Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Jan - March 2017

Page 1

01

HBIEBNA Newspaper post

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

lil

2017

Ħidma ta’ Ġiżwita Malti fl-Iraq mal-Jesuit Refugee Service (JRS) Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1


Miktub minn Fr Paul Zammit SJ

www.jesuit.org.mt

Il-Qaddis tax-Xahar

San Bernardino Realino Ħaddiem bieżel fil-għalqa tal-Mulej

tat-taxxi fil-belt ta’ Alessandria. Permezz ta’ dawn l-inkarigi, Bernardino sar magħruf kemm għall-kapaċitajiet tiegħu fil-qasam legali kif ukoll għall-għerf tiegħu. Fl-aħħar mar Napli fejn Francesco Ferdinando d’Avalos qiegħdu jieħu ħsieb tal-artijiet tiegħu. Kien f ’Napli li darba Bernardino sema’ priedka minn wieħed Ġiżwita li tant laqtitu li wara mar ifittex lil dan is-saċerdot ħalli jqerr għandu. Billi dan ilĠiżwita ntebaħ li Bernardino seta’ kellu sejħa għall-ħajja reliġjuża, huwa ħajru ħalli jagħmel irtir biex b’hekk jiskopri ir-rieda ta’ Alla għalih u kien hekk li fl-1566 beda n-novizzjat tiegħu mal-Ġiżwiti. Sejħa ġdida

Bernardino twieled f ’familja nobbli fil-gżira ta’ Capri, l-Italja, fl-1 ta’ Diċembru 1530. Għall-ewwel mar l-iskola f ’Modena u meta kiber beda l-istudji tiegħu fil-filosofija, fil-liġi u fil-mediċina f ’Bologna. Mid-dehra kienet it-tfjala li kien iħobb li pperswadietu li jintefa’ fuq l-istudju tal-Liġi, għax qaltlu li kellu jkun tajjeb f ’dan il-qasam. Hekk fl-1556 ħa d-dottorat fil-Liġi, kemm f ’dik tal-Knisja u kemm f ’dik ċivili. Beda karriera fiċ-ċivil. Laħaq sindku u kunsillier tal-ibliet ta’ Cassine u Felizzano fejn f ’din l-aħħar belt għamilha wkoll ta’ mħallef. Wara kompla billi sar maġistrat f ’Castelleone. Kien ukoll inkarigat mill-ġbir

2

Bernardino sar saċerdot fl-1567. Minn dak in-nhar ’l quddiem ta lilu nnifsu b’ruħu u ġismu għall-appostolat. Kellu għall-qalbu l-morda u l-fqar, kien igħallem liż-żgħażagħ u jgħin lillilsiera. San Franġisk Borgia is-Superjur Ġenerali, ħatru maestru tannovizzi f ’Napli. Wara fl-1574 waqqaf residenza u kulleġġ f ’Lecce. Fl-1583 beda moviment għall-qassisin ħalli permezz tiegħu dawn setgħu jissaħħu filħajja spiritwali tagħhom u jkunu mħejjija aħjar għall-ministeru tagħhom. Ġara li fl-1610 waqa’ u ġarrab feriti li ma setgħtux ifiequ. Meta wasal biex imut, il-maġistrati ta’ Lecce ġew ħdejh u talbuh biex ikun il-patrun tal-belt tagħhom. Billi l-qaddis ma setax jitkellem għamlilhom sinjal b’rasu li kien aċċetta din il-missjoni li mis-sema jibqa’ jħares il-belt li tant ħabb. Miet fit-2 ta’ Lulju, 1616 isejjaħ lil Ġesù u lil Marija. Il-proċess tal-kanonizzazjoni tieħgu beda fl-1838. Wara li kienu approvati żewġ mirakli, il-Papa Ljun XIII iddikjarah Beatu. Wara żewġ mirakli oħra fit-22 ta’ Ġunju, 1947, kien iddikjarat Qassis mill-Papa Piju XII.

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


Kelma mill-editur

F’għeluq 70 sena tal-Provinċja Għeżież ħbieb u benefatturi, Fil-Bibbja, in-numru 70 jissemma’ ħafna. Dan in-numru għandu tifsira sagra u jirrapreżenta l-perfezzjoni. Mosè ġabar sebgħin mill-anzjani ta’ Iżrael li kellhom il-ħila li jiggvernaw. Meta Pietru staqsa ’l Ġesù kemm il-darba kellu jaħfer, Ġesù wieġbu sa sebgħa u sebgħin darba. Fid-29 ta’ Ġunju, 1947, is-Superjur Ġenerali waqqaf il-Provinċja Maltija talĠiżwiti. Għalhekk din is-sena il-Provinċja tagħna talaq 70 sena. Dak iż-żmien f ’Malta kellna biss il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f ’Birkirkara u d-Dar ta’ Sarria, il-Furjana. Hawnhekk rridu nsemmu lil Fr Ġużè Delia li ħadem ħafna biex titwaqqaf il-Provinċja. Kien l-ewwel Provinċjal u stinka ħafna biex il-Provinċja ġdida, żgħira imma mimlija bi spirtu appostoliku, tikber u tissaħħaħ. Matul dawn is-70 sena l-Provinċja kibret. Twaqqfu opri ġodda bħala strumenti talappostolat tagħna. Insemmu d-Dar tanNovizzjat fin-Naxxar, id-djar tal-irtiri f ’Għawdex u l-Mosta, id-dar fl-Imsida ħdejn l-Università u ċ-Chaplaincy, fiżŻejtun l-Istitut Paulo Freire, fil-Belt Valletta il-Bibbljoteka Ġwann XXIII. Il-Kulleġġ f ’Birkirkara, kiber, infetaħ is-Sixth Form u nfetaħ kumpless sportiv għall-1,500 student u studenta. Ta’ dan kollu u l-iktar tal-ħafna ħidma

spiritwali li ma tidhirx, b’ferħ u b’umiltà, inroddu ħajr ’l Alla għaliex, kif kiteb San Pawl lill-Korintin: kien “Alla, li kabbar ... Aħna ħaddiema ma’ Alla” (1 Kor 3:7-9). B’sens kbir ta’ gratitudni, niftakru u nirringrazzjaw ħafna lil ħbiebna, il-benefatturi u l-kollaboraturi li ħadu u sejrin ikomplu jieħdu sehem attiv biex inwettqu l-missjoni tagħna fl-għalqa tal-Mulej f ’pajjiżna. Karatteristika sabiħa tal-Ġiżwiti Maltin tibqa l-viżjoni universali u l-vokazzjoni missjunarja. Fl- ewwel grupp ta’ tliet Ġizwiti lejn l-Indja, tnejn kienu Maltin, fosthom ilPijunier, Fr Anton DeBono li 1925 beda jgħix hemmhekk f ’għarix. F’92 sena ż-żerriegħa kibret biex illum il-missjoni saret il-Provinċja ta’ Dumka-Raiganj bi tliet djoċesijiet fiha. Dan kollu jibqa’ monument ħaj tal-Provinċja ta’ Malta. F’Lulju ta’ din is-sena, il-Provinċja ta’ Malta u tal-Italja jispiċċaw u minnhom ser titwaqqaf Provinċja ġdida bl-isem ta’ EwroMediterranea. Din mhix xi mewt, iżda hi ħaġa ikbar u aħjar għax kif kiteb il-Papa Franġisku “Il-kollox hu aqwa mill-parti” (EG 237) Il-Ġiżwiti ser jibqgħu jwettqu l-appostolat tagħhom f ’Malta. Sejrin iżommu viżjoni wiesgħa, mimlija b’żelu, spirtu evanġeliku u missjunarju biex jagħmlu ħwejjeġ kbar għallMulej u servizz mimli entużjażmu u ferħ għall-Poplu tiegħu.

lil

HBIEBNA

2

Il-Qaddis tax-Xahar San Berdardino Realino

4

Dalaqt insiru

f’din il-harġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

Provinċja ġdida

7

Skolastiċi barranin iżuru Malta

9

Imħatri mal-Mulej

12 Spiritwalita Injazjana Id-Dixxerniment

15 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti

17 Għajnuna għat-talb 18 Sinjal ta’ tama Fr Joe Cassar SJ jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu imexxi l-Jesuit Refugee Service ġewwa l-Iraq

22 Il-qalba tal-Vanġelu 23 Br Nazzareno Gale Sj 24 Il-proġett għażżgħażagħ ġewwa Dar Manwel Magri

Editur: Fr John Scicluna SJ

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Website: www.jesuit.org.mt

Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

um

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

ru 1 - 2017

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

N

Qoxra: Fr Joseph Cassar SJ jitlob sieket quddiem il-fdal tattabernaklu fil-Knisja l-Kbira talKunċizzjoni, Qaraqosh, l-Iraq. Il-knisja ngħatat in-nar mill-ISIS u ġarrbet ħsara strutturali estensiva.

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


inħarsu lejn il-futur

Miktub minn John Scicluna, SJ

Dalwaqt insiru Provinċja ġdida Bħalissa fid-dinja kollha, il-Provinċji tal-Ġiżwiti, kif ukoll xi Ordnijiet u Kongregazzjonijiet Reliġjużi oħra, għaddejjin minn proċess ta’ ristrutturar. Biex nifhmu aħjar dak li ser jingħad f ’dan l-artiklu, tajjeb li niftakru li meta żagħżugħ jidħol Ġiżwita hu jkun sar membru tal-Kumpanija ta’ Ġesù u mhux ta’ xi Provinċja partikulari. Il-Provinċji huma biss għal raġunijiet amministrattivi. Kważi erbgħin sena ilu, minħabba n-nuqqas ta’ vokazzjonijiet, beda jinħass il-bżonn li xi Provinċji jingħaqdu. Fl-1978, il-ħames Provinċji tal-Ġiżwiti fl-Italja ingħaqdu fi Provinċja waħda. Fl-2004 ingħaqdu ż-żewġ Provinċji fil-Ġermanja. Il-Provinċja tal-Urugwaj ingħaqet mal-Arġentina fl-2009. Fl-Istati Uniti il-proċess tal-unifikazzjoni tal-provinċji beda għaxar snin ilu u wasal fittmiem. F’pajjiżi u Provinċji oħra l-proċess ikompli għaddej. Meta nisimgħu dan tiġi naturali l-mistoqsija: Allura l-Provinċja ta’ Malta ser tintlaqat ukoll b’dan il-proċess? Il-Ġiżwiti f’Malta – mistiedna u mkeċċija Sant’Injazju minn Loyola fl-1540 waqqaf l-Ordni l-ġdida, magħrufa bħala l-Kumpanija ta’ Ġesù, jew il-Ġiżwiti. Il-Fundatur kien għaraf l-importanza ta’ Malta fuq l-għatba tal-kontinent Afrikan. Għalhekk xtaq li jiftaħ kulleġġ fil-gżira. Imma dan ma seħħx mall-ewwel. X’aktarx li l-ewwel Ġiżwita li wasal Malta kien ġie mal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Imbagħad, fuq stedina tal-Gran Mastru, fl-1577 ġie Ġiżwita Taljan biex jagħti kors ta’ Eżerċizzi lill-Kavallieri. Wara l-Ġiżwiti kienu mistiedna mill-Isqof Gargallo u fl-1592 fetħu l-Collegium Melitense, il-Belt Valletta li wara sar l-Università ta’ Malta. Bnew il-knisja magħrufa bħala “tal-Ġiżwiti”, imma mhix tagħna. Fl-1753 il-Ġiżwiti, bnew id-Dar tal-Irtiri (San Kalċidonju) fil-Furjana fejn illum hemm il-Kurja tal-Arċisqof. Ftit qabel is-Soppressjoni tal-Ġiżwiti, l-Gran Mastru keċċa l-Ġiżwiti minn Malta u kkonfiska kulma kellhom. Meta twaqqfet id-Djoċesi ta’ Għawdex, l-Isqof

4

sejjaħ lill-Ġiżwiti mill-Provinċja ta’ Sqallija u fl1866 fetħu u mexxew is-Seminarju. Kważi mill-1578 sal-1940, il-Gżejjer Maltin kienu parti mill-Provinċja ta’ Sqallija. Imma fis-7 ta Settembru, 1940, minħabba l-gwerra, is-Superjur Ġenerali, qata’ iż-żewġ ġżejjer mill-Provinċja ta’ Sqallija u għamilhom jiddependu direttament minnu. Matul il-gwerra, Fr Ġużè Delia, li kien irRettur tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, ħadem ħafna. Malli spiċċat il-gwerra, bil-permess tas-Superjuri f ’Ruma, fl-1 ta’ Ottubru, 1945, fetaħ in-Novizzjat in-Naxxar u daħlu l-ewwel novizzi. Fid-29 ta’ Ġunju, 1947, is-Superjur Ġenerali waqqaf il-Provinċja ta’ Malta. Fr Delia nħatar l-ewwel Provinċjal ta’ Malta. Il-Provinċja l-ġdida ta’ Malta bdiet tagħmel parti mill-Assistenza (grupp ta’ Provinċji) Inġliza. Iżda minn-Marzu 2011 ingħaqdet mal-Assistenza tal-Ewropa tal-Punent flimkien mal-Provinċji talItalja, Spanja u l-Portugal . Dan sar biex tkompli tissaħħaħ u tikber il-kollaborazzjoni ma’ dawn il-Provinċji. Din is-sena il-Provinċja tal-Ġiżwiti f ’Malta tagħlaq 70 sena. Imma f ’Lulju sejra tibda paġna ġdida tal-istorja sabiħa tagħha. Mandat tal-KĠ 35 Il-35 Kongregazzjoni Ġenerali ltaqgħet fl-2008, f ’Ruma u kienet għażlet lil Fr Adolfo Nicolás bħala Superjur Ġenerali. F’wieħed mid-Digrieti li ħarġet il-KĠ 35 talbet lill-Ġeneral il-ġdid biex iniedi proċess ta’ riflessjoni dwar il-Provinċji u l-istrutturi ta’ Provinċja ħalli jwassal għal proposti konkreti biex nadattaw dan l-aspett tal-gvern għar-realtajiet tal-lum biex inkunu nistgħu naqdu aħjar il-missjoni universali tagħna. Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


www.jesuit.org.mt

Il-Provinċja l-ġdida ‘Ewro-Mediterranea’ Is-Superjur Ġenerali ħatar lil Fr GIANFRANCO MATARAZZO bħala l-Provinċjal tal-Provinċja l-ġdida Euro-Mediterranea. Fr Matarazzo twieled l-Italja fis-16 ta’ Settembru, 1963. Iggradwa fil-Liġi u daħal Ġiżwita f ’Ġenova fit-2 ta’ Diċembru, 1992. Studja l-filosofija f ’Padova. Għamel sentejn igħallem f ’Grottaglie. It-teoloġija studjaha f ’Napli u f ’Ruma u kiseb il-liċenzjat fitteoloġija morali. Fl-10 Mejju, 2003 kien ordnat Qassis. It-Tielet sena tan-novizzjat għamilha f ’ Weston fl-Amerika u fit-8 ta’ Diċembru, 2009, għamel il-Professjoni Solenni. Fl-2007 intbagħat igħallem fl-Istitut Arrupe ta’ Formazzjoni Soċjali f ’Palermo. Sentejn wara, f ’Modica, mexxa l-Iskola ta’ Assistenti Soċjali. Fl-2010 inħatar Direttur tal-Istitut Arrupe f ’Palermo u Delegat tal-Appostolat Soċjali fl-Italja. Bejn l-2001 u l-2012 kien Konsultur tal-President tal-Konferenza tal-Provinċjali Ewropej. Fl-2014 inħatar Provinċjal tal-Provinċja tal-Italja u Delegat tal-Ġeneral għall-opra “La Civiltà Cattolica”. Nawgurawlu u nitolbu barka fuqu u s-servizz li sejjer jagħti.

Is-Superjur Ġenerali waqqaf Kummissjoni biex tagħmel analiżi komprensiva tal-kriterji biex ikun hemm Provinċja b’numru ta’ Ġiżwiti li jkunu kapaċi jagħtu tmexxija effettiva, jagħtu formazzjoni tajba kif ukoll tkun kapaċi tiżviluppa pjan appostoliku effettiv li jaqdi l-bżonnijiet lokali, reġjonali u universali. Il-Kummissjoni ħejjiet id-dokument “It-tiġdid ta’ strutturi ta’ Provinċja għall-qadi tal-missjoni universali”. Meta ppublikah f ’Settembru, 2011, il-Ġeneral fakkar li l-iskop tad-dokument hu appostoliku biex permezz ta’ strutturi mġedda u deċiżjonijiet konkreti aħna l-Ġiżwiti naqdu aħjar lill-Knisja u lid-dinja. Fl-istess ħin talab li sal-31 ta’ Lulju, 2014, kull Provinċja tibgħatlu rapport dwar il-progress u l-applikazzjoni tad-dokument. Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017

Il-provinċja l-ġdida ‘Ewro-Mediterranea’ ser tinkludi l-Albanija, l-Italja u Malta. Il-Provinċjal ikun Ruma, u Malta ikun hawn delegat.

L-ewwel passi Il-Provinċjali tal-Ġiżwiti fid-dinja kollha kitbu lis-Superjur Ġenerali u bagħtulu r-rapport li talab. F’xi partijiet tad-dinja dan il-proċess beda jitwettaq. Wara li l-Provinċji fl-Italja, fosthom ta’ Sqallija, ingħaqdu, kibret ħafna l-kollaborazzjoni bejn il-Provinċja ta’ Malta u l-Provinċja tal-Italja speċjalment fil-formazzjoni kif ukoll diversi laqgħat ta’ dawk li jaħdmu fl-Ispiritwalità Injazjana, fl-edukazzjoni, fl-appostolat soċjali u fl-Appostolat tat-Talb. Għalhekk is-Superjur Ġenerali wera x-xewqa li l-Provinċji ta’ Malta u tal-Italja jispiċċaw u tinħoloq Provinċja ġdida li tkun tinkludi Malta,

5


inħarsu lejn il-futur

www.jesuit.org.mt

l-Italja u l-Albanija, li hi parti mill-Provinċja talItalja, u tkun titmexxa minn Provinċjal wieħed. Fid-19 ta’ Marzu, 2015, is-Superjur Ġenerali, kiteb ittra oħra liż-żewġ Provinċjali u qalilhom li minħabba li ż-żewġ pajjiżi huma qrib u kellhom relazzjonijiet tajba, jixtieq li jkomplu jfittxu u jkabbru modi ta’ kollaborazzjoni appostolika bejn iż-żewġ Provinċji. Talabhom ikomplu d-dixxerniment dwar il-passi li għandhom jittieħdu fil-futur qarib. Dan isir biex b’mod konkret titwettaq ir-ristrutturazzjoni tal-Italja u ta’ Malta biex b’hekk joffru servizz appostoliku dejjem aħjar. Hu talabhom ukoll biex sat-30 ta’ Ġunju 2016, jippreżentawlu r-riżultati tad-deliberazzjonijiet tagħhom u proposta ċara tal-istruttura tal-gvern li jkunu sabu. Ried li mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju 2017 jibdew jitwettqu d-deċiżjonijiet li jittieħdu. Stieden liż-żewġ Provinċji jħejju Pjan Appostoliku komuni li jħares dak li hu adattat għad-diversi żoni u territorji, għal dak in-numru kbir ta’ karatteristiċi ekkleżjali, kulturali u lingwisitiċi, soċjali u storiċi – dan kollu permezz ta’ mudell ta’ gvern li jkun adattat u li jkollu pjan ta’ kif se jiġu ddelegati l-funzjonijiet. Talabhom ukoll biex jagħżlu l-prijoritajiet appostoliċi u jfasslu mappa b’għażliet ta’ missjonijiet, xogħlijiet, istituzzjonijiet u komunitajiet. Fl-istess ħin Fr Nicolás ried li f ’dan il-proċess ta’ studju u riflessjoni jieħdu sehem ukoll ilkollaboraturi tagħna li huma tassew impenjati fil-missjoni tal-Mulej. Żmien ta’ grazzja Wara din l-ittra beda l-proċess ta’ tħejjija biex mill-31 ta’ Lulju ta’ din is-sena tispiċċa l-Provinċja ta’ Malta u tal-Italja u titwaqqaf Provinċja ġdida. Għalhekk, minn dakinhar, f ’Malta ma jkunx hawn iżjed Provinċjal imma jkun hawn Delegat tal-Provinċjal li jkun Ruma. Bdew isiru laqgħat fil-komunitajiet taż-żewġ Provincji. Twaqqfu diversi kummissjonijiet b’membri mill-Italja u minn Malta. Biex jitħejja l-Pjan Appostoliku tal-Provinċja l-ġdida kien hemm grupp li ġabar statistiċi talmembri, u l-etajiet tagħhom. Grupp ieħor ġabar dak kollu li kien diskuss fil-komunitajiet u x’kitbu Ġiżwiti individwali, id-diretturi tal-opri kif ukoll il-kollaboraturi. B’hekk insiru nafu r-rejaltajiet u l-isfidi li jkollha l-Provinċja l-ġdida. Iż-żewġ Provinċjali, flimkien mal-Kunsill tagħhom jiltaqgħu regularment bejniethom kif ukoll jiltaqgħu wkoll flimkien ma’ Ġiżiwti u lajċi li huma Diretturi ta’ xi appostolat. Fil-bidu ta’ Marzu iltaqgħu ż-żewġ Provinċjali flimkien mal-Kunsill tagħhom biex flimkien,

6

f ’atmosfera ta’ dixxerniment spiritwali jħejju lista ta’ tliet ismijiet ta’ Ġiżwiti Maltin jew Taljani biex is-Superjur Ġenerali jinnomina wieħed minnhom bħala l-ewwel Provinċjal tal-Provinċja l-ġdida. Ħarsa ’l quddiem mimlija tama Dan il-pass jista’ jidher li qisna qegħdin nagħlqu. Iżda mhux hekk. Hu pass pożittiv, mixja ’l quddiem, biex nagħmlu iktar u nagħmuh aħjar kif ukoll biex ikollna viżjoni iktar wiesgħa. Fuq kollox dan hu pass u proċess spiritwali fid-direzzjoni li qiegħed jurina u jridna l-Mulej. Naturalment din il-bidla hu pass importanti għalina l-Ġiżwiti f ’Malta. Sejrin nibqgħu Malta, b’impenn imġedded, kuraġġuż, b’tama kbira filMulej li jkompli jsejħilna u jimxi magħna bħalma għamel mad-dixxipli ta’ Emmaus li mliehom b’ħafna kuraġġ. L-ikbar tidbil ikun fl-amministrazzjoni, li tkun waħda ġdida. Tibqa’ tingħata importanza li t-tliet pajjiżi jaħdmu u jikkolaboraw flimkien flappostolati tagħhom. F’Malta għandna l-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, imma fl-Italja hemm ħames kulleġġi. Hekk issa ma nitkellmux dwar kulleġġ wieħed imma dwar sitta. L-istess jiġri fiċ-Chaplaincy tal-Università li issa taqsam idejat u ħidma maċ-Chaplaincy li l-Ġiżwiti tal-Italja għandhom fl-Università La Sapienza f ’Ruma li hi l-ikbar Università fl-Italja u waħda mill-ikbar fid-dinja. Kullimkien il-Ġiżwiti jagħtu ħafna importanza lill-appostolat tagħhom maż-żgħażagħ u jagħmlu ħafna magħhom u għalihom. Iċ-Ċentri ta’ Spiritwalità Injazjana jaħdmu flimkien u jfasslu programmi u rtiri għall-Ġiżwiti fit-tliet pajjiżi kif ukoll għas-saċerdoti, għarreliġjużi u għall-lajċi. Fl-Italja, is-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Rifuġjati (JRS) hu mifrux ħafna u għandhom l-istess sfidi li għandu l-JRS f ’Malta. Dan hu qasam fejn nistgħu naħdmu iktar flimkien. Is-Superjur Ġenerali qalilna: “Li nibnu l-ġejjieni jimplika li nħallu ruħna niġu mmexxija millIspirtu. It-tama tagħna tistrieħ fuq dak li fih qiegħedna l-fiduċja tagħna (2 Tim 1,2) u li għalih m’hemm xejn li ma jistax ikun.’ (Lq 1,37), mingħajr ma nċedu għat-tentazzjoni tan-numri u tal-effikaċja, u inqas u inqas ma nafdaw il-forzi tagħna.” Minn dan kollu naraw li, kif spiss ifakkarna l-Papa Franġisku, aħna mexjin lejn orizzonti ġodda li jkunu dejjem aktar universali bla fruntieri li jistednuna noħorġu minna nfusna biex noqorbu lejn il-feriti tad-dinja tal-lum. Dan dejjem għallAkbar glorja ta’ Alla.

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


Skolastiċi barranin iżuru Malta L-għada tal-Milied ta’ 2016 wasal Malta grupp ta’ 39 Student Ġiżwita, Taljani, Maltin, Rumeni, Spanjoli u Franċiżi akkumpanjati mill-Provinċjal tal-Italja, Fr Gianfranco Matarasso, u Fr Gianni Notari. Tnejn minnhom jaqsmu magħna l-esperjenzi tagħhom - L-iSkolastiku Malti, Robert Rizzo, kitbilna artiklu dwar il-mawra tagħhom fostna u l-iSkolastiku Taljan Giuseppe la Mela kiteb dwar l-esperjenza tiegħu ukoll.

Għalina l-iskolastiċi Maltin, il-fatt li l-laqgħa tal-iSkolastiċi saret f ’Malta kienet esperjenza kbira għax stajna naqsmu l-istorja ta’ pajjiżna u nilqgħu f ’darna stess lil ħbiebna u ħutna li qasmu magħna dak li hu tagħhom matul diversi stadji tal-formazzjoni tagħna. Stajna wkoll nagħtu daqqa t’id l-aktar billi nagħmlu kuntatt ma’ diversi nies kif ukoll nagħmlu l-arranġamenti meħtieġa f ’Malta għal din il-laqgħa. Minħabba li ħafna minn sħabna qatt ma ġew Malta, xtaqna ngħinuhom jaraw is-sabiħ u t-tajjeb kif ukoll id-djufijiet tagħna l-Maltin. Kollox kien organizzat b’mod li kull skolastiku jifhem u japprezza aħjar il-pajjiż u n-nies li kienu ser ikunu parti mill-Provinċja l-ġdida. B’hekk huma setgħu jesperjenzaw dak li aħna u dak li nistgħu noffru. Il-Programm Fl-ewwel jum tal-laqgħa, il-Ġiżwita Taljan Fr Gianni Notari, membru tal-Kumitat li jikkoordina il-gruppi differenti, kellimna dwar ix-xogħol li qed jagħmel il-Kumitat tiegħu, b’mod speċjali ta’ dak il-grupp li qed jaħdem fuq il-kuntesti u r-rejaltajiet tat-tliet pajjiżi differenti tal-Provinċja l-ġdida blgħan li jitfassal il-Pjan Appostoliku Pastorali. Wara, Fr John Scicluna kellimna dwar l-istorja ta’ Malta u semma’ lil dawk kollha li ggvernaw lil din il-Gżira matul is-sekli sakemm Malta ħadet l-indipendenza fl-1964. Dan għen lill-iskolastiċi barranin jifħmu l-għeruq tal-kultura u l-lingwa Maltija kif ukoll il-wirt kollu Malti. Semmielna wkoll il-kuntatti li kellhom diversi Ġiżwiti li żaru Malta kif ukoll dwar il-preżenza tal-Ġiżwiti f ’Malta sakemm twaqqfet il-Provinċja Maltija fl-1947. B’din l-informazzjoni kollha huma kellhom stampa ċara u setgħu jifformulaw l-esperjenzi u li kienu ser jirċievu fi ġrajja konkreta. Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017

L-Erbgħa, is-Sur Kevin Papagiorcopulo, l-uffiċċjal inkarigat mill-komunikazzjoni flArċidjoċesi, organiżżalna laqgħa mal-Arċisqof Scicluna fil-Palazz tal-Arċisqof fl-Imdina. Mons. Scicluna qasam magħna l-esperjenza tax-xogħol tiegħu meta kien Ruma, kif jara l-knisja f ’Malta u l-irwol li għandha, dak li jagħtih konsolazzjoni, kif ukoll dak li jagħtih deżolazzjoni. Wara, Deborah Debono, żagħżugħa miċChaplaincy tal-Università, ħaditna nżuru l-grotta ta’ San Pawl u l-katakombi r-Rabat. Hawnhekk l-iskolastiċi ħadu gost tassew. Wara nofsinhar inqsamna fi gruppi żgħar u tkellimna dwar il-ħolm u l-idejat tagħna dwar il-Provinċja l-ġdida. Filgħaxija kkuntattjajna lil Fr Sebastian Caruana, l-Arċipriet tal-Mosta, u morna nieħdu sehem flimkien mal-parruċċjani fil-Quddiesa li saret bil-Malti. Il-Ħamis żorna xi komunitajiet tal-Ġiżwiti. L-ewwel morna l-Kulleġġ San Alwiġi fejn ġejna milqugħin bil-kbir b’ħafna pastizzi, sandwiches u x’nixorbu wkoll. Imbagħad, Fr Jimmy Bartolo, ir-Rettur, kellimna dwar il-kulleġġ u l-proġetti li għandhom. Wara morna ċ-Chaplaincy talUniversità fejn Fr Michael Bugeja u xi żgħażagħ spjegawlna b’liema kura kbira jsir ix-xogħol fiċ-Chaplaincy bħala ministeru kontinwu. Il-Komunità tal-Ġiżwiti biswit iċ-Chaplaincy laqgħuna għall-pranzu fejn kellna wkoll ftit ħin biex noqogħdu bilqiegħda, nitkellmu u nsiru nafu lil xulxin waqt l-ikel li kien tant tajjeb. Wara l-pranzu żorna Dar Loyola, in-Naxxar, fejn hemm l-infermerija tal-Provinċja. Wara Quddiesa flimkien mal-Ġiżwiti anzjani, nġbarna fil-kamra tal-ikel fejn, waqt li konna qed nieħdu kikkra te jew kafe b’biċċa panettone u xi ħelu ieħor, kellna l-opportunità li nitkellmu u nitħalltu malkomunità.

7

Ġiżwiti żgħażagħ

www.jesuit.org.mt


Ġiżwiti żgħażagħ

www.jesuit.org.mt

Għeluq L-iSkolastiċi jiltaqgħu mal-Arċisqof ta’ Malta

Il-Ġimgħa kienet l-aħħar ġurnata sħiħa Malta fejn kellna l-ħin nisimgħu liż-żewġ provinċjali, Fr Gianfranco Matarazzo u Fr Patrick Magro. L-ewwel kellmuna dwar l-esperjenza tagħhom tal-Kongregazzjoni Ġenerali 36 u mbagħad, millesperjenza tagħhom bħala provinċjali, qasmu magħna r-riflessjonijiet tagħhom ta’ kif jaraw lilna fil-futur. Kellna wkoll xi ħin ta’ riflessjoni bejnietna fuq dak li qasmu magħna u fejn ħassejna ’l-Ispirtu t’Alla jċaqlaqna, fejn iltqajna ma’ Ġesù matul ilġimgħa, kif ukoll il-mumenti ta’ konsolazzjoni u desolazzjoni li kellna. Naħseb li matul din il-laqgħa tal-iSkolastiċi f ’Malta kien hemm teżor moħbi – ilkollaborazzjoni, li permezz tagħha seta’ jsir kollox. Kollaborazzjoni bejnietna l-iskolastiċi, mal-Ġiżwiti Maltin u Taljani, ma’ ħbieb u kollaboraturi. Tassew kienet esperjenza li qsamna flimkien u li permezz tagħha l-Mulej berikna.

L-iSkolastiku Taljan, Giuseppe La Mela, li qiegħed jistudja l-Filosofija f’Ruma kitbilna hekk dwar il-laqgħa: Qatt ma kont ġejt Malta qabel, iżda l-mument li nżilna mill-ajruplan, ħassejtni mill-ewwel li qiegħed id-dar. Kif wasalna f ’Mount St Joseph, id-Dar tal-Irtiri, tlajt fuq il-bejt u bqajt bla kliem. Fuq naħa waħda kien hemm il-Mosta, bil-koppla enormi tal-knisja parrokkjali li togħla ’l fuq mill-bini l-ieħor kollu, li mqabbel magħha l-bini jidher żgħir ħafna. Meta ddur fuq il-lemin, tara l-Imdina, belt sabiħa mdawwra bis-swar li fakkritni f ’Noto, Sqallija, iżda b’dik id-daqsxejn xejra tal-Lvant Nofsani. Fil-Belt Valletta ukoll ħassejtni qrib ħafna Sqallija.

8

Imbagħad darba filgħaxija meta konna qed nimxu fit-toroq tal-Mosta, ħassejt sens ta’ familjarità daqsxejn stramba. Id-Dar tal-Irtiri tinsab f ’tarf tal-Mosta u fid-djar u l-ħwienet bdejt qisni nagħraf xi ħaġa li ma stajtx naqbad x’inhi. Did-darba ma kinitx Sqallija li bdejt nagħraf. Bdejt inħossni qisni miexi fit-toroq ta’ xi lokal f ’Londra, fejn għext, bħal Stoke Newington jew Walthamstow, imma dejjem b’dik id-daqqa orjentali li tikkaratterizza l-gżira u tagħmilha unika. Matul din iż-żjara ta’ ġimgħa, Fr Gianni Notari kellimna fuq ix-xogħol li kien qed isir biex titwaqqaf il-provinċja l-ġdida. Fr John Scicluna kellimna fuq l-istorja reliġjuża u politika ta’ Malta kif ukoll fuq l-istorja tal-Provinċja. Żorna ċ-Chaplaincy tal-Università, il-kulleġġ ta’ San Alwiġi u l-Infermerija tal-Provinċja, in-Naxxar, fejn il-Ġiżwiti anzjani tkellmu bit-taljan tajjeb ħafna, u laqgħuna ħafna. Fl-Imdina ltqajna mal-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles J. Scicluna, bniedem ta’ spiritwalità profonda kif ukoll ironiku, li jħobb ħafna l-‘poplu’ tiegħu Ħadna sehem ukoll f ’Quddiesa bil-Malti, illingwa li hija frott tal-istorja li Fr John kellimna dwarha, lingwa msawwra mill-għarbi, taljan, sqalli u ngliż. Malta hija pont bejn l-iLvant u l-Punent. Hija gżira żgħira ħafna iżda kapaċi tiflaħ teżor kulturali kbir ħafna. Ma nistax naħseb f ’post aħjar minn Malta biex nitħaddtu fuq it-twelid ta’ Provinċja ġdida, ħolqien ġdid u krejattiv li hu aktar milli sempliċement qed tgħaqqad żewġ partijiet flimkien. Id-Direttur Spiritwali li kelli Londra, il-Ġiżwita David Stewart, matul id-dixxerniment tiegħi kien qalli dan il-kliem, li smajt ħafna Ġiżwiti jgħiduh: “Inti ma tidħolx fi Provinċja għax din hi biss għal skopijiet amministrattivi. Imma tidħol filKumpanija Universali.” Meta bdejt in-novizzjat kelli l-privileġġ li nesperjenza l-universitalità tal-Kumpanija: f ’din il-mawra f ’Malta kont akkumpanjat minn Maltin, Rumeni u issa fil-filosofat minn Spanjoli wkoll. Il-laqgħa tal-iSkolastiċi kienet okkażjoni fejn qsamna flimkien ħolm, tamiet, diffikultajiet u biżgħat. Kienet mezz fejn stajna nisimgħu lil xulxin u nsiru nafu aħjar lil xulxin, niskopru kemm aħna differenti minn xulxin u li dan mhux theddida iżda rikkezza, għax aħna m’aħniex imsejħin biex ningħalqu fl-individwalità tagħna u nikkanċellaw id-differenzi kollha tagħna. F’Evangelii Gaudium il-Papa Franġisku kiteb: ‘Il-mudell mhux il-globu – li mhux aqwa millpartijiet – fejn kull punt hu mbiegħed indaqs miċ-ċentru u m’hemmx differenzi bejn punt u l-ieħor. Il-mudell hu l-priżma, li tirrifletti l-għaqda flimkien tal-partijiet kollha li fiha jżommu xorta l-oriġinalità tagħhom.’ (no.236) Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


Imħatri mal-Mulej

F’nofs Awwissu, fis-sħana tas-sajf tas-sena l-oħra, in-Novizz tagħna Josef Beck, flimkien ma’ novizz ieħor Taljan, għamlu wieħed mill-esperimenti li jsiru matul in-novizzjat – mixja twila, mingħajr flus u mowbajl. Josef jaqsam mal-qarrejja tagħna l-esperjenzi li għaddew minnha.

“Skużani, forsi domanda mhux tas-soltu: aħna żewġ pellegrini, qed nagħmlu pellegrinaġġ mingħajr flus u mowbajl, għallijista’ jkun m’għandekx xi ħaġa tal-ikel għalina?” Din kienet it-talba li konna nagħmlu kuljum matul l-esperjenza tal-pellegrinaġġ fil-faqar. Dan il-pellegrinaġġ, jiġifieri mixja ta’ madwar 300km, isir bħala parti mill-formazzjoni fl-ewwel sena tan-novizzjat ta’ Ġiżwita. Nintbagħtu fi gruppi ta’ tnejn mingħajr flus u mingħajr mobajl, u nġorru biss backpack bi ftit affarijiet essenzjali: tibdila ta’ ħwejjeġ, sleeping bag, sapuna u mappa bi ftit indikazzjonijiet. Tul it-triq nittallbu kollox: ikel, xorb u post fejn norqdu għal-lejl, u ma naċċettawx flus jew donazzjonijiet. Nistaqsu lil nies li ma nafuhomx u ma għandna xejn ippjanat jew ibbukjat. Insegwu l-esperjenza ta Sant’Injazju wara l-konverżjoni tiegħu li għamel ħafna snin jittallab l-karità fit-triq: nippreżentaw lilna nfusna bħala pellegrini, mingħajr ma ngħidu li aħna Ġiżwiti. Esperjenza ta’ fiduċja fil-Mulej, Mulej li jħobbna, li jaf x’għandna bżonn, ġeneruż u li jieħu ħsiebna: pass pass u kull fejn inkunu. Jien kont ma’ sieħbi in-novizz Guido, it-tnejn li aħna nħobbu l-avventura, lesti għall-mixi, u għall-isfida. Fil-15 ta’ Awwissu bdejna l-avventura tagħna: avventura ta’ 300km li ħaditna minn Piacenza sa Ravenna, l-Italja. Jekk ma kellna xejn ċert, sa mill-bidu, kellna żewġ punti ċari u definiti. L-ewwel hi d-destinazzjoni ċara ta’ fejn kellna naslu (u nittamaw li norqdu) filgħaxija. Konna nippjanaw ħafif ħafif it-triq fuq il-mappa ġurnata b’ġurnata bil-lokalitajiet li se ngħaddu minnhom; fejn stajna nieħdu pawsa; insibu l-ilma u rħula fejn hemm in-nies, bit-tama li xi ħadd qalbu tajba nsibu. It-tieni kienet xewqa, li tul il-ġranet saret kważi mħatra: konna nistiednu lil xulxin naħsbu fl-iktar ħaġa li xtaqna dak il-jum (forsi xi ħaġa tal-ikel partikolari, xi post fejn norqdu) biex inkunu ‘ċari mal-Mulej’ b’dak li xtaqna. Tul l-erbatax ilġurnata li konna fil-vjaġġ, l-imħatri u l-aspettativi Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017

li konna nixtiequ kienu dejjem ogħla, u xtaqt allura nirrakkonta żewġ ġrajjiet li baqgħu miegħi. Viva l-puncture! Kuljum konna nippjanaw li nixmu madwar 25km. Spiss id-destinazzjoni deċiża filgħodu kienet tfisser nimxu l-ġurnata kollha u allura meta naslu fil-villaġġ li ridna jkun diġà tard: jekk ma konniex insibu post fejn norqdu kienet tfisser li norqdu barra, dan għaliex il-villaġġ ta’ wara kien ikun xi siegħa jew iktar mixi żejjed u kien ikun tard wisq. U hekk ġara fit-tielet ġurnata tagħna. Konna diġa mxejna 25km (xi 6 sigħat), kienu madwar it-3 ta’ wara nofsinhar, konna għajjenin mejta u t-temperatura kienet ta’ xi 35 gradi. Wasalna f ’villagg bilkemm jidher f ’nofs kilometri ta’ raba’. Il-ħwienet kienu magħluqin, il-knisja magħluqa, u l-anqas ruħ ma kienet tidher fit-triq. Konna għajjenin mejta, u wara ħames minuti ta’ pawsa, indunajna li kellna tant uġigħ f ’saqajna li anqas flaħna nqumu bilwieqfa. Il-ħsieb li konna se norqdu barra jekk ma nsibux post hawn beda jberren, verament, pass ieħor ma flaħniex nagħmlu. Inħarsu ’l hawn u ’l hinn nilmħu maġenb ilknisja id-dar tal-kappillan u dar tax-xjuħ. Guido xtaq inċempel id-dar tax-xjuħ, imma jien għedtlu aħjar nipprovaw għand il-kappillan. Ersaqna lejn il-grada, iżda ħadd ma kien jidher. B’qalbi tħabbat sitta sitta, ċempilt l-intercom, u wieġeb leħen “Min hemm?” Jien, inlaqlaq bit-taljan, weġibt “Em skużani aħna żewġ pellegrini, qed nagħmlu pellegrinaġġ, em pellegrinaġġ fil-faqar.” Weġibni “Ok tini sekonda” u qata’. F’moħħi għidt “Daqshekk. Żgur ma jiġix u għal barra llejla”. Ftit wara, raġel, liebes T-Shirt u shorts għal fuq ir-rota, fetħilna l-grada. Ippreżentajt lili nnifsi “Għandi pjaċir jien Giuseppe (bit-taljan għal Josef) u dan Guido, kif għedt qed nagħmlu din il-mixja.” Dan ir-raġel tilef it-tbissima, u xi ftit skantat qalilna “Għandi pjaċir jien Don Giuseppe Guido!

9

pellegrinaġġ mhux tas-soltu

www.jesuit.org.mt


pellegrinaġġ mhux tas-soltu

www.jesuit.org.mt

In-novizz Ġiżwita Malti Josef Beck (fuq in-naħa tal-lemin) man-novizz Taljan Guido, li għamlu l-pellegrinaġġ fil-faqar flimkien

Ma nistax inħallikom barra għax jisimkom bħali! Għaddu!” U hekk laqagħna ġod-dar, uriena s-sala fejn stajna norqdu u nieħdu doċċa. Hekk kif issetiljajna, intfajna nitkellmu ma’ Don Giuseppe u sirna nafu li jħobb ħafna ċ-ċikliżmu u li joħroġ bir-rota kuljum wara nofsinhar... Qalilna wkoll li sfortunatament sab puncture u kien għalhekk li sibnieh id-dar dakinhar għax kieku kien ikun fuq ir-rota. Mingħajr ma kien jaf, il-puncture ta’ Dun Giuseppe kienet l-ikbar grazzja tagħna biex insibu post u l-ikel dak inhar! Għandek aptit nieklu Ċiniż? Nammetti li l-kċina Taljana tajba ħafna, imma jkolli nistqarr li darba kultant ikla orjentali togħġobni wkoll! Ġurnata minnhom, kien ħin il-pranżu u konna ninsabu ftit ’il barra miċ-ċentru ta’ Ferrara. It-tnejn li aħna kellna l-ġuħ, anke jekk konna iddeċidejna li nagħmlu sforz u naslu fiċċentru qabel ma nistaqsu għall-ikel. Guido kien miexi ftit passi qabli, hekk kif fuq illemin tiegħi nara restaurant Ċiniż. Ma tgħaddiex sekonda wara li kont ħsibt dan, Guido jdur fuqi u jistaqsini “Isma’ m’għandekx aptit ċiniż hux?” Għedt ġo qalbi li bħal donnu qrali moħħi, u filpront għedtlu “Iva mhux xorta, nipprovaw, l-iktar l-iktar jgħidulna le!” Dħalna ġewwa, u rajt kif il-klijenti li kien hemm għall-ikel kollha kienu libsin pulit, ir-restaurant kien miżmum tajjeb u ta’ ċertu stil. Tilqagħana

10

tfajla ċiniża u qabel ma staqsietna jekk irridux mejda, Guido fissrilha ċar is-sitwazzjoni tagħna: “Aħna qegħdin nagħmlu pellegrinaġġ bla flus. M’għandkomx xi ħaġa tal-ikel għalina?” It-tfajla baqgħet kalma u qaltilna nistennew ftit, marret tkellem wieħed raġel, u t-tnejn ġew flimkien ħdejna u qalilna: “Ejjew miegħi ħa nurikom il-mejda.” Morna warajhom u staqsewna, “Din ilmejda tajba għalikom?” Waqt li jqegħdilna flixkun ilma fuq il-mejda qalilna “Hawnhekk buffet: qumu u ħudu li tridu u kemm tridu, tistħu xejn!” Meta poġġejna bilqiegħeda, Guido u jien ħarisna lejn xulxin skantati b’dak li kien għadu kif ġara: Guido, b’nofs daħka, qalli: “Mela llum nieklu ċiniż!” Mur għidli li proprju fil-pellegrinaġġ filfaqar kelli naqta’ aptit tant partikolari! Għedtli li ridt kamra? Kif għedt, Guido u jien m’aħniex it-tip li noqogħdu nilagħbu bil-kliem, u wara kollox tagħmel parti mill-ispiritwalità injazjana li nkunu ċari dwar ix-xewqat u l-biżgħat tagħna! Għodwa minnhom, ix-xewqa tagħna kienet “Mulej, mhux li illejla ssibilna kamra b’saqqu fejn norqdu.” Wasal filgħaxija, u wasalna wkoll filvilaġġ fejn xtaqna nsibu post fejn norqdu. Dħalna f ’knisja fejn sibt żewġ nisa jitolbu r-rużarju, u wara li ma sibna lil ħadd fis-sagristija, bi ftit mistħija waqqafniehom biex nistaqsuhom jekk jafux jekk kienx hemm il-kappillan għax konna qegħdin infittxu post fejn norqdu. Għall-ewwel ma dehrux Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


In-novizz Josef Beck man-novizzi l-oħra finnovizzjat tal-Ġiżwiti, Ġenova. Jidher ukoll f’nofs il-grupp in-novizz Malti Daniel Borg.

wisq interessati fil-kawża tagħna, u qatgħulna d-diskors billi qalulna li kien impossibli nsibu qassis fir-raħal għax kollha kienu bnadi oħra. Xi ftit rassenjati għallpossibbilita’ li dakinhar norqdu barra, baxxejna rasna. Imma waħda qaltilna “Stennew ftit forsi nsib lil xi ħadd”. Fil-pront qabdet iċċempel kull qassis li kienet taf fiż-żona bit-tama li xi ħadd kien għadu fir-raħal. “Ħa ngħidilkom” qaltilna, “Nofsiegħa mixi minn hawn, hemm knisja fejn suppost hemm xi ħadd. Morru, jien nilħaq nipprova nċempel biex kif eżatt ilesti mill-quddies ma jitlaqx u jistenniekom. Morru.” Tlaqna bit-tama li nilħqu lill-qassis qabel ma jitlaq, u minkejja l-għejja, irnexxielna naslu quddiem il-knisja fejn sibna lill-qassis jitkellem ma’ xi parruċċani quddiem iz-zuntier. Bħas-soltu ppreżentajna lilna nfusna bħala pellegrini, imma hu donnu ma weriex interess. Hekk kif għedtlu l-istorja tagħna, tfalja li kienet ħdejh tkellmu, kollha entużjażmata, qaltilna li kienet lesta tħallsilna pizza għal filgħaxija. Ilqassis ħares lejna u qalilna: “Ok, tuni 10 minuti. Ħa mmur inġib il-karozza u neħodkom fejn tistgħu torqdu illejla.” Meta ġie bil-karozza, rkibna u tlaqna. Waqaf quddiem dar u wriena l-bieb u qalilna: “Hawn, għandkom iċ-ċwievet. Kollu tagħkom. Din dar ftit ilu ġiet irranġata għaż-żgħażagħ talparroċċa u bħalissa vojta. Sajru li tridu, għada filgħodu saħħnu l-ħalib u għamlu l-kafe, hawn ara xtrajtilkom ftit biskuttini. Xi ħaġa fil-kxaxen hemm żgur. It-tfajla li ltqajtu magħha tiġi bilpizza iktar tard. Għada wara l-breakfast, ħallu ċ-ċwievet fil-letter box”. Jien bqajt b’ħalqi miftuħ, miblugħ b’dak li kien għadu kif ġara niftakar fl-imħatra tal-ġurnata. Dar, bi kċina, 3 swali mimlija sodod – 15-il sodda minn fejn nagħżlu biex inkun preċiż – 3 kmamar tal-banju bis-shower u ilma sħun. “Guido, forsi mhux eżatt il-kamra li xtaqt, imma naħseb dar sħiħa bi kċina mhux ħażin anqas!” Allura rqadtu barra? Il-pelleġrinaġġ kien esperjenza li ppruvat illimiti fiżiċi, spiritwali u emozzjonali tagħna. Anke jekk konna fil-famuża Pjanura Padana fejn konna biss naraw orriżżonti ta’ toroq ċatti bla tmiem, żġur li dak li għexna kien baħar ta’ emozzjonijiet kontinwi: il-ferħ u s-serħan meta xi ħadd kien jilqagħna u konna nserrħu rasna li għal-lejl

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017

ieħor il-Mulej ħa ħsiebna u ma rqadniex barra; il-mumenti ta’ qtigħ il-qalb meta ġieli l-anqas biċċa ħobż ma tawna jew ġejna ġġudikati bħala “nies li m’għandomx x’jagħmlu b’ħajjithom” u d-drabi fejn l-uġigħ f ’saqajna wara ġurnata mixi fix-xemx kien ikun tali li qas konna nifilħu nqumu minn bilqiegħda. Forsi l-mistoqsija tagħna kienet tħalli impressjoni: “Kif jista’ jkun tagħmlu dan kollu mingħajr xejn? X’mistħija tistaqsu nies ma tafuhomx biex torqdu għandhom!” Xi wħud forsi jiddeskrivu dak li għexna bħala fortuna, jew bħala serje ta’ kumbinazzjonijiet li ġewna żewġ. Imma jien nemmen li kienet xi ħaġa wisq iktar minn dan. Aħna konna nafu li ma kellna xejn, u kull ħaġa li rċivejna kienet rigal, u kull rigal hu okkażżjoni ta’ ferħ u mument biex ngħidu grazzi. Fi ħmistax-il ġurnata dejjem kilna u qatt ma rqadna barra. Il-providenza ta’ Alla li permezz ta’ ħaddieħor, jiġifieri tan-nies li ltqajna magħhom tul it-triq, uriena kemm fil-qalb ta’ ħafna bnedmin hemm il-preżenza tiegħu, li ġejna milqugħin mingħajr ma jafu min aħna, li ġieli fdawna f ’darhom. U għalhekk, quddiem il-możajċi tal-Bażilika ta’ San Vitale ġewwa Ravenna, Guido u jien ħarisna lejn xulxin, kommossi b’memorji ta’ nies u esperjenzi impekkabli: “Għamilnieha!” Wara 300km u erbatax-il ġurnata ta’ mixi, għidna t-talbiet tagħna ta’ ringrazzjament: Grazzi lill-Mulej li fdajna li se jieħu ħsiebna, u li hekk għamel tassew. Grazzi tal-Providenza tiegħu, li permezz tan-nies li ltqajna magħhom, dak kollu li kien hemm fil-qalb tagħna u xtaqna spiss ġie mismugħ. Anke jekk, ikolli ngħid, tlift ħafna imħatri malMulej dawn il-gimgħatejn, naf li hu Mulej li jieħu ħsiebi, li jaf x’hemm f ’qalbi, li jaf x’nixtieq: pass pass, kull fejn inkun.

11


Spiritwalità

Miktub minn Fr Arthur G. Vella SJ

Spiritwalità Injazjana Id-Dixxerniment Spiritwali Wara s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-familja,

il-Papa Franġisku, fid-19 ta’ Marzu, 2016, ħareġ l-Ezortazzjoni Appostolika “Il-Ferħ tal-Imħabba” (Amoris Laetitia - AL). FitTmien Kapitlu, tad-dokument, bit-titlu ta’ “Insieħbu, niddixxernu u nintegraw lid-dgħajjef” jittratta dwar kazijiet u sitwazzjonijiet ta’-miżżewġin u oħrajn. Fl-Ezortazzjoni, u speċjalment fit-tmien kapitlu, il-Papa juża ħafna l-kelma “dixxerniment” li tfisser ħafna għall-Ġiżwiti li jużawh ħafna. Il-Papa jipproponi x’jista’ jsir biex negħjnu dawn il-persuni. Xi Isqfijiet barra minn Malta ħarġu Linji Ġwida dwar dak li pproponi l-Papa. F’Jannar, 2017, l-Isqfijiet Maltin ukoll ippubblikaw “Kriterji għall-applikazzjoni” ta’ Kapitlu 8. Fl-14 ta’ Frar, l-Arċisqof Charles J. Scicluna laqqa’ lis-saċerdoti u għamel kummentarju dwar il-Kriterji tal-Isqfijiet. Fil-bidu tal-laqgħa, Fr Arthur G. Vella, S.J. spjeġa fil-qosor x’inhu u kif isir id-dixxerniment. Qiegħdin nippublikaw iddiskors tiegħu għax id-dixxeriment jgħin lil kulħadd anke fil-ħajja ta’ kuljum. 12

L-Għan tad-dixxerniment L-għan tad-dixxerniment spiritwali hu li nagħrfu u nwettqu r-rieda ta’Alla. Nibdew billi nżommu quddiem għajnejna li l-għan u l-missjoni ta’ Ġesù huma li jwettaq dejjem u f ’kollox ir-rieda ta’Alla Missieru: “U min bagħtni, huwa miegħi, ma telaqnix waħdi, għax jiena dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu” (Ġw 8, 29). B’dil-kelma u l-eżempju ta’ Ġesù aħna wkoll nixtiequ nwettqu r-rieda tal-Mulej Ġesù fil-ħajja tagħna u fixxogħol pastorali kollu tagħna. Ġesù jgħidilna wkoll biex nagħrfu naqraw issinjali taż-żmenijiet: “wiċċ l-art u wiċċ is-sema tafu tagħrfuh, imma s-sinjali ta’ dan iż-żmien kif ma tafux tagħrfuhom?” (Lq 12, 56). Fil-ħajja pastorali tagħna nżommu wkoll quddiem għajnejna kif San Pawl fl-Ittra tiegħu lir-Rumani jħeġġiġhom biex fil-missjoni kollha tagħhom jistaqsu u jfittxu xi jrid il-Mulej fil-ħajja tagħhom u għalhekk jiktbilhom: ‘Timxux max-xejra ta’ din id-dinja, iżda nbiddlu skont it-tiġdid ta’ fehmietkom, biex iseħħilkom tagħrfu1 iktar x’inhi r-rieda ta’Alla, x’inhu t-tajjeb li jogħġbu, x’inhu perfett” (Rum 12, 1-2). Fl-Ewwel Ittra tiegħu lit-Tessalonikin San Pawl jinsisti fuq il-ħtieġa li jiddixxernu r-rieda tal-Mulej (ara I Tess. 5:16-20) u San Ġwann fl-Ewwel Ittra lill-Komunitajiet tal-Insara jħeġġiġhom biex jistħarrġu l-ispirti biex jaraw ikunux ġejjin minn Alla. (ara I Ġwann. 4:1-2). Mela li l-għan ewlieni ta’ kull dixxerniment spiritwali hu li nagħrfu r-rieda ta’Alla hu punt fundamentali li rridu nżommuh dejjem quddiem għajnejna. Il-kriterji tal-Isqfijiet għall-applikazzjoni tal-kapiltu 8 ta’ l-Amoris Laetitia, f ’numru 10 juru li, jekk ilfrott ta’ proċess ta’dixxerniment, magħmul b’ “umiltà, diskrezzjoni, imħabba lejn il-Knisja u t-tagħlim tagħha, fit-tiftixa sinċiera tar-rieda ta’ Alla u fix-xewqa li wieħed jasal għal tweġiba iżjed perfetta għaliha” (AL 300), persuna separata jew divorzjata li tkun f ’rabta ġdida tasal - b’kuxjenza iffurmata u mdawla - li tagħraf u temmen li hi f ’paċi ma’Alla ma tistax tkun imċaħħda milli tersaq għas-Sagramenti tal-Qrar u tal-Ewkaristija (ara AL, noti 336 u 351) Dwar dan id-dixxerniment ser nipprova nagħti punti flimkien ma xi tifsiriet u riflessjonijiet. Dixxerniment Spiritwali L-ewwelnett inżommu quddiem għajnejna li dan hu Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


www.jesuit.org.mt

dixxerniment spiritwali; nafu li hemm dixxernimenti oħra, bħal dixxerniment soċjali, etiku, maniġerjali... Dan id-dixxerniment hu spiritwali għax huwa filqasam tal-fidi; hu proċess li jmur ’l hemm minn ġudizzju għaqli jew etiku, minn analisi soċjali, għax jidħol fl-esperjenza tal-Ispirtu t’Alla, tar-relazzjoni tagħna intima ma’ Alla, mal-profond tagħna nfusna fejn hemm jgħammar Alla nnifsu - u għalhekk hu dixxerniment spiritwali. Il-kelma ‘dixxerniment’, kemm mililsien Grieg, dia-krinein, li tfisser li wieħed ifittex u jagħraf jiddistingwi, kif ukoll mil-Latin dis-cernere: cernere li tfisser ‘tara’ u dis li turi l-ħtieġa li tagħmel iddistinzjonijiet meħtieġa ħalli tkun tista’ tara u tagħraf sewwa, f ’dak li qiegħed tiddixxerni, d-differenzi bejn sitwazzjoni u oħra, bejn raġuni u oħra – juru li l-kelma stess ‘dixxerniment’ tfisser dan l-istħarriġ biex tagħraf tagħżel bejn raġuni u oħra, bejn ‘mozzjoni’-‘ispirazzjoni’ tajbin u oħrajn...

jiġbor id-data kollha meħtieġa. Min ikun qed jgħin jew jakkumpanja jista’ jagħti j-għajnuna tiegħu billi jistaqsi biex ifakkar x’seta’ wassal għal dan id-dixxerniment u jgħinu jiżen sewwa l-qawwa u l-influss tal-kultura u tas-soċjeta tallum, tal-midja, tal-valuri, jew psewdo-valuri, b’mod partikulari fit-trobbija, fiż-żgħożija, fil-familja, fixxogħol/professjoni. Dan kollu biex fl-istudju tad-data jkun hemm sinċerità u oġġettività dwar il-verità

Esperjenza ta’ talb Importanti li nżommu dejjem quddiem għajnejna li dan id-dixxerniment huwa esperjenza ta’ fidi u għalhekk ma jistax ma jkunx mill-bidu sal-aħħar il-frott tarrelazzjoni tagħna personali ma’ Alla, u dan ifisser eżerċizzju, esperjenza ta’ talb. Ir-rieda u x-xewqa ta’ persuna, meta se tibda d-dixxerniment trid tkun ċara; dan ifisser, li l-għan ewlieni jkun li twettaq u tgħix ir-rieda t’Alla. Għalhekk, il-ħtieġa tat-talb biex il-Mulej ikun id-dawl u jħeġġeġ ir-rieda ta’ min ser jagħmel id-dixxerniment biex tkun marbuta ma’ dak li Alla jrid minnha. Jekk din ir-rieda tkun nieqsa u l-persuna tkun għadha bejn ħaltejn jekk tridx tassew tagħmel ir-rieda t’Alla, tkun xi tkun, m’għandhiex tibda d-dixxerniment! Għalhekk, trid titlob iktar biex bil-qawwa tal-Ispirtu t’Alla jkollha rieda qawwija li tfittex u twettaq ir-rieda t’Alla u din tkun fil-qalb u l-moħħ ta’ min jagħmel iddixxerniment mill-bidu sal-aħħar. Kriterji Insemmu l-kriterji meħtieġa biex min jagħmel dan id-dixxerniment spiritwali ta’ fidi jagħraf jasal għal dak li l-Mulej irid minnu. 1) Id-Data L-ewwel ħaġa mportanti hi li min qed jagħmel id-dixxerniment jagħraf sewwa l-fatti, id-data, it-tagħrif kollu meħtieġ dwar il-ġrajja jew ġrajjiet li wasslu għall-qagħda preżenti; jagħraf ukoll irresponsabbilitajiet tiegħu jew tagħha marbutin mal-fatti. Għal dan it-tagħrif ħafna drabi jkun hemm bżonn ta’ għajnuna minn min jissieħeb miegħu u qed jakkumpanjah matul dan id-dixxerniment biex igħinu Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017

tal-qagħda sħiħa li dwarha qed isir id-dixxerniment. 2) Il-libertà Interjuri Il-libertà interjuri jew il-libertà tal-qalb hi fundamentali fid-dixxerniment. Din hi meħtieġa biex min qed jagħmel id-dixxerniment jistudja, jeżamina, u jifhem sewwa l-ewwelnett il-fatti, il-ġrajjiet li għadda jew għaddiet minnhom u li għaddejjin minnhom issa. Din il-libertà interjuri nistgħu narawha sewwa u aħjar meta nkunu qed neżaminaw u nixtarru r-raġunijiet kemm dawk li huma favur u kemm dawk li huma kontra. Għaliex hi hekk importanti dil-libertà? Għax mingħajr dil-libertà tal-qalb min qed jagħmel id-dixxernment jista’ jkun faċilment maħkum minn ġibdiet, rabtiet diżordinati, li mhux malajr jintebaħ bihom. Nista’ nsib il-fatti, id-data, iżda biex naqrahom u nifhimhom sewwa nkun imfixkel mill-ġibdiet diżordinati li sibt jew qed insib ruħi fihom u għalhekk ma nkunx qiegħed inkun fit-triq it-tajba, għax ġewwa fija jkun hemm l-għira, ilpika, l-interessi personali ġejjin mill-egoiżmu u rabtiet oħra li mhumiex qed iħalluni nara l-verità tal-fatti.

Fr Arthur G. Vella SJ jispjega kif isir iddixxerniment. Jidher ukoll l-Arċisqof Charles J Scicluna. Ritratt: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja

3) Ir-Raġunijiet Favur u Kontra Din it-triq hekk imsejħa ta’ libertà interjuri hija t-triq li trid takkumpanja d-dixxerniment il-ħin kollu

13


Spiritwalità

www.jesuit.org.mt

biex naqraw sewwa u nixtarru b’mod oġġettiv r-raġunijiet favur jew kontra. Min jakkumpanja u qed jgħin fid-dixxerniment jista’ jagħmel mistoqsijiet li jdawwlu aktar lil min qed jagħmel id-dixxerniment biex b’sinċerità jintebaħ li qed ikun maħkum minn xi qawwiet li ma jħalluhx liberu jaqra sewwa u b’mod ċar ir-raġunijiet favur jew kontra. Dil-libertà nterjuri twassal għall-verità dwar is-sitwazzjoni kollha kif inhi, għall-verità li teħlisna. 4) Tixtarr u Tiżen Id-dixxerniment jitlob li nixtarr u niżen sewwa r-raġunijiet favur u kontra dwar dak li rridu nieħu deċiżjoni dwaru. Biex inkunu nistgħu nagħmlu dan b’mod oġġettiv, hi ħaġa ta’ siwi li r-raġunijiet favur u kontra ma jingħatawx flimkien f ’laqgħa waħda; iżda f ’żewġ ħinijiet jew laqgħat separati. Għalhekk, l-ewwel jiġu eżaminati u miqjusa sewwa r-raġunijiet li huma favur bla ma wieħed jaħseb f ’dawk li huma kontra, imbagħad f ’ħin ieħor naraw biss ir-raġunijiet li huma kontra. B’dan il-metodu nkunu aktar oġġettivi biex inqisu sewwa r-raġunijiet favur u kontra. Dan igħodd kemm jekk id-dixxerniment ikun personali u kemm jekk komunitarju. Din kienet l-esperjenza ta’ San Injazju stess u sħabu f ’dixxerniment komunitarju. 5) Muvimenti tal-Ispirti: Konsolazzjoni – Deżolazzjoni Min ikun qed jakkompanja fid-dixxerniment irid igħin ukoll f ’dawk li Sant’Injazju jsejjħilhom ‘muvimenti tal-ispiriti’. Bi ‘spirti’ qed nifhmu qawwiet li nħossu ġewwa fina, li jissejħu wkoll mozzjonijiet, li huma differenti minn emozzjonijiet, emotions. Fid-dixxerniment ngħaddu minn din l-esperjenza li titlob ħafna ħsieb, attenzjoni u riflessjoni fit-talb. Min qed jagħmel iddixxerniment irid jara sewwa u jeżamina dawn il-muvimenti tal-qalb, il-ġibdiet, qawwiet li jkun għaddej minnhom meta jkun qed jaħseb jew jitlob dwar id-deċiżjoni li jrid jieħu. Dawn ilmuvimenti li jkollna ġewwa fina jistgħu jġibulna faraġ u jistgħu jġibulna dieqa, konsolazzjoni jew deżolazzjoni. Dawn il-qawwiet jew mozzjonijiet jistgħu jkunu ġejjin mill-Ispirtu t’Alla, l-Ispirtu s-Santu, jew mill-ispirtu ħażin jew mill-isprtu tad-dinja, jew minn sitwazzjonijiet umani jew psikoloġiċi. Xi jħallu fina dawn il-mozzjonijiet? Jekk faraġ jew konsolazzjoni, dan sinjal li jkunu ġejjin minn Alla. Dan ifisser li ngħaddu minn esperjenza li tnissel fina l-vera paċi tal-qalb, frott tal-Ispirtu Qaddis. Iżda mhux faċli tagħraf jekk din hix il-

14

vera paċi li qed jagħtini Alla u mhux xi emozzjoni li ġejja minn sentimenti umani marbutin l-aktar ma’ ħwejjeġ li jogħġbuni għax huma ta’ interess personali u ta’ pjaċir għalija u għalhekk ‘inħossni tajjeb’! Il-vera paċi hi dik li hi frott tal-Ispirtu s-Santu, li Alla jnissel fil-qalb u li tnissel fija l-hena ġewwinija bħala sinjal li Alla jridni nagħmel dan għax hekk hi r-rieda tiegħu. Meta ngħaddu minn deżolazzjoni jew djieqa f ’dak li qed niddixxernu jekk għandniex nagħmluh jew lé, dan hu sinjal li mhux skont ir-rieda t’Alla. F’dan il-mod ta’ dixxerniment, tal-esperjenza tal-muvimenti tal-ispirti, min qed jagħmel iddixxerniment irid ikun ħafna attent biex fi spirtu ta’ talb jagħraf sewwa dawn il-muvimenti. Sant’ Injazju joffri wkoll Regoli biex jgħinu lil min qed jagħmel id-dixxerniment biex jagħraf sewwa meta hemm il-vera konsolazzjoni u l-vera deżolazzjoni, biex jagħraf jiddixxerni l-mozzjoni li qed tassew turih ‘dak li trid minni inti, Mulej’. Sant’Injazju ta’ Loyola ■ Jikteb: “jeħtieġ li nżommu bħala skop l-għan li għalih ġejt maħluq”. San Injazju qabel kollox iżomm li fid-dixxerniment inżommu l-għan ewlieni ta’ ħajjitna: ‘l-glorja t’Alla u s-salvazzjoni ta’ ruħna’. Dan l-għan ta’ ħajjitna hu bħal dawl jixgħel dejjem ġewwa fina, dawl li jakkumpanjana dejjem fid-dixxerniment. ■ Injazju ħalla wkoll fl-Eżerċizzi Spiritwali din it-talba prezzjuża għal waqt id-dixxerniment : ‘Nitlob l’Alla Sidna li jogħġbu jqanqal irrieda tiegħi u jqiegħed f ’ruħi dak li għandi nagħmel dwar din il-ħaġa, dak li jkun iżjed ta’ ġieħ u glorja għalih, hekk li meta niġi biex nirraġuna fuqha, nirraġuna sew u dritt, u meta niġi biex nagħżel, nagħżel skont ir-rieda tiegħu l-iżjed qaddisa u kollha tjubija.’(Eż.Spir 180). Dan ifisser li waqt li jagħti tifsiriet, direttivi u regoli dwar id-dixxerniment, Injazju stess, waqt li jkun f ’dixxerniment, jitlob biex ikun meħud personalment u qabel kollox f ’relazzjoni intima u qawwija tiegħu nnifsu mal-perusna ta’ Ġesù Kristu. ■ Fl-aħħar Sant’Injazju jissuġġerixxi wkoll li wara li temmejt id-dixxerniment u ħadt iddeċiżjoni, titlob lill-Mulej ‘il-grazzja li ttini xi sinjal ta’ konferma’ li d-deċiżjoni li ħadt hi skont ir-rieda qaddisa tiegħu.

Talba: ‘Mulej, agħmel bija dak li trid minni u għinni issa biex nwettqu. Inħalli kollox f’idejk b’tama sħiħa li inti tibqa’ dejjem miegħi.’

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


www.jesuit.org.mt

’l Hawn u ’l Hemm

mal-Ġiżwiti

F’167 sena, 4,000 ħarġa

Jiggradwa fl-Arkeoloġija Fl-10 ta’ Jannar, Fr Josef Mario Briffa ddefenda b’suċċess it-teżi tiegħu tad-dottorat fl-arkeoloġija. Hu kien ilu jistudja għall-erba’ snin fl-Istitut tal-Arkeoloġija ta’ University College ta’ Londra. It-teżi, bit-titlu The Figural World of the Southern Levant during the Late Iron Age, tiffoka fuq l-interpretazzjoni ta’ l-istatwetti tal-fuħħar fl-Art Imqaddsa, bejn id-disa’ u s-sitt seklu qabel Kristu. Fr Briffa issa jinsab lura Ruma fl-Istitut Bibliku, u minn nofs Frar beda jgħallem korsijiet fl-arkeoloġija u storja antika f ’Ruma u f ’Ġerusalemm. Nifirħulu u nawgurawlu barka fil-ħidma tiegħu.

Ir-rivista La Civiltà Cattolica twaqqfet millĠiżwita Fr Carlo Maria Curci fl-1850 f ’Napli biex jiddefendi “iċ-ċiviliżżazzjoni kattolika”. Ir-rivista toħroġ darbtejn fix-xahar u għandha iktar minn 15,000 qarrej. Is-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan jibgħat kopja f ’kull Nunzjatura. Meta l-uffiċċji editorjali ttrasferew minn Napli għal Ruma, ir-rabta tar-rivista mal-Vatikan saret qawwija u r-rivista kienet titqies bħala l-leħen mhux uffiċċjali tal-Vatikan. Minn żmien il-Papa Piju X, l-editur tar-rivista hu nominat jew approvat mill-Papa. L-artikli qabel ikunu ppublikati ikunu ntbagħtu lis-Segreterija tal-Istat tal-Vatikan. Din is–sena, fi Frar ħareġ in-numru 4,000 tarrivista. F’din l-okkażjoni, fid-9 ta’ Frar, l-Editur, il-kittieba u dawk kollha li jaħdmu fl-uffiċċji jew fid-dar, kellhom udjenza mal-Papa Franġisku li għamlilhom diskors sabiħ ta’ approvazzjoni u nkuraġġament u qalilhom li jara r-rivista bħala pont u fruntiera. Il-Papa kkonferma u ħalla r-rivista f ’idejn is-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti “għax ir-rivista tagħti servizz dirett lis-Sede Appostolika”. S’issa ir-rivista kienet toħroġ biss bit-Taljan. Imma minn din l-4000 ħarġa bdiet toħroġ ukoll bl-Ispanjol, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Korean. Permezz ta’ dan, kif qal il-Papa, ir-rivista “saret iktar miftuħa għad-dinja u b’hekk twettaq il-missjoni tagħha b’mod ġdid”.

Laqgħat f’Ruma

L-ewwel vjaġġ tal-Ġeneral L-ewwel vjaġġ ta’ Fr Arturo Sosa, il-Ġeneral il-ġdid tal-Ġiżwiti kien lejn l-Indja. Wasal hemm fis-17 ta’ Frar u dam sal-1 ta’ Marzu. Fl-Indja, waqt li ħa sehem fil-laqgħa tat-18-il Provinċjal u żewġ Superjuri Reġjonali sab ħin ukoll għal laqgħa personali ma’ kull Provinċjal. Wara żar il-Provinċja ta’ Madhya Pradesh, li tinfirex fuq l-istat ta’ Madya Pradesh u dak ta’ Chattisghar. Iż-zewg stati jinsabu fiċ-ċentru tal-Indja. Imbagħad bejn it-18 ta’ Marzu u l-1 ta’ April huwa jkun il-Perù, pajjiż fl-Amerika Latina. Hemmhekk jieħu sehem fil-laqgħa tat-13-il Provinċjal u jżur xi Provinċji. Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017

Minn l-aħħar tas-sena l-oħra, kull xahar, il-Provinċjal, Fr Patrick Magro, flimkien malmembri tal-Kunsill tiegħu, Frs John Scicluna, Raymond Pace, Vincent Magri u Jimmy Bartolo, u xi kultant ukoll Fr Alfred Micallef, l-Ekonomu tal-Provinċja, imorru Ruma u jiltaqgħu malProvinċjal tal-Italja u l-Kunsill tiegħu. F’dawn il-laqgħat jitkellmu dwar il-Pjan Appostoliku talProvinċja l-ġdida u pjanijiet oħra. F’Diċembru telgħu magħhom wkoll is-Superjuri tal-komunitajiet tagħna u ltaqgħu mas-Superjuri Ġiżwiti tal-Italja. Fl-aħħar tal-laqgħa fi Frar ħa sehem il-Ġeneral, Fr Arturo Sosa u wara l-Quddiesa ħa ritratt mal-Ġiżwiti Maltin u l-kollaboraturi lajċi tagħhom. F’Mejju il-Provinċjal tal-Italja u l-Kunsill tiegħu jiġu Malta u l-laqgħa ssir hawn.

15


’l Hawn u ’l Hemm

mal-Ġiżwiti

Delegat għall-Istituti f’Ruma

Il-Kulleġġ ta’ San Alwigi

Meta Fr Arturo Sosa ntagħżel bħala Superjur Ġenerali hu kien id-Delegat tal-Ġeneral tat-tliet istituzzjonijiet pontifiċi tal-Ġiżwiti Ruma - il-Gregorjana, il-Bibliku, u l-Orjental. Hemm ukoll żewġ kulleġġi għal studenti Ġiżwiti li jistudjaw f ’Ruma, tliet kulleġġi għal studenti djoċesani minn diversi pajjiżi, l-Ispekola Vatikana, iċ-Civiltà Cattolica, id-dar talkittieba u dawk li jaħdmu fir-Radju Vatikan. Id-Delegat il-ġdid hu Fr Juan Antonio Guerrero Alves minn Spanja. Hu kien Provinċjal ta’ waħda mill-Provinċji fi Spanja u meta spiċċa mar jaħdem fil-Mozambique fejn kien Direttur tal-Proġetti tal-Ġiżwiti fil-pajjiż u Direttur ta’ skola.

Fit-tliet skejjel tal-Kulleġġ isiru ħafna laqgħat u attivitajiet. Fil-Primarja, il-525 student, bl-għajnuna talgħalliema tellgħu kunċert għall-ġenituri tagħhom. Frs Paul Chetcuti u Godwin Preca, li jagħtu servizz pastorali fl-iskola bdew iżuru l-familji tat-tfal li sejrin jagħmlu l-Ewwel Tqarbina Fis-Sekondarja, l-iStaff kollu ħadu sehem f ’Seminar ta’ formazzjoni Injazjana u suġġetti oħra. Darbtejn kien hemm “AMDG Nights” li qabel kienu jissejħu Jum il-Premjazzjoni. . L-għalliema organiżżaw diversi ħarġiet edukattivi. Fr Paul Zammit kompla jagħmel l-irtiri għal kull klassi ta’ kull Form. Iktar minn 200 student huma membri tal-EYM (Eucharistic Youth Movement) li jiltaqgħu kull gimgħa taħt it-tmexxija ta’ Frs Edgar Busuttil, David Cefai u l-istudent Ġiżwita Mark Kimario. L-istudenti tas-Sixth Form ukoll kellhom “AMDG Night”. Fil-bidu ta’ Frar l-istudenti tellgħu s-Soireé ta’ kull sena. Għal darb’oħra, il-Ġiżwita Ingliż Fr Adrian Poter ġie Malta u mexxa seminar għall-għalliema tat-tliet skejjel dwar “To grow as professional in our Ignatian vocation”.

Irtiri u seminars - Ċentru Spiritwalità Injazjana

APRIL

Irtir bit-Taljan għall-professjonisti “Fede personale e fede ecclesiale: la mia esperienza di Dio e l’esperienza della Chiesa” Data: 7 - 11 t’April 17 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Francesco Citarda Il-Ġimgħa Imqaddsa fit-talb Esperjenza qawwija ta’ solidarjetà ma’ Kristu fl-aħħar jiem ta’ ħajtu sal-Qawmien Data: 13 - 16 t’April 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Christopher Vella sj u t-tim tal-lajċi Irtir fil-kampanja Data: 28 - 30 t’April 17 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxu: Mr Edward Warrington u Ms Rosalie Scicluna

MEJJU Nitolbu bl-għajnuna tad-’djarju’ Irtir - Workshop Data: 6 ta’ Mejju 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Tmexxi: Ms Maria Theresa Portelli The Gospel of John and select themes from the Spiritual Exercises of St Ignatius The person of Christ through John’s eyes Data: 19 - 21 ta’ Mejju 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Prof. Anthony Frendo

Mount St Joseph: 2276 0201 | info@mtsjoseph.org 16 Manresa: 21 55 6635 | manresagozo@gmail.com Dar

NITOLBU GHALL-MEJTIN TAGĦNA Il-Ħamrun Joseph Portelli L-Ibraġ Gerald Savona In-Naxxar Alfred Zammit Ir-Rabat Carmel Fenech Ħat-Tarxien Carmen Albani Ħaż-Żebbuġ Anthony Chircop Iż-Żejtun Marguerite Caruana Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


Għajnuna għat-Talb Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu: Biex l-Insara ppersegwitati jsibu għajnuna fit-talb u ħtiġijiet materjali mill-Knisja kollha. Ninġabar: Insib pożizzjoni komda.Nikkonċentra fuq in-nifs li qed nieħu għal ftit minuti u noqgħod nisma’ l-ħsejjes ta’ madwari. Nirringrazzja lil Alla għal dan il-ħin li qed inqatta’ nirrifletti. Fatt ċkejken: “Għalfejn qed isofru għal Ġesù?” staqsa Jean, tifel ta’ disa’ sena li kien jgħix fl-Unjoni Sovjetika. Meta l-mexxejja Komunisti ħadu l-kontroll ta’ pajjiżu, huma ppruvaw iwaqqfu lill-Insara milli jitkellmu dwar Ġesù. Huma ma ridux li n-nies jaqraw il-Bibbja jew jafdaw f ’Alla. Allura meta l-ġenituri kuraġġużi ta’ Jean komplew jitkellmu man-nies dwar Alla li huma kienu jħobbu, tefgħuhom il-ħabs. Il-mexxejja l-ġodda qiegħdu lit-tifel imbeżża’ f ’kamp ta’ taħriġ speċjali. Hemmhekk, huma ħasbu li kienu se jindottrinawh u jagħmluh Komunista u jinsa lil Alla. Iżda Jean ma nsiehx. Lanqas ma ssieħeb mat-tfal l-oħra li kienu jwaqqgħu għaċ-ċajt lil Ġesù. Hu kien jippreferi joqgħod waħdu milli jkollu ħbieb li jobogħdu lil Alla. L-għalliema tiegħu ma ħadux gost u kienu jimbarazzawh quddiem l-istudenti l-oħra. Jean kien qed ibati minn ġewwa, imma ma setax idur fuq il-ġenituri tiegħu għall-għajnuna. Hu lanqas kien jaf jekk qatt kienx se jerġa’ jarahom. Minflok, huwa talab lil Alla għall-għajnuna u ġrat xi ħaġa eċċitanti.

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017

Ġesù sar l-aqwa ħabib tiegħu. Jum wara jum, Ġesù ta lil Jean il-kuraġġ li jgħid “le” lill-mexxejja Komunisti li riedu jeqirdulu l-fidi. Jean baqa’ fidil lejn Alla. Alla kien qed iħarsu u jipproteġih il-ħin kollu. Għalhekk wieħed ma jistagħġibx meta darba waħda lil Jean ħallewh jitlaq mill-kamp u bagħtuh lura għand il-familja tiegħu. Imma hu qatt ma nesa l-affarijiet sbieħ li kien tgħallem permezz tat-tbatija tiegħu għal Ġesù. Jean sar jaf lil Ġesù iktar milli ħafna tfal isiru jafuh illum. Naħseb ftit: Qatt soffrejt xi tip ta’ persekuzzjoni, anke żgħira minħabba li jien Nisrani? Jekk iva, bqajt fidil/a lejn Alla? Nitlob: Mulej Ġesù, agħtini l-kuraġġ biex nibqa’ nafda fik meta sħabi jwarrbuni minħabba t-twemmin Nisrani tiegħi. Kliem ta’ dawl: Aħna nħobbu daqs kemm aħna lesti li nsofru. - Fr John Hardon sj X’nista’ nagħmel?: Naħseb f ’dawk l-Insara li qed jiġu ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom u noffri s-sapport tiegħi billi nitlob għalihom ħalli huma jibqgħu jafdaw lil Ġesù, l-aqwa ħabib tagħhom. Nista’ wkoll nagħti sapport finanzjarju lill-movimenti missjunarji li jissapportjaw lill-Insara ppersegwitati.

www

Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org

17

Nitolbu flimkien

www.jesuit.org.mt


Esperjenzi

www.jesuit.org.mt

Sinjal ta’ tama

Iktar minn sentejn u nofs wara li l-ġellieda li jsejħu lilhom infushom l-Istat Islamiku (jew ISIS) ħakmu terz mill-Iraq, ’il fuq minn 3 miljun ruħ għadhom refuġajti fi bnadi oħra tal-pajjiż (internally displaced persons). Mis-17 ta’ Ottubru li għadda, għaddejja kampanja militari biex il-belt ta’ Mosul terġa’ tittieħed minn taħt idejn l-Istat Islamiku.

X’kienet l-ewwel impressjoni tiegħek tal-Iraq?

Fr Joseph Cassar intbagħat l-Iraq biex jaħdem mar-refuġati bħala d-direttur tal-Jesuit Refugee Service (JRS). Ilu l-Iraq għal ftit iktar minn sena u huwa l-uniku Ġiżwita f’dan il-pajjiż. Fr Joe huwa wieħed minn tliet Ġiżwiti Maltin li jaqdu r-refuġjati filLvant Nofsani b’dan il-mod. Fr Michael Zammit Mangion huwa d-direttur reġjonali, filwaqt li Fr Tony Calleja huwa d-direttur tal-JRS fil-Libanu u, fl-istess ħin, l-assistent direttur reġjonali. Lil Ħbiebna staqsa lil Fr Joe dwar ir-refuġati fl-Iraq, dwar il-ħidma tal-Jesuit Refugee Service, u dwar kif iħoss ruħu f’dak il-pajjiż.

18

Hemm ħafna affarijiet li fihom aħna l-Maltin nixbħu lill-Iraqin, speċjalment dawk fosthom li huma Nsara. Per eżempju, il-livell tal-għixien, kif nitħaddtu bejnietna, in-nies dħulin, ittradizzjoni fid-devozzjonijiet, il-bankini mħarbtin li jġegħluk timxi fit-triq... Ħafna drabi jgħaddili minn moħħi: Allaħares traġedja bħal din kellha tolqot lil Malta! X’ġara matul dawn l-aħħar tliet snin? Fis-6 ta’ Awwissu 2014, l-Istat Islamiku (ISIS jew IS) daħlu fil-belt Nisranija ta’ Qaraqosh. Fi ftit sigħat, in-nies kollha— iktar minn 50,000 ruħ—kellhom jaħarbu b’ta’ fuqhom senduqhom. Min seta’ ġarr il-familja fil-karozza, vann, trakk jew fuq trakter tar-raba’. Familji kbar, kif issoltu huma hawn, xorta ntrassu f ’karozza waħda. Il-kumplament ħarbu bil-mixi lejn il-belt il-kbira ta’ Erbil, xi 50 kilometru ’l bogħod, fejn sabu l-kenn. Erbil hija l-belt fejn noqgħod. Kien qisu l-ħruġ tal-poplu Lhudi mill-Eġittu fi żmien Mosé. Tfal, xjuħ, nisa u rġiel, trabi tat-twelid... kulħadd għaddej u jipprova jasal Erbil. Kemm nies qaluli li qatt ma jinsew dak il-lejl u dik il-ġurnata! Wieħed raġel irrakkuntali kif għabba lil ommu xiħa f ’karretta żgħira, għax ma kellu xejn iżjed u hi ma kinitx tiflaħ timxi, u baqa’ jimbuttaha sakemm fl-wasal Erbil. Fit-triq kien hemm serbut twil ta’ vetturi u konfużjoni sħiħa. Dawk li kellhom jimxu waslu sfiniti fil-belt ta’ Erbil—bilgħatx, maħruqa bix-xemx u b’saqajhom

ma jifilħuhomx. Filwaqt li bħalissa, fix-xitwa, it-temperatura sikwit qed tkun taħt iż-żero bil-lejl u kmieni filgħodu—u tagħmel il-borra wkoll—fix-xhur tal-sajf it-temperatura dejjem qrib il-50˚C u ġieli fuqhom. Qaraqosh tinsab qrib ta’ Mosul, xi 35 km ’il bogħod. Hija waħda minn diversi bliet żgħar u rħula fil-pjanura ta’ Ninwè. Ninwè magħrufa fit-Testment il-Qadim bħala “l-belt il-kbira” fejn intbagħat jipprietka l-profeta Ġona. Hawn l-Iraq ninsabu f ’artijiet bibliċi, u l-Insara ilhom f ’dawn l-inħawi sa mill-ewwel żminijiet tal-Knisja. Mosul belt kbira, it-tieni l-ikbar fl-Iraq wara l-kapitali Baghdad. Fis-6 ta’ Ġunju 2014, l-ISIS ħakmu l-belt ta’ Mosul u ddikjaraw kaliffat fl-artijiet maħkuma minnhom fl-Iraq u s-Sirja. Fost l-ewwel nies li ħarbu minn Mosul kienu l-Insara li jgħixu f ’dik il-belt. L-għażla li kellhom quddiemhom kienet jew li jgħixu taħt il-ħakma tal-ISIS u jħallsu l-ġiżja—taxxa qawwija ħafna li jħallsu dawk li mhumiex Musulmani—u jgħixu bħala nies tat-tieni klassi, jew jikkonvertu għall-Islam, jew jaħarbu minnufih bla ma jieħdu xejn magħhom ħlief forsi l-karozza. Inkella jingħataw il-mewt. Imma minn Mosul ħarbu wkoll bosta Musulmani li ma ridux jgħixu taħt il-ħakma tal-Istat Islamiku. Ħafna nies kienu mwerwrin mill-ISIS meta raw il-ħerba li kienu qed iwettqu fisSirja u l-ħruxijiet kbar imwettqa fuq dawk li kienu jaqbdu bħala priġunieri: nies li qatgħulhom rashom, oħrajn maħruqin ħajjin, min qatgħulu jdejh għax inqabad jisraq, u oħrajn imsawta bil-frosta u bilbsaten talli inqabdu jpejpu jew—fil-każ tan-nisa—talli ma għattewx wiċċhom. L-ikbar straġi li wettqu l-ISIS fl-Iraq Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


Tfal refuġjati Iraqin millkindergarten talJRS f’Ozal City, Kasnazan, jieħdu sehem f’żifna dwar il-libertà. Fost l-attivitajiet fil-proġett ta’ Ozal, il-JRS jeduka ’l fuq minn 1,000 tifel u tifla bejn 5 u t-18-il sena.

kien il-ġenoċidju kontra l-poplu Yazidi fir-reġjun tas-Sinjar. Il-Yazidi għandhom reliġjon għalihom u ma jiżżewġux barra mill-poplu tagħhom stess. L-Istat Islamiku iqisu l-Yazidi bħala nies li jqimu x-xitan u wettqu ħruxijiet kbar kontra tagħhom. Fit-3 ta’ Awwissu 2014, l-ISIS daħlu fil-belt ta’ Sinjar, qerdu familji sħaħ, qabdu lill-irġiel u s-subien il-kbar u qatluhom, ħatfu lin-nisa żgħar u lit-tfajliet u għamlu minnhom ilsiera sesswali li jbigħuhom bl-irkant u jagħmlu bihom li jridu, u ħadu lis-subien żgħar biex jindottrinawhom bħala ġellieda. Eluf ta’ nies ħarbu lejn il-muntanja Sinjar, imma l-ISIS baqgħu jiġru warajhom, joqtluhom jew jaħtfuhom. Fil-qilla tax-xemx tassajf, mingħajr kenn u mingħajr ikel u ilma, ħafna tfal u trabi mietu bil-għatx. Saħansitra l-kbar li ma qatlulhomx l-ISIS kienu fuq l-għatba tal-mewt. Għaddew ġimagħtejn qabel ma bdew l-attakki mill-ajru kontra l-ISIS. Sadattant, mijiet u mijiet ta’ eluf ta’ nies sfaw imxerrda ’l hawn u ’l hemm mal-Iraq. Fis-17 ta’ Ottubru 2016 bdiet l-offensiva fuq l-irħula u l-ibliet madwar Mosul, biex jittieħdu minn taħt idejn l-Istat Islamiku, u biex il-belt ta’ Mosul terġa’ tiġi taħt it-tmexxija tal-gvern tal-Iraq. Fil-ġlieda għall-Mosul, il-qawwiet tal-gvern talIraq, il-forzi Kurdi msejħin Peshmerga, u għadd

ta’ milizzji oħra huma megħjuna mill-qawwiet tal-ajru mmexxija mill-Istati Uniti. X’kienet it-tweġiba tal-Ġiżwiti? Fis-Sirja kien hemm u għad hemm il-Ġiżwiti, ukoll wara li nħataf il-Ġiżwita Taljan Fr Paolo dall’Oglio, fid-29 ta’ Lulju 2013, u ħadd ma sema’ bih iktar, u wkoll wara li qatlu l-Ġiżwita Olandiż Fr Franz Van de Lugt fis-7 ta’ April 2014. IlĠiżwiti fis-Sirja, li jinkludu l-isqof ta’ Aleppo, huma kollha Sirjani. Il-Ġiżwiti tkeċċew mill-Iraq fl-1968 u minn dak iż-żmien ’l hawn ma kienx hawn Ġiżwiti. Xahrejn biss wara t-traġedji tasSinjar u f ’Qaraqosh, Fr Tony Calleja beda jżur l-Iraq mil-Libanu regolarment, jgħaqqad tim ta’ nies biex jgħin lir-refuġati, u jiftaħ u jorganizza l-ewwel proġetti f ’Erbil, Ankawa u OzalKasnazan. Fr Tony għamel fuq sena tiela’ u nieżel mil-Libanu biex jagħti bidu għall-JRS fl-Iraq u jqajmu fuq saqajh. Issa li ilek l-Iraq iktar minn sena, kif tħossok Fr Joe? Dejjem nirringrazzja ’l Alla talli tani l-grazzja kbira u mhux mistennija li jġibni hawn. Bħala Ġiżwita waħdek tista’ tagħmel xi differenza? Veru li bħala Ġiżwita ninsab waħdi, imma nħoss lil Alla dejjem miegħi. Aħna l-Ġiżwiti ilna—għal ħafna snin issa—nagħmlu ħafna emfasi fuq ilħidma mal-oħrajn. Hawn l-Iraq, il-JRS għandu staff ta’ 170 impjegat, kollha Iraqin, ħlief ftit

Il-bitħa tal-Knisja l-Kbira tal-Kunċizzjoni, f’Qaraqosh, li nbidlet f’kamp ta’ taħriġ għall-ġellieda tal-ISIS. L-istatwi tal-knisja, kif ukoll manikini misruqa mill-ħwienet meqruda tal-belt, intużaw mill-ISIS biex iħarrġu l-ġellieda fl-isparar kontra n-nies.

Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016

19

Fr Joseph Cassar SJ fl-Iraq

www.jesuit.org.mt


Esperjenzi

www.jesuit.org.mt

Refuġjati nisa bejn it-18 u s-60 sena jiżbgħu artiġġjanat taċ-ċeramika maħdum minnhom f’wieħed millkorsijiet għall-adulti fiċ-ċentru tal-JRS f’Ankawa, Erbil. F’April, i-JRS se jiftaħ ħanut żgħir fejn in-nisa jistgħu jbigħu l-artiġġjanat tagħhom, u l-qligħ jinqasam bejniethom.

Refuġjati adulti, irġiel u nisa, jitgħallmu l-Ingliż fiċ-ċentru tal-JRS f’Ankawa, Erbil. L-Ingliż iżidilhom iċ-ċans li jsibu mpieg.

20

barranin li tgħoddhom fuq id waħda. Biex il-qadi tagħna lir-refuġjati jkun tassew skont l-ispirtu Ġiżwita tal-JRS, dmir ewlieni tiegħi huwa proprju li nrawmu bejnietna dak l-ispirtu li bih ir-refuġati jkunu tassew il-qalba tal-ħidma tagħna. Din hija sfida kbira u sabiħa, l-iktar meta tqis li aħna, il-membri tal-istaff tal-JRS fl-Iraq, aħna Għarab, Kurdi u barranin, Insara u Musulmani—kemm Sunni u kemm Xijiti—Yazidi u Xabak. Xogħolna hu li naqdu lil kulħadd: Iraqin, Sirjani, hu x’inhu twemminhom u nisilhom, bl-ispirtu u l-istil li jagħmel minna tassew Jesuit Refugee Service. Din hija ħaġa li Alla biss jista’ jwettaqha, u aħna nfittxu li naħdmu miegħu. X’tagħmlu biex tgħinu lin-nies? Tqassmu l-ikel fil-kampijiet, u l-kutri, per eżempju? Dejjem inżomm quddiem għajnejja fejn ninsab. L-Iraq pajjiż ta’ ċiviltà antika ħafna. Hawn twieldet iċ-ċivilizzazzjoni kif nafuha aħna, l-ewwel l-kodiċi tal-liġi—ta’ Hammurabi, il-ġonna u l-palazzi tal-Babilonja, il-Mesopotamja, l-Assiri u l-Kaldej. Inġib quddiem għajnejja kif din iċ-civilizzazzjoni antika bħalissa mhux biss tinsab għarkupptejha, imma saħansitra b’wiċċha mal-art u mirfus fittrab. Alla jibgħatni qalb dawn in-nies mhux biex nitkaża bihom, imma biex inħobbhomlu. Inġib quddiem għanejja ’l Mosè quddiem l-għollieqa taqbad fid-deżert. Alla jitolbu jneħħi l-qorq minn

saqajh għax dik art qaddisa. Dan il-poplu huwa art qaddisa ta’ Alla. M’għandux jintrifes taħt issaqajn imma jitqies bir-rispett. Għalhekk, għalina huwa importanti ferm li f ’kull ma nagħmlu nħarsu l-ewwel u qabel kollox id-dinjità tan-nies u ngħinuhom jerġġħu jqumu fuq saqajhom. Agħtina xi eżempji ta’ dan... Erbil hija belt kbira ta’ xi 1.3 miljun ruħ. Hija l-kapitali tar-reġjun tal-Kurdistan, fit-tramuntana tal-Iraq. Ħafna refuġati (internally displaced persons) minn bnadi oħra tal-Iraq sabu l-kenn hawnhekk. Erbil tinsab xi 80 kilometru ’l bogħod minn Mosul. Fir-reġjun tal-Kurdistan biss, li għandu popolazzjoni ta’ xi 5-6 miljun ruħ, hawn iktar minn miljun refuġjat mill-Iraq stess, u 250,000 refuġjat mis-Sirja. Fl-2014 il-JRS għażel li jibda jaħdem hawn, għax fil-gvernaturat ta’ Erbil hawn konċentrazzjoni kbira ta’ refuġati. Matul l-2016, il-JRS ta bidu għall-ħidma fil-gvernaturat ta’ Duhok, li jilqa’ fih it-tieni l-ikbar numru ta’ refuġati fl-Iraq. Bħalissa l-JRS għandu erba’ ċentri Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


ta’ ħidma mar-refuġati fl-Iraq: f ’Ankawa, OzalKasnazan f ’Erbil, u Sharya u Araden f ’Duhok. Iċ-centri ta’ Ankawa u Ozal huma qrib ta’ xulxin, xi 25 kilometru bejn wieħed u ieħor. Imma Sharya u Araden jinsabu madwar mitejn kilometru ’l bogħod. Araden jinsab fil-muntanji li jiffurmaw il-fruntiera max-xlokk tat-Turkija. Sharya huwa proġett iddedikat kollu kemm hu biex jaqdi lill-Yazidi, li batew ħafna. U għadhom ibatu. Iċ-ċentri tal-JRS mhumiex biss postijiet fejn jiġu n-nies, imma wkoll postijiet minn fejn il-ħidma tagħna toħroġ lejn in-nies. Kull ċentru tal-JRS għandu erba’ ħidmiet ewlenin kollha marbutin bejniethom. • Timijiet li jżuru lill-familji refuġjati. Fl-2016, it-timijiet tagħna għamlu madwar 15,000 żjara lill-familji—xemx u xita, kif ukoll silġ u borra. Kuljum, it-timijiet joħorġu jżuru l-familji. Wara jiktbu rapport qasir fuq kull żjara u l-bżonnijiet li nnutaw fil-familji. Kull xahar nagħżlu bejn 25 u 40 familja kif ukoll 60 individwu l-iktar fil-bżonn f ’kull post. Dawn ngħinuhom bi flus għal ħtiġiet bħal mediċini u problemi tas-saħħa, ikel, materjal għall-iġjene personali u t-tindif, ħlas għat-trasport tat-tfal għall-iskola, għajnuna għall-ħlas tal-kera, eċċ. • Edukazzjoni mhux formali. Fiċ-ċentri tagħna jsir tagħlim organizzat u sistematiku għat-tfal bejn il-5 u t-18-il sena matul is-sena biex ma jaqgħux lura fl-iskola. Minħabba li l-familji kellhom jaħarbu, it-tfal tilfu ħafna skola u, billi l-iskejjel iffullati żżejjed, it-tfal ikollhom biss 3 sigħat ta’ klassi kuljum. Bħala JRS, apparti missuġġetti tal-iskola, nippruvaw nagħtu edukazzjoni aktar wiesgħa permezz tal-arti, il-palk, il-mużika, l-isport, żjarat kulturali u ħarġiet rikreattivi.

Grupp ta’ nisa refuġjati jieħdu sehem f’kors dwar il-produzzjoni tal-ħelu, fiċ-ċentru tal-JRS f’Ozal City, Kasnazan. Diversi nisa li għamlu dawn il-korsijiet ta’ tliet xhur qed jaħdmu l-ħelu u jbigħuh biex jgħinu l-familja.

• Taħriġ għall-adulti biex jiksbu ħiliet ġodda u jsibu x-xogħol. Noffru korsijiet ta’ tliet xhur, tliet darbiet fil-gimgħa, siegħa u nofs jew sagħtejn kull darba. Kollox bla ħlas. Flaħħar jingħataw ċertifikat. Ngħallmu l-Ingliż, il-kompjuter, il-lingwa Kurda, u norganizzaw korsijiet għall-parrukkiera rġiel u nisa, dulċiera, ħajjata, artiġġjanat u beauticians. Jispiċċa sett ta’ korsijiet u jibda ieħor. Fi tmiem il-korsijiet prattiċi, nagħtu lil kull parteċipant(a) li mar(ret) tajjeb l-għodod bażiċi biex jibdew jagħmlu xi ħaġa u jaqilgħu l-għixien tagħhom. Per eżempju, lillħajjata nagħtuhom magna tal-ħjata tal-elettriku, lid-dulċiera nagħtihom Kenwood mixer, lillparrukkiera: magna tax-xagħar, hairdryer, eċċ.

soċjali. Ħafna nisa, għad li jġorru l-piż tal-familja, jibqgħu dejjem magħluqin fil-kontejner fejn jgħixu, jew fid-dar li jaqsmu ma’ familja oħra. Qabel ma kinux imdorrijin hekk, u r-rassa, innuqqas ta’ flus, u t-tensjoni kontinwa jegħjuhom psikoloġikament. Għandna jsibu min jilqagħhom, ma’ min jiltaqgħu f ’ambjent nadif u jilqgħek, u ma’ min jistgħu jiftħu qalbhom. Il-JRS nieda wkoll proġett ta’ saħħa mentali u għajnuna psikosoċjali li jaqdi ż-żewġ lokalitajiet ta’ Ankawa u Ozal. F’dawn il-ġranet se nagħtu bidu għal proġett bħalu biex naqdu r-refuġjati f ’Sharya u Araden. Il-proġett tas-saħħa mentali jwieġeb għall-bżonn kbir ħafna u li ma jidhirx. F’dan ilproġett għandna psikologa u tabib li jaħdmu ma’ psikjatra li nġubuh minn barra. Flimkien iħarrġu it-timijiet li jżuru l-familji biex jagħrfu każijiet ta’ depressjoni, mard mill-istress post-trawmatiku, ansjetà, u mard mentali ieħor. In-nies li jkunu qed ibatu minn xi kondizzjoni bħal din l-ewwel jitħaddtu mal-psikologa. Jekk ikun hemm bżonn, jinvistahom il-psikjatra, u wara t-tabib ikompli jsegwihom biex jara li qed jiġu ’l quddiem. Dan hu servizz kbir u meħtieġ, li jdewwi l-ġerħat moħbija fil-fond tal-persuni u li ħafna nies ikunu qed iġorru fihom mingħajr ma jsibu l-għajnuna meħtieġa. Quddiem problemi daqshekk kbar, tara sens f’dak li qed tagħmlu? Quddiem tant problemi daqshekk kbar, li miljuni ta’ nies iġarrbu fil-laħam il-ħaj, tiġik it-tentazzjoni li ma tagħmel xejn, għax qisek ma tista’ tibdel xejn. L-isfida hija tabilħaqq kbira, imma għandna ċar quddiem għajnejna x’nixtiequ nagħmlu għall-ġid tan-nies. Tabilħaqq, f ’sitwazzjoni fejn gruppi ta’ nies ma jafdawx lil xulxin minħabba dak li ġralhom, nixtiequ nkun sinjal ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni. Quddiem is-sentiment mifrux li ħafna żgħażagħ u familji żgħar ripetutament jesprimu bil-kliem “no future,” bil-għajnuna ta’ Alla nixtiequ nkunu sinjal ta’ tama.

• Għajnuna psikosoċjali għan-nisa, li tikkonsisti f ’taħdidiet dwar is-saħħa tal-mara u tal-familja, kif irabbu lill-ulied, laqgħat għallfamilji, u xogħol tan-knitting u l-ġanċ, u attivitajiet

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017

21

Fr Joseph Cassar SJ fl-Iraq

www.jesuit.org.mt


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Miktub minn Fr Alfred Micallef, SJ

Il-Qalba tal-Vanġelu Ħafna, kemm fil-Knisja kif ukoll barra minnha, minn żmien għal żmien jippruvaw ikejlu s-saħħa talKristjaneżmu jew fid-dinja kollha jew f ’xi pajjiż. Għal dan il-għan jgħoddu ħafna affarijiet fosthom, kemm hemm mgħammdin, kemm imorru nies il-knisja regolarment, kemm koppji jiżżewġu bil-Knisja u l-bqija. Waqt li dawn l-istatistiċi jistgħu jkunu ta’ għajnuna mhux bilfors ikunu qed imissu l-qalba tal-Vanġelu li hi l-qalba tal-Kristjaneżmu. L-Aħbar it-Tajba li waslilna Ġesù trid tilħaq il-fond tal-qalb tal-bniedem u tibdilha mill-qiegħ. Waqt li n-natura mwaqqa’ tagħna timbuttana lejn l-egoiżmu u tħajjarna nfittxu li nakkwistaw dak kollu li f ’għajnejna jagħmilna ħenjin, ukoll jekk dan ikun ifisser nieħdu dak li hu ta’ ħaddieħor jew nagħmlu għażliet li ma jaqblux malvaluri umani, il-Vanġelu jurina triq għal kollox bilmaqlub. Ġesù jurina t-triq tal-imħabba, tal-ġenerożità tat-tfittxija tal-ġid ta’ kulħadd qabel dak tiegħi. Quddiem dan il-messaġġ qawwi tal-Vanġelu tajjeb nagħtu ħarsa lejn it-tifsira tad-devozzjonijiet tagħna u wkoll tas-sehem li aħna nieħdu flimkien mal-komunità nisranija fiċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru fil-knejjes tagħna. It-talb tagħna u l-komunità L-ewwel ħaġa li rridu ngħidu dwarhom hi li dawn qatt ma għandhom ikunu għan fihom infushom. Insiru tajbin mhux skont kemm-il darba ngħidu r-rużarju imma jekk ngħidu r-rużarju bħala talba biex Alla jgħinna nsiru inħobbu iktar. Dan għandu jkun l-għan tad-devozzjonijiet tagħna kollha. Xi wħud mid-devozzjonijiet tagħna bħal, ngħidu aħna l-barka sagramentali, nagħmluhom fil-knisja maloħrajn. Dawn ukoll l-għan tagħhom għandu jkun talba lill-Mulej biex insiru iktar bnedmin tal-Vanġelu. Imma l-fatt li ngħiduhom flimkien mal-komunità għandu tifsira speċjali. Waqt li Alla jsalva lil kull wieħed minna personalment, lilna jibnina fil-poplu tiegħu. Għalhekk, aħna nitolbu lil Alla kemm individwalment imma wkoll bħala komunità. U hawn jeħtieġ ngħidu xi ħaġa fuq il-Quddiesa li hi l-aqwa talba tan-nisrani. Waqt iċ-ċelebrazzjoni talQuddiesa nkunu niċċelebraw ukoll il-Knisja! Għax, wara kollox, il-Knisja hi l-komunità ta’ dawk kollha li jemmnu li Alla salvana permezz ta’ Ġesù Kristu. Waqt il-Quddiesa, aħna lkoll li nemmnu dan, niġu flimkien biex infakkru u nagħmlu preżenti din is-salvazzjoni li Ġesù wettaq għalina bl-ubbidjenza tiegħu lejn

22

il-Missier, ubbidjenza li waslitu biex offra ħajtu fuq is-salib. Il-komunità tiċċelebra Għalhekk, iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa hi ċelebrazzjoni tal-komunità. L-istess għandu jingħad għaċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Xi wħud jirraġunaw, “Jien m’għandix għalfejn immur inqerr. Meta nkun dnibt, nitlob maħfra lil Alla u dan, fil-ħniena tiegħu, jaħfirli.” Min jirraġuna b’dan il-mod ma jkunx qed jifhem id-dimensjoni komunitarja tal-fidi tagħna. Meta nidneb jien, mhux jien biss inkun qed insir inqas qaddis imma bin-nuqqas ta’ mħabba tiegħi nkun qed innaqqas ukoll l-imħabba tal-komunità kollha. Xi ftit bħal fl-isports. Jekk jien nilgħab ħażin, it-tim kollu jitlef il-partita! Għalhekk, mhux biżżejjed nitlob maħfra lil Alla. Jeħtieġli nitlob maħfra wkoll lillkomunità. Għalkemm, sfortunatament, fil-mod li jiġi amministrat dan is-sagrament fi żmienna d-dimensjoni komunitarja ma tantx tidher, tajjeb inżommu f ’moħħna li l-konfessur ikun qed jirrappreżenta l-komunità li tilqagħna mill-ġdid fi ħdana, tlaqqana’ ma’ Ġesù preżenti fostna, u tistedinna nissieħbu magħha biex niċċelebraw l-Ewkaristija. U fl-aħħar infakkru li l-Quddiesa niċċelebrawha bl-istess għan. Biex nitolbu lill-Mulej jgħinna nilqgħu aħjar is-sagrifiċċju ta’ Ġesù u nħalluh jagħmel minna bnedmin ġodda. B’xi mod nistgħu ngħidu li l-Quddiesa tibda malli tispiċċa!

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017


Br Nazzareno Galea, S.J. 1931 - 2017 Br Nazzareno Galea, aktar magħruf bħala Żaren, twieled ilMosta fis-6 ta’April 1931 ġol-familja ta’ Francesco u Margerita. Meta spiċċa l-iskola beda jaħdem biex jgħin lill-familja tiegħu. F’żogħżitu kien maqtugħ għas-sengħa ta’ mastrudaxxa, li fost affarijiet oħra, baqa’ jeżerċitaha matul il-ħajja attiva tiegħu bħala Ġiżwita. Ta’ dsatax-il sena, fl-1 ta’ Mejju 1950, beda n-Novizzjat bħala Brother Ġiżwita. Sentejn wara, fit-22 ta’Ġunju, għamel l-Ewwel Voti. Bil-ġentilezza u s-sempliċità, permezz tas-sengħa tiegħu, beda jaqdi f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Fl-1961 intbagħat Firenza għat-Tielet Sena tan-novizzjat u fil-15 ta’Awwissu 1962 għamel l-Aħħar Voti. Br Żaren kien bniedem umli ħafna, li ddedika lilu nnifsu għad-doveri sempliċi ta’ kuljum u servizzi meħtieġa fid-djar differenti li kien intbagħat. Kien Brother prezzjuż ħafna għassuperjuri u sħabu l-Ġiżwiti l-oħra għax setgħu jafdaw ħafna fih minħabba l-ħilijiet tekniċi u mekkaniċi tiegħu kif ukoll il-fatt li kien jinqala’ f ’ħafna xogħolijiet tal-id. Matul is-snin, Br Żaren wettaq kull tip ta’ servizz; kien jieħu ħsieb il-kamra tal-ikel, isewwi l-karozzi, jixtri l-ikel u l-provisti kemm għal komunitajiet żgħar u kbar, jaħdem l-injam kif ukoll jgħin fil-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tad-djar. Dan ix-xogħol kien apprezzat b’mod partikulari bejn il-ħamsinijiet u s-sebgħinijiet meta l-Provinċja kienet fl-aqwa tagħha sew fin-numru ta’ vokazzjonijiet kif ukoll fl-iżvilupp ta’ xogħolijiet appostoliċi ġodda, ftuħ ta’ djar u twaqqif ta’ komunitajiet. Qatt ma tista’ tgħid li qed tasseġera meta titkellem dwar il-kontribut kbir li taw il-Brothers tagħna, speċjalment fi żmien meta l-finanzi kienu limitati u r-riżorsi skarsi.

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2017

Br Żaren f ’xi ftit okkażjonijiet kien imsejjaħ biex jagħti s-servizzi tiegħu barra minn Malta fejn kienu qed jimbtu wkoll xi proġetti. Bejn 1960 u 61 kien imsejjaħ biex jgħin f ’Firenze, imbagħad Londra, Chieri u mill-1968 sal-1970 f ’Ontario, il-Kanada. Għadda seba’ snin (1970-77) iservi f ’Mount St Joseph u jgħin fl-opra tal-Eżerċizzi , jieħu ħsieb il-manutenzjoni tad-dar u l-għelieqi, jixtri u jaqdi l-ħtiġiet tal-gzuz ta’ nies li bdew jiġu f ’din id-dar tal-irtiri hekk kif beda jiżdied il-popularità tagħha. Fl-1977 mar lura f ’Dar Loyola fejn qatta’ l-bqija tal-erbgħin sena ta’ ħajtu. Id-disponabbiltà tiegħu u l-kapaċitajiet diversi tiegħu għamluh teżor kbir għall-komunità li dak iż-żmien kienet fl-aqwa tagħha. Kien Brother apprezzat ħafna minħabba s-sengħa tiegħu ta’ mastrudaxxa u l-ħilijiet fixxogħol tal-idejn, kif ukoll minħabba l-karattru soċjevoli u ġentili tiegħu. In-Naxxarin saru jafuh ħafna f ’dak iż-żmien meta serva bħala purtinar. Kien isib il-ħin biex imur idur ir-raħal isellem u jitkellem b’diskors sempliċi u spiritwali ma’ dawk in-nies li kien ikun sar jaf. Kien maħbub ħafna minħabba l-umanità u l-interess ġenwin li kien jieħu f ’ħaddieħor. Iżda fuq kollox, Żaren kien bniedem ta’ talb mogħti kompletament lill-Imgħallem u Mulej tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Is-sigħat li kien iqatta’ fil-kappella u t-talb li kien jirreċta kienu xempju qawwi tal-għaqda tiegħu ma’ Alla. Is-sempliċità tiegħu u l-fatt li kien dejjem lest li jmidd idejh kienu juru li dejjem kien dispost li jgħin b’kull mod li kien jiġi mitlub minnu. Iż-żmien għamel tiegħu wkoll fuq Br Żaren. Saħħtu bdiet sejra lura, iżda t-tislija partikulari tiegħu ‘Alright?’ b’dak il-leħen uniku u miksur ikkaratterizzatu sal-aħħar. L-anzjetà li kellu biex dejjem ikun ippreparat għall-mewt ġagħlitu b’mod kostanti u kompulsiv jistaqsi għall-assoluzzjoni mingħand kull Father. Dan kien sinjal ċar ieħor tan-natura sensittiva ta’ Br. Żaren, tal-ispiritwalità profonda tiegħu, tal-imħabba tiegħu t’Alla u t-talb u l-fidi b’għeruq fondi li kellu li għamluh dak li kien. Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar b’paċi, silenzju u sempliċità, ftit wara it-3.00pm, ingħaqad malImgħallem Imsallab u s-Sid tiegħu biex jerħi ruħu fl-idejn miftuħa tal-Missier. Żgur li laqgħu b’idejn miftuħa u bil-kliem ta’ konsolazzjoni: ‘Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta’ sidek.’ (Mt 25:21)

23

Nekroloġija

Miktub minn Fr Paul Chetcuti, SJ


Il-Proġett tal-Ġiżwiti għaż-żgħażagħ Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Jannar - Marzu 2017 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

f’Dar Manwel Magri, Msida

Il-permessi ħarġu u x-xogħol strutturali ser jibda dalwaqt! Int ukoll tista’ tgħin biex dan il-progett iseħħ! Permezz ta’ dan il-proġett aħna nixtiequ noħolqu ambjent sabiħ għaż-żgħażagħ u wkoll noffrulhom diversi servizzi kif ukoll korsijiet ta’ formazzjoni skond il-bżonnijiet u s-sitwazzjonijiet tagħhom. Ser jinħoloq spazju fejn żgħażagh jistgħu jiġu jistudjaw, jiltaqgħu ma’ sħabhom, jiltaqgħu magħna l-Ġiżwiti jew jistrieħu. Il-faċċata tad-Dar sejra tinbidel sabiex kulhadd iħossu iktar mistieden jidħol. Aħna l-Ġiżwiti f’Malta għażilna li nkomplu nagħmlu l-aħjar tagħna sabiex ngħixu u naħdmu maż-żgħażagħ u ntuhom l-aħjar formazzjoni possibli. Ukoll, inkomplu nilqgħu fid-dar tagħna żgħażagħ li jkunu jixtiequ jgħixu ftit mal-Ġiżwiti u jagħmlu esperjenza ta’ ħajja komunitarja. Dan jgħin biex iż-żgħażagħ isiru jafuna aħjar u wkoll sabiex jitolbu u jaħsbu iktar fuq il-vokazzjoni tagħhom. Iż-żgħażagħ huma l-futur tal-pajjiż tagħna u għaldaqstant kulma nagħmlu magħhom għandu valur għoli ħafna. B’apprezzament kbir nilqgħu donazzjonijiet tagħkom permezz ta’ ċekkijiet f’isem il- ‘Maltese Jesuit Province’ li jistgħu jintbagħtu lil Fr Michael Bugeja SJ - DMM Project, Dar P. Manwel Magri, Msida MSD 2020. Tistgħu wkoll tagħtu donazzjoni onlajn hawnhekk: http://www.jesuit.org.mt/Donate.aspx?id=413881 24


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.