Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Apr-Jun 2014

Page 1

02

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

HBIEBNA Newspaper post

lil

2014

Il-Viżjoni tal-Kulleġġ San Alwiġi u l-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1


Qaddis ġdid

San José de Anchieta, S.J.

F’din il-pittura ta’ Benedito Calixto de Jesus, San José de Anchieta jidher jikteb il-poeżija li kkompona billi kien jiktbu fuq ir-ramel kull filgħodu, sakemm seta’ jippublikaha - kienet poeżija iddedikata lill-Madonna u kien fiha 4900 vers.

Fit-3 t’April din is-sena, il-Papa Franġisku kkanonizza tliet qaddisin ġodda, fosthom il-Beatu José de Anchieta, Ġiżwita Spanjol. Dan kien pass li għal ħafna snin il-Brażiljani kienu jitolbu u jistennew.

José twieled fid-19 ta’ Marzu, 1534 fil-Ġżejjer Kanari. Daħal Ġiżwita imma saħħtu ma kinitx tajba. Għalhekk is-Superjuri ħasbu li l-klima f ’art tal-missjoni tgħinu. Fl-1553 José kien membru fit-tielet grupp li telqu biex jaħdmu fil-kolonja Portugiża fil-Brażil fejn iltaqa’ malIndjani tat-tribù Tapuia. Mill-ewwel ħabb lil dawn in-nies u ħadem ħafna għalihom. Anchieta u sħabu bdew jippriedkaw dwar Ġesù Kristu u jgħallmu n-nies jiktbu u jaqraw. Hu kiteb ħafna ittri lis-superjuri tiegħu fl-Ewropa u fihom kien jiddiskrivi l-ħajja u d-drawwiet tan-nies. Kien ħadem ħafna għarrikonċiljazzjoni bejn it-tribujiet. José kien lingwist u pijunier għax għamel l-ewwel grammatika u dizzjunarju tal-lingwa Tupi li baqa’ jintuża’ għal iktar minn 500 sena. Kiteb drammi b’taħlita ta’ Tupi,

2

Portugiż, Spanjol u Latin, mhux għal fuq il-palk imma biex jirreċtawhom fit-toroq. Fr José de Anchieta bena sptarijiet u skejjel u kien maħtur Provinċjal fil-Brażil. Flimkien ma’ Fr Manuel da Nóbrega waqqaf iż-żewġt ibliet kbar ta’ São Paolo (1554) u Rio de Janeiro (1565). Fil-belt ta’ Anchieta, imsemmija għalih, hemm ukoll mużew dedikat għal ħidma u l-kitba tiegħu. Hu kien bniedem ta’ talb, umli u ta’ servizz għax kien jaf iħobb. Wara ħajja ta’ 44 sena ta’ vjaġġi u ħidma appostolika bla serħan, Fr José miet fid-9 ta’ Ġunju 1597, u fil-funeral tiegħu, l-Arċisqof ta’ Rio di Janiero sejjaħlu L-appostlu tal-Brażil kif għadu magħruf sallum. Xhieda ta’ dan huma l-ħafna monumenti tiegħu f ’diversi bliet. Kien ibbejatifikat fit-22 ta’ Ġunju 1980.


Kelma mill-editur

4

Qaddis ġdid San Josè de Anchieta

4

Il-Viżjoni tal-Kulleġġ San Alwiġi

6

’L hawn u ’l hemm mal-Ġiżwiti

9

L-Istitut Paulo Freire, iż-Żejtun

.

Għeżież ħbieb u benefatturi, Malli tħabbar li Lil Ħbiebna se terġa’ tibda toħroġ bħala rivista għaliha, bdejna nirċievu ħafna telefonati u ittri biex tgħidulna kemm fraħtu u tlabtuna nibdew nibagħtuhielkom. Ma’ dawn it-talbiet u qabel ma waslet f ’idejkom l-ewwel ħarġa, bdew jaslulna wkoll id-donazzjonijiet tagħkom. Imbagħad wara li l-pustier jew xi ħadd wasslilkom il-kopja tar-rivista tagħna komplew jaslu donazzjonijiet u ittri tassew sbieħ ta’ apprezzament dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni. Għalhekk nixtieq ngħid GRAZZI ħafna lilkom għall-merħba sabiħa li tajtu lir-rivista u għall-inkoraġġiment li għamiltulna. Fit-3 ta’ Jannar li għadda, waqt Quddiesa li qaddes il-Papa Franġisku fil-knisja talĠesù f ’Ruma, il-Ġiżwiti fid-dinja kollha, bdew ifakkru t-Tieni Ċentinarju minn meta l-Papa Piju VII, wara 41 sena ta’ Soppressjoni, irrestawra l-Kumpanija ta’ Ġesù. Din il-Kommemorazzjoni tispiċċa fis-27 ta’ Settembru, id-data meta l-Kumpanija ta’ Ġesù kienet approvata fl1540. Fl-aħħar ħarġa ktibna dwar x’kien li wassal għas-Soppressjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesù. F’din il-ħarġa għandna artiklu dwar kif fl-1768, ħames snin qabel ilKumpanija kienet soppressa mill-Papa, ilĠiżwiti tkeċċew minn Malta kif kien qed jigri f ’pajjiżi oħra. Kull data f ’kalendarju hi opportunità

biex nirriflettu u nitgħallmu. Fl-istess ħin inroddu ħajr għal dak li rċivejna, u ntejbu l-mod biex inkunu qaddejja aħjar talmissjoni tal-Mulej, kif ukoll, jekk ikun ilkaż, nindmu jekk ma nkunux wettaqna sew dak li kellna nagħmlu. Il-Patri Ġeneral tagħna xtaq li kull Ġiżwita u l-kollaboraturi tagħna, kull opra tagħna, u kull Provinċja tikkommemora il-200 anniversarju tar-Restawrazzjoni talKumpanija ta’ Ġesù, b’umiltà u radd il-ħajr lil Mulej ħalli mhux biss nitgħallmu millistorja tagħna, iżda biex tkun okkażjoni għat-tiġdid spiritwali u appostoliku. Xewqa oħra tal-Patri Ġeneral hi li filKommemorazzjoni tar-Restawrazzjoni jkun evitat kull xejra ta’ trijunfaliżmu jew kburija. Imma fl-istess ħin irid li b’modi sempliċi u modesti nikkomemoraw dan l-anniversarju b’mod u manjiera li tkun memorabbli kif ukoll sinifikattiva. B’din il-Kommemorazzjoni ma nixtiqux niffukaw l-attenzjoni tagħna fuq il-passat biss. Imma rridu nifhmu u napprezzaw aħjar il-passat tagħna sabiex nimxu ’l quddiem b’fervur u żelu mġedded għallħajja u l-missjoni tagħna llum. Hawn Malta wkoll ħejjejna Programm għal din il-Kommemorazzjoni. F’din il-ħarġa ssibu xi tagħrif dwar żewġ avvenimenti li saru u dawk li ser ikun hemm fix-xhur li ġejjin. Nieħdu pjaċir jekk tkunu tistgħu tingħaqdu magħna f ’dawn l-okkażjonijiet.

10 Storja - Il-Ġizwiti

mkeċċijin minn Malta

12 L-lspiritwalità Injazjana 14 Il-Programm Ċentinarju 15 Għajnuna għat-talb 16 Il-Fondazzjoni INSERVI u żewġ proġetti fejn qed nitolbu l-għajnuna tagħkom

17 Għaż-Żgħażagħ 18 Esperjenza ta’ Ġiżwita

- Ix-Xogħol Pastorali ta’ Fr Godwin Preca SJ

20 Storja - Il-Barrani 21 Paġna għat-Tfal

Kompetizzjoni bi premju

22 L-Etika - Il-Korruzzjoni u nies ta’ integrità

23 Programm ta’ attivitajiet taċ-Ċentru Spiritwalita Injazjana

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

Editur: Fr John Scicluna SJ

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Website: www.jesuit.org.mt

Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Rosanne Debono, Josette Vassallo, Sara Borg Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

um

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

ru 2 - 2014

lil

HBIEBNA

f’din il-harġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

N

Qoxra: Fr Jimmy Bartolo sj, Rettur tal-Kulleġġ San Alwiġi, ma’ xi studenti tal-iskola sekondarja tal-istess Kulleġġ. Ara pġ 4-5 Ritratt tal-Qoxra: Darrin Zammit Lupi

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


Il-formazzjoni taż-żgħazagħ fil-Kulleġġ San Alwiġi

Miktub minn Fr Jimmy Bartolo SJ, Rettur tal-Kulleġġ San Alwiġi

Il-Vizjoni tal-Kullegg San Alwiġi

Diffiċli nesprimi fi ftit kliem għalfejn u kif aħna l-Ġiżwiti u l-kollaboraturi lajċi qed inwettqu l-missjoni edukattiva fil-Kulleġġ San Alwiġi. Xtaqt niffoka fuq id-dimensjonijiet prinċipali li nħaddmu fil-formazzjoni li nagħtu lit-tfal u liżżgħażagħ tagħna fit-tliet skejjel li jagħmlu parti mill-Kulleġġ: l-iskola primarja, l-iskola sekondarja u s-sixth form. Cura personalis Waħda mill-karatteristiċi li tagħmel lill-Kulleġġ dak li hu hija l-kura personali li nagħtu lill-istudenti tagħna. L-istudenti żgur mhumiex numri! L-għalliema, il-prefetti, ic-chaplains u l-amministraturi jsiru jafu tajjeb lill-istudenti u jsegwuhom mill-qrib, mhux biss fl-istudju imma fl-iżvilupp fiżiku, emozzjonali, soċjali u spiritwali tagħhom. Għall-ħafna studenti, il-Kulleġġ huwa t-tieni familja. Dan l-interess ġenwin fl-istudent huwa mezz tajjeb kif l-istudenti jkomplu jiżviluppaw ittalenti kollha tagħhom. Tagħlim ta’ kwalità Din id-dimensjoni hija waħda mill-iktar importanti fil-Kulleġġ. Qed nagħmlu minn kollox biex nipprovdu tagħlim ta’ kwalità lillistudenti kollha, huma x’inhuma l-abbiltajiet tagħhom. Mhu faċli xejn ikollok grupp ta’ studenti b’abbiltajiet differenti (mixed abilities) fl-istess klassi imma nemmnu li dan hu tal-ikbar ġid għall-istudenti kollha. Ir-riċerka tikkonferma dan. L-għalliema kollha qed jirċievu taħriġ biex ikunu jistgħu jipprovdu l-aħjar tagħlim u jaħdmu flimkien ħalli jilħqu l-bżonnijiet ta’ kulħadd. Nemmnu li l-valuri jingħataw ukoll permezz tal-mod kif l-għalliema jgħaddu l-kurrikulu lill-istudenti u b’mod partikulari kif l-għalliema kollha jgħinu lill-istudenti jagħrfu x’ rilevanza għandu dan kollu f ’ħajjithom u fid-dinja ta’ madwarhom. Inklużjoni Il-Kulleġġ qed ikompli jaħdem biex l-istudenti kollha jħossuhom milqugħin u maħbuba. Hemm

4

diversi studenti li għandhom bżonnijiet edukattivi partikulari li jagħmlu parti integrali mill-iskola tagħna. Barra mill-għajnuna li jingħataw millgħalliema regolari, il-Kulleġġ għandu Support Unit b’għalliema speċjalizzati biex jgħinu b’mod partikulari lill-istudenti li għandhom bżonnijiet edukattivi partikulari jew xi diffikultajiet emozzjonali. Dan l-appoġġ jingħata fl-iskola primarja, fliskola sekondarja u anke fis-sixth form. Minkejja li qed nagħżlu li jkollna sixth form relattivament żgħir li jwassal lill-istudenti għall-eżamijiet talMATSEC, xorta waħda qed nipprovdu għajnuna f ’din l-iskola lil dawk l-istudenti li għandhom bżonnijiet edukattivi partikulari. Wessajna l-għażliet tas-suġġetti u żidna n-numru tal-istudenti biex tonqos il-kompetizzjoni. Mis-sena akkademika li ġejja l-Kulleġġ ser jaċċetta wkoll numru żgħir ta’ studenti li qed ifittxu l-ażil f ’pajjiżna. Huwa b’dan il-mod li l-istudenti tagħna jitgħallmu jaċċettaw u jirrispettaw lil min hu differenti minnhom. Ix-xewqa tagħna hija li ngħinu lil kull student u studenta jiżviluppaw il-ħiliet kollha tagħhom matul is-snin ta’ formazzjoni fil-Kulleġġ. Fidi li twassal għal servizz Filwaqt li aħna miftuħin għal kulħadd, bħala skola tal-Knisja nagħtu formazzjoni Nisranija soda. F’Malta pluralista, l-iskejjel tal-Knisja ser ikollhom iktar importanza fil-formazzjoni nisranija tal-istudenti u l-familji tagħhom. Inħoss li l-missjoni tal-Knisja f ’Malta u Għawdex ser tiddependi mit-tip ta’ skejjel li għandha. Il-ġenituri li jagħżlu li jibagħtu lill-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja jafu li ser jirċievu valuri nsara sodi li jgħinu lit-tfal tagħhom jikbru fir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla u mal-oħrajn. Ic-chaplaincies tat-tliet skejjel jagħmlu minn kollox biex jipprovdu liturġiji ħajjin, irtiri għal kull klassi u ħafna attivitajiet oħra li jgħinu lill-istudenti jsiru jafu lil Gesù. Din ir-relazzjoni ta’ fidi għandha twassal għal servizz ġenwin lill-oħrajn speċjalment lil dawk li huma l-iktar fil-bżonn. Lil Ħbiebna April - Ġunju 2014


Ritratti: Darrin Zammit Lupi

Fr Paul Zammit u Fr Mark Cachia SJ flimkien ma’ numru ta’ studenti waqt laqgħa tas-CYLO wara l-ħinijiet tal-iskola, fejn iqattagħu ftit ħin ta’ riflessjoni flimkien imbagħad jilagħbu l-futbol. Fr Jimmy Bartolo SJ, Rettur, ma’ wħud mill-istudenti tagħna.

Impenn lejn il-foqra u l-persuni fil-bżonn Hija xewqa kbira tagħna li l-istudenti li jiġu l-Kulleġġ ikunu mexxejja b’impenn soċjali qawwi favur il-foqra u dawk il-persuni fil-bżonn. Matul is-snin tagħhom fil-Kulleġġ l-istudenti tagħna jkollhom ħafna opportunitajiet biex jikbru f ’dan il-valur. Matul l-ewwel sena tagħhom fis-sixth form l-istudenti kollha jieħdu sehem fil-programm imsejjaħ “Social responsibility programme” li permezz tiegħu kull student u studenta jirċievu taħriġ biex ikunu jistgħu jgħinu lill-anzjani jew żgħażagħ jew tfal fil-bżonn u wara jagħtu ħamsa u ħamsin siegħa ta’ servizz matul is-sena jew fis-sajf. Inizjattivi bħal dawn, kif ukoll xogħol volontarju ieħor li jsir Malta u barra minn xtutna, jgħinu lill-istudenti jsiru “Irġiel u nisa mal-oħrajn u għall-oħrajn”. Dan kollu juri li għalina mhux biżżejjed li l-istudenti jmorru tajjeb fl-eżamijiet u jiksbu suċċessi akkademiċi. Il-formazzjoni tal-karattru għandha post speċjali wisq għalina.

Il-komunità edukattiva fi ħdan il-Kulleġġ San Alwiġi hija mnebbħa mit-tagħlim ta’ Kristu u minn fidi li tippromwovi l-ġustizzja evanġelika. Fl-ispirtu tal-Pedagoġija Injazjana, inħabirku sabiex ngħinu b’mod sħiħ lillistudenti kollha sabiex jeċċellaw fl-abbiltajiet u jiżviluppaw il-kuxjenza tagħhom bil-għan li jiddixxernu r-rieda t’Alla f ’ħajjithom. Flimkien għandna naħdmu sabiex inrawmu rġiel u nisa b’sens ta’ kompassjoni u responsabbiltà ma’ oħrajn u għall-oħrajn, b’impenn lejn il-foqra u l-persuni fil-bżonn. Għandna nippromwovu d-djalogu ma’ nies ta’ kulturi u tradizzjonijiet reliġjużi oħra, fi sforz komuni biex nibnu dinja aktar paċifika u ekoloġikament ġusta.

Il-ħarsien tal-ambjent Il-Kumpanija ta’ Ġesù u l-aħħar papiet qegħdin jistednuna biex nagħtu importanza speċjali lillħarsien tal-ambjent. Lill-istudenti nixtiequ nuruhom aktar minn qatt qabel bl-urġenza li nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna. Il-fidi tagħna titlob li nieħdu passi konkreti u azzjonijiet ċari kontra r-regħba u favur l-użu tajjeb tal-ħolqien li tana Alla. Dan nagħmluh permezz tat-tip ta’ kurrikulu li noffru kif ukoll ta’ attivitajiet li jgħinu lill-istudenti jagħmlu għażliet ċari dwar l-istil ta’ ħajja li jixtiequ jħaddnu issa u ’l quddiem. Il-Papa Franġisku, Ġiżwita mimli bl-ispirtu ta’ Kristu u ta’ Sant’Injazju, meta ltaqa’ mal-istudenti tal-Kulleġġi tal-Ġiżwiti fl-Italja u fl-Albanija kien ċar ħafna fuq l-għan tal-edukazzjoni li nagħtu aħna l-Ġiżwiti. Saħaq ferm fuq il-valur tal-libertà, jiġifieri li ż-żgħażagħ ikunu kapaċi jagħżlu t-tajjeb u jagħmlu l-ġid, kif ukoll fuq il-valur tas-servizz. Fuq kollox li l-istudenti tagħna jkollhom “qalb kbira” għall-oħrajn.

5


’l Hawn u ’l He tagħna għat-twettiq tal-missjoni ġdida tiegħu ta’ qadi lill-Knisja universali u lokali kif ukoll lillKumpanija ta’ Ġesù fid-dinja kollha Ngħidu grazzi kbira lil Fr Paul Pace li għal tnax il-sena bħala Provinċjal ħadem bis-sħiħ, b’dedikazzjoni kbir u viżjoni ċara biex aħna l-Ġiżwiti Maltin inkunu nistgħu nkomplu ngħixu b’mod sħiħ il-missjoni tagħna.

Provinċjal Ġdid Il-Patri Ġeneral tal-Ġiżwiti, Fr Adolfo Nicolás ħatar lil Fr Patrick Magro bħala l-Provinċjal il-ġdid tal-Ġiżwiti f ’Malta. Fil-31 ta’ Lulju se jieħu post Fr Paul Pace li ilu Provinċjal għattieni darba mill-2008. Bħalissa Fr Magro qiegħed iċ-Chaplain tal-Università ta’ Malta. Fr Magro twieled San Ġwann 44 sena ilu. Studja fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, fin-New Lyceum u beda l-kors ta’ Electrical Engineering fl-Università. Iżda fl-1989, daħal Ġiżwita u għamel in-novizzjat f ’Ġenova. Listudju tal-filosofija għamlu f ’Padova. Wara sentejn jgħallem il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, studja t-teoloġija f ’Madrid, imbagħad it-teoloġija pastorali Boston College fejn kiseb ukoll Masters fl-edukazzjoni. Ġie ordnat saċerdot f ’Ġunju 2000. Lura Malta, Fr Magro fl2003 nħatar Rettur tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u wettaq din il-missjoni importanti sa Frar tal-2013. It-Tielet Sena tan-Novizzjat għamilha l-Venezwela bejn l-2006 u l-2007. Imbagħad fit-3 ta’ Diċembru, 2008 għamel il-Professjoni Solenni. Ħadem f ’diversi parroċċi ġewwa l-Kolombja qalb il-fqar. F’isem il-qarrejja ta’ Lil Ħbiebna nifirħu u nawguraw lil Fr Magro waqt li nassigurawh mit-talb

6

Ġiżwita maqtul fis-Sirja Il-gwerra fis-Sirja ilha sejra x-xhur b’ħafna konsegwenzi. Barra l-eluf li nqatlu, eluf kbar ħarbu mill-pajjiż. Ħafna qed ibatu l-ġuħ. Id-distrett ta’ Homs ilu sentejn taħt assedju mill-armata Sirjana. Ikel ma jitħalliex jidħol. F’Homs kien jgħix

il-Ġiżwita Olandiz Fr Frans van der Lugt li kien ilu mill-1967 jaħdem fisSirja. Hu kien psikoterapista u nvolut fid-djalogu bejn ir-reliġjonijiet. Fit-tmeninijiet kien bena Ċentru ta’ Spiritwalitá u kien iżomm xi 40 tifel u tifla b’diżabilitajiet mentali. Fi Frar, kien hemm waqfien millġlied għal tlett ijiem biex ir-residenti ta’ Homs setgħu jħallu l-belt. Iżda mhux kulħadd irnexxielu joħroġ minn Homs u n-numru tal-Insara niżel minn 89 għal xi 30. Għalhekk Fr Frans iddeċieda jibqa’ magħhom. Imma nhar it-Tnejn, 7 t’April filgħodu, daħal raġel fid-dar ta’ Fr Frans, ġibdu ‘l barra fit-triq u qatlu b’żewġ tiri f ’rasu. Minħabba l-assedju ħadd ma seta’ jidħol biex jieħu lkadavru. Fr Frans, bħala ragħaj tajjeb, wera kuraġġ kbir meta baqa’ mal-merħla żgħira. Tassew miet bħala bniedem ta’ paċi. Fr Frans van der Lugt SJ

Lil Ħbiebna April - Ġunju 2014

Ġ

6 2 5 1 1 1 1 6 1 7 5 3 7 2 1


Hemm

mal-Ġiżwiti

Ġublewijiet 2014 60 Sena ta’ Saċerdozju 20 ta’ Ġunju Fr Lawrence Gellel 50 Sena ta’ Saċerdozju 18 ta’ Marzu Fr Paul Aquilina 19 ta’ Marzu Fr Joseph Zerafa 13 ta’ Ġunju Fr Victor Xuereb 14 ta’ Ġunju Fr Victor Jaccarini 60 Sena Ġiżwiti 1 ta’ Jannar Fr John A. Saliba 7 ta’ Diċembru Fr Alfred Xuereb 50 Sena Ġiżwiti 30 t’April Br Joseph B. Vella 7 ta’ Diċembru Fr Alfred Micallef 25 Sena ta’ Saċerdozju 14 ta’ Lulju Fr Pierre Grech Marguerat

Provinċjal ġdid fil-Missjoni, l-Indja Fl-24 ta’ Mejju din is-sena, Fr Varghese Pallipalakkatt ser jibda l-missjoni ġdida tiegħu bħala l-Provinċjal il-ġdid tal-Provinċja tagħna ta’ Dumka-Raiganj wara Fr A. Nirmalraj li mexxa l-Provinċja f ’dawn l-aħħar sitt snin. Fr Varghese li għandu 59 sena twieled il-Kerala u daħal Ġiżwita fl-1973. Studja l-filosofija u t-teoloġija fil-Fakultà Pontifiċja f ’Pune. Kiseb il-B.Sc u M.Sc mill-Universitá ta’ Chennai (Madras) u kiseb id-Dottorat fix-xjenza. Kien ordnat saċerdot fil-25 t’April, 1987, u għamel ilLil Ħbiebna April - Ġunju 2014

Mill-Missjoni tagħna fl-Indja Fil-Missjoni tal-Ġiżwiti Maltin fl-Indja (illum il-Provinċja ta’ Dumka-Raiganj) kien iċċelebrat il-Ġublew ta’ 60 sena u ta’ 50 sena fil-Kumanija ta’ Ġesù ta’ Fr Joseph M. Gauci Sacco u ta’ Fr P.A. Chacko. F’Jannar li għadda żewġ Djakni kienu ordnati saċerdoti. Erba’ studenti oħra, ġew ordnati djakni. Fil-15 ta’ Frar erba’ Fathers għamlu l-Aħħar Voti fil-Kumpanija ta’ Ġesú. Fil-Fakultà Pontifiċja f ’Pune, mill-Provinċja ta’ DumkaRaiganj, minbarra l-istudenti tal-filosofija u tat-teoloġija hemm ukoll tliet Professuri: wieħed tal-Filosofija u tnejn tat-Teoloġija. Fil-31 ta’ Marzu, 2014, fil-Fakultà Pontifiċja tat-Teoloġija fi Pune, Fr Stanny Pinto, membru tal-Provinċja tagħna ta’ Dumka-Raiganj, iddefenda t-Teżi tiegħu u kiseb idDottorat bl-għola grad ta’ Magna cum laude. Waqt li nifirħu lil dawn l-istudenti u Fathers Indjani ngħidu grazzi kbira lill-benefatturi Maltin u Għawdxin li għenuhom permezz ta’ Borża ta’ Studju. (Ara l-paġna ta’ wara).

Professjoni Solenni fis-27 t’April, 1993. Hu kien surmast fl-iskola ta’ Tinpahar u fl-1990 inħatar Principal

fil-Kulleġġ ta’ St Xavier’s f ’Sahibganj u fl-1999 Principal fil-Kulleġġ ta’ St Xavier’s f ’Raiganj. Erbgħa snin ilu ngħata r-responsabiltá biex iwaqqaf u jiftaħ Kulleġġ Universitarju f ’Maharo (Dumka). Fl-1999 kien intagħżel jirrapreżenta l-Provinċja fil-Kongregazzjoni tal-Prokuraturi f ’Ruma u fl-2008 kien membru tal-Kongregazzjoni Ġenerali 35 li saret f ’Ruma. Aħna ningħaqdu mal-benefatturi Maltin u Għawdxin li għenuh permezz ta’ Borża ta’ Studju biex nifirħu lil Fr Varghese u nwiegħduh it-talb tagħna.

7


’l Hawn u ’l Hemm

mal-Ġiżwiti Premju Kardinal Martini Is-sena l-oħra, wara l-mewt talKardinal Carlo Maria Martini, S.J., l-Arċidjoċesi ta’ Milan waqqfet ilMartini International Award. L-għan hu biex “ikun ippreservat il-wirt ta’ fidi ta’ bniedem li, bħala Arċisqof dejjem iffoka fuq il-bniedem sħiħ u kull persuna”. Il-premju jingħata għal żewġ kategoriji: waħda tiffoka fuq ix-xogħol, fuq il-personalità u l-ħsieb tal-Kardinal, l-oħra hi għal xogħlijiet li jfakkru r-relazzjoni bejn il-Bibbja u l-kultura fl-aspetti kollha tagħhom, mill-mużika saċ-ċinema. Kien hemm 140 xogħlijiet minn 152 kontributur internazzjonali. Il-premjijiet intrebħu minn tliet studjużi mill-Vjetnam.

Fr Federico Lombardi, SJ

Iżuru Malta Fi Frar wasal Malta Fr Rudolph Uher SJ u dam xahrejn fostna biex jistudja l-Ingliż. Mil-11 ta’ Mejju hu ser ikun il-Provinċjal il-ġdid talProvinċja tas-Slovakja. Fuq stedina tal-PBS, f ’Marzu ġie għall-żjara qasira il-Ġiżwita Fr Federico Lombardi, id-Direttur tasSala Stampa fil-Vatikan u tar-Radio Vaticana. Dakinhar li wasal, filgħaxija ta lekċer publiku fl-Aula Magna tal-Università il-Belt dwar ‘L-arti ta’ komunikazzjoni għas-servizz talMissjoni tal-Knisja’. L-għada ffirma ftehim bejn ir-Radio Vaticana u l-PBS biex ikun hemm kollaborazzjoni wiesgħa bejniethom.

Matul ir-Randan Ignatian Youth Network Ftit ġimgħat ilu, grupp ta’ żgħażagħ għamlu rtir fis-silenzju u kull wieħed seta’ jagħżel wieħed mill-ħames Fathers li kienu hemm biex jakkumpanjah. Ikun hemm irtir ieħor ta’ dat-tip f ’Lulju. Mis-sena l-oħra ’l hawn, kull xahar għad ta’ żgħażagħ komplew jagħtu sehemhom fil-program Pietre Vive (ġebel ħaj). Dan il-programm isir darba fix-xahar, nhar ta’ Sibt u l-Ħadd, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann il-Belt. L-ideja hi li permezz tal-pitturi, dawk li jidħlu fil-Kon-katidral, fosthom ħafna turisti, jagħmlu r-rabta bejn il-fidi u l-arti. Il-ġurnata ta’ qabel iż-żgħażagħ jgħadduha f ’talb u riflessjoni. Diġa’ bdew it-tħejjijiet għax-xogħol voluntarju fis-sajf, hawn Malta u barra. Għadd ta’ żgħażagħ qegħdin japplikaw u flimkien ma’ sħabhom qegħdin jorganizzaw diversi attivitajiet biex jinġabru l-fondi għax-xogħol li ser jagħmlu fejn ikunu. Qed jitħejja wkoll pellegrinaġġ Injazjan, mixja ta’ fidi għażżgħażagħ li ser isir minn Loyola sa Manresa fi Spanja fil-bidu ta’ Lulju. Hawn Malta bejn it-30 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju ser isir Youth Summer Camp ta’ ġimgħa bl-għan li jintegraw is-sens ta’ missjoni, spiriwalità, komunità u mistrieħ.

Għal iktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet ibgħat email lil youth@jesuit.org.mt

8

Kif wieħed jistenna, iż-żmien tarRandan hu impenjattiv ħafna għallFathers tagħna. Għad ta’ Fathers ippritkaw l-Eżerċiżżi tar-Randan lil diversi gruppi f ’ħafna parroċċi f ’Malta u Għawdex. Oħrajn mexxew ġranet ta’ rtir fl-iskejjel, u taw Eżerċizzi li xi gruppi. Huma wkoll kienu disponibbli biex jamministraw is-Sagrament ta’ Rikonċiljazzjoni f ’diversi parroċċi u għaqdiet. Xi Fathers oħra għenu fit-tmexxija ta’ Korsijiet ta’ tħejjija għas-Sagrament taż-Żwieġ. Il-Ġiżwiti anzjani li jinsabu flInfermerija tagħna f ’Dar Loyola, in-Naxxar, bit-talb u bl-offerta tattbatija tal-mard tagħhom, appoġġjaw il-ħidma pastorali ta’ sħabhom. Matul dan iż-żmien, kif ukoll matul is-sena kollha, iż-żewġt idjar tal-Irtiri tagħna, fil-Mosta u fir-Rabat Għawdex, laqgħu u għenu ħafna persuni li għaddew xi ġranet fihom. Father mill-Italja ġie jagħti l-irtir lill-professjonisti u Father ieħor mill-Irlanda ta l-irtir lill-istudenti fl-Universitá.


Paulo Freire

iż-Żejtun

Miktub minn Fr Vince Magri SJ, Direttur tal-Istitut Paulo Freire

Il-Paulo Freire Institute huwa ċentru ta’ ħidma favur il-fqar u dawk li huma soċjalment esklużi. Paulo Freire, twieled fil-Brażil fl-1921 u miet fl-1997. Kien studjuż ta’ fama dinjija u riċerkatur fl-edukazzjoni. Sofra ħafna u kien eżiljat minn pajjiżu wkoll minħabba l-kitbiet tiegħu għax ikkritika ħafna s-sistema edukattiva normali. Huwa emmen li l-edukazzjoni għandha tibda millbżonnijiet reali ta’ min ikun qed jitgħallem u mhux tbella’ dak li trid. Huwa kien sensittiv ħafna għallfqar u għal dawk bl-akbar bżonnijiet. Hu kien jemmen li l-edukazzjoni taqdi dmirha meta teduka lill-persuna b’mod ħolistiku, jiġifieri l-istudent mhux jiżviluppa biss l-intelliġenza, imma anki l-aspetti umani, soċjali u ta’ ċittadinanza. Permezz t’hekk kull ċittadin isir aktar konxju tad-dinjità tiegħu. Iċ-ċittadin, bħal kulħadd, għandu jkun imħeġġeġ biżżejjed u kapaċi jipparteċipa fl-aspetti tal-ħajja politika u jaf jiddifendi d-drittijiet tiegħu. Sfidi - Sintendi l-isfida għalina hija li nsarrfu xi ideat ta’ Paulo Freire fil-kuntest u l-kultura Maltija. Dan aħna nagħmluh speċjalment fil-qasam tallitteriżmu... jigifieri fit-tagħlim ta’ kull min għadu batut fil-lingwi speċjalment fil-Malti u l-Ingliz, fit-tagħlim tal-kompjuters u xi suġġetti oħra. Isservizz tagħna huwa indirizzat lit-tfal li għandhom diffikultajiet partikolari, kif ukoll lill-adulti li jiġu jitgħallmu għax diffiċli jsibu xogħol jekk ma jafux jaqraw u jiktbu jew biex itejbu l-opportunitajiet tal-impjieg. Ħafna drabi n-nuqqas ta’ edukazzjoni bażika jikkaġuna problemi ta’ natura soċjali. Għalhekk biex fil-PFI nindirizzaw dawn il-problemi għandna servizz professjonali ta’ Social u Community work. Is-social workers joffru servizz lil kull min jitlob

l-għajnuna u qed iħalli riżultati pożittivi. Dan is-servizz qiegħed għal kulħadd fil-komunità u jiswa mitqlu deheb. Fil-fatt dan qed ikun ta’ mudell għall-inizjattivi f ’imkejjen oħra f ’Malta. Il-PFI ħa sehem fi proġett Ewropew biex ngħinu ħalli f ’pajjiżna, fejn is-soċjetà hija aktar pluralista, jiġu rrispettati l-kulturi tal-minoranzi, speċjalment dawk li jiġu mill-kontinent Afrikan. Ħadna sehem ukoll fi proġett ieħor ma’ 4 pajjiżi Ewropej u ħloqna kors ta’ parental skills għall-ġenituri li għandhom tfal żgħażagħ. Ħidma - L-aktar proġett ta’ fejda li daħal għalih il-PFI huwa biċċa għodda għat-tagħlim tal-Malti lill-adulti. Dan il-proġett, bl-għajnuna finanzjarja tal-Ewropa (ESF 3.66), sejjaħnielu “Iċ-Ċavetta”, għaliex li tkun taf tikteb u taqra hija ċ-ċavetta li tiftaħ opportunitajiet biex tikber personalment u anki sabiex dak li jkun itejjeb il-kundizzjoni soċjali u ekonomika tiegħu. Fil-PFI dejjem naraw kif nistgħu nżidu attivitajiet speċjalment fil-qasam tal-parental skills lillġenituri li għadhom irabbu, empowerment skills biex ikabbar il-ħiliet tal-ġenituri u dawk li jkollhom ir-responsabbiltà tat-trobbija tat-tfal. Aħna nemmnu li l-persuni li aħna ngħinu għandhom ikunu aktar indipendenti, aktar kapaċi jieħdu ħsieb ta’ ħajjithom, anqas għandhom bżonn tal-“karità”. Fiċ-Ċentru noffru diversi servizzi fil-counselling ġenerali. L-iskop tal-PFI mhux li jinfirex fuq ħafna affarijiet iżda niffukaw fuq il-problema tal-illitteriżmu. Nemmnu li l-edukazzjoni f ’sens wiesgħa tista’ tikkumbatti l-faqar u l-esklużjoni soċjali u twassal fit-tisħiħ ta’ soċjetà fejn ir-raġuni u d-djalogu iwasslu għal aktar tkattir ta’ ġustizzja u sliem. Nagħlaq billi nuri l-gratitudni lil Dr. Alexander

Nagħlaq billi nuri l-gratitudni lil Dr. Alexander Cachia Zammit (li jidher hawn fuq in-naħa taxxellug) talli offrilna d-dar tiegħu biex isservi bħala ċentru tal-ħidma tagħna mis-sena 2000. Minn dak iż-żmien mijiet kbar ta’ persuni bbenefikaw mis-servizzi li noffru fil-PFI. Nirringrazzja wkoll lill-voluntiera u lill-ħaddiema li offrew jew li qed jagħtu s-servizz tagħhom filPFI. Mingħajrom ma nistgħux nippjanaw għall-futur, u lanqas ma nistgħu nilħqu l-għanijiet tagħna.9

il-Missjoni tagħna

L-Istitut


Storja

Miktub minn Fr Konrad Grech SJ

Il-Papa Klement XIV fl-1773 xolja u ssoppressa l-Kumpanija ta’ Ġesù. Il-Ġiżwiti tkeċċew minn ħafna pajjiżi. Il-Fathers li kienu Ġiżwiti ngħaqdu mal-kleru djoċesan, u l-istudenti daħlu fis-seminarji. Hekk għamlu wkoll fl-1768 il-Ġiżwiti li tkeċċew f ’Malta. Iżda din ma kinitx l-ewwel darba li taħt l-Ordni ta’ San Ġwann il-Ġiżwiti tkeċċew minn Malta.

Il-Gizwiti mkeccijin minn Malta

Ir-raġunijiet politiċi li waslu lill-Gran Mastru biex jieħu azzjoni kontra l-Ġiżwiti kienu marbutin sewwa malIstorja talpassat tal-Ordni u l-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta li hija tant qrib Sqallija Burbonika

10

Minħabba l-Karnival Fl-1639, il-Gran Mastru Jean Paul de Lascaris ordna li fil-Bereġ tal-Ordni ma jsirux ballijiet jew spettakli teatrali. Huwa pprojbixxa wkoll li fil-Karnival in-nisa jilbsu maskri. Kien hemm suspetti li l-Ġiżwiti kienu nfluwenzaw lill-Gran Mastru. Nhar Ħadd il-Karnival xi kavallieri (xi wħud minnhom libsin ta’ Ġiżwiti) attakkaw u serqu mill-Kulleġġ tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta. Ilħatja ġew arrestati iżda aktar tard ħelsuhom biex jikkuntentaw lil dawk li riedu li l-Ġiżwiti jiġu mkeċċija nkella heddew li jaħarqu l-Kulleġġ. Il-Gran Mastru offra li jkeċċi xi Ġiżwiti għal xi żmien. Imma fl-aħħar, minbarra tnejn, il-Ġiżwiti kollha tkeċċew. Il-Ġiżwiti tpoġġew fuq frigata u l-kaptan ħadhom Għawdex bit-tama li l-protesta qawwija tal-Kavallieri kontra l-Ġiżwiti ma ddumx ma tibred. Meta dan ma seħħx l-frejgata ħadet lill-Ġiżwiti Sqallija. It-tkeċċija fl-1639 ma damitx għax il-Ġiżwiti reġgħu lura f ’Settembru u l-Kulleġġ tagħhom il-Belt reġa’ nfetaħ f ’Diċembru. Malajr il-Ġiżwiti reġgħu bdew il-ħidmiet appostoliċi li kellhom qabel. Komplew jgħinu lill-Kleru billi jagħtuhom pariri u taw daqqa t’id lill-Isqof biex iwaqqaf l-abbużi fid-djoċesi. Fl-1698 twaqqfet it-tieni dar għal prostituti reformati u kien hemm oħra għallbniet li kienu f ’perikli morali. Tkeċċija It-tkeċċija “l-Kbira” u għal dejjem tal-Kumpanija ta’ Ġesù minn Malta seħħet fit-23 t’April 1768, taħt il-Gran Mastru Manoel Pinto, li kien mill-Portugal. Bit-tkeċċija tal-Ġiżwiti (id-Direttorju tal-1767 tal-Provinċja ta’ Sqallija jelenka 28 Ġiżwita), il-Gran Mastru li kellu 90 sena, kien qiegħed isegwi d-deċiżjoni ħarxa li ħa l-Portugal, u r-rejiet Burboni ta’ Franza, Spanja, ir-Renju taż-żewġ Sqallijiet, Parma u Piacenza li qaċċtu ’l

barra lill-Ġiżwiti mid-dominji tagħhom u kkonfiskawlhom il-propjetà tagħhom ftit snin qabel ma keċċewhom. Waqt li kienu qed jiżviluppaw dawn il-ġrajjiet drastiċi kontra l-Kumpanija fir-Renji Burboni, il-Gran Mastru Pinto rċieva l-aħbarijiet ta’ dak li kien qed jiġri mill-Ambaxxatur tiegħu fil-Vatikan. Il-Gran Mastru Pinto ma kellu xejn kontra l-Ġiżwiti imma ċ-ċirkustanzi ġiegħluh jieħu dan il-pass drastiku. Il-Prinċep sovran ta’ Malta la kellu s-saħħa u lanqas il-ħajra li jieqaf għall-pressjoni li kienu qed jagħmlulu dawk il-qawwiet li qassmu qalb ta’ Papa u fl-aħħar sfurzaw is-suċċessur tiegħu għal Soppressjoni Ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Fil-21 ta’ Lulju 1773 il-Kumpanija ta’ Ġesù ġiet soppressa bil-Brevi kontroversjali Dominus ac Redemptor. Għaliex? Kienu raġunijiet politiċi u ekonomiċi li wasslu għat-tkeċċija tal-Kumpanija ta’ Ġesù mill-Gżejjer Maltin. Malta kienet timporta mingħajr dazju u restrizzjonijiet oħra l-biċċa l-kbira tal-ikel mirRenju taż-żewġ Sqallijiet, l-aktar minn Sqallija. It-talbiet kontinwi tal-Maltin lir-rappreżentanti tal-Ordni f ’dak ir-Renju għal baqar, qamħ u komoditajiet essenzjali oħra bħal għalf għal bhejjem, injam u imluħa għamel lil Malta kompletament dipendenti fuq Sqallija. Ir-raġunijiet politiċi li waslu lill-Gran Mastru biex jieħu azzjoni kontra l-Ġiżwiti kienu marbutin sewwa mal-Istorja tal-passat tal-Ordni u l-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta li hija tant qrib Sqallija Burbonika. Waħda mill-ftit kondizzjonijiet li kien ftiehem fuqha Karlu V meta rregala lil Malta b’sovrenità sħiħa lill-Ordni kienet li l-Gżejjer Maltin qatt ma jintużaw bħala għajnuna jew rifuġju lill-Għedewwa tar-Re ta’ Sqallija. La darba l-Ġiżwiti kienu dikjarati għedewwa ta’ dak Lil Ħbiebna April - Ġunju 2014


Ritratt tal-interjur irrinovat reċentament tal-bini li kien il-kulleġġ tal-Ġiżwiti, il-Belt, li sar l-ewwel università ta’ Malta. Illum il-bini reġa sar parti mill-Università ta’ Malta.

Il-Gran Mastru Portugiż Emanuel Pinto de Fonseca 1681-1773 (pittura ta’ Pierre Bernard) / Wikimedia Commons

www.jesuit.org.mt

ir-Renju, l-Ordni ta’ San Ġwann kellha lobbligu li tkeċċihom minn Malta. Il-Gran Mastru Pinto malajr sab ruħu jaqra bir-reqqa l-ittra tal-Markiż Tanucci, is-Segretarju Naplitan tal-Istat, fejn ordna f ’isem il-Kap Rjali tiegħu t-tkeċċija immedjata tal-Ġiżwiti. L-Inkwiżitur ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, Mgr. G. Manciforte Sperelli, kellu ideja tarrewwixta li kienet bdiet tqum f ’Diċembru tal-1767. Fit-2 ta’ Frar 1768, is-Segretarju tal-Istat tal-Papa wieġeb lill-Inkwiżitur dwar ir-rapport li għamel bir-raġunijiet tat-tkeċċija tal-Ġiżwiti mill-Gżejjer Maltin. Ir-rappreżentant tal-Papa kellu jipprova jikkonvinċi lill-Gran Mastru biex ma jieħux din l-azzjoni. Il-Ġiżwiti tal-komunità tal-Kulleġġ fil-bidu ta’ Jannar 1768, ġew imwissija b’segretezza kbira mill-Castellan tal-Ordni li kienu ser jiġu mkeċċija għall-ħabta ta’ nofs ir-Randan. F’din iċ-ċirkustanza, il-Gran Mastru Pinto ma setax jappella għallgħajnuna lil Franza, l-istat l-aktar b’saħħtu bħala protettur tal-Ordni f ’sitwazzjonijiet bħal dawn, billi dan l-istat kien diġà xolja l-Kumpanija fit-territorju tiegħu. Meta beda jara fejn qed jonfoħ ir-riħ, il-Gran Mastru rranġa l-qlugħ għal mar-riħ. Meta wiżen x’jaqbel, Pinto malajr ha passi u żammhom sigrieti. Fis-satra tal-lejl Skont Carmel Testa, fit-23 t’April 1768, qabel ma sebaħ u mingħajr l-ebda twissija, il-Ġiżwiti ġew malajr imqajjma u mrikkba vapur Franċiż Soleil li kien mikri għalihom u malajr salpa għal Civita Vecchia. Iżda skond ma kiteb Alf. Mifsud, fit-22 t’April 1768 filgħaxija, Pinto ffirma editt li keċċa lill-Ġiżwiti mid-dominju tiegħu u fl-istess ħin avża lill-Prokuratur Legali tal-Qorti Suprema, li l-għada fl-4.00 ta’ filgħodu ser jagħti ħjiel ta’ dan l-editt lill-komunità talKulleġġ. Il-Ġiżwiti kellhom jgħaddu kulma kellhom lill-Ordni, u meta r-riħ ikun tajjeb kellhom jitilqu għal Civita Vecchia. F’Ruma, il-Ġiżwiti kellhom jirċievu pensjoni ta’ 80 skud mit-teżor tal-Ordni. Fil-fatt fit-23 t’April 1768 filgħodu, issuldati imbarraw il-bieb tal-ġemb u l-bieb tal-faħam tal-Collegio Melitense, illum bini tal-Università ta’ Malta, triq San Pawl, ilBelt. Il-Fathers u l-Brothers tpoġġew taħt arrest. Sadanittant sar inventarju ta’ kull ma kien hemm fil-Kulleġġ u fil-Knisja. Bl-istess mod, il-Ġiżwita li kien jieħu ħsieb id-Dar tal-Eżerċizzi Spiritwali fil-Floriana tkeċċa

minn hemm. Fid-29 t’April, fis-2.30 ta’ filgħodu, tlettax-il Father u ħames Brothers Ġiżwiti (żewġ Fathers u Brother baqgħu Malta għax ma setgħux jivvjaġġaw) ġew meħuda tnejn tnejn f ’karozzelli li ntbagħtu mill-palazz, u rikbu l-vapur li ħadhom Civita Vecchia u fl-eżilju. Ovvjament il-Gran Mastru kien ħabbrek biex jinforma lill-Markiż Tanucci li hu kien ikkonforma mal-ordni tal-Kap Irjali tiegħu li jkeċċi lill-Ġiżwiti minn Malta. Propjetà Immedjatament bdew l-argumenti bejn l-Ordni u l-Vatikan dwar il-propjetà tal-Ġiżwiti – il-Kulleġġ il-Belt, il-Knisja (li għadha tissemma’ ‘tal-Ġiżwiti’) u lbenefizzji. L-Ordni ta’ San Ġwann ħatfu l-kulleġġ li fl-20 ta’Ottubru 1769, sar lUniversità Pontifikali Pubblika. Il-konfiska tal-propjetà tal-Ġiżwiti ma kinitx xi ħaġa li saret Malta biss: kienet ħaġa li għamlu l-istati kollha li kienu keċċew il-Ġiżwiti wara s-Soppressjoni Ġenerali fl-1773. Għalkemm Klement XIV ipprova jżomm il-propjetà tal-Ġiżwiti għall-knisja, gvernijiet bħal dak tal-Awstrija pprotestaw tant bl-aħrax li l-Papa kellu jċedi. Ma rridux ninsew grupp ta’ nies li ma jissemmewx fl-istorja tas-Soppressjoni tal-Ġiżwiti u li tefgħu għajnejhom fuq ilpropjetà tal-Ġiżwiti: dawn kienu persuni li riedu jwaqqfu sistema edukattiva li tkun ikkontrollata mill-Istat. Għal din l-intrapriża kienu qed iserrħu fuq il-propjetà talĠiżwiti għall-finanzi biex jibdewha. Iżda xi wħud kienu ddisappuntati meta sabu li l-Ġiżwiti kienu midjuna! Wara mija u ħamsa u sebgħin sena ta’ servizz, il-Kulleġġ tal-Ġiżwiti u l-preżenza tagħhom f ’Malta ġie fi tmiemu f ’ħesrem. Tassew il-Kumpanija ta’ Ġesù ġiet fi tmiemha f ’ħesrem fil-parti l-kbira tal-Ewropa. L-istorja tkompli fil-ħarġa li jmiss...

11


Storja

Miktub minn Fr Reno Grech SJ 1943 - 2013

L-iSpiritwalità Injazjana

L-EŻERĊIZZI SPIRITWALI TA’ SANT’ INJAZJU MINN LOYOLA Fil-ħarġa ta’ qabel qrajna fuq l-Eżerċizzi Spiritwali bħala mixja li għadda minnha Sant’lnjazju u li wasslitu biex jikteb il-Manwàl ta’ l-Eżerċizzi Spiritwali bħala għajnuna għal min ikun qed jidderieġi lil xi ħadd fl-irtir Injazjan. F’din il-ħarġa ser nikkonċentraw fuq it-test ta’ l-Eżerċizzi Spiritwali. Ser niffokaw fuq dawn l-aspetti: l-oriġini tat-test u kopji oħra li żviluppaw minnu; il-kontenut u l-istruttura talmanwàl; u l-użu tal-manwàl flgħoti ta’ l-Eżerċizzi Spiritwali 12

L-oriġini tat-test u kopji oħra Il-bidu tat-test ta’ l-Eżerċizzi Spiritwali jmur lura għaż-żmien li Sant’Injazju qatta’ f ’Manresa fl-1522. Hu kien iniżżel ġo pitazz noti bl-Ispanjol ta’ l-esperjenzi spiritwali li kien ikollu. Meta Injazju kien għaddej ġuri f ’Alcalà (1526-27) minħabba li ta l-Eżerċizzi Spiritwali lin-nies, hu ppreżenta kopja bil-miktub ta’ l-Eżerċizzi ta’ l-Ewwel Ġimgħa. F’Pariġi, fl-1535, Injazju ħalla l-kitbiet tiegħu fuq l-Eżerċizzi għand l-Inkwiżitur Valentin Lievin, li wara li eżaminahom, faħħarhom ħafna u żamm kopja tagħhom (Awto. Par, 86). Sfortunatament din il-kopja ta’ l-Eżerċizzi Spiritwali ntilfet. L-eqdem kopja eżistenti ta’ l-Eżerċizzi Spiritwali hi bl-Ispanjol (Kastiljan) ikkupjata bl-idejn minn xi ħadd mhux magħruf. Din hi prezzjuża għaliex Sant’Injazju stess għamel użu minnha personalment u żied xi notamenti f ’diversi postijiet. Dan il-manuskritt hu magħruf bħala t-“Test Awtografu”. Minn dan ħarġu tliet traduzzjonijiet prinċipali bil-Latin; tnejn minnhom antiki, magħrufin bħala l-“Ewwel Verżjoni” (Versio Prima) u 1-oħra l-“Verżjoni Vulgata” (Versio Vulgata), u t-tielet waħda iktar moderna hi dik tas-Superjur Ġenerali John Roothaan. L-ewwel verżjoni aktarx inkitbet minn Sant’lnjazju nnifsu qabel l-1541. II-Verżjoni Vulgata nkitbet mil-Latinista famuż Fr Andrec Freux (Frusius) fl-aħħar ta’ l-1546 bir-rikkmandazzjoni ta’ Sant’Injazju nnifsu. Dawn iż-żewg verżjonijiet eżaminawhom iċ-ċensuri mqabbdin mill-Papa Pawlu III, u wara approvahom fil-31 ta’ Lulju, 1548. F’Settembru ta’ l-istess sena l-verżjoni Vulgata kienet stampata u saret it-test uffiċjali tal-Manwàl ta’ l-Eżerċizzi Spiritwali. Sant’Injazju nnifsu fl-aħħar tmien snin ta’ ħajtu uża din ilverżjoni meta kien jagħti 1-Eżerċizzi Spiritwali. It-traduzzjoni ta’ Fr John Roothaan fl-1854 hi iktar preċiża u fidila għat-Test Awtografu. ll-kontenut u l-istruttura tal-Manwàl Il-manwàl ta’ 1-Eżerċizzi Spiritwali mhuwiex xi ktieb li taqrah bħal xi ktieb ieħor iżda ktieb li tapplika t-tagħlim tiegħu għal ħajtek. Kif it-titolu stess tal-manwàl jindika, il-ktieb jikkonsisti f ’serje ta’ taħriġ u ta’ talb, “biex wieħed jirbaħ lilu nnifsu u jġib ordni f ’ħajtu, bla ma jħalli ebda rabta mhix Lil Ħbiebna April - Ġunju 2014


flokha tal-qalb tmexxih fid-deċizjoni tiegħu” (Eżer. Spir. par. 21). Dan il-manwal jikkonsisti fi tliet taqsimiet prinċipali: introduzzjoni, il-parti prinċipali, u għajnuniet supplementari. a) Introduzzjoni Din tinkludi serje ta’ annotazzjonijiet, forma ta’ direttorju għall-użu tad-direttur ta’ 1-irtir biex jiggwida 1-irtirant ħalli jikseb iktar profitt spiritwali. b) It-taqsima prinċipali Din hija 1-qasba tal-manwàl u tinkludi 1-itinerarju spiritwali kollu li fih Sant’Injazju jmexxi 1-irtirant b’mod sistematiku. Dan l-itinerarju jikkonsisti f ’erba’ fażijiet imsejħin “ġimgħat” minħabba ż-żmien li bejn wieħed u ieħor tieħu kull fażi. Qabel l-Ewwel Ġimgħa, Sant’Injazju jippreżenta konsiderazzjoni lill-irtirant biex jirrifletti fuqha. Din hi msejħa “Prinċipju u Pedament”. Hawnhekk l-irtirant jirrifletti fuq l-għan tal-bniedem u l-użu tal-ħlejjaq u fuq il-libertà interjuri li għandu bżonn biex tgħinu jagħżel dak li iktar iwasslu għall-għan aħħari tiegħu. Wara din il-konsiderazzjoni nsibu serje ta’ rimarki dwar metodu kif nikkoreġu l-iżbalji tagħna (l-eżami partikolari) u fuq 1-eżami talkuxjenza bħala tħejjija għal qrara ġenerali. L-Ewwel Ġimgħa tibda b’ħames meditazzjonijiet fuq id-dnub u l-konsegwenzi tiegħu u tkompli b’meditazzjoni fuq l-infern. Bejn tmiem l-Ewwel Gimgħa u l-bidu tatTieni nsibu konsiderazzjoni oħra msejħa l-“Kontemplazzjoni tas-Saltna ta’ Ġesu Kristu”. Din il-Kontemplazzjoni, f ’forma ta’ parabbola, tqabbel is-Saltna ta’ Kristu ma’ saltna ta’ Re tad-dinja u sservi ta’ introduzzjoni għat-Tieni Ġimgha. Din it-Tieni Ġimgħa tikkonsisti fi tliet partijiet: L-ewwel parti hi serje ta’ kontemplazzjonijiet fuq il-misteri tal-ħajja ta’ Gesù Kristu u tibda mill-Inkarnazzjoni. It-tieni parti tinkludi tħejjija għall-għażla ta’ stat ta’ ħajja, flimkien ma’ tliet eżerċizzi jew konsiderazzjonijiet biex jgħinu għal għażla tajba. It-tielet parti tinkludi regoli dwar għażla tajba ta’ 1-istat ta’ ħajja jew riforma fl-istat ta’ ħajja diġà magħżula. It-Tielet Ġimgħa tikkonsisti f ’żewġ taqsimiet. L-ewwel waħda tibda b’żewġ kontemplazzjonijiet fuq il-misteri dwar id-daħla ta’ Ġesu filPassjoni tiegħu, jiġifieri l-Aħħar Ċena u l-Agunija fil-Getsemani, u tkompli bilkontemplazzjonijiet fuq il-misteri l-oħra tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesù. It-tieni taqsima tinkludi regoli fuq

ċerta attitudni spiritwali dwar l-ikel u l-mortifikazzjoni li persuna għandha tipprattika f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ikel. Fir-Raba’ Ġimgħa nsibu l-kontemplazzjonijiet dwar il-qawmien u d-dehriet ta’ Kristu lil ommu u lid-dixxipli tiegħu. ċ) Għajnuniet supplementari Wara r-Raba’ Ġimgħa hemm il-kontemplazzjoni biex naslu għall-imħabba, it-tliet metodi ta’ talb, u serje ta’ punti qosra fuq il-misteri prinċipali fil-ħajja ta’ Kristu li l-irtirant jista’ jikkontempla fl-aħħar tliet Ġimgħat. Fl-aħħarnett hemm diversi regoli dwar id-dixxerniment ta’ l-ispirti, it-tqassim tal-karità, l-iskrupli, u kif wieħed jaħseb mal-Knisja. L-użu tal-Eżerċizzi Spiritwali It-test ta’ 1-Eżerċizzi Spiritwali jista’ jingħata lill-irtirant: jew a) b’mod sħiħ, jew b) b’mod imqassar, jew ċ) parti minnu. a) L-għan li għalih 1-Eżerċizzi Spiritwali jingħataw b’mod sħiħ hu doppju: biex persuna tasal għall-għażla ta’ l-istat ta’ ħajja, jew biex timxi ’l quddiem fi stat ta’ ħajja diġà magħżul. Sa minn żmien Sant’Injazju dawn l-Eżerċizzi Spiritwali kienu jingħataw lill-irtiranti individwalment. Fi żmienna dawn qed jingħataw ukoll lil gruppi flimkien. b) Il-formola qasira ta’ 1-Eżerċizzi Spiritwali tista’ tingħata wkoll bl-istess għanijiet imsemniija qabel. Is-sitt Kongregazzjoni Ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesu, fl-l608, iddikjarat li kull Ġiżwita għandu jagħmel 1-eżerċizzi spiritwali kull sena għal perjodu ta’ tmienja jew għaxart ijiem. ċ) F’ċerti ċirkostanzi li jiddependu mis-sitwazzjoni ta’ l-irtiranti, tista’ tingħata parti biss millEżerċizzi Spiritwali, ngħidu aħna xi eżerċizzi mill-Ewwel Ġimgħa. L-għan ta’ dan ikun biex lirtirant isaffi l-kuxjenza tiegħu, jew jeżamina lilu nnifsu fuq id-dmirijiet skond l-istat ta’ ħajtu, jew bħala għajnuna biex jimxi ’l quddiem fil-ħajja nisranija. Xi drabi l-għoti ta’ parti mill-Eżerċizzi Spiritwali tista’ ssir bħala tħejjija għall-eżerċizzi kollha iktar ’il quddiem.

Silta mit-test oriġinali; wieħed mill-ewwel edizzjonijiet stampati tal-Eżerċizzi Spiritwali; u il-ktieb tal-Eżerċizzi Spiritwali bil-Malti.

13

Spiritwalità

www.jesuit.org.mt


su d-din

ja l l h a - 2 0 14

18

bb

ko

mor 14 ru

ke

Tifkira tat-Tieni Ċentinarju mir-Restawrazzjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesù 1814- 2014

Wirja dwar il-Kumpanija ta’ Ġesù Fiha informazzjoni dwar l-identità, l-ispiritwalità u s-servizzi li l-Ġiżwiti qed joffru f ’Malta llum. Din il-Wirja ser tittella’ f ’diversi istituzzjonijiet edukattivi kif wkoll fil-Belt Valletta u bliet oħra f ’Malta. F’Ottubru l-Wirja ser issir f ’Għawdex fl-okkażjoni tal-laqgħa annwali tal-Benefatturi f ’Għawdex.

Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr L-Eċċellenza Tiegħu Mons Arċisqof iċċelebra Quddiesa Konċelebrata l-Knisja tal14

Ġiżwiti, il-Belt Valletta, nhar il-Ħamis 1 ta’ Mejju 2014. Ħadu sehem il-President ta’ Malta, u ħafna ħbieb, qraba u benefattiri Konferenza Pubblika Tliet kelliema, Fr Konrad Grech SJ, il-Professur Carmel Cassar u Fr Thomas McCoog SJ, kelliem barrani, ġew mistiedna biex jippreżentaw stampa talimgħoddi tal-Ġiwiti u kif tista’ tkun il-Kumpanija fil-ġejjieni. Il-konferenza saret ġewwa l-Aula Magna tal-Università, il-Belt Valletta l-Ġimgħa 2 ta’ Mejju 2014. Il-Laqgħa Annwali talĦbieb fil-Mulej It-tema għal din is-sena għallaqgħa tal-Ġiżwiti flimkien malħbieb lajċi ser tkun is-servizz. Din ser tinkludi riflessjoni dwar it-Twaqqif mill-Ġdid tal-Kumpanija. Ikkoordinata minn Fr Patrick Magro SJ, id-data għad trid tiġi kkonfermata Pubblikazzjonijiet Qed jiġu ppubblikati artikli f ’Lil-Ħbiebna, The Maltese Jesuit u s-Sunday Times. L-awturi huma Fr Konrad Grech SJ u Fr Robert Soler SJ.

Fr Thomas Mc Coog SJ jindirizza l-konferenza

Serje ta’ Programmi fuq ir-Radju Bejn Marzu u Ġunju l-RTK qed ixandar serje ta’ tlettax-il programm dwar il-Kumpanija ta’ Ġesù. Numru ta’ Ġiżwiti qed jieħdu sehem. Ikkoordinati u ppreżentati minn Ms Josephine Vassallo kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7.00pm. Konferenza Pubblika Konferenza pubblika oħra bittitlu ‘Suppression without cause, Restoration without Cause’ ser tingħata mill-kelliem mistieden Fr Pierre de Charentenay SJ. (Il-post għad irid jiġi mxandar). Data: 26 ta’ Settembru, 2014 Pranzu għall-Ġbir ta’ Fondi Pranzu li l-Menu tiegħu ser ikun dak li nstab fl-Arkivju! “San Calcidonio Jesuit Retreat Menu”, ser isir fil-Kuria l-Furjana, fir-refettorju tad-dar tal-irtiri l-antika tal-Ġiżwiti, fejn Dr. Carmel Cassar ser jispjega wkoll lill-mistednin dwar ir-rikkezzi artistiċi u spiritwali tal-pitturi li hemm fuq il-ħitan tar-refettorju. Data: 27 ta’ Settembru, id-data meta ġiet approvata l-Kumpanija ta’ Ġesù fl-1540.


il-Missjoni tagħna

Ghajnuna ghat-Talb U l-missier baqa’ mħasseb fuq uliedu...

Suġġerimenti biex tifhem u titlob aħjar dwar din il-fehma Ninġabar: Nagħraf li Alla jinsab preżenti madwari u ġewwa fija. Inkun konxju/a li proprju bħalissa, jista’ jkun hemm nies ta’ razza jew ta’ fidi differenti li qed ifittxu lil Alla u jitolbuh biex jidħol fil-qalba ta’ ħajjithom u ta’ pajjiżhom. Fatt ċkejken: Missier ta’ żewġt itfal kien qed jara l-bulettin tal-aħbarijiet ta’ filgħaxija fuq stazzjon lokali tattelevixin. Laqtuh żewġ stejjer partikolari. Aħbar ta’ ispirazzjoni... “Bħala parti mill-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni fi Sierra Leone, ittella’ dokumentarju blisem ‘Xhieda għall-Verità’, li juri l-kawżi u l-konsegwenzi ewlenin tal-gwerra. Dan id-dokumentarju ta vuċi lil ċittadini kuraġġjużi f ’Sierra Leone li tkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom u dak kollu li pajjiżhom għadda minnu”. Aħbar xokkanti... “Studenta Ingliża hu mifhum li hi l-aħħar teenager li għamlet suwiċidju wara li għaddiet minn bullying fuq l-internet. Hi nstabet mejta wara li rċeviet sensiela ta’ messaġġi abbużivi fuq il-website Ask.fm, li fihom qalulha biex ‘tixrob il-bleach’ u ‘tmur tmut’. Dan il-każ juri biċ-ċar kemm jistgħu jkunu serji l-konsegwenzi ta’ bullying fuq l-internet”. Lil Ħbiebna April - Ġunju 2014

Kif qed nuża l-mezzi ta’ komunikazzjoni li jkolli f ’idejja? Xi nfittex fihom? Kif qiegħda taffettwani kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin? Nitlob: Agħtina l-grazzja, Mulej, li nagħmlu użu tajjeb mill-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandna. Għinna nanaliżżaw aħjar il-messaġġi li nirċievu permezz tagħhom biex ikunu għodda ta’ għaqda u sliem. Talba oħra spontanja jew fi grupp. Kliem ta’ dawl: “Il-komunikazzjoni f ’kull mod tagħha trid dejjem tkun ispirata mill-kriterju etiku tar-rispett lejn il-verità u lejn iddinjità tal-persuna umana” – Ġwanni Pawlu II. X’nista’ nagħmel: Nagħmel sforz biex nuża’ l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-ġid tal-oħrajn billi: 1. Regolarment inqiegħed ħsibijiet pożittivi fuq Facebook 2. Nibgħat email ta’ kuraġġ lil xi persuna li jkollha bżonnha...

www Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org

sto

Biex il-mezzi ta’ komunikazzjoni jkunu strumenti għas-servizz tal-verità u l-paċi.

Naħseb ftit: Nieħu ftit tal-ħin biex nirrifletti u naqsam mal-oħrajn il-fehmiet tiegħi dwar dawn l-aħbarijiet li juru kif il-media tista’ tintuża b’mod tajjeb jew ħażin...

-Talb tat t la

Appo

Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu:

15


Din il-kelma inservi hi l-isem tal-Fondazzjoni li s-sena li għaddiet il-Ġiżwiti Maltin waqqfu biex tkun ta’ appoġġ billi tipprovdi l-għajnuna meħtieġa lill-appostolati u l-ħidma tagħhom. Din il-kelma tfakkarna fi kliem Ġesù li ma ġiex biex ikun moqdi imma biex iservi. Kien ilu jinħass il-bżonn li jsir xi ħaġa, biex ilħidmiet tal-Ġiżwiti jissaħħu, jiżviluppaw u jkomplu jħallu l-frott mixtieq. Kif kulħadd jaf, jinħtieġu ħafna riżorsi - nies, materjal u flus. Għalhekk l-uffiċċju ta’ din il-Fondazzjoni għandu r-responsabbiltà li jippromwovi l-ħidma kollha tal-Ġiżwiti u jagħmel pjanijiet għall-ġbir tal-fondi meħtieġa permezz ta’ attivitajiet li jkunu organizzati għal dan l-għan. Biex dan iseħħ, kull sena ser tintgħażel tema u skont it-tema jiġu magħżula żewġ proġetti importanti u meħtieġa. L-uffiċċju tal-Fondazzjoni Inservi jagħti l-appoġġ kollu liż-żewġ proġetti u fuq kollox jaħseb għall-ġbir tal-finanzi meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ta’ kull proġett. L-uffiċċju tal-Fondazzjoni Inservi, barra li jagħmel dan, għandu wkoll jaħdem biex iressaq il-benefatturi u l-ħbieb tal-Ġiżwiti iktar qrib taxxogħol li jsir fl-appostolati tagħhom fl-oqsma differenti. B’hekk huma jkunu qed jissieħbu u jikkollaboraw mill-qrib u b’mod konkret fl-appostolati tal-Ġiżwiti. Biex dan isir, ir-rivista Lil Ħbiebna ser tkun il-ħolqa ta’ bejnietna li twassal l-aħbarijiet dwar il-ħidmiet li jkunu qed isiru jew ikun hemm bżonn isiru, u jżomm il-ħbieb, il-benefatturi u l-kollaboraturi aġġornati. Għal din is-sena intgħażlu ż-żewġ proġetti:

Appell ghall-g

Il-proġett tal-Infermerija ta’ Dar Loyola, in-Naxxar Il-Ġiżwiti jagħmlu minn kollox biex sħabhom il-Fathers u l-Brothers anzjani, wara snin twal ta’ ħidma fejjieda flgħalqa tal-Mulej f ’appostolati differenti, jibqgħu jgħixu u jiġu kkurati f ’ambjent ta’ komunità. Il-Fathers u l-Brothers Ġiżwiti anzjani jgħixu f ’parti minn Dar Loyola in-Naxxar li tissejjaħ l-Infermerija tal-

Fr George German ta’ 94 sena dieħel jitlob fil-kappella

Il-proġett tal-Infermerija f’Dar Loyola, in-Naxxar Il-proġett tal-JRS mar-rifuġjati (PATHS) 16

Lil Ħbiebna April - Ġunju 2014

Ritratt: Darrin Zammit Lupi

il-Missjoni tagħna

Miktub minn Rosanne Debono - Fondazzjoni Inservi


Provinċja u bħalissa hemm 16-il wieħed li jinsabu f ’siġġu tar-roti jew bil-walker jew b’diżabilitajiet oħra u jeħtieġu l-attenzjoni u l-kura l-ħin kollu, lejl u nhar. Dar Loyola hija binja antika u għalkemm sar ħafna xogħol mill-Brothers xorta għad hemm ħafna aktar li jeħtieġ li jsir biex il-post isir iktar komdu u addattat għall-iskopijiet ta’ Infermerija. Pereżempju nistgħu nsemmu x-‘showers’ li hemm fil-kmamar li mhumiex addattati għal min juża siġġu tar-roti u għalhekk hemm bżonn li jinbidlu. Eżempju ieħor hu li m’hemmx l-apparat adegwat biex l-anzjani

Ritratt: Darrin Zammit Lupi

Ritratt: SJ Communications Office, Malta

Ritratt: Darrin Zammit Lupi

l-gbir ta’ fondi

jiġu mħeġġa jkunu aktar indipendenti – bħal per eżempju sodod elettroniċi u ‘lifters’ – għalhekk hija problema biex iqumu. Dan il-fatt iwassal biex ir-residenti jaqtgħu qalbhom li joħorġu mis-sodda, u wisq anqas mill-kamra, u b’hekk jiżolaw ruħhom iktar. Għal dawk li ma jistgħux jinżlu mis-sodda hemm bżonn ta’ saqqijiet apposta biex ma jkollhomx bed sores. Għalhekk jinħtieġ li jinxtara apparat mediku biex ikun ta’ għajnuna lill-anzjani u lil min jieħu ħsiebhom. Sfortunatament dan l-apparat iqum ħafna flus iżda hu meħtieġ sabiex titjieb ftit il-kwalità ta’ ħajja li qed jgħixu dawn il-Ġiżwiti anzjani u morda. Dawn il-Fathers u Brothers taw ħajjithom għas-servizz ta’ l-oħrajn, ħafna minnhom għexu żmien twil fil-missjoni barra minn xtutna, oħrajn qattgħu snin twal f ’ħidma pastorali, jew igħallmu lit-tfal ġewwa l-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Ilkoll kemm huma għadhom ikomplu jagħtu kontribut siewi u bżonjuż lis-soċjetà tagħna permezz tal-esperjenza, l-għerf, il-ħbiberija u t-talb tagħhom.

Il-proġett tal-JRS mar-rifuġjati (PATHS) Bħala parti mis-servizzi li jipprovdi l-Jesuit Refugee Service (JRS) f ’Malta bħalissa għaddej programm intensiv fejn qed tingħata attenzjoni sħiħa lil dawk l-iktar vulnerabbli fost ir-rifuġjati. Permezz tal-proġett PATHS (Promoting Access To Health & Social Services) , qed tingħata għajnuna ta’ natura medika, psikoloġika u soċjali lil dawk ir-rifuġjati li jiġu identifikati bħala vulnerabbli speċjalment fejn dawn isservizzi ma jeżistux. Dan jinkludi servizzi ta’ infermiera, social worker u psikologu kif ukoll aċċess għal għajnuna medika u għal ċerti servizzi soċjali. Qasam ieħor ta’ dan il-proġett jiffoka fuq ‘advocacy’ (difiża ta’ kawża jew prinċipji) fejn issir pressjoni fuq l-awtoritajiet ikkonċernati sabiex jiġu mnieda policies li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet umani tar-rifuġjati u persuni li jitolbu ażil f ’pajjiżna, biex tkun aċċettata d-diversità u biex ma ssir l-ebda diskriminazzjoni kontrihom. Biex dan ix-xogħol isir, jeħtieġ li jiddaħħlu persuni kwalifikati b’salarju adegwat. Mingħajr għajnuna finazjarja tagħkom din l-għajnuna tassew meħtiega u importanti ma tkunx tista’ tingħata.

Jekk tixtieq li inti wkoll tissieħeb mal-Ġiżwiti fil-ħidma tagħhom u tagħti l-kontribut tiegħek tista’ jew tibgħat donazzjoni lil Fondazzjoni Inservi f ’dan l-indirizz: Inservi, 78 Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 jew tagħmel id-donazzjoni tiegħek bl-internet billi iżżur il-website tagħna www.jesuit.org.mt fis-sezzjoni ‘donate online’. Għal kull donazzjoni li taslilna nibagħtu ittra jew email ta’ ringrazzjament. Aħna nilqgħu kull tip ta’ għajnuna għalhekk nistednuk sabiex anke inti tagħmel parti minn dawn il-proġetti ta’ għajnuna lil ħutna fil-bżonn.

Fondazzjoni Inservi Tel: 21 412 606. Grazzi! 17


Għaż-Żgħażagħ

Miktub minn Fr Paul Zammit SJ

Kif tkun taf?

Ritratt: Kit/Flickr

Mhux l-ewwel darba, l-iktar fi żmien iżżgħożija, li f ’moħħna tinbet il-mistoqsija: għalfejn qed ngħix? Hi normali, anzi mhux normali li qatt ma tistsqsiha, għax il-ħajja hi l-aqwa rigal u allura rridu ngħixuha b’mod sew. Imbagħad, għalina li nemmnu, hemm mistoqsija oħra: Alla x’irid minni? Jista’ jkun qed isejjaħli għall-ħajja reliġjuża jew saċerdotali? Kif se nkun naf? Tistenniex li Alla se jkellmek f ’widejn jew jidhirlek? Jista’ jagħmel dan? U żgur li jista’ għax hu jista’ kollox; però ġeneralment Alla jħobb jagħżel modi iktar diskreti ħalli lilna jħallina iktar liberi fl-għażliet tagħna. Allura terġa’ tqum il-mistoqsija: kif se nkun naf? Alla jħobb iħallilna sinjali – nistħajlu jilgħab dik il-logħba fejn grupp irid jasal x’imkien u jħallulu sinjali ‘l hawn u ‘l hinn sakemm jasal fid-destinazzjoni tiegħu. Għalhekk ħa naraw x’inhuma dawn is-sinjali. L-ewwel u qabel kollox ħares lejn qalbek. X’tixtieq? X’toħlom fil-ħajja tiegħek? Fejn taħseb li tkun kunten l-iktar? Il-qalb hija boxxla tajba, speċjalment meta nfittxu lil Alla u x’irid minna. Għalhekk din it-tfittxija titlob li nsibu ħin għattalb li fih nitolbu ‘l Alla li jurina t-triq. Biex nisimgħu lil qalbna u nagħrfu x’inhuma x-xewqat li hemm fil-qiegħ nett ta’ qalbna, irridu wkoll noqogħdu bi kwietna. Fis-skiet nintebħu aħjar x’hemm moħbi f ’qalbna. Hemm imbagħad ukoll l-irtiri, fejn waħdek jew ma’ xi grupp (*), taħt it-tmexxija ta’ persuna ta’ esperjenza, tgħaddi xi jiem taħseb, titlob u tfittex ġewwa qalbek. Billi aħna nimxu t-triq ta’ ħajjitna flimkien ma’ oħrajn, huma wkoll jistgħu jgħinuna. Għalhekk tajjeb li jkollok persuna (saċerdot, reliġjuż/a, lajk/a) li tiftaħ qalbek magħha. Naturalment

18

trid tkun persuna kapaċi tisimgħek, għaqlija u ta’ esperjenza. Din il-persuna tista’ tlaqqgħek ma’ żgħażagħ oħra li bħalek qed iħossu s-sejħa għall-ħajja reliġjuża jew saċerdotali. Ikun hemm gruppi bħal dawn li jgħinu tassew lil min qed ifittex. Tajjeb ukoll li tfittex iktar informazzjoni fuq l-Ordni reliġjuż li tixtieq tħaddan. Fil-fatt wieħed mill-iskopijiet ta’ din ir-rivista huwa propju dan. Fl-aħħar, imma mhux l-inqas importanti, iltaqa’ ma’ reliġjużi u ara kif jgħixu. Fil-kas tagħna l-Ġiżwiti aħna nagħtu l-opportunità lil żgħażagħ li jqattgħu żmien fi djar tagħna ħalli jaraw kif ngħixu. Meta kont l-iskola sekondarja jien kont immur inqerr għand wieħed patri Dumnikan. Dak li kien jolqotni fih kien, li barra li kien jgħinni bil-qalb, kont narah dejjem ferħan. Kont ngħid lili nnifsi, din l-għażla tal-ħajja reliġjuża hi sabiħa u twassal għall-ferħ. Ippruvajtha u ma jiddispjaċinix. Jekk Alla qed isejjaħlek int ukoll tista’ tagħmerl din lesperjenza u qalbek isib il-ferħ.

* Jekk trid iktar tagħrif fuq il-Ġiżwiti jew għajununa fil-vokazzjoni tiegħek tista’ tikkuntattja lil: Fr Patrick Magro, chaplain tal-Università: Uffiċċju: 23 402 341 / 21 332 207 Mob: 79 270 446 Email patrickmagrosj@gmail.com Chaplaincy : chaplaincy@um.edu.mt Fr Paul Zammit, chaplain Skola Sekondarja tal-Kulleġġ S. Alwiġi: Tel: 22 795 313 Chaplaincy : 22 793 223 Mob: 99 214 012

Lil Ħbiebna April - Ġunju 2014


Ix-xoghol pastorali Minbarra fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-ġustizzja soċjali u d-direzzjoni spiritwali, ħafna Ġiżwiti jagħtu l-parti l-kbira ta’ ħajjithom għax-xogħol pasorali. F’din il-ħarga Fr Godwin Preca SJ jaqsam magħna xi esperjenzi tiegħu. Noffri s-servizzi pastorali tiegħi bħala Ġiżwita l-iżjed lil min jiffrekwenta s-Santwarju tal-Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa, bl-appoġġ tar-Rettur tas-Santwarju, Fr Michael Agius. Niċċelebra l-quddiesa tal-10am kull nhar ta’ Ħadd, ngħallem il-katekiżmu lit-tfal li ser jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof, u mmexxi żewġ gruppi ta’ żgħażagħ adoloxxenti. Il-quddiesa tal-Ħadd ittini l-opportunità li nipprepara omelija rilevanti kemm jista’ jkun u l-isfida dejjiema hija kif il-Vanġelu jista’ jkellimna fissitwazzjonijiet attwali tal-lum. Is-soċjetà tagħna qed issir dejjem iżjed sekularizzata, iżda minkejja dan, nara kif nippresenta l-kelma t’Alla bħala dawl li tista’ tilluminalna din it-triq imfixkla li rridu ngħaddu minnha. Nagħti ħafna mportanza lill-animazzjoni tal-ewkaristija, u fil-fatt bil-mod il-mod ingħaqad grupp ta’ lajċi li jgħinu f ’dan ir-rigward. Għal ħafna nies, l-ewkaristija ta’ nhar ta’ Ħadd hija l-mument ewlieni ta’ skiet f ’ħajjithom, mument speċjali ħafna li nistgħu ngħadduh fil-presenza t’Alla. Bla dubju, biex din l-okkażjoni tibqa’ tmiss il-qlub tan-nies tirrekjedi ħafna attenzjoni, u hija waħda mill-prijoritajiet pastorali tiegħi. Jiena nagħraf kuljum it-tbatija u l-weġgħat li n-nies iġorru magħhom - żgħażagħ li jħossuhom waħedhom jew mitlufin, ġenituri li jinkwetaw għax uliedhom ma jridux igħixu l-fidi tagħhom ta’ nsara eċċ. Permezz tal-ewkaristija, n-nies isiru jafu lili u lil xulxin. Tinbena dejjem iżjed is-sens ta’ kommunità. Ta’ sikwit jistednuni sabiex inżur lill-qrabathom, lillmorda jew lil xi ħadd għaddej minn żmien diffiċli. Ma’ wħud niċċelebra is-sagrament ta’ rikonċiljazzjoni, jew is-sagrament taż-żwieġ. Nagħti ħafna ħin lil dawn il-koppji, u niltaqa’ magħhom darba fix-xahar biex ngħinhom fil-preparazzjoni tagħhom għall-ħajja miżżewġa.

Il-laqgħa ta’ preparazzjoni għas-sagrament talGrizma tal-Isqof issir kull nhar t’Erbgħa. Dan ixxogħol jogħġobni ħafna. Din is-sena 44 tifel u tifla jattendu għal din il-laqgħa. Dan it-tip ta’ servizz itini ħafna ħajja, joħroġ l-krejattività tiegħi u jġiegħelni nkun viċin ta’ wliedna. Igħarrafni dejjem iżjed bl-irwol speċjali li l-ġenituri għandhom filformazzjoni ta’ wliedhom. Waħda mill-problemi li niltaqa’ magħhom hija l-fatt li t-tfal għandhom tant attivitajiet - xi kultant wisq. Minkejja li tajjeb li t-tfal jipparteċipaw fl-isport u attivitjiet soċjali, jibqa’ dejjem jinħass il-bżonn li jqattgħu ftit ħin id-dar, ma’ ħuthom u biex ikollhom ħin għalihom fil-kwiet. It-tielet aspett tax-xogħol tiegħi fis-Santwarju tal-Ħniena Divina u fost il-komunità ta’ San Pawl Tat-Tarġa huwa s-servizz li nagħti fil-formazzjoni ta’ żewġ gruppi ta’ żgħażagħ adoloxxenti. Hemmhekk nista’ naqsam l-esperjenza twila li għandi fil-qasam tax-xogħol mal-adoloxxenti, li bdiet ħafna snin ilu meta kont għadni kemm dħalt Ġiżwita naħdem il-Kulleġġ San Alwiġi. Dan huwa aspett tal-missjoni tiegħi li għandi ħafna għal qalbi. Kemm jirrekjedu paċenzja ż-żgħażagħ ta’ 13, 14 u 15-il sena! Issa li għaddew 3 snin mindu bdejna niltaqgħu, nista’ ngħid li kibru u mmaturaw għall-età tagħhom. Il-għan tiegħi huwa sempliċi u ċar: li ż-żgħażagħ jiltaqgħu bejniethom f ’ambjent tajjeb kull ġimgħatejn nhar ta’ Tlieta, u l-impenn u l-preżenza regolari tagħhom hija sinjal inkoraġġanti għalija. F’dawn il-gruppi nagħżel li jkolli persuna lajka miegħi biex naħdmu u nippreparaw il-laqgħat fimkien. Kull Sajf norganizzaw ‘live-in’ b’tema speċifika, u s-soltu nagħmluh Għawdex. B’hekk iż-żgħażagħ ikollhom sens ta’ libertà u indipendenza, u sens ta’ appartenenza ma’ grupp nisrani. Is-sena l-oħra dawn il-gruppi animaw l-attività tal-Milied organizzata mis-Santwarju tal-Ħniena Divina għat-300 tfal li jattendu l-katekiżmu -lewwel esperjenza tagħna li nkunu nies ta’ servizz. Nixtieq noffrilhom opportunità li jagħmlu xi tip ta’ xogħol volontarju s-Sajf li ġej ukoll. Ix-xogħol pastorali f ’parroċċa jesiġi presenza kontinwa u jagħtina l-possibilta li naħdmu id f ’id mal-qassisin tad-djoċesi.

19

il-Missjoni tagħna

Miktub minn Fr Godwin Preca SJ


Storja

www.jesuit.org.mt

Il-Barrani Rose bdiet terġa’ titlob. Dawn l-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa spiss talbet u terġa’ taqta’. Għajnejha kienu ħomor bid-dmugħ u bin-nuqqas ta’ rqad.

Din l-istorja ttieħdet u ġiet addattata minn kitba fil-Messenger of the Sacred Heart

“Mulej, il-maltempata ta’ barra qed tbeżżagħni. Żewġi u wliedi ilhom li ħarġu mill-bieraħ, il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu. Marru jistadu u kellhom jiġu lura bil-ħut għal nofsinhar. Issa qaleb is-Sibt u bdejt naħseb il-ħażin. Għinni. Allaħares nitlef lil żewġi u ż-żewġ uliedi!” Rose kienet se tibda rużarju ieħor, meta ħabbat il-bieb u daħal raġel. “Sliem lil din id-dar,” qal ir-raġel. “Idħol. Tidher għajjien u qed tħoss il-bard. Oqgħod ħdejn in-nar”. Ir-raġel hekk għamel u Rose qaltlu “Kulurek isfar mewt. U qed nara li int imweġġa’ wkoll. Kellek vjaġġ twil? Mix-xeħta tiegħek donnok m’intix minn dawn l-inħawi.” “Iva. Ġej mill-bogħod. Ilbieraħ tlift ħafna demm. Batejt ħafna u issa nixtieq nistrieħ ftit sa għada l-Ħadd. Għada se jkun jum kbir għalija.” “Skużani, sinjur, mhux qed nifhem għax moħħi biss fid-dgħajsa ta’ żewġi u wliedi. Għadhom ma ġewx lura, u lbieraħ kellna tempesta kbira hawn.” “Dik il-maltempata bdiet bogħod minn hawn,” weġibha dak ir-raġel. “Laħqet il-qofol tagħha għal xi t-tlieta tal-bieraħ, il-Ġimgħa. Kien hemm ragħad u beraq donnhom riedu jċaqilqu s-sema. Ix-xemx ukoll iddallmet. Issa għadda kollox.

Ritratt: Anne Roberts/Flickr

Tinkwetax, għax il-familja tiegħek hija salva.” “Int kif tafu dan?” “Jien vjaġġatur. Tgħallimt is-sigrieti tannatura. Naċċertak li r-riħ se jbatti u jwassal id-

20

dgħajsa ta’ żewġek lura d-dar.” “Alla bagħtek, sinjur. Farraġtli qalbi. Qabel ġejt int kont imħawda u inkwetata għall-aħħar.” Rose ħarset mit-tieqa u indunat li r-riħ kien tassew dar u l-maltempata kienet waqfet. Daret fuqu u qaltlu, “Kellek raġun. It-temp inbidel. Veru li int tifhem fit-temp u l-baħar. Naħseb li anki bilbaħar int ivvjaġġajt ħafna.” “Iva, ġieli nzertajt tempesti kbar tant li ħbiebi ħasbu li se negħrqu. Imma wasalna qawwijin u sħaħ, proprju kif se jagħmlu żewġek u wliedek.” “Skużani, imma qabel nara l-familja tiegħi qawwija u sħiħa ma nistrieħx. Ili jumejn sħaħ nitlob.” “Jien ukoll tlabt ħafna. Għamilt il-lejl kollu ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa nitlob. Kont fi ġnien. Iżda ħbiebi, li kienu sajjieda u kont inħobbhom ħafna, telquni. Kull wieħed għandu post speċjali f ’qalbi.” “Se ddum ma terġa’ lura f ’pajjiżek?” “Le, għada stess inkun għand missieri.” “Naħseb li se jieħu qatgħa mhux ħażin meta jarak daqshekk pallidu u b’dawk il-feriti kollha!” qaltlu Rose. “Dawk il-feriti se nurihomlu, għax kburi bihom. Ma jġibuli l-ebda mistħija.” “Sar il-ħin, sinjura. Se jkolli nħallik. Jien bħalissa ninsab bejn dinja u oħra, imma għada nkun fil-glorja. Se ntemm vjaġġ ta’ tlieta u tletin sena. Kif nitlaq jien, se jaslu żewġek u wliedek.” Kif qal hekk, qam u telaq. Hu u sejjer, Rose indunat li ħwejġu ma kinux tas-soltu. Kien ħafi, u f ’saqajh kellu l-feriti bħal ta’ jdejh. Telaq fid-dalma tal-lejl, ma deherx aktar. Hi u tagħlaq il-bieb semgħet il-ħsejjes ta’ dgħajsa tittella’ fuq ix-xatt. Ftit minuti wara, il-familja kollha kienet miġbura madwar in-nar, kulħadd jirrakkonta l-istorja kif salvaw b’miraklu mill-għarqa, imma ma tantx setgħu jifhmu lil Rose meta rrakkuntat tagħha, dwar ir-raġel ferut li kellu wiċċ ħanin u kliem li jfarraġ. “Itfgħu ftit ħatab biex in-nar ma jintefiex,” qaltilhom Rose. Żewġha qabad ftit zkuk irqaq, imqabbdin flimkien f ’forma ta’ kuruna. Kif qabadhom, niggeż subgħajh, għalhekk malajr tefagħhom fin-nar. “Minn fejn ġiet dik il-kuruna?” staqsa, hekk kif il-kuruna bdiet taqbad bin-nar. “Ħarsu ftit!” qalet Rose, “Dik kuruna taxxewk!” U lkoll kemm huma laħqu rawha ... qabel ma nħarqet għalkollox u saret irmied. Lil Ħbiebna April - Ġunju 2014


Loghba u Kompetizzjonia! 3-il sen 1 it x u lq a ħ ’g għat-tfal li m

Paralizzata ssir atleta mill-aqwa! Twieldet fl-1940 f ’familja fqira ħafna f ’Tennesse fl-Amerika. Minħabba li twieldet qabel iż-żmien u ta’ saħħa dgħajfa, kellhom dubju jekk tgħixx. Ta’ erba’ snin mardet b’pulmonite u deni li pparalizzalha sieqha tax-xellug u kellha tilbes brace tal-ħadid. Imma ommha kienet tinkoraġġiha. Kienet tgħidilha li minkejja l-brace tal-ħadid u s-sieq paralizzata, setgħet tagħmel li trid b’ħajjitha, basta jkollha fiduċja fiha nfisha, persistenza, kuraġġ u spirtu li ma jċedix. Ta’ disa’ snin Wilma Rudolph neħħiet il-brace u tat l-ewwel pass – xi ħaġa li t-tobba kienu qalulha li kienet impossibbli. F’erba’ snin żviluppat pass ritmiku. Imbagħad daħħlitha f ’rasha li ssir l-akbar ġerrejja tad-dinja. Imma kif setgħet b’sieq difettuża bħalma kellha hi? Ta’ 13-il sena Wilma ħadet sehem f ’tellieqa u ġiet l-aħħar, biċċa sew wara l-oħrajn. Bdiet tidħol f ’kull tellieqa u dejjem tispiċċa l-aħħar. Tgħidx kemm qalulha biex tieqaf. Imma darba rnexxielha tiġi ta’ qabel l-aħħar u fl-aħħar bdiet tirbaħ u tiġi dejjem l-ewwel. Wilma daħlet l-Università u l-kowċ, meta ra x’qawwa ta’ karattru kellha u x’talent kellha, ittrenjaha hekk tajjeb li daħlet għal-Logħob Olimpiku. Hemm kellha ttellaq kontra Jutta Heine, Ġermaniża li qatt ħadd ma kien għadu għaddieha. Imma Wilma għaddietha fil-100 metru u anke fil220 metru. Żewġ midalji tad-deheb. Wilma kellha terġa’ tiffaċċja lil Jutta mill-ġdid fir-relay ta’ 400 metru. Fir-relay Wilma kienet ir-raba’ waħda. Meta ħadet il-bastun, bl-eċitament waqqgħetu fl-art. U Jutta kienet tiġri maħruba bħar-riħ. Kif qatt setgħet Wilma tilħaqha? Imma laħqitha u għaddietha. Rebħet it-tielet midalja taddeheb. Tliet midalji tad-deheb! Tassew, min irid u jistinka, jasal!

Paġna għat-tfal

www.jesuit.org.mt

Fil-kwadru ta’ hawn taħt issib kaxxi bin-numri. Kull numru qiegħed flok ittra. Sib it-18 l-ittra u poġġihom flok in-numru. B’hekk tkun sibt 10 ismijiet ta’ qaddisin, wieħed minnhom ta’ mara u l-oħrajn ta’ rġiel. Bħala għajnuna wieħed mill-ismijiet diġà lest. Uża l-ittri ta’ dan l-isem u poġġihom fil-kaxex blistess numri. Aħseb x’jistgħu jkunu l-ittri nieqsa biex tgħaqqad id-disa’ ismijiet l-oħra.

Aqta’ dan-nofs kollu ta’ din il-paġna jew agħmel fotokopja u ibagħtha sal-31 ta’ Mejju, 2014 lil: Lil Ħbiebna, 78 Triq il-Markiż Scicluna, In-Naxxar NXR 2067. Ir-rebbieħ jingħata premju.

Ismek: Indirizz:

Numru tat-Telefon:

Data tat-Twelid tiegħek: Skola:

Email:

21


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Miktub minn Fr Paul Pace SJ

Din ir-rubrika ser tirrifletti fuq ġrajjiet kurrenti mill-lenti tat-tagħlim Nisrani

Il-Korruzzjoni u nies ta’ integrità “Min hu korrott jistħoqqlu li tintrabatlu mażżra ma’ għonqu u jinxteħet fil-baħar”. Hekk qal il-Papa Franġisku f ’waħda mill-omeliji tiegħu ta’ kull filgħodu fil-kappella ta’ Santa Marta ftit tax-xhur ilu. Huwa applika dan il-kliem iebes ta’ Ġesu’ li nsibu filVanġelu għal min jistagħna bil-korruzzjoni. Fl-istess omelija kkundanna wkoll lil dawk l-Insara li jgħixu ħajja doppja billi jagħtu lill-Knisja l-flus li jkunu serqu mingħand l-istat. Nies bħal dawn sejħilhom “midinbin, oqbra mbajda, li minn barra jidhru sbieħ imma minn ġewwa huma mimlija qżiżijiet”. 180 elf miljun ewro Ftit tal-ġimgħat ilu l-Unjoni Ewropea ppubblikat studju li jistma li l-korruzzjoni fil-pajjiżi tal-Unjoni tiswa mal-180,000 miljun ewro fis-sena. Din hija somma enormi, bejn wieħed u ieħor daqs il-budget kollu tal-Unjoni Ewropea! Minħabba l-kobor tagħha, hija somma tal-biża’ għaliex turi kemm hija kbira l-influwenza ta’ dawk li jxaħħmu biex jiksbu dak li mhux dritt tagħhom: filwaqt li aħna niftaħru kemm aħna demokratiċi, nafu li hemm forzi qawwija ħafna li mhumiex eletti, li qegħdin jaslu fejn jixtiequ bissaħħa mhux tal-voti imma tal-flus li għandhom. F’dawn l-aħħar snin, pajjiżna ra ħafna każi konkreti ta’ korruzzjoni f ’nofsna. L-aktar serju kien dak fejn imħallfin, inkluż il-Prim Imħallef innifsu, instabu ħatja li aċċettaw flus biex jibdlu sentenzi ta’ nies kriminali. Is-sena li għaddiet kellna l-każ tal-korruzzjoni fix-xiri taż-żejt, każ li juri kemm kien faċli u sfaċċat li toffri, u anke tesiġi ħlas biex tiffavorixxi lil min ma għandux dritt. Issa smajna li mijiet ta’ nies ħallsu lil min ibagħbsilhom il-meter tad-dawl ħalli huma jħallsu farka żgħira minn dak li jikkunsmaw. Issemmiet iċ-ċifra ta’ 30 miljun ewro. Jiġifieri l-korruzzjoni mhux għalqa tal-miljunarji biss, imma ta’ kull min jieħu l-opportunità li jħallas biex jieħu dak li m’għandux dritt għalih. Hija sitwazzjoni li faċli nagħlqu għajnejna għaliha għax ngħidu li mhux veru teżisti, jew billi ngħidu li din kienet teżisti minn dejjem u żgur ser tibqa’ magħna, allura m’hemmx għalfejn nitħabtu wisq biex inneħħuha għaliex fl-aħħar mill-aħħar mhux ser jirnexxilna. Fil-fatt nafu li f ’pajjiżna ftit li xejn kien hemm

22

min instab ħati ta’ korruzzjoni u spiċċa jħallas prezz għoli ta’ għemilu. Għax jew jirnexxilna nippolitiċċizzaw il-kwistjoni u allura jispiċċa kollox fiċ-ċpar tal-polemika, jew inkella ma jkunx hemm min ikollu l-kuraġġ u r-responsabbiltà ċivika li jixhed dak li jaf li sar ħażin. Nittamaw li l-liġi tal-whistleblower tgħin biex dan il-biża’ jintrebaħ. Nies ta’ integrità personali Aktar minn liġijiet li jagħtu pieni ħorox jew oħrajn li jinkoraġġixxu lil min jikxef hemm bżonn fuq kollox nies ta’ integrità, kultura sħiħa li tirrispetta u ġġib ’il quddiem il-valuri tal-integrità u l-irġulija. Hemm bżonn nindunaw li dan ma jiġrix waħdu, mingħajr sforz, imma rridu naħdmu ħafna biex aħna lkoll inkunu nies ta’ integrita’ personali, lesti nbatu għal dak li nemmnu fih. ‘Aħjar jorbtulhom mażżra m’għonqhom’ M’hemmx ħafna x’tispjega għaliex il-korruzzjoni – u dawk kollha li huma involuti fiha – jistħoqqilhom kundanna daqshekk iebsa bħal dik tal-Papa. Min jikkorrompi, ikun qed jieħu dak li mhux tiegħu, u li jistħoqq bi dritt lil xi ħaddieħor. Qed ikisser il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet u fin-nies li jmexxuhom, li nibdew narawhom immexxija mill-għatx għall-flus u mhux mis-servizz tan-nies li poġġewhom hemmhekk. Il-vittmi l-aktar kbar ikunu l-fqar, dawk li mhux biss ma għandhomx il-flus biex jixtru lil min imexxi, imma jaraw li fil-fatt mhux veru li huma daqs kulħadd għax hemm ħaddieħor li qed jaqbiżhom bla ma għandu dritt. Qegħdin ngħixu f ’dinja fejn il-valuri qed jitnaqqru: il-ħin kollu nisimgħu li ma fiha xejn li l-valuri tiegħi huma differenti minn tiegħek, għax fl-aħħar millaħħar m’huma xejn aktar minn għażla personali: l-importanti li nirrispettaw lil xulxin, u ħażin għalina jekk nippruvaw ninsistu fuq valuri universali, li dejjem hemm għal kulħadd, għax inkella nkunu qed nimponu – l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu fid-dinja tagħna. Ftit nindunaw li b’hekk inkunu qed innawru l-bażi tal-valuri kollha kemm huma, u li nibdew insibuha dejjem aktar faċli nsibu skuża biex nagħmlu eċċezzjoni meta jkun jaqbel lilna. Insibuha wkoll dejjem aktar difficli nieħdu passi serji kontra n-nies korrotti. Lil Ħbiebna April - Ġunju 2014


Fl-10 ta’ April, il-Papa Franġisku kellu udjenza mal-professuri, studenti u l-personnel mhux għalliema ta’ l-Università Gregorjana, ta’ l-Istitut Pontifiċju Bibliku u ta’ l-Istitut Pontifiċju Orjentali. Fid-Diskors qalilhom: “… L-istituzzjonijiet li tagħhom intom membri … huma fdati lill-Kumpanija ta’ Ġesù u jaqsmu l-istess xewqa li ‘jaħdmu bil-ħerqa għal Alla taħt l-istandard tas-Salib u li jaqdu biss il-Mulej u lill-Knisja l-Għarusa Tiegħu, taħt it-tmexxija tal-Papa ta’ Ruma, Vigarju ta’ Kristu fuq din l-art’ (Formula, 1). “... Il-filosofija u t-teoloġija jippermettu li niksbu l-konvinzjonijiet li jirregolaw u jsaħħu l-intelliġenza u jdawwlu r-rieda … iżda dan kollu jkollu l-frott biss jekk isir b’moħħna miftuħ u għarkoptejna. ... It-teologu li ma jitlobx u li ma jadurax ’l Alla jispiċċa mgħarraq fin-narċiċiżmu tiegħu l-iżjed disgustanti. U din hija marda ekklesjastika. Jagħmel tant ħsara n-narċiċiżmu tat-teoloġi, ta’ l-intellettwali! Hu disgustanti!”

Programm t’attivitajiet Ċentru Spiritwalità Injazjana Għal aktar tagħrif, jew biex tieħu sehem, ċempel fuq 2276 0201 jew ibgħat email lil info@mtsjoseph.org għall-attivitajiet li ser isiru d-dar tal-irtiri Mount St Joseph, Mosta, jew għall-attivitajiet li ser isiru d-dar tal-irtiri Dar Manresa, Victoria, Għawdex ċempel fuq 21 55 6635 jew ibgħat email lil manresagozo@gmail.com.

9-11

MEJJU

Seminar: Id-Dixxerniment Komunitarju Imexxi: Fr. Ray Pace, SJ Post: Mt. St. Joseph, Mosta

Irtir għall-familji bit-tfal

Imexxi: Fr Godwin Preca, SJ Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex

16-18

MEJJU

HEALING LIFE’S HURTS Irtir għar-reliġjużi biss

Imexxu Rev. Fr. Alex Refalo, STL, Dip. Sc.Ed. u Sr. Magdalene Cauchi, USAM Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex

Irtir ta’ tħejjija għall-Pentekoste

Imexxi: Fr Victor Degabriele, SJ u Ms Mary Xuereb, M.A. Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex

7-12

LULJU

9-11

MEJJU

30

MEJJU

Irtir akkumpanjat ta’ 6 ijiem għaż-żgħażagħ

Imexxu: Diversi diretturi spiritwali Post: Mount St. Joseph, Mosta

Offerta għal Lil Ħbiebna Kif tafu, Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma tiddependi kompletament mill-offerti tal-ħbieb u l-qarrejja. Għalhekk niddependu ħafna mill-ġenerożità tagħkom. Tistgħu tibagħtulna l-offerta bilposta: Lil Ħbiebna, 78, Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 jew twassluha Uffiċċju Benefatturi, 1, Pjazza E.S. Tonna, Floriana (ħdejn il-knisja ta’ Sarria eżattament quddiem l-istage). GRAZZI!

Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-hbieb taghna mejtin Birkirkara Salvinu Schembri Wismayer L-Ibraġġ Mark Mousù Il-Mosta Anna Xuereb In-Naxxar Antonella Darmanin Tas-Sliema Victor Griffiths James Gustav Gollcher Ta’ Xbiex Salvino Sullivan Joe Xuereb Haż-Żabbar Joe Vella, ħu Fr Arthur Vella SJ23


Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | April - Ġunju 2014 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

Tixtieq Tagħti Sehmek fil-Formazzjoni ta’ Ġiżwita? • ITLOB bil-ħerqa lil Alla biex isejjaħ żgħażagħ ġenerużi ħalli jaqduh fil-Kumpanija ta’ Ġesú. • ITLOB lill-Madonna biex tħares liż-żgħażagħ li jħossu li għandhom vokazzjoni u tidħol għalihom biex iwettqu r-rieda t’Alla. • ITLOB għall-perseveranza fil-vokazzjoni ta’ dawk li diġa’ bdew it-triq. • Jekk tinsab marid(a) OFFRI T-TBATIJA tiegħek għall-intenzjonijiet ta’ hawn fuq. • Jekk tixtieq TGĦIN FINANZJARJAMENT, nilqgħu l-offerta tiegħek bil-qalb. Il-formazzjoni ta’ Ġiżwita hija twila u tqum ħafna flus. • Tista’ jew waħdek jew flmkien ma’ oħrajn, f’daqqa jew ftit ftit, TAGĦMEL BORŻA TA’ STUDJU b’tifkira jew suffraġju ta’ xi persuna għażiża għalik. Din is-somma ta’ €700 li tgħin biex titħallas parti min-nefqa ta’ sena waħda biss. Tista’ wkoll tiftakar fl-istudenti tagħna fit-Testment tiegħek. • Għall-iktar dettalji tista’ tkellem jew tikteb lil: ‘inservi Jesuit Foundation’, 78 Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 Tel 21412 606

GRAZZI!

24


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.