69 minute read

Rapport f’paġna

Next Article
Tkompli f’paġna

Tkompli f’paġna

Dawret il-Qalb Imqaddsa,

BIRŻEBBUĠA

Advertisement

MILL-BIDU TAS-SENA NBNEW MILL-ĠDID 90 TRIQ RESIDENZJALI

Matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 90 triq residenzjali oħra mferrxin madwar il-pajjiż.

Hekk kif il-programm nazzjonali għal toroq residenzjali aħjar f’Malta mifrux fuq seba’ snin jinsab fir-raba’ sena tiegħu, f’dik li hi ħidma biex ittejjeb il-kwalità ta’ dawn it-toroq matul l-2022 l-aġenzija għadha għaddejja bir-ritmu li tibni mill-ġdid medja ta’ erba’ toroq fil-ġimgħa. Fl-2021 Infrastructure Malta lestiet 220 triq residenzjali li flimkien iġibu 52 kilometru.

Id-90 triq f’żoni residenzjali li nbnew mill-ġdid bejn Jannar u Mejju li għaddew ifissru 19-il kilometru oħra ta’ toroq b’infrastruttura ta’ kwalità ogħla. L-eluf ta’ familji li jgħixu f’dawn it-toroq jingħaqdu ma’ eluf oħrajn li jgħixu f’toroq li l-aġenzija lestiet fit-tliet snin ta’ qabel, b’ambjent aħjar u aktar sigur quddiem djarhom.

F’dawn id-90 triq Infrastructure Malta żiedet jew bniet mill-ġdid 38 kilometru ta’ bankini u qiegħdet aktar minn 64 kilometru ta’ servizzi ġodda għad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art, li jinkludu pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, katusi u kanali għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet (ducts) għall-cables tal-internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.

Uħud mit-toroq lokali li Infrastructure Malta tibni millġdid kull sena huma wkoll toroq ewlenin fil-qalba ta’ lokalitajiet differenti. Waħda minn dawn it-toroq li tlestiet ftit ġimgħat ilu hija Dawret il-Qalb Imqaddsa, it-triq li ddur max-xatt ta’ Birżebbuġa, mill-Bajja ta’ San Ġorġ sal-Bajja s-Sabiħa.

F’din it-triq twila madwar 1.2 kilometri, l-aġenzija għamlet investiment ta’ madwar €1 miljun li kien jinkludi wkoll il-bini ta’ sistemi ġodda għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita biex jingħaqdu ma’ oħrajn li l-aġenzija għamlet is-sena l-oħra fi proġett ieħor madwar il-Bajja ta’ San Ġorġ, fl-istess inħawi.

F’dan il-proġett separat ta’ madwar €400,000 l-aġenzija ħadmet mad-Dipartiment taxXogħlijiet Pubbliċi biex ittaffi d-diffikultajiet ta’ għargħar bil-maltemp u bi frugħ il-baħar f’dawn l-inħawi.

L-investiment bla preċedent għat-titjib ta’ toroq residenzjali se jissokta bla heda fix-xhur li ġejjin, tant li diġà għaddej il-bini mill-ġdid t’aktar minn 100 triq oħra biex jitlestew sa tmiem l-2022 u se jinbdew xogħlijiet f’toroq oħrajn fixxhur li ġejjin.

Fl-istess waqt, matul din is-sena Infrastructure Malta qed twettaq ukoll proġetti ewlenin oħrajn bħall-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project, il-Luqa Junction Project u l-Grand Harbour Clean Air Project fil-Port il-Kbir.

Dawk ta’ din is-sena jfissru 19km oħra ta’ toroq b’infrastruttura ta’ kwalità ogħla

Triq Dawret it-Torri,

SANTA LUĊIJA

L-INDUSTRIJA ĠDIDA LOKALI TAL-KANNABIS MEDIĊINALI TILĦAQ PASS IEĦOR STORIKU

Materia Malta ssir l-ewwel kumpanija stabbilita f’pajjiżna li issa qiegħda tesporta l-prodotti tagħha mindu l-liġi għaddiet mill-Parlament erba’ snin ilu

F’pass ieħor storiku għall-industrija ġdida lokali tal-kannabis mediċinali, il-kumpanija Materia Malta saret l-ewwel waħda li esportat il-prodotti tagħha lejn pajjiż ieħor, il-Ġermanja.

F’industrija li mistennija tkun stmata aktar minn €55 biljun sa sitt snin oħra, numru ta’ operaturi tal-kannabis mediċinali ngħataw il-liċenzja lokali minn erba’ snin ’l hawn wara li pajjiżna ħoloq qafas regolatorju f’dan is-settur għal skop ta’ riċerka.

Fl-2018 pajjiżna sar l-ewwel stat membru fl-Unjoni Ewropea li lleġiżla qafas regolatorju ħolistiku biex ikun hawn produzzjoni tal-mediċina magħmula mill-kannabis u minn dakinhar bdejna ngawdu minn aktar investimenti innovattivi u impjiegi ta’ kwalità.

F’rapport intitolat “Who’s who in Malta’s Medical Cannabis Sector”, li deher fil-CountryProfiler, jingħad li minn meta l-Gvern Malti daħħal din il-leġiżlazzjoni, kien hemm xejn inqas minn 26 kumpanija internazzjonali speċjalizzati fis-settur li wrew xi forma ta’ interess biex joperaw minn hawnhekk.

Il-KullĦadd hi infurmata li attwalment hawn ħames operaturi sussidjarji ta’ kumpaniji internazzjonali li ġew liċenzjati diġà u qed jipproduċu l-prodotti relatati. Magħhom hemm ukoll żewġ kumpaniji simili li għamlu l-investiment miljunarju meħtieġ u jinsabu filproċess biex ikunu liċenzjati mill-awtoritajiet relevanti. Kien fis-seduta tat-Tnejn 16 ta’ April 2018 li l-Parlament approva l-att li jirregola l-produzzjoni tal-kannabis għal użu mediku, liġi li l-Gvern Laburista għadda biex tkun mezz ieħor ta’ kif Malta tkompli tiddiversifika l-ekonomija tagħha b’mod effettiv u fuq kollox timmassimizza l-potenzjal ta’ negozju u opportunitajiet ta’ impjiegi ta’ kwalità.

Din il-liġi kienet waħda minn sensiela ta’ inizjattivi li konsistentement qed jieħu l-Gvern biex jixpruna l-potenzjal ta’ pajjiżna u jfittex niċeċ ekonomiċi innovattivi li qed jinħolqu internazzjonalment, bl-għan aħħari li jkompli jsaħħaħ l-ekonomija Maltija.

Hemm proċess riġoruż li jwassal biex kumpanija simili tiġi liċenzjata mill-Awtorità Maltija tal-Mediċini (MMA), wara l-approvazzjoni mill-Malta Enterprise.

F’kummenti li ta lil ONE News din il-ġimgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia qal: “Il-fatt li kumpanija għaddiet minn dan ilproċess kollu, wara valutazzjonijiet u spezzjonijiet rigorużi ħafna, hu proprju l-għan għalfejn il-liġi kienet saret b’dak il-mod, biex pajjiżna jieħu iktar valur miżjud f’dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjoni ta’ prodotti. Fil-każ ta’ Materia Malta llum il-ġurnata mhux biss għandha l-liċenzja, u qed tipproduċi, imma qed tesporta wkoll.”

Materia Malta hi sussidjarja talkumpanija Ġermaniża Materia, waħda mill-akbar produtturi tal-kannabis mediċinali fl-Ewropa. Id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija, Nick Pateras, kellu kliem ta’ tifħir għal pajjiżna u qal li l-kumpanija temmen li Malta se jkollha rwol kruċjali f’dan is-settur. Qal ukoll li hu kburi li l-kumpanija qed tiftaħ orizzonti ġodda permezz ta’ din l-esportazzjoni minn pajjiżna.

Kollox jindika li l-futur tal-industrija f’pajjiżna hu b’saħħtu, waqt li aktar kumpaniji tal-kannabis mediċinali mistennija jingħataw il-liċenzji biex jibdew joperaw minn hawn u eventwalment jesportaw ukoll il-prodotti tagħhom.

F’April li għadda kumpanija oħra simili faħħret il-pożizzjoni ta’ pajjiżna f’dan is-settur. MPXI Malta, sussidjarja tal-kumpanija MPX International Corporation bi sħab mal-Bortex Group Holdings Company Ltd, qalet: “Malta tipprovdi passaġġ strateġiku għasswieq emerġenti fl-UE u għandha wkoll livelli għoljin ferm fis-settur farmaċewtiku, apparti li għandha wkoll framework regolatorju b’saħħtu”.

Il-kumpanija sussidjarja tagħha lokali, Alphafarma Operations Ltd., ingħatat il-liċenzja għall-produzzjoni u r-riċerka fil-qasam tal-kannabis mediċinali wara li f’Jannar li għadda l-MMA ħarġitilha ċertifikat magħruf bħala l-European Union Good Manufacturing Practice certification (EU-GMP Certification).

Dan iċ-ċertifikat hu l-pass finali biex MPXI Malta tibda l-produzzjoni kummerċjali u l-esportazzjoni tal-kannabis mediċinali minn Malta għal swieq madwar l-Ewropa u wkoll lil hinn.

ZenPharm Ltd, sussidjarja tal-kumpanija Kanadiża Zenabis, ukoll għandha l-liċenzja mill-awtoritajiet Maltin u diġà laħqet ftehim ma’ klijent fil-Ġermanja biex tibda tipprovdi mill-inqas 500kg ta’ kannabis mediċinali fis-sena.

Ma’ dawn it-tlieta, qed joperaw ukoll ASG Pharma Ltd u Panaxia Pharmaceutical Malta. Flimkien dawn impjegaw mijiet ta’ ħaddiema, mhux l-inqas Maltin, f’impjiegi ta’ livell għoli.

26 kumpanija barranija ġiet attirata lejn xtutna mindu ddaħħlet il-liġi €6.5M FI SKEMI LILL-BDIEWA U R-RAĦĦALA

Il-fondi għandhom l-għan li jnaqqsu l-piżijiet fis-setturi u jagħmluhom sostenibbli

Tliet skemi, li huma mmirati speċifikament għall-bdiewa u r-raħħala, se joffru €6.5 miljun minn fondi Ewropej bi tliet miri prinċipali – l-għan li jitnaqqsu l-piżijiet fuq is-setturi; dak li jiġu mħajra aktar żgħażagħ jaqbdu karriera simili; u anke biex dawn is-setturi jkunu aktar reżiljenti u kompetittivi, filwaqt li l-bdiewa jiddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’għelieqi ta’ sidien li diġà bbenefikaw minn fondi Ewropej, ġie spjegat kif għajnuna simili għamlet differenza kbira biex ix-xogħol u l-prodotti tal-familja Gauci jkunu iżjed sostenibbli, inkluż bl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ irrigazzjoni, pannelli solari, sistema biex tikber il-produzzjoni u l-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ, fost oħrajn.

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qalu li din il-familja hi eżempju ċar tal-benefiċċji li jistgħu jkollhom ilbdiewa u r-raħħala.

Waħda minn dawn l-iskemi se tagħti opportunità lill-bdiewa biex jixtru apparat jew jagħmlu investiment fl-għelieqi tagħhom sa massimu ta’ €150,000.

It-tieni skema tinċentiva bdiewa żgħażagħ jidħlu fis-settur, speċjalment biex jingħelbu l-ostakli li jridu jiffaċċjaw, bħal spejjeż tax-xiri jew kiri tal-frammentazzjoni tal-art.

It-tielet skema tħeġġeġ lill-bdiewa jiddiversifikaw il-prodotti tagħhom u anke joħolqu opportunitajiet ta’ agrituriżmu.

Il-Ministru Schembri fakkar ukoll fl-għajnuna prattika li l-Gvern qed jagħti lis-setturi, fosthom permezz tal-Kordin Grain Terminal, fejn importaturi lokali qed jiġu offruti spazju akbar biex jaħżnu kwantitajiet kbar tal-ġwież u l-qamħ u b’hekk anke jżommu l-prezzijiet stabbli kemm jista’ jkun.

Il-Ministru Refalo tenna li miżuri simili se jkomplu jservu ta’ spalla għal dawk involuti, fl-impenn ċar tal-Gvern li jevita li dawn ma jiġux impattati ħażin mill-effetti tal-pandemija u tal-gwerra fl-Ukrajna.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Bonett qal li dan il-Gvern minn dejjem investa f’dawn is-setturi u għen lill-bdiewa u r-raħħala f’xogħol importanti biex ta’ kuljum ikollna fiddjar tagħna prodott lokali frisk.

It-tlieta li huma ħeġġew lir-raħħala u l-bdiewa biex jagħmlu użu minn dawn l-iskemi ħalli jippromwovu l-prodott Malti u jgħinu l-ekonomija Maltija tkompli tiffjorixxi. L-applikazzjonijiet se jibdew jintlaqgħu minn għada t-Tnejn u jagħlqu nhar it-30 ta’ Settembru.

Aktar dettalji jinsabu fuq is-sit uffiċjali għall-fondi Ewropej (www.eufunds. gov.mt).

Il-Gvern ħabbar żewġ skemi ġodda fl-aħħar jiem li jħajru lin-negozji u lill-familji biex jagħmlu iżjed użu minn enerġija alternattiva u iżjed effiċjenti bħala parti minn impenn bla preċedent bil-għan li titnaqqas il-carbon footprint nazzjonali.

Waqt li €20 miljun huma mmirati biex jgħinu lin-negozji jagħmlu retrofitting b’tali mod li n-negozju tagħhom isir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, €400,000 oħra jaħsbu biex fi djar residenzjali jinbidlu t-twieqi għal double jew triple glazing tat-twieqi, waqt li jista’ jsir ukoll roof insulation.

Minn tagħrif tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li ġie ppubblikat ukoll din il-ġimgħa, joħroġ li n-negozji jsegwu sew wara d-djar residenzjali flużu tal-pannelli fotovoltajċi.

L-akbar skema mħabbra fil-bidu talġimgħa mill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, hi mmirata għal proġetti ta’ rinnovar ta’ binjiet diġà eżistenti, mhux ġodda, u kull applikazzjoni tista’ tikkwalifika sa massimu ta’ €1 miljun.

Dawn il-fondi huma parti mill-Pjan tal-Kummissjoni Ewropea għal Malta għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fejn ġew identifikati numru ta’ investimenti u riformi li se jkunu ffinanzjati minn fond ta’ €257 miljun allokati għal Malta.

Il-Ministru Schembri spjega li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-fondi ta’ rkupru huma ddisinjati biex ikollhom effett immedjat. Għaldaqstant, bil-għan li jkollna ekonomija aktar reżiljenti, il-proġetti kollha taħt dawn il-fondi jridu jkunu lesti sa Diċembru 2025.

“Sabiex nilħqu din il-mira, irridu naraw li n-negozji tagħna jinvestu aktar fid-diġital kif ukoll joperaw prattiċi aktar ħodor u li jniġġsu inqas. B’hekk inkunu qed nimmassimizzaw ir-riżorsi tagħna, innaqqsu l-ispejjeż operazzjonali tan-negozji u nżidu l-effiċjenza u l-kompetittività,” saħaq il-Ministru, waqt li spjega kif din l-iskema u l-pjan sħiħ ta’ rkupru għal pajjiżna ġie diskuss mal-istakeholders kollha.

Is-Segretarju Parlamentari Bonett tenna li din l-iskema hi mmirata biex il-kumpaniji jwettqu investiment fil-binjiet tagħhom biex isiru aktar kompetittivi u jsiru aktar reżiljenti għall-isfidi tal-futur.

Hu qal li l-gżira Għawdxija wkoll se tibbenefika minn dan il-pjan, b’mod partikolari biex jitwettqu riformi u investimenti dwar it-tranżizzjoni għallekonomija l-ħadra u għall-qalba diġitali. Wieħed mill-proġetti hu l-qalba għal enerġija nadifa fl-Iskola Primarja tan-Na-

dur.

Fl-iskema b’allokazzjoni ta’ €400,000, il-pubbliku se jkun jista’ jibbenefika mill-iskema tad-double jew triple glazing tat-twieqi u roof insulation biex jgħin fl-użu aktar sostenibbli tal-enerġija. Permezz ta’ għotja fuq ix-xiri ta’ sistemi għall-użu domestiku, se tingħata l-għajnuna biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija. L-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u hi wkoll miżura tal-Baġit.

L-iskema tħabbret nhar l-Erbgħa mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u mill-Kap Eżekuttiv tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS), l-Inġinier Marjohn Abela.

B’din l-iskema, il-Gvern se jirrifondi 50% tal-ispiża eliġibbli, sa massimu ta’ €1,000 kemm fuq retrofitted double jew triple glazing kif ukoll fuq retrofitted roof insulation.

Il-Ministru Dalli spjegat li, wara li l-pubbliku wera interess għal roof insulation u double jew triple glazing, il-Gvern ħaseb biex permezz ta’ din l-iskema jissussidja djar antiki eżistenti li m’għandhomx din it-tip ta’ protezzjoni. Din l-iskema hi miftuħa

għal min diġà għandu l-bejt u l-aperturi lesti u jrid jibdilhom.

“Il-Gvern hu impenjat li jkompli jwettaq il-viżjoni tiegħu lejn id-dekarbonizzazzjoni, li nnaqqsu t-tniġġis minn sorsi ta’ enerġija, anke billi ngħinu lir-residenzi jkollhom binjiet aktar sostenibbli. Permezz ta’ dan qed insaħħu s-sostenibbiltà u nżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija,” qalet il-Ministru.

L-applikanti eliġibbli jistgħu japplikaw għal din l-għotja permezz tal-formola li tinsab fuq is-sit elettroniku tar-REWS (www.rews.org. mt), bl-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sal-aħħar ta’ din is-sena.

Sadanittant, b’rabta mar-reviżjoni fuq l-ammont ta’ fondi li Malta se tkun qed tirċievi taħt il-Pjan ta’ Rkupru b’riżultat tat-tkabbir ekonomiku b’saħħtu li pajjiżna kellu s-sena li għaddiet, is-Segretarju Parlamentari Bonett spjega li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern Malti se jagħmel talba formali biex jingħata €60 miljun minn dak li hemm allokat għal Malta.

Fl-ewwel kwart tal-2022, l-ekonomija Maltija kibret b’7.6% u skont rapport tal-Kummissjoni Ewropea stess is-sena li ġejja se jkollna t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Meta indirizza l-konferenza annwali dwar il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Dr Bonett qal li pajjiżna se jagħmel din it-talba wara li wettaq b’suċċess 17-il riforma u żewġ investimenti maġġuri. Bħalissa l-Gvern hu impenjat biex iwettaq 38 mira sal-aħħar kwart ta’ din is-sena.

Mill-Pjan ta’ Rkupru pajjiżna diġà ngħataw €41 miljun bħala pre-financing payment.

“Għaddejja ħidma biex naraw li l-proġetti li kellhom isiru mill-Pjan ta’ Rkupru jsiru xorta waħda, iżda mill-akbar pakkett finanzjarju li qatt innegozja l-Gvern Malti, dak ta’ €2.2 biljun fil-baġit għas-snin 2021-2027,” enfasizza s-Segretarju Parlamentari. Hu qal li l-Gvern hu kommess li jwettaq dan il-pjan ambizzjuż li minnu se jkompli jgawdi l-poplu Malti, b’aktar proġetti f’diversi oqsma, fosthom fl-oqsma tal-enerġija, tal-ambjent, tal-edukazzjoni u tas-saħħa.

€20.4 MILJUN FI SKEMI FAVUR IMPENN AKBAR FL-ENERĠIJA EFFIĊJENTI

Il-Gvern hu kommess li jwettaq il-pjan ambizzjuż ta’ dekarbonizzazzjoni nazzjonali, inkluż bil-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza approvat mill-Kummissjoni Ewropea

IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Ministru

Illum pajjiżna qed igawdi minn rata qawwija ta’ ħolqien tax-xogħol u naħseb li huwa opportun ħafna li, filwaqt li nifirħu b’dawn ir-riżultati ekonomiċi f’dan il-qasam, inħarsu anke lejn dawk li huma l-awtoritajiet illi jagħtu t-tħaris meħtieġ biex nassiguraw li f’pajjiżna jkollna xogħol ta’ kwalità u kundizzjonijiet xierqa. Huwa dritt ta’ kull ħaddiem li jkollu post tax-xogħol sikur u huwa obbligu ta’ min iħaddem illi joffri dan lill-impjegati tiegħu. Kull ħaddiem iżda, għandu wkoll id-dmir li josserva dak li huwa meħtieġ minnu biex titħares issaħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kemm tiegħu kif ukoll ta’ dawk ta’ madwaru.

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) trid tkun il-katalista biex insaħħu kultura favur dan il-għan. Ma nistgħux inħarsu lejn dan il-qasam bħala obbligu legali biss jew bħala kwistjoni ta’ kemm din l-Awtorità tħarrek nies li ma jimxux mal-liġijiet konċernati. Jeħtieġ li nkunu aktar pożittivi. Irridu nħarrġu aktar ħaddiema biex jaħdmu mingħajr ma jipperikolaw ħajjithom jew saħħithom. Irridu nagħmlu impenn ċar kif nindirizzaw din ir-realtà biex insaħħu l-ħidma li qed issir u nkomplu nżidu mad-diversi inizjattivi biex inkomplu nwasslu dan il-messaġġ kemm mal-ħaddiema Maltin kif ukoll mal-ħaddiema barranin li jiġu jaħdmu fostna.

Huwa dritt ta’ kull ħaddiem li jkollu post tax-xogħol sikur u huwa obbligu ta’ min iħaddem illi joffri dan lill-impjegati tiegħu. Mhux biss biex ma tinkisirx illiġi imma għaliex tali ħarsien huwa mezz kif ikollok post tax-xogħol aħjar u post tax-xogħol aktar produttiv.

Fl-estimi finanzjarji ta’ l-Awtorità li ppreżentajt fl-ewwel diskors tiegħi ta’ din il-leġiżlatura fil-Parlament, ħabbart li se jkun qed isir investiment ta’ €150,000 fi proġett kapitali li jinkludi l-iżvilupp ta’ Management Information System, web portal ġdid, u titjib fil-hardware eżistenti. Dan huwa investiment importanti sabiex nagħtu aktar għodda lill-uffiċjali ta’ din l-Awtorità kif ukoll biex nagħmlu pass ieħor lejn id-diġitalizzazzjoni bħala parti integrali mill-viżjoni tal-Gvern biex ikollna qafas diġitali b’saħħtu f’kull entità. Barra minn hekk, beħsiebna nsaħħu din l-Awtorità b’żieda ta’ uffiċjali fi ħdanha biex insaħħu kemm l-operat kif ukoll il-preżenza u s-sorveljanza fejn meħtieġ fuq il-postijiet tax-xogħol.

Żgur li din l-Awtorità tista’ tgħin biex aħna nkomplu ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Irridu niggarantixxu li l-postijiet tax-xogħol tagħna jkunu l-aktar ambjent san u sikur possibbli fejn ħaddiem imur jaħdem. Irridu nifhmu aktar x’inhuma r-riskji u nħeġġu lil min iħaddem biex jimplimentaw dak kollu li jnaqqas il-periklu fuq il-post tax-xogħol. Irridu naraw li kull ħaddiem filwaqt li jmur għax-xogħol u jaqla’ l-għajxien tiegħu, ikun qed jaħdem f’ambjent komdu li jirrispetta s-saħħa u s-sigurtà tiegħu.

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) trid tkun il-katalista biex insaħħu kultura favur dan il-għan

It-tir tiegħi hu li bix-xogħol li se nwettqu, inħallu impatt pożittiv fuq pajjiżna, fuq l-Unjoni Ewropea inġenerali, iżda wkoll fuq kull ċittadin Ewropew

IL-PRIMAZIJA TAL-LIĠI EWROPEA U L-IMPLIMENTAZZJONI TAGĦHA

CYRUS ENGERER

Membru Parlamentari Ewropew

Il-primazija tal-liġi Ewropea hi suġġett li jinsab fil-qalb tal-Unjoni Ewropea, u suġġett li f’dawn l-aħħar snin, ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna. Tant hu hekk, li fix-xhur li ġejjin il-Parlament Ewropew se jkun qiegħed jeżerċita d-dritt tal-inizjattiva biex jaħdem fuq dan is-suġġett importanti dwar kif tiffunzjona l-Unjoni Ewropea stess. F’dan ir-rigward, kont onorat ħafna meta ġejt mitlub immexxi din il-ħidma fil-Parlament Ewropew.

Fiż-żmien li ilni Membru Parlamentari Ewropew, tkellimt fuq temi varji li kienu importanti kemm għall-valuri li jien inħaddan, kif ukoll għalina bħala Maltin, li niġu minn gżira żgħira f’nofs il-Mediterran li għandha ħafna x’toffri fuq livell Ewropew. Dan ir-rapport li ġejt fdat bih, mhu se jkun xejn inqas. Anzi, hija responsabilità li se nġorr bl-akbar dedikazzjoni.

It-tir tiegħi hu li bix-xogħol li se nwettqu, inħalli impatt pożittiv fuq pajjiżna, fuq l-Unjoni Ewropea inġenerali, iżda wkoll fuq kull ċittadin Ewropew li ma ħaqqu xejn għajr sistema legali li taħdem, u li tirrispetta d-drittijiet fundamentali tagħna lkoll.

Il-primazija tal-Liġi Ewropea toffri soluzzjoni f’każijiet ta’ kunflitt bejn liġijiet Ewropej u dawk nazzjonali. Dan huwa essenzjali b’mod partikolari f’oqsma bħall-ambjent, trasport u s-suq ħieles. Liġijiet Ewropej li jirregolaw dawn is-setturi jieħdu preċedent fuq dawk lokali sabiex naċċertaw sinerġija bejn l-Istati Membri u ugwaljanza bejn iċ-ċittadini Ewropej kollha. Setturi oħrajn li huma iżjed domestiċi, jiġu regolati mill-Istati Membri nnifishom fis-sistemi legali tagħhom, lokalment.

Il-kunċett li fuqu huwa bbażat dan ir-rapport - dak tal-primazija tal-liġi Ewropea, ġie msawwar u msaħħaħ matul is-snin permezz ta’ sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kif ukoll permezz ta’ dikjarazzjoni annessa mat-Trattat ta’ Liżbona. Din tal-aħħar tagħti d-definizzjonijiet bażiċi li jiddettaw kif tiffunzjona l-Unjoni Ewropea.

Meta tieħu dan kollu inkonsiderazzjoni, wieħed jibda jifhem l-importanza ta’ din ilbiċċa xogħol. Meta l-kunċett tal-primazija tal-liġijiet Ewropej ma jibqax jiġi rispettat, dan jikkawża sfidi kbar għas-sistema Ewropea, kemm dik legali u anki dik ġudizzjarja. Mingħajr sistema legali komuni, huwa diffiċli li jkollna ugwaljanza ta’ drittijiet, ċertezza legali, fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, sistema ġudizzjarja imparzjali u flaħħar mill-aħħar politika komuni. Dawn huma l-karatteristiċi Ewropej li jgħaqqduna u li jipproteġuna minn inġustizzji serji.

Il-mod ta’ kif taħdem l-Unjoni Ewropea jibqa’ jevolvi maż-żmien u jirrifletti l-bidliet fl-Istati Membri, però prinċipju li ma jista’ jinbidel qatt hu dak tal-primazija talliġi Ewropea. Huwa għalhekk li nemmen bis-sħiħ li għandom jinħarġu r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’dan ir-rigward. Rakkomandazzjonijiet li se nkun qed nara li jiġu fformulati b’mod metikoluż u komprensiv għall-aħħar.

Inħares ’il quddiem biex naħdem qatigħ f’dan ir-rwol ġdid li ġejt fdat bih. Irridu naraw Unjoni Ewropea li tiffunzjona bl-aħjar mod fl-insteress taċ-ċittadini Ewropej.

L-UGWALJANZA BIL-FATTI

JONATHAN ATTARD

Ministru

Malta għandha tkun l-art tal-ugwaljanza bil-fatti fejn nisa u rġiel ikollhom it-tnejn l-ikbar opportunità li jirnexxu f’ħajjithom mingħajr xkiel u biża’. Dan huwa l-messaġġ li qed inwasslu bil-politika taghna. Dan komplejna nagħmluh meta ftit tal-ġranet ilu ressaqt l-Abbozz ta’ Liġi li jittratta l-femiċidju għat-tieni qari biex jemenda l-Kodiċi Kriminali u eventwalment ghadda wkoll mill-istadju ta’ kumitat biex issa jonqos biss il-vot fil-Parlament. Ikolli nammetti li dak li ġara lura f’Jannar ta’ din is-sena ixxokkja mhux biss lili iżda lil kulħadd. Il-qtil makabru ta’ Paulina Dembska wassal ghal sentiment ta’ rabja, dispjacir u diversi emozzjonijiet. Il-vjolenza kontra n-nisa hi xi ħaġa li tixxokkja u tinkwieta lin-nies.

Lil hinn mid-diskussjoni li żvolġiet dwar in-natura tarreat u mingħajr ma’ ċertament wieħed jidħol fil-mertu ta’ dan id-delitt, bħala Gvern inħass il-bżonn ta’ azzjoni immedjata.

Ir-rapport intitolat “Country Report on Femicide: Research and Data”, li fost l-oħrajn elenka li s-soċjetà Maltija għadha patrijarkali u bbażata fuq stereotipi tal-ġeneru, għenna nifhmu aktar is-sitwazzjoni preżenti ta’ pajjiżna fejn ħareġ li sfortunatament dawn il-mentalitajiet għadhom magħna u jagħmlu ħafna ħsara. U konsegwentement kellna istanzi fejn id-diskors trasforma ruħu fi vjolenza psikoloġika jew fiżika kontra l-mara.

Dan wassal biex jiġi fformulat abbozz ta’ liġi li jemenda l-kodiċi kriminali tagħna. B’din il-bidla fil-kodici kriminali, li issa għaddiet kemm mit-tieni qari kif ukoll mill-istadju ta’ kumitat, qed nipproponu li l-qtil jew attentat ta’ qtil li jirriżulta li jkun ta’ natura ta’ femiċidju, jiġifieri l-vittma tal-każ tkun mara jew tifla u jkun sar minn kwalunkwe ġeneru meta l-qtil ikun motivat mill-ġeneru, għandu jorbot lill-ġudikanti milli jimmilitaw kontra, li ma tingħatax piena ħarxa.

Jiġifieri, meta l-imħallef jasal biex jagħti l-piena fil-konfront tal-akkużat f’rigward ta’ każijiet li fihom jirriżulta li kien hemm elementi ta’ femiċidju, dan għandu jagħti piena ħarxa.

It-tieni emenda li preżentajna f’dan ir-rigward tipprovdi wkoll illi omoċidju b’karatteristiċi ta’ femiċidju ikun eskluż milli jikkwalifika bħala omiċidju skużabbli minħabba li jkun twettaq f’“passjoni istantanja”.

Dawn l-emendi li qed inressqu huma tajbin għaliex jintroduċu l-kunċett ta’ femiċidju b’mod li jagħmel sens. Għalhekk, mhux kull omiċidju ta’ mara minn persuna oħra se jkun mitqies bħala femiċidju imma meta dan l-omiċidju jkun sar f’ċirkostanzi ta’ femiċidju

Huwa fatt magħruf li nagħmlu kemm nagħmlu emendi qatt mhu biżżejjed.

Iżda huwa d-dmir u d-dover tagħna li nintervjenu bħala politiċi biex nintroduċu kull għodda neċessarja biex tnaqqas u jekk possibbli telimina għalkollox dawn it-tip ta’ reati.

Tul dawn l-aħħar snin għamilna diversi riformi u tibdiliet neċessarji biex naffaċċjaw dawn ir-realtajiet xejn sbieħ.

Fost dawn ir-riformi ma nistax ma nsemmix il-fatt li llum il-ġurnata għandna Maġistrata ddedikata fuq każijiet ta’ vjolenza domestika, bħala Gvern introduċejna unit speċjalizzata fil-Korp tal-Pulizija li jassisti lill-vittmi ta’ vjolenza domestika, skont il-bżonnijiet tagħhom u jipprovdilhom sapport adekwat biex neliminaw iċ-ċans li din is-sitwazzjoni twassal għall-femiċidju.

Introduċejna wkoll assistenza legali b’xejn lil dawn il-vittmi offruta mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali.

Il-Gvern Laburista minn dejjem kien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja, minn dejjem kien il-partit li xpruna bidliet leġiżlattivi li jsaħħu d-drittijiet tal-mara, iżda dan ma jfissirx li ser nieqfu hawn, anzi nagħti l-kelma tiegħi li ser inkun fuq ta’ quddiem biex nixpruna aktar liġijiet li jsaħħu d-drittijiet tal-mara fis-soċjetà moderna li rridu ngħixu fiha.

“Aħna għandna qalb u nħossu, għandna moħħ u naġixxu, għandna ruħ u nifmu is-sentiment tal-poplu.”

Irrid li t-tfal tiegħi jgħixu f’soċjetà ġusta li ma xxekkilhomx għax huma tfajliet, iżda għall-kontra ta’ dan, isibu s-sostenn meħtieġ biex jimirħu u jiksbu dak li jixtiequ mingħajr xkiel u biża’.

Inħares ’il quddiem biex dan l-abbozz imur għall-vot finali u jkun fost l-ewwel liġijiet approvati f’din il-leġiżlatura.

Dawn l-emendi li qed inressqu huma tajbin għaliex jintroduċu l-kunċett ta’ femiċidju b’mod li jagħmel sens

FAVUR AKTAR ĦAJJIET U ĠENITURI PROSPETTIVI

KIMBERLY BORG

Membru ŻL

Waħda mill-proposti ewlenin fil-manifest elettorali “Malta Flimkien” kienet dik li fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern Laburista ġdid tiġi emendata l-liġi talIVF. Proprju ftit tal-jiem ilu bdiet tiġi diskussa din il-liġi li l-għan tagħha hu favur iktar ħajjiet u aktar ġenituri prospettivi.

Il-Gvern Laburista huwa Gvern riformista li ma jiddejjaq xejn ibiddel. Fil-fatt fis-snin li għaddew Gvern Laburista daħħal liġi li tirregola l-IVF u għamel bidliet sinifikanti. Però dan xorta mhuwiex biżżejjed; bil-liġi preżenti tal-IVF xorta għad hemm koppji li ma jistgħux iwettqu l-ħolma tagħhom.

Matul il-kampanja elettorali, il-Prim Ministru spjega li ltaqa’ u sema’ stejjer ta’ diversi koppji li għaddew minn tbatija sabiex isiru ġenituri, fejn saħansitra kien hemm min sfortunatament tilef it-tarbija tiegħu minħabba mard ġenetiku, mard li jista’ jaffettwa kull tarbija li jkollhom.

B’hekk il-Gvern ressaq din id-diskussjoni b’sens t’empatija u kuraġġ. Kull koppja li tixtieq tibni familja għandha tingħata ċ-ċans, mingħajr ilbżonn li tmur barra l-pajjiż b’piżijiet finanzjarji kbar u li mhux kull koppja tista’ taffordja, li jkollha tarbija. Ma nistgħux nibqgħu nesportaw aktar din il-problema: kull koppja għandha tkun tista’ tagħmel dan it-trattament ġewwa pajjiżna mingħajr ħlas. Għalhekk, din il-liġi ser tkun bidla sinifikanti li tirrifletti l-prinċipji ta’ dan il-Gvern.

Il-Gvern irid jagħti ċans akbar lil dawk il-koppji sabiex il-ħolma tagħhom li jsiru ġenituri ssir realtà. B’hekk it-trattament tal-IVF se jkun qed jiġi estiż għal dawk il-persuni li għandhom sa massimu ta’ 45 sena filwaqt li l-embryo transfer se jkunu jistgħu jagħmluh koppji sa massimu ta’ 49 sena. Se tkun qed tiżdied ukoll l-età tad-donaturi sa 36 sena neqsin ġurnata sa dakinhar li ssir id-donazzjoni. Se jiġu offruti wkoll iktar ċikli tal-IVF mingħajr ħlas u dawk il-koppji li għandhom embrijuni barra l-pajjiż se jkunu jistgħu jġibuhom mingħajr ebda ħlas sa massimu ta’ żewġ embrijuni kull ċiklu. Dan hekk kif se jingħata ċans għat-tieni wild anke jekk l-ewwel wild twieled b’mod naturali u mhux bis-servizz tal-IVF.

Apparti minn hekk, se jkun qed jidħol fis-seħħ il-Preimplantation Genetic Testing for Monogenetic Disorders (PGTM), fejn koppji li jbatu minn xi kundizzjoni ġenetika, se jkunu qed jużaw servizz li permezz tiegħu jkun hemm l-ittestjar tal-embrijun biex ikun jista’ jiġi ċċekkjat jekk l-istess embrijun ibatix minn kundizzjoni ġenetika li tista’ twassal għall-mewt tiegħu filġuf jew wara t-twelid.

Din ir-riforma se tagħti ċans akbar lill-ġenituri prospettivi u b’hekk ikollhom inqas tbatija, iktar ħajjiet u anke iktar familji kuntenti, kif ukoll tindirizza l-bżonnijiet ta’ dawk li għamlu l-proċess tal-IVF u li ma kinux ta’ suċċess u anke ta’ dawk li għandhom kundizzjonijiet ġenetiċi.

Il-Gvern Laburista huwa Gvern riformista li ma jiddejjaq xejn ibiddel

IT-TENDENZI LOKALI FL-ARTI TAT-TATTOOS

Waqt li t-tpinġijiet m’għadhomx jiddistingwu bejn is-sessi, Maltin ta’ iżjed minn 60 sena wkoll jitħajru b’mod regolari biex jagħmlu l-ewwel biċċa tagħhom

Kitba ta’ LEANNE ABELA GRECH

Stil Ġappuniż

Stil Blackwork Stil Realistiku

In-nisa saru jpinġu daqs l-irġiel u hemm dawk fosthom li saħansitra jagħżlu li jmorru għal biċċa tpinġija mdaqqsa fl-ewwel esperjenza tagħhom. F’dak li hu meqjus bħala tibdil fil-mentalità jew il-kultura relatati ma’ din l-arti fuq il-ġisem, illum il-ġurnata jidher li lanqas għad fadal barrieri ta’ età għal min jiddeċiedi li jkollu marka partikolari li tiddistingwih.

F’intervisti ma’ żewġ artisti lokali tat-tpinġija, Yella Vassallo u Luke Vella, li huma mfittxijin minn bosta kemm għall-kapaċitajiet tagħhom kif ukoll għall-portafoll vast ta’ disinji u stili, joħroġ li l-ħsieb u l-perspettiva ġenerali tal-Maltin u l-Għawdxin inbidlu drastikament minn għexieren ta’ snin ilu.

Din hi tendenza simili li qed jesperjenzaw popli oħrajn madwar id-dinja, għalkemm f’pajjiżna wkoll għandna l-partikolaritajiet speċifiċi tagħna.

Il-mentalità ta’ kif wieħed iħares lejn it-tpinġija fuq ħaddieħor ukoll hi differenti sew mill-mod ta’ kif dawn tal-aħħar kienu jiġu ppreġudikati fis-soċjetà, anke jekk dan mhux eliminat kompletament u aktarx qatt ma jkun. Kif ngħidu mitt bniedem, mitt fehma.

Iżda minn dak li tkixxifna jirriżulta li, b’ħafna iżjed persuni li għandhom linka permanenti f’xi parti ta’ ġisimhom, l-għażliet u d-daqsijiet jibqgħu jvarjaw, jekk hux għall-gost u l-apprezzament tal-arti jew inkella biex jitfakru ġrajjiet partikolari fil-ħajja ta’ dak li jkun jew il-memorja ta’ persuni li m’għadhomx magħna, fost oħrajn.

Skont il-kummenti ta’ Vassallo u Vella, jidher li l-aktar parti tal-ġisem popolari għat-tpinġija hija l-idejn, kemm għal xi biċċiet żgħar kif ukoll għal xi komma sħiħa. Isegwu d-dahar u s-saqajn.

Fl-istess ħin, Yella saħansitra tgħid li ġieli kellha klijenti li jitolbu għal biċċiet mhux komuni, bħall-ġenb talwiċċ.

U jekk fil-passat kont tara aktar irġiel bit-tpinġija, illum saret komuni ferm li mara jkollha biċċa arti fuqha wkoll. Luke qalilna kif in-nisa saru jpinġu daqs l-irġiel, filwaqt li Yella tqis li bosta nisa jaraw it-tpinġija bħala aċċessorju li jżejjinhom, bħalma ġojjell jikkumplimenta l-ilbies.

Għaldaqstant, staqsejniehom x’inhuma l-aktar sti li popolari fost il-Maltin u l-Għawdxin, bit-tnejn jaqblu li r-realistiku hu l-aktar li baqa’ popolari matul is-snin, flimkien ukoll mal-istil Ġappuniż, bħal xi dragun kbir kollu lwien fuq id-dahar. Iż-żewġ artisti wkoll qalu li qed ikollhom domanda għal tpinġijiet bi stil mandala u black work, filwaqt li qed jiżdied fil-popolarità in-neo tradition al.

Mistoqsijiet x’ħajjarhom li jibdew din il-karriera, iżżewġ tattoo artists raw id-destin tagħhom jibda xi ftit dif ferenti. Waqt li Luke kien ċar u tond fit-tweġiba tiegħu u qal li minn dejjem kien iħobb ipinġi, allura t-triq tiegħu kienet prattikament destinata minn qabel, il-bidu ta’ Yella li tibda tpinġi fuq ħaddieħor kien xi ftit differenti u kważi b’kumbinazzjoni.

Fil-fatt, l-artista, li għandha l-biċċiet personali tagħha, tħajret tagħmel karriera mit-talent li għandha wara li ħames snin ilu għamlet waħda mit-tattoos li għandha. Kien ukoll it-tattoo artist, li taħdem miegħu llum, Karl, u li pinġa fuqha dak iż-żmien, li ħajjarha u għallimha t-teknika. Minn dakinhar ma ħarsitx lura.

Issa jekk Yella għandha bosta tattoos il-ġmiel tagħhom fuq saqajha u idejha, mhux l-istess jista’ jingħad għal Luke, li għalkemm sal-lum pinġa mijiet ta’ tattoos lil ħad dieħor, hu qatt ma tħajjar li jagħmel waħda … u r-raġuni? Għax jibża’ mil-labra. Madanakollu, jistqarr li ma taffett wahx li hu m’għandux, minkejja l-karriera u minkejja li aktarx huwa l-uniku tattoo artist fid-dinja li ma ċċappasx mal-linka personalment.

Staqsejniehom ukoll dwar liema jaħsbu li hi l-aktar

Stil Mandala

IT-TENDENZI LOKALI FL-ARTI TAT-TATTOOS

Waqt li t-tpinġijiet m’għadhomx jiddistingwu bejn is-sessi, Maltin ta’ iżjed minn 60 sena wkoll jitħajru b’mod regolari biex jagħmlu l-ewwel biċċa tagħhom

Luke Vella

U jekk fil-passat kont tara aktar irġiel bit-tpinġija, illum saret komuni ferm li mara jkollha biċċa arti fuqha wkoll. Luke qalilna kif in-nisa saru jpinġu daqs l-irġiel, filwaqt li Yella tqis li bosta nisa jaraw it-tpinġija bħala aċċessorju li jżejjinhom, bħalma ġojjell jikkumplimenta l-ilbies.

Għaldaqstant, staqsejniehom x’inhuma l-aktar stili popolari fost il-Maltin u l-Għawdxin, bit-tnejn jaqblu li r-realistiku hu l-aktar li baqa’ popolari matul is-snin, flimkien ukoll mal-istil Ġappuniż, bħal xi dragun kbir kollu lwien fuq id-dahar. Iż-żewġ artisti wkoll qalu li qed ikollhom domanda għal tpinġijiet bi stil mandala u blackwork, filwaqt li qed jiżdied fil-popolarità in-neo tradition-

Mistoqsijiet x’ħajjarhom li jibdew din il-karriera, iżżewġ tattoo artists raw id-destin tagħhom jibda xi ftit differenti. Waqt li Luke kien ċar u tond fit-tweġiba tiegħu u qal li minn dejjem kien iħobb ipinġi, allura t-triq tiegħu kienet prattikament destinata minn qabel, il-bidu ta’ Yella li tibda tpinġi fuq ħaddieħor kien xi ftit differenti u kważi b’kumbinazzjoni.

Fil-fatt, l-artista, li għandha l-biċċiet personali tagħha, tħajret tagħmel karriera mit-talent li għandha wara li ħames snin ilu għamlet waħda mit-tattoos li għandha. Kien ukoll it-tattoo artist, li taħdem miegħu llum, Karl, u li pinġa fuqha dak iż-żmien, li ħajjarha u għallimha t-teknika. Minn dakinhar ma ħarsitx lura.

Issa jekk Yella għandha bosta tattoos il-ġmiel tagħhom fuq saqajha u idejha, mhux l-istess jista’ jingħad għal Luke, li għalkemm sal-lum pinġa mijiet ta’ tattoos lil ħaddieħor, hu qatt ma tħajjar li jagħmel waħda … u r-raġuni? Għax jibża’ mil-labra. Madanakollu, jistqarr li ma taffettwahx li hu m’għandux, minkejja l-karriera u minkejja li aktarx huwa l-uniku tattoo artist fid-dinja li ma ċċappasx mal-linka personalment.

Staqsejniehom ukoll dwar liema jaħsbu li hi l-aktar parti sensittiva tal-ġisem, b’mod partikolari mill-esperjenza tal-klijenti tagħhom fejn jgħidu li kellhom jissaportu l-aktar l-uġigħ.

Għalkemm mhux kull persuna tittollera bl-istess mod l-uġigħ u dan jiddependi minn bosta fatturi, Luke jemmen li huma l-għonq u wara tal-irkoppa l-aktar diffiċli. Yella wkoll semmiet l-irkoppa, flimkien mal-kustilji, taħt l-abt u fuq is-sinsla tad-dahar. Minkejja li l-uġigħ hu parti mill-proċess tat-tattoos, iż-żewġ artisti jaqblu li l-klijenti malajr jinsew l-uġigħ bir-riżultat sabiħ tal-opra tal-arti fuq ġisimhom.

U min jaf kemm hawn persuni li jiftakruhom jistennew li jagħlqu t-18-il sena, mhux biss forsi biex jibdew il-lezzjonijiet tal-karozza, imma anke biex ipinġu l-ewwel tattoo tagħhom. Dan il-ġenn, kien, għadu u jibqa’ fost iż-żgħażagħ. Fil-fatt, iż-żewġ artisti jgħidu li jiltaqgħu regolarment ma’ klijenti li jkollhom din il-ħerqa.

Minbarra hekk, iżda, Yella wkoll stqarret li, b’mod frekwenti hi jkollha talbiet mingħand klijenti li għandhom ’il fuq minn 60 sena u iżjed li jiddeċiedu li jagħmlu l-ewwel tattoo.

Fejn jidħlu l-għażliet fid-daqs, il-popolarità fost il-Maltin ma tantx tvarja bejn min jagħżel biċċa jew biċċiet kbar, li ġeneralment ikollhom xenarju jew tema partikolari, inkella xi tattoo żgħira jew sensiela ta’ biċċiet żgħar.

Ma setax jonqos li titqajjem ukoll il-kwistjoni tal-aħħar xhur fejn l-artisti kellhom jiffaċċjaw tibdil fil-linka tal-kulur, minħabba restrizzjonijiet ġodda fuq ċerti kuluri li kienu jintużaw regolarment. Wara li studji sabu li mal25 pigment, primarjament tal-aħmar, l-isfar u l-oranġjo, kien fihom kimiċi li jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, l-Unjoni Ewropea ċċensurat l-użu ta’ dawn, waqt li l-artisti kienu meħtieġa jaddattaw għal oħrajn fix-xogħol tagħhom.

Luke qal li ma tantx affettwah it-tibdil, minħabba li hu jaħdem l-aktar bl-iswed, imma qal li jaf b’artisti li kellhom jgħollu l-prezzijiet, minħabba li l-linka tal-kulur kellha tinbidel.

Min-naħa l-oħra, Yella qalet li affettwathom ħażin minħabba li kien hemm domanda kbira għal-linka li hi reach compliant mal-Ewropa kollha, waqt li xi klijenti li kienu diġà bdew biċċa kkulurita u komplewha żmien wara tħassbu kif kienet se titkompla t-tpinġija.

It-tnejn qablu li bil-kapaċità u l-kreattività tal-istess artisti seta’ jitkompla x-xogħol, anke jekk il-kuluri l-ġodda huma iżjed limitati u hemm inqas kuluri minn fejn tagħżel minn qabel.

Yella wkoll semmiet li, xi ftit taż-żmien ilu, kienet saret bidla oħra fil-linka u qabel din ġiet man- datorja li tinbiegħ f’forma likwida, kienet tinstab ukoll fis-suq bħala trab, iżda hi temmen li, anke dawk li seħħew fl-aħħar xhur, huma riformi normali, bħalma jsir fi kwalunkwe settur ieħor. B’hekk jiġi żgurat li l-prodotti li jintużaw ikunu talaqwa kwalità u ġenwini, waqt li l-klijent jibqa’ sodisfatt għas-servizz artistiku li jkun ħallas għalih.

Yella Vassallo

16 FUQ IN-NAĦA T-TAJBA TAL-ISTORJA

CATHERINE FENECH

Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Issa li ngħalaq id-dibattitu dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF u se mmorru għat-tielet qari fi stadju ta’ kumitat, qed naraw stampa aktar ċara ta’ kemm dawn l-emendi se jkunu ta’ benefiċċju u komfort għall-Maltin u l-Għawdxin li għandhom bżonn jew se jiġu bżonn it-trattament tal-IVF sabiex ix-xewqa tagħhom li jsiru ġenituri ssir realtà.

Il-Partit Laburista fil-manifest tiegħu kellu wegħda ewlenija li jsiru dawn l-emendi fil-liġi tal-IVF fl-ewwel 100 jum ta’ leġiżlatura ta’ Gvern Laburista ġdid. U hekk qed iseħħ. Imma l-aktar ħaġa importanti dwar dan kollu hija li dawn l-emendi qed isiru għax Gvern Laburista tassew konvint u jemmen li din hija t-triq ’il quddiem, it-triq imsejsa fuq il-prinċipji tagħna, fejn kulħadd għandu jingħata l-opportunità, fejn is-soċjetà taħseb fil-bżonnijiet u fil-ferħ għall-minoranzi fi ħdanha.

Il-poplu jagħraf sew li dan mhux eżerċizzju ta’ konvenjenza politika min-naħa tal-Partit Laburista. Dan għaliex fi ħdan il-PL u fi ħdan il-grupp parlamentari Laburista hemm armonija u qbil sħiħ. Seħħet id-diskussjoni dwar dawn l-emendi u kienet fuq kull livell fl-istrutturi tal-partit. Id-diskussjoni ma kinitx fuq retorika jew konsegwenzi politiċi imma fuq kif b’dawn l-emendi se nindirizzaw il-weġgħat tan-nies, kif se nferrħu aktar koppji, kif se ntaffu u niffaċilitaw il-mixja ta’ dawn il-koppji li qed jgħaddu jew se jgħaddu minn dan il-proċess u wara kollox kif se noffrulhom dan kollu f’pajjiżhom stess. Il-prinċipji soċjalisti dawn li jitlobu minna. Il-kuxjenza u l-moralità dawn jitolbu minna.

Il-membri tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-Parlament qajla tkellmu f’dan id-dibattitu. Żammew lura. Tkellmu biss tliet deputati. Ilkoll rajna din l-attitudni tal-Oppożizzjoni lejn dawn il-proposti dwar dawn l-emendi pjuttost difensiva, ta’ inċertezza u aktar minn hekk nazzarda ngħid pożizzjoni ta’ konvenjenza u biża’ minn riperkussjonijiet politiċi aktar milli attitudni ta’ konvinzjoni u preparazzjoni fuq is-suġġett u sensittività lejn il-persuni milquta.

Faċli l-Oppożizzjoni tippontifika u jgħidulna li mhux imbilli tagħmel l-emendi u l-liġijiet, imma trid twettaqhom. “This is rich”, kif jgħidu l-Ingliżi, li toħroġ minn fomm l-Oppożizzjoni, meta tant jiftaħru li kien taħt Gvern Nazzjonalista li l-IVF ġiet illegalizzata f’pajjiżna fl-2012, bnew u fornew laboratorju li vilment qatt ma ntuża u li saħansitra l-apparat skada u ma baqax tajjeb. Nisfida lil tal-PN jgħidulna kemm twieldu wlied blIVF fi żmienhom. L-ebda tqala bl-użu tal-IVF ma seħħet fi żmien Gvern Nazzjonalista, għaliex illeġiżlaw favur l-IVF b’konvenjenza u mhux b’konvinzjoni, tant li l-kuxjenza konservattiva baqgħet tniggiżhom u baqgħu ma eżerċitawx fil-prattika dak li b’konvenjenza lleġiżlaw. Sa mill-bidu nett waqgħet il-maskra tal-PN dwar l-IVF. Sa mill-bidu nett u sal-lum il-ġurnata il-forzi konservattivi fi ħdanhom jibqgħu jiġbdu l-ispag li jneżżgħalhom kull awtorità li jippreżentaw ruħhom ta’ għorrief fuq is-suġġett. L-istampa hi ċara kristall quddiemna.

Claudette Abela Baldacchino, kollega u ħabiba, stqarret dan il-kliem ftit ġranet ilu fuq il-midja soċjali: “Min ma esperjenzax ma jistax jitkellem. Min qed jitkellem u m’għaddiex minnha jista’ jagħti palata imma xorta ma jafx x’jiġifieri.’’ U hekk hu fil-fatt. Claudette għandha ħafna raġun. Ejja ħa nitkellem għalija. Jien ma esperjenzajtx din is-sitwazzjoni. Ma nistax inkun naf x’jiġifieri. Però bħal bosta konsapevoli tal-kundizzjoni tal-infertilità jew tqaliet li ma jwasslux jew li jwasslu u t-tarbija titwieled u tgħix fi tbatija kbira u tħalli d-dinja f’qasir il-għomor. Dawn huma s-sitwazzjonijiet quddiemna. U ġaladarba hemm soluzzjonijiet għalihom għandna mmorru u nimxu t-triq kollha biex dawn it-tbatijiet intaffuhom.

Bħal bosta, jien ukoll persuna li nemmen u nipprattika l-fidi. Ix-xjenza hi wieħed mis-seba’ doni li tana Alla. Bix-xjenza, il-bniedem kapaċi jagħmel bomba li teqred l-umanità imma kapaċi aktar li joħloq metodi sabiex jgħin u jsebbaħ il-ħajja tal-bniedem. Bix-xjenza l-istennija tal-għomor tal-bniedem għoliet ferm, il-kwalità tal-ħajja li ngħixu tjiebet ferm, kuljum jinstabu aktar metodi ta’ fejqan u kura għal diversi mard. Dan kulħadd jirrikonoxxih u japprovah. Mela għaliex ix-xjenza m’għandhiex tgħin koppji jsiru ġenituri?

Bosta bħali ma esperjenzawhiex b’mod dirett kif diġà għedt. Imma persważa li bosta jafu lil xi ħadd li għadda jew qed jgħaddi minn din is-sitwazzjoni u qed jitlobna l-għajnuna u li kif qalet Claudette, nagħtu palata. Meta darba ftit xhur qabel ma daħħlet il-liġi tal-IVF ġew fuqi persuni bħala ċittadina biex niffirma petizzjoni kontra din il-liġi, it-tweġiba tiegħi kienet: M’għandi xejn tiegħi ħlief uliedi, m’għandi xejn egħżeż minnhom. Mela min jien jien biex inċaħħad mara oħra bħali biex b’kull mezz possibbli ssir omm hi ukoll?

Illum il-ġurnata li esperjenzajt dan ilproċess tal-IVF ma’ koppja ferm viċin tiegħi, nista’ nifhem xi ftit it-tbatija u l-qtigħ ta’ qalb. Din il-koppja kellha tmur barra minn Malta għal darba, darbtejn, tlieta biex kellha l-ulied. Bla ebda dubju, il-palata ser nagħtiha b’qalbi kollha biex aktar u aktar koppji jkollhom kull opportunità sabiex isiru ġenituri mingħajr ma jkollhom jitilqu minn pajjiżna. Biżżejjed inħares lejn dawn iż-żewġ ckejknin tagħhom u nimtela bil-ferħ, aħseb u ara l-ġenituri tagħhom x’għandhom bihom. ’Il fuq minn 400 tarbija twieldu f’pajjiżna permezz tal-IVF. Ejjew inkomplu ngħinu u nsaħħu l-liġijiet sabiex ir-rata ta’ suċċess tikber u n-numru ta’ wlied jikber ukoll. Il-poplu jinduna u jirrikonoxxi min tassew jikkonvinċi u min hu tassew fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Il-politika nużawha biex innisslu l-ferħ u nsaħħu soċjetà li tieħu ħsieb lil xulxin partikolarment ta’ dawk il-minoranzi li jbatu fis-skiet. Sur Editur,

Ara vera jrid ikollok wiċċek qisu l-ilma qiegħed li hemm ħdejn il-pixxatur tad-Dar Ċentrali ta, Sur Editur! X’kull waħda wkoll dan il-qaħbeċ kap li għandhom. Ħa ngħidlek jien Sur Editur. Mela kollha nafu l-istorja tal-FATF dik li poġġietna fuq il-lista l-griża. U jekk hemm xi ħadd ma jafx, ħa ngħidlu jien. Kien il-Kap tagħhom stess li instiga li Malta titpoġġa fuq din il-lista. Għax dawn hekk, ħsara lil Malta biss jafu jagħmlu. Minn ewl id-dinja hekk dal-partit li għandhom.

Għax mhux billi ħafna paroli fil-vojt li jgħidu. Ja qatta oqbra mbajda li huma. Kollhom imħabba lejn pajjiżhom, kollhom imħabba lejn il-ħaddiem, kollhom imħabba lejn in-negozji, imbagħad ġew jitnellħu li għamlu ħsara lil pajjiżna biex jitpoġġa fuq din il-madre ta’ lista griża. Bil-konsegwenzi kollha li seta’ kien hemm għal Malta, għall-ħaddiema u għan-negozji. X’ala l-maws dawn l-intamati!

Imbagħad jiġi l-Kap tagħhom jippoża quddiem il-ġurnalisti u jgħid li ħa gost li pajjiżna m’għadux fil-lista l-griża. Għax qal li isem Malta qatt ma kellu jittappan minħabba deċiżjonijiet żbaljati tal-Gvern tagħna. Imtappan imma, moħħu, ħa la ħarġet.

U kompla jgħid li hu, jiġifieri Bernard il-Grech, kellu raġun meta qal li hu possibbli li isem Malta jitneħħa mil-lista l-griża fi tliet xhur mill-elezzjoni ġenerali. Kemm hu ħelu manna daqs tan-nanna, dan il-Kap li għandhom ukoll!

Mela kien qed jippjana li jirbaħ l-elezzjoni, pjan li marlu żmerċ għall-aħħar, biex imbagħad imur joqgħod jibki ma’ talFATF biex ineħħu isem Malta mil-lista, imbagħad jiġi jiftaħar li mnalla kien hu biex Malta titneħħa minn din l-imniefaħ lista u kemm hu tajjeb u skoss inċens għalih u mirra għal-Laburisti.

Sekonda ħa nieħu nifs. Mhux għax ktibt dan kollu f’nifs wieħed u żvugajt biss, imma għax dan il-bniedem jaqtagħli nifsi jien. Ħdejh, Melda tiegħi ċilindru tal-ossiġnu. U biex qed ngħid hekk, ci vuole e!

Bħal ma jaqtagħli nifsi l-Bejrut. Li basta jilbes il-kullar imma wiċċ Alla żgur mhux se jarah. Staqsa din il-ġimgħa jekk hux possibbli li jkollna Xandir tal-Istat li jkun ġust. U kkwota of all poo, ix-Shitnews, jew l-anti-Labour akkost ta’ kollox news. Ara kif persuna li jmexxi kruċjata kontra l-Labour, bil-kamra tal-aħbarijiet li għandu b’kollox, jista’ jitkellem fuq x’inhu fair jew x’mhux fair, Sur Editur!

Nesa żmien il-PeNe fil-Gvern dan Bejrut! Meta l-PeeBeeEss kien każin tiegħu u tagħhom. Ħa nħalliha hawn, din. Xi darba, jekk is-Sinjur jagħtini l-għomor, nikteb xi ħaġa fuqha.

U kemm ħaduha bi kbira għax Giglio qal il-verità fuq Efimova! Ġieżuġież, kif qalgħulu ċ-ċappetti lil Giglio! Kif qabeż Karol l-Aquilina, li ħuh huwa dak li jmexxi lil dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika! U kif qabeż Davidgħarukaża, dak li ħabib maffimova! L-aqwa li jiftaħru b’aktar ħidma għall-ġid tal-PeNe. Għall-ġid ta’ dawk li jiddettaw x’għandu jsir f’dan il-partit imma. U mhux qed ngħid għal dak li miġbud bl-ispag, Bernard il-Grech.

Ilbieraħ, Sur Editur, għalaq il-perjodu tal-espressjoni ta’ interess għal dawk interessati fil-kariga ta’ Viċi Kap tal-ispagu. Dan qed isir fl-isfond tal-għajta tal-PeNe li l-Partit Nazzjonalista b’kuraġġ u b’determinazzjoni qed jappella lil dawk kollha li jemmnu li f’pajjiżna hawn bżonn Oppożizzjoni b’saħħitha u biex tissaħħaħ fi gvern alternattiv. Din qaluha meta bdew jitkarrbu għall-ġbir tal-fondi.

Malta kollha temmen li f’pajjiżna hawn bżonn ta’ Oppożizzjoni sura, Sur Editur! Għall-ġid ta’ pajjiżna stess. Imma jrid ikun hemm ir-rieda ta’ dawk li jiffurmaw il-partit tagħhom, biex jagħmlu minnu Oppożizzjoni li tkun sura. Mhux bil-ġbir tal-fondi. Imma bl-aġir responsabbli, b’politika li mhix marbuta mal-passat, b’politika li ma tkunx waħda partiġjana, b’membri li ma jħossuhomx l-alla Griegi fuq il-partit tagħhom.

Għad-dieħla!

SANTI TA’ 200 SENA F’WIRJA FL-IMQABBA

Diversi kollezzjonijiet ta’ santi tal-qaddisin, inklużi xi wħud li jmorru lura mal-200 sena, jinsabu għall-wiri fis-sede tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V fl-Imqabba sal-lum il-Ħadd.

Fost l-esibiti, li wħud minnhom imorru lura għas-Seklu 19, hemm santi magħrufa bħala inċiżjonijiet, dawk tal-bizzilla, tal-pizzi u taċ-ċikwejra. Ma’ dawn hemm ukoll serje ta’ santi Taljani li jmorru lura għall-ħamsinijiet u kollezzjoni ta’ statwi tal-qaddisin.

Id-dħul għal din il-wirja rari, li ilha miftuħa minn nhar l-Erbgħa, hu bla ħlas u qed tiġi kkordinata minn Leonard Azzopardi u Christopher Ciantar bi tħejjija għall-festa ta’ Santa Marija. Bħall-festi l-oħrajn tradizzjonalli, din se tkun qed tiġi ċċelebrata xahrejn oħra għall-ewwel darba wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-pandemija.

Aktar tagħrif fuq il-paġna soċjali tas-soċjetà (www.facebook.com/santamarija).

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24.

Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek.

Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

18 STUDJU UNIVERSITARJU IMPORTANTI FUQ L-ALS

Il-Motor Neuron Disease jew MND hu l-isem mogħti lil grupp ta’ mard li jaffettwa ċelloli speċjali fil-moħħ u fil-korda spinali, li jikkontrollaw il-muskoli. Il-mewt ta’ dawn iċ-ċelloli speċjali, jew motor newroni, twassal għal dgħufija u ħela tal-muskoli, li tikkawża telf ta’ mobbiltà firriġlejn jew diffikultajiet fin-nifs u t-taħdit.

Amyotrophic Lateral Sclerosis (ALS) u Spinal Muscular Atrophy (SMA) huma ż-żewġ MNDs l-aktar komuni f’età adulta u fit-tfulija, rispettivament. L-SMA u persentaġġ żgħir ta’ każi ALS huma kkawżati minn fatturi ġenetiċi. F’dan ir-rigward, il-bdil fl-istruttura tal-ġeni jew difetti fid-DNA jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra u l-marda jingħad li tintiret. Dan it-tagħrif ksibtu mingħand il-Professur Ruben Cauchi, Kap tal-Laboratorju tal-MND fl-Università ta’ Malta.

Minn CHARLES B. SPITERI

Il-Professur Cauchi spjegali li l-laboratorju qed jistudja ġeni magħrufa u mhux magħrufa, li jikkawżaw jew jimmodifikaw l-MND. Bosta minn dawn il-ġeni jipproduċu proteini li huma espressi f’kull ċellula tal-ġisem, fejn iwettqu rwol kruċjali ta’ housekeeping. F’dan ir-rigward, mistoqsija ewlenija fir-riċerka, hi għaliex it-tfixkil ta’ dawn il-proteini jikkawża deġenerazzjoni selettiva tas-sistema newromuskolari. L-għarfien miksub hu l-ewwel pass kruċjali li jwassal għas-sejba ta’ kuri effettivi.

Il-laboratorju tal-MND jospita l-Biobank Nazzjonali tal-ALS, li hi ġabra unika ta’ kampjuni tad-demm ta’ pazjenti bl-ALS, akkumpanjati minn informazzjoni klinika dettaljata. Din ir-riserva speċjali tippermetti lir-riċerkaturi preżenti u futuri, jiskopru ġeni kawżattivi u ġeni li jimmodifikaw is-severità tal-marda permezz ta’ analiżi tad-DNA tal-pazjenti, li hi l-pjan tal-ħajja. L-identifikazzjoni ta’ dawn il-ġeni tista’ twassal għal mogħdijiet ta’ mard li għalihom jistgħu jiġu żviluppati kuri effettivi.

Ir-riċerka fuq kampjuni u tagħrif miġbur mill-Biobank Nazzjonali tal-ALS ta’ Malta wrew li l-pazjenti tal-ALS Maltin, għandhom għamla ġenetika unika meta mqabblin mal-kontropartijiet Ewropej tagħhom. Barra minn hekk, individwi involuti f’xogħol fiżiku tqil, instab li kellhom riskju akbar li jiżviluppaw l-ALS, għax hemm xhieda ta’ rabta bejn storja ta’ attività fiżika intensa u din il-kundizzjoni newroloġika.

Proġett ta’ riċerka ġenetika Il-laboratorju Malti qed jikkontribwixxi bil-kbir għallProġett MinE, li hu proġett internazzjonali ta’ riċerka ġenetika fuq l-ALS, li għandu l-iskop li jifhem il-bażi ġenetika kkumplikata tal-ALS. Għal riżultati ta’ suċċess, dan il-proġett jeħtieġ għadd enormi ta’ profili tad-DNA. Għalhekk, il-Proġett MinE għandu l-iskop li janalizza d-DNA ta’ mill-inqas 15,000 pazjent tal-ALS u 7,500 controls (individwi li m’għandhomx il-marda tal-ALS) li jaslulhom minn pajjiżi madwar id-dinja, inkluża Malta.

Il-Professur iħeġġeġ u jistieden lil min ibati mill-ALS, biex ikun parti minn din l-inizjattiva globali. Dawk milqutin jistgħu jikkuntattjaw lil-laboratorju, fejn l-informazzjoni mogħtija tinżamm f’kunfidenzjalità assoluta.

Ta’ min isemmi li l-laboratorju jinsab fuq quddiem fir-riċerka mmirata biex tifhem il-mekkaniżmi tal-MND. Ix-xogħol fuq il-kumpless SMN-Gemins ippermetta lir-riċerkaturi jagħmlu sejbiet eċitanti ġodda matul is-snin. Importanti li s-sejbiet jindikaw il-possibbiltà li MNDs differenti jaqsmu mekkaniżmu ta’ mard simili.

Skoperta tal-ġeni

Il-laboratorju tal-Università ta’ Malta imbarka fuq studju kbir fit-tul, li se jiżvela s-sett komplet tal-ġeni li jinfluwenza s-saħħa tas-sistema newromuskolari. Bl-użu tad-dubbiena tal-frott, li l-laboratorju juża bħala organism model, ix-xjentisti se jolqtu aktar minn 15,000 ġene biex jidentifikaw dawk li jimmodifikaw is-sintomi tal-MND. Ġeni misjuba jistgħu jkollhom sehem importanti fil-mekkaniżmi talmard tal-MND.

S’issa, instabu żewġ ġeni ewlenin, li identifikaw il-funzjoni tagħhom. Għalhekk kisbu l-privileġġ li jsemmuhom ‘Valette’ u ‘Gaulos’ – tal-ewwel għas-saħħa fil-muskulatura u tat-tieni għall-forma tal-espressjoni tagħha fl-embrijun li tixbah dik ta’ bastiment. L-istudju tar-riċerkaturi Maltin jista’ jieħu s-snin biex jitlesta iżda hu mistenni li jiżvela ġeni ġodda marbutin mal-MND jew l-ALS. Xi wħud jistgħu jservu bħala miri potenzjali għall-mediċina li twaqqaf jew tnaqqas il-kollass progressiv tassaħħa tal-muskoli f’pazjenti bl-MND.

Ir-riċerka fuq kampjuni u tagħrif miġbur mill-Biobank Nazzjonali tal-ALS ta’ Malta wrew li l-pazjenti tal-ALS Maltin, għandhom għamla ġenetika unika meta mqabblin mal-kontropartijiet Ewropej tagħhom

Konnessjoni ta’ diversi ġeni li jikkawżaw l-ALS

Il-bdil fl-istruttura tal-ġeni bħal C9orf72, SOD1, TDP-43 u FUS huwa responsabbli għal persentaġġ kbir ta’ każi tal-ALS bi storja familjari. Permezz ta’ investigazzjonijiet fuq id-dubbien tal-frott li għandhom difetti f’dawn il-ġeni, u allura għandhom is-sintomi tal-ALS, il-laboratorju Malti kien kapaċi jidentifika ġene li possibbilment tikkawża deterjorament tas-sintomi. Il-ġene, bl-isem Gemin3, tipproduċi enżima li toffri lir-riċerkaturi l-possibbiltà li jirfinaw il-funzjoni tagħha biex ittejjeb is-sintomi tal-ALS.

Is-sejbiet tal-laboratorju mmexxi mill-Prof Cauchi jindikaw koinċidenza fil-mekkaniżmi li jikkawżaw il-marda tal-ALS meta ġene differenti jiġu milquta. Bħalissa, it-tim ta’ riċerkaturi qed jiddetermina jekk l-immirar ta’ atturi multipli fil-mogħdija mikxufa minn Gemin3 jistax itejjeb l-ALS; riżultat li potenzjalment jista’ jwitti t-triq għall-iżvilupp ta’ kuri li huma effettivi għal firxa wiesgħa ta’ pazjenti blALS.

Ir-riċerkaturi

Kif kont l-Università ħadt l-okkażjoni nitkellem mal-erba’ riċerkaturi preżenti u mingħandhom ħadt din l-in-

formazzjoni:

Dr Rebecca Borg: Bħala riċerkaturi jaħdmu man-newroloġi u nies kliniċi. Din il-kollaborazzjoni ssir biex jidentifikaw pazjenti ġodda bl-ALS, li jistgħu jżidu fil-Biobank tagħhom. Ir-riċerkaturi jmorru huma stess fid-djar tal-pazjenti, biex ikunu jistgħu jeżaminaw aktar millviċin, il-ħila fiżika tagħhom u jeħdulhom ukoll kampjun tad-demm. Il-Biobank tagħhom hu kruċjali biex jistabbilixxu l-karatteristiċi tal-pazjenti bl-ALS f’Malta.

S’issa jista’ jingħad li f’pajjiżna qed ikun hawn madwar 11-il pazjent ġdid blALS fis-sena u bħalissa hawn 15-il persuna milqutin blALS. Dan ifisser li l-inċidenza u l-prevalenza tal-ALS fostna, huma simili għal pajjiżi Ewropej oħrajn.

Skont Dr Borg, il-maġġoranza tal-pazjenti bl-ALS f’Malta huma rġiel u minn riċerka li diġà saret instab ukoll li l-maġġoranza tal-pazjenti ħassew l-ewwel sintomi fl-età ta’ madwar 65 sena. Ħafna drabi, dawn is-sintomi jinkludu dgħufija fis-saqajn u fl-idejn. Sfortunatament il-marda ġieli twassal biss sa ħames snin minn meta jinstab l-ewwel sintomu, għalkemm ċerti pazjenti kapaċi jgħixu bil-marda għal tul ta’ żmien.

Interessanti jkun innutat li l-karatterestiċi li r-riċerkaturi sabu fil-pazjenti f’pajjiżna huma simili għal dawk ta’ oħrajn f’pajjiżi viċin tagħna. Dr Borg kompliet tgħidli li l-kampjuni tad-demm li jittieħdu mill-pazjenti, huma sors importanti ħafna għar-riċerkaturi, għax minnhom jiġbru informazzjoni unika. Meta l-kampjuni jaslu fil-laboratorju tagħhom, ikunu pproċessati, biex wara jiġu ffriżati f’temperaturi baxxi ħafna. B’hekk dawn ikunu jistgħu jiġu eżaminati wkoll fil-futur, fejn possibbilment ikun hawn teknoloġija aktar avvanzata minn dik preżenti.

Mill-kampjuni tad-demm, ir-riċerkaturi rnexxielhom jiskopru d-DNA unika ta’ kull pazjent, u r-riżultati li nstabu s’issa kienu ta’ sorpriża għalihom; peress li l-erba’ ġeni li huma magħrufin li jkunu difettużi f’pazjenti bl-ALS ma kinux affettwati fil-pazjenti Maltin. Minflok, sabu difetti f’ġeni li normalment rari jinstabu f’pazjenti oħrajn Ewropej.

Maia Farrugia Wismayer:

Qaltli li r-riċerka li wettqu fl-Università wriet li 4% talkażi tal-ALS lokali għandhom kawża ġenetika. Dan il-persentaġġ hu ferm ikbar hawn Malta milli f’pajjiżi barranin u għalhekk jista’ jkun ikkonfermat li l-ġenetika tagħna l-Maltin hi unika. Madankollu, qaltli li ma jridux jinsew lill-kumplament tal-pazjenti li jbatu blALS, fejn il-kawża tal-marda tagħhom aktarx mhix ġenetika, iżda ambjentali.

Peress li bħala adulti, il-Maltin iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom fil-post tax-xogħol, ir-riċerkaturi ma setgħux ma jistaqsuhomx il-mistoqsija ovvja: “Hi ħaġa possibbli li ċerti xogħlijiet, jistgħu jżidu r-riskju talALS?”

Maia qaltli li biex ikollhom it-tagħrif meħtieġ, ġabru informazzjoni mill-postijiet tax-xogħol tal-pazjenti li jbatu minn din il-marda u apparti minn hekk, ġabru l-istess informazzjoni mingħand nies li m’għandhomx l-ALS. Dawn tal-aħħar jissejħu controls. Iżda biex l-informazzjoni miksuba titqabbel perfettament mal-pazjenti tagħhom, il-controls riedu jkunu tal-istess ġeneru, jgħixu fl-istess lokalità u jkollhom l-istess età.

Mill-istudju li sar inħolqot statistika li turi li n-nies li jagħmlu xogħol manwali intensiv tul ħajjithom, għandhom riskju doppju li jiżviluppaw l-ALS. B’hekk jista’ jingħad li l-attività fiżika intensiva, hi relatata mal-ALS. Din ir-riċerka tikkonferma oħra li saret barra minn xtutna. Permezz tagħha rriżulta li plejers tal-isport professjonali, għandhom riskju ogħla li jiżviluppaw l-ALS. Fil-fatt, fl-Amerka, l-ALS hi magħrufa bħala l-Lou Gehrig Disease, għall-player leġġendarju tal-baseball Lou Gehrig, li sfortunatament miet b’din il-marda kiefra.

Nistgħu ngħidu wkoll li l-attività fiżika intensiva ikkombinata mal-ġenetika, jistgħu jżidu r-riskju li dak li jkun jiżviluppa l-ALS.

Rebecca Cacciattolo:

Semmietli li l-maġġoranza tal-kura li qed tkun żviluppata għall-marda tal-ALS hi mfassla fuq l-erba’ ġeni li normalment insibuhom affettwati f’persuni bl-ALS. Dawn jissejħu C9orf72, SOD1, TDP-43 u FUS. Iżda skont ir-riċerka Maltija jidher li dawn il-ġeni mhumiex affettwati fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti Maltin li jsofru bl-ALS. Għaldaqstant il-kura li qed tinħoloq internazzjonalment, x’aktarx li ma jkollhiex effett fuq il-pazjenti Maltin, għax il-ġeni li kkawżat l-ALS fil-pazjenti Maltin huma differenti minn dawk ta’ pazjenti barranin.

Minħabba f’hekk, fil-laboratorju, qed jistudjaw il-ġeni li huma affettwati fil-pazjenti Maltin bl-ALS. Dawn il-ġeni mhumiex relevanti globalment għax jaffettwaw numru verament żgħir ta’ pazjenti bl-ALS fid-dinja, iżda flimkien ma’ riċerkaturi oħrajn, qed naħdmu biex niżviluppaw kura li tolqot ukoll lil dawn il-ġeni.

Rebecca Cacciattolo kompliet tfehemni li biex ir-riċerka tkun possibbli, huma jagħmlu użu mid-dubbien tal-frott, li ilhom ikunu użati fil-laboratorju tar-riċerka għal iktar minn 100 sena. Fil-fatt, id-dubbiena tal-frott hija l-aktar organiżmu li qatt ġie studjat b’mod intensiv għar-riċerka, u hi wkoll irraġuni għaliex ħafna sejbiet differenti li saru permezz ta’ dan l-organiżmu kienu mmeritati l-Premju Nobel, bis-saħħa tagħha.

Tajjeb jingħad li l-ġenetika tad-dubbiena tal-frott hi simili ħafna ma’ dik tagħna l-umani u għalhekk, dak li jiskopru fid-dubbiena talfrott, jista’ jkun applikat għalina l-bnedmin.

Ir-riċerkatriċi żiedet tgħidli li kulħadd jaf kemm id-dubbien tal-frott huma ħfief biex itiru u ħafna huma dawk li ppruvaw jaqbdu xi waħda u ma rnexxilhomx. Mistoqsija x’jagħmlu b’dawn l-insetti fil-laboratorju tagħhom, hi qaltli li jnaqqsulhom il-funzjoni tal-ġeni u jaraw jekk fihom jirriżultawx is-sintomi tal-ALS jew le. Jekk ikollhom dawn is-sintomi, ma jkunux jistgħu joħorġu mit-test-tubes tagħhom u ħafna drabi ma jkunux jistgħu jtiru.

B’hekk ikunu jistgħu jiskopru għaliex l-istess insett ma jkunx jista’ jtir iktar u jidentifikaw il-mekkaniżmu li qed jikkawża dik id-dgħufija fil-insett.

Temmet tgħidli li jekk imbagħad jirnexxilhom isibu kura għal dawk l-organiżmi li mhumiex kapaċi jtiru, ikunu għamlu pass ieħor ’il quddiem biex isibu kura għall-pazjenti umani li qed isofru millALS.

Dr Paul Herrera: Irrakkuntali li l-iskop tal-proġett tiegħu fi ħdan il-laboratorju tal-Professur Cauchi hu li jifhmu aħjar il-funzjoni talACE2 bħala receptor. Din hi riċerka differenti mid-direzzjoni ġenerali tal-laboratorju imma li hi utli fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. Is-sinifikat ta’ dan ir-receptor, żdied ħafna matul il-pandemija, għax sar magħruf li l-Coronavirus jidħol fiċ-ċelloli tagħna billi jaqbad mar-receptor. Għalhekk kien ta’ importanza kbira għar-riċerkaturi, li jkunu jafu kif jaħdem ir-receptor.

Paul qalli li fl-istudju li jwettqu, jużaw id-dubbiena tal-frott bħala annimal mudell, fejn ivarjaw il-livell tar-receptor permezz tal-ġenetika. B’dan il-mod itejbu l-għarfien tagħhom fuq jekk iċ-ċelloli jistgħux jiffunzjonaw tajjeb xorta waħda b’livelli aktar baxxi tar-receptor.

Ir-riċerka fil-laboratorju tal-MND fl-Università ta’ Malta hi preżentament finanzjata mill-Programmi ta’ Riċerka Eċċellenti tal-Kunsill Malti tax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Università ta’ Malta.

Il-grupp li qed jaħdem fuq il-proġett

SAN PAWL TAT-TARĠA FIN-NAXXAR

Kitba ta’

CLIFFORD GALEA

Nagħmluha ċara mill-bidu; il-kappelli l-isem proprju tagħhom xorta jibqa’ knejjes. L-istoriku Pawlu Catania jgħid, li dan huwa żball li għax knisja żgħira ngħidulha kappella. Jisħaq li l-kappelli huma l-altari fil-ġnub ġol-knisja nnifisha u dawn ikunu ddedikati lil xi qaddis partikolari jew lill-familja mqaddsa; eżempju l-artal tad-Duluri, mela l-Kappella tad-Duluri.

Waħda mill-kappelli sbieħ u magħrufa anke minħabba isimha, hija dik li jgħajtulha bl-isem ta’ “San Pawl tat-Tarġa”. Din il-kappella tilmaħha inti u tiela’ minn Burmarrad jew mis-Salini lejn in-Naxxar mit-telgħa magħrufa bħala “t’Alla u Ommu”.

Oriġini

Ma nafux eżatt meta nbniet l-ewwel kappella f’dan il-lokal, iżda nafu żgur li din li qed nitkellmu dwarha, kienet antika ħafna u nsibuha msemmija saħansitra fir-rapport iddettaljat li għamel id-Delegat Appostoliku Mons. Pietru Dusina fl-1575, waqt żjara pastorali, li kien għamel f’dan ir-raħal tan-Naxxar.

Fir-rapport tiegħu l-Isqof Pietru Dusina kien innota li kienet diġà teżisti waħda ddedikata lill-konverżjoni ta’ San Pawl. Huwa jgħid li kienet fin-nofs tar-raħal, iżda nafu li kienet eżattament f’Ħal Miselmiet, allura fuq San Pawl tat-Tarġa. Forsi kien qed jifhem f’nofs dan ir-raħal ċkejken. Wara kollox minn dejjem kien meqjus raħal għalih, saħansitra llum issib nies li flok jgħidu li huma min-Naxxar direttament, jgħidulek li huma minn San Pawl tat-Tarġa. Madanakollu, San Pawl tatTarġa huwa parti integrali min-Naxxar. F’din l-akkwata, fir-rapport imsemmi ta’ Dusina, jingħad li kien hemm mal-100 ruħ jgħixu hemm.

Fil-visti pastorali tassnin ta’ wara, din il-kappella terġa’ tissemma u nafu li fl-1615, l-Isqof Balthassar Cagliares, kien innota li l-pittura li kien hemm fil-kappella kellha bżonn ir-restawr. Fil-vista pastorali ta’ tliet snin wara huwa jinnota li l-pittura ta’ San Pawl kienet ġiet impittra mill-ġdid.

Bħall-bniedem, anke l-bini għandu stejjer x’jirrakkonta. Hemm miktub li fl-1618 l-Isqof Balthassar Cagliares, kien semma li din il-knisja kellha daħla perikoluża u kienet anke l-mira ta’ xi vandali li kienu dejjem jagħmlulha l-ħsara tant li minħabba f’hekk kienet ġiet ipprofanata. Il-vandaliżmu donnu fenomenu ta’ dejjem mhux tal-lum biss. Anzi, pjuttost li l-knejjes u l-kappelli jgawdu rispett mill-poplu llum il-ġurnata, mhux għax biss huma postijiet reliġjużi, imma anke minħabba l-wirt ta’ valur fi-

Bħall-bniedem, anke l-bini għandu stejjer x’jirrakkonta. Hemm miktub li fl-1618 l-Isqof Balthassar Cagliares, kien semma li din il-knisja kellha daħla perikoluża u kienet anke l-mira ta’ xi vandali li kienu dejjem jagħmlulha l-ħsara tant li minħabba f’hekk kienet ġiet ipprofanata

hom infushom.

Imma ta’ ħasra kbira, din il-kappella sfat anke mwaqqa’. Jintqal li l-pittura, flimkien mal-obbligazzjonijiet tal-kappella, ġew trasferiti għall-altar maġġur tal-knisja parrokkjali. Interessanti hu l-fatt li l-Isqof ordna li kellu jinbena salib fil-post fejn kienet il-kappella, bħalma ġeneralment kien isir biex juri li kien hemm kappella jew knisja. Meta l-istess Isqof żar in-Naxxar fl-1628 huwa nnota li l-kappella kienet imwaqqgħa.

Mill-ġdid, il-kappella terġa’ ssib ruħha kważi fl-istess post ...

Maż-żmien, proprju lejn l-aħħar tas-seklu 17, fi żmien il-Kappillan Dun Ġwann Dumink Mifsud, inbniet kappella oħra mhux tant ’il bogħod mill-antika. Din id-darba ġiet iddedikata lin-Nawfraġju ta’ San Pawl. Din hija l-kappella li hemm illum. Il-bini ta’ din il-kappella x’aktarx li nbeda fl1690.

Nafu li fl-1696 kienu waslu sa fuq il-blata tal-bieb, liema data għadha tidher sal-lum. Il-bini kien lest fl-1699. Dan jikkonfermah l-Isqof Davide Cocco Palmieri fir-rapport dettaljat li għamel, waqt vista pastorali li kien għamel f’dik is-sena. Hu kien irrapporta li din il-knisja kienet għadha kemm inbniet millġdid u li kienet tinsab finnaħa ta’ Miselmiet; li kien bħal irħajjel ieħor fin-Naxxar stess li dak iż-żmien, kien jismu Casal Nasciaro.

Il-Binja

Il-knisja issa kellha artal tal-ġebel u fuqu, bejn żewġ kolonni skolpiti tal-ġebel, kien hemm pittura tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Barra minn dawn, kien hemm żewġ pitturi oħra fuq il-bibien tas-sagristiji, li kienu juru lil San Ġwann Battista u lil San Pietru marbut bil-ktajjen.

L-Isqof Giacomo Cannaves fl-1716 jagħti aktar informazzjoni fuq din il-pittura. Huwa jgħid li kienet tirrapreżenta lil San Pawl iżomm serp f’id waħda u numru ta’ figuri madwaru. Il-pittura kellha wkoll l-armi tal-familja Testaferrata u Bonelli, u x’aktarx kienet mogħtija mis-Sinjura Theresie Testaferrata Bonelli. Jgħid ukoll li t-tabernaklu li kien fuq l-altar tal-knisja kien iddekorat b’pittura tal-Madonna.

Tajjeb li ngħidu li din il-pittura sa ftit żmien ilu kien maħsub li kienet ta’ Francesco Zahra. Illum nistgħu ngħidu li hija ta’ Giuseppi Arena. Iżda nafu wkoll li fis-sena 1747 Francesco Zahra kien għal xi raġuni mess din il-pittura u żied xi figuri fiha. Dan ħareġ mir-restawr li sar dan l-aħħar fuq din il-pittura. Din l-azzjoni ma tantx għadha tinżel tajjeb illum il-ġurnata għaliex l-artist oriġinali għandu jitħalla bl-idea li jkun ħoloq hu stess mingħajr ma żżid ideat ta’ nies oħra.

Fil-bidu kienu jintużaw il-paramenti sagri tal-knisja parrokkjali, iżda maż-żmien il-kappella bdiet tkun armata sew. Dan kien possibli bil-ġenerożità tal-poplu, kif ukoll minn għotjiet partikulari ta’ individwi. Bil-mod il-mod persuni oħra bdew iħallu lill-kappella għotjiet f’forma ta’ għelieqi jew djar, li mid-dħul tagħhom kienet tgawdi l-kappella, jew xi somma flus bħala kapital li tagħhom il-prokuratur tal-kappella kien jiġbor l-interessi. Hekk, pereżempju, diġà fl-1698 Vincenzo Gauci kien ħalla mandretta (“mandretta” hija kelma mnissla mill-kelma “mandria” li hi kamra fejn jitqiegħdu l-bhejjem, jew razzett żgħir. Din il-kelma tintuża fil-kuntratti llum ukoll) viċin il-kappella bl-obbligu li jinxtegħel il-lampier kull nhar ta’ Sibt u jsiru l-Vespri u quddiesa kantata f’jum il-festa.

L-istatwa tal-ġebel ta’ San Pawl li hemm quddiem il-kappella saret fi żmien Dun Ġwann Mifsud, eżattament fl-1770 bi flus il-poplu. Fis-17 ta’ Settembu tal-istess sena Dun Ġwann kien għamel talba biex tingħata indulġenza ta’ 40 jum għal kull min jitlob quddiem l-istatwa ta’ San Pawl. Jingħad ukoll li din l-istatwa saret proprju fejn jgħidu li San Pawl kien jipprietka u jinstema’ minn Għawdex.

Bil-mod il-mod persuni oħra bdew iħallu lill-kappella għotjiet f’forma ta’ għelieqi jew djar, li mid-dħul tagħhom kienet tgawdi l-kappella, jew xi somma flus bħala kapital li tagħhom il-prokuratur tal-kappella kien jiġbor l-interessi

Il-Festi

Bla dubju, il-festa prinċipali kienet dik ta’ San Pawl fl-10 ta’ Frar. Il-kappella kienet tkun armata bid-damask li kien jiġi misluf jew jinkera. Ħafna drabi kienu jbajdu jew inaddfu l-kappella. Minbarra l-għasar kantat u quddiesa bil-paneġierku li kien jagħmlu ħafna drabi l-kappillan tan-Naxxar, f’jum il-festa kienu wkoll jisparaw il-maskli. Fil-kontijiet ta’ din il-kappella wieħed jiltaqa’ ma’ ħlasijiet għal suffarelli, irdieden, u murtali minbarra l-maskli. Kienet issir festa kompluta. Fi snin aktar ’il quddiem, ngħidu aħna fil-bidu tas-seklu 19, bdiet issir ukoll fjakkolata. Il-murtali kienu bdew jinqatgħu.

Minbarra l-festa titulari, fil-kappella kienet issir festa oħra bil-kbir ukoll. Din kienet il-festa tal-Madonna tal-Bon Kunsill li kienet issir fil-Ħadd ta’ wara l-festa tal-Vitorja f’Settembru. Kien isir l-istess bħal fil-festa ta’ San Pawl, bil-paneġierku, it-tiżjin tal-kappella u l-ħruq tan-nar.

Riċenti

Wara l-mewt ta’ Dun Ġwann Debono laħaq prokuratur Dun Ġużepp Sammut. Ftit wara li laħaq dan il-prokuratur għamlu d-dawl elettriku mar-raħal kollu u allura fil-kappella wkoll. Fl-1960 saru l-festi ċentinarji Pawlini ma’ Malta kollha. U ma naqasx li jsir xi ħaġa f’din il-kappella wkoll, li wara kollox hija marbuta mat-tradizzjoni Pawlina. Kienet saret quddiesa Pontifikali mill-Kardinal Perrin fil-pjazza ta’ quddiem il-kappella. Il-kwadru titulari, xogħol mill-isbaħ li llum nattribwixxuh lil Giuseppe Arena, kien ukoll ittieħed għall-wirja Pawlina li kienet saret b’xogħlijiet minn Malta kollha.

Devot kbir tal-kwadru kien il-Professur Guido De Marco li jingħad li darba lmenta li dan kien tneħħa u ttieħed fil-Knisja l-kbira ta’ Marija Bambina. Bis-saħħa t’hekk, dan reġa’ lura f’din il-kappella u minflok, sar ieħor għall-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar.

Mas-snin 60 tas-seklu 20 bdiet era ġdida għall-kappella. Il-Markiż John Scicluna, li issa kien qed jgħix fil-villa tiegħu f’San Pawl tat-Tarġa, kien għamel fondazzjoni perpetwa biex issir il-quddies fil-kappella kull nhar ta’ Ħadd u fil-festi kmandati. Għall-ewwel snin kienu jiġu patrijiet Kapuċċini jqaddsu kull nhar ta’ Ħadd, imbagħad mill-1973 bdew iqaddsu l-Ġiżwiti, kif għadhom sal-lum. Fl-1963 il-Markiż għamel legat ieħor biex tibda ssir quddiesa nhar l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Il-Markiż ma waqafx hawn. Nistgħu ngħidu li issa hu kien il-padrun ta’ din il-kappella u għamel għaliha dak kollu li kien hemm bżonn.

Il-kappella ġiet imbajda minn ġewwa u saru bankijiet ġodda. Wara l-Konċilju Vatikan II, sar altar ġdid talirħam abjad maħdum fuq erba kolonni f’għamla ta’ mejda. Dan kien ġie kkonsagrat mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fl-24 ta’ Novembru 1968. Sar tabernaklu ġdid, eżattament taħt il-pittura tat-titular, li ħa post il-kwadru antik tal-Madonna tal-Bon Kunsill. Dan sab postu fil-ġenb. Minn Ortiset, fl-Italja, ġew l-14-il stazzjon tal-Via Sagra. Inxtraw ukoll sett ġdid ta’ pjaneti stil gotiku, kalċi tal-fidda u pissidi, kif ukoll lampier ta’ metall abjad. Wara l-bieb ewlieni saret antiporta tal-kewba. Saru mbagħad żewġ statwi ġodda ta’ San Ġuda Taddew u ta’ Santa Rita. Dawn kollha kienu donazzjonijiet talMarkiż.

Il-ġmiel ta’ (Kappella) Knisja minn barra u minn ġewwa.

Jekk wieħed iħares lejn din il-kappella jara li din hija merfugħa fuq zuntier imdaqqas li mil-livell tat-triq iwassal sal-knisja wara li wieħed jitla’ żewġ indani taraġ. Il-post kien magħżul għax jiddomina l-arja ta’ madwaru.

Il-faċċata għandha taqsim proporzjonat u eleganti, bi ftit ornament ristrett u meqjus. Żewġ pilastri Doriċi Rumani, jieħdu kważi l-għoli tal-faċċata u jagħtuha definizjoni vertikali. Fuqhom insibu entablatura kompleta, li fuq il-pilastri tesporġi ’l barra magħhom. Irridu ngħidu li dan l-arranġament idur mal-erba’ ħitan tal-knisja. B’hekk tidher aktar imponenti u solida arkitettonikament. Eżatt fin-nofs hemm il-bieb prinċipali ta’ għamla rettangolari mdawwar b’xambrella wiesgħa u sempliċi. Fuq, il-blata titwessa’ ftit aktar biex takkomoda skartoċċ li fuqu għandu l-kitba ‘PER EVANGELIVM EGO VOS GENVI’, li tfisser “Ġibtek fid-dinja biex ixxandar l-Evanġelju”. Fuq l-iskartoċċ hemm arzella żgħira. Jinkuruna dan il-bieb insibu fruntun f’għamla kważi nofs tond. F’nofs il-ħitan tal-ġnub hemm ukoll żewġ bibien b’din l-għamla imma iżgħar. Fuq dak tax-xellug hemm imnaqqax l-annu 1696.

Illum f’din il-Kappella ssir il-quddies regolarment, iżda bil-bini tas-Santwarju tal-Ħniena Divina ftit ’il bogħod minnha, ħafna mill-attivitajiet li kienu jsiru fiha waqfu. Iżda, sal-lum hija popolari ħafna wkoll mal-għarajjes li jiżżewġu fiha.

MARTIN PORTELLI

MALTI JGĦIX L-AMERKA B’PASSJONI

KBIRA GĦALL-IKEL MALTI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf b’Malti li ilu jgħix l-Amerka b’passjoni kbira għall-ikel Malti. Proprjament sirt naf bih waqt li kont qed inqalleb fl-internet, u laqtuni xi ritratti li tella’ online. Malajr għamilt kuntatt miegħu, filwaqt li malli bdejna nitkellmu staqsieni niġux minn xulxin, minħabba li għandna l-istess kunjom, imma sa fejn naf jiena le. Qed nirreferi għal Martin Portelli.

Għandu 58 sena, u jgħix fi Franklin County, Virginia, fl-Amerka. Huwa miżżewweġ lil Lottie u għandhom żewġt itfal - Christopher u Jodie. Martin huwa wkoll nannu ta’ tnejn. Jaħdem għal rasu u għandu żewġ kumpaniji tal-ġojjellerija. Iħobb ħafna t-tisjir, il-mużika, jdoqq id-drums, handpans u l-kitarra elettronika, il-camping u jispara bil-pistoli u bil-crossbows.

Martin telaq minn Malta fis-sena 1998, fejn mar jgħix l-Amerka sabiex jiżżewweġ u jibda ħajja ġdida hemmhekk. Ftit wara, preċiżament kif rifes l-ajruplan beda jimmissja ħafna lil Malta u l-ikel Malti. “Fil-fatt, kont ser niżżewweġ l-għada li wasalt l-Amerka. Tista’ timmaġina kemm kont kuntent, eċitat u anzjuż fl-istess ħin. Ma kinitx ser tkun xi vaganza, iżda bidu ta’ triq ġdida f’pajjiż totalment ġdid. Ħallejt kollox warajja – familja, ħbieb, xogħol tajjeb u fuq kollox l-ikel bnin t’ommi,” beda jgħidli fl-introduzzjoni tiegħu.

Jiġi iben il-mibkija attriċi veterana Maltija – Ġemma Portelli

Fil-fatt, ta’ min isemmi li Martin jiġi iben il-mibkija attriċi veterana Maltija – Ġemma Portelli. Litteralment spjegali li kien mama’s boy. Żvela miegħi li ommu kienet persuna multitasking. “Dejjem kien ikollha x’tagħmel u fejn tmur. Drammi, televixin, radju, private shows u parties. Kollox ma’ kollox xorta kienet issib ħin għal tisjir bnin għall-familja kollha, u ġieli wkoll għall-membri u l-kast ta’ xi produzzjonijiet li tkun qed taħdem. Jien u ommi kellna relazzjoni tajba ħafna. Nammetti ma kinitx ħadet wisq gost meta jien u ibni ta’ sitt snin dak iż-żmien tlaqna lejn l-Amerka. Iżda kienet kuntenta għalija li sa fl-aħħar sibt is-soulmate ta’ ħajti. Għadni sal-lum inżomm kuntatt ma’ sħabi u mal-familjari permezz ta’ Facebook.”

Bis-saħħa ta’ martu, peress li taħdem fil-militar, Martin żar u għex f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, fosthom il-Ġappun, il-Ġermanja, u Hawaii. Fil-fatt, kien iħobb jesperimenta b’diversi ikel tradizzjonali ta’ kull pajjiż li għex fih. Iżda kif qalli hu stess, l-ikel Malti ma jirbaħlu ħadd. “L-aktar platt Malti li ħabbatni xi ftit biex nagħmlu huwa l-fenek. Mhux għax ma nafx nagħmlu, iżda għax hawn fejn noqgħod huwa diffiċli li ssib fniek għall-bejgħ. L-unika darba li rnexxieli nsajjar fenek kemm ili li tlaqt minn Malta kien meta kont il-Ġermanja. Ħaġa tal-iskantament, li aktar ma tkun ’il bogħod minn art twelidek, aktar tibda timmissja l-post u l-ikel tiegħu,” stqarr miegħi Martin.

Ta’ min jgħid li l-familja ta’ Martin kollha kemm huma dilettanti tat-tisjir, ommu, missieru, oħtu u Martin stess. “Ommi kienet tħobb issajjar l-ikliet, waqt li missieri kien ikollu f’idejh it-tisjir tad-deżerti u l-ħelu. Jien personali mhux dilettant tad-deżerti, imma naf nagħmel tiramisu, kannoli u mqaret tajba mill-bidu salaħħar,” żvela miegħi.

Mistoqsi meta l-aħħar li żar lil Malta, Martin infurmani li kien fis-sena 2018, fejn ġedded il-memorji u kiel il-pastizzi, il-ħobż biż-żejt, u l-ħobż talMalti, li kollha ġabulu nostalġija ħelwa. Meta ġie biex jitlaq lura, għamel wegħda miegħu nnifsu li jipprova jagħmilhom it-tnejn. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Minn dejjem kont inħobb il-ħobż tal-Malti. Waqt li kont Marsaskala Malta ma’ marti morna f’ħanut fejn preżentalna xi ħobż biż-żejt. Minn dakinhar ’l hemm iddeċidejt li nibda nagħmel il-ħobż jiena stess. Ħaġa talgħaġeb qatt ma bsart kemm hu faċli li tagħmel ħobż u ftajjar. Ladarba ġewni tajbin, ma ħsibthiex darbtejn u kilthom flimkien ma’ ftit kunserva, żebbuġ u ġbejniet. Naf nagħmel il-ġbejniet ukoll. Maż-żmien ridt li nibda nagħmel il-pas-

L-aktar platt Malti li ħabbatni xi ftit biex nagħmlu huwa l-fenek. Mhux għax ma nafx nagħmlu, iżda għax hawn fejn noqgħod huwa diffiċli li ssib fniek għall-bejgħ

tizzi u l-qassatat, u hekk bdejt nagħmel. Il-qassatat huma eħfef biex tagħmilhom,” ikkonferma miegħi Martin.

B’daħqa fuq fommu, Martin qalli li l-uniku dispjaċir li għandu huwa li ma jistax jagħmel il-Kinnie. “Il-Kinnie hija x-xarba preferuta tiegħi. Hawn l-Amerka ssib kull soft drink. Naf li l-Kanada jbigħu Kinnie, iżda naf żgur li jekk nordna kaxxa ta’ sitta jaf tiġini tiswa aktar minn flixkun xampanja minħabba l-ispejjeż tax-shipping. Naf li aktarx xi kumpanija Maltija ser tiftaħ fi New York fejn se jkunu qed ibigħu prodotti Maltin. Ninsab anzjuż ħafna biex nara x’ser joffru.”

Il-prattika u l-paċenzja huma importanti wisq

Martin stqarr miegħi li l-uniku ikel Malti li ħabbtu ftit mhux ħażin biex jagħmlu kienu l-pastizzi. Proprjament aktar it-teknika fixklitu ftit u mhux ir-riċetta, iżda kollox ma’ kollox il-prattika tilgħab parti kbira. Il-paċenzja tilgħab parti tajba mat-teknika wkoll.

Normalment Martin iħobb iqatta’ tul ta’ ħin filgħaxija fuq il-kompjuter jara xi videos talikel. “Narani nirrilassa ħafna. Kemm-il darba nispiċċa nirrepeti l-istess video sakemm nara li nkun ħadt it-teknika. Tant video narah aħjar minn riċetta timxi fuqha, li ħafna Maltin li jgħixu fl-Amerka talbuni ntella’ video tiegħi stess qed nagħmel il-pastizzi, u li filfatt qed nikkunsidra nagħmel.

Mistoqsi jekk hemmx aċċess għal xiri ta’ pastizzi l-Amerka fejn jgħix hu, Martin qalli li sfortunatament m’hemmx. Iżda konxju mill-fatt li hemm pastizzi għall-bejgħ ġewwa New Yort, Michigan u Arizona.

Minbarra l-pastizzi, Martin infurmani wkoll li ġieli għamel il-qagħaq tal-għasel, l-imqaret u l-kannoli. S’issa għadni qatt ma għamilt il-prinjolata u l-figolli.

Finalment, Martin temm din l-intervista billi kkonfermali kemm jimmissja l-ikel Malti. Li jaf żgur hu li aħna l-Maltin meta nkunu nixtiequ l-pastizzi probabilment kemm naqsmu faċċata u nixtru, il-ħobż Malti litteralment iġibuhulna wara l-bieb, filwaqt li min iħobb il-Kinnie faċilment jista’ jżomm xi wieħed jew tnejn fil-fridge.

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Niftakru 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta

TLIETA

21-06 06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Liquorish 12:50 Mill-Chcina ta’ Dari 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Popcorn 16:00 Primetime Preview 16:25 Better Living

12:30 ONE News 12:35 Liquorish 12:50 Mill-Chcina ta’ Dari 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 What’s Cooking 16:00 Primetime Preview 16:25 Ondroad 17:00 Mill-Chcina ta’ Dari 17:30 Dak li Jgħodd 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Primetime 20:35 Liquorish 22:45 Music Legends 23:30 ONE News

TNEJN 20-06

18:30 Pjazza 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Primetime 20:30 Reboot 21:10 Flip the Venue 22:15 Il-Willy 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Popcorn 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso

ĦAMIS 06:30 ONE News 23-06 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Liquorish 12:50 Mill-Chcina ta’ Dari 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 Żona Sport 16:05 Primetime Preview 16:20 Pink Panther 17:00 Eko Djar 18:00 What’s Cooking

12:30 ONE News 12:35 Liquorish 12:50 Mill-Chcina ta’ Dari 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Telebejgħ 16:05 Primetime Preview 16:26 Popcorn 17:00 Żona Sport 17:30 Mhux kemm taf

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Żona Sport 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Liquorish 12:50 Mill-Chcina ta’ Dari 15:30 ONE News 15:35 Telebejgħ 15:55 Mill-Chcina ta’ Dari 16:00 Primetime Preview 16:20 What’s Cooking 16:50 Music Legends 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Primetime 20:30 The Local Traveller 21:05 Cash Ride 22:00 Ħabrikt 22:30 Flip the venue 23:30 ONE News

ERBGĦA 22-06

18:30 Pjazza 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Primetime 20:40 Ibgħathieli bil-posta 21:40 Eko Djar 22:50 Reboot 23:30 ONE News

18:15 Pjazza 19:18 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Primetime 20:30 Brillanti 22:30 Popcorn 23:00 Żona Sport 23:30 ONE News

ĠIMGĦA 24-06

25-06 SIBT 06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd 11:35 What’s Cooking 12:00 Popcorn 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 13:10 Indhouse 14:15 Mhux Kemm Taf 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Omnibus 16:00 Ħabrikt 16:25 Flimkien ma’ Nancy

06:30 ONE News 06:45 Niftakru 07:15 Żona Sport 07:40 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:40 Paperscan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Flip the Venue 12:30 ONE News 12:35 Maratona Hospice 15:30 ONE News 15:35 Maratona Hospice 17:30 Eko Djar 18:30 Mill-festa - Siġġiewi 17:25 Sabiħa l-Ħajja 18:00 Pink Panther 18:45 Ondroad 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Flip the Venue 22:15 Brillanti 23:30 ONE News

19:25 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Willy 21:00 Mill-festa - Siġġiewi 23:30 ONE News

24 reċensjoni tal-ktieb

KAŻ MIFTUĦ

Min ma jħobbx jilgħabha tal-investigatur? Misteru – xi serqa, xi attentat fuq xi ħadd – u erħilna nippruvaw insibu l-indizji kollha biex nifhmu min hu l-ħati!

Logħba li nħobbuha aħna l-adulti, kif ukoll it-tfal. U proprju għat-tfal issa hemm ktieb mimli każijiet u indizji biex ikunu huma li jsolvu l-każijiet! Każ Miftuħ: Segwi L-Indizji! huwa ktieb-logħba b’9 każijiet, u mas-70 indizju li jgħinu lill-qarrejja jsolvu l-każijiet kollha. L-għors ta’ dan ilktieb hu li tqalleb l-istejjer li fih, u tħaddem rasek biex tħoll it-taħbila wara kull każ.

Pereżempju: serqa abbord il-vapur tat-turisti Oasis. Min hu l-ħalliel? Jew inkella, sabotaġġ waqt in-numru tal-akrobata Talirina f’ċirku famuż. Min qed jipprova jħarbat iċ-ċirku? U wkoll, nirien fl-imħażen ta’ kumpanija. Min qabbdu n-nar, u għaliex?

Dawn, u ħafna oħrajn, huma l-każijiet li inti l-qarrej imsejjaħ issolvi. Kull każ fih numru ta’ indizji biex jgħinuk: daqqa xi affarijiet li l-ħati ħalla warajh fuq ix-xena tar-reat, u daqqa xi logħba bil-kliem jew xi ħjiel ta’ għodda jew ħwejjeġ li jistgħu jgħinuk jiskopri min hu l-ħati.

L-idea ta’ dan il-ktieb-logħba ġiet proprju għax-xhur twal tal-vaganzi tas-sajf, fejn it-tfal iridu ħafna biex jedhew u jżommuhom okkupati. U x’hemm aħjar minn ktieb-logħba, li jgħinhom iqattgħu sigħat sħaħ iħabblu moħħhom biex isolvu l-misteri, filwaqt li jkunu qed iħaddmu l-immaġinazzjoni tagħhom kif ukoll jipprattikaw il-ħila tal-qari bil-Malti.

Każ Miftuħ: Segwi L-Indizji! kien oriġinarjament ippubblikat Spanja, u issa jinsab ukoll Malta, maqlub għall-Malti minn Noel Tanti u ppubblikat mill-Merlin Publishers.

Dan is-sajf, tibda l-investigazzjoni!

Każ Miftuħ: Segwi L-indizji! jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew anki online mis-sit merlinpublishers.com b’pustaġġ lokali b’xejn.

Mistoqsija: X’kienet l-idea wara dan il-ktieb logħba?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb KAŻ MIFTUĦ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IĊ-ĊAVETTA TAD-DEHEB huwa:

D.BONNICI - SAN PAWL IL-BAĦAR

01

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Kemm-il triq residenzjali ġdida nbniet mill-bidu tas-sena?

Isem: Numru tat-telefown: Tweġiba:

‘THE .22-CALIBER KILLER’

Joseph Christopher kien magħruf ukoll bħala ‘The Midtown Slasher’

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Joseph Christopher kien qattiel tal-massa Amerikan li qatel għadd ta’ rġiel, tifel u darab diversi persuni oħrajn. L-attakki wettaqhom fis-snin 80 fejn l-ewwel beda joqtol b’tiri tannar u wara b’daqqiet b’arma bil-ponta. Fil-fatt, għall-bidu, Christopher ingħata l-laqam ta’ ‘The .22-Caliber Killer’ u mbagħad ingħata l-laqam ta’ ‘The Midtown Slasher’ meta bidel il-metodu tal-qtil.

Min kien Joseph Christopher

Joseph Gerard Christopher twieled fis-26 ta’ Lulju tal-1955 f’Buffalo, fi New York fl-Istati Uniti. Hu kien l-uniku tifel minn erba’ aħwa. Ommu kienet taħdem bħala infermiera filwaqt li missieru kien ħaddiem tal-manutenzjoni fid-dipartiment tas-sanità ta’ New York. Missieru kien ukoll kaċċatur u hu għallem lil ibnu kif juża l-armi tan-nar u kif jispara.

Christopher beda jistudja biex isir mekkanik fil-Burgard Vocational High School iżda wara ftit irriżenja mill-kors. Hu kien deskritt bħala student kwiet u intelliġenti li kien imur tajjeb fil-prattika iżda l-qari kien idejqu. Wara li waqaf mill-iskola, Christopher beda jaħdem diversi xogħlijiet sakemm sab xogħol stabbli bħala ħaddiem tal-manutenzjoni fil-Canisius College. Hu reġa’ mar jgħix mal-ġenituri tiegħu wara li tkeċċa mix-xogħol f’Marzu tal-1979.

Sena wara, Christopher, li kien skiżofreniku, prova jidħol għall-kura fiċ-Ċentru Psikjatriku ta’ Buffalo iżda l-ħaddiema qalulu li hu ma kienx ta’ periklu għalih u għan-nies ta’ madwaru. Minflok, huma ssuġġerewlu biex jibda jmur għat-terapija. It-terapija ma jidhirx li għamlitlu ħafna ġid għax ħmistax wara li bdieha, hu qabad joqtol.

Il-bidu tad-delitti

Christopher beda joqtol fit-22 ta’ Settembru tal-1980 billi qatel tifel u tliet irġiel ta’ karnaġġjon skur f’temp ta’ 36 siegħa. Hu qatilhom b’tiri ta’ arma tan-nar b’kalibru .22 li ħbieha f’borża tal-karti biex ma tagħtix fil-għajn. Il-vittmi kienu Glenn Dunn, li kellu biss 14-il sena, Harold Green ta’ 32 sena u Emmanuel Thomas ta’ 30 sena. Jumejn wara, Christopher qatel lil Joseph McCoy f’Niagara Falls. Minħab ba l-kalibru tal-arma tan-nar, Christopher ingħata l-laqam ta’ ‘The .22-Caliber Killer’ mill-gazzetti. Bejn it-8 u d-9 ta’ Ottubru, Christopher qatel żewġ persuni oħrajn, din id-darba b’daqqiet b’oġġett tqil. Parler Edwards, li kellu 71 sena, u Ernest Jones, li kellu 40 sena, instabu mejtin fil-bagoll tat-taxi tagħhom. Fl10 ta’ Ottubru, Christopher daħal fi sptar f’Buffalo u prova jifga lil Collin Cole. Hu salva għax Christopher ħarab minn fuq il-post hekk kif ra infermiera ġejja. Cole qal li l-aggressur qallu li “ma jaħmilx lis-suwed.”

L-attakki waqfu għal ftit hekk kif Christopher inkiteb fl-armata f’Novembru u tpoġġa f’Fort Benning. Xahar wara, hu ntbagħat id-dar għall-vaganzi tal-Milied u reġa’ kompla bil-qtil u bl-attakki. Fit-22 ta’ Diċembru, Christopher qatel erba’ persuni u attakka tnejn oħra. Din id-darba, minflok uża arma tan-nar, Christopher uża arma bil-ponta u taqta’. Dan wassal għat-tieni laqam tiegħu mill-gazzetti, dak ta’ ‘The Midtown Slasher.’ Il-vittmi kienu Luis Rodriguez ta’ 19-il sena, Antone David ta’ 30 sena, Richard Renner ta’ 20 sena u Carl Ramsey. Fl-istess ġurnata li qatel dawn l-erba’ persuni, Christopher attakka lil John Adams ta’ 25 sena u lil Ivan Frazier ta’ 32 sena. Dawn it-tnejn irnexxielhom isalvaw.

Fid-29 ta’ Diċembru, Christopher qatel raġel ieħor ta’ karnaġġjon skur, Roger Adams ta’ 31 sena u l-għada qatel lil Wendell Barnes, li kellu 26 sena. Lejlet l-ewwel tas-sena, hu attakka tliet persuni oħrajn iżda dawn salvaw. Fit-18 ta’ Jannar, Christopher irritorna f’Fort Benning fejn kien stazzjonat u attakka suldat ta’ karnaġġjon skur. Dan is-suldat irnexxielu jsalva u qafel lil Christopher f’kamra. Waqt sessjoni ma’ psikjatra, Christopher qal li hu kellu bżonn “joqtol lis-suwed”. Din l-istqarrija wasslet għal tfittxija fiddar tiegħu, fejn l-uffiċjali tal-pulizija sabu evidenza li rabtitu ma’ tliet omiċidji.

F’April tal-1981, Christopher ġie arrestat u mixli bi tliet omiċidji. Hu ċaħad dan waqt il-ġuri li seħħ fit-8 ta’ Mejju u d-difiża qalet li hu ma setax jgħaddi ġuri minħabba s-saħħa mentali tiegħu. L-imħallef ma ħalliex lid-difiża tippreżenta evidenza psikjatrika biex issaħħaħ l-argument tagħha u ta sentenza ta’ 60 sena ħabs lil Christopher. Din l-azzjoni wasslet biex is-sentenza ma tgħoddx u b’hekk kellu jsir ġuri ieħor jekk dejjem l-akkużat jinstab li hu stabbli mentalment. Wara erba’ snin sar magħruf li Christopher kien tajjeb biex jgħaddi ġuri u din id-darba, hu reġa’ nstab ħati u weħel sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Waqt li kien f’Attica Correctional Facility, Christopher stqarr li hu wettaq 13-il omiċidju. Christopher miet filħabs fl-1 ta’ Marzu tal-1993 fl-età ta’ 37 sena b’kanċer tas-sider li hu rari ħafna fl-irġiel.

L-attakki waqfu għal ftit hekk kif Christopher inkiteb fl-armata f’Novembru u tpoġġa f’Fort Benning. Xahar wara, hu ntbagħat id-dar għall-vaganzi tal-Milied u reġa’ kompla bil-qtil u bl-attakki

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Isem: Indirizz: Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA,

KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

J.MIFSUD - BIRKIRKARA

Bi 3 NUMRI 046 069 159 179 181 186 217 222 276 308 327 382 425 522 523 532 540 557 650 670 680 709 744 749 882 921 1298 1610 1664 1724 1820 2770 2825 2833 3429 3452 3765 3923 4017 4953 5045 5736 5964 6768 6797 7152 7276 7744 7855 8217 8403 8406 8557 8572 9618 12755 15612 20128 23820 26171 36780 41303 60669 65082 67051 68838 77111 78495 79603 84234 B’6 NUMRI 222814 294717 867834 904237

B’7 NUMRI 4954295 6652545 8679028 8784695

TISLIBA 439

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl: ... Għal kull... hawn mannara(5) 4. Il-plural ta’ ġilda (4) 7,16. Għaddielu ż-żmien (5) 9,11. Dixxiplinata (5) 10. Meħlus (6) 12. Ix-Xgħajra fejn hemm l-impjant tat-tisfija taddrenaġġ (6) 16. Ara 7 18,17. Difen (5) 19. Karta tal-logħob (3) 20. Qalleb il-ħamrija (5) 21. Welldet żgur (3) 23. Ara 5 24. Isem (5)

WEQFIN:

1. Staġun (6) 2. Frott (3) 3,15. Qattiela? (9) 5,23. Assistent? (7) 6,14. Mhumiex demokratiċi (9) 8. Mill-Kalkara (9) 11. Ara 9 12,13. Ordni biex titlaq? (5) 13. Ara 12 wieqfa 14. Ara 6 15. Ara 3 17. Ara 18 21. Kunjom (3) 22. Irġiel Ingliżi (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

IN-NIES JAFU …

Editorjal

Il-Prim Ministru Robert Abela hu l-amministratur u l-persuna ideali biex imexxi l-pajjiż u jkompli jirriformah. Dan kien ipprovat kemm matul il-pandemija tal-aħħar sentejn u fl-aħħar jiem mill-FATF. “In-nies jafu!”

Li l-Prim Ministru Robert Abela hu l-amministratur ideali għal pajjiżna ġie pprovat fit-test tal-pandemija tal-COVID-19. Ir-riżultati minn dak l-aktar eżami iebes fl-aħħar 80 sena, jafhom kulħadd, mhux l-inqas id-differenza bejn is-sitwazzjoni lokali u dik f’diversi pajjiżi li jinsabu għarkupptejhom.

Li Robert Abela huwa wkoll il-persuna ideali għar-riformi meħtieġa għat-tisħiħ tal-pajjiż għadha kemm ikkonfermatu lbiraħtlula l-Financial Action Task Force (FATF). Bid-deċiżjoni tagħha li tneħħina minn fuq “il-lista l-ġriża”, l-FATF iċċertifikat ir-rieda u d-determinazzjoni fit-tmexxija nazzjonali favur l-iżvilupp san tal-pajjiż u ta’ ġensu.

Ta’ min ifakkar li tali deċiżjoni minn din l-għassiesa globali hi mnebbħa biss mill-konvinzjoni pprovata tagħha li l-Gvern Malti ħa l-miżuri kollha meħtieġa fil-pjan t’azzjoni maqbul sena ilu għat-tisħiħ tal-ġlieda lokali kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.

It-tibdil ġudizzjarju u amministrattiv ma waqafx minuta mindu Abela ħa t-tmexxija tal-Partit Laburista u l-Gvern f’idejh f’Jannar tal-2020. U anke jekk dawn ma kinux żminijiet faċli għall-ebda ġurisdizzjoni fid-dinja, ir-riżultati kienu iżjed minn sodisfaċenti.

F’xi waqtiet kienu u huma saħansitra straordinarji, bħal pereżempju f’kisbiet bħall-akbar tkabbir ekonomiku rreġistrat fl-Unjoni Ewropea jew fl-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna, fost oħrajn.

U sadanittant il-Prim Ministru ma jiqafx itambar fuq ilħtieġa għal iżjed riformi u tisħiħ, li finalment jissarrfu f’iżjed ġid u għajxien aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Irrepeta dan fl-indirizz tiegħu wara l-aħbar tal-FATF nhar il-Ġimgħa.

“Konvint li dan pajjiż li għandu futur sabiħ, illum aktar minn qatt qabel. Dan pajjiż fejn tista’ taħdem, fejn tista’ tinvesti u fejn se tibqa’ ssib ħafna appoġġ biex tkun tista’ taħdem u tinvesti … Għax żammejna l-fiduċja, bqajna nikbru u qed nirkupraw b’saħħa mill-effetti tal-pandemija … Issa l-pajjiż xorta jrid iħares ’il quddiem. Hemm fejn bdejna naslu u allura rridu nsostnu dak li ksibna, iżda hemm oqsma fejn irridu naħdmu iżjed biex naslu u se nkunu qed naħdmu iżjed biex naslu f’dawn l-oqsma. B’hekk fl-aħħar mill-aħħar ikollna pajjiż aħjar. Dak il-pajjiż li tassew jixraq lil uliedna u lilna,” qal Dr Abela wara li tħabbret id-deċiżjoni tal-FATF.

Id-determinazzjoni tal-Prim Ministru kienet ukoll riflessa fi kliemu meta fl-aħħar jiem tressqu fil-Parlament l-emendi tal-IVF, li kif imwiegħed qabel l-elezzjoni ressaqhom fl-ewwel mitt jum ta’ din il-leġiżlatura l-ġdida.

Min-naħa l-oħra, l-antiteżi għal din l-enerġija kollha favur iżjed ħidma ta’ ġid u progress tinstab fl-Oppożizzjoni Nazzjonalista, immexxija minn Bernard Grech. Wara l-akbar disfatta elettorali tas-26 ta’ Marzu li għadda, setgħet biss titqanżaħ biex tikkonferma lill-Kap innifsu, avolja kien qed itellaq waħdu u dik li kellha tkun elezzjoni sempliċi fost il-kunsillieri tal-PN ġiet estiża fuq ġimgħa u bil-proxy voting.

Ilbieraħ ukoll il-PN ikkonferma l-apatija li tirrenja anke fil-Grupp Parlamentari tiegħu, tant li ħadd minn ħdanu ma offra li jkun ta’ spalla bħala Viċi Kap. Minflok se jitqanna b’Alex Perici Calascione, li sena ilu wkoll warrbu minn President tal-Eżekuttiv għal tiġdid intern.

Illum li għandna Partit fl-Oppożizzjoni maqsum kif qatt ma kien qabel u li lanqas hu ppreparat biex jiddiskuti żviluppi ta’ importanza nazzjonali bħalma huma l-emendi fil-Liġi tal-IVF, ħadd ma jgħaddilu minn moħħu li jista’ qatt jafdah ikun fuq in-naħa tal-Gvern.

Biex nużaw kliem Adrian Delia, “in-nies jafu” lil min jistgħu jafdaw u min jista’ jagħmlilhom il-ġid. Waqt li pubblikament reġa’ fakkar minn xiex għaddewh fil-PN stess u kif l-aħħar riżultat elettorali jivvendikah għall-ġlieda li kellu jgħaddi minnha sentejn ilu kontra l-agħar elementi li rrovinaw lill-istess Partit, il-predeċessur ta’ Grech ried biss ifisser li l-poplu mhux ċuċ, kif kienu u għadhom jaħsbu dawk tal-establishment Nazzjonalista.

Għalhekk ukoll li Robert Abela u l-Partit Laburista llum għandhom l-akbar appoġġ fl-istorja tal-pajjiż li jsostnihom.

This article is from: