill-bnedmin jifhmu l-Vanġelu iktar filfond fil-kultura tagħhom. It-tieni sejħa: Rikonċiljazzjoni malbnedmin Miljuni ta’ bnedmin qed isofru ħafna u jbatu inġustizzji kbar. Kristu qiegħed isejħilna millġdid għal ministeru ta’ ġustizzja u paċi, li naqdu l-fqar u l-imwarrba, u ngħinu fil-bini tal-paċi. Tliet forom ta’ tbatija jidhru li huma l-iktar imxerrda fid-dinja: a) Iċ-ċaqliq ta’ popli sħaħ, jew bħala rifuġjati lejn pajjiżi oħra jew fl-istess pajjiż. Spiss isibu ostilità: il-Kumpanija msejħa tippromovi kullimkien kultura ta’ ospitalità, u tkompli toffrilhom servizz f ’kollaborazzjoni mal-Jesuit Refugee Service. b) Inġustizzji u nuqqas ta’ ugwaljanza: Il-għana u l-poter ta’ wħud fid-dinja huma akkumpanjati minn nuqqas ta’ ugwaljanza impressjonanti. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017

Lejn Tiġdid tal-Ħajja Apostolika Tagħna Il-Kongregazzjoni Ġenerali 36 saħqet għalhekk li l-ministeri kollha tal-Ġiżwiti jridu jġibu ’l quddiem il-paċi. Il-Ġiżwiti jridu jkunu qrib l-umanità msallba. Anki dawk li għandhom kollox iżda jibżgħu mil-barrani u l-fqir għandhom bżonn ilmessaġġ ta’ tama u rikonċiljazzjoni. Il-Kongregazzjoni ħeġġet il-Kumpanija kollha biex iġġeded il-ħajja apostolika tagħha mibnija fuq it-tama. Din it-tama ma tridx tkun superfiċjali iżda għandha tidher fiha l-profondità. Fl-appostolat tal-edukazzjoni u fiċ-centri ta’ komunikazzjoni u ta’ riċerka soċjali, l-Ġiżwiti għandhom jiffurmaw persuni impenjati biex jaħdmu għall-paċi u jipproponu soluzzjonijiet. Huma msejħa jfittxu n-‘networking’ u kollaborazzjoni mal-oħrajn. Kif kien ħeġġiġhom f ’omelija l-Majjistru talOrdni Dumnikan, P. Bruno Cadoré O.P., il-Ġiżwiti jitolbu għall-kuraġġ u l-libertà interjuri li jfittxu dak li hu ‘improbabbli’ li tasal għalih. U filwaqt li bl-umiltà jwieġbu għas-sejħa ta’ Alla, jafu li fejn ilbniedem jagħmel li jista’, ‘kollox jiddependi minn Alla’.

5


Intervista

Kitba ta’ David Gibson, Traduzzjoni ta’ Josette Vassallo

“Hu miraklu”

Mhux mgħaġġel, iżda għandu sens ta’ urġenza

Il-Ġiżwita Taljan Fr Antonio Spadaro m’għandux xi titli, awtorità jew reputazzjoni li s-soltu jkollhom id-dinjitarji fil-Vatikan. Huwa intervista lill-Papa Franġisku diversi drabi u hu magħruf bħala wieħed minn dawk li l-Papa li għandu fiduċja fihom. Fr Spadaro huwa l-editur ta’ ‘La Civilta Cattolica’, rivista tal-Ġiżwiti ta’ ċerta awtorità għaliex tgħaddi mill-iskrutinju tal-Vatikan qabel ma tiġi ppubblikata. Iżda minħabba l-identifikazzjoni tiegħu ma’ Papa Franġisku li qiegħed jagħmel sforzi biex jirriforma l-knisja Kattolika, Fr Spadaro, li għandu 51 sena, qisu virga tas-sajjetti għall dawk li jikkritikaw il-Papa, speċjalment il-konservattivi. F’Novembru tas-sena l-oħra, David Gibson, ġurnalista tan-National Catholic Reporter, għamel intervista li Fr Spadaro. Qegħdin inġibu ftit siltiet minn dik l-intervista.

intervista li għamiltlu fl-2013 u drabi oħra, li dak li ser jagħmel huwa dejjem sorpriża. M’hemmx mod li tista’ tara minn qabel x’ikun ser jagħmel. Iżda nista’ ngħid li dak li nħoss huwa, li l-Papa għandu dik id-daqsxejn ta’ sens ta’ urġenza – mhux għaġġla iżda urġenza – biex jieħu vantaġġ tażżmien. Biex jaħtaf il-mument.

Fr Antonio Spadaro SJ

DG Avolja għalaq 80 sena f’Diċembru 2016?

DG Papa Franġisku beda ħafna proġetti u riformi f’diversi oqsma. Ser jagħmel ilPapa u l-Knisja Kattolika fl-2017? AS Il-mod kif Franġisku jieħu d-deċiżjonijiet mhuwiex billi jfassal pjanijiet u proponimenti ta’ ħafna affarijiet kbar hawn u żgħar hemmhekk. Le, mhux hekk. Huwa jagħmel dixxerniment awtentiku. Huwa jifhem x’għandu jagħmel hekk kif ikun għaddej għall-għonq t-triq tal-ħajja. Għalhekk ma tistax tgħid x’ikun ser jagħmel. Lanqas hu stess ma jkun jaf. Huwa qalli fl-ewwel

6

AS Iżda mhix b’sens ta’ pressjoni. M’għandu l-ebda għaġġla għax jaf li l-knisja hija f ’idejn Alla. Mhux hu li jiddeċiedi. Għalhekk qed imexxi bi proċess ta’ ftuħ. Jista’ għall-anqas jara t-tmiem ta’ xi wħud mill-proċessi li beda. Ma jħoss l-ebda tip ta’ pressjoni jew għaġġla. Iżda jrid jaħtaf ilmument, li jieħu vantaġġ miż-żmien mogħti lilu. Għandu sens ta’ responsabbiltà; mhux sens ta’ għaġġla. Dan jien narah għax huwa dejjem kalm u kwiet. Dan lili jiskantani – huwa xorta ta’ miraklu! DG F’intervista li kellu riċenti qal li “jorqod qisu bumerin” għal sitt siegħat kull lejl. Qal ukoll li jitlob ħafna, u l-istamina li għandu hija ”grazzja tal-Mulej”. X’inhu s-sigriet tiegħu? Iva, qatt ma jkun stressjat. Il-ħin kollu jaħdem imma qatt ma jkun taħt tensjoni. Dan huwa xorta ta’ miraklu. Iżda kif jgħid hu, huwa bniedem li jitlob. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


DG

Allura dan huwa frott tat-talb?

AS Jibda fil-kappella tiegħu. M’għandux Papa Franġisku uffiċċju. Għandu kamra fid-Dar Santa Marta. L-uffiċċju tiegħu huwa l-kappella. jiltaqa’ ma’ numru ta’ rġiel, nisa u tfal DG Is-Sinodu Vatikan li jmiss f’Ottobru Musulmani tal-2018 li t-tema tiegħu hija ż-żgħażagħ jidher ċar li huwa punt ċentrali, hux hekk? AS Is-suġġett jew tema li nara li qed tissemma’ ħafna draba fl-aħħar xhur hija “id-dixxerniment” li huwa fil-qalba tal-Eżortazzjoni Appostolika Amoris Laetitia, speċjalment dixxerniment li għandhom jagħmlu s-saċerdoti u seminaristi. Din “l-eżortazzjoni” twila li Franġisku ppubblika fl-2016 fejn ġabar ir-riflessjonijiet tiegħu fuq iddeliberazzjonijiet li saru fiż-żewġ laqgħat maġġuri tal-knisja, jew sinodi, fuq kif il-knisja għandha tieħu ħsieb il-familja ta’ llum. Xi konservattivi opponew. Huwa jagħraf li l-problema fil-qalba ta’ Amoris Laetitia mhix problema dommatika. Le mhix problema dommatika. Il-problema hija li l-Knisja trid titgħallem kif tapplika d-dixxerniment aħjar u aktar fil-fond u mhux tapplika ir-regoli għal kulħadd bl-istess mod. Il-Knisja trid tkun attenta għall-ħajja tannies, għall-pellegrinaġġ tagħhom ta; fidi u għallmod kif Alla jaħdem f ’kull persuna. Għalhekk Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017

gwida pastorali ma jistax jiggwida pastoralment billi japplika r-regoli ġenerali għan-nies individwali. Il-Knisja teħtieġ li tikber fid-dixxerniment. Dan ser ikun wieħed mill-aktar temi importanti fis-sinodu li jmiss. DG Intant, il-kritiċi tad-dixxerniment – bħal dawk l-erba’ kardinali – jgħidu li għandhom bżonn risposta ta’ “iva jew le”? AS Ma nafx jekk humiex kritiċi taddixxerniment. Li naf huwa li l-Papa qal li l-ħajja mhix iswed jew abjad. Hija griża. Hemm ħafna sfumaturi, u rridu niddixxernu dawn l-isfumaturi. Dan hi xi aztfisser l-inkarnazzjoni – Il-Mulej sar bniedem, li jfisser li aħna nvoluti mal-umanità b’mod konkret u din l-umanità qatt ma hija statika jew ċara. Għalhekk ir-ragħaj jeħtieġlu jidħol fiddinamika reali tal-ħajja umana. F’dan jikkonsisti l-messaġġ tal-ħniena. Id-dixxerniment u l-ħniena huma ż-żewġ pilastri l-kbar ta’ dan il-pontifikat. DG Huwa vera li l-oppożizzjoni għall-mod kif jaġixxi Franġisku qed tikber u ssir aktar intensa? AS Le le! Il-problema hi li xi wħud li jopponuh jagħmlu ħafna storbju, speċjalment fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. Joħolqu bħal kamra li

7

pellegrinaġġ mhux tas-soltu

www.jesuit.org.mt


Intervista

tidwi. Iżda tista’ tisma’ dan l-istorbju fis-sagristiji biss. Jekk toħroġ barra mis-sagristiji ma tisma’ xejn. Allura n-nies ġos-sagristiji biss jistgħu jisimgħu dan l-istorbju. Il-kwistjoni mhix dwar dawn l-erba’ kardinali jew uħud oħra. Franġisku qalha diversi drabi li huwa jħobb l-oppożizzjoni. Dejjem kellu l-oppożizzjoni f ’ħajtu. Draha l-oppożizzjoni u rrealiżża li l-ħajja hija mibnija fuq it-tensjoni. U għax il-ħajja hi magħmula mit-tensjoni, għalhekk m’hemmx ħajja jekk m’hemmx tensjoni. Wieħed mis-sinjali li l-proċess ta’ riforma huwa effettiv huwa preċisament għax tinqala’ l-oppożizzjoni. Iżda Papa Franġisku jagħmel distinzjoni bejn żewġ kwalitajiet ta’ oppożizzjoni: Hemm dik l-oppożizzjoni li hija l-kritika ta’ nies li għandhom lill-knisja għal qalbhom. Iħobbu lill-knisja. Iridu verament b’kuxjenza tajba l-ġid tal-knisja. Imma hemm tip ieħor ta’ oppożizzjoni, li hija li wieħed jimponi dak li jaħseb hu, li tissejjaħ oppożizzjoni ideoloġika. Il-Papa jisma’ dawk tal-ewwel għax miftuħ biex jitgħallem. Iżda ma tantx jagħti kas lill-oħrajn. DG Qegħda tiżdied dik li hija oppożizzjoni “tajba”? U dan x’ikun ifisser għal mod kif jaġixxi l-Papa? AS L-oppożizzjoni t-tajba hija diskreta. Hemm nies li jitkellmu mal-Papa b’mod dirett. U l-Papa jħobb dawn it-tip ta’ nies għax ma jagħmlux storbju u ħafna teatrini. Fl-2013, fil-bidu tal-intervista tagħna, qalli ngħidlu jekk naħseb li xi ħaġa milli qed jgħid mhix tajba. Laqatni biha din. Kienet ħaġa żgħira iżda wrietni kemm hu miftuħ għall-kritika. Iżda trid iżżomm f ’moħħok ukoll li hemm xi azzjonijiet jew dokumenti, bħal Amoris Laetitia, li huma frott ta’ proċess twil. Mhuwiex biss dak li qed jgħid il-Papa, huwa dak li sar f ’żewġ sinodi, u s-sinodi kienu miftuħa u diretti ħafna. U dan għoġbu ħafna lill-Papa. U fl-aħħar kiteb l-eżortazzjoni tiegħu għax jaf x’inhu xogħlu ta’ papa – għaliex mhuwiex biss Papa “minn tagħna”. DG Xi trid tfisser b’dan? Ħafna nies jaħsbu li fil-fatt huwa Papa minn tagħna ħafna u għalhekk iħobbuh. AS Għajjejt nismagħha din, li l-Papa huwa “minn tagħna u ħanin.” Iva, dażgur huwa minn tagħna u ħanin. Iżda jaf xi tfisser tkun Papa. Huwa konxju ħafna tar-responsabbiltà tiegħu bħala Papa. Jaf x’għandu jagħmel u x’poter għandu – li huwa poter ta’ qadi. Huwa l-papa, u jaf li huwa l-Papa. Hu konxju ħafna tal-ministeru tiegħu bħala s-suċċessur ta’ San Pietru. Għalhekk jeżerċita l-awtorità taċ-

8

ċwievet ta’ Pietru meta jkun hemm il-bżonn. Imma jisma’ ħafna, u jfittex l-informazzjoni, miftuħ. Jitlob ħafna qabel ma jkun ser jagħmel xi ħaġa. Iżda meta jieħu deċiżjoni, din id-deċiżjoni tkun ġejja minn proċess twil. Dan huwa importanti ħafna. Is-smigħ, it-talb u d-dixxerniment. DG Allura meta l-Papa jaġixxi bħala Papa ma jaġixxix minn xi kapriċċ personali? AS Il-Papa huwa iebes ħafna. Jeħodhom id-deċiżjonijiet. Iżda huma riżultat ta’ proċess. Mhuwiex biss minn tagħna; huwa iebes. Huwa ħanin. Huwa kwiet u kalm. Ġesù kien xhieda tal-imħbba ta’ Alla. Ma kienx biss minn tagħna. Il-mod kif il-Papa jaġixxi u jitkellem ġej mill-vanġelu. Huwa msawwar mill-vanġelu. Mhux magħmul mixxewqa li jkun minn tagħna. DG Jekk inħarsu ‘l quddiem, naraw li n-nies qegħdin jistaqsu ser jiġri “wara Franġisku”. Għandu 80 sena. X’inhu l-futur tal-pontifikat? Rajna reazzjoni wara Obama meta l-U.S. tellgħet lil Donald Trump. Ser ikun hemm dinamika simili bi Franġisku? AS Din il-mistoqsija ma tinteressanix. Iva, tagħmel sens. Iżda m’inix interessat f ’dan għax verament nemmen fis-sorpriżi ta’ Alla u naħseb li jkun hemm Papa adattat għaż-żmien li jkun, kif kien hemm fis-sekli li għaddew. Naħseb biss illi l-proċess li beda Franġisku huwa rriversibbli. Iżda dan ma jfissirx li s-suċċessur tiegħu jrid ikun bħalu. Jista’ jkun kompletament differenti. Issa naraw, għax ma nafux. DG Franġisku jidher li jirrispetta t-tradizzjoni b’modi illi ħafna drabi ma nindunawx bihom. Per eżempju żamm illimitu ta’ 120-il kardinal, mhux bħalma kien jagħmel spiss Ġwanni Pawlu II. AS Assolutament il-Papa mhuwiex liberali. Mhuwiex konservattiv iżda mhux liberali. Huwa xi ħaġa differenti. U ma jħobbx li jkun imdawwar b’Bergoljani” – b’nies bħalu. Huwa mod differenti kif tifhmu Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


Papa Franġisku flimkien ma’ Fr Antonio Spadaro SJ

DG Kif inhi sejra r-riforma filKurja Rumana? Sar ħafna tibdil l’organiżżazzjoni. AS L-istrutturi jistgħu jinbidlu, iżda Franġisku qal illi trid tbiddel ir-ruħ qabel ma tbiddel l-istrutturi. U r-ruħ qed tinbidel. ... Il-viżjoni taddipartimenti hija inklussiva ħafna, mhux qiegħda taqsam kull uffiċċju f ’partijiet differenti tal-ħajja tal-knisja jew tat-tagħlim. Għalija l-ikbar sfida hija li ma taqsamx il-poplu ta’ Alla f ’regoli u biċċiet, billi s-saċerdoti jkunu naha u l-lajċi naha oħra. Hemm viżjoni differenti, viżjoni aktar pastorali, aktar globali, aktar imsejsa fuq it-Tieni Kunċilju Vatikan. Ir-riformi dejjem isiru, iżda hemm spirtu tajjeb u hu l-ispirtu li bilmod ser ibiddel l-affarijiet. Dan jieħu ż-żmien, iżda aħna m’aħniex mgħaġġlin. Dan huwa frott ta’ konsultazzjoni. Mexjin ‘il quddiem. Kollox miexi u qed jiżviluppa tajjeb. Għalija dak li huwa l-aktar importanti huwa: X’inhi l-intenzjoni tal-Papa? Darba staqsejtu: Trid tirriforma l-Knisja? Hu weġibni: “Le”. Dan niftakru tajjeb ħafna. Konna qegħdin f ’kamartu f ’Santa Marta. Qalli: “Irrid inpoġġi lil Kristru fiċ-ċentru tal-Knisja. Jiġifieri, inpoġġih aktar u aktar fiċ-ċentru. Għax jekk Kristu jkun fiċ-ċentru tal-Knisja ir-riforma jagħmilha Hu. Mhux minni jiddependi. Jiddependi minnu.” Jekk tpoġġi lil Kristu fiċ-ċentru tkun tista’ tbiddel kollox. Dan huwa importanti ħafna għalija għax ġegħelni ninduna li l-Papa m’għandux l-interess li jagħmel xi ħafna tibdil, mhux inkwetat biex isir it-tibdil. Huwa nkwetat

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017

dwar ir-rota ta’ ġewaa tal-Knisja. Għalih dan irid ikun Kristu. Per eżempju, aħseb dwar il-ħniena. Il-ħniena tfisser tpoġġi l-qalba tal-Vanġelu f ’qalb tal-Knisja. Mhux ir-regoli, mhux il-problemi, mhux in-normi. Iċ-ċentru tal-Knisja hija l-ħniena t’Alla. Għalhekk jekk il-ħniena ta’ Alla tkun fiċ-ċentru imbagħad tkun tista’ tifhem kollox minn perspettiva differenti. U tkun tista’ tagħmel ir-riformi kollha li tkun trid. Dan jgħinek tifhem ukoll ir-rwol tal-Papa filKnisja. Hu ma jħossx li huwa fiċ-ċentru tal-Knisja, bħallikieku kollox jiddependi minnu. Għalhekk ma jħossx il-pressjoni u t-tensjoni. Mhux minnu jiddependi kollox, iżda minn Alla. Xogħlu huwa li jkun mezz. Meta jispiċċa xogħlu tal-ġurnata, jiekol ikla tajba u jorqod raqda tajba. Hekk jarah ir-rwol tiegħu fil-Knisja. DG Saħħtu tajba? AS Tajba ħafna, iva. Filgħaxija jgħeja. Iżda jiġi f ’tiegħu malajr. Xi kultant meta jkun qed jivjaġġa per eżempju, narah għajjien ħafna kif ikun għadda filgħodu. Imbagħad imur jorqod xi sagħtejn jew tlieta, u imbagħad, pumm! Jaf kif jiehu ħsieb tiegħu nnifsu. Xi sentejn ilu għedtlu, “Hu ħsieb tiegħek innifsek, ippriserva l-enerġija.” Qalli: “Tinkwetax fuq hekk. Meta ngħeja nieqaf.” Għalhekk jikkanċella l-udjenzi, jew xi kultant meta jħossu għajjien jieħu tuffieħa u jieħu raqda. Għalhekk jaf jieħu ħsieb saħħtu.

9


Esperjenzi

Miktub minn Fr Paul Pace, SJ

Ir-Randan l-Albanija Fl-1 ta’ Lulju 2017 ser titwaqqaf il-Provinċja l-ġdida Euro-Mediterranja fiha tiġbor tliet pajjiżi: l-Albanija, l-Italja u Malta .L-Albanija ilha ħafna snin tifforma parti mill-Provinċja tal-Italja. Kienet qisha l-missjoni tal-Provinċja taljana. Ftit ilu Fr Paul Pace SJ mar iżur l-Albanija u kitbilna l-impressjonijiet tiegħu.

Kienu għaddew fuq l-20 sena minn mindu kont żort l-Albanija. Kont qattajt Awwissu 1995 f ’belt żgħira, Lac Vaudejes, fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż. Kien biss ftit snin wara l-waqgħa tar-reġim kiefer komunista, u kien jinħass ottimiżmu li kollox jista’ jerġa’ lura għalli kien qabel. Fl-istess ħin kienet tinħass ukoll ċerta instabbilità. F’Marzu li għadda erġajt lura l-Albanija, fejn għaddejt minn Ras ir-Randan sa Ħadd il-Għid nagħti daqqa t’id żgħira fil-parroċċa li l-Ġiżwiti għandna f ’Tirana, il-kapitali tal-pajjiż. Kienu għaddew aktar minn 20 sena, u kemm l-ottimiżmu kif ukoll l-instabbilita’ naqsu sew fl-Albanija tal2017. L-Albanija hija pajjiż żgħir, imdawwar minn naħa mill-baħar Adrijatiku, faċċata tal-Italja, u min-naħat l-oħra mill-Greċja, il-Maċedonja, il-Kosovo u l-Montenegro. Għal mijiet ta’ snin kien parti mill-Imperu Ottoman, u b’hekk ilmaġġoranza tal-Albaniżi, madwar 70%, huma Musulmani. Il-kuntatt mal-Greċja matul l-istorja fisser li hemm minoranza Ortodossa ta’ xi 20%, filwaqt li 10% biss huma Kattoliċi. Matul is-snin tal-Komuniżmu, dal-pajjiż għadda minn esperjenza ta’ kefrija kbira, l-aktar fejn tidħol ir-reliġjon, imma mhux biss. Ilgvern Komunista taħt Enver Hoxha, iddikjara li l-Albanija kienet pajjiż ateu, u ħadha qatta’ bla ħabel kontra r-reliġjonijiet kollha. Fl-1967 għalaq il-knejjes u l-moskej kollha, u saħansitra waqqa’ wħud minnhom. Kull att reliġjuż sar illegali, anke fil-privat, u smajt stejjer ta’ min qala’ kastig aħrax għax qabduh jgħallem lit-tfal tiegħu jroddu s-salib. L-aħħar qassis li miet martri fis-snin ’70 kien minħabba li qabduh jgħammed tarbija. Il-martri Għalkemm ir-reliġjonijiet kollha batew il-

10

persekuzzjoni Komunista, l-aktar li batew kienu l-Kattoliċi, l-aktar minħabba l-kuntatt li kellhom ma’ Ruma. F’Novembru li għadda ġew beatifikati 38 minn dawn il-martri – isqof, saċerdoti djoċesani, reliġjużi u lajċi. Żgur li kien hemm ħafna oħrajn li ħallew ħajjithom għallfidi tagħhom matul dawn is-snin. Uħud ġew iffuċillati, oħrajn mietu fil-ħabsijiet wara li ġew ittorturati. Ma kienx hemm qassis li ma daqx ilħabs, il-biċċa l-kbira għal snin twal. Ħajja ġdida Dan kollu wasal fi tmiemu fl-1991 bl-ewwel elezzjonijiet demokratiċi. Madankollu, żmien daqshekk twil ta’ persekuzzjoni ħarxa, mingħajr knejjes, mingħajr qassisin u fejn kollox seta’ jsir biss bil-moħbi, kellu effetti kbar fuq il-ħajja tal-fidi tal-Albaniżi. L-ewwel snin kienu snin ta’ ottimiżmu u ta’ ħafna rieda tajba: ħafna semgħu s-sejħa tal-Knisja Albaniża għall-għajnuna, ħafna kienu dawk lesti joffru ruħhom għal din il-missjoni. Il-Knisja Albaniża bdiet tirkupra, il-ħajja tal-komunità nisranija bdiet terġa’ lura għan-normal, bit-twaqqif ta’ parroċċi, l-għażla tal-isqfijiet, u l-miġja ta’ ħafna missjunarji barranin, l-aktar mill-Italja. Aħna l-Maltin, bħas-soltu, tajna sehemna, b’ħafna modi. Kien f ’dak iż-żmien tal-bidu li talMużew fetħu skola f ’Korce u li marru l-patrijiet Dumnikani. Patri George Frendo mar hemmhekk 20 sena ilu, u s-sena li għaddiet inħatar Arċisqof ta’ Tirana. Il-Ġiżwiti Fis-seklu 19, il-Ġiżwiti flimkien malFranġiskani kienu ż-żewġ ordnijiet ewlenin fl-Albanija Kattolika, l-aktar fin-naħa ta’ fuq Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


Fr Paul Pace SJ l-Albanija (fuq in-naħa tal-lemin) flimkien mal-Ġiżwiti Fr Stefano u Fr Zef

tal-pajjiż, madwar il-belt ta’ Shkodra, jew Scutari. Hemmhekk il-Ġiżwiti kellhom skola sekondarja u kienu jmexxu s-seminarju tad-djoċesi. Fil-vaganzi, meta s-seminarju kien ikun magħluq, kienu jduru l-komunitajiet Kattoliċi, imxerrdin fl-irħula ċkejkna fil-muntanji. Ta’ din il-preżenza l-Ġiżwiti ħallsu prezz għoli: fost il-martri beati hemm żewġ patrijiet, Giovanni Fausti, Taljan, rettur tas-seminarju, u l-Albaniż Daniel Dajani, u Brother Albaniż, Gjon Pantalla. L-ewwel tnejn inqatlu nhar l-4 ta’ Marzu tal-1946, flimkien ma’ seminarista, patri franġiskan u żewġ lajċi. Br Pantalla miet fil-ħabs nhar il-31 t’Ottubru 1947, wara aktar minn sena ta’ tortura u xogħol iebes. Għalhekk kienet ħaġa naturali li wara l-waqgħa tal-komuniżmu, il-Ġiżwiti Taljani reġgħu lura Shkodra, u malajr reġgħu fetħu skola u s-seminarju. Reġgħu lura wkoll fil-parroċċa li kellhom Tirana. X’għamilt l-Albanija Il-biċċa l-kbira tas-sitt ġimgħat li qattajt l-Albanija għaddejthom Tirana, ngħin kif nista’ filparroċċa tagħna. Tirana hija belt ta’ xi miljun ruħ, li għadha ma waqfitx tikber hekk kif aktar nies

iħallu l-irħula u l-ibliet żgħar biex ifittxu xogħol u servizzi aħjar, skejjel u sptarijiet tajbin. Minħabba li l-Kattoliċi huma minoranza żgħira, f ’Tirana hemm biss erba’ parroċċi. In-numri mhux bilfors ikunu kbar ħafna, imma l-firxa tal-parroċċa tkun enormi: il-parroċċa tagħna, li tinsab ftit minuti ’l bogħod mill-pjazza ewlenija tal-belt, tasal mhux biss sat-tarf tal-lbelt, imma tħaddan ukoll xi ftit irħula fl-għoljiet ta’ madwar Tirana. Għalhekk xogħol kien hemm kemm irrid, u aktar, imma kien hemm il-problema tal-lingwa: l-Albaniż tiegħi ma kienx jasal aktar minn xi għaxar kelmiet! B’xorti tajba ħafna nies jitkellmu tajjeb bit-Taljan, u numru dejjem jikber jafu sewwa l-Ingliż, u fejn dan ma kienx biżżejjed dejjem sibt min lest jittraduċi. L-aktar ħaġa li ħadt gost nagħmel kienet skola żgħira ta’ talb: il-kappillan, Patri Zef, li huwa l-uniku Ġiżwita Albaniż, għamel l-avviż u kien jinkoraġġixxi nies li jaf biex jieħdu sehem. Konna niltaqgħu individwalment għal xi 20 minuta kull jumejn jew tlieta, biex nitkellmu fuq it-talb: min jiġi kien igħidli kif jitlob jew titlob, u jien kont nissuġġerixxi xi salmi jew testi oħra talBibbja għall-ġranet li jkun imiss, sa ma nerġgħu niltaqgħu. Dejjem kont nimpressjona ruħi li tmur x’ħin tmur fil-knisja tagħna dejjem kont issib lil xi ħadd qed jitlob, ħafna drabi żgħażagħ. Ħassejt finnies xewqa kbira li jitolbu aħjar, imma fuq kollox rajt f ’ħafna nies esperjenza spiritwali qawwija, minkejja d-diffikultajiet kollha tas-snin tal-komuniżmu – jew forsi minħabba fihom. Fost dawk li ġew kien hemm żewġ aħwa ta’ madwar 20 sena li kienu qed iħejju rwieħhom għallmagħmudija. Kienu parti minn grupp ta’ madwar 25 ruħ, kważi kollha żgħażagħ Musulmani, li kienu qed jitgħallmu l-katekiżmu b’ħafna ħeġġa biex ikunu jistgħu jitgħammdu. Sfortunatament ma kontx hemm meta tgħammdu ilĦadd ta’ wara l-Għid, imma xorta ħallew impressjoni qawwija ħafna fuqi. Provinċja ġdida Minn hawn u ftit ġimgħat oħra, l-Italja, l-Albanija u Malta ser isiru provinċja waħda. Il-mawra tiegħi fl-Albanija għenitni nara kemm din l-għaqda tista’ tkun ta’ ġid quddiem il-bżonnijiet kbar li jeżistu kullimkien.

11

Esperjenzi

www.jesuit.org.mt


Spiritwalità

Miktub minn Fr Reno Grech, SJ matul ħajtu (1943 – 2013)

Spiritwalità Injazjana

Ir-Raba’ Ġimgħa Ir-Raba’ Ġimgħa tkompli ddaħħal lill-eżerċitant iktar fil-fond fit-tielet u l- aħħar fażi tal-mixja tiegħu matul l- Eżerċizzi Spiritwali - dik tal-għaqda ma’ Kristu fil-misteru tal-Għid. It-Tielet Ġimgħa ffokat fuq l-ewwel aspett, li ħu l-għaqda ma’ Kristu fit-tbatija. IrRaba’ Ġimgħa tikkonċentra fuq it-tieni aspett, li hu l-għaqda ma’ Kristu filferħ u l-glorja tal-qawmien tiegħu.

ll-Post tar-Raba’ Ġimgħa Din il-Ġimgħa hi 1-aħħar tarġa flesperjenza tal-Eżerċizzi Spiritwali. Din il-Ġimgħa tiġbor il-frott kollu talĠimgħat ta’ qabel. Hawnhekk l- eżerċitant ikollu sehem mill-grazzja miksuba bil-qawmien ta’ Kristu.

12

L-Għan tar-Raba’ Gimgħa Dan insibuh fit-talba tat-tielet tħejjija: “Nitlob ilgrazzja li nifraħ u nithenna bis-sħiħ meta naħseb fil-glorja hekk kbira u l-ferħ ta’ Kristu Sidna.” (Eż. Sp. 221). Dan hu 1-ferħ proprju tal-misteru tal-Għid, ferħ li mill-grazzja tal-fidi u l-imħabba, jagħmlu lil Kristu Rxoxt, għalkemm ma jidhirx, il-qalba tal-eżistenza ta’ min jemmen. Xi drabi jiġri li l-eżerċitant ma jħossux ferħan f ’dan iż-żmien. Imbagħad iħossu ħati għax mhux ferħan. Jista’ jkun hemm diversi raġunijiet għal din is-sitwazzjoni, bħalma huma l-għejja fiżika u mentali fi tmiem din l-esperjenza jew xi tfixkil li l-eżerċitant ikun qed jagħmel, forsi mingħajr ma jrid, lill-grazzja ta’ Alla. L-eżerċitant irid jifhem li dan il-ferħ ma jiddependix mill-ħila tiegħu iżda hu grazzja li għandu jixtieqha u jitlobha. L-effett ta’ dan il-ferħ hu l-faraġ spiritwali. Dan il-faraġ dejjem imexxi lill-eżerċitant għall-qadi ta’ Alla. Il-kontemplazzjonijiet tar-Raba’ Ġimgħa jiftħu lill-eżerċitant għall-Ispirtu s-Santu biex jagħtih spirtu appostoliku. Il-Ġiżwita Fr Jean Laplace, fil-ktieb tiegħu fuq 1-Eżerċizzi Spiritwali, jinnota li ħafna mill-misteri mogħtija minn Sant’Injazju fil- kontemplazzjonijiet tar-Raba’ Ġimgħa jisħqu fuq Kristu waqt li qed jifforma l-Knisja tiegħu: Hu jagħżel lil Pietru bħala l-blata li fuqha jibni l-Knisja tiegħu (Eż. Sp. 302); l-esperjenża komunitarja ta’ Kristu Rxoxt (Eż. Sp. 304)-, il-missjoni universali talKnisja biex ixxandar l-Aħbar it-Tajba (Eż. Sp. 307). Ir-Raba’ Ġimgħa għandha wkoll tkompli tikkonferma u ssaħħaħ lill-eżerċitant fl-għażla jew tiġdid ta’ ħajja li jkun għamel fit-Tieni Ġimgħa. L-esperjenza tar-Raba’ Ġimgħa għandha timlieh b’kuraġġ, tama, sempliċità u mħabba b’mod li jibda jsib lil Alla f ’kollox. Struttura u Kontenut Ninnotaw li Sant’Injazju, fl-istruttura tal-Ġimgħat jkun progressivament iktar flessibbli, iktar ma l-eżerċitant jimxi ’l quddiem fil-mixja spiritwali tiegħu. L-ewwel eżerċizzju tar-Raba’ Ġimgħa hu fuq id-Dehra ta’ Kristu Rxoxt lil ommu (Eż. Sp. 218-220; 299). Filkontemplazzjonijiet tar-Raba’ Ġimgħa ninnotaw li d-Divinità ta’ Kristu li kienet inħbiet matul il-Passjoni tiegħu, issa terġa’ tidher b’qawwa glorjuża (Eż. Sp. 223). Il-kontemplazzjonijiet tar-Raba’ Ġimgħa dwar id-dehriet ta’ Ġesu, huma maqsuma fi tliet partijiet ġenerali: (i) dehriet li jwasslu għall-fidi u xhieda personali (Eż. Sp. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


300-303): (ii) dehriet ta’ natura ekkleżjali (Eż. Sp. 303307): u (iii) dehriet oħra li juru l-liberalità ta’ Ġesù (Eż. Sp. 308-311). L-għan tar-Raba’ Ġimgħa jintilef jekk xi waħda minn dawn is-sezzjonijiet tinqabeż. Elementi karatteristiċi Il-ferħ li għalih qed jitlob l-eżerċitant ma jfittxux fih innifsu iżda fi Kristu li qam glorjuż millmewt. Hu ferħ li ġej mill-persuna ta’ Ġesù u mhux mill-eżerċitant. Flimkien mat-tliet punti komuni għall-kontemplazzjonijiet kollha fuq il-misteri tal-ħajja ta’ Ġesù, Sant’Injazju jżid żewġ punti oħra fil-kontemplazzjonijiet tal-misteri tal-qawmien ta’ Kristu. Dawn huma: a) Il-misteru tal-glorja ta’ Kristu. Din il-glorja tiddi fl-umanità ta’ Kristu Rxoxt u tagħti d-dawl, tama ġdida, paċi u ferħ lil dawk li jikkontemplawh. b) Milja tal-ħajja għalina: Fl-eżerċizzi tar-Raba’ Ġimgħa Ġesù jfarraġ lill-eżerċitant b’żewġ modi differenti: l- ewwel wieħed matul il-ġranet ta’ qabel it-Tlugħ tiegħu fis-sema u l-ieħor fiż-żmien ta’ wara. Qabel ma tela’ s-sema Ġesù deher b’mod sensibbli. Id-dixxipli jarawh, imissuh, jieklu miegħu u jitfarrġu u jifirħu għad-dehra tieghu. Huma jerġgħu jimtlew bil-fidi, it-tama u l-imħabba. Wara t-Tlugħ tiegħu fis-sema Ġesù jeżerċita l-ħidma tiegħu ta’ wieħed li jfarraġ billi jibgħat lill-lspirtu s-Santu, idDifensur, il-Konsolatur (Ġw. I4:l6, 26; 15:26). KONTEMPLAZZJONI BIEX NASLU GĦALL-IMĦABBA Postha fl-Eżerċizzi (Eż. Sp. 230-237) Fil-manwàl tal-Eżerċizzi Spiritwali, din ilkontemplazzjoni mhix inkluża mal-oħrajn tar-Raba’ Ġimgħa. Iżda l-aktar post adattat għaliha hu f ’din il-ġimgħa. Din il-Kontemplazzjoni sservi bħala summarju u siġill tal-mixja spiritwali kollha matul l-Eżerċizzi u tiftaħ ukoll lill-eżerċitant għall-mixja spiritwali tiegħu matul ħajtu. Il-Għan tal-kontemplazzjoni L-iskop hu biex tissaħħaħ l-għaqda ma’ Alla u r-rieda tiegħu hekk li l-eżerċitant fis-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi kollha ta’ ħajtu jibda jfittex u jsib lil Alla f ’kollox, jiġifieri jsir bniedem kontemplattiv filħidma appostolika. Struttura u kontenut Fiż-żewġ punti preliminari Sant’Injazju jisħaq fuq żewġ karatteristiċi essenzjali tal-imħabba. L-ewwel karatteristika hi li hemm għaqda naturali bejn irrelazzjoni ta’ mħabba u l-għemil. L-imħabba turi

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017

ruħha fil-prattika. It-tieni, hemm għaqda naturali ta’ komunikazzjoni bejn il-persuni li jħobbu lil xulxin. L-imħabba tikkonsisti filli tnejn li jinħabbu jaqsmu kollox ma’ xulxin. Fl-ewwel tħejjija, 1-eżerċitant għandu jinġabar billi jara lilu nnifsu wieqaf quddiem Alla, imdawwar mill-anġli u l-qaddisin li qegħdin jitolbu għalih. Fittieni tħejjija l-eżerċitant jitlob il-grazzja biex jagħraf iktar il-ħafna benefiċċji li rċieva matul l-Eżerċizzi Spiritwali, u barra minn din l-esperjenza, ħalli jkun grat għal din l-imħabba u jaqdi lil Alla f ’dak kollu li jgħaddi minnu. Fl-ewwel punt l-eżerċitant għandu jiftakar filbenefiċċji kollha li rċieva: bħalma huma l-ħolqien, il-fidwa, u doni partikolari oħra. Dan il-punt ifakkar lill-eżerċitant fl-esperjenza tiegħu matul l-Ewwel Ġimgħa u x-xewqa tiegħu li jagħti lilu nnifsu lil Alla. It-tieni punt ifakkar lill-eżerċitant fit-Tieni Ġimgħa. Alla mhux biss jagħtih l-affarijiet iżda Hu preżenti firrigali tiegħu. Hu ma jibqax lil hinn mill-ħolqien. It-tielet punt ifakkar lill-eżerċitant fit-Tielet Ġimgħa. Hu jikkonsidra kif Alla jaħdem u jitħabat fil-ħlejjaq. Hawnhekk l-eżerċitant jiftakar fil-misteru tal-fidwa li kkontempla fit-Tielet Ġimgħa. Hu jiftakar kif stinka biex ikun ma’ Kristu fit-taħbit u t-tbatija u kif xtaq li jieħu sehem fil-ħidma tal-fidwa. Ir-raba’ punt ifakkar lill-eżerċitant fir-Raba’ Ġimgħa, meta kkontempla lil Kristu Rxoxt fil-ħidma tiegħu ta’ wieħed li jfarraġ u fil-wegħda tiegħu li jimliena bl-Ispirtu tiegħu. F’dan il-punt l-eżerċitant jara lil Alla bħala l-għajn ta’ dak kollu li hemm fih. Hu jikkontempla kif it-tjubija, il-verità, il-ġustizzja, is-sbuħija, il-ħniena, u l-kwalitajiet tajba l- oħra, li jinsabu fih b’mod limitat, huma parti minn dawn l-attributi infiniti ta’ Alla. Wara l-kontemplazzjoni fuq kull punt, l-eżerċitant jirrifletti dwar kif għandu jwieġeb għall-imħabba ta’ Alla u x’għandu joffri lil Alla biex jurih l-imħabba tiegħu. Għalhekk wara kull punt l-eżerċitant jagħmel l-offerta tiegħu nnifsu taħt forma ta’ talba. Din it-talba hi għotja sħiħa tal-persuna lil Alla li tinkludi l-fakultà tal-libertà, il-memorja, id-dehen, ir-rieda u kulma għandu. Dawn l-affarijiet kollha rċevihom bħala rigal mingħand Alla u issa l- eżerċitant qed jerġa’ jroddhom Lilu. L-eżerċitant jitlob biss li Alla jagħtih l-imħabba u l-grazzja tiegħu, u din tkun biżżejjed għalih. Il-kontemplazzjoni biex naslu għall-imħabba tagħlaq b’kollokju ta’ mħabba ma’ Alla. Hawnhekk l-eżerċitant jirringrazzja, ifaħħar u juri gratitudni profonda lil Alla għal dak kollu li rċieva u għad jirċievi minn għandu. Hu jitlob biex dan is-sens ta’ gratitudni jwasslu biex iħobb u jaqdi f ’kollox lil Alla u b’hekk isir bniedem kontemplattiv fil-ħidma appostolika.

13

Spiritwalità

www.jesuit.org.mt


’l Hawn u ’l He Id-djarju ta’ Sant’Injazju Fost il-ħafna kitbiet ta’ Sant’Injazju, wieħed mill-ftit li għadu jeżisti hu d-Djarju Spiritwali tiegħu miktub minnu stess mingħajr l-għajnuna tas-segretarju tiegħu. Wieħed jistenna li permezz ta’ din il-kitba nkunu nistgħu nidħlu fil-ħsieb u l-ispiritwalità tiegħu. Iżda minflok, anke għal dawk midħla ta’ ħajtu u l-ispiritwalità tiegħu, id-Djarju jibqa’ ma jiftiehemx. Il-kitba f ’dan il-ktieb hi x-xogħol ta’ persuna li jħobb ħafna ‘l Alla u li jgħix ħajja interjuri ntensa u mgħoni b’ħafna doni mingħand Alla. Injazju, il-Fundatur tal-Kumpanija ta’ Ġesù, kiteb dan il-ktieb xi ħames snin wara li l-Papa approva t-twaqqif tal-Ordni ġdid u hu kien impenjat ħafna f ’ħidma appostolika u fit-tmexxija tal-Ordni żagħżugħa. Il-kopja oriġinali ta’ dan il-ktieb għadha kif ġiet restawrata. Ix-xogħol sar b’reqqa kbira minn grupp immexxi minn Dr Melania Zanetti tal-Università Cattolica del Sacro Cuore ta’ Milan. Dr Zanetti ppreżentat dan il-ktieb restawrat lill-Patri Ġeneral, Arturo Sosa, fit-22 ta’ April. Fl-2016, dan l-istess grupp kien lesta ir-restawr talmanuskritt oriġinali tal-ktieb Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant’ Injazju.

14

Fr Nicolás jitlaq mill-Kurja Wara li l-Kongregazzjoni Ġenerali għażlet lil Fr Arturo Sosa bħala s-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti, il-prediċessur tiegħu, Fr Adolfo Nicolás, mar Spanja biex jistrieħ, qabel ma kompla triqtu lejn il-Filippini fejn kien sejjer ikun jaħdem f ’Ċentru ta’ Spiritwalità. Qabel telaq, f ’Quddiesa mmexxiha minn Fr Sosa, ilkomunità tal-Kurja tagħna esprimiet rigrazzjament lil Alla għas-servizz ta’ Fr Nicolás bħala Superjur Ġenerali bejn l-2008 u l-2017. Fr Sosa rringrazzja ħafna lil prediċessur tiegħu u xtaqlu kull barka fil-missjoni ġdida tiegħu f ’Manila. F’din l-okkażjoni il-Papa Franġisku ingħaqad malkomunità għall-ikel biex hu wkoll isellem u jirringrazzja lil Fr Nicolás. Wara l-ikel, bħas-soltu, il-Papa Franġisku sellem lil kull membru tal-komunità u tkellem fit-tul ma’ kull wieħed. Kienu mumenti ta’ simpatija kbira meta l-Papa Franġisku nsista li Fr Nicolás joqgħod bilqiegħda minfloku fuq il-pultruna mħejjija apposta għalih.

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


emm

mal-Ġiżwiti Laqgħat internazzjonali f’Malta Fit-tieni ġimgħa ta’ Mejju, il-Promoturi tal-Vokazzjonijiet mill-Provinċji tagħna flEwropa, iltaqgħu Malta. Fl-istess żmien, 33 webmaster u dawk li jaħdmu fil-komunikazzjoni, Ġiżwiti u lajċi mill-Povinċji tagħna fl-Ewropa, kif ukoll mill-Amerika, il-Kanada, ir-Repubblika Dominikana, l-Afrika u l-Awstralja ħadu sehem fil-laqgħa tal-JesWeb. Il-Promoturi tal-Vokazzjonijiet u l-partiċipanti tal-JesWeb kellhom xi laqgħat flimkien biex jevalwaw ix-xogħol li qiegħed isir u biex jippjanaw ħalli fil-ġejjieni tissaħħaħ il-koperazzjoni bejniethom.

L-Arċisqof iżur Dar Loyola F’Mejju, meta l-Arċisqof Charles J. Scicluna kien qiegħed jagħmel il-Vista Pastorali fil-parroċċa tanNaxxar, flimkien mal-Arċipriet, mar iżur il-Ġiżwiti f ’Dar Loyola. Kif wasal mar iżur u jitkellem mal-Fathers u l-Brothers anzjani li joqogħdu f ’parti tad-Dar. Imbagħad niżel fil-kappella u wara vista lil Ġesù Sagramentat, kellem lill-komunità. Wara kulħadd inġabar fil-kamra tal-ikel u ħadu kikkra kafè flimkien u biċċa torta tal-irkotta li jħobb l-Arċisqof.

Ġiżwiti barranin iżuru Malta Minn qabel ir-Randan sal-Għid kien hawn fostna Fr Richard Anthonyswamy mill-Malasja. Imma din is-sena qiegħed l-Irlanda biex jagħmel it-Tielet Sena tanNovizzjat. Kemm dam Malta hu kien jaħdem fl-Uffiċċju tal-JRS. Kien hawn ukoll żewġ Novizzi wieħed Taljan, Ivan Agresta, u Eduard Masrtinas mir-Romanija. Il-mawra tagħhom f ’Malta kienet parti mill-programm ta’ formazzjoni matul in-novizzjat. Huma għenu fiċChaplaincy u ħadmu fl-Iskola Primarja tal-Kulleġġ.

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017

Fakultá tat-teoloġija fil-Kenja F’Mejju li għadda, is-Superjur Ġenerali Arturo Sosa, inawgura uffiċċjalment f ’Nairobi, il-Kenja, il-Fakultá ġdida tat-Teoloġija għall-Ġiżwiti fl-Afrika u l-Madagaskar. Fl-omelija tiegħu, Fr Sosa qal “Illum aħna nġbarna f ’dan il-mument sinjifikanti fil-missjoni talformazzjoni u l-edukazzjoni teoloġika meta qegħdin jingħaqdu żewġ teologati - Hekima College u lInstitut de Théologie de la Compagnie de Jésus. Din l-inawgurazzjoni tal-Fakultá tat-Teoloġija tal-Ġiżwiti fl-Afrika u l-Madagaskar hi okkażjoni ta’ ferħ għalija.” Hu rrifera għall-Atti tal-Appostli (8:26-40) u qal “Ħafna sejrin iġorru f ’qalbhom il-mistoqsija u t-talba tar-raġel mill-Etjopja ‘Kif nista’ nifhem jekk xi ħadd ma jurinix?’ Hawnheklk f ’din il-Fakultá u fl-oħra f ’Abidjan, l-Ispirtu ta’ Kristu Rxoxt ser jispira irġiel u nisa biex jgħallmu lillistudenti jifhmu r-rivelazzjoni, ifittxu tradizzjonijiet diversi ta’ għerf u jwieġbu għall-mistoqsijiet taż-żminijiet li dejjem jinbidlu. Is-Superjur Ġenerali fakkar lill-Ġiżwiti bilkarattru internazzjonali u multikulturali tal-Kumpanija ta’ Ġesù, kif ukoll dwar il-ħtieġa biex jikbru fid-dimensjoni universali tal-missjoni tagħna. Fr Sosa fakkar fil-kliem li kien qal f ’Schwäbisch Gmünd, il-Ġermanja, meta qal lill-Ġiżwiti li “Forsi llum ninsabu fi żmien meta neħtieġu nagħrfu mill-ġdid dak li tgħallimna fin-novizzjat: aħna nidħlu fil-Kumpanija ta’ Ġesù, u mhux fil-provinċja tal-Ungerija, tal-Awstrija jew tal-Ġermanja. Għandna bżonn nikbru fid-dimensjoni universali tal-Kumpanija ta’ Ġesù.”

15


Esperjenzi

www.jesuit.org.mt

Ħidma tiegħi fil-Provinċja u fid-Djoċesi Din is-sena, Fr Paul Deguara SJ jfakkar u jirringrazzja ’l Alla għall-50 sena mill-jum li fih il-Mulej ħatru u dilku biex ikun saċerdot u jaqdi ’l-poplu tiegħu billi jitimgħu bil-kelma ħajja ta’ Alla u jmantnih u jsaħħu bil-ħobż tas-sema. F’dan l-artiklu Fr Paul ser jaqsam mal-qarreja tagħna xi ftit esperjenzi tal-ħajja u ħidma sacerdotali tiegħu.

Kelli 33 sena meta l-Kumpanija ta’ Ġesu u l-Arċisqof tad-djoċesi approvawni biex inkun ordnat saċerdot. Il-gurnata għażiża kienet it-26 ta’ Awwissu, 1967, meta l-Arċisqof M. Gonzi, filKatidral tal-Imdina, ordna lili u Patri Agostinjan saċerdoti għal dejjem. Minn dakinhar, bħala ministru ta’ Alla, bl-għajnuna tiegħu, bdejt inservi bħala saċerdot. Għat-Tielet sena tan-Novizzjat is-Superjuri bagħtuni fi Seattle, l-Amerika. Ħidma fl-Opri tal-Ġiżwiti f’Malta Meta ġejt lura Malta bdejt il-ħidma pastorali tiegħi. Kont membru tal-komunità tagħna firresidenza ta’ San Filippu l-Isla bl-iskop li nibda xi pastorali fil-fabbriki tal-Marsa u forsi fidDockyard. Bdejt inqarar u nqaddes f ’xi fabbriki ġo Ħal-Qormi u l-Marsa. Imma wara ftit xhur qaluli mmur fil-komunità ta’ Xavier House, il-Belt biex inkun l-editur tar-rivista tagħna Reġina et Mater u Direttur tal-Kongregazzjoni Marjana, moviment li dak iż-żmien kien jaħdem f ’ħafna parroċċi u mbagħad inbidel f ’Komunitajiet ta’ Ħajja Nisranija (Christian Life Communities), kif inhu magħruf illum. F’dak iż-żmien inħoloq kuntatt mal-gruppi tas-CLC fil-pajjiżi tal-Ewropa. Ftit wara saret laqgħa f ’Mount St. Joseph, ilMosta tal-gruppi Ewropej. Dal-kuntatt kabbar il-presenza tagħna fil-World Federation tas-CLC u l-Maltin bdejna nieħdu sehem fil-laqgħat mondjali li saru fil-Filippini, f ’Ruma u flAmerika. Domt madwar 14-il sena f ’dil-ħidma. Wara ngħaqqadt mal-komuinità ta’ Mount St Joseph, il-Mosta biex ngħin fl-opra Injazjana li nagħti jew immexxi diversi tipi ta’ irtiri lirreliġjużi. Kont mitlub inmexxi rtiri fi Tripli, fil-Kajr, fl-Ixandra, is-Sudan, fil-Kenja u f ’Ruma lis-saċerdoti, lill-Ġiżwiti, lis-seminaristi u lill-

16

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


membri tal-MUSEUM f ’Malta.

Ħidma fil-Pastorali u fil-Kitba

Ħidma fl-Opri fid-Djoċesi

Tul dawn il-ħamsin sena, għal xi żmien, servejt ukoll fil-Knisja tagħna ta’ Sant’Injazju f ’San Ġiljan kif ukoll bħala superjur f ’żewġt idjar f ’Malta u f ’Għawdex. Għal xi żmien kont membru talKummissjoni tal-Ministeri u ħadt sehem f ’xi laqgħat oħra tal-Provinċja. Għal ħafna snin, fis-sajf, fl-Għid jew fil-Milied, kont immur nagħmel xogħol pastorali, l-iktar quddies u qrar, f ’xi parroċċi fl-Italja bħal f ’Roccalumiera, Arcore, Ruma u fil-Kanada u f ’żewġt isjuf ġo Fatima. Għal xi snin għent ukoll bilkitba. Kull xahar, fil-’Leħen is-Sewwa’ kont infisser l-Intenzjoni tal-Appostolat tat-Talb ta’ dak ix-xahar. Kitbiet oħra kienu dwar l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant’Injazju fir-Rivista ta’ Spiritwalità ppubblikata mill-MUSEUM. F’dax-xogħol kollu li l-Mulej għinni nwettaq, dejjem kont disponibbli għal xi servizzi pastorali li xi parroċċi kienu jitolbuni għall-qrar, l-eżerċizzi tar-Randan jew servizzzi

Meta kont għadni l-Mosta, l-Arċisqof Mercieca sejjaħli biex inservi fis-seminarju tal-Virtu. L-ewwel għal xi żmien bħala Direttur Spiritwali, imma wara għal snin twal bħala Associate Spiritual Father. Kien f ’daż-żmien li talbuni nqaddes kull nhar ta’ Ħadd

Fr Paul Deguara SJ malħadddiema talistamperija tal-Gvern meta kienet Kastilja

Fr Paul Deguara SJ mas-sorijiet ta’ Mother Teresa f’Ġerusalemm

u l-Festi lix-xuffiera tax-xarabanks (qabel ma ġew l-Arriva) fil-bitħa tal-Bank Ċentrali. Kienu jingħaqdu magħhom dawk li kienu jiġu fuq il-monti billi kien jarma fil-qrib. Meta kont għaddej bil-ħidma pastorali fil-fabbriki, fil-lukandi u max-xuffiera l-Arċisqof ħatarni biex inkun id-Delegat tiegħu fit-Taqsima Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol. Matul il-11 il-sena f ’din il-kariga, kull ċertu żmien, kont inlaqqa’ lis-saċerdoti li jwettqu ħidma pastorali fost il-ħaddiema. Kważi kull sena kont immur il-Belġju biex nieħu sehem fil-laqgħa tad-Diretturi tal-Grupp Ewropej fid-dinja tax-Xogħol (GEPO). Attività li bdiet issir dak iż-żmien kienet li, lejlet il-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Mons Arċisqof, flimkien mas-saċerdoti li jaħdmu malħaddiema fil-fabriki, kien iqaddes Quddiesa f ’xi żona industrijali, flok issir fil-Katidral ta’ San Ġwann. L-ewwel sena li saret kienet f ’Bulebel fil-ħin tal-break. Qrib il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem l-Arċisqof beda jżur xi postijiet fejn hemm ħafna ħaddiema – fil-fabbriki, fil-lukandi, fl-ajruport, fl-Isptar ta’ San Luqa u fid-Dockyard. Permezz ta’ dawn iż-żjajjar u l-Quddiesa Mons Arċisqof kien qed ikun iktar qrib il-ħaddiema.

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017

fiċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru fis-sena. Għent ukoll f ’xi djar tal-anzjani. Irrid insemmi wkoll il-grazzja li l-Mulej tani li għext erba’ xhur fl-Art Imqaddsa ma’ xi Ġiżwiti Taljani f ’Ġerusalemm. Full kollox u għal kollox irrid inrodd ħajr lil Mulej li nqeda bija tul dawn is-snin u nirringrazzja wkoll lis-saċerdoti li magħhom laqqagħni biex jgħinuni nagħmel dan. Nixtieq nitolbok Mulej taħfirli meta ma servejtekx kif xtaqtni INT u xtaquni sħabi l-Ġiżwiti.

17

Esperjenzi

www.jesuit.org.mt


Ġiżwiti

Miktub minn Fr Paul Pace, SJ

Beatu Ġiżwita ġdid Fr John Sullivan SJ (1861-1933)

Fit-13 ta’ Mejju li għadda, fil-parroċċa tal-Ġiżwiti fiċ-ċentru ta’ Dublin, John Sullivan, patri Ġiżwita, kien dikjarat beatu. Din kienet l-ewwel beatifikazzjoni li qatt saret l-Irlanda.

Familja protestanta John Sullivan tgħammed fil-knisja Protestanta fil-15 ta’ Ġunju, 1861. Kiber fi ħdan familja tajba, mill-klassijiet l-għolja ta’ Dublin. Fl-1873 John bħal ħutu studja f ’Portora Royal School, Enniskillen, l-aqwa skola Protestanta fl-Irlanda. Is-snin f ’din l-iskola kienu importanti ħafna għall-ħajja Nisranija ta’ John. Wara John beda jistudja fl-università f ’Dublin biex isir avukat bħal missieru, li kien sar il-Lord Chancellor fl-Irlanda. Kien f ’dan iż-żmien li missieru, Sir Edward, miet ħabta u sabta. Għal John dan kien xokk li ħalla fuqu effett kbir. Iddeċieda li jkompli l-istudji tiegħu l-Ingilterra, fejn sar avukat fl-1888. Kien igħix ħajja komda, dejjem jilbes tal-aħħar moda. Jitgħammed u jidħol Ġiżwita Il-mewt ta’ missieru ġegħlitu jidħol aktar fih innifsu, jinduna li l-ħajja li kien qed igħix ma kinitx qed timlielu qalbu. Meta żar il-Greċja mar iqatta’ ftit xhur fil-monasteru Ortodoss ta’ Mount Athos; iż-żmien li għadda f ’dal-ambjent ta’ talb u l-kuntatt mal-patrijiet qanqlu fih aktar interess firreliġjon, u fl-età ta’ 35 sena, ħa deċiżjoni radikali: f ’Diċembru tal-1896 kien milqugħ fil-Knisja Kattolika fil-knisja tal-Ġiżwiti ta’ Farm Street, Londra. Minn dak in-nhar biddel il-mod kif kien jgħix. Meta reġa’ lura fid-dar tal-familja f ’Dublin, dan iż-żagħżugħ sinjur, sofistikat u eleganti, neħħa minn kamartu kull ħaġa li dehritlu żejda: biżżejjed ftit għamara sempliċi, mingħajr tapit fl-art, u ilbies sempliċi. F’Settembru tal-1900, ta’ 39 sena, John Sullivan daħal Ġiżwita. Għamel is-sentejn tan-novizzjat

18

f ’Tullamore, u studja l-filosofija fi Stonyhurst fl-Ingilterra. Ma kinux snin faċli għalih minħabba l-eta’ u kien ġej mis-soċjetà għolja, minn ħajja ta’ suċċess akkademiku u materjali. Imma huwa ta ruħu għal kollox għal din il-ħajja ġdida. Minkejja l-ħafna kwalitajiet li kien mogħni bihom, kien iġib ruħu b’umilta’ kbira, dejjem attent biex jgħin kull meta jkun hemm bżonn. Fama ta’ qdusija Fl-1904 beda jistudja t-teoloġija f ’Dublin u kien ordnat saċerdot fit-28 ta’ Lulju 1907. Wara l-ordinazzjoni intbagħat fi Clongowes Wood College, skola għall-boarders ftit ’il barra minn Dublin, fejn qatta’ parti kbira ta’ ħajtu bħala Ġiżwita. Il-fama tal-qdusija ta’ Fr. John malajr infirxet fi Clongowes u madwar. Fuq kollox kien magħruf għall-qdusija tiegħu. Ħafna li kienu fil-bżonn ta’ fejqan spiritwali jew fiżiku kienu jfittxu l-għajnuna tiegħu, jitolbuh jitlob għalihom. It-talb tiegħu kien ikun mismugħ għax il-qawwa ta’ Alla kienet tidher taħdem fih, u ħafna sabu l-fejqan mingħandu, firruħ u fil-ġisem. Il-morda, il-foqra, kull min kien f ’xi bżonn kienu jafu li jekk ifittxuh ser isibuh żgur. Is-sejħa biex jaqdi lil Alla billi jaqdi lil dawk li kienu qed ibatu baqgħet tmexxih sal-aħħar ta’ ħajtu. Kien jaf jieħu ħsieb tal-oħrajn, għajn ta’ paċi u konfort għal min ikun f ’xi inkwiet. Ressaq ħafna lejn Alla billi wrihom it-triq għall-paċi vera u dejjiema. Kien bniedem ta’ talb profond, mhux biss fil-kappella imma ukoll ħdejn is-sodda tal-marid. Fr John Sullivan miet nhar id-19 ta’ Frar 1933. Minn dak in-nhar, in-nies baqgħet tqisu bħala qaddis. Il-fiduċja fl-għajnuna ta’ Fr Sullivan għadha qawwija ħafna fl-Irlanda, u dejjem issib lil xi ħadd jitlob fuq il-qabar tiegħu fil-parroċċa talĠiżwiti f ’Gardner Street, Dublin. Kien f ’din il-knisja li Fr John Sullivan ġie dikjarat beatu nhar it-13 ta’ Mejju ta’ din is-sena. Beatu John Sullivan, itlob għalina! Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


Fr Anthony Gatt S.J.

1939 – 2017

St Xavier f ’Sahibganj fejn il-komunità u s-Sorijiet ħadu ħsiebu ħafna. Meta kien Kolkatta u Sahibganj, ħafna ex-studenti tiegħu kienu jżuruh. Nhar it-Tnejn, 20 Jannar, flimkien ma’ Fr Varghese Palli, il-Provinċjal, u Fr Xavier morna nżuru lil Fr Ninu. Għalkemm huwa ma setax jitkellem b’mod ċar, kien jitbissem bħas-soltu, u wriena li aċċettata l-mard tiegħu b’rassenjazzjoni kbira fil-Mulej. Fil-ftit kliem li qal hu tenna li matul ħajtu dejjem kien kuntent. Minn Malta għall-Indja

Għall-aħħar ftit snin is-saħħa ta’ Fr Anthony Gatt, li konna nafuh bħala Fr Ninu, ma kinitx tajba u kellu jgħaddi xi xhur f ’Kolkatta waqt li kien jieħu l-kimoterapija. Izda sfortunatament saħħtu ma ttejbitx. Fl-aħħar ta Novembru li għadda, it-tabib tah permess li jivvjaġġa lejn Malta biex iżur il-familja tiegħu. Iżda fl-bidu ta’ Jannar mar lura l-Indja. Wara li tawh xi medikazzjoni u mar il-Kulleġġ ta’

Imbagħad, nhar it-Tlieta filgħodu, 21 Jannar, irċevejna l-aħbar li l-Mulej kien sejjaħ lil qaddej fidil tiegħu għallpremju ta’ dejjem. Ninu kellu mħabba kbira għall-Mulej u qdieh b’fedeltà u ġenerozità kbira. Bil-mezzi moderni ta’ komunikazzjoni, l-aħbar tal-mewt ta’ Fr Ninu malajr infirxet. Ħafna ħbieb u studenti poġġew fuq Facebook it-tifkiriet sbieħ tagħhom ta’ ħabib għażiż u gwida. Aktar tard dakinhar, ilkadavru ta’ Fr Ninu ħaduh Dumka fejn kellu jsir ilfuneral. Erbgħin snin ilu, Fr Ninu wasal l-Indja. Sirt nafu u malajr sirna ħbieb kbar. Hekk ġralhom dawk kollha li ltaqgħu miegħu. Ninu twieled fl-20 ta’ Jannar, 1939, f ’Ħaż-Żebbuġ. Il-ġenituri tiegħu kienu Philip u Teresa. Missieru kien bin-negozju tal-qamħ. Ninu studja fil-Kulleġġ ta’ St Albert fil-Belt Valletta. Wara li spiċċa l-iskola sekondarja impjega ruħu mal-Gvern u għal tliet snin ħadem fid-Dipartiment tad-Djar. Fl-10 ta’ Ottubru, 1960, Ninu, żagħżugħ mimli ħajja u b’karattru ferrieħi, sema’ s-sejħa tal-Mulej

19

Nekroloġija

Miktub minn Fr Joe M. Gauci Sacco, SJ


Nekroloġija

www.jesuit.org.mt

biex ikun kumpann tiegħu fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Bil-ġenerożità karatteristika tiegħu, Ninu wieġeb u daħal fin-Novizzjat in-Naxxar. Ninu kien mimli entużjażmu biex imur ixandar il-Aħbar it-Tajba. Għalhekk hu offra ruħu li jmur jaħdem filMissjoni tagħna fl-Indja fost it-tribù tas-Santals. It-talba tiegħu ġiet aċċettata, u flimkien ma’ Br Cecil Azzopardi huwa telaq minn Malta fis-17 ta’ Lulju, 1963. Lest biex iħobb u jaqdi Meta ż-żewġ Ġiżwiti Maltin waslu l-Indja intbagħtu Ranchi biex jistudjaw il-Ħindi. Imbagħad marru Pune biex jistudjaw il-filosofija. Wara Ninu mar igħallem u jieħu ħsieb l-istudenti f ’St Joseph’s College f ’Ġuhiajori u wara sena mar igħallem f ’St Xavier’s College, f ’Sahibganj. It-teoloġija studjaha f ’Kurseong fuq il-Himalayas. Għal darb’oħra huwa ivvjaġġa ma Fr Cecil u ġew Malta fejn kienu ordnati saċerdoti fit-19 ta’ Marzu, 1972. Wara t-Tielet Sena tan-novizzjat Fr Ninu għamel il-Professjoni Solenni tiegħu fil-31 ta’ Lulju, 1977. Bejn l-1972-1977 insibu lil Fr Gatt bħala Viċi fil-parroċċa ta’ Rajibpur fl-Istat tal-Bengal u kellu jistudja l-Bengali. Fl-1977 inħatar biex iservi bħala Rettur u Prinċipal ta’ St Xavier’s College, Sahibganj. Huwa temm il-mandat tiegħu fl-1983 u nħatar bħala Viċi Superjur u jieħu ħsieb it-tfal filhostel ta’ St John Berchmans College, f ’Tinpahar. Wara sentejn intbagħat jieħu ħsieb il-hostel f ’St Xavier’s College, Sahibganj. Kappillan u Superjur Meta Fr Anton Scerri kien kappillan ta’ Majlispir, il-missjoni li kien beda l-Pijunier, Fr Anton DeBono fl-1925, beda jħejji biex iwaqqaf stazzjon missjunarju fir-raħal ta’ Nichamari u fl-1993 beda jaħdem hemm. Minfloku, Fr Gatt inħatar kappillan tal-parroċċa ta’ Majlispur, bħala kappilan, u fl-istess żmien kien ukoll is-Superjur tal-Komunità tal-Ġiżwiti fil-parroċċa. Fl-2012 inħatar Superjur ta’ St Xavier’s College, f ’Raiganj. Dan kien l-aħħar xogħol li kellu FrNinu qabel ma beda jġorr is-salib tal-mard u tat-tbatija. Meta Ġiżwita jfakkar il-50 sena tiegħu filKumpanija ta’ Ġesù, is-Superjur Ġenerali jibagħtlu ittra personali biex jawguralu u jirringrazzjah. Fl-2010, Fr Ninu ċċelebra dan ilĠublew u rċieva l-ittra li fiha s-Superjur Ġenerali faħħru għaliex hu kien dejjem lest jaqdi kull ministeru, l-iżjed fil-pastorali u fil-qasam taledukazzjoni għaliex f ’kull deċizjoni hu ra r-rieda ta’ Alla. Bil-personalità ferrieħa tiegħu hu ħadem tajjeb ma’ sħabu u oħrajn. Kellu wkoll ġudizzju bilanċjat u l-ħila biex il-membri tal-komunità jaħdmu flimkien bħala tim.

20

Fl-1982, meta l-Kulleġġ ta’ St Xavier f ’Sahibganj ċċelebra il-25 sena tat-twaqqif tiegħu, Fr Ninu kien ir-Rettur tal-Kullegg u rnexxielu jġib lil Mother Teresa biex tinawġura l-festi u tiftaħ issala kbira tat-teatru. Iħobb il-ħolqien ta’ Alla Bħal San Franġisk ta’ Assisi, Fr Ninu kien iħobb dak kollu li ħalaq Alla. Kif jgħidu l-Indjani, Fr Ninu kellu “subgħajh ħodor”. Kien iħobb l-annimali u jifħem fl-agrikoltura. F’kull post kien iwaqqaf razzet biex it-tfal fil-ħostels ikollhom ħaxix frisk, ikel bnin u ħalib. . Fr Gatt kien profiċjenti fil-lingwi. Minbarra l-ilsna Ewropej, fl-Indja tgħallem ukoll il-Ħindi, il-Bengali u s-Santali. Fr Ninu kien kien jaf iħobb u kien maħbub minn kulħadd. Meta kien marid u beda jirċievi l-kura f ’Kolkata l-ex-studenti tiegħu kienu jżuruh regolarment u ftit minnhom telgħu Dumka għallfuneral tiegħu. Meta l-aħbar tal-mewt ta’ Fr Gatt waslet Ruma, Fr Cecil Azzopardi, il-ħabib u l-kumpann tiegħu minn-novizzjat, kiteb li “Ninu kien wieħed mit-tliet Ġiżwiti li kienu parti minn ħajti bħala Ġiżwita. Hu kien bniedem straordinarju, kapaċi jwettaq sewwa responsabbiltajiet differenti b’ċertu ħeffa u kalma. Imma l-isbaħ kwalità tiegħu kienet l-entużjażmu għall-ħajja. Ma kien hemm assolutament xejn li seta’ jtellfu l-paċi ta’ qalbu u dan deher biċ-ċar fil-mod kif hu laqa’ u mexa matul il-marda tiegħu sal-aħħar. L-aħħar li ltqajna kien f ’Loyola House u domna sagħtejn naqsmu ma’ xulxin l-esperjenzi sbieħ ta’ ħajjitna u l-isbaħ rigal li hu kien joffrili. Dalgħodu, waqt li kont qiegħed nitlob u nirringrazzja ‘l Alla għalih ħassejt li lanqas il-mewt ma setgħet toħnoq il-ħajja.” Aħna lkoll ammirajna kif Fr Ninu bil-paċi u s-serenità aċċetta l-marda finali tiegħu. Hu intelaq f ’idejn il-Mulej li kien qiegħed isejjaħlu u t-tbissima fuq wiċċu kienet messaġġ qawwi talpaċi kbira f ’qalbu. It-tmiem tal-vjaġġ tiegħu fostna wasal bil-mod fil-21 ta’ Jannar meta l-Mulej ħadu għall-dejjem f ’post aħjar. Kif wasal fl-art imwiegħda Fr Ninu sab il-Mulej jistennieh u qallu: “Ejja int li l-Missier ħabbek. Ilqa’ l-wirt imħejji għalik mill-bidu taddinja ppreparat għalik mill-Fondazzjoni tad-dinja għaliex kull ma għamilt mal-oħrajn għamiltu lili.” Agħtih, Mulej, il-mistrieh ta’ dejjem.


Għajnuna għat-Talb Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu: Sabiex ħutna li tbiegħdu mill-fidi, bilgħajnuna tat-talb flimkien max-xhieda tagħna, jerġgħu jiskopru kemm hu qrib ilMulej fil-ħniena tiegħu u kemm hi sabiħa l-ħajja Nisranija. Ninġabar: Insib post għall-kwiet u nqiegħed lili nnifsi fil-preżenza ta’ Alla u nirringrazzjah ta’ dak kollu li jagħmel miegħi u tal-preżenza tiegħu f ’ħajti. Fatt ċkejken: Samwel kien żagħżugħ ta’ għoxrin sena u kien tilef lil missieru meta kien għad kellu ħmistax-il sena. Kien talab fuq li talab għall-fejqan ta’ missieru. Iżda Alla la sema’ t-talb tiegħu u lanqas ta’ ommu. Hu ħass li Alla kien daħak bih. Għadda ż-żmien u bħal donnu t-telfa ta’ missieru kien aċċettaha. Imma ma riedx jaf iktar b’Alla. Dan l-aħħar, sar moħħu biss fil-ħruġ, u addio studju. Ommu tgħidx kemm kienet tinkwieta u titlob għalih! Darba ħareġ ma’ sħabu bħas-soltu u ma tantx dam wisq biex spiċċa f ’sakra fuqu ma jarax art. Huma u sejrin lura d-dar, sħabu u hu kellhom inċident ikrah. Meta stenbaħ, sab ruħu l-isptar. Ommu kienet tmur ħdejh bid-dmugħ f ’għajnejha u titlob. Fis-sodda l-oħra kien hemm sieħbu, mitluf minn sensih u jilgħabha mal-mewt. Dam xhur sħaħ fis-sodda biex irkupra mill-inċident ikrah li kellhom u li fih sieħbu Mark kien tilef ħajtu. Kien joqgħod jhewden għax ma mietx hu flok Mark. Jekk qabel ħajtu kienet vojt kbir, issa saret abbiss. Ommu qatt ma waqfet titlob għalih biex

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017

isib il-paċi. Kienet tmur tarah kuljum iżda sħabu ma baqgħux jiġu jarawh iktar. Darba minnhom, ġie jarah patri u qagħad jitkellem miegħu. Meta telaq beda jaħseb fuq il-kliem li kien qallu. Beda jħossu iktar kalm u seren. Iddeċieda li jibda jitlob u minn dakinhar ’il quddiem beda jħossu aħjar u ftit ftit beda jiskopri lil Ġesù mill-ġdid. Kemm ferħet ommu li t-talb tagħha kien instema’. Naħseb ftit: X’jista’ jkun li hemm fil-ħajja tiegħi li qed ibegħedni milli jkolli relazzjoni intima ma’ Ġesù? Kemm insibha faċli biex bix-xhieda u t-talb tiegħi, kif ukoll b’għajnuna konkreta, ngħin lil xi ħadd li jkun tbiegħed minn Alla? Nitlob: Mulej, grazzi talli tħobbni u takkumpanjani fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum. Nitolbok biex meta nkun se naqta’ qalbi tgħinni niftakar flimħabba immensa tiegħek lejja u fil-ħniena infinita tiegħek. Kliem ta’ dawl: “Mhux possibbli li tkun Nisrani mingħajr ma titlob daqskemm mhux possibbli li tgħix mingħajr ma tieħu nifs.” Martin Luther X’nista’ nagħmel?: Nitlob għal xi ħadd li għaddej minn xi diffikultajiet u li tilef it-tama fil-Mulej. Inkun pront/a li noffri l-għajnuna tiegħi meta jkollu/jkollha bżonn.

www

Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org

21

Nitolbu flimkien

www.jesuit.org.mt


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Miktub minn Fr Alfred Micallef, SJ

Nitqaddsu fl-Ordinarju Il-qaddisin huma importanti fil-ħajja tal-fidi tagħna. Il-Knisja tipproponihomlna bħala mudelli biex, b’xi mod, infasslu l-ħajja tagħna fuq tagħhom. Imma x’aktarx jiġri li ħafna minn dawn il-qaddisin, f ’ħajjithom, għamlu affarijiet mhux tas-soltu: min għex fid-deżert, min waqqaf xi ordni reliġjuż, min miet martri, min għadda ħajtu kollha f ’xi ċella jitlob, min kien papa, u l-bqija. Imsejħin għall-qdusija Bejna u bejn ruħna ngħidu: “Tassew dawn ilqaddisin għamlu ħwejjeġ kbar imma jien kif nista’ ngħix bħalhom?” Għalhekk, fil-waqt li nammirawhom ħafna, inqegħduhom fuq pedestal jew ġo xi niċċa, nħarsu lejhom u nitolbuhom jaqilgħulna xi grazzja, qatt ma naħsbu li aħna nistgħu nkunu qaddisin ukoll. Min-naħa l-oħra aħna lkoll imsejħa biex insiru qaddisin. Ġesù dan jgħidulna ċar u tond: “Kunu perfetti bħalma hu perfett missierkom li hu fissmewwiet” (Mt 5,48). Kif se jirnexxilna nsiru qaddisin jekk aħna m’aħniex imsejħin biex nagħmlu xi opra kbira f ’ħajjitna bħall-qaddisin li l-Knisja tippreżentalna bħala mudelli? Ngħidu hekk għax forsi ma nifhmux sewwa x’inhi l-qdusija. “Qdusija” ġejja minn kelma bl-ebrajk li tifisser “l-Ieħor”. “L-Ieħor,” fil-ħsieb reliġjuż Lhudi, hu Alla. L-Iskrittura turina ċar li Alla hu Mħabba. Mela li nkunu qaddisin ifisser li nħallu l-imħabba li Alla għandu lejna ssir imħabba ġo fina. Li tkun qaddis ma jfissirx xejn aktar milli tkun tħobb ħafna. Dan kollu jidher ċar mill-Vanġelu. Biżżejjed niftakru fil-parabbola tal-ħanin samaritan jew, forsi aħjar, inħarsu ftit u naraw kif Ġesù kien jgħix ħajtu kollha b’imħabba kbira lejn l-oħrajn u l-aktar dawk li kienu mwarrbin mis-soċjetà ta’ żmienu. U niftakaru wkoll li meta tkellem fuq il-ġudizzju li aħna lkoll irridu ngħaddu minnu qalilna li se niġu ġġudikati fuq kemm għexna l-opri tal-ħniena: żur il-morda u l-ħabsin; itma’ lil min hu bil-ġuħ, libbes lill-fqar u l-bqija. Ħwejjeġ żgħar bl-imħabba Minn dan malajr nintebħu li biex insiru qaddisin mhux nagħmlu ħwejjeġ kbar irridu imma nagħmlu l-ħwejjeġ ordinarji ta’ kuljum b’imħabba kbira. U dan nagħmluh kull fejn inkunu. Jagħmluh il-ġenituri li b’ħafna sagrifiċċi u sabar jaraw li uliedhom jikbru f ’irġiel u nisa li huma wkoll ikunu jafu jħobbu;

22

jagħmluh il-ħaddiema li fuq il-post tax-xogħol jaħdmu bl-onestà, jirrispettaw lill-ħaddiema sħabhom u jaqdu bil-qalb il-klijenti tagħhom għax jaraw ħidmiethom bħala servizz għall-oħrajn. Jagħmluh dawk kollha li ħajjithom ma tkunx biss mill-bieb ’il ġewwa imma jkunu jafu jħarsu madwarhom biex jaraw min jeħtieġ l-għajnuna tagħhom u jagħtuhielhom bil-qalb. Fortunatament il-Knisja tippreżentalna bħala mudelli nies bħal dawn ukoll. Biżżejjed naħsbu fittabib Moscati ta’ Napli, Giorgio Frassati, Ġanna Molla, Chiara Luce Badano u oħrajn. Meta Ġesù qam minn bejn l-imwiet, lin-nisa li rawh qalilhom biex jgħidu lid-dixxipli biex imorru l-Galilea fejn kien ser jiltaqa’ magħhom. Il-Galilea, iktar minn post ġeografiku, għad-dixxipli ta’ Ġesù kien il-post talħajja tagħhom ta’ kuljum. Il-Galilea kellhom il-familji tagħhom, ix-xogħol tagħhom u l-ħbieb tagħhom. Mela Ġesù ried jgħidilhom li issa li hu qam minn bejn l-imwiet se jkun magħhom fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum proprju biex bil-qawwa tiegħu huma jkunu jistgħu jgħixuha bl-imħabba. Għax, wara kollox, is-salvazzjoni hi din: li neħilsu minn dak kollu li jżommna lura milli nagħtu l-imħabba tagħna. Bis-saħħa tagħna biss ma naslu qatt biex nagħmlu dan imma bis-saħħa ta’ Ġesù jirnexxilna. Għax meta qalilna li mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn (aqra, ma nistgħux inħobbu) kien qed jgħidilna li biH nistgħu nagħmlu kollox.

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


Programm ta’ rtiri u seminars

Ċentru Spiritwalità Injazjana Għal aktar informazzjoni u bookings: Mount St Joseph: 2276 0201 | info@mtsjoseph.org Dar Manresa: 21 55 6635 | manresagozo@gmail.com Irtir fil-Kampanja Data: 20 Ott 7:00pm - 22 Ott 3:30pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Clare Camilleri u Maria Theresa Portelli Nikkontemplaw il-wiċċ ta’ Kristu ma’ Marija Data: 24 Nov 7:00pm - 26 Nov 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Gerald Buhagiar Ġimgħa ta’ talb akkumpanjat Data: 28 Nov - 2 Diċ Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj Irtir qabel il-Milied Data: 1 Diċ 7:00pm - 3 Diċ 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Godwin Preca sj Bereavement Retreat: Rising from loss Data: 19 Jan 6:30pm - 2 Jan 3:30pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Tmexxi: Bernardette Briffa Irtir fil-Kampanja Data: 26 Jan 7:00pm - 28 Jan 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxu: Dr Edward Warrington u Rosaline Scicluna Fil-passi ta’ San Pawl u n-nawfraġju Data: 9 Frar 7:00pm - 11 Frar 2:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Dr Edward Warrington u Stanley Fiorini Irtir għall-familji Data: 9 Frar 7:00pm - 11 Frar 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj Lil Ħbiebna -It-Tieni Ħarġa 2017

Irtir għall-qassisin Data: 19 Frar 9:00am - 21 Frar 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Christopher Vella sj Principle and Foundation depicted in art Data: 23 Feb 7:00pm - 9:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Konrad Grech sj Irtir għall-familji Data: 2 Mar 7:00pm - 4 Mar 3:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Pierre Grech Marguerat sj u Cristina Spiteri Irtir għal nies divorzjati jew miżżewġin mill-ġdid ċivilment (u kull min hu interessat fis-suġġett) Data: 8 Mar 7:00pm - 11 Mar 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Dominic Sultana

Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin L-Indja Burmarrad Il-Furjana Il-Ħamrun Il-Mosta Il-Fgura L-Msida In-Naxxar Ir-Rabat San Ġwann Ta’ Xbiex

Fr Ninu Gatt SJ Paul Bartolo, missier Fr Jimmy, SJ Mary Cassar, omm Fr Joe, SJ Carmelina Scerri, oħt Fr John u Br Tommy Scerri SJ Maria Vella, oħt Br Joe SJ Agnes Blackmann Joe Abela Tonio Casapinta Juanita Debattista Simon Sciberras Helen Tabone 23


Il-Proġett tal-Ġiżwiti għaż-żgħażagħ Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | April - Lulju 2017 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

f’Dar Manwel Magri, Msida

L-aħħar Quddiesa għaż-żgħażagħ qabel ma telqu lejn diversi pajjiżi biex jagħtu s-servizz tagħhom bħala voluntiera f’Palermo, Napli, Firenze, Londra u fl-Etjopja. Grupp minnhom ser jagħmlu il- ‘Cammino di Santiago’.

Proġett sabiħ biex nilqgħu ż-żgħażagħ u l-istudenti fostna Int ukoll tista’ tgħin biex dan il-progett iseħħ! Permezz ta’ dan il-proġett aħna nixtiequ noħolqu ambjent sabiħ għaż-żgħażagħ u wkoll noffrulhom diversi servizzi kif ukoll korsijiet ta’ formazzjoni skond il-bżonnijiet u s-sitwazzjonijiet tagħhom. Ser jinħoloq spazju fejn żgħażagh jistgħu jiġu jistudjaw, jiltaqgħu ma’ sħabhom, jiltaqgħu magħna l-Ġiżwiti jew jistrieħu. Il-faċċata tad-Dar sejra tinbidel sabiex kulhadd iħossu iktar mistieden jidħol. Aħna l-Ġiżwiti f’Malta għażilna li nkomplu nagħmlu l-aħjar tagħna sabiex ngħixu u naħdmu maż-żgħażagħ u ntuhom l-aħjar formazzjoni possibli. Ukoll, inkomplu nilqgħu fid-dar tagħna żgħażagħ li jkunu jixtiequ jgħixu ftit mal-Ġiżwiti u jagħmlu esperjenza ta’ ħajja komunitarja. Dan jgħin biex iż-żgħażagħ isiru jafuna aħjar u wkoll sabiex jitolbu u jaħsbu iktar fuq il-vokazzjoni tagħhom. Iż-żgħażagħ huma l-futur tal-pajjiż tagħna u għaldaqstant kulma nagħmlu magħhom għandu valur għoli ħafna. B’apprezzament kbir nilqgħu donazzjonijiet tagħkom permezz ta’ ċekkijiet f’isem il- ‘Maltese Jesuit Province’ li jistgħu jintbagħtu lil Fr Michael Bugeja SJ - DMM Project, Dar P. Manwel Magri, Msida MSD 2020. GRAZZI MINN QALBNA!

24


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.