03
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
HBIEBNA Newspaper post
lil
2014
Imsejħin biex naqdu Intervisti ma’ żewġ Provinċjali u l-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1
Il-Qaddis tax-Xahar
Miktub minn Fr Paul Zammit SJ
Sant’Injazju ta’ Loyola
Minn Kavallier għal Ġeneral Il-Ħajja ta’ Injazju ta’ Loyola Kien żmien ta’ taqlib kbir u fl-istess ħin ta’ opportunitajiet enormi. L-Ewropa kienet ħierġa mill-Żminijet tan-Nofs. Inkixfu artijiet ġodda minn esploraturi li marru f ’kull direzzjoni. Johann Gutenburg biddel id-dinja talkomunikazzjoni u l-istudju meta ivvinta l-istamperija. Min-naħa l-oħra kien żmien diffiċli għall-Knisja minħabba li kien hemm abbużi u korruzzjoni fi ħdanha. Tfaċċa l-Protestanteżmu li ġieb il-firda u l-ġlied fost l-insara. L-injoranza kienet mifruxa u l-ħajja spiritwali kienet birdet jew mietet f ’xi wħud. Iżda Alla dejjem jurina li ma jħalli qatt lill-Knisja tiegħu. Jaf jipprovdi u jagħmlilna l-ġid anki meta l-affarijiet ikunu sejrin ħażin. Kien f ’dan iż-żmien imqalleb li qajjem ġganti fil-Knisja tiegħu, fosthom lil Injazju. Midrub Ħadd ma basar, lanqas hu stess, li meta Injazju twieled fl-1491 kellu ’l quddiem ikun kolonna soda li biha tista’ tissaħħaħ il-Knisja. Fi ċkunitu, fil-kastell ta’ Loyola, filPajjiżi Baski, kien joħlom biss li jsir magħruf, li jkollu id xi prinċipessa u hekk jikseb unuri. Kollox inbidel ta’ taħt fuq meta fl-1521, waqt li kien qed jieħu sehem fid-difiża tal-belt ta’ Pamplona, li kienet imdawra mill-Franċiżi, Injazju safa’ midrub f ’riġlejh. Malli weġġa’ hu, sħabu ċedew. B’rispett għall-qlubija li wera, il-Franċiżi kienu huma stess li dewwewh, ħadu ħsiebu u bagħtuh lura pajjiżu bl-unuri kollha. Deċiż kif kien li persuntu tibqa’ attraenti Injazju aċċetta l-uġigħ ta’ iktar minn operazzjoni waħda ħalli jilħaq ilħolma ta’ ħajtu. U kien tul il-konvalexxenza tiegħu, żmien ta’ taqlib u wġigħ, li Injazju sab lil Ġesù. Kien hawn li fl-1522 qatagħha li jagħti ħajtu kollha kemm hi lil Kristu. Għalhekk ħalla Loyola u telaq pellegrinaġġ għas-santwarju tal-Madonna ta’ Aranzazu. Wara rħielha għall-Monasteru ta’ Monserrat fejn għamel
2
vot tal-kastità u wara qrara ġenerali, għadda l-lejl f ’velja quddiem il-Madonna. Wara l-konverżjoni tiegħu, Injazju beda jħoss ixxewqa qawwija li jmur Ġerusalemm; iżda fi triqtu waqaf f ’Manresa. Hemm għadda xhur fit-talb u l-penitenzi ħorox. Injazju kien dejjem attent josserva u jirrifletti fuq dak li kien għaddej minnu. Kien qed jitgħallem kif Alla kien qed imexxih fil-ħajja tiegħu. Ordni Ġdid Dan iż-żmien li qatta’ f ’Manresa kien prezzjożissimu, mhux biss għal Injazju, iżda wkoll għall-Knisja kollha għax hawn kien qed jissawwar dak l-istrument li tant għamel ġid: l-Eżerċizzi Spiritwali. Dan il-metodu, li mbagħad Injazju ġabru fi ktejjeb, jgħin lil min jużah ħalli jfittex ir-rieda ta’ Alla f ’ħajtu. U x’jista’ jagħmel ġid iktar lill-bniedem milli jimxi fuq il-pjan ta’ mħabba li Alla għandu għalih/a? Wara xi ħdax-il xahar Injazju kompla l-vjaġġ tiegħu lejn Ġerusalemm. Iżda għalkemm xtaq ħafna jibqa’ flArt Imqaddsa, huwa kellu jitlaq. Lura fl-Ewropa induna li biex tagħmel il-ġid lill-oħrajn, aħjar li tkun iffurmat. Għalhekk ta’ 33 sena beda jistudja. Wara għadda minn diversi universitajiet Spanjoli, spiċċa l-istudji tiegħu f ’Pariġi Hawn iltaqa’ ma’ nies kbar: S. Franġisk Saverju, San Pietru Favre u sħabhom u wara li ngħaqdu f ’komunità ta’ ħbieb, iddeċidew li jwaqqfu dik li llum hija l-Kumpanija ta’ Ġesù. Injazju li nħatar l-ewwel Superjur kien għadda minn suldat għal Ġeneral! Malajr sabulhom x’jagħmlu! Ħadu sehem fil-Konċilju ta’ Trentu, għallmu u taw l-Eżerċizzi Spiritwali, waqqfu kulleġġi, fetħu missjonijiet, għamlu opri ta’ karità. U din l-opra li Alla beda f ’Injazju għadha sejra sal-lum.
Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
Kelma mill-editur
2
Il-Qaddis tax-Xahar Sant’Injazju ta’ Loyola
4
Tnax-il Sena Provinċjal
6
Intervista ma’ Fr Patrick Magro, SJ
8
Storja Lejn ir-Restawrazzjoni
.
Għeżież ħbieb u benefatturi, Għall-Ġiżwiti u għall-familja Injazjana, ix-xahar ta’ Lulju, ta’ Awwissu u ta’ Settembru huma xhur b’rabiet sbieħ malistorja tagħna. Fil-31 ta’ Lulju, il-Ġiżwiti u l-kollaboraturi tagħna, niċċelebraw il-festa ta’ Sant’Injazju minn Loyola, il-Fundatur tagħna. Dakinhar, hawn Malta ssir ilbidla tal-Provinċjal. Wara tnax-il sena ta’ tmexxija b’dedikazzjoni sħiħa u ħidma ħabrieka Fr Paul Pace itemm il-mandat tiegħu. Fr Patrick Magro, il-Provinċjal il-ġdid, jibda l-missjoni ta’ servizz li s-Superjuri fdawlu f ’idejh. Is-7 ta’ Awwissu, hi data memorabbli, speċjalment din is-sena, għax dakinhar mitejn sena ilu, wara 41 sena ta’ soppressjoni, il-Papa Piju VII irrestawra l-Kumpanija ta’ Ġesù fid-dinja kollha. Fil-kalendarju tal-Kumpanija ta’ Ġesù, fix-xahar ta’ Settembru wkoll hemm data importanti. Kien il-Papa Pawlu III li bil“Bolla” Regimini militantis Ecclesiae fis27 ta’ Settembru, 1540, approva t-twaqqif tal-Ordni reliġjuż ġdid. Imbagħad, il-Papa Ġulju III, fil-21 ta’ Lulju, 1550, ħareġ il“Bolla” Exposcit debitum - li hi l-“Formula tal-Istitut” tal-Kumpanija ta’ Ġesù – li biha kkonferma u kompla żied malapprovazzjoni mogħtija għall-ewwel darba mill-Papa Pawlu III. Il-“Bolla” tal-Papa Ġulju tibda hekk:
“Kull min irid ikun suldat ta’ AlIa taħt il-bandiera tas-salib f ’din il-Kumpanija tagħna, li aħna nixtequha tkun imżejna blisem ta’ Ġesù, u jixtieq li jaqdi ’l Alla waħdu u lill-Knisja, għarusa Tiegħu taħt it-tmexxija tal-Pontefiċi Ruman, li hu l-Vigarju ta’ Kristu fuq din l-art, wara li jkun għamel il-wegħda perpetwa u solenni tal-kastitá, tal-faqar u talubbidjenza, għandu jkun dejjem tal-fehma li hu membru ta’ Kumpanija li hi mwaqqfa l-aktar għad-difiża u t-tixrid tal-Fidi u għall-progress u l-ġid tal-erwieħ fil-ħajja u fid-duttrina nisranija. Il-Kumpanija trid tilħaq dan il-għan permezz ta’ prietki u tagħlim fil-pubbliku u ta’ kull ministeru ieħor tal-kelma t’Alla, tal-Eżerċizzi Spiritwali, bittagħlim tad-duttrina lit-tfal u lill-injuranti, bil-konfort spiritwali lill-fidili fis-smigħ talqrar u fl-amministrazzjoni tas-sagramenti l-oħra. Barra dan hi taħdem għall-għaqda bejn il-mifrudin u tagħti għajnuna lil dawk Ii huma fil-ħabs u fl-isptarijiet, u b’opri oħra ta’ karità skond kif inhu l-aħjar għall-glorja t’Alla u għall-ġid ta’ kulħadd”. Din hi l-kariżma tal-Kumpanija ta’ Ġesù u ta’ kull Ġiżwita li fl-1974 il-Kongregazzjoni Ġenerali 32 ippreċiżat u qalet li “Il-missjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesù llum hi s-servizz talfidi, li tagħha l-promozzjoni tal-ġustiżżja hi bżonn assolut” Jalla l-Kumpanija ta’ Ġesù tkompli tissaħħaħ u b’impenn sħiħ twettaq ilmissjoni ta’ Kristu fil-Knisja.
f’din il-harġa
Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt
10 L-lspiritwalità Injazjana 12 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti
14 Papa, Patriarka u Presidenti
16 Il-Ġiżwiti Maltin - 50 sena fil-Lvant Qrib
18 Esperjenzi ta’ Ġiżwiti
Barranin Jaħdmu Malta
20 Għajnuna għat-talb 21 Fr Victor Jaccarini, SJ Apprezzament
22 L-Etika - Il-Ġisem
ta’ Kristu hu l-Ġisem tar-Refugjat
23 Programm ta’ attivitajiet taċ-Ċentru Spiritwalità Injazjana
24 Kuraġġ! - Talba
għall-Vokazzjonijiet
Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.
Editur: Fr John Scicluna SJ
Email: hbiebna@jesuit.org.mt
Website: www.jesuit.org.mt
Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Rosanne Debono, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606
um
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
ru 3 - 2014
lil
HBIEBNA
N
Qoxra: Fr Paul Pace SJ, Provinċjal 2008 - 2014, ma’ Fr Patrick Magro SJ, il-Provinċjal il-ġdid tal-Ġiżwiti f’Malta Ara pġ 4-5 Ritratt tal-Qoxra: Alison Vella
Stampar: Gutenberg Press
Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.
3
Intervista
Intervista ma’ Fr Paul Pace, SJ
Tnax-il Sena Provincjal Kif ħabbarna fl-aħħar ħarġa, il-Provinċja tal-Ġiżwiti Maltin ser ikollha Provinċjal ġdid. Qabel ma l-Provinċjal Fr Paul Pace jtemm it-tieni mandat tiegħu (1996 – 2002, 2008 – 2014), għamilnielu din l-intervista.
LĦ: Fr Pace, issa li wasalt fit-tmiem tattieni mandat tiegħek bħala Provinċjal, x’tibqa’ tiftakar minn dawn it-tnax-il sena? Fr Pace: Tnax-il sena huma ħafna, u jġibu magħhom ħafna memorji. Żgur li l-isbaħ ħaġa li nieħu miegħi hija r-rabtiet profondi ta’ ħbiberija u fiduċja li bnejt ma’ tant Ġiżwiti, Maltin u barranin. Kienu snin fejn sirt naf ħafna aktar il-ħidma talĠiżwiti, Malta u barra, li l-biċċa l-kbira minnha ssir fis-skiet u b’dedikazzjoni u b’sens ta’ sagrifiċċji kbar. LĦ: Kif intgħażel is-suċċessur tiegħek u meta ser jibda l-missjoni ġdida tiegħu li ngħata? Fr Pace: Fr Patrick Magro ntgħażel mill-Patri Ġeneral wara proċess twil ta’ riflessjoni u konsultazzjoni wiesgħa. L-ewwel pass sar f ’Jannar meta l-komunitajiet iltaqgħu biex flimkien jiffurmaw profil ta’ xi provinċjal għandna bżonn bħalissa; dawn ir-riflessjonijiet inġabru flimkien u ntbagħtu lil kull Ġiżwita, li ġie mitlub jipproponi żewġ jew tliet ismijiet ta’ min kien jara bħala provinċjal ġdid. Dawn l-ismijiet ġew diskussi f ’laqgħa ta’ grupp żgħir ta’ Ġiżwiti, u wara dik il-laqgħa l-Provinċjal mal-konsulta tiegħu għażlu l-ismijiet li ntbagħtu Ruma. Waqt li kien għaddej dalproċess ġie Malta l-Assistent tal-Ġeneral li huwa responsabbli minn Malta biex ikun aktar infurmat. B’hekk l-għażla saret mill-Ġeneral, imma kienet ippreparata minn kulħadd. LĦ: Wara li b’ħafna dedikazzjoni qdejt il-missjoni li l-Kumpanija ta’ Ġesú afdatlek u ksibt ħafna esperjenzi permezz ta’ ħafna
4
laqgħat hawn Malta u barra kif tiġbor filqosor id-dmirijiet tal-Provinċjal? Fr Pace: San Injazju jgħid ċar u tond li l-ewwel dmir tas-superjur lejn dawk li huwa responsabbli għalihom huwa li jgħinhom bit-talb u bix-xewqat qaddisa tiegħu għalihom. Biex dan jista’ jsir tajjeb, importanti ħafna li l-Provinċjal ikun jaf sew linnies tiegħu, u allura parti ewlenija tal-missjoni tiegħu hija li kull sena jiltaqa’ personalment ma’ kull Ġiżwita fil-komunitá tiegħu: fi spirtu ta’ fiduċja u trasparenza sħiħa, isir jaf kif inhi sejra ħajtu biex flimkien jaraw x’inhi r-rieda ta’ Alla għalih. Fuq din il-bażi, il-Provinċjal, bħal kull mexxej ta’ organizzazzjoni oħra, huwa responsabbli millippjanar, xi ħaġa li matul dawn is-snin ħadet ħafna ħin u enerġija. Flimkien ma’ oħrajn, Ġiżwiti u lajċi, ħdimna bis-sħiħ biex niddixxernu x’inhi lmissjoni tagħna bħalissa, u fittixna strutturi ġodda biex jappoġġjaw din il-missjoni. Ngħidu aħna, ilħidma tagħna maż-żgħażagħ issa hija ħafna aktar iffukata u b’saħħitha, u hemm struttura li tassigura li hemm aktar koordinament fi ħdan is-settur soċjali u f ’dak tal-ispiritwalita’. LĦ: X’kien jogħġbok u x’sibt iebes fix-xogħol tiegħek? Fr Pace: Kien hemm ħafna affarijiet sbieħ f ’din il-ħidma, imma l-aqwa waħda hija l-privileġġ li ssir taf lil ħutek il-Ġiżwiti fuq livell profond ħafna, għaliex huma verament jiftħulek qalbhom bis-sabiħ u d-diffikultajiet kollha tagħha. Tkun taf mill-qrib dak li nagħmlu aħna, tarah jikber u jissaħħaħ; tibni kuntatti ma’ Ġiżwiti ta’ pajjiżi oħra, tara kif aħna lkoll qed nagħmlu minn kollox biex inkunu ta’ servizz f ’dinja li qed tinbidel b’pass Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
www.jesuit.org.mt
tant mgħaġġel. Il-Papa Franġisku u l-istil ġdid ta’ kif imexxi lili jimlewni b’ħafna kuraġġ. U l-fatt li għandna erba’ Ġiżwiti barranin jaħdmu magħna huwa sinjal ċar tal-fiduċja li ħaddieħor għandu fina. M’għandniex xi ngħidu li hija ħaġa mill-isbaħ li taċċetta żgħażagħ ġenerużi li jagħżlu li jingħaqdu magħna bħala novizzi, u timxi magħhom fis-snin tal-formazzjoni. L-aktar ħaġa diffiċli hija li tara li ma jkollokx irriżorsi, ta’ nies, ta’ flus u ta’ enerġija, biex tagħmel għal dak kollu li jista’ jsir, li jkollok tnaqqas jew
allura għandna nħallu f ’idejh biex tkompli teżisti: aħna nagħmlu l-parti tagħna billi nagħmlu minn kollox biex inkunu qrib tiegħu f ’kollox u nkunu strumenti tajbin f ’idejh. Allura aħna nħarsu ‘l quddiem bl-ottimiżmu: mitt sena ilu konna ħafna anqas minn kemm qegħdin issa, u hemm postijiet oħrajn, l-aktar l-Asja u l-Afrika, fejn il-Kumpanija qed tikber kif kbirna aħna 50 sena ilu. Qed niskopru l-qawwa u s-sbuħija li hemm f ’li naħdmu aktar mal-lajċi, qed naħdmu aktar ma’ provinċji oħrajn, l-aktar dawk tal-Ewropa ta’ Isfel, u dan jiftaħ bibien ġodda. Fuq kollox, bejnietna hemm spirtu pożittiv u ta’ fiduċja. Fil-fatt, għalkemm nitnikktu li qed nonqsu, bis-saħħa tal-ġenerożita’ ta’ tant nies, jiena nħares lejn ġejjieni sabiħ għallmissjoni tal-Ġiżwiti Maltin, dejjem aktar bħala parti mill-missjoni tal-Ġiżwiti fl-Ewropa. LĦ: X’bi ħsiebek tagħmel meta tispiċċa minn Provinċjal?
Fr Paul Pace (it-tieni mix-xellug) jidher hawnhekk waqt żjara l-Indja, flimkien ma’ Fr Nirmal (li kien il-Provinċjal ta’ Dumka meta ttieħed dar-ritratt) u Fr Ninu Gatt u Fr Joe Gauci Sacco, żewġ Ġiżwiti missjunarji Maltin lIndja. Fuq ix-xellug jidher ukoll patri Franġiskan, Fr Marcellino Micallef OFM, li, flimkien ma’ grupp talMissionfund, kienu qegħdin jibnu hostel.
anke tagħlaq xi ħaġa li għamlet ħafna ġid għal ħafna u ħafna snin bil-kontribut ta’ tant nies li taw kollox biex jibnuha. Il-mewt tal-Ġiżwiti ħbieb tiegħek hija wkoll mument diffiċli, għalkemm bħal kull mewt oħra, ġġib magħha ħafna memorji sbieħ u turik b’mod konkret ir-rispett u l-imħabba li għad għandhom in-nies lejna u lejn il-Knisja. LĦ: fil-fatt, in-numru ta’ Ġiżwiti li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul dawn is-sitt snin kien konsiderevoli. Kif tħares lejn il-futur tal-Ġiżwiti? Fr Pace: Iva, matul dawn is-sitt snin mietu 18-il Ġiżwita, u daħlu 3 novizzi: inqasna b‘madwar 20%. Madankollu għamilna sforz kbir biex inkomplu nħarsu ‘l quddiem u nfittxu kif nistgħu l-aħjar norganizzaw irwieħna. San Injazju jgħidilna li għandna nżommu dejjem quddiem għajnejna li l-Kumpanija hija opra ta’ Alla u mhux tagħna, u
Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
Fr Pace: Matul is-sena li ġejja ser inkompli ngħallem it-teoloġija l-Universita’, filwaqt li nipprepara ruħi għall-missjoni ġdida tiegħi. Minn Settembru tas-sena li ġejja ser inkun wieħed miż-żewġ Ġiżwiti li mmexxu t-terzanno Ewropew li hemm Dublin, lIrlanda. Dan huwa l-aħħar stadju tal-formazzjoni tal-Ġiżwita, li jsir wara li l-Ġiżwita jkun spiċċa listudji u jkun għadda ftit snin filmissjoni appostolika tiegħu: jerġa’ lura biex jagħti ħarsa lejn il-ħajja tal-Ġiżwita fid-dawl tal-esperjenza tiegħu u ta’ dak li tixtieq minna l-Kumpanija ta’ Ġesu’. Għalhekk jerġa’ jagħmel l-Eżerċizzi Spiritwali sħaħ, u jerġa jdur lejn id-dokumenti bażiċi fuq il-ħajja tagħna. LĦ: Tixtieq tgħaddi xi messaġġ lill-qarrejja ta’ Lil Ħbiebna? Fr Pace: Messaġġ ta’ apprezzament u ringrazzjament għall-ħbiberija tagħkom. Min għażel l-isem ta’ dan il-magazin kellu idea eċċellenti, għaliex m’hemmx dubju li l-ewwel u l-aqwa appoġġ bejnietna hija l-ħbiberija. Żgur li aħna ma nagħmlux farka minn dak li qed nagħmlu bħalissa mingħajr l-appoġġ tagħkom. LĦ: Grazzi ħafna Fr Pace. Nawgurawlek kull barka fuqek u l-missjoni ġdida li ġejt mogħti.
5
Intervista
Intervista ma’ Fr Patrick Magro, SJ
Strument f’idejn Alla Nhar il-festa ta’ Sant’Injazju, il-31 ta’ Lulju, Fr Patrick Magro jibda l-mandat tiegħu bħala l-Provinċjal il-ġdid tal-Ġiżwiti Maltin. Qeghdin nippubblikaw l-intervista li tana.
Meta Ġiżwita jingħata xi kariga jew jintbagħat x’imkien għal xi appostolat, hu jirċievi “missjoni” mingħand is-Superjuri u hekk dejjem iwettaq issejħa tiegħu bħala “qaddej tal-missjoni ta’ Kristu”, kif qalet l-aħħar Kongregazzjoni Ġenerali tagħna. LĦ: Fr Patrick, ewwel nett, f’isem il-qarrejja ta’ Lil Ħbiebna nifirħulek għal din il-missjoni ġdida tiegħek ta’ servizz lill-Knisja, lillKumpanija u lill-Knisja fil-gzejjer tagħna. Tista’ tgħidilna x’kienet l-ewwel reazzjoni tiegħek meta rċivejt din in-nomina?
Fr Patrick: Grazzi ħafna tal-awguri u grazzi ta’ din l-opportunitá li naqsam ftit ħsibijiet malqarrejja ta’ Lil Ħbiebna. Ikolli ngħid li meta sirt naf bl-aħbar tan-nomina ħassejt bżonn kbir li nintelaq f ’idejn il-Mulej u nafda din il-missjoni f ’idejh. Wara għaxar snin Rettur tal-Kulleġġ San Alwiġi tgħallimt kemm huwa diffiċli tkun Saċerdot, Ġiżwita u tmexxi! Tidher ħaġa ħafifa imma fl-istess ħin sfida kbira. Waħda millaffarijiet li tgħallimt hija li t-tmexxija fil-Knisja hija wisq differenti mit-tmexxija f ’oqsma oħra. L-iktar ħaġa importanti, kif naraha jien, mhix li wieħed jagħmel ħiltu u jaħdem ħafna u jistinka imma li jkun strument f ’idejn Alla. U din mhix faċli. LĦ: Tista’ tgħidilna xi ħaġa dwar ħajtek u l-vokazzjoni tiegħek? Fr Patrick: Niftakar meta kont żagħżugħ l-Universitá nistudja l-inġinerija kont kuntent u sejjer tajjeb. Kelli l-opportunitá li mmur Palermo nagħmel esperjenza ta’ volontarjat mas-sorijiet ta’ Madre Teresa u hemmhekk bdiet tinbet ix-xewqa li nagħmel xi ħaġa kbira b’ħajti, li nkun ta’ siwi
6
għall-oħrajn, li nkun strument f ’idejn Alla biex mhux naħdem għal pjan li nfassal jien imma aktar li nikkollabora miegħu biex nagħmel ir-rieda tiegħu. U meta skoprejt is-sejħa ta’ Alla li nitlaq kollox u nimxi warajh bħala Gizwita, kont ferħan se ntir u kelli x-xewqa li nwieġeb b’qalbi kollha għas-sejħa gratwita tiegħu. Illum meta nħares lura lejn dawn il-25 sena bħala Ġiżwita ninsab ferm aktar ferħan milli meta dħalt u din hi grazzja kbira li tani Alla. Matul dawn is-snin għaddejt minn bosta esperjenzi. Nistqarr li l-preferenza għall-fqar dejjem kienet aspett importanti ħafna fis-sejħa tiegħi. Tgħallimt nara ’l Ġesú fil-fqar u f ’dawk li qegħdin ibatu. Sant’Injazju dejjem xtaq li aħna l-Ġiżwiti mhux biss nirriflettu u nitkellmu fuq il-faqar u kontra l-inġustizzja, imma li nagħmlu esperjenza personali mal-fqar u l-batuti. Is-snin ta’ ħidma fil-Kulleġġ San Alwiġi għenuni nikber ħafna. Jien nieħu gost ħafna naħdem fl-edukazzjoni u maż-żgħażagħ u meta s-superjuri tiegħi bagħtuni naħdem f ’dan il-kamp fraħt ħafna. Dan il-kamp joffri sfida kbira llum u aħna l-Ġiżwiti għandna ħafna x’noffru. LĦ: Fejn għamilt l-istudji tiegħek u x’kien l-appostolat li kellek s’issa? Fr Patrick: Jien dħalt fin-Novizzjat fis-16 ta’ Ottubru 1989 u kont l-ewwel wieħed li għamilt in-novizzjat f ’Ġenova, l-Italja għax ma baqax isir Malta. Wara n-novizzjat għamilt sena Malta nistudja l-litteratura, il-Latin u l-Grieg u introduzzjoni għall-filosofija. Imbagħad studjat il-filosofija f ’Padova. Wara kont il-Kulleġġ San Alwiġi prefett tad-dixxiplina u ngħallem ilmatematika u x-xjenza. Kienet esperjenza sabiħa ħafna, xi drabi diffiċli, imma sirt inħobb lit-tfal u Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
www.jesuit.org.mt
Fr Patrick Magro SJ (fin-nofs) liebes il-gear tat-tim talfutbol ta’ Colombia, qalb numru ta’ żgħazagħ fil-parroċċa ta’ San Pedro Claver, Colombia, li pparteċipaw f’workshop dwar ir-rikonċilijazzjoni mmexxi minn Fr Patrick.
ż-żgħażagħ u skoprejt x’missjoni sabiħa li taħdem fil-kamp tal-edukazzjoni. Kienet sorpriża kbira għalija għax kont naħseb li ma kontx tajjeb biex ngħallem. Min kellu jgħidli li bħala saċerdot kont ser inqatta’ ħafna snin naħdem il-Kulleġġ!! Wara s-sentejn fil-Kulleġġ bdejt l-istudju tatteoloġija f ’Madrid. Fis-16 ta’ Lulju, 1999, kont ordnat djaknu. Imbagħad mort Boston, l-Amerika u ksibt liċenzjat fit-teoloġija pastorali u Masters fl-edukazzjoni. Fit-23 ta’ Ġunju, 2000 l-Arċisqof Mercieca ordnani saċerdot. Meta ġejt Malta, għamilt tmien xħur ngħallem fis-Sixth Form tal-Kulleġġ tagħna u fl-2003 il-Provinċjal ħatarni Rettur u domt 10 snin immexxi l-Kulleġġ. Mhux faċli tmexxi istituzzjoni edukattiva kbira imma kienet esperjenza sabiħa ħafna. Matul dawk is-snin tgħallimt ħafna u stinkajt kemm stajt għall-ġid tat-tfal u ż-żgħażagħ. It-Tielet sena tan-novizzjat għamiltha l-Venezuela. Imbagħad fit-3 ta’ Diċembru, 2008, għamilt il-Professjoni Solenni. Fi Frar tas-sena l-oħra spiċċajt minn Rettur fil-Kullegg u mort tmien xhur il-Kolombja naħdem f ’parroċċa li l-Ġiżwiti għandhom f ’żona fqira u diffiċli ħafna. Din l-aħħar sena kont iċ-Chaplain fl-Universitá ta’ Malta. LĦ: Fr Patrick, tista’ tgħidilna xi ftit dwar l-esperjenzi li kellek barra minn Malta? Fr Patrick: Meta kont nistudja Padova, l-Italja, kont naħdem mal-istudenti Albanizi li wara li spiċċa l-komuniżmu u r-reġim oppressiva u kiefer f ’pajjiżhom ġew jistudjaw Padova. L-esperjenzi li għamilt fil-Gwatemala, ilVenezuela, il-Kolombja u l-Bosnja, fejn rajt ilmibegħda u l-moħqrija, u sa fejn jasal il-bniedem meta ma jkollux ’l Alla, u dik f ’ħabs fl-Istati Uniti għallmuni biex nafda ħafna f ’Alla, l-iktar meta
Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
kont f ’xi periklu. F’Madrid fejn għaddejt tliett snin nistudja t-teoloġija kont naħdem malistudenti f ’wieħed mill-kulleġġi tagħna hemmhekk kif ukoll f ’dar tal-Caritas għan-nies morda bl-AIDS. Din il-ħidma pastorali għenitni ħafna biex nistudja u nitgħallem iktar bil-qalb. Fil-vaganzi kont mort sitt xhur il-Gwatemala f ’missjoni li l-Ġiżwiti għandhom fil-ġungla, fil-parti ta’ fuq, jisimha IXCAN. Hemmhekk kemmil darba kont f ’riskju ta’ mewt, minħabba l-faqar, il-mard u l-ambjent salvaġġ. Tgħallimt ħafna nħobb il-fqar u nibtet ixxewqa fija li bħala Ġiżwita dejjem nagħti kas speċjali ta’ dawk li qegħdin ibatu. F’Boston, l-Amerika, barra s-sigħat twal ta’ studju, kont kappillan għallpriġunieri li jitkellmu bl-Ispanjol f ’ħabs ta’ 5,000 ruħ, rġiel u nisa. LĦ: Fr Patrick, issa x’se jkun ix-xogħol tiegħek ta’ Provinċjal? Fr Patrick: Naħseb li nkun nista’ nwieġeb aħjar għal din il-mistoqsija wara li nibda! Imma minn dak li qed nara, l-ewwel prijoritá tiegħi ser tkun li nieħu ħsieb il-Ġiżwiti u l-kollaboraturi lajċi tagħna u nagħtihom ħafna kuraġġ biex jgħixu l-vokazzjoni tagħhom b’mod sħiħ ħalli jagħmlu ħafna ġid spiritwali. Din naraha parti importanti ħafna tal-missjoni ġdida tiegħi. It-tmexxija f ’Ordni reliġjuż hi delikata ħafna u għalhekk nitlobkom titolbu għalija ħalli nkun tassew strument tajjeb f ’idejn il-Mulej. LĦ: Liema huma x-xewqat tiegħek għas-snin li ġejjin għall-Kumpanija ta’ Ġesú u l-Knisja f’Malta? Fr Patrick: Inħoss li qegħdin ngħixu fi żminijiet ta’ sfidi kbar, kemm fil-Knisja kif ukoll filKumpanija ta’ Ġesú. L-għan aħħari tagħna huwa li nwasslu lil Ġesú lil kulħadd. Hawn għatx kbir għall-paċi tal-qalb, għall-preżenza t’Alla. Jien nixtieq li aħna l-Ġiżwiti nkunu nistgħu nikkontribwixxu b’mod sħiħ fil-missjoni talKnisja f ’Malta billi nkomplu ngħinu liż-żgħażagħ ikollhom esperjenza ħajja ta’ fidi, billi nissuktaw ngħinu lil ħafna u ħafna nies jitgħalmu dejjem izjed kif jitolbu u kif iħallu lil Alla jkun parti minn ħajjithom, u billi nagħtu kas, ħafna kas tal-fqar li qegħdin madwarna u ngħinuhom kemm nistgħu. LĦ: Filwaqt li nirringrazzjawk talli għoġbok taqsam dawn il-ħsibijiet sbieħ magħna, nawgurawlek il-barka t’Alla fuqek u dak kollu li tixtieq tagħmel għall-Ikbar glorja t’Alla.
7
Storja
Miktub minn Fr John Scicluna SJ
Wara li l-Ġiżwiti bdew jitkeċċew minn għadd ta’ pajjizi Ewropej, il-Papa Klement XIII kien anzjuż għall-Kumpanija ta’ Ġesù. Fis-7 ta’ Jannar 1769, ippubblika l-Bolla Apostolicam pascendi biex jiddefendi lill-Ġiżwiti. Imma lanqas il-Papa ma seta’ jwaqqaf il-valanga.
Lejn ir-Restawrazzjoni Fl-aħħar ta’ Jannar 1769, l-ambaxxaturi ta’ Franza, Spanja u l-Portugall talbu uffiċjalment lill-Papa biex jissopprimi totalment il-Kumpanija u heddewh b’xiżma. Din kienet daqqa ta’ ħarta kbira għall-Papa, li miet ftit jiem wara b’attakk ta’ qalb. Il-Papa l-ġdid Klement XIV intgħażel fl-1769. Minkejja li qabel kien favur il-Kumpanija, meta sar Papa inbidel u kien medhi jara kif jissopprimi l-Kumpanija. Il-Brevi Dominus ac Redemptor għassoppressjoni tal-Kumpanija tlestiet u l-Papa ffirmaha fil-21 ta’ Lulju 1773, u kellha tidħol fis-seħħ fis-16 t’Awwissu u l-Kumpanija b’22,590 Ġiżwita tkun xolta. Iżda l-Providenza interveniet u parti żgħira tal-istess Kumpanija - kontra dak kollu li wieħed kien qed jistenna - kienet meħlusa mill-qerda ġenerali.
Kemm għax l-Imperatriċi Katerina ma kinitx tagħraf l-awtorità talPapa u kemm għax riedet tippromovi l-eduakazzjoni, ma ħallietx li l-Brevi tasSoppressjoni tinqara fl-artijiet tagħha. Riedet li l-Ġiżwiti jibqgħu jedukaw liż-żgħażagħ
8
Żviluppi fir-Russja Qabel ma ħareġ il-Brevi, il-Papa kien waqqaf kummissjoni ta’ kardinali li ordnaw li l-Brevi tidħol fis-seħħ meta l-Isqof imxandra fid-djoċesi tiegħu. Is-slaten mhux kattoliċi dehrilhom li ma kinux obbligati għall-kelma tal-Papa. Għalhekk il-Ġiżwiti baqgħu jeżistu għall-41 sena oħra sakemm il-Kumpanija kienet restawrata fl1814. Fil-Ġermanja l-Ġiżwiti baqgħu jeżistu uffiċjalment sal-1776. Fir-Russja, il-Kumpanija ta’ Ġesù kellha ħajja itwal u sabet xorti aħjar, iżda b’diffikultajiet. Fl-1772, b’riżultat tal-ftehim bejn ir-Russja, il-Prussja u l-Awstrija, il-Polonja nqasmet u lparti tal-Belorussja u l-Litwanja, li flimkien kienu magħrufa bħala Ir-Russja l-Bajda, saru parti millImperu Russu. Meta fl-1772 l-Imperatriċi Katarina tar-Russja ħadet f ’idejha l-parti orjentali tal-Polonja, sabet li taħtha kellha 900,000 kattoliku u 201 Ġiżwita f ’erba’ kulleġġi, żewġ residenzi, u erbatax-il
stazzjon missjunarju. Hi għarfet sew il-ħtigiet tar-Russja u tas-sudditi tagħha, il-biċċa l-kbira gabilotti u fqar kif ukoll neqsin mill-edukazzjoni għax kien hemm ftit skejjel. Għalhekk waħda mill-prijoritajiet ta’ Katerina kienet l-edukazzjoni. Il-Ġiżwiti kienu diġà qegħdin jagħtu l-kontribut siewi tagħhom f ’dan il-qasam. Kemm għax l-Imperatriċi Katerina ma kinitx tagħraf l-awtorità tal-Papa u kemm għax riedet tippromovi l-eduakazzjoni, ma ħallietx li l-Brevi tas-Soppressjoni tinqara fl-artijiet tagħha. Riedet li l-Ġiżwiti jibqgħu jedukaw liż-żgħażagħ. Għalhekk il-Ġiżwiti ssoktaw l-appostolat tagħhom taħt ilġurisdizzjoni ta’ Fr Stanislaw Czerniewicz, il-Viċi Provinċjal u Rettur tal-Kulleġġ f ’Polotsk. Imma Fr Stanislaw Czerniewicz qal lil Katerina li huma kienu jħossuhom obbligati fil-kuxjenza jobdu l-ordni tal-Papa. Għalhekk hu talabha tħallih ibiddel l-isem tal-Kumpanija u biex jitlob il-permess mill-Papa biex huma jissuktaw jgħixu flimkien f ’komunità. Fl-istess ħin, billi l-Brevi ma kenitx ippromulgata fir-Russja l-Bajda, il-mitejn (circa) Ġiżwita ħassewhom obbligati fil-kuxjenza biex josservaw il-voti reliġjużi u l-Kostituzzjonijiet tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Huma għarfu wkoll li kellhom joħolqu struttura għall-Kumpanija ta’ Ġesù li issa kienet teżisti biss fit-territorju Russu. Jiftaħ Novizzjat fir-Russja Il-Papa Klement XIV miet fit-22 ta’ Settembru, 1774 u warajh kien elett il-Papa Piju VI fil-15 ta’ Frar 1775. L-Isqof Litwan Stanislaw Siestrencewiez, fit-30 ta’ Lulju 1779, ħareġ Ittra Pastrorali biex iħabbar li l-Ġiżwiti setgħu jiftħu n–novizzjat tagħhom. Dan fetaħ fit-2 ta’ Frar 1780, bi tmien novizzi. L-Imperatriċi, b’Digriet Imperjali, ordnat lill-Isqof Siestrencewiez jgħid lill-Ġiżwiti li setgħu jagħmlu l-elezzjoni u jagħżlu Vigarju Ġenerali għall-Ordni tagħhom. Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
www.jesuit.org.mt
L-Imperatriċi Katarina II tar-Russja
Fl-1782, fuq l-insistenza u ordni ta’ Katerina u wara li kkonsulta ma’ tlieta li qabel is-Soppressjoni kienu Assistenti tas-Superjur Ġenerali, Fr Stanislaw Czerniewicz iddeċieda li juża d-dritt mogħti lilhom mill-Kostituzzjonijiet tal-Kumpanija u sejjaħ Kongregazzjoni Ġenerali biex tagħżel Vigarju Ġenerali perpetwu. L-Ewwel Kongregazzjoni Ġenerali fil-Polonja bdiet fl-10 ta’ Ottubru, 1782 u għażlet lil Fr Stanislaw Czerniewicz bħala Vigarju Ġenerali bl-awtorità kollha ta’ Superjur Ġenerali. Ir-rejiet Burboni ħassewhom insolentati u rrabjaw ħafna kontra l-Papa Piju VI u riduh jannulla l-elezzjoni. Il-Papa ħareġ Brevi fejn iddikjara li l-elezzjoni kienet bla ebda effett legali imma fl-istess ħin talabhom jagħmlu kompromess u jżommu l-Brevi sigrieta għax is-Santa Sede ma riditx iddejjaq lill-Imperatrici Katerina li heddet li tisforza lill-Insara fl-Imperu tagħha biex jaqilbu għall-Knisja Ortodossa. Ftit wara Katerina bagħtet l-Arċisqof ta’ Mogilev, eks-Ġiżwita, biex jitlob il-konferma tal-Papa Piju VI għall-Kumpanija u l-approvazzjoni ta’ dak kollu li għamlu l-Ġiżwiti fir-Russja fuq ordni tagħha. Fit-tielet laqgħa fit-12 ta’ Marzu 1783 mal-Arċisqof, il-Papa tliet darbiet formalment u b’mod espliċitu ta l-approvazzjoni tiegħu bil-kliem “Jien napprova, napprova, napprova” – għaxar snin wara li kienet ħarġet il-Brevi tas-Soppressjoni. Fr Stanislaw Czerniewicz miet fis-7 ta’ Lulju, 1785. Wara l-Kongregazzjoni Ġenerali għażlet lil Fr Gabriel Lenkiewic bħala Vigarju Ġenerali perpetwu. Il-Kongregazzjoni ddeċidiet li tilqa’ lura dawk li kienu Ġiżwiti u talbu jerġgħu jidħlu. Żviluppi barra r-Russja Fl-1793 il-Duka ta’ Parma talab lillImperatriċi Katerina tibgħatlu ftit Ġiżwiti u l-Papa Piju VI approva. Imbagħad fl-1794, l-Isqfijiet tal-Belġju talbu ’l-Ġiżwiti jerġgħu jistabbilixxu ruħhom fil-pajjiż. Il-ġenituri kattoliċi f ’partijiet tal-Ġermanija wkoll talbu ’l-Ġiżwiti jmorru lura fil-Ġermanja. Fr Giuseppe Pignatelli, li kien Ġiżwita u wara sar qassis djoċesan, għal 24 sena ddedika ħajtu jgħin lil dawk li qabel kienu Ġiżwiti. Meta sema li l-Ġiżwiti baqgħu jeżistu fir-Russja, talab jerġa’ jidħol u kien milqugħ bil-ferħ mill-Ġiżwiti f ’Parma. Ftit wara fetħu Novizzjat f ’Colorno u ħatru lil Fr Pignatelli bħala d-Direttur tan-novizzi. Sitt snin wara s-Superjur Ġenerali fir-Russja
San Giuseppe Pignatelli, SJ
ħatru Provinċjal tal-Italja. Hu miet fl-1811 u fl-1954 kien iddikjarat qaddis. Wara l-mewt ta’ Fr Gabriel Lenkiewicz fl-10 ta’ Novembru, 1798, Fr Franġisk Kareu ntgħażel Vigarju Ġenerali. Fr Kareu bagħat lil Fr Gabriel Gruber, l-Assistent tiegħu, biex ikellem lill-Imperatur Pawlu I, it-tifel ta’ Katerina, dwar suggeriment li għamel il-Papa Piju VI ftit qabel miet biex l-Imperatur jagħmel talba formali ħalli l-Kumpanija tkun approvata b’mod formali u espliċitu. Minkejja l-oppożizzjoni tar-re ta’ Spanja, il-Papa Piju VII, fis-7 ta’ Marzu, 1801, ħareġ il-Brevi Catholicae Fidei u b’mod uffiċjali għaraf il-Kumpanija fir-Russja u ordna li Fr Kareu u s-suċċessuri tiegħu jkunu magħrufa bħala Ġenerali tal-Kumpanija. Fr Kareu miet fil-11 t’Awwissu 1802, u s-suċċessur tiegħu kien Fr Gabriel Gruber. Meta nxtered l-aħbar sabiħa li l-Papa kien approva u kkonferma l-Kumpanija fir-Russja, ħafna eks-Ġiżwiti applikaw u ngħaqdu magħha. Fl-Iżvizzera, fil-Belġju, fl-Olanda, fil-Germanja bdew jitwaqqfu komunitajiet żgħar ta’ Ġiżwiti. Kien hemm żviluppi wkoll fl-Ingilterra u fl-Istati Uniti. Fit-30 ta’ Lulju, 1804, il-Papa Piju VII approva t-twaqqif tal-Kumpanija fir-Renju taż-Żewġ Sqallijiet. Fr Gruber miet fis-7 t’April, 1805, meta nħarqet id-dar fejn kien jgħix. Is-suċċessur tiegħu kien Fr Tadeusz Brzdozowski li dam Ġeneral mill-1805 sal-1814, meta ġiet irrestawrata l-Kumpanija fid-dinja kollha, u mill-1814 sal-1820 meta miet. Il-Papa arrestat u eziljat Napuljun ħaseb biex jespandi l-imperu tiegħu. F’Jannar, 1808, it-truppi Franċiżi okkupaw Ruma u wara ftit il-Papa Piju VII ħaduh Savona u wara f ’Fiontaineblau. Fl-1812 Napuljun invada r-Russja u kellu disfatta kbira. Ipprova jagħmel paċi mal-Papa. Iżda truppi minn diversi pajjiżi Ewropej avvanzaw lejn Franza. Pariġi waqgħet u fit-12 ta’ April 1814, Napuljun abdika u fl-24 ta’ Mejju 1814, il-Papa Piju VII reġa’ lura Ruma u kien milqugħ b’festa kbira. Bir-ritorn tal-Papa f ’Ruma żdiedet iltama li dalwaqt il-Kumpanija ta’ Ġesú tkun restawrata. Fuq dan nitkellmu fil-ħarġa li jmiss. L-istorja tkompli fil-ħarġa li jmiss...
9
Storja
Miktub minn Fr Reno Grech SJ matul ħajtu 1943 - 2013
L-iSpiritwalità Injazjana
L-ANNOTAZZJONIJIET L-Annotazzjonijiet huma serje ta’ 20 direttiva li Sant’Injazju qiegħed fil-bidu tal-manwal tal-Eżerċizzi Spiritwali għall-użu tad-direttur tal-irtir u biex l-irtirant jikseb iktar frott spiritwali. Minn hawn naraw kif għal Sant’Injazju, il-kooperazzjoni tal-individwu mal-grazzja ta’ Alla (li ser tmexxih) hi essenzjali 10
1. L-għan tal-Eżerċizzi Spiritwali (Annot. 1) a. L-irtirant L-ewwel annotazzjoni tiddeskrivi l-għan tal-Eżerċizzi Spiritwali taħt l-aspett negattiv (li individwu jwarrab kull ġibda mhix flokha) u l-aspett pożittiv (li l-irtirant ifittex u jsib ir-rieda ta’ Alla dwar x’jagħmel b’ħajtu għall-ġid ta’ ruħu). L-Eżerċizzi Spiritwali jwasslu l-irtirant għal aktar perfezzjoni fil-qadi ta’ Alla u jħejjuh għal għażla tajba f ’ħajtu. Din tista’ tkun jew għażla ta’ stat ta’ ħajja, jew konferma ta’ stat ta’ ħajja diġà magħżul, jew riforma fl-istess stat ta’ ħajja. b. Kif timxi waqt l-Eżerċizzi Spiritwali (Annot. 2-4) It-tieni annotazzjoni tgħid li d-direttur għandu jippreżenta l-materjal għar-riflessjoni fil-qosor u li l-irtirant għandu jikkontempla fuq il-kontenut u jieqaf fuq il-punti li jolqtuh l-iktar. Sant’Injazju jinsisti li “mhux il-ħafna tagħrif li jimla u jaħji r-ruħ, imma li l-affarijiet tħosshom u tiggustahom f ’qalbek”. It-tielet annotazzjoni tenfasizza l-attitudni ta’ rispett meħtieġa fit-talb. Ir-raba’ annotazzjoni tindika l-programm tal-Eżerċizzi Spiritwali. Dan jinkludi t-taqsim u t-tul tal-Eżerċizzi, l-adattamenti meħtieġa tal-’ġimgħat’ skont ir-ritmu spiritwali tal-irtirant u l-frott miksub minn kull ‘ġimgha’. Għalkemm il-’ġimgħat’ ivarjaw fit-tul tagħhom, l-esperjenza sħiħa tal-Eżerċizzi Spiritwali għandha ddum bejn wieħed u ieħor 30 ġurnata. ċ. Id-dispożizzjoni fundamentali meħtieġa (Annot. 5) Sant’Injazu jinsisti li l-irtirant jidħol għal din l-esperjenza b’qalb kbira u b’ġenerożità lejn Alla billi joffrilu r-rieda u l-libertà tiegħu kollha. Għalhekk qabel ma jibda l-esperjenza tal-Eżerċizzi, wieħed għandu jħejji ruħu bit-talb biex jikseb din id-dispożizzjoni fundamentali. 2. Id-direttur u l-esperjenza ta’ movimenti interjuri differenti fl-irtirant a. Meta l-eżerċitant donnu jibqa’ biered jew iħossu trankwill (Annot. 6) Matul il-mixja spiritwali tal-Eżerċizzi, l-irtirant jgħaddi minn fażijiet ta’ faraġ u ta’ diqa spiritwali. L-esperjenza ta’ bruda jew trankwillità hi ambigwa u d-direttur għandu jara jekk din il-bruda jew Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
trankwillità hix ġejja minn traskuraġni talirtirant għax mhux jagħmel l-eżerċizzi kif suppost jew mill-providenza ta’ Alla li qed jagħtih dik il-kalma. b. Meta l-eżerċitant ikun imġarrab minn diqa spiritwali (Annot. 7) Meta l-irtirant li jkun għaddej minn esperjenza ta’ diqa spiritwali, id-direttur għandu, bħal Kristu, juri l-ħlewwa u t-tjubija, jieħu paċenzja bih u jqawwilu qalbu għall-ġejjieni billi jurih in-nasbiet tax-xitan u jgħinu jħejji ruħu għall-faraġ spiritwali li għad jiġi. Direttivi biex wieħed jagħraf spirtu minn ieħor (Annot. 8,9,10) Id-direttur għandu jara f ’liema stadju talmixja spiritwali wasal l-irtirant, jiġifieri jekk hux fl-ewwel jew it-tieni ‘ġimgħa’ u jfissirlu r-regoli tad-dixxerniment tal-ispirti skont is-sitwazzjoni li jkun fiha. Żewġ tentazzjonijiet li l-eżerċitant irid jegħleb (Annot. 11,12,13) It-tentazzjoni ta ‘ ħarba (Annot. 11) Meta wieħed ikun fid-diqa, faċli jfittex xi ħaġa biex taljenah. Sant’Injazju jinsisti li ngħixu fil-preżent ukoll meta nħossuna qed naħlu l-ħin waqt it-talb. It-tentazzjoni li nqassru l-ħin tat-talb (Annot. 12.13): Il-fedeltà fit-talb hi importanti. L-irtirant għandu jqatta’ siegħa sħiħa f ’kull eżerċizzju. Meta jkun ittentat biex iqassar il-ħin, hu għandu jmur kontra din it-tentazzjoni billi jdum ftit minuti iktar. ċ. Meta l-eżerċitant ikun għaddej minn fażi ta’ faraġ (Annot. 14, 15) Meta l-irtirant ikun għaddej minn fażi ta’ faraġ spiritwali, jista’ jkun inklinat, jew mill-grazzja ta’ Alla jew mill-entużjażmu mumentarju, biex jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel proponimenti u wegħdiet. Għalhekk irid joqgħod attent ħafna qabel jaġixxi u jgħarbel sewwa biex jara jekk dawk il-wegħdiet humiex tweġiba għal stedina ġenwina ta’ Alla jew ġejjin minn fervur impulsiv. Id-direttur għandu jwissih u jiggwidah biex jaġixxi bil-prudenza u d-diskrezzjoni. Id-direttur m’għandux jinfluwenza lill-irtirant fid-deċiżjonijiet importanti ta’ ħajtu, imma jħalli ’l-Ispirtu ta’ Alla jmexxi l-irtirant, u jiggwidah skont dan l-Ispirtu. d. Dispożizzjoni oħra mixtieqa fl-irtirant (Annot.16) L-irtirant jeħtieġ ikollu attitudni ta’ ċaħda, Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
speċjalment f ’dawk l-affarijiet fejn hu jħoss ġibda diżordinata lejhom. e. Rispett u fiduċja bejn id-direttur u l-irtirant (Annot. 17) L-irtirant għandu jżomm lid-direttur infurmat b’dak kollu li jkun għaddej minnu biex id-direttur isir jafu iżjed u jkun jista’ jmexxih aħjar. Imma d-direttur m’għandux ifittex li jsir jaf il-ħsibijiet personali u d-dnubiet tal-irtirant biex iħallih liberu jmur iqerr għand min irid. 3. Adattament tal-Eżerċizzi Spiritwali (Annot. 18-20) a. Adattament tal-Eżerċizzi rigward l-irtiranti Skont Sant’Injazju, l-Eżerċizzi Spiritwali sħaħ għandhom jingħataw lil ftit nies li jkunu mħejjija sew u li jistgħu japprofittaw iktar minn din l-esperjenza spiritwali. Jinsisti fuq adattament tal-Eżerċizzi Spiritwali, dwar il-kontenut (Annot. 18) u dwar it-tul ta’ żmien li wieħed iqatta’ biex jagħmilhom (Annot. 19). Il-kontenut jista’ jkun adattat minħabba minħabba l-età, il-formazzjoni, it-talenti, jew l-ambizzjonijiet spiritwali tal-irtirant. Lil dawk li għandhom saħħa fiżika jew psikika dgħajfa, jew illiterati, jew m’humiex maturi spiritwalment, għandhom jingħatawlhom xi wħud milleżerċizzi, speċjalment dawk ta’ l-ewwel ‘ġimgħa’. Sant’Injazju, fiż-żelu appostoliku tiegħu ma jeskludi lil ħadd minn xi forma ta’ taħriġ spiritwali. b. Adattament dwar it-tul (Annot 19) Hemm persuni li għandhom il-kapaċitajiet u t-tħejjija meħtieġa biex jagħmlu l-Eżerċizzi Spiritwali sħaħ iżda huma mpenjatti u ma jistgħux jagħmlu tletin ġurnata konsekuttiva. F’dan il-każ l-Eżerċizzi Spiritwali jitqassmu f ’perijodu itwal li matulu l-itirant jiddedika xi ħin fiss ta’ talb kuljum. Imbagħad jiltaqa’ regolarment (p.eż, darba fil-ġimgha) mad-direttur, li jmexxih skont ir-ritmu spiritwali tiegħu. Din l-esperjenza spiritwali tieħu diversi xhur (p.eż, bejn 8 u 9 xhur). ċ. Adattament tal-irtirant (Annot. 20) Din l-aħħar annotazzjoni hi għal dawk li jistgħu jagħmlu l-esperjenza tal-Eżerċizzi Spiritwali sħaħ matul 30 ġurnata konsekuttiva. Imorru f ’post kwiet, jinqatgħu mix-xogħol u kuntatti soċjali. L-irtirant jeħtieġlu jinġabar intimament kemm jista’ jkun. Din il-ġabra fisskiet tħalli ħafna frott - mertu quddiem Alla, ħelsien biex ifittex dak li jixtieq, u jingħaqad ma’ Alla u b’hekk jirċievi l-grazzji u d-don mingħand Alla.
11
Spiritwalità
www.jesuit.org.mt
’l Hawn u ’l He Fr Pedro Arrupe intgħażel fl-1965 u kien l-ewwel Ġeneral li rrizenja fl-1983 u ntgħażel Fr Peter-Hans Kolvenbach. Hu wkoll irriżenja fl-2008 meta ntgħażel Fr Nicolás. Meta, wara talb u dixxerniment, Fr Nicolás iddeċieda li jirrizenja talab, skond il-proċeduri, l-opinjoni talAssistenti tiegħu li qablu. Imbagħad informa lill-Papa u wara staqsa l-opinjoni tal-Provinċjali kollha li qablu. Fl-aħħar tal-2016 meta tiltaqa’ l-KG36, Fr Nicolás jkun qed joqrob il-81 sena.
Il-Patri Ġeneral se jirriżenja Permezz ta’ ittra indirizzata lillĠiżwiti kollha, fl-20 ta’ Mejju, 2014, il-Patri Ġeneral Adolfo Nicolás ħabbar li f ’Diċembru ta’ din is-sena ser isejjaħ is-36 Kongregazzjoni (Kapitlu) Ġenerali ħa tiltaqa’ fl-aħħar xhur tas-sena 2016 u jippreżenta r-riżenja tiegħu. Fr Nicolás, li twieled fl-1936, kien elett Ġeneral tal-Kumpanija ta’ Ġesú fid-19 ta’ Jannar, 2008. Bejn Jannar u l-31 ta’ Lulju, 2015, f ’kull Provinċja tiltaqa’ l-Kongregazzjoni Provinċjali biex jintgħażel r-rappreżentant talProvinċja u jiddiskutu suġġerimenti mressqa mill-membri tal-Provinċja biex jintbagħtu Ruma. Sant’Injazju, fil-Kostituzzjonijiet kiteb li, għal diversi raġunijiet, il-Patri Ġeneral tal-Kumpanija ta’ Ġesú jintgħażel għal għomru. Meta fl-1965 iltaqgħet il-KG 31 kien hemm suggerimeti li din ir-regola tinbidel. Imma l-Papa Pawlu VI xtaq li jinżamm dak li ried Sant’Injazju. Għalhekk id-delegati qablu li l-Ġeneral jibqa’ jintgħażel għal għomru imma seta’ jirriżenja skont ċerti proċeduri.
12
Mill-istorja Il-Ġiżwiti waslu Malta fl-1593 u fl-1595 bdew jibnu l-Collegium Melitense fil-Belt Valletta (li wara saret l-Universitá ta’ Malta) u l-knisja tal-Ġesú, illum magħrufa bħala l-knisja tal-Ġiżwiti, iżda wara li tkeċċew minn Malta ma baqgħetx talĠiżwiti. Insibu li fl-1608, il-Fathers Ġiżwiti ppritkaw tmien missjonijiet f ’diversi parroċċi f ’Malta u f ’Għawdex. Fl-1614 il-Ġiżwiti mexxew missjonijiet fir-Rabat, l-Imdina, ilBelt, Bormla, il-Birgu u l-Isla. Fl-1914 infetħet il-knisja li nbniet ħdejn il-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara, li ħallas għaliha s-Sur Alfons Maria Galea, li kellu ħuh Ġiżwita, Fr Francesco (1863–1946). Il-familja Galea għandha qabar f ’nofs il-knisja. Fl-1924, Settembru, Fr Anton DeBono, flimkien mal-iskolastiċi Giuseppe Cordaro u Bernard Bugeja telqu lejn l-Indja u ftit wara Fr DeBono beda l-missjoni fost is-Santals – illum saret 3
Ristrutturar tal-Provinċji Il-Kongregazzjoni Ġenerali 35 kienet talbet lill-Patri Ġeneral iniedi studju dwar il-possibbiltá li xi provinċji kbar jew żgħar mhux biss jikkollaboraw iżjed bejniethom, imma forsi anke jingħaqdu. L-għan hu biex inkunu nistgħu naqdu lmissjoni tagħna aħjar. Matul dawn l-aħħar sentejn, f ’kull Provinċja, anke f ’Malta, saru laqgħat u diskussjonijiet dwar dan. Sal-31
djoċesijiet u Provinċja talĠiżwiti. Fl-1924, Novembru, il-Gvern Malti għadda l-amministrazzjoni tal-knisja u d-dar ta’ Sarria f ’idejn il-Ġiżwiti. Fl-1944, bil-permess tal-Vigarju Ġenerali tagħna. Fr Ġużé Delia beda t-tħejjijja biex is-sena ta’ wara jiftaħ in-novizzjat finNaxxar. Fl-1954, April, inawgurat ilgrawnd il-ġdid tal-Kulleġġ San Alwiġi. Fl-1964, Novembru, tiftaħ Mount St Joseph, id-Dar talIrtiri, l-Mosta. Fl-1974, titwaqqaf komunitá tagħna fi triq Marina, il-Pietá. Fl-1984, il-Kulleġġ San Alwiġi jagħlaq għal xi żmien minħabba l-kwistjoni tal-iskejjel tal-Knisja. Fl-1994 titqiegħed l-ewwel ġebla tal-Ġimm tal-Kulleġġ San Alwiġi. Fl-2004 kien għaddej ix-xogħol ta’ arranġament ġdid f ’Mount St Joseph, il-Mosta. Fl-2014 tispiċċa l-kommunità ta’ Xavier House, il-Belt.
Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
Hemm ta’ Lulju, 2014, kull Provinċjal kellu jibgħat rapport u proposti lil-Patri Ġeneral. Fil-21 ta’ Ġunju, 2014, il-ħames Provinċji fi Spanja saru Provinċja waħda. Il-Provinċja tal-Olanda u l-Provinċja tat-Tramuntana talBelġju diġà ngħaqdu taħt Provinċjal wieħed. Il-Provinċji tal-Ġermanja, l-Awstrija u Svizzera bdew it-tħejjija biex jingħaqdu. Ir-Romanija, li kienet Provinċja saret Reġjun. Fl-Amerika l-Provinċji ta’ Chicago u ta’ Detroit ukoll ingħaqdu u dalwaqt dik ta’ Wisconsin tingħaqad magħhom.
400 sena mit-twaqqif ta’ Heythrop College
F’nofs Ġunju, il-Patri Ġeneral mar l-Ingilterra u ħa sehem fiċċelebrazzjonijiet tal-400 anniversarju mit-twaqqif ta’ Heythrop College. Dan il-kulleġġ twaqqaf f ’Leuven, il-Belġju fl-1614, għallistudju tal-Filosofija u tat-Teoloġija. Matul l-400 sena, kien ibbazat f ’Liege (il-Belġju), f ’żewġt ibliet fl-Ingilterra u issa f ’Londra. Illum, il-kulleġġ hu parti millUniversità ta’ Londra u jżomm l-etos kontemporanju Nisrani. Jipprovdi perspettiva edukattiva li tirrispetta r-reliġjonijiet u feħmiet kollha. Matul iċ-ċelebrazzjonijiet kien hemm diversi diskussjonijiet dwar il-karattru u t-tifsira tat-tradizzjoni edukattiva tal-Ġiżwiti u kif influwenzat l-istudju tat-Teologija u Filosofija kif ukoll tax-Xjenza, l-Litteratura u l-Arti.
Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
mal-Ġiżwiti
Missjonijiet ġodda f’Malta Kull sena f ’Lulju f ’ħafna Provinċji, fosthom Malta, jitħabbru l-missjonijiet ġodda li jingħataw lil xi Fathers u Brothers. Il-Patri Ġeneral approva n-nomina ta’ Fr Edgar Busuttil bħala s-Superjur il-ġdid tal-komunità tal-Kulleġġ San Alwiġi, ta’ Fr Godwin Preca biex ikun is-Superjur ta’ Dar Manwel Magri, fl-Imsida, u ta’ Fr Paul Zammit bħala Superjur f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Fl-istess ħin, Fr Busuttil ser ikun jgħin fil-pastorali fil-Kullegg, Fr Preca jgħin fil-pastorali mal-istudenti universitarji u Fr Zammit jissokta l-pastorali li qed jagħmel fl-iskola sekondarja fil-Kulleġġ Fr Michael Bugeja ser ikun iċChaplain tal-Università. Fr Mark Cachia nħatar id-Delegat filProvinċja għall-appostolat soċjali u
Taħriġ fil-Kulleġġ Il-Ġiżwita Ingliz, Fr Adrian mexxa Seminar għall-għalliema tal-iskola primarja tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi dwar l-Ignatian Pedagogical Paradigm u l-ħajja ta’ Sant’Injazju. Hu mexxa wkoll seminar ieħor għas-Senior Leadership Team tat-tliett skejjel dwar l-identitá Ġiżwita taliskejjel tagħna u dwar l-iStudent
d-Direttur il-ġdid taċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja u jgħin fil-JRS. Fr Joseph Cassar ser ikun iċ-Chaplain fis-Sixth Form fil-Kulleġġ. Fr Paul Chetcuti, Fr Anthony Cilia u Fr Konrad Grech se jkunu joqogħdu f ’Mount St Joseph. Fr Robert Soler u l-istudent Michael Debono se jkunu l-Kulleġġ San Alwiġi. Fr Soler ser jgħinn fil-pastorali mal-istudentu u Br Michael biex jgħallem. Fil-komunitá tal-Qroqq ser ikunu joqgħodu Fr Patrick Magro, ilProvinċjal il-ġdid, Fr Dieudonné Mampasi, Fr Paul Pace u Fr Christopher Vella, li ser ikun id-Direttur taċ-Ċentru ta’ Spiritwalitá Injazjana, u jgħin fil-pastorali mal-istudenti universitarji. Fr Alfred Micallef, l-Ekonomu tal-Provinċja, u Br Joe B. Vella se jkunu fil-komunità tanNaxxar. L-istudent Vyacheslav Okun, mill-Ukranja, ser joqgħod iż-Żejtun u jaħdem mar-Refugjati. Fr Stephen DeRaffaele ser joqgħod il-Furjana.
Profile. L-għalliema tal-iskola sekondarja kellhom seminar dwar ilMission Statement tal-Kulleġġ. Seminar tajjeb ieħor li tmexxa minn Ms Joy Marchese, esperta fil-Psikoloġija ta’ Adler, kien għall-Prefetti u s-Senior Leadership Team dwar “Id-Dixxiplina Pożittiva” biex jgħin għarreviżjoni tal-“Kodiċi ta’ Mġiba Tajba”.
13
Attwalità
Papa, Patrijarka u Presidenti Fit-8 ta’ Ġunju 2014 fuq inizjattiva ta’ Papa Franġisk saret f ’Ruma laqgħa speċjali ta’ talb għall-paċi fl-Art Imqaddsa. Ħadu sehem ilPresident ta’ Iżrael, Simon Peres u l-President tal-Awtorità tal-Palestina, Mahmoud Abbas. Minnaħa Nisranija mal-Papa ħa sehem il-Patrijarka Ekumeniku Bartilmew ta’ Kostantinopli. Aċċent fuq it-talb Kienet laqgħa ta’ talb. Il-Papa ma ħax iniżjattiva biex ilaqqa’ ż-żewġ Presidenti għal trattativi dwar il-paċi: sejħilhom biex jitolbu. Fit-talb inżamm l-ordni ta’ kif dehru t-tliet reliġjonijiet fl-istorja. Għalhekk l-ewwel inqraw siltiet mill-Iskritturi tal-Lhud, imbagħad talInsara, u fl-aħħar tal-Musulmani. Wara s-siltiet rispettivi kien hemm kant reliġjuż u mużika strumentali adattata. Il-preżenza taż-żewġ Presidenti, qal il-Papa, kienet sinjal ta’ fraternità iżda fuq kollox wirja ta’ fiduċja f ’Alla, il-Mulej tal-istorja. Papa Franġisk fakkar li t-talb ta’ ħafna fid-dinja kollha kien qed isostni dan it-talb għall-paċi, li jixtiquha tant ilbnedmin ta’ rieda tajba.
14
Għaliex, imma, it-talb? Għax, wieġeb il-Papa, l-istorja tgħallimna li bl-isforzi tagħna biss ma naslux. Ħafna drabi Iżrael u l-Palestina kienu qrib il-paċi, “iżda l-Ħażin, b’mezzi differenti, irnexxielu jwaqqafha… ninsabu hawn għax nafu u nemmnu li għandna bżonn l-għajnuna ta’ Alla... Smajna... is-sejħa li nfarrku ċ-ċirku tal-mibegħda u talvjolenza, li niksru dan iċ-ċirku b’kelma waħda biss: ‘ħija’. Iżda biex ngħidu din il-kelma rridu... nagħrfu lilna nfusna wlied Missier wieħed”. F’ambjent tan-natura Kien messaġġ fih innifsu li t-talb sar fil-ġonna tal-Vatikan. It-tliet reliġjonijiet rappreżentati jemmnu li Alla ħalaq kollox. Il-ħolqien fis-sbuħija tiegħu hu post fejn dejjem nistgħu niltaqgħu malĦallieq. Dan ifisser li għandu jkollna rispett lejn l-ambjent naturali, li hu fdat f ’idejna mhux biex neqirduh iżda biex inħarsuh. Il-laqgħa ta’ talb ma saritx fi Knisja. Papa Franġisk b’delikatezza sab soluzzjoni biex ilmembri tad-delegazzjonijiet mistiedna jsibu ruħhom f ’ambjent li iktar jogħġobhom.
Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
Miktub minn Fr Robert Soler SJ
Il-kuraġġ biex tibni l-paċi Irċevejna d-dinja bħala wirt minn missirijietna iżda issa, qal il-Papa, hi mislufa lilna minn uliedna! Uħud ġa mietu minħabba l-gwerra u l-vjolenza, oħrajn xebgħu bil-gwerer u jixtiequ li jżernaq jum il-paċi. Biex tibni l-paċi trid ħafna kuraġġ, fisser Papa Franġisk, ħafna iktar milli biex tiddikjara l-gwerra! Trid kuraġġ biex tfittex tiddjaloga flok tiġġieled, li tidħol fi trattativi flok tmur tkisser, li tirrispetta l-ftehim, li tkun sinċier flok ta’ wiċċ b’ieħor. Mill-fidi u t-talb stess joħroġ li l-bnedmin għandhom ifittxu l-paċi u jgħixu bħal aħwa. Il-fidi titolbok titħabat u terfa’ r-responsabbiltà tiegħek biex tgħix fil-paċi ma’ ħutek, ulied Missier wieħed. Il-Papa u ż-żewġ Presidenti fl-aħħar flimkien żergħu siġra, att simboliku li jfisser li l-bnedmin, taħt il-ħarsa ta’ mħabba ta’ Alla Missier kulħadd, iridu bħala aħwa jibnu l-paċi flimkien. Djalogu bejn ir-reliġjonijiet Il-laqgħa ta’ talb kienet ukoll pass ieħor fiddjalogu bejn ir-reliġjonijet. Il-Papa rringrazzja mill-qalb liż-żewġ Presidenti u d-delegazzjonijiet tagħhom li aċċettaw l-istedina li jiġu jitolbu miegħu, u fisser it-tama li dan iwassal biex jinstab dak li jgħaqqad u jiġi mwarrab dak li jifred. Fl-istqarrija qasira Nostra Aetate dwar irreliġjonijiet mhux Insara, il-Konċilju Vatikan II tkellem b’rispett dwar ir-reliġjoniet l-oħra u qal li “l-Knisja Kattolika ma twarrab xejn minn dak li hu veru u qaddis” fir-reliġjonijiet mhux insara. Iżda l-Konċilju żied jgħid li jibqa’ dmir tal-Knisja “li tħabbar bla waqfien lil Kristu, ‘it-triq, il-verità u l-ħajja’ (Ġw 14:6), …li fiH Alla reġa’ ħabbeb kollox mill-ġdid miegħU nnifsu” (nr. 2). Il-Konċilju mbagħad kien qal li “l-Knisja tħares b’rispett lejn il-Musulmani li jaduraw ’l Alla waħdani, li hu ħaj..., ħanin u jista’ kollox, ħallieq tas-sema u l-art...” Huma jfittxu li joqogħdu għar-rieda ta’ Alla. Iqisu lil Ġesù bħala profeta, għalkemm mhux bħala Alla, u jweġġħu lil Ommu Marija. Jgħożżu l-ħajja morali u jqimu ’l Alla bittalb, is-sawm u l-għoti tal-elemożina. Matul is-sekli kien hemm ħafna ġlied u gwerer bejn l-Insara u l-Musulmani. Dan sfortunatament għadu sejjer fi żmienna. Għalhekk għadu jgħodd dak li kien qal il-Konċilju, meta ħeġġeġ biex l-Insara u l-Musulmani jifhmu iktar lil xulxin u jġibu ’l quddiem flimkien, għall-ġid ta’ kulħadd, ilġustiżżja soċjali, il-valuri morali, il-paċi u l-libertà (nr. 3). Fl-istess stqarrija, il-Konċilju wera r-rabta spiritwali profonda bejn il-Poplu ta’ Iżrael u Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
l-Knisja. Il-Lhud huma n-nisel ta’ Abraham, ilpoplu ta’ Alla tal-Patt il-Qadim, fil-waqt li l-Knisja hija l-Poplu Universali tal-Patt il-Ġdid. Il-Knisja tagħraf li l-bidu tal-fidi u tal-għażla tagħha jinsabu diġá fil-patrijarki, f ’Mosè u l-profeti. Il-Knisja temmen li Kristu, il-paċi tagħna, bis-salib ħabbeb mill-ġdid il-Lhud u l-popli pagani, u t-tnejn għamilhom ħaġa waħda fih innifsu (nr 4). Minħabba l-wirt spiritwali komuni, il-Konċilju irrikkmanda għalhekk li l-Insara u l-Lhud isiru jafu iktar lil xulxin. Fisser li anki jekk il-kapijiet tal-Lhud fittxew il-mewt ta’ Kristu, ma nistgħux b’hekk nikkundannaw il-poplu Lhudi kollu ta’ dak iż-żmien u lanqas ta’ żmienna. Il-Knisja tikkundanna kull persekuzzjoni, għalhekk anki l-persekuzzjonijiet li saru kontra l-Lhud. Fil-ħamsin sena mil-Konċilju ’l hawn saru ħafna laqgħat ta’ djalogu, u l-istess papiet żaru sinagogi Lhudin u moskej Musulmani biex jitolbu ma’ ħutna ta’ fidi reliġjuża differenti iżda marbuta ma’ tagħna. Din il-laqgħa tal-Papa maż-żewġ Presidenti u mad-delegazzjonijiet tagħhom, li kienu jinkludu figuri eminenti reliġjużi, saħħet il-kultura reliġjuża ġdida ta’ rispett, ħbiberija u djalogu bejn ir-reliġjonijiet. Messaġġ ekumeniku Il-Papa stieden għall-laqgħa lill-Qdusija Tiegħu Bartilmew, Patrijarka ekumeniku Ortodoss ta’ Konstantinopli. Fl-imgħoddi ħaġa bħal din aktarx anqas biss kienet tiġi konsidrata. Din id-darba Papa Franġisk ried li l-Knisja tkun rappreżentata mhux biss minnu u mill-kattoliċi preżenti, iżda anki mill-Patrijarka Ortodoss. L-Ortodossi jsostnu li l-Lvant huwa t-territorju tagħhom, u għalhekk kien ġest ekumeniku mill-isbaħ li l-Papa stieden lill-Patrijarka biex jattendi għal talb għallArt Imqaddsa. Papa Franġisk irringrazzja lill-Patrijarka Bartilmew u qallu: “Huwa don kbir li int ġejt tieħu sehem, appoġġ prezzjuż, xhieda tal-mixja li aħna bħala Nsara qed inwettqu lejn l-għaqda sħiħa”. Anki dan għandu l-għeruq tiegħu f ’dak li kien għallem il-Konċilju Vatikan II. Fid-Digriet dwar l-Ekumeniżmu, Unitatis Redintegratio, nr 3 naqraw li “...dawk li jemmnu fi Kristu u ħadu l-magħmudija kif imiss huma b’xi mod f ’komunjoni, għalkemm mhux perfetta, malKnisja Kattolika”. Il-Knisja ta’ Alla hi waħda u unika. Bil-mod il-mod it-talb flimkien, il-laqgħat ta’ studju teoloġiku, u anki l-ġesti simboliċi qed iressqu lil ħutna Ortodossi u lilna Kattoliċi lejn l-għaqda li Kristu talab għaliha: “Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni”. (Ġw 17:21).
15
il-Missjoni tagħna
Miktub minn Fr Paul Pace, SJ
Il-Gizwiti Maltin
50 Sena fil-Lvant Qrib
F’Mejju li għadda, il-Provinċjal, Fr Paul Pace u Fr Joe Buhagiar Bianco marru l-Eġittu għaċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-Ġublew. Fr Paul Pace kitbilna l-impressjonijiet tiegħu Konna xi 25 Ġiżwita, minn Malta, l-Eġittu, il-Libanu, is-Sirja, l-Indja, Franza, il-Belġju, l-Olanda u l-Polonja... Konna miġburin biex b’mod sempliċi niċċelebraw il-50 sena minn mindu l-Ġiżwiti Maltin waslu fil-Provinċja tal-Lvant Qrib, in-Near East. Kien Fr Joe Buhagiar Bianco li fl-1964 mar il-Libanu u mbagħad l-Eġittu, u wara lura l-Libanu, fejn dam sa ftit tas-snin ilu. Kienet ċelebrazzjoni sempliċi imma mimlija tifsira: għal xi s-6pm inġbarna fis-sala tad-dar talirtiri li għandhom il-Ġiżwiti fil-Muqattam, il-Kajr. Kien hemm il-Ġiżwiti Maltin kollha li hemm fil-Provinċja, kemm dawk li jaħdmu l-Eġittu – Fr Joe Mizzi, rettur tal-Kulleġġ tagħna tas-Sagra Familja fil-Kajr, u Fr Twanny Fenech, li ġie minn Armant, fin-Nofsinhar tal-pajjiż; kif ukoll il-Maltin li hemm il-Libanu, Fr Oliver Borg Olivier u Fr Michael Zammit Mangion li joqogħdu fl-istess komunita’ f ’Beirut. Xtaqna li kien magħna Fr Tony Calleja, li wkoll jgħix Beirut, fejn jaħdem bħala viċi-direttur tal-JRS fil-Lvant Nofsani, jaħdem mar-refuġjati tal-gwerra tas-Sirja: kien bi ħsiebu jiġi imma fl-aħħar minuta inqalgħet emerġenza u ma ġiex. Ċelebrazzjoni Bdejna billi l-Provinċjal, Fr Victor Assouad, misSirja, qal kelma ta’ merħba, u mbagħad stieden lil Fr Joe Buhagiar Bianco biex jirrakkonta kif wasal fil-Provinċja tal-Lvant Qrib. Joe spjega li ftit wara li daħal fin-novizzjat fl-1957, il-Patri Ġeneral ta’ dak iż-żmien kien kiteb ittra lill-Kumpanija kollha jistieden lill-Ġiżwiti joffru ruħhom biex imorru fil-pajjiżi Għarab. Fr Joe kiteb biex joffri ruħu, u wara xi xhur ġiet lura t-tweġiba li t-talba tiegħu ġiet aċċettata. Wara li lesta l-istudji klassiċi u l-Filosofija huwa wasal il-Libanu fl-1964, fejn għadda l-ewwel żmien jitgħallem il-lingwa Għarbija. Wara mar l-Eġittu, fejn għallem fil-Kulleġġ tagħna, u mbagħad reġa’ lura l-Libanu, fejn kellu diversi karigi, fosthom superjur tal-
16
istudenti, soċju tal-Provinċjal u għalliem fl-Università li l-Ġiżwiti għandhom f ’Beirut. Matul dan il-ħafna snin Joe żgur li ra ħafna gwerer, kemm il-gwerer mal-Iżrael meta kien l-Eġittu kif ukoll is-snin twal tal-gwerra ċivili tal-Libanu matul is-snin 80 u 90. Warajh tkellmu l-erba’ Maltin l-oħrajn, li rrakkuntaw l-istorja tagħhom li wasslithom fiddinja Għarbija. L-aħħar li wasal kien Fr Calleja li mar biex jaħdem mar-refuġjati din is-sena stess; qablu kien Fr Michael Zammit Mangion, li issa huwa s-superjur tal-komunità tiegħu u jieħu ħsieb il-finanzi tal-Provinċja. Mument sabiħ ħafna kien meta l-Provinċjal talab lil dawk preżenti biex jgħidu kif jaraw lill-Maltin, u x’inhu dak li l-aktar japprezzaw fihom. L-aktar li ssemmew kienu kemm il-Maltin jixbhu ħafna lin-nies tal-pajjiżi Għarab, veri Mediterranji, ‘qishom aħna’; kemm jafu jaddattaw irwieħhom, kemm jidħlu malajr fil-ħajja ta’ fejn ikunu u ma jarawhiex bi kbira li jmorru minn pajjiż għal ieħor, u kemm jidhru ġejjin minn familji li tawhom trobbija Nisranija b’ħafna għożża. Din iċ-ċelebrazzjoni ta’ bejn l-aħwa spiċċat bil-quddiesa flimkien ta’ San Franġisk Saverju u b’ikla sempliċi fuq it-terazzin tad-dar. Il-Provinċja Dan huwa żgur anniversarju ta’ min jiċċelebrah, għaliex din il-preżenza hija għajn oħra ta’ barka fuq il-Provinċja tagħna li bagħtet lil xi wħud min-nies tagħha f ’dil-provinċja ġirien tagħna. L-aċċess għall-Indja kien sar ħafna aktar diffiċli u wieħed mill-postijiet li Malta għażlet kien il-Lvant Qrib. Dan kien ukoll iż-żmien meta l-mod kif nifhmu l-missjonijiet kienet qed tinħaseb millġdid bħala parti mit-tiġdid li kienet għaddejja minnu l-Knisja ta’ żmien il-Konċilju Vatikan II. B’hekk il-Ġiżwiti Maltin marru f ’postijiet fejn il-Knisja kienet diġà stabbilita sew. Il-Provinċja tal-Lvant Qrib hija provinċja unika Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
Ritratt ta’ fuq: Fr Joe Mizzi, Fr Oliver Borg Olivier, Fr Victor Assouad (Provinċjal tal-Lvant Qrib), Fr Paul Pace, FrJoe Buhagiar Bianco , Fr Micahel Zammit Mangion u Fr Twanny Fenech Fir-ritratt iż-żgħir jidhru Fr Paul Pace u Fr Twanny Fenech fuq il-bejt taċ-ċentru għallkomunità f’Gad el Sid li nbniet blgħajnuna ta’ ħafna benefatturi Maltin
għaliex hija l-preżenza Ġiżwita fid-dinja Għarbija. Tinkludi l-Eġittu, il-Libanu, is-Sirja, it-Turkija, u minn ftit xhur ilu, anke l-pajjiżi tal-Maghreb, l-Alġerija u l-Marokk. Ħafna Għarab huma Nsara (tajjeb niftakru li diversi termini primittivi Nsara Maltin ġejjin milllingwa Sirjana) u waħda mill-effetti l-aktar traġiċi tal-gwerer li r-reġjun għadda minnhom dawn l-aħħar tletin sena kien l-eżodu ta’ ħafna Nsara minn dawn il-pajjiżi. Il-Minia u Armant L-għada ta’ din iċ-ċelebrazzjoni sabiħa, filgħodu kmieni tlaqt flimkien ma’ Fr Twanny Fenech u Fr Michael Zammit Mangion lejn in-Nofsinhar talEġittu, l-ewwel għall-belt ta’ El Minia, u mbagħad lejn Arant u Luxor. Sigħat twal fit-triq tad-deżert, triq dritta u wiesgħa tliet passaġġi kull naħa għal mijiet ta’ kilometri. Id-deżert huwa dejjem affaxxinanti, bis-sensazzjoni ta’ ġmiel naturali kbir flimkien ma’ sens ta’ kobor u qawwa li jġiegħlek tinduna kemm inti limitat u fraġli. Wasalna l-Minia wara nofsinhar kmieni, kilna, u wara morna Gad el Sid, f ’parti mill-aktar fqira tal-belt, fejn Fr Twanny Fenech, bil-għajnuna ta’ ħafna benefatturi Maltin, bena ċentru kbir għallkomunità: fih ħames sulari, bil-grawnd tal-futball fuq il-bejt! Isiru laqgħat għat-tfal, għall-ġenituri, għan-nisa, hemm kmamar fejn isiru lezzjonijiet tal-iskola, tal-katekiżmu; ċentru miftuħ għallkulħadd, fejn il-maġġoranza ta’ dawk li jmorru huma Musulmani. Djalogu Fil-ftit sigħat li qattajt hemmhekk stajt nara kemm daċ-ċentru jiġġenera ħajja madwaru, u kemm in-nies huma kburin bih. Irrakkuntawli kif meta marru l-Aħwa Musulmani biex jaħarquh – dak in-nhar li ħarqu ċ-ċentru li hemm ħdejn id-dar tal-Ġiżwiti - in-nies ma ħallewhomx jersqu,
Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
għax qalulhom li dak tagħna, huwa tal-Insara imma jmur fih kulħadd, anke l-Musulmani. Rajt ukoll kemm in-nies ferħu li reġgħu raw lil Fr Twanny, li wara ħafna snin fil-Minia xi sentejn ilu mar jaħdem Armant. Fr Twanny kien donnu jaf lil kulħadd, kbar u żgħar, u ż-żjara tiegħu qanqlet ħafna ferħ, kulħadd irid jurih u jirrakkuntalu, jieħu ritratt miegħu. Fl-aħħar spiċċajna mal-grupp taż-żgħażagħ għal dawra biddgħajsa max-xmara Nil. L-għada fil-5am tlaqna lejn Armant, triq ħafna itwal, ta’ xi għaxar sigħat. Hemmhekk qgħadna fid-dar tagħna fejn inżommu tfal orfni u bi problemi serji. Ftit ’il bogħod hemm ċentru jixbah lil dak ta’ El Minia, għalkem ftit iżgħar, fejn kienu qed ilestu l-attivitajiet għall-vaganzi tas-sajf, li kienu għadhom kif bdew. L-għada morna naraw l-oqbra tal-Fargħun, ftit ’il barra minn Luxor: xhieda ta’ sbuħija u għana tal- kultura Eġizzjana li għal matul 2000 sena kienet fost l-aktar qawwija fid-dinja. Ftit minuti ’l bogħod minn dal-ġmiel kollu ssib ruħek f ’toroq li jixhdu l-istat tal-Eġittu tal-lum, mgħarraq fil-faqar u fil-vjolenza. Fil-ftit ġranet li qattajt l-Eġittu ftakart ukoll fiżżjarat tiegħi fil-Libanu u s-Sirja: id-dinja Għarbija tant qrib tagħna, nies tant jixbhuna fl-ospitalità u fil-mod aktarx diżorganizzat kif jgħixu l-ħajja; fl-istess ħin dil-ħajja minkejja kollox tidher ħierġa minn kullimkien, donnu xejn ma jista’ jżommha. Kull filgħodu l-quddiesa kienet tkun bl-Għarbi, biex tfakkarni li Kristjaneżmu għandu għeruq fondi fid-dinja Għarbija. Fl-istess ħin nifhmu li l-isfida tad-djalogu bejn ir-reliġjonijiet hija waħda mill-isfidi ewlenin mhux biss għal dawk li jemmnu, iżda wkoll biex id-dinja tagħna timxi ’l quddiem fil-paċi u l-ġustizzja: ma jistax ikun hemm paċi bejn il-ġnus jekk m’hemmx paċi bejn ir-reliġjonijiet. Il-Mulej ibierek il-Ġiżwiti Maltin u oħrajn li jgħixu fid-dinja Għarbija, dinja ta’ tradizzjonijiet twal u sbieħ, dinja li f ’dawn l-aħħar snin ta’ ħafna gwerer għandha għatx kbir għall-paċi vera.
17
il-Missjoni tagħna
www.jesuit.org.mt
Toghma internazzjonali Erba’ Ġiżwiti barranin jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar ix-xogħol li qedin jagħmlu hawn Malta Francis Wambua, SJ:
Mix-xellug: Fr Jimmy Bartolo SJ, Fr Patrick Magro SJ, Fr Paul Pace SJ, Marco Piaia SJ u Arnold Mugliett wara maratona fejn ġabru flus għall-JRS
Marco Piaia, SJ: F’dawn ix-xhur li ili Malta jiena qed ngħin fiċChaplaincy fl-Università. L-esperjenza tiegħi f ’Malta bdiet bi ftit żmien ta’ introduzzjoni dwar il-pajjiż li għandu kultura semitika. Rajt u smajt ħafna ħwejjeġ sbieħ u ġodda li kellhom impatt fuqi. Għalhekk mill-ewwel kelli l-esperjenza ta’ kemm jilqgħuk il-Maltin . Sibt li għalkemm Malta hi marbuta mal-identitá u t-tradizzjoni tagħha, fl-istess ħin hi miftuħa għassuġġerimenti u influwenzi minn barra iktar minn pajjiżi kbar, bħal pajjiżi, l-Italja. Minħabba s-sbuħija tal-ibliet u tan-natura, iż-żewġ aspetti li napprezza ħafna f ’din l-esperjenza li qed nagħmel f ’Malta huma is-sens ta’ appartenenza u l-generożitá. Dwar l-ewwel aspett ma tantx issib pajjiżi fid-dinja fejn tinħass daqshekk qawwi li inti parti minn grupp u li għall-inqas tieħu sehem f ’xi iniżjattiva b’mod hekk qawwi. Tħoss ix-xewqa li ma tgħixx biss għalik innifsek imma li tibni sens ta’ komunitá, li tibni xi ħaġa flimkien. Dwar l-aspett l-ieħor, jiena dejjem ammirajt ilġenerożitá tal-poplu Malti mhux biss, kif semmejt, bilmod kif jilqgħuk, imma l-iżjed kemm kulħadd jagħmel sforz meta jkun hemm xi attivitá ta’ ġbir ta’ fondi, għal voluntarjat, jew il-ħidma fil-parroċċi. Nittama li dawn l-esperjenzi li qed ikolli hawn Malta jkomplu fil-ġejjieni jkabbru fija l-esperjenza tal-ħajja u ta’ ħajti bħala Ġiżwita u fix-xogħol li nagħmel f ’postijiet oħra għall-imħabba ta’ Alla.
18
Francis Wambua SJ, waqt logħba futbol mal-istudenti tal-Kulleġġ San Alwiġi
Meta kont ser nipiċċa l-istudju tal-filosofija, irċevejt ittra mingħand il-Provinċjal tiegħi f ’Nairobi, il-Kenja, fejn qalli: “Għar-Regency tiegħek ser nibagħtek Malta biex tkun prefett tat-tfal fil-Kulleġġ San Alwiġi.” Ma nafx kemm kont lest għal din l-aħbar. L-ebda skolastiku Ġiżwita mill-Provinċja tiegħi qatt għamel ir-Regency (iż-żmien bejn l-istudju tal-filosofija u tat-teoloġija) barra mill-Provinċja. Wara li tlabt u tkellimt mad-Direttur Spiritwali tiegħi, fhimt li forsi l-Mulej iridni Malta u allura min jien biex nirrifjuta? Għall-ewwel il-ħajja fil-Kulleġġ ma kinitx faċli. Kont l-ewwel wieħed mill-Kenja u l-ewwel Afrikan li ħadem il-kulleġġ u għalhekk kollox kien iebes. Fil-bidu l-istudenti stagħġbu għax id-dinja li kont ġej minnha u tagħhom kienu ħafna ’il bogħod minn xulxin. Fil-fatt, wieħed student staqsieni, “Għaliex inti iswed, mort fix-xemx tassajf u nħraqt?” Bażikament dan l-istudent ma setax jifhem għaliex jiena differenti minn kulħadd. Ħassejtni tassew mhux f ’posti u bdejt naħseb jekk kienx ser jirnexxili nkompli għal xahar wieħed biss! Iżda, l-Ġiżwiti tal-komunità tawni l-appoġġ kollu. Hekk kif beda għaddej iż-żmien, l-istudenti u jien bdejna nifhmu aktar lil xulxin. Bil-mod il-mod bdejna nifhmu ’l xulxin u bil-mod bdiet taqa’ l-barriera tal-kultura li kien hemm bejnietna. Darba minnhom irċevejt messaġġi ta’ inkoraġġiment mingħand tliet studenti. Wieħed tani kartolina li fiha kiteb: “Lill-prefett tagħna tal-ġenn”. Ieħor kiteb: “ Inti mhux biss il-prefett tagħna iżda wkoll ħabib”. L-ieħor qalli: “Inti l-aqwa prefett.” Għalhekk nista’ ngħid li l-esperjenza tiegħi kienet waħda ta’ laqgħa u ta’ xokk kulturali fl-istess ħin li qajmet djalgu kontinwu fejn it-tnejn li aħna tajna u rċevejna mingħand xulxin. B’dan il-mod il-barriera kulturali ta’ bejnietna naqset aktar u aktar u wasalna biex niftiehmu aktar u b’mod ġdid lil xulxin. Għalhekk nista’ ngħid b’qalb waħda u moħħ wieħed A luta continua!! Għax id-djalgu jkompli.
www.jesuit.org.mt
Krystian Mólka, SJ
Dieudonné Kapita Mampasi, SJ Wasalt Malta f ’Settembru tas-sena l-oħra. Billi għaddejt xi żmien ngħix l-Amerka u l-Ġermanja, għalija li niġi Malta ma kinitx xi ħaġa daqshekk ġdida. Iżjed kont qed naħseb dwar x’tip ta’ xogħol jista’ jkolli milli kif ser niġi milqugħ mill-Maltin. In-nies twajba u l-ħżiena ssibhom kullimkien. F’pajjiżi, ir-Repubblika Demokratika talKongo, Malta hi magħrufa permezz tal-ħidma filantropika tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Minn mindu ġejt s’issa dejjem ġejt milqugħ tajjeb ħafna. Ġejt mifhum u aċċettat mill-kollegi tiegħi fil-Jesuit Refugee Service, fil-ħwienet u fl-uffiċini li mort, ukoll fit-toroq u fiż-Żejtun fejn noqgħod. Nistqarr li kien hemm xi ftit drabi meta is-sewwieq ta’ xi karozza tal-linja ma waqaflix minkejja li domt inxejjirlu biex jiqafli. Iżda nista’ ngħid li ninsab kuntent ħafna li qiegħed ngħix u naħdem f ’pajjiż li għandu sekli ta’ storja twila u mhux dejjem faċli li matulhom il-poplu sawwar l-identità qawwija bi tradizzjoni Nisranija li kompliet tifforma liċċittadini u mmarkat l-istituzzjonijiet nazzjonali. Kull meta nżur xi mużew, jew xi sit storiku jew arkeoloġiku, dejjem nimtela b’ammirazzjoni u stagħġib. L-istess meta nħares lejn il-bini jew immur xi mixja filkampanja. Kollox jimpressjonani u l-bini fih innifsu hu memorja storika tal-taqbid li l-Maltin rebħu biex ikollhom ħajja u għixien dinjituż. Il-fatt li ma nafx l-ilsien Malti niddejjaq daqxejn għax iżommni ftit lura milli nassoċja iktar man-nies u jkun hemm effett reċiproku. Nixtieq li kieku nista’ nuri aktar apprezzament lejn il-kultura Maltija billi nitkellem b’mod spontanju l-lingwa Maltija. Nittama li fil-futur nibda ngħid xi kelma minn din il-lingwa Semitika li hi tant rikka. Imma bħala Afrikan, dak li ma nistax nifhem u li jaffettwani ħafna, huwa l-mod kif jiġu trattati l-imigranti Afrikani. Nemmen li meta nittrattaw in-nies b’dan il-mod ma nkunux qegħdin nirrispettaw id-dinjità tagħhom u aħna stess nitilfu d-dinjitá tagħna bħala bnedmin, aħna min aħna. Minħabba l-fatt li s-soċjetá Maltija u l-poplu jġawdu rispett kbir minħabba t-tradizzjoni rikka u Nisranija, spiss nistaqsi lili nnifsi għaliex l-emigranti, li huma nies vulnerabbli u għandhom bżonn l-għajnuna, qegħdin ikunu ttrattati b’dan il-mod u jgħaddu xhur twal fil-kampijiet tad-detenzjoni. Nirringrazzja lill-Mulej għax il-kura ta’ ħuti l-Ġiżwiti tgħinni nħares b’mod bilanċjat lejn din il-parti talesperjenza f ’Malta. Nixtieq li kollha kemm huma jkunu jafu l-apprezzament kbir tiegħi għall-għajnuna u l-appoġġ tagħhom. Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
Jien dħalt fil-Kumpanija ta’ Ġesù fl-2007 u nagħmel parti mill-Provinċja tan-Nofsinnhar tal-Polonja. IlProvinċjal tiegħi bagħatni nagħmel ir-Regency tiegħi naħdem mal-Jesuit Refugee Service ta’ Malta. Ir-Regency huwa perijodu ta’ sentejn li nagħmlu aħna l-Ġiżwiti bejn il-filosofija u t-teoloġija matul il-formazzjoni tagħna. Ir-raġuni li qed nagħmel dan iż-żmien ta’ Regency tiegħi hawn Malta ġej mill-fatt li l-Konferenzi tal-Provinċjali tal-Ewropa u l-Afrika waqqfu dan il-proġett bejniethom. Il-ħsieb wara dan il-proġett huwa li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-Ġiżwiti Ewropej u Afrikani billi jkollhom missjoni komuni. Għalhekk tul dawn is-sentejn, flimkien ma’ Ġiżwita ieħor mill-Kongo, qiegħed nagħti l-kontribut tiegħi fil-ħidma pastorali li titwettaq fil-Jesuit Refugee Service ta’ Malta. Il-ħidma pastorali li nagħmel hija li nqatta’ ħafna millħin tiegħi mad-detenuti u nipprova nifhimhom aktar billi nisma’ l-istejjer tal-ħajja tagħhom u tal-familja tagħhom kif ukoll tat-tbatija u t-tamiet tagħhom. Jiena membru tal-għaqda, il-West African Fellowship, fejn kull ġimgħa niltaqgħu biex nitolbu u nibnu komunità. Din il-laqgħa ssir kull nhar ta’ Ħadd fl-10.00 ta’ filgħodu fil-kappella tal-komunità tal-Ġiżwiti fl-Imsida. Kulħadd huwa mistieden jiġi u jitlob magħna. Li nkun ta’ servizz mar-refuġjati jitlob ħafna minni, speċjalment ma’ dawk li qegħdin fiċ-ċentri tad-detenzjoni. Iżda rrid nammetti li dan is-servizz għamel impatt kbir fuq ħajti. Permezz tat-testimonjanzi ta’ dawn in-nies jiena tgħallimt ħafna dwarhom. Ħafna minn dak li smajt kienu stejjer diffiċli ħafna, ukoll biex tismagħhom biss. Kif kulħadd jaf, il-mod kif niffaċċjaw sitwazzjonijiet ta’ diffikultà kbira li ngħaddu minnhom juri biċ-ċar il-kwalità tal-karattru tagħna. Għalhekk meta nħares lura lejn dawn is-sentejn li għaddew, l-ikbar esperjenza li għandi hi li meta kont nisma’ minn liema ċirkustanzi ta’ tbatija kbira għaddew minnha dawn in-nies kienu jimpressjonawni ħafna kemm huma ġenerużi u qalbhom miftuħa ma’ sħabhom li jkunu fil-bżonn, u aktar u aktar li jemmnu li Alla għandu pjan għalihom. Konsegwenza ta’ dan, l-esperjenza tiegħi hawn Malta kienet ta’ valur kbir. Inħossni grat ħafna lejn il-Mulej li kelli l-opportunità niltaqa’ ma’ tant nies ta’ għerf kbir u esperjenza li għallmuni ħafna dwar l-għerf fil-prattika u s-sens komun. Krystian Mólka SJ (it-tieni mix-xellug) ma’ xi wħud mill-istaff tal-JRS
19
Ghajnuna ghat-Talb
Biex ir-refuġjati, imġegħlin jitilqu ’l djarhom minħabba l-vjolenza, isibu qalb kbira li tilqagħhom u tipproteġi d-drittijiet tagħhom. Ninġabar: Nikkwieta lili nnifsi waqt li nlesti biex nitlob. Bil-kalma kollha nieħu nifs ’il ġewwa, imbagħad ’il barra. Waqt li nieħu n-nifs ’il ġewwa nsir konxju tal-preżenza ta’ Alla li jinsab kullimkien. Waqt li nonfoħ ’il barra, ninfatam mill-ħsibijiet u t-thewdin biex moħħi u qalbi jitfgħu l-attenzjoni kollha tagħhom fuq il-Mulej. Fatt ċkejken: Kidane, għalliem tal-ġografija millEritrea, kellu jaħrab minn pajjiżu għax kien sfurzat isir suldat minflok għalliem. Moralment wera ruħu kuntrarju għall-vjolenza tal-gwerra. Iżda ħarab ukoll minħabba l-qagħda xejn sabiħa ta’ pajjiżu: m’hemmx libertà, ħadd mhu ħieles isemma leħnu, m’hemmx sigurtà minħabba l-ġlied li ma jieqaf xejn bejn il-gruppi etniċi. Darba fost l-oħrajn, meta kellu d-drittijiet ta’ refuġjat, iltaqa’ ma’ żewġt itfal li kienu ħarbu minn darhom. Kidane laqagħhom fejn kien joqgħod, tahom x’jieklu u ħadhom lura d-dar. Laqgħetu n-nanna tagħhom imma din issuspettat li kien xi kriminal u ħalliel. Iżda meta t-tfal spjegawlha kemm kien ġab ruħu tajjeb magħhom, irringrazzjat b’ħafna kliem sabiħ.
20
Naħseb ftit: Għall-ewwel in-nanna ħasbet ħażin fih. Nifhem għaliex ħassitha b’dan il-mod? Ġieli għamilt l-istess? X’għandi nagħmel biex ma niġġudikax qabel ma nkun naf il-fatti kollha? Kif nista’ ngħin biex l-immigranti u r-refuġjati jħossuhom milqugħin? Nitlob: Għażiż Mulej, agħmel li dejjem nilqgħu r-refuġjati fil-pajjiż tagħna u li ngħinu lil ħaddieħor jagħmel l-istess bil-mod ta’ kif nitkellmu fuqhom.
Tifel iħares mit-tieqa ta’ vann tal-pulizija fl-’Armed Forces of Malta Maritime Squadron base’ Haywharf, Valletta fit-12 t’Ottubru 2013 wara li ssalva mill-baħar flimkien ma’ numru ta’ Sirjani ifittxu r-rifuġju. Għexieren oħra mietu fl-istess vjaġġ. Ritratt ta’ Darrin Zammit Lupi
www.islelanders.com
Kliem ta’ dawl: ‘Meta nċaħħdu l-bnedmin mid-drittijiet fundamentali tagħhom inkunu qed nidħlu fi ġlieda mal-umanità tagħhom.’ - Nelson Mandela X’nista’ nagħmel: Meta niltaqa’ ma’ xi refuġjat fuq il-post tax-xogħol, fl-iskola, għand tal-ħanut jew ir-raħal nagħmel li nista’ biex iħossu milqugħ fl-ambjent tagħna billi ndaħħlu fil-konversazzjoni u nagħti lilu u lili ċ-ċans li nsiru nafu aħjar lil xulxin.
www Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org
sto
Matul Awwissu l-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu:
Kidane iħoss li fil-pajjiż fejn qed igħix hemm żewġ tipi ta’ nies: dawk li jqisuh ta’ anġlu u l-oħrajn li jittrattawh ta’ kriminal. Huwa jixtieq li kulħadd jikkunsidrah ta’ bniedem normali bħan-nies kollha.
-Talb tat t la
Appo
il-Missjoni tagħna
www.jesuit.org.mt
Lil Ħbiebna April - Ġunju 2014 Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
Fr Victor Jaccarini, SJ 1931-2014 Din is-sena fil-festa tal-Imnarja, il-Mulej sejjaħ għall-premju ta’ dejjem lil ħuna Fr Victor Jaccarini. F’April saħħtu bdiet sejra lura u mar joqgħod fl-Infermerija li għandna f ’Dar Loyola in-Naxxar, għall-Fathers u Brothers anzjani u morda. Imma fl-aħħar ta’ Mejju ttieħed l-isptar u għalkemm ittobba u n-nurses għamlu minn kollox fl-aħħar tilef il-battalja mal-mard u rebaħ il-ġenna. Victor twieled l-Isla fit-28 ta’ Lulju, 1931 u kien it-tieni tifel fost erba’ sjubien u tlett ibniet fil-familja tat-Tabib Carmelo Jaccarini u Mary née Soler. Studja l-Liċeo hawn Malta u wara, minħabba l-ġwerra, kompla Għawdex. Ħuħ il-kbir Mario, daħal Ġiżwita fl-1945 u Victor mexa fuq l-eżempju tiegħu u daħal novizz fil-25 ta’ October 1948. Wara sentejn novizzjat, fid-29 ta’ Ottubru, 1950 għamel l-Ewwel Voti sempliċi, imma perpetwi. Wara sentejn studju mar l-Ingilterra u beda l-kors tal-filosofija l-ewwel f ’Heythrop u wara f ’Londra u fl-1955 kiseb il-Liċenzjat. Speċjalizzazzjoni Meta ġie lura Malta fl-1955, Fr Victor għadda sena jgħallem il-Kulleġġ San Alwiġi u s-sena ta’ wara mar in-Naxxar jgħallem lill-istudenti tagħna u jistudja biex fl-1957 daħal fl-Università ta’ Oxford u fl-1961, iggradwa bil-Baċċellerat fiż-Żooloġija blogħla grad, First Class Honours u ħames snin wara ħa l-M.A.. Fl-1961 Fr Victor intbagħat Woodstock College, USA, u beda l-istudju tat-teoloġija u fl-1965 kiseb il-Liċenzjat fit-teoloġija. Kien ordnat saċerdot millArċisqof L.J. Shehan fl-14 ta’ Gunju, 1964. It-Tielet sena tan-novizzjat għamilha l-Amerika f ’Pomfret Centre, Connecticut fl-1965-66. Ġie Malta fl-1966 u beda jgħallem il-bijoloġija fl-Università u jgħin lill istudenti Ġiżwiti li kienu qed jistudjaw ix-xjenza. Is-sena ta’ wara rebaħ scholarship u mar fl-Univesità ta’ Londra jistudja għad-Dottorat fil-bijoloġija li kiseb fl-1971. Reġa’ beda jgħallem l-Università ta’ Malta u fl-1974 kien inkarigat mil-Laboratorju tal-Baħar (Marine) fit-Torri ta’ San Luċjan, Marsaxlokk. Iżda fl-1980, minħabba t-tilwima bejn il-gvern u t-tobba kellu jirriżzenja. Il-Mulej fetaħlu triq ġdida. Missjunarju u Għalliem Mill-Università ta’ Nairobi fil-Kenja waslitlu Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
stedina biex imur jgħallem il-bijoloġija hemmhekk. Wasal hemm fl-1980, beda jgħallem u jagħmel ir-riċerka sal-1997. Għamel xogħol pastorali malistudenti u għallem ukoll it-teoloġija tax-xjenza lill-istudenti Ġiżwiti. Meta rtira mit-tgħallim beda jagħti l-Ezerċizzi Spiritwali fid-Dar tal-Irtiri f ’Mwangaza fejn kien ukoll Direttur u Superjur. Kien inkarigat mill-istudenti Ġiżwiti Kenjani. Minħabba saħħtu fl-2008 kellu jiġi Malta fejn kompla l-appostolat tiegħu tal-Ezerċizzi Spiritwali fid-Dar tal-Irtiri, l-Mosta. Kien jgħin ukoll bilQuddies u l-Qrar fil-parroċċi. Il-Mulej kien żejnu b’ħafna kwalitajiet sbieħ. Kien saċerdot żelanti, bniedem tar-ruħ, intelliġenti, ċajtier u ferrieħi. F’April, 2014 minħabba saħħtu, is-Superjuri ttrasferewh fl-infirmerija f ’Dar Loyola, inNaxxar. Darbtejn iddaħħal l-isptar imma l-komplikazzjonijiet żdiedu u fid-29 ta’ Ġunju, 2014, il-Mulej laqgħu fi ħdanu. Il-funeral sar l-għada fil-knisja arċipretali tanNaxxar u tmexxa mill-Isqof Emmanuel Barbara, OFM Kap, Isqof ta’ Malindi, l-Kenja, li kien jafu hemmhekk. Ħa sehem ukoll l-Isqof Mario Grech, ta’ Għawdex. Il-Provinċjal Fr Paul Pace u tletin saċerdot ikkonċelebraw fil-Quddiesa. Id-difna saret fil-qabar tal-Ġiżwiti fiċ-ċimiterju tan-Naxxar. Agħtih Mulej, il-mistieħ ta’ dejjem.
21
Apprezzament
Miktub minn Fr Anton Azzopardi, SJ
Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani
Miktub minn Fr Paul Pace SJ
Din ir-rubrika ser tirrifletti fuq ġrajjiet kurrenti mill-lenti tat-tagħlim Nisrani
Il-gisem ta’ Kristu huwa l-gisem tar-refugjat u l-gisem tar-refugjat huwa l-gisem ta’ Kristu Din is-sena waslu Malta ħafna anqas immigranti irregolari minn snin oħra – filwaqt li s-soltu sa issa jkunu waslu mal-1500, din is-sena waslu biss madwar 200. Dan aktarx għaliex spiċċaw ġabruhom il-bastimenti tal-gwerra Taljani fl-operazzjoni mare nostrum. Minħabba f ’hekk, m’aħniex nitkellmu daqs snin oħra fuq din il-kwistjoni, li dejjem tqanqal ħafna emozzjonijiet. Jidhirli li ħafna aħjar titkellem fuq kwistjoni meta tkun kalm milli meta hemm il-kriżi, għaliex fis-saħna tal-kriżi nsibuha aktar diffiċli nirraġunaw. Għalhekk ħsibt li did-darba nirrifletti ftit magħkom fuq ilproblema etika tal-immigrazzjoni. Ħa nidħol mill-ewwel f ’aspett li huwa ċentrali għal kull diskussjoni bħal din. Ser nikkwota dak li qal il-Papa Franġisku fl-24 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet: ‘Għall-Knisja Kattolika, ħadd mhu barrani, ħadd mhu mwarrab, ħadd mhu ’l bogħod... F’dinja fejn nitkellmu l-ħin kollu fuq id-drittijiet, spiss nispiċċaw ngħaffġu fuq id-dinjità tal-oħrajn’.
22
Ġesu ma jeskludi ’l ħadd Il-Papa, li laqat qalb kulħadd meta waqt il-vjaġġ tiegħu fil-gżira ta’ Lampedusa tkellem daqshekk ċar fuq ‘il-globaliżazzjoni tal-indifferenza’, jistedinna nistaqsu jekk tagħmilx xi differenza li aħna Nsara meta niġu biex naraw kif għandna nħarsu lejn l-immigranti u kif inġibu rwieħna magħhom. Jekk nemmnu f ’Alla li hu ħanin, aħna msejħin biex nixbhuh f ’din it-tjubija u biex nuru l-fidi tagħna bil-fatti, kompla jgħid il-Papa. ‘Il-ġisem ta’ Kristu huwa l-ġisem tar-refuġjat, u l-ġisem tar-refuġjat huwa l-ġisem ta’ Kristu’. Bl-ebda mod ma rrid ngħid li dawn l-attitudnijiet waħedhom huma biżżejjed biex insolvu l-problema tar-refuġjati, jew li l-Insara għandhom xi soluzzjoni maġika: hija problema kbira ħafna, u pajjiżna jħossu ħafna drabi waħdu u żgħir wisq f ’dinja li fost ħafna kliem sabiħ tispiċċa tibqa’ indifferenti. Meta naraw iddgħajjes jaslu mingħajr ma nistgħu nagħmlu xejn biex nikkontrollawhom inħossuna nibżgħu, u din il-biża’ malajr issir rabja u forsi anke vjolenza. Imbagħad naraw li l-partiti li jħambqu kontra l-immigrazzjoni marru tajjeb ħafna fl-elezzjonijiet, u nħossuna aktar ċerti li s-soluzzjoni hija id tal-ħadid, u nistennew li l-mexxejja tagħna jieħdu passi li, fl-aħħar mill-aħħar nafu li mhumiex possibbli. Sfortunatament, il-mexxejja wkoll xi kultant igħidu affarijiet li jkunu jinstemgħu sbieħ biex jirbħu s-simpatija u anke l-voti,
imma li huma ħafna ’l bogħod minn dak li huwa possibbli. Il-gvernijiet għandhom id-dmir li jieħdu ħsieb il-ġid ta’ pajjiżhom li jinkludi s-sigurtà nazzjonali. Kull tibdil kulturali jrid isir bil-għaqal inkella nkunu qed niżirgħu problemi li jfaqqgħu fis-snin li ġejjin. Fl-istess ħin jekk inkunu realisti, nafu li hawn aktar ħaddiema barranin mill-Ewropa u mill-Asja milli mill-Afrika, imma aħna lil dawn ta’ l-aħħar donna aktar insibuha diffiċli naċċettawhom fostna. In-nuqqas totali ta’ politika ta’ integrazzjoni għal dawn il-barrannin, Afrikani u Ewropej, hija wkoll żerriegħa ta’ problemi serji fil-futur. Hu x’inhu, ikollna nammettu li r-realtà talimmigrazzjoni u tar-refuġjati ser tibqa’ magħna, u hija aktarx l-aktar problema kumplikata li d-dinja għandha quddiemha bħalissa: hija sfida kbira għall-pajjiżi kollha, mhux biss dawk sinjuri imma anke dawk fqar li jinsabu ħdejn pajjiżi fejn hemm il-gwerra. Riskji u atteġġjamenti Jidher ċar li r-repressjoni waħedha mhix se twaqqaf lin-nies milli jħallu pajjiżhom u jfittxu futur aħjar għalihom u għal uliedhom. L-immigrazzjoni turi kemm huma kbar id-differenzi bejn il-fqar u s-sinjuri, u d-dinja tagħna li tant tipprietka l-inklużjoni, fil-fatt qed tispiċċa teskludi gruppi kbar. Ir-refuġjati li jħallu kollox u jissugraw ħajjithom juruna biċ-ċar kemm fid-dinja tagħna hemm min għandu kollox u hemm min ma għandu xejn, kemm hawn gvernijiet dittatorjali u korrotti appoġġjati minn gvernijiet li jsejħu lilhom infushom demokratiċi, u kemm in-nuqqas ta’ impenn biex inħarsu l-ambjent naturali jġib miegħu diżastri mhux biss naturali imma wkoll umani. F’dan il-kuntest kumplikat, il-kliem tal-Papa huwa sfida qawwija għas-sens morali tagħna l-Insara. Id-dmir tagħna li nkunu ċittadini tajbin u nibżgħu għal pajjiżna u għall-valuri tiegħu rridu narawh mad-dmir l-ieħor li qalbna tkun miftuħa għal kulħadd, aktar u aktar għal dawk li huma l-aktar fil-bżonn. Il-mexxej tagħna li twieled f ’post imwarrab u li kien huwa stess refuġjat, jaf x’jiġifieri taħrab minn pajjiżek għax qed ifittxu biex joqtluk: meta nidhru quddiemu ser isaqsina kif ilqajnieh meta kien barrani f ’pajjiżna. L-akbar sfida hija dik tal-qalb, aħniex lesti niftħu qalbna jew le. Il-fidi tagħna ddawwal il-ħsieb tagħna, u twegħedna l-għajnuna biex inħobbu tabilħaqq f ’dinja kumplikata għall-aħħar. Lil Ħbiebna Lulju - Settembru 2014
Programm t’attivitajiet Ċentru Spiritwalità Injazjana
Għal aktar tagħrif, jew biex tieħu sehem, ċempel fuq 2276 0201 jew ibgħat email lil info@mtsjoseph.org għallattivitajiet li ser isiru d-dar tal-irtiri Mount St Joseph, Mosta, jew għallattivitajiet li ser isiru d-dar tal-irtiri Dar Manresa, Victoria, Għawdex ċempel fuq 21 55 6635 jew ibgħat email lil manresagozo@gmail.com.
26-28 SETT
“Ħobb lil għajrek bħalek innifsek” Fr Joe Buhagiar Bianco, SJ Post: Mt. St. Joseph, Mosta
Irtir għall-koppji
Imexxi: Fr Vince Magri sj flimkien ma’ Carmel u Carmen Conti Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex
17-19 OTT
Offerta għal Lil Ħbiebna Kif tafu, Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma tiddependi kompletament mill-offerti tal-ħbieb u l-qarrejja. Għalhekk niddependu ħafna mill-ġenerożità tagħkom. Tistgħu tibagħtulna l-offerta bil-posta: Lil Ħbiebna, 78, Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 jew twassluha f ’dan l-indirizz: Uffiċċju Benefatturi, 1, Pjazza E.S. Tonna, Floriana (ħdejn il-knisja ta’ Sarria eżattament quddiem l-istage). GRAZZI!
Irtir iggwidat fuq livell individwali
17-19 OTT
Imexxu Mrs. Maria Theresa Portelli, Mrs. Clare Camilleri, Mr Ray Zammit Post: Mt. St. Joseph, Mosta
Irtir fil-Kampanja
Imexxu Mrs Clare Camilleri u Ms Maria Theresa Portelli Post: Mt. St. Joseph, Mosta
14-16 NOV
Tmexxi: Il-pittriċi Lida Sherafatmand Post: Mount St. Joseph, Mosta
Irtir ispirat mill-ikoni
DIĊ
NOV
Talb impitter bil-kulur
Imexxi: Dun Gerard Buhagiar Post: Dar Manresa, Victoria, Għawdex.
10-14
7-9
Irtir iggwidat fuq livell individwali
5-7 DIĊ
Imexxi: Fr Vince Magri, SJ Post: Mount St. Joseph, Mosta
Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-hbieb taghna mejtin Birkirkara Burmarrad Il-Ħamrun Il-Mosta San Giljan Tas-Sliema
Paul Attard Josephine Bartolo omm Fr Jimmy, SJ John Pace ħu Fr Paul, SJ Austin Vella Miriam Vincenti Lucretia Wismayer Henry Micallef Mario Nani Clifford Navarro Rita Saliba 23
Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Lulju - Settembru 2014 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
Kuraġġ!
“
Bħar-raġel għani li talab lil Ġesù x’kellu
ngħinu biex dawn jikbru, biex il-Mulej ikun
jagħmel biex jikseb il-ħajja ta’ dejjem, illum hawn
jista’ jidħol f’dawk il-qlub u jtihom dan il-ferħ li
bosta żgħażagħ bħalu li jħossu f’qalbhom din
ma jitfissirx u glorjuż li jkollha kull persuna li
is-sejħa biex jersqu ħdejn Ġesù. Anki llum hemm
timxi wara Ġesù mill-qrib, Din hi t-talba għall-
tant żgħażagħ li għandhom il-vokazzjoni, imma
vokazzjonijiet li rridu ngħiduha ħafna drabi:
kultant ikun hemm xi ħaġa li twaqqafhom għax
Mulej ibagħtilna, ibagħtilna sorijiet,
ikollhom qalbhom mimlija b’xi ħaġa oħra u ma
ibagħtilna saċerdoti, iddefendihom mill-
jkollhomx tant kuraġġ biex jiżvujtawha, jerġgħu
idolatrija tal-vanità, mill-idolatrija tal-kburija,
lura, u dak il-ferħ jinbidel fi dwejjaq.
mill-idolatrija tal-poter, mill-idolatrija tal-flus.
Għalhekk meħtieġ li nagħmlu talb ħerqan lil
Mulej, għin lil dawn iż-żgħażagħ biex ikunu
Alla biex il-qalb ta’ dawn iż-żgħażagħ titbattal,
ħielsa u ma jkunux skjavi, biex ikollhom
titbattal minn interessi oħra, imħabbiet oħra,
qalbhom għalik biss, u b’hekk is-sejħa tal-
biex qalbhom tikseb il-libertà. Imma noqgħodu
Mulej tkun tista’ tasal, tkun tista’ tagħti l-frott.
dejjem attenti, għax hawn vokazzjonijiet. Irridu
”
Il-Papa Franġisku fl-omelija fil-kappella ta’ Casa Santa Marta
24
Ritratt: © Matt Phillips