Nru 13,963
Il-Ħamis, 29 ta‘ Jannar, 2015 €0.80
www.maltarightnow.com
Nuqqas ta’ qbil dwar min wettaq l-attakk
L-għada tal-attakk, ħaddiem Libjan inaddaf l-inħawi ta’ quddiem il-lukanda Corinthia ta’ Tripli fil-post fejn splodiet il-karozza bomba qabel ma t-terroristi daħlu fil-binja (Ritratt: EPA)
Il-bilanċ tal-mejta jitla’ għal ħdax, fosthom iż-żewġ terroristi
Joe Mikallef
Issa hu stabbilit li disa’ persuni, fosthom uħud ta’ nazzjonalità barranija, flimkien maż-żewġ terroristi, għal total ta’ ħdax, tilfu ħajjithom fl-attakk terroristiku ta’ nhar it-Tlieta fuq il-lukanda Corinthia fi Tripli. Bilanċ tassew kiefer li jkompli jiggrava hekk kif għad hemm numru ta’ persuni oħra li kienu alloġġjati fil-lukanda li wkoll sfaw feruti fl-attakk, l-aktar meta t-terroristi kienu qed jinvadu l-lukanda Corinthia. Uħud mill-feruti għadhom fl-isptar ta’ Tripli jingħataw kura għall-feriti li ġarrbu.
Barra minn hekk, jispikkaw ħsarat barra u ġewwa fil-lukanda kkawżati mhux biss millisplużjoni ta’ karozza bomba fiddaħla tal-Lukanda, imma wkoll mit-tiri sparati fil-binja. Is-sitwazzjoni fil-lukanda lbieraħ bdiet ġejja lura għan-normal, iżda dan mhux faċli minħabba li l-impjegati kollha mhux biss sofrew xokk qawwi, iżda għaddew minn trawma kbira. Huma jafu li sa ċertu punt qed jaħdmu f’ambjent b’ammont ta’ perikli minħabba li s-sitwazzjoni fi Tripli hi waħda mill-aktar turbolenti, imma issa dik li sa ftit ilu kienet meqjusa bħala zona
mill-aktar sigura fil-kapitali Libjana, spiċċat ukoll fil-mira ta’ attakki terroristiċi. Kif irrappurrtajna bl-aktar mod estensiv fil-ħarġa tal-bieraħ ta’ dan il-ġurnal, kienu tnejn it-terroristi li attakkaw il-bini talCorinthia. Dawn l-ewwel ipparkjaw il-karozza, li ftit sekondi wara splodiet fid-daħla tal-lukanda Corinthia, imbagħad attakkaw id-daħla tal-istess binja u wara li fetħu n-nar fuq ilgwardji tas-sigurtà daħlu filfoyer u minn hemm marru dritt għal fejn hemm il-lifts biex telgħu fl-għoxrin sular tal-lukanda.
MEWTA OĦRA F’KURITUR FL-ISPTAR MATER DEI ARA PAĠNA 32
għal paġna 5
Stqarrija Ministerjali fil-Parlament dwar l-attakk terroristiku fuq il-lukanda Corinthia Ara paġna 4
www.maltarightnow.com
2
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
LOKALI
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker fi Brussell. Matul il-laqgħa ġew diskussi prijoritajiet ta’ pajjiżna b’mod partikulari dwar l-ekonomija, is-sitwazzjoni fil-Libja u l-immigrazzjoni. Waqt l-istess laqgħa ġew diskussi wkoll l-enerġija u l-governanza taz-zona ewro, u kif din tista’ tissaħħaħ. Il-Prim Ministru reġa’ għamel il-pożizzjoni ta’ Malta ċara fuq it-tassazzjoni. Hu sostna li l-qasam tat-taxxi, kif hemm ċar fit-trattati Ewropej, għandu jibqa’ kompetenza tal-pajjiżi membri. Fi Brussell, aktar kmieni, il-PM kellu wkoll taħditiet mal-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, lAffarijiet Marittimi u s-Sajd, Karmenu Vella, u mal-Viċi President talKummissjoni Ewropea, Valdis Dombrovskis, li hu responsabbli millewro u d-Djalogu Soċjali. (Ritratti: DOI, Clifton Fenech)
Tliet ħaddiema tal-Enemalta akkużati b’serq ta’ elettriku L-Enemalta ħabbret li ssospendiet ħaddiem ieħor, fl-istess ġurnata li ssospendiet żewġ impjegati oħra tagħha, fuq suspett li kienu qed jgħinu lil xi klijenti biex jisirqu l-elettriku. IlKorporazzjoni fi stqarrija qalet li dan it-tielet ħaddiem fl-istess ġurnata ġie sospiż hekk kif komplew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija. It-tliet ħaddiema sospiżi tressqu l-Qorti lbieraħ stess u ġew akkużati li għamlu xogħol
ta’ “bypassing” tad-dawl lil diversi residenti għad-dannu talEnemalta. Marvin Cucciardi, Lewis Sant u Abraham Muscat wieġbu li mhumiex ħatja talakkużi imma kien biss tal-ewwel li ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000 minħabba li kkopera mal-Pulizija. Il-Qorti laqgħet ukoll it-talba talProsekuzzjoni li jiġu ffriżati lassi tal-akkużati.
Tappieri f’nofs Triq il-Wied jinqalgħu minn posthom bl-ilmijiet Perikli għas-sewwieqa li kienu għaddejjin mit-triq fl-Imsida
Il-maltemp ta’ dawn l-aħħar jiem, b’mod partikulari x-xita xi drabi ma taqta’ xejn l-aktar fillejl bejn nhar it-Tlieta u lbieraħ filgħodu, wasslet biex għal darba oħra tappieri tad-drenaġġ fi Triq il-Wied fl-Imsida – filparti t’isfel tagħha – jinqalgħu minn posthom u jikkaġunaw periklu għat-traffiku li kien għaddej mill-istess triq. ‘In-Nazzjon’ ilbieraħ filgħodu marret fil-post indikat u sabet żewġ tappieri li litteralment inbeżqu ’l barra kaġun tax-xita li niżlet matul il-lejl. Dawn ittappieri spiċċaw diversi metri lil hinn minn posthom u
minħabba f’hekk kien ikkaġunat periklu għall-vetturi, sew dawk li kienu sejrin fid-direzzjoni tal-Imsida, kif ukoll dawk li kienu sejrin fid-direzzjoni ta’ Birkirkara. Nies fl-inħawi qalu lil dan ilġurnal li din ma kinitx l-ewwel darba li dawn it-tappieri, u oħrajn lil hinn minnhom, inqalgħu minn posthom u tħallew għal ħin twil fin-nofs jew malġenb tat-triq b’periklu kbir għall-karozzi li jkunu għaddejjin minn din it-triq. Sadanittant, ilbieraħ matul ilġurnata kienu rappurtati diversi inċidenti riżultat tal-maltemp u
x-xita li kompliet tagħmel fuq il-gżejjer Maltin filgħodu wkoll. F’xi postijiet għamel ukoll is-silġ. Fost oħrajn, kienu rappurtati ċnut tas-sejjieħ, f’zoni fejn hemm l-għelieqi, li ċedew għallpressjoni tal-ilma u waqgħu għal ġot-triq fejn kienu jew għal ġewwa l-għelieqi. Ħsarat oħra kienu rappurtati f’numru ta’ toroq fejn it-tarmak inqala’. Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku f’Ħal Luqa, ittemp bix-xita u bir-riħ mistenni jippersisti għal dawn il-jiem li ġejjin, meta t-temperatura mistennija tibqa’ stabbli iżda baxxa.
Waqt iż-żjara tagħha fil-Polonja fejn irrappreżentat lil Malta fit-tifkira tas-70 anniversarju mil-liberazzjoni tal-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, akkumpanjata mir-raġel tagħha, iltaqgħet mal-Arċisqof ta’ Krakovja, il-Kardinal Stanisław Dziwisz. Din il-laqgħa saret fil-Kurja tal-Isqof fi Krakovja. Il-Kardinal Dziwisz kien segretarju privat tal-Papa San Ġwanni Pawlu II għal erbgħin sena. Waqt din il-laqgħa, il-President ta’ Malta stednitu biex jiġi Malta f’għeluq l-għaxar anniversarju mill-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II, li kien tant maħbub mill-Maltin u l-Għawdxin. (Ritratt: DOI)
www.maltarightnow.com
LOKALI
Is-settur tal-gaming hu importanti għall-ekonomija Maltija Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li r-reputazzjoni mill-aqwa li Malta bniet fis-settur tal-gaming, flimkien mal-liġijiet tajbin ħafna li għandu pajjiżna f’dan il-qasam huma l-fatturi ewlieni wara ssuċċess ta’ din l-industrija importanti għall-ekonomija Maltija. Is-settur tal-gaming kien diskuss waqt żjara li l-Kap talPartit Nazzjonalista għamel filkwartieri tal-kumpanija Maltco fl-Iklin, fejn kien milqugħ millKap Eżekuttiv tal-kumpanija, Ioannis Katakis, u ltaqa’ malħaddiema.
Simon Busuttil qal li tul issnin Malta rnexxielha tibni reputazzjoni internazzjonali fis-settur tal-gaming. Dan sar billi lpajjiż implimenta leġiżlazzjoni serja li tikkumbatti l-betting illegali li tant jikkaġuna ħsara. F’dan il-kuntest, Simon Busuttil tkellem dwar l-importanza ta’ leġiżlazzjoni b’saħħitha anki mill-aspett soċjali. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li fl-aħħar snin is-settur talonline betting żviluppa f’wieħed mis-setturi importanti għall-ekonomija Maltija tant li Malta rnexxielha tiġbed lejha numru kbir ta’ kumpaniji bar-
ranin li stabbilew l-operat tagħhom f’Malta. F’dan is-settur, sostna Simon Busuttil, Malta rnexxielha tirbaħ ħafna kompetizzjoni internazzjonali. Dan kien dovut ukoll għallkapaċitajiet tal-ħaddiema Maltin li integraw f’din l-industrija. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li fl-Unjoni Ewropea, Malta għandha tibqa’ tiddefendi lissettur tal-online gaming biex tibqa’ fuq quddiem f’din lindustrija, b’mod speċjali fiddawl tal-fatt li bosta stati membri tal-UE qed jagħmlu pressjoni biex ir-regoli ta’ dan is-settur ikunu aktar stretti.
Il-poplu bħalissa jinteressah l-aktar mill-prezz għoli li qed iħallas għall-fuel
Il-Gvern ma jressaqx lill-aħwa Farrugia minkejja l-pariri li kellu
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u talPartit Nazzjonalista Simon Busuttil isostni li l-iskandlu veru fil-każ tal-korruzzjoni fix-xiri taż-żejt hu l-fatt li l-Gvern Laburista naqas milli jressaq lillaħwa Farrugia quddiem il-Qorti. Dan meta kellu l-pariri talIspettur Anġlu Gafà u tal-Avukat Ġenerali biex jieħu passi. Minkejja dan, il-Gvern ma ħax il-passi biex l-aħwa Farrugia jitressqu. F’kummenti mal-ġurnalisti, ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-aktar li qed jinteressa lill-poplu bħalissa hu l-prezzijiet għoljin esaġerati li qed ikollhom iħallsu għallpetrol u d-diesel. Hu spjega kif minkejja li lprezz internazzjonali taż-żejt raħas b’iktar min-nofs, il-Gvern Laburista xorta baqa’ jżomm ilprezzijiet għoljin għall-konsumaturi Maltin. Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni hi impenjata li twettaq il-pressjoni neċessarja biex il-Gvern ma jibqax jisraq lill-poplu Malti mill-petrol u d-diesel. Minbarra li din hi problema li qed tolqot lill-konsumaturi, il-
prezzijiet esaġerati tal-petrol u d-diesel qed jeffettwaw linnegozji. Tant hu hekk li l-GRTU qed tesiġi diskussjoni fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Simon Busuttil laqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-GRTU u anke tal-UĦM li talbu laqgħa tal-MCESD biex l-imsieħba soċjali jiddiskutu l-problema talprezzijiet għoljin tal-petrol u ddiesel. Hu appella biex iktar korpi kostitwiti u unions tal-ħaddiema
jieħdu l-istess pożizzjoni talGRTU għal diskussjoni dwar din il-problema. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li bħalissa l-prezz internazzjonali taż-żejt raħas bin-nofs iżda l-Gvern Malti baqa’ jżommu l-istess kif kien qabel, bilkonsegwenza li l-konsumaturi u s-sidien ta’ negozji żgħar u medji qed jinsterqu kuljum ma’ kull litru petrol jew diesel li jixtru. Dwar il-kwistjoni talprezzijiet tal-fuels ara wkoll listorja f’paġna 6.
3
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ilbieraħ żar il-kwartieri tal-Maltco, akkumpanjat mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għas-Servizzi Finanzjarji, l-IT u l-Gaming Kristy Debono (Ritratt: Martin Agius)
L-ebda bażi legali għat-twissija li jistgħu jitwaqqfu delizzji oħra wara r-referendum tal-kaċċa
Il-kampanja ‘SHout – Spring Hunting Out’ ilbieraħ filgħodu laqgħet id-dikjarazzjoni ffirmata minn 12-il espert legali li tispjega li m’hemm l-ebda bażi legali għat-twissija tal-kaċċaturi li se jkun hemm persuni b’delizzji oħrajn li aktar ’il quddiem jistgħu jiffaċċjaw referendum biex jitneħħa d-delizzju tagħhom. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kien hemm preżenti wkoll l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello u l-Avukati Mark Bencini, Andrew Borg Cardona u Reuben Balzan, ġie spjegat li fil-każ ta’ delizzji oħra bħal dawk tal-logħob tannar, l-għaqdiet tal-banda, klabbs tas-sajd u t-tlielaq talħamiem u ż-żwiemel, illeġiżlazzjoni tirregola l-attività, u għalhekk kull referendum li jista’ jsir fuqhom jagħmilha aktar faċli biex dawn jiġu prattikati. L-esperti legali spjegaw li filwaqt li fir-referendum dwar ilkaċċa fir-rebbiegħa se ssir il-
mistoqsija jekk wieħed jaqbilx li għandhom jibqgħu fis-seħħ ilproviżjonijiet li jippermettu li tiġi applikata deroga favur kaċċa fir-rebbiegħa f’Malta, filkaż ta’ delizzji oħrajn hemm aspett legali differenti. Dan għaliex filwaqt li f’passatempi bħat-tfaddil tal-bolol u xi attivitajiet fiżiċi m’hemm lebda regolament u għalhekk ma jistax isir referendum abrogattiv biex ma jibqgħux jiġu prattikati, fil-każ ta’ attivitajiet regolati li jeħtieġu liċenzja, bħal-logħob tan-nar, tlielaq taż-żwiemel, attivitajiet bil-karozzi u sajd kummerċjali, it-tneħħija b’referendum ta’ dawn ir-regolamenti tfisser li min għandu dan iddelizzju jgawdi aktar spazju u benefiċċji, u mhux inqas. L-esperti legali spjegaw li filkaż tal-każini tal-banda japplika d-dritt kostituzzjonali tal-libertà ta’ għaqda jew assoċjazzjoni, bil-liġi tistipula li referendum abrogattiv ma jistax jiġi applikat għall-Kostituzzjoni ta’ Malta.
4
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
Stqarrija fil-Parlament dwar l-attakk fuq il-Corinthia
www.maltarightnow.com
LOKALI
Skont il-PM, it-terroristi kienu bejn tlieta u ħamsa, u ma kinux Libjani, waqt li l-vittmi jistgħu jammontaw għal erbatax
Fi Stqarrija Ministerjali li għamel fil-Parlament ilbieraħ filgħaxija dwar l-attakk terroristiku fuq il-lukanda Corinthia ta’ Tripli, il-Prim Ministru qal li lattakk ma kienx immirat lejn Malta jew lejn l-interessi Maltin fil-Libja. Filwaqt li qal li l-Gvern Malti mhux f’pożizzjoni li jistabilixxi eżatt x’ġara u l-mottivi wara dak li seħħ, Joseph Muscat spjega li hemm tliet possibbiltajiet dwar dak li seħħ. L-ewwel verżjoni hi li dan kien attakk terroristiku mwettaq millISIS li kellu l-iskop li jiddistabilizza lil-Libja u jfixkel it-taħdidiet ta’ paċi li għaddejjin bħalissa bejn il-gvern ta’ Tripli u l-gvern ta’ Tobruk. It-tieni verżjoni hi li dan kien attentat biex jinqatel ilPrim Ministru tal-Gvern Libjan ta’ Tripli li kien joqgħod fillukanda Corinthia, filwaqt li ttielet verżjoni hi li dan kien attentat mill-Al Qaeda kontra kumpanija tas-sigurtà li kellha uffiċċju fil-lukanda Corinthia. Mhux eksluż li r-raġuni fil-fatt kien fiha elementi mit-tliet verżjonijiet flimkien, sostna lPrim Ministru. Dwar il-persuni li wettqu lattakk, il-Prim Ministru qal li hemm rapporti persistenti li dawn kienu bejn tlieta u ħamsa, ma kinux Libjani u jista’ jkun li persuna assoċjata magħhom tinsab arrestata waqt li l-oħrajn inqatlu. Minkejja li m’hemmx konfermi
dwar in-numru ta’ persuni li spiċċaw vittmi fl-attakk, jidher li dawn jammontaw għal 14 u wieħed minnhom jaħdem ma’ kumpanija tas-sigurtà Amerikana. Il-Prim Ministru qal li ma jidhirx li hemm Maltin fost il-vittmi. Dwar il-Maltin fil-Libja, ilPrim Ministru qal li d-disa’ Maltin li jaħdmu fil-lukanda Corinthia kienu evakwati waqt li tnejn oħra baqgħu hemm minħabba responsabbiltà ta’ tmexxija tal-lukanda. Jirriżulta li l-11-il Malti tallukanda Corinthia u 13-il Malti ieħor li jaħdmu f’Palm City kienu evakwati u ttieħdu f’post iktar sigur. Wara l-attakk, minn dawn l-24 persuna, inġiebu tlettax mil-Libja. Il-Prim Ministru qal li l-gvern ilu jgħin diversi persuni biex ikunu evakwati milLibja u kkonferma li l-11-il persuna li baqgħu hemm għamlu dan fuq għażla personali tagħhom u kontra l-pariri talgvern Malti. Hemm ukoll Maltin li reġgħu marru l-Libja, sostna lPrim Ministru, li kompla li lGvern Malti ma jeskludix li jista’ jkun hemm attakki oħra fuq propjetajiet fil-Libja. Dwar il-kuntest Ewropew, ilPrim Ministru qal li Malta poġġiet is-sitwazzjoni tal-Libja bħala prijorità sa minn qabel seħħ lattakk u din diġà bdiet tkun diskussa fl-UE. Hu kompla li wassal bil-qawwa l-pożizzjoni li
Il-11-il Malti li jaħdmu fil-lukanda Corinthia u 13-il Malti ieħor li jaħdmu f’Palm City kienu evakwati, u wara l-attakk, minn dawn l-24, inġiebu tlettax Malta. Il-ħdax l-oħrajn li baqgħu hemm, għamlu dan fuq għażla personali tagħhom u kontra l-pariri tal-gvern Malti
l-UE għandha obbligu li tistħarreġ x’qed jiġri. Il-kwistjoni talLibja għandha tingħata l-istess prijorità bħall-problemi l-oħra li hemm f’zoni oħra fl-Ewropa. Dan l-attakk m’għandux jitħalla jfixkel il-possibiltà ta’ soluzzjoni fil-Libja. Malta, qal il-PM, se tkompli taħdem bil-kwiet biex il-partijiet kollha jinġiebu flimkien. Ilpulizija u l-Forzi Armati qed jużaw ir-riżorsi kollha biex ilpoplu jibqa’ jgħix fis-sigurtà. Permezz tal-Kumitat tas-Sigurtà l-gvern qed jara li dan ix-xogħol isir b’mod effettiv. Malta trid tibqa’ post ta’ djalogu u post ta’ paċi fil-Mediterran, sostna lPrim Ministru. Għall-Istqarrija Ministerjali tal-PM, wieġeb il-Kap tal-
Oppożizzjoni Simon Busuttil li qal li l-Oppożizzjoni tikkundanna l-attakk terroristiku u tesprimi solidarjetà mal-vittmi u l-familji tagħhom. Simon Busuttil talab li tkun osservata minuta silenzju li ttieħdet fil-Parlament b’rispett lejn il-vittmi. Hu kompla l-intervent tiegħu billi qal li lOppożizzjoni hi mħassba dwar il-Maltin li hemm fil-Libja u kkonferma li l-Prim Ministru żamm kuntatt kontinwu miegħu u li hu attenda laqgħa talKumitat tas-Sigurtà li ssejħet mill-Prim Ministru lbieraħ. L-Oppożizzjoni tappoġġja lillgvern biex titħares is-sigurtà talMaltin flimkien mal-interessi kummerċjali tagħhom, qal Simon Busuttil, waqt li kompla li lOppożizzjoni tħeġġeġ lill-Gvern
biex ipoġġi l-ġlieda kontra t-terroriżmu bħala prijorità politika. Simon Busuttil kompla li lOppożizzjoni tħeġġeġ ukoll lillgvern biex jagħti importanza ikbar lil din il-ġlieda u ddikjara li l-Oppożizzjoni hi sodisfatta li lgvern ħa l-azzjonijiet meħtieġa kollha biex il-Maltin li għadhom fil-Libja jinġiebu Malta. LOppożizzjoni taqbel li l-Maltin kollha li hemm fil-Libja jinġiebu Malta minnufih u l-Kap tal-PN appella lill-gvern biex ipoġġi lfaċilitajiet kollha disponibbli għal dawn il-Maltin. Hu tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni fil-Libja u l-implikazzjonijiet ta’ dan l-attakk u qal li quddiem it-theddida tal-ISIS xejn m’għandu jitttieħed forgranted fejn is-sigurtà nazzjonali għandha tingħata prijorità assoluta. Hi prijorità li l-poplu jibqa’ jgħix f’pajjiż sigur u fi trankwillità, sostna l-Kap talOppożizzjoni, li appella biex Malta ssaħħaħ il-koperazzjoni ma’ pajjiżi tal-UE. Is-sitwazzjoni fil-Libja hi waħda preokuppanti mhux bsis għall-Maltitn li hemm fil-Libja iżda wkoll għal Malta, bħala pajjiż ġar għaliex hi waħda ta’ anarkija bla kontroll bil-biża’ li l-pajjiż jista’ jsir bejta tat-terroristi. Dan mhu fl-interess ta’ ħadd, sostna Simon Busuttil, li kompla li l-interess ta’ Malta hu li l-poplu Libjan jerġa’ jsib ilpaċi u jqum fuq saqajh. Hu appella lill-gvern biex jaħdem iktar biex ipoġġi s-sitwzzjoni tal-Libja iktar ‘il fuq flaġenda tal-UE. L-UE għandha teskala l-interess tagħha fil-Libja daqs l-importanza li tingħata ssitwazzjoni fl-Ukrajna, sostna. Simon Busuttitl qal li quddiem din il-problema, il-Partit Popolari Ewropew (PPE) nieda inizjattiva pożittiva fil-forma ta’ Patt Kontra t-Terroriżmu.
jerġgħu jsaltnu t-trankwillità u lpaċi bejn il-poplu kollu. Dawk kollha moħbija wara dan l-attakk fuq is-sovranità u s-sigurtà talLibja ħaqqhom kull stmerrija u kundanna. Fid-dikjarazzjoni tagħhom, ilGvernijiet li ffirmaw din id-dikjarazzjoni komplew li huma se jkomplu jagħtu apppoġġ qawwi lin-Nazzjonijiet Uniti u lirRappreżentant Speċjali tan-NU
Bernardino Leon, li għaddejjin b’taħditiet f’Ġinevra biex tinkiseb mill-ġdid l-istabbiltà politika u tinstab is-soluzzjoni politika meħtieġa li ttemm il-kriżi li għaddejja minnha l-Libja bħalissa. Huma temmew iħeġġu lill-partijiet kollha fil-Libja biex huma wkoll jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kontra dawk li jridu
jiddistabbilizzaw lill-pajjiż. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Libjan Abdullah AlThinni, li minn Tobruk imexxi lGvern rikonoxxut mill-fora internazzjonali, ukoll ikkundanna dan l-attakk terroristiku u qal li lForzi tal-Ordni Libjani għandhom jaħdmu qatigħ biex dawk kollha moħbija wara dan l-attakk jinqabdu u jiffaċċjaw il-ġustizzja.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jwieġeb għall-Istqarrija Ministerjali tal-Prim Ministru u filwaqt li talab li tkun osservata minuta silenzju fil-Parlament, appella biex tkun imħarsa s-sigurtà tal-Maltin fil-Libja u l-interessi kummerċjali tagħhom
Kundanna minn seba’ pajjiżi f’dikjarazzjoni flimkien
Numru ta’ pajjiżi ngħaqdu flimkien u ħarġu dikjarazzjoni uffiċjali konġunta li fiha kkundannaw bla ebda riserva l-attakk terroristiku li seħħ nhar it-Tlieta fuq il-lukanda Maltija fi Tripli. Is-seba’ pajjiżi – Malta, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti – fi stqarrija flimkien qalu li dan l-attakk li ħalla disa’ persuni pajżana mejta, għandu jkun
deplorat bil-qawwa kollha għax jimmina l-proċess politiku filLibja. L-istess Gvernijiet urew ukoll is-sogħba u s-solidarjetà tagħhom mal-qraba tal-vittmi kif ukoll ma’ dawk kollha li sofrew danni u feriti f’dan l-attakk terroristiku. Huma żiedu li attakk bħal dan, bla dubju ta’ xejn, jimmina lħidma li qed issir biex fil-Libja
www.maltarightnow.com
5
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
LOKALI
L-ebda Malti fost il-feruti minn paġna 1
Paniku kbir iddomina f’dawk ilħinijiet – jiġifieri ftit wara d-9am. Mumenti mhux biss ta’ tensjoni kbira, iżda wkoll tat-twerwir blimpjegati kollha jkunu mħeġġa jassistu lir-residenti biex kulħadd joħroġ ‘il barra min-naħa ta’ wara tal-binja. Għal mument kien hemm il-biża’ li ż-żewġ terroristi fl-għoxrin sular seta’ kellhom taħt il-kontroll tagħhom xi ostaġġi. Dan, iżda ma kienx il-każ. Fil-post mhux biss intbagħtu immedjatament numru ta’ ambulanzi biex jagħtu l-ewwel assistenza lill-feruti, imma l-binja kienet ċirkondata minn għadd kbir ta’suldati u pulizija armati sa snienhom li waslu b’vetturi militari. Wara li l-lukanda kienet evakwata, beda l-assedju fuq l-għoxrin sular fejn kien hemm it-terroristi li għal xi mumenti kien maħsub li setgħu kienu aktar minn tnejn. L-attakk deċiżiv fuq it-terroristi – armati sa snienhom ukoll u lebsin ilbies protettiv – beda għall-
ħabta tas-1.30pm u l-probabbiltà hi li ż-żewġ terroristi, konxji millfatt li ma kinux se jeħilsuha ħafif mal-militar Libjan, splodew lilhom infushom minħabba li ma’ qaddhom x’aktarx kellhom ammont ta’ splussiv u bombi. Ladarba ħadu l-kontroll totali tal-binja f’idejhom, il-Forzi talOrdni Libjani għamlu tfittxija estensiva biex jiżguraw li l-lukanda kienet meħlusa minn kull periklu. Sfortunatament fil-binja, partikularment fis-sular ta’ isfel, kien hemm diġà numru ta’ persuni bla ħajja li kienu nqatlu ftit sigħat qabel meta ntlaqtu mit-tiri sparati miż-żewġ terroristi. B’kollox inqatlu disgħa. Tlieta minnhom kienu membri tasSigurtà tal-lukanda – tnejn Libjani u wieħed x’aktarx Filippin. Is-sitt vittmi l-oħra huma persuni pajżana, fosthom ċittadin Amerikan – David Berry li kien jaħdem fil-Libja. Jidher li vittma ieħor kien ta’ nazzjonalità Franċiża filwaqt li tnejn oħra
kienu mit-Taġikistan. Minn stħarriġ li għamlet ‘InNazzjon’ kien konfermat li l-ebda Malti mhu fil-lista tal-feruti. Minkejja li l-Istat Iżlamiku (ISIS) ħa mill-ewwel responsabbiltà talattakk u lbieraħ saħanistra ppubblika ritratti tat-terroristi fil-Libja hemm nuqqas ta’ qbil dwar min wettaq l-attakk u l-mottiv warajh. Bil-Gvern ta’ Tripli jagħmel diversi akkużi serji (ara storja separata). Sadanittant, fi żvilupp ieħor matul in-nofs ta’ nhar tal-bieraħ filgħodu, il-kumpanija International Hotel Investments (IHI), li hi s-sid tallukanda Corinthia fi Tripli ħarġet stqarrija li fiha qalet li minn stħarriġ li għamlet ma jirriżultalha l-ebda ħjiel li l-attakk terroristiku b’xi mod kien immirat għall-kumpanija li hi kkwotata fil-Borża ta’ Malta. L-IHI irringrazzjat lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor taw lgħajnuna tagħhom f’dan ilmument diffiċli. Min-naħa tagħha l-kumpanija se tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha biex tassigura
Hekk kif il-Forzi tal-Ordni Libjani qed jinterrogaw persuna, il-Gvern ta’ Tripli jgħid li fil-mira tal-attakk kien hemm il-PM Omar al-Hassi u jinsisti li l-attakk ma twettaqx mill-ISIS. Imma l-Istat Iżlamiku jippubblika ritratti taż-żewġ terroristi li wettqu l-attakk f’ismu
mhux biss li l-operat tal-lukanda jissokta, imma wkoll biex l-investiment f’dan il-proġett ikompli jagħti aktar riżultati pożittivi. Dwar l-attakk fuq il-Corinthia tkellmet ukoll ix-Shadow Minister għall-Affarijiet Ewropej u
Barranin Roberta Metsola f’intervent li għamlet fil-Parlament Ewropew ilbieraħ. L-MEP tal-PN qalet li l-UE għandha tpoġġi lilLibja fuq nett tal-aġenda tagħha qabel ma s-sitwazzjoni tkompli tiddeterjora.
L-attakk kien kontra l-PM Libjan Omar al-Hassi bbażat fi Tripli – ir-rappreżentant tal-Gvern ta’ Tripli f’Malta Hussin Misrati
F’konferenza tal-aħbarijiet fl-Ambaxxata ta’ Ħal Balzan, jgħid li mhux ċar jekk l-attakk twettaqx verament mill-ISIS minkejja li l-Istat Iżlamiku ppubblika ritratti taż-żewġ terroristi li qal li wettqu l-attakk Il-Gvern Libjan ibbażat fi Tripli kkundanna l-attakk terroristiku fuq il-lukanda Corinthia fil-belt kapitali Libjana, iżda għadu mhux f’pożizzjoni li jikkonferma l-mottiv warajh u jekk dan fil-fatt twettaqx minn terroristi leali lejn l-eksreġim ta’ Gaddafi, terroristi tal-ISIS, inkella attivisti li jappoġġjaw lill-Gvern ta’ Tobruk immexxi minn Abdullah Al Thinni. Kliem ix-Chargè d’Affaires Libjan għal Malta Hussin Misrati li, f’konferenza talaħbarijiet li indirizza lbieraħ flAmbaxxata Libjana f’Ħal
Balzan, sostna li dan kien attakk kontra l-Prim Ministru Libjan Omar al-Hassi li dakinhar kien fil-lukanda jiltaqa’ ma’ xi delegazzjonijiet barranin. Dan kien ukoll attakk kontra l-Gvern Libjan ta’ Salvazzjoni Nazzjonali, sostna Misrati, u juri kemm dan mhux marbut ma’ fazzjonijiet terroristiċi. Hu sostna li dan l-attakk jista’ jxekkel id-diskussjonijiet li għaddejjin biex jintlaħaq ftehim bejn iżżewġ gvernijiet Libjani. Minkejja dak li qed jgħid Misrati, kelliem għall-Corinthia caħad ma’ ‘In-Nazzjon’ li l-Kap
Ix-Chargè d’Affaires Libjan għal Malta Hussin Misrati jindirizza l-konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ (Ritratt: Martin Agius) u fir-ritratt iż-żgħir jidher il-Prim Ministru Omar al-Hassi, li jmexxi l-Gvern Libjan ta’ Tripli
tal-Gvern Libjan ibbażat fi Tripli kien fil-lukanda meta seħħ l-attakk, u saħaq ukoll li dakinhar ma kien hemm l-ebda diplomatiku fil-lukanda. Filwaqt li sostna li dan qatt ma kien attakk kontra l-interessi Maltin fil-Libja, Misrati sostna li fil-Libja fadal Libjani li għadhom jappoġġjaw lil Gaddafi u li għandhom interess ixerrdu lbiża’. Hu kompla li dan l-attakk kien risposta ċara lid-dinja li lGvern Libjan ta’ Tripli ma jappoġġjax it-terroriżmu internazzjonali. S’issa l-Gvern Malti għadu jirrikonoxxi uffiċjalment – kif stabbilit mill-UE – lill-Gvern ta’ Tobruk. Imma Misrati, li huwa d-diplomatiku mibgħut f’Malta mill-Gvern ta’ Tripli, ilbieraħ reġa’ appella lill-Gvern Malti biex jiddiskuti mal-Gvern Libjan ta’ Tripli u ma jibqax jirrikonoxxi biss lil dak ta’ Tobruk. Hu sostna li Malta tista’ sservi bħala l-post fejn jiltaqgħu ż-żewġ Gvernijiet Libjani. Misrati kkonferma wkoll li lawtoritajiet ta’ Tripli qed jinterrogaw suspettat li seta’ kien involut fl-attakk. Id-dikjarazzjonijiet ta’ Misrati jikkontradixxu żvilupp ieħor li seħħ aktar kmieni lbier-
Abu Ibraheem Al-Tunsi (xellug) u Abu Sulaiman li, skont l-ISIS, wettqu l-attakk fuq il-Corinthia nhar it-Tlieta
aħ stess hekk kif il-fergħa Libjana tal-Istat Iżlamiku (ISIS) – li ħadet responsabbiltà talattakk – ippubblikat ritratti tażżewġ terroristi li, skont hi, wettqu l-attakk fuq il-Corinthia f’isimha, waqt li wissiet dwar aktar attakki. Skont l-ISIS, iż-żewġ terroristi huma Abu Ibraheem AlTunsi u Abu Sulaiman, talewwel Tuneżin u t-tieni wieħed mis-Sudan. Ilbieraħ kien ikkonfermat ukoll li jammontaw għal ħdax dawk li mietu fl-attakk, għalkemm rapporti mil-Libja bdew jgħidu li n-numru huwa tlettax. Dan in-numru jinkludi liżżewġ terroristi nfushom li għadu mhux ċar inqatlux mill-Armata Libjana xħin assedjat is-sular li kienu fih, inkella qatlux lilhom
infushom. Ma ġewx konfermati lanqas ir-rapporti li dawn żammew xi ostaġġi wara li telgħu bil-lift fl-għoxrin sular tallukanda. Tlieta mill-vittmi kienu lgwardji tas-sigurtà tal-lukanda – tnejn Libjani u wieħed Filippin – waqt li s-sitta l-oħra, minbarra xi Libjani oħra, kienu jinkludu numru ta’ residenti barranin alloġġjati fil-lukanda, fosthom kuntrattur Amerikan li qed jingħad li kien eksmorin Amerikan, u dwar il-qtil tiegħu nfetħet investigazzjoni millFBI. Ilbieraħ ħarġu wkoll aktar ritratti li huma xhieda tal-kunflitt armat bejn il-Forzi talOrdni u t-terroristi fil-lukanda. Ġew pubblikati wkoll ritratti li juru l-katavri ta’ wħud mill-vittmi (ara l-faċċata).
www.maltarightnow.com
6
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
LOKALI
Sejħa għat-tħaddim tal-fibre optic cable
Il-pompa tal-petrol fir-Rabat li wara li raħħset il-prezz tad-diesel, saritilha pressjoni biex treġġa’ lura l-prezz kif kien (Ritratt: Martin Agius)
Iraħħas u jiġi “mġiegħel” jerġa’ jgħolli l-prezz tad-diesel
Il-UĦM ukoll issejjaħ għal diskussjoni fl-MCESD u titlob lill-Awtorità tal-Konsumatur biex tinvestiga
Wara li pompa partikulari firRabat mill-bidu ta’ din il-ġimgħa bdiet tbigħ id-diesel żewġ ċenteżmi irħas, f’kummenti ma’ ‘InNazzjon’, is-sid qal li ‘kien sfurzat’ ireġġa’ l-prezzijiet għannormal, jiġifieri bil-għoli. F’kumment simili lill-ġurnal ‘The Times of Malta’, sid ilpompa, Mario Camilleri, qal li kien ‘sfurzat jerġa’ jgħolli l-prezz fuq pressjoni minn Falzon Group li min-naħa tagħhom irċivew diversi lmenti minn sidien ta’ pompi tal-petrol oħrajn’. Falzon Group jissupplixxu lfuel impurtat minn San Luċjan Oil Company, sussidjarja tagħhom, lil din il-pompa, u lis-sid talbuh ireġġa’ l-prezz kif kien għax qalulu li rċivew ilmenti mingħand pompli tal-petrol oħrajn. Il-pompa, M&N Camilleri, minn nhar it-Tnejn kienet bdiet tbigħ id-diesel b’€1.33 kull litru – li jfisser 2 ċenteżmi irħas millprezz fiss li qed iżomm il-Gvern permezz tal-kumpanija statali Enemed, li ħadet f’idejha lPetroleum Division tal-Enemalta. Minkejja li dan suppost huwa suq liberalizzat, l-Enemed għandha prattikament monopolju u dan il-każ huwa xhieda ċara ta’ kif ilkonsumatur mhux jitħalla jgawdi mill-benefiċċji tal-kompetizzjoni. Ovvjament, l-aħbar li f’Malta hawn pompa qed tbigħ fuel irħas mill-oħrajn qajmet interess kbir, u għal xi ħinijiet saħansitra kien hemm kjuwijiet ta’ karozzi biex jagħtu d-diesel minn din ilpompa. Ħafna staqsew għaliex pompa tal-petrol privata, anke jekk għal mument, kienet kapaċi traħħas il-
prezz tad-diesel, il-Gvern qed jibqa’ stinat iżomm l-istess prezzijiet. Mhux talli hekk, talli meta sar intervent minn sidien privati biex iraħħsu l-prezz, jidher li qamu lirwiefen. Dwar dan l-episodju tkellimna ma’ Godwin Mangion, Aġent Direttur Ġenerali responsabbli mill-kompetizzjoni fl-Awtorità Maltija għall-Affarijiet talKonsumatur u l-Kompetizzjoni (MCCAA), li qal li “l-Awtorità qed issegwi l-każ u jekk ikun hemm lok, tkompli tinvestiga iktar.” Mistoqsi jekk operatur ta’ pompa tal-petrol ikunx qed jikser xi regolament jekk jagħżel li jgħaddi parti mill-profitti f’roħs lill-konsumatur, Godwin Mangion wieġeb li “prima facie jidher li m’għamel xejn ħażin billi raħħas il-prezz.” Diversi tentattivi biex nitkellmu ma’ rappreżentanta ta’ Falzon Group irriżultaw fin-negattiv. Dwar dan tlabna wkoll ir-reazzjoni tal-President tal-GRTU Paul Abela, li ħabbar li l-GRTU se tagħmel sejħa formali sabiex jitlaqqa’ l-MCESD u jiddiskuti ssitwazzjoni tal-prezzijiet tal-fuels. Fuq dan il-każ partikulari, Abela tenna li din hi materja li dwarha għandha tinvestiga l-awtorità responsabbli mill-kompetizzjoni. Fil-fatt, fi stqarrija separata li ħarġet aktar tard, il-GRTU kkonfermat li talbet laqgħa urġenti talMCESD wara li riċerka indipendenti li għamlet ikkonfermat li Malta għandha t-tielet l-ogħla prezz tad-diesel minn fost it-28 stat membru tal-Unjoni Ewropea, waqt li wissiet li jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma, pajjiżna ma
jdumx ma jkollu l-aktar prezz għoli tad-diesel fl-Ewropa. Dan jeffettwa b’mod negattiv ħafna l-kompetittività ta’ Malta, saħqet il-GRTU. Sadanittant, dwar il-każ talpompa tal-petrol tar-Rabat tkellmet ukoll il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) li fi stqarrija staqsiet jekk is-suq tal-fuels hux verament liberalizzat kif jitolbu rregolamenti tal-UE. Il-UĦM qalet li tinsab imħassba aktar u aktar meta ftit sigħat wara r-roħs fil-prezz, jidher li saret pressjoni minn operatur privat biex din ilpompa terġa’ tirrevedi l-prezzijiet ’il fuq. Il-Union qalet li membri tagħha qed jistaqsu jekk is-suq f’Malta hux dominat minn entità statali li qed tiddetermina lprezzijiet lokali minkejja li llum jeżistu operaturi oħra fil-provvista tal-fuel. Jekk jirriżulta hekk, qalet ilUĦM, allura dan imur kontra prinċipju bażiku ta’ suq liberalizzat fejn il-konsumatur jingħata opportunità ta’ għażla, xi ħaġa li qed tiġi mminata. Fl-isfond ta’ dan, il-UĦM ħabbret li talbet lillMCCAA tinvestiga jekk l-azjenda tal-istat li twaqqfet f’Ottubru 2014 għandhiex pożizzjoni dominanti fis-suq lokali. Anke l-UĦM ħeġġet lill-Gvern biex jindirizza lill-MCESD dwar is-sitwazzjoni tal-prezzijiet tal-fuels. Il-Union talbet ukoll biex tkun taf sa meta l-pajjiż hu marbut bil-ftehim eżistenti ta’ hedging, u jekk dan jorbotx operaturi oħra fis-suq tażżejt, kif ukoll meta l-Gvern se jidħol għal ftehim ġdid bi prezz imraħħas għall-kumplament tassena.
L-Enemalta qed tistieden lil dawk l-entitajiet kummerċjali interessati biex jagħtu l-proposti tagħhom għall-operat kummerċjali tal-fibre optic cable li jifforma parti mill-interconnector bejn Malta u Sqallija. Il-Korporazzjoni ħarġet sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess biex entitajiet kummerċjali jidħlu fi ftehim ta’ kollaborazzjoni fit-tul magħha għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ parti mill-fibre optic cable li tpoġġa bejn Malta u Sqallija bħala parti mill-interconnector li se jgħaqqad is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku ta’ Malta ma’ dik Ewropea fi Sqallija. Il-proposti għandhom jidħlu għand l-Enemalta sa nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Frar, f’nofsinhar u d-dokument bid-dettalji dwar din is-sejħa jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku tal-Enemalta. L-interconnector bejn Malta u Sqallija twil 120 kilometru. Fi Sqallija, dan jaqbad mas-sistema elettrika Taljana f’substation talkumpanija tad-distribuzzjoni Terna. F’Malta, is-submarine cable minn qiegħ il-baħar jitla’ l-art f’Qalet Marku, Baħar iċ-Ċagħaq u jittrasmetti l-elettriku b’132kV fis-
sistema tad-distribuzzjoni Maltija permezz ta’ terminal station li nbena fil-Magħtab. Minbarra l-cables tar-ram talelettriku, is-submarine cable bejn iż-żewġ gżejjer għandu wkoll żewġ fibre optic cables. L-Enemalta se tuża parti minn dawn biex tittrasmetti d-data meħtieġa fl-operat tas-sistemi tal-interconnector stess, u l-kumplament tal-fibres jistgħu jintużaw għal għanijiet kummerċjali minn entitajiet li jidħlu fi ftehim bi sħab mal-Enemalta. Il-fibre optic clusters tpoġġew fl-armatura tas-submarine cable u għalhekk huma msaħħa u protetti biex ikunu żgurati s-sigurtà u laffidabbiltà tagħhom. Barra minn hekk, matul ir-rotta bejn Malta u Sqallija, is-submarine cable jinsab midfun fi trinka taħt qiegħ il-baħar. Fi nħawi fejn dan ma setax isir minħabba li l-blat kien iebes wisq biex jitħaffer jew minħabba raġunijiet ambjentali, is-submarine cable tgħatta b’munzelli ta’ materjal apposta jew inkesa b’saff ta’ ħadid b’saħħtu. Fuq l-art fi Sqallija, il-fibre optic cable tpoġġa f’pajp apposta li tqiegħed fi trinek taħt il-livell tat-triq.
Il-Partit Nazzjonalista esprima ttħassib serju tiegħu li anke filqasam tal-ġustizzja, il-Gvern qed imexxi bl-eżempju l-ħażin, u lGvern stess, allegatament qed jikser il-liġi li suppost qed jara li tkun osservata minn kulħadd. Fi stqarrija, ix-Shadow Minister tad-Drittijiet taċ-Ċittadini, ilĠustizzja u d-Demokrazija Jason Azzopardi qal li l-Protest Ġudizzjarju li kważi ħamsin avukat ippreżentaw fil-Qorti kontra l-Ministru talĠustizzja hu inkwetanti, u bla preċedent, għax jirrelata dwar il-ksur ta’ prinċipju għażiż f’kull demokrazija. Il-fatt li l-Ministru tal-Ġustizzja jemmen li hu ’l fuq mil-Liġi u jagħti ordni lill-Qrati Maltin u Għawdxin biex mill-1 ta’ Jannar 2015 jinsistu għal ħlas ta’ tariffi ogħla minn min juża s-servizzi tal-
Qrati tagħna – u li ma joħorġu minn ebda liġi approvata millParlament – juri mentalità ta’ gvern li jiġi jaqa’ u jqum mil-liġi. “Illum diġà ilna 27 jum millbidu tas-sena bil-Gvern jiġbor taxxi bil-moħbi tan-nies mill-Qrati tagħna bla ebda approvazzjoni talParlament,” qal Jason Azzopardi. Fid-dawl ta’ dan, l-Oppożizzjoni qed tistaqsi jekk il-Gvern stess, li suppost imexxi bl-eżempju, jikser sfaċċatament il-liġi meta għandu d-dmir jara li kulħadd josservaha, x’eżempju qed jagħti lil min ikun imħajjar jieħu l-liġi b’idejh. Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista qed jinsisti, tgħid l-istqarrija, li lGvern iwaqqaf dawn it-tariffi minnufih u jirrifondi l-flus illegali li ġew imġiegħla jħallsu n-nies mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum.
Il-Gvern jikser il-liġi meta suppost jara li ħadd ma jiksirha
Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tagħha, Din l-Art Ħelwa inawgurat id-DLH Grove fil-Park tal-Majjistral – park li din l-NGO ambjentali tat kontribut fit-tmexxija tiegħu stess matul is-snin. Bl-għajnuna ta’ diversi kumpaniji privati, f’dan il-Grove fix-Xagħra l-Ħamra tħawlu madwar 500 siġra endemika. (Ritratt: DOI, Jeremy Wonnacott)
www.maltarightnow.com
7
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
LOKALI
Jinawguraw uffiċċju “ġdid” li kienu għalqu huma stess
F’dawn l-aħħar jiem, ilMinistri Helena Dalli u Anton Refalo inawguraw uffiċċju ġdid tal-MEUSAC f’Għawdex. Iżżewġ Ministri saħqu dwar limportanza li l-intrapriżi u lKunsilli Lokali Għawdxin ikollhom il-faċilità li jikkonsultaw lill-MEUSAC mingħajr ma jkollhom jinżlu Malta. Iż-żewġ Ministri, b’mod partikulari l-Ministru Refalo, ippruvaw jagħtu l-impressjoni li saret xi ħaġa ġdida u li hu biss issa li Għawdex għandu uffiċċju talMEUSAC. Iżda r-realtà hi mod ieħor għaliex Gvern Nazzjonalista kien fetaħ uffiċċju tal-MEUSAC
u tal-Kumitat Reġjonali talMCESD f’Għawdex lura fl2010. Dawn l-uffiċċji kienu inawgurati fid-19 ta’ Mejju ta’ dik is-sena, imma kienu ngħalqu mill-Gvern Laburista ftit wara laħħar elezzjoni ġenerali. Fi kliem ieħor, il-Gvern Laburista issa qed jiftaħ mill-ġdid uffiċċju li diġà kien hemm, u li għalqu hu stess. Permezz ta’ dan l-uffiċċju, diversi NGOs, Kunsilli Lokali, negozji żgħar u self-employed Għawdxin isiru jafu x’opportunitajiet hemm, kif jistgħu japplikaw għall-fondi u għajnuna oħra relatata mal-Unjoni Ewropea, kif ukoll isiru numru
ta’ laqgħat ta’ informazzjoni u konsultazzjoni f’Għawdex. Issa, ftit xhur wara li għalqet dan l-uffiċċju, il-Ministru Helena Dalli marret Għawdex biex terġa’ tiftħu. Sadanittant, f’nota bid-dritt għar-risposta li ntbagħtet millMEUSAC lill-portal tagħna MaltaRightNow wara li ppubblika din l-istorja, intqal li fil-ftuħ mill-ġdid ta’ dan l-uffiċċju fixXewkija l-ġimgħa l-oħra, iżżewġ Ministri aċċennaw għallfatt li diġà kien jeżisti uffiċċju bħal dan f’Għawdex u kien spjegat li dan kien ingħalaq minħabba li l-uffiċċju kien spiċċa bla koordinatur.
Rapport minn ‘In-Nazzjon’ tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar il-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju f’Għawdex lura fi żmien Gvern Nazzjonalista
Lejn il-finali tal-Young Enterprise f’Berlin
Erbatax-il tim tal-iskejjel kollha tas-Sixth Form dan l-aħħar kellhom l-opportunità li jiżvelaw u jippromwovu, għall-ewwel darba, il-kumpaniji li bihom qed jipparteċipaw fil-kompetizzjoni tal-Young Enterprise. L-attività, li saret fil-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u lIndustrija fil-Belt, kienet parti mill-HSBC Company Programme, li jiġi offrut millJunior Achievement (Young Enterprise) Malta Foundation (JA-YE Malta). JA-YE Malta hija l-entità ewlenija li tipprovdi edukazzjoni tal-intrapriża f’Malta u Għawdex għal tfal minn seba’ snin ’il fuq. B’aktar min 27 sena ta’ storja u esperjenza, il-programmi li jiġu offruti huma possibbli bl-għajnuna mogħtija minn diversi sħab kummerċjali u konsulenti voluntieri minn negozji kbar u żgħar f’Malta. Di hi s-26 darba li JA-YE Malta qed torganizza l-HSBC Company Programme, fejn studenti matul is-sena skolastika jagħmlu esperjenza biex jiskopru lilhom infushom. Dan il-pro-
Membri ta’ wħud mill-14-il tim mis-Sixth Forms li qed jipparteċipaw fil-kompetizzjoni nazzjonali tal-Young Enterprise juru l-prodotti tal-kumpaniji tagħhom lill-Ministru Evarist Bartolo waqt attività li saret dan l-aħħar. F’Marzu t-timijiet se jipparteċipaw fl-HSBC Company Programme Trade Fair, li se ssir f’The Point
gramm joffrilhom ħarsa lejn iddinja tal-intrapriża u x-xogħol. Aktar minn 100 student ippreżentaw il-kumpanija u lidea tagħhom ta’ prodott jew servizz li żviluppaw huma stess, quddiem folla magħmula minn ħbieb, kollegi, ġenituri tat-tfal u membri tal-komunità kummerċjali. Fost dawk preżenti kien
hemm il-Ministru talEdukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, li żar l-istands tal-14-il kumpanija. Disgħa mill-erbatax-il tim ta’ din is-sena kkonċentraw l-attività kummerċjali tagħhom fuq aspetti u problemi soċjali, bħas-saħħa, lambjent u l-edukazzjoni. Tmienja mit-timijiet se joffru
‘apps’ tal-mowbajl, filwaqt li proġetti oħrajn jinkludu varjetà ta’ prodotti għall-użu domestiku, edukattiv u ta’ interess għażżgħażagħ. L-istudenti li qed jieħdu sehem għandhom ukoll l-opportunità li jġibu kwalifika tal-intrapriża ġdida permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm.
Din il-kwalifika tal-European Skills Pass (ESP) rikonoxxuta mill-Eurochambres (lAssoċjazzjoni Ewropea talKmamar tal-Kummerċ Nazzjonali fl-Ewropa) hi inċentiv importanti għall-istudenti biex jagħmlu l-eżami onlajn wara l-konklużjoni tal-programm. Huma jingħataw ċertifikat u akkreditazzjoni formali talgħarfien tal-intrapriża, lekonomija u l-kummerċ. Il-pass li jmiss issa għat-timijiet hu li jipparteċipaw flHSBC Company Programme Trade Fair, li se ssir nhar is-Sibt 28 ta’ Marzu f’The Point, TasSliema. Ir-rebbieħa tal-HSBC Company Programme se jkollhom ukoll l-opportunità li jirrappreżentaw lil Malta fil-finali Ewropea iktar tard din is-sena, f’Berlin, il-Ġermanja. Din hi kompetizzjoni li Malta diġà rebħitha erba’ darbiet fil-passat, darba inqas mill-Ingilterra, luniku pajjiż fost il-membri ta’ JA-YE Europe li rebaħha ħames darbiet.
www.maltarightnow.com
8
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
PARLAMENT
Jibqa’ ma jżommx mal-wegħda li jippreżenta l-kuntratt dwar it-trasport pubbliku Minflok ma għadda mill-kliem għall-fatti, infexx jattakka lill-Oppożizzjoni
Il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura reġa’ naqas milli jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lkuntratt dwar is-servizz tattrasport li diġà beda jitħaddem u li hu ffirmat bejn il-Gvern u lkumpanija Spanjola Autobuses Urbanos de Leon, minkejja li kien iddikjara li se jkun qiegħed ipoġġi l-kuntratt iffirmat hekk kif jibda jiltaqa’ l-Parlament f’din is-sena l-ġdida. Minflok ma għadda mill-kliem għall-fatti u ppreżenta filParlament, kif wiegħed, kopja tal-kuntratt iffirmat, il-Ministru Joe Mizzi fit-tweġiba li ta lixShadow Minister Jason Azzopardi, infexx f’attakki u argumenti politiċi partiġjani fi tweġiba twila mingħajr ebda informazzjoni dwar x’fih il-kuntratt. Ix-Shadow Minister Jason Azzopardi talab lill-Ministru Joe Mizzi jqiegħed kopja tal-kuntratt li Transport Malta, iffirmat malkumpanija Spanjola, fid-dawl tad-dikjarazzjoni li kien għamel l-istess Ministru meta wiegħed fl-ewwel jiem ta’ din is-sena lġdida li hu kien se jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt “appena l-Kamra tirriżumi xogħolha fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar 2015”. Il-mod fit-tul u l-kliem li lMinistru Joe Mizzi uża fit-
Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi reġa’ ddefenda ż-żjara li għamel fi Spanja għand il-kumpanija li llum qed tmexxi s-servizz tat-trasport f’pajjiżna, waqt li kien għadu għaddej il-proċess ta’ għażla għall-operatur il-ġdid
Iddikjara li se jkun qiegħed ipoġġi l-kuntratt iffirmat hekk kif jibda jiltaqa’ l-Parlament f’din is-sena l-ġdida
tweġiba tiegħu bil-miktub, isegwi l-insistenza li kien għamel ilġimgħa li għaddiet fil-Parlament meta nġibditlu l-attenzjoni millIspeaker biex ikun konċiż fittweġibiet għall-mistoqsijiet supplimentari waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari. L-istess mistoqsija kienet saret diġà lill-Ministru Mizzi mixShadow Minister Marthese Portelli, nhar it-Tlieta talġimgħa li għaddiet, u r-risposta tal-Ministru kienet xotta dik iddarba, u qal biss li l-informaz-
zjoni (dwar il-kuntratt iffirmat) tingħata f’seduta oħra. Fit-tweġiba li ta bil-miktub, ilMinistru Joe Mizzi reġa’ ddefenda ż-żjara li għamel fi Spanja għand il-kumpanija li llum qed tmexxi s-servizz tat-trasport f’pajjiżna, waqt li kien għadu għaddej il-proċess ta’ għażla talkumpaniji li kienu wrew interess u tefgħu l-proposta tagħhom biex imexxu s-servizz tattrasport pubbliku, u li fosthom kien hemm ukoll konsorzju Malti.
Il-Gvern qiegħed jevita li jagħti spjegazzjoni dwar kif xtara ż-żejt b’hedging agreements li wasslu lill-poplu jibqa’ jħallas prezzijiet ħafna ogħla minn dak li qed iħallsu popli Ewropej oħrajn
Il-Gvern ma jridx jagħti dettalji dwar kif xtara ż-żejt Il-familji u n-negozji Maltin jibqgħu jħallsu fost l-ogħla prezzijiet tad-diesel u l-petrol fl-Ewropa
Il-Ministru Konrad Mizzi responsabbli mill-qasam talenerġija, qiegħed jevita li jirrispondi jekk hu tax l-approvazzjoni tiegħu għall-hedging agreement fix-xiri taż-żejt, hekk kif ilfamilji u n-negozji Maltin jibqgħu jħallsu fost l-ogħla prezzijiet tad-diesel u l-petrol flEwropa. Meta din il-ġimgħa wieġeb għal żewġ mistoqsijiet differenti li saru mill-Viċi Kap talOppożizzjoni għall-Ħidma filParlament, Mario de Marco, dwar il-hedging agreements li għamel dan il-Gvern, il-Ministru Konrad Mizzi ta l-istess tweġiba għaż-żewġ mistoqsijiet differenti. Il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni Mario de Marco staqsa lillMinistru Mizzi jekk intalbitx awtorizzazzjoni ministerjali qabel ġie konkluż il-ftehim attwali tal-hedging taż-żejt. F’mistoqsija oħra lill-istess Ministru staqsa wkoll kemm hu l-prezz li bih Malta qed tixtri żżejt wara li kien qal li l-prezzijiet għoljin li qed inħallsu għallpetrol u d-diesel huma kawża talhedging agreement. It-tweġiba tal-Ministru Konrad Mizzi kienet identika għaż-żewġ
mistoqsijiet: “il-politika talGvern tiffavorixxi stabbiltà filprezzijiet. Deċiżjonijiet dwar ilftehim tal-hedging jittieħdu malKumitat tar-Risk tal-kumpanija Enemed.” Fit-tweġiba li ta, hu evidenti li l-Ministru Konrad Mizzi qiegħed jevita li jagħti l-informazzjoni mitluba. Qiegħed jevita wkoll li jagħti spjegazzjoni dwar kif ilGvern xtara ż-żejt – hedging agreements li wasslu lill-poplu jibqa’ jħallas prezzijiet ħafna ogħla minn dak li qed iħallsu popli Ewropej oħrajn. L-Oppożizzjoni wkoll ressqet mozzjoni fil-Parlament biex jiddiskuti din il-materja li żgur mhix kummerċjalment sensittiva għax qed tolqot kuljum lillfamilji u n-negozji Maltin. Ministru li jibqa’ ma jagħtix linformazzjoni mitluba millOppożizzjoni fil-Parlament, u jibqa’ ma jkunx ċar fir-risposti li jagħti bil-miktub. L-Oppożizzjoni wkoll, filParlament, fil-Kumitat dwar ilKontijiet Pubbliċi, nhar ilĠimgħa talbet lill-Awditur Ġenerali jħejji rapport dwar ilhedging agreements għax-xiri taż-żejt li saru minn dan ilGvern.
www.maltarightnow.com
9
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
PARLAMENT
L-Oppożizzjoni titlob spjegazzjoni dwar in-nuqqas tal-Ministru Konrad Mizzi fil-Parlament Iwieġeb dwar iż-żjara ta’ Konrad Mizzi organizzata mill-mara tiegħu fiċ-Ċina, il-Ministru għat-Turiżmu Zammit Lewis u mhux is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne
L-Oppożizzjoni insistiet malGvern biex jispjega n-nuqqas tal-preżenza fil-Parlament talMinistru għas-Saħħa u lEnerġija Konrad Mizzi, li għal darb’oħra nhar it-Tlieta filgħaxija ma kienx preżenti fil-ħin talmistoqsijiet parlamentari fil-ħin ukoll li kienu qed isirulu għadd ta’ mistoqsijiet supplimentari marbutin ma’ tweġibiet li ta bilmiktub dwar żjara li għamel fiċĊina organizzata mill-mara tiegħu u li trattat is-settur tassaħħa. Għal din l-insistenza, il-Gvern ma kellux risposta filwaqt li lWhip tal-Grupp tal-Gvern ikkonferma li l-Ministru Konrad Mizzi mhux imsiefer fuq xogħol tal-Ministeru. Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius ġibed l-attenzjoni tas-Sedja u tal-Kamra dwar innuqqas ta’ preżenza fil-Kamra tal-Ministru Konrad Mizzi meta wkoll ikollu tweġibiet x’jagħti lill-Kamra mressqa mill-membri tal-Oppożizzjoni. David Agius irrimarka li hu flobbligu tal-Oppożizzjoni li tagħmel il-mistoqsijiet li jidhrilha li huma xierqa bħala riżultat tat-tweġibiet li jingħataw millMinistri tal-Gvern, hekk kif talab b’mod ċar lill-Gvern jagħti spjegazzjoni għaliex il-Ministru Konrad Mizzi mhux qiegħed ikun fil-Parlament b’mod partikulari waqt il-ħin tal-mistoqsijiet. Il-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern, idDeputat Laburista Godfrey Farrugia, qal li l-Ministru Konrad Mizzi mhux imsiefer fuq xogħol tal-Ministeru. Fin-nuqqas tal-Ministru Konrad Mizzi, filwaqt li l-ewwel grupp ta’ mistoqsijiet marbuta mal-Isptar tal-Onkoloġija f’Mater Dei indirizzati lillMinistru Konrad Mizzi twieġbu mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, fil-każ ta’ mistoqsijiet oħra li saru ftit minuti wara b’rabta ma’ żjara tal-Ministru Konrad Mizzi fiċĊina, kien il-Ministru għatTuriżmu Edward Zammit Lewis li qara t-tweġibiet u wieġeb għall-mistoqsijiet supplimentari tal-Oppożizzjoni. Għall-mistoqsijiet supplimentari dwar iż-żjara tal-Ministru Mizzi fiċ-Ċina, imressqa mixShadow Minister Claudette
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis wieġeb f’isem Konrad Mizzi mistoqsijiet dwar żjara fiċ-Ċina
Buttigieg kif ukoll mill-Whip talGrupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius, isSegretarju Parlamentari fl-istess Ministeru ta’ Konrad Mizzi responsabbli mis-Saħħa, baqa’ bilqiegħda fil-bankijiet ta’ wara tal-Gvern. Il-Ministru Zammit Lewis, filwaqt li ddefenda l-mod kif wieġeb sieħbu l-Ministru, wieġeb li ma kellux l-informazzjoni għall-mistoqsijiet talOppożizzjoni li kienu ċari – biex il-Ministru Konrad Mizzi jgħid min kienu l-membri tad-delegazzjoni li ħa miegħu fiċ-Ċina. Fir-risposta li ta bil-miktub ilMinistru Konrad Mizzi, issemma li l-laqgħat taż-żjara tal-Ministru Konrad Mizzi u d-delegazzjoni Maltija li mexxa, kienu organizzati mill-mara tal-istess Ministru
Sai Mizzi Liang, il-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, li organizzat iż-żjara tar-raġel tagħha u d-delegazzjoni tiegħu fiċ-Ċina dwar taħditiet relatati mas-saħħa
Il-Ministru Konrad Mizzi mhux qed ikun preżenti fil-Parlament u b’mod partikulari waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari
Din il-ġimgħa wkoll il-Ministru Konrad Mizzi bagħat minfloku lill-Ministru Chris Cardona għal dibattitu max-Shadow Minister Marthese Portelli fuq TVM
Konrad Mizzi, Sai Mizzi Liang, mill-Konsolat Ġenerali ta’ Malta f’Shangai. Il-mara tal-Ministru, Sai Mizzi Liang, għandha salarju ta’ €13,000 fix-xahar. Ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg irrimarkat li r-risposta li ta bil-miktub il-Ministru Konrad Mizzi, ma tweġibx ilmistoqsija sempliċi li għamlet. Claudette Buttigieg talbet lillMinistru Konrad Mizzi jgħid min kien parti mid-delegazzjoni li żaret iċ-Ċina u li kienet rappurta-
ta fil-gazzetta Ċiniża ‘China Daily’ tad-9 ta’ Jannar ta’ din issena, u x’kien ir-rwol ta’ kull rappreżentant tad-delegazzjoni Maltija. Il-Ministru Konrad Mizzi ma weġibx il-mistoqsijiet li ressqet bil-miktub ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg, u minflok, iddevja fl-informazzjoni li ta għal dak li kien mitlub iwieġeb dwaru, u qal x’laqgħat saru u minn min kienu organizzati. Għat-talba tal-Oppożizzjoni
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne wieġeb f’isem il-Ministru Konrad Mizzi mistoqsijiet relatati mal-Isptar il-ġdid tal-Onkoloġija, iżda mhux dwar iż-żjara fiċ-Ċina li trattat il-qasam tas-saħħa
lis-Sedja biex ikun assigurat li jingħataw it-tweġibiet millGvern, id-Deputat Speaker Ċensu Galea qal li s-Sedja qed tieħu nota ta’ kulma ntqal, u li kulħadd jista’ jasal għall-konklużjonijiet dwar dak li ntqal filKamra. Dan l-aġir tal-Ministru Konrad Mizzi fil-Parlament, isegwi deċiżjoni oħra li ħa l-Ministru Konrad Mizzi din il-ġimgħa wkoll. Konrad Mizzi m’attendiex għal dibattitu fuq l-istazzjon nazzjonali TVM waqt il-programm ‘Reporter’, fejn kien se jkun hemm ukoll ix-Shadow Minister Marthese Portelli. Minflok, ilGvern kien rappreżentat millMinistru Chris Cardona, responsabbli għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.
www.maltarightnow.com
10
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
Inpoġġu lir-resident fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Kunsill Lokali Fl-1993, il-Partit Nazzjonalista ħoloq il-Kunsilli Lokali proprju biex iservu bħala pont bejn in-neċessitajiet tar-residenti u l-lokalità li tospitahom. L-iskop talKunsilli Lokali hu li jtejbu lgħajxien tar-resident billi jiżviluppaw il-lokalità b’mod li takkomoda l-bżonnijiet u jiżdiedu l-faċilitajiet u l-attivitajiet immirati għar-resident. Filwaqt li dan huwa l-ideal, huwa fatt magħruf li mhux kull resident iħoss li dan l-iskop qed jintlaħaq filwaqt li mhux kull lokalità qed tara l-frott ta’ dan it-tip ta’ ħidma. Kuntatt mar-resident Il-Kunsill għandu jkun kontinwament f’kuntatt mar-resident. Hekk biss il-kunsilliera jistgħu verament, waqt li jkunu
madwar il-mejda tal-Kunsill, jirrappreżentaw lir-residenti li eleġġewhom. Id-djalogi marresidenti għandhom ikunu kontinwi sabiex ix-xogħol talKunsill ikun verament qed isir bil-konsiderazzjoni tan-neċessitajiet tal-lokal u r-residenti tiegħu li jinbidlu maż-żmien. Nitfgħu dawl fuq il-wirt storiku Huwa ċert li kull belt jew raħal f’Malta għandu l-istorja tiegħu – u huwa ovvju li kull belt jew raħal f’Malta għandu postijiet storiċi x’jippreserva u x’jesponi biex jitgawdew millpubbliku. Għalhekk importanti li l-Kunsill jagħmel minn kollox biex dan il-wirt storiku jinżamm fi stat tajjeb u jekk jista’ jkun, isir attrazzjoni għal dawk li jżuru l-lokalità. Dan
Nemmen li kull kunsillier, jien inkluż, għandu jidħol għax-xogħol ta’ kunsillier bi skop wieħed – li jaħseb b’moħħ ir-resident
Il-lezzjoni ta’ Trojja!
Il-mitoloġija Griega miżgħuda bi stejjer u ħrejjef kuluriti. Stejjer li jagħmlu lkultura Griega waħda għanja u mill-aktar interessanti. Stejjer li spiss huma miżgħuda b’dettalji li storikament m’għandhom ebda bażi iżda li forsi fihom ħsieb profond u li jwassal xi forma ta’ messaġġ. Ċertament storja mill-aktar popolari hi dik il-gwerra ta’ Trojja. Din il-belt li kienet fejn illum hemm it-Turkija kienet ilha fil-mira tas-slaten Griegi iżda kienet fortifikata bi swar li l-Griegi qatt ma’ rnexxielhom jegħlbu. Darba minnhom iżda, il-Griegi ħbew xi suldati ġo żiemel tal-injam u lil dan iżżiemel ressquh bħala rigal lillbelt ta’ Trojja. Mingħajr ħsieb ta’ xejn innies ta’ Trojja daħħlu ż-żiemel fil-belt. Filgħaxija s-suldati Griegi ħarġu miż-żiemel, fetħu l-bieb tal-belt ta’ Trojja u b’hekk l-armata Griega qerdet il-belt ta’ Trojja darba għal dejjem. Bla dubju, din l-istorja hi xhieda ta’ kemm hu importanti u utli li wieħed ikollu pjan ċar, meqjus u kkalkulat. Hi xhieda ta’ kemm hu riskjuż meta wieħed jimxi mingħajr ħsieb, direzzjoni u pjan. Kemm hu riskjuż meta wieħed jemmen li
Antonello Cuschieri
antonello.cuschieri@gmail.com
sabiex dak li b’tant sagrifiċċju wettqu l-antenati tagħna, jibqa’ jitgawda u mfaħħar minn kull min iżur il-belt jew ir-raħal tagħna. Pajjiżna mimli bl-istorja, u l-Kunsill Lokali, direttament jew indirettament, għandu jservi bħala s-sors li jippreserva dan il-wirt.
L-oppost tar-riżultati hu l-indifferenza Nisimgħu ħafna bl-indifferenza … bin-nuqqas li jitwettqu verament il-bżonnijiet tarresidenti. Huwa minnu li l-
OPINJONI
Huwa minnu li l-Kunsilli jagħmlu ħafna xogħol, iżda mhux neċessarjament ikun hemm ir-resident fil-qofol tal-ħidmiet tagħhom, li mhux neċessarjament isiru bl-iskop li jitjieb l-ambjent li jgħix fih ir-resident
Kunsilli jagħmlu ħafna xogħol, iżda mhux neċessarjament ikun hemm ir-resident fil-qofol talħidmiet tagħhom, li mhux neċessarjament isiru bl-iskop li jitjieb l-ambjent li jgħix fih irresident, u mhux neċessarjament isiru biex verament naraw il-lokalità titjieb. Nemmen li kull kunsillier, jien inkluż, għandu jidħol għax-xogħol ta’ kunsillier bi skop wieħed – li jaħseb b’moħħ ir-resident. Dan għaliex kull sitwazzjoni u kull deċiżjoni għandha tittieħed bil-għan li llokalità ssir aħjar milli hi u aqwa għar-resident li jgħix fiha u għal min iżurha. Kif se ntejbu l-lokalità tagħna?
Ir-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda għand ir-resident għaliex ħadd iktar mir-resident ma jaf kif il-lokalità tista’ ssir aħjar. Ir-resident jaf x’inhuma lbżonnijiet, il-problemi u l-limitazzjonijiet tal-lokal, u fil-problema nnifisha hemm ir-risposta. Iżda jekk il-kunsillier ma jafx x’inhi l-problema, allura ma jista’ qatt jasal għar-risposta, u dan iġibna għall-argument talbidu, li l-kunsillier irid kontinwament iżomm kuntatt sinċier u ġenwin mar-resident. Hekk biss l-iskop tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali jseħħ, u hekk biss, il-kunsilliera flimkien marresident jaraw il-belt jew irraħal tagħhom isir verament aħjar.
jista’ jkun traskurat u ma jħallasx prezz għat-traskuraġni.
Storja li ilha ġejja Gvern wara ieħor fil-Greċja komplew jibnu d-dejn. Gvern wara ieħor irrifjutaw li jieħu lmiżuri meħtieġa u minflok, gvern wara ieħor ippreferew jgħixu f’dinja falza fejn il-konsegwenzi ġew biss moħbija taħt it-tapit. Gvern wara ieħor għażlu li flok ikunu kuraġġużi, ikunu populisti. Gvern wara ieħor komplew b’kampanja ta’ tant ħabi li saħansitra nħbew ilfatti li kienu determinanti fuq jekk il-Greċja tadottax il-munita ewro jew le. Illum il-Greċja qiegħda tiffaċċja sfidi li ftit pajjiżi filPunent qatt raw bħalhom. Sfidi li qegħdin jirriżultaw f’miżuri mill-aktar qarsa u li qegħdin iwasslu għal tbatija ġenerali fost il-poplu. Illum dawn ilmiżuri aktar huma ħtieġa milli għażla. Dawn wasslu biex il-poplu Grieg ta l-poter lil Alexis Tsipras minkejja li huwa ovvju minn mitt mil ’il bogħod li lpolitika tiegħu u tal-partit Syriza ma fiha xejn għajr duħħan, gideb u gimmicks elettorali. Dawn il-miżuri wasslu biex il-poplu Grieg saħansitra ħassu tant mingħajr għażla li ta
Angelo Micallef
angelo.micallef@gmail.com
l-poter lil partiti tal-Lemin estrem, u wieħed minnhom saħansitra issa spiċċa parti mill-koalizzjoni li qiegħda tmexxi lill-pajjiż. Il-miżuri wasslu biex illum, aktar minn qatt qabel, b’Syriza fil-poter, il-futur tal-Greċja huwa mċajpar ferm.
Tista’ tkun int! Ikun għaqli jekk dak li ġara fil-Greċja nitgħallmu minnu bħala poplu. Jeħtieġ li l-Gvern Malti llum qabel għada jagħti kas tal-ewwel sinjali ta’ problemi. L-esportazzjoni li qiegħda dejjem tonqos, l-importazzjoni li qiegħda dejjem tonqos, il-kompetittività li qiegħda tkompli tmur il-baħar, u s-settur pubbliku li qiegħed jikber mingħajr ebda kontroll ta’
Illum il-Greċja qed tiffaċċja sfidi li ftit pajjiżi fil-Punent qatt raw bħalhom. Dawn l-isfidi qegħdin jirriżultaw f’miżuri qarsa li qegħdin iwasslu għal tbatija ġenerali fost il-poplu. Illum dawn il-miżuri huma ħtieġa aktar milli għażla xejn. Il-Gvern jista’ jagħmel bħal bosta gvernijiet Griegi u jieħu t-triq tal-irresponsabbiltà jew jista’ jisma’ minn dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista u fl-aħħar jibda jaġixxi b’mod responsabbli. Tkun ħasra jekk l-irresponsabbiltà tal-politika Laburista twassal biex pajjiżna jkollu jduq it-togħma morra ta’ dak li qegħdin iduqu ħutna l-Griegi. Tkun ħasra jekk ir-ras iebsa tal-Gvern Laburista twassal
biex ikollna niffaċċjaw mewġ li b’għaqal u b’politika onesta nistgħu nevitawh. Il-poplu Grieg, bis-saħħa ta’ xi gvernijiet, fosthom bosta gvernijiet Soċjalisti mmexxija mill-partit Soċjalista Grieg PASOK, spiċċa fix-xifer u llum qiegħed jilgħab logħba perikoluża ta’ Russian roulette bl-għażla ta’ Syriza. Ejja naraw li l-istorja Griega tkun biss lezzjoni għalina u mhux mera tal-futur!
www.maltarightnow.com
11
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR
Għandu permess ta’ Ix-xhieda tal-investiment għaqli ta’ Gvern Nazzjonalista mekkanik? Dawn l-erba’ vetturi – kollha bla number plate – jinsabu fi jagħtuha ċ-Ċiniżi L-EDITORJAL
Dak li suppost kellu jkun politiku li jgħid anke t-tajjeb li għamlu ta’ qablu, mhux talli qed jonqos milli jagħmel, talli qed jikxfu ħaddieħor. Dan hu li juri l-bejgħ tal-power station tal-BWSC minn Joseph Muscat liċ-Ċiniżi. Huma ċ-Ċiniżi – u assolutament mhux Joseph Muscat – li qed jagħtu xhieda mill-aqwa tal-investiment għaqli u tajjeb li għamel il-Gvern Nazzjonalista fl-enerġija.
Triq Marziena, fil-Munxar, Għawdex, quddiem il-garaxx ta’ mekkanik li mhux magħruf jekk għandux permess biex jagħmel
dan ix-xogħol. Min bagħathomlna, iżda, qalilna li lEnemalta u l-Pulizija f’Għawdex, ta’ spiss jinqdew bis-servizzi tiegħu, inkluż uffiċjali tal-Korp li jmorru għandu għat-tiswijiet tal-karozzi personali tagħhom. Jidher li anke sservizz ta’ towing tal-Pulizija f’Għawdex isir minn dan ilgaraxx.
Il-Gvern Laburista gideb bil-kbir dwar il-proġett ewlieni tiegħu Li Joseph Muscat kien b’xi mod se jfaħħar it-tajjeb li sar qabel ma tela’ hu kienet gidba kbira daqs il-gidba li l-power station talBWSC hi fabbrika tal-kanċer. Dal-gideb mhux sorpriża meta tqis li dan Gvern li gideb fil-wiċċ dwar il-power station l-oħra li kellha tkun lesta sa xahrejn oħra. Joseph Muscat kien jaf li mhux se tkun lesta u baqa’ jigdeb jgħid li se tkun. Kull darba, Joseph Muscat kien jgħid li l-proġett hu on track, meta fil-fatt kien u għadu off track.
Gideb kbir ukoll dwar l-impjant tal-BWSC Liċ-Ċina issa Joseph Muscat għadu kemm begħelha l-kontroll tal-power station li għandna, dik tal-BWSC. Imma x’qal Muscat fis-7 ta’ Jannar 2013, sentejn ilu, eżatt kif bdiet il-kampanja elettorali? Irrappurtat f’diversi gazzetti, Joseph Muscat kien qal li limpjant tal-BWSC kien se jibqa’ f’idejn l-EneMalta. Gidba. Ilpower station tal-BWSC se tgħaddi f’idejn iċ-Ċiniżi li se jkollhom il-kontroll tagħha. Joseph Muscat ma wettaqx dak li wiegħed, u qed iwettaq dak li qal li żgur ma jwettaqx.
Dak li ħallielu l-Gvern ta’ qabel jiswa 215-il miljun... Meta ġab liċ-Ċiniżi u staqsiehom xi jridu jixtru, iċ-Ċiniżi riedu jixtru l-kontroll propju tal-power station tal-BWSC li Muscat kien jgħidilha fabbrika tal-kanċer u li kien jgħid li l-Gvern ta’ qabel xtraha minn fuq il-yellow pages. Dik il-power station ġiet tiswa 165 miljun ewro meta nbniet. Għal 70 fil-mija tagħha ċ-Ċiniżi ħallsu 150 miljun ewro, jiġifieri kollha stmawha li tiswa 215-il miljun ewro.
...imma jmaqdru u biegħu Mela l-165 miljun li nefaq il-Gvern ta’ qabel investiehom f’power station tant tajba li ċ-Ċiniżi lilha riedu minn dak kollu li għandha l-EneMalta u li fil-fatt huma stess issa stmawha li tiswa 215-il miljun: 50 miljun ewro aktar milli ġiet lill-Gvern Nazzjonalista. Dak hu li ħalla l-Gvern ta’ qabel: power station attraenti għall-Gvern taċ-Ċina; investiment f’isem il-poplu li apprezza fil-valur. Imma mhux għal Muscat li ħlief maqdar u gideb fuq il-power station tal-BWSC m’għamilx.
Gideb fuq l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema Bħalma Joseph Muscat gideb fuq il-power station tal-BWSC, bħalma gideb li jibni power station oħra sa xahrejn oħra, u bħalma gideb li jirriżenja jekk ma jagħmilhiex sa xahrejn oħra kif wiegħed, ma noħduhiex bi kbira li gideb ukoll fuq l-impjiegi, ilkundizzjonijiet u l-pagi tal-ħaddiema tal-EneMalta. Lill-ħaddiema tal-EneMalta Joseph Muscat wegħedhom li ħadd ma jitlef limpjieg u l-istess take home pay. Issa l-ħaddiema tal-EneMalta jafu kemm gideb Muscat fuq tista’ tgħid kull suġġett li għandu x’jaqsam mal-power station. Il-problema hi li dal-gideb ta’ Joseph Muscat ifisser il-ħobż ta’ kuljum tagħhom.
Consience money
Jidher ċar li sa fl-aħħar ilGvern Laburista se jkollu jraħħas il-prezzijiet tal-petrol u
d-diesel. Dawn mhuma xejn ħlief ‘conscience money’ ta’ min għandu kuxjenza tqila (jekk għandu) talli għamel dawn ix-xhur jisraqna vilment. Dan ir-roħs – jekk u meta jseħħ, ikun iggwadanja minnu l-poplu kollu b’riħet l-
25 sena ilu f’In-Nazzjon
Oppożizzjoni Nazzjonalista. U għandna ngħidu grazzi lilha, mhux lilu! Jippretendix il-vot ukoll wara dan is-serq? G. L. Camilleri Il-Furjana
Il-faċċata ta’ In-Nazzjon ta’ bħal-lum 25 sena tirreferi għad-diskors tal-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami fi tmiem ilKunsill Ġenerali tal-PN. Il-ġurnal jiddeskrivi dan iddiskors bħala wieħed sinċier u formidabbli u jislet punti minnu, waqt li jirreferi għalihom fil-qosor flewwel paġna. Fost dawn kien hemm li l-1989 kienet sena pożittiva ħafna għall-PN u għall-Gvern, li lGWU qed tagħmel ħsara apposta lil pajjiżna u qed thedded li ttellef l-għajxien tal-ħaddiema, u li lGvern dejjem rebaħ bil-politika li jevita l-konfrontazzjoni diretta, anki din id-darba. Fi tmiem id-diskors tiegħu, Eddie Fenech Adami qal: “Kburi li għandi l-privileġġ, li tajtuni intom bilvot tagħkom, li nkun jien f’isimkom, f’isem il-Partit tagħna, f’isem Malta, li ndaħħal lil pajjiżna fis-snin disgħin biex qatt aktar pajjiżna ma jkollu jerġa’ jgħaddi minn dak li għadda minnu – biex f’pajjiżna jkollna x-xogħol, il-ġustizzja u l-libertà.”
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
12
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
X’NARA U X’NISMA’
X’Qalilna l-Għasfur Fejn hu Toni? Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Diġa’ kważi għadda l-ewwel xahar tas-sena l-ġdida b’dak kollu li ġab miegħu, fosthom ħafna kesħa u influwenza. “U la qed nitkellmu fuq ilkesħa u l-influwenza,” qalilna inkwetat l-għasfur, “ninsab ftit imħasseb għaliex xi drabi linfluwenza taqbdek tant bilqawwi li ma tħallilek l-ebda saħħa, la biex tiċċaqlaq u lanqas biex titkellem. Nittama li lil Toni Zarb tal-General Workers Union ma qabditux influwenza ta’ dak it-tip. U ma ttunix tort nissuspetta għax ili ħafna ma narah jimmarċja fuq quddiem ta’ xi protesta nazzjonali u jgħajjat b’ħanġra daqsiex li ‘issa daqshekk!’ Mur ġib lil Toni Zarb,” kompla jgħidilna l-għasfur, “kieku lpoplu Malti u Għawdxi għadu qed iħallas dawn il-prezzijiet għoljin għall-petrol u d-diesel taħt Gvern Nazzjonalista. Kieku forsi sal-lum il-pajjiż jinsab iġġammjat b’xi stajk nazzjonali. Imma ħaġa tal-iskantament, kif taħt il-Labour, Toni Zarb dejjem hekk jiġrilu. Minn tigra feroċi jsir qattus mgħaxxex, minn vuċi ta’ Pavarotti jaqa’ fil-muta, u minn dak ta’ fuq quddiem fil-marċi tal-protesta jsib ruħu bilqiegħda komdu fl-uffiċċju tiegħu. Għax għal Toni Zarb ma jimpurtax li taħt il-Labour jibqgħu deħlin in-nies mal-gvern, sostenibbli jew mhux. Ma jimpurtax li mija u ħamsin ħaddiem tal-Enemalta jinsabu fl-inkwiet u ma jafux x’se jsir eżatt minnhom. Ma jimpurtax li tal-qalba nett talLabour jieħdu l-eluf kbar u jieklu b’erbat iħluq, waqt li lkumplament tal-ħaddiema jieħdu loqma miżera ta’ tmienja u ħamsin ċenteżmu fil-ġimgħa. Lanqas ma jimporta għal Toni Zarb,” qalilna l-għasfur, “li lMaltin u l-Għawdxin jibqgħu jiġu misruqa kontinwament mill-Gvern tal-Labour bl-ogħla prezz li hawn fl-Ewropa għallpetrol u d-diesel. U jekk bħal Joseph il-bully, Toni Zarb ifettillu jisfida lil xi ħadd jgħidlu fejn fl-Ewropa d-diesel jinbiegħ inqas minn Malta, aħjar jerġa’ jaħsibha ftit, li ma tmurx terġa’ taqbeż l-Unjoni Ewropea u tagħtih il-lista pajjiż pajjiż. Sadanittant,” temm jgħidilna l-
għasfur, “nawgura minn qalbi lil Toni Zarb biex jerġa’ jakkwista l-vuċi soda li kellu!”
Il-Kabinett Qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, Joseph il-bully fost ilwegħdi solenni ma jispiċċaw qatt kien wegħidna li se jtina Gvern modern, trasparenti u b’ideat ġodda ta’ politika li qatt
ma rajna bħalha. “Ma nistgħux ngħidu li ma żammx kelmtu,” qalilna l-għasfur, “għax f’dawn il-kważi sentejn li ilu Prim Ministru rajna u smajna affarijiet li qatt ma rajna bħalhom. Illista twila wisq biex insemmuha llum, imma nħalli f’idejn lintelliġenza tal-poplu Malti u Għawdxi biex jara jekk bl-affarijiet il-ġodda u moderni li introduċa Joseph, morniex għallaħjar jew għall-agħar. Li hu
żgur hu,” komplielna l-għasfur, “li Joseph qatt ma ħabbel rasu kemm se jonfoq mill-Kaxxa talMaltin u l-Għawdxin, biex jintroduċi xi ħaġa li jkun ħolom biha hu. Waħda minn dawn ilfamużi ideat ġodda u moderni
ta’ Joseph il-bully, kienet dik li biex taparsi juri kemm hu qrib tan-nies, jagħmel il-laqgħat talKabinett tal-Ministri f’diversi postijiet differenti barra minn Kastilja. Li l-Ministri jiltaqgħu kultant għal-laqgħa tal-Kabinett barra minn Kastilja, mhix idea ħażina, iżda li biex issir laqgħa bħal din jintefqu eluf ta’ ewro minn fuq dahar il-poplu, ma naħsibx li tagħmel sens. “M’ilux wisq,” fakkarna l-għas-
fur, “biex saret laqgħa simili bħal dawn, il-poplu Malti u Għawdxi ħallas madwar sebat elef ewro mit-taxxi tiegħu. Dan biex Joseph il-bully u sħabu lMinistri jkunu komdi kemm jista’ jkun. Mhux għaliex waqt
dawn il-laqgħat, il-Ministri m’għandhomx ikunu komdi. Imma tajjeb tonfoq dawk il-flus kollha, meta Kastilja hi attrezzata għal laqgħat simili?” staqsiena l-għasfur. Din ilġimgħa Joseph iddeċieda li llaqgħa tal-Kabinett issir fisSala Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ. “Mistagħġbin,” qalilna lgħasfur, “kemm kien hemm Żebbuġin li qalu ġakulatorji lil Joseph u sħabu l-Ministri, meta kellhom ineħħu l-karozzi tagħhom minn kmieni filgħodu biex jagħmlu wisa’ għallkarozzi tal-Ministri. Veru li kienu tpoġġew it-tabelli biex ħadd ma jipparkja,” kompla lgħasfur, “iżda r-residenti ma kienux avżati mqar minn ġurnata qabel, u min filgħaxija l-ġurnata ta’ qabel ma ħariġx middar, kellu joħroġ kmieni filgħodu biex iċaqlaq il-karozza. Imma l-aqwa li nidhru qrib innies u ma jimpurtax kemm listess nies nonfqulhom mittaxxi tagħhom u kemm noħolqulhom inkonvenjenzi. Viva l-Labour la Malta saret tagħna lkoll!” temm jgħidilna lgħasfur.
Il-Ministru konvint Meta dan l-aħħar kien qed jindirizza lill-imsieħba soċjali, dak li dejjem jinbaħ, ilMinistru ffissat li jsib iż-żejt, Joe Mizzi, saħaq li hu konvint li l-kuntrattur il-ġdid talkarozzi tal-linja li għażel hu, se jagħmel suċċess f’pajjiżna. “Dan,” qalilna l-għasfur, “kien l-istess wieħed li meta kien flOppożizzjoni, kien għamel xhur, jekk mhux snin, jinbaħ u jħambaq kontra l-Arriva u ssistema li kien introduċa lGvern ta’ qabel. Telqu l-Arriva, għamilna sena bil-poplu Malti joħroġ il-miljuni sakemm ħa kollox f’idejh il-Gvern, u flaħħar bdejna bil-kumpanija ġdida. Naturalment, Joe Mizzi jippretendi li nagħtuh ċans għax l-affarijiet ma jsirux f’daqqa. Ara meta kien flOppożizzjoni hu, kien jippretendi li l-affarijiet jirranġaw f’daqqa. Issa ma jimpurtax li qed inħallsu ħafna iktar miljuni f’sussidju. Lanqas ma jimporta li n-nolijiet għolew. Issa kemm kemm ma nitħajrux ngħidu linnies biex isibu lift ma’ xi ħadd ħalli ma jħossux il-piż tal-għoli tan-nolijiet. Il-poplu Malti u Għawdxi,” qalilna l-għasfur, “lest li jistenna ftit ġimgħat ħalli jara li l-affarijiet ikunu qagħdu, iżda wara dak l-inbiħ kollu ta’ Joe Mizzi, u wara li qed iħallas ħafna iktar minn qabel, il-poplu jistenna li jkollu servizz fuq ir-rubini. Nistennew u naraw.”
www.maltarightnow.com
13
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
OPINJONI
Finanzi, dejn u ekonomija
Aktar inkwetanti hu l-fatt kif l-esportazzjoni u l-produzzjoni industrijali raw l-akbar tnaqqis fl-Ewropa, il-bejgħ tal-ħwienet naqas, il-manifattura għaddejja minn problemi kbar, u l-Gvern minflok ma jindirizza dawn is-setturi, imeri l-istatistika u jitfa' d-dubji fuqha
Il-qagħda tal-finanzi pubbliċi ta' pajjiż hija l-bażi ta' kull sistema ekonomika u ta' kull programm politiku. U dan hu loġiku. Għax kif jitħaddmu lfinanzi pubbliċi jista' jsaħħaħ jew idgħajjef il-qagħda ekonomika ta' pajjiż, u għax kull programm ta' ħidma politika jrid mod kif jiġi ffinanzjat. F'pajjiżna, matul dawn laħħar 25 sena, kemm-il darba smajna lill-Partit Laburista u lpartitarji tiegħu jikkritikaw gvernijiet Nazzjonalisti għaddeficits li kienu jagħlqu sena bihom u l-mod kif kien qed jiżdied id-dejn nazzjonali. Spiss kienu wkoll ifakkru kif ilgvernijiet ta' Duminku Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici ħallew "400 miljun fil-Kaxxa ta' Malta" waqt li l-Partit Nazzjonalista berbaq kollox u mela lill-pajjiż bid-dejn. Imma ejja nħarsu ftit lejn il-fatti u nikkumparaw ma' dak li qed naraw illum. Nibdew mill-mit ta' kemm ħalla fil-Kaxxa ta' Malta l-gvern ta' Mintoff. "L-erba' mitt miljun" li tant jiftaħru li ħalla fil-Kaxxa ta' Malta huma filverita' r-riżervi tal-Bank
Ċentrali, li llum qabżu l-biljun sew, filwaqt li anke dak ilGvern kien diġa’ beda jħalli dejn. Id-dejn nazzjonali dak iżżmien, skont il-manifest elettorali tal-Partit Laburista stess għall-elezzjoni tal-1998, kien ta' 90 miljun lira Maltin. U x'infrastruttura kellu x'juri għal dak id-dejn dak il-Gvern? Tafu daqsi li xejn, anzi, dak il-gvern ħalla pajjiż f'xifer ta' gwerra ċivili u b'postijiet tax-xogħol limitati għal korpi li kien joħloq il-gvern stess jew postijiet taxxogħol ta' manifattura bażika. Huwa veru li matul il-25 sena ta' amministrazzjoni nazzjonalista dak id-dejn żdied għal ħames biljun ewro. Huwa veru wkoll imma li dak id-dejn wassal biex l-ekonomija kibret b'ammont ħafna akbar, għax dak id-dejn sar biex saru diversi proġetti infrastrutturali li mmodernizzaw lil pajjiżna, b'mod li seta' jipparteċipa flekonomija tas-servizzi, talinformatika, tat-teknoloġija u tal-avjazzjoni, li ġabu magħhom postijiet tax-xogħol ta' kwalita' u li b'hekk wasslu biex ikun hawn iżjed flus filbwiet tan-nies.
Mark Anthony Sammut markasammut@gmail.com
Wieħed kien jistenna li issa li l-Partit Laburista reġa' jinsab fil-Gvern, u wara dik il-kritika kollha li kien għamel fuq iddejn li sar minn gvernijiet preċedenti, kien se jkun Gvern li jikkontrolla n-nefqa pubblika. Iżda x'qed naraw fir-realta'? Waqt li d-dejn li għamlu gvernijiet nazzjonalisti kien ta' ħames biljun ewro mifruxa fuq 27 sena (u hawn qed ninkludu s-sentejn ta' Alfred Sant li kienu sentejn ta' defiċit rekord minħabba t-taħwid fuq it-tibdil fil-VAT), li jammonta għal medja ta' madwar 180 miljun ewro fis-sena, id-dejn pubbliku f'sena tal-Gvern ta' Joseph
Muscat żdied b'220 miljun ewro. U filwaqt li d-dejn li sar filpassat kien biex tiġi ffinanzjata nefqa fuq l-infrastruttura li pajjiżna kellu bżonn għad-dinja moderna, wieħed jistaqsi ddjun kbar li saru f'dawn l-aħħar xhur fejn qed jintefqu. Xi proġetti infrastrutturali saru li jistgħu jrendulna għall-futur? Xejn. L-uniċi proġetti li hawn għaddejjin huma proġetti mibdija mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti: il-proġett tal-ilma tal-għargħar, tal-bini tal-Coast Road u Triq Diċembru 13, lisptar tal-onkoloġija, il-Life Sciences Park; u li ħafna minnhom huma ffinanzjat millUnjoni Ewropea. Dan kollu meta l-qagħda internazzjonali hi ħafna aħjar milli kienet. Allura x'hawn x'juri għad-dejn li qed jagħmel ilGvern? Hawn iż-żieda fil-ħaddiema impjegati fis-settur pubbliku, mal-gvern stess. Hawn żieda fl-infiq fil-pagi għallamministrazzjoni, fil-Ministeri u s-Segretarjati tal-Gvern, biex tal-qalba jaħtfu kemm jifilħu. 57 miljun ewro żieda fil-pagi fissettur pubbliku f'sentejn biss.
Aktar inkwetanti hu l-fatt kif l-esportazzjoni u l-produzzjoni industrijali raw l-akbar tnaqqis fl-Ewropa, il-bejgħ tal-ħwienet naqas, il-manifattura għaddejja minn problemi kbar, u l-Gvern minflok ma jindirizza dawn issetturi, imeri l-istatistika, jitfa' d-dubji fuqha, u saħansitra jbiddel id-Direttur tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għax din mhix qed togħġbu. Wieħed jistaqsi kif quddiem dan kollu nistgħu nafdaw l-istatistika li se toħroġ fix-xhur u s-snin li ġejjin. Il-Partit Nazzjonalista ma jemminx li l-mod għaqli kif tikber l-ekonomija hu billi jonfoq aktar il-Gvern biss, u billi jdaħħal iżjed nies miegħu lGvern, imma billi l-Gvern jinċentiva s-settur privat u jsaħħaħ l-infrastruttura biex ilprivat isib l-ambjent ekonomiku u infrastrutturali tajjeb biex joħloq postijiet tax-xogħol aħjar. Hekk biss l-infiq talGvern ikun jista' jrendi aktar fittul, u mhux biss inaqqas innumri ta' nies qiegħda u jkabbar l-ekonomija fil-preżent, b'konsegwenzi negattivi ħafna filfutur.
14
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
Aktarx infetaħ front ġdid kontra l-Punent IL-LIBJA
Grupp militanti affiljat mal-ISIS ħa responsabbiltà tal-attakk li sar fil-lukanda Corinthia fi Tripli nhar it-Tlieta, li ħalla disa’ persuni – fosthom ħames barranin – mejta. L-attakk kien jinvolvi bomba ma’ karozza li splodiet ’il barra mill-bini u mill-inqas żewġt irġiel armati attakkaw il-lukanda ta’ ħames stilel, fejn uffiċjali talgvern u delegazzjonijiet barranin joqogħdu regolarment. Il-Prim Ministru ta’ Tripli u delegazzjoni Amerikana kienu evakwati matul l-assalt hekk kif it-terroristi laħqu l-24 sular tal-lukanda. Sussegwentement dawn qatlu tliet gwardjani tas-sigurtà, ħames persuni barranin u ostaġġ. Filwaqt li Mahmoud Hamza, uffiċjal tas-sigurtà lokali ma tax informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-vittmi barranin tal-attakk ta’ nhar it-Tlieta, Kayla Branson, analista prinċipali dwar l-Afrika ta’ Fuq, ikkonfermat li l-attakk immarka l-ewwel darba li l-fergħa tal-ISIS poġġiet interessi talPunent fil-Libja fil-mira tagħha. Kayla Branson irrimarkat li fazzjonijiet differenti tal-ISIS żiedu lpreżenza tagħhom fil-pajjiż f’dawn l-aħħar sitt xhur. Hi l-impressjoni ta’ Branson li s-sitwazzjoni kaotika fil-pajjiż se tippermetti lil tliet fergħat tal-ISIS biex jikbru, b’riżultat li l-estrem-
Is-sitwazzjoni kaotika se tippermetti lil tliet fergħat tal-ISIS biex jikbru isti jkollhom “aktar ħin biex jorganizzaw, jikkoordinaw u jwaqqfu kuntatti oħrajn”. Milizzji oħrajn wettqu attakki żgħar kontra l-lukanda fis-snin li għaddew iżda Branson temmen li t-taqlib politiku fil-Libja, li ra lillpajjiż jispiċċa fi gwerra ċivili bejn fazzjonijiet rivali wara l-mewt taleks-President, il-Kurunell Muammar Gaddafi f’Ottubru tal2011, ippermetta lill-ISIS fi Tripli biex iwettaq l-ewwel attakk tiegħu kontra mira, maħsuba tal-Punent. “Issa, hemm inqas kontroll milli kien hemm qabel, u dan qed iwassal biex isiru attakki simili,” sostniet Branson. Max Abrahms, professur taxxjenza politika f’Northwestern University u membru tal-Kunsill dwar ir-Relazzjonijiet Barranin, jaqbel li “l-qagħda ta’ anarkija” fil-pajjiż, wara s-sehem tal-koalizzjoni tal-Punent kontra Gaddafi, ħalliet lill-ISIS isaħħaħ il-preżenza tiegħu fil-Libja.
Lest għal skambju
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
IL-ĠORDAN
L-awtoritajiet fil-Ġordan qed jgħidu li huma jinsabu lesti biex jgħaddu mara Iraqina li qed tiskonta sentenza għall-mewt, lill-ISIS, bi skambju għal bdot mill-Ġordan li jinsab miżmum mill-militanti estremisti. L-offerta saret qabel ma skadew 24 siegħa mill-ISIS biex joqtol lil Moaz al-Kasasbeh u lillostaġġ Ġappuniż Kenji Goto.Lultimatum ingħata wara filmat li xxandar nhar it-Tlieta, jiem wara li l-ISIS qatel raġel Ġappuniż, Haruna Yukawa. L-ISIS kien talab rahan ta’ $200 miljun. Sajida al-Rishawi hi militanta ta’ al-Qaeda, li qed tistenna biex tinqatel f’ħabs fil-Ġordan. Hi nżammet il-ħabs minħabba linvolviment tagħha fl-attakk fl2005 li qatel 60 persuna.
Il-bdot mill-Ġordan Mu’ath al-Kaseasbeh (lemin) u Sajida Mubarak al-Rishawi (xellug)
“Il-Ġordan hu lest li jeħles lillpriġuniera Sajida al-Rishawi jekk il-bdot tal-Ġordan, il-Logutenent Moaz al-Kasasbeh jinħeles,” qal Mohammad al-Momano, kelliem għall-Gvern tal-Ġordan. Iżda ma ssemmiex l-isem ta’ Kenji Goto. Il-Prim Ministru Ġappuniż
Shinzo Abe ddeskriva l-filmat ilġdid tal-ISIS bħala “orribbli” u stqarr li l-Ġappun qed jaħdem mal-Ġordan biex jassigura lħelsien ta’ Goto. Fil-filmat, vuċi li x’aktarx hi ta’ Goto tgħid li hu “għandu biss 24 siegħa ċans biex jibqa’ ħaj.”
rapporti bikrija ssuġġerew li missila kontra t-tankijiet kienet sparata lejn vettura militari qrib ilMuntanja Dov. Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu sostna fuq Twitter: “F’dan il-mument, l-IDF irrispondew għall-avvenimenti fit-Tramuntana. M’aħniex se nippermettu lit-terroristi biex iħarbtu l-ħajjiet taċ-ċittadini tagħna u jheddu lis-sigurtà. Se nirrispondu bil-forza lil dawk li jippruvaw jisfidawna.” Residenti mill-belt ta’ Metullah ġew ordnati biex
jibqgħu fi djarhom filwaqt li azzjonijiet militari ssoktaw f’zona fil-qrib. Fi stqarrija, il-Hezbollah qal li l-ġellieda tiegħu qerdu numru ta’ vetturi Iżraeljani u li kien hemm diversi suldati Iżraeljani li sfaw midruba. Wara l-attakk, il-Forzi għadDifiża ta’ Iżrael qalu li huma rrispondew “b’azzjonijiet militari mill-ajru u fuq l-art kontra qagħdiet tal-Hezbollah”. Millinqas 50 bomba Iżraeljana laqtu artijiet tar-raba’ fin-Nofsinhar tal-Libanu qrib il-fruntiera.
Ġlied bejn il-Hezbollah u l-Armata Iżraeljana IL-LIBANU
In-Nazzjonijiet Uniti (NU) qalet li suldat għaż-żamma talpaċi nqatel fil-Libanu wara ġlied bejn il-grupp militanti Libaniż tal-Hezbollah u l-Armata Iżraeljana. In-NU appellat għallkontroll mill-partijiet kollha sabiex ikun evitat aktar ġlied. Erba’ suldati Iżraeljani sfaw midruba meta missila kontra ttankijiet laqtet vettura tal-armata fiz-zona tal-Irziezet Shebaa. L-Armata Iżraeljana rrispondiet billi sparat rockets fin-Nofsinhar tal-Libanu. Il-Forzi għad-Difiża ta’ Iżrael (IDF) qalu fuq Twitter li
14
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
Arrestati suspettati Lest għal skambju IL-ĠORDAN mill-grupp kriminali ‘ndrangheta L-ITALJA
Il-Pulizija Taljana nediet kampanja kontra 163 membru suspettat ta’ ‘ndrangheta – il-grupp kriminali minn Kalabrija. Larresti saru proprju fi’ Kalabrija kif ukoll fir-reġjun ta’ EmiliaRomagna. Franco Roberti, il-prosekutur nazzjonali kontra l-mafja, fisser l-arresti li saru nhar il-Erbgħa bħala “storiċi” għall-ġlieda kontra ‘ndrangheta u l-ħidmiet illegali tagħha. Aktar minn 40 arrest saru finNofsinhar ta’ Kalabrija, iżda lmaġġoranza tagħhom, 117, saru fi bliet fit-Tramuntana tal-Italja. F’dawn l-aħħar snin, ‘ndrangheta ħadet il-kontroll talkummerċ fil-kokaina fl-Ewropa, wara li għelbet lill-Mafja Sqallija u lill-Kamorra ta’ Napli, filwaqt li għamlet kisbiet fl-Amerika Latina u fl-Istati Uniti. Roberti ddeskriva l-grupp bħala “organizzazzjoni kriminali perikoluża ħafna”. Hu stqarr li “dan hu pass impressjonanti u deċiżiv kontra l-mafja fitTramuntana”, kompla Roberti. Sadattant eluf ta’ pulizija kienu involuti fl-arresti. Roberto Alfonso, il-kap prosekutur ta’ Bologna, qal f’konferenza talaħbarijiet li dawk li ġew arrestati
fit-Tramuntana inkludew sitt allegati kapijiet ta’ dan il-clan kriminali. Is-suspettati qed iħabbtu wiċċhom ma’ każijiet ta’ frodi, użura, sehem f’organizzazzjonijiet mafjużi u pussess illegali ta’ armi. Matul il-ġimgħa li għaddiet, ilpulizija Taljana għamlet 31 arrest b’rabta ma’ allegat kumplott minn fergħa ta’ ‘ndrangheta biex tieħu kontroll tal-kummerċ filkokaina. Il-kapijiet ta’ din il-fergħa ġew rappurtati li kienu qed jgħixu f’Ruma għal diversi snin, u li stabbilixxew kuntatti ma’ produtturi tal-kokaina fil-Kolombja u li mexxew il-kutrabandu filMarokk. Fir-rejds li saru f’Ruma matul il-ġimgħa li għaddiet, il-pulizija kkonfiskaw madwar 600 kilogramma ta’ kokaina, ħaxixa u kunsinna ta’ armi. Il-pulizija qalet li dawn larresti saru wara inkjesti dwar lqtil li seħħ fl-2013 ta’ Vincenzo Femia, kap kriminali, u filmati sigrieti ta’ ċeremonji biex wieħed ikun membru ta’ ‘ndrangheta. L-isem ‘ndrangheta ġej millGrieg u li tfisser kuraġġ jew lealtà.
L-awtoritajiet fil-Ġordan qed jgħidu li huma jinsabu lesti biex jgħaddu mara Iraqina li qed tiskonta sentenza għall-mewt, lill-ISIS, bi skambju għal bdot mill-Ġordan li jinsab miżmum mill-militanti estremisti. L-offerta saret qabel ma skadew 24 siegħa mill-ISIS biex joqtol lil Moaz al-Kasasbeh u lillostaġġ Ġappuniż Kenji Goto.Lultimatum ingħata wara filmat li xxandar nhar it-Tlieta, jiem wara li l-ISIS qatel raġel Ġappuniż, Haruna Yukawa. L-ISIS kien talab rahan ta’ $200 miljun. Sajida al-Rishawi hi militanta ta’ al-Qaeda, li qed tistenna biex tinqatel f’ħabs fil-Ġordan. Hi nżammet il-ħabs minħabba linvolviment tagħha fl-attakk fl2005 li qatel 60 persuna.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Il-bdot mill-Ġordan Mu’ath al-Kaseasbeh (lemin) u Sajida Mubarak al-Rishawi (xellug)
“Il-Ġordan hu lest li jeħles lillpriġuniera Sajida al-Rishawi jekk il-bdot tal-Ġordan, il-Logutenent Moaz al-Kasasbeh jinħeles,” qal Mohammad al-Momano, kelliem għall-Gvern tal-Ġordan. Iżda ma ssemmiex l-isem ta’ Kenji Goto. Il-Prim Ministru Ġappuniż
Shinzo Abe ddeskriva l-filmat ilġdid tal-ISIS bħala “orribbli” u stqarr li l-Ġappun qed jaħdem mal-Ġordan biex jassigura lħelsien ta’ Goto. Fil-filmat, vuċi li x’aktarx hi ta’ Goto tgħid li hu “għandu biss 24 siegħa ċans biex jibqa’ ħaj.”
rapporti bikrija ssuġġerew li missila kontra t-tankijiet kienet sparata lejn vettura militari qrib ilMuntanja Dov. Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu sostna fuq Twitter: “F’dan il-mument, l-IDF irrispondew għall-avvenimenti fit-Tramuntana. M’aħniex se nippermettu lit-terroristi biex iħarbtu l-ħajjiet taċ-ċittadini tagħna u jheddu lis-sigurtà. Se nirrispondu bil-forza lil dawk li jippruvaw jisfidawna.” Residenti mill-belt ta’ Metullah ġew ordnati biex
jibqgħu fi djarhom filwaqt li azzjonijiet militari ssoktaw f’zona fil-qrib. Fi stqarrija, il-Hezbollah qal li l-ġellieda tiegħu qerdu numru ta’ vetturi Iżraeljani u li kien hemm diversi suldati Iżraeljani li sfaw midruba. Wara l-attakk, il-Forzi għadDifiża ta’ Iżrael qalu li huma rrispondew “b’azzjonijiet militari mill-ajru u fuq l-art kontra qagħdiet tal-Hezbollah”. Millinqas 50 bomba Iżraeljana laqtu artijiet tar-raba’ fin-Nofsinhar tal-Libanu qrib il-fruntiera.
Ġlied bejn il-Hezbollah u l-Armata Iżraeljana IL-LIBANU
In-Nazzjonijiet Uniti (NU) qalet li suldat għaż-żamma talpaċi nqatel fil-Libanu wara ġlied bejn il-grupp militanti Libaniż tal-Hezbollah u l-Armata Iżraeljana. In-NU appellat għallkontroll mill-partijiet kollha sabiex ikun evitat aktar ġlied. Erba’ suldati Iżraeljani sfaw midruba meta missila kontra ttankijiet laqtet vettura tal-armata fiz-zona tal-Irziezet Shebaa. L-Armata Iżraeljana rrispondiet billi sparat rockets fin-Nofsinhar tal-Libanu. Il-Forzi għad-Difiża ta’ Iżrael (IDF) qalu fuq Twitter li
www.maltarightnow.com
15
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
AĦBARIJIET TA’ BARRA
L-ISIS iġarrab ħafna mwiet f’Kobane IS-SIRJA
Numri kbar ta’ ġellieda barranin huma fost il-ġiħadisti li nqatlu fil-battalja għall-belt Sirjana ta’ Kobane. Uffiċjal Amerikan qal li l-kampanja mħejjija kienet qed twaqqaf l-avvanz tal-militanti. It-Taqsimiet Kurdi għallProtezzjoni tan-Nies ħabbru “lliberazzjoni” ta’ Kobane nhar itTnejn, u din biegħdet lill-ISIS milli jikseb premju strateġiku biex iżid mat-territorju tiegħu fis-Sirja u fl-Iraq. L-Istati Uniti qed jgħidu li ġellieda Kurdi issa qed jikkontrollaw madwar 90 fil-mija talbelt tul il-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija. “L-ISIS issa, fuq ordni jew
jekk humiex qed jirtiraw, qed jibda jirtira mill-belt,” sostna uffiċjal mid-Dipartiment tal-Istat lill-ġurnalisti. Iżda hu wissa li l-militanti jistgħu jattakkaw mill-ġdid u ħadd mhu qed jiddikjara “missjoni mitmuma”. Iżda rebħa f’Kobane kienet kisba importanti biex tinbidel “in-narrattiva” tal-militanti li attiraw eluf ta’ ġellieda barranin, il-maġġoranza tagħhom żgħażagħ imxebbgħin u miġbudin lejn il-wegħda talavventura. Osservaturi qalu li l-ISIS kważi tilef 1,200 ġellied fil-battalja, mit-total ta’ 1,800 persuna li nqatlu.
Ġellieda Kurdi b’vettura armata li bnew huma stess f’Kobane, fis-Sirja (Ritratt: EPA)
Il-pajjiż mhux se jfalli Angelina Jolie IL-GREĊJA tappella għat-tmiem tal-konflitt IS-SIRJA
L-attriċi u direttriċi tal-films Angelina Jolie għamlet appell imqanqal lill-komunità internazzjonali biex tistinka iżjed u ttemm il-konflitt fis-Sirja. Dan hekk kif żaret kampijiet tarrefuġjati fl-Iraq, fejn miljuni ta’ persuni qed ifittxu l-għajnuna. L-attriċi, li hi mibgħuta speċjali tal-Kummissarju Għoli tanNazzjonijiet Uniti għarRefuġjati, qalet li hi ilha żżur lIraq mill-2007 iżda qatt ma rat tant tbatija. F’kitba tagħha li ġiet pubblikata f’‘The New York Times’, Angelina Jolie ddeskriviet kif hi tħalliet bla kliem wara li semgħet stejjer ta’ tfal li nħatfu minn ġiħadisti vjolenti tal-ISIS fl-Iraq. “Il-fatt hu li ma nistgħux ningħalqu fina nfusna kontra din il-kriżi. Il-firxa tal-estremiżmu, il-qawmien ta’ ġellieda barranin,
it-theddida ta’ terroriżmu ġdid – hu biss it-tmiem tal-gwerra fisSirja li jista’ jelimina dawn ilproblemi. Mingħajr dan, inkunu qed naħlu ż-żmien.” Jolie, li għamlet żjara ta’ jumejn fl-Iraq, żiedet li appelli tanNazzjonijiet Uniti għal miljuni ta’ nies fil-bżonn, mhumiex finanzjati biżżejjed u l-ġirien tas-Sirja qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-problemi. “Pajjiżi ’l barra mir-reġjun għandhom jilqgħu lill-aktar refuġjati vulnerabbli li qed ifittxu futur aħjar f’pajjiżi oħrajn, fosthom dawk li esperjenzaw listupru jew it-tortura.” Aktar minn 3.8 miljun Sirjan ħarbu lejn stati ġirien bħatTurkija, il-Libanu, il-Ġordan, lIraq u l-Eġittu. Madwar 7.6 miljun ċittadin Sirjan ieħor jinsabu maħruba fis-Sirja stess.
Il-Prim Ministru tal-Greċja Alexis Tsipras qal li pajjiżu mhux se jfalli minn fuq id-djun tiegħu. Hu u jindirizza l-ewwel kabinett tiegħu mir-rebħa elettorali ta’ nhar il-Ħadd, Tsipras qal li hu se jinnegozja mal-kredituri fuq il-bailout ta’ €240 biljun. L-Unjoni Ewropea wissiet lill-gvern tiegħu biex jaġixxi fuq l-impenji tiegħu. Falliment jista’ jisforza lill-Greċja biex toħroġ mill-ewro. Hekk kif il-mexxej tal-partit radikali tax-Xellug għamel iddiskors inawgurali tiegħu lillkabinett, il-bonds tal-gvern telgħu għal livelli rekord – u rriflettew it-tħassib tal-investituri dwar ir-riskji fi żmien qasir ta’
ristutturar tad-dejn fix-xhur li ġejjin. Is-suq Grieg tal-istokks niżel b’6.4 fil-mija. Il-Greċja ħabbtet wiċċha ma’ tnaqqis iebes fil-baġit minħabba l-bailout tagħha tal-2010, li kien ġie negozjat mat-trojka – lUnjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali u lBank Ċentrali Ewropew. L-ekonomija nxtorbot drastikament mill-kriżi finanzjarja dinjija tal-2008, u ż-żieda fil-qgħad ħalliet lil ħafna Griegi fil-faqar. Alexis Tsipras qed ifittex li joħloq bilanċ, sfida biex inaqqas id-dejn miz-zona ewro filwaqt li assigura lill-imsieħba Ewropej tiegħu. Madwar izzona ewro, il-gvernijiet qed jop-
ponu li jinħafer id-dejn lillGreċja. L-Olanda żiedet il-vuċi tagħha ma’ dik tal-Ġermanja u ta’ Franza meta insistiet li lGreċja għandha żżomm malimpenji tagħha. Hu u jwiegħed biex jiddefendi d-dinjità Griega, Alexis Tsipras qal li negozjati millġdid tad-djun tal-Greċja għandhom ifittxu “soluzzjoni vijabbli, xierqa u li tkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat”. Tsipras wiegħed “proposti realistiċi” għal irkupru ekonomiku u saħaq li se jkun qed jiġġieled il-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa. Il-pjan tiegħu għal irkupru ekonomiku hu mmirat biex jipprevjeni l-iżbilanċi fil-futur.
www.maltarightnow.com
16
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
AĦBARIJIET TA’ BARRA
1 1) L-OLANDA: Raġel u ibnu jħarsu hekk kif statwa twila disa’ metri, tas-sewwieq mill-programm ‘Top Gear’, The Stig, tasal fuq trakk quddiem ir-Rijksmuseum f’Amsterdam. L-istatwa qed tivvjaġġa madwar l-Ewropa sabiex ikun reklamat l-istazzjon BBC Brit fuq BBC International 2) FRANZA: Mudella tippreżenta kreazzjoni mill-kollezzjoni Haute Couture tar-Rebbiegħa/Sajf 2015 mid-disinjatur Franċiż Julien Fournie waqt il-Ġimgħa tal-Moda f’Pariġi
3) L-ISTATI UNITI: Kompetituri quddiem skulturi tas-silġ qabel ir-Red Bull Crashed Ice, l-ewwel waqfa tal-Ice Cross Downhill World Championship f’Saint Paul, Minnesota
4) ID-DANIMARKA: Mudelli jippreżentaw il-kreazzjonijiet mill-kollezzjoni tal-Ħarifa/Xitwa 2015 tad-dar tal-moda Daniża Kopenhagen Fur matul il-Ġimgħa tal-Moda f’Kopenhagen (Ritratti: EPA)
2
3
4
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Borra qawwija fil-Grigal tal-Istati Uniti
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
17
1
1) Żewġ vetturi li jikinsu l-borra jgħaddu minn ħdejn xulxin wara maltempata tal-borra li ħakmet il-Grigal tal-Istati Uniti f’Wrentham, Massachusetts 2) Raġel jimxi fuq il-Pont ta’ Williamsburg wara maltempata xitwija kbira fi New York. Zoni tar-reġjun metropolitan fi New York niżlet fuqhom borra qawwija m’ogħla żewġ piedi 3) Karozza tinsab ipparkjata u mgħottija bil-borra fi New York
4) Vetturi użati għat-trasport tat-tfal tal-iskola miksija bil-borra f’Somerville, f’Massachusetts. Is-servizzi tat-trasport f’Boston ġew sospiżi filwaqt li s-servizz reġjonali bil-ferrovija bejn New York u Boston tħassar ukoll (Ritratti: EPA)
2
4
3
18
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq jagħmel l-ewwel żjara uffiċjali IR-RUSSJA
Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un aċċetta stedina biex iżur Moska f’Mejju. Rapporti mill-aġenzija tal-aħbarijiet Yonhap tal-Korea t’Isfel ikkwotaw tweġiba bil-miktub mill-Kremlin, iżda ma jsemmux lil Kim Jong-un b’ismu. Il-Yonhap ikkwotat uffiċjal mill-Ministeru tal-Unifikazzjoni
u qalet li referenza għall-mexxej tista’ tkun ambigwa, hekk kif Kim Yong-nam hi l-kap nominali tal-istat. Kim Jong-un ma għamel ebda żjara barra l-pajjiż mindu kiseb il-poter fil-Korea ta’ Fuq fl-aħħar tal-2011. L-ewwel destinazzjoni tiegħu mistennija tkun segwita sabiex
jinkiseb tagħrif dwar il-politika u l-istrateġija tiegħu. Sergei Lavrov, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu, qal lill-ġurnalisti dan l-aħħar li rRussja stiednet lil Kim għaċ-ċelebrazzjonijiet tad-9 ta’ Mejju sabiex jitfakkar is-70 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Hu qal li “l-ewwel sinjal
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
kien pożittiv” mill-Gvern talKorea ta’ Fuq. L-eksmexxej Kim Jong-il rari kien jagħmel żjarat uffiċjali, u ma kienx jikkonfermahom qabel it-tluq tiegħu. L-aġenzija tal-aħbarijiet Yonhap qalet li t-tweġiba milluffiċċju presidenzjali Russu kkonfermat li l-mexxej tal-Korea
ta’ Fuq kien fost kapijiet ta’ stat minn 20 pajjiż li kkonfermaw pjani biex jattendu. Iżda t-tweġiba ma speċifikatx lil Kim Jong-un b’ismu u qalet li “l-lista ta’ min se jattendi għadha ma ġietx finalizzata s’issa, hekk kif qed inkomplu proċess sabiex nikkonfermaw l-attendenza ta’ dawk li ġew mistiedna”.
IL-MOŻAMBIK: Dehra mill-ajru ta’ pont maqsum fuq ix-xmara Licungo fil-provinċja ta’ Zambezia. L-għargħar f’din il-provinċja effettwa 124,000 persuna u s’issa kkawża 79 mewta (Ritratt: EPA)
Mixlijin b’abbuż sesswali SPANJA
Imħallef fil-belt Spanjola ta’ Granada akkuża lil għaxar saċerdoti Kattoliċi Rumani u lil żewġ ħaddiema lajċi b’abbuż sesswali fuq it-tfal. It-tnax-il persuna huma suspettati li abbużaw minn erba’ subien adolexxenti bejn l-2004 u l-2007, u l-aktar offiżi serji seħħew f’dar użata mis-saċerdoti. Il-Papa Franġisku ċempel lil wieħed mill-allegati vittmi, li llum għandu 24 sena, f’Novembru u talab apoloġija. IlPapa aġixxa wara li ż-żagħżugħ kitiblu ittra dwar l-allegat abbuż. Il-Mexxej tal-Knisja Kattolika,
li wiegħed tolleranza żero dwar abbużi sesswali fuq it-tfal, imbagħad ordna investigazzjoni mill-Knisja. Diversi arresti saru f’Novembru iżda s-suspettati jinsabu ħielsa fuq libertà proviżorja. Skont il-media Spanjola, iżżagħżugħ u ħabib tiegħu servew bħala abbatini fid-djoċesi ta’ Granada. Qed ikun allegat li ż-żewġ żgħażagħ kienu mistiedna minn saċerdot biex iqattgħu ftit tażżmien fid-dar parrokkjali tiegħu u fi proprjetà oħra, fejn seħħew laktar abbużi serji.
Ħsara kbira mill-pornografija fuq l-internet IR-RENJU UNIT
Il-pornografija estrema fuq linternet qed twassal lil min jistupra u lill-qattiela biex iwettqu reati agħar mill-materjal li qabel ma kienx disponibbli onlajn. Lord Thomas ta’ Cwmgiedd, il-Lord Chief Justice, qal li hu tratta żewġ każi kriminali tassew serji li kienu influwenzati u intensifikati minn pornografija xokkanti fuq linternet. Hu qal lill-membri parlamentari li hu ma kellu ebda dubju li
f’każ partikulari, l-azzjonijiet tal-kriminal ħżienu b’dak li ra fuq l-internet. “Dak li hu disponibbli llum biex jitniżżel minn fuq l-internet u dak li tara hu sempliċement orribbli, u l-materjal kellu parti reali fil-mod kif twettaq dan il-qtil partikulari.” Dwar kif il-materjal pornografiku effettwa r-reat, hu qal, “Ma nistax nemmen li xi ħadd ħaseb kif jista’ jagħmel xi ħaġa mingħajr ma qara xejn.” L-ewwel każ li kien riferut lil
Lord Williams ikkonċerna lil Jamie Reynolds, li qatel lit-tfajla Georgia Williams ta’ 17-il sena, billi għallaqha fid-dar talġenituri tagħha fl-2013. Fit-tieni każ, l-ekssuldat Anwar Rosser qatel lil Riley Turner, tifel ta’ erba’ snin, f’attakk salvaġġ. Iż-żewġ qattiela tilfu l-appelli tagħhom u se jkomplu jqattgħu ħajjithom fil-ħabs. “Kien importanti li jkunu inklużi d-dettalji ta’ dawn ilkażi,”sostna Lord Thomas.
www.maltarightnow.com
FEATURE
Konferenza dwar l-enerġija sostenibbli mill-Università
Jibda r-restawr tat-Torri Wignacourt
Fil-jiem li għaddew beda xxogħol ta’ restawr tat-Torri Wignacourt f’San Pawl ilBaħar li dalwaqt se tkun iċċelebrata l-405 sena tiegħu. Il-ħitan tat-Torri fuq barra qegħdin ikunu restawrati bilgħajnuna tal-fondi tal-Unjoni Ewropea tal-Fond għallIżvilupp Reġjonali (ERDF) għal Turiżmu Sostenibbli millAwtorità Maltija tat-Turiżmu bil-kollaborazzjoni ta’ Din l-
19
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
Art Ħelwa li hi l-NGO li timmaniġġja dan is-sit storiku. It-Torri Wignacourt hu lewwel torri li nbena qrib ilkosta li għadu wieqaf f’Malta u nbena mill-Gran Mastru Wignacourt fis-sena 1610. B’devozzjoni lejn San Pawl, Patrun ta’ Malta, l-ewwel ġebla tpoġġiet fl-10 ta’ Frar tal-istess sena, Festa ta’ San Pawl Nawfragu. Stanley Farrugia Randon li
hu gwardjan tat-Torri Wignacourt f’isem Din l-Art Ħelwa, qal li dan ix-xogħol estensiv u li jiswa ħafna flus hu biss eżempju tal-isforz kontinwu meħtieġ biex ikun salvat ilwirt storiku. Hu qal li ma setgħux iħallu l-50 anniversarju ta’ Din l-Art Ħelwa jgħaddi bla ma jsir ir-restawr meħtieġ tatTorri u dan bis-saħħa tal-kollaborazzjoni tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.
L-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli tal-Università ta’ Malta se jorganizza l-konferenza annwali tiegħu dwar lEnerġija Sostenibbli 2015 li se ssir fis-17 ta’ Marzu li ġej. Filkonferenza se jieħdu sehem kelliema ewlenin mid-Direttorat Ġenerali dwar l-Enerġija talKummissjoni Ewropea. Mhix xi ħaġa sorprendenti li l-ġirja għall-enerġija, l-ilma nadif u akkomodazzjoni diċenti tista’ twassal għall-konflitti minħabba li dawn l-elementi huma l-iktar miżuri essenzjali tal-ġid, tas-saħħa u tal-iżvilupp. Mingħajr dawn it-tliet elementi, is-soċjetà tkun fil-periklu li tmur lura sekli sħaħ, fi ftit jiem. Min-naħa l-oħra, l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija li tiġġedded jista’ jkollha rwol importanti għall-kollaborazzjoni u l-qsim ta’ riżorsi li jġibu l-paċi u l-istabbiltà. Dawn l-elementi jmorru iktar lil hinn billi jnaqqsu l-bidla filklima u jġibu ambjent iktar nadif fejn in-Nazzjonijiet Uniti tittama li tikkommetti ruħha legalment matul din is-sena, wara s-summit dwar il-klima f’Settembru 2014. Ħafna jemmnu li l-politiċi huma responsabbli li jġibu lbidla imma dan ma jistax isir mingħajr il-kontribut attiv ta’ riċerkaturi, inġiniera, xjenzjati u periti li jridu jipprovdu soluzzjonijiet prattiċi għall-isfidi talllum permezz tal-innovazzjoni u teknoloġiji ġodda.
L-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija li tiġġedded jista’ jkollha rwol importanti għall-kollaborazzjoni u l-qsim ta’ riżorsi li jġibu l-paċi u l-istabbiltà
Il-konferenza taħseb li ġġib laħħar żviluppi fil-qasam talenerġija għall-attenzjoni ta’ dawk kollha involuti fil-qasam tal-enerġija. L-oqsma ta’ interess ikopru ħafna setturi fosthom ilkostruzzjoni, l-enerġija, liskart, l-effiċjenza tal-enerġija, l-applikazzjonijiet ta’ enerġija li tiġġedded u oqsma oħra. Il-konferenza hi miftuħa għal dawk kollha interessati fosthom professjonisti, riċerkaturi studenti tal-Masters u Ph.D, speċjalisti mill-industrija u oħrajn. Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jikkuntattja lil charles.yousif@um.edu.mt jew iċempel 21650675, 21652249 jew 23403426 wara l-1 ta’ Marzu, jew iżur is-sit www.um.edu.mt/ise/notices/ise annualconference. Il-postijiet huma limitati u rreġistrazzjoni tista’ tagħlaq qabel id-data tal-konferenza.
www.maltarightnow.com
20
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
THE DROP
Meta kelb idaħħlek f’inkwiet kbir
ĊINEKRITIKA
Direzzjoni: Michael R. Roskam; Ħin: 106 minuti; Ċert.: 15; KRS
Lid-dilettanti tal-films, dan probabbli l-ewwel ma jfakkarhom huwa bħala l-aħħar film ta’ James Gandolfini li ħalliena qabel iż-żmien meta l2013 ħaditilna attur tajjeb. Hawn ukoll jagħtina, bħas-soltu, interpretazzjoni mill-aqwa, imma biex inkun ġust irrid ngħid li dan il-mertu jaqsmu ma’ Tom Hardy, fi thriller li tassew iżommok, avolja jinħass li qed jimxi b’pass kajman iżżejjed. Tifhmunix ħażin. Gandolfini jqaxxar il-parti ta’ Mark, suppost sid ta’ bar fi Brooklyn imsemmi għalih. Imma The Drop nistgħu nqisuh bħala lfilm ‘tiegħu’. Hawn jaħdem parti totalment differenti minn dik li kien ħadem tliet snin ilu f’‘The Dark Knight Rises’ bħala Bane, lavversarju ta’ Batman. Infatti l-karattru ta’ Bob huwa kemxejn beżgħan, jevita linkwiet u kulma jrid hu li jitħalla jaħdem wara l-bank tal-bar ta’ Mark. Imma l-istess Bob, permezz tal-voice over, jgħidilna li l-bar kien il-post fejn il-mafja
ST. VINCENT
Ċeċena fi Brooklyn kienet taħbi l-flus li kienet iddaħħal b’mezzi illegali, fejn, jiġifieri, issir dik li jsejħulha “The Drop”. Huwa għalhekk li ktibt li l-bar ‘suppost’ huwa ta’ Mark, għax filfatt dan kien proprjetà tal-mafja. Imma bħalma ngħidu bilMalti, l-inkwiet xorta waħda jiġri wara l-imsejken Bob. Lejla waħda waqt li jkun sejjer lura ddar jisma’ xi tinwiħ ta’ kelb. Isib ġeru ta’ pit bull ferut. Hawn titfaċċa wkoll mara misterjuża, Nadia (Noomi Rapace), sidt illanda tal-iskart fejn isib il-kelb, iżda li tgħidlu li ma kellha x’taqsam xejn mal-kelb, u lanqas trid ikollha x’taqsam ma’ Bob. Iżda l-mogħdrija, iċ-ċirkustanzi u s-solitudni jiġbduhom lejn xulxin, imma jiġbdu wkoll il-periklu fis-sura tal-eksmaħbub tagħha, l-instabbli u vjolenti Eric (Matthias Schoenaerts). Filwaqt li dan u Bob jibdew jitlewmu dwar ta’ min hu l-kelb, u effettivament dwar Nadia, iċĊeċeni jkunu konvinti li serqa
Nadia (Noomi Rapace) għall-ewwel ma tkunx trid li jkollha x’taqsam ma’ Bob (Tom Hardy) f’‘The Drop’
armata li saret mill-bar kienet xogħol Mark stess. ‘The Drop’ iseħħ fl-ambjent
tipiku jaħraq tad-dinja kriminali fi thrillers ta’ Sidney Lumet jew Arthur Penn, fejn il-karattru
Merħba lura magħna Bill Murray
interpretat minn Hardy jġiegħlek taħseb li wara l-faċċata kalma tiegħu hemm xi ħaġa aktar.
Direzzjoni: Theodore Melfi; Ħin: 102 minuti; Ċert.: 12A; KRS
Veru li s-sena li għaddiet rajnieh fi tliet films, u filwaqt li jkun aħjar għalih jekk ninsew ‘Dumb and Dumber To’ li ħareġ fl-aħħar tas-sena, lil Bill Murray rajnieh ukoll f’‘The Monument’s Men’, u ‘The Grand Budapest Hotel’ li kien fost il-favoriti tiegħi tas-sena loħra. F’dawk il-films, però, Murray ma kellux il-parti ewlenija bħal meta 12-il sena ilu kien saħħarna u ġie nominat għall-Oscar għall-film ‘Lost in Translation’ ma’ Scarlett Johansson. Hu ta’ sodisfazzjoni, għalhekk, narah jinterpreta parti b’mod mill-aktar naturali u konvinċenti li jidher ferm komdu jinterpreta, tant li min qed jara lfilm iħossu komdu daqskemm meta wieħed jintasab fuq sufan komdu jara l-film jew programm favorit tiegħu fuq it-televiżjoni. It-taħlita meqjusa ta’ kummiedja u drama ambjentata fi Brooklyn turina lil Murray bħala Vincent, veteran tal-gwerra filVjetnam bil-karatteristiċi kollha tad-Dickensjan Scrooge: ras iebsa, dejjem bil-buri,
miżantropu, rgħib, rożż u ġellied. Jilbes dejjem l-istess xorts, li x’aktarx kien ilu żmien twil ma jinħasel. Kien ukoll ipejjep ilħin kollu, jilgħab logħob talazzard, imur jixrob ma’ nies perikolużi għall-età tiegħu, minbarra li jħallas prostituta Russa, Daka (Naomi Watts), għas-sess. Toqgħod fid-dar maġenbu jkun hemm omm divorzjata ta’ qalb tajba jisimha Maggie (Melissa McCarthy) ma’ binha Oliver (Jaeden Lieberher) ta’ 12il sena, li Vincent isir speċi ta’ ‘nanny’ tiegħu, minħabba li ommu kienet taħdem ħinijiet twal bħala infermiera. Iżda Maggie ma tkunx taf li dan kien qed jgħallmu jilgħab fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel, jieħdu fil-bars u jlaqqgħu wkoll ma’ Daka! Dawn is-sekwenzi, però, jalternaw ma’ oħrajn li jikxfu lqalb tad-deheb tiegħu. Bħalma qed taraw, ix-xebh mar-rakkont ta’ Dickens mhux b’kumbinazzjoni. Ma neħodhiex bi kbira jekk Murray ikun fost in-nominati għall-Oscars fil-15 ta’ dan ixxahar, għalkemm għadu kmieni
Maggie (Melissa McCarthy) issib li Vincent (Bill Murray) kien qed iħaddem lil binha Oliver (Jaeden Lieberher) minflok kien il-babysitter tiegħu f’‘St. Vincent’
biex wieħed jazzarda jbassar min se jkun fost ir-rebbieħa fit-22 ta’ Frar. Mill-banda l-oħra, Melissa
McCarthy u Naomi Watts jaħdmu partijiet totalment differenti milli rajniehom jaħdmu s’issa, tal-
ewwel bħala l-mara ħoxna goffa f’‘Tammy’ u Watts bħala lPrinċipessa Diana, pereżempju.
www.maltarightnow.com
ĊINEKRITIKA
minn Joe Calleja - jocal@me.com
THE GAMBLER
La tejjeb u lanqas għamel għajb lill-oriġinali Direzzjoni: Rupert Wyatt; Ħin: 111-il minuta; Ċert.: 15; KRS
‘The Gambler’ kien wieħed mill-ewwel films li kont ikkummentajt fuqhom meta bdejt nagħmel dan f’dan il-ġurnal aktar minn 40 sena ilu. Kien film kurjuż li għall-ewwel kont ħsibt li se jkun film monotonu dwar wieħed (parti interpretata tajjeb ferm minn James Caan fil-bidu tal-karriera tiegħu) li jibqa’ jissogra jilgħab flejjes kbar fil-każinò, anki wħud klandestini, minkejja li rari joħroġ rebbieħ. Imma kien arrali għax niftakar li kien żammni mill-bidu salaħħar. Wara dawn is-snin kollha jasal dan ir-remake li la jtejjeb, iżda lanqas jagħmel għajb lill-oriġinali, laktar għax minflok Caan hawn għandna fil-parti tal-lagħab flazzard lill-bravu Mark Wahlberg li tassew ħa bis-serjetà din il-parti, u hawn se ngħidilkom għaliex. Niftakar lil Caan, li kif ktibt, kien għadu fil-bidu, kellu figura rqiqa ferm, u allura, Wahlberg, mingħajr ma ġiegħlu ħadd, beda jagħmel id-dieta, kbira, u naqas 27 kilo biex jaħdem il-parti. Narawh bħala lecturer, Bennett, li meta ma jkunx qed jgħallem iqatta’ ż-żmien jilgħab il-logħob tal-karti tal-azzard, ġeneralment fil-każinò. Jibda jilgħab dejjem flejjes kbar, u dan iwasslu biex
jiddejjen dejjem aktar u jissellef biex iħallas id-dejn. Dan iwasslu f’riskji ikbar mill-istess sogru li kien qed jieħu bil-karti tal-logħob. Anki ħajtu stess tkun fil-periklu u dan iwassal lil ommu (Jessica Lange) – hu jkun ġej minn familja sinjura – biex tagħtih mal-$130 miljun li tiġbed apposta millbank, iżda twissih li ma kinitx se terġa’ toħorġu mill-inkwiet. X’taħsbu li jagħmel bil-flus? Eżatt: imur jilgħabhom kollha! Element interessanti fil-film hu l-istagħġib ta’ dawk li jkollhom jieħdu l-flejjes mingħandu – Neville (Michael K. Williams) u Frank (John Goodman) – quddiem l-attitudni ‘suwiċida’ ta’ Bennett, li donnu ma jimpurtahx wisq jibqax ħaj jew le. Biżżejjed insemmi meta Neville jgħidlu: “Tidher li inti wieħed minn dawk li jieħdu gost jitilfu”, jew meta Bennett isostni li “Il-ħajja hija battalja mitlufa. Ġaladarba rridu mmutu, hu ovvju li mhux importanti meta u kif.” Ikun hemm ukoll waħda millistudenti tiegħu, Amy (Brie Larson), li tipprova tbiegħdu millogħob, filwaqt li hu jkun irid jimpressjonaha, għax jidher interessat fiha, li kieku jirnexxilu jiftaħ qalbu magħha.
L-aqwa films f’Malta
1. 2. 3. 4. 5.
(Bejn il-21 u l-25 ta’ Jannar – KRS)
(-) (1) (2) (4) (2)
21
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
American Sniper Taken 3 Into the Woods Paddington Exodus: Gods & Kings
www.maltarightnow.com
22
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
06:00 06:02 07:55 08:00 09:00 09:02 10:00 10:02 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:02 16:00 16:02 17:00 17:55 18:00 19:20 20:00 20:02 20:30 21:30 22:30 22:40 22:45
TV/RADJU
NEWS UPDATE RADIO 101 BREAKFAST CLUB OBITUARIES/ANGELUS RADIO 101 BREAKFAST CLUB (CONT) NEWS UPDATE MAGAZINE 101 NEWS UPDATE MAGAZINE 101 (CONT) EDITORJAL CLUB 101 OBITUARIES/ANGELUS NEWS BULLETIN THE BIG SHOW HITSTERIA NEWS UPDATE HITSTERIA (CONT) NEWS UPDATE HITSTERIA (CONT) NEWSDESK OBITUARIES NEWS BULLETIN LURA D-DAR NEWS UPDATE LURA D-DAR (CONT) QAWWI U SHIEH TALKTIME GĦADA FL-ISTAMPA EDITORJAL MUSIC FOR THE NIGHT
Għat-tfal fuq il-Cable
Disney Channel 06:05 - Austin & Ally 06:30 - Good Luck Charlie 06:55 - Good Luck Charlie 07:20 - Sonny With a Chance 07:45 Sonny With a Chance 08:10 - The Suite Life on Deck 08:35 - The Suite Life on Deck 09:00 - That’s So Raven 09:25 That’s So Raven 09:50 - A.N.T. Farm 10:15 - A.N.T. Farm 10:40 - Good Luck Charlie 11:05 - Good Luck Charlie 11:30 – Jessie 11:55 - Jessie 12:20 - Austin & Ally 12:45 - Big Hero 6: Access All Areas 12:55 - Jessie 13:20 - Liv & Maddie 13:45 - Liv & Maddie 14:10 – Violetta 15:00 - Binny and the Ghost 15:25 – Jessie 15:50 - Liv & Maddie 16:15 - Dog With a Blog 16:40 - Austin & Ally 17:05 - Spooksville 17:30 – Violetta 18:20 - Liv & Maddie 18:45 Liv & Maddie 19:10 - Wolfblood 19:35 - Gravity Falls 20:00 - The Suite Life on Deck 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 - Wolfblood 21:35 Wolfblood 22:00 - Violetta 22:45 - The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 - Art Attack 23:40 - Jungle Junction 23:50 Jungle Junction Nickeolodeon 06:10 - The Penguins of Madagascar 06:35 - SpongeBob SquarePants 07:05 SpongeBob SquarePants 07:25 - The Fairly OddParents 07:50 - The Fairly OddParents 08:15 - Dora the Explorer 08:45 – Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:20 - Ben & Holly’s Little Kingdom 09:35 - PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:20 - Olive the Ostrich 10:30 Olive the Ostrich 10:35 - Olive the Ostrich 10:40 - Olive the Ostrich 10:45 Olive the Ostrich 10:50 - Bubble Guppies 11:20 - Winx Club 11:45 - Totally Spies! 12:10 - Totally Spies! 12:35 - iCarly 12:55 – Victorious 13:25 - Big Time Rush 13:50 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:15 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - T.U.F.F. Puppy 15:55 - Sam & Cat 16:20 - Marvin Marvin 16:45 - iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - SpongeBob SquarePants 18:00 - Avatar the Last Airbender 18:25 The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 - Victorious 20:05 iCarly 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar the Last Airbender 21:20 Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar 22:40 - The Penguins of Madagascar 23:05 – iCarly 23:30 - iCarly 23:55 Victorious Jim Jam
06:05 - Monkey See, Monkey Do 06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky & Friends 07:05 – Rubbadubbers 07:15 Gombby’s Green Island 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 - Noksu 07:45 – Jarmies 08:00 - Kipper 08:10 - Shapes 08:20 What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 – Gazoon 08:35 Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Hip Hip Hurray 09:55 Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 - Igloo-Gloo 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 – Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 - Monkey See, Monkey Do 11:40 - Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 – Noksu 12:25 – Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 - Hip Hip Hurray 13:05 Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 – Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 -Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 - Noksu 15:15 Jarmies 15:30 - Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 Barney and Friends 16:25 – Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 - Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 - Monkey See, Monkey Do 17:45 - Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 - Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 Noksu 19:20 - Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 - Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 - Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 - Dougie in Disguise 22:45 - Slim Pig 22:55 - Connie the Cow 23:05 – Kipper 23:15 - My Animal Family 23:30 - Woody Buddies 23:35 - Woody Buddies 23:40 - What’s The Big Idea? 23:45 - What’s The Big Idea? 23:50 Barney and Friend
Malta Llejla: NET Television
Fil-bidu tal-programm illum il-Ħamis, Stephanie tintroduċi r-rokna tal-annimali mal-veterinarja Dr Victoria Bondin. Wara, Doreen Micallef tagħtina ftit pariri interessanti dwar ir-riċiklaġġ. Sean Buhagiar ikellimna dwar l-edizzjoni li ġejja ta’ Notte Bianca. Fl-aħħar parti tal-programm, bħal kull nhar ta’ Ħamis, jingħaqad magħna Dr Anton Grech li jkellimna dwar is-saħħa mentali. Malta Llejla, bi produzzjoni ta’ NET Television u FMJ Productions, kuljum bejn il-16:45 u s-18:30 fuq NET Television. TVM 05:30 – Secret show 05:45 – Deadly art 06:00 – Brother flub 06:30 – Ħbieb u Għedewwa 07:00 – TVAM 08:30 – Realtà 09:30 – Malta u lil hinn minna 11:00 – Valletta 12:00 - Aħbarijiet 12:10 – TVPM 15:00 – News 15:05 – Ħbieb u għedewwa 15:45 – Teleshopping 16:30 – Secret show 16:45 – Deadly art 17:00 - Secret show 17:15 – Brother flub 17:50 – Nisġa Maltija 18:00 – Aħbarijiet/sports/ rapport tat-temp 18:15 – Crosscraft Teleshopping 18:45 – Dissett 20:00 – Aħbarijiet 20:50 – Katrina 21:50 – Headline news 21:55 – Paq Paq lifestyles 22:30 – Gadgets 23:00 – Aħbarijiet 23:30 – Ħbieb u Għedewwa. TVM 2 06:00 – Euronews 07:00 – News Loop 08:30 – TVAM 10:00 – Science exposed 11:00 – It-triq/twelid 11:15 – Luxdesign 12:30 – MEA 13:00 Realtà 14:00 – Science exposed 15:00 – It-triq/twelid 15:10 – TVPM 18:00 – Venere 18:30 – GFA roundup 19:00 – Madwarna 19:30 - Science exposed 20:30 - Aħbarijiet għal dawk neqsin mis-smigħ 20:40 – Dwarna 21:40 – Sports News 21:45 – Kultema 22:15 - Kurrenti 23:15 – Financial news 23:20 – News in English One 06:30 - ONE News 07:00 – One breakfast 08:45 - Telebejgħ 09:00 – Siegħa żmien 10:00 – Telebejgħ 11:00 – S41 12:10 – Ieqaf 20 minuta 12:30 - ONE News 12:40 – Kalamita 16:15 – Żona sports 17:30 - ONE News 17:40 – Aroma kitchen 18:50 – Interessi u investimenti 19:30 - ONE News 20:25 – Rifless 21:30 – Ilsien in-nisa 23:00 – Is-sess 23:30 - ONE News Smash 07:40 - Erġa’ Lura 08:40 – Aħbarijiet 09:00 – Ħabbejtek 10:50 TSN Teleshopping 13:10 - A to Z Teleshopping 15:10 – 1046 music 16:10 - Fil-Kċina ma’ Farah (r) 17:50
- Foreign news 18:15 - Bingo 75 18:40 – Teleshopping 19:00 – Aħbarijiet 19:30 – Nursery stars 20:30 – Kulħadd jgħid tiegħu live 21:40 – CNI 22:00 – Aħbarijiet 22:30 - Motordrome.
Raiuno 06:10 – Il caffe di raiuno 06:45 – Unomattina (jinkludi t-Tg 1 u r-rapport tat-temp) 10:00 – Storie vere 11:10 – A Conti fatti 12:00 – La prova del cuoco 13:30 – Telegiornale 14:00 - TG1 Economia 14:05 – Dolci dopo il tiggi 14:40 – Torto o ragione? 16:00 – La vita in diretta 16:30 - TG 1 18:50 - L'eredità 20:00 – Telegiornale 20:30 – Affari tuoi 21:15 – Un passo dal cielo 3 23:25 – Porta a porta 00:55 – TG1 Notte 01:35 – Sottovoce 02:05 – Storie della letteratura
Raidue 07:50 – Streghe 08:30 – Il tocco di un angelo 10:00 - Tg2 Insieme 11:00 – I fatti vostri 13:00 - TG2 Costume e società 13:30 – Costume e società 13:50 - Medicina 33 14:00 – Detto fatto 16:15 - Ghost whisperer 17:00 – Cold case – delitti irrisolti (TF) 17:45 – TG Parlamento 18:00 TG Sport 18:20 - TG 2 Notizie 18:50 – Blue bloods 19:40 – NCIS Unità anticrimine (TF) 20:30 - TG2 21.00 – Zio Ganni 21:10 – Virus – il contagio delle idee 23:50 – TG2/ Punto di vista 00:15 – Obiettivo pianeta 01:50 – La piovra 7 Fiction 03:35 – TG2 eat parade Raitre 06:00 – Rai News morning 07:00 – TGR Buongorno Italia 08:00 - Agorà 10:00 – Mi manda raitre 11:00 – Elisir 12:00 – TG3 12:45 – Pane quotidiano 13:10 – Rai cultura 14:00 - TG Regione 14:18 - TG Regione Meteo 14:20 – TG3 14:50 – TGR Leonardo 15:05 – TGR Piazza 15:10 – Terra nostra 2 15:55 – Aspettando Geo 16:40 - Geo 19:00 – TG3 19:30 - TG Regione 19:53 - TG Regione Meteo 20:00 – Blob 20:15 – Sconosciuti
20:35 – Un posto al sole 21:05 – Hannah Arendt. Film 2012 23:15 – The newsroom 24:00 – TG3 Linea notte 01:05 – Rai Parlamento 01:15 – Rai Cultura 01:45 - La Musica di Raitre 02:25 – Fuori Orario.
Canale 5 06:00 – Prima Pagina 08:45 – Mattino cinque 11:00 – Forum 13:00 – Tg 5 /meteo.It 13:40 – Beautiful 14:45 – Uomini e donne 16:10 – L'Isola dei famosi 16:20 – Il segreto 17:00 – Pomeriggio cinque 18:45 – Avanti un altro! 20:00 – Tg 5 / Meteo.It 20:40 – Striscia la notizia 21:10 – Flight. Film 2012 00:10 – Hostages 01:15 – Tg 5 / Meteo.It. 01:40 – Striscia la notizia 02:10 – Uomini e donne.
Italia 1 06:05 – True Jackson, vp 06:45 – I puffi 07:10 – Heidi 07:35 – L'incantevole creamy 08:00 – Sailor Moon 08:30 – Una mamma per amica 10:20 - Everwood 12:25 – Studio aperto / Meteo.I 13:00 – Sport mediaset 14:10 – I Simpson 14:30 – I Griffin 15:00 – Arrow 15:50 – The vampire diaries 16:40 – Dr House 18:30 – Studio aperto / Meteo.It 19:00 – Chicago fire 19:55 – L'isola dei famosi 20:30 – CSI: NY 21:10 – Le iene show 00:40 – Californication (TF) 01:40 – Sport Mediaset 02:10 – Studio aperto 02:25 – Trasformat 04:15 – Miami Golem. Film 1985 Rete 4 06:50 – Zorro 07:10 – Hunter 08:05 – Cuore ribelle 2 09:30 – Carabinieri 7 10:45 – Ricette all'Italiana 12:00 – Un detective in corsia 13:00 – La signora in giallo 14:00 – Lo sportello di forum 15:30 – Hamburg distretto 21 17:00 – Walker Texas Ranger – pericolo nell'ombra. Film 1993 19:35 – Tempesta d'amore 20:10 Centovetrine 20:45 – Tempesta d’amore 21:15 – Notting Hill. Film 1999 23:45 – Match point. Film 2005 02:10 – Nell'anno dei signore. Film 1969.
www.maltarightnow.com
23
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
TV/RADJU
Go Stars 08:15 - Damsels in Distress 09:50 – Valkyrie 11:55 - Hotel Transylvania 13:25 - Underground: The Julian Assange Story 15:00 - Lone Survival 17:00 - Damsels in Distress 18:40 - Labor Day 20:30 - About a Boy 21:00 – Riddick 23:00 - Resident Evil: Retribution 00:40 Rust and Bone 02:40 - Hotel Transylvania 04:10 – Riddick 06:05 – Valkyrie 08:05 - About a Boy 08:35 - CLOSE
Melita more 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 Criminal Minds 11:15 - The Amazing Race 12:00 - Glee 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 - Rude Tube 14:15 - Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 - Dallas 17:15 – Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 - Chicago Fire 19:45 - Suits 20:30 - Perception 21:15 Supernatural 22:00 - Resurrection 23:00 Game Of Thrones 00:00 - Chicago Fire 00:45 - The Mentalist 01:30 - Rude Tube 02:00 - Whitney
Mediaset Italia 06:25 - Pomeriggio cinque 07:50 – Forum 09:15 - Ricette all’Italiana 10:05 Carabinieri 11:01 – Centovetrine 11:25 Finchè c’è ditta c’è speranza 11:40 Mattino cinque 13:20 - Uomini e donne 14:25 - Vivere V 14:50 - Avanti un altro! 15:40 – Superboll 16:25 - Ricette all’Italiana 17:10 - Forum 18:35 – Centovetrine 19:00 - Tg5 19:35 - Cotto e mangiato: Il menù del giorno 19:45 Carabinieri 20:30 - Mattino cinque 22:10 Uomini e donne 23:15 - Avanti un altro! BBC Entertainment 06:00 - Green Balloon Club 06:25 - Mr Bloom’s Nursery 06:45 - Boogie Beebies 07:00 - Little Human Planet 07:05 Jollywobbles 07:15 - Green Balloon Club 07:40 - Mr Bloom’s Nursery 08:00 Boogie Beebies 08:15 - The Weakest Link 09:00 - Rev. 09:30 - Dad’s Army 10:00 EastEnders 10:30 – Doctors 11:00 - Lark Rise to Candleford 11:50 - The Weakest Link 12:35 – Rev. 13:05 - Dad’s Army 13:35 - 2point4 Children 14:05 EastEnders 14:35 – Doctors 15:05 - Lark Rise to Candleford 15:55 - The Omid Djalili Show 16:25 - Rev. 16:55 - Dad’s
Army 17:25 - The Weakest Link 18:10 – EastEnders 18:40 - Doctors 19:10 - Lark Rise to Candleford 20:00 - Dad’s Army 20:30 - The Omid Djalili Show 21:00 Mad Dogs 21:50 - Waking the Dead 22:40 - Waking the Dead 23:30 - The Mimic
TCM 06:00 – Speedway 07:35 - The Treasure of the Sierra Madre 09:40 - Passage to Marseille 11:30 - Mr. Skeffington 13:35 Seven Women 15:00 - East of Eden 16:55 - Lust for Life 18:55 - Ocean’s Eleven 21:00 - The Outrage 22:35 - The Prodigal
AMC Channel 06:35 – Khartoum 08:40 - A Man of Passion 10:15 - Lonely Hearts 11:50 - The Divide 12:45 - Canadian Bacon 14:20 Mystery Date 16:00 - Big Screen 16:15 An American Rhapsody 18:00 - The Divide 19:00 - The Divide 20:00 - Legally Blonde 21:35 - Throw Momma From the Train 23:05 - Bar Girls Diva Universal 06:00 - Kojak 06:55 - Law & Order 07:50 - Agatha Christie’s Marple 09:33 Great Women 09:50 - Kommissar Rex 10:50 - Father Brown 11:50 - Agatha Christie’s Marple 13:35 - Great Women 13:50 - Law & Order 14:50 - Quincy, M.E. 15:50 - Father Brown 16:55 - Agatha Christie’s Marple 18:38 - Great Women 18:50 - Quincy, M.E. 19:50 - Father Brown 20:50 - Great Women 21:00 - Agatha Christie’s Marple 22:50 - Great Women 23:00 - Murder, She Wrote 23:53 - Murder, She Wrote
Discovery Channel 06:00 - How It’s Made 06:25 - Auction Kings: Wild West Memorabilia; NFL Helmet 06:50 - Storage Hunters: The Dancing Bear 07:15 - Extreme Engineering: Biggest Casino 08:10 - Fast N’ Loud: Ferocious Ford and Fast Ferrari 09:05 - Overhaulin’: Desperate Impound 09:55 - Gold Rush: Secret Weapons 10:50 - Ice Cold Gold: Redemption Ridge 11:40 - Wheeler Dealers: Lincoln Continental 12:35 - Future Weapons: Mission Invisible 13:30 - James May’s Man Lab 14:25 Extreme Engineering: Drought-Proofing Australia 15:20 - Extreme Engineering: Amsterdam’s Futuristic Floating City
16:15 - Extreme Engineering: Building Mumbai’s Modern Airport 17:10 - Flip Men: Doug vs The Building Inspector 17:40 - Storage Hunters: The Dancing Bear 18:05 - Auction Hunters: Ton Voyage 18:35 - Auction Kings: Wild West Memorabilia; NFL Helmet 19:00 - How Do They Do It?: Phoenix Stadium; L.A. Trade Tower; Surfing 19:30 - How Do They Do It?: Forest Fires; Car Exhaust; Space Station 20:00 - Baggage Battles: Grand Theft Auto 20:30 - Baggage Battles: Eye for an Eye Toronto 21:00 - What’s in the Barn?: The Century Race 21:30 - Garage Gold: Pinball Pains 22:00 - Salvage Hunters 23:00 Dallas Car Sharks: Rockabilly Rod 23:30 Dallas Car Sharks: Pole Position
Discovery World 06:00 - Lake Escapes 06:25 - Hell on High Water 07:15 - Cafe Racer 07:40 - A Bike Is Born 08:05 - Out of Egypt 08:55 Strip the City 09:45 - Great Planes 10:35 Beyond Survival With Les Stroud 11:25 Extreme Engineering 12:15 - Hell on High Water 13:05 - Cafe Racer 13:30 - A Bike Is Born 13:55 – Superyachts 14:45 - Dead Men’s Tales 15:35 - Great Planes 16:25 Beyond Survival With Les Stroud 17:20 Aircrash Confidential 18:15 - Extreme Engineering 19:10 - Hell on High Water 20:05 - Cafe Racer 20:30 - A Bike Is Born 21:00 - Aircrash Confidential 21:55 Anatomy of a Snake Bite 22:50 - Most Evil 23:45 - Cafe Racer National Geographic 06:00 - Car S.O.S: The Fiat Fiasco 07:00 - Cosmos: A Spacetime Odyssey: Standing Up in the Milky Way 08:00 - Churchill’s German Army 09:00 - Car S.O.S: Zodiac Come Back 10:00 - Highway Thru Hell: Deadlift 11:00 - Air Crash Investigation: 6 Mile Plunge 12:00 - Live Free or Die: Do or Die 13:00 - Remote Survival: Panic Button 14:00 - D-Day Men and Machines 15:00 - Highway Thru Hell: Deadlift 16:00 - Air Crash Investigation: Queens Catastrophe 17:00 - Man Vs Ride 18:00 Bugging Hitler’s Army 19:00 - Terror in the Skies: Technical Meltdown 20:00 - Air Crash Investigation: Total Engine Failure 21:00 - Ultimate Airport Dubai 22:00 - To Catch a Smuggler: Search & Seize 23:00 Air Crash Investigation: Total Engine Failure
07:00 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 16:45 18:00 18:05 18:30 19:00 19:30 19:50 20:40 21:40 21:45 23:00
Sport fuq il-Cable
Fox Sports Europe 06:00 - MLB Whiparound 07:00 NASCAR Race Hub 08:00 - PGA EuroPro Tour Golf 10:00 - MLB 162 10:30 - Major League Baseball 13:00 MLB Whiparound 14:00 - NASCAR Race Hub 15:00 - Major League Baseball 17:30 - MLB Whiparound 18:30 - NASCAR Race Hub 19:30 Speedmakers 20:30 - MLB Whiparound 21:30 - Live: Major League Baseball
GO sports 1 LIVE 07:00 - PGA European Tour Omega Dubai Desert Classic - Day 1 (part 1) 10:00 - Trans World Sport /1448 11:00 - European Tour Weekly/845 LIVE 11:30 - PGA European Tour - Omega Dubai Desert Classic - Day 1 (part 2) 14:30 Serie A - Round 20 - Fiorentina v Roma 16:30 European Rugby Champions Cup - Round 6 - Wasps v Leinster 18:30 - Barclays Premier League - Week 23 Newcastle Utd v Southampton 20:30 - IA Formula E - Buenos-Aires - Round 4 – Race 22:30 - Premier League Match Pack - Week 25 23:00 - The Ligue 1 Show - Round 23 23:30 European Rugby Champions Cup Round 6 - Northampton Saints v Racing Metro 92 02:00 - Vincennes Horseracing 04:00 - Barclays Premier League - Week 23 - Everton v West Brom Albion 06:00 - Trans World Sport/1448 GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 09:30 - Ligue 1 - Round 22 - Stade Rennais v SM Caen 11:30 European Rugby Champions Cup -
Big Time: NET Television
Fl-aħħar Big Time tal-ġimgħa niltaqgħu mal-kantawtur Vince Fabri kif ukoll ma' Rene' Rossignaud li jkellimna dwar l-ewwel ktieb tiegħu. Big Time ma' Maxine Pace u Francesca Zarb fl-16.05.
News feed (ripetizzjoni) Klinika (ripetizzjoni) Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Telebejgħ NET News Big Time Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika News feed NET News News feed Mitqlu Deheb NET News Mitqlu Deheb NET News
Round 6 - Bath Rugby v Glasgow Warriors 13:30 - Trans World Sport /1448 14:30 - Serie A - Round 20 Inter v Torino 16:30 - PGA European Tour - Omega Dubai Desert Classic Day 1 (part 1) 19:30 - Premier League Match Pack - Week 25 20:00 - The Ligue 1 Show - Round 23 20:30 - PGA European Tour - Omega Dubai Desert Classic - Day 1 (part 2) 23:30 - European Rugby Champions Cup - Round 6 - Castres Olympique v Harlequins 01:30 - Premier League Monday Review - Week 23 02:30 Serie A - Round 20 - Napoli v Genoa 04:30 - Premier League World /24 05:00 - Barclays Premier League - Week 23 - Swansea City v Chelsea GO sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 11:30 - Ligue 1 - Round 22 - Stade Rennais v SM Caen 13:30 - European Rugby Champions Cup - Round 6 - Bath Rugby v Glasgow Warriors 15:30 Trans World Sport /1448 16:30 Serie A - Round 20 - Inter v Torino 18:30 - PGA European Tour - Omega Dubai Desert Classic - Day 1 (part 1) 21:30 - Premier League Match Pack Week 25 22:00 - The Ligue 1 Show - Round 23 22:30 - PGA European Tour - Omega Dubai Desert Classic Day 1 (part 2) 01:30 - European Rugby Champions Cup - Round 6 Castres Olympique v Harlequins 03:30 - Premier League Monday Review - Week 23 04:30 - Serie A - Round 20 - Napoli v Genoa 06:30 - Premier League World /24 07:00 - Barclays Premier League - Week 23 - Swansea City v Chelsea
www.maltarightnow.com
24
TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
TISLIBA
Rapport tat-temp
UV INDEX
2
IT-TEMP Sabiħ bi ftit sħab VIŻIBBILTÀ Tajba IR-RIĦ Qawwi għal qawwi ħafna mill-Majjistral li jsir moderat għal ftit qawwi mill-Punent Majjistru BAĦAR Qawwi għal qawwi ħafna li jsir qawwi IMBATT Baxx mill-Punent għal-Lbiċ li jsir mit-Tramuntana għallMajjistral u jsir baxx għal moderat waranofsinhar TEMPERATURA L-ogħla 14˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 14.9mm Mill-1 ta’ Settembru 358.2mm IX-XEMX titla’ fis-07.06 u tinżel fil-17.24
Il-ħamest ijiem li ġejjin
IL-ĦAMIS L-ogħla 14˚C L-inqas 9˚C
2
UV
IL-ĠIMGĦA L-ogħla 16˚C L-inqas 9˚C
3
UV
IS-SIBT L-ogħla 17˚C L-inqas 10˚C
3
UV
IL-ĦADD L-ogħla 18˚C L-inqas 14˚C
3
UV
Temperaturi fi bliet barranin
Mimdudin:-
5. Evidenti (5) 6. Rabba sewwa, għallem (5) 7. Strument mużikali (5) 10. Reċta serja għal fuq il-palk (5) 11. Ħeġġa (5) 12. M’hawnx għalih – tal-iskola (5) 14. Jimla żaqq xi ħadd (5) 16. Morin (5) 17. Hawn trid tmur għas-Saqqajja (5) 18. Agħmel għoqda bl-ispaga (5)
Weqfin:1. Dak li trid tagħmel biex toħlom (6) 2. Ma jgħaddix dawl minnu (6) 3. Beka (6) 4. Ugwaljanza (6) 8. u 14. Irtira għal-lejl (5,6) 9. u 13. F’daqqa waħda (5,1,5) 12. Għamlu aċċjomu bid-daqqiet (6) 13. Ara 9 14. Ara 8 15. Sa pett jagħtik id-dehra!
Soluzzjoni tat-Tisliba tal-bieraħ
Mimdudin:- 6. Esperjenza; 7. Dannu; 10. Serji; 11. Atomu; 12. Bidel; 14. Ħadem; 16. Abort; 17. Benna; 18. Serje. Weqfin:- 1. Pespes; 2. Arkati; 3. Pjanta; 4. Fanfru; 8. Bruda; 9. Fondi; 12. Bwejba; 13. Lablab; 14. Ħarist; 15. Maqjel.
Sudoku
Qiegħed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru lkbir. Kull numru għandu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru żgħir ta’ erba’ kaxxi bi tlieta. Soluzzjoni Sudoku
IT-TNEJN L-ogħla 15˚C L-inqas 11˚C
3
UV
It-temperatura u t-temp f’dawn il-bliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienu: Malta 12˚C imsaħħab, Alġeri 14˚C ftit imsaħħab, Amsterdam 6˚C ħalbiet tax-xita, Ateni 14˚C ftit imsaħħab, Liżbona 14˚C sabiħ binhar, Berlin 5˚C imsaħħab, Brussell 6˚C imsaħħab, il-Kajr 18˚C xemxi, Dublin 4˚C sabiħ binhar, Kopenħagen 4˚C imsaħħab, Frankfurt 4˚C imsaħħab, Milan 9˚C xemxi, Istanbul 7˚C ħalbiet tax-xita, Londra 7˚C ftit imsaħħab, Madrid 11˚C xemxi, Moska -3˚C imsaħħab, Pariġi 6˚C xita, Barċellona 13˚C ftit imsaħħab, Ruma 10˚C sabiħ binhar, Tel Aviv 19˚C ftit imsaħħab, Tripli NA, Tuneż 12˚C imsaħħab, Vjenna 5˚C imsaħħab, Zurich 2˚C imsaħħab, Munich 2˚C imsaħħab, St. Petersburg -1˚C imsaħħab
Tagħrif
Caritas Malta Epilepsy Association
Caritas Malta Epilepsy Association tixtieq tinforma lillpubbliku li l-laqgħa li ssir kull xahrejn, se ssir nhar il-Ġimgħa 6 ta' Frar fis-6 p.m. fil-Caritas Malta, 5, Triq l-Iljun, il-Furjana. Kull min hu interessat hu mħeġġeġ jattendi għal din illaqgħa ta’ tagħrif u iktar għarfien dwar il-kundizzjoni tal-epilessija. Id-dħul hu bla ħlas.
€2,343 b’risq id-Dar tal-Providenza Is-somma ta' €2,343 inġabret b’risq id-Dar tal-Providenza flgħawma li saret il-Ħadd li għadda fil-Bajja tal-Għadira. L-għawma, li fiha ħadu sehem madwar ħamsin persuna li qabżu l-baħar, kienet inizjattiva ta’ Manuel Calleja ta’ KopTaco, bl-appoġġ tal-Malta Rugby Football Union u ta’ għadd ta’ dilettanti tal-boxing, kickboxing, Thai Boxing, karate u tipi oħra ta’ arti marzjali. Membri tal-Emergency Fire & Rescue Unit (E.F.R.U) kienu hemm f’każ li jkunu meħtieġa. Il-Malti – ħarġa speċjali L-Akkademja tal-Malti minn
żmien għal ieħor toħroġ ħarġiet speċjali u għadha kemm ippubblikat edizzjoni akkademika mimlija studji interessanti. Fiha żewġ studji fuq ilKantilena, tnejn oħra b’rabta mal-Għarab f’Malta u studju fuq il-predikaturi qodma.
Laqgħa Ġenerali Annwali 2015 Il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2015 tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) se ssir nhar isSibt 7 ta’ Frar fl-10 a.m. filpremises tal-Istitut, 280/3, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Matul din il-laqgħa se ssir lelezzjoni għall-Kunsill għassena 2015. Il-karigi huma ta' chairman, segretarju, teżorier, u erba' membri. Min jixtieq jikkontesta għal xi kariga jista' japplika sa nhar is-Sibt, 31 ta’ Jannar, billi jibgħat l-applikazzjoni tiegħu lis-Segretarju, Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), fl-indirizz ta’ hawn fuq, jew b’email lil tonybsant@yahoo.com mhux iktar tard mill-istess data. Min irid iressaq xi mozzjoni jew emenda għandu jagħmel dan sa dakinhar ukoll, jiġifieri sa nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar 2015.
www.maltarightnow.com
MADWARNA
Is-siti kollha ta’ Heritage Malta miftuħin b’xejn għall-pubbliku Fl-okkażjoni tal-ġimgħa dedikata lis-Servizz Pubbliku, Heritage Malta, nhar il-Ħadd l-1 ta’ Frar, se tiftaħ is-siti kollha tagħha għall-pubbliku b’xejn. Dawk li għandhom il-wirt kulturali għal qalbhom se jkollhom għażla wiesgħa minn fejn jagħżlu nhar il-Ħadd l-1 ta’ Frar, hekk kif Heritage Malta se tiftaħ prattikament is-siti kollha għall-pubbliku b’xejn. Fil-fatt, l-uniċi siti li mhumiex se jkunu inklużi f’din l-inizjattiva huma l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni minħabba s-sensittività ta’ dan is-sit u t-tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat. Is-siti li se jkunu miftuħin huma: il-Katakombi ta’ San Pawl, id-Domvs Romana (Rabat); ilMużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali (l-Imdina); il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, ilMużew Nazzjonali tal-Gwerra, lArmerija tal-Palazz u s-Swali Statali (il-Belt Valletta); ilMużew Marittimu ta’ Malta, ilPalazz tal-Inkwiżitur (il-Birgu); Għar Dalam (Birżebbuġa); ittempji ta’ Ħaġar Qim u lImnajdra (il-Qrendi) u t-Tempji ta’ Ħal Tarxien (Ħal Tarxien). F’Għawdex se jkunu miftuħin b’xejn il-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Mużew tal-Folklor, il-Mużew tan-Natura, il-Ħabs l-Antik (Ċittadella, ir-Rabat) u t-tempji tal-Ġgantija u l-Mitħna Ta’ Kola (ix-Xagħra). Se jkun hemm tours speċjali “wara l-kwinti” għal dak kollu li jiġri fil-Mużew
Nazzjonali tal-Istorja Naturali f’ħinijiet speċifiċi tul il-ġurnata. Numru ta’ oġġetti u pubblikazzjonijiet kif ukoll is-sħubija bħala membri ta’ Heritage Malta se jkunu qegħdin jinbiegħu bi prezzijiet imnaqqsa mis-siti u lmużewijiet kollha. Kull min jattendi se jkollu l-opportunità jixtri l-kalendarju 2015 ta’ Heritage Malta bil-prezz speċjali ta’ €2. Waqt din l-Open Day, wieħed se jkun jista’ jżur il-wirja ferm interssanti dwar ‘L-Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta’ li qed tittella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur u li għadha kemm ġiet estiża sal-1 ta’ Mejju. Din se tkun ukoll l-aħħar okkażjoni biex wieħed ikun jista’ jara l-wirja ‘Malta, the great story of a small island-nation through 100 objects’ li qed tittella’ fil-Mużew Nazzjonali talArkeoloġija. Il-firxa tal-għażla tal-oġġetti tirrappreżenta l-parti l-kbira tal-kollezzjoni nazzjonali fdata f’idejn Heritage Malta. Aktar milli jżur wirja konvenzjonali, il-viżitatur qed jiġi mħeġġeġ biex jimbarka fuq vjaġġ ta’ skoperta li jeħodna lura 35 miljun sena meta l-gżejjer Maltin bdew jiffurmaw taħt ilbaħar. Din tibqa’ tterraq sal-kisbiet kostituzzjonali li sawru lmilja tan-nazzjon Malti matul laħħar ħamsin sena. Waqt l-Open Day, dawk kollha li jżuru lMużew Nazzjonali tal-Arti se jkunu jistgħu jaraw preżentazzjoni dwar il-proġett MUŻA.
25
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
www.maltarightnow.com
26
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ
Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983.
Iż-Żejtun DAR bi tliet kmamar tas-sodda, bil-bejt, fiċ-ċentru taż-Żejtun magħruf bħala ‘il-Gwidi’. Prezz moderat. Ċemplu 99409263 jew 21636832. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000.
KLASSIFIKATI
San Ġiljan APPARTAMENT fi blokk ta’ għaxra, 170sqm bi tliet kmamar tas-sodda, tnejn tal-banju (waħda ensuite), kċina, living/dining u garaxx ta’ żewġ karozzi. €210,000. Ċemplu 99882107.
AVVIŻI
Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront.
Jekk se ssuq tixrobx
www.maltarightnow.com
27
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2014
SPORT
BOWLING
Rebħiet oħra kbar għal Fina u Okmalta.com
Il-liders preżenti Fina reġgħu taw wirja oħra millaqwa fit-tielet round talKampjonat MSV Life meta għelbu lil The Clan 8-0 b’serje mpressjonanti ta’ 2652. Okmalta.com għand l-istess punti daqs Fina, 24, wara li wkoll ħadu punti massimi kontra l-Malta International Airport biex bħal Fina żammew rekord perfett. Għal Fina l-aħjar bowler kien Justin Caruana Scicluna b’686 waqt li Nick Mangion lagħab 561 għal The Clan. Mauro Anastasi lagħab 674 għal okmalta.com u Aaron Belli kellu 576 għal MIA. Royal Shock kisbu t-tielet rebħa massima tal-ġurnata fuq
Bello Aluminium waqt li kien hemm rebħa oħra 6-2 għal Ramis fuq Supreme. Pierre Yves Galea lagħab 596 għal Royal Shock u Stephanie Said kellha 545 għat-telliefa waqt li Mark Spiteri ta’ Ramis kellu 622 u Henio Grech ta’ Supreme 601. Il-logħba bejn J Grima & Co u Turu’s Knight intemmet fi draw. Justin Caruana Scicluna u Sue Abela ta’ Fina kienu vvutati l-bowlers tal-ġimgħa. Kif jinsabu: Fina 24, Okmalta.com 24, Royal Shock 20, Turu’s K 16, Ramis 14, Bello A 8, The Clan 4, Supreme 4, J Grima & Co 4, MIA 2.
Franco Cachia (nofs) qabel il-partita San Marino v Moldova
FUTSAL
Franco Cachia jirreffja fil-Moldova Franco Cachia kien wieħed mir-referees internazzjonali talFutsal maħtura mill-UEFA f’turnament fil-Moldova fil-fażi preliminari tal-FUTEURO 2016. Il-grupp ta’ kwalifikazzjoni kien kompost mill-Albanija, Franza, San Marino u l-pajjiż
organizzatur, il-Moldova. Cachia kien l-ewwel referee filpartiti Franza v San Marino (5-1) u Albanija v Franza (2-5). Hu ħalla impressjoni tajba tant li kien appuntat bħala t-tieni referee filpartita deċiżiva għar-rebħ talgrupp bejn Franza u l-Moldova
(4-2). Sadanittant, fl-istess perjodu fil-Padiljun ta’ Kordin intlagħbu partiti mill-istess kompetizzjoni bejn Malta, Andorra, lIngilterra u l-Latvja, li għalihom id-Dipartiment tal-MFA appunta lil Robert Darmanin u Jonathan Mallia bħala timekeepers.
bieħa 3-0, kellhom jitħabtu f’kull set. Il-logħba kellha bidu bilanċjat sakemm Phoenix rebħu sset 31-29. Fit-tieni set iż-żewġ naħat issieltu għal kull punt u offrew logħob offensiv tajjeb waqt li t-tielet set kien ripetizzjoni tal-ewwel wieħed b’mumenti tajbin u oħrajn ta’ distrazzjoni miż-żewġ naħat sakemm Phoenix rebħuh ukoll 25-23. Jasmin Muscat kienet l-aħjar għal Paola u Monica Zammit Munro spikkat fid-difiża għal Phoenix.
YFA U/17 Pieta v San Ġwann Sliema v Valletta Floriana v Mosta U/15 B’Kara v Paola Ħamrun v San Ġwann Kottonera v Qormi Żebbuġ v Mqabba Siġġiewi v Marsaskala Kalkara v Xgħajra Futbol tan-Nisa B’Kara v Pembroke Raiders v Hibs Ħamrun S v Lija/Iklin Tarxien v Swieqi Kirkop v Mġarr Utd U/16 Gozo v Tarxien Kirkop v Mosta Hibs v Ħamrun S.
Flyers2 jiksbu post fis-Super League VOLLEYBALL
Fi tmiem il-ġimgħa ntlagħbu żewġ partiti mill-kampjonati tal-Volleyball tan-nisa. Filkampjonat tal-kbar Flyers 2 kisbu rebħa komda 3-0 fuq Phoenix bix aċċertaw mir-raba’ post waqt li f’dak taħt it-18-il sena, Phoenix għelbu lil Paola 3-0. Flyers 2.....................................3 Phoenix ....................................0 (25-22, 25-12, 25-16) Flyers 2 rebħu l-logħba ta’ qabel l-aħħar fl-ewwel round 3-0 kontra t-tim żagħżugħ ta’ Phoenix bis-sets ikunu 25-22,
25-12 u 25-16. B’din ir-rebħa Flyers 2 aċċertaw mir-raba’ post filklassifika anke jekk għad fadal logħba oħra għal tmiem lewwel round u dan jiggarantilhom post fis-Super League. Flyers 2 kellhom kontroll għal ħinijiet twal. Madankollu ż-żgħażagħ ta’ Phoenix taw sfida denja speċjalment meta rkupraw tajjeb fl-ewwel set. Fit-tieni set Phoenix naqqsu r-ritmu u qatt ma rnexxielhom jirrepetu l-prestazzjoni talewwel set biex fit-tielet set Flyers 2 għamlu użu mill-esper-
jenza kollha tagħhom biex bnew vantaġġ komdu sattmiem. Darina Ilieva ta’ Phoenix kienet l-aħjar plejer għat-tim tagħha waqt li Mandy Minuti Fenech kienet l-aħjar għal Flyers 2.
Phoenix.....................................3 Paola.........................................0 (31-29, 25-19, 25-23) Fil-kampjonat U/18, Phoenix li jinsabu t-tieni ltaqgħu kontra t-tim ta’ warajhom fit-tielet post, Paola u għalkemm Phoenix ħarġu reb-
Kollox indeċiż fil-kampjonat tax-xitwa CRICKET
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-logħba mistennija talcricket bejn Melita Bees u Krishna Kobras millKampjonajat tax-Xitwa ma ntlagħbitx minħabba l-maltemp. Din il-logħba se ttemm it-tieni rawnd. Bħalissa Marsa Magpies jinsabu fl-ewwel post b’34 punt u lagħbu erba’ logħbiet waqt li Melita Bees (32) u Krishna Kobras (22) lagħbu tlieta. S’issa Frank Spiteri (Melita) għamel l-aktar runs b’128, Tony Azzopardi għandu 121 u Nowell Khosla 98 runs. Spiteri
hu l-uniku wieħed li għamel 50 run f’innings u għandu l-ogħla skor individwali ta’ 53 run. Iżda minn meta beda (2005) dan il-kampjonat tax-Xitwa , Nowell Khosla għandu l-aktar runs b’1215, segwit minn Mike Caruana b’1181 u Frank Spiteri b’765 runs. Mike Caruana għamel l-aktar 50’s, 6 u Khosla għandu 5. F’dan il-Kampjonat Spiteri laqat 12-il four u tlett sixes. Tony Azzopardi kellu 11-il four u Haroon Majeed laqat tlett sixes ukoll. Meta wieħed jikkompara mal-
logħob li jsir barra minn Malta, bħall-Premier Indjan Indian u lBig Bash tal-Awstralja, il-fours u sixes huma ħafna ħafna aktar. Fil-bowling Ronnie Sacco dan l-istaġun għandu ħamsa, Mike Caruana erbgħa u hemm tliet bowlers li għandom tlett wickets kull wieħed, Joy Ghoseroy, Tim Wheeler u Emmy Caruana. Mill-2005, Nowell Khosla ukoll għandu l-aktar wickets bi 62. Ronnie Sacco ħa 60 wicket u Mike Caruana 49. Il-Kampjonat ikompli s-Sibt meta Marsa Magpies jilagħbu kontra Krishna Kobras.
Riżultati
It-10 K ta’ Attard fl-10 ta’ Frar
1-4 0-1 0-8 2-3 1-0 1-4 4-1 3-0 0-1 5-0 0-1 7-0 0-2 0-1 0-0 1-1 0-2
ATLETIKA
L-Attard Athletics Club flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ H’Attard se jerġgħu jorganizzaw it-tellieqa t’10K nhar it-Tlieta, 10 ta’ Frar 2015. Din it-tellieqa tibda fid9.00a.m, minn fejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard u tieħu bejn wieħed u ieħor 35 minuta. Hemm premjijiet għall-ewwel sitt irġiel u l-ewwel tliet nisa, għall-ewwel atleta lokali kif ukoll premju għal dawk li jidħlu mill-10 sal-100 kull għaxar pożizzjonijiet. Se jingħata T-shirt lill-ewwel 100 applikant, kif ukoll token u goodie bag lil kull
atleta. Il-preżentazzjoni tal-premijijiet ser issir fil-11.00 a.m. Din t-tellieqa hi meqjusa bħala waħda mill-aħjar 10K li f’Malta għaliex fl-istess ħin isservi ta’ preparazzjoni għall-Maratona. Ma’ din it-tellieqa ser issir ukoll 10Km Walk li tibda fit-8.30 a.m. Applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali Attard, 6, Triq il-Kbira, Attard, mill-website uffiċjali (www.attardac.com) kif ukoll mingħand Wolly Galea, 7, South Street, Valletta. Aktar informazzjoni fuq 21411111 jew 79593168.
www.maltarightnow.com
28
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
SPORT
Rebħa importanti għal Nadur Youngsters FUTBOLL F’GĦAWDEX MELITA I DIV
Nadur Y. ………….....……2 Victoria H. ….…...……….1 Nadur Youngsters kisbu rebħa sofferta kontra Victoria Hotspurs meta rkupraw mill-iżvantaġġ biex ħadu tliet punti mill-iktar prezzjużi. Huma ddominaw lewwel taqsima iżda ma setgħu bl-ebda mod jgħelbu lill-bravu gowlkiper Matthew Vella. Imbagħad wara l-mistrieħ il-partita kienet iktar bilanċjata. B’Hotspurs minn fuq, Nadur irkupraw u wettqu reazzjoni mill-aqwa bil-protagonista jispiċċa għalihom l-attakkant Claudio Antunes. Hotspurs taw sfida denja iżda spiċċaw ma hadu xejn minn dan il-konfront. Fl-10 minuta Nadur kellhom okkażjoni ferm tajba li jiftħu liskor meta minn taħt il-lasti, Antunes bil-gowlkiper megħlub, għolla l-mira. Tliet minuti wara f’attakk ieħor tal-liders, Stojanovic żmarka lil Joseph Vella li kellu x-xutt mill-viċin salvat f’korner minn Matthew Vella. Fis-36 minuta minn korner ta’ Hyzler, id-daqqa ta’ ras ta’ Stojanovic kienet salvata minn Matthew Vella. Tliet minuti wara Vella salva f’darbtejn x-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Antunes. Fis-8 minuta tat-tieni taqsima Hotspurs fetħu l-iskor b’xutt tajjeb minn barra l-kaxxa ta’ JOSE FILIPE AGUIAR. Erba’ minuta wara tilfu ċans tajjeb li jirduppjaw meta minn kross ta’ Bajada, Tayou dam jaħsibha minn pożizjoni idejali. Nadur kisbu ddraw meta minn pass mit-tul, CLAUDIO ANTUNES issupera fuq il-ġirja lil Ferdinando Apap u xeħet fir-rokna. Fis-37 minuta Nadur qalbu r-riżultat meta minn pass ta’ Hili, Vella kompla jiżmarka lil CLAUDIO ANTUNES li b’xutt fuq il-ġirja xeħet ġewwa. Nadur Y: M. Grima, J. Buttigieg (B. Meilak), F. Camilleri, L. Dos Santos, C. Debono, M. Hyzler (J. Grima), M. Stojanovic, C. Hili, C. Antunes, J. Vella (L. Tabone), C. Mercieca. Victoria H: M. Vella, F. Apap, J. Pace, D. Farrugia, D. Mercieca, J. Bajada, J. F. Aguiar, M. Bezzina (M. Buhagiar), D. Tayou, A. Camilleri,R. Buttigieg. Referee: Chris Lautier ‘Double’ għal St Lawrence St. Lawrence S. ………....3 SK Victoria W. ……..……1 It-tim li ġej minn wieħed milliżgħar irħula f’Għawdex, St Lawrence Spurs b’wirja kollettiva kiseb rebħa prezzjuża kontra avversarji diretti meta f’logħba
Kif Jinsabu I Diviżjoni
Nadur Y Xewkija T Kerċem A Victoria H St Lawrence S Oratory Y SK Victoria W Sannat L
L 12 11 11 12 12 11 12 11
R 11 9 6 5 3 3 2 0
D 1 1 1 2 3 2 2 2
T 0 1 4 5 6 6 8 9
F 30 35 20 27 17 16 13 4
K 6 10 17 17 32 28 23 27
Pt 34 28 19 17 12 11 8 2
pjaċevoli ssupera lil SK Victoria Wanderers u avvanza pożizzjoni fil-klassifika. B’dawn it-tliet punti saħħew it-tamiet li jibqgħu mal-kbar. Mertu kbir kellu l-plejer kowċ Michael Vella bit-tattika li niżel biha fejn tella’ fl-attakk lil William Barbosa li mhux biss skorja doppjetta iżda flimkien ma’ Michael Uzur u Cedric Sciberras kienu ta’ theddida kontinwa għad-difiża avversarja. IlWanderers min-naħa l-oħra kellhom bidu tajjeb li iżda ma sfruttawx biex fl-aħħar fażi r-reazzjoni tagħhom ma kienetx biżżejjed biex jevitaw it-telfa. Kienu l-Wanderers li ħarġu aggressivi fejn fl-ewwel minuta Baala dahal tajjeb fil-kaxxa izda kkonkluda dgħajjef biex Grima salva mal-art. Fis-36 minuta Spurs fetħu l-iskor meta azzjoni fuq ix-xellug ta’ Michael Uzur ma kienetx ikklerjata u finalment kien CEDRIC SCIBERRAS li għeleb lil Vrndic. Fit-tieni minuta tat-tieni taqsima Vrndic ħareġ jimblokka minn saqajn Uzur li kien daħal waħdu fil-kaxxa. Fil-5 minuta minn suġġeriment ta’ Uzur, WILLIAM BARBOSA b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa rdoppja għal-Lawrenzjani. Fit13-il minuta St Lawrence kellhom gowl ta’ Uzur imħassar għal offside. Fis-17-il minuta wasal it-tielet wieħed meta BARBOSA xeħet f’lasti vojta wara li Vrndic kien salva parzjalment il-konklużjoni minn barra l-kaxxa talistess Brażiljan. Fit-18-il minuta l-Wanderers kellhom penalty wara fawl ta’ Micallef fuq SUNDAY BAALA bl-istess attakkant inaqqas l-iskor. Fil-21 minuta Grima salva x-xutt angulat ta’ Oliver Farrugia. F’risposta ta’ Spurs man-nofs siegħa xutt ta’ Michael Uzur spiċċa mal-mimduda bil-gowlkiper megħlub. St. Lawrence S: J. Grima, J. Micallef, W. Barbosa, C. Cauchi, L. Buttigieg, J. Thewma (F. Grima), M. Vella, L. Grima, D. Micallef, M. Uzur, C. Sciberras. SK Victoria W: B. Vrndic, E. Bugeja, D. Monday, S. F. Bajada, A. Adesina, M. Zammit, J. Xuereb, O. Farrugia, L. Dimech (J.P. Grima), S. Baala, E. Nkwocha. Referee: Martin Borg
St. Lawrence Spurs kisbu rebħa importanti biex saħħew it-tamiet li jibqgħu fl-Ewwel Diviżjoni
Draw f’partita interessanti MELITA II DIV
Għarb R. …………........…2 Qala Saints……….......….2 Għarb Rangers ħadu l-ewwel punt kontra Qala Saints f’logħba fejn ir-riżultat baqa’ nċert sal-aħħar. Għal Għarb dan kien l-ewwel punt li ħadu kontra l-Qalin f’dan il-kampjonat. Huma dehru resqin lejn rebħa meta marru minn fuq u anke kellhom il-vantaġġ numeriku iżda gowl mill-isbaħ fl-aħħar kwarta ċaħħadhom minn dan. Fl-14-il minuta Qala fetħu liskor permezz ta’ JOHN RAPA li xeħet ġewwa wara li frikik ta’ Christov Caruana kien salvat parzjalment minn Spiteri. Għarb wieġbu żewġ minuti wara b’xutt ta’ Christian Attard li spiċċa ftit għoli. Ftit wara f’attakk ieħor tarRangers xutt ċentrali ta’ Mercieca kien salvat mingħajr diffikultà minn Buttigieg. Man-nofs siegħa logħob Għarb kisbu d-draw meta Paul Anthony Portelli daħal tajjeb fuq ix-xellug u mill-pass tiegħu DANIEL MUSCAT kompla f’lasti vojta. Fil-35 minuta Għarb marru viċin id-draw bi frikik ta’ Justin Azzopardi li spiċċa ftit barra. Qala wieġbu żewġ minuti wara bi frikik ta’ Christov Caruana salvat fl-għoli minn Daniel Spiteri. Għarb wieġbu fit-43 minuta xutt mit-tul ta’ Christian Attard spiċċa ċentimetri għoli. Għarb ħarġu jattakaw fit-tieni taqsima fejn wara żewġ minuti xutt mal-art ta’ Attard kien salvat minn Buttigieg. Fl-20 minuta frikik ta’ malajr ta’ Azzopardi lejn Paul Anthony Attard li daħal filkaxxa fejn twaqqa’ mill-Franco Buttigieg u wara t-tkeċċija tal-istess gowlkiper tas-Saints, JUSTIN AZZOPARDI mill-penalty għeleb lis-sostitut gowlkiper Jonathan Curmi. Fis-27 minuta minkejja li Qala kienu bi plejer inqas irnexxielhom jiksbu d-draw bi frikik mill-isbaħ tad-difensur u l-
aqwa skorer tagħhom MANWEL BUTTIGIEG. Biż-żewġ naħat jistinkaw għall-gowl tar-rebħa, kienu Għarb li l-iktar li resqu viċin tliet minuti fuq il-ħin meta frikik ta’ Josef Portelli kien komplut ġewwa minn Paul Anthony Attard bix-xutt tiegħu ikklerjat minn fuq il-linja minn John Rapa biex evita gowl ċert. Għarb R: D. Spiteri, C. Attard, M. Grech, C. Gafa, C. Attard (J. Muscat), J. Portelli, N. Borg, J. Azzopardi, C. Mercieca, P. A. Attard, D. Muscat (F. Attard). Qala Saints: F. Buttigieg, M. Cefai, J. Rapa, C. Caruana, M. Buttigieg, N. Portelli, F. Mumford (C. Portelli), A. Cini (J. Curmi), S. Muscat (D. Borg), J. Galea, M. Scerri. Referee: Joe Agius
Telfa mhux mistennija Xagħra Utd………….…….2 Għajnsielem………………1 Xagħra United tal-President ħabrieki Dominic Vella kisbu rebħa sorprendenti kontra l-liders Għajnsielem biex mhux biss qabżu fit-tielet post tal-klassifika iżda sportivament pattewha lill-istess avversarji li kienu rebħulhom fiżżewġ rawnds preċedenti. Kienet rebħa important għalihom f’perjodu meta finalment u ġustifikament qabdu ritmu ta’ riżultati pożittivi. Il-liders Għajnsielem żgur li ftit bassru li ser jispiċċaw b’idejhom vojta u forsi ċerta kunfidenza żejda tellfithom xi ftit mir-ritmu. Għajnsielem fetħu fuq l-attakk fejn wara seba’ minuti Daniel Galea salva b’diffikultà l-korner dirett ta’Joseph Attard. Fil-21 minuta l-istess Attard żmarkat minn Charlon Tabone, ikkonkluda ftit barra minn qagħda tajba. Madankollu fl-24 minuta kienu Xagħra li fetħu l-iskor meta frikik ta’ Emanuel Galea, Victor John
II Diviżjoni
Għajnsielem Munxar F Xagħra Utd Għarb R Żebbuġ R Qala S
L 14 13 14 13 13 13
R 9 7 4 4 3 3
D 3 3 5 3 4 2
T 2 3 5 6 6 8
F 27 20 18 20 23 15
K 13 17 20 20 26 27
Pt 30 24 17 15 13 11
Saliba kompla lejn DANIEL BARTOLO li b’xutt angulat xeħet ġewwa. Fuq in-naħa l-oħra fil-35 minuta Galea salva l-frikik mit-tul ta’ Robert Grima. Għajnsielem ħadu biss ħames minuti fit-tieni taqsima biex kisbu d-draw meta CHARLON TABONE approfitta minn pass qasir tal-gowlkiper Galea, u b’faċilità qabbeż f’lasti vojta. Għajnsielem komplew jinsistu u fid-19-il minuta Kenny Hili kellu xutt fuq il-ġirja li spiċċa mal-mimduda. Fis-36 minuta f’attakk ieħor tal-Blacks, Galea salva b’diffikultà għal korner id-daqqa ta’ ras ta’ Charlon Tabone. Madankollu minuta wara kienu l-United li ssorprendew meta kisbu l-gowl tarrebħa, Marlon Mamo wara li bidel ballun ma’ Joseph Xerri, milllemin xeħet kross li sab lis-sostitut LUKE ATTARD li mill-viċin xeħet ġewwa bir-ras. Hawn Għajnsielem wettqu sforz iddisprat biex jevitaw it-telfa u marru ferm viċin ħames minuti fuq il-ħin meta wara li tkeċċa Robert Grima għal fawl bla ballun fuq Arthur Farrugia, mill-azzjoni tal-korner konklużjoni ta’ Frankie Galea. Xagħra Utd: D. Galea, S. Sultana, E. Galea, J. Xerri (S. Farrugia), J. Buhagiar, M. Grima, D. Bartolo (J. Mercieca), A. Farrugia, M. Mamo, V. J. Saliba, D. Bajada (L. Attard). Għajnsielem: L. Buttigieg, D. Debattista (S. Azzopardi), R. Grima, S. Sultana, M. Portelli, K. Hili (A. Xuereb), J. Attard, D. Hili, C. Grima (L. Buttigieg), C. Tabone, F. Galea. Referee: Christopher Azzopardi
www.maltarightnow.com
29
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
SPORT
Djokovic u Wawrinka fis-semifinali TENNIS
Is-seed nru 1 Novak Djokovic u ċ-Champion Stan Wawrinka, se jkunu qed jerġgħu jiltaqgħu f’Melbourne Park wara rebħiet impressjonanti fil-kwarti talfinali, waqt li Serena Williams, għalkemm kienet marida għamlet pass ieħor lejn ir-rebħ tad19-il titlu Grand Slam. L-Americana madankollu, se jkollha tissupera lill-konnazzjonal Madison Keys ta’ 19-il sena, li temmet il-ħolma ta’ oħt Serena, Venus, minkejja li kienet qed tbati minn injury filmovimenti tagħha. Waqt li ħafna ndikaw qabel itturnament li din is-sena tista’ tkun dik tal-ġenerazzjoni lġdida, Djokovic u Wawrinka ġabu fix-xejn l-aħħar tamiet talġenerazzjoni l-ġdida fost lirġiel. Djokovic, li qed ifittex li jsir it-tieni plejer li jirbaħ l-Open talAwstralja għall-ħames darba, għeleb lill-Kanadiż Milos Raonic 7-6, 6-4, 6-2 fl-aħħar logħba fir-Rod Laver Arena, sigħat wara li Wawrinka kien għeleb faċilment lis-seed nru 5 Kei Nishikori 6-3, 6-4, 7-6. “M’hemmx dubju li qed nistenna maratona bħall-aħħar snin. Ninsab ċert li t-tnejn li aħna se nagħtu l-aħjar tagħna,” qal
Djokovic wara r-rebħa. “Dejjem nitolbu l-aħjar minn xulxin” Se tkun it-tielet sena konsekuttiva li Djokovic u Wawrinka se jkunu ltaqgħu fl-Open talAwstralja u l-plejer li rebaħ dan il-konfront dejjem spiċċa rebaħ it-titlu. Bħala Champion renjanti fl2013, Djokovic kien rebaħ 12-10 fil-ħames set fil-konfront tagħhom mir-raba’ round. Is-sena l-oħra Wawrinka rebaħ il-ħames set 9-7 fil-kwarti talfinali u ndika lill-partitarji li lĠimgħa għandhom jistennew konfront ieħor missielet. “Taf li meta tilgħab ma’ Novak, speċjalment fis-semifinali ta’ grand slam, trid turi laqwa tiegħek. Trid turi l-massimu jekk trid tisfidah. S’issa qed nilgħab tajjeb u ninsab fiduċjuż.” Tħassar konfront bejn l-aħwa Intant iż-żagħżugħa Amerikana Keys, uriet li hi l-plejer tal-mument bir-rebħa fuq Venus waqt li fl-istess ħin indikat li l-mantell tan-nisa Amerikani fit-tennis għandu jkun sikur meta jitlaq minn taħt idejn l-aħwa. Serena u Venus kienu qed jittamaw li jipprovdu lill-partitarji lewwel konfront bejn l-aħwa fi
Madison Keys ta’ 19-il sena eliminat lil Venus Williams u għaddiet għall-ewwel semifinali tagħha
grand slam sa mill-final ta’ Wimbledon fl-2009. Keys li ta’ 4 snin kienet ispirata li tibda t-tennis minn Venus wara li ratha tiglħab f’Wimbledon, irrifjutat li ċċedi għas-sentimenti u wriet is-saħħa kollha li għandha fuq il-ballun u li biha eliminat plejers tal-kalibru tad-darbtejn Champion ta’ Wimbledon Petra Kvitova biex rebħet l-ewwel set f’29 minuta. Madankollu ft-tieni set ħasset l-injury li sfurzata tirtira fit-tielet
Bubka jisfida lil Coe għall-Presidenza tal-IAAF ATLETIKA
L-Ukren Sergey Bubka se jkun qed jisfida lill-eks Champion Olimpiku bħalu, Sebastien Coe għall-Presidenza tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Atletika (IAAF). Bubka, eks Champion talpole vault, rebaħ deheb flOlimpjadi tal-1988 kif ukoll sitt kampjonati mondjali konsekuttivi. L-eks atleta ta’ 51 sena li waqqaf ukoll 35 rekord taddinja jrid li jieħu post Lamine Diack meta jirtira f’Awwissu. Coe li bħal Bubka hu wkoll Viċi-President tal-IAAF u darbtejn Champion Olimpiku fl-1,500m kien ħabbar il-kandidatura tiegħu lejn tmiem is-sena l-oħra. Bubka li hu l-kap tal-Kumitat Olimpiku ta’ pajjiżu qal li jrid jibni fuq ix-xogħol li għamel Diack u żied, “Irridu nipprovdu wkoll aktar appoġġ lejn ilgrassroots biex nispiraw il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ atleti. Irrid
Sergey Bubka
li jkollna relazzjoni aħjar malatleti żgħar u nattiraw udjenzi ġodda waqt li rridu naċċertaw protezzjoni għal sport nadif.” Dawk interessati li jikkon-
testaw għall-president tal-IAAF iridu jirreġistraw sa Mejju blelezzjoni mistennija ssir waqt il-Kungress internazzjonali talIAAF f’Beijing f’Awwissu.
round ta’ Wimbledon is-sena loħra. “Ħassejt li se jiġrili kif kien ġrali f’Wimbledon u kien mument ta’ biżgħa,” qalet Keys wara li ħadet injury break meta kienet 4-1 minn taħt fit-tieni set. Key li llum għandha kowċ leks numru 1 Lindsay Davenport, uriet il-maturità tagħha meta rritornat għal-logħob biex għelbet lil Venus u għaddiet għall-ewwel semifinali ta’ grand slam tagħha. Issa ċ-ċansijiet ta’ Keys li tasal
sal-ewwel final tjiebu wara li nnumru 1 bħal diversi plejers oħra fit-turnament qed tbati minn riħ, wara virus. “Fl-aħħar jiem kont ma niflaħx,” qalet Serena bla vuċi wara r-rebħa 6-2, 6-2 fuq il-finalista tas-sena l-oħra Dominika Cibulkova. “Milli jidher qed immur għallaħħar. Smajt li dan hu virus li laqat bosta plejers u lili wkoll,” qalet l-Amerikana numru 1 fiddinja.
L-FA Ingliża mmultat lil Jose Mourinho £25,000 wara kummenti li għadda x-xahar l-ieħor meta qal li Chelsea huma vittma ta’ ‘kampanja’. Il-manager ta’ Chelsea kien anke mwissi dwar il-kondotta tiegħu filfutur għall-kummenti li kien għadda wara l-logħba kontra Southampton ix-xahar l-ieħor. Il-Portugiż kien qal li l-liders talPremier kienu vittma ta’ “kampanja” biex tinfluwenza lir-referees wara li Anthony Taylor ħa isem Cesc Fabregas għal simulazzjoni meta l-midfielder Spanjol twaqqa’ minn Matt Targett fil-kaxxa. Mourinho kien akkużat mill-FA aktar kmieni dan ix-xahar b’riżultat ta’ dawn l-akkużi u l-eks kowċ ta’ Real Madrid issa ġie mmultat. Stqarrija fuq il-websajt uffiċjali tal-FA qalet, “ Wara s-smigħ minn panel indipendenti, Jose Mourinho ġie mmultat £25,000 wara li nstab ħati li kiser ir-regolamenti relatati mal-kummenti fil-media. Il-manager ta’ Chelsea ċaħad li l-kummenti li għamel fit-28 ta’ Diċembru kienu ksur ta’ regola-
menti jew li kienu mmirati lejn irreferee jew referees u li waqqgħu l-logħba għar-redikolu. Il-panel iżda qal li l-kummenti tiegħu jiksru r-Regolament E3 tal-FA li ma kienux f’posthom u waqqgħu illogħba għaż-żufjett. Intant Mourinho ma riedx jidħol f’kontroversja dwar serje ta’ inċidenti li kellu ma’ Diego Costa wara rebħa 1-0 fis-semifinali talLeague Cup kontra Liverpool. Wara l-logħba l-kummenti kollha ffokaw fuq l-attakkant Costa li rifes darbtejn f’żewġ taqsimiet lil Emre Can u Martin Skrtel. “Ma rridx nitekellem dwar deċiżjonijiet. Jekk nitkellem dwar xi ħaġa irrid nitkellem dwar xi ħaġa li naf. Meta plejer iwaqqaf kontra-attakk b’idu, hi karta safra meta plejer jagħti bis-sieq filkaxxa hu penalty. Mhux se nitkellem dwar Costa u l-penalty li suppost kellu. Ħalluh jilgħab ilfutbol. Jekk nitkellem in-nies jgħidu li Mourinho reġa’ tkellem u l-FA tipprova tikkastigani kif dejjem tipprova tagħmel. Naħseb aħjar li titkellmu inthom.
Mourinho mmultat £25,000
30
il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
Figo se jikkontesta l-elezzjoni tal-FIFA Luis Figo sar l-aħħar kandidat li ħabbar il-ħsieb tiegħu li jisfida lil Sepp Blatter għallPresidenza tal-FIFA. L-eks stilla Portugiża sar ilħames persuna li daħal fit-tiġrija għall-president il-ġdid talFIFA. Numru ta’ personalitajiet ikkonfermaw il-ħsieb tagħhom li jisfidaw lil Blatter wara li lorganizzazzjoni tal-futbol sabet ruħha f’ħafna pressjoni fl-aħħar xhur minħabba allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni relatati malproċess ta’ kandidatura għatTazzi tad-Dinja tal-2018 u l2022. Id-darbtejn plejer tas-sena tal-FIFA, eks Real Madrid, Barcelona u Inter, b’hekk ingħaqad ma’ eks plejer ieħor li se jikkontesta l-elezzjoni, David Ginola. Il-President tal-FA Olandiża Michael van Praag, l-eks membru tal-eżekuttiv tal-FIFA Jerome Champagne u l-ViċiPresident tal-FIFA l-Prinċep Ali bin Al Hussein kollha jinsabu fit-taqtiegħa. “Il-futbol inħobbu ħafna u dak li qed nara fejn tidħol irreputazzjoni tal-FIFA, mhux biss issa, imma fl-aħħar snin, m’hu jogħġobni xejn,” qal Figo.
“Jekk tfittex FIFA fuq linternet, l-ewwel kelma li titla’ hi skandlu u mhux kliem pożittiv. Dan hu li rridu nibdlu l-ewwel u nippruvaw intejbu r-reputazzjoni. Il-futbol jimmeritah ħafna aktar. “Tkellimt ma’ ħafna nies importanti fil-futbol – plejers, managers, u President ta’ Federazzjonijiet – u kollha jemmnu li trid issir xi ħaġa. Is-sena l-oħra kien hemm it-Tazza tad-Dinja. Kont fil-Brażil u rajt ir-reazzjoni tal-partitarji rigward irreputazzjoni tal-FIFA u naħseb li xi ħaġa trid tinbidel. “Bidla fit-tmexxija, l-governanza, trasparenza u solidarjetà u naħseb li wasal ilmument għal dawn kollha.” Il-kampanja ta’ Ginola b’mod partikolari, attirat kritika li sempliċiment se jkun biss hemm għall-isem bl-isfidanti kollha jridu l-appoġġ minn ħames assoċjazzjonijiet membri biex jikkontestaw. B’kuntrast Figo qed isostni li diġà rċieva ħames ittri ta’ nominazzjoni biex jikkontesta u nsista li mhux qed jitħallas waqt il-kampanja tiegħu. In-nomini jibqgħu jintlaqgħu sal-lum.
www.maltarightnow.com
SPORT
DIXXIPLINA Beckenbauer jemmen li Guardiola se jibqa’ ma’ Bayern Tarxien bi tliet plejers sospiżi
Pep Guardiola għadu ma ħabbarx jekk hux se jibqa’ jmexxi lil Bayern Munich fil-Ġermanja wara li din il-ġimgħa ma riedx jiffirma kuntratt ġdid. Imma minkejja dan Franz Beckenbauer qed jittama li jibqa’ wara l-2016. L-eks kowċ ta’ Barcelona aċċetta kuntratt ta’ tliet snin ma’ Bayern fl2013 imma dan se jkun qed jiskadi fi tmiem l-istaġun li ġej u kien hemm xnigħat li ż-żmien tiegħu mal-klabb wasal biex jintemm. Guardiola rrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet diretti dwar il-futur tiegħu din il-ġimgħa u minflok qal li “kienet ħolma li saret realtà” li mexxa lil Bayern.
Luis Figo
Imma wara li l-Ispanjol rebaħ ilkampjonat, it-tazza Ġermaniża, isSupercup tal-UEFA u t-Tazza tadDinja tal-klabbs l-istaġun li għadda, Beckenbauer jinsab fiduċjuż li
l-Ispanjol se jibqa’ għal aktar snin. “Darba għidt li rridu lil Guardiola jibqa’ hawn għal 10 snin oħra u nibqa’ nittama. Ma’ klabb ieħor mhux se jsib kundizzjonijiet aħjar milli għandu fi Munich. Għandu 44 sena u fadallu biżżejjed żmien biex aktar tard imexxi klabb ieħor. Jidher ċar ukoll li Guardiola m’għandux bżonn kuntratt. Bħala kowċ hu talkalibru li jista’ jmur fejn irid.” Bayern jistgħu jagħmlu pass ieħor lejn ir-rebħ tal-Kampjonat għada meta jmorru għand l-eqreb rivali Wolfsburg li jinsabu 11-il punt taħthom hekk kif ikompli lBundesliga wara l-waqfa taxxitwa.
attakka lid-difensur fl-aħħar ħinijiet tal-logħba wara li deher frustrat bl-attenzjoni partikolari li kien qed itih il-Brażiljan. Real sussegwentement kellhom ikomplu l-aħħar minuti b’10 plejers imma xorta rebħu 2-1
b’penalty ta’ Bale lejn it-tmiem. Iż-żewġ partiti sospensjoni jfissru li Ronaldo se jitlef il-partiti kontra Real Sociedad u Sevilla u jirritorna fid-derby kontra Atletico Madrid fil-Vicente Calderon fis-7 ta’ Frar.
Pep Guardiola
Ronaldo sospiż żewġ partiti SPANJA
Id-daqqa ta’ sieq li Cristiano Ronaldo ta lil Edimar fil-logħba bejn Real Madrid u Cordoba minn La Liga, swiet lill-attakkant inetrnazzjonali Portugiż żewġ partiti sospensjoni. Il-plejer tas-sena tal-FIFA
Ir-rebħa importanti li kisbu Tarxien Rainbows 2-1 kontra Qormi t-Tlieta, swiet qares littim ta’ Clive Mizzi li kellu tliet plejers sospiżi mill-għaxra li ssospenda għall-partita kull wieħed, il-Kummissarju tadDixxiplina tal-MFA. Huma se jkunu qed jitilfu lpartita tas-Sibt kontra Floriana. Triston Caruana u Matthew Tabone dabbru r-raba’ karta safra waqt li Carlos Hevia Menendez tkeċċa kontra Qormi. Għall-konfront kontra B’Kara, Sliema Wanderers għandhom sospiżi lil Pedro dos Santos Calcado u Mark Scerri għalkemm ta’ konsolazzjoni għal Stephen Azzopardi hu l-fatt li lKarkariżi jridu jgħaddu mingħajr Zach Muscat u Corujo Mendoza. Clayton Failla ta’ Hibernians se jitlef il-logħba kontra Mosta, Albert Bruce ta’ Naxxar se jkun nieqes kontra Pietà u Steve Borg ta’ Valletta se jitlef l-isfida delikata ma’ Balzan.
Mill-Ewwel Diviżjoni ġew sospiżi logħba Felipe Canavan Freire u Mark Babara (Vittoriosa S), Julian Briffa (B’Buġa SP), Josef Mifsud (Gżira Utd), Erjon Beu (Lija A) u Emilio Cornago San Pedro (Melita). Fit-Tieni Diviżjoni Iro Curmi ta’ Xgħajra kien sospiż żewġ partiti waqt li kienu sospiżi logħba kull wieħed Karl Cilia (Dingli S), David Cauchi u Isaac Sammut (Mellieħa), Lee Joe Schembri (Sirens), Matthew Sapiano (Swieqi Utd) u Warren Bianco (Żabbar SP). Mit-Tielet Diviżjoni l-agħar li marru kienu Luqa SA li għandhom lil Justin Cilia sospiż tliet partiti u Adrian Psaila logħba. Stephen Psaila (Mdina K) ġie sospiż żewġ partiti bħal Christian Farrugia ta’ Sta. Luċija. Kienu sospiżi wkoll logħba Mark Pullicino (Kirkop Utd), Melchior Grech (Marsaskala) u Karl Gafa (Marsaxlokk).
www.maltarightnow.com
32
Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar, 2015
LOKALI
Pazjent ieħor imut f’kuritur tal-isptar Il-każ jitqajjem fil-Parlament mill-Oppożizzjoni
Pazjent ieħor ilbieraħ miet f’kuritur tal-Isptar Mater Dei. Dan il-każ isegwi dak tal-20 ta’ Jannar meta pazjenta oħra anzjana mietet waqt li kienet rikoverata f’wieħed mill-kurituri tal-isptar – fatt li kien konfermat aktar tard mill-Gvern. Fil-każ tal-ġimgħa l-oħra, l-anzjana mietet fil-kuritur tal-Emerġenza li jagħti għad-Dipartiment talMedical Imaging. It-tieni mewt fi spazju ta’ ġimgħa lbieraħ, u din is-sitwazzjoni gravi li qatt ma kien fiha qabel l-isptar tqajmet filParlament fis-seduta tal-bieraħ waqt il-ħin tal-mistoqsijiet millOppożizzjoni, li talbet lillMinistru tas-Saħħa jispjega u jinforma lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Isptar Mater Dei, b’diversi pazjenti jingħataw il-kura u jinżammu filkurituri. Filwaqt li kkonferma dan it-
tieni każ ta’ mewt ta’ anzjan f’kuritur, fuq domanda ta’ Chris Said, il-Ministru responsabbli mis-Saħħa Konrad Mizzi wieġeb li l-Gvern hu nfurmat li l-pazjent kien ingħata l-kura neċessarja kollha. Għal mistoqsijiet tal-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil u tal-istess Deputat Nazzjonalista Chris Said, il-Ministru Mizzi akkuża lill-Oppożizzjoni li qed tipprova tieħu gwadann politiku minn sitwazzjoni li l-Gvern qed jaħdem fuqha lejl u nhar. Mistoqsi mill-Kap talOppożizzjoni jekk hux aċċettabbli li fl-2015 imutu pazjenti f’kuritur, bin-nuqqas kbir ta’ dinjità li dan iġib miegħu u meta l-Gvern suppost tela’ b’roadmap għassaħħa, il-Ministru tas-Saħħa ma weġibx. Dak il-ħin qamet kommossjoni sħiħa fil-Kamra min-naħa talGvern b’diversi theddid u nsulti.
B’uħud mill-membri tal-Gvern – inkluż Ministri – jgħaddu kummenti fil-konfront talOppożizzjoni, il-Whip talOppożizzjoni David Agius qajjem point of order b’mod partikolari għal kummenti li għaddew il-Ministri George Vella u Michael Farrugia. Filwaqt li l-Ispeaker wieġeb li ma semax dak li kien qed jingħad mill-membri tal-Gvern, imma sikket diversi drabi lill-Ministru Farrugia u anke wissa li kien se jissospendi l-Kamra, Simon Busuttil iddikjara li lOppożizzjoni ma sabitx il-protezzjoni tal-Kamra u sostna li ħadd mhu se jagħlaq ħalq lOppożizzjoni minkejja l-insulti mill-membri tal-Gvern. Filwaqt li ntalbet il-protezzzjoni tas-Sedja, il-Whip talOppożizzjoni David Agius talab ukoll li jkun irtirat il-kliem ta’ theddid u nsulti li saru.
L-Oppożizzjoni tiddikjara li ħadd mhu se jagħlqilha ħalqha minkejja l-insulti u t-theddid minn Ministri tal-Gvern għall-każ li qajmet dwar mewta oħra wara sentejn ta’ Gvern li suppost kellu roadmap għas-saħħa
Bormliż akkużat b’korruzzjoni ta’ minorenni
Għal bosta snin kien jipparteċipa f’attività sesswali ma’ tifla minn meta kellha tlettax-il sena biss... kien jeħodha f’postijiet differenti u jagħmlu atti żienja flimkien, minkejja li kienet taħt l-età Joe Mikallef
Tfajla minn Bormla li llum għalqet it-tmintax-il sena, dan laħħar fetħet qalbha ma’ dawk li kienu qed irabbuha, u rrakkuntatilhom kif għal bosta snin kienet qed tiġi sfruttata minn xi ħadd minn Bormla li kien jeħodha f’postijiet differenti u jġegħilha tagħmel atti żienja miegħu. Min-naħa tagħhom, il-foster carers ta’ din it-tfajla rrappurtaw mill-ewwel il-każ lill-Pulizija li bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom u, fost l-oħrajn, bagħtu
għal dan ir-raġel Bormliż u interrogawh dwar l-allegazzjonijiet li għamlet din it-tfajla. Jirriżulta li wara investigazzjonijiet intensivi, dan ir-raġel ċeda u stqarr il-verità kollha – ammetta li veru li għal ħafna snin kien qiegħed ikollu rapport ta’ sess ma’ tifla taħt l-età. Jirriżulta fil-fatt li r-rapporti bejn dan ir-raġel u din it-tifla bdew meta din kellha tlettax-il sena biss. Din l-istorja baqgħet għaddejja sa ma din it-tifla saret tfajla u saħansitra għalqet ittmintax-il sena. Dan kollu jfisser
li dan l-abbuż ma’ tfajla minorenni kienu ilu għaddej għal bejn ħames snin u sitta. Jirriżulta li kull darba, dan irraġel kien jiltaqa’ ma’ dik li lewwel kienet tifla, imbagħad tfarfret u saret tfajla, f’postijiet differenti, ħafna drabi f’Bormla stess, u kien jagħmel atti ta’ sess magħha. Nifhmu li meta dan ir-raġel kien interrogat mill-Pulizija fisser il-punt tiegħu li dak kollu li sar bejnu u bejn din it-tfajla, sar bilkunsens tal-istess tfajla. Madankollu, il-pożizzjoni tal-
Pulizija f’dawn l-investigazzjonijiet kienet ċara ħafna – ittifla kienet għadha taħt l-età. L-investigazzjonijiet talPulizija ntemmu aktar kmieni din il-ġimgħa u r-raġel – li ismu ma jistax jissemma fuq ordni talQorti preseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia – tressaq il-Qorti kmieni lbieraħ waranofsinhar. Hu kien akkużat mill-Ispettur Josric Mifsud li fis-snin li għaddew ikkorrompa tfajla minorenni u li pparteċipa magħha f’atti sesswali f’diversi postijiet, u dan
meta din it-tfajla kellha anqas minn tmintax-il sena. Ir-raġel, li wieġeb li mhux ħati, ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €750 u garanzija personali ta’ €10,000. Għal dan il-Bormliż qed jidhru l-Avukat Pawlu Lia u Alexander Lia.