Skandlu Gaffarena: Affidavit minn Carmel Camilleri

Page 1


AďŹƒdavit mill-eks Direttur tad-Dipartiment talArtijiet Carmel Camilleri Frar 2016


•  Clint Scerri, uffiċjal talMinisteru li jieħu ħsieb laffarijiet tal-GDP, ġie luffiċċju flimkien ma’ Marco Gaffarena u qalli li kien mibgħut minn Dr Michael Falzon biex nara x’għandu bżonn.


• Ikun il-membru talKabinett li jawtorizza lesproprjazzjoni li kien ser ikun responsabbli għall-esproprjazzjoni.


• Għamilli premura illi lminuta ssir dak il-ħin ħalli hu jtella’ l-file miegħu. Niftakar kien qalli “mhux Michael ħa jiddeċiedi.”


• F’din il-minuta jiena ħallejt f’idejn ta’ fuqi jiddeċiedu jekk jikkonsidrawx din ittalba jew le.


• Peress li ħassejtni li kont taħt pressjoni kbira minn naħa ta’ Clint biex infittex nagħmel il-minuta dak il-ħin.


• Għal darb’oħra bi pressjoni kbira fuqi dwar dan il-file partikolari, Clint Scerri baqa’ fl-uffiċċju sakemm jien għamilt ilminuta lill-iskrivan.


• Clint kien kważi kuljum jistaqsini jekk ilvalutazzjonijiet waslux.


• Kien ikun jew Marco jew Clint Scerri li jgħiduli liema huma lproprjetajiet li ried ipartat Marco.


• Wara sirt naf li kien tqabbad il-Perit Stefan Scotto fuq insistenza ta’ Clint Scerri. Kien Clint innifsu li qalli li kien qal lil Josef biex jagħtiha lil Perit Scotto.


• Hu stqarr miegħi li Marco kien jaf kemm ġew listimi. Jien minn naħa tiegħi, nerġa’ nsostni li lil Marco qatt ma tajtu figuri ta’ kemm ġew stmati lproprjetajiet li kien jitlob.


• Biex żgur infittex nagħmilielu, Clint baqa’ jistenna quddiemi.


• Irrid ukoll ngħid illi jiena qatt ma tlabt meetings ma’ Marco Gaffarena, jew qatt għedtlu biex jiġi jkellimni.


•  F’35 sena li kien ilni naħdem fid-Dipartiment qatt ma tajt xi informazzjoni li ma kellix nagħti, la lil Gaffarena u lanqas lil ħadd, u ma kontx ser nagħmel dan issa.


• Din li kont insib lil Marco fil-kuritur barra l-uffiċċju tiegħi qatt ma ħadt pjaċir biha.


•  Min kien jiġi miegħu (Clint), mid-dehra ma kienx jitniżżel fuq il-ktieb, u għalhekk ilbiċċa l-kbira tad-drabi li Gaffarena kien jiġi l-Lands, kellu free pass għax kien jidħol ma’ Clint Scerri.


•  L-uniku rimors li għandi hu li ħallejt lil Clint Scerri jgħaġġilni. Hekk kif kont narah quddiemi jistenna li jien nagħmel dik il-minuta jew li nieħu deċiżjoni, kont inħossni marsus. Qisu xi ħadd qed jiġri warajja.


•  Importanti ngħid li qabel linterview, Clint Scerri ġie kemm-il darba fl-uffiċċju tiegħi u għamilli premura sabiex is-Segretarju Parlamentari jew lilu nsemmihom mill-inqas ħalli ‘niprovaw ma nidhrux koroh’.


•  Hu kien jgħidli biex ma ngħidx li kien joqgħod jiġri warajja biex imexxu l-file u li kien jiġi ma’ Gaffarena. Żammejt pass lura milli ngħid kollox għaliex ħassejtni mhedded… bżajt ngħid li kelli lil Clint u lil Marco quddiemi jistennew li jiena nikteb il-minuta dak il-ħin stess, kont ippressat.


• Nispiċċa billi niddikjara li lili ħadd qatt ma offrieli, la qatt tlabt, u lanqas qatt ma tawni x’nifhem li jiena stajt b’xi mod niggwadanja xi ħaġa.



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.