2 minute read

NINVESTU FIL-WIRT ARTISTIKU

Nofs

miljun ewro dedikati għall-festi Maltin

Advertisement

Ix-xahar ta’ Marzu ġab miegħu t-tnedija ta’ tliet fondi relatati mal-wirt artistiku lokali. Il-Kunsill Malti għall-Arti, fost l-€4.2 miljun li qiegħed joffri fi skemi u inizjattivi għas-sena 2023, għandu madwar €500,000 minnhom dedikati għall-wirt artistiku.

Dawn l-iskemi ta’ finanzjament għall-wirt artistiku huma tlieta: il-Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza filKmamar tan-Nar, l-Iskema ta’ Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi, u l-Iskema Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda, huma mmaniġġjati mill-Kunsill Malti għall-Arti, bl-aħħar waħda mmexxija b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

Dawn l-iskemi jimxu id f’id mal-viżjoni tal-Istrateġija2025 tal-Kunsill Malti għall-Arti, li hi li jkun hemm l-arti fil-qalba tal-futur ta’ pajjiżna. Apparti minn hekk, qed ikunu ta’ kontribut siewi biex jitkompla l-investiment u t-trawwim tal-espressjoni artistika u kulturali diversa biex inkomplu nsaħħu l-ekoloġija kulturali u kreattiva ta’ pajjiżna, kif ukoll biex inkomplu nsaħħu d-dritt għall-kultura.

Kulħadd għandu dritt għall-kultura, kemm biex jesperjenzaha, kif ukoll bħala artist li joħloq l-arti. Kollha kemm aħna għandna d-drittijiet kulturali tagħna. Dawn jiggarantulna d-dritt li nipparteċipaw u ngawdu l-benefiċċji li joffrulna l-kultura u x-xjenza, u kif ukoll jiffaċilitawlna t-tiftix għall-għarfien u l-kreattività umana.

Dawn l-iskemi jiffurmaw parti essenzjali mid-dritt għall-kultura, għaliex qegħdin jindirizzaw is-sikurezza meħtieġa biex isir il-logħob tan-nar, li wieħed juri ħiltu fl-armar għall-festa parrokkjali, u li wieħed jagħti sehmu fl-attivitajiet imnedija mill-banda, li taqsam dak li taf mas-soċji tal-organiz- zazzjonijiet kulturali tal-lokalità tiegħek.

Il-Gvern qiegħed jaqdi dmiru biex dan id-dritt kulturali jingħata, mhux biss għal min qed joħloq permezz ta’ dawn il-fondi, imma wkoll lil dawk li se jkunu qegħdin japprezzaw u jgawduhom.

Għaldaqstant, l-Istrateġija2025 hija mibnija fuq iddritt għall-kultura, hekk kif din hi prinċipju gwida għall-Istrateġija. Il-Kunsill

Kulħadd għandu dritt għall-kultura, kemm biex jesperjenzaha, kif ukoll bħala artist li joħloq l-arti. Kollha kemm aħna għandna d-drittijiet kulturali tagħna. Dawn jiggarantulna d-dritt li nipparteċipaw u ngawdu l-benefiċċji li joffrulna l-kultura u x-xjenza, kif ukoll jiffaċilitawlna t-tiftix għall-għarfien u l-kreattività umana ħadem biex jiġbor l-evidenza meħtieġa matul is-snin, sabiex din tirrifletti wkoll ilbidliet li saru fil-politika kulturali Ewropea u internazzjonali.

L-evidenza kompliet tikkonferma r-rilevanza tad-drittijiet kulturali “fil-kuntest tal-isfidi kurrenti li qiegħda taffaċċja s-soċjetà,” u permezz ta’ dan il-Kunsill Malti għall-Arti qed jiffoka fuq “ir-rabtiet bejn l-ekoloġija kreattiva u kulturali, u l-bqija tas-soċjetà.”

Dan kollu jwassal ukoll biex insaħħu s-sens komunitarju u r-rwol tal-volontarjat fil-qasam artistiku u kulturali ta’ pajjiżna, u permezz ta’ dawn l-inizjattivi qegħdin noffru pjattaforma soda biex dawn it-tliet fergħat essenzjali fil-kultura Maltija jkomplu jiġu indirizzati.

L-Iskema Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda ġiet imnedija fl-2018 u hi mmaniġġjata f’kollaborazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Din hija l-ħames edizzjoni ta’ dan ilfond, b’total ta’ €160,000 disponibbli għall-2023. Dan se jipprovdi massimu ta’ €6,750 għal organizzazzjonijiet volontarji li japplikaw taħt Kategorija A u €10,800 għal organizzazzjonijiet volontarji li japplikaw taħt Kategorija B. u jipprovdi sa massimu ta’ €10,000 għal kull proġett li jiġi ffinanzjat. Dan u aktar, huwa parti mill-ħidma li ssir mill-Kunsill Malti għall-Arti, fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Naz16.04.2023 21 ma ta’ Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi. Imnedija fl-2020, l-iskema tirrikonoxxi l-importanza tal-assoċjazzjonijiet tat-tiżjin tal-festi, assoċjazzjonijiet kulturali, u assoċjazzjonijiet soċjali li jaħdmu b’mod volontarju biex iħaddnu, jipproteġu, u jsaħħu t-tradizzjonijiet kulturali ta’ pajjiżna. Għal din ir-raba’ edizzjoni, il-fond se jkollu baġit ta’ €140,000 zjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Għal aktar informazzjoni fuq l-Istrateġija2025, l-iskemi ta’ fondi u x-xogħol tal-Kunsill Malti għall-Arti, wieħed mistieden iżur www. artscouncil.mt.

Dan il-fond jimmira biex jappoġġja numru ta’ inizjattivi proposti mill-każini tal-banda, speċjalment peress li dawn għandhom irwol vitali fil-komunitajiet u jservu bħala wieħed mill-punti ta’ dħul primarji għad-dinja tal-arti. Is-sejħa hi preżentament miftuħa, bid-data ta’ skadenza tkun dik tal-4 ta’ Mejju 2023, sa nofsinhar.

Fl-2018 saret ukoll it-tnedija tal-Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza fil-Kmamar tanNar, li jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-kmamar tan-nar li joperaw fuq bażi volontarja, b’ħafna pirotekniċi ta’ kull età jaħdmu sigħat sħaħ għall-festi tradizzjonali tant maħbuba tagħna. L-għan ta’ dan il-fond hu li jiffaċilita l-investiment sabiex tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura ta’ dawn il-kmamar tan-nar sabiex il-voluntiera jkunu jistgħu jaħdmu f’ambjent aktar sigur.

Is-sitt edizzjoni ta’ dan ilfond għandha allokazzjoni ta’ €170,000 u se tipprovdi ammont massimu ta’ €5,000 lill-kmamar tan-nar li japplikaw. Ir-riżultati ta’ din l-iskema se jiġu ppubblikati fil-25 ta’ April 2023.

This article is from: