1 minute read
Perfett”
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
L-għejbien ta’ Kilbride wassal għal tfittxija minn elfejn voluntiera filwaqt li twaħħlu diversi avviżi biex jinstab. Minkejja dan kollu, ħadd ma kien jaf x’sar minn Kilbride ħlief Brady u Hindley
Advertisement
Hindley.
It-tielet vittma kien Keith Bennett ta’ 12-il sena. Fis-16 ta’ Ġunju tal-1964, Bennett kien miexi lejn id-dar ta’ nanntu f’Longsight. Hindley waqqfitu u qaltlu biex jgħinhom jgħabbu xi kaxxi fil-vann li kienet xtrat u wegħditu li wara twasslu għand nanntu. Hekk kif rikeb, huma qalulu li l-ewwel ħa jmorru lejn Saddleworth Moor biex ifittxu l-ingwanta ta’ Hindley. Kif ġara fil-każijiet ta’ qabel, Brady mar ma’ Bennett ifittex l-ingwanta filwaqt li Hindley baqgħet fil-vann. Kif irritorna wara xi nofs siegħa b’pala f’idu, Hindley staqsietu x’kien għamel b’Bennett u Brady weġibha li stuprah u wara fgah bi spag.
L-ewwel suspettat tal-pulizija kien il-missier tar-rispett ta’ Bennett, Jim- my Johnson. Il-pulziija fittxewlu fiddar u baqa’ s-suspettat ewlieni għal sentejn sħaħ.
Fl-1964, Hindley, nannitha u Brady ingħataw post f’16 Wardle Brook Avenue f’Hattersley, f’Cheshire. Hawnhekk, Hindley u Brady għamlu ħbieb ma’ Patricia Hodges, tifla ta’ 11-il sena. Din kienet tgħinhom imorru jiġbru xi ħamrija minn Saddleworth Moor iżda qatt ma weġġgħuha għax kienet toqgħod ftit bibien ’il fuq minnhom.
Fis-26 ta’ Diċembru tal-1964, Hindley ħalliet lil nannintha għand qariba u ma ħallithiex tmur magħha lura d-dar. F’din l-istess ġurnata, Lesley
Ann Downey ta’ għaxar snin, għosfrot mill-funfair li saret f’Ancoats. Minkejja t-tfittxija li saret għaliha, Downey ma nsabitx. L-għada mill-għejbien ta’ Downey, Hindley ħalliet lil nannitha tirritorna d-dar.