04
HBIEBNA Newspaper post
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
lil
2016
Il-Proġett għaż-żgħażagħ f’Dar Manwel Magri, l-Imsida Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1
Miktub minn Fr Paul Zammit SJ
www.jesuit.org.mt
Il-Qaddis tax-Xahar
San Alfons Rodriguez - Miżżewweġ u brother Ġiżwita mitulu kemm ommu u t-tifel li kien fadallu! Hawnhekk qatagħha li jidħol reliġjuż. Mar iħabbat il-bieb tal-Ġiżwiti ta’ Segovja, li ma aċċettawhx għax ma kellux skola. Għalhekk ta’ 39 sena mar jistudja mat-tfal! Ma marx tajjeb fl-istudji imma mbagħad wara bosta dewmien, ġie aċċettat bħala Brother. Għal 46 sena kien il-purtinar fil-Kulleġġ ta’ Majorka fejn kien jilqa’ lin-nies, imur ifittex lillpatrijiet jew l-istudenti, iwassal messaġġi, imur b’qadjiet, ifarraġ lillmorda, jagħti pariri u jqassam il-karità. Allura, kif sar qaddis?
Kultant meta naħsbu fuq il-qaddisin nistgħu nibdew naqtgħu qalbna. X’uħud għaddew minn tbatijiet milliktar ħorox. Oħrajn kienu ta’ qdusija tal-għaġeb, jew intelliġenza kbira. Allura nistaqsu: aħna nistgħu nlaħħqu magħhom? San Alfons Rodriguez jagħmlilna ħafna kuraġġ għax kien qaddis ‘ordinarju’. Għadda minn ħafna għawġ. Armel Ta’ 14-il sena kellu jħalli l-iskola biex ikun jista’ jgħin lil ommu li sfat armla. Meta kiber daqsxejn iżżewweġ u kellu tlett itfal. Ta’ 31 sena mititlu l-mara li ħallietu b’tifel wieħed għax it-tnejn l-oħra kienu mietu wkoll! Sena wara
2
Is-sigriet tiegħu kien li dejjem kien fidil għall-missjoni tiegħu. Fix-xogħol tiegħu kien jara ’l Alla. Kull meta kien iħabbat il-bieb kien jistħajjel li kien Ġesù qed iħabbat. Kellu mħabba kbira lejn il-Madonna. Jingħad li jekk xi ħadd kien jitolbu jagħtih l-Uffiċċju tal-Madonna, dan kien jikkupjahulu b’idejh. Alfons u Pietru Ħaġ’ oħra li fiha nistgħu nimitawh u nagħmlu ħafna ġid kienet id-diskursati li kien ikollu man-nies. B’kelma tista’ teqred jew tgħin. Alfons għażel tal-aħħar billi kien jitkellem u jagħmel ġid bi kliemu man-nies ta’ madwaru. San Pietru Claver, li bħala Ġiżwita qatta’ 40 sena minn ħajtu jaħdem fost l-iskjavi kien wieħed li spirah Alfonsu.* Bħalna Alfons għadda minn żmien ta’ tbatija, mard u anki tentazzjonijiet ħorox. Bħalu aħna wkoll bil-għajnuna ta’ Alla nistgħu nsiru qaddisin. *Ara l-artiklu dwar San Pietru Claver fil-ħarġa numru 03 2015 ta’ Lil Ħbiebna.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
Kelma mill-editur
2
Il-Qaddis tax-Xahar San Alfons
Għeżież ħbieb u benefatturi, Is-sena li waslet biex tintemm, għal diversi raġunijiet, kienet sena ta’ grazzja. Minħabba żewġ ġrajjiet speċjali din is-sena tibqa’ tissemma fl-istorja. Grazzja u ġrajja L-ewwel grazzja u l-ewwel ġrajja kienet is-Sena tal-Ħniena li matulha għamilna u għexna l-esperjenza personali u komunitarja tal-kompassjoni, l-mogħdrija, l-ħniena u l-maħfra ta’ Ġesù li ġie biex isalvana. F’din is-Sena tal-Ħniena miljuni ta’ Insara, f ’Ruma u f ’kull djoċesi fid-dinja għaddew mill-Bieb tal-Ħniena. Kull wieħed u waħda sabu jilqagħhom il-Mulej, ir-Ragħaj it-Tajjeb li dejjem ifittex u jistenna lil kull min, għal xi raġuni jkun tbiegħed mill-merħla tiegħu. Il-Papa Franġisku jixtieq li l-għarfien u l-eperjenza tal-Ħniena ta’ Alla bla qies u bla kundizzjoni, ma tispiċċax jew tintesa. Għalhekk, dakinhar li hu għalaq is-Sena talĦniena, ħareġ Ittra Appostolika bl-isem ta’ Ħniena u Miserja. Fl-aħħar paġna ta’ din il-ħarġa ssibu artiklu dwar dan id-dokument. Żjara tal-Papa It-tieni grazzja u ġrajja mportanti, li
kienet mistennija b’ċertu ħeġġa, u seħħet f ’Ottubru f ’Ruma, kienet tmiss direttament lill-Kumpanija ta’ Ġesù, u ndirettament lid-dinja kollha. Qiegħed nirriferi għallKongregazzjoni Ġenerali 36 tagħna l-Ġiżwiti li għażlet lil Fr Arturo Sosa biex ikun isSuperjur Ġenerali l-ġdid tal-Ġiżwiti. F’din il-ħarġa wkoll, taqraw dwar il-KĠ 36 u dwar l-għażla ta’ Fr Sosa. L-għażla tiegħu kienet storika wkoll għax kienet l-ewwel darba li l-Ġeneral intgħażel mhux mill-Ewropa iżda mill-Amerika Latina fejn mis-seklu sittax kienu marru ħafna missjunarji mill-Ewropa. Marbuta ma’ din il-KĠ 36 kien hemm illaqgħa tad-Delegati ma’ Papa Franġisku. Iddrawa kienet li d-Delegati jmorru l-Vatikan u jkollhom udjenza mal-Papa li kien jagħmillhom diskors. Imma din id-darba, il-Papa ried li hu jmur fil-Kurja Ġeneralizja tal-Ġiżwiti għax xtaq jiltaqa’ mad-Delegati, ikellimhom, jinkuraġġihom u jħeġġiġhom. Meta wasal fid-9 ta’ filgħodu kellu merħba sabiħa. Wara li għamillhom id-diskors, baqa’ magħom sas-siegħa nieqes kwart ħalli jwieġeb il-mistoqsijiet li xtaqu jagħmlulu dak il-ħin. Id-Delegati kollha ħassew ferħ spiritwali u baqgħu mpressjonati ħafna bittjubija u l-kortesija tal-Papa. Nixtieq nagħlaq dan l-editorjal billi nirringrazzjakom għall-għajnuna li tibgħatulna. Minn qalbi nawguralkom Milied mimli bil-Paċi li ġabilna Ġesù. Biex nirċievu dan il-veru Paċi ħalli nħejju u niftħu qalba. Nawguralkom ukoll Sena Ġdida mimlija b’kull barka u saħħa.
Rodriguez
4
Il-Ħidma li wettqet
f’din il-harġa
Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt
il-KĠ36
8
Fr Arturo Sosa elett Ġeneral Għajnuna għat-talb
11
Il-Proġett għaż-żgħażagħ f’Dar Manwel Magri
14 ’l Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti
17 Br Paul Spiteri, SJ 18 Br Joseph Mary Vella, SJ
20 Kappillan fi Skozja 22 Ħniena u miżerja 23 Irtiri u seminars organizzati miċ-Ċentru Spiritwalità Injazjana
Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.
Editur: Fr John Scicluna SJ
Email: hbiebna@jesuit.org.mt
Website: www.jesuit.org.mt
Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606
um
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
ru 4 - 2016
lil
HBIEBNA
N
Qoxra: Fr Michael Bugeja SJ (in-naħa ta’ fuq, fuq ix-xellug) ma’ Marco Piaia SJ (li jidher fuq nett, fin-nofs) ma’ grupp studenti żgħażagħ
Stampar: Gutenberg Press
Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.
3
il-Kongregazzjoni Ġenerali
Maqlub għall-Malti minn John Scicluna, SJ
KĠ Naqdfu fil-fond
Il-ħidma li wettqet il-KĠ 36 tal-Ġiżwiti
Kien l-20 ta’ Mejju, 2014, meta Fr Adolfo Nicolàs, is-Superjur Ġenerali tal-Kumpanija ta’ Ġesù, li kellu 78 sena, ħabbar li kien iddeċieda biex jirriżenja. It-tħejjija biex tiltaqa’ l-Kongregazzjoni Ġenerali (KĠ), li taċċetta r-riżenja tiegħu u tagħżel suċċessur, tieħu ż-żmien u meta tiltaqa’ hu jkun għalaq it-80 sena. F’dan l-artiklu ser nagħtu ġabra qasira ta’ dak li sar. Il-Kongregazzjoni Ġenerali (KĠ) 36 talKumpanija ta’ Ġesù iltaqgħet f ’Ruma bejn it-2 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Novembru u matulha l-Ġiżwiti għażlu lil Fr Arturo Sosa, mill-Venezwela biex ikun is-Superjur Ġenerali. Din il-KĠ tibqa’ mfakkra minħabba n-novitajiet li kienu ddaħħlu. L-ewwel nett tfassal manwal ġdid kif titħejja u titmexxa l-KĠ kif talbet il-KĠ 35. Sa issa l-KĠ kienet tibda formalment fl-ewwel laqgħa plenarja meta d-delegati kollha jkunu miġbura fl-Awla. Iżda skont il-Manwal il-ġdid il-KĠ tibda xi sena qabel meta l-membri li jkunu eletti f ’kull provinċja jiltaqgħu flimkien fuq livell ta’ Konferenzi (għadd ta’ provinċji) skont il-kontinenti. Ħaġa ġdida kienet il-preżenza tal-Brothers. Biex inkunu eżatti, din kienet it-tielet darba li l-Brothers (Ġiżwiti li mhumiex saċerdoti) ħadu sehem f ’KĠ, iżda din id-darba kellhom id-dritt li jivvutaw bħall-membri l-oħra. U speċjalment li jieħdu sehem fl-elezzjoni tal-Ġeneral il-ġdid. F’din il-KĠ kien hemm sitta, wieħed minn kull konferenza kontinentali. Għall-ewwel darba kien użat logo li kkaratterizzaw il-ħidma tal-KĠ: “Ħa naqdfu filfond”. Din il-frażi ttieħdet mid-diskors li l-Papa Franġisku għamel lill-Kumpanija fl-2014, fil-festa ta’ Sant’Injazju. Għall-ewwel darba, minbarra l-website u l-bulettin ta’ kuljum, intużaw il-mezzi ta’ networks soċjali (Facebook, Twitter, Instagram u Youtube) biex jgħinu ’l Ġiżwiti u l-kollaboraturi mfirxa fid-dinja kollha. Kien hemm tweġiba pożittiva ħafna li nisslet dinamika ta’ partiċipazzjoni qawwija li fiha ħadu sehem kuljum diversi eluf fid-dinja. Ħaġa oħra importanti ta’ KĠ 36 kienet li għallewwel darba ntgħażel Ġeneral mhux Ewropew iżda mill-Amerika Latina.
4
Naturalment kienet ukoll l-ewwel KĠ li saret matul il-pontifikat ta’ Papa Ġiżwita. Mela ħalli nagħtu ħarsa fil-qosor tal-mixja u ħidma tal-KĠ. Il-Konvokazzjoni Wara li f ’Mejju, 2014, Fr Adolfo Nicolàs ħabbar li kien sejjer jirriżenja, fit-8 ta’ Diċembru, 2014, hu uffiċċjalment ikkonvoka l-KĠ 36 tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Kif semmejt qabel, minħabba li kien hemm Manwal ġdid, fit-tħejjija ta’ din il-KĠ kien hemm novità: xi dokumenti kienu mħejjija qabel u l-Konferenzi kontinentali tal-Kumpanija kellhom sehem attiv ħafna fix-xogħol preparatorju. Fl-istess ħin twaqqfu Kummissjonijiet: il-Grupp ta’ Qabel (li għamel sintesi tat-talbiet u s-suġġerimenti mill-Provinċji u minn individwi), il-Kumitat ta’ Ko-ordinament, il-Kumitat li jħejji dokument dwar l-istat tad-dinja u tal-Kumpanija, il-Kummissjoni ġuridika, il-Kummissjoni dwar il-gvern u l-Kummissjoni dwar il-ħajja u l-missjoni talKumpannija. L-Ewkaristija tal-Bidu Il-Ħadd, 2 ta’ Ottubru ngħata bidu uffiċjali tal-KĠ u l-215 delegat mid-dinja kollha li kienu waslu Ruma ltaqgħu fl-Awla l-ġdida li ġiet mgħammra b’infrastruttura teknoloġika. Il-KĠ 36 tibqa’ mfakkra bħala waħda bla karti (paperless) minħabba n-nuqqas ta’ karti, ta’ fotokopji u dokumenti. Kull delegat ingħata tablet li permezz tagħha seta’ jsegwi t-talba fil-bidu ta’ kull sessjoni, jaqra d-dokumenti kollha, isegwi t-traduzzjoni simultanja, u l-votazzjonijiet wara xi diskussjoni. Il-Quddiesa tal-Bidu saret fil-knisja tal-Ġesù, u tmexxiet minn Patri Bruno Cadoré, il-Gran Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
www.jesuit.org.mt
Id-delegati kollha miġburin fl-Awla waqt il-KĠ 36
Mastru (Ġeneral) tad-Dumnikani li matul l-omelija stieden lill-Kumpanija għall-qlubija talimprobabbli biex jindika x-xogħol tal-Kumpanija li tmur fuq il-fruntieri. L-Ewwel Sessjoni Nhar it-Tnejn, it-3 ta’ Ottubru, festa ta’ San Franġisk Borgia, it-tielet Ġeneral tal-Ġizwiti, iddelegati kollha nġabru fl-Awla u l-Ġeneral Adolfo Nicolás qal li ħatar lil Fr Jim Grummer bħala l-Vigarju Ġenerali tal-Kumpanija biex jippresiedi x-xogħol tal-KĠ sal-elezzjoni tal-Ġeneral il-ġdid. Imbagħad Fr Nicolás ħareġ u wara li l-membri semgħu lill-Assistenti, ivvutaw li jilqgħu r-riżenja tiegħu. Fr Federico Lombardi kien intgħażel biex jagħmel id-diskors ta’ radd il-ħajr f ’isem id-delegati kollha. Hu fakkar kemm, matul l-ġeneralat tiegħu, Fr Nicolás ikkontribwixxa biex iwessa’ l-prospettiva universali tal-missjoni talKumpanija u saħħaħ ħafna l-kollaborazzjoni bejn il-provinċji. Fr Nicolás kien eżempju ta’ għerf mimli paċi u mmarkat mill-immaġinazzjoni u mqawwi mill-esperjenza tas-snin li għex fl-Asja. Hu nkoraġixxa wkoll kultura ta’ risponsabbiltà fl-eżerċizzju tal-awtorità, kien kapaċi jaffronta l-isfidi diffiċli li jinqalgħu, appoġġja l-ħajja ta’ ħutu l-Ġiżwiti permezz tal-ittri u modi oħra sabiex dejjem tħoss li jkun semgħek.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
Id-diskussjoni dwar l-istat tal-Kumpanija L-ewwel xogħol tal-KĠ hu biex jitolbu u jirriflettu dwar is-sitwazzjoni attwali talKumpanija fid-dinja. L-għan hu biex ifasslu profil ta’ Superjur Ġenerali l-iktar adattat għallKumpanija llum. Wara l-ewwel diskussjoni dwar ir-rapport imħejji mill-Kummissjoni li kellha tagħmel dan, id-delegati kkunsidraw temi dwar iddinja ta’ żmienna, is-sitwazzjoni tal-Knisja llum, ilfedeltà lejn il-kariżma tal-Kumpanija fiż-żminijiet tal-llum, il-promozzjoni tal-vokazzjonijiet u l-formazzjoni, il-missjoni universali tal-Kumpanija f ’dinja globalizzata, l-importanza tal-qadi, talkollaborazzjoni u l-komunikazzjoni fuq il-livelli kollha, is-solidarjetà u l-komunjoni, u l-isfidi li nipprevedu fl-għaxar snin li ġejjin. L-isfida ta’ din l-analisi hi li naraw ir-realtà mhux biss sempliċiment mill-aspett soċjoloġiku, antropoloġiku jew politiku. Imma biex, kif titlob l-ispiritwalità Injazjana, inħarsu lejha kif tħares lejha t-Trinità. Jibda d-dixxerniment Fl-10 ta’ Ottubru ngħata bidu għal “murmuzzjonijiet”, jiġifieri l-fażi qabel issir l-elezzjoni għall-Ġeneral il-ġdid. Fi klima ta’ talb u dixxerniment, matul erbat ijiem, waqt li jżommu
5
il-Kongregazzjoni Ġenerali
www.jesuit.org.mt
Fr Adolfo Nicolås jifraħ lill-Ġeneral il-ġdid Fr Arturo Sosa
f ’moħħom il-profil li tfassal fil-fażi meta tkellmu dwar l-istat tad-dinja u l-Kumpanija, l-eletturi jitkellmu ras imbras bejniethom biss – mhux fi gruppi – u jistaqsu jekk fil-provinċja tiegħu jarax li hemm xi wieħed li jista’ jkun elett Ġeneral, liema huma l-kwalitajiet ta’ din il-persuna u x’difetti għandu. Dawn il-laqgħat ta’ wieħed ma’ ieħor, isiru fi klima ta’ silenzju u talb. Minflok l-ikel ta’ nofsinhar id-delegati jingħataw packed lunch sempliċi biex ma jinfirxux u tinżamm ilkonċentrazzjoni. Fl-istess ħin iżommu quddiem għajnejhom il-profil li kiteb Sant’Injazju fil-Kostituzzjonijiet tal-Kumpanija li bla dubju hu ambizzjuż ħafna. Jgħid li s-Superjur Ġenerali “għandu jkun wieħed li jkun eminenti f ’kull virtù u mimli merti fi ħdan il-Kumpanija u li għal ħafna żmien magħruf li hu hekk” [735]. Iktar mill-kapaċitajiet tiegħu għandhom jikkonsidraw iktar il-kwalitajiet l-iktar profondi, tal-moħħ u tal-qalb, li Sant’Injazju jsejħilhom “virtù”. Dak li jixtieq Injazju għallKumpanija ta’ Ġesù mhux li jkun sempliċiment xi espert, imma tip speċifiku ta’ persuna, wieħed li qabel kollox imexxi bl-eżempju tiegħu u li jkun mudell għal sħabu kollha. Fuq kollox jixtieq li jkun Ġiżwita tajjeb. L-elezzjoni tal-Ġeneral Il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru, l-eletturi kollha,
6
inġabru fil-knisja tal-Ispirtu s-Santu ħdejn ilkurja tagħna biex jiċċelebraw l-Ewkaristija u jitolbu ’l Ispirtu s-Santu. Kien hemm ambjent spiritwali qawwi u partiċipattiv. Kollha kemm huma kienu konxji li dakinhar kien jum storiku u li ma jintesiex. Wara nġabru fl-Awla u ngħata bidu għall-votazzjoni. Bdew b’siegħa talb personali. Kif jiġri fil-Konklavi, ma jkunux jistgħu joħorġu minn hemm qabel jagħżlu wieħed. Kollox spiċċa sal-ħdax u nofs. Is-Superjur Ġenerali l-ġdid hu Fr Arturo Sosa, mill-Venezwela u għandu 68 sena. Bħalissa kien id-Delegat għad-Djar internazzjonali f ’Ruma. Malli kiseb il-107 vot kulhadd beda jċapċap u jifraħ. Mill-ewwel kien infurmat il-Papa. Imbagħad, wara li Fr Sosa ħa l-ġurament, iddelegati, wieħed wieħed ġew jifirħulu. Mid-dinja kollha waslu messaġġi ta’ awguri u ta’ talb. Ara l-artiklu dwar Fr Sosa f ’din il-ħarġa. Il-vista tal-Papa L-24 ta’ Ottubru kienet ġurnata oħra li tibqa’ msemmija fl-istorja: il-Papa Franġisku mar jiltaqa’ mal-membri tal-KĠ. Il-laqgħa bdiet bħas-soltu bit-talb u kompliet bid-diskors uffiċjali tal-Papa ndirizzat lill-Kumpanija. Wara pawża tkompliet il-laqgħa riżervata fejn il-delegati setgħu jagħmlu l-mistoqsijiet li xtaqu u l-Papa weġibhom. Matul id-diskors tiegħu, il-Papa Franġisku Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
wassal tliet indikazzjonijiet kif il-Kumpanija tista’ tkun ta’ għajnuna lill-Knisja. Semma l-ministeru tal-konsolazzjoni, il-ħarsa tal-ħniena li bdiet fuq is-salib u li “dejjem nagħmlu t-tajjeb u pass il-quddiem u nħossu mal-Knisja” kif jgħid Sant’Injazju.
Papa Franġisku għadda nofs ta’ nhar maddelegati tal-KĠ 36. (Fr Arturo Sosa jidher fuq in naħa tallemin tiegħu).
Il-fażi ta’ xogħol ieħor Matul din il-fażi, il-KĠ telabora xi dokumenti biex jorjentaw il-Kumpanija fil-futur qrib. Dawn id-dokumenti jistgħu jieħdu forma ta’ Digrieti, jibdew jipproponu xi rakkomandazzjonijiet jew jagħtu mandat lis-Superjur Ġenerali, jew iħallu f ’idejn “il-gvern ordinarju” tal-Kumpanija. Ilmetodu li jintuża biex jiddiskutu flimkien hu ta’ konverżazzjoni spiritwali. L-għażla tal-Kunsill Fil-31 ta’ Ottubru, fis-sessjoni ta’ filgħodu, is-Superjur Ġenerali ħabbar lill-KĠ in-nomina ta’ parti mill-Kunsill tiegħu. Fr Sosa ħatar figura ġdida dik ta’ “Kunsillier ġenerali għaddixxerniment u l-ippjanar appostoliku”. Dan l-inkarigu ġdid twaqqaf bħala tweġiba għat-talba li, f ’affarijiet ordinarji, il-gvern ċentrali jżomm l-attenzjoni tiegħu fuq il-missjoni tal-Kumpanija. Ir-rwol ewlieni ta’ dan hu li jissistematiżża x-xogħol tal-ippjanar appostoliku u jiffaċilita l-valutazzjoni li ssir mill-Kunsill tas-Superjur Ġenerali. Fost l-ismijiet li semma’ s-Superjur Ġenerali, erbgħa ser jagħtu servizz għall-ewwel darba filkurja ġenerali (dawn huma Frs Assuad, Dardis, D’Cunha, u Paul), erbgħa oħra ser jibqgħu jkunu parti mill-Kunsill għall-perijodu ta’ bejn sena jew erba’ snin (dawn huma Frs Kot, Magadía, Marcouiller, Masawe), u erbgħa (Frs Barrero, D’Souza, Huang u Rodríguez) għandhom almenu erbgħa snin ta’ esperjenza. L-għan hu li jiggarantixxi kontinwità fil-ħidma tal-Kunsill Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
mingħajr ma jnaqqas l-importanza tal-ġodda. Il-Kunsillieri Ġenerali li diġà servew fil-Kunsill għal tmien snin kienu nominati għall-perijodu ta’ sentejn. Il-kompożizzjoni sħiħa tal-Kunsill għadha mhix lesta għax għadha għaddejja r-rijorganiżżazzjoni tal-Provinċji u għalhekk filġejjieni jista’ jkun hemm xi tibdil. Imbagħad fl- 4 ta’ Novembru il-KĠ għażlet l-Assistenti “ad providentiam” dawk li jieħdu ħsieb il-persuna u l-ħidma talĠeneral. Filgħaxija l-Ġeneral ħabbar lill-Kumpanija kollha l-ismijiet tal-erba’ Assistenti li ntgħażlu: Fr Douglas Marcouiller (mill-Amerika ta’ Fuq) li kien elett ukoll bħala l-Ammonitur tal-Ġeneral, Fr Fratern Masawe (mill-Afrika, Fr Vernon D’Cunha (mill-Indja) u Fr John Dardis (mill-Irlanda). Fr Antoine Kerhuel (minn Franza), inħatar bħala s-Segretarju Ġenerali talKumpanija ta’ Ġesù. Id-Digrieti Nhar il-11 ta’ Novembru kienu approvati d-digrieti li tlestew. Kif kulhadd ħaseb ma kinux ħafna. L-iktar wieħed importanti u twil hu dwar “Ilħajja u l-missjoni tal-Kumpanija” li hu dokument ta’ ispirazzjoni. Dokument ieħor hu “Tmexxija mġedda għal missjoni mġedda”. Digriet ieħor, iżjed tekniku, hu dwar numru ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu kif għandna naħdmu u dwar l-organiżżazzjoni interna tal-Kumpanija. Hemm ukoll digriet ieħor li jesprimi l-appoġġ u s-solidarjetà ma’ sħabna l-Ġiżwiti u l-kollaboraturi tagħhom li jgħixu f ’żoni ta’ gwerra jew sitwazzjonijiet perikulużi. Malli titlesta r-reviżjoni finali u jkunu maqluba f ’ilsna oħra, id-digrieti jkunu promulgati misSuperjur Ġenerali. Dawn ikunu jinsabu fuq is-sit tal-Kurja Ġenerali (sjweb.info). L-Għeluq Is-Sibt, 12 ta’ Novembru, il-KĠ, wara li temmet ix-xogħol kollu li kellha twettaq, iddeċidiet uffiċjalment li tispiċċa. Kienu għaddew 41 jum minn mindu bdiet. Din id-data kienet taħbat ilbirthday ta’ Fr Sosa. Filgħaxija saret konċelebrazzjoni tal-għeluq tal-Kongregazzjoni Ġenerali 36 fil-knisja ta’ Sant’Injazju. Fl-omelija tiegħu, il-Ġeneral il-ġdid għalaq bil-kliem: “U issa, ħalli mmorru nxandru l-Vanġelu kullimkien”.
7
il-Kongregazzjoni Ġenerali
www.jesuit.org.mt
il-Kongregazzjoni Ġenerali
Miktub minn Fr John Scicluna SJ
Fr Arturo Sosa, S.J. elett Ġeneral Ħdax-il jum wara li bdiet il Kongregazzjoni Ġenerali 36 u rriżenja Fr Adolfo Nicolás, jiġifieri il-Ġimgħa, 14 ta’ Ottubru, saret l-elezzjoni tas-Superjur Ġenerali l-ġdid. Il-ġurnata bdiet bil-Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu li mexxa Fr James Grummer, il-Vigarju Ġenerali. Wara l-Quddiesa, il-212 elettur inġabru fl-Awla fejn kellha ssir l-elezzjoni. Ingħalaq il-bieb u ma setgħux joħorġu qabel jintgħażel il-Ġeneral. Fl-Awla, kulħadd kellu josserva s-silenzju. Fil-Kappella kienet għaddejja adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat.
Ġeneral f’160 minuta
Fr Arturo Sosa SJ, is-Superjur Ġenerali l-ġdid talKumpanija ta’ Ġesù (il-Ġiżwiti)
8
Kollox beda fid-9.00. Wara li tkanta l-innu lillIspirtu s-Santu, wieħed mill-eletturi għamel xi ftit riflessjonijiet qabel ma kullħadd beda jitlob u jirrifletti waħdu għal 45 minuta. Malli spiċċa l-ħin tat-talb, il-Vigarju Ġenerali, bl-awtoritá tas-Santa Sede ta l-assoluzzjoni minn kull skomunika, suspensjoni, jew interdett u ddispensahom minn kull irregularità. Imbagħad, l-iktar wieħed anzjan filKumpanija, ta l-istess assoluzzjoni lill-Vigarju Ġenerali. Il-Vigarju Ġenerali, is-Segretarju tal-Kongregazzjoni u l-Assistent tiegħu ħadu l-ġurament li jkunu fidili fid-dmir tagħhom u li jżommu kollox sigriet. L-eletturi kollha flimkien mal-Vigarju Ġenerali ħadu l-ġurament li quddiem Alla ser jivvutaw għal dak li jaħsbu li jiflaħ il-pis ta’ Ġeneral. Kull wieħed fuq il-karta tal-vot kiteb l-isem talpersuna, u fuq naħa oħra kiteb ismu. Wieħed wieħed tefgħu l-vot fil-kaxxa. Meta kulħadd ivvota, is-Segretarju fetaħ il-kaxxa li kienet maqfula u beda jgħodd il-voti u kienu eżatt daqs kemm kien hemm
eletturi. Beda jiftaħ vot wara l-ieħor, urih lillVigarju Ġenerali u l-Assistent u jgħid l-isem b’vuċi għolja. Ikun elett dak li jikseb nofs il-voti u wieħed. Fil-11.25, il-Vigarju Ġenerali ħabbar ir-riżultat u qal li Fr Arturo Sosa kiseb l-iktar voti. Għaxar minuti wara, l-Vigarju Ġenerali pproklama d-Digriet tal-Elezzjoni. Fr Sosa qam, mar sellem lil Fr Nicolás u ħa l-ġurament. Il-ħin kien 11.40. Wieħed wieħed resqu u taw sinjal ta’ qima lill-Ġeneral il-ġdid. Meta resaq Fr Nicolás, l-ewwel għamel salut u wara għannaq lil Fr Sosa. Meta kien qiegħed isir dan, Fr Spadaro, f ’isem ilKongregazzjoni, ċempel lill-Papa fuq il-mobile biex jinfurmah. Imbagħad kulħadd mar filkappella u tkanta l-innu ta’ radd il-ħajr. Minn Karakas għal Ruma Fr Arturo Sosa twieled f ’Karakas, il-belt kapitali talVenezuela fit-12 ta’ Novembru, 1948. In-nannu u missieru wkoll kien jisimhom Arturo. In-nanniet tiegħu għexu f ’faqar kbir. Imma kienu familja maqgħuda ħafna li għexu l-Fidi Nisranija għalkemm ma kinux juruha. Missieru kien ekonomista u avukat. Darbtejn kien ministru tal-gvern. Kien jivvjaġġa ħafna fil-pajjiż u barra. Ġieli kien jieħu lil ibnu miegħu u permezz ta’ hekk Arturo beda jiftaħ għajnejh għar-realtajiet kbar ta’ madwaru. It-tlettax-il sena li għadda jistudja fil-kulleġġ Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
il-Kongregazzjoni Ġenerali ta’ Sant’Injazju tal-Ġiżwiti f ’Karakas, fejn kien studja wkoll missieru, kellhom influwenza kbira fuqu. Kien jieħu sehem f ’ħafna attivitajiet. Kien membru tal-Kongregazzjoni Marjana u taċĊentru taż-żgħażagħ fejn irċieva formazzjoni spiritwali tajba. L-istudenti kien jikkorispondu mal-missjunarji f ’Ahmedabad fl-Indja. Matul dawk is-snin sar jaf ħafna Ġiżwiti u kien jammira ħafna lil Brothers. L-elezzjoni ta’ Fr Pedro Arrupe, li kien missjunarju fil-Ġappun, bħala Ġeneral kellha effett pożittiv fuq Arturo. Daħal Ġiżwita Ta’ 18-il sena, fl-14 ta’ Settembru, 1966, Arturo daħal Ġiżwita u beda n-novizzjat. Fis-snin ta’ wara l-Kunċilju Vatikan u l-Kongregazzjoni Ġenerali 32 kien hemm ħafna tibdil fil-Knisja u fil-Kumpanija. Fl-Amerika Latina l-Ġiżwiti fetħu diversi ċentri ta’ riċerka u azzjoni soċjali. Wara li studja l-filosofija, flok intbagħat jgħallem f ’xi kulleġġ, Arturo mar f ’Ċentru li kien jaħdem ħafna mal-koperattivi żgħar tal-bdiewa f ’ħafna distretti. Għall-istudju tat-teoloġija, Arturo ntbagħat Ruma u kellu l-esperjenza sabiħa li jgħix ma’ Ġiżwiti minn 30 pajjiż. Wara t-tielet sena tatteoloġija mar pajjiżu fejn, lejliet Sant’Injazju, it-30 ta’ Lulju, 1977, kien ordnat saċerdot, u għamel Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
ir-raba’ sena tat-teoloġija. Wara t-Tielet Sena tanNovizzjat, għamel il-Professjoni Solenni fit-12 ta’ Diċembru, 1977. Ħidma pastorali, akkademika u soċjali Fr Arturo jitkellem bl-Ispanjol, bit-Taljan, blIngliż u jifhem il-Franċiż. Studja fl-Universidad Central de Venezuela, f ’Karakas, l-aqwa università fil-pajjiz, u kiseb id-dottorat fix-xjenza politika. Minn wara l-ordinazzjoni, bejn 1977 u l-1996, kien kollaboratur ta’ rivista ta’ kull xahar dwar ir-realtajiet soċjali u biex jippromovi ilformazzjoni soċjo-ekonomika tal-istudenti, u organiżżazzjonijiet. Għal 18-il sena kien l-Editur ta’ din ir-rivista. Inħatar ukoll Direttur taċ-Centro Gumilla, iċ-Ċentru Soċjali u ta’ Riċerka tal-Ġiżwiti. Fl-istess ħin kien inkarigat ukoll mill-appostolat soċjali tal-Ġiżwiti fil-Venezuela, li jinkludi ħafna skejjel, il-Fe y Alegría li taħdem ħafna mal-fqar. Mexxej Fl-1996, Fr Sosa nħatar Provinċjal u dam sal-2004. Kien żmien meta deher ċar li kien ġej żmien ta’ tibdil soċjali qawwi u kien jinħass ilbżonn li tissaħħaħ l-identità tal-Provinċja u jkun hemm iktar vokazzjonijiet. Kien hemm ħafna lajċi li kienu jieħdu sehem kbir fil-missjoni tal-
9
il-Kongregazzjoni Ġenerali
www.jesuit.org.mt
Fr Arturo Sosa flimkien ma’ Fr Pierre Grech Marguerat li kien wieħed mit-tim ta’ simultaneous translators waqt il-KĠ36
Ġiżwiti. Żviluppaw forom ġodda ta’ kif jingħataw l-Eżerċizzi Spiritwali. Bħala Provinċjal kellu l-opportunità li jiġi f ’kuntatt mal-Knisja u l-Kumpanija fl-Amerika Latina. Fl-istess ħin ħadem ħalli jkun hemm iktar kollaborazzjoni bejn il-provinċji tal-Amerika Latina. Meta spiċċa minn Provinċjal, Fr Sosa nħatar Rettur tal-Universidad Catolica del Tachira talĠiżwiti f ’San Cristobal. Din l-università għandha diversi fakultajiet bi 360 professur u kważi għaxart elef student. Fr Sosa kien membru tal-Bord li waqqaf l-Università Kattolika Andrés Bello. Għallem u għamel riċerka fix-xjenza politika f ’diversi istituti u kulleġġi u fl-2004 kien professur filLatin-American Studies Center ta’ Georgetown University fl-Istati Uniti Delegat tal-Ġeneral Mill-2014 hu serva bħala d-Delegat tal-Ġeneral għad-Djar u Opri Internazzjonali f ’Ruma, kif ukoll għall-Kurja tal-Ġeneral, l-Università Gregorjana u oħrajn, jiġifieri kien responsabbli għall-formazzjoni li jagħtu l-Ġiżwiti. Fr Sosa ħa sehem f ’erba’ Kongregazzjonijiet Ġenerali. L-ewwel darba fil-1983, f ’KĠ 33 meta kellu 35 sena. Kien l-iżgħar wieħed. F’dik ilKĠ kien hemm ukoll Fr Jorge Bergoglio (Papa Franġisku) li kellu 47 sena u sejjaħlu “potrillo” (felu). Ħa sehem ukoll f ’KĠ 34, KĠ 35 u issa f ’KĠ 36.
10
Kwalitajiet Kull min jafu mill-qrib qal li Fr Sosa hu bniedem ta’ talb, ta’ fidi u jemmen fid-dixxerniment. Hu bniedem ta’ viżjoni, iħares ’l bogħod u jippjana. Kapaċi jisma’, hu qrib in-nies u jmur tajjeb ma’ kulħadd. Mexxej tajjeb u kapaċi jibni toroq ġodda. Għandu karattru sensittiv u jaħseb fl-oħrajn. Għandu l-ħila jaħdem f ’ambjent ta’ kulturi diversi. Jaħdem biex kulħadd jipparteċipa u biex ikun hemm qbil. Jemmen ħafna fil-kollaboraturi u l-kollaborazzjoni magħhom. Kif ħassu Jumejn wara li ntgħażel Ġeneral, Fr Sosa ta intervista twila u tkellem kif ħassu qabel u wara l-elezzjoni tiegħu. Beda biex qal li bħall-oħrajn kollha hu ħaseb dwar oħrajn li kienu kapaċi għal din il-kariga. Fl-ewwel jum tal-Murmurazzjonijiet, beda jistaqsi dwar xi kandidati. Fit-tieni jum induna li kienu qiegħdin jistaqsu dwaru. Fittielet jum beda jinkwieta għax beda jingħata indikazzjonijiet diretti. Meta tkellem ma’ oħrajn, diversi staqsewh dwar saħħtu. Hu talab iżjed biex l-eletturi jirriflettu iżjed dwar il-kwalitajiet li Sant’Injazju xtaq li jkollu l-Ġeneral. Meta beda l-għadd tal-voti Fr Arturo fehem li kellu jafda fil-ġudizzju ta’ ħutu u ħass li la darba għażluh hu kellu jwieġeb bl-aħjar mod li seta’.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
Għajnuna għat-Talb Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu: Biex titneħħa minn kull rokna tad-dinja l-pjaga tat-tfal suldati.
Army. Yusuf qatagħha li jagħmel l-istess. Tal-anqas ikollu ikla sħuna kuljum. Hekk qalulu. Yusuf ma damx ma tgħallem kif juża l-armi, jispara u joqtol. Il-kapijiet ippruvaw iżommuh bogħod mill-ġlied u xogħlu kien qabel xejn ta’ messaġġier. Iżda waslitlu dik il-ġurnata meta qatel wieħed, u imbagħad qatel ieħor. U ftit ftit dara joqtol hu wkoll. Sakemm biċċa makkinarju splussiv tgħajjarlu saqajh il-leminija. Issa il-Free Syrian Army ma kellux aktar bżonnu u għal darb’ oħra sab ruħu jkollu jfendi għal rasu. Irnexxielu jaħrab lejn it-Turkija, u wara sab il-kenn l-Ġermanja. Iżda għad xi darba jinħeles mill-ħmaril-lejl?
Ninġabar: Insib post fejn nista’ nara t-tfal jilagħbu... nara t-tfal jiġru ‘l hawn u ‘l hinn, jifirħu bl-għajjat tagħhom bla ħsieb ta’ xejn. Inqiegħed lili nnifsi fil-preżenza ta’ Alla u nirringrazzjah tal-ferħ li għandhom it-tfal, ferħ li jwassluh lilna l-kbar. Meta nkun lest, naqra din l-istorja.
Naħseb ftit: Kif isiru sulda tfal bħal dawn? X’effett iħalli fuq it-tfal, il-fatt li kienu suldati?
Fatt ċkejken: Yusuf qam iwerżaq, kollu għaraq. Qam bil-mod mis-sodda u bl-għajnuna tal-krozzi qabeż b’sieq waħda fuq is-sufan. Xegħel il-laptop u beda jilgħab, waqt li ommu adottiva lestitetlu tazza ċikkulatina sħuna. Il-ħin huwa t-tlieta u għaxra ta’ filgħodu, iżda Yusuf ma jmurx lura jorqod għax imbeżża’ ħafna li jerġa’ jkollu ħmar il-lejl. Din kienet ir-rutina ta’ kull lejl mindu wasal il-Ġermanja u kien adottat dawn l-aħħar sitt xhur b’ħafna mħabba u wens. Yusuf għandu ħmistax-il sena. Ħajtu tqalbet ta’ taħt fuq mindu l-familja kollha tiegħu sfat maqtula fil-konflitt ta’ Aleppo fit-2012, meta daru ntlaqtet mill-bombardament. Meta sab ruħu waħdu, Yusuf ħassu bil-ġuħ għall-ewwel darba f ’ħajtu. Ma kellux għand min imur. Sieħbu l-antik mill-iskola, Samir, ngħaqad ftit xhur qabel mal-Free Syrian
Kliem ta’ dawl: “Meta kont zgħir missieri kien jgħid ‘sakemm għadek ħaj, dejjem bit-tama biex ikun hemm jum aħjar u biex tiġri xi ħaġa tajba.’ ” - Ishmael Beah, ‘A Long Way Gone: Memoirs of a Boy Soldier’
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2016
Nitlob: Nitolbok Mulej għat-tfal sulda biex iduqu huma wkoll l-imħabba tiegħek u t-tama fik fost ilħruxijiet li jġarrbu fil-gwerra.
www
Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org
11
Nitolbu flimkien
www.jesuit.org.mt
Il-Proġett għaż-żgħażagħ f’Dar Manwel Magri Minn żmen Sant’Injazju, il-Ġiżwiti kienu apprezzati għall-kontribut tagħhom fil-qasam taledukazzjoni u l-ħidma maż-żgħazagh. Hawn Malta fl-1592 waqqfu l-Collegium Melitense li wara sar l-Università ta’ Malta. Imbagħad kien hemm St Paul’s College fl-Imdina u fil-Belt. Fl-1866 bdew imexxu s-Seminarju Maġġuri u Minuri f ’Għawdex. Fl-1907 fetaħ il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’Kara. Għal xi snin mexxejma l-Iskola ta’ San Filippu, Santa Venera. Għal bosta snin wieħed Ġiżwita kien id-Direttur Spiritwali tal-Għaqda tal-iStudenti Universitarji fil-Belt u wara Ġiżwita nħatar iċ-Chaplain talUniversità fl-Imsida u ieħor fil-Junior College. Fl-1972 ftaħna Dar Manwel Magri, biswit iċCħaplaincy tal-Universitá ta’ Malta, biex inkomplu bis-servizz tagħna lil ġenerazzjonijiet ta’ zgħażagħ. Matul dawn is-snin din id-dar intużat għall-ħafna laqgħat, biex studenti jigu hawn u jistudjaw u biex studenti li jkunu sejrin jagħmlu volutarjat malfqar iħejju ruħhom u jippreparaw. L-iktar ħaġa li jsemmu ż-żgħażagħ fuq id-dar tagħna hija kemm iħossuhom qishom f ’darhom u kemm jiltaqgħu m’Alla permezz tal-ambjent sabiħ li hemm. Wasal iż-żmien biex intejbu l-ambjent u nagħmlu upgrade f ’Dar Manwel Magri halli nilħqu dejjem iktar żgħażagħ. B’hekk aħna l-Ġiżwiti inkunu iktar viċin iż-żgħażagħ u nkomplu nagħmlu ħafna ġid. Diġa ħadna passi konkreti u dan il-proġett bdejna nwettquh. Battalna diversi swali u kmamar biex noħolqu spazju fejn żgħażagh jistgħu jiġu jistudjaw, jiltaqgħu ma’ sħabhom, jiltaqgħu
magħna l-Ġiżwiti jew jistrieħu. Il-faċċata tad-Dar sejra tinbidel sabiex kulhadd iħossu iktar mistieden jidħol. Permezz ta’ dan il-proġett aħna nixtiequ noħolqu ambjent sabiħ għaż-żgħażagħ u wkoll noffrulhom diversi servizzi kif ukoll korsijiet ta’ formazzjoni skond il-bżonnijiet u s-sitwazzjonijiet tagħhom. Ukoll, inkomplu nilqgħu fid-dar tagħna żgħażagħ li jkunu jixtiequ jgħixu ftit mal-Ġiżwiti u jagħmlu esperjenza ta’ ħajja komunitarja. Dan jgħin biex iż-żgħażagħ isiru jafuna aħjar u wkoll sabiex jitolbu u jaħsbu iktar fuq il-vokazzjoni tagħhom. Aħna l-Ġiżwiti f ’Malta għażilna li nkomplu nagħmlu l-aħjar tagħna sabiex ngħixu u naħdmu maż-żgħażagħ u ntuhom l-aħjar formazzjoni possibli. Iż-żgħażagħ huma l-futur tal-pajjiż tagħna u għaldaqstant kulma nagħmlu magħom għandu valur għoli ħafna. Tixtieq tkun kollaboratur biex dan il-progett iseħħ?
Għażiż Father, Jien nixtieq nagħmel offerta ta’ € …………… u nixtieq inqassamha kif jidher hawn taħt. 1. € .................... Għall-proġett għaż-żgħażagħ ta’ Dar Manwel Magri.; Jew 2. € .................... Għall-formazzjoni tal-istudenti Ġizwiti.; Jew 3. € .................... Għall-kura u l-ħteġiet tal-Ġiżwiti anzjani u morda. Jew 4. € .................... Inħalli f ’idejk biex tużaha skont kif jidhirlek li hu l-aktar ta’ ħtieġa
✂️
Proġett għaż-Żgħażagħ
Miktub minn Fr John Scicluna, SJ
Tista’ wkoll tagħti donazzjoni onlajn: Idħol www.jesuit.org.mt fejn issib ‘Donate Online’ fuq in-naħa tax-xellug. Isem: (Mr, Ms) ....................................................................................................................................................................... Indirizz: .................................................................................................................................................................................. Email: ...................................................................................................................................................................................... Jekk 78 Triq il-Markiż Scicluna, 12 Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2016 12jogħġbok, ibgħat id-donazzjoni tiegħek lil P. Provinċjal, Uffiċju tal-Provinċjal, In-Naxxar NXR 2067 (Ċekkijiet għandhom ikunu ndirizzati lil ‘Maltese Jesuit Province’) GRAZZI!!
KUMPANIJA TA’ ĠESÚ Provinċja ta’ Malta
Għeżież Qarrejja, Il-festi tal-Milied, għal darba oħra, jagħ tuni l-opportunità biex permezz ta’ din ir-rivista tagħna niltaqa’ u nitkellem ftit magħko m. L-ewwel ħaġa li nixtieq ngħidilkom, f ’isem ħuti l-Ġiżwiti Maltin fil-gzejjer tagħna u barra, kif ukoll f ’ismi hi GRAZZI mill-qalb. Nirringrazzjawkom ħafna għall-appoġ ġ tagħkom permezz tat-talb għalina. Aħna napprez zaw ħafna din l-għajnuna biex il-Mulej ikompli jberikna u jgħinna fil-qadi tagħna fil-missjoni tiegħU. Grazzi wkoll għat-talb tagħkom biex il-Mulej ikompli jsejjaħ ħafna żgħażagħ ħalli jsiru kumpanji tiegħu fil-Kumpanija ta’ Ġes ù. Aħna ngħidulkom grazzi wkoll għall-ħ biberija tagħkom talli tissieħbu u tikk olaboraw magħna fl-għalqa tal-Mulej. Inthom w aħna flimkien, skond il-vokazzjoni tagħna, imsejjħin biex nimpenjaw ruħna ħalli nxandru l-Bxara t-Tajba, li Alla jħobbna lkoll u jridna lkoll inkunu miegħU għal dejjem. Nixtieq nirringrazzjakom ħafna wko ll għall-għajnujna finanzjarja li tatuna. Kemm hu ġest sabiħ li taqsmu magħna dak li Alla jipprovdilkom biex tissieħbu magħna ħalli nkomplu l-appostolati tagħna. Grazzi għall-għajn una li tatuna biex inħallsu l-ispejjeż għall-formazzjoni tal-Ġiżwiti żgħażagħ li qegħdin iħejju ruħhom biex ikunu ordnati saċerdoti u permezz talħidma saċerdotali tagħhom iressqu u jakkumpanjaw ħafna persuni fil-mixja tagħhom lejn dar il-Missier. Bħal daż-żmien sena kont għamiltilk om appell u intom weġibtu b’imħabba u ġenorożità tassew kbira. Għal dan kollu nirringr azzjakom ħafna. Fl-istampi faċċata taraw disinji li ħejj a l-perit għat-tibdil li nixtiequ nagħm lu fir-residenza tagħna ta’ Dar Patri Manwel Magri, l-Im sida, biswit il-kappella u l-uffiċji taċCha plaincy ta’ l-Università. Il-ħidma tagħna mal-istu denti u maż-żgħażagh kien dejjem par ti mportanti mill-appostolat tal-Ġiżwiti. F’din il-ħ arġa, fil-paġna ta’ faċċata, tistgħu taqr aw iktar dwar dan il-proġett sabiħ li ilna naħsbu dwaru għal xi snin u li ser jgħinna nkomplu naħdmu bis-sħiħ għaż-żgħażagħ u għall-vokazzjonijiet. Permezz ta’ dan il-proġett nixtiequ nka bbru u nsaħħu l-appostolat tagħna fost l-eluf ta’ studenti fl-Università. Nixtiequ noħolqu iktar spazju u faċilitajiet għall-istudenti kif taqr aw f ’din il-ħarġa. Għalhekk, din is-sena qiegħed nagħm el dan l-appell lilkom biex tingħaqdu magħna u flimkien inwettqu dan il-progett li hu għa l qalbna ħafna għax tassew hemm bżo nnu u jista’ jagħmel ħafna ġid. Fil-paġna faċċata għandkom il-formula biex jekk jogħġbok timliha u tibgħathielna. L-ismijiet ta’ dawk li b’xi mod jikkont ribwixxu u jgħinuna biex inwettqu dan il-proġett ser jitpoġġew f ’kaxxa fuq l-artal tal-kap pella biex f ’kull Quddiesa, is-saċerdot u dawk li jieħdu sehem, jitolbu għall-bżonnijiet u l-in tenzjonijiet tal-benefatturi u l-għeżie ż tagħhom. Filwaqt li nirringrazzjakom minn issa għall-għajnuna tagħkom biex inwettq u dan il-proġett, kif ukoll għall-formazzjoni tal-istuden ti Ġiżwiti u l-kura għall-Fathers u Bro thers anzjani, f ’isem sħabi l-Ġiżwiti, nixtiqilkom Mil ied mimli bil-Paċi ta’ Ġesù u Sena Ġdi da mimlija b’kull barka. Niftakar fikom u nitlob għalikom fil-Q uddies tiegħi tal-Milied.
Fr Patrick Magro, SJ Provinċjal
Lil Lil Ħbiebna Ħbiebna -- It-Tielet Ir-Raba Ħarġa 2016
13
’l Hawn u ’l He L-Ewwel u l-Aħħar Voti
Imut Fr Kolvenbach
Wara s-sentejn tan-novizzjat f ’Genova, l-istudent Arnold Mugliett, flimkien ma’ erba’ novizzi oħra, nhar l-24 ta’ Settembru, fil-knisja tal-Gesù f ’Genova, għamel l-Ewwel Voti filKumpanija ta’ Ġesù. Għalina l-Gizwiti dawn l-Ewwel Voti, għalkemm huma semplici iżda huma perpetwi. Kien hemm preżenti Fr Raymond Pace, Fr Michael Bugeja u n-Novizz Josef Beck. Issa l-istudent Mugliett jinsab Ruma u qiegħed jistudja l-psikoloġija fl-università LUMSA f ’Ruma. Hu joqgħod fil-komunità fejn hemm l-istudenti Andrew Camilleri u Robert Rizzo li qiegħdin jagħmlu l-kors talfilosofija fl-Università Gregorjana.
Nhar is-26 ta’ November, wara ftit ġranet flisptar f ’Beirut, il-Libanu, miet Fr Peter-Hans Kolvenbach li bejn l-1983 u l-2008 kien is-Superjur Ġenerali talĠiżwiti. Il-funeral tiegħu sar f ’Beirut fit-30 ta’ Novembru meta Fr Kolvenbach kien jagħalaq 88 sens. Il-Provinċjal tal-Provinċja tal-Lvant Qrib mexxa l-Quddiesa u s-Superjur Ġenerali l-ġdid, Fr Arturo Sosa li kien preżenti għamel l-omelija. Fil-funeral ħadu seħem il-Patriarka Maronita, ilKardinal Boutos Rai, Il-Patriarka Armenjan Kattoliku, In-Nunzju Appostoliku, u għadd ta’ Isqfijiet minn diversi riti orjentali (kattoliċi u orjentali). Kien hemm ukoll delegazzjoni uffiċċjali mill-uffiċċju tal-President Lebnaniz u xi ministri. Attendew ukoll membri talKorp Diplomatiku minn diversi pajjiżi. Fr Kolvenbach twieled f ’Druten fl-Olanda fit-30 ta’ Novembru, 1928. Studja fil-kulleġġ tagħna u daħal Ġiżwita fis-7 ta ’ Settembru, 1948. Wara xi studji, fl-1958 mar il-Libanu. Hemmhekk studja l-Għarbi u wara studja l-Armenjan u l-letteratura tiegħu. Fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl kien orinat sacerdot fir-rit Armenjan. Kien professur fl-Università tagħna ta’ San Ġużepp f ’Beirut. Fl-1974 inħatar Provinċjal. Fl-1981 isSuperjur Ġenerali sejjaħlu Ruma biex ikun ir-Rettur tal-Istitut Orjentali. Fl-1983 intgħażel bżala Superjur Ġenerali. Matul il-ġeneralat tiegħu ta’ kważi 25 sena hu żar Malta tliet darbiet. Hu kien sejjaħ u mexxa il-KG 34 fl-1995. Ħa sehem f ’ħafna Sinodi tal-Isqfijiet, kien membru ta’ żewġ Dikasteri fil-Vatikan u Konsultur fidDikasteru tal-Knejjes Orjentali. Il-KG 35 f ’Jannar 2008 laqgħet ir-riżenja tiegħu u l-Kumpanija kollha rringrazzjatu għas-servizz ġeneruż tiegħu bħala Superjur Ġenerali. Mar lura l-Libanu fejn issokta x-xogħol tiegħu dwar diversi temi tal-ispeċjaliżżazzjoni tiegħu fil-lingwa u l-letteratura Armenjana.
Fil-festa ta’ San Franġisk Saverju, it-3 ta’ Diċembru, Fr Michael Bugeja għamel l-Aħħar Voti fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Fil-Quddiesa, qabel it-Tqarbin, Fr Michael wiegħed faqar, kastità u ubbidjenza kif ukoll wiegħed ubbidjenza speċiali lejn il-Papa. Imbagħad, wara l-Quddiesa għamel ukoll ħames voti sempliċi. Fr Michael hu s-Superjur tal-komunità ta’ Dar Manuel Magri ħdejn l-Università. Huwa wkoll iċ-Chaplain talUniversità.
14
Ritratt © Vincent Fenech
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
emm
mal-Ġiżwiti
Kap ta’ Skola
Missjunarju Onorat
Il-Kulleġġ tagħna ta ’ San Alwigi, li għandu skola primarja, sekondarja u Sixth Form b’1,544 student u studenta, jitmexxa mirRettur, Fr Jimmy Bartolo. Minn Awwissu, fisSixth Form, għall-ewwel darba, sejjer ikun hemm Kap tal-iskola. Wara sejħa għall-applikazzjonijiet intgħażlet Ms Gabriella Abela. Fl-iskola primarja diga’ hemm Kap, Ms. Daniela Camilleri Sacco.
Ministeru tal-Akkolitat F’Quddiesa li mexxa Fr Francisco Perez, il-Provinċjal ta’ Spanja, nhar is-19 ta’ Settembu, l-istudent Michael Debono, li qiegħed jistudja t-Teoloġija f ’Madrid, irċieva l-Ministeru Lajk tal-Akkolitat. Pass żgħir sakemm jasal biex ftit snin oħra jkun ordnat djaknu u wara saċerdot.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
Fr Joseph Zerafa kien mar l-Indja fl-1954 biex iwassal il-Bxara t-Tajba. Meta spiċċa l-istudji kien ordnat saċerdot fId-19 ta ’ Marzu 1964. Mill-ewwel beda l-ħidma tiegħu fil-parroċċi fost isSantals. Fl-1968 intbagħat biex jibda u jwaqqaf stazzjon missjunarju fir-raħal ta’ Asanbani. Beda jżur l-irħula u jwaqqaf komunitajiet ta’ Nsara. Fl-1975 waqqaf hostel għall-bniet u ieħor għas-subien li kienu jmorru fl-iskola tal-gvern fir-raħal. Kien jgħin lin-nies permezz talmediċina omeopatija. Fl-1986 Asanbani saret parroċċa bi knisja kbira li kien bena il-mejjet Fr Julian Cachia. Meta spiċċa mill-parroċċa Fr Zerafa ngħata l-inkarigu biex jiġbor il-flus għall-edukazzjoni tat-tfal. Kien mertu tiegħu li ħafna bniet u subjien setgħu jkompli l-istudju tagħhom. Il-Kunsill Locali tal-Mosta għaraf din il-ħidma fejjieda ta’ Fr Zerafa fl-Indja u ried jonorah. Għalhekk, fis-16 ta’ Settembru, waqt ċerimonja, li saret fil-pjazza ħdejn ilknisja, Fr Zerafa ngħata l-premju “Ġieħ il-Mosta” mis-Sindku tal-Mosta.
15
’l Hawn u ’l Hemm
Musbieħ għal Riġlejja
Ktieb ġdid ta’ Pawlu Chetcuti SJ Kull nhar ta’ Ħadd il-Knisja tiġborna biex nisimgħu ‘il-Kelma t’Alla’. Wisq drabi flok jagħtina l-ħajja dak li nisimgħu ma nifhmuhx u jħallina fejn inkunu, jekk forsi ma jħawwadniex ukoll Dan il-ktieb huwa ġabra ta’ ħsibijiet fuq il-Kelma t’Alla
mal-Ġiżwiti
li nisimgħu fil-Quddiesa tal-Ħadd. Wara kull ħsieb hemm mistoqsija: x’sens fiha din il-Kelma għall-ħajja tagħna ta’ kuljum? Kif se tkun dawl li jmexxini biex nagħraf il-Verità fil-geġwiġija ta’ ilħna fejn kulħadd jippretendi li għandu raġun hu? Fi kliem Mons Isqof Mario Grech: “Din id-damma ta’ ħsibijiet tgħinna nintebħu kemm Kristu jidħol f ’kull sitwazzjoni u esperjenza umana, isaqqi x-xquq tan-nixfa interjuri u jagħti l-ħajja bis-setgħa tal-Kelma tiegħu. Fr Paul juża r-rakkont, l-istorja, il-fatt biex “jiltaqa’” mal-qarrej filmogħdijiet tal-esperjenzi tal-ħajja ta’ kuljum u minn hemm jakkumpanjah ħalli “jxandarlu l-Evanġelju ta’ Ġesù” (cf. Atti 8,35). F’kull riflessjoni, il-kurżità mqanqla mir-rakkont tal-bidu twassal biex ixxettel f ’min jaqra l-kurżità kbira li kull bniedem għandu biex isib is-sens tal-ħajja tiegħu. F’dan il-vjaġġ, l-Awtur jindika lill-qarrej il-Kelma ta’ Alla bħala dik l-għajn li tista’ taqtagħlu l-għatx li għandu.” Dan mhux ktieb li taqrah. Il-mistoqsijiet mhux se jweġibhomlok, imma se jistaqsihomlok hu. It-tweġiba hija Dak li hu, it-Triq, il-Verità u l-Ħajja. F’kull paġna se jistiednek biex miegħu u bħalu tkun int ukoll it-tweġiba għall-mistoqsijiet tiegħek u ta’ ħutek. Ħallieh imexxik, Ħadd wara Ħadd, pass wara pass, biex Kelmtu ssir fik għajn ta’ ilma ħaj. Il-ktieb jiġbor riflessjoni għall kull Ħadd taċ-ċiklu ABĊ tas-Sena Liturġika. Dawn dehru l-ewwel fil-Leħen isSewwa bejn l-2011 u l-2014. Joffri għajnuna għal kull min jixtieq jilqa’ u min jixtieq iwassal il-Kelma tal-Ħajja. Il-kittieb huwa Ġiżwita li ħadem għal ħafna snin mażżgħażagħ u fl-iskejjel. Kelliem, konferenzier u mexxej ta’ rtiri, b’esperjenza twila fid-direzzjoni spiritwali.
Il-ktieb jista’ jinxtara mingħand ‘Horizons’, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi QRM 3580 T: 2144 1604 | E: info@horizons.com.mt www.horizons.com.mt
Viżitaturi mill-Indja F’Settembru, fi triqthom lejn Ruma u pajjiżi oħra fl-Ewropa kien hawn fostna iż-żewġ Ġiżwiti, Fr Xavier Lourdu u Fr Stany Pinto. Huma marru biex jippreżentaw lil xi Fundazzjonijiet diversi proġetti biex jitwettqu fil-Missjoni tagħna fl-Indja. Fr Ninu Gatt, li ilu l-Indja mill-1963, wasal Malta fl-aħħar ta’ Novembru għallżjara qasira. Fil-bidu ta’ Jannar, 2017, imur lura l-Indja.
16
Bi ħsiebek tieħu sehem fil-Malta Marathon? Issieħeb mat-tim ‘Jesuits & Friends’! Ta’ kull sena, numru ta’ Ġiżwiti u lajċi jieħdu sehem fil-Malta Marathon jew il-Walkathon sabiex jinġabru fondi għallfqar. Din is-sena, il-flejjes li jinġabru sejrin imorru għas-Servizz tal-Ġiżwiti marRifuġjati (JRS), biex ngħinu lil familji
for OTHERS JESUITS IN MALTA
rifuġjati hawn Malta.
Jekk tixtieq tissieħeb mat-tim, ibgħat email lil walkandrunforothers@jesuit.org.mt
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
Br Paul Spiteri, S.J. 1938 - 2016 Kien jidher ċar illi matul it-58 sena li Br Paul għex u ddedika ħajtu fil-Kumpanija ta’ Ġesù kien tassew kumpann ta’ Ġesù. Kien jgħożż ħafna l-vokazzjoni tiegħu ta’ Brother u għexha b’ħafna ferħ sal-aħħar.
Matul it-58 sena li Br Paul għex u ddedika ħajtu fil-Kumpanija ta’ Ġesù kien tassew kumpann ta’ Ġesù. Kien jgħożż ħafna l-vokazzjoni tiegħu ta’ Brother u għexha b’ħafna ferħ sal-aħħar. Paul twieled il-Ħamrun fit-28 ta’ Ġunju 1938. Kien ir-raba’ wild ta’ Carmel u Mary Spiteri u kellu sitt aħwa, tliet subjien u tlett ibniet. Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
L-edukazzjoni primarja għamilha l-Ħamrun u dik Sekondarja fil-Kulleġġ ta’ San Albert il-Belt. Wara kiseb diplomi fil-welding u xogħol tal-ilma u ġie mpjegat f ’dipartiment talGvern. Paul kien membru tal-Azzjoni Kattolika (il-“Lega”) li minnha ġew numru ta’ vokazzjonijiet għallKumpanija. Jumejn qabel ilMilied, 1957, Paul beda n-novizzjat. Imbagħad f ’jum il-Milied tal-1959 għamel l-Ewwel Voti. L-ewwel missjoni li ngħata Paul kien li jagħmel xi xogħlijiet f ’Loyola House u f ’komunitajiet oħra. Meta bdiet tinbena Mount St Joseph, id-dar tal-irtiri, Paul ingħaqad mal-grupp ta’ Brothers li kienu qed jaqtgħu l-ġebel millbarriera u joħduhom fejn kien qed isir il-bini. Huwa kien jissaporti s-sħana, ittrab u l-għeja b’kuraġġ kbir. Paul talab biex jintbagħat il-Missjoni tas-Santals fl-Indja u fit-2 t’Awwissu, 1964 telaq għall-Indja fejn għex u ħadem għal tletin sena. Wara li studja l-Ħindi, fl-1965, intbagħat Guhiajori, biex jieħu ħsieb tal-bini tal-Iskola Appostolika. Imbagħad fl-1966 mar fil-parroċċa ta’ u ħa
17
Nekroloġija
Miktub minn Fr John Scicluna, SJ
Nekroloġija
www.jesuit.org.mt
ħsieb il-bini tal-iskola u l-hostels. Sentejn wara intbagħat il-Kulleġġ ta’ St. Xavier’s f ’Sahibganj fejn kien qed isir il-bini tad-dar tal-komunità. Għal darb’oħra Paul mar f ’Cilimpur, imma din id-darba beda jieħu ħsieb il-biedja u l-annimali biex jipprovdi l-ħaxix u l-laħam lill-kċina ta’ dawk li kienu jgħixu fil-hostels,tas-sorijiet u talĠiżwiti. Għamel it-terz’anno f ’Shembaganur, u fit-2 ta’ Frar, 1972, Paul għamel l-Aħħar Voti filKumpanija. Fl-1974 ingħaqad ma’ Fr Joe Borg fil-villaġġ ta’ Talbaria u kien jgħin f ’diversi modi. Meta Fr Borg akkwista għolja żgħira ta’ skart f ’Sitapahar, (l-għolja ta’ Sita) , li wara inbidlet għal Mariampahar. Nofs l-art ġiet mogħtija lis-Sorijiet tas-Salib Imqaddes u fin-nofs l-ieħor il-Ġiżwiti bnew il-knisja parrokkjali, ir-residenza tagħhom u Dar tal-Irtiri kif ukoll skola primarja tassubjien u hostel. Br Paul beda jibni l-knisja, b’forma ta’ erba’ ċrieki minsuġin f ’xulxin, Ta’ min isemmi li Paul kellu biss magna li tħawwad is-siment iżda ma kellux krejn. It-tavlar kien magħmul mill-qasab tal-bamboo u z-zkuk tas-sigar magħqudin flimkien kienu jżommu l-planki li minn fuqhom kien jingħata s-siment tas-soqfa. Din il-knisja, iddedikata lill-Madonna, tikkommemora l-Ġublew tad-deheb tal-wasla tas-Santal Parganas fi żmien Fr Benjamin Cauchi fl-1930, u hija wkoll tifkira tal-ħiliet, determinazzjoni u xogħol iebes ta’ Paul. Fl-1922 Paul reġa’ ħadem għal sentejn oħra f ’Cilimpur u wara rritorna f ’Mariampahar fejn
qatta’ l-aħħar disa’ snin tax-xogħol missjunarju tiegħu fl-Indja. Din id-darba Paul fetaħ workshop u aktar tard Ċentru ta’ Taħriġ biex jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ tal-post jitħarrġu f ’diversi snajja u ħiliet biex ikunu jistgħu jsibu mpieg fis-sod. Wara tletin sena ta’ servizz dedikat fl-Indja, Paul reġa’ lura Malta u nħatar Viċi Superjur ta’ Dar Loyola, in-Naxxar u dejjem ipprova ħafna li jagħmel il-ħajja, speċjalment tal-morda u l-anzjani, aktar komda. Huwa biddel għall-aħjar il-kmamar kollha fl-ewwel u t-tieni sular tal-bini l-ġdid. Kull xahar, ma’ Fr Ray Pace, id-Direttur Nazzjonali tal-Appostolat tat-Talb Paul kien imur, Paul iżur il-parroċċi biex iqassam il-pustini. Paul kien bniedem ta’ talb u kien devot ħafna lejn l-Ewkaristija. Kuljum kien jitlob il-liturġija tas-sigħat u r-Rużarju. Kien jaqra kotba spiritwali kif ukoll oħrajn. Fl-aħħar sentejn ta’ ħajtu kien beda jillega l-kotba u f ’dan kien irnexxa ħafna. Paul għex l-vokazzjoni tiegħu ta’ brother b’ħafna mħabba. Dejjem kien lest li jaqdi lill-oħrajn. Meta saħħtu bdiet tmur lura kien jiċċaqlaq ‘l hawn u ‘l hemm bl-għajnuna tal-walker. Dawn l-aħħar ħames snin Paul kellu ħafna mard u saħħtu bdiet tmur lura b’mod mgħaġġel. Nhar iIt-Tlieta 6 ta’ Settembru Paul waqa’ f ’kamartu u kien diġa mejjet meta sabitu waħda mill-carers. Il-funeral sar l-għada f ’Loyola House. Fr John Scicluna, l-Aġent Provinċjal, mexxa l-konċelebrazzjoni tal-quddiesa u għamel l-omelija Indifen f ’wieħed mill-oqbra tagħna fiċ-ċimiterju tan-Naxxar. Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.
Br Joseph Mary Vella, S.J. 1924 - 2016 It-toroq tal-Mulej hadd ma jafhom. Iżda hu dejjem isejjaħ, u xi kultant f ’mument jew post fejn l-inqas nistennew. Dan narawh hafna fil-ħajja ta’ Brother Joe M. Vella. Fil-Provinċja tagħna kelna tliet Brothers b’kunjom Vella. Wieħed kien Joe A., ieħor Joe B. u l-ieħor Joe M. Meta konna ngħidu Br Vella, malajr inżidu –isem tal-post fejn twieled. Per eżempju jekk nirriferu għal Br Joe A. konna nżidu “tal-Kalkara”. Imma meta nsemmu Br Joe M, min kien isemmi post u min isemmi ieħor.
18
Għaliex? Br Joe M., li l-Mulej sejjaħlu fl-1 ta’ Diċembru għall-premju ta’ dejjem, twieled Birkirkara fl-14 ta’ Marzu, 1924. Imma bħala Ġiżwita għex 35 sena fil-komunità tagħna ta’ Xavier House, il-Belt. Minħabba f ’hekk il-biċċa l-kbira konna ngħidu Br Vella tal-Belt.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
Fl-1943, fl-aħħar xhur tal-Gwerra, Joe inġabar bil-lieva u dam ftit iktar minn sentejn fl-Armata. Imbagħad beda jaħdem bħala pulizija fid-Dockyard fejn dam ħames xhur sakemm fl-1947 daħal Telephone operator, iqabbad telefonata ma’ xiħadd permezz tas-switchboard. Joe kien joqgħod qrib il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u kien spiss imur sa hemm u jiltaqa’ ma’ Fr Michael Galea li kien waqqaf iżŻgħazagħ Ħaddiema Nsara li Joe kien issieħeb fiha. Fl-1952 Joe beda jħoss is-sejħa biex isir Ġiżwita. Kien ġeneruż u wieġeb. Beda n-novizzjat fit-3 ta’ Jannar, 1953. Wara sentejn, fil-festa tar-Tre Re, għamel l-Ewwel Voti u beda jgħin lil Brothers l-oħra fixxogħol bl-injam. Fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi kien meħtieġ Brother u fl1958 Br Joe intbgħat hemm u għal 18-il sena wettaq diversi responsabilitajiet: Jieħu ħsieb il-knisja, infermier tal-komunità u tat-tfal, jieħu ħsieb ilħaddiema, u t-Tuckshop għat-tfal. Il-Mulej reġa’ sejjaħ u Br Joe mar Xavier House, il-Belt fejn għadda 35 sena jagħti servizz. Għal 26 sena kien il-Viċi Superjur jieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-membri tal-komunità u tas-saħħa tagħhom kif ukoll il-ħtiġijiet tad-Dar. Minħabba saħħtu spiċċa minn dawn il-karigi u baqa’ jmidd idejħ fejn ikun hemm bzonn. Wasal iż-żmien meta Br Joe kellu bżonn l-għajnuna. Għalhekk mar Dar Loyola in-Naxxar fejn għadda l-aħħar ħames snin ta’ ħajtu jitlob għall-Knisja u l-Kumpanija. Qabel kollox Br Joe kien bniedem ta’ talb, kalm, ferrieħi, jilqa’ n-nies bi tbissima, dejjem lest li jgħin. F’kull ma jagħmel kien iwettqu b’dedikazzjoni sħiħa għax kien jagħmlu b’imħabba kbira għall-Mulej.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem
19
Nekroloġija
www.jesuit.org.mt
Esperjenzi
Kappillan fi Skozja
www.jesuit.org.mt
Fl-aħħar tas-sajf Fr Patrick Rice ġie Malta mill-Iskozja għal btala qasira. Kif kien fostna hu ġentilment laqgħa t-talba tagħna biex nagħmlulu din l-itervista dwar il-ħidma tiegħu. LH Grazzi ħafna talli f’dawn il-gimagħtejn li għandek Malta biex tistrieħ ilqajt l-istedina tagħna. Jekk jogħġbok tista’ tgħidilna dwar tfulitek? PR Jiena twelidt l-Imtarfa għax il-papà kien suldat Ingliż. Il-mamà kienet Maltija. Kelli ħija ikbar minni u oħti iżgħar minni. L-iskola primarja għamiltha fl-Ingilterra. Imbagħad fl-1954 dħalt boarder fil-Form One talKulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara u domt hemm sal-1959. Matul il-ħames snin, barra l-istudju, kont nieħu sehem f ’diversi attivitajiet sportivi li jsiru fl-iskola. Kont membru attiv tas-Sodality of Our Lady (li llum tissejjaħ “Komunità ta’ Ħajja Nisranija, jew CLC) li kien imexxi Fr Emvin Busuttil, Ġiżwita żelanti li kellu kelma li tiġbdek. Bħala membru ta’ din l-Assoċjazzjoni konna nagħmlu rtir ta’ tlett ijiem f ’Dar Manresa, id-Dar tal-Irtiri tal-Ġiżwiti f ’Għawdex. Kuljum konna nsibu ħin għat-talb u xi kultant kien ikollna xi diskussjonijiet. Barra minn dawn kont nieħu sehem f ’diversi reċti jew pageants. Kull xahar konna mmorru nżuru l-anżjani fid-dar tal-Little Sisters of the Poor, ilĦamrun. Dik il-formazzjoni u l-esperjenzi sbieħ li kelli wassluni biex sirt naf u napprezza l-Ġiżwiti u l-ħajja tagħhom u għażilt li nissieħeb magħhom. LH Imbagħad naturalment dħalt innovizzjat. PR Iva fit-7 ta’ Diċembru, 1959, mort Dar Loyola, in-Naxxar u bdejt is-sentejn tan-novizzjat. Id-Direttur tagħna n-novizzi kien Fr Alfred Pitrè. B’kollox konna 14-il novizz, 6 tat-tieni sena u 8 tal-ewwel sena. Kien żmien qabel il-Konċilju Vatikan u għalhekk il-formazzjoni li kellna kienet differenti millum. Bħal ma għadu jsir illum kellna dawk li
20
nsejħulhom l-“esperimenti” jiġifieri, l-irtir injazjan ta’ xahar, fejn nagħmlu xi xahar nagħtu servizz lix-xjuħ għand il-Little Sisters of the Poor, ngħallmu d-duttrina lit-tfal, u ngħaddu xi ġimgħat f ’parroċċa ngħinu lill-kappillan u ngħixu bilkarita’ li kienu jagħtuna n-nies. Fit-8 ta’ Diċembru, 1961, fil-kappella tad-Dar għamilt l-Ewwel Voti sempliċi imma perpetwi. Hekk spiċċajt l-ewwel fażi tan-novizzjat u bdejt oħra - dik tal-Juniorate meta nagħmlu studji klassiċi. LH Kemm dam il-Juniorate u x’għamilt wara? PR Il-Juniorate dam sentejn. Imbagħad xi wħud isiefru jew biex jibdew l-istudju tal-filosofija, jew, dawk li jkunu talbu, imorru l-missjoni. Lili bagħtuni fil-kulleġġ tagħna ta’ Spring Hill, f ’Mobile, fl-istat ta’ Alabama fl-Amerika fejn studjajt il-filosofija u l-fiżika. Qabel ġejt lura Malta għaddejt sitt xhur nistudja l-matematika f ’Loyola University f ’Chicago. LH Meta ġejt lura Malta xi bdejt tagħmel? PR Bejn l-1967 u l-1969 kont il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u kienu sentejn mill-isbaħ. Kont ngħallem il-matematika u fl-ewwel sena nieħu ħsieb it-tfal ta’ bejn l-14 u l-15-il sena u s-sena ta’ wara tat-tfal ta’ bejn il-15 u s-16-il sena. LH
Wara dawk is-sentejn fejn mort?
PR Iva, kont wasalt fil-fażi mportanti talformazzjoni biex immur nistudja t-teoloġija u nħejji ruħi biex inkun ordnat qassis. Għalhekk fl1969 bagħtuni fil-istitut tagħna ta’ Milltown Park, f ’Dublin, l-Irlanda. Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
www.jesuit.org.mt
Fit-2 ta’ Lulju, 1972, fil-Bażilika ta’ Sant’ Elena kont ordnat saċerdot flimkien ma’ Frs Oliver Borg Olivier, Joe Buhagiar Bianco, il-mejjet Alfred Camilleri, Lino Cardona, Edward Mercieca, u Paul Zammit. Kien hemm Frs Cecil Azzopardi u Ninu Gatt li ordnaw erba’ xhur qabilna u Fr Alfred Darmanin li ordna xahar warajna. LH X’kien l-ewwel xogħol li kellek bħala saċerdot? PR Mill-1973 sal-1979 kont membru talkomunità li kellna f ’San Filippu l-Isla u nagħti servizz pastorali. Imma kont immur il-Kulleġġ ta’ San Alwigi biex ngħallem ix-xjenza, kif ukoll ix-xjenza tal-kompjuter. Kont mitlub ukoll biex inwaqqaf il-laboratorju tal-kompjuters. Fl-1979 bdejt noqgħod il-Kulleġġ u komplejt ngħallem sal-1998 meta wasal iż-żmien biex nirtira. LH Meta rtirajt mit-tagħlim x’missjoni ngħatalek? PR Għalkemm għaddejt 19-il sena ngħallem, dejjem kont nixtieq nagħmel iktar xogħol pastorali. Wara li rtirajt mort l-Amerika u għal sentejn ħdimt fil-parroċċi f ’Baton Rouge, fl-istat ta’ Louisiana. Imbagħad kont l-Isla waqt li kont Counsellor fl-iskola ta’ San Andrea u l-Kulleġġ De la Sale. Għaddejt sena nagħmel xogħol pastorali l-Kanada. LH Fr Patrick Rice SJ flimkien ma’ familja waqt ċerimonja tal-ewwel tqarbina f’Aberdeen
U issa x’qiegħed tagħmel?
PR Mill-2004 qiegħed l-Iskozja fid-djoċesi ta’ Aberdeen. Fil-bidu, għal tmien snin kont kappillan ta’ żewġ parroċċi. L-Insara kienu bejn 6 jew 7 fil-mija tal-populazzjoni. Tliet snin ilu, saret ir-riorganizzazzjoni taddjoċesi ta’ Aberdeen u jiena kont maħtur kappillan
tal-parroċċa tal-Kunċizzjoni fil-belt ta’ Inverurie, xi 16-il mil fil-majjistral ta’ Aberdeen. LH Tista’ tagħtina xi ftit tagħrif dwar din il-parroċċa? PR Id-djoċesi ta’ Aberdeen hi waħda mill-ikbar fl-Ingilterra. Biex nibda, ngħidlek li d-daqs talparroċċa hu ikbar mid-daqs ta’ Malta. Il-biċċa l-kbira hu art agrikola b’għad kbir ta’ baqar u nagħaġ. Il-qasam hu sabiħ ħafna b’ħafna siġar u ħdura. L-għoljiet madwar gradwalment iwasslu sal-muntanji ta’ Cairngorum. Il-biċċa l-kbira tar-residenti ta’ Inverurie kuljum imorru jaħdmu Aberdeen fl-industrija taż-żejt. Minħabba f ’hekk, il-komunità tal-parroċċa hi waħda internazzjonali, u ħafna minnhom familji bi tfal żgħar. Nhar ta’ Ħadd madwar xi 170 jieħdu sehem fil-Quddiesa. U minħabba li l-knisja hi żgħira l-Quddiesa tal-għaxra u kwart ssir f ’sala kbira. Minħabba li tgħix f ’belt żgħira ma tantx ikun hawn attivitajiet għax il-maġġoranza tannies jgħixu barra mill-belt. Il-ġrajja ewlenija hi l-Quddiesa tal-Ħadd. Il-kappillan ta’ parroċċa żgħira jkollu jieħu ħsieb it-tisjir imma ma tantx hi problema għax hawn ħafna supermarkets. U minħabba li l-Iskożja tinsab ħafna fit-tramuntana kull min igħix hawn jkollu jidra l-iljieli twal fix-xitwa (mal-4.30 diġa dalam u jisbaħ f ’xi 9.30) u ljieli qosra fis-sajf. LH Minbarra x-xogħol ta’ kappillan għandek xi xogħol ieħor? PR Id-djoċesi hi maqsuma f ’erba’ żoni u f ’kull waħda l-isqof jaħtar qassis bħala dekan. Bħalissa jiena wieħed minn dawn l-erbgħa. Fil-laqgħat fejn jiddiskutu l-pjanijiet pastorali, id-dekan jirrapreżenta l-parroċċi taż-żona tiegħu. Barraminnhekk, hu jassisti lill-parroċċi speċjalment meta jimrad il-kappillan jew jinbidel jew jirtira. F’mumenti bħal dawn jinħass ħafna n-nuqqas ta’ saċerdoti. Għalhekk għandna nitolbu u naħdmu ħafna għallvokazzjonijiet u biex iż-żgħażagħ ikunu ġenerużi u jwieġbu għassejħa li jagħmlilhom il-Mulej. LH Fr Patrick nirringrazzjawk li qsamt din l-informazzjoni mall-qarrejja tagħna. Nassigurawk mit-talb tagħna.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
21
Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani
Miktub minn Fr Alfred Micallef, SJ
‘Prodigal Son’ ta’ Sieger Koder
Ħniena u Miżerja Dan hu t-titlu tal-Ittra Appostolika li l-Papa Franġisku kiteb fi tmiem is-Sena Ġubilari ddedikata lil Alla li jħenn u li jridna nħennu bħalu. Il-Papa Franġisku dejjem insista fuq il-ħtieġa li kull bniedem ikollu esperjenza tal-ħniena ta’ Alla u ddedika sena ġubilari proprju għal dan is-suġġett. Issa din is-sena spiċċat imma biex ma ninsew qatt kemm hi kbira l-ħniena ta’ Alla lejna f ’għeluqha kiteb ittra appostolika li l-ġist tagħha hu: il-Bibien Mqaddsa tal-Ġubilew ingħalqu, imma l-bieb tal-ħniena tal-qalb jibqa’ miftuħ beraħ (Nru. 16). Tikkundanna d-dnub mhux il-bniedem Il-Papa jirrikorri għall-Vanġelu u jffakkarna fl-istorja ta’ Ġesù u l-adultera. Skont il-liġi ta’ dak iż-żmien, din kien jistħoqqilha l-piena tal-mewt bit-tħaġġir. Imma waqt li l-Fariżej u l-kittieba kienu akkaniti biex iwettqu s-sentenza, Ġesù għaraf li Alla ħanin u lest li jaħfer għax jemmen li l-bniedem li jkun żbalja, bil-grazzja tiegħu, jista’ jindem u jerġa jgħix fl-imħabba. Ġesù ma caħadx li d-dnub ta’ din il-mara kien reali u serju tant li fl-aħħar, meta assiguraha li hu ma jikkundannhiex, widdibha biex ma tidnibx iktar. Imma Ġesù għaraf li l-ħniena ta’ Alla hi ferm ikbar minn kull dnub li nistgħu nwettqu aħna l-bnedmin. Il-Papa jrid li l-Knisja kollha kemm hi tkun sinjal li jidher tal-imħabba kbira li Alla għandu lejna l-bnedmin. Ħafna drabi l-Knisja tidher bħala dik li dejjem tiġġudika u tikkundanna. Fil-fatt il-Knisja d-dnub tikkundanna mhux il-bnedmin. Lill-bnedmin tħallihom f ’idejn Alla imma dan mhux dejjem jidher ċar f ’għajnejn min iħares lejn il-Knisja minn barra. Merħba u xhieda Biex jenfasizza kemm il-Knisja trid tkun sagrament tal-ħniena l-Papa Franġisku jikkwota ħafna passi mill-Iskrittura, mit-testi tal-liturġija u, b’mod speċjali, is-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Fuq dan jieqaf fit-tul. Hu sabiħ ħafna l-paragrafu numru 10 li fih ilpapa jistieden lis-saċerdoti konfessuri biex qabel xejn iħejju ruħhom tajjeb għall-amministrazzjoni ta’ dan is-sagrament, jesprimu merħba lejn il-penitenti, jagħtu xhieda tal-imħabba ta’ Alla Missier ikun kemm ikun serju d-dnub, jgħinu lill-penitenti jifhmu l-gravità taddnub b’mod ċar billi jispjegaw il-prinċipji morali, ikunu lesti jimxu mal-penitenti matul il-mixja tagħhom ta’ konverżjoni, jagħrfu fil-fond iċ-ċirkustanzi ta’ kull
22
wieħed u waħda u jkunu ġenerużi fl-għotja tal-maħfra ta’ Alla. Minbarra dan jieħu xi passi konkreti, fosthom li jestendi l-fakultà tal-maħfra tal-abort lis-saċerdoti. L-abort kien dak li jgħidulu “dnub riservat,” iġifieri l-konfessur, qabel jagħti l-assuluzzjoni kellu jgħarraf lill-isqof – mingħajr ma jikxef l-identità tal-penitent – li kellu każ ta’ abort. Dan biex kulħadd jagħraf kemm hu serju u krudil dan id-dnub. Matul il-Ġublew talĦniena, il-Papa kien ta permess lil kull saċerdot biex jaħfer l-abort mill-ewwel. Dan il-permess issa estendih sakemm jagħti ordnijiet kuntrarji. Min jinsab fil-miżerja Il-ħniena jeħtieġ nuruha mhux lejn il-midinbin biss imma wkoll lejn ħafna fis-soċjetà li qed isofru u jinsabu fil-miżerja minħabba xi raġuni jew oħra. Fost dawn il-Papa jsemmi lil dawk li ġew offiżi, abbandunati, vjolentati u ittraduti. Dawn ikunu qed jistennew kelma ta’ faraġ minna u wkoll sens ta’ solidarjetà. Alla jħenn għal dawn ukoll u jixtieq jesprimi l-ħniena tiegħu lejhom permezz tagħna. Fuq kollox jeħtieġu ħafna ħniena u faraġ ukoll dawk li minħabba xi raġuni, ngħidu aħna għax spiċċaw il-ħabs, tilfu d-dinjità umana tagħhom. Din hi d-dimensjoni soċjali tal-ħniena. Li nkunu strumenti tal-ħniena hi l-missjoni li l-Papa Franġisku qed jagħti lill-Knisja kollha: li tippromwovi kultura ta’ ħniena biex ħadd ma jħares lejn min qed isofri u jibqa’ għaddej. Għax hi biss is-solidarjetà fostna l-bnedmin li ġġib il-veru ferħ u paċi fid-dinja.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2016
Programm ta’ rtiri u seminars
Ċentru Spiritwalità Injazjana FRAR
Abraham, Iżakk u Ġakobb: jissieltu mal-fidi Workshop - insaħħu l-fidi tagħna Data: 3 - 5 ta’ Frar 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Josef Briffa sj Irtir iggwidat individwalment Vjaġġ fejn niskopru dejjem iżjed lilna nfusna u ’l Alla Data: 9 - 12 ta’ Frar 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Christopher Vella sj u t-tim tal-lajċi Irtir għall-familji Ħruġ fil-kampanja, talb għall-ġenituri u għall-familja kollha, sharing, u ħin ta’ mistrieħ għall-familja kollha; programm separat għat-tfal. Data: 24 - 26 ta’ Frar 17 Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj Introduzzjoni għall-ispiritwalità ta’ Sant’ Injazju ta’ Loyola Insaħħaħ ir-relazzjoni tiegħi m’Alla Data: 24 - 26 ta’ Frar 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Christopher Vella sj
MARZU
Irtir għall-familji Jiem ta’ talb u riflessjoni għall-familja kollha Data: 3 - 5 ta’ Marzu 17 Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Pierre Grech Marguerat sj u Ms Cristina Spiteri
Għal aktar informazzjoni u bookings: Mount St Joseph: 2276 0201 | info@mtsjoseph.org
Dar Manresa: 21 55 6635 manresagozo@gmail.com Lil Ħbiebna -Ir-Raba’ Ħarġa 2016
Strina għal Lil Ħbiebna Xewqat sbieħ għal Milied hieni u mimli paċi! Kif tafu, Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma tiddependi kompletament mill-offerti tal-ħbieb u l-qarrejja. Għalhekk niddependu ħafna mill-ġenerożità tagħkom. Tistgħu tibagħtulna l-offerta bil-posta: Lil Ħbiebna, 78, Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 jew twassluha f ’dan l-indirizz: Uffiċċju Benefatturi, 1, Pjazza E.S. Tonna, Floriana (ħdejn il-knisja ta’ Sarria eżattament quddiem l-istage). GRAZZI!
Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin B’Kara Ibraġ Valletta
Sr Adalgisa, DSH Iris Mallia Vincent Cassar 23
Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Ottubru - Diċembru 2016 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
Pittura ta’ Annie Henrie
L-editur u l-kollaboraturi tiegħu jixtiequ lill-ħbieb u l-qarrejja Milied mimli bil-Paċi u l-Ferħ ta’ Ġesù. 24