Nru 13,846
Il-Ġimgħa, 12 ta‘ Settembru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
Avviż Legali għandu jkun annullat Edukazzjoni
Id-Direttur ta’ Fantasy Tours mistenni jitressaq il-Qorti akkużat bi frodi MA JINSTABX ĦATI TA’ QTIL PREMEDITAT. L-atleta Oscar Pistorius inħeles mill-akkuża tal-qtil premeditat tat-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp. Pistorius kien għaddej ġuri akkużat li qatel lil Steenkamp f’Jum San Valentinu tas-sena li għaddiet. Fil-verdett tagħha mogħti lbieraħ, l-Imħallef Thokozile Masipa qalet li m’hemmx provi biżżejjed biex jeħel għomru l-ħabs. L-atleta mill-Afrika t’Isfel xorta waħda jista’ jeħel sa massimu ta’ 15-il sena ħabs jekk l-Imħallef illum issibu ħati li bi traskuraġni, ikkawża l-mewt ta’ Steenkamp. Ara storja f’paġna 31.
Il-Pulizija rnexxielha tikseb provi biżżejjed biex tkun f’pożizzjoni li tressaq quddiem il-Qorti lil Karl Azzopardi, idDirettur ta’ dik li kienet ilkumpanija tal-ivvjaġġar Fantasy Tours, u takkużah bi frodi. Skont sorsi li ta’ min jorbot fuqhom, Azzopardi mistenni jitressaq b’ċitazzjoni quddiem il-Maġistrat Anthony Vella, li għad irid jiffissa data għal meta jibda jinstema’ l-każ. Kollox jindika li Azzopardi se jitressaq aktar tard dan ix-xahar. Azzopardi mistenni jiġi mixli bi frodi, miżapproprjazzjoni, li
qarraq bil-klijenti tiegħu u li ħa vantaġġ minnhom meta suppost kellu jipprovdilhom servizz li għalih ħallsu l-flus. Sena ilu, eżattament fis-6 ta’ Settembru tal-2013, u matul ilġimgħat ta’ wara, aktar minn 250 individwu, permezz talAvukati Franco Debono u Marion Camilleri, kienu ressqu ittra uffiċjali fil-Prim’Awla talQorti Ċivili kontra s-sidien talkumpanija Fantasy Tours, primarjament kontra Karl Azzopardi. Dawn kienu wħud mill-persuni li fis-sajf ta’ sena ilu tilfu flushom wara li vaganza bbukkjata ma’ din il-
kumpanija ma saritx. L-ittra kienet ġiet ippreżentata fil-Qorti kontra Fantasy Tours, Golden Travel Club Malta u s-sid Karl Azzopardi. Inklużi fl-ittra kien hemm martu, Audrey Azzopardi u ommu Emma Azzopardi li kienu shareholders. Dawn mistennija jixhdu f’dawn il-proċeduri. Kienet ippreżentata ittra oħra mill-Bank of Valletta kontra Golden Travel Club Ltd, biex fi żmien jumejn tħallas lura self ta’ 114,695 ewro li l-kumpanija ħadet mill-bank. Fin-nuqqas ta’ dan, il-BOV kien hedded li jip-
proċedi kontra tagħhom legalment. Diversi rapporti mingħand nies li ngidmu mill-kumpanija Fantasy Tours kienu saru f’diversi għases tal-Pulizija u anke fil-Kwartieri Ġenerali. Il-każ tal-kumpanija Fantasy Tours faqqa’ meta mijiet ta’ persuni li kellhom is-safar ibbukkjat ma’ din il-kumpanija rċivew SMS li infurmahom li s-safar kien tħassar. Minn dakinhar stess, luffiċċji tal-kumpanija Fantasy Tours kienu ngħalqu mingħajr spjegazzjoni. għal paġna 5
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, Joe Cassar, f’konferenza tal-aħbarijiet, qal li l-Gvern għandu jannulla l-Avviż Legali 76 li permezz tiegħu se jkollu aċċess għal informazzjoni sensittiva tal-istudenti. Għallkonferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti wkoll id-deputati tal-Partit Nazzjonalista Claudette Buttigieg u Paula Mifsud Bonnici. Ara paġna 3
Impenn kontra t-terrur L-Istati Uniti
L-Amerikani fi New York, Washington u Pennsylvania fakkru t-tlettax-il anniversarju tal-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru tal-2001. Dan waqt li l-President Amerikan, Barack Obama, hedded azzjoni militari kontra l-militanti tal-grupp Stat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja Ara paġna 12
www.maltarightnow.com
3
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Il-Gvern għandu jannulla l-Avviż Legali 76
– il-PN
“Il-Gvern kellu jirrevoka dan l-Avviż Legali, iżda s’issa mhux talli ma sar xejn, talli diġà beda jitlob informazzjoni sensittiva” Jerome Caruana Cilia
Bosta ġenituri jinsabu mħassbin bl-attitudni tal-Gvern li diġà beda jiġbor informazzjoni sensittiva dwar l-istudenti. B’referenza għal dan, f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Joe Cassar qal li l-Gvern għandu jannulla lAvviż Legali 76 (LN76), li permezz tiegħu se jkollu aċċess għal informazzjoni sensittiva tal-istudenti. Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici u Claudette Buttigieg. Paula Mifsud Bonnici qalet li minkejja li bħalissa għaddej ilproċess ta’ konsultazzjoni dwar l-LN76, il-Gvern diġà beda jiġbor informazzjoni sensittiva dwar l-istudenti. Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni talab lillKapijiet tal-Iskejjel biex jagħtu informazzjoni dwar l-istudenti li jbatu minn kundizzjoni medika u x’inhi din il-kundizzjoni. Il-Kelliema għad-Drittijiet tal-
Il-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista Joe Cassar, Claudette Buttigieg u Paula Mifsud Bonnici waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ
Konsumatur qalet li lOppożizzjoni kkritikat l-LN76 għaliex imur kontra d-drittijiet tal-privatezza tal-istudenti. IlPartit Laburista fil-Gvern kellu jirrevoka dan l-Avviż Legali, iżda s’issa mhux talli ma sar xejn, talli diġà beda jitlob informazzjoni sensittiva mingħajr ilpermess tal-ġenituri tal-istudenti.
Min-naħa tiegħu, Joe Cassar spjega l-proposti talOppożizzjoni f’dan il-qasam. Semma li llum stess, il-Partit Nazzjonalista bagħat ittra lillKummissarju għallInformazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, Saviour Cachia, li fiha spjega n-nuqqasijiet li għad għandu l-LN76. Fost oħrajn, li
meta tkun se tinġabar data għall-interess nazzjonali, hu l-Kummissarju għallInformazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data li jiddeċiedi jagħtix dan il-permess. Cassar qal ukoll li fl-Avviż Legali 76 m’hemmx definizzjoni ċara ta’ min hu student. “Meta l-isem tal-istudent jin-
pożizzjoni tiegħu quddiem ilproposti tal-Gvern li l-elezzjonijiet li jmiss tal-kunsilli lokali jistgħu ma jsirux jew ikunu posposti. Josè Herrera qal li hu sensittiv għall-Kunsilli Lokali u lkwistjonijiet marbutin magħhom u żied l-akkuża li lGvern irid inaqqas id-demokrazija m’hix waħda reali għaliex mhux l-iskop tal-Gvern li jnaqqas id-drittijiet tal-elettorat
li ma jivvotax għar-rappreżentanti tiegħu. Hu tkellem dwar aktar poteri għall-kunsilli lokali u qal li l-idea wara l-proposti li se jressaq il-Gvern huma aktar mibnija fuq aspetti lo;isti/i u għandhom l-idea li titnaqqas ilpolarizzazzjoni fil-pajjiż. Filwaqt li esprima opinjoni kontra li l-elezzjonijiet tal-kunsilli jsiru kull sena, Josè Herrera qal li t-terminu tal-kunsilli lokali mhux marbut bil-Kostituzzjoni
propju minħabba li l-le;iżlatur ried li l-gvernijiet ikollhom lgħażla dwar dan l-aspett. Mistoqsi dwar ir-ra;uni finanzjarja li qed iressaq ilGvern marbuta mal-kunsilli lokali, is-Segretarju Parlamentari Herrera esprima opinjoni li l-aktar ra;uni li hu jaqbel magħha dwar terminu itwal għall-kunsilli lokali hi marbuta mal-importanza tattnaqqis tal-polarizzazzjoni.
Jekk tixxekkel id-demokrazija nirriżenja Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera sostna li hu konvint li l-Gvern ma għandu l-ebda ħsieb li jxekkel id-demokrazija bil-proposti wara t-terminu talkunsilli lokali, iżda jekk dan isir hu jirriżenja għaliex iddemokrazija hi l-akbar valur għalih. Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera għamel din id-dikjarazzjoni meta lbieraħ ikkummenta ma’ In-Nazzjon dwar il-
bidel biex suppost tkun protetta l-identità tat-tfal, dan għandu jsir mill-iskola stess u mhux mid-Dipartiment talEdukazzjoni,” qal il-kelliem talEdukazzjoni. Claudette Buttigieg qalet li lOppożizzjoni kellha raġun meta opponiet bil-qawwa kontra lLN76. Il-Gvern ipprova jdaħħal dan l-Avviz Legali bil-moħbi tal-poplu Malti u Għawdxi u dan mhux aċċettabbli. Sostniet li bħala ġenitur tinsab imħassba bl-attitudni tal-Gvern f’dan irrigward. Il-Kelliema tal-PN ghad-drittijiet tal-konsumatur, Paula Mifsud Bonnici, qalet li lOppożizzjoni kkritikat l-Avviz Legali 76 għaliex imur kontra d-drittijiet tal-privatezza talistudenti. Il-Partit Laburista fil-gvern kellu jirrevoka dan l-Avviż Legali, iżda s’issa mhux talli ma sar xejn, talli diġà beda jitlob informazzjoni sensittiva mingħajr il-permess tal-ġenituri ta’ dawn l-istudenti.
- Josè Herrera
Dwar il-pożizzjoni tiegħu quddiem il-proposti tal-Gvern, Josè Herrera qal li hu jieħu l-pożizzjoni tal-Gvern għaliex din mhix kwistjoni fundamentali. Josè Herrera qal li hu konvint li l-Gvern ma għandu l-ebda intenzjoni li jxekkel id-demokrazija u li jekk isir dan hu jirriżenja għaliex l-entitajiet u l-istituzzjonijiet demokratiċi fil-pajjiż huma prijorità u huma l-bażi tad-demokrazija.
www.maltarightnow.com
4
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
Ma tintlaqax it-talba biex terġa’ tiġi arrestata Imma l-Qorti ċċanfar lil Lisa May Camilleri Il-Qorti ma laqgħetx talba talKummissarju tal-Pulizija biex Lisa May Camilleri, ta’ 48 sena minn Buġibba, terġa’ tiġi arrestata minħabba li allegatament kisret il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja, meta f’ħanut tax-xorb f’Putirjal bdiet tistaqsi għall-eks raġel tagħha. F’digriet mogħti lbieraħ, ilQorti qalet li Camilleri għandha tħossha fortunata li ma laħqitx qabżet il-limiti skont il-Liġi, bilMaġistrat Ian Farrugia jċanfarha għall-mod kif qed taġixxi. Hu wissieha “din id-darba, f’termini ta’ logħba futbol, il-ballun ħabatlek mal-lasta, u jekk terġa’ tagħmel xi ħaġa nitfgħek il-ħabs”.
Camilleri qed tiġi mixlija li sfurzat lil bintha biex tistqarr li kien sar reat, meta fil-fatt dan ma kienx minnu, biex jittieħdu passi kontra Emanuel Camilleri, missier it-tifla. Il-missier kien ġie kkundannat il-ħabs u dam hemm għal kważi 400 jum. Lisa May tressqet il-Qorti wara li bintha qalet li kienet xebgħet tigdeb fuq missierha wara ordni minn ommha. Waqt li għaddejjin dawn ilproċeduri, hi ġiet mixlija li kisret il-kundizzjonijiet meta marret tkellem lil żewġ xufiera li kienu fit-Terminus ta’ Putirjal u marret tistaqsihom għall-eks raġel tagħha. Ix-xufiera sqarrew
dan fil-Qorti. Fid-digriet, ilQorti qalet li, meta rat ir-rikors tal-pulizija tista’ tgħid mingħajr tlaqliq li l-verżjoni mressqa mill-Prosekuzzjoni hi l-aktar verżjoni tenibbli. M’hemm xejn x’jista’ jwassalha wkoll li tiddubita minn dak li ż-żewġ xufiera qalu fil-Qorti. Il-Qorti qalet li m’hemmx kontestazzjoni li l-imputata u ommha dakinhar kienu f’gabbana f’Putirjal. F’dan il-ħin omm Lisa May, Mary Carabott, bdiet tgħaddi l-kummenti u tgħid li dan ma kienx minnu, bil-Maġistrat spiċċa jkeċċiha mill-awla. Il-Maġistrat Farrugia qal li
nhar it-Tlieta li għadda, l-Qorti ma ġiet impressjonata xejn bilbews tal-kurċifiss u s-santa ta’ iben l-akkużata minn Lisa May u ommha. Hu sostna li jinsab konvint li l-akkużata u ommha kienu filgabbana f’Putirjal u kien hemm kuntatt verbali maż-żewġ xufiera. Il-Maġistrat qal li dDifiża m’għandhiex raġun tgħid li dan ir-rikors sar b’xi forma ta’ vendetta minn xi ħadd. IlProsekuzzjoni għamlet id-dover tagħha u għamlet sew li ġibdet lattenzjoni tal-Qorti. Kienet tkun qed tonqos li kieku dawn il-fatti ma tressqux quddiem il-Qorti, sostna l-Maġistrat. Barra minn
QORTI
hekk, iċ-ċaħda min-naħa talakkużata u ommha ma kkonvinċiet xejn. Minkejja dan kollu, il-Qorti kienet tal-fehma li, filwaqt li dak li għamlet u qalet l-akkużata ma jawgura tajjeb xejn, ilfatt li staqsiet jekk Emanuel Camilleri jaħdimx hemm kif ukoll il-kliem li qalet, filkuntest legali ma kinitx qed tkellem jew tavviċina lil Emanuel Camilleri. Finalment, fid-digriet il-Qorti reġgħet wissiet lill-akkużata bil-konsegwenzi serji f’każ ta’ ksur ta’ waħda jew aktar millkundizzjonijiet tal-ħelsien millarrest.
Kien isawwatha u ħadilha l-flus kollha tal-klijenti Ikompli l-każ tar-Rumen mixli bi traffikar ta’ nisa minn pajjiżu għall-prostituzzjoni
Mariaca Daresco, tfajla Rumena, li allegatament hija vittma ta’ prostituzzjoni, ilbieraħ qalet fil-Qorti li ġiet sfurzata minn Alexandru Onofrei, Rumen ta’ 26 sena, biex tibda tipprostitwixxi ruħha. It-tfajla xehdet li l-ħajja feliċi ta’ mħabba li kellha miegħu spiċċat f’ħolma kerha wara li dan inbidel mill-lum għal għada. U kompliet li jekk ma tagħmilx dak li kien jgħidilha, kien isawwatha. Ir-Rumena kienet qed tixhed fil-kawża kontra Alexandru Onofrei, li qed jiġi mixli bi traffikar ta’ persuni u li għex millprostituzzjoni fil-konfront ta’ żewġ tfajliet Rumeni. Daresco xehdet li Onofrei hu bniedem perikoluż, li lilha kien ħadilha l-flus kollha tat-tliet klijenti li kienet marret magħhom,
Il-Qorti tiċħad it-talba għal-libertà proviżorja tal-akkużat u tordna li jiġu ffriżati l-assi tiegħu. Tordna wkoll li l-allegati vittmi jingħataw protezzjoni
kuntrarju għall-allegata vittma Rumena l-oħra, li kienet tieħu sittin fil-mija tal-flus li taqla’ u lbqija tagħtihom lill-akkużat. Qalet ukoll li anke llum qed tibża’ li xi darba jsibha u jagħmlilha xi ħaġa. It-tfajla sostniet li ma tantx kienet titkellem mal-allegata vittma l-oħra, Pilaf Anisoara, li tTlieta li għadda qalet fil-Qorti li kienet tipprostitwixxi lilha nnifisha f’appartament f’San Ġwann.
Daresco qalet li t-tliet klijenti, żewġ Taljani u Tork, kellha x’taqsam magħhom sesswalment f’lukandi ewlenin u mhux f’appartament. Qalet ukoll li tal-ikel, il-kumpanija u s-sess, li kien idum nofs siegħa, kienet teħdilhom 300 ewro. Il-Qorti ċaħdet it-talba tadDifiża għal-libertà proviżorja talakkużat, filwaqt li ordnat li jiġu ffriżati l-assi tiegħu u li ż-żewġ allegati vittmi, u bint waħda minnhom, flimkien mal-familji
rispettivi tagħhom, jingħataw ilprotezzjoni. Alexandru Onofrei qed iwieġeb mhux ħati li ttraffika lil Pilaf Anisoara u Mariaca
Daresco u li sfurzahom jipprostitwixxu lilhom nfushom kontra l-volontà tagħhom. Qed jiġi mixli wkoll li għex minn fuq ilprostituzzjoni u li mexxa burdell.
www.maltarightnow.com
5
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
255 klijent kienu ħadu passi fil-Qorti kontra l-kumpanija minn paġna 1
Kien hemm minn ħallas għallvjaġġ f’ġurnata partikulari filgħodu, u ftit sigħat wara rċieva messaġġ li qallu li s-safra kienet tħassret. Il-konsumaturi kienu qegħdin jesiġu li għandhom jieħdu l-flus lura, u bil-kumpaniji talassigurazzjoni li ma jagħtux kumpens f’każi bħal dawn, ħafna qegħdin jibżgħu li se jibqgħu b’xiber imnieħer. Fl-4 ta’ Frar 2013, ilPrim’Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Joseph Zammit McKeon kienet laqgħet talba tal-kumpanija Golden
Travel Club biex l-aġenzija talivvjaġġar Fantasy Tours tiġi dikjarata xolta u falluta. Dan wara rikors li kien sar minn Karl Azzopardi u martu Audrey Azzopardi bħala azzjonisti talistess kumpanija. Mill-provi kien irriżulta li lkumpanija Golden Travel Club Limited kienet reġistrata firreġistru tal-kumpaniji fit-30 ta’ Jannar 2004 u li kellha direttur wieħed, Karl Azzopardi, li b’kollox kellu 17,888 sehem. Kien fit8 ta’ Awwissu tal-2012 meta f’laqgħa ġenerali straordinarja tal-kumpanija, il-koppja
Karigi ġodda joħolqu diżgwid fid-Dipartiment tal-Kura Primarja
L-uffiċċji tal-kumpanija Fantasy Tours
Azzopardi għaddiet riżoluzzjoni li permezz tagħha qalet li lkumpanija se tkun xolta u għalhekk il-każ kien se jispiċċa lQorti. Dakinhar kien ġie deċiż ukoll li l-proċedura biex il-kumpanija tiġi xolta tittieħed mill-aktar fis possibbli u li l-Qorti kienet se
tintalab biex tappunta amministratur proviżorju għax ma tistax tħallas id-djun li għandha. Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kienet qalet li t-talbiet talkumpanija jirriżultaw ippruvati u għalhekk ordnat ix-xoljiment talkumpanija Golden Travel b’effett mit-8 ta’ Awwissu 2013 waqt
li ħatret lill-Avukat Richard Galea Debono biex wara li jikseb dikjarazzjoni dwar il-qagħda talkumpanija, jagħmel rapport lillQorti skont il-liġi, jagħmel verifika tal-assi u d-djun talkumpanija, u jieħu taħt il-kustodja jew il-kontroll tiegħu l-assi kollha tagħha.
Persuni ingaġġati f’karigi maħluqa apposta, mingħajr l-ebda sejħa
Karigi ġodda li l-Gvern qed joħloq fis-settur tas-saħħa qed iqanqlu diżgwid fost l-impjegati, patrikolarment fid-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja. Dan id-Dipartiment jitmexxa minn Kap Eżekuttiv, u għandu wkoll Nursing Manager u tliet district nursing managers oħra. Dawn huma responsabbli mittmexxija taċ-Ċentri tas-Saħħa fil-pajjiż, izda ma’ dawn, ftit ġimgħat ilu l-Gvern għażel persuna oħra biex titpoġġa f’kariga ġdida li nħolqot apposta, dik ta’ Director for Nursing and Midwifery Services, fi kliem ieħor biex tkun inkarigata misservizzi tal-infermieri u lqwiebel. Jirriżulta li l-persuna li nħatret, intgħażlet mill-Gvern mingħajr l-ebda sejħa. Minbarra f’din il-kariga ġdida, qalulna sorsi fid-Dipartiment, flaħħar ta’ Awwissu nħatar ukoll Operations Manager li ġie inkarigat mill-impjegati kollha taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid. F’dan il-każ, spjegaw is-sorsi ta’ In-Nazzjon, il-persuna li tpoġġiet f’din il-kariga wkoll intgħażlet mingħajr l-ebda sejħa, u agħar minn hekk, jidher li ġiet ingaġġata minn barra ċ-Ċivil. Din ingħatat kuntratt ta’ sente-
jn u hija responsabbli mill-impjegati kollha taċ-Ċentru ta’ Raħal Ġdid. Skont sorsi li tkellmu ma’ dan il-ġurnal, din il-kariga ġabet tensjoni, stress u nuqqas ta’ motivazzjoni fost l-impjegati ta’ dan iċ-Ċentru tas-Saħħa partikolari, li qed iħossu li hemm xi ħadd li qed jgħasses fuqhom kontinwament. Atmosfera negattiva qed tirrenja wkoll fost il-health assistants u nursing aides li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa l-oħra. Dawn kienu mwiegħda li l-allowance magħrufa bħala ta’ Kategorija A, li jieħdu t-tobba u l-infermieri, se tibda tingħata lilhom ukoll iżda issa t-tweġibiet li qed jingħataw mis-Segretarju Parlamentari Chris Fearne huma li m’hemmx flus biżżejjed jiex huma jingħataw dawn il-benefiċċji. Ħaddiema li tkellmu magħna qalu li ma jistgħux jifhmu kif instabu flus biex ikunu impjegati nies ġodda f’karigi li jidher li nħolqu apposta, imma għalihom m’hemmx flus. Jirriżulta li l-persuni ġodda li ġew impjegati fit-tmexxija tadDipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja tpoġġew fi Skala 4 u 5 taċ-Ċivil, li jfisser li jitħallsu pagi tajbin ħafna.
Aktar investituri jfittxu lill-kumpanija Maltese Cross
Xahar ilu l-MFSA ssospendiet l-operazzjonijiet tal-kumpanija finanzjarja
Il-koppja Anton u Joanna Calleja ppreżentat protest filPrim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpanija Maltese Cross Financial Services, li toffri servizzi finanzjarji. Il-koppja Calleja qed titlob li titħallas lura l-flus li kienet investiet. Il-protest tressaq wara li lkoppja kienet infurmata li xxahar li għadda l-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), issospendiet l-operazzjonijiet tal-kumpanija finanzjarja b’effett immedjat.
Kien fil-11 ta’ Awwissu li għadda li l-MFSA ordnat issospensjoni ta’ din il-kumpanija, u dan kien ifisser li għalissa din ma tistax tkompli blobbligazzjonijiet tagħha fuq talbiet li jsiru minn investituri għal raġunijiet li huma relatati ma’ ċirkostanzi finanzjarji. Konsegwenza għal dan, kienet meħtieġa skema ta’ kumpens għall-investituri biex tipprovdi għal ħlas ta’ kumpens, wara t-talbiet li saru, u dan minħabba li l-kumpanija
Maltese Cross issa ma tistax tħallas lura flus lill-investituri b’konnessjoni ma’ negozju liċenzjat. Wara d-deċiżjoni tal-MFSA, numru ta’ investituri ressqu lilmenti tagħhom fuq ilkumpanija. Il-koppja Calleja qalet li kitbet lid-Direttur talkumpanija ftit wara li l-MFSA ħarġet l-ordni, biex tiġi kkumpensata tal-fondi mitlufin. L-ittra uffiċjali kienet iffirmata mill-Avukat Richard Sladden.
www.maltarightnow.com
6
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Il-ġimgħa d-dieħla jsiru l-festi organizzati mill-PN f’għeluq il-50 sena ta’ Malta Indipendenti
Il-PN se jfakkar il-50 anniversarju tal-Indipendenza waqt li jfassal politika għall-futur ta’ pajjiżna Alessia Psaila Zammit
Waqt li se jkun qed jiċċelebra l-50 anniversarju mill-kisba talIndipendenza, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza diskussjonijiet politiċi u attivitajiet fuq il-Fosos talFurjana. In-Nazzjon tkellmet mal-Aġent Direttur Informazzjoni tal-PN Matthew Bonett, li spjega li din is-sena ddiskussjonijiet se jirriflettu lkuntest storiku li qed infakkru. Bonett spjega li fl-ewwel ġurnata, jiġifieri it-Tlieta 16 ta’ Settembru 2014, se jkun hemm diskussjoni li fiha se jieħdu sehem membri parlamentari li servew f’isem il-Partit Nazzjonalista bil-għan li nfakkru u niċċelebraw flimkien il-50 sena tal-Indipendenza ta’ pajjiżna. L-għada l-Erbgħa 17 ta’ Settembru se ssir intervista malKap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil. Matthew Bonett qal li “din l-intervista tqajjem
Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal Malta se tkompli tiġi diskussa fil-Konvenzjoni Ġenerali li se ssir f'Ottubru
Matthew Bonett – Aġent Direttur Informazzjoni tal-PN
interess fost il-pubbliku li jattendi biex jisma’ xi jkollu xi jgħid Simon Busuttil. Din is-sena lġurnalist se jkun James Debono mill-Maltatoday.” Il-Ħamis 18 ta’ Settembru, fis6.30pm, se ssir ukoll diskussjoni tat-tfal ma’ Simon Busuttil, bil-
Kap tal-PN ukoll jagħmel mistoqsijiet lit-tfal biex jara kif jaħsbuha fuq temi partikolari. Iktar tard se ssir diskussjoni fuq it-triq ‘il quddiem fis-snin li ġejjin li fiha se jieħdu sehem kandidati ġodda tal-PN li se jkunu approvati fil-jiem li ġejjin. Dawn il-kandidati ġodda se jkollhom l-ewwel okkażjoni tagħhom biex “jitkellmu dwar ilviżjoni tagħhom għall-futur talPN u tal-pajjiż,” sostna Matthew Bonett. L-Aġent Direttur Informazzjoni tal-PN kompla jgħid li l-attivitajiet ta’ din issena qed isiru f’kuntest partikolari. “L-ewwel nett irridu naraw
flimkien x’għamilna matul laħħar 50 sena pero’ ma rridux niefqu hemmhekk. Partit politiku jibqa’ rilevanti jekk iħares lejn ilfutur, u jekk jibni policies biex jattwahom kemm fil-futur riċenti u anke għall-futur iktar fit-tul. Għalhekk il-PN se jkun qed jieħu l-opportunità biex fiddiskussjoni fuq il-Fosos talFurjana u anke wara, fosthom permezz tal-Konvenzjoni :enerali li se ssir f’Ottubru li ġej, iħares lejn il-futur. B’hekk jibda jibni l-viżjoni tiegħu ta’ fejn irid iwassal lillpajjiż. Fl-aħħar snin il-PN dejjem kien rilevanti għall-poplu Malti u Għawdxi. Issa għandu l-
okkażjoni tal-50 sena talIndipendenza biex jara fiex qiegħed u jibda jibni l-viżjoni tiegħu għall-futur kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-politika għall-futur fit-tul imma anke f’dak li għandu x’jaqsam malpolicies fir-rwol immedjat tiegħu bħala l-partit fl-Oppożizzjoni.” Matthew Bonett qal li l-festi tal-Indipendenza se joffru attivitajiet lill-familja kollha. Hu ħeġġeġ lill-pubbliku biex jattendi għall-attivitajiet fuq il-Fosos u jsegwi wkoll l-attivitajiet politiċi. Bonett qal li din is-sena lattivitajiet qed isiru b’sinjifikat speċjaliċ. “Jiena 50 sena ilu ma kontx preżenti fil-Furjana meta ksibna l-Indipendenza pero‘ ninsab ħerqan li din is-sena nkun parti minn atmosfera u minn grupp ta’ persuni li se jiċċelebraw dan l-anniversajru. Hu sinjifikanti li fil-50 sena millIndipendenza, tiċċelebra dak li tkun akkwistajt,” sostna Matthew Bonett.
www.maltarightnow.com
7
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
KUNSILLI LOKALI
Kumment
Skiet li jtarrax bl-istorbju Il-proposta tal-Gvern Laburista li jitħassru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali sas-sena 2019 qanqlet bosta reazzjonijiet. Il-Partit Nazzjonalista tkellem, lAlternattiva Demokratika tkellmet ukoll, bosta għaqdiet studenteski tkellmu, għaqdiet mhux governattivi wkoll esprimew ilħsibijiet tagħhom. Spikka, iżda, silenzju li jtarrax mill-kwartieri Laburisti. Mawra malajr salpaġna ta’ Facebook tas-Sezzjoni
Kunsillieri Laburisti turi li din ilpaġna ilha mejta minn Lulju b’ebda kumment dwar din ilproposta fl-ebda stadju. Lanqas imqarr stqarrija ma nħarġet min dan l-organu tal-Partit Laburista li suppost ipoġġi fiċ-ċentru talħidma tiegħu lill-Kunsilli Lokali. Naturalment, skiet assolut ukoll mill-Forum Żgħażagħ Laburisti dwar din il-proposta. Min-naħa l-oħra fuq ir-radju Laburista, jkollok lil xi
Dan l-aħħar, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla mmexxi minn maġġoranza Laburista poġġa fuq ilpaġna ta’ Facebook ritratt ta’ taraġ li sar fi Ġnien Santa Margerita, ġnien li hu mdawwar b’bini storiku li jmur lura għal żmien il-Kavallieri. Taraġ li fih jispikka l-madum li jiksih, li fih kull lewn immaġinabbli.
Iżda jekk il-Kunsill ħaseb li rritratt kien se jaqla’ l-prosit, jidher li kien sejjer żbaljat ferm. Ilkummenti tar-residenti kienu ferm kritiċi. Ċertu Jason Briffa sejjaħlu “qawsalla mużikali” u qal li kien ikun aħjar kieku tħalla bla kulur, waqt li ċertu Patrick Bonello saħansitra uża l-kliem ‘a real eyesore’ dwar dan it-taraġ.
Il-paġna tal-FB tas-Sezzjoni Kunsillieri Laburisti, li ilha mejta minn Lulju
Desmond Zammit Marmara, Kunsillier Laburista f’Ħal Balzan, li flimkien mal-mistieden tiegħu Aaron Farrugia
joqgħod jipprova jiddefendi lproposta. Wieħed jistaqsi...dan is-skiet taqtgħu b’sikkina, għajr għal xi kumment ’l hemm u ’l
hawn mibni fuq retorika minflok raġuni, għaliex? Huwa każ ta’ diżinteress, jew każ ta’ x’jimpurtani?
Sandy Cioffi, Vanessa Bartolo, Joe Busuttil u Richard Bartolo, min-naħa tagħhom, tkellmu dwar kemm it-taraġ jistona mal-ambjent tal-madwar. Ċertu Emmanuel Agius sarkastikament staqsa jekk xi ħadd kienx rema lmadum barra, qabel użah ilKunsill Lokali Bormliż filproġett tiegħu.
Mostattiva għal nhar il-Ħadd li ġej
‘Story Telling’ f’Tas-Sliema
Taraġ qawsalla ma jinżel tajjeb xejn mal-Bormliżi
Il-Kunsill Lokali tal-Mosta mmexxi mis-Sindku Nazzjonalista Shirley Farrugia nhar il-Ħadd li ġej se jtella’ attività b’xi ħaġa għal kulħadd. Bl-isem ta’ “Mostattiva”, l-attività se tinkludi logħob, divertiment u attivitajiet għall-familja kollha. L-attività se tkun qed issir fil-pjazza tar-Rotunda u fit-toroq tal-madwar bejn id-9am u s-1pm. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit tal-Kunsill www.mostalocalcouncil.com
Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema se jkun qiegħed jorganizza klassijiet ta’ story telling bil-Malti u bl-Ingliż għal tfal ta’ bejn ħames snin u sebgħa. Il-klassijiet se jsiru fil-Librerija Pubblika, li tinsab fi Triq Blanche Huber, kull nhar ta’ Sibt u jibdew mit-18 ta’ Ottubru. Il-ġenituri jistgħu jagħżlu bejn klassi bejn id-9am u l-10am u klassi bejn il-11am u 12pm. Il-ġenituri huma mħeġġa jagħmlu kuntatt mal-Kunsill fuq sliema.lc@gov.mt
Intemm b’suċċess il-kors tal-crafts u divertiment fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi organizzat mill-Kunsill Lokali mmexxi minn maġġoranza tal-PN. Fl-aħħar sessjoni ġew ippreżentati ċertifikati u rigali ta’ tifkira lit-tfal kollha li pparteċipaw, mis-Sindku Karol Aquilina u mill-għalliema Elaine Zarb Giorgio.
www.maltarightnow.com
8
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
Allat foloz
Argument kontra r-reliġjon li spiss isir mill-atei huwa dak taddnubiet u l-iżbalji (kultant koroh u skandalużi immens) magħmula min-nies li jħaddnu xi reliġjon partikolari. Tolqotni kwotazzjoni tax-xjenzjat Amerikan, Victor Stenger, li miet ġimagħtejn ilu: “Science flies you to the moon. Religion flies you into buildings.” “Ix-xjenza ttajrek salqamar; ir-reliġjon ittajrek għal ġol-bini”, b’riferiment għallqerda tal-World Trade Centre mill-fundamentalisti Iżlamiċi, bħal-beraħ tlettax-il sena ilu. Għalkemm nistqarr li din ta’ Stenger hija battuta tajba, bħala bniedem ta’ fidi ovvjament ma nistaqx naqbel magħha. Dak li ddinja rat fil-11 ta’ Settembru 2001 ma kienx l-opra tar-reliġjon iżda ta’ nies mogħmija minn mibegħda tilgħabha ta’ reliġjon. Anki llum il-ġurnata, il-ħniżrijiet li qed iwettqu l-ġiħadisti talIslamic State fl-Iraq u s-Sirja (nitlob maħfra lill-ħnieżer talli qabbilthom ma’ dawn il-mostri) mhumiex frott ir-reliġjon, iżda frott mentalità faxxista mlibbsa
OPINJONI
libsa reliġjuża. Jista’ jkun li xi ġellieda talIslamic State jemmnu li veru qed jagħtu ġieħ lil Allaħ bl-atroċitajiet tagħhom. Iżda rridu nammettu wkoll li sa mill-qedem, il-mexxejja tal-gwerer fehmu li jekk ilibbsu l-kawża tagħhom (kienet x’kienet: għat-territorju jew għall-poter) b’kappa reliġjuża, ilħeġġa tal-ġellieda tkun ikbar. U b’hekk ir-reliġjon spiss ġiet strumentalizzata għal skopijiet oħra, profani u moqżieża. Bħalma qal il-filosfu Nisrani Blaise Pascal, “Il-bniedem qatt ma jwettaq ilħażen tant sewwa u tant bil-qalb daqs meta jkun imqanqal millkonvinzjoni reliġjuża.” Iżda dawk li jħaddnu reliġjon ġenwina jafu li din toħroġ dak li hu l-aqwa fil-bniedem, mhux dak li hu l-agħar. Ir-reliġjon terfagħni fuq livell ogħla; biex ngħid hekk qisha tagħti “upgrade” lill-umanità tiegħi. Il-fatt li jiena nemmen f’Alla, u l-fatt li l-fidi tiegħi ngħixha bi prattika reliġjuża ġenwina, għalija huwa “qabża filkwalità”. Bilfors neħtieġ irreliġjon biex ngħix tajjeb? Le:
Dun Brendan M. Gatt brendissimo@gmail.com
naf diversi nies mhux reliġjużi, jew saħansitra atei, li jgħixu sewwa u li jħobbu tassew lilloħrajn. Iżda nemmen li l-fidi tgħinni nkun aħjar minn dak li stajt inkun waħdi, għax toffrili riferiment għal Xi Ħadd ferm aqwa u ikbar minni li jsaħħaħni, jiggwidani u li xi darba se jitlobni kont tal-imġiba tiegħi. U għax jien nemmen fl-Alla li wriena Ġesù Kristu, nemmen ukoll li kull bniedem jistħoqqlu mħabba u rispett proprju għax hu maħluq xbieha t’Alla u huwa maħbub minnu.
Żgur li ma jemminx hekk ilfamuż guru tal-atei moderni, ilProfessur Richard Dawkins. Ilmibegħda tiegħu lejn dak kollu li huwa reliġjuż ilu juriha f’kitbiet u diskorsi li iktar ma jgħaddi żżmien iktar qed iħammru wiċċ dawk li sa ftit ilu kienu jħarsu lejh donnu xi Messija. Ftit ġimgħat ilu dan l-istess Dawkins qabeż kull linja ta’ diċenza u ta’ sens komun (hu li għamel mir-“raġuni” ilkredu tiegħu). F’risposta fuq Twitter lil waħda mara li ppreżentatlu d-dilemma tagħha f’każ li tinduna li se jkollha tarbija bid-Down Syndrome, Dawkins wieġeb: “Abortiha u erġa’ pprova: ikun immorali li ġġibha fiddinja jekk għandek l-għażla.” Jiġifieri skont hu, ġenituri f’dawn iċ-ċirkustanzi mhux talli għandhom dritt itemmu l-ħajja tat-tarbija, talli għandhom dmir jagħmlu dan. Anzi, jagħmlu ħażin jekk ma jabortux lil dik it-tarbija. Ovvjament qam għagħa sħiħ fuq l-internet quddiem din iddikjarazzjoni. Diversi ġenituri, ħbieb u persuni b’Down Syndrome tkellmu fil-pubbliku u
sostnew li ħajjithom hija sabiħa u mimlija daqs ta’ ħaddieħor. Tipikament tiegħu, flok talab maħfra talli żbalja, Dawkins għamel psewdo-apoloġija talli fehmuh ħażin. L-ironija hi li meta ċerti atei jitkellmu dwar it-twemmin tagħhom (li għal ħafna fosthom huwa reliġjon ukoll, avolja bla alla), isostnu li meta jiċħdu lil Alla jkunu qegħdin jerfgħu lill-bniedem fejn jistħoqqlu. Proprju għalhekk isejħu lilhom infushom “Umanisti”: għax qed iroddu l-primat lill-uman billi ma jħalluhx sottomess għal xi poter li jxekklu fl-għażliet u l-potenzjal tiegħu. Iżda mid-dehra, almenu għal xi wħud fosthom, mhux kull uman jistħoqqlu jgħix u jilħaq dan l-istess potenzjal! Quddiem l-alla falz tal-fundamentalisti iżlamiċi u l-alla falz ta’ Dawkins (li kumbinazzjoni jaqblu bejniethom għax jiddeċiedu min għandu dritt jgħix jew le), jien nippreferi lil Alla ta’ Ġesù Kristu li jgħallimni li kull ħajja hija prezzjuża u għażiża, u għandha potenzjal kbir daqs l-eternità.
www.maltarightnow.com
9
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
qed jiżdied il-qgħad li qed jaħbuh b’eluf ta’ impjiegi żejda mal-Gvern; u qed jiżdied il-faqar. Allura, kif nistgħu nitkellmu dwar tkabbir fl-ekonomija ? Jista’ xi ħadd li jifhem, bħal xi ekonomista jew espert finanzjarju, jispjegalna ?
L-għafsa fuq il-pagi, bil-konferma
Kulħadd jaspira li jkollu paga li titjieb mhux biss biex ilaħħaq ma’ prezzijiet u bżonnijiet jiżdiedu – għax dak li lbieraħ kien lussu, malajr isir bżonn – imma wkoll biex itejjeb il-livell talgħajxien tiegħu, biex jgħix aħjar. Bejn l-2008 u l-2013, żidiet tajbin Iċ-ċifri dwar l-ekonomija Maltija u d-dħul tal-ħaddiema flaħħar ftit snin juru ċar li waqt li d-dinja kienet qed tbati l-agħar riċessjoni f’seklu bejn l-2008 u l-2013, f’Malta kellna x-xogħol u wkoll pagi jiżdiedu b’rati tajbin. Il-paga medja skont stħarriġiet diversi Stħarriġ li jsir skont kriterji Ewropej u li hu meqjus bħala listandard tal-istatistika dwar ix-xogħol u l-pagi – l-Istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol (Labour Force Survey) – juri li fil-ħames snin bejn Marzu 2008 u Marzu 2013, il-paga medja f’Malta żdiedet b’2,640 ewro, jiġifieri b’medja ta’ 528 ewro fis-sena.
Fl-2012, żieda ta’ 644 ewro fil-paga medja Issa għandna konferma oħra anke dwar l-aħħar sena kalendarja sħiħa tal-Gvern Nazzjonalista. Stħarriġ ieħor, ukoll fuq kriterji Ewropej – l-Istatistiċi dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet talGħajxien (Statistics on Income and Living Conditions - SILC) – juri li fl-2012 id-dħul medju tal-ħaddiem Malti żdied b’644 ewro.
Fl-ewwel sena tal-Gvern Laburista, 96 ewro biss Dawn huma ċifri li għadhom kemm ħarġu u li juru kuntrast mal-ewwel sena tal-Gvern Laburista. Għax mill-Istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol dwar is-sena bejn Marzu 2013 u l-istess xahar ta’ dis-sena, il-paga medja żdiedet biss b’96 ewro.
Mentalità tal-pagi baxxi Tidher ċara l-għafsa fuq il-pagi li ġejja minn mentalità ta’ pagi baxxi. Hu l-Gvern stess li qed jagħti eżempju ta’ dan bil-bejgħ li għamel tal-EneMalta lill-Gvern taċ-Ċina fejn lill-ħaddiema qabel l-elezzjoni kien wegħedhom li dak li jdaħħlu fil-but mhux se jonqos, waqt li issa l-ittri li qed jibgħatilhom dan ma jgħiduh imkien.
Konrad Mizzi jgħid li nefqa ta’ ġimgħa tiġi 25 ewro Il-Ministru responsabbli mill-EneMalta, Konrad Mizzi, naturalment ma jittrattax lil martu bl-istess mod għax martu lanqas tibda tgħoddhom it-13,000 li qed iddaħħal fix-xahar. L-istess Ministru li qal li nefqa ta’ ġimgħa tiġi 25 ewro.
L-ebda ħsieb x’se nesportaw lejn 1,400 miljun Ċiniż... Bil-mentalità ta’ Ministru li jaħseb li f’ġimgħa n-nies jonfqu 25 ewro, bilfors l-għafsa fuq il-pagi. Il-pagi jiżdiedu realment meta lGvern ikun qed jaħseb Malta x’se tbigħ liċ-Ċina fiċ-Ċina; x’se nesportaw lill-1,400 miljun Ċiniż biex naqilgħu l-flus f’Malta.
...imma biss ħsieb x’se nagħtu minn ħwejjiġna f’Malta Imma l-Gvern ħsiebu x’se jagħti minn ħwejjiġna f’Malta lillGvern taċ-Ċina. Dik mhix strateġija ta’ esportazzjoni u żieda filpagi imma konferma oħra tal-għafsa fuq il-pagi.
G. L. Camilleri Il-Furjana
Jista’ xi ħadd jispjegalna dan xi tkabbir hu?
Jien ma nifhimx fl-ekonomija, imma għandi mistoqsija x’nagħmel li ħafna żgur qegħdin jagħmlu, bħali. Mela, bix-xhieda tal-istatistika tal-istess Gvern, huwa fatt li: qed jonqos il-bejgħ mill-ħwienet u minn fuq l-internet; qed tonqos il-produzzjoni industrijali; qed jonqos l-investiment; qed jonqsu l-importazzjoni u l-esportazzjoni; qed tonqos il-kompetittività; qed jikber l-iżbilanċ fil-kummerċ internazzjonali; qed jikber l-iżbilanċ fil-finanzi pubbliċi;
Toqob żgħar u kbar
Smajna ħafna, dan l-aħħar, dwar it-toqob li għamlu fl-isptar Mater Dei l-Ministru Konrad Mizzi u l-kollega tiegħu sSegretarju Parlamentari Chris Fearne. Dawn it-toqob ifakkruni ħafna fil-famuża ħofra tal-eks Prim Ministru Alfred Sant. Bla dubju ta’ xejn, il-Gvern għandu l-obbligu li jinvestiga lkaż tal-istrutturi tal-isptar, iżda fuq kollox għandu l-obbligu li jwettaq. S'issa, fil-qasam tasSaħħa, la qed nitkellmu dwar dan, il-Gvern għadu ma offra xejn ħlief tinda li telgħet u niżlet wara ġurnata, bdil ta' Ministri - li minn wieħed saru tnejn, kjuwijiet u stennija fis-swali tal-isptar, mediċini out of stock, rapporti li ddemoralizzaw lill-istaff kollu li jaħdem f’dan il-qasam u nuqqas
25 sena ilu f'In-Nazzjon
lampanti ta' ppjanar. Wasal iżżmien li dan il-Gvern, li tela' blgħajta li se jwettaq rivoluzzjoni fis-settur tas-Saħħa, jieqaf ifittex ix-xagħra fl-għaġina u jibda verament iwettaq dak li wiegħed. In-nies bdiet titlef it-tama għax ma jistax ikun li l-Partit Laburista fil-Gvern jibqa’ jfittex il-gwadann politiku filwaqt li jinsa saħħithom. Għadna qed nistennew li naraw lil dan il-Gvern jibda jiggverna. Il-poplu tagħna hu għatxan mhux biss għar-riżultati tal-investigazzjoni iżda anke li jkompli jkollu l-aqwa titjib f'dan il-qasam tant importanti għall-ħajja ta' kuljum. Hu għatxan ukoll li jkompli jgawdi milliżvilupp kontinwu li konna drajna ngawdu minnu matul l-aħħar snin. U..bilħaqq, x’sar minnhom ittoqob li qal li kien qed jagħmel f'Delimara ? Dwar dawn ittoqob, il-poplu wkoll qed jistenna r-riżultati... Osservatur Marsaskala
L-ittri f'din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.com.mt jew fl-indirizz ta' Media.Link Communications li jidher aktar 'l isfel fil-paġna
Waqt riċeviment fl-Argotti lejliet il-ftuħ tal-festi organizzati mill-PN biex jiċċelebra l-25 Anniversarju tal-Indipendenza, il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami ħabbar li l-Gvern kien se jressaq liġi importanti dwar l-ilsien Malti. Il-Prim Ministru kompla li kien il-PN li dejjem żamm ħajja l-identità Maltija u saħħaħha b'diversi inizjattivi li ħa tul iżżminijiet, fosthom il-kisba tal-Indipendenza għal pajjiżna li Fenech Adami ddeskriviha bħala s-siġill ta' din l-identità. Aktar tard dakinhar stess fetħu uffiċjalment il-festi tal-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Furjana. Fl-ewwel jum saret ġirja li bdiet minn ħdejn id-dar fejn kien joqgħod Ġorġ Borġ Olivier, Missier Malta Indipendenti, għal fuq il-Fosos.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
10
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
ANALIŻI
50 Sena Nazzjon (4)
Settur ekonomiku ġdid li llum jistrieħ fuq trepied ...l-industrija: it-turiżmu u s-servizzi finanzjarji li kiber dejjem anke fi żmien il-kriżi ekonomika internazzjonali u llum joffri eluf ta’ impjiegi u jikkontribwixxi għal parti sostanzjali mill-ġid nazzjonali
Il-bidla fil-gvern f’Ġunju 1971 wasslet għat-tieni ristrutturazzjoni tal-ekonomija. Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Duminku Mintoff kien jemmen bis-sħiħ li l-gvern għandu jkollu sehem dejjem akbar mill-qasam ekonomiku. Għallewwel gvern Laburista kien anke kontra s-settur turistiku għaliex skont Mintoff, ma riedx li lpoplu Malti jieqaf isefter lill-militar Ingliż u minflok jibda jsefter lit-turist Ingliż.
Gvern Laburista ma kienx favur ir-residenti permanenti Il-gvern Laburista anqas ma kien favur ir-residenti permanenti. Lil dawn għamel minn kollox biex inaffarhom ħalli jitilqu minn pajjiżna. Il-politika tal-gvern Laburista fil-qasam industrijali kienet waħda li tħares lejn liżvilupp ta’ industriji relattivament kbar li jimpjegaw eluf ta’ persuni. Meta nnegozja mill-ġdid il-ftehim dwar il-kera tal-bażi u ftiehem li jingħata £14-il miljun fis-sena tal-kera, ħafna ħasbu li kien ser ikun hemm flus biżżejjed biex il-pajjiż ifur bil-ġid. Iżda ma kellux ikun hekk, bejn għaliex il-lira Sterlina bdiet titlef mill-valur tagħha u allura l-gvern beda jdaħħal inqas u anke għallfatt li bil-gwerra tal-Yom Kippur ta’ Ottubru 1973 bejn l-Eġittu u s-Sirja minn naħa u Iżrael minnaħa l-oħra, l-pajjiżi Għarab għamlu embargo taż-żejt kontra l-Istati Uniti, l-Olanda u pajjiżi oħra, li wassal għal żieda qawwija fil-prezz taż-żejt li ġabet magħha żieda fil-prezzijiet kollha u sussegwentement għal devalwazzjoni tal-flus.
Ħa taħt idejh iż-żewġ banek Maltin Il-gvern Laburista beda jnaqqar il-mezzi ekonomiċi. Taħt skużi diversi ħa taħt idejh iżżewġ banek Maltin: in-National Bank, wara ‘run’ fuqu, għadda f’idejn il-gvern li bidel ismu għal BOV fl-1974. Fl-1990, taħt gvern Nazzjonalista, il-gvern niżżel is-sehem tiegħu fil-BOV għal 51.2% u offra 4.9 miljun ishma lill-pubbliku. Barclays Bank, li ġie nazzjonalizzat fl1975 ingħata l-isem Mid-Med Bank. Fl-1991, taħt gvern Nazzjonalista, inbiegħ 33% tal-
fetaħ il-gvern bħal fonderija f’Ħal Far u l-Marsa Shipbuilding, żewġ industriji li minnhom intilfu għexieren ta’ miljuni – kellu jpatti għalih issettur turistiku li allura ġie mħajjar li jkabbar. Dan iżda mar għal turiżmu tal-massa bil-ftuħ ta’ lukandi li kienu jilqgħu dawn ittip ta’ turisti. F’16-il sena ta’ gvern Laburista s-settur privat flok żied il-ħaddiema naqqashom. Anke f’dan il-qasam, innuqqas ta’ titjib fl-infrastruttura, l-aktar fejn jidħol id-dawl elettriku u l-ilma, wassal għal waqgħa kbira fit-turiżmu li minn quċċata ta’ 750,000 turist fl-1980 niżel għal taħt il-500,000 is-sena ta’ wara u baqa’ mdendel ma’ din iċ-ċifra sal-1986 biex irpilja millġdid għan-numru ta’ turisti li ntlaħqu fl-1980, biss fl-1987 meta nbidel il-gvern. Din ir-ristrutturazzjoni flekonomija minn waħda msejsa fuq is-settur privat għal waħda mibnija madwar il-gvern kellha riperkussjonijiet fuq il-pajjiż kollu u fuq il-ħaddiema b’mod partikulari.
L-investiment qawwi li sar fit-toroq ta’ pajjiżna, ħafna minnhom b’fondi tal-Unjoni Ewropea, taw mhux biss dehra isbaħ lill-gżejjer Maltin iżda wkoll issaħħet l-infrastruttura tat-toroq b’kilometri twal ta’ toroq jinbnew mill-ġdid
bank lill-pubbliku. Aktar tard ilbank inxtara minn HSBC Group u sar HSBC Malta Bank plc. IlGvern Laburista ħataf ukoll ixxiri u t-tqassim taż-żejt kollu impurtat f’Malta. Il-gvern Laburista ħa taħt idejh fabbriki u lukandi. Waqqaf diversi kumpaniji li kienu jħaddmu eluf ta’ ħaddiema. Waqqaf ukoll korpi paramilitari fejn il-ħaddiema kienu jaħdmu taħt dixxiplina militari.
Beda jixtri bil-bulk buying Il-gvern daħal ukoll għallimportazzjoni ta’ prodotti essenzjali, fejn beda jixtri bil- bulkbuying . Daħlet sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni fejn l-importazzjoni mhux talli ġiet ristretta iżda fejn il-poplu kien kostrett jixtri dak li jrid l-Istat, u ħafna drabi ta’ livell iktar baxx u bi prezzijiet ogħla! Għen lil kumpaniji Maltin jiftħu fabbriki bl-iskop li jissostitwixxu l-
F’16-il sena ta’ gvern Laburista ssettur privat flok żied il-ħaddiema naqqashom. F’Mejju 1987, meta saret l-elezzjoni li tat rebħa lill-Partit Nazzjonalista, minn 110,000 ħaddiem, nofshom kienu fis-settur pubbliku jew f’azjendi fejn il-gvern kellu l-maġġoranza tal-ishma.
importazzjoni. Ftit ftit parti dejjem ikbar tal-ħaddiema Maltin saru dipendenti mill-gvern għallgħajxien tagħhom. Hekk il-gvern kien f’qagħda li jiddetta hu pagi u salarji u prezzijiet ta’ oġġetti essenzjali, bil-baġit isir il-post fejn jitħabbar tnaqqis fil-prezzijiet ta’ affarijiet tal-ikel! Dan kollu wassal biex filwaqt li minn 101,000 ħaddiem full-time fl1971, 21,000 kienu jaħdmu malgvern; f’Mejju 1987, meta saret
l-elezzjoni li tat rebħa lill-Partit Nazzjonalista, minn 110,000 ħaddiem, 55,000 – jew nofshom – kienu fis-settur pubbliku jew f’azjendi fejn il-gvern kellu lmaġġoranza tal-ishma. Telf ta’ impjiegi mis-settur industrijali It-telf ta’ impjiegi mis-settur industrijali, li ma rnexxilux jiġbed industriji relattivament kbar – tneħħi għal xi azjendi li
It-tielet ristrutturazzjoni Il-gvern Nazzjonalista li ħareġ mill-elezzjoni ġenerali tal-1987 biddel mill-ġdid ir-rotta u wassal għat-tielet ristrutturazzjoni fil-50 sena ta’ Indipendenza; ristrutturazzjoni fejn il-gvern neħħa dak kollu li ma kienx essenzjali għat-tmexxija tal-pajjiż u fejn issettur privat reġa’ kiber b’mod impressjonanti u ħoloq għexieren ta’ eluf ta’ impjiegi. Il-gvern ta’ Eddie Fenech Adami kellu quddiemu lista twila ta’ prijoritajiet. Sab infrastruttura li kienet ilha 16-il sena taqta’ lura. Tqabbdu fix-xhur immedjatament qabel l-elezzjoni 8,000 ħaddiem fis-settur pubbliku u f’kumpaniji li kien ħoloq ilgvern fejn kellu l-maġġoranza tal-ishma. Kellu pajjiż maħnuq minn restrizzjonijiet fuq kollox: sistema ta’ bulk buying, sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni li kienet anke twassal għall-korruzzjoni, friża fuq il-pagi, time off in lieu flok sahra, għeluq ta’ sptarijiet privati u skejjel privati li kienu ppersegwitati mill-gvern Laburista, xandir f’idejn il-gvern li fi kliem ministru Laburista għal paġna 11
www.maltarightnow.com
11
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
ANALIŻI
Proġetti kbar fl-infrastruttura u splużjoni fl-impjiegi minn paġna 10
kien hemm biex itella’ soċjetà Laburista, banek taħt il-kontroll tal-gvern, tarzna li kienet qed titlef il-miljuni, Korp tal-Pulizija mfarrak li kien niżel fil-ħama fejn kien anke akkużat bi qtil u frame-ups. Konna qed ngħixu f’pajjiż li kien wasal fix-xifer u għalhekk ma kienx faċli għallPartit Nazzjonalista li jiġbdu lura. Anke jekk fl-aħħar millaħħar irnexxielu.
Bini mill-ġdid tal-infrastruttura Fost l-ewwel miżuri li ħa gvern Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami, kien hemm il-bini mill-ġdid tal-infrastruttura tal-pajjiż. Dan il-proċess kien jinkludi l-bini ta’ power station ġdida għall-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Delimara u li bdiet tippoduċi waħedha 194 MW ta’ elettriku u t-tisħiħ ta’ distribuzzjoni fejn ġiet ikkummissjonata sistema ta’ trasmissjoni ta’ 132 kV f’lokalitajiet strateġiċi li jservu bħala ċentri ta’ distribuzzjoni talelettriku. Żvilupp ieħor twettaq fil-qasam tal-ilma fejn issaħħew l-impjant tar-reverse osmosis f’Tigne u Lapsi u nbnew impjanti ġodda fiċ-Ċirkewwa u Pembroke biex hekk il-produzzjoni tal-ilma minn dan is-sors telgħet minn madwar 7 miljun gallun ilma kuljum fl-1986 għal 19.5-il miljun gallun fl-1994. Flistess waqt issaħħet is-sistema tad-distribuzzjoni permezz ta’ bdil ta’ għexieren ta’ kilometri ta’ mains tal-ilma primarji u sekondarji. Twaqqfet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Rivoluzzjoni kbira fit-telekomunikazzjoni Fil-qasam tat-telekomunikazzjoni l-gvern wettaq rivoluzzjoni kbira meta biddel sistema msejsa fuq ħames tipi ta’ exchanges, ilmaġġoranza tagħhom obsolete, għal waħda kompletament diġitali fejn ġiet eliminata l-waiting list għas-servizz tat-telefown li kienet tilħaq is-27,000, żdiedu bi tliet darbiet iċ-ċirkwiti ma’ barra u b’eluf oħra permezz tat-tqegħid ta’ fibre optic cable bejn Malta u Sqallija, ġew introdotti diversi servizzi ġodda, inkluż dak talmobile telephony. Proġetti kbar fl-infrastruttura
Gvern Nazzjonalista wettaq programm estensiv u importanti filqasam tad-drenaġġ, bir-riabilitazzjoni ta’ mini tad-drenaġġ, modernizzazzjoni ta’ pumping stations, stallazzjoni ta’ pumping stations addizzjonali, tqegħid ta’ mijiet ta’ kilometri ta’ mains ġodda. L-akbar proġetti twettqu f’Birżebbuġa, Marsaskala, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, Buġibba u San Ġiljan fejn ġie eleiminat kompletament l-iżbokk tad-drenaġġ fil-baħar. Aktar ’il quddiem, b’għajnuna ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, inbnew u bdew joperaw tliet impjanti għattisfija tad-drenaġġ li jkopru lil Malta u Għawdex kollha u li wasslu biex pajjiżna għandu l-iktar baħar nadif fil-Mediterran. Twettqu wkoll numru ta’ proġetti ta’ toroq b’dawk ewlenin ikopru l-proġett f’Tal-Qroqq, Birkirkara Bypass u Marsaskala Bypass li aktar ’il quddiem ingħaqdu magħhom proġetti mibnija b’fondi Ewropej bħat-triq tal-ajruport u ta’ Ħal Far, it-toroq ta’ ħdejn l-ajru-
Proġett importanti u li jagħti mijiet ta’ impjiegi, u li mhux fil-veru sens tal-kelma infrastruttura iżda li jikkontribwixxi bħala port, hu dak tal-Freeport li sar wieħed mill-ewlenin tal-Mediterran
Fit-tielet ristruturazzjoni fil-50 sena ta’ Indipendenza: il-gvern neħħa dak kollu li ma kienx essenzjali għat-tmexxija tal-pajjiż biex is-settur privat reġa’ kiber b’mod impressjonanti u ħoloq għexiren ta’ eluf ta’ imjpiegi port, Vjal il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi, it-toroq li minn Ħal Luqa jwasslu għal barra Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ u jkomplu lejn Burmarrad, San Pawl il-Baħar, għaċ-Ċirkewwa u jkomplu jingħaqdu mat-toroq kollha ewlenin li nbnew f’Għawdex u li jaqsmuh minn tarf għall-ieħor u ttriq li twassal minn Triq Diċembru 13 fil-Marsa għall-Cruise Passenger Terminal. Inbena wkoll l-Air Terminal il-ġdid, il-Cruise Liner Terminal, is-Sea Passenger Terminal, it-terminals taċĊirkewwa u l-Imġarr Għawdex biex jikkumplimentaw il-bini ta’ vapuri ġodda li nbnew apposta għas-servizz bejn Malta u Għawdex. Tliet proġetti urbani mis-settur privat Fl-istess waqt is-settur privat,
jew bi sħab mal-gvern, wettaq tliet proġetti urbani kbar li kkontribwew biex bidlu wiċċ Malta. Dawn jinkludu l-proġett talKottonera, il-proġett ta’ Manoel Island u l-Pont ta’ Tigne u lproġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal li ħa post limħażen ta’ Pinto u Forni u lpower station il-qadima. Proġett importanti u li jagħti mijiet ta’ impjiegi, li mhux filveru sens tal-kelma infrastruttura, iżda li jikkontribwixxi bħala port hu dak tal-Freeport li sar wieħed mill-ewlenin talMediterran. Darba nbniet mill-ġdid u ssaħħet l-infrastruttura l-gvern ħadem biex permezz ta’ inċentivi jsaħħaħ l-oqsma tal-manifattura u t-turiżmu. Il-gvern ħadem biex industriji li ma kinux vijabbli, jew jir-
ranġaw jew iżarmaw. Dan wassal biex diversi mill-industriji li kienu twaqqfu biex jissostitwixxu l-importazzjoni sabu swieq barra l-pajjiż filwaqt li oħrajn li ma setgħux jaqbdu art mas-swieq barranin kellhom jagħlqu. Ftit ftit l-industrija bdiet ukoll tirristruttura u tmur lejn ilfarmaċewtika, teknoloġija talinformatiku u manutenzjoni ta’ ajruplani. Is-settur turistiku ma baqax jiddependi fuq turiżmu tal-massa iżda beda jmur għal turisti li jonfqu iktar. Għalhekk inbnew numru ta’ lukandi ta’ ħames stilel, ġew identifikati niċeċ ġodda tat-turiżmu fosthom ittagħlim tal-Ingliż, il-ġiti fuq cruise liners fejn inbena Cruise Liner Passenger Terminal ġdid, Għawdex bħala destinazzjoni għaliha. Is-settur turistiku kompla kiber meta l-gvern Nazzjonalista ddeċieda li linji tal-ajru low cost jibdew joperaw minn u lejn Malta. Dawn illum iġorru madwar 40 fil-mija talpassiġġieri kollha lejn pajjiżna, il-parti l-kbira minnhom minn rotot ġodda. Twaqqaf ukoll settur ekonomiku ġdid, is-settur tasservizzi finanzjarji. Hekk lekonomija tal-pajjiż illum tistrieħ fuq trepied: l-industrja, it-
turiżmu u s-servizzi finanzjarji. Is-settur tal-aħħar kiber dejjem, anke fi żmien il-kriżi ekonomika internazzjonali. Illum dan joffri eluf ta’ impjiegi u jikkontribwixxi għal parti sostanzjali millġid nazzjonali. Dan kollu wassal għal splużjoni fl-impjiegi li bejn l1986 u l-1996 żdiedu b’27,000 għal aktar minn 142,000 li 21,300 minnhom kienu fis-settur privat. Hekk in-numru ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku niżel għal 38 fil-mija ta’ dawk kollha jaħdmu mill-50 fil-mija li kien meta nbidel il-gvern fl-1987. Wassal biex il-qgħad niżel minn 7 fil-mija fl-1986 għal 3 fil-mija fl-1996. Wassal biex il-ħaddiem beda jgħix aħjar. Żdied il-leave u l-festi pubbliċi bi 11-il ġurnata, ġew żarmati l-korpi tax-xogħol li nibtu taħt il-gvern preċedenti Laburista, l-ogħla rata tat-taxxa tniżżlet minn 65 għal 35 fil-mija; ħaddiema f’impjiegi parttime bdiet titnaqqsilhom witholding tax ta’ 15 fil-mija mingħajr ilħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta’ dan iddħul fit-taxxa. Il-paga medja telgħet minn €100.2 fl-1987 għal €175 fl-1995. Spiċċat il-friża fuq il-pagi u t-time off in lieu flok lovertime li kienu daħlu b’mod qawwi fl-amministrazzjoni Laburista preċedenti.
www.maltarightnow.com
12
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
L-ebda refuġju għall-IS, bir-Russja twissi dwar is-Sirja L-ISTATI UNITI
Il-President Amerikan Barack Obama (xellug), il-First Lady Michelle Obama u l-Viċi President Amerikan Joseph Biden jidhru waqt mument kommoventi ta’ dan l-anniversarju fil-ġonna tal-White House f’Washington (ritratt: EPA)
Jirriflettu fuq l-attakki li biddlu l-ħajja ta’ poplu L-ISTATI UNITI
L-Istati Uniti fakkret waħda mill-aktar dati suwed fl-istorja, bil-Mexxejja tagħha, il-politiċi u l-qraba tal-vittmi jinġabru ilbieraħ fl-inħawi ta’ New York, Washington u Pennsylvania biex ifakkru qrib it-3,000 persuna li kienu tilfu ħajjithom flattakki terroristiċi tal-11 ta’ Settembru tal-2001. F’dan il-jum ta’ riflessjoni kien osservat ir-ritwal annwali fejn inqraw l-ismijiet tal-vittmi waqt ċerimonja fin-naħa t’isfel ta’ Manhattan. Iċ-ċerimonja osservat ilmumenti ta’ silenzju li mmarkaw il-ħinijiet ta’ meta kull wieħed mill-erba’ ajruplani tal-passiġġieri, li nħatfu mitterroristi tal-grupp Al-Qaeda, intużaw bħala missili kontra lbini importanti tal-Istati Uniti. L-attakki suwiċida kienu laqtu, fost oħrajn, il-World Trade Center ta’ New York u lPentagon f’Washington.
Il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama, tkellem filPentagon waqt ċerimonja privata għall-qraba tan-nies li kienu nqatlu waqt l-attakk (blajruplan) tal-2001 li kien dirett kontra l-kwartieri-ġenerali tadDipartiment tad-Difiża Amerikana. Iċ-ċerimonji li immarkaw ittlettax il-anniversarju tal-attakki kienu rriservati l-aktar ghannies li ghexu l-inċidenti ta’ dakinar u l-familji tal-vittmi. Il-pubbliku anke seta jdur fis-sit tal-World Trade Center, meta din kienet l-ewwel darba li l-lokalità infetħet għall-pubbliku fil-ġurnata tal-anniversarju proprju. Infetaħ ukoll ilmużew fl-inħawi tan-National September 11 Memorial. Ħafna mill-Amerikani intervistati qalu li diffiċli li jitwemmen li għaddew tlettax il-sena minn dakinar tal-attakki. Illum laħqu infetħu żewġ
skyscrapers ġodda li nbnew madwar is-sit fejn darba spikkaw it-Twin Towers talWorld Trade Center fi New York. Intant, il-1 World Trade Center, li hu l-ogħla skyscraper fil-Punent, għandu jkun inawgurat fi New York aktar ‘il quddiem din is-sena. Ir-residenti ta’ Shanksville, f ’Pennsylvania, ingħaqdu f’servizz ta’ tifkira għall-passiġġieri li tlettax il-sena ilu irreżistew it-terroristi li ħatfu l-kontroll tal-ajruplan tagħhom u li kien iġġarraf f’għalqa minflok laqat il-mira ippjanata mill-grupp Al-Qaida. Iżda s-sostenituri tal-grupp Stat Iżlamiku għażlu li jfakkru l-anniversarju tat-terroriżmu bili jibdlu l-avatars bir-ritratti ta‘ Osama bin Laden, il-kap maqtul tal-Al-Qaida, fuq Twitter; minbarra li ċċirkolaw ir-ritratti tal-attakki terroristiċi storiċi fuq l-Internet.
Il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama, hedded li lest biex jieħu azzjoni militari kontra t-terroristi tal-grupp Stat Izlamiku (IS) li żviluppa l-kalifat tiegħu fl-artijiet li qed jokkupa fl-Iraq u s-Sirja. Waqt diskors, Obama stqarr li kwalunkwe grupp – inkluż l-IS – li jhedded lill-Istati Uniti m’għandux isib refuġju jew ħajt ta’ kenn, iżda r-Russja, aktar tard, wissiet li kwalunkwe attakki mill-ajru tal-Amerikani kontra l-militanti fis-Sirja għandhom jammontaw għal abbuż kbir talliġi internazzjonali. Obama ħabbar ukoll li xi 475 militar Amerikan għandhom jintbagħtu lejn l-Iraq, iżda mifhum li dawn m’humiex se jinvolvu ruħhom fil-ġlied li għaddej bħalissa. Madankollu l-istqarrija ta’ Obama rriżultat f’reazzjoni qawwija minn Moska li hi alleata antika tal-President Sirjan, Bashar al-Assad. Fil-fatt, kelliema Russi sostnew li l-President Amerikan tkellem direttament dwar il-possibbiltà ta’ attakki mill-qawwiet Amerikani fuq il-pożizzjonijiet tal-IS fis-Sirja u mingħajr il-kunsens tal-Gvern leġittimu fil-belt ta’ Damasku. Ir-Russja kompliet li pass bħal dan, mingħajr id-deċiżjoni speċifika tal-Kunsill tas-Sigurta tanNazzjonijiet Uniti, għandu jitqies bħala att ta’ aggressjoni. Is-Sirja irrepetiet ukoll ittwissija li l-Istati Uniti teħtieġ tikkoordina mal-Gvern Sirjan qabel tista’ tibgħat il-qawwiet tal-ajru tagħha kontra t-terroristi tal-grupp IS fl-artijiet Sirjani. Il-Ministru Sirjan għal
Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, Ali Haidar, fil-fatt għamilha ċara li kull azzjoni aggressiva ta’ dan ittip, mingħajr il-kunsens ta’ Damasku, jammonta għal attakk fuq is-Sirja. Proprju x-xahar li għadda, is-Sirja kienet offriet li tgħin lill-Amerikani biex jikkumbattu lit-terroristi tal-IS, iżda lAmerikani warrbu l-offerta. L-Istati Uniti, sal-lum, mexxiet aktar minn 150 attakk mill-ajru kontra l-grupp Stat Iżlamiku flIraq u anke pprovdiet l-armi lillqawwiet Iraqqin u Kurdi li qed jirreżistu lit-terroristi li għandhom fama għall-brutalità bla heda. Intant, Il-militanti tal-IS, għadhom qed imexxu renju ta’ terrur fl-artijiet ikkontrollati minnhom fejn qed jiddominaw il-massakri tal-innoċenti. Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry, qed ikompli biż-żjara fil-Lvant Nofsani fejn spikkat sensiela ta’ laqgħat bejnu u r-rappreżentanti tal-Għarabja Sawdija fil-belt ta’ Jeddah. Kerry, li kellu diġa taħditiet flIraq, qed jiddiskuti wkoll marrappreżentanti tal-pajjiżi tal-Golf li huma sinjuri fiż-żejt, u fejn hu anki involut f’taħditiet mal-uffiċjali tal-Eġittu, l-Ġordan, ilLibanu u t-Turkija bl-iskop li jkattar koalizzjoni kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku. Fost l-affarijiet li hemm taħt diskussjoni hemm it-taħriġ għarribelli Sirjani fl-artijiet talGħarabja Sawdija u l-possibbiltà li l-pajjiżi tar-reġjun jagħtu permess lill-Istati Uniti biex l-ajruplani tal-gwerra tagħha jagħmlu użu akbar mill-ispazju tal-ajru tagħhom.
www.maltarightnow.com
13
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Jirriżenja l-Gvern ta’ Donald Tusk IL-POLONJA
Il-President Pollakk, Bronislaw Komorowski, aċċetta r-riżenja tal-Gvern tal-Prim Ministru, Donald Tusk, biex hekk spiċċaw seba’ snin ta’ amministrazzjoni karatterizzati bi stabbiltà politika mingħajr preċedent f’dan il-pajjiż. Donald Tusk irriżenja ftit jiem wara li hu ntgħażel bħala lPresident li jmiss tal-Kunsill Ewropew. Permezz ta’ din irresponsabbiltà ġdida, Tusk se jkun rappreżentant ewlieni talUnjoni Ewropea. Il-President Komorowski, ilbieraħ, ippresieda ċerimonja
fil-Palazz Presidenzjali ta’ Varsavja biex isellem lil Tusk u lill-Ministri li d-dekasteri tagħhom waslu fit-tmiem. Bħala Prim Ministru wara Tusk għandha tilħaq Ewa Kopacz, l-Ispeaker tal-Parlament u eks-Ministru tas-Saħħa, u li hi wkoll membru tal-Partit għal Bażi Ċivika ta’ Donald Tusk. Mhux ċar jekk numru ta’ Ministri Pollakki ewlenin, fosthom il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Radek Sikorski, għandhomx ikomplu filKabinett taħt it-tmexxija ta’ Kopacz.
Il-Papa se jżur il-Parlament Ewropew FRANZA
Il-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz, qal li lPapa Franġisku għandu jagħmel żjara uffiċjali lil din l-Assemblea fil-belt ta’ Strasbourg, fil-25 ta’ Novembru. Schulz sostna li l-Kap talKattoliċi, dakinhar, għandu jindirizza lil-leġiżlaturi tal-Parlament Ewropew, u kelliema għallVatikan ikkonfermaw id-data ta’ din iż-zjara. L-istampa Taljana, intant, qalet li l-Papa qed jikkunsidra wkoll
żjara ta’ jumejn fit-Turkija biex ifakkar vaganza importanti għallOrtodossi li tkun iċċelebrata fit30 ta’ Novembru. Iżda l-Vatikan naqas milli jikkonferma r-rapporti, peress li l-Papa ma rċeviex stedina uffiċjali mingħand ilGvern Tork. Żjara fit-Turkija tagħti opportunità lill-Papa biex jitkellem f’pajjiż Musulman fi żmien meta l-estremisti Iżlamiċi qed jattakkaw lill-Kristjani u l-membri tal-minoranzi fis-Sirja u fl-Iraq.
Suldat Ukren jgħasses checkpoint li jinsab ftit mijiet ta’ metri ’l bogħod minn zona kkontrollata mis-separatisti fir-reġjun ta’ Luhansk, fil-Lvant tal-Ukrajna (ritratt: EPA)
Mistennija sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja IL-KRIŻI TAL-UKRAJNA
L-Unjoni Ewropea qablet biex mil-lum, timponi sanzjonijiet ġodda fil-konfront tar-Russja minħabba r-rwol ta’ Moska filkriżi tal-Ukrajna. Dan għandu jseħħ wara d-diżgwid profond bejn l-istati membri tal-UE rigward kif huma kellhom jikkunsidraw il-ftehim fraġli għal waqfien mill-ġlied bejn it-truppi tal-Armata Ukrena u r-ribelli separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant. L-inizjattiva għas-sanzjonijiet, intant, hi intiża biex tkompli lpressjoni fuq ir-Russja li qed tiċħad li bagħtet l-armamenti u ssuldati biex jgħinu lis-separatisti fl-Ukrajna li qed jiġġieldu għal stat indipendenti. Fl-istess ħin, baqa’ jżomm il-ftehim għal waqfien mill-ġlied fl-arti-
jiet Ukreni tal-Lvant wara t-taħditiet ta’ jiem ilu, fil-Belarus, bejn irrappreżentanti tal-Ukrajna, irRussja, is-separatisti u lOrganizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). Meta l-istati membri tal-UE ltaqgħu, nhar l-Erbgħa, fi Brussell, il-Ġermanja insistiet biex is-sanzjonijiet isiru effettivi fil-konfront tar-Russja. Iżda pajjiżi oħra ppreferew li jistennew waqt li l-waqfien mill-ġlied (fl-Ukrajna tal-Lvant) ikompli jkun irrispettat. Madankollu, is-sanzjonijiet issa mistennija li jidħlu fis-seħħ illum, wara l-pubblikazzjoni talmiżuri fil-ġurnal uffiċjali tal-UE. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Russu, Dmitry
Jinvestigaw inċidenti waqt il-gwerra IŻRAEL
IL-PAKISTAN: In-nies jaħarbu mir-reġjuni mifqugħin bl-għargħar fl-inħawi ta’ Jhang, fil-provinċja tal-Punjab. L-għargħar jista’ jaffettwa aktar minn ħames miljun persuna, meta l-Gvern Pakistani qed jaħseb biex jagħmel stima inizjali għat-telf li rriżulta minn jiem ta’ maltemp konsekuttivi u bil-pajjiż, bħalissa, qed jilqa’ l-għajnuna minn barra (ritratt:EPA)
Medvedev, wissa li Moska għandha tirreaġixxi fil-konfront ta’ aktar sanzjonijiet mill-Ewropa. Fi żviluppi oħra, ilbieraħ, ilkumpanija tal-gass PGNiG talPolonja, qalet li l-provvisti talgass mir-Russja lejn artha niżlu b‘45 fil-mija, fost it-tensjoni dwar l-Ukrajna. L-aħbar ingħatat sigħat biss wara li l-Polonja ma komplietx tipprovdi l-gass lill-Ukrajna permezz tal-pipelines tat-tip reverse-flow. L-Ukrajna u l-Polonja jiddependu ferm mill-gass naturali mir-Russja, u xi analisti jemmnu li l-awtoritajiet f’Moska qegħdin ipattuha lill-Pollakki talli huma bagħtu l-provvisti tar-riżorsa lillUkreni f’dan iż-żmien delikat.
L-Avukat Ġenerali ta’ Iżrael ħareġ direttivi biex jibdew linvestigazzjonijiet kriminali dwar ħames inċidenti li seħħew waqt l-aħħar gwerra mal-militanti fil-Medda ta’ Gaza. L-inċidenti jinkludu l-qtil ta’ erbat itfal Palestinjani waqt ilbumbardamenti fuq bajja meta l-isparaturi fuq skola tanNazzjonijiet Uniti ukoll issemmew bi prominenza. Kienu nqatlu talanqas tlettax il persuna fl-iskola ta’ Beit Hanoun – li kienet qed tintuża bħala xelter għal refuġjati –fejn anki sfaw midruba għexieren oħra. Waqt li kienet għaddejja l-
gwerra, il-qawwiet Iżraeljani sostnew li ‘balla sparata minn mortar kienet laqtet l-iskola bi żball’ u fejn, skont il-kelliema, ‘ma rriżultawx il-vittmi’. L-aħbar tal-bieraħ mill-Gvern Iżraeljan ħarġet meta Iżrael qed jiffaċċja investigazzjonijiet oħra, fuq livell internazzjonali, u li huma relatati għall-battalji tiegħu mal-militanti Palestinjani li kienu ntemmu ġimgħatejn ilu. L-aħħar konflitt ħalla ’l fuq minn 2,100 Palestinjan maqtula, u li l-maġġoranza tagħhom huma ċivili. L-Iżraeljani kienu tilfu 66 suldat u seba’ ċivili tul il-ġimgħat tal-ġlied.
www.maltarightnow.com
14
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Miet l-attur magħruf bħala ‘Jaws’
L-ISTATI UNITI
IL-KYRGYZSTAN: Raġel li jrid jirkeb fuq dan iż-żiemel għall-itwal distanza jidher waqt avveniment tal-Logħob Dinji għan-Nomadi li qed isiru fl-inħawi ta’ Cholpon-Ata, lil hinn mill-belt ta’ Bishkek. Qed jieħdu sehem f’dan il-logħob kompetituri mill-Azerbaijan, il-Kazakhstan, il-Belarus, il-Mongolja u t-Taġikistan (ritratt: EPA)
Id-dinja ta’ Hollywood inħasdet bl-aħbar tal-mewt tal-attur Amerikan Richard Kiel, li sar wiċċ famuż madwar id-dinja wara li interpreta l-parti ta’ Jaws - il-ġgant viljakk bi snienu talazzar, li spikka f’żewġ films partikulari fis-sensiela James Bond. Kiel, li miet f’California, fl-età ta’ 74 sena, kien għamel suċċess kbir bl-interpretazzjoni ta’ Jaws fil-film The Spy Who Loved Me, li kien ħareġ fl-1977 u Moonraker, li kien ħareġ sentejn wara.
‘Viċin ħafna li jiktbu l-istorja’ L-ISKOZJA
L-ewwel Ministru Skoċċiż, Alex Salmond, qed ibassar li l-Iskozja waslet qrib ħafna li ‘tikteb l-istorja mill-ġdid’ permezz ta’ vot għallindipendenza fir-referendum tat18 ta’ Settembru. Salmond, li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet għallistampa internazzjonali, fisser irreferendum bħala ‘proċess li jagħti s-saħħa lill-Iskoċċiżi fuq livell nazzjonali’ u tragward biex dan ilpoplu ‘jsib il-vuċi tiegħu’. Madankollu, l-aħħar stħarriġ qed jindika mill-ġdid vantaġġ minimu għall-kamp li qed jopponi għall-Iskozja indipendenti. Dan meta l-Prim Ministru Britanniku,
David Cameron, u l-kapijiet talpartiti politiċi tal-Ingilterra qed jistinkaw biex jipperswadu lillIskoċċiżi li l-futur tagħhom hu bħala parti mir-Renju Unit. Salmond organizza din il-konferenza fl-anniversarju ta’ meta lIskozja, fil-11 ta’ Settembru tal1997, ivvutat biex tingħata aktar poteri minn Londra. Dan l-avveniment irriżulta fit-twaqqif, millġdid, tal-Parlament Skoċċiż wara nuqqas ta’ kważi 300 sena. Intant, Salmond ma naqasx milli juża l-anniversarju biex jinsisti li ‘vot għall-indipendenza jfisser li lIskozja tkun ħatfet opportunità li tiġiha darba f’mitt sena’. Hu kom-
pla li l-kampanja favur Renju Unit magħqud ‘qed taqta’ dejjem lura’ u li ‘ħadd aktar mill-Iskoċċiżi ma jifhem l-aspirazzjonijiet tal-poplu fl-Iskozja’. Fl-istess ħin, Ed Miliband, li jmexxi l-Partit Laburista Britanniku u l-eks-Prim Ministru tar-Renju Unit, Gordon Brown, qed ikomplu jappoġġjaw il-kampanja ‘Better Together’ għal Renju Unit magħqud u li, fi kliemhom, ‘jiggarantixxi soċjetà aktar ġusta u li tibbaża fuq l-ugwaljanza’. Min-naħa tiegħu, Blair McDougall, id-direttur tal-kampanja ‘Better Together’, qed jara taqtigħa sal-aħħar, iżda jibqa’
fiduċjuż li l-Iskoċċiżi se jwarrbu għall-indipendenza. Sadanittant, ir-Royal Bank of Scotland ikkonferma li għandu jittrasferixxi l-kwartieri ġenerali rreġistrati tiegħu lejn Londra f’każ li l-Iskoċċiżi, il-ġimgħa d-dieħla, jivvutaw biex jitilqu mir-Renju Unit. Madankollu, Martin Gilbert, li hu l-kap eżekuttiv ta’ Aberdeen Asset Management (l-akbar entità tal-fondi fl-Iskozja), jemmen li lIskozja jkollha suċċess kbir jekk jirnexxilha tikseb tassew lindipendenza. Gilbert, intant, qal li hu lest biex jirrispetta kwalunkwe riżultat fil-votazzjoni storika.
Richard Kiel fil-film ‘Moonraker’
Intant, ma kinitx żvelata lkawża tal-mewt tal-attur li kien twil aktar minn żewġ metri u li fl-aħħar snin kien jattendi għal diversi konvenzjonijiet bit-tema ta’ ‘Bond’. Fl-ewwel kummenti tiegħu, lattur Roger Moore, li ħadem ilparti ta’ James Bond f’The Spy Who Loved Me u Moonraker, qal li hu xukkjat u mnikket bl-aħbar dwar il-mewt ta’ Kiel, li kien ħabib antik tiegħu.
www.maltarightnow.com
15
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Belt ewlenija assedjata mill-Boko Haram
IN-NIĠERJA
Il-militanti Iżlamiċi tal-grupp Boko Haram, sal-bieraħ, kienu qed jiċċirkondaw kompletament il-belt ewlenija ta’ Maidaguri li tinsab fl-Istat ta’ Borno, filGrigal tan-Niġerja. Intant, l-awtoritajiet anzjani f’din il-lokalità ħeġġew għallfortifikazzjoni tal-belt, li għandha popolazzjoni ta’ żewġ miljuni, bl-iskop li r-residenti jevitaw li lmilitanti jwettqu offensiva ‘minn kull direzzjoni’ fuq l-inħawi. Il-Boko Haram iddikjara Kalifat fiz-zoni tan-Niġerja li waqgħu taħt il-kontroll tiegħu u fl-aħħar sigħat irnexxielu jgħaqqad ‘ma‘ artu’ z-zoni li jinsabu ħamsin kilometru biss ’il
bogħod minn Maidaguri. Il-Gvern tan-Niġerja ma kkummentax dwar l-istqarrija li ħareġ il-Forum tal-Anzjani ta’ Borno, li jirrappreżenta lill-persuni influwenti fl-Istat Niġerjan partikulari, fosthom eks-Ministri tal-Gvern. Il-Forum jemmen ukoll li lGvern Federali tan-Niġerja ma weriex biżżejjed rieda politika biex jiġġieled kontra l-Boko Haram u jsalva lir-residenti ta’ Maidaguri milli jaqgħu f’idejn ilmilitanti. L-awtoritajiet anzjani wissew ukoll li jekk il-Boko Haram jaħtaf il-kontroll ta’ din ilbelt jista’ jasal biex jeqred lir-residenti kollha tal-inħawi.
Imħeġġa biex jieqfu mir-ripressjoni IT-TAJLANDJA
Il-grupp Amnesty International ħeġġeġ biex il-Gvern militari fitTajlandja ma jkomplix b’sistema ta’ ripressjoni li qed isibha preokkupanti. Dan waqt li l-grupp akkuża lill-istess Gvern militari rigward sehem f’abbuż tad-drittijiet umani li qed isir b’mod konsistenti fil-pajjiż partikolari mindu seħħ il-kolp ta’ stat ta’ Mejju li għadda. Ir-rapport li ħejja Amnesty jirreferi, fost oħrajn, għal sitwazzjonijiet ta’ arrest li kienu deċiżi
b’mod arbitrarju. Abbużi oħrajn ġejjin mis-sistemi li ma jippermettux l-espressjoni ħielsa u jispikkaw ukoll l-allegazzjonijiet dwar swat u proċessi tal-qorti inġusti. Il-militar kien ħa l-poter fitTajlandja fit-22 ta’ Mejju u wara xhur ta’ protesti kontra l-Gvern. Ilkelliema għall-Ġunta kienu qalu li huma kellhom jirritornaw il-pajjiż lejn l-istabbiltà filwaqt li fissru lmiżuri li qegħdin jieħdu bħala neċessarji biex jippreservaw is-sigurtà fit-Tajlandja.
IĊ-ĊINA: Tfajjel iżomm l-idejn ta' skultura enormi li tixbah lil karattru mis-sensiela popolari 'Transformers'. L-iskultura partikulari tqiegħdet għall-wiri f'kumpless tax-xiri lussuż fl-inħawi ta' Beijing u bl-iskop li 'tattira' aktar xerrejja (ritratt: EPA)
Jirritornaw wara sitt xhur fl-ispazju IL-KAZAKHSTAN
L-IŻVIZZERA: Mara tgħaddi b’rasha baxxuta minn quddiem xogħol tal-arti tal-karikaturist Malti-Amerikan, Joe Sacco, waqt il-Comic Festival li qed isir fil-belt ta’ Lausanne u li jkompli sa nhar il-Ħadd (ritratt: EPA)
Żewġ kosmonawti Russi u astronawta Amerikan tan-NASA irritornaw fid-dinja, wara missjoni ta’ kważi sitt xhur fuq lInternational Space Station. Il-kosmonawti, Alexander Skvortsov u Oleg Artemyev, kienu akkumpanjati mill-exstation commander, Steve Swanson, waqt il-vjaġġ lura bilkapsula ‘Soyuz’, li niżlet flartijiet lejn ix-Xlokk ta’ Dzhezkazgan, fil-Kazakhstan, matul il-lejl tal-Erbgħa. Kelliema għall-missjoni tanNASA qalu li t-touchdown kien perfett waqt li Swanson tenna li hu u l-kollegi Russi kienu laħqu
numru ta’ tragwardi f’dawn laħħar xhur. Minbarra żewġ space walks, il-kosmonawti Russi u Steve Swanson ħadu ħsieb li jwettqu numru rekord ta’ esperimenti xjentifiċi minbarra ħafna xogħol ta’ manutenzjoni fl-istazzjon spazjali. Il-kmandant ġdid tal-iSpace Station, Max Suraev, fil-preżent qiegħed fuq dan l-istazzjon li qed idur madwar l-orbita. Intant, hu mistenni li tliet membri ġodda tal-ekwipaġġ (fosthom mara Russa) jitilqu għal missjoni oħra fl-ispazju, fil-25 ta’ Settembru.
www.maltarightnow.com
16
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
PERSONALITAJIET
ISIMHOM MINQUX FL-ISTORJA (32)
Maria Callas: Sopran Amerikana ta’ oriġini Griega b’leħen uniku u fama kbira
Isimha tat-twelid kien Cecilia Sophia Anna Maria Kalogeropoulus. Twieldet fit-3 ta’ Diċembru, 1923, f’Manhattan, il-belt ta’ New York. Il-ġenituri tagħha, George u Evangelina, kienu immigranti Griegi, li waslu l-Amerika ftit xhur qabel twelidha. Missierha kien spiżjar. Fiż-żmien li Maria bdiet liskola primarja l-ġenituri tagħha qassru kunjomhom għal Callas. Ta’ seba’ snin, hija bdiet tattendi wkoll lezzjonijiet fid-daqq klassiku tal-pjanu. Indunat, madankollu, li kien iktar jogħġobha tkanta milli ddoqq ilpjanu. Ta’ disa’ snin, bdiet tkanta għat-tfal tal-iskola. Fid-dar tal-ġenituri ta’ Callas, madankollu, mhux kollox kien kalm u seren. Ommha u missierha kienu jitlewmu. Fl-1937, meta Callas kienet qorbot lejn l-14-il sena, il-ġenituri tagħha sseparaw. Hija u oħtha ikbar minnha baqgħu ma’ ommhom, li ħadithom il-Greċja. F’Ateni, kunjom Maria reġa’ sar Kalogeropoulos. Hija bdiet tistudja l-kant taħt id-direzzjoni ta’ Elvira de Hidalgo, sopran Spanjola li kienet magħrufa ħafna. L-istudji tagħha kienu flAkkademja Rjali tal-Mużika. Biex iddaħħlet hemmhekk, sar pass li ma kienx tas-soltu. Dan għaliex kien hemm regola li tgħid li biex jidħlu fl-iskola listudenti ried ikollhom almenu 16-il sena. Madankollu, meta raw il-potenzjal li kien hemm f’Maria, id-diriġenti tal-iskola ħassew li dwarha kellhom jagħmlu eċċezzjoni speċjali. Maria kienet ħoxna. Biss fi kliem l-għalliema tagħha De Hidalgo, “hija kienet tagħti ħafna qawwa, ħafna sentiment, ħafna interpretazzjoni sabiħa f’dak kollu li kienet tkanta.” Fl-istess ħin, kienet tfittex kant diffiċli. Dan kien juri r-rieda qawwija tagħha, li bdiet tidher fiha minn meta kienet għadha żgħira. Callas kellha biss 14-il sena meta ddebuttat fuq il-palk. Għamlet dan fi produzzjoni skolastika tal-Cavalleria Rusticana, ta’ Pietro Mascagni. Interpretat ir-rwol drammatiku ta’ Santuzza, it-tfajla minn Sqallija, protagonist fl-istorja. Ibbrillat tant li lAkkademja ħasset li għandha tonoraha. Erba’ snin wara, hija għamlet id-debutt uffiċjali tagħha mal-Opra f’Ateni.
Charles Buttigieg kb@erremme.com.mt
Lura l-Istati Uniti Meta fuq ix-xefaq kien hemm sinjali li l-Ewropa kienet f’xifer ta’ gwerra oħra, fl-1944, Callas marret lura l-Istati Uniti, waħidha. Hemmhekk hija reġgħet ħadet l-isem ta’ Maria Callas. Kellha prova t-Teatru Metropolitan. Offrewlha l-partijiet ewlenin fil-Madame Butterfly ta’ Puccini u Fidelio ta’ Beethoven. Dawn il-partijiet Callas irrifjutathom. Ir-raġunijiet għaliex qalet le tathom hi stess. Qalet li dak iż-żmien hija kienet ħoxna wisq biex tkanta r-rwol ewlieni ta’ Butterfly. Dwar Fidelio, spjegat li l-offerta li saritilha kienet li tkanta r-rwol tagħha bl-Ingliż, ħaġa li lilha ma kinitx tinżlilha tajjeb. Fl-Amerika kellha kuntatti oħrajn, fosthom ma’ grupp ta’ kantanti Taljani f’Chicago. Madankollu, il-pjan ma rnexxiex minħabba l-finanzi involuti. Fl-1947, Callas ingħatat kuntratt biex tidher f’Verona u marret l-Italja. Id-debutt tagħha flArena ta’ Verona għamlitu birrwol ewlieni f’La Giaconda ta’ Ponchielli. Fiż-żmien tagħha hemhekk, hija ltaqgħet mas-surmast Taljan Tullio Serafin. Huwa ħadha Venezja, fejn kantant rwoli li kienu jitolbu leħen drammatiku, bħal Isolde fl-opra ta’ Wagner, Turandot fl-opra ta’ Puccini, u Brunnhilde fl-opra Die Walkure ta’ Wagner. Imxiet ukoll lejn bliet oħrajn Taljani fejn kantat partijiet fl-opra Aida ta’ Verdi u l-opra Norma ta’ Bellini. Is-suċċess li Callas kellha flItalja xeħtilha għajnejha fuq La Scala, ta’ Milan. L-ewwel darba li hija kantat hemmhekk kienet fl-1949. L-opra kienet Aida. Biss kellhom jgħaddu sentejn biex hija ngħaqdet uffiċjalment malkumpanija tat-teatru. Dan għaliex hija kellha l-kundizzjoni-
Maria Callas twieldet fit-3 ta’ Diċembru tal-1923
Ir-reazzjoni tal-kritiċi kienet tkun waħda mħallta. Mhux il-kritiċi kollha kienu jarawha l-istess, peress li t-timbru individwali tal-kant tagħha ġieli kien ikun imxellef minn xi nuqqasijiet f’dik li hija teknika jiet tagħha biex taċċetta. Riedet tkanta biss rwoli prinċipali f’opri kbar. Fl-istess ħin, ma riditx li persentaġġ tas-salarju tagħha jmur għand l-aġenzija tal-artisti f’Milan li tant kienet b’saħħitha li ħafna artisti kienu jbaxxu rashom għall-kundizzjonijiet tagħha. Callas żammet sakemm għaddiet tagħha. F’La Scala, damet tkanta sal-1958.
Fit-triq tas-suċċess Fl-istess sena tad-debutt tagħha f’La Scala, fl-1949, Callas iżżewġet lil Giovanni Battista Meneghini, negozjant
kbir Taljan tal-materjal tal-bini u ħabib tal-opra. Meneghini kien 20 sena ikbar minnha, iżda li flusu kienu jassigurawlha s-sigurtà tagħha. Professjonalment bdiet issejjaħ lilha nfisha Maria Meneghini Callas u żewġha sar il-manaġer u l-aġent tagħha. Fl-1952, tliet snin wara li żżewġet, it-Teatru Metropolitan ta’ New York offra lil Callas kuntratt. L-idea, però, ma rnexxietx. Callas ma riditx tmur New York mingħajr żewġha, u dan ma setax jikseb visa biex jidħol l-Amerika. Callas kompliet tkanta b’suċċessi dejjem akbar fl-Italja,
kif ukoll l-Amerika t’Isfel, ilMessiku u Londra. Kien żmien meta, bl-għajnuna ta’ dieta għaqlija, neħħiet il-ħxuna li kellha u kisbet figura rqiqa. Dan għen biex il-preżenza tagħha fuq il-palk tal-opra bdiet tiġbed aktar nies. L-Amerikani baqgħu jfittxuha. Fl-1954, iddebuttat fit-Teatru Liriku ta’ Chicago, fir-rwol ta’ Norma. Sentejn wara, f’Ottubru, kantat l-istess parti fit-Teatru Metropolitan. Sa dakinhar, ilfama tagħha kienet tali li l-aħbar innifisha li kienet se tieħu sehem hi kienet saret biżżejjed biex tnissel kjuwijiet twal ta’ nies ħdejn it-teatri fejn tkun se tkanta. Ir-reazzjoni tal-kritiċi kienet tkun waħda mħallta. Mhux il-kritiċi kollha kienu jarawha l-istess, peress li t-timbru individwali talkant tagħha ġieli kien ikun imxellef minn xi nuqqasijiet f’dik li hija teknika. Madankollu, kulħadd kien ifaħħarha ħafna għall-ħila mużikali tagħha, lgħal paġna 17
www.maltarightnow.com
17
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
PERSONALITAJIET
Maria Callas: Bdiet tiġi mfittxija mill-kumpaniji l-kbar tal-opra mad-dinja kollha Meta fuq ix-xefaq kien hemm sinjali li l-Ewropa kienet f’xifer ta’ gwerra oħra, fl-1944, Callas marret lura l-Istati Uniti, waħedha
minn paġna 16
appell personali tagħha u l-oriġinalità fil-mod ta’ kif kienet tippreżenta l-karattri li kienet tinterpreta. Bdiet tieħu sehem ukoll f’xi films. Laqqmuha, La Divina. Bdiet tiġi mfittxija tista’ tgħid millkumpaniji l-kbar tal-opra madwar id-dinja kollha. Daħlet f’ħafna kuntratti li wħud minnhom ġabulha ħafna inkwiet għal raġuni jew oħra, bħal minħabba diżgwid fuq ħlasijiet jew ikkanċellar ta’ wirjiet. Bdew ifeġġu wkoll okkażjonijiet fejn hija ma tippreżentax ruħha għalkemm ilwirja tkun diġà tħabbret. Kull darba li kienet tfeġġ xi storja simili, il-gazzetti u r-rivisti kien ikollhom xalata sħiħa fiddawl tal-popolarità kbira tagħha. Callas bdiet tieħu l-fama ta’ persuna bi mġiba imprevedibbli. Hija kienet issostni li kienet lesta
Fl-1959, wara 10 snin ta’ żwieġ, Callas isseparat minn ma’ żewġha Giovanni Battista Meneghini. Is-separazzjoni segwiet in-namur tagħha ma’ Aristotle Onassis, Grieg li kien is-sid ta’ ħafna vapuri
tkanta biss fejn il-kundizzjonijiet ikunu l-aħjar li jistgħu jkunu. Kienet tgħid ukoll li din kienet irraġuni għaliex kienet issib problema dwar ċerti wirjiet jew kuntratti. Fl-1959, Callas qalet li l-arti tal-mużika hija arti manifika u hija ma kinitx lesta taċċetta li tiġi trattata b’mod ta’ kafkaf. Kompliet tgħid li meta din l-arti tiġi rispettata, u meta l-artisti li jaqduha jkunu rispettati, hija
kienet lesta li taħdem qatigħ u tagħti dejjem l-aħjar tagħha. “Jiena ma rridx li jkolli x’naqsam ma’ xogħol jew kwalità tal-palk, tmexxija jew kant li jkunu inferjuri,” sostniet Callas. Ħafna mill-inkwiet li kien jinqala’ b’xi mod kien jiġi solvut. Callas kienet saret artista ta’ valur kbir wisq biex titwarrab filġenb. Kien hemm min jgħid li għalkemm hija kienet taf tkun diffiċli, kienet żgur waħda mill-
akbar artisti ta’ żmienha li mhux għalkemm tfeġġ artista oħra bħalha.
Daqqa wara oħra Fl-1959, wara 10 snin ta’ żwieġ, Callas isseparat minn ma’ żewġha Meneghini. Is-separazzjoni segwiet in-namur tagħha ma’ Aristotle Onassis, Grieg li kien is-sid ta’ ħafna vapuri. Sitt snin wara, iż-żwieġ tagħha ma’ Meneghini ġie dikjarat null. Iżda l-ħbiberija tagħha ma’ Onassis kienet sfumat fix-xejn, tant li fl1968 huwa żżewweg lil Jacqueline Kennedy, l-armla taleks-President Amerikan John F. Kennedy. L-aħħar dehra pubblika ta’ Callas fuq il-palk fl-Amerika kienet fit-Teatru Metropolitan ta’ New York fl-1965, meta kantat il-parti ta’ Tosca fl-opra ta’ Puccini. Fl-istess sena, kantat għall-aħħar darba wkoll
f’Covent Garden, Londra. Kien hemm xi okkażjonijiet, sas-sena 1975, fejn hija ppruvat tagħti xi kunċerti, iżda leħinha kien batta. Dan kellu effett kbir fuqha. Kienet saret persuna mdejqa li kienet tiddependi ħafna fuq ilpilloli tal-irqad. Fis-sajf tal-1977, Callas qalet lil xi ħbieb tagħha li ma kinitx qed tħossha f’sikkitha. Dan minkejja li, fl-istess żmien, nies oħrajn qrib tagħha kienu qed isemmu li ma kellhiex problemi kbar, tant li kienet qed tippjana li tikteb il-bijografija tagħha għal pubblikatur fi New York. Ġara, iżda, li fis-16 ta’ Settembru, 1977, waqt li kienet waħedha fiddar li kellha f’Pariġi, taha attakk tal-qalb u baqgħet taħtu. Kellha 53 sena. Ħafna baqgħu jqisuha bħala artista leġġendarja b’leħen uniku, li fiha kienu jispikkaw ħafna l-emozzjoni u d-drama.
www.maltarightnow.com
19
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
MADWARNA
Mis-suq tal-gaming f’pajjiżna u lil hinn minna
Maltco Lotteries – waħda mill-akbar kumpaniji fil-pajjiż
‘Nabucco’ hi waħda mill-ewwel opri li kiteb Verdi, waħda li kkawżat kontroversja kbira meta ġiet ippreżentata l-ewwel darba
Jitħabbar il-kast ta’ ‘Nabucco’ tat-Teatru Astra
It-Teatru Astra ħabbar il-kast għaż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra ‘Nabucco’ ta’ Giuseppe Verdi li se jsiru nhar il-Ħamis 23 u s-Sibt 25 ta’ Ottubru 2014. Eżattament 20 sena wara li din lopra ttellgħet fl-istess teatru, kast formidabbli u ta’ ħila se jkun qed itella’ mill-ġdid din il-produzzjoni impenjattiva. Ir-rappreżentazzjonijiet ta’ ‘Nabucco’ għal sena oħra se jkunu fil-qalba ta’ Festival Mediterranea. L-opra fit-Teatru Astra hi sinonima ma’ produzzjonijiet mill-aqwa u mużika talogħla livell. Għadha friska lmemorja ta’ produzzjonijiet reċenti bħal ‘Norma’, ‘Madama Butterfly’, ‘Otello’, ‘Macbeth’, ‘Turandot’, ‘Aida’ u għadd ta’ opri oħra li għollew il-livell talproduzzjonijiet operistiċi f’pajjiżna. Fuq quddiem tal-kast din issena nsibu lill-baritonu Taljan, Piero Terranova, li kanta fl-aqwa teatri tal-opra fl-Ewropa, bħal La Scala, fost l-oħrajn. Il-parti diffiċli ta’ Abigaille se tiġi interpretata minn solista oħra Taljana, din id-darba s-sopran Silvia dalla Banetta. Famuża għall-vuċi brillanti imma fl-istess ħin sobrja tagħha, b’medda wiesgħa u koloratura mill-ifjen, Silvia dalla Benetta hi garanzija ta’ Abigaille mill-aqwa. Il-baxx ta’ fama dinjija Carlo Colombara se jkanta l-parti talQassis il-Kbir, }akkarija. Meqjus mill-kritiċi bħala l-baxx ideali għall-opri ta’ Verdi, għandu vuċi
qawwija, sabiħa fit-ton u b’timbru sobrju, wieħed li rah jikseb kritika pożittiva immens għal partijiet bħal ta’ Filippu II f’‘Don Carlos’, Ramfis f’‘Aida’ u bosta oħrajn. Hu kanta fl-akbar teatri madwar id-dinja flimkien ma’ kantanti u diretturi mużikali ta’ fama kbira, fosthom Placido Domingo, Maria Guleghina, Antonio Pappano u Zubin Mehta, biex insemmu biss uħud. Mhux wiċċ ġdid fuq il-palk talAstra dak ta’ Cliff Zammit Stevens, li se jkun qed jiddebutta f’Malta fir-rwol prinċipali ta’ tenur, dak ta’ Ismaele. Hu diġà interpreta b’suċċess ir-rwoli ta’ Goro f’‘Madama Butterfly’ u Cassio f’‘Otello’, b’vuċi ċara u ħelwa li hi ideali għall-parti ta’ Ismaele. Fenena se titkanta minn Olga Slepnynova, li ħafna jiftakruha tinterpreta b’mod eċċellenti l-partijiet ta’ Suzuki f’‘Madama Butterfly’ u ta’ Emilia f’‘Otello’ s-sena l-oħra. ‘Nabucco’ hi waħda millewwel opri li kiteb Verdi, waħda li kkawżat kontroversja kbira meta ġiet ippreżentata l-ewwel darba lill-pubbliku, minħabba ddoża mħeġġa ta’ nazzjonaliżmu li fiha, il-karbiet tagħha għallħelsien minn taħt l-oppressjoni politika u l-post storiku li kisbet għaliha nfisha matul is-sekli. Imma dawk li jħobbu l-opra m’għandhomx dan biss f’moħħhom meta jisimgħu binNabucco – malli jitlissen isimha, ħsiebhom dritt imur fuq ir-rwol kbir li għandu l-kor fiha. Fiha, il-
kor għandu l-parti ewlenija, hu protagonist li l-kwalità tal-kontribut tiegħu kapaċi tgħolli produzzjoni mas-sema jew tniżżilha mal-art. ‘Nabucco’ hi opra litteralment miżgħuda b’partijiet korali, fejn il-kor hu l-fus li fuqu ddur l-opra kollha. Il-Kor talOpra tat-Teatru Astra matul dawn l-aħħar 25 sena għamel isem tajjeb għalih innifsu fixxena lokali. Magħmul mill-aqwa elementi fil-gżejjer, għal sena oħra se jkun imsaħħaħ minn grupp ta’ kantanti professjonali minn Ruma. Enrico Stinchelli, isem li jġorr miegħu l-fama ta’ ‘La Barcaccia’, qiegħed għal sena oħra jiġi fdat bil-produzzjoni artistika, waqt li Joseph Vella, idDirettur Mużikali tat-Teatru Astra u d-Direttur Artistiku ta’ Mediterranea, se jkun qed jidderieġi lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta f’dawn iż-żewġ produzzjonijiet. It-Teatru Astra qed jingħata lappoġġ tal-fondi pubbliċi permezz ta’ arranġament kulturali malGvern Malti. Imsieħba oħra f’dan il-proġett jinkludu lillBank of Valletta, Citadel Insurance, General Softdrinks Co Ltd u l-Kunsill Lokali talBelt Victoria. Biex tibbukkjaw il-postijiet ċemplu 21550985 jew ibagħtu email fuq bookings@mediterranea.com. Il-websajt tal-festival www.mediterranea.com.mt qed tagħti l-aħħar dettalji fuq l-opra u l-festival.
Jekk wieħed ikollu jieħu x-ray tal-kumpaniji kollha li hawn filgżejjer Maltin illum isib li lkumpanija Maltco Lotteries hi waħda mill-akbar kumpaniji li għandna fostna. Kumpanija li mhux biss qed toħloq għadd ġmielu ta’ impjiegi u opportunitajiet tax-xogħol, imma li qed tikkontribwixxi bl-aktar mod konkret għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Proprju matul din is-sena lkumpanija Maltco Lotteries qed tiċċelebra għeluq l-għaxar anniversarju tagħha f’Malta wara li fl-2004 bdiet l-operat tagħha filgżejjer Maltin wara li l-Gvern kien ipprivatizza l-Lottu Pubbliku. Kienu għaxar snin li fihom ilkumpanija Maltco Lotteries mhux biss stabbiliet lilha nnifisha f’Malta u f’Għawdex, talli kibret u nfirxet tant li llum hawn b’kollox 235 point of sale. Fi ftit kliem jekk nillimitaw iddiskors biss għall-aġenti f’Malta u f’Għawdex, dan kollu jfisser li llum hawn mijiet ta’ familji li ddħul tagħhom jiddependi millħidma li twettaq Maltco Lotteries. Dan apparti l-għadd ta’ impjegati – viċin il-mitt persuna – li lkumpanija tħaddem direttament hi. Meta wieħed ipoġġi kollox fuq il-platt, allura t-turn-over talkumpanija fuq bażi annwali jammonta għal miljuni kbar ta’ ewro. Xhieda tal-ħidma kbira li lkumpanija tagħmel ta’ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd biex tkun tista’taqdi bl-aħjar mod lill-klijenti tagħha. Naturalment, din l-istorja ta’ suċċess ma waqgħetx mis-sema jew tħawret b’kumbinazzjoni. Kollox hu magħmul b’viżjoni, b’impenn u b’serjetà u fuq quddiem jippilota dan il-proġett filgżejjer Maltin hemm Ioannis Katakis, l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-kumpanija, li ilu jmexxi lil Maltco Lotteries filgżejjer Maltin mill-bidu. Proprju meta fil-jiem li għaddew kienet organizzata festa biex
ikun iċċelebrat dan l-anniversarju, Ioannis Katakis kien ċar ħafna filmessaġġ tiegħu: “Il-viżjoni talkumpanija hija ċara – irridu nissoktaw inkunu fuq quddiem taliżvilupp soċjo-ekonomiku f’Malta u protagonisti fis-suq globali tal-lotteriji.” “Dan kollu billi nibqgħu naħdmu bi professjonalità, b’responsabbiltà u billi kontinwament inniedu fis-suq l-aktar mezzi teknoloġiċi żviluppati.” “Dan kollu wkoll fl-isfond tassostenn kontinwu tal-kumpanija multinazzjonali INTRALOT biex b’hekk nassiguraw il-ħidma effiċjenti tagħna bbażata fuq ilKwalità, is-Servizz u dDivertiment b’responsabbiltà.” Maltco Lotteries trid li fix-xhur u s-snin li ġejjin mhux biss tkompli tikber u tkompli toffri aktar logħbiet lill-klijenti tagħha, imma trid li bħala kumpanija tissokta tkun minn ta’ quddiem f’pajjiżna. L-ewwel għaxar snin ta’Maltco Lotteries f’Malta kienu storja ta’ suċċess. Bħal tarbija li twieldet u issa saret tifel ta’ għaxar snin li jħares ’il quddiem biex issa jidħol fiż-żgħożija tiegħu u jkompli jikber u jissokta jagħmel storja ta’ suċċess li mhux biss tkun ta’ sodisfazzjon għalih, imma tkun ukoll ta’ isem sabiħ u prestiġjuż kemm f’pajjiżna u anki lil hinn minn xtutna. Għax hu ta’unur kbir għal Maltco Lotteries kliem Costantinos Antonopoulos, lUffiċjal Eżekuttiv Ewlieni talGrupp INTRALOT, li waqt intervista li ta dan l-aħħar stqarr kif Maltco Lotteries, bil-ħidma tagħha, qed tkun ta’eżempju millaktar pożittivi għal kumpaniji oħra mxerrda madwar id-dinja li min-naħa tagħhom qed jikkupjaw il-prattiki ta’ suċċess li imbarkat fuqhom l-istess Maltco Lotteries. Dan hu diskors li mhux biss jagħmel unur lil Maltco Lotteries, imma hu diskors li jkompli jixpruna lil din il-kumpanija biex tissokta timxi ’l quddiem u tissokta tikteb aktar paġni ta’ suċċess filħidma tagħha fil-gżejjer Maltin.
20
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
www.maltarightnow.com
MADWARNA
SmartCity Malta tinvesti f’dawl sostenibbli
SmartCity Malta (SCM) għadha kemm investiet fi 11-il arblu hybrid biex iddawwal il-promenade fiċ-ċentru l-ġdid tal-avvenimenti tagħha, il-Laguna Walk, u dawn jibqgħu sejrin għal biċċa mix-Xgħajra. Dawn l-arbli jikkonsistu f’sistema awtosuffiċjenti li ddawwal it-toroq u titħaddem biss minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, inkluż enerġija bir-riħ, permezz tat-turbina tar-riħ u enerġija solari permezz tal-pannella solari mgħammra mal-arblu. Dawn larbli tad-dawl huma eżempju ieħor tal-investiment li SmartCity Malta tkompli tagħmel fl-impenn tagħha għassostenibbiltà. L-arbli hybrid il-ġodda matul il-promenade jiġġeneraw lenerġija li hija maħżuna awtomatikament f’batterija ta’ tip ta’ ġell li kapaċi tipprovdi awtonomija lill-arblu għal madwar 72 siegħa. L-arbli huma mgħammra b’bozza ta’ magnetic induction ta’ 40W li hi s-sors ewlieni taddawl tat-triq, filwaqt li l-bqija tal-arblu tikkonsisti f’2x3 watt central spots LED lamps RGB li jistgħu jiġu kkontrollati biex joħolqu atmosfera b’ħafna kuluri differenti. Tabilħaqq, ilproġett ta’ SmartCity Malta qed ikompli jinbena b’mod li jippro-
teġi l-ambjent u jipprovdi lillabitanti b’postijiet komdi, produttivi u tajbin għas-saħħa firrigward tax-xogħol u d-divertiment. SmartCity Malta hija impenjata li tnaqqas l-impatt ġenerali tal-ambjent mibni fuq is-saħħa tal-individwi u fuq l-ambjent naturali. Fil-fatt, mill-bidu tagħha, SmartCity Malta kompliet tadotta prattiki favur l-ambjent ta’ klassifikazzjoni għolja globalment biex tagħmel in-network globali tagħha ta’ parks kummerċjali awtosostnuti, ferm effiċjenti fl-użu tal-enerġija u rriżorsi. Illum, SmartCity Malta hija l-ewwel żvilupp ta’ township f’Malta biex jirreġistra għaċ-Ċertifikazzjoni talLeadership in Energy and Environmental Design (LEED). Filwaqt li kien qed jitkellem dwar l-arbli hybrid fil-Laguna Walk, Anthony P. Tabone, isCEO ta’ SmartCity Malta, qal, “Il-Laguna Walk hija destinazzjoni ta’ divertiment dinamika u rilassanti għat-tgawdija tal-pubbliku ġenerali. Nixtiequ nkomplu nipprovdu postijiet fil-beraħ għad-divertiment kif ukoll inkomplu blimpenn tagħna għas-sostenibbiltà biex innaqqsu l-impatt fuq l-ambjent tal-madwar.”
www.maltarightnow.com
DRAMA
Becky the Return
Niltaqgħu mal-atturi u l-karattri
Attriċi: Josephine Zammit Cordina Karattru: Anne Żgur li Josephine Zammit Cordina ma għandha bżonn ebda introduzzjoni għaliex min jaf kemm ferrħet qlub u wasslet informazzjoni utli fuq il-mezzi tax-xandir matul dawn l-aħħar snin. Josephine Zammit Cordina tgħix il-Ħamrun u għandha 78 sena. Il-karriera ta’ Josephine, ftit ħallitilha spazju biex ikollha delizzji jew passatempi iżda f’dawn l-aħħar 20 sena kienet iffukata l-aktar fuq l-emigranti Maltin fl-Awstralja u b’hekk kemm huma u l-familja tagħha kienu u għadhom jikkapparawlha ħajjitha.
Anne Il-karattru prinċipali ta’ Josephine Zammit Cordina se jkun dak ta’ Anne, omm Becky, iżda li hi l-unika persuna li lil Becky issejħilha b’isimha proprju, Rebecca. Ma ninsewx li omm Becky hi armla u kienet Ministru. Għal Josephine, kull karattru hu diffiċli. “Jiena nieħu pjaċir ninterpreta karattri diversi u aktar ma jkun ta’ sfida, aktar nidħol għalih bil-qalb u b’ċertu entu]ja]mu.” Il-karattru ta’ Anne ma tantx kien diffiċli peress li Anne, primarjament kienet omm imma mbagħad daħal aspett ieħor, dak li Anne saret Ministru u allura l-ħajja nbidlet u saret aktar impenjattiva. “F’dan ir-rigward, il-karattru kien ta’ sfida għax jien qatt ma
21
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
kont involuta fil-politika. Naħseb li l-aktar karattru li zgur ma kienx jaqbel ma’ tiegħi kien meta interpretajt il-parti tas-Sinjura f’‘K.C.’ Is-Sinjura kienet tħobb tikkmanda u tara lil kulħadd dubbien.” Josephine ltaqgħet mad-drama meta kellha 29 sena u b’hekk din is-sena se tkun qed tagħlaq il-50 anniversarju f’dan il-qasam. Ilkollaborazzjoni ma’ Eileen Montesin bdiet snin ilu f’diversi produzzjonijiet fosthom ‘Under Cover 1’, ‘Under Cover 2’, ‘Dejjem Tiegħek Becky’, ‘K.C.’ u ‘Deja Vu’. Izda nsibu kollaborazzjonijiet oħra fosthom f’‘Karmena Abdilla’ u ‘Ejja Tabib għax Għandi t-Taqlib’, ]ew; produzzjonijiet li għadhom fil-qlub ta’ mijiet ta’ persuni filgzejjer Maltin. Josephine Zammit Cordina tqis id-drama bħala “gwardarobba mimlija ħwejjeġ differenti, illum tilbes waħda (karattru) għada tilbes oħra. “Minkejja l-ħinijiet twal talprovi, id-drama fiha s-sodisfazzjon li titgħallem ħafna minnha minbarra li tiġbed lejk ħafna nies mingħajr ma tkun tafhom. Ħafna nies isellmulek u qatt ma tħossok waħdek meta tkun barra.” Fl-aħħar ta’ din is-serje, se jinżel is-siparju fuq il-karriera twila ta’ Josephine Zammit Cordina fil-qasam tad-drama. Dan għaliex hi taħseb li wara 50 sena f’din il-karriera wasal iżżmien li “I call it a day.” “Kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija li naħdem ma’ Eileen Montesin għal dawn l-aħħar 15il sena għax hi bniedma ta’ kapaċitajiet kbar f’dan il-mestier.”
Attriċi: Sarah Crystal Karattru: Scarlet L-attriċi Sarah Crystal AttardCassar għandha 24 sena u toqgħod Ħ’Attard. Tista’ tiddeskriviha bħala simpatika, perfezzjonista u vanituża. Meta tidħol għal biċċa xogħol, tistenna li tagħmel dan bis-serjetà u tipprova tagħmel kollox f’ħinu u f’waqtu. Tħobb iżżomm ruħha impenjata u dejjem tara x’tivvinta biex timla l-ħin filwaqt li tara li żomm lilha nnifisha aġġornata malaħħar aħbarijiet, kemm mix-xena lokali, kif ukoll internazzjonali. Il-mużika hi ta’ importanza kbira għaliha tant li ma tgħaddix mingħajrha fil-ħajja ta’ kuljum għaliex tħossha bħala kumpanija u mhux l-ewwel darba li tkun filmuża u tikteb il-lirika tad-diski tagħha stess. Ir-reċtar illum il-ġurnata sar parti integrali minn ħajjitha, mhux biss għax qiegħda tqatta’ ferm aktar ħin fil-ġbid tax-xeni, iżda għax għal ftit mumenti u xhur fis-sena tista’ tidħol f’karattru differenti minn tagħha. Passatemp ieħor li tħobb hu li tivvjaġġa. Fil-fatt qaltilna li hi tħossha ‘travelaholic’, u tistqarr li “f’każ li din il-kelma ma’ teżistix fil-lingwa Ingliża, allura wasal iż-żmien li tiġi introdotta għalija”. }ew; delizzji oħra huma lmoda u l-fotografija. Peremezz
tal-fotografija, Sarah tkun tista’ tieħu ritratt ta’ dawk il-mumenti importanti f’ħajjitha, mumenti li mhux dejjem kapaċi jer;għu jiġru, filwaqt li l-moda tagħtiha ħajja differenti permezz tal-ħwejjeġ li tixtri. Sarah tistqarr li “ġieli dħalt ġol-ħwienet nipprova l-ħwejjeġ, anke jekk naf li m’għandix flus biżżejjed biex inħallashom”. Iżda jekk hawn min jaħseb li Sarah jogħġobha kollox, sejjer żball. Sarah jdejquha nies li jaslu tard u li juru wiċċ b’ieħor, filwaqt li tibża’ ħafna mill-insetti ta’ kull għamla u tip, is-sajjetti, luġigħ u finalment, mill-brokkoli. Il-karattru ta’ Scarlet Fis-sensiela ‘Becky the Return’ se tkun qed tinterpreta lparti ta’ Scarlet. Scarlet ti;i lmara tat-tifel il-kbir ta’ Becky, Jeremy, u bħala karattru, taqbel ħafna ma’ Becky u l-familja ta’ Jeremy, iżda hi xi ftit jew wisq riservata. Ma tħobbx tikxef ċerti aspetti tal-ħajja, mentri żewġha Jeremy, jgħid kollox lil ommu u lil ħutu. Din il-ħaġa lil Scarlet ma ddoqqilhiex. Skont Sarah, dan il-karattru għandu xi ftit jew wisq xebh mal-karattru veru tagħha, bilkontra tal-karattru li kellha f’‘Deja Vu’, dak ta’ Lea, li ma kien jaqbel xejn ma’ tagħha. L-ewwel esperjenzi tad-drama għal Sarah bdew mill-iskola primarja waqt ir-reċtar ta’ jum ilpremjazzjoni, u meta kienet tmur
titgħallem il-kant u ż-żfin fliskola ARTS immexxijja minn Ray Mangion. Iżda tista’ tgħid li ħadet id-drama bis-serjetà meta bdiet tmur il-Malta Drama Centre fl-2000, u minn hemm lesperjenzi u l-bibien tal-opportunitajiet infetħu matul is-snin. Fi ftit kliem, Sarah tiddeskrivi d-drama bħala “don u talent li jagħtuk opportunità ta’ sfidi ġodda filwaqt li jkunu żvog pjaċevoli mir-rutina ta’ kuljum. Finalment dan kollu jwassal għal sodisfazzjon akbar fil-ħajja.” Dwar il-mistoqsija ta’ x’inhuma l-ambizzjonijiet tagħha f’din is-sensiela, Sarah tispjega li “qed inħares lejha bi stennija kbira. Lambizzjoni tiegħi, naħseb bħal ta’ kull attur, hi li tintlaqa’ tajjeb min-nies bħalma naf li marru sensiliet oħra ta’ Eileen Montesin
www.maltarightnow.com
27
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
SPORT
Jiftaħ il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni b’14-il tim
Illum tintlagħab l-ewwel logħba mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, kampjonat li għallewwel darba se jkun magħmul minn 14-il tim. Dan fil-verita` kellu jkun hekk anki fl-istaġun li għadda, iżda minħabba li Marsaxlokk għażlu li ma jilagħbux f’din iddiviżjoni, il-kampjonat tas-sena loħra ntlagħab bi tlettax-il tim. Se jkun ukoll kampjonat fejn minbarra ż-żewġ timijiet li jiġu flewwel post ikunu awtomatikament promossi għall-Kampjonat Premier, it-tim li jispiċċa fit-tielet pożizzjoni se jilgħab play-off ma’ dak li jispiċċa fl-għaxar post filKampjonat Premier. Dan il-Kampjonat għandu tradizzjoni li jkun wieħed verament bilanċjat u inċert sa l-aħħar logħbiet u din is-sena mhux mistennija li tkun eċċezzjoni. It-timijiet kollha, min ftit u min ħafna, għamlu bidliet u akkwisti biex isaħħu kemm jistgħu l-iskwadra tagħhom. Se jkun hemmm id-debutt f’din il-kategorija għat-timijiet ta’ Fgura United u Pembroke Athleta, li flimkien ma’ Mqabba kisbu l-promozzjoni mit-Tieni Diviżjoni. Il-
preżenza ta’ Pembroke Athleta se tkompli tkabbar ir-rivalita` bejn ilġirien St. Andrew’s u Melita, fejn għall-ewwel darba dawn se jkunu t-tlieta flimkien fil-kampjonat talEwwel Diviżjoni. U propju flewwel ġurnata jkollna l-ewwel konfront dirett bejn Melita u Pembroke. Se jkollna wkoll ritorn ta’ derby tal-Kottonera wara li Vittoriosa Stars tilfu posthom mill-Premier flaħħar logħba kontra Naxxar flistaġun li għadda, b’hekk Vittoriosa se jsibu bħala avversarji lill-ġirien St. George’s, fejn bħas-soltu dawn il-logħbiet ikunu ferm mistennija u jattiraw attendenzi sbieħ ukoll. Fl-istaġun li għadda ma kellniex derbies tal-Kottonera bit-tliet timijiet protagonisti, St. George’s, Senglea u Vittoriosa f’kampjonati differenti. Għalhekk dan hu kampjonat ferm bilanċjat u jkun verament diffili tbassar favoriti, għalkemm xi timijiet, fosthom Gżira United, Pembroke Athleta, Msida SJ, u Lija Athletics, għamlu akkwisti importanti u jidhru destinati li jissieltu għall-ogħla postijiet. Iżda wieħed
Dan l-aħħar, l-atleta ta’ Birkirkara St Joseph Graham Borg ħa sehem għat-tieni darba fit-Triathlon tal-Ironman li saret fil-belt ta’ Copenhagen fidDanimarka. Il-wirja ta’ Borg kienet waħda pożittiva u fil-fatt tejjeb il-ħin li kien għamel sena ilu b’44 minuta. Għal din il-kompetizzjoni ħadu sehem madwar 3000 atleta. Borg għamel lewwel parti, li kienet għawma ta’ 3.8 kilometri f’ħin ta’ 54 minuta. Fit-tieni parti l-atleti kellhom jaqdfu bir-rota 180 kilometru u dawn telqu minn Amager biex waslu sa Copenhagen. Hawnhekk Borg dam ħames
siegħat u ħames minuti. L-aħħar faħi kienet tikkonsisti minn rotta ta’ 42.2 kilometru fejn l-atleti daru erba’ darbiet mal-belt. Borg ġera din id-distanza f’ħin ta’ tliet siegħat u 50 sekonda biex b’hekk għamel ħin totali ta’ 10 siegħat u 56 sekonda. L-impenn li jmissu Borg barra minn Malta se jkun dak tat-28 ta’ Settembru fejn se jieħu sehem fi Triathlon li se ssir fil-belt ta’ Palermo. Barra minn hekk Borg se jikkompeti wkoll fi Triathlon oħra tal-Ironman filbelt ta’ Cozumel fil-Messiku. Hu mistenni li f’din il-kompetizzjoni jieħdu sehem madwar 2500 atleta.
TRIATHLON
ma jridx jinsa wkoll timijiet stabbiliti bħal Melita, St. Andrew’s u St.George’s li mingħajr dubju se jkunu għadma iebsa għal kulħadd. Il-Kampjonat jiftaħ illum 12 ta’ Settembru bl-ewwel logħba bejn St. George’s u Msida SJ, u jintemm bl-aħħar programm ta’ logħob fis26 ta’April 2015, fejn f’kull tmiem il-ġimgħa jkun hemm programm ta’ seba’ logħbiet imqassam fuq tlett ijiem. Il-Programm tal-ewwel jum għalhekk se jkun dan. Il-Ġimgħa 12 ta’ Settembru Luxol Stadium 7.30pm – St.George’s v Msida SJ
Is-Sibt 13 ta’ Settembru Centenary Stadium - 4pm Vittoriosa S v Gżira Utd, 6pm Fgura Utd v St. Andrew’s Il-Ħadd 14 ta’ Settembru Centenary Stadium - 4pm Rabat A v Mqabba, 6pm Melita v Pembroke A Victor Tedesco Stadium - 4pm Gudja Utd v Birżebbuġa SP, Zurrieq v Lija A
Wirja pożittiva ta’ Borg fid-Danimarka
Graham Borg dan l-aħħar ħa sehem f’kompetizzjoni fidDanimarka
Kaljevic BOV Plejer tax-Xahar
Il-plejer ta’ Mosta FC, Bojan Kaljevic huwa l-BOV Plejer taxXahar għal Awwissu 2014. Ilplejer mill-Montenegro kellu bidu impressjonanti dan l-istaġun wara li skorja l-uniku gowl firrebħa li kellhom Mosta fuq iċChampions Valletta fl-ewwel logħba tal-istaġun. Fit-tieni staġun ma’ Mosta, Kaljevic, skorja ]ewġ gowls kon-
tra Żebbuġ, biex skorja tliet gowls fi tliet partiti matul lewwel xahar tal-kampjonat fejn Mosta għadhom mingħajr telfa. Emily Grech, Maniġer talFergħa tal-Mosta ta’ Bank of Valletta ppre]entat it-Trofew talBOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu lil Kaljevic li għa]el li jagħti d-donazzjoni marbuta ma’ dan l-unur lil Puttinu Cares.
Il-Liverpool Supporters Club Malta se jkun qed jorganizza żjara f’Anfield għad-Derby ta’ Merseyside bejn Liverpool u Everton li se tintlagħab is-Sibt 27 ta’ Settembru. It-tour jitlaq minn Malta lĦamis 25 ta’ Settembru u jirritorna t-Tnejn 29 b’titjiriet mal-
AirMalta. It-tour jiswa €775 kull persuna li jinkludi t-titjiriet, transfers, erba’ ljieli fis-Sir Thomas Hotel, taxxi kif ukoll ilbiljett garantit għal-logħba. Dawk interessati li jingħaqdu ma’ dan it-tour, jistgħu jikkuntattjaw lil Ray Romano fuq 7944 0650.
Tour għad-derby ta’ Merseyside
www.maltarightnow.com
28
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
SPORT
It-trasferimenti kollha li saru fi BUNDESLIGA
Fl-1 ta’ Settembru ġie fi tmiemu l-perjodu tas-suq ta’ trasferimenti u fil-Ġermanja, kien kien mistenni, kienu rrivali Bayern Munich u Borussia Dortmund li nefqu l-aktar flus. Ħafna minn dawn l-akkwisti diġa’ għamlu ddebutt mat-timijiet il-ġodda tagħhom. Din hi l-lista kollha talplejers akkwistati mill-20 tim li hemm filBundesliga. Issuq jerġa’ jiftaħ f’Jannar li ġej. Il-lista qiegħda skont kif spiċċaw it-timijiet fil-klassifika s-sena l-oħra.
BAYERN MUNICH Akkwistaw: Sinan Kurt (B. Mon’bach), Xabi Alonso (R. Madrid), Mehdi Benatia (Roma), Pepe Reina ( Liverpool), Juan Bernat (Valencia), Robert Lewandowski (B.Dortmund), Sebastian Rode (E.Frankfurt) Neħħew: Toni Kroos (R. Madrid), Mario Mandzukic (A. Madrid), Daniel van Buyten (Irtira), Lukas Raeder (V. Setubal), Alessandro Schopf (Nurnberg), Diego Contento (Bordeaux), Julian Green (Hamburg)
BORUSSIA DORTMUND Akkwistaw: Shinji Kagawa (Man Utd), Matthias Ginter (Freiburg), Ciro Immobile (Torino), Dong-Won Ji (Augsburg), Adrian Ramos (Hertha BSC), Nuri Sahin (R. Madrid) Neħħew: Julian Schieber (Hertha BSC), Robert Lewandowski (B.Munich), Manuel Friedrich (release), Marvin Duksch (Paderborn), Jonas Hofmann (Mainz)
SCHALKE Akkwistaw: Eric Maxim Choupo-Moting (Mainz), Fabian Giefer (F. Dusseldorf), Sidney Sam (B.Leverkusen), Dennis Aogo (Hamburg), Tranquillo Barnetta (E.Frankfurt), Christian Wetklo (Mainz) Neħħew: Adam Szalai (Hoffenheim), Lars Unnerstall (F. Dusseldorf), Timo
Hildebrand (release), Tim Hoogland (Fulham), Anthony Annan (release), Philipp Hofmann (Kaiserslautern), Kyriakos Papadopoulos (B.Leverkusen)
BAYER LEVERKUSEN Akkwistaw: Hakan Calhanoglu (Hamburg), Wladlen Jurschenko (Schachtjor Donezk), Tin Jedvaj (Roma), Dario Kresic (Mainz), Josip Drmic (Nurnberg), Wendell (Gremio), Karim Bellarabi (E. Braunschweig) Neħħew: Emre Can (Liverpool), Jens Hegeler (Hertha BSC), Jonas Meffert (Karlsruher), Sidney Sam (Schalke), Andres Palop (Karriereende), Junior Fernandes (D.Zagreb), Konstantinos Stafylidis (Fulham), Joel Pohjanpalo (F. Dusseldorf), Malcom Cacutalua (G. Furth), Seung-Woo Ryu (E. Braunschweig), Eren Derdiyok (Hoffenheim), Andres Guardado (Valencia), Danny da Costa (FC Ingolstadt), Arkadiusz Milik (Ajax), Philipp Wollscheid (Mainz)
WOLFSBURG Akkwistaw: Nicklas Bendtner (Arsenal), Josuha Guilavogui (A.Madrid), Mateusz Klich (Zwolle), Sebastian Jung (E.Frankfurt), Fagner (Corinthians), Ibrahim Sissoko (Deportivo La Coruna), Aaron Hunt (W. Bremen)
Bayern Munich akkwistaw lil Xabi Alonso mingħand Real Madrid
Neħħew: Rasmus Jönsson (Aalborg BK), Vaclav Pilar (V.Plzen) Jan Polak (Nurnberg), Nassim Ben Khalifa (Grasshopper), Tolga Cigerci (Hertha BSC), Stefan Kutschke (Paderborn), Ibrahim Sissoko (Eskisehirspor), Slobodan Medojevic (E.Frankfurt, Kevin Scheidhauer (MSV Duisburg)
BORUSSIA MONCHENGLADBACH Akkwistaw: Thorgan Hazard (Chelsea), André Hahn (Augsburg), Fabian Johnson (Hoffenheim), Yann Sommer (Basel), Ibrahima Traoré (Stuttgart), Matthias Zimmermann (SV Sandhausen) Neħħew: Sinan Kurt (B.Munich), Juan Arango (Xolos Tijuana), Luuk de Jong (PSV) Lukas Rupp (Paderborn), MarcAndré ter Stegen (Barcelona), Elias Kachunga (Paderborn), Peniel Mlapa (Nurnberg), Amin Younes (Kaiserslautern)
MAINZ Akkwistaw: Jairo Samperio Bustara (Seville), Pablo De Blasis (A.Tripolis), Daniel Brosinski (G. Furth), Gonzalo Jara (N.Forest), Nikita Rukavytsya (Frankfurt), Chinedu Ede (Kaiserslautern), Filip Djuricic (Benfica), Stefanos Kapino (Panathinaikos), Pablo De Blasis (Asteras Triplos), Sami Allagui (Hertha BSC), Philipp Wollscheid (B.Leverkusen), Jonas Hofmann
(B.Dortmund) Neħħew: Nicolai Mueller (Hamburg), Eric Maxim Choupo-Moting (Schalke), Shawn Parker (Augsburg), Dario Kresic (B.Leverkusen), Zdenek Pospech (Opava), Bo Svensson (release), Malik Fathi (release), Christian Wetklo (Schalke), Dani Schahin (Freiburg), Niki Zimling (Ajax)
AUGSBURG Akkwistaw: Abdul Rahman Baba (G. Furth), Tim Matavz (PSV), Nikola Djurdjic (G. Furth), Shawn Parker (Mainz), Aristide Bancé (F. Dusseldorf), Mathias Fetsch (E.Cottbus), Markus Feulner (Nurnberg), Caiuby (Ingolstadt) Neħħew: Matthias Ostrzolek (Hamburg), Bajram Nebihi (Union Berlin), Kevin Vogt (Koln), Dong-Won Ji (B.Dortmund), André Hahn (B. Mon’bach), Raphael Holzhauser (Stuttgart), Arkadiusz Milik (B.Leverkusen), Mohamed Amsif (Union Berlin), Andreas Ottl, Aristide Bancé , Mathias Fetsch (Dynamo Dresden)
HOFFENHEIM Akkwistaw: Steven Zuber (CSKA Moscow), Adam Szalai (Schalke), Jin-Su Kim (Albirex Niigata), Ermin Bicakcic (E. Braunschweig), Oliver Baumann (Freiburg), Pirmin Schwegler (E.Frankfurt), Janik Haberer (Unterhaching), Guilherme Biteco (Gremio), Knowledge Musona (Kaizer Chiefs), Tobias Weis (E.Frankfurt) Neħħew: Filip Malbasic (Lechia Danzig), Junior Ponce (Vitoria Setubal), Stephan
www.maltarightnow.com
29
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
SPORT
l-Bundesliga matul dan is-sajf Valentin Stocker (Basel), Roy Beerens (AZ Alkmaar), Jens Hegeler (B.Leverkusen), Tolga Cigerci (Wolfsburg), Felix Bastians (Bochum), Ben Sahar (A. Bielefeld), Per Skelbred (Hamburg) Neħħew: Pierre-Michel Lasogga (Hamburg, Fabian Holland (Darmstadt 98), Peer Kluge (A. Bielefeld), Maik Franz (release), Adrian Ramos (B.Dortmund), Lewan Kobiaschwili (Karriereende), Per Skjelbred (Hamburg), Sami Allagui (Mainz)
Schrock (G. Furth), Robin Szarka (E.Cottbus), Joselu (Hannover), Andreas Ludwig (Aalen), Fabian Johnson (B. Mon’bach), Kenan Karaman (Hannover), Stefan Thesker (Hannover), Edson Braafheid (release), Eren Derdiyok (Kasimpasa), Michael Gregoritsch (Bochum), Sandro Wieser (Aarau), Joseph Gyau (BVB II), Vincenzo Grifo (Frankfurt), Tobias Weis (Bochum), Michael Gregoritsch (Bochum)
HANNOVER Akkwistaw: Jimmy Briand (Olympique Lyon), Marius Stankevicius (Gaziantepsor), Ceyhun Gülselam (Galatasaray), Miiko Albornoz (Malmo), Joselu (Hoffenheim), Hiroshi Kiyotake (Nurnberg), Robert Almer (E.Cottbus), Vladimir Rankovic (B.Munich II), Kenan Karaman (Hoffenheim), Stefan Thesker (Hoffenheim), Franca (Palmeiras), Ali Gökdemir (Elazigspor), Florian Ballas (Saarbrucken), Samuel Radlinger (R.Vienna) Neħħew: Szabolcs Huszti (Changchun Yatai), Adrian Nikci (Young Boys Bern), Christopher Avevor (F. Dusseldorf), Mame Diouf (Stoke City), Artjoms Rudnevs (Hamburg), Frantisek Rajtoral (V.Plzen), Sebastien Pocognoli (West Brom) HERTHA BSC Akkwistaw: Salomon Kalou (Lille), Julian Schieber (B.Dortmund), John Heitinga (Fulham), Genki Haraguchi (Urawa Red Diamonds), Marvin Plattenhardt (Nurnberg),
WERDER BREMEN Akkwistaw: Izet Hajrovic (Galatasaray), Alejandro Galvez (Rayo Vallecano), Fin Bartels (St. Pauli), Raif Husic (B.Munich), Santiago Garcia (CSD Rangers Talca), Joseph Akpala (Karabukspor), Mateo Pavlovic (Ferencvaros Budapest) Neħħew: Mehmet Ekici (Trabzonspor), Lukas Schmitz (F. Dusseldorf), Aaron Hunt (Wolfsburg), Aleksandar Ignjovski (E.Frankfurt), Sebastian Mielitz (Freiburg), Johannes Wurtz (G. Furth), Predrag Stevanovic (release), Aleksandar Stevanovic (release), Cimo Rocker (release), Niclas Fullkrug (Nurnberg)
EINTRACHT FRANKFURT Akkwistaw: Haris Seferovic (R.Sociedad), Nelson Valdez (Al-Jazira), Lukas Piazon (Timothy Chandler (Nurnberg), Makoto Hasebe (Nurnberg), Lucas Piazon, David Kinsombi (Mainz), Aleksandar Ignjovski (W. Bremen), Slobodan Medojevic (Wolfsburg) Neħħew: Marc-Oliver Kempf (Freiburg), Stefano Celozzi (Bochum), Stephan Schrock (Hoffenheim), Sebastian Jung (Wolfsburg), Pirmin Schwegler (Hoffenheim), Sebastian Rode (B.Munich), Marvin Bakalorz (Paderborn), Joselu (Hoffenheim), Tobias Weis (Hoffenheim), Tranquillo Barnetta (Schalke) FREIBURG Akkwistaw: Dani Schahin (Mainz), Marc TorrEjon (Kaiserslautern), Mike Frantz (Nurnberg), Sebastian Mielitz (W.Bremen), Roman Burki (Grasshopper Club Zürich),
Kagawa reġa’ ingħaqad ma’ Borussia Dortmund wara li ħalla lil Man Utd
Admir Mehmedi (D.Kiev), Sascha Riether (Fulham), Stefan Mitrovic (Benfica), Marc-Oliver Kempf (E.Frankfurt) Neħħew: Matthias Ginter (B.Dortmund), Gelson Fernandes (Rennes), Vegar Eggen Hedenstad (E. Braunschweig), Marco Terrazzino (Bochum), Alexander Schwolow (A. Bielefeld), Hendrick Zuck (E. Braunschweig), Oliver Baumann (Hoffenheim), Vaclav Pilar (Wolfsburg), Francis Coquelin (Arsenal), Marc Lais (Chemnitzer), Mike Hanke (Guizhou Renhe), Fallou Diagne (Rennes)
STUTTGART Akkwistaw: Filip Kostic (Groningen), Oriol Romeu (Chelsea), Daniel Ginczek (Nurnberg), Adam Hlousek (Nurnberg), Florian Klein (Red Bull Salzburg), Raphael Holzhauser (Augsburg), William Kvist (Fulham) Neħħew: Patrick Funk (W. Wiesbaden), Arthur Boka (Malaga), Ibrahima Traore (B. Mon’bach), Cacau , Rani Khedira (Leipzig), Johan Audel (Nantes), William Kvist (Wigan)
HAMBURG Akkwistaw: Matthias Ostrzolek (Augsburg), Nicolai Mueller (Mainz), Valon Behrami (Napoli), PierreMichel Lasogga (Hertha BSC), Zoltan Stieber (G. Furth), Artjoms Rudnevs (Hannover), Johan Djourou (Arsenal), Gojko Kacar (Cerezo Osaka), Julian Green (B.Munich), Lewis Holtby (Tottenham) Neħħew: Michael Mancienne (N. Forest), Hakan Calhanoglu (B.Leverkusen), Lasse Sobiech (St. Pauli), Zhi Gin Lam (G. Furth), Florian Stritzel (Karlsruher), Robert Tesche (release), Tomas Rincon (release), Ouasim Bouy (Juventus), Ola John (Benfica), Dennis Aogo (Schalke), Sven Neuhaus (Karriereende), Per Skjelbred (Hertha BSC), Jonathan Tah (F. Dusseldorf), Kerem Demirbay (Kaiserslautern), Milan Badelj (Fiorentina) KOLN Akkwistaw: Tomas Kalas (Chelsea), Simon Zoller (Kaiserslautern), Kevin Vogt (Augsburg), Dusan Svento (Red Bull Salzburg), Slawomir Peszko
(Parma), Pawel Olkowski (Polen), Mergim Mavraj (G. Furth), Yuya Osako (1860 Munich) Neħħew: Sascha Bigalke (release), Bruno Nascimento (E. Praia), Mato Jajalo (HNK Rijeka), Maurice Exslager (Darmstadt 98), Kacper Przybylko (G. Furth), Adil Chihi (Fulham), Kevin McKenna (release)
PADERBORN Akkwistaw: Moritz Stoppelkamp (1860 Munich), Marvin Ducksch (B.Dortmund), Lukas Rupp (B. Mon’bach), Marvin Bakalorz (E.Frankfurt), Fabian Scheffer (Carl Zeiss Jena), Idir Ouali (Dynamo Dresden), Elias Kachunga (B. Mon’bach), Stefan Kutschke (Wolfsburg), Viktor Maier (Lippstadt 08), Rafael Lopez (Getafe) Neħħew: Manuel Zeitz (E.Cottbus), Sebastian Schonlau (Verl), Markus Krosche (Karriereende), Fabian Scheffer (Kaiserslautern II), Rick ten Voorde ( Dordrecht), Johannes Wurtz (W. Bremen), Saliou Sane (Holstein Kiel), Markus Palionis (release)
www.maltarightnow.com
30
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
FORMULA 1
Raikkonen irid item il-karriera mal-Ferrari
iIs-sewwieq Finlandiż Kimi Raikkonen qal li jrid itemm ilkarriera mal-Ferrari. Qabel dan listaġun Raikkonen ħalla lil Lotus u reġa’ ingħaqad mal-Ferrari għat-tieni darba fil-karriera tiegħu. Madankollu, minn dakinhar ‘l hawn Raikkonen ma kellux wirjiet tajbin u s’issa għadu ma rebaħ l-ebda tellieqa. S’issa ġab total ta’ 41 punt, 80 inqas minn sieħbu Fernando Alonso. Dawn il-wirjiet kemmxejn negattivi ġabu magħhom spekulazzjonijiet li dan, fi tmiem listaġun kien se jitlaq lit-tim Taljan. “Jien qatt ma għidt li se nitlaq lill-Ferrari. Jien irrid intemm ilkarriera magħhom imma qatt ma għidt meta se jkun dan ilmument. Il-gazzetta jiktbu min kollox biex jimlew il-paġni,” qal Raikkonen. Dan tal-aħħar ma qal li għadu ma jafx x’se jagħmel la darba jirtira mill-Formula 1.
Button ifaħħar lil Hamilton Is-sewwieq tal-McLaren Jenson Button kellu kliem ta’ tifħir għall-eks sewwieq talMcLaren Lewis Hamilton li
Kimi Raikkonen
bħalissa qed ikollu wirjiet millaqwa mal-Mercedes. Meta Hamilton kien ħalla lill-McLaren biex jingħaqad mal-Mercedes kienu ħafna dawk li qalu li dan kien se jagħmel pass lura fil-karriera tiegħu imma ż-żmien ta raġun lil Hamilton li bħalissa qed jissielet għar-rebħ tat-titlu flimkien ma’ Nico Rosberg, li hu wkoll tal-Mercedes. Id-distakk bejn dawn it-tnejn hu dak ta’ 22 punt. “Lewis hu wieħed mill-aktar sewwieqa veloċi li qatt rajt filFormula 1. Nemmen li hu ssewwieq bl-akbar talent imma kulħadd jaf li f’dan l-isport irid ikollok ukoll karozza tajba u mhux biss il-kapaċitajiet biex tirbaħ,” qal Button.
FUTBOL LOKALI
Bogdanovic jiffirma ma’ Xewkija Tigers
SPORT
Matthew Mamo Tard l-Erbgħa filgġħaija, l-eks plejer internazzjonali Malti Daniel Bogdanovic iffirma kuntratt ta’ sena mal-klabb Għawdxi ta’ Xewkija Tigers. Minkejja li iffirma l-kuntratt nhar l-Erbgħa, Bogdanovic diġa’ lagħab ma’ Xewkija fejn anke skurja f’partita kontra Mellieħa fil-Mellieħa Challenge Cup. Matul il-karriera tiegħu Bogdanovic lagħab ma’ diversi klabbs barra minn Malta fosthom Cisco Roma, Sheffield United u Barnsley. Carbonaro ma’ St George’s St. George’s akkwistaw lillgowlkiper ta’ 28 sena Claude Carbonaro. L-aħħar klabb li lagħab miegħu Carbonaro kien dak ta’ San Ġwann imma dawn għażlu li fl-istaġun li ġej ikun lakkwist il-ġdid, ir-Rumen Andrei Coblis ikun il-gowlkiper titulari.
Brażiljan ma’ Oratory Youths Oratory Youths FC akkwistaw lill-attakkant Brażiljan Thiago Melo li iffirma kuntratt ta’ sena. Dan se jkun ir-raba’ staġun ta’ Thiago f’Għawdex wara l-esper-
TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI 2015
Tard l-Erbħa filgħaxija Daniel Bogdanovic iffirma ma’ Xewkija Tigers
jenzi ma’ Għajnsielem, Xagħra u Xewkija Tigers.
Daniel Brincat ma’ Naxxar Naxxar Lions Futsal ħabbru li akkwistaw lill-eks plejer ta’
Hibernians u tat-tim nazzjonali tal-Fustal ta’ Malta Daniel Brincat. Dan hu t-tieni akkwist għal Naxxar f’dawn l-aħħar jiem wara li akkwistaw ukoll lil akkwistaw Chris Wismayer; eks plejer ta’ Balzan.
Il-Cameroon iġibu fix-xejn lill-Ivory Coast
Kontra kull mistenni lCameroon umiljaw lill-Ivoary Coast meta rebħulhom 4-1 f’logħba minn Grupp D tarrawnd ta’ kwalifikazzjoni għatTazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Din kienet waħda minn diversi partiti li intlagħbu tard l-Erbgħa filgħaxija. Fit-Tazza tad-Dinja lCameroon iddiżappuntaw u sfaw eliminati mill-fażi tal-gruppi imma minn meta inħatar Volker Finke bħala kowċ jidher li laffarijiet serjin għall-aħjar, anke jekk it-tim hu nieqes mil-eks captain Samuel Eto’o li irtira minn man-nazzjonal wara li tneħħa minn captain. L-attakkanti Vincent Aboubakar u Clinton N’Jie skurjaw doppjetta kull wieħed biex taw rebħa lill-Cameroon. Ta min jinnota li kmieni fit-tieni taqsima Serge Aurier kellu jħalli lgrawnd wara li ħabat rasu u storda. B’din ir-rebħa l-Cameroon għandhom punti massimi filgrupp wara li fl-ewwel logħba
kienu għelbu lill-Congo filwaqt li r-Repubblika ?entrali talCongo qabżu lill-Ivoary Coast wara li kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq isSierra Leone. Il-Ghana kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 fuq it-Togo grazzi għal gowl skurjat fl-aħħar ħames minuti minn Christian Atsu. Din kienet l-ewwel rebħa għallGhana wara li nhar is-Sibt dawn kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 mill-Uganda. Atsu, li hu plejer ta’ Chelsea imma misluf lil Everton skurja l-gowl deċiżiv wara li fis77 minuta Adebayor kien ġab iddraw għat-Togo. It-Togo kienu marru fuq quddiem b’gowl ta’ Floyd Ayite wara 12-il minuta. Madankollu gowls ta’ Asamoah Gyan u Emmanuel AgyemangBadu dawwru l-logħba favur ilGhana imma kwarta mit-tmiem Adebayor ġab id-draw. Dan sakemm Atsu skurja l-gowl rebbieħ fl-aħħar fażi. It-Togo għadhom bla rebħa wara li nhar il:imgħa dawn tilfu 2-1 kontra lGuniea.
L-Uganda għelbu lill-Guina 20 filwaqt li s-Senegal rebħu 2-0 kontra l-Botswana. Is-Senegal qegħdin fil-quċċata ta’ Grupp : b’sitt punti filwaqt li t-Tuneżija rebħu 1-0 kontra lEġittu. Dawn tal-aħħar se jkollhom biċċa xogħol iebsa biex jikkwalifikaw hekk kif wara żewġ logħbiet għadhom lanqas ħadu punt.
Ikomplu jiddiżappuntaw In-Niġerja, champions talAfrika, komplew jiddiżappuntaw meta ġew miżmuma fi draw ta’ 0-0 kontra l-Afrika t’Isfel. Dan hu t-tieni riżultat negattiv tagħhom wara li tilfu 3-2 kontra l-Congo u bla d-dubju l-pressjoni fuq il-kowċ Stephen Keshi mistennija żżid. Mill-aħħar 11-il partita n-Niġerjani issa rebħu biss logħba. L-aktar li mar viċin li jsib ix-xibka f’din il-logħba kien Tokeli Rantie tal-Afrika t’Isfel li kellu xutt fl-aħar sitt minuti slavat tajjeb mill-gowlkiper avversarju. Il-logħba f’Cape
Town kienet waħda nieqsa minn azzjonijiet ta’ skor u l-Afrika t’Isfel naqqsu milli jirrepetu lwirja li kellhom nhar il-:imgħa meta dakinhar għelbu lis-Sudan 3-0. Ta min jinnota li l-Afrika t’Isfel ilha ma tegħleb linNiġerja sa mill-2004. B’dawn irriżultati issa l-Congo jinsabu filquċċata ta’ Grupp A wara li rebħu 2-0 kontra s-Sudan. Fit-tieni post hemm l-Afrika t’Isfel li għandhom erba’ punti minn żewġ partiti filwaqt li n-Niġerja qegħdin fit-tielet post bi tliet punti inqas. Il-winger tal-Burkina Faso Jonathan Pitroipa kien l-eroj tattim tiegħu meta skurja żewġ gowls fir-rebħa ta’ 3-0 kontra lAngola. B’din ir-rebħa, ilBurkina Faso qegħdin fil-quċċata ta’ Grupp Ċ Wara li l-Gabon ġew miżmuma 1-1 mil-Lesotho li lagħbu għal ħin twil b’10 plejers wara li tkeċċielhom il-gowlkiper Mohau Koenane. F’partiti oħra lCape Verde rebħu 2-1 kontra żŻambja filwaqt li l-Malawi għelbu lill-Etjopja 3-2. l-Alġerija, tim
li kellu wirjiet mill-aqwa fitTazza tad-Dinja u li issa qiegħed immexxi minn kowċ ġdid, għeleb lill-Mali 1-0. In-Niġer u lMali spiċċaw fi draw ta’ 1-1.
Riżultati
Grupp A Congo v Sudan Afrika t’Isfel v Niġerja Grupp B Malawi v Etjopja Alġerija v Mali Grupp Ċ Angola v Burkina Faso Lesotho v Gabon Grupp D Cameroon v Ivory Coast Sierra Leone v DR Congo Grupp E Togo v Ghana Uganda v Guinea Grupp F Cape Verde v Żambja Mozambique v Niġer Grupp Ġ Botswana v Senegal Eġittu v Tuneżija
2-0 0-0 3-2 1-0 0-3 1-1 3-1 0-2 2-3 2-0 2-1 1-1 0-2 0-1
www.maltarightnow.com
31
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
SPORT
Pistorius ma jinstabx ħati ta’ qtil premeditat ...il-verdett finali mistenni jitħabbar illum L-atleta mill-Afrika t’Isfel Oscar Pistorius ma instabx ħati tal-qtil premeditat, tat-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp. Dan kien il-verdett tal-Imħallef Thokozile Masipa fejn illum, din mistennija tħabbar il-verdett finali tal-każ. Pistorius kien qed ikun akkużat li f’jum San Valentinu tas-sena li għaddiet qatel lit-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp wara li kellhom argument. Minn naħa tiegħu Pistorius dejjem ammetta li qatilha imma qal li għamel dan għax ħasibha xi ħalliel li daħlet fid-dar tiegħu matul il-lejl. Filwaqt li Pistorius ma nstabx ħati tal-iktar akkuża serja, li kienet tfisser għomor il-ħabs, dan xorta waħda jista’ jeħel sa massimu ta’ 15-il sena ħabs jekk l-Imħallef issibu ħati li bi traskuraħni, ikkawża l-mewt ta’ Steenkamp. Bejn wieħed u ieħor hu mistenni li dan jeħel bejn seba’ u 10 snin. Steenkamp mietet meta int-
FUTBOL
laqtet b’tiri ta’ arma tan-nar waqt li kienet qiegħda fil-kamra talbanju. L-Imħallef Masipa qalet li lprosekuzzjoni ma irnexxielhiex tipprova li Pistorius qatel lil Steenkamp b’mod premeditat. Hi qalet ukoll li ma setax ikun jaf min kien hemm wara l-bieb tal-kamra tal-banju meta spara ttiri li qatlu lil Steenkamp. L-Imħallef kompliet li filwaqt li kien evażiv u vag meta ta xxhieda tiegħu fil-Qorti, dan ma jfissirx li Pistorius huwa ħati. Pistorius deher emozzjonat ħafna u kien hemm mumenti fejn anki deher jolfoq hekk kif lImħallef bdiet taqra mill-ġdid ixxhieda dwar dik il-lejla tal-14 ta’ Jannar tal-2013. Akkużi oħra kontra Pistorius huma żewġ inċidenti separati li fihom spara arma tan-nar u pussess ta’ munizzjon li m’għandux liċenzja ghalihom. Fl-Afrika t’Isfel hi l-imħallef u żewġ għajjutanti li jiddeċiedu l-każ u m’hemmx ġuri.
Pistorius waqt li kien qed jisma’ l-verdett tal-Imħallef Thokozile Masipa
Sturridge tliet ġimgħat barra
L-attakkant ta’ Liverpool Daniel Sturridge se jdum madwar tliet ġimgħat barra. Dan żvelaħ il-kowċ Branden Rodgers. Dan tal-aħħar esprima r-rabja tiegħu u qal li din linjury waslet minħabba traskuraġni tal-istaff mediku tat-tim nazzjonali Ingliż. Sturridge lagħab partita ta’ ħbiberija kontra n-Norveġja u ħass xi uġiegħ wara l-partita imma l-kowċ nazzjonali Roy Hodgson xorta waħda lagħbu kontra lIżvizzera. Rodgers żvela wkoll li l-akkwist il-ġdid Emre Can ukoll sofra injury fl-għaksa waqt li kien qed jilgħab mat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena tal-Ġermanja. Hu mifhum li Can se jdum madwar sitt ġimgħat barra.
WATERPOLO
Falcao jrid jirbaħ it-titlu L-akkwist il-ġdid ta’ Man Utd Radamel Falcao qal li jrid jirbaħ ittitlu fl-ewwel sena tiegħu mar-Red Devils. Falcao ingħaqad ma’ Man Utd mingħand Monaco u jista’ jiddebbutta kontra QPR nhar il-Ħadd li ġej. “L-għan tiegħi u li niskurja kemm jista’jkun gowls u li nirbaħ ittitlu. Hu importanti għalija li nirbaħ ma’ Man Utd u fl-istess ħin inkun utli għall-Kolombja. Il-Premiership hu l-aqwa kampjonat fid-dinja u se nkun qed nilgħab mal-aqwa plejers. Fit-Tazza tad-Dinja kulħadd ra x’kapaċi jagħmel il-kowċ Van Gaal u jien ninsab fiduċjuż li se nkunu fost dawk it-timijiet li se nissieltu għarrebħ tal-unuri,” qal Falcao. Dan talaħħar ma ħax sehem fit-Tazza tadDinja minħabba injury serja li sofra ma’ Monaco fil-bidu tas-sena.
Blaszczykowski jerġa’ jweġġa’ Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jakub Blaszczykowski reġa’ sofra injury u hu mistenni jdum barra madwar xahar. Il-plejer ta’ 28 sena kien ilu ma jilgħab minn Jannar li għadda wara li weġġa’ fil-partita kontra Augsburg. Waqt sessjoni ta’ taħriġ Blaszczykowski issa ċarrat muskolu. Din hi aħbar ħażina għal Dortmund li diġa’ għandhom lil Reus, Sahin, Kirch u lil Dong-wong neqsin minħabba injury. Fi tmiem il-ġimgħa Dortmund imisshom jilagħbu kontra Freiburg u attwalment qegħdin fit-tmien post. Wara żewġ partiti it-tim ta’ Klopp kiseb biss tliet punti.
Iħabbru l-liskwadra finali Il-kowċis tat-tim nazzjonali tal-waterpolo Karl Izzo Anthony Farrugia u Adrian Cachia sejħu 27 plejer li se jkunu qed jittħarrġu biex iħejju għal żewġ turnaments internazzjonali li se jsiru f’pajjiżna stess. Ta min jinnota li dawn it-tliet kowċis sejjħu wkoll plejers tal-
Juniors. Il-plejers kollha jridu jkunu l-Pixxina nhar it-Tnejn li ġej. L-iskwadra hi magħmula minn: Peter Borg, Alan Borg Cole, Jordan Camilleri, Stevie Camilleri, Niki Lanzon, Clint Mercieca, Sean Xerri De Caro, Kai Dowling, Andreas Galea, Keith Galea, Dino Zammit,
Matthew Zammit, Marc Grech, Niki Grixti, Zack Mizzi, Alex Attard, Christian Cluett, Mark Meli,, Michael Rizzo, Ryan Sciortino u Michael Spiteri Staines. Juniors: Matthew Castillo, Marc Lanzon, Miguel Zammit, Ben Plumpton, Michele Mifsud u Zac Sciberras
FUTBOL LOKALI
Jittellgħu l-poloz tal-BOV GFA Cup Ilbieraħ ittellgħu l-poloz tal-GFA CUP waqt waqt konferenza stampa li saret fl-uffiċċji tal-BoV. Il-poloz itellgħu minn Horace Laudi, Maniġer Reġjonali għal Għawdex fil-Bank of Valletta u Alvin Grech, President tal-Gozo Football Association akkumpanjat minn Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal GFA. L-edizzjoni ta’ dan l-istaġun se tkun is-46 waħda. Ir-rawnd preliminari jintlagħab fil-grawnds ta’ Kerċem u
Sannat bejn l-14 u s-16 ta’ Novembru 2014 filwaqt li l-kwarti tal-finali se jintlagħbu fl-istess grawnds bejn it-22 u 23 ta’ Novembru. Is-semi-finali u l-finali, it-tnejn se jintlagħbu fil-Gozo Stadium fid-19 u s-26 ta’ April rispettivament. Ir-rebbieħ tal BOV GFA Cup 2014-2015 imbagħad jilgħab ilBOV Super Cup kontra r-rebbieħa tal-kampjonat it-3 ta’ Mejju.
Il-poloz tal-BOV GFA Cup
Rawnd preliminari A - Xagħra United vs B -Sannat Lions Ċ - Kerċem Ajax vs D -SK Victoria Wanderers E - Qala Saints vs F -Għajnsielem Ġ - Munxar Falcons vs Ħ -Gharb Rangers I - Żebbuġ Rovers vs J -Victoria Hotspurs K - Xewkija Tigers vs L -St Lawrence Spurs Kwarti tal-Finali M - Nadur Youngsters vs A/B N - Oratory Youths vs Ċ/D E/F vs G/Ħ I/J vs K/L Semifinali M/A/B vs N/Ċ/D E/F/Ġ/Ħ vs I/J/K/L
Finali Rebbieħ Semifinali A v Rebbieħ Semifinali B
www.maltarightnow.com
32
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Iċ-ċerimonja taċ-Changing of the Guard quddiem il-Palazz tal-President ta’ Malta fil-Belt, kienet ġiet introdotta mill-ġdid f’Mejju tal-2010 wara nuqqas ta’ madwar 40 sena. Kienet twaqqfet fl-1971 meta kien Prim Ministru Dom Mintoff
Sospensjoni “temporanja” ta’ aktar minn sitt xhur Alex Attard
Il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, ilu aktar minn sitt xhur li ssospenda ċ-ċerimonja tal-bdil tal-gwardja ta’ quddiem il-Palazz tal-President filBelt, magħrufa bħala ċ-Changing of the Guard. Dan jirriżulta kemm minn mistoqsijiet parlamentari li saru flaħħar sitt xhur, kif ukoll minn stejjer li kienu ppubblikati fil-media u li nnutaw li ċerimonja li kienet tiġbed l-interess mhux biss tatturisti iżda wkoll tal-Maltin li jinzertaw fi Pjazza San Ġorġ quddiem il-Palazz presidenzjali, twaqqfet u m’għadhiex issir aktar. Ir-risposti li ngħataw kemm ilhom isiru mistoqsijiet lillawtoritajiet konċernati dejjem kienu diversi, iżda kollha kienu jsostnu u jirrepetu li din issospensjoni hi temporanja. Iżda temporanja għal kemm? Żmien ta’ sitt xhur, hu perjodu temporanju jew hu żmien biżżejjed biex jekk
Għal mistoqsija sempliċi b’rabta ma’ ċerimonja tal-Armata, il-Ministru Manuel Mallia ħa aktar minn erba’ xhur biex iwieġeb
din iċ-ċerimonja għandha terġa’ tibda, nerġgħu nibdew narawha u tkun ta’ attrazzjoni oħra hekk kif nibqgħu nġeddu l-memorji u ttradizzjoni tal-istorja marbuta ma’ din iċ-ċerimonja li simbolikament tgħasses l-ogħla awtorità ta’ pajjiżna, il-President ta’ Malta, li minkejja li din il-kariga hi marbuta
ma’ funzjonijiet ċerimonjali, jissimbolizza u jiddefendi lKostituzzjoni tal-Istat Malti? Id-deċiżjoni tat-tneħħija ta’ din iċ-ċerimonja quddiem il-Palazz tal-President ta’ Malta, ċerimonja li kienet tibda mid-daħla ewlenija tal-Belt bi stakkament ta’ suldati akkumpanjati mill-Banda talForzi Armati, ittieħdet fiż-żmien
ta’ qabel il-Karnival ta’ din issena minħabba li l-qofol taċċelebrazzjonijiet tal-Karnival ta’ din is-sena sar fi Pjazza San Ġorġ, quddiem il-bini tal-Palazz presidenzjali. Iċ-ċerimonja taċ-Changing of the Guard kienet issir nhar ta’ Ġimgħa fit-tieni u fl-aħħar ġimgħa ta’ kull xahar. Uffiċjal tal-Armata qal lil The Times of Malta f’Marzu ta’ din issena, li s-sospensjoni taċChanging of the Guard kienet
temporanja kawża ta’ impenji temporanji oħrajn tal-Armata. L-istess kelliem tal-Armata kien qal lill-istess gazzetta li l-Forzi Armati ta’ Malta kienet qed tieħu
vantaġġ minn żmien il-Karnival u ċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru quddiem il-Palazz tal-President fi Pjazza San Ġorġ, biex tħarreġ lis-suldati li huma inkargati minn din iċċerimonja simbolika. Kien tfisser ukoll mill-istess Armata li kienet qed tieħu inizjattiva li torganizza taħriġ għas-suldati bl-iskop li ttejjeb il-livell taċ-Changing of the Guard. Dakinhar, fil-bidu ta’ Marzu li għadda, kien intqal li t-taħriġ kien għadu għaddej. Fl-istess perjodu li fih kien żvelat li ċ-Changing of the Guard kienet sospiża temporanjament, idDeputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ressaq fil-Parlament mistoqsija parlamentari biex jitlob lill-Ministru Manuel Mallia jagħti r-raġunijiet għaliex twaqqfet din iċċerimonja. Għal din il-mistoqsija sempliċi, il-Ministru Mallia wieġeb erba’ xhur wara, fit-8 ta’ Lulju li għadda qabel ma aġġorna l-Parlament għall-vaganzi tas-sajf. Ir-risposta wkoll kienet sempliċi – dik li ċ-
ċerimonja quddiem il-Palazz talPresident ma twaqqfitx iżda hi sempliċement temporanjament sospiża. Ftit tal-ġranet wara, fil-gazzetta l-orizzont, kelliem għall-Ministru Mallia stess kien ikkwotat li qal li ċ-ċerimonja kienet sospiża minħabba li kien hemm il-ħtieġa li jsir taħriġ avvanzat ta’ ċerimonja fuq perjodu ta’ żmien sabiex jitjieb il-livell. Il-mistoqsijiet li jqumu wara din it-tip ta’ tweġiba, huma sempliċi. Kemm hu dan iż-żmien temporanju li l-Armata teħtieġ biex ittejjeb illivell taċ-ċerimonja? Kemm huma twal “l-impenji oħrajn temporanji” li għandha l-Armata u li kienu wasslu biex titwaqqaf iċ-ċermonja taċ-Changing of the Guard quddiem il-Palazz tal-President?