Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | April - June 2018

Page 1

02

HBIEBNA Newspaper post

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

lil

2018

Żgħożija ħielsa Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja

1


Miktub minn Fr John Scicluna SJ

Il-Qaddis tax-Xahar

Tomáš Munk SJ Novizz Ġiżwita Martri

Il-ħajja u l-istorja ta’ Tomáš Munk hi marbuta ma’ dik tal-familja tiegħu u speċjalment tal-ġenituri tiegħu. Missieru František twieled ġo familja Lhudija fis-Slovakkja. Wara li spiċċa l-istudji terzjarji, għamel is-servizz militari. Wara sar direttur ta’ fabbrika talinġinerija. Iżżewweġ lil Gizela u kellhom żewġ subien Tomáš u Juraj. Fl-1938 il-familja telqet minn Ludenec u marret toqgħod Ruzemberok fejn kien hemm ħafna familji Lhud. Mixja spiritwali Imma l-familja Munk ma kinitx waħda tipika Lhudija u qabel waslu Ruzemberok ma kinux għadhom jipprattikaw it-twemmin tagħhom. Iżda ma abbandunawx il-fidi ta’ missirijiethom. Kien perjodu ta’ tfittxija tal-verità minn nies li ma kinux marbutin ma’ xi superfiċjalità imma b’karattru sod. Il-ħajja spiritwali ta’ František u martu kif ukoll wara ta’ wliedhom kienet importanti ħafna għalihom. Fehmu r-rabta bejn ir-reliġjon Lhudija u l-Kristjaniżmu li bil-mod għalihom bdew ifissru ħaġa waħda. Ma beżgħux jagħmlu l-pass li xtaqu. Huma xxewqu għall-Magħmudija. Wara li tgħammdu fl-24 ta’ Novembru, 1939, il-familja għexu ħajja spiritwali intensa: quddiesa kuljum u talb ieħor. B’ħajjithom taw xhieda qawwija u xi Lhud imxew fuq l-eżempju tal-familja Munk u kkonvertew. Fit-tletinijiet fis-Slovakkja, taħt l-influwenza tan-Nażi Ġermaniżi, bdew l-attakki kontra l-Lhud u fl-1941 bdew jiddeportawhom. Eluf kbar inqatlu. Novizz Tomáš twieled fid-29 ta’ Jannar, 1924. Studja fi skola tal-Luterani fejn kien hemm ukoll xi Kattoliċi. Hemmhekk Tomáš beda jagħraf il-valuri Nsara. Skont dokumenti Tomáš kien student tajjeb ħafna, kellu diversi talenti u kien apprezzat ħafna minn sħabu. Meta l-familja tgħammdet Tomáš kien fis-sekondarja. L-iskola kienet qrib knisja u dar tal-Ġiżwiti. Il-familja Munk kienu ħbieb tal-Ġiżwiti. Wieħed minnhom kien id-direttur spiritwali ta’ Tomáš u ħuh. Permezz ta’ dan f ’Tomáš tnisslet ixxewqa li jidħol Ġiżwita u jsir qassis. Minħabba l-liġijiet kontra l-Lhud, Tomáš kompla l-istudji d-dar u spiċċahom f ’Ġunju, 1943. Ftit wara Tomáš irċieva l-aħbar mingħand il-Provinċjal li kien aċċettat biex jidħol Ġiżwita. Lejlet il-festa ta’ Sant’Injazju, fit-30 ta’ Lulju, 1943 Tomáš beda n-novizzjat. L-għada kiteb dan il-kliem lil Alla: “Ibgħat id-dawl tiegħek”. Sħabu n-novizzi u s-superjuri malajr għarfu l-profondità tal-ħajja spiritwali tiegħu u l-fidi qawwija

2

tiegħu. L-ewwel sena tan-novizzjat kienet normali. Imma f ’Settembru, 1944, il-Ġermaniżi okkupaw Rezemberok. Fl-14 ta’ Diċembru, il-Gestapo (il-pulizija sigrieta Ġermaniża) fit-triq arrestaw lil omm Tomáš u ftit wara lil ħuh u lil missieru. Il-Provinċjal tal-Ġiżwiti għamel minn kollox biex il-familja Munk tinħeles, imma għalxejn. Tomáš għaraf sew li s-sitwazzjoni kienet ħazina. Il-lejl qabel ġie arrestat għaddieh fil-kappella. L-għada filgħodu, bi tbissima qal: “Billejl offrejt ħajti lil Alla għan-nazzjon Lhudi.” Filgħodu ġie arrestat u mkaxkar min-novizzjat u ttieħed il-ħabs fejn iltaqa’ mal-ġenituri tiegħu u ħuh. Gizella u binha Juraj ittieħdu f ’xi kamp u qatt ma nstema’ kif spiċċaw. Tomáš u missieru ntbagħtu f ’kamp ieħor u magħhom kien hemm Fr. Edmund, li kien Lhudi, imma kkonverta u sar saċerdot. Fr. Edmund li salva, qal li l-priġunieri kienu jissawtu, ikkastigati u mġiegħla jaħdmu f ’kesħa xxoqq l-għadam. Żied jgħid li fil-kamp Tomáš u missieru taw xhieda erojka u Nisranija. Spiss kienu jiftakru filmistoqsija ta’ Ġesù lil Pietru: “Inti tħobbni?” L-aħħar mixja Tomáš qatt ma kien b’saħħtu u ma kienx jiflaħ jaħdem. Kien jaqla’ daqqiet ta’ ponn u daqqiet ta’ ħarta. Billejl il-missier u ibnu kienu jitwennsu bi frażjiet mill-Vanġelu, l-iktar il-Beatitudnijiet. Wara ġranet ta’ tħejjija fil-21 ta’ April 1945 bdew jagħlqu l-kamp. Il-priġunieri, għalkemm bil-ġuħ u għajjenin, kellhom jimxu lejn Berlin. Fr. Edmund, li salva u kien fil-fila ma’ Tomáš, missieru u tnejn oħra, fix-xhieda tiegħu qal: “Wara xi siegħa Tomáš beda jegħja u jaqa’. Naturalment il-missier baqa’ ma’ ibnu u talab lill-kaptan biex iħalli ’l ibnu jistrieħ għax kien marid. Imma hu spara fuq Tomáš u missieru u qatilhom.” Il-messaġġ tal-imħabba li għallimna Kristu twettaq b’mod erojku fil-ħajja ta’ Tomáš u missieru. Huma emmnu fil-kliem li: “L-imħabba għal Kristu twasslek biex tinsa lilek innisfek.” Fir-Rebbiegħa tal-2008 ħareġ ktieb dwar il-ħajja ta’ dan in-novizz Ġiżwita u siltiet minnu xxandru fuq ir-radju, L-istazzjon tat-televiżjoni lokali għamlu DVD dwar Tomáš. In-nies kienu impressjonati ħafna bix-xhieda ta’ dan iż-żagħżugh Ġiżwita u l-messaġġ tiegħu. Fis-sena 2008 beda l-proċess tal-kanonizzazzjoni ta’ Tomáš u missieru. Imbagħad, fl-20 ta’ April, 2015, l-Arċisqof Stanislav Zvolenský ta’ Bratislava, għalaq ilprocess djoċesan tal-kawża ta’ dawn iż-żewġ Qaddejja ta’ Alla. Issa d-dokumenti qegħdin ikunu studjati fil-Vatikan. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018


f’din il-harġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

Kelma mill-editur Ħarġa Varjata

2

Il-Qaddis tax-Xahar Tomáš Munk SJ

Għeżież ħbieb u benefatturi, Għal darb’oħra, għandna l-pjaċir inwasslulkom f ’idejkom ħarġa oħra tarrivista tagħna. Din hi l-ħolqa bejnietna – aħna u intom li b’tant imħabba, ġenerożità u għajnuna tikkollaboraw magħna fil-qadi tal-missjoni li afdalna Ġesù u biex, fil-qlub u fid-dinja kollha, tiġi s-saltna t’Alla. Mid-9 ta’ Marzu ta’ din is-sena salistess data tas-sena d-dieħla, qiegħed ikun imfakkar u iċċelebrat l-450 sena mit-twelid tal-istudent Ġiżwita żagħżugħ, San Alwiġi Gonzaga. Is-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti, Fr Arturo Sosa, ta bidu għaċ-ċelebrazzjoni permezz ta’ Quddiesa fil-Knisja ta’ San Injazju f ’Ruma fejn hemm midfun il-qaddis. Fil-Quddiesa, Fr Sosa għamel l-omelija dwar iz-żgħożija. Tistgħu taqraw traduzzjoni tagħha fil-paġni li ġejjin. F’din l-okkażjoni, tlabna tliet studenti żgħażagħ mill-Kulleġġ ta’ San Alwiġi biex ifissrulna x’jammiraw fil-patrun tal-Kulleġġ. Mas-sbieħ Ħadd il-Pentekoste, l-20 ta’ Mejju, il-Mulej sejjaħ lil Fr Arthur Vella għall-Premju ta’ dejjem. Matul ħajtu, Fr Arthur ta kontribut siewi ħafna lill-Knisja fil-gżejjer tagħna u lill-Kumpanija ta’ Ġesù. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, flimkien ma’ għadd kbir ta’ saċerdoti djoċesani u reliġjużi, xtaq juri l-gratitudni tal-Arċidjoċesi u tiegħu personali lejn Fr Arthur u mexxa l-Quddiesa

tal-funeral, filwaqt li għamel omelija sabiħa li tistgħu taqraw ukoll f ’din il-ħarġa. F’għeluq it-30 ġurnata minn mewtu, saret ukoll Quddiesa fis-Seminarju t’Għawdex mill-Isqof Mario Grech. Dwar Fr Arthur, issibu wkoll xi apprezzamenti minn persuni li kienu qrib tiegħu u jafuh sewwa. Issibu wkoll żewġ artikli dwar l-ispiritwalità. L-ewwel artiklu hu kitba ta’ mara li tirrakkonta l-esperjenza sabiħa tagħha meta għamlet l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ San Injazju fil-ħajja ta’ kuljum. Imbagħad, hemm ukoll l-artiklu li jikteb il-kollaboratur tagħna Fr Alfred Micallef, SJ, f ’kull ħarġa. Din id-darba, kiteb dwar iddokument ġdid tal-Papa Franġisku, Ifirħu u Thennew, dwar is-sejħa universali għallqdusija. Il-Profeta Isaija jwasslilna l-oraklu talMulej li qal: “Il-fehmiet tiegħi m’humiex fehmietkom, u t-triqat tiegħi m’humiex triqatkom” (Is 55:8). Għandkom issibu storja vera u interessanti f ’din il-ħarġa u taraw kemm tassew kliem Isaija hu minnu. Artiklu ieħor jurina x-xogħol kbir u l-istudju ta’ riċerka li jagħmlu l-Bollandisti fi Brussell, il-Belgju. Nixtieqilkom vaganzi ta’ mistrieħ li matulhom nippruvaw insibu ftit iktar ħin għat-talb u l-qari.

4

Żgħożija ħielsa

6 Ġublew ta’ San Alwiġi Gonzaga

8

Nisrani fil-Bhutan

10 Il-Bollandisti 12 Spiritwalita’ Injazjana 14 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti

16 Nekroloġija u apprezzamenti - Fr Arthur G. Vella SJ

22 Ifirħu u thennew 23 Programm t’irtiri u seminars organizzati miċ-Ċentru Spiritwalità Injazjana

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Editur: Fr John Scicluna SJ Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Maria Casaletto, George Cassar Elisa Saliba, Lilian Schembri Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

Website: www.jesuit.org.mt

Qoxra: Student talKulleġġ San Alwiġi idoqq it-trombone waqt SACFest, festival ta’ tlett ijiem imtella’ kull sena fil-grounds tal-Kulleġġ.

um

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

ru 4 - 2017

lil

HBIEBNA

N

Ritratt: Alfred Farrugia

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


Ġublew

www.jesuit.org.mt

Żgħożija ħielsa Kif ħabbarna fl-aħħar ħarġa ta’ Lil Ħbiebna, fl-okkażjoni tal-400 sena tat-twelid ta’ San Alwiġi Gonzaga, fid-9 ta’ Marzu, bdiet is-sena ta’ Ġublew illi matulha tkun tista’ tintrebaħ l-Indulġenza Plenarja. Iktar dettalji jingħataw ’il quddiem. Is-Superjur Ġenerali tagħna, Fr Arturo Sosa, fetaħ din is-sena ta’ Ġublew b’quddiesa fil-Knisja ta’ Sant’Injazju, Ruma, fejn hemm il-fdalijiet tal-qaddis. Hawnhekk qed inġibu l-omelija ta’ Fr Arturo li nqalbet għall-Malti minn Fr Josef Mario Briffa, SJ.

Iż-żgħożija ta’ San Alwiġi Gonzaga mhix biss kwistjoni ta’ età. Hija żgħożija li titwieled mill-ħelsien, ħelsien li wieħed jiddixxerni biex jagħmel għażliet li huma f ’sintonija mal-proġett ta’ Alla, u tal-volontà li jgħix ħajja li hija koerenti mal-għażliet meħuda. Għalhekk, iferraħna ilmod sabiħ kif ġew flimkien is-sena tal-Ġublew ta’ San Alwiġi, l-anniversarju tal-mewt ta’ Stanislaw Kostka, is-Sinodu dwar iż-Żgħażagħ, u l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-ħelsien li jagħmilna żgħażagħ huwa frott tal-ħelsien li l-bniedem kiseb

bl-Inkarnazzjoni u l-Għid ta’ Ġesù. Ġesù, l-Iben, li sar wieħed minna, fetaħ it-triq tal-ħelsien, frott l-imħabba li tagħti l-ħajja, biex ilkoll ikollna ħajja bil-kotra. Il-laqgħa ta’ kull bniedem ma’ Ġesù teħilsu minn dak kollu li jxekklu milli jimxi fuq it-triq tal-għotja tal-imħabba. Il-laqgħa ma’ Ġesù tibdel il-mod kif naraw, dak il-mod li l-ħarsa dejqa tagħna timponi fuqna. Il-ħelsien fi Kristu jistedinna biex nimxu f ’toroq li qatt ma mmaġinajna. Toroq li ma nafux fejn iwasslu; imma li m’hemmx għalfejn nafu, għax il-ħelsien jgħinna ngħixu bil-fidi, jgħinna ngħixu billi nafdaw f ’Alla waħdu li jmexxina permezz tal-Ispirtu s-Santu. Il-ħelsien huwa li nżommu l-fiduċja kollha tagħna f ’Alla biss, u li nħalluh imexxina lejh, fuq toroq li – fi żmienu – huwa għad jurina. Qligħ mhux telf Minn meta kiseb il-ħelsien fi Kristu, San Pawl jgħid: Jiena ngħodd kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li hemm filli nagħraf lil Kristu Ġesù Sidi; minħabba fih ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis, biex nirbaħ lil Kristu, u nkun ninsab fih; mhux għax għandi xi ġustizzja tiegħi, dik li tiġi permezz tal-Liġi, iżda dik li tiġi permezz tal-fidi fi Kristu, il-ġustizzja ġejja minn Alla u mibnija fuq il-fidi. (Fil 3: 8-9) Li nsiru żgħażagħ, li nħallu t-tfulija warajna, ifisser li noħorġu minna nfusna, li nagħrfu li ċ-ċentru tal-ħajja vera huwa barra minna, fl-imħabba li rċevejna. L-esperjenza li aħna maħbuba hija l-għajn ta’ dan il proċess ta’ ħelsien, li bih naslu biex nistgħu nagħmlu għażliet fundamentali; li nagħmlu elezzjoni, fil-kliem tal-ispiritwalità Injazjana.

4

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018


www.jesuit.org.mt

Skultura ta’ San Alwiġi li tinstab fuq il-qabar tiegħu fil-knisja ta’ Sant’ Injazju, Ruma.

Iż-żgħożija toħlom ħajja differenti, aħjar minn dik li taf madwarha. Il-ħelsien ġewwieni iqanqal ix-xewqa li nagħtu sehemna biex din il-ħajja aħjar issir realtà, u twassal għall-bżonn li nagħżlu triq biex inwettqu dan. Iż-żgħożija tagħtina ukoll il-kapaċità li niddixxernu l-mozzjonijiet interjuri fl-esperjenza tal-istorja personali, b’liema mod il-Mulej qed ikompli jaħdem fid-dinja u nikkonfermaw issejħa biex nimxu warajh, u nagħtu sehemna biex nirrikonċiljaw il-bnedmin bejniethom, u biex nieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna, dan l-univers li fih ngħixu b’mod tant traskurat, u ukoll miegħu, Ħallieq tagħna. Id-dixxerniment jitlob li ngħixu ħielsa minn regoli li jimponu offerti tal-ħruq u sagrifiċċji f ’isem Alla, u li nimxu fuq l-imħabba bħala t-triq waħdanija tal-ħajja vera u l-uniku kmandament, hekk kif fehem sewwa il-kittieb li staqsa lil Ġesù: Sewwa qiegħed tgħid, Mgħallem; għandek raġun tgħid li wieħed hemm, u li ma hemmx ieħor ħliefu. Iva, li tħobb lilu b’qalbek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha, u tħobb lil għajrek bħalek innifsek, huwa aqwa minn kull sagrifiċċju tal-ħruq u mis-sagrifiċċji kollha. (Mk 12: 32-33) Hija dik li Injazju jsejjaħ indifferenza lejn kull forma ta’ pressjoni soċjali, familjari u ta’ kull tip ieħor, li tillimita d-disponibiltà li nibdew mexjin bl-Ispirtu s-Santu bħala l-gwida waħdanija. Entużjażmu u xewqa Il-ħelsien hija mixja ta’ konverżjoni, li permezz tagħha l-esperjenza tal-imħabba ħanina tal-Missier tagħti lill-midneb maħfur li jħejji

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018

ruħu biex iħobb lil għajru bħalu nnifsu, li jisma’ s-sejħa tal-Iben biex joffri lilu nnifsu, u jagħti sehmu fix-xandir tal-Bxara t-Tajba tal-Vanġelu. Ilħelsien, sperimentata bħala indifferenza, twassalna eqreb tal-oħrajn, ta’ dawk li huma differenti minna, ta’ min għandu iżjed ħtieġa ... ta’ dawk kollha li jiġu mwarrba mid-dnub li sar struttura soċjali ta’ esklużjoni. Meta noqorbu lejhom bħala frott ta’ kemm qrobna lejn il-Mulej, insiru ġirien ta’ għajrna u nħejju ruħna biex nintbagħtu, biex inkunu nistgħu f ’kollox inħobbu u naqdu. Iż-żgħożija hija l-entużjażmu u x-xewqa qawwija li nagħtu ruħna b’mod sħiħ biex inwettqu dak li għażilna. Għaż-żagħżugħ mhux biżżejjed l-esperjenza tal-ħniena, li tagħmlu ħieles. Mhix biżżejjed il-konverżjoni li twasslu biex jagħżel li jimxi wara Kristu li jibagħtu. Iż-żagħżugħ jintefa b’ruħu u ġismu biex iwettaq dak li ħolom, xtaq, u għażel li jagħmel. Iż-żagħżugħ, kif jgħid il-versett tas-salm, li huwa l-antifona tal-quddiesa tal-lum huwa dak li għandu jdejh indaf u qalbu safja: jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej u joqgħod fil-post imqaddes tiegħu. Idejn indaf, innoċenti, u qalb safja huma frott tal-konverżjoni, li twassal għallibertà u għax-xewqa li f ’kollox inħobbu u naqdu. Huwa li nibdew mexjin u nitilgħu l-għolja talMulej biex naħdmu miegħu fil-missjoni tiegħu ta’ rikonċiljazzjoni f ’din id-dinja. L-Ewkaristija li qed niċċelebraw fil-ftuħ ta’ din is-sena tal-Ġublew ta’ San Alwiġi Gonzaga hija mument f ’waqtu biex nitolbu lill-Mulej il-grazzja ta’ din iż-żgħożija, li biha qalbna tibqa’ f ’sintonija mal-proġett tiegħu tal-ħelsien tal-bniedem, u li nagħtu lilna nfusna b’mod sħiħ sabiex tista’ titwettaq.

5


Ġublew

www.jesuit.org.mt

Ġublew ta’ San Alwiġi Gonzaga 2018 – 9 ta’ Marzu - 2019 Il-Papa Franġisku stieden lill-Knisja biex din is-sena tiffoka fuq iż-żgħażagh. Is-Sinodu u l-Laqgħa Dinjija sejrin iqajmu ħafna interess. Għalina l-Ġiżwiti sejrin nagħtu attenzjoni wkoll lil żewġ anniversarji ta’ żewġ qaddisin Ġiżwiti żgħażagh li kienu għadhom studenti. L-anniversarji huma l-450 sena mit-twelid ta’ San Alwiġi Gonzaga u l-450 sena mill-mewt ta’ San Stanislaw Kostka. Iż-żewġ qaddisin għandhom anniversarju din issena u t-tnejn li huma kienu ddikjarati qaddisin flimkien fil-31 ta’ Diċembru 1726. Ġublew bl-Indulgenza Plenarja

6

Fl-okkażjoni tal-anniversarju ta’ San Alwiġi, is-Santa Sede ħabbret li jkun hawn Ġublew ta’ sena ta’ San Alwiġi li matulha, kif jiġri f ’kull sena ta’ Ġublew. inkunu nistgħu nirbħu l-Indulġenza Plenarja. Fid-9 ta’ Marzu, isSuperjur Ġenerali tagħna, Fr Arturo Sosa, fetaħ dan il-Ġublew b’Quddies filknisja ta’ Sant’Injazju fejn hemm midfun San Alwiġi. Traduzzjoni tal-Omelija tiegħu tinsab f ’din ilħarġa f ’paġni 4 u 5. Bil-permess tas-Santa Sede, dan il-Ġublew ser ikun ċelebrat ukoll f ’xi knejjes f ’Malta u f ’Għawdex. L-Isqfijiet tagħna dalwaqt joħoġu ċirkulari dwar dan il-Ġublew.

Statwa ta’ San Alwiġi ġol-Bażilika ta’ Santa Maria, Milan.


www.jesuit.org.mt

Luigi Gonzaga twieled ġo familja nobbli f ’Castiglione, Italja, fid-9 ta’ Marzu, 1568. Kien ilkbir fost 7 ulied. Il-Kardinal San Karlu Borromeo tah l-Ewwel Tqarbina fit-22 ta’ Lulju 1580. F’Novembru 1585 irrinunzja d-dritt tal-eredità. Mar Ruma u kellu udjenza mal-Papa. Daħal Ġiżwita fil-25 ta’ Novembru, 1585 u sentejn wara għamel l-Ewwel Voti. Beda jistudja t-teoloġija filKulleġġ Ruman li waqqaf Sant’Injazju. Fl-1591 bdiet il-pesta. Luiġi beda jiġbor l-għajnuna għall-vittmi tal-pesta u jdur bihom. Wara ftit ittieħed u miet fil-21 ta’ Ġunju, 1591 fl-età ta’ 23 sena. Indifen fil-knisja ta’ Sant’Injazju f ’Ruma. Kien iddikjarat Beatu fid-19 ta’ Ottubru, 1695 u kkanonizzat fil-31 ta’ Diċembru, 1726 flimkien ma’ San Stanislaw Kostka. Il-Papa Benedittu XIII fl-1729 ipproklamah Patrun taż-żgħażagħ. Il-Papa Piju XI fl-1926 għamlu l-Patrun tal-istudenti. Fir-raba’ ċentinarju ta’ mewtu, fl-1991, il-Papa San Ġwann Pawlu II iddikjarah Patrun ta’ dawk li jsofru bl-AIDS.

F’din l-okkażjoni, is-Superjur Ġenerali talKumpanija ta’ Ġesù, Fr. Arturo Sosa, kiteb ittra lil ħutu l-Ġiżwiti u stedinhom jisimgħu liż-żgħażagħ u jaraw kif nistgħu ngħinuhom jikbru fil-fidi u l-imħabba tagħhom għal Ġesù, biex b’kuraġġ bħal ta’ San Alwiġi jikkonfrontaw l-idoli tal-kultura dominanti. Fr. Sosa żied jgħid li l-Ispirtu ta’ Alla għadu jsejjaħ ħafna żgħażagħ. Ħafna minnhom, b’mod nobbli, qawwi u ġeneruz jixtiequ jagħmlu xi ħaġa ta’ ġid għall-umanità. Jixtiequ li tispiċċa t-tbatija ta’ ħafna, li jkun hawn rikonċiljazzjoni bejn il-bnedmin u l-popli. Ħafna, immexxijin minn valuri traxxendenti li jagħtu tifsira lid-dinja u l-istorja umana, jixtiequ li nħarsu l-pjaneta tagħna u l-umanità. Jispiċċa l-ittra billi jistaqsi kif aħna nistgħu nippreżentaw il-Kumpanija ta’ Ġesù u l-ħajja reliġjuża liż-żgħażagħ ta’ żmenna bħala għażla ta’ ħajja ferħana bl-għan li taqdi u tagħti l-ħajja lilloħrajn.

Tlabna lil tliet studenti zgħażagħ, studenti fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, biex jiktbulna dwar x’jolqothom fil-ħajja ta’ San Alwiġi:

jittieħed hu wkoll, iżda xorta mar jgħinhom. Dan jurina li għandna ngħinu lill-proxxmu, anki jekk dan jaf jiswielna. Jamie Gilson (13-il sena)

L-iktar li laqatni fil-ħajja ta’ San Alwiġi huwa l-mod ta’ kif hu telaq il-ġid u l-poter kollu li kellu biex jgħin lil dawk inqas iffortunati minnu. Din hi ħaġa li ħafna nies isibuha diffiċli biex iwettqu. Anki missieru skuraġġih li jagħmel dan, iżda San Alwiġi ma tax kas u mexa wara dak li qallu Alla. U mhux biss ħalla warajh ġidu, iżda saħansitra tahom ħajtu. Alessio Caruana (12-il sena)

Jien nammira lil San Alwiġi għaliex minkejja li kellu ħafna ostakli xorta waħda baqa’ determinat li jservi lil Alla. Barra minn hekk, hu wkoll il-patrun taliskola tagħna, fejn jispirana u jurina kif għandna ngħixu l-vokazzjoni tagħna, mingħajr ma nkunu mwaqqfa minn ta’ madwarna. San Alwiġi meta mar jgħin lill-morda, kien jaf li seta’ Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018

San Alwiġi jispirani bil-mod ta’ kif hu kien jieħu ħsieb in-nies ta’ madwaru. Jgħallimni li anki bl-iċken atti ta’ mħabba, jien nista’ nagħmel differenza fid-dinja. Mhux bilfors li, bħalma għamel hu, jiena ngħin lil nies li għandhom mard li jittieħed jew li jwassal għall-mewt. Jien nista’ nagħmel differenza anki b’sempliċi tbissima lil min jgħaddi mit-triq. Kif kienet tgħid Santa Tereża ta’ Kalkutta, ‘Il-paċi tibda bi tbissima.’ Jiena bħalha nemmnu dan. Kull att ta’ mħabba jiftaħ it-triq għal dinja aħjar, għal dinja mibdula, li fiha l-ħlejjaq kollha ta’ Alla jkunu jistgħu jgħixu magħqudin bejniethom kif jixtieq Hu. Naħseb li dan hu l-messaġġ ta’ San Alwiġi. Kien żagħżugħ li għamel ħiltu kollha biex ibiddel id-dinja. Għalhekk, jien żagħżugħ bħalu, għandi nagħmel ħilti jien ukoll ħalli nagħmel mid-dinja post aħjar, għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Bradley Cachia (14-il sena)

77


Esperjenzi

www.jesuit.org.mt

Nisrani fil-Bhutan

L-ewwel Buddist mill-Bhutan li kkoverta u llum Ġiżwita u l-ewwel saċerdot mill-Bhutan hu Fr Kinley Tshering. Kien ir-Rettur ta’ St Joseph’s College f ’Darjeeling, l-Indja, u bejn l-2012 u l-2018 kien ukoll il-Provinċjal tal-Provinċja ta’ Darjeeling talĠiżwiti fl-Indja. Fl-2016 ħa sehem fil-Kongregazzjoni Ġenerali 36 f ’Ruma. F’dan l-artiklu jirrankuntalna l-istorja interessanti tal-mixja tiegħu.

L-ewwel Ewropej li daħlu fil-Bhutan kienu żewġ Ġiżwiti Portuġiżi fl-1617 fi triqthom lejn it-Tibet. Kellhom jgħaddu tlett sekli sakemm, fuq talba tarRe, fl-1963 wasal il-Ġiżwita Kanadiz, Fr. William Mackay minn Darjeeling. Waqqaf l-ewwel skola b’seba’ studenti f ’maqjel abbandunat tal-baqar. Wara l-Ġiżwiti waqqfu żewġ skejjel u kulleġġ li llum sar Università. Fr Mackay hu meqjus ilmissier tal-edukazzjoni moderna fil-Bhutan. Jiena ma kellix kuntat mal-Ġiżwiti fil-Bhutan għax kont nistudja f ’Darjeeling. Kartolina u kurċifiss Twelidt fl-24 ta’ Diċembru 1958 ġo familja Buddista ferventi fil-Bhutan, pajjiż fejn żewġ terzi tal-populazzjoni (madwar miljun) huma Buddisti. L-ewwel kuntat tiegħi mar-religjon Nisranija

Bhutan

kien permezz tal-kartolini tal-Milied. It-tifel żgħir fil-maxtura kien jaffaxxinani. Il-genituri bgħatuni nistudja f ’St Joseph’s College tal-Ġiżwiti f ’Darjeeling fl-Indja, wieħed mill-aqwa kulleġġi fl-Indja. Hemmhekk għall-ewwel darba rajt ilkurċifiss. Is-sorijiet għenuni biex insir naf lil dak it-tifel u dak ir-raġel fuq is-salib. Skoprejt li kien qam mill-imwiet u għadni niskopri iktar dwaru. Meta kont fi Class 9 xtaqt nitgħammed. Imma l-Ġiżwiti rrifjutaw. Qassis Salezjan għammidni fl-1974. Missieri ddispjaċih ħafna li kkonvertejt. Għal sentejn kont nirċievi s-sagramenti bil-mohbi u kibret fija l-imħabba għal Ġesù. Bdejt nifhem li din il-ħajja ġdida ma kinitx mingħajr inkwiet. F’soċjetà Buddista u magħluqa, li tkun Nisrani fissret li ninżel fl-iskala soċjali, u tkun imwarrab! Wara li spiċċajt l-iskola studjat f ’St Xavier’s College, Mumbai u f ’St. Joseph’s College, Bangalore. Kont l-ewwel wieħed mill-Bhutan u ggradwajt b’Masters in Business Administration Dak iż-żmien fil-Bhutan kien hemm ħafna opportunitajiet. Kont nammira l-ħafna missjunarji fl-Indja u xtaqt inkun bħalhom. Tlabt lil Mulej jagħtini iktar żmien. Meta tlabtu jagħtini sinjal ta’ konferma, qatt ma rrejalizzajt li kien sejjer iweġibni hekk malajr u b’mod ċar ħafna. Ridt sinjal ċar Mill-1974, ma kontx inħoss kwiet ġo fija, dejjem kelli x-xewqa – u ħassejtni msejjaħ – biex nikkonsagra ħajti lil Kristu bħala qassis. Imma l-istudji, il-karriera u l-pressjoni tal-familja kif ukoll l-istil ta’ ħajti ddistrawni milli nieħu deċizjoni soda. Id-diretturi spiritwali tiegħi dejjem inkuraġġewni biex nistenna u wieħed, għaliex kont l-uniku Nisrani mill-Bhutan, anki ssuġġerili niżżewweġ biex il-knisja f ’pajjiżi tikber. Minħabba

8

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018


Fr Kinley Tchering SJ

x-xewqa li kelli biex insir qassis, bdejt nitlob ‘l Alla jagħtini sinjal. Niftakar nitolbu li jagħtini sinjal, mhux bħalma ta lil Teresa tal-Bambin Ġesù permezz tas-silġ fis-sajf, imma sinjal tajjeb biex ma jkollix dubju. Kien il-Ħadd filgħodu. Kont f ’Hyderabad għallkonferenza u mort il-knisja u fil-Quddiesa tlabt għal sinjal. Filgħaxija kelli mmur Kalkutta u kont ħerqan niltaqa’ ma’ ħabiba. L-ajruplan ittardja u ddejjaqt. L-burdata tiegħi nbidlet f ’daqqa meta kont fuq l-ajruplan u rajt lil Madre Teresa dieħla u poġġiet ħdejja fl-ewwel filliera. Qalbi bdiet tħabbat. Ħassejtni bla nifs. L-ajruplan telaq imma Madre Teresa ma qaltlix kelma. Kienet qed titlob u l-ħin deher twil wisq. Imbagħad daret lejja u staqsietni minn fejn kont. Ħadet pjacir meta ghidtilha li kont minn Darjeeling għax għamlet in-novizzjat tagħha hemmhekk. Meta għidtilha li kont mill-Bhutan u li jiena Kattoliku dehret kurjuza ħafna. Għidtilha li kont ikkonvertejt u wara ftit ftaħt qalbi magħha. Għedtilha bix-xewqa li nsir qassis imma kont imħawwad. Qabditli jdejja u qaltli “Ma tantx għidt din lil ħafna nies, imma se ngħidlek li inti għandek vokazzjoni, kun ġeneruż ma Alla u hu jkun ġeneruż miegħek.” Għajnejja ntlew bid-dmugħ u bil-ferħ bqajt nibki sakem wasalna Kalkutta. Kont tlabt ‘l Alla għal miraklu biex jikkonfermali s-sejħa. Bagħtli anġlu kif bagħat lil Ommna Marija. Ma stajt ngħid xejn ħlief “Hawn hu l-qaddej tiegħek. Ħalli jsir minni skont kelmtek.” Dak il-lejl iddeċidejt li nidħol Ġizwita. Ftit xhur wara, fil-21 ta’ Ġunju, 1986, ta’ 28 sena dħalt u ħallejt warajja l-ġenituri u l-ħbieb jibku, għax ħasbuni li ġġennint, u l-Ġiżwiti li kienu dubjuzi dwari. Ommi l-għażiża waslitni san-Novizzjat f ’Kurseong. L-imħabba kbira għalija ħallietha tinsa l-paradoss u l-ironija ta’ dak il-mument. Omm buddista tħalli ‘l binha jsir patri Kattoliku! Dak iż-żmien kienet ħaġa li ma timmaġinahiex, belgħet id-dmugħ kollu u b’kuraġġ ħallietni finnovizzjat tal-Ġiżwiti. Kont tant ferħan li dħalt fin-novizzjat li ma rrealizzajtx l-uġiegħ u d-dieqa ta’ qalbha. Meta telqet ħassejtni mistrieħ u ridt li nkun novizz tajjeb. Imma l-paċi tiegħi ma damx. Filgħaxija ġiet lura u talbitni mmur lura d-dar u ninsa dan ilġenn. Tlabtha tagħtini ġimgħatejn u jekk jiena ma għoġobnix dak li kont qiegħed nagħmel setghet tiġi u toħodni lura d-dar. “Qatt iddur lura” L-imħabba ta’ ommi għalija tatha s-saħħa biex taqbel miegħi u tmur lura. Ġimgħatejn wara ġiet lura n-novizzjat u meta ratni tant ferħan marret lura u bagħtitli dan il-messaġġ: “Kun patri tajjeb u

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018

qatt iddur lura mid-deċiżjoni li ħadt.” Għaddew disgħa snin u fit-23 ta’ Ottubru, 1995 kont ordnat saċerdot. Ommi kienet ferħana ħafna u titbissem. Ħuti l-bniet bkew. Missieri, Buddist tajjeb, ma ġiex iżda rrispetta l-għażliet tiegħi.Niftakar li dakinhar ommi qalet lin-nies: “Disgħa snin ilu spiċċajt id-dmugh kollu u issa nifraħ ma’ ibni għax sejjer jaqdi lill-bnedmin.” Wara l-ordinazzjoni mort Kalkutta u ltqajt ma’ Madre Teresa. L-ewwel kliem li qaltli kien: “Ili nitlob għalik dawn l-aħħar għaxar snin.” Omm Buddista għenet saċerdot Ġiżwita jkun kburi bil-vokazzjoni tiegħu u jaqdi ‘l-fqar. Ommi mhiex xi teologu, imma rrealizzajt li dak li għallmitni meta kont zgħir kienu virtujiet Insara li nħaddan bħala adult. Djalogu Għadddew 32 sena li dħalt Ġiżwita. Bħala Bhutani jiena kburi b’art twelidi u niesi. Nixtieq naħdem biex naqblu li Nisrani tajjeb jista’ jkun Bhutani lejali. Bħala Ġiżwita nista’ mmiss il-qalb tad-djalogu bejn il-Buddisti u l-Insara. Hemm ħafna paralleli li jistgħu jsiru bejn l-Buddiżmu u l-Ispiritwalità Injazjana. Taht it-tmexxija ta’ Papa Franġisku nifhem li għax jiena qassis Kattoliku għandi nkun qaddej tal-ferħ tal-Vanġelu, li nkun ninxtamm bir-riħa tan-nagħaġ, li mmur fejn oħrajn ma jridux imorru biex inħobb u naqdi.

9


Storja

Miktub minn Fr John Scicluna, SJ

Għaliex Valentinu hu l-qaddis patrun tal-maħbubin? Fejn jissemmew għallewwel darba l-ismijiet tat-tliet Maġi? Minħabba l-gwerra fis-Sirja, il-moskea Ummayyad ta’ Aleppo ġġarrfet, imma kont taf li kienet inbniet bil-ġebel mis-santwarju tal-martri nsara Kosma u Damjan f ’Cyrrhus? F’xi pajjiżi jużaw it-tfal bħala suldati, allura għaliex wieħed minnhom, il-Messikan José Luis Sánchez del Rio ta’ 14-il sena, miet martri fl-1928 u s-sena l-oħra kien ikkanonizzat? It-tweġibiet jistgħu jagħtuhomlna:

Il-Bollandisti

L-Acta Sanctorum (Ġrajjiet talQaddisin)

10

Le, dawn mhumiex membri ta’ xi setta. Jekk iżżur il-kulleġġ kbir ta’ Saint-Michel fi Brussell, il-Belġju, f ’parti ta’ dan il-kulleġġ isaltan is-skiet. F’dan il-post kollox ifakkrek fl-imgħoddi u t-tokki tal-arloġġ qishom jgħidulek li hawnhekk il-ħin ma jimxix ’il quddiem. Iżda f ’dawn l-aħħar snin kien hemm ħafna attività u taqlib u sar tibdil kbir f ’dan il-post kważi mqaddes fejn jaħdmu l-Bollandisti. Min huma dawn in-nies? L-ewwelnett mhumiex, kif jaħsbu xi wħud, xi ordni reliġjuża ftit li xejn magħrufa, iżda hu grupp żgħir ta’ Ġiżwiti. Isimhom ġej mill-Ġiżwita Belġjan, Fr Jean Bolland (1596-1665), li fis-seklu 17 beda din l-opra ta’ studju kritiku u l-pubblikazzjoni tal-ħajja tal-qaddisin. L-idea ta’ Bolland ma kinitx originali. Il-Ġiżwita Olandiż, l-istudjuż Leribert Rosweyde (1569-1629) kien beda studju bir-reqqa tal-ħajja tal-qaddisin sabiex isaffihom mill-għadd kbir

ta’ ħrejjef u leġġendi li kienu daħlu fil-kitba ta’ ħajjithom. Hu ppubblika 18-il volum bl-isem ta’ Acta Sanctorum (Ġrajjiet tal-Qaddisin). Iżda għalkemm Rosweyde miet qabel ma seta’ jtemm l-opra li beda, irnexxielu jwettaq ħafna riċerka siewja li fuqha oħrajn setgħu jkomplu. Riċerka u Pubblikazzjonijiet Imbagħad Fr Bolland inħatar biex ikompli din l-opra. Hu biddel il-pjan u l-metodu ta’ Rosweyde. Iddeċieda li jibda bir-riċerka tal-ħajja tal-qaddisin li jinsabu fil-kalendarju tal-Knisja, speċjalment dawk li kienu kkanonizzati qabel kien stabbilit il-proċess tal-kanonizzazzjoni. Ġabar l-informazzjoni fuq kull qaddis u ppubblikaha bin-noti u l-kummenti tiegħu. Fr Bolland, fuq suġġeriment tal-kollaboratur tiegħu, Fr Godefroid Henschenius, wessa l-iskop

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018


www.jesuit.org.mt

tal-ħidma tiegħu. Fl-1643 ippubblikaw żewġ volumi bil-ħajja ta’ 1,170 qaddis tax-xahar ta’ Jannar. Dan ix-xogħol kiseb it-tifħir ta’ ħafna studjużi. Wara, fl1658, fl-1668 u fl-1675 ħarġu tliet volumi kull darba bil-ħajja tal-qaddisin ta’ Frar, Marzu u April. Fl-1659, żdied Ġiżwita ieħor , Fr Daniel van Papebroch, li barra li kien wieħed mill-aqwa studjużi ta’ żmienu, irnexxielu jiskopri ħafna dokumenti u ħa ħsieb il-pubblikazzjoni ta’ 19-il volum. Bl-għajnuna tal-Papa Alessandru VII, iż-żewġ kollaboraturi ta’ Fr Bolland, bdew ħidma intensiva ta’ riċerka u studju. Għamlu vjaġġ ta’ sentejn u nofs. Marru Ruma, il-Ġermanja, Franza u l-Italja u skoprew ħafna manuskritti f ’libreriji u bagħtu kopji tagħhom għall-bibljoteka tal-Bollandisti fil-Belġju. Meta l-Kumpanija ta’ Ġesù ġiet sopressa fl-1773, ilpubblikazzjoni tal-ħajja tal-qaddisin mill-Bollandisti kienet diġà waslet fit-tielet volum għax-xahar ta’ Ottubru. Minħabba r-Rivoluzzjoni Franċiza fl-1798, ix-xogħol tal-Bollandisti kellu jieqaf; il-bibljoteka tagħhom xterdet f ’ħafna postijiet u b’hekk intilfu ħafna manuskritti. Wara li l-Kumpanija ta’ Ġesù reġgħet twaqqfet fl-1814, il-Bollandisti ssuktaw ilħidma tagħhom. Ħidma Siekta, Paċenzja u Perserveranza Matul kważi 400 sena, il-Bollandisti s’issa ppubb1ikaw 68 volum bil-ħajja tal-qaddisin filkalendarju tal-Knisja (mill-1 ta’ Jannar sal-10 ta’ Novembru). S’issa dan ix-xogħol hu l-iktar ġabra sħiħa tal-ħajja tal-qaddisin mill-antikità sas-seklu ħmistax. Huma għamlu riċerka f ’ħafna bibljoteki kbar u studjaw mhux biss dwar il-ħajja tal-qaddisin tar-rit Latin, imma wkoll fuq dawk tar-rit Grieg u Orjentali. Ippubblikaw tliet volumi bl-ismijiet tal-qaddisin ta’ kull rit, f ’ordni alfabetiku, bil-lista tad-dokumenti kollha li nstabu fuq kull qaddis u fejn jinsabu. Fl-1886, il-Bollandisti bdew joħorġu is-Subsidia Hagiographica (dettalji oħra dwar il-ħajja ta’ qaddisin). S’issa ppubblikaw 79 volum. Barra kotba oħra, il-Bollandisti ilhom mill-1882 joħorġu r-rivista Analecta Bollandiana (artikli ta’ Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018

riċerka dwar ħajjiet ta’ qaddisin) darbtejn fis-sena. Din l-opra kbira tal-Bollandisti hi fdata f ’idejn il-Ġiżwiti fil-Belġju, taħt l-awtorità diretta tas-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti. Issa Ġiżwiti mill-Kanada, Franza u l-Polonja bdew jagħtu l-kontribut tagħhom. Hemm ukoll għadd ta’ lajċi, li mhux biss jużaw il-bibljoteka tal-Bollandisti imma jgħinu bis-suġġerimenti siewja tagħhom u b’diversi modi oħra. In-networks soċjali għenu ’l-Bollandisti biex jilħqu udjenza iktar wiesa’ u joħolqu għarfien tax“xjenza tal-qaddisin”. Tlesta l-proġett bl-isem ta’ “BHLms” (Biblioteca Hagiographica Latina manuscipta), li hu database on line ta’ manuskritti dwar qaddisin. Hemm ukoll database oħra online, il-verżjoni diġitali Acta Sanctorum. Il-katalgu tal-librerija qiegħed jiġi wkoll kompjuterizzat. Bl-għajnuna ta’ sussidju sostanzjali minn fondazzjoni għamlu katalgu digitali ta’ xi 22,000 volum li kienu stampati qabel l-1800. Id-dettalji bijografiċi dwar il-qaddisin jinstabu fuq il-website tal-Università Kattolika ta’ Louvain (UCL). Ix-xogħol ma jonqos qatt. Biżżejjed wieħed isemmi l-ħidma fil-bibljoteka. Fil-bibljoteka talBollandisti li twaqqfet fl-1905, ma kienx baqa’ post għall-kotba u d-dokumenti ġodda. Fl-1988 wasal il-bibljotekarju Fr Jacques Denis, li b’għaqal u kuraġġ kbir kien irnexxielu fl-istess post jirdoppja l-ispazju tal-bibljoteka. Biex jitħaffef ix-xogħol, il-proċess tar-riċerka ġie kkompjuterizzat u l-apparat għandu l-faċilità li juża l-Grieg, is-Slav, il-Koptiku, is-Sirjak, l-Għarbi, l-Etjopiku, l-Armenjan u l-Ġeorġjan. Issa beda l-Hagiomail biex bl-użu tal-mezzi elettroniċi tkun tista’ ssir diskussjoni bejn il-Bollandisti u esperti fid-dinja. Il-Bollandisti jinsabu wkoll fuq l-internet: www.kbr.be/-socboll Din il-ħidma siekta, li titlob ħafna xogħol, paċenzja u perseveranza fir-riċerka u studju, hi waħda ta’ fejda kbira li l-Kumpanija ta’ Ġesù, permezz tal-Bollandisti, ilha toffri għal kwazi 400 sena lill-Knisja Universali.

11


Spiritwalità

Miktub minn Maria Theresa Portelli

Spiritwalità Injazjana

L-esperjenza tiegħi tal-Eżerċizzi Spiritwali (1) L-Eżerċizzi Spiritwali sirt naf bihom fl-ewwel snin tal-istudji tiegħi flUniversità. Dak iż-żmien kont għadni fil-bidunett tal-mixja spiritwali tiegħi, iżda bdiet tinbet fija x-xewqa li xi darba nagħmilhom. Wasalt biex din ix-xewqa ssir realtà meta fl-2007 kont bdejt ilKors tal-Ispiritwalità u d-Direzzjoni Spiritwali li jorganizza ċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana.

L-Eżerċizzi Spiritwali kienu għalija opportunità biex nikber aktar spiritwalment. Bihom komplejt il-vjaġġ spiritwali tiegħi – perjodu uniku ħafna, f ’waqtiet avventurużi u f ’mumenti oħrajn offrieli sfidi. Dħalt għalihom b’attitudni ta’ ġenerożità u disponibbilità kbira lejn Alla. Minħabba l-impenji tax-xogħol li kelli dak iż-żmien, l-Eżerċizzi għamilthom fil-ħajja ta’ kuljum, jiġifieri mhux f ’xi Dar tal-Eżerċizzi imma waqt li komplejt bixxogħol tiegħi. Domt għaddejja bihom għal madwar sena billi nimpenja ruħi li nitlob għal madwar siegħa kuljum. Biex għamilthom kien jgħini Ġiżwita - li llum qed igawdi l-Mulej - li kont niltaqa’ miegħu darba f ’ġimgħa biex b’reqqa jiggwidani f ’din l-esperjenza. Kien jagħtini ftit punti għat-talb li permezz tagħhom kont nitlob ta’ kuljum. Tul l-irtir kollu dejjem ippruvajt li nżomm is-siegħa sħiħa ta’ talb (ES, #12). Kull filgħodu kont nipprepara l-materjal li fuqu kont se nkun qed nitlob f ’dik il-ġurnata biex imbagħad filgħaxija nagħmel il-ħin tat-talb. F’dal-mumenti, is-skiet kien indispensabbli biex stajt inkun aktar attenta għall-vuċi ta’ Alla. Tul il-ġimgħat ta’ tħejjija għall-Eżerċizzi, ħafna mis-siltiet Bibliċi, li kienu sors ta’ talb, kienu jiffokaw fuq l-imħabba ta’ Alla għalina. Kelli fija x-xewqa li nirreċiproka din l-imħabba li Alla kien qed jagħtini. Bdejt ninnota li fija kien qed ikun hemm ħsibijiet, xewqat u sentimenti li jkunu tant qawwija u tajbin, filwaqt li kien qed ikun hemm oħrajn li jnisslu fija dieqa, skumdità jew skoraġġiment. F’mumenti oħrajn bħal donni ma bdejt inħoss xejn. Dwar dawn il-mumenti Injazju jagħti l-pariri tiegħu fir-Regoli biex wieħed jagħżel bejn influwenzi spiritwali differenti (ES, p.153). F’ħafna mill-mumenti tat-talb bdejt inħossni fil-paċi, kollni kemm jien mimlija bil-preżenza ta’ Alla. F’ esperjenzi bħal dawn, ġieli kienet taħkimni l-biża’ li naf niġi wiċċ imb’wiċċ ma’ mumenti ta’ deżolazzjoni u dlam, li fihom nista’ nasal biex saħansitra nwarrab lil Alla. Imma anki f ’ mumenti bħal dawn, fl-istess Regoli li semmejt Injazju jurina kif għandna naġixxu. Il-Prinċipju ewlieni u Pedament: (ES, #23) Meta ġejt biex nitlob permezz tal-Prinċipju u Pedament rajt li l-għan tiegħu hu li nordna ħajti skont ir-rieda ta’ Alla billi nirbaħ lili nnifsi u nkun ħielsa minn rabtiet mhux f ’lokhom fl-għażliet li nagħmel (ES, p.16). Tgħallimt li l-priorità għandha tkun lejn

12

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018


dak li jressaqni l-aktar lejn Alla (S. Injazju jirreferi għal dan bħala magis): “F’kollox għandna nixtiequ u nagħzlu biss dak li iktar imexxina lejn l-iskop li għalih aħna maħluqin” (ES, #23). Dan jitlob li l-attitudni meħtieġa tkun dik tal-indifferenza attiva – li ninfetaħ b’mod sħiħ għal Alla. L-Erba’ Ġimgħat tal-Irtir - li mhumiex ġimgħat kalendarji imma huma erba’ fażijiet tal-Eżerċizzi kollha jikkonsistu fil-mod kif se nibnu dan l-aqwa pedament sabiex inkunu nistgħu nipperfezzjonaw l-għan tagħna li dejjem nagħmlu r-rieda ta’ Alla f ’ħajjitna. L-Ewwel Ġimgħa: L-għan ta’ din l-ewwel Ġimgħa tal-Eżerċizzi Spiritwali kien li nasal li nagħraf il-kruha u l-kobor tad-dnub; inħoss sogħba għal dnubieti u nxerred dmugħ ta’ indiema u nwarrab il-ġibdiet diżordinati li jkolli. Il-ħames eżerċizzji ta’ talb f ’din l-Ewwel Ġimgħa għamluni ħafna iżjed konxja tad-dnub tiegħi kif ukoll dak ta’ madwari fid-dinja u r-riperkussjonijiet li jħalli. Dan għamilli ċertu dwejjaq fija imma xorta ħassejt konsolazzjoni għaliex Alla dejjem jagħtina ċ-ċans li nerġgħu lura minn dak li nkunu waqajna fih. Kont inżomm quddiem għajnejja kemm hi kbira l-ħniena ta’ Alla. Fuq naħa nara d-dnub u fuq innaħa l-oħra nara l-qawwa ta’ Alla biex jingħeleb dak id-dnub. Fil-bidu tależerċizzju dwar id-dnub personali ħassejtni wisq konfuża li niffoka fuq id-dnubiet tiegħi għaliex ma bdejtx nagħraf xi skop għandu dan l-eżerċizzju. Iżda mbagħad, bil-grazzja ta’ Alla, wasalt li nagħraf li l-iskop ta’ eżerċizzju bħal dan hu biex inġedded is-sogħba tiegħi għal dak li jien inkun għamilt u biex nesperjenza iżjed il-ħniena u l-imħabba ta’ Alla għalija. Hu propju għal hekk li Injazju jirrakkomanda l-qrara ġenerali għalkemm din mhix f ’obbligu li ssir iżda “għal min jagħmilha għax irid u minn rajh” (ES, #44). F’din l-esperjenza, tlabt lil Alla biex inissel fija dispjaċir għan-nuqqasijiet tiegħi. Kienet tant sinifikanti u ta’ ispirazzjoni għalija ċ-ċaħda ta’ Pietru meta “ħareġ ‘il barra jibki biki ta’ qsim il-qalb”. Iktar ma kont konxja tal-imħabba Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018

tiegħU, aktar għaraft il-bżonn tal-indiema u li nersaq lejH, anki fis-Sagrament tal-Qrar. Meta ġejt biex nagħmel il-Meditazzjoni fuq l-Infern ħassejt ħafna biża’ fija. Filwaqt li ridt nuża l-immaġinazzjoni u s-sensi fiżiċi biex inġib quddiem għajnejja l-post, bl-ebda mod ma ridt nimmaġina lili nnifsi hemmhekk. Rajt disperazzjoni, vojt u għatx li ma jistgħu jittaffew b’xejn u kemm hu ikrah li tkun mingħajr il-preżenza ta’ Alla. Sibt biss konsolazzjoni f ’Ġesù u fit-talba biex Hu jżommni ‘l bogħod minn hemmhekk (ES, #71). Qawwi kien ukoll il-Kollokju Triplu (ES, #63) – mal-Madonna, ma’ Ġesù u mal-Missier. Mingħandhom tlabt il-grazzji li nkompli nagħraf dnubieti u nistmerrhom; li nħoss id-diżordni li ġibt b’għemili biex nikkoreġi ruħi u li nagħraf id-dinja u nwarrab kull ma hu mundan u fieragħ fija. Biex napprofondixxi aktar l-esperjenza tiegħi ta’ talb, kont insibha ta’ għajnuna meta fit-talb kont nieqaf fuq xi kelma, vers jew xena partikolari millIskrittura u nibqa’ fuqha biex niggosta u nagħraf aktar dak li l-Mulej ikun qed jgħidli biha. Dwar dan, Injazju jikteb f ’dawk li hu jsejjaħ ‘Direttivi Prattiċi’: “meta nsib dak li nixtieq f ’xi punt, nieqaf fih bil-kwiet sakemm inkun sodisfatt, mingħajr ma nħabbel rasi

biex ngħaddi ‘l quddiem” (ES, #76b). Injazju jirrakkomanda li ssir ir-Reviżjoni tat-Talb: “Meta ntemm l-eżerċizzju, nagħmel kwarta…nara l-kontemplazzjoni jew meditazzjoni kif marret. Jekk marret ħażin, nara dan minn xiex ġej…Jekk marret tajjeb, irrodd ħajr ‘l Alla Sidna, u darb’oħra nimxi bl-istess mod” (ES, #77). Dan l-eżerċizzju kont insibu bħala għodda biex nirrifletti x’għadda minn qalbi waqt il-ħin tat-talb. Mat-tmiem tal-Ewwel Ġimgħa għamilt waqfa ta’ madwar xahrejn mill-Eżerċizzi Spiritwali biex stajt inkompli bl-impenji tax-xogħol tiegħi. (Jissokta f ’ħarġa oħra)

13

Spiritwalità

www.jesuit.org.mt


’l Hawn u ’l He Żewġ Kardinali Ġiżwiti

Fil-Pentekoste, il-Papa Franġisku ħabbar il-ħatra ta’ 14-il Kardinal minn 11-il pajjiż, u fosthom hemm żewġ Ġiżwiti. L-Arċisqof Luis F. Ladaria, minn Spanja, għandu 74 sena. Għal 33 sena, kien Professur tat-teologija fi Spanja u fl-Università Gregorjana f ’Ruma, fejn kien ukoll Viċi Rettur mill-1986 sal-1994. Kien is-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Teoloġika Internazzjonali. Fl-2004, imbagħad, inħatar Arċisqof u Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Fidi, u s-sena l-oħra sar il-Prefett tagħha. Il-Kardinal l-ieħor hu l-Arċisqof Pedro Barreto ta’ Huancayo, fil-Perù, Għandu 74 sena wkoll. Daħal filKumpanija ta’ Ġesù fl-1961u kien ordnat saċerdot fit-18 ta’ Diċembru 1971. Serva f ’ħafna parroċċi u fl-2001, kien ordnat isqof u tliet snin wara, inħatar Arċisqof ta’ Huamcayo. Snin wara, il-Papa Franġisku ħareġ l-enċiklika dwar l-ambjent; Barreto kien jitkellem ħafna dwar il-ħsara li kienet qed issir lill-fqar ħabba l-post li fih kienu qed jgħixu.

Żjarat tas-Superjur Ġenerali

Fil-bidu ta’ Mejju, is-Superjur Ġenerali żar il-Provinċja ta’ Spanja u lltaqa’ mal-Ġiżwiti u l-kollaboraturi f ’Madrid, Valladolid u Alcala de Henares. Fil-laqgħat tiegħu, hu fakkar lill-Ġiżwiti fil-missjoni importanti li l-Kongregazzjoni Ġenerali tat, mhux biss lill-gvern ċentrali, imma lill-Kumpanija kollha. Fakkar ukoll li l-ħidma tal-aħħar Kongregazzjoni Ġenerali titwettaq permezz ta’ dixxerniment flimkien, l-ippjanar appostoliku u l-kollaborazzjoni mal-lajċi, billi nsaħħu l-kommunikazzjoni bħala wirt Injazjan u naħdmu flimkien. Hu insista dwar il-ħtieġa ta’ konverżjoni ekoloġika tal-Kumpanija ta’ Ġesù u ħeġġeġ lill-Ġiżwiti biex jaħdmu għat-trasformazzjoni tal-kultura permezz tal-appostolat tal-edukazzjoni, u b’mod speċjali, billi jippromwovu djalogu bejn il-kulturi diversi. Imbagħad, fit-tieni nofs ta’ Mejju, Fr Sosa mar il-Kanada u ħa sehem fil-laqgħa tal-Konferenza talKanada u l-Istati Uniti. Wara, żar iż-żewġ Provinċji tal-Ġiżwiti, tal-Kanada Franċiża u dik tal-Kanada Ingliża. Dawn iż-żewġ Provinċji qegħdin fi proċess biex din is-sena, fil-festa ta’ Sant’Injazju, isiru Provinċja waħda.

L-ewwel Pjan Appostoliku tal-Provinċja l-ġdida Wara t-twaqqif fl-1 ta’ Lulju 2017 tal-Provinċja l-ġdida Ewro-Mediterranja, beda l-proċess biex jitfassal il-Pjan. Matul sena sħiħa, sar proċess ta’ dixxerniment personali u komunitarju f ’diversi laqgħat territorjali fil-komunitajiet u l-opri appostoliċi fl-Italja, Malta, l-Albanija u r-Rumanija għall-Ġiżwiti u l-kollaboraturi. F’laqgħa konġunta tal-Kunsill Kanoniku talProvinċjal u l-Kunsill tal-Opri Appostoliċi li saret fi Frascati bejn l-1 u l-4 ta’ Ġunju, ġie analiżżat ixxogħol kollu li sar s’issa dwar il-Pjan Appostoliku. Ġew deċiżi l-erba’ objettivi ewlenin: Il-Formazzjoni Injazjana, Il-Proklamazzjoni tal-Vanġelu, L-attenzjoni li trid tingħata lir-relazzjonijiet, u Id-dinamiċi tal-komunitajiet individwali. Li nisimgħu lill-fqar u jkollna approach ekoloġiku sħiħ huma temi importanti ħafna. Il-Provinċjal, Fr Gianfranco Matarazzo, spjega li “l-objettivi huma l-frott tar-riflessjoni dwar l-orjentazzjonijiet u l-kriterji”. Issa ser isiru indikazzjonijiet preċiżi x’għandu jsir, kif ukoll kif u kemm għandu jitwettaq.

14

Forum Pubbliku - Embryo Protection Act Qabel ma’ għaddiet mill-Parlament, ħafna nies ħadu sehem fil-Forum Pubbliku, li sar fil-Kappella tal-Università dwar il-Ligi proposta tal-IVF, u ġie diskuss x’inhuma l-konsegwenzi tagħha. Dan il-Forum sar fuq inizjattiva taċ-Chaplaincy tal-Università u tal-Komunità ta’ Ħajja Nisranija (CLC). Il-panel kien kompost minn diversi esperti f ’dan il-qasam. Kien hemm il-bioloġista, il-Prof. Pierre Schembri Wismayer, l-avukat tal-familja, Dr Ray Zammit, il-ġinekologu, Mr Mark Formosa, u lprofessur tat-teoloġija morali, Dr Nadia Delicata. Il-kelliema u l-parteċipanti wrew it-tħassib serju tagħhom dwar ħafna aspetti fil-proposti tal-Embryo Protection Act. Numru kbir ta’ professjonisti f ’dan il-qasam huma mħassbin u nkwetati ħafna minħabba l-konsegwenzi gravi tal-proposti. Il-Psikjatra u Professur David Mamo, li hu lPresident tas-CLC, kien il-Moderatur tal-Forum. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018


emm

mal-Ġiżwiti

L-RM tagħlaq 70 sena

II-magażin bl-isem ta’ REGINA ET MATER twieled f ’Jannar 1948 u l-ewwel direttur kien il-Ġiżwita Fr Edgar Tabone. Dan il-magażin kien il-leħen tal-Kongregazzjonijiet Marjani, għaqda ispirata mill-Ġiżwiti biex lajci minn kull qasam tal-ħajja jgħixu l-Vanġelu skont l-ispirtu ta’ Sant’Injazju ta’ Loyola taħt il-ħarsien ta’ Marija. Maż-żmien, il-Kongregazzjoni Marjana nbidlet u bdiet tissejjaħ Komunità ta’ Ħajja Nisranija, imma l-magażin baqa’ l-organu tagħha. Eventwalment, ir-Regina et Mater sar magażin ta’

Proġett interessanti fil-Primarja talKulleġġ ta’ San Alwiġi Għal matul din is-sena, il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi għażel it-tema Connected – tieħu ħsieb id-dar komuni tagħna. Biex jitwettaq dan il-proġett, fl-ewwel term, l-istudenti tal-Iskola Primarja irriflettew u ħadmu dwar “Irrigal tal-ħolqien”. Fit-tieni term, is-suġġett kien “Inbiddlu l-istil tal-ħajja tagħna” u fl-aħħar term, iffokaw fuq “Dak li nagħmel jiena hu importanti għalija, għalik u għall-fqar.” Kull klassi għażlet wieħed mit-30 pajjiż affettwat mit-tibdil tal-klima u lkoll tgħallmu liema azzjonijiet individwali, b’xi mod, affettwaw il-ħajja f ’dak il-pajjiż magħżul minnhom. Barra li tgħallmu dwar l-aspetti sbieħ tal-pajjiż li għażlu, l-istudenti tgħallmu dwar il-kawżi tal-faqar u d-degradazzjoni ambjentali f ’partijiet differenti tad-dinja. Kien hemm ukoll kompetizzjoni ta’ posters dwar l-effetti negattivi tal-plastik f ’diversi partijiet tad-dinja.

“Iċ-Ċavetta” tirbaħ il-Best App Award Il-Premju prestiġjuż tal-eBusiness għas-sena 2017, mogħti mill-Malta Communications Authority – MCA, intrebaħ mill-applikazzjoni Iċ-Ċavetta u dan hu mfassal biex jgħin lil min irid jitgħallem jaqra u jikteb bil-Malti. Dan il-programm kien imħejji nill-Paulo Freire Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018

ħafna ġid.

formazzjoni nisranija għal kulħadd. Fl-1998, fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju tiegħu, Fr Paul Chetcuti nħatar id-direttur tal-magażin u dan ingħata xejra u forma ġdida. Fis-sena 2000, mal-bidu tal-millenju, ħa l-isem ta’ R+M2000 biex ikompli juri Ii hu magażin għall-bniedem tal-lum. Fl-2005, il-magażin RM2000 u r-rivista l-oħra tal-Ġiżwiti, Lil Ħbiebna, ingħaqdu f ’waħda u l-prodott finali sar RM2000LilĦbiebna sal-2013. Minn qalbna ngħidu grazzi lil Alla ghal dawn is-70 sena li matulhom l-RM mess il-ħajja ta’ eluf kbar ta’ nies, u għamel

Dan il-progett, li kien organizzat miċ-Chaplaincy taliskola primarja, flimken mat-tim tal-Eko-Skola, għen lit-tfal ikollhom għarfien iktar sħiħ dwar l-ambjent kif ukoll fuq l-effetti pożittivi u negattivi f ’pajjiżna u fiddinja, issa u għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.

Institute tal-Ġiżwiti fiż-Żejtun u pubblikazzjoni tiegħu kien sponsorjat mill-Vodafone Malta Foundation u kien żviluppat mill-Maltaserv. Radd il-ħajr jistħoqq lill-Ġiżwiti Fr Vincent Magri, Fr Christopher Vella u Fr Edgar Busuttil, kif ukoll lil dawk li żviluppaw il-proġett, Liam Farrugia u Franco Cassar Manghi, lill-Vodafone Malta Foundation, kif ukoll lill-awturi David Muscat u Carmen Mamo.

15 15


Nekroloġija

Miktub minn Fr John Scicluna, SJ

Fr Arthur G. Vella, S.J. 1930 - 2018

Hekk kif nhar il-Pentekoste ġriet l-aħbar li Fr Arthur kien ingħaqad għal dejjem fil-kumpanija ta’ Ġesù bdew jaslu ħafna messaġġi sbieħ minn ħafna persuni li kienu jafuh u jammirawh u li b’xi mod għenhom jew akkumpanjahom fil-mixja spiritwali u umana tagħhom. “Kien bniedem li jirrispetta lil kulħadd”. “Meta tkelmu kien inissel il-paċi f ’qalbek.” “Kien Saċerdot skont il-qalb ta’ Alla.” “Bniedem tar-ruħ. Maħbub minn kulħadd.” “Iwassal il-ferħ tal-kelma ta’ Alla.” “Meta tkellmu jieħu u juri interess fik.” “Bniedem ferrieħi, ċajtier b’sens ta’ umoriżmu.” “Kont tieħu pjaċir tisimgħu jitkellem u jgħallem.” “Kellu għal qalbu l-ġid tal-erwieħ.” “Bniedem ta’ esperjenza u prattiku.” “Jagħtik parir mingħajr ma jinponi.” Antonio u Maria Dolores Vella, fiż-Żejtun, kellhom erbgħa wlied, żewġ subien u żewġt ibnient. L-ewwel tarbija tagħhom Arthur Gerald twieled fis-27 ta’ Settembru, 1930. Meta kiber, Arthur jew Turu, kif sħabu u l-ħbieb kienu jsejjħulu, daħal fl-iskola tal-Gvern fiżŻejtun. Minn ċkunitu ż-żagħżugħ kien membru tad-Domus Juventutis fil-parroċċa. Żewġ sejħiet Ta’ għaxar snin kompla l-iskola fis-Seminarju tal-Arċisqof fil-Furjana. Barra l-eżamijiet ta’ diversi suġġetti tal-GCE, fl-1947 għamel ukoll l-eżami tal-Matrikola. Matul is-sena ta’ wara beda jagħti l-privat lit-tfal u meta l-Gvern nieda ċ-Ċensiment,

16

Turu ħadem bħala Census Officer. Fis-sajf tal-1948 għamel irtir fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, u ddeċieda li jaqdi ’l Alla bħala saċerdot u daħal is-Seminarju u beda l-istudji għas-saċerdozju. Fl1952 iggradwa bil-B.A. fil-filosofija, il-matematika u l-ekonomija. Fil-15 ta’ Ottubru 1952, is-seminarista Turu beda n-novizzjat mal-Ġiżwiti f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Qrib għeluq is-sentejn ta’ novizzjat, flimkien ma’ Br Frank Grech, intbgħat l-Ingilterra f ’Heythrop College għall-kors tal-filosofija. Hemmhekk, fis-16 ta’ Ottubru, 1954, għamel l-Ewwel Voti u ntrabat mal-Kumpanija ta’ Ġesù. Fl-1956 ġie Malta u għadda sena bħala Prefett u għalliem fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara. Bejn 1957 u 1961 Turu studja t-teologija fl-Università Gregorjana, Ruma. Imbagħad fid-9 ta’ Lilju, 1960, kien ordnat saċerdot għal dejjem. It-Tielet Sena tan-Novizzjat għamilha fl-1961 fi Cleveland, Ohio, fl-Istati Uniti. Imbagħad bejn l-1962 u l-1964 regà kien Ruma biex jistudja t-teologija axettika u kiseb id-dottorat bit-teżi “Christian Maturity and Affective Love in the writing of St Thomas Aquinas”. Lura Malta Fl-1964 Turu ġie lura Malta u nħatar is-Soċju (l-Assistent) tal-Provinċjal u wieħed mill-erbgħa kunsillieri tal-Provinċjal. Is-Superjur Ġenerali ħatar lil Fr Vella biex ikun ir-raba’ Provinċjal tal-Ġiżwiti Maltin. Fid-9 ta’ Ġunju, 1966, għamel il-Professjoni Solenni u dakinhar beda jmexxi l-Provinċja Maltija tal-Ġizwiti. Matul il-Provinċjalat tiegħu seħħew xi ġrajjiet importanti. Fl-1967, fuq stedina tal-Gvern Malti, żewġ Ġiżwiti Maltin bdew imexxu l-Iskola ta’ San Filippu Neri f ’Santa Venera. Baqgħu hemm sal1972. Wara konsultazzoni fil-Provinċja, fl-1969, is-Superjur Ġenerali approva li l-Ġiżwiti Maltin imorru missjunarji fl-Uganda, fl-Afrika. Lejn l-aħħar tas-sittinijiet beda l-bini tar-Residenza ta’ Dar Manwel Magri fl-Imsida ħdejn l-Università. F’April. 1971, il-Papa ħatar lil Turu bħala membru tal-Kumitat Straordinarju taħt it-tmexxija talArċisqof Lemieux sabiex twettaq ir-riforma talamministrazzjoni tal-propjetà tal-Knisja f ’Malta. F’Ruma u ċ-Ċilî Meta spiċċa minn Provinċja, fl-1973 inħatar Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018


Superjur tar-Residenza l-ġdida f ’Tal-Qroqq, l-Imsida, kif ukoll Direttur tan-Novizzi. Ftit wara beda jgħallem it-teologija Spiritwali u Morali fl-Università. Imbagħad, fl-1974, is-Superjur Ġenerali nnominah biex ikun ir-Rettur tal-Kulleġġ Internazzjonali f ’Ruma. Imma wara sentejn, għarragunijiet ta’ saħħa, ġie lura Malta. Il-Ġiżwiti Maltin għażlu lil Turu biex ikun iddelegat tagħhom u jieħu sehem fil-Kongregazzjoni Ġenerali 32 bħala Elettur. Fl-1978, Turu rega’ ntgħażel minn sħabu biex jieħu sehem filKongregazzjoni tal-Prokuraturi li saret f ’Ruma fl-1978. Mill-1973 Turu serva bħala membru, u wara bħala d-Direttur, taċ-Ċentru tal-Ispiritwalità Injazjana f ’Malta. Għal bosta snin kien ukoll membru tal-Kummissjoni tal-Appostolati kif ukoll tal-Kummissjoni tal-Formazzjoni fil-Provinċja. Fr Vella, mhux biss għallem fl-Università ta’ Malta, imma fl-1984, għal ftit xhur, mar iċ-Ċilî u għallem it-Teologija Spiritwali fl-Pontificia Universidad Catolica de Chile. Għawdex u Ruma L-isqof Nikol Cauchi ta’ Għawdex, fl-1985, ħatar lil Turu biex ikun ir-Rettur tas-Seminarju Maġġuri u Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù fir-Rabat ta’ Għawdex u dam hemm sal-1989. Għal darb’ oħra, fl-1991, is-Superjur Ġenerali sejjaħ lil Turu jmur jaħdem fil-Kurja Ġenerali tagħna f ’Ruma. L-ewwel kien l-Assistent tadDirettur tas-Segretarjat tal-Ispiritwalità Injazjana u wara sar id-Direttur tas-Segretarjat u dam sal1996. Meta ġie lura Malta nħatar Superjur tarResidenza tagħna ħdejn l-Università u dam sal-2002. Għal sena, fl-1997, serva wkoll bħala ċ-Chaplain tal-Università. Għal bosta snin, kien membru tal-Kunsill Presbiterali fl-Arċidjoċesi ta’ Malta kif ukoll fidDjoċesi ta’ Għawdex. Fost dawn il-karigi u l-impenji kollha Turu ħabb u għex bis-sħiħ is-sejha tiegħu ta’ reliġjuż Ġiżwita u ta’ saċerdot. Bil-mod kif għex ħajtu u wettaq l-appostolat tiegħu wera biċ-ċar li kien reliġjuż u saċerdot eżemplari. Matul il-58 sena bħala saċerdot, Turu għex u wettaq b’dedikazzjoni sħiħa u mħabba s-sejħa li jkun istrument f ’idejn Alla għall-ġid ta’ ħafna erwieħ minn kull qasam. Ħidma sfiqa, li Alla biss jaf kemm ġid spiritwali wettaq bil-kwiet u bla daqq tat-trombi, għall-bosta snin. Ħafna saċerdoti, reliġjuzi u lajċi kienu jfiċċuh bħala Direttur Spiritwali. Għal Turu l-Ispiritwalità Injazjana kienet il-ħajja tiegħu. Għexha u għallimha. Fin-1977, flimkien ma’ Fr Paul Mallia, uzaw il-kitba ta’ Ġiżwiti Maltin u ppubblikaw l-ewwel edizzjoni bil-Malti tal-Eżerċizzi Spiritwali. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018

Imbagħad fl-2006, bl-għajnuna tas-Sur Salvu Mallia, ħu Fr Paul, Turu ppubblika t-tieni edizzjoni b’ħafna noti frott tal-istudju tiegħu. Kien jagħti ħafna rtiri f ’pajjizna u barra lissaċerdoti, reliġuzi, seminaristi u lajċi. Grupp ta’ saċerdoti djoċesani kienu jiltaqgħu miegħu regulari. Anke liż-żgħażagħ li jkunu ser jipiċċaw l-iskola. L-esperjenza tiegħu fid-Dixxerniment Spiritwali kienet magħrufa sew. Fis-Sinodu Djoċesan u f ’okkazjonijiet oħra l-Arċisqfijiet kienu jsejjħulu biex jitkellem dwar dan. Xi Kongregazzjonijiet Reliġjużi kienu jistidnuh jgħinhom qabel u matul il-Kapitli tagħhom. Ħafna ħidma oħra pastorali Turu kien iwettaqha fiċ-Chaplaincy tal-Università ma’ Professuri, eluf ta’ studenti u ħaddiema. L-għabex Għall-ħabta ta’ Marzu tas-sena l-oħra Turu beda jħoss xi uġieħ. Wara ftit għamel xi testijiet u r-rizultat kien li kellu bżonn jibda kors ta’ kemoterapija. Ftit wara t-tobba għamlu xi testijiet u ndunaw li s-sitwazzjoni ta’ saħħtu ma tjibitx. Għalhekk bdew kors ieħor ta’ kemoterapija. Iżda wara t-tieni darba saħħtu wriet li ma kienx jiflaħ għaliha. Mill-ewwel Turu għaraf li l-Mulej kien qiegħed isejjaħlu. Bi spirtu qawwi ta’ fidi u b’ħafna paċi beda jħejji ruħu għall-laqgħa mal-Mulej li tant ħabb u ta ħajtu fil-qadi tiegħu. L-aħħar ġimgħatejn għaddihom l-isptar. Matul il-ġurnata kienu jmorru jarawh ħafna nies. Kien jgħejja, imma bi tbissima jilqa’ n-nies b’kelma ta’ paċi. Fl-aħħar jiem l-awtoritajiet tal-isptar illimitaw il-ħin għaż-żjarat. Sbieħ il-Ħadd, 20 ta’ Mejju, jum il-Pentekoste, fl-4.10 ta’ filgħodu. Turu għalaq għajnejh għad-dawl tad-dinja u fetaħhom fil-ġenna. Il-funeral sar il-Ħamis, 24 ta’ Mejju, fil-knisja Arċipretali tal-Mosta. L-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa l-Quddiesa u għamel l-omelija li tistgħu taqraw wara dan l-artiklu. Ħa sehem ukoll l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona, id-Delegat tal-Ġiżwiti f ’Malta, Fr Michael Bugeja, flimkien ma’ iktar minn 130 sacerdot djoċesan u reliġjuż. Dawn kollha u l-għad kbir ta’ sorijiet u lajċi li ngabru biex jitolbu għal Turu taw xhieda sabiħa tal-imħabba u l-gratitudni tagħhom lejh. Kien ġest sabiħ li l-Quddiesa xxandret fuq is-sit talKnisja f ’Malta fuq Youtube. Permezz ta’ dan, madwar 2,100 segwew il-Quddiesa jew wara raw il-vidjo. L-Isqof Mario Grech ta’ Għawdex organizza Quddiesa fis-Seminarju tad-djoċesi b’suffraġju ta’ Fr Arthur u fiha ħadu sehem numru ta’ sacerdoti u ħbieb. Agħtih, Mulej, il-premju u l-mistrieħ ta’ dejjem Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skond kelmtek.

17

Nekroloġija

www.jesuit.org.mt


Nekroloġija

www.jesuit.org.mt

L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Funeral ta’ Fr Arthur G. Vella SJ fil-Knisja Arċipretali, il-Mosta 24 ta’ Mejju, 2018 “Il-Mulej għażlu biex jagħmel ilfrott” Kull wieħed u waħda minna li qegħdin hawn illum għandna xi storja jew xi rakkont dwar dak li kien ifisser għalina Turu jew Fr Arthur. Ilpreżenza tagħna hija xhieda tal-ġid kollu li għamel il-Mulej permezz ta’ dan ir-raġel għaqli u fidil, ta’ dan l-għalliem tad-dixxerniment. Il-Mulej laqqgħu mas-seminarju u mis-seminarju għaddieh għan-novizzjat tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Imma d-djoċesi qatt ma tilfitu għax midjuna ħafna miegħu, il-Knisja hija midjuna miegħu. Imma qabel xejn illum qegħdin hawnhekk biex infarrġu lil xulxin bil-kliem tal-fidi, ta’ dik il-fidi li kienet il-ħeġġa u l-fjamma fil-qalb ta’ Fr Arthur. Kemm joqgħodu tajjeb għalih il-kliem li smajna fit-Tieni Qari: “Emmint, u għalhekk tkellimt” (2Kor 4:13), għax qabelxejn int u tiltaqa’ ma’ Turu kont tiltaqa’ ma’ bniedem ta’ fidi. It-tbissima tiegħu, l-umiltà u dik il-ħarsa penetranti tiegħu, il-kumment li jaqta’ sal-mudullun ta’ ruħek u dik l-X-ray li jagħrfek mingħajr ħafna neċessità ta’ kliem, kienu ġejjin mid-dawl tal-Ispirtu qaddis tal-Mulej, ta’ bniedem li qiegħed jgħix il-preżenza ta’ Alla. “Emmint, u għalhekk tkellimt”. Il-kliem ma kienx ħafna imma kien meqjus, kien kliem ġej mill-fidi. Xhud tat-tama fil-Mulej L-imħabba tiegħu kienet tidher fid-disponibbiltà totali tiegħu Is-Salm 131 ifakkarna fit-tama u Turu, bl-għażla tiegħu tal-faqar b’mod radikali, bl-ubbidjenza tiegħu b’mod radikali ħafna u bis-safa ta’ ruħu, kien xhud tat-tama fil-Mulej. L-imħabba tiegħu kienet tidher fid-disponibbiltà totali tiegħu għal kull min hu mtaqqal u għandu bżonn kelma ta’ għajnuna. “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28). Kien ħabib kbir tal-Qalb ta’ Ġesù u bħallimgħallem maħbub tiegħu kien ta’ qalb ħelwa u umli. Illum il-fidi tagħna tgħidilna li qed igawdi l-mejda li ħejjilu l-Ħaruf ta’ Alla, dak li jneħħi d-dnubiet tad-dinja. F’ismu min jaf kemm ħafer dnubiet, f ’ismu min jaf kemm ta l-ħarsa tattenerezza u tal-ħniena lil tant nies. Min jaf kemm

18

serraħ erwieħ u għażel li jitgħabba hu bil-piż tarresponsabbiltà biex huma jkunu jistgħu jkomplu fi triqthom eħfef, b’iżjed żelu u ferħ. Nixtieq nirringrazzjah ta’ kemm ħa ħsieb grupp għeżież ta’ saċerdoti fil-Fawwara —ħafna drabi kull nhar ta’ Tnejn— li żgur ser jimmisjawh imma anke jiena ser nimmisjah għaliex il-preżenza tiegħu hemmhekk il-Fawwara kienet il-preżenza ta’ Ġesù. Jiena nawguralhom li anke bl-imħabba ta’ bejniethom ikunu jafu jsostnu lil xulxin bl-istess spirtu. Nixtieq nirringrazzja lill-Mulej ta’ kemm Turu kien leali lejn il-Kumpanija ta’ Ġesù, ħadem Malta, barra minn Malta, u fiċ-Ċilì wkoll. Meta rajt li għamel ftit żmien iċ-Ċilì, ħassejt li kellna esperjenza komuni li tibqa’ tgħaqqadna għal dejjem ukoll. Kollox skont ir-rieda tal-Mulej Id-dixxerniment tiegħu ma kienx leġġer għax Turu dejjem fittex li jagħmel ir-rieda tal-Mulej. Imma f ’din l-okkażjoni nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Mulej għar-rikkezza li d-djoċesi għandha f ’tant familji reliġjużi li huma rappreżentati denjament hawnhekk, mhux biss il-Ġiżwiti imma rajt ħafna rappreżentanti ta’ Ordnijiet oħrajn u wkoll tant reliġjużi nisa li Turu kien jaf ukoll isostnihom, jinkoraġġihom. Ħa paċenzja bina lkoll u l-paċenzja tiegħu kienet turija tal-imħabba konkreta ta’ Ġesù. Id-dixxerniment tiegħu ma kienx leġġer għax Turu dejjem fittex li jagħmel ir-rieda tal-Mulej. Meta stedintu biex jgħini niddjaloga mal-kleru dwar dak li l-Papa Franġisku xtaq f ’Amoris Laetitia, għamel l-espożizzjoni tiegħu fuq id-dixxerniment u Turu insista ħafna li d-dixxerniment huwa li nfitxxu r-rieda ta’ Alla għalina f ’kull mument, fiċ-ċirkustanzi konkreti tal-ħajja. Jalla dan it-tagħlim, li huwa wkoll it-tagħlim tal-Papa Franġisku, iwassal biex aħna konkretament bħalu u anke fuq l-eżempju tiegħu, kulħadd skont il-missjoni tiegħu, infittxu li ngħixu l-virtujiet tal-fidi, tat-tama u tal-imħabba li huma r-risposta tagħna lejn l-imħabba ta’ Ġesù. Niftakar li meta għamlilna kors fuq il-virtujiet teologali u ried jitkellem fuq l-imħabba, Fr Arthur fakkarna li kien għamel teżi, riċerka, fuq il-kunċett ta’ ‘love as acceptance’. Kemm hi ħaġa sabiħa u profetika li aħna nifhmu li l-imħabba tagħna lejn xulxin trid tibda billi nilqgħu lil xulxin. U kemm hu attwali dan il-kliem, kemm hu profetiku u kemm hu neċċessarju li nifhmu li jekk inħobbu lil xulxin, irridu nilqgħu lil xulxin. Jiena nixtieq nitlob l-interċessjoni tal-qaddisin kollha biex ikollna vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Reliġjuż wieħed, ħafna frott. “Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018


Ritratt: PhotoCity - Archdiocese of Malta

tagħkom jibqa’” (Ġw 15:15). Inħoss li dan il-kliem jgħodd ħafna għall-għażiż Turu; il-Mulej ħatru, għażlu, biex jagħmel il-frott. Kien hemm il-waqtiet permezz tal-ubbidjenza, dik il-fergħa għażiża mid-dielja li huwa Ġesù, ried

Apprezzamenti Minn Prof Albert Borg: “Għidlu qiegħed kalm u seren” Dan l-aħħar messaġġ li bagħatli Fr Arthur missodda tiegħu fl-isptar, hu u jistenna lill-Missier isejjaħlu għal miegħu f ’daru. U s-sejħa fl-aħħar waslet fl-4.05 ta’ filgħodu, il-Ħadd ta’ Pentekoste, l-20 ta’ Mejju, 2018. “Jien m’iniex waħdi”. Din kienet il-konvinzjoni profonda tiegħu u għalhekk kellu dil-paċi kollha hu u jistenna t-tmiem: kliem li ġieli rrepetieli meta kont insellimlu filgħaxija. Jaċċetta kull persuna Bis-saħħa tal-fidi intensa li kellu, u b’ħajja li għexha fil-preżenza tal-Maħbub, kull jum li jisbaħ huwa seta’ jiffaċċjah biex jgħin lil tant nies jiskopru x’inhi r-rieda t’Alla għalihom: żgħażagħ u anzjani, nies sempliċi jew sofistikati, qassisin, reliġjużi rġiel u nisa u koppji miżżewġa, dawk li ma jemmnux u dawk li tilfu t-triq u kienu qed jippruvaw jerġgħu jsibuha: kollha kien jirbaħhom bid-don speċjali li kellu - il-persuna li kien ikollu quddiemu kien sempliċement jaċċettaha. Dil-kwalità diġà kien hemm ħjiel qawwi tagħha fix-xogħol li kien għamel fuq San Tumas d’Akwinu għat-teżi tad-dottorat L-imħabba tilqa’ lil dak li jkun (Love is acceptance). Din ma kinitx xi strataġemma sentimentali: hekk kif kont tkun qed tiftaħ qalbek miegħu, kienet tidher mill-ewwel r-rabta irrevokabbli Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018

jiżborha. L-ubbidjenza hekk tagħmel imma fl-ubbidjenza nagħmlu ħafna frott. L-għażliet tiegħu ta’ faqar xtaq li jikkomunikaw ħafna lid-djoċesi. Hemm bżonn nimpenjaw ruħna biex il-kontributi tiegħu, fil-Kummissjoni Lemieux u fir-riforma ta’ kif nammninistraw il-ġid tagħna, mhux biss insostnuhom imma nagħmluhom dejjem iżjed attwali, sfida kbira, mhux faċli, imma ma naħsibx li għandna għażliet oħra iżjed opportuni. Turu kien devot ħafna tal-Madonna, kien iħobb jgħid li l-Madonna ser twasslu. Illum l-24 ta’ Mejju hija l-festa għażiża tal-Madonna Awżiljatriċi. Nafdawh f ’idejha li twasslu hi għand binha Ġesù. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, jistrieħ fis-sliem.

li kellu mal-valuri tal-Vanġelu, anki jekk kont tħoss li ma kienx qed jiġġudikak. U b’hekk kienet titfaċċa kważi waħedha t-triq li kellek taqbad fis-sitwazzjoni konkreta tiegħek. Sew jekk kienet tinstab soluzzjoni, sew jekk ma kinitx, hu xorta kien ikun hemm bħal blata, jgħinek iġġorr is-salib. Qaddej fidil Kien provinċjal; waqqaf id-Dar P. Manwel Magri S.J. fuq l-għatba tal-Università ta’ Malta u kien l-ewwel superjur tagħha; kien Rettur tal-Kulleġġ Internazzjonali tal-Ġiżwiti f ’Ruma, magħruf bħala ‘il-Ġesù’; kien jgħallem it-teoloġija fl-Università ta’ Malta u għal xi żmien f ’Santiago, iċ-Ċile ukoll; kien Direttur tas-Segretarjat għall-Ispiritwalità Injazjana fil-Kurja tal-Ġiżwiti, Ruma; u kien Rettur ukoll tas-Seminarju Maġġuri f ’Għawdex. F’Ruma, ħa sehem f ’Kongregazzjonijiet Ġenerali tal-Kumpannija ta’ Ġesu u f ’Kongregazzjoni talProkuraturi bħala delegat tal-provinċja Maltija u kien wieħed mill-membri tal-Kummissjoni Lemieux għar-riforma fl-amministrazzjoni tal-propjetà tal-Knisja f ’Malta, riforma li xtaqha il-Papa Pawlu VI nnifsu: dan kollu kien xogħol verament delikat u sensittiv. Kellu mħabba kbira għall-vokazzjoni tiegħu hekk kif il-voti reliġjużi li kien għamel għexhom bir-reqqa kollha, b’mod speċjali l-ubbidjenza u lfaqar, li kien josservah b’mod kważi fanatiku. Din ix-xhieda li ta hija rigal prezzjuż għall-Knisja fi żmien meta l-valuri saru relattivi u negozzjabbli. Veru li tlifnieh imma grati ħafna li ħajjitna stgħaniet tant bis-saħħa ta’ dan id-dixxiplu fidil tal-Mulej.

19

Nekroloġija

www.jesuit.org.mt


Nekroloġija

www.jesuit.org.mt

Minn Fr Paul Pace SJ: “Sewwa, qaddej tajjeb u fidil. Int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdak fuq ħafna. Idħol fil-ferħ ta’ sidek”. Żgur li dawn kienu l-kliem li bihom Ġesù laqa’ lil Fr Arthur G. Vella hekk kif daħal fil-ħajja ta’ dejjem nhar l-20 ta’ Mejju li għadda. Xhud tat-tama fil-Mulej

20

Poeżija ta’ Charles Pace

Fr Arthur kien tassew qaddej tajjeb u fidili. Huwa kien qaddej veru tal-oħrajn, l-aktar ta’ dawk li kellhom bżonn min jismagħhom u jirċievu kelma ta’ faraġ. Kien jaf jagħmel ħbieb u jnissel fiduċja fl-oħrajn mingħajr sforz, u b’hekk kien jirnexxilu igħin numru bla għadd ta’ nies, li kienu jiġu għandu jfittxu l-għajnuna għal kull tip ta’ diffikulta’ jew problema. Kien kapaċi jifhem lill-oħrajn, kellu ċavetta tal-qlub għaliex huwa stess kellu qalb kbira, mimlija modgħrija u għerf tal-ħajja. Aħna li għexna miegħu nafu kemm kien tabilħaqq dejjem disponibbli, lejl u nhar, għal kulħadd. Niftakar sew kemm kienet tkun diffiċli għalih li jieħu ħsieb tiegħu innfsu meta kien jiġi Malta minn Ruma għal ftit ġranet: fil-ġimgħa li kien igħaddi hawn – suppost biex jistrieħ - kien jara bejn 30 u 40 persuna, barra min jaf kemm-il telefonata. Fr Arthur kien ukoll qaddej tajjeb u fidil talKnisja u tal-Kumpanija ta’ Ġesu’, li tant kien iħobb. Meta kien iżgħar offra dan is-servizz f ’karigi ta’ tmexxija. Meta kellu biss 36 sena inħatar Provinċjal tal-Ġiżwiti Maltin, fi żmien ta’ taqlib fil-Knisja u filKumpanija ta’ Ġesu’ eżatt wara l-Konċilju Vatikan II. Kien ukoll ir-Rettur tal-Kulleġġ tal-Ġesu’, id-dar internazzjonali għall-istudenti Ġiżwiti f ’Ruma, u fis-snin 80 kien ir-Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex. Għal sitt snin kien imexxi s-segretarjat

Turu għażiż Turu għażiż, għaliex ħallejtna ltiema tlajt, u għattietek sħaba minn għajnejna? B’kelmtek wennistna sħiħ sakemm kont fejnna f ’ħarstek ħajjitna drat jitnebbħu jiemha. Il-ħajja l-lum tħawwadna wisq bi kliemha u meta dubji w ċħid imewġu lejna ħarstna dawwarna lejk, hawn miexi ħdejna ħarstek lil hinn mid-dlam tkebbes bis-sliema. U issa żort lil tat-tbatija l-ħofra u sbaħt lil hemm mid-dinja fraġli tagħna ngħaqadt ma’ min ħabbejt u qarribtilna. Tqil bla għajnuna n-nebħ minn dinja oħra: itlob li r-Ruħ iżżurna w tagħġen magħna il-Kelma l’inti smajt u fissirtilna.

Ritratt: PhotoCity - Archdiocese of Malta

tal-ispiritwalita’ injazjana fil-Kurja Ġenerali talĠiżwiti f ’Ruma. Bħal Injazju ta’ Loyola, Fr Arthur kien jemmen bissħiħ fl-importanza pastorali tad-dinja universitarja. Fil-bidu tas-sebgħinijiet, ftit wara li l-Università ta’ Malta imxiet lejn Tal-Qroqq, ħadem ħafna biex fetħet Dar Manwel Magri, id-dar tal-Ġiżwiti bieb ma’ bieb mal-universita’, id-dar fejn joqgħod iċ-chaplain tal-universita’. Din kienet id-dar li dejjem ħabb, fejn għex kważi sa l-aħħar nett, għax hemm sab dinja li kienet toffri tant kuntatti pastorali u ħbiberiji. Kien jaf imur tajjeb ma’ kulħadd: mill-istudenti żgħażagħ sal-professuri u amministraturi tal-Università, l-istaff tekniku u domestiku. Interess ieħor, tipikament Ġiżwita, li kien dejjem għal qalb Fr Arthur kien id-dinja tal-kleru u r-reliġjużi, mid-dixxerniment tal-għażla, tul is-snin tal-formazzjoni sal-akkumpanjament tagħhom matul is-snin tal-ħidma tagħhom pastorali. Għal għexieren ta’ snin huwa kien involut fl-iscreening tal-kandidati għas-saċerdozju u l-ħajja reliġjuża, u ħejja bosta ġenerazzjonijiet ta’ qassisin żgħażagħ għall-ministeru tal-qrar. Għal kważi 40 sena sħaħ kien igħaddi nhar ta’ Tnejn filgħodu il-Fawwara, fejn kien jiltaqa’ grupp ta’ qassisin għal mument ta’ riflessjoni u mistrieħ. Bosta qassisin, seminaristi u reliġjużi sabu f ’Fr Arthur direttur spiritwali għaqli u qaddis, il-persuna li tirrikorri għandha f ’mumenti diffiċli. Għalih kien ukoll importanti li jkollu kuntatt regolari u attiv mal-ħajja tal-parroċċa, u għal ħafna snin kien igħin fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ imbagħad tas-Sgħajtar. L-għajn tal-enerġija u l-istamina għal dan kollu, u ħafna iktar, kienet ir-relazzjoni tiegħu ma ‘Alla, il-pedament tal-ħajja tiegħu kollha. Il-ħin li kien jiddedika kuljum għat-talb fis-skiet, fuq kollox għallquddiesa li kien iqaddes b’devozzjoni kbira, kien żgur dak li għamlu daqshekk disponibbli, kapaċi jgħin lilloħrajn fit-tfittxija tagħhom għal Alla u r-rieda tiegħu. Fr Arthur kien xi ħadd li miss ħafna ħajjiet b’ħafna modi differenti, u dawk minna li gawdejna mill-għerf u l-qdusija tiegħu ma nistgħux ma nħossux in-niket tat-telfa tiegħu. Iżda nħossuna fuq kollox imbierka u grati. Nistgħu nibqgħu żguri li xorta waħda se jagħmel minn kollox biex ikompli jieħu ħsiebna.

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018


Minn Fr Joe Borg: “Eluf midjuna ħafna miegħu” “Illum miet ġgant spiritwali li dejjem għex l- umiltà u s-servizz lej l-oħrajn. Eluf kbar ta’ nies huma midjuna mal-Ġiżwita Fr Arthur Vella jew Turu kif konna nafuh.” Hekk għidt meta kont ikkuntattjat minn Newsbook.com.mt wara li nhar il-Pentekoste filgħodu tħabbret il-mewt tal-ħabib tiegħi il-Ġiżwita Turu Vella. Jiena naf u nista’ ngħid li ħafna saċerdoti sabu fih missier, lil mijiet ta’ koppji għenhom isalvaw iż-żwieġ tagħhom, lil mijiet ta’ żgħażagħ għenhom isibu t-triq li kellhom jaqbdu fil-ħajja, għal ħafna reliġjużi kien importanti biex jiskopru aħjar il-kariżma tal-Ordni jew il-Kongregazzjoni tagħhom. Nista’ mgħid li jien u ħafna, ngħid mijiet jekk mhux eluf, tassew tlifna mhux biss ħabib iżda missier”. Fr. Arthur twieled iż-Żejtun fis-27 ta’ Settembru, 1930, il-kbir fost erbat aħwa. Ironija providenzjali Jekk tħares lejn ħajjet Turu tinduna li dejjem fittex li jagħmel ir-rieda ta’ Alla. “Hemm element ta’ ironija providenzjali fil-fatt li skopra l-vokazzjoni u daħal is-Seminarju waqt irtir li għamel għand il-Ġiżwiti biex imbagħad snin wara, d-dixxerniment kontinwu li kien jagħmel urieh li għandu jidħol mal-Ġiżwiti. Fil-fatt skopra l-vokazzjoni waqt irtir fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara u wara daħal is-Seminarju fejn, bħala parti mit-taħriġ tiegħu studja l-filosofija, il-matematika u l-ekonomija fl-Università ta’ Malta. Iżda matul il-mixja vokazzjonali ntebaħ li Alla xtaqu jsir Ġiżwita. Ingħaqad mal-Kumpanija ta’ Ġesu fl-1952. Kien ordnat saċerdot fl-1960 u ħa l-voti solenni fl-1966.

tal-Kulleġġ Internazzjonali tal-Ġesù f ’Ruma, u bħala Direttur tas-Segretarjat tal-Ispiritwalità Injazjana fil-Kurja tal-Ġiżwiti f ’Ruma u anke għamel żmien jaħdem fiċ-Ċilì. Fost il-ħidmiet li l-aktar kien jitkellem dwarhom kien hemm il-missjoni li tah il-Papa meta fl-1971 għażlu biex taħt it-tmexxija tal-Arċisqof Lemieux ikun membru tal-Kumitat Straordinarju responsabbli mir-riforma tal-amministrazzjoni talpropjetà tal-Knisja f ’Malta. Dejjem kien isemmi aneddoti differenti dwar din il-ħidma li fl-opinjoni tiegħu ma wasslitx għas-suċċess sħiħ li għalih ħadem Fr Arthur. Turu kien il-ħabib tal-qassisin. Lill-qassisin Maltin sar jafhom ħafna anke minħabba li għamel żmien twil jgħallem fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u snin oħra bħala direttur spiritwali fis-Seminarju f ’Malta. Lill-qassisin Għawdxin qorob ħafna lejhom meta kien Rettur tas-Seminarju f ’Għawdex. Il-kmamar favoriti ta’ Turu It-tliet kmamar favoriti ta’ Turu kienu il-librerija, il-parlatorju u l-kappella. Il-librerija kienet il-post fejn baqa’ jżomm ruħu aġġornat. Il-parlatorju kien il-post fejn jilqa’ ‘purċissjoni’ kontinwa ta’ kull tip ta’ persuna li xtaqet l-għajnuna tiegħu. Il-kappella l-post fejn kien jisma’ Leħen il-Maħbub u minn fejn kien iġib il-qawwa biex bħalu jservi lill-għajru b’imħabba kbira. Baqa’ jservi u jħobb anke millkamra tal-isptar fejn qatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu jinteressa ruħu fil-ħtiġijiet ta’ għajru u jara kif jista’ jgħin. Jiena nirringrazzja ‘l Alla għall-ħbieberija tiegħu u nifraħ li llum Turu qiegħed fi ħdan l-Imħabba li ma tintemmx.

Serva l-Knisja kull fejn kien hemm bżonn B’fedeltà sħiħa u dedikazzjoni ezemplari, Turu serva lill-Ordni tal-Ġiżwiti u lill-Knisja f ’Malta u barra minn Malta. Fost ħafna affarijiet oħra serva bħala Provinċjal tal-Ġiżwiti f ’Malta, bħala Rettur

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018

21

Nekroloġija

www.jesuit.org.mt


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Miktub minn Fr Alfred Micallef, SJ

Ifirħu u thennew Ritratt: thechurchinmalta.org

Kif malajr nintebħu, dan it-titlu hu meħud millVanġelu, proprju f ’għeluq il-Beatitudnijiet kif jidhru fil-Vanġelu skont San Mattew (5,12). Hu l-istess titlu li l-Papa Franġisku għażel għall-ittra apostolika li kiteb għall-Knisja kollha u li titkellem fuq is-sejħa tagħna lkoll għall-qdusija. Fl-antik, is-sejħa għall-qdusija konna norbtuha mal-ħajja reliġjuża jew saċerdotali. Konna nsejħulha l-ħajja tal-perfezzjoni. Madanakollu, il-Konċilju Vatikan II, fid-digriet Lumen Gentium, ikkoreġa din l-idea u fakkarna li s-sejħa għall-qdusija hi għal kull nisrani, ikun xi jkun l-istat tal-ħajja tiegħu. Fil-kapitlu V, dan id-digriet jidħol ukoll f ’ħafna dettalji. Jgħidilna li “l-miżżewġin u l-ġenituri....ir-romol u l-persuni li ma żżewġux....il-ħaddiema” ukoll għandhom ifittxu l-perfezzjoni u dan jagħmluh b’imħabba ħajja, b’tama ferrieħa, u billi jaqsmu l-piżijiet ta’ xulxin (Ara LG #41). Sfortunatament, dan jew insejnieh jew ma ħallejniehx jidħol fil-fond ta’ qalbna biżżejjed u komplejna nagħtu importanza esaġerata liddevozzjonijiet tas-soltu. Il-Papa Franġisku ried jerġa’ jiġbdilna l-attenzjoni tagħna li l-qdusija, fl-aħħar millaħħar, titkejjel b’kemm inħobbu, nirrispettaw u ngħinu lil xulxin. Bħal-Lumen Gentium, il-Papa wkoll jagħti eżempji konkreti. Jgħidilna li meta naħsbu fil-qaddisin, ma nieqfux fuq dawk li huma ikkanonizzati imma nħarsu wkoll ftit madwarna lejn “il-ġenituri li jkabbru ’l uliedhom b’ħafna mħabba, lejn dawk li jaħdmu ħafna biex iżommu l-familji tagħhom jew jgħinu lill-morda... Ħafna drabi dawn ikunu l-ġirien tagħna stess.” (GE #7). Il-ferħ u l-hena tassew Imbagħad, il-Papa jgħaddi biex jiftħilna għajnejna

22

għal żewġ għedewwa tal-qdusija, dawk li jintilfu f ’ħafna ħsibijiet u teoriji għolja u jħossuhom tajbin għax jifhmu fil-fond imma mingħajr ma jkollhom dik il-ħbiberija m’Alla, li mingħajrha ma jista’ jkun hemm ebda qdusija, u dawk li jaħsbu li kapaċi jgħixu skont ma hu tajjeb bis-saħħa tagħhom biss u jinsew kliem Ġesù li qalilna, “Mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn” (Ġw 15,5). Dawn huma żewġ nases li nagħmlu tajjeb ma ninqabdux fihom. Biex nimxu fit-triq tal-qdusija, ħafna drabi jkollna nimxu bil-kuntrarju tan-nies tad-dinja. Dan Ġesù jurihulna b’mod l-iktar ċar fil-Beatitudnijiet. Filkapitli ta’ wara, il-Papa jitkellem fuq il-Beatitudnijiet li, min jieqaf xi ftit jaħseb fuqhom, malajr jintebaħ li Ġesù ma jaħsibhiex bħal ħafna minna. Min fid-dinja jfittex il-faqar, in-niket, li jitħabat għall-paċi u għallġustizzja, li jkun mgħajjar u ippersegwitat għax isostni l-valuri tal-Vanġelu? Dawk kollha li jemmnu f ’Ġesù jafu, imma, fil-fond ta’ qalbhom li dawn iġibu l-ferħ u l-hena tassew. Il-Papa Franġisku jispjega dawn ilBeatitudnijiet waħda waħda u jurihomlna bħala l-għajn tal-qdusija tagħna. F’din l-ittra, il-Papa Franġisku jitkellem ukoll fuq żewġ temi favoriti tiegħu. L-ewwel waħda hi l-ħniena. Il-ħniena li għandha tkun fl-ewwel post hi l-ħniena t’Alla imma jeħtieġ li din issir il-ħniena tagħna wkoll. Minbarra l-kumment tiegħu fuq il-ħames Beatitudni, il-Papa jitkellem ukoll fuq l-opri tal-ħniena li, fl-aħħar mill-aħħar, se niġu iġġudikati fuqhom. Jitkellem ukoll fuq id-dixxerniment jew l-attenzjoni biex l-għażliet li nagħmlu f ’ħajjitna jkunu għażliet skont ir-rieda t’Alla. Din l-ittra hi miktuba bi stil ħafif u jista’ jifhimha kulħadd; ta’ min jaqraha bil-mod u jixtarraha f ’ambjent ta’ talb.

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018


Programm ta’ rtiri u seminars Ċentru Spiritwalità Injazjana

Għal aktar informazzjoni u bookings: Mount St Joseph: 2276 0201 info@mtsjoseph.org

jew Dar Manresa: 21 55 6635 manresagozo@gmail.com Retreat in the countryside - inspired by St Francis Data: 5 Ott 7:00pm - 7 Ott 3:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Clare Camilleri, Maria Theresa Portelli, Frank Mifsud u Victor Scerri Come aside for a while... (Mk 6) Data: 11 Nov 9:00am - 4:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Membri mill-Ignatian Formation Team tal-Kulleġġ San Alwiġi Beatitudes on film Data: 16 Nov 7:00pm - 18 Nov 3:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Mark Cachia sj Living my First Christmas with a Loss Data: 1 Diċ 9:00pm - 5:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Tmexxi: Ms Bernardette Briffa Parenting like Mary & Joseph - a weekend for families with young children Data: 7 Diċ 9:00am - 9 Diċ 3:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxu: Antoinette Dalli u Elizabeth Scerri How to survive a shipwreck - for all those who are struggling Data: 8 Frar 7:00pm - 10 Frar 3:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Ms Alda Anastasi Journeying towards Interior Freedom Data: 22 Frar 7:00pm - 24 Frar 3:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Pat Bonello u Stephen Scerri Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018

The Rupnik Icons at Ta’ Pinu Sanctuary Data: 15 Frar 7:00pm - 17 Frar 3:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Gerald Buhagiar Retreat for families Data: 22 Frar 7:00pm - 24 Frar 3:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj Pilgrimage Retreat - Encounter the abundance of the Lord Data: 8 Mar 7:00pm - 10 Mar 3:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Clare Camilleri, Maria Theresa Portelli u Karen Booker Retreat for families Data: 15 Mar 7:00pm - 17 Mar 3:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Pierre Grech Marguerat sj u Cristina Spiteri

Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin Balzan

Mary Louise Cachia Omm Fr Mark, SJ Sr Ann Spiteri FMM Oħt il-mejtin Br Joe Sj u Br Michael SJ Birkirkara Joe Zammit Floriana Carmel Pace Missier Fr Raymond, SJ Mosta Victor Caruana Mary Spiteri Joseph Henry Vincenti Msida Joseph Cassar Pietà Henry Moran Sliema Mons Charles Vella Victiria Catherine Mizzi Għawdex Omm Fr Peppi, SJ 23


Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | April - Ġunju 2018 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

ULEJ, il-ħsad hu kbir u l-ħaddiema huma ftit. Nitolbok, ibgħat ħaddiema għall-ħsad Tiegħek. Agħtina vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjuża u saċerdotali. Agħmel li ż-żgħażagħ ikunu aktar ġenerużi għasNitolbuk b’mod speċjali sejħa tiegħek u li jkunu lesti jixhdu b’mod radigħall-Kumpanija ta’ Ġesu. kali għall-valuri tal-Vanġelu. Imla l-ġenituri bil-fidi, bl-imħabba u bl-ispirtu ta’ sagrifiċċju biex joffru lil uliedhom għas-servizz Tiegħek meta ssejħilhom għall-ħajja kkonsagrata Lilek. Marija, Omm il-Kumpanija ta’ Ġesu Ibnek, kompli itlob magħna għal dawn il-fehmiet. Ammen.

“Il-Mulej għadu jsejjaħ biex ngħixu miegħu, biex nimxu warajh f ’rabta ta’ qrubija speċjali, biex naqdu lilu direttament. U jekk iwassalna biex nifhmu li qed isejħilna biex nikkonsagraw ruħna totalment għas-Saltna tiegħu, m’għandniex għax nibżgħu! Hi ħaġa sabiħa – u grazzja kbira – li wieħed jikkonsagra ruħu lil Alla u għall-qadi ta’ ħutu l-bndemin b’mod sħiħ u għal dejjem.” Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji ta’ Talb għallVokazzjonijiet 2018

24

JESUITS Ritratt: Lachlan Dempsey - Unsplash


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.