3 minute read

Tkompli f’paġna

Next Article
Tkompli f’paġna

Tkompli f’paġna

MEJJU WKOLL ISOSTNI L-IRKUPRU TURISTIKU

F’Mejju li għadda kważi 555,000 passiġġier użaw l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA), rata li hi seba’ darbiet aktar it-traffiku osservat fl-istess xahar ta’ sena ilu. Kien ukoll jimmarka l-ogħla numru ta’ passiġġieri li użaw l-Ajruport tagħna minn Ottubru tal-2019 ’l hawn.

Advertisement

Meta mqabbel mal-livell tat-traffiku tal-passiġġieri ta’ qabel il-pandemija, l-attività fl-Ajruport għax-xahar li għadda kienet ta’ 82%. Ta’ min jinnota li f’Mejju tal-2021 it-traffiku tal-passiġġieri kien jammonta biss għal 11% tal-attività fl-istess xahar sentejn qabel.

Imqabbel ukoll mal-attività ta’ qabel il-pandemija, il-proporzjon ta’ Mejju 2022 kien l-aħjar moviment ta’ passiġġieri fl-Ajruport mill-bidu tal-pandemija.

Tant hu hekk li n-numru ta’ dawk li għaddew mill-MIA f’dan ix-xahar kien akbar minn dak ta’ Awwissu tas-sena li għaddiet, waqt li jidher li qabeż ukoll il-livell fl-2017.

Minbarra hekk, it-tul medju ta’ kemm idumu t-turisti fostna u

It-tieni xahar konsekuttiv li fih jiġi rreġistrat traffiku ta’ aktar minn nofs miljun persuna fl-Ajruport Malti MOVIMENT TAL-PASSIĠĠIERI (%) IMQABBEL MAL-LIVELL TAL-2019 Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ

2020 114 117 35 0 0 0 19 31 17 16 8 10 2021 11 8 7 6 11 26 39 49 55 61 64 53 2022 44 55 66 79 82 - - - - - - n-nefqa tagħhom ras għal ras qegħdin jiżdiedu b’mod sostanzjali. Dan ifisser li, anke jekk bi 18% inqas turisti mill-2019, pajjiżna qed ikollu dħul ekonomiku ferm tajjeb. Jidher li l-għadd ta’ Bit-tneħħija ta’ aktar restrizzjoniji- passiġġieri fl-MIA f’Mejju li et fuq l-ivvjaġġar, hu mistenni li s-settur turistiku jkompli jirkupra fix-xhur li ġejjin. għadda qabeż ukoll il-livell tal-istess xahar fl-2017

SA GĦAXAR IMPJIEGI ĠODDA KULJUM F’SETTURI LI L-PN BASSAR LI SE JMUTU

Tkompli minn paġna 1 Is-saħħa tal-irkupru ekonomiku ta’ pajjiżna toħroġ mill-fatt li fl-ewwel kwart tal-2022 kien hemm kważi 11,500 persuna jaħdmu aktar mill-istess perjodu sena qabel. Li jfisser li f’sena, li fiha kienet għaddejja pandemija, żdiedu medja ta’ kważi 1,000 impjieg kull xahar ma’ dawk li kien hemm diġà.

F’sena, li skont l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, kellha twassal għal kriżi kbira fis-settur tas-servizzi finanzjarji u dawk professjonali, minflok, joħroġ li n-numru ta’ dawk jaħdmu f’tal-ewwel tela’ minn 15,819 sena qabel għal 16,584, żieda ta’ 5% jew aktar minn żewġ persuni ġodda kull ġurnata.

Fis-servizzi professjonali issa hemm jaħdmu 31,163, meta sa sena qabel kien hemm 27,645. Din tfisser li fl-istess sena li l-Oppożizzjoni tant beżżgħet li se jitilqu kumpaniji minn Malta, ġew impjegati medja ta’ 10 persuni aktar kuljum.

Meta tħabbar li l-FATF kienet kuntenta bl-iżviluppi li twettqu f’Malta fil-pjan t’azzjoni, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana spjega li l-ħidma sfiqa, li saret fl-aħħar xhur, tat il-frott tagħha, minkejja li kien hemm min ried juża din is-sitwazzjoni bħala ballun politiku.

Hu kien qed jirreferi għallOppożizzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Bernard Grech li mhux biss instigat li pajjiżna jiddaħħal fl-hekk imsejħa lista l-griża, iżda bassret ukoll inkwiet ekonomiku serju għal pajjiżna.

Permezz ta’ esponenti ewlenin, fosthom l-Eks Deputat Jason Azzopardi, dak iż-żmien sostniet li din kienet daqqa talmewt għas-settur tal-gaming

Bl-istess mod sal-aħħar tal2021 kien hemm rekord ta’ kumpaniji joperaw fis-settur tas-servizzi finanzjarji, b’żieda ta’ istituzzjoni finanzjarja, tliet impriżi tal-assigurazzjoni u ditta tas-servizzi ta’ investiment.

Minbarra hekk, il-ġid nazzjonali Malti s-sena l-oħra kien nofs biljun ewro aktar milli kien fl-2019, qabel bdiet il-pandemija.

Sadanittant, żvilupp ieħor interessanti osservat mill-istatistika ppreżentata fil-Labour Force Survey huwa li fl-ewwel kwart tal-2022 il-paga bażika medja fix-xahar laħqet l-€1,706.

Dan kien l-ogħla ammont qatt osservat mindu beda jsir il-Labour Force Survey. Minbarra hekk, imqabbla ma’ sena qabel il-paga bażika medja żdiedet b’4.5%, żieda ftit ogħla minn dik osservata fl-indiċi tal-prezzijiet. F’dan ir-rigward, madwar l-Ewropa kollha, il-pagi żdiedu bi 2.7% jew b’terz iż-żieda fil-prezzijiet.

u tas-servizzi finanzjarji, fost oħrajn. Qalu wkoll li l-pajjiż se jkun qed jitlef madwar €250 miljun jew 7.6% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD).

Dan l-inkwiet mhux talli qatt ma seħħ, talli sa tmiem is-sena li għaddiet pajjiżna rreġistra għadd rekord ta’ kumpaniji li joperaw fis-settur tal-gaming, b’żieda ta’ 6% fuq l-2020.

Kontra l-profezija tal-PN, il-ġid nazzjonali Malti s-sena l-oħra kien nofs biljun ewro aktar milli kien fl-2019

This article is from: