Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Jul - Sep 2017

Page 1

03

HBIEBNA Newspaper post

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

lil

2017

L-inawgurazzjoni tal-Provinċja l-ġdida Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1


Miktub minn Fr Paul Zammit SJ

Il-Qaddis tax-Xahar

Duminku Collins

Minn Suldat għal Beatu Ġiżwita

Twieled f ’familja ta’ negozjanti f ’Youghal, fl-Irlanda. Ta’ għoxrin sena Duminku telaq l-Irlanda ħalli jaħdem fillukandi tal-Brittanja fi Franza fejn ġemma’ flus biżżejjed biex jixtri żiemel u hekk ikun jista’ jidħol fil-kavallerija. Fl-1589 huwa ngħaqad mal-qawwiet tal-Lega Kattolika taħt id-duka Philippe Emmanuel li kienu fi ġlieda malUgonoti (Protestanti) fil-Brittanja. Ma damx ma laħaq kaptan u sar gvernatur militari. Wara Collins intbagħat Spanja fejn daħal fl-armata spanjola f ’Coruña. Però wara disa’ snin servizz qatagħha li jitlaq l-armata. Fl-1598 iltaqa’ mal-Ġiżwita Thomas White u beda juri x-xewqa li jsir Ġiżwita. Avolja ġa kellu 32 sena, ma daħħluhx mill-ewwel, aktarx biex jittestjawlu l-vokazzjoni tiegħu. Fl-aħħar daħal bħala Brother Ġiżwita. Beda n-novizzjat f ’Santiago de Campostella, fi Spanja. Waqt li kien hemm, il-kulleġġ inħakem mill-pesta u hawnhekk Duminku ta lilu nnifsu b’ruħu u b’ġismu ħalli jieħu ħsieb lil sħabu l-morda. Dwaru kienu jgħidu li kien għaqli u li kien tassew b’saħħtu. Kien matur u soċjevoli; imma li kellu wkoll rasu

2

iebsa u jitlagħlu malajr! Wara li pprofessa, telaq fi spedizzjoni li kien organizza r-Re Filippu III ta’ Spanja kontra l-Ingliżi. Ir-re kien talab lill-Ġiżwita James Archer ħalli jkun il-kappillan tal-armata u talab ukoll li jieħu miegħu lil Duminku. Il-flotta nqasmet fi tnejn u meta qamet maltempata kerha it-taqsima ta’ Duminku ttardjat b’xahrejn. Il-battlja ta’ Kindale kienet diżastru komplet. Duminku baqa’ ma’ 143 Irlandiż biex jgħinhom imma malli l-kastell waqa’ f ’idejn l-Ingliżi, dawn mal-ewwel qatlu lill-Irlandiżi kollha barra lil Duminku għax xtaqu li jeħduh f ’pajjiżu u jġagħluh jiċħad il-fidi. Wara li ttorturawh u ma rnexxilhomx idawruh, riedu jgħallquh. Qabel miet Duminku kellem lill-folla u tant ikkomoviha li l-bojja ħarab u l-Ingliżi kellhom jisfurzaw sajjied li kien għaddej biex jgħallqu hu. Il-piena tal-mewt ingħatatlu bla ma qatt sar ebda proċess fil-qorti! Inqatel fil-31 ta’ Ottubru 1602. Il-Papa Ġwann Pawlu II iddikjarah Beatu flimkien ma’ 14-il martri Irlandizi oħra fis-27 ta’ Settembru, 1992. Il-Ġiżwiti jagħmlu l-festa tiegħu fit-30 ta’ Ottubru.

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017


Kelma mill-editur Liema hi l-aħjar skola?

2

Il-Qaddis tax-Xahar Duminku Collins

Għeżież ħbieb u benefatturi, Ta’ kull sena, fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru jiftħu l-iskejjel u l-Università. Mat-twelid ta’ tarbija fil-familja, ilġenituri jibdew jaħsbu f ’liema skola sejrin jirresġistraw jew idaħħlu t-tifla jew it-tifel. Għal xi wħud dik forsi tkun l-ewwel skola għax wara jmorru jkomplu fi skola oħra. L-għażla tal-iskola hi waħda importanti għax ikollha effett fuq it-tfal u fuq it-trobbija u l-ġejjieni tagħhom. Iżda l-iskola fejn it-tfal jibdew jieħdu l-edukazzjoni formali tagħhom fit-fatt ma tkunx l-ewwel skola. Kif nafu u naqblu, l-ewwel u l-aqwa skola hi l-familja u l-ġenituri huma l-ewwel u lgħalliema ewlenin ta’ wliedhom. L-iskola tikkumplimenta dak li jkun beda u jkompli jsir fil-familja. Iżda l-iskola qatt ma tista’ tieħu post il-familja. L-iskola wkoll għandha rwol importanti għax tgħin lill-ġenituri. Fl-iskola l-għalliema jibnu fuq dak li t-tfal jkunu bdew jitgħallmu fil-familja. Għalhekk il-familja għandha rwol kbir u indispensabbli fil-formazzjoni tal-ulied u ħadd ma jista’ jeħdilha posta. It-tfal żgħar josservaw ħafna u jitgħallmu dak li jaraw u jisimgħu. Xi drabi iisimgħu xi kliem u t-tfal żgħar jirrepetuhom jew jaraw xi għemil u jagħmluhom. Permezz ta’ stampi jitgħallmu jagħrfu l-annimali u jsiru

jafu l-isem tagħhom. Jekk jaraw ‘l ommhom tagħmel it-tè jew tħawwad xiħaġa f ’borma jibdew jimitawha. L-istess għat-tagħlim reliġjuż. Fid-dar ikun hemm xi statwa jew inkwadru ta’ Ġesù, jew ta’ Marija jew ta’ xi qaddis jew xi kurċifiss u l-ġenituri jibdew ikellmu lit-tifel tagħhom dwar Ġesù, juruh xi stampi jew xi vidjo b’xi stejjer mill-bibbja. Jitgħallem irodd is-salib u qabel jorqod jgħid xi talba żgħira. Fil-familja t-tifel jitgħallem jirrelata ma’ ħutu u sħabu. Jitgħallem jaħseb fl-oħrajn. Fil-Milied, il-ġenituri jħajjru t-tifel jagħti xi wieħed mill-ħafna ġugarelli li jkun irċieva lil xi tifel li l-ġenituri tiegħu ma jkunux jistgħu jixtrulu xi ġugarell, jew lil xi rifuġjat. Il-ġenituri jgħallmu lit-tifel jibda jgħid “Jekk jogħġbok” meta jitlob xiħaġa jew “Grazzi” meta jingħata xiħaġa. Jgħallmuh ukoll kif iġib ruħu fis-soċjetà billi juri rispett lil kullħadd, ukoll lil dawk li għandhom ġilda ta’ kulur differenti. L-għalliema fl-iskola primarja jindunaw dawk li jkunu per eżempju jafu jroddu s-salib u forsi tgħallmu xi talb. Il-familja ma tistax tabbanduna r-responsabbiltà tagħha għax tkun qed tonqos mid-dover u l-wegħda li l-koppja tkun għamlet fuq l-artal u kif ukoll dik il-wegħda li jkunu għamlu fil-magħmudija tat-tarbija li jrabbu ’l uliedhom skont kif irid Alla.

4

Storja: Il-Ġiżwiti

f’din il-harġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

f’Malta

10 Ringrazzjament u talb għall-Provinċja Ġdida

12 L-inawgurazjoni tal-Provinċja

14 Spiritwalita Injazjana Kif tasal għal deċiżjoni skond it-tradizzjoni Injazjana

16 Ċelebrazzjoni f’Malta 18 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti

20 Fr Victor Xuereb SJ 22 Il-liġi t’Alla 23 Programm t’irtiri u seminars organizzati miċ-Ċentru Spiritwalità Injazjana

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

Editur: Fr John Scicluna SJ

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Website: www.jesuit.org.mt

Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

um

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

ru 3 - 2017

lil

HBIEBNA

N

Qoxra: Fr Arturo Sosa SJ, Ġeneral tal-Kumpanija ta’ Ġesù, flimkien ma’ Ġiżwiti Taljani, Albaniżi u Maltin, jitlob quddiem ilqabar ta’ Sant Injazju (Ruma) wara lQuddiesa fl-okkazjoni tal-inawgurazzjoni tal-Provinċja l-ġdida

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


Storja

Miktub minn Fr John Scicluna, SJ

Il-Ġiżwiti f’Malta

Il-Collegium Melitense, illum parti millUniversita’ ta’ Malta

Il-Kurja talArċisqof,li nbniet mill-Ġiżwiti bħala dar tal-irtiri

Id-Dar tal-irtiri ‘Manresa’, ir-Rabat, Għawdex

Kien il-Papa Pawlu III li fis-27 ta’ Settembru, 1540 approva t-twaqqif talKumpanija ta’ Ġesù. Il-Fundatur ta’ din l-Ordni ġdid, Sant’Injazju minn Loyola, kien bniedem li kellu mħabba kbira lejn Alla kif ukoll kellu viżjoni wiesgħa u universali. Kien jistaqsi lilu nnifsu “X’għandi nagħmel għal Alla”! F’qalbu kellu ħerqa kbira biex jaqdi ’l Alla taħt l-istandard ta’ Kristu, is-Sultan Etern taddinja u biex jagħmel kulma jista’ biex kull bniedem isir jafu u jħobbu. Fid-dokumenti tal-istorja tal-bidu talKumpanija ta’ Ġesù nsibu li Sant’Injazju għaraf l-importanza ta’ Malta u “ried iwaqqaf kulleġġ tal-Ġiżwiti hemmhekk sabiex minn hemm it-triq għall-Afrika tkun iktar possibbli”. Fl-1554 Sant’Injazju ried jibgħat lil Fr Bobadilla imma ix-xewqa tal-Fundatur ma twettqitx f ’ħajtu. Il-bidu • Xi kittieba tal-istorja, jgħidu li fi żmien l-Assedju l-Kbir, fl-1565, 12-il Ġiżwita ġew Malta mal-Kavallieri ta’ San Ġwann bħala kappillani. • Fil-kitbiet tiegħu, il-Ġeneral tal-Ġiżwiti, Fr (wara San) Franġisk Borgia jsemmi “belt taħt assedju” – refernza ċara dwar Malta. • Meta l-aħbar tar-rebħa waslet Ruma Fr Borgia għamel priedka fil-knisja ta’ San Ġakbu, il-knisja tal-Ispanjoli, fi Pjazza Navona f ’Ruma • Imma l-ewwel Ġiżwita li rifes Malta kien Fr G. Carminata fl-1577 fuq stedina tal-Gran Mastru Jean L’Evesque de la Cassiere, • L-ewwel Malti li daħal Ġiżwita kien issaċerdot djoċesan Dun Simone Bonnici li għamel in-novizzjat Ruma. Matul is-snin daħlu Maltin oħra. Il-“Collegium Melitennse” • Fl-1578 l-Isqof Gargallo talab lill-Provinċjal tal-Ġiżwiti fi Sqallija biex jiftaħ kulleġġ f ’Malta. Il-Ġiżwiti ġew imma minħabba nuqqas ta’ ftehim il-kulleġġ ma fetaħx. Iżda tnax-il sena wara kien hawn il-pesta u ħafna ġuħ. Fuq talba tal-Isqof u xi kavallieri gew xi Ġiżwiti li ħadmu ħafna mallmorda u l-vittmi tal-pesta. • L-Isqof Gargallo, fl-1591, iddeċieda li jiftaħ seminarju. Imma s-sena ta’ wara, il-Papa

4

Klement VIII talab lillIsqof u lill-Gran Mastru jwaqqfu Fundazzjoni biex jgħinu lill-Ġiżwiti ħalli jiftħu kulleġġ flok seminarju. F’Novembru, 1592, kien iffirmat il-kuntratt u l-kullegg fetaħ fil-belt Valletta fit-8 ta’ Marzu, 1593. Sentejn wara beda l-bini tal-Collegium Melitense, li llum għadu parti mill-Università ta’ Malta. Is-Soppressjoni • Wara li l-Ġiżwiti bdew jitkeċċew minn diversi pajjiżi Ewropej, fit-22 ta’ April, 1768, il-Gran Mastru Pinto keċċa l-Ġiżwiti minn Malta u, kontra r-rieda tal-Papa, ikkonfiska l-propjetà kollha tagħhom inkluż il-bini li llum huwa l-Kurja tal-Arċisqof, l-Furjana. F’Għawdex • Id-djoċesi ta’ Għawdex twaqqfet fl-1864, u l-Isqof talab lisSuperjur Ġenerali u lill-Provinċjal fi Sqallija biex jiġu jiftħu u jmexxu s-Seminarju Maġġuri u l-iskola sekondarja fir-Rabat. Il-Ġiżwiti ġew u fl-4 ta’Novembru, 1866 fetħu s-Seminarju. Xi seminaristi Maltin u għadd ta’ studenti Maltin studjaw f ’dan is-seminarju. • Fl-1909 il-Ġiżwiti ħallew is-Seminarju ta’ Għawdex wara 43 sena ta’ servizz lid-Djoċesi u lill-pubbliku. • Fl-1953 fuq talba tal-Isqof bdejna mmexxu Dar Manresa fir-Rabat. • Wara 44 sena li kienu telqu, l-Isqof ta’ Għawdex talab il-Ġiżwiti biex jerġa’ jkun hemm Rettur Ġiżwita li jmexxi s-Seminarju. Ir-Rettur il-ġdida beda din il-missjoni fi Frar 1970. IlĠiżwiti komplew din il-missjoni sal-1997.

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017


www.jesuit.org.mt

Kulleġġi tal-bidu • Fl-4 ta’ Novembru, 1845, il-Maltin, talbu biex il-Ġiżwiti Inglizi jiftħu kulleġġ f ’Malta. Fetħu St Paul’s College, fl-Imdina, ħdejn il-Katidral. Wara tliett snin il-Kulleġġ kien trasferit għallBelt Valletta fi Triq Merkanti. Imma hawn ukoll għalaq wara ftit snin. • Il-Ġiżwiti Ingliżi reġgħu ġew lura Malta fl1877 u fetħu St Ignatius’ College, f ’San Ġiljan. • Fl-1907, il-Ġiżwiti Ingliżi ddeċidew li jagħlqu l-kulleġġ f ’San Ġiljan biex jiftħu kulleġġ f ’Leeds u b’hekk ma kienx ser ikun hawn kulleġġ talĠiżwiti f ’Malta.

Loyola House, Naxxar

Ritratt antik tal-Kulleġġ San Alwiġi meħud mill-ġenb fejn jidher il-bieb li jagħti għatteatru.

Ġiżwiti rifuġjati f’Malta • Minħabba l-kampanja ta’ Garibaldi fl-1860, 34 Ġiżwita minn Sqallija ġew Malta u bdew joqogħdu fil-Ħamrun. Oħrajn marru f ’San Kalċidonju, il-Furjana, u oħrajn f ’Santa Venera. • Xi Ġiżwiti oħra minn Franza, Napli u Sqallija ġew Malta u qagħdu sal-1872 f ’dar f ’Ħal Lija li offritilhom Kontessa. • Il-Ġiżwiti ta’ Sqallija kellhom kulleġġ f ’Kostantinopli, (illum Istanbul), fit-Turkija. Begħuah u bil-flus fl-1896 bnew kulleġġ f ’Birkirkara taħt il-patroċinju ta’ San Alwiġi li fetaħ f ’Jannar 1897. Inġabru fih l-istudenti Ġiżwiti li kienu f ’diversi postijiet f ’Malta. • Meta s-sitwazzjoni fl-Italja tjiebet fl-1905 l-istudenti marru Napli u Sqallija. • Hekk il-kulleġġ f ’Birkirkara safa battal għal sentejn sakemm ittieħdet deċiżjoni. Kulleġġ ta’ San Alwiġi • Għal darb’oħra, il-Maltin talbu biex jinfetaħ kulleġġ f ’Malta. Il-Provinċjal ta’ Sqallija aċċetta u bdew it-tħejjijiet ħalli jinfetaħ il-kulleġġ f ’Birkirkara li kien battal. • Fr Emmanuel Grima, ir-Rettur tas-Seminarju f ’Għawdex, beda x-xogħol. Ġab l-għamara kollha mill-kulleġġ ta’ St Ignatius u fi tlett xhur lesta kollox biex fit-8 ta’ Ottubru, 1907, il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi fetaħ bi 64 boarder u 86 estern. Il-ftuħ solenni sar fit-23 ta’ Diċembru. L-Arċisqof Pietru Pace u l-Provinċjal kienu preżenti flimklien ma’ ħafna persuni distinti u ġenituri. Il-Gwerra Dinjija • F’Settembru, 1939, bdiet l-Gwerra: 41 Giżwita Malti (5 Fathers, 25 student u 11-il Brother) jinsabu fl-Italja. Xi wħud irnexxielhom jaħarbu lejn l-Isvizzera. F’Malta l-awtoritajiet

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017

Ingliżi ppjanaw jieħdu l-Kulleġġ għax ħasbu li kien propjetà tat-Taljani. Imma Fr Ġużè Delia, ir-Rettur tal-Kulleġġ, irnexxielu jipprova li ma kienx hekk. Parti kbira tal-Kulleġġ isservi bħala sptar. • Fis-7 ta’ Settembru, 1940, Fr Ġ. Delia rċieva telegramma mingħand is-Superjur Ġenerali li kien ħatru Delegat tiegħu għall-amministrazzjoni talKulleġġ u neħħa l-Kulleġġ u d-Dar ta’ Sarria millProvinċja ta’ Sqallija u saru jiddependu mill-Kurja Ġeneralizia. In-Novizzjat • Il-Vigarju Ġenerali talĠiżwiti kellu laqgħa f ’Ruma ma’ Fr Ġużè Delia u talbu jħejji biex jiftaħ novizzjat f ’Malta. • Il-Ġiżwiti krew id-dar tal-Markiż Scicluna fin-Naxxar biex tintuza bħala novizzjat. Fl-1950 il-Markiż għamel donazzjoni ta’ din id-dar. • Fl-1 ta’ Ottubbru, 1945, infetaħ in-novizzjat f ’Dar Loyola, in-Naxxar, bi 8 novizzi. • L-Arċisqof M. Ġonzi jbierek u jqiegħed l-ewwel gebla tal-bini l-gdid tan-novizzjat inNaxxar, fl-10 ta’ Awwissu, 1952. • Għal xi snin in-novizzi kienu fir-Residenza, l-Imsida. • Imbagħad bdew imorru l-Italja • Fl-1 ta’Ottubru, 1979, wara tmien snin, jerġa’ jkun hawn novizzjat f ’Malta. • Mill-1989 in-novizzi Maltin imorru Genova ma’ novizzi minn pajjiżi oħra Il-Provinċja • 29 ta’ Ġunju, 1947: Il-Ġeneral waqqaf il-Viċi Provinċja ta’ Malta u ħatar lil Fr Ġużè Delia bħala l-ewwel Provinċjal u għal xi żmien kellu l-uffiċċju tiegħu fil-Kulleġġ. Dakinhar il-Provinċja kienet tgħodd 83 membru, f ’Malta u fil-Missjoni. • F’Diċembru, 1950, l-Uffiċċju tal-Provinċjal ġie trasferit il-Furjana. • F’Settembru, 1962, il-kurja tal-Provinċjal ġiet trasfefrita f ’Xavier House, il-Belt. • Imbagħad, fl-1 ta’ Awwissu 1975, il-kurja talProvinċjal mill-Belt, ġiet traferita għan-Naxxar. • Fl-1996 kienet organizzata l-Infermerija f ’Dar Loyola għall-Ġiżwiti. Formazzjoni • Fl-1867 bdew novizzjat f ’dar qrib is-Seminarju ta’ Għawdex u dam għaxar snin meta kien trasferit għal Santa Venera. Fl-1879 in-Novizzjat

5


Storja

www.jesuit.org.mt

Il-Knisja ta’ San Injazju (St Ignatius Chapel), San Ġiljan

ittrasferixxa għall-Imdina u dam hemm sal-1886. • Fl-1881, Palazzo Parisio in-Naxxar kien mikri bħala kulleġġ taħt il-patroċinju ta’ San Alwiġi biex joqogħdu l-istudenti li jispiċċaw innovizzjat, u l-istudenti tal-filosofija u tat-teoloġija. • Meta fl-1905 l-istudenti Taljani marru lura Napli u Sqallija, il-kulleġġ f ’Birkirkara safa battal sakemm ittieħdet deċiżjoni. • F’Oxford, l-Ingilterra, fl-1957 tinfetaħ dar għall-Ġiżiwi Maltin li jkunu jistudjaw hemm. Għalqet f ’Awwissu, 1972 u dik is-sena infetħet dar f ’Londra li għalqet fl-1995. Djar tal-Irtiri

Id-Dar tal-irtiri ‘Mount St Joseph’, Tarġa Gap, il-Mosta

Dar Manwel Magri, l-iMsida

• Kien ilu jinħass ilbżonn li f ’Malta jkun hawn Dar tal-Irtiri. Il-Ġiżwita Fr P.F. Rosignoli bena Dar Manresa fil-Furjana, magħrufa wkoll bħala San Kalċidonju. Id-Dar għalqet fl-1768 meta l-Ġiżwiti tkeċċew minn Malta fl-1768. Is-seminarju kien f ’dan il-bini bejn 1858 u l-1910 u l-1921 sal-1977. • Fis-16 ta’ Settembru, 1953, is-Superjur Ġenerali laqa’ l-offerta tal-Isqof ta’ Għawdex biex il-Ġiżwiti jibdew imexxu id-dar tal-irtiri firRabat, Għawdex. • Fis-sajf tal-1963 fetħet Villa Pacis f ’Buġibba bħala dar tal-vaganzi fis-sajf u dar għall-irtiri fixxhur l-oħra. Ingħalqet fl-1969 • Fl-20 ta’ Diċembru, 1964, l-Arċisqof M. Gonzi bierek u inawgura Mount St Joseph filMosta

Djar oħra • F’Settembru, 1924, ilGvern ħalla f ’idejn il-Ġżwiti l-amminstrazzjoni tal-knisja ta’ Sarria u r-residenza filFurjanja. • Fl-1957, fuq talba tal-Arċisqof u l-Kapitlu ta’ l-Isla, il-Ġiżwiti jibdew joqogħdu u jagħtu servizz fil-knisja ta’ San Filppu, L-Isla. Baqgħu hemm sal-2007. • Xavier House, fil-Belt, infetħet f ’Settembru, 1962. Fr Paul Zammit • F’Novembru, 1964, il-Ġiżwiti daħlu SJ ma’ xi joqogħdu f ’Mount St Joseph, il-Mosta. studenti f’wieħed • Dar P. Manwel Magri, SJ, fl-Imsida, fetħet mill-grawnds tal-Kulleġġ ta’ fl-1 ta’ Diċembru. 1972. San Alwiġi • Fit-30 ta’ Novembru, 1989, fetħet Dar P. Pedro Arrupe fiż-Żejtun.

6

Knejjes • Fil-Belt Valletta, ħdejn il-Collegium Melitense fl-1595 il-Ġiżwiti bnew il-knisja li sal-lum għadha magħrufa bħala l-knisja tal-Ġiżwiti, għalkemm m’għadhiex tagħhom. • Fl-1881 il-Ġiżwiti Inglizi bnew il-knisja ta’ St Ignatius f ’San Ġiljan. • Il-knisja tal-Kulleġġ, li nbniet b’donazzjoni tas-Sur Alfons Maria Galea, infetħet f ’Otturbru, 1914. Provinċja Ġdida • Issa mill-1 ta’ Lulju, 2017, il-Provinċja ta’ Malta u tal-Italja, flimkien mal-Albanija, saru Provinċja ġdida. L-uffiċċju tal-Provinċjal hu f ’Ruma. F’Malta hawn id-Delegat tal-Provinċjal. Ħidma pastorali • Matul is-snin il-Ġiżwiti mpenjaw ruħhom fit-tagħlim tad-duttrina, organizzaw missjonijiet f ’diversi parroċċi f ’Malta u Għawdex. Fl-1620 fetħu dar f ’Għawdex li damet 4 snin. • Il-Ġiżwiti kienu nfittxa ħafna bħala predikaturi, konfessuri u diretturi spiritwali. Għal bosta snin id-Direttur Spiritwali fis-Seminarju filFurjana u fir-Rabat kien Ġiżwita. • Xerrdu d-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù. • Fil-parroċċi xerrdu l-opra tal-Appostolat tatTalb. • Imexxu gruppi tal-Kongregazzjoni Marjana jew Komunità ta’ Ħajja Nisranija • Waqqfu ċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana • Bdew korsijiet ta’ erba’ snin ta’ formazzjoni spiritwali u akkumpanjament u għotja tal-irtiri • Jagħtu għajnuna f ’diversi parroċċi, skejjel u ma’ għaqdiet. Appostolat talEdukazzjoni • Fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, ftit wara li fetaħ, inbniet il-knisja. Fl1928 infetħet isSala tat-Teatru li nbniet b’donazzjonijiet minn ex-studenti. L-irħam tal-art tħallas mill-Markiż John Scicluna, ex-student. Din kienet l-ewwel sala f ’Malta bis-saqaf tal-konkrit.

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017


www.jesuit.org.mt

• Il-Gvernatur inawgura l-ground il-ġdid talKulleġġ fit-3 ta’ April, 1954. • F’Ottubru 1963, fil-Kulleġġ bdiet is-Sixth Form. • Il-bini ġdid tas-Sixth Form tal-Kulleġġ infetaħ u tbirek fi 21 ta’ Ġunju, 1991 Id-Direttriċi tal• Il-Gymnasium fil-Kulleġġ infaħ fit-30 ta’ JRS (is-servizz April, 1994. tal-Ġiżwiti mar-rifuġjati) Dr • Fit-8 ta’ Ottubru, 2007, l-ewwel ċentinarju Katrine Camilleri, tal-Kulleġġ, l-ex-studenti rreġalaw statwa ta’ iżżur mara u San Alwiġi li nkixfet u tbierket mill-Ġeneral Fr t-tarbija taghħa (ritratt mill-arkivji). Kolvenbach. • L-Iskola ta’ Stella Maris School tas-Sorijiet Franġiskani f ’Ħal Balzan saret l-Iskola Primarja tal-Kulleġġ u fetħet f ’Settembru, 2008. Appostolat intelletwali • Fl-Università ta’ Malta diversi Ġiżwiti għallmu l-filosofija, it-teoloġijadommatika, itteoloġija spiritwali, it-teoloġija morali, il-bioloġija, il-psikoloġija u l-istorja. • Oħrajn jgħallmu fl-Università Gregorjana, flIstitut Orjentali, u fl-Istitut Bibbliku f ’Ruma. • Oħrajn għallmu f ’Universitajiet f ’Londra, u fl-Amerika. Xi wħud taw korsijiet jew seminars f ’pajjiżi barra minn Malta • F’Novembru 1965 infetħet fil-Belt ilLibrerija John XXIII. • F’Marzu, 1978 żewġ Ġiżwiti Maltin marru l-Kenya, wieħed biex jgħallem il-filosofija u l-ieħor it-teoloġija. Sentejn wara jitlaq ieħor biex jgħallem il-bioloġija. L-Istitut Paulo • Fl-1997 ieħor mar jgħallem il-filosofija fi Sri Freire meta Lanka. kiena għadu ħdejn il-Knisja • Xi Ġiżwiti taw seminars u konferenzi f ’Malta Parrokkjali u barra. taż-Żejtun. Illum • Oħrajn ppubblikaw kotba u kitbu f ’rivisti jinstab fi Triq barranin u lokali. Sant Anġlu.

Appostolat soċjali • Il-Ġiżwiti laqgħu l-istedina tal-Gvern Malti biex imexxu is-St Philip Neri School f ’Santa Venera. Bdew din il-ħidma fl-1 ta’ April, 1967, u damu sa Novembru, 1972, • Nofs Dar Loyola, in-Naxxar, f ’Lulju, 1972, tgħaddi f ’idejn ilLittle Sisters of the Poor bħala dar tal-anzjani. Meta spiċċaw f ’Ottubru, 1992, bdiet tieħu ħsieb l-Azzjoni Kattolika. • F’Marzu 1989 twaqqaf iċ-Ċentru ta’ Fidi u

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017

Ġustizzja fiż-Żejtun. • Imbagħad, fiżŻejtun ukoll, fl-2001 fetaħ il-Paulo Freire Institute. • F’Jannar, 1993, twaqqaf il-JRS (Jesuit Refugee Service) f ’Malta. • Ħidma mar-rifuġjati fil-Libanu, is-Sirja, l-Eġittu, fil-Kongo u fl-Iraq. Appostolat maż-Żġħażagħ • Ħafna ħidma ssir mal-istudenti fil-Kulleġġ, fi skejjel tal-Knisja u tal-Istat. • L-istess issir ħafna ħidma mal-istudenti flUniversità. Isiru irtiri għaż-żgħażagħ fir-Randan u fis-sajf. • Fil-Kulleġġ fl-1960 twaqqaf is-CYLO (Christian Youth Leaders Organisation). • Fi Frar, 1963 twaqqaf it-Teenagers Correspondence Club. • F’Ottubru, 1969 twaqqaf il-Grupp 4Ts għażżghażagħ. • F’Jannar, 1971, Ġiżwita nħatar uffiċċjalment bħala ċ-Chaplain tal-Università. • Fl-1972 twaqqaf il-Friendship Group. • Kull sena jkunu organizzati xogħol ta’ voluntarjat f ’Malta u barra f ’pajjiżi differenti. Publikazzjonijiet • Il-Messaġġier Malti tal-Qalb ta’ Ġesù beda joħroġ f ’Marzu, 1912 u waqaf fl1973. • L-ewwel ħarga ta’ Lil Ħbiebna dehret fi Frar, 1945. • Fi Frar, 1948, bdiet toħroġ ir-rivista Regina et Mater talKongregazzjoni Marjana f ’Malta, illum R+M2000 • Fl-1948 bdiet toħroġ in-newsletter interna, The Maltese Jesuit, li damet sa’ Ġunju, 2017. • F’Jannar, 1961, bdiet ir-rivista Problemi ta’ Llum li m’għadhiex toħroġ. Il-Missjoni fl-Indja • F’Ottubru, 1924, Fr Anton DeBono u żewġ Ġiżwiti oħra telqu biex jibdew il-Missjoni fost l-ikbar tribù aboriġenu tas-Santals fl-Indja. Bejn l-1924 u 1973 telqu 73 Giżwita Malti u Għawdxi lejn l-India. • Fr Joseph Portelli jinħatar, fl-1 ta’ Lulju, 1949,

7


Storja

www.jesuit.org.mt

University College u fl-2013 fetah hostel għallbniet u fl-2014 Kulleġġ ieħor. • Ħafna mill-Kulleġġi huma fl-irħula li ma ssemewx. Xogħol ieħor barra minn Malta

bħala l-ewwel District Superior tal-Missjoni tagħna fl-Indja Fr Larry Caruana • Fit-12 ta’ Marzu, 1956, is-Superjur Ġenerali SJ meta beda jwaqqaf xi Provinċji u Regjuni fl-Indja. Ilxogħolu bħala Missjoni tagħna ssir is-Santal Region fejn hemm missjunarju 44 Giżwita Malti u wieħed Santal. Fr Joseph l-Indja Portelli hu l-ewwel Superjur Reġjonali. • Infetħu żewġ kulleġġi fejn it-tagħlim isir blInġiż: St Xavier’s f ’Sahibganj fl-1957 u f ’Raiganj fl-1999 • Iċ-Ċentru għat-Taħrig tal-Katekisti fetaħ f ’Torai fl-1976 u ftit wara fetaħ ukoll iċ-Ċentru Mix-xellug: Fr Gauci Sacco SJ, Inter-Djoċesan Pastorali u Kateketiku Sr Emmanuel • Ft-3 ta’ Settembru, 1962, il-Missjoni tagħna Borg, Fr Patrick fl-Indja ssir id-Djoċesi ta’ Dumka. L-ewwel Isqof Magro SJ, Fr Indjani kien ordnat hawn Malta. Paul Aquilina SJ, • Infetħu żewġ kulleġġi bl-isem ta’ St Xavier’s Fr John Scicluna fejn it-tagħlim mill-Primarja sas-Sixth Form isir SJ u Br Bernard bl-Ingliż: fl-1957 f ’Sahibganj u f ’1999 Raiganj fejn Kisku l-Indja waqt żjara talhem ukoll Vocational Training Centre Provinċjal Malti u • 29 ta’ Ġunju, 1977: il-Provinċja Maltija s-Soċju fl-Indja. għalqet 30 sena u dakinhar fl-Indja infetaħ innovizzjat fil-Missjoni tagħna. • F’Kodma beda it-Tribal Welfare Centre fl1985 • Għat-tribù tal-Paharias beda Centru f ’Satia fl-1987 u ieħor f ’Bathbanga fl-2000. L-Arrupe Tribal Cultural Centre beda fl-2016. • Is-Santal Region fl-Indja, b’digriet tas-Superjur Ġenerali, issir il-Provinċja ta’ DumkaRaiganj fil-15 ta’ Frar 1989. • Il-Pre-Novizzjat fetaħ fl-1996 f ’Sonabari. Hemm ukoll żewġ Apostolic Schools, wieħed f ’Tinħahar u ieħor f ’Majlisp;ir. • Iċ-Ċentru Soċjali Johar fetaħ f ’Dumka fl-2000. Fl-2005 fetaħ is-Socio-Pastoral Centre f ’Bankpokharia • Fl-2001 infetaħ iċ-Ċentru ta’ Mediċina Alternattiva f ’Kalidanga • Infetħu żewġ Ċentri ta’ Spiritwalità wieħed f ’Chotparua fl-1992 u ieħor f ’Baghmara fl-2005 • F’Maharo fl-2011 infetaħ St Xavier’s

8

• L-ewwel Ġiżwita Malti lejn il-Libanu telaq f ’Lulju, 1964. • L-ewwel grupp ta’ missjunarji għallUganda telaq f ’Ottubru, 1969 • Marru wkoll fl-Egittu u fisSudan. • Fil-Kanada, wieħed inħatar kappillan firRoyal Canadian Air Force. • F’Awwissu, 1972 telaq l-ewwel Ġiżwita Malti għall-missjoni fiċ-Ċilì. • Fl-1973 telaq ieħor għall-Brasil • F’Settembru, 1981 zewġ Ġiżwiti bdew ħidma pastorali fil-Libja. • Is-Superjur Ġenerali f ’Ottubru, 1990 bagħat Ġiżwita Malti jaħdem fir-Romania. • Giżwiti Maltin oħra ħadmu f ’diversi uffiċċji fil-Kurja Ġeneralizja u fl-Istitut storiku, f ’Ruma • Ġiżwita Malti ieħor kien Rettur tal-Kulleġġ Internazzjonali f ’Ruma. • Ġiżwiti oħra jgħinu fil-formazzjoni tal-Ġiżwiti barra minn Malta. Ġrajjiet oħra • Qabel il-karnival tal-1639, il-Gran Mastru ordna li fil-postijiet fejn jgħixu l-kavallieri ma jsirux ballijiet u pprojbixxa lin-nisa jilbsu xi maskla. Il-kavallieri ssuspettaw li l-Ġiżwiti kienu influwenzaw lill-Gran Mastru. Xi kavallieri li attakkaw il-kulleġġ kienu arrestati għal xi żmien. Imma l-kavallieri sfurzaw lill-Gran Mastru biex ikeċċi lill-Ġiżwiti li poġġiehom fuq frigata li ħadithom Għawdex u wara Sqallija. Wara s-sajf ġew lura Malta u l-kulleġġ reġa’ nfetaħ. • L-Ordni tal-Ġiżwiti kienet soppressa millPapa bejn l-1773 u l-1814. • Fl-1839, il-Ġiżwita Pollak Fr Massimiljan Ryllo, fi triqtu lejn il-Libanu waqaf Malta għal 3 xhur. Avviċinawh ħafna Maltin li xtaqu jidħlu Ġiżwiti. Għadd minnhom marru fin-novizzjat f ’Ruma. Dun Indrì Schembri, l-awtur tal-innu Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017


www.jesuit.org.mt

Fr Anthony Fenech SJ li ilu ħafna snin jaħdem l-Eġittu, jidher fin-nofs fuq wara.

Fr Tony Mifsud SJ, li jaħdem iċ-Ċile, jidher fuq in-naħa tal-lemin f’ritratt li ttieħed waqt żjara ta’ Fr Kolvenbach li dak iż-żmien kien il-Ġeneral tal-Kumpanija ta’ Ġesu’

“Ninni la tibkix iżjed” daħal Ġiżwita u kien wieħed mill-fundaturi tal-Kulleġġ ta’ San Pawl fl-Imdina. • L-ewwel grupp ta’ Scouts f ’Malta beda filKulleġġ f ’Ottubru, 1916. • Għall-ewwel darba, fl-1927 id-Direttur Ġiżwita tal-Appostolat tat-Talb f ’Malta, organizza l-festa ta’ Kristu Re b’korteo mill-Belt sal-Furjana. • Ġrajjiet oħra fl-1948 l-istudenti Ġiżwiti għamlu Wirja Missjunarja fil-Belt u bdew ixandru l-Programm tal-Qalb ta’Ġesù fuq ir-Rediffusion. • Fl-1948 Ġiżwita waqqaf iż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara

• Fr Maurice Eminyan, teologu, kittieb u xandar

Xi Ġiżwiti distinti matul is-snin

• Fr Victor Xuereb, kittieb, għamel traduzzjonijiet għall-Malti ta’ diversi kotba klassiċi, Grieġi u Latini.

• Fr Manwel Magri, Arkeologu, magħruf bħala ‘il-Missier tal-folklor Malti’.

• Fr Emmanuel Grima li daħħal l-irdiden li jtellgħu l-ilma fl-għelieqi.

• Fr Ġużè Delia, poeta u kittieb tal-Leggendi • Fr Daniel Glavina li wara l-mewt ta’ Mons Depiro, l-Arċisqof ħatru bħala s-Superjur Delegat tiegħu tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017

Wara din l-istorja fil-qosor tal-ħafna frott spitritwali li sar mill-Ġiżwiti Maltin matul l-425 sena, speċjalment fl-aħħar 70 sena bħala Provinċja ta’ Malta, f ’pajjiżna u barra minn xtutna, ma’ Marija, ir-Reġina tal-Kumpanija ta’ Ġesù, ngħidu “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, … għax issetgħani għamel magħna ħwejjeġ kbar” (Lq 3:46,49). Fil-pjan tiegħu ta’ mħabba, Alla għażilna, sejħilna biex nibqgħu miegħu (ara Mk 3 :14) ħalli jibgħatna nippritkaw u nagħmlu l-frott u l-frott tagħna jibqa’ (ara Ġw 15:14). Imma, niftakru fi kliem Ġesù li qalilna li “meta tagħmlu kulma tkunu ordnati, għidu, ‘Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu.’ ” (Lq 17:10). Iva, “aħna ħaddiema ma’ Alla” (1 Kor 3:9) għamilna b’ħilitna kollha kullma wriena l-Mulej. Għalhekk, bħalma kiteb San Pawl, min ħawwel, min saqqa, imma ”Alla hu li kabbar” (1 Kor 3:7). Mela, la ”Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih. Lilu l-glorja għal dejjem ta’ dejjem. Amen!” (Rum:11:36). Issa li sirna parti mill-Provinċja EwroMediterranja flimkien mal-Italja u l-Albanija il-ħidma tal-Ġiżwiti ser tikompli sejra b’entużjażmu mġedded. Fl-istess ħin tajjeb niftakru li “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. “ (Lq 10 :2)

9


Ċelebrazzjoni

www.jesuit.org.mt

Fl-Indja ringrazzjament u talb għall-Provinċja ta’ Malta

Fil-kalendarju kulturali ta’ Malta, id-data tas-29 ta’ Ġunju hi minquxa fil-ġebel. Imma flistorja tal-Ġiżwiti Maltin u ta’ ħutna fl-Indja wkoll din id-data ser tibqa’ mfakkra.

Fr Joe Gauci Sacco SJ, Fr Paul Aquilina SJ u Fr Emidio Saliba SJ jiċċelebraw l-quddiesa ta’ ringrazzjament. L-Isqof ta’ Dumka, Julius Marandi, jidher liebes l-abjad fuq in-naħa taxxellug.

10

Kien fid-29 ta’ Ġunju, 1947, li, wara l-Ġwerra Dinjija, is-Superjur Ġenerali ta’ Kumpanija ta’ Ġesù waqqaf il-Provinċja ta’ Malta. Kien jum ta’ ferħ mimli entużjażmu. Tletin sena ilu, fid-29 ta’ Ġunju, 1977, meta f ’Malta konna qegħdin infakkru it-30 anniversarju tal-Provinċja, f ’dik l-istess ġurnata, f ’Dumka, filMissjoni tagħna fl-Indja, infetaħ in-Novizzjat Jesu Jaher bi ħdax-il novizz. Fr Cecil Azzopardi kien l-ewwel Direttur tan-Novizzi. Għaddew erbgħin sena u matulhom kull sena numru ta’ żgħażagh Indjani bdew in-novizzjat f ’Dumka bħala Ġiżwiti. Dawk li daħlu daqs ħamsa u għoxin sena ilu u wara, illum qegħdin f ’pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà u tmexxija f ’diversi parroċċi, kulleġġi u opri. Ta’ dan nirringrazzjaw ħafna ’l Alla u ’l-benefatturi li llum jifirħu magħna għax qegħdin jaraw li l-għajnuna tagħhom għenet għallformazzjoni ta’ ħafna saċerdoti. Għalhekk, illum il-benefatturi għandhom sehem fil-frott u l-merti tal-ħidma pastorali, edukattiva u soċjali ta’ dawn is-saċerdoti żgħażagh, ħabrieka u ddedikati flgħalqa tal-Mulej. Grazzi.

Ċelebrazzjoni Meta kien qed joqrob l-1 ta’ Lulju ta’ din is-sena, il-jum li fih kellha tispiċċa l-Provinċja ta’ Malta u tkun iffurmata l-Provinċja ġdida, bl-isem ta’ Ewro Mediterranja, konna tlabna lill-Ġiżwiti Maltin imxerdin fil-dinja biex fid-29 ta’ Ġunju, ningħaqdu flimkien fit-talb u l-ispirtu biex infaħħru u nagħtu ħajr ’l-Alla u lill-Madonna għall-barkiet kollha li rċivejna matul is-70 sena tal-Provinċja ta’ Malta. Dakinhar l-ewwel Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr saret fl-Awstralja (fejn hemm Fr Albert Said), imbagħad fl-Indja, fl-Iraq, fit-Tanzania, fil-Libanu, fl-Eġittu, fl-Ewropa, fl-Amerika, fil-Kanada, fil-Brasil u l-aħħar waħda fiċ-Ċilì (fejn hemm Fr Tony Mifsud). Fr Varghese Palli, il-Provincjal tal-Provinċja tagħna ta’ Dumka-Raiganj fl-Indja, stieden lill-membri kollha tal-Provinċja u oħrajn ħalli fis-27 ta’ Ġunju jinġabru fin-Novizzjat f ’Dumka u flimkien iroddu ħajr ’l-Alla għall-Provincja ta’ Malta li hu uża biex permezz tagħha titwaqqaf ilLil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017


www.jesuit.org.mt

Mix-xellug: Fr Gauci Sacco SJ, Fr Emidio Saliba SJ u Fr Paul Aquilina li ilhom iktar minn 50 sena l-Indja, jaqtgħu l-kejk waqt iċċelebrazzjoni

Missjoni li fit-92 sena tagħha żvillppat ħafna. Illum hi Provinċja indipendenti, b’saħħitha u dejjem tikber u li fit-territorju tagħha mill-1962 inħolqu u ħarġu tliett djoċesijiet. Il-Quddiesa tmexxiet mit-tlett Ġiżwiti Maltin li għad baqa’ fl-Indja, Fr Paul Aquilina (li ilu l-Indja mill-1954), Fr Joe Gauci Sacco (li mar l-Indja fl1957) u Fr Emidio Saliba (li ilu l-Indja mill-1961). Kien hemm ukoll żewġ Maltin oħra li ilhom jaħdmu ħafna fil-qrib mal-Ġiżwiti Maltin biex tiġi s-Saltna ta’ Alla fost il-poplu Indjan. Waħda hi Sister Emmanuel Borg, Soru ta’ Maria Bambina, li marret l-Indja fl-1962 u ħadmet ħafna snin bħala kap tal-iskola tal-bniet u issa tagħti l-irtir f ’diversi partijiet tal-Indja. L-oħra hi Ms. Marcette Buttigieg, membru tal-iSpicolatrici, Nurse u taħdem ħafna mal-morda speċjalment mat-tfal b’diżabbilita’. L-Isqof Julius Marandi ta’ Dumka ħa sehem fil-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr flimkien ma’ ħafna saċerdoti Ġiżwiti u djoċesani. Fil-bidu tal-Quddiesa, Fr Aquilina, li mexxa l-Quddiesa, fakkar il-bidu u l-għeruq tal-Missjoni li llum hi l-Provinċja ta’ Dumka-Raiganj kif ukoll it-twaqqif u l-iżvilup tat-tliett djoċesijiet ta’ Dumka

(fl-1962), ta’ ta’ Raiganj (fl-1978) u ta’ Purnea (fl-1998). Fr Gauci Sacco għamel l-omelija, Il-prezenża ta’ Fr Saliba, għalkemm ma jiflax iżda ferħan u ġie minn Saħibganj, sebbħet iċċelebrazzjoni. Wara l-Quddiesa kulħadd kiel flimkien u flaħħar Fr Saliba qasam il-cake fost iċ-ċapċip ta’ dawk preżenti.

11


Inawgurazzjoni

www.jesuit.org.mt

L-inawgurazzjoni

tal-Provinċja l-ġdida

Fit-30 ta’ Ġunju, 2017, madwar għoxrin Ġiżwita Malti flimkien ma numru daqshom ta’ kollaboraturi u ħbieb tagħna tlaqna għal Ruma biex l-għada nieħdu sehem fil-Quddiesa u ċ-ċerimonja sempliċi tat-twaqqif talProvinċja Ewro-Mediterranja. Nhar is-Sibt, 1 ta’ Lulju, 2017, il-knisja majestuża tal-Ġesù f ’Ruma, il-knisja ewlenija tal-Kumpanija ta’ Ġesù, bdiet timtela b’saċerdoti, reliġjużi u lajċi għallQuddiesa. Is-Superjur Ġenerali, Fr Arturo Sosa, mexxa l-Quddiesa. Fil-bidu, wara l-introduzzjoni, l-Assistent tal-Provinċjal tal-Italja, Fr Francesco Pecori, u l-Assistent tal-Provinċjal ta’ Malta, Fr John Scicluna, l-ewwel qraw bit-Taljan u bl-Ingliz id-Digriet tal-Ġeneral li bih waqqaf il-Provinċja l-ġdida, u wara qraw id-Digriet, bitTaljan u bl-Ingliż tal-ħatra ta’ Fr Gianfranco Matarazzo bħala l-Provinċjal talProvinċja l-ġdida. Il-kant, l-qari u t-talbiet tal-ġemgħa kienu bilMalti, bit-Taljan u l-Albaniż. Wara l-Evanġelju, isSuperjur Ġenerali għamel din l-Omelija. 12

‘Għeżież ħuti, Fil-kulturi kollha, kull twelid ġdid iġib sew ferħ u kemm inċertezzi. Iġib il-ferħ għax jiftaħna għal dak li hu ġdid, kif ukoll għall-possibbiltà li nimxu minn triqat ġodda biex niskopru modijiet oħra ta’ ħajja..... L-inċertezzi huma bħal dawk li nsibu fil-vanġelu ta’ San Luqa (1:65-66) meta twieled San Ġwann il-Battista: U l-ġirien tagħhom ilkoll qabadhom il-biża’, u bdew ixandru dawn ilġrajjiet kollha ma’ l-għoljiet kollha talLhudija, u kull min kien jismagħhom kien iżommhom f ’qalbu u jgħid: “Mela x’għad ikun dan it-tifel?” Illum qegħdin niltaqgħu biex niċċelebraw it-twelid tal-Provinċja Euro-Mediterranja tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Din ukoll hija okkażjoni ta’ ferħ kbir u fl-istess ħin ta’ inċertezza. Għalhekk, qabel kollox, inbierku lill-Mulej mill-qiegħ ta’ qalbna, kif għamilna meta kantajna Salm 144. Il-Mulej kien kbir fl-imħabba tiegħu għalina u aħna fraħna. Aħna rridu nbierku lill-Mulej kull jum tal-ħajja tagħna u għal dejjem. Kull twelid huwa riżultat talimħabba. Dan it-twelid tal-lum huwa l-frott tal-ikbar imħabba ta’ Alla, għaliex lill-Mulej ma ħabbejniehx, imma kien Hu li ħabbna għax bagħat lil Ibnu bħala vittma ta’ tpattija għal dnubietna. Dan huwa l-għajn talferħ bla tmiem tagħna, it-tbissima u possitività tagħna lejn it-twelid tal-komunità appostolika EwroMediterranja ġdida. Dan it-twelid huwa stedina urġenti biex nibqgħu f ’din l-imħabba li hija l-bidu ta’ din il-komunità. Ħa nqisu l-kliem ta’ Ġesù lid-dixxipli tiegħu flAħħar Ikla fejn huwa ndirizzat lilna: kif ħabbni l-Missier hekk ħabbejtkom jien. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Din hi l-vokazzjoni tagħna: li nibqgħu

fl-imħabba tal-Mulej li tagħmilna kumpanji tiegħu matul il-ħajja u l-missjoni tagħna. Kien hu li għażilna u aħna aċċettajna li nimxu miegħu u warajh. Ġesù jissokta jgħidilna: Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Nitlob minn qalbi lil kull wieħed u waħda minnkom, kollha kemm aħna kumpanji ta’ Ġesù, impenjati biex nikkontribwixxu flimkien ma’ ħafna oħrajn lejn il-Missjoni ta’ Kristu fiddinja, biex ikollkom dan il-ferħ sħiħ li jġegħelna nkunu qrib Ġesù u l-foqra tiegħu. L-akbar imħabba hija dik li tagħti ħajtek għall-oħrajn. Bħala ħbieb fil-Mulej aħna nieħdu sehem f ’din l-imħabba li ġġegħlna ngħarfu kull bniedem bħala ħabib, bħala ħija jew oħti, ulied tal-istess Missier li hu ħanin u kompassjonanti....u kbir flimħabba (Salm 144) It-twelid tal-Provinċja EwroMediterranja l-ġdida tal-Kumpanija ta’ Ġesù tipprometti frott appostoliku fis-sitwazzjoni l-ġdida tas-soċjetà Albaniża, Maltija u Taljana fejn ser jitwettaq il-ministeru tarrikonċiljazzjoni li talbitna nwettqu l-Kongregazzjoni Ġeneral 36. Hemm sitwazzjonijiet soċjali kumplessi ħafna u li l-ħin kollu qed jitbiddlu. Dawn saru sfida permanenti biex nifhmu u niddixxernu dak li l-aħjar li jmexxina għall-għan li għalih ġejna maħluqa u magħżula mill-Mulej. Nittama li l-kliem ta’ Ġesù li smajna fil-vanġelu ta’ din iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika jibqgħu jidwu l-ħin kollu f ’qalbna, filkomunitajiet u xogħlijiet appostoliċi tagħna: Jien nibgħatkom biex tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’. Il-ferħ ta’ dan it-twelid u l-fatt li aħna konxji li ġejna mibgħuta, ma jaħbux l-inċertezzi tal-ġejjieni li ma Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017


nistgħux nanteċipaw b’mod ċar biex iserrħilna moħħna. Iżda l-inċertezza timbuttana biex inpoġġu l-fiduċja kollha tagħna f ’dak Alla li talab lil Abram biex iħalli daru u art twelidu u jimxi lejn post li aktar ’il quddiem Alla kien ser jurih fejn hu (Ġen. 12:1). Alla talab lil Abram ta’ ħamsa u sebgħin sena biex iħalli dak kollu li kien ilu jagħmel tul ħajtu kollha mingħajr ma qallu fejn għandu jmur, iżda assigurah biss illi hu, il-Mulej, Id-Digriet tat-twaqqif tal- ser jimxi miegħu u jurih it-triq. Allura Abram Provinċja Ewro- telaq kif ikkmandah il-Mulej (Gen. 12: 4). Mediterranja, Il-Kongregazzjoni Ġenerali 36 u d-Digriet irrikomandatilna biex nippjanaw ħajjitna u tal-ħatra talProvinċjal il-ġdid, l-missjoni tagħna. Huwa minnu wkoll illi t-twelid tal-Provinċja l-ġdida Ewro-Mediterranja Fr Gianfranco hija riżultat ta’ triq twila ta’ ppjanar appostoliku Matarazzo SJ Is-Superjur Ġenerali talĠiżwiti Fr Arturo Sosa waqt il-quddiesa talinawgurazzjoni

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017

fuq il-livelli kollha. Iżda għallKumpanija ta’ Ġesù l-ippjanar appostoliku mhuwiex l-aħħar kelma. L-ippjanar appostoliku huwa strument li fih dejjem ikun hemm tensjoni, imma, permezz tad-dixxerniment spiritwali u l-konferma, l-ħin kollu jżomm ħaj li mexjin fit-triq it-tajba. Huwa għodda biex naslu għallMagis, li jgħinna nagħmlu l-aħjar użu tar-riżorsi tagħna. Aħna konxji li t-triq u fejn irridu naslu jafhom biss il-Mulej li tana l-Ispirtu Tiegħu biex jakkumpanjana fil-pellegrinaġġ tagħna. Il-ferħ ta’ dan it-twelid u l-inċertizzi li jġib miegħu jimbuttawna biex ikollna qalb waħda u ruħ waħda bħalma kellha l-komunità tal-ewwel Insara kif jiddeskrivuha l-Atti tal-Appostli: Permezz talgħaqda tal-qlub inkunu nistgħu naqsmu flimkien ir-rikkezzi tad-diversità li tikkaratterizzana kif ukoll dak kollu li għandna biex ħajjitna tkun mogħtija għall-missjoni ta’ Kristu. Il-Madonna tat-Triq toħodna b’imħabba kbira għand l-Iben li waqqafna biex nagħmlu ħafna frott.’

13


Spiritwalità

Miktub minn Fr William A Barry SJ

Spiritwalità Injazjana

Kif tasal għal Deċiżjoni skond it-tradizzjoni Injazjana (1) Meta sħabu għażluh biex ikun isSuperjur Ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesù, Injazju minn Loyola sabha bi tqila - ħaġa tal-iskantament - li jaċċetta. Irrifjuta għax, qal, kien midneb kbir wisq, u ried aktar jobdi milli jikkmanda, u ma kienx kapaċi jrażżan lilu nnifsu. Talab lil sħabu jerġgħu jaħsbuha għal erbat ijiem oħra. Meta reġgħu vvutaw bħal qabel, mar għand il-konfessur tiegħu u għal tlitt ijiem irrifletta fuq ħajtu l-imgħoddija birreqqa u għamel qrara ġenerali. Talab lill- konfessur tiegħu jiddeċiedi hu jekk kellux jaċċetta l-uffiċċju.

14 14

Meta l-konfessur qallu li jekk jirrifjuta kien ifisser li qed jirreżisti r-rieda ta’ Alla, Injazju baqa’ ma kkonvinċiex ruħu u talab lill-konfessur jitlob dwar dil-materja għal tlitt ijiem oħra u mbagħad jagħtih id-deċiżjoni bil-miktub. Fl-aħħar, meta d-deċiżjoni baqgħet ma nbidlitx, ċeda u aċċetta l-inkarigu. Inċertezza u determinazzjoni ll-fatt li dam daqshekk itella’ u jniżżel meta hu kien bla dubju l-mexxej tal-grupp żgħir, jolqotna bħala ħaġa stramba jekk mhux ukoll nuqqas ta’ sinċerità. Il-psikoanalista Ġiżwita Fr William Meissner, wara li studja dawn id-dettalji, deherlu li Injazju sabha daqshekk bi tqila għax kien iħossu miġbud ’l hawn u ’l hemm minn sentimenti differenti u għax kien jobgħod fih innifsu l-fatt li kien għadu xi ftit ambizzjuż u mehdi bih innifsu. Jista’ jkun ukoll li beża’ li jsiru magħrufa l-iskappaturi ta’ żgħożitu u jintużaw biex jagħmlu ħsara lill-Ordni l-ġdid. Milli jidher, kien ukoll offenda lil Vinċenz Carafa, fundatur tat-Teatini, li kien sar kardinal influwenti, billi kien għamillu kritika x’aktarx ħarxa fuq l- imġiba talkongregazzjoni l-ġdida li waqqaf. Kienet x’kienet il-kawża tal-inċertezza fil-bidu, darba li aċċetta li jkun il-Ġeneral, Injazju ma wera l-ebda inċertezza li juża l-awtorità tiegħu, anke li jwissi serjament lil sħabu, li dejjem qieshom ko-fundaturi miegħu tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Ried ikun żgur Ejjew nirriflettu ftit fuq din is-sensiela tal-ġrajjiet fil-ħajja ta’ Injazju. Kien hemm xi ħaġa f ’lnjazju li minħabba fiha ma kienx iħossu komdu li jkun elett Ġeneral. Dan kien mument deċisiv, mhux biss għalih, imma wkoll għal din l-intrapriża ġdida, il-Kumpanija ta’ Ġesù, li hu u sħabu kienu jemmnu li Alla riedha teżisti. Injazju ried ikun żgur li l-elezzjoni tiegħu tkun skond ir-rieda t’Alla. Naħseb li din l-inċertezza - kien x’kien il-bidu psikoloġiku, spiritwali jew raġjonevoli tagħha - kienet ir-raġuni għal kulma għamel wara. Ried ikun żgur li din l-għażla kienet il-waħda t-tajba. Kien importanti li ssir sew. Biex ikun żgur, kellhom hu u sħabu u l-konfessur jitolbu ħerqana d-dawl mis-sema. Meta kulma għamlu wassal dejjem għall-istess riżultat, Injazju aċċetta l-elezzjoni. Nemmen li f ’din l-istorja nsibu l-muftieħ għallispirtwalità ta’ kif wieħed jieħu d-deċiżjonijiet skond it-tradizzjoni Injazjana. Fl-1540, meta l-Papa Pawlu III approva l-Kumpanija ta’ Ġesù, Injazju u l-ewwel Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017


kumpanji kienu ċerti li Alla kellu sehem fl-elezzjoni li kienu qegħdin jagħmlu u li kien ser imexxihom. (Ta’ dan għandna konferma fil-bidu u fit-tmiem talKostituzzjonijiet1). Tagħraf ir-rieda t’Alla Is-Superjur Ġenerali l-ġdid kellu mhux biss imexxi dal-grupp li kien għadu fil-bidu tiegħu, imma wkoll jabbozza l-Kostituzzjonijiet, u għalhekk hu u sħabu kienu jqisu din l-elezzjoni bħala waħda kruċjali. Talbu ’l Alla jiggwidahom ħalli jagħmlu għażla tajba. It-tieni, riedu jisimgħu t-tweġiba ta’ Alla, u din kellha tasal, milli jidher, minn triqat diversi: ilvoti tagħhom, il-parir tal-konfessur ta’ Injazju, u l-movimenti interni tagħhom, li kienu attenti għalihom kemm qabel kemm wara li vvutaw. Kienu jissopponu li Alla għandu ħolma li tinkludi mhux biss dak li jagħmlu l-individwi dak li jagħmel ilgrupp u li għalhekk Alla kien ser jikkomunikalhom dil-ħolma tiegħu b’modi differenti. Fost dawn il-modi ma kienx hemm biss iddixxerniment individwali tagħhom dwar x’ried l-lspirtu, mhux biss il-voti tagħhom, imma wkoll l-inċertezza ta’ wieħed minnhom, Injazju. Ma dawn kien hemm ukoll il-persistenza ta’ sħabu minkejja l-inċertezza ta’ Injazju u l-parir tal-konfessur, li f ’talbu kellu jikkonsidra kemm Injazju tant sabha kontra qalbu li jaċċetta l-inkarigu. Fi kliem ieħor, f ’materji bħal dawn, ir-rieda ta’Alla tingħaraf - sa ċertu pont - fil-konfużjoni tad-dinja reali. Darba li Injazju kien għamel minn kollox biex isolvi d-dubji li kellu u kien ikkonkluda li kellu jaċċetta, qatt iktar ma eżamina jew inkwieta kienx għamel sew. Effetti tad-deċiżjoni U issa, minn dan l-eżempju ta’ Injazju, nixtieq neżamina ċerti implikazzjonijiet għal meta jkollna nieħdu deċiżjonijiet. Fuq liema xorta ta’ deċiżjonijiet qegħdin nitkellmu? Hi ħaġa ċara li d-deċiżjoni li kellhom quddiemhom l-ewwel Ġiżwiti kienet waħda importanti ħafna. Kien ser ikollha effetti - dan nistgħu ngħiduh talanqas issa wara l-ġrajja - mhux biss fuqhom, imma wkoll fuq il-Knisja. Imma l-istess jiġri bid-deċiżjonijiet li nieħdu aħna u oħrajn f ’ħajjitna. L-għażla li tiżżewweġ, u lil din il-persuna partikolari, taffettwa mhux biss liż-żewġ persuni, imma wkoll lill-familji li minnhom ħarġu u lid-dixxendenti tagħhom, u dawn ukoll jaffettwaw lid-dinja. Hi mela deċiżjoni importanti ħafna. Għalhekk, il-koppji li jkunu qed jaħsbu biex jiżżewġu jixtiequ jkunu ċerti li qed jagħmlu għażla tajba. Id-deċiżjoni li tingħaqad ma’ kongregazzjoni reliġjuża wkoll għandha l-konsegwenzi tagħha, mhux biss għaliex mhux ser tifforma familja, imma wkoll għaliex id-dħul tiegħek ser jaffettwa lillkongregazzjoni għat-tajjeb jew għall-ħażin u ser Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017

tmiss għadd kbir ta’ ħajjiet, b’konsegwenzi diversi għad-dinja u għall-Knisja. Kulmin ser jagħmel din l-għażla jrid ikun żgur li qed jagħmel id-deċiżjoni t-tajba. Fil-fatt, jekk naħsbu ftit, nindunaw li ħafna mid-deċiżjonijiet tagħna għandhom konsegwenzi għall-istorja tad-dinja. Jien issa ili Ġiżwita għal aktar minn 50 sena. F’dawn is-snin għamilt impatt fuq il-Kumpanija ta’ Ġesù u x’aktarx fuq ħafna nies, li x’uħud minnhom jafuni biss mill-kitba tiegħi. Li kieku fl-1948 meta kont żagħżugħ ma dħaltx fil-Kulleġġ ta’ Holy Cross, forsi qatt ma kien jiġini l-ħsieb li nsir Ġiżwita. Id-deċiżjoni li mmur f ’dak il-Kulleġġ kienet importanti ħafna f ’ħajti. Imma mort hemm kważi b’kumbinazzjoni, bla wisq ħsieb. L-azzjoni t’Alla u tal-bniedem L-istess jistgħu jgħidu ħafna oħra dwar l-għażliet tagħhom fejn riedu jieħdu l-edukazzjoni tagħhom. L-għażliet kollha tagħna jkollhom il-konsegwenzi tagħhom, x’uħud minnhom aktar sinifikanti minn oħrajn. Alla għandu interess fl-għażliet tagħna? Hi ħaġa ovvja li Injazju hekk kien jaħseb. L-iskop waħdieni tal-Eżerċizzi Spiritwali hu li jgħin lin-nies jagħmlu għażliet li aktar jaqblu mal-ħolma ta’ Alla u mhux misjuqa minn attakkamenti oħra li jista’ jkollhom. Kif għandna nifhmu s-sehem ta’ Alla fl-għażliet tagħna? L-idea tal-filosfu Skoċċiż John Macmurray tgħinna biex inwieġbu dil-mistoqsija. Macmurray jargumenta li l-uniku mod li jagħmel sens biex nifhmu d-dinja hu li narawha bħala att wieħed ta’ Alla, mmexxija minn intenzjoni waħda. Dan ifisser li d-dinja hi l-azzjoni li ma taqtax ta’ Alla u li din l-azzjoni għandha skop. Fi kliem ieħor, Alla hu dejjem attiv fid-dinja biex jwettaq dan l-iskop divin. Fi ktieb li ppubblikajt fl-1992, argumentajt fit-tul li Alla ħalaq id-dinja biex titwaqqaf is-saltna ta’ Alla mxandra minn Ġesù, Saltna fejn il-bnednin kollha jgħixu f ’għaqda armonjuża mat-Trinità Qaddisa, ma xulxin, u ma’ l-univers maħluq kollu. Hawn il-qofol hu li Alla qiegħed kontinwament jaħdem fid-dinja biex iwaqqaf dis-Saltna. L-azzjoni waħdanija ta’ Alla, li hi d-dinja, tiġbor fiha l-azzjonijiet kollha tal-bnedmin (dawk kollha li jaġixxu liberament u b’intenzjoni) u l-ġrajjiet kollha (jiġifieri, dak kollu li jiġri mingħajr l-intenzjoni ta’ xiħadd). Jekk nikkonsidraw id-dinja b’dal-mod, l-azzjonijiet umani jistgħu jaqblu iżjed jew inqas mal-azzjoni bi skop ta’ Alla. Għalhekk nistgħu ngħidu li Alla għandu interess fl-għażliet kollha tagħna. (Jissokta f ’ħarġa oħra) 1 “L-Għerf u t-Tjubija l-aktar kbira t’Alla, Ħallieq u Mulej tagħna, trid tkun li żżomm, trieġi u tmexxi ’l quddiem fil-qadi mqaddes tiegħu din l-iżgħar Kumpanija ta’ Ġesù, bħalma għoġobha tibdieha ...” (§134). “Il-Kumpanija, li ma ġietx imwaqqfa b’mezzi umani, anqas ma tista’ tinżamm u tikber bihom, imma bil-grazzja t’Alla u Sidna, Ġesù Kristu, li jista kollox” (§812).

15

Spiritwalità

www.jesuit.org.mt


Inawgurazzjoni

www.jesuit.org.mt

Ċelebrazzjoni f’Malta Wara ċ-ċelebrazzjoni f ’Ruma għall-inawgurazzjoni tal-Provinċja Ewro-Mediterranja, kien imiss u jixraq li l-okkazjoni tkun imfakkra anke hawn Malta.

Lejlet il-Festa ta’ Sant’Injazju, il-Ħadd 30 ta’ Lulju, 2017, organizzajna Quddiesa f ’Dar Loyola li għaliha kienu mistiedna l-qraba tal-Ġiżwiti, il-kollaboraturi fl-appostolati tagħna, ħbieb u benefatturi. Konna madwar 400 persuna. Minn Ruma ġew apposta, il-Provinċjal, Fr Gianfranco Matarazzo, u l-Assistent tiegħu, Fr Francesco Pecori Giraldi. Il-Quddiesa konċelebrata tmexxiet minn Fr Michael Bugeja li għadu kif inħatar bħala d-Delegat tal-Provinċjal f ’Malta, li għamel l-omelija. Qabel il-Quddiesa, il Provinċjal, Fr Matarazzo, għamel din l-introduzzjoni. ‘Għeżież Kumpanji – Ġiżwiti u ħbieb Inħossni ferħan ħafna li ninsab hawn magħkom illum, lejlet il-festa tal-Fundatur tagħna, Sant’Injazju minn Loyola, biex infakkru l-bidu ta’ vjaġġ ieħor – din id-darba vjaġġ flimkien bħala Provinċja ġdida. Mill-ewwel passi inċerti bħala Ordni reliġjuż, il-Kumpanija ta’ Ġesù ilha f ’moviment kontinwu, dejjem iżjed il-quddiem, b’sogru tidħol f ’territorji li għadhom mhux magħrufa, mimlija qlubija u mkebbsha b’entużjażmu biex taqdi ’l-Mulej … u anke b’sens ta’ avventura u umiltá quddiem ġejjieni mhux magħruf. Hemm żminijiet meta aħna msejħin nimxu weħidna, imma hemm ukoll żminijiet meta aħna msejħin biex nimxu flimkien, biex noffru ħbiberija, biex insaħħu r-riżorsi tagħna u b’hekk naqdu aħjar il-missjoni tagħna. Il-Provinċja Ewro-Mediterranja ġdida hi r-rizultat ta’ sejħa minn dawn. Fl-2008, il-Kongregazzjoni Ġenerali 35, f ’wieħed mid-diġrieti, tat il-mandat lis-Superjur Ġenerali biex jibda process ta’ riflessjoni u evalwazzjoni li jwassal għall-proposti konkreti kif il-Kumpanija ta’ Ġesù tkun tista’ taqdi aħjar ir-realtajiet ta’ żminijietna u hekk twieġeb għas-sejħa universali tagħna biex inkunu ta’ servizz għall-Knisja u d-dinja. B’rizultat tal-istudju li sar, sal-2014, kull Provinċja kellha tibgħat lis-Superjur

16

Ġenerali rapport dettaljat dwar il-progress ta’ kollaborazzjoni speċjalment fl-oqsma tal-formazzjoni, tal-Ispiritwalitá Injazjana, l-edukazzjoni, l-appostolat soċjali u l-Appostolat tat-Talb. Il-Provinċjia tal-Italja u ta’ Malta għamluh danrapport u s-Superjur Ġenerali ta’ dak iż-żmien, Fr Adolfo Nicolás, talab liż-żewġ Provinċji biex jibdew vjagg li jwassal ħalli tinħoloq Provinċja ġdida u ikbar. Fl-2015 beda proċess intens u rigoruż ta’ analisi, dixxerniment, talb u tħejjija, laqgħat bla għadd, ħafna deliberazzjonijiet u diskussjoni li taw każ tat-territorji differenti, u l-karatteristiċi uniċi tagħhom - kulturali, ekkleżjali, lingwistiċi, soċjali u storiċi. Kienu identifikati u elaborati l-prioritajiet appostoliċi, kif ukoll il-mod ta’ gvern, l-għażla ta’ missjonijiet, opri, istituzzjonijiet u komunitajiet. Matul dan kollu, il-Ġiżwiti f ’Malta, speċjalment ilProvinċjal, Fr Patrick Magro, u l-Assistent tiegħu, Fr John Scicluna, ħadmu ħafna. Il-Ġiżwiti f ’Malta, fl-Italja u fl-Albanija, ħadmu wkoll fil-qrib ma’ ħafna minnkom, il-kollaboraturi lajċi, kollegi u ħbieb. Fl-aħħar, nhar is-Sibt, l-1 ta’ Lulju ta’ din is-sena, aħna lkoll inġbarna flimkien għall-inawgurazzjoni tal-Provinċja Ewro-Mediterranja ġdida, li saret waqt ċelebrazzoni Ewkaristika, sempliċi imma sabiħa, fil-knisja tal-Ġesù f ’Ruma. U issa, hekk kif qegħdin nagħmlu l-ewwel passi bħala Provinċja ġdida, niżżu ħajr lill-Mulej għall-fedeltà u l-għerf tiegħu. Aħna nilqgħu din l-opportunità ġdida biex inwessgħu l-iskop tagħna ħalli naqdu aħjar il-Knisja u l-poplu ta’ Alla b’mod iktar effettiv waqt li kuljum niskopru possibiltajiet ġodda u eċċitanti ta’ kollaborazzjoni bejn il-Ġiżwiti u l-lajċi f ’dan it-territorju ikbar li sebbaħ u stana iktar bil-kapaċitajiet ta’ kulħadd, bil-potenzjal u l-ġenerożità ta’ kull wieħed mill-membri tagħha. Ħekk kif nibdew din l-avventura flimkien, ħa nħarsu ’l quddiem bit-tama. Sant’Injazju ser jakkumpanjana bl-interċessjoni tiegħu u l-Mulej ser jimxi magħna kull pass tat-triq.’


Il-Provinċjal il-ġdid Fr Gianfranco Matarazzo SJ (fin-nofs), flimkien malaħħar Provinċjal tal-’Provinċja ta’ Malta’ Fr Patrick Magro SJ (fuq in-naħa tal-lemin) u Fr Zef Bisha millAlbanija,waqt iċ-ċelebrazzjoni tat-twaqqif talProvinċja EwroMediterranja (Albanija, Italja u Malta)

1717


’l Hawn u ’l He Ħatriet u ċaqlieq fil-Provinċja l-ġdida

Fl-1 ta’ Lulju, 2017, twaqqfet il-Provinċja EwroMediterraja, li tinkludi l-Albanija, l-Italja u Malta, u nħatar l-ewwel Provinċjal tagħha, Fr Gianfranco Matarazzo, li jkun joqgħod Ruma. Fr Patrick Magro, li dawn l-aħħar tliett snin serva bħala l-Provinċjal tal-Provinċja ta’ Malta, inħatar Promotur tal-Vokazzjonjiet fil-Provinċja l-ġdida. Ikun joqgħod Malta fil-komunità ta’ Dar Manwel Magri, l-Imsida u jgħin fil-pastorali taċ-Chaplaincy maż-żgħażagħ fl-Università. La darba mhux ser ikun hawn iktar Provinċjal f ’Malta jispiċċa wkoll li jkun ħawn l-Assistant tiegħu. Għalhekk, wara ħdax il-sena ta’ servizz f ’din il-kariga ma’ tliet Provinċjali, Fr John Scicluna spiċċa minn dik il-kariga imma jkompoli x-xogħol pastorali l-ieħor li kien jagħmel u nħatar Promotur tal-Missjonijiet tal-Ġiżwiti minflok Fr Lawrence Caruana li b’dedikazzjoni wettaq dan ix-xogħol matul għoxrin sena. Minħabba li Malta mhux ser ikun hawn Provinċjal, minflok ser ikun hawn Delegat talProvinċjal u ser ikun Fr Michael Bugeja li jkompli bħala Superjur ta’ Dar Manwel Magri fl-Imsida, imma spiċċa minn Chaplain tal-Università. Iċ-Chaplain il-ġdid fl-Università hu Fr Mark Cachia li ġie lura Malta wara li għamel it-Tielet sena tan-Novizzjat fil-Messiku. Bl-approvazzjoni tas-Superjur Ġenerali, ilProvinċjal Fr Gianfranco Matarazzo, ħatar lil Fr Vincent Magri bħala d-Delegat tiegħu għall-Ġiżwiti li għalqu 75 sena u jkun inkarigat mill-infermeriji kollha fil-Provinċja Euro-Mediterranja. Hu ser ikun joqgħod f ’Ruma. Għalhekk ma baqax Direttur ta’ Paulo Freire Institute fiż-Żejtun. Id-Direttur il-ġdid ta’ Paulo Freire Institute fiżŻejtun hu Fr Edgar Busuttil li fl-2001 waqqaf u mexxa dan l-Istitut għal bosta snin. Fr Edgar hu s-Superjur tal-komunità fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f ’Birkirkara u ser ikompli f ’din il-kariga. Il-Provinċjal ħatar lil Fr Jimmy Bartolo, ir-Rettur tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, biex ikun ukoll il-President tal-Fundazzjoni tal-Edukazzjoni tal-Ġiżwiti fl-Italja. Wara ħafna snin ta’ servizz fiċ-Chaplaincy tal-Università, Fr Arthur G. Vella ser ikun membru tal-komunità ta’ Mount St Joseph, il-Mosta. L-istudent Robert Rizzo, li spiċċa l-istudju tal-filosofija fl-Università Gregorjana f ’Ruma, ser ikun membru tal-komunità ta’ Dar Manwel Magri, l-Imsida, jagħmel xogħol pastorali fiċ-Chaplaincy tas-Sixth Form fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi.

18 18

Intervista mas-Superjur Ġenerali

Fl-14 ta’ Ottubru, 2016, Fr Arturo Sosa kien elett Superjur Ġenerali tal-Ġizwiti. Lejn l-aħħar ta’ Lulju, Fr Sosa ta intervista lil L’Osservatore Vaticano, il-gazzetta tal-Vatikan, dwar l-ewwel disa’ xhur tat-tmexxija tiegħu talKumpanija ta’ Ġesù u l-appostolat tal-Ġiżwiti madwar id-dinja. F’dawn il-ftit xhur hu diġa’ żar l-Indja, il-Perù, Spanja, il-Ġermanja, ir-Rwanda, il-Burundi, il-Kenja, l-Indonesia, il-Kambodja u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Meta kien mistoqsi jiddiskrivi l-missjoni tal-Ġiżwiti llum, Fr Sosa wieġeb li kuljum trid tpoġġi fil-prattika r-rikonċiljazzjoni. Din issir b’modi differenti u fuq tliett livelli – ma’ Alla, mal-bnedmin u mal-ambjent. Kif xtaq il-Papa Franġisku fl-enċiklika Laudato Si, Fr Sosa enfasizza li dan ifisser li jkun jeħtieġ li tmur lil hinn milllimiti tal-Knisja, billi nitkellmu u naħdmu ma’ kulturi u reliġjonijiet differenti. Żid jgħid “Għadni kif ġejt minn vjaġġ fl-Asja: fl-Indonesja, pajjiż li fid-dinja għandu l-ikbar populazzjoni ta’ Misilmin, tkellimt fit-tul ma’ grupp ta’ intellettwali Musulmani, u fil-Kambodja iltqajt mal-patrijiet Buddisti”.

Mill-Isptar għan-Novizzjat F’ Settembru 2017, telaq minn Malta Nicholas Cassar u mar Genova ħalli jibda n-novizzjat bħala Ġiżwita. Nicholas hu minn Ħaż-Żebbuġ. Studja fis-Sekondarja u fis-Sixth Form talKulleġġ ta’ San Alwiġi. Wara beda l-kors talMediċina fl-Università ta’ Malta u fl-2015 iggradwa bħala tabib. Għamel sena jaħdem fi sptar fl-Ingilterra u sena oħra fl-Isptar Mater Dei. Nifirħulu u nawgurawlu kull barka fil-mixja ma’ Ġesù bħala kumpann tiegħu. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2017


emm

mal-Ġiżwiti Jitolbu ħelsien għal qattiel F’El Salvador, fl-1989, inqatlu sitt Ġiżwiti, impjegata u t-tifla tagħha. Il-kurunell Guillermo Benavid kien ikkundanat 30 sena ħabs għassehem tiegħu. Issa l-Ġiżwiti kitbu lill-Ministeru tal-Ġużtizzja u Sigurtà Nazzjonli u talbu li l-exkurunell jingħata l-ħelsien. Fir-rikors tagħhom il-Ġiżwiti reġgħu qalu li huma jaħfrulu. Imma għalkemm għad baqagħlu 26 sena oħra x’jiskonta fil-ħabs huma tal-feħma li l-proċess tal-verità, ġustizzja u riparazzjoni sar.

Membri f’Kummissjoni Fir-ritratt min-naħa tax-xellug: L-iSkolastiku Arnold Mugliett SJ, in-novizz Daniel Borg SJ, u Josef Beck SJ li għadu kemm għamel l-ewwel voti bħala Ġiżwita

Għamel l-Ewwel Voti L-istudent Josef Beck spiċċa s-sentejn tan-Novizzjat f ’Ġenova u fis-16 ta’ Settembru, 2017, fil-knisja tal-Gesù, flimkien ma’ seba’ minn sħabu għamel l-ewwel voti, sempliċi imma perpetwi, tal-faqar, tal-kastità u talubbidjenza fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Nifirħulu. Issa sejjer Ruma biex jistudja l-filosofija fl-Università Gregorjana f ’Ruma.

Id-droga u l-qtil fil-Filippini Il-Ġiżwiti fil-Filippini ngħaqdu mal-Isqfijiet u mexxejja oħra biex jikkundannaw il-qtil bla proċess fil-qorti fil-glieda kontra d-droga fil-pajjiż. Fi stqarrija li ħareġ il-Provinċjal, Fr Antonio Moreno, qal “Aħna naqblu li t-theddida ta’ drogi illegali hi kbira u destruttiva. Hu importanti ħafna nifhmu li biex negħlbu dan il-ħażen m’għandux ikun biss il-President, il-Pulizzija Nazzjonali u aġenziji tal-gvern. Hi responsabbiltà tagħna lkoll. Il-ħażen li jattakka l-bniedem b’qawwa indemonjata, għandu jgħaqqadna mhux jifridna. Fil-ġlieda kontra dan l-għadu, aħna naraw kemm ma jiswew xejn l-armi tagħna. Flok indawru l-armi lejn xulxin, għandna ningħaqdu, nikkordinaw, u nħallu t-tajjeb jingħaqad mat-tajjeb, għandna niġġieldu dan l-għadu flimkien. Din it-tħeddida tad-droġi mhix xi ħaġa politika jew kriminali. Hu ħażen li jattakka l-umanità tagħna, ibiddel il-bnedmin f ’nies aljenati u skantati, il-pulizzija f ’ qattiela, il-kriminali f ’sinjuri, u l-fqar isiru vittmi tal forzi tas-sigurtà.” Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017

Meta ftit ilu l-Arċisqof Charles J. Scicluna waqqaf mill‑ġdid il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, hu nnomina seba’ membri. Il-Perit Daniel Darmanin hu l-President. Fost il-membri hemm il-Ġiżwita Fr Mark Cachia, li ggradwa fis-Xjenzi Soċjali f ’Madrid, u Dr Katrine Camilleri, li hi d-Direttur f ’Malta tas-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Rifuġjati. Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ser taħdem ma’ persuni ta’ rieda tajba favur soċjetà aktar ġusta, fejn id‑drittijiet ta’ kulħadd jiġu rrispettati u fejn kulħadd jgħix b’dinjità u fil‑paċi. Ser tagħmel dan permezz ta’ riflessjoni u analiżi, u billi ssemma’ leħinha dwar kwistjonijiet li jolqtu d‑drittijiet tal‑bniedem u l‑kwalità tal‑ħajja, u taħdem biex toħloq għarfien akbar tat‑Tagħlim Soċjali tal‑Knisja.

Rikonoxximent Fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Mosta tat-28 ta’ Awwissu, 2017, b’vot sigriet, iddeċidew li Fr John Scicluna SJ jingħata l-Unur ta’ Rikonoxximent ilMosta għas-servizz u l-kontribut tiegħu filqasam tal-edukazzjoni fl-Indja, f ’Malta u Għawdex. Iċ-ċerimonja saret nhar is-Sibt, 16 ta’ Settembru, fil-pjazza tal-Mosta. Is-Sindku waħħal il-medalja fuq il-glekk ta’ Fr Scicluna u ppreżentalu ċ-ċertifikat tar-Rikonoxximent.

19


Nekroloġija

Miktub minn Fr John Scicluna, SJ

Fr Victor Xuereb S.J. 1939 – 2017 Nistgħu nimmaġinaw biss xi tħoss persuna intelliġenti u li tkun għaddiet għexieren ta’ snin tgħallem, tippriedka u tikteb, imma mbagħad f ’daqqa waħda ma tkunx tista’ titkellem jew tikteb biex tikkomunika u lanqas tagħraf l-ittri talalfabet. Fr Victor hekk għex l-aħħar tmien snin ta’ ħajtu fl-Infirmerija għall-Ġiżwiti anżjani u morda f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Imma kien ikellmek bit-tbissima ferrieħa tiegħu sinjal qawwi tal-paċi u serenità f ’qalbu. Fr Victor Xuereb twieled in-Naxxar fl-4 ta’ Ottubru, 1939, l-ewwel wild fil-familja ta’ Ġużeppi u Angela Xuereb. Kellhom tliet subien oħra u żewġt ibniet. Wieħed mis-subien, Pietru, sar saċerdot u serva ta’ Arċipriet tal-parroċċa tan-Naxxar qabel inħatar Monsinjur tal-Katidral. Waħda mill-bniet kienet is-Superjura tal-Qasam tal-bniet fin-Naxxar. Sejħa u formazzjoni Fi ċkunitu, Victor beda jistudja fl-Iskola Primarja tan-Naxxar u mbagħad kompla l-iskola sekondarja fis-Seminarju tal-Arċisqof fil-Furjana. Fl-1 ta’ Ottubru, 1945, il-Ġiżwiti fetħu n-Novizzjat tagħhom fin-Naxxar. Victor kien jieħu pjaċir jara n-novizzi libsin il-kappell u l-manell għaddejin jew sejrin jgħallmu l-katekiżmu. Victor sar midħla tagħhom u kien jiltaqa’ magħom f ’Dar Loyola. B’hekk sar jafhom u beda jħoss il-Mulej isejjaħlu biex ikun kumpan tiegħu fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Daħal fin-novizzjat fl-20 ta’ Ottubru 1949. Fl-21 ta’ Ottubru, 1951, għamel l-Ewwel Voti reliġjużi, u beda sentejn studju. Fl-1953 intbagħat Heythrop College, fl-Ingilterra, fejn għal-tliet snin studja l-filosofija u ggradwa. Wara tlett snin ġie l-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’kara, jgħallem u prefett tal-istudenti, u dam sentejn. Normalment, Victor kellu jmur jibda l-istudju tat-teoloġija. Imma s-Superjuri bagħtuh flUniversità ta’ Oxford, l-Ingilterra, għal studji klassiċi. Fi tliett snin kiseb il-lawrija tal-Masters. Wasal iż-żmien biex jibda l-aħħar studju qabel l-ordinazzjoni. Fl-1961 beda t-teoloġija f ’Weston College, l-Amerika. Hemmhekk, fit-13 ta’ Ġunju,

20

1964, kien ordnat sacerdot mill-Kardinal Cushing. Baqa’ l-Amerika u beda t-Tielet Sena tan-Novizzjat f ’Port Townsend, f ’Washington. Il-Professjoni Solenni għamilha f ’Gonzaga University, Spokane, fit-2 ta’ Frar, 1967. Direttur Spiritwali u għalliem Wara li Fr Victor temm il-formazzjoni tiegħu, l-ewwel missjoni li ngħata kienet li jgħallem ilKlassici f ’Gonzaga Jesuit University, Spokane, u dam sentejn hemmhekk. Barra milli kien jgħallem, Fr Victor kien ukoll iċ-Chaplain tal-Air Force Amerikana fil-qrib. Lura Malta fl-1968, Fr Victor inħatar Prefett talIstudji tal-istudenti Ġiżwiti u għalliem tagħhom f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Kien jagħti xi lezzjonijiet tat-teoloġija lill-Brothers fid-Dar. Meta f ’Novembru, 1969 miet Fr Emvin Busuttil, minfloku l-Provinċjal ħatar lil Fr Victor biex jieħu ħsieb l-opra tal-Komunità ta’ Ħajja Nisranija u jkun l-Editur tar-rivista tagħhom, ir-Regina et Mater. Fl-1970, Fr Victor ingħata appostolat iktar pastorali. Għal erba’ snin kien direttur spiritwali fl-iskejjel u anke direttur spiritwali ta’ xi gruppi tal-Komunità ta’ Ħajja Nisranija u ta’ xi għaqdiet reliġjużi. L-Arċisqof innomina lil Fr Victor biex ikun konfessur straordinarju tas-sorijiet tal-klawsura. Inħatar ukoll Assistent Direttur Spiritwali tas-seminaristi fisseminarju, ir-Rabat. Dawn iż-żewġ appostolati juru l-fiduċja li s-superjuri kellhom fih u fil-kwalitajiet spiritwali tiegħu. Fl-Isla Fl-1974 kien maħtur Superjur tal-komunità talĠiżwiti f ’Dar Sarria il-Furjana. Reġa’ kien Superjur hawnhekk fis-sena 2000. Fl-istess sena beda jgħallem l-Iskrittura fisseminarju maġġuri tad-djoċesi ta’ Għawdex. Għal erba’ snin, b’dedikazzjoni kbira, kellu sehem filformazzjoni ta’ saċerdoti djoċesani. Wara tliett snin fil-Furjana, inħatar, għall-ewwel darba, Superjur tar-Residenza u l-knisja ta’ San Filippu f ’L-Isla. Darbtejn oħra, fl-1993 u fl-2000, reġa’ kien Superjur fl-Isla. Matul l-għaxar snin li dam hemm, Fr Victor ta servizz pastorali f ’San Filippu, fil-knisja parrokkjali u fil-parroċċi ta’ madwar, speċjalment fiċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Is-Sengleani kienu jħobbuh minħabba l-karattru dħuli u sinċier tiegħu. Dejjem kellu kelma ta’ kuraġġ u ta’ faraġ għal kulmin iltaqa’ miegħu jew talbu xi parir. Minbarra li Fr Victor kellu l-kapaċità jgħallem l-Iskrittura lis-seminaristi, bil-mod sempliċi u ċar Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017


tiegħu għallem ukoll dan is-suġġett fl-Iskola ta’ St Joseph, fil-Blata l-Bajda. Lill-istudenti kien iħeġġiġhom biex kuljum jaqraw u jirriflettu fuq l-iskrittura u japplikawha għall-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Meta l-Kulleġġ tagħna ta’ St Ignatius f ’Londra kellhom bżonn l-għajnuna, l-għażla waqgħet fuq Fr Victor u għal-sentejn għallem l-Iskrittura u l-Klassici. Għal Fr Victor, ix-xogħol pastorali, speċjalment il-qrar, l-irtiri u l-predikazzjoni kellhom priorità. Imma t-tagħlim kien dejjem ukoll għal qalbu. Meta ġie lura Malta fl-1981, Fr Victor beda jgħallem it-teoloġija, il-filosofija u l-Ingliż fisSixth Form tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Baqa’ jagħmel dan ix-xogħol għal tmintax-il sena. L-istudenti żgħażagħ kienu jaraw fih mudel ta’ serjetà u impenn fl-istudju u r-riċerka. Kien dejjem lest jgħinhom fid-diffikultajiet u l-bżonijiet tagħhom. Għal xi snin għallem ukoll it-teoloġija fl-Istitut ta’ Studji Reliġjużi. Kittieb Fl-1988, Fr Victor inħatar Superjur ta’ Xavier House, il-Belt, għall-ewwel darba. It-tieni darba kienet fl-2002. F’dik id-Dar sab ambjent li għenu iktar għall-kitba, l-iktar bil-Malti. Kien membru tal-Akkademja tal-Malti. Il-kitba ewlenija ta’ Fr Victor kienet traduzzjonijiet ta’ kotba klassiċi jew xogħlijiet originali. Ittraduċa żewġ kotba ta’ Omeru mill-Ġrieġ għal-Malti. L-ewwel ktieb (ta’ 450 pagna b’825 vers) li ħareġ kien it-traduzzjoni għall-Malti tal-poezija epika L-Odissea, u kien ippubblikat fl-1989 mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. It-tieni wieħed, L-Ilijade (ta’ 657 paġna b’1316 vers) kien ippubblikat mill-Università ta’Malta fl-1999. Traduzzjoni oħra fl-2002, kienet L-Eneide ta’ Virgilju (ktieb ta’ 458 paġna b’1602 vers). Imbagħad, fl-2008 ippubblika t-traduzzjoni ta’ Ir-Repubblika ta’ Plato, ktieb b’280 paġna li jibda b’riflessjoni talProfessur Peter Serracino Inglott. Traduzzjoni oħra kienet is-Seba’ Tragedji ta’ Sofokle. Fl-1991 ippublika Il-Kavalier Injazju, ktieb ta’ 138 paġna b’613 vers, bil-ġrajjiet ta’ Injazju bħala poema fuq l-istil tal-Klassici. Il-Professur Ġużè Aquilina kiteb riċensjoni fis-Sunday Times u qal li “Fr Xuereb is a classical scholar who has so mastered the prosodic technique of Homer’s narrative style, that his Kavalier Injazju may well be considered as an offshoot of inspiration in spite of the completely different theme. This is one of those rare books that one must read and treasure.” Kitba originali oħra ta’ Fr Victor bil-Malti kienet l-epika L-Għanja tar-Rebħa, poeżija twila li ppublika fl-2002. F’dan il-ktieb ta’ 67 pagna jirrakkonta l-grajja ta’ Malta fl-aħħar Gwerra Dinjija. Il-Professur Oliver Friggieri, kiteb id-Daħla tal-ktieb. Hemm diversi manuskritti b’kitbiet ta’ Fr Victor li ma ġewx ippubblikati. Kiteb ukoll xi poeżiji. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017

Bejn l-1996 u l-2000, Fr Victor kien Lecturer talLatin u l-Grieġ fl-Università ta’ Malta. Onorat L-aħħar responsabbiltà li kellu Fr Victor kienet, li għat-tieni darba jkun Superjur f ’Dar Sarria, ilFurjana. B’kollox għamel 25 sena Superjur f ’diversi komunitajiet. Dejjem ħa ħsieb sħabu fil-komunità u l-bżonnijiet tagħhom. Kien jisma’ x’jgħidu jew jixtiequ l-membri għax kien jemmen fid-djaloġu bejn l-aħwa. Matul is-snin wara li telaq minn l-Isla, Fr Victor baqa’ jżomm kuntatt ma’ dawk il-persuni li kienu għazluh bħala l-konfessur jew id-direttur spiritwali tagħhom. Kien imur l-Isla biex ikun għaddispożiżżjoni ta’ dawk li kellhom bżonn xi għajnuna fl-mixja spiritwali tagħhom. Nhar id-9 ta’Ġunju, 2009, Fr Victor kien f ’dar ta’ persuna anzjana biex tqerr. Waqt li kien hemm kellu attak ta’ puplesija li wasslet biex ittemm l-appostolat u x-xogol kollu li Fr Victor wettaq matul il-35 sena bħala saċerdot. Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar wera r-rikonoxximent tan-Naxxarin lejn Fr Victor meta f ’Diċembru, 2009, ppreżentawlu l-onorifiċenza “Ġieħ in-Naxxar”. Żmien ta’ silenzju u tħejjija Fr Victor beda joqgħod fl-Infermerija għallĠiżwiti f ’Dar Loyola, in-Naxxar u bla kliem beda appostolat ieħor biex li jitlob għall-Knisja u għallKumpanija ta’ Ġesù. Ma kinux tmien snin mitlufa għax hu ingħaqad ma’ Ġesù fil-passjoni u t-tbatija tiegħu. Alla biss jaf kemm, bit-talb silenzjuz tiegħu, Fr Victor wassal erwieħ il-ġenna. Kulmin iltaqa’ ma’ Fr Victor jixhed li fuq kollox kien bniedem tar-ruħ u saċerdot skont il-qalb ta’ Alla. Bħar-Raghaj it-Tajjeb kien ifittex u jilqa’ in-nagħġa l-mitlufa jew feruta. Kwalitajiet sbieħ li kulħadd ammira f ’Fr Victor kienu l-umiltà u s-sempliċità tiegħu. Qatt ma tkabbar. Ġieli kien imur mal-Brothers fl-għelieqi tagħna jaqla’ l-patata jew il-ħaxix ħażin. Kien bniedem ferrieħi u jferraħ lill-oħrajn. Ma kontx tisma’ xi kritika fuq xiħadd jew xiħaġa. Dejjem wera apprezzament ma’ sħabu u ta’ dak kollu li tah Alla u li rċieva mill-Kumpanija. Kien jirrispetta lil kulħadd. Fuq wiċċu dejjem kellu tbissima naturali. Matul l-aħħar gimagħtejn ta’ ħajtu Fr Victor kien batut u miegħu batew il-membri tal-komunità għax ma setax jgħid jekk kienx miġugħ jew qiegħed ibati. F’dawn il-granet kien akkumpanjat u mdawwar bittalb ta’ sħabu u l-ħbieb tiegħu. Fl-għodwa tas-Sibt, is-27 ta’ Awwissu, il-Mulej sejjaħ lil Fr Victor, il-qaddej fidil tiegħu għall-premju ta’ dejjem. Il-funeral sar jumejn wara fil-knisja parrokkjali tan-Naxxar. Agħtih, Mulej, is-sliem ta’ dejjem.

21


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Miktub minn Fr Alfred Micallef, SJ

Il-liġi ta’ Alla Fil-mixja ta’ żmienna lejn is-sekulariżmu sikwiet nisimgħu lil ħafna jinsistu li meta nfasslu l-liġijiet tal-pajjiż m’għandniex inkunu kkundizjonati b’dawk li huma jsejħu liġijiet reliġjużi. Spiss jgħidu wkoll – għalkemm mhux dejjem hu hekk fir-realtà – li dawk li jridu jimxu mal-liġijiet reliġjużi ħadd m’hu qiegħed iżommhom, għalhekk huma għandhom iħallu lilloħrajn jimxu permezz ta’ liġijiet sekulari li jaqblu magħhom il-maġġoranza. Din hi storja twila. Kien hemm żmien meta l-liġijiet tal-knisja u dawk ċivili kienu ħaġa waħda għax ftit kien hemm differenza bejn l-awtorità tal-knisja u dik tal-istat. Bil-mod il-mod bejn dawn it-tnejn beda proċess ta’ separazzjoni u millinkwiżizzjoni wasalna għad-digriet fuq il-libertà reliġjuża tal-Konċilju Vatikan II. M’hemmx dubju li din is-separazzjoni kienet ħaġa f ’lokha imma kultant, speċjalment fi żmienna, qed tintuża biex tibblokka kull kritika ispirata millkristjaneżmu għal xi wħud mil-liġijiet ċivili billi tagħtiha t-timbru ta’ “liġijiet reliġjużi” u, għalhekk, mhumiex validi bħala kritika. Għalhekk tajjeb nistaqsu x’inhuma dawn il-liġijiet reliġjużi u x’nifhmu meta ngħidu “liġi t’Alla.” Meta ngħidu “liġi t’Alla” ma jfissirx li Alla jiddetta l-liġijiet u xi ħadd jiktibhom u kulħadd għandu josservahom. Il-liġi t’Alla mhix ġejja minn barra minna imma minn ġewwa n-natura tagħna. Meta ngħidu li l-Iskrittura hi spirata jfisser li xi wħud, għax għandhom intimità kbira m’Alla, jifhmu aħjar kif aħna għandna ngħixu bħala bnedmin. L-Iskrittura tgħinna nifhmu aħjar min aħna biex ngħixu skont in-natura tagħna u nilħqu l-milja tal-ħajja (Ġw 10,10).

22

Naraw li f ’ċerti każijiet m’hemmx diffikultà min-naħa tal-istat sekulari li jaċċetta liġijiet “reliġjużi”. Hekk, per eżempju, il-kmandament “La tisraqx” hu wkoll liġi ċivili! Ħadd ma jgħid li m’aħniex obbligati ma nisirqux għax “La tisraqx” hi liġi reliġjuża! Imbagħad hemm liġijiet oħra li mhumiex daqshekk ċari. Ħafna minn dawn huma wkoll sitwazzjonijiet ġodda, li qed niltaqgħu magħhom illum minħabba l-iskoperti ġodda li qed tagħmel ix-xjenza. Hekk, ngħidu aħna, il-fertilizzazzjoni in vitro ma nistgħu nsibu xejn fuqha fl-Iskrittura. Fuq l-omosesswalità qed nitgħallmu ħafna affarjiet ġodda. Qabel konna naħsbu li xi wħud iwettqu atti omosesswali b’kapriċċ; illum nafu li l-omosesswalità x’aktarx għandha kawża bioloġika u nafu wkoll li għad hemm ħafna li għadna ma nafux dwarha! Meta niġu dwar leġiżlazzjonijiet ċivili, it-tendenza sekularista hi li nagħżlu l-iktar triq ħafifa. Il-knisja temmen li l-iktar triq ħafifa mhux bilfors l-iktar triq li tgħinna ngħixu ta’ bnedmin skont id-dinjità tagħna, għalhekk hi iktar attenta u tipprova tifhem il-prinċipji li jkunu involuti f ’dawn l-imġibiet ġodda. Dan mhux għax il-Knisja temmen li Alla ddetta xi liġi ċara dwar kull imġiba. Imma l-Knisja tifhem li l-bniedem hu msejjaħ biex jingħaqad m’Alla u hekk ikun bniedem sħiħ. Biex jagħmel dan jeħtieġlu li l-imġiba tiegħu tkun ta’ mħabba vera, imħabba li hi għotja totali lill-oħrajn u li tqis li ma tweġġa’ lil ħadd. Għalhekk, waqt li s-separazzjoni bejn il-knisja u l-istat għandha tkun sagrosanta, kull preġudizzju li jelimina d-djalogu jkun ta’ detriment għall-ħajja talbniedem, sew jekk dan ikun jemmen u sew jekk ma jkunx.

Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017


Programm ta’ rtiri u seminars

Ċentru Spiritwalità Injazjana Għal aktar informazzjoni u bookings: Mount St Joseph: 2276 0201 | info@mtsjoseph.org jew Dar Manresa: 21 55 6635 | manresagozo@gmail.com Irtir fil-Kampanja Data: 20 Ott 7:00pm - 22 Ott 3:30pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Clare Camilleri u Maria Theresa Portelli Nikkontemplaw il-wiċċ ta’ Kristu ma’ Marija Data: 24 Nov 7:00pm - 26 Nov 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Gerald Buhagiar Ġimgħa ta’ talb akkumpanjat Data: 28 Nov - 2 Diċ Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj Irtir qabel il-Milied Data: 1 Diċ 7:00pm - 3 Diċ 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Godwin Preca sj Bereavement Retreat: Rising from loss Data: 19 Jan 6:30pm - 2 Jan 3:30pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Tmexxi: Bernardette Briffa

Irtir għall-qassisin Data: 19 Frar 9:00am - 21 Frar 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Christopher Vella sj Principle and Foundation depicted in art Data: 23 Feb 7:00pm - 9:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Konrad Grech sj Irtir għall-familji Data: 2 Mar 7:00pm - 4 Mar 3:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Pierre Grech Marguerat sj u Cristina Spiteri Irtir għal nies divorzjati jew miżżewġin mill-ġdid ċivilment (u kull min hu interessat fis-suġġett) Data: 8 Mar 7:00pm - 11 Mar 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Dominic Sultana

Irtir fil-Kampanja Data: 26 Jan 7:00pm - 28 Jan 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxu: Dr Edward Warrington u Rosaline Scicluna Fil-passi ta’ San Pawl u n-nawfraġju Data: 9 Frar 7:00pm - 11 Frar 2:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Dr Edward Warrington u Stanley Fiorini Irtir għall-familji Data: 9 Frar 7:00pm - 11 Frar 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj Lil Ħbiebna -It-Tielet Ħarġa 2017

Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin Birkirkara

Connie Grech, oħt Fr Lawrence Caruana

Valletta

Mons Fortunato Mizzi

23


Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Awwissu - Ottubru 2017 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

ULEJ, il-ħsad hu kbir u l-ħaddiema huma ftit. Nitolbok, ibgħat ħaddiema għall-ħsad Tiegħek. Agħtina vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjuża u saċerdotali. Agħmel li ż-żgħażagħ ikunu aktar ġenerużi għasNitolbuk b’mod speċjali sejħa tiegħek u li jkunu lesti jixhdu b’mod radigħall-Kumpanija ta’ Ġesu. kali għall-valuri tal-Vanġelu. Imla l-ġenituri bil-fidi, bl-imħabba u bl-ispirtu ta’ sagrifiċċju biex joffru lil uliedhom għas-servizz Tiegħek meta ssejħilhom għall-ħajja kkonsagrata Lilek. Marija, Omm il-Kumpanija ta’ Ġesu Ibnek, kompli itlob magħna għal dawn il-fehmiet. Ammen.

24

JESUITS Ritratt: Lachlan Dempsey - Unsplash


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.