www.maltarightnow.com
2
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Sentenza sospiża għal Norveġiż li ffissa fuq tfajla
Żagħżugħ Norveġiż ta’ 25 sena ġie kundannat xahar ħabs sospiżi għal sentejn u mmultat €500 wara li ammetta li ta fastidju lil tfajla Maltija billi dejjaqha u ffittaha b’messaġġi u “emails”. Dan kollu seħħ wara li ffissa bl-ikraħ fuqha. Mill-provi rriżulta li Steffen Sorvik, sar jaf lit-tfajla Maltija, Stacy Giordmania “online”, meta kien qed jilgħab f’każinò virtwali. Huma bdew jibagħtu messaġġi u emails lil xulxin, iżda ġara li Sorvik sar ossessjonat bittfajla tant li bbumbardjaha bl-
“emails” u l-messaġġi. Minkejja li t-tfajla injorat lavvanzi tiegħu, huwa xorta waħda ġie Malta dan ix-xahar biex jipprova jiltaqa’ magħha. IlMaġistrat Charmaine Galea wissiet lil Sorvik li jekk jibqa’ jiffitta lit-tfajla, kien se jintbagħat il-ħabs. Minbarra l-multa u s-sentenza sospiża, hija ordnat lin-Norveġiż biex ma jersaqx lejn it-tfajla u lanqas imur fil-postijiet fejn hija tiffrekwenta għal mill-inqas sentejn. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Agius.
Koppja nżammu taħt arrest preventiv wara li ġew mixlijin quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li waqqfu raġel u spiċċa biex serqulu l-kartiera li kien fiha l-flus, bl-ammont jibqa’ mhux magħruf. Kien żagħżugħ ta’ 25 sena millGżira u s-sieħba tiegħu, Beltija ta’ 49 sena, li ġew mixlijin li serqu flus mingħand raġel wara li waqqfuh fit-triq, talbuh sigarett u mbagħad ħarġu mus u heddewh bih. Clayton Fenech u Josephine Grixti, li t-tnejn ma jaħdmux, ġew mixlijin wkoll li huma reċidivi. Grixti waħedha kienet akkużata wkoll li wettqet reat filperjodu operattiv ta’ sentenza sospiża u li tlajjat bi skop ta’ prostituzzjoni. Huma wieġbu li mhumiex ħatja
tal-akkużi kollha miġjubin kontrihom u minkejja t-talba minnaħa tad-difiża, l-akkużati nżammew taħt arrest. L-Ispettur Carlos Cordina, li oġġezzjona bilqawwa kollha għal-libertà proviżorja, qal li l-każ ġara fil-21 ta’ Lulju li għadda, għall-ħabta tas-1.00am, meta l-vittma, Robert Thomas Owen, kien sejjer lura ddar mix-xogħol. Huwa kien miexi fi Triq Testaferrata, ilGżira, meta Grixti marret fuqu u talbitu sigarett. Skont l-Ispettur, malli Owen taha s-sigarett, Fenech heddu b’mus u serqu. L-avukat difensur, Anthony Stellini, ikkontesta lfatti skont il-Prosekuzzjoni. Sadanittant Fenech ukoll instema’ jgħid li din l-istorja kienet ivvintata.
43
Ħarġu mus għalih u serquh
Investiment u żvilupp qawwi fit-telekomunikazzjonijiet u l-informatika Il-qasam tat-telekomunikazzjonijiet u l-informatika għadda minn żvilupp kbir aktar ma Malta adottat l-aktar teknoloġiji moderni. Wara l-Indipendenza, kiber is-servizz tat-telephone bilmezzi li kienu l-aktar ġodda dak iż-żmien. Fl-aħħar tat-tmeninijiet, imbagħad, beda investiment qawwi fl-aktar teknoloġiji riċenti biex il-linji tat-telephone irduppjaw u spiċċat illista ta’ stennija. Saret ilqalba għal sistema kompletament diġitali – il-pjattaforma li fuqha nbnew żviluppi li kellhom iseħħu wara, fosthom il-komunikazzjoni interattiva. Il-komunikazzjoni ma’ barra kibret bit-tqegħid ta’ fibre optic cable ma’ Sqallija.
Malta kienet fost l-ewwel pajjiżi li daħħlet il-mobile. Daħlet ukoll il-kompetizzjoni u aktar operaturi li għamlu investiment sostanzjali biex Malta gawdiet ammont ta’ linji tal-mobile sostanzjalment ogħla mill-popolazzjoni nnifisha. Sar investiment mill-ewwel u bl-aktar mezzi ġodda biex il-Maltin igawdu l-eħfef aċċess għall-internet. Ittieħdu ħafna inizjattivi biex Malta tkun ċentru tatteknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Fost dawn kien hemm inizjattivi biex il-Maltin ikollhom ittaħriġ u jakkwistaw il-ħiliet fl-informatika. Inkisbu prezzijiet ferm orħos għassoftware ta’ ditti rinomati dinjin.
Twaqqfu istituzzjonijiet biex iħarsu d-drittijiet talabbonati fis-servizzi kollha tal-komunikazzjoni u l-informatika. Għaddew il-liġijiet biex jitħaffu u jkunu mħarsa l-komunikazzjonijiet u ttranżazzjonijiet elettroniċi. Sar investiment qawwi fleGovernment biex il-Gvern jagħti servizzi b’mezz elettroniku u sigur. Fil-qasam taleGovernment, Malta kienet fost l-aħjar fl-Ewropa u mfaħħra mill-Unjoni Ewropea. B’dawn l-iżviluppi kollha, Malta għamlet il-kisba ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni laktar moderna, taħriġ u aċċess ħafif għaliha, u servizzi bl-aktar mezzi moderni tagħha.
www.maltarightnow.com
3
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Il-MUMN tisħaq mal-Gvern biex jirrekluta aktar qwiebel
Jekk il-qwiebel ma jkunux impjegati sa nhar il-Erbgħa li ġej, il-MUMN se tirreġistra tilwima industrijali Il-Union Maltija għallInfermieri u l-Qwiebel (MUMN) ikkritikat lid-Dipartiment tasSaħħa talli għadu ma rreklutax ilqwiebel li se jiggradwaw dalwaqt. B’hekk id-Dipartiment talMidwifery qed jitħalla b’numru inadekwat ta’ qwiebel. Il-MUMN, fi stqarrija, fissret li r-reklutaġġ ta’ dawn il-qwiebel hu essenzjali biex id-dipartiment tal-maternità jipprovdi kwalità għolja u kura bla periklu lil nisa tqal u t-trabi tagħhom. Maria Cutajar, il-Viċi President tal-MUMN, qalet fi stqarrija li hi ta’ ħasra li lqwiebel qed ikunu trattati ta’ professjonisti tat-tieni klassi u dan meta infermieri ġodda ġew reklutati u impjegati f’ħatra temporanja filwaqt li l-qwiebel tħallew jirreġistraw għax-xogħol. Il-MUMN qed tisħaq li dan hu inaċċettabbli hekk kif l-uffiċjali tagħha kkorrispondew kontinwament mas-Segretarju Parlamentari Chris Fearne u
Diversi familji f’Ta’ Sannat, Għawdex jinsabu rrabjati għallaġir arroganti tas-Sindku Laburista Philip Vella. Dan għax ilhom ġimgħat sħaħ ibatu minħabba numru ta’ deċiżjonijiet irresponsabbli li qed jolqtu ilħajja tagħhom. Residenti li kkuntattjaw lil dan il-ġurnal qalu li l-Kunsill Lokali f’Ta’ Sannat beda b’xogħlijiet fi Triq l-10 ta’ Ottubru madwar disa’ ġimgħat ilu – xogħol li wassal biex partijiet kbar mit-triq jinqalgħu għat-tiswija. Iżda ġimagħtejn biss wara li
enfasizzat il-ħtieġa urġenti biex ikunu reklutati l-qwiebel. F’kummenti lil dan il-ġurnal, Maria Cutajar qalet li fil-qafas tas-saħħa l-qwiebel huma importanti daqs l-infermieri. Hi fakkret kif il-Gvern din is-sena nieda servizz ġdid u minħabba f’hekk, numru ta’ qwiebel ġew trasferiti f’sezzjoni ġdida b’riżultat li lIsptar Mater Dej għandu nuqqas
kbir ta’ qwiebel. Hi fissret li kull sena n-numru ta’ gradwati li jilħqu qwiebel hu wieħed żgħir meta mqabbel ma’ infermieri ġodda u dan minħabba n-numerus clausus. “Aħna ma nistgħux naħdmu b’dan innuqqas meta l-pazjenti huma ommijiet u t-trabi tagħhom u għalhekk m’għandhomx jitħallew f’riskju,” sostniet Maria Cutajar. Maria Cutajar fissret kif ilPresident tal-Union Paul Pace kien ilu minn Ġunju jikkorrispondi mal-amministrazzjoni dwar in-nuqqas ta’ qwiebel u talab biex il-Gvern joħroġ issejħa għall-ingaġġ.
“Aħna konna bl-impressjoni li bħalma ġara mal-infermieri, fejn ġew reklutati proprju din ilġimgħa u wħud minnħom qed jagħmlu l-induction programme, isir l-istess mal-qwiebel u jkunu inklużi mal-infermieri,”sostniet il-Viċi President tal-MUMN. Mistoqsija tispjega jekk għadx hemm kwistjonijiet oħrajn relatati mar-riżorsi umani, Maria Cutajar qalet li għad hemm bżonn ta’ numru sostanzjali ta’ infermieri li jidħlu jaħdmu malGvern. “Id-domanda hi ferm akbar mis-supply li għandna filpreżent; l-infermieri jridu jitgħallmu u jridu jlestu kors li jdum minn ta’ l-inqas tliet snin;
irridu nsibu alternattivi oħrajn biex kemm jista’ jkun din iddomanda għall-infermieri tkun indirizzata mill-aktar fis. Għaldaqstant il-Union qed tappella lil dawk kollha responsabbli biex jassiguraw li l-qwiebel ikunu reklutati bħalma ġew reklutati l-infermieri. Jekk ilqwiebel ma jkunux impjegati sa nhar l-Erbgħa li ġej, il-MUMN se tirreġistra tilwima industrijali. S’issa l-MUMN ma kellha ebda reazzjoni mill-Gvern sabiex jindirizza n-nuqqas ta’ qwiebel. Sadattant il-MUMN se tkun qed tiltaqa’ nhar it-Tnejn biex tara jekk għandhiex tisfrutta toroq ġodda u minn hemm dawn jittellgħu quddiem il-Kunsill talUnion biex imbagħad jinħarġu ddirettivi neċessarji. Kollox ma’ kollox, il-MUMN dejjem tara l-pazjent li jieħu lkura meħtieġa, u fil-każ talqwiebel, tara li l-omm u t-tarbija jingħataw is-servizzi tas-saħħa relatati kif suppost.
tnieda dan ix-xogħol, il-Kunsill Lokali – bla ebda raġuni – waqqaf ħesrem ix-xogħol kollu. Residenta li tkellmet magħna fissret kif is-sena l-oħra kienet iltaqgħet mas-Sindku quddiem id-dar u qaltlu bil-problema talgħargħar kull darba li tagħmel xita qliel. Is-Sindku kien wegħidha li jaqdiha iżda meta ġie malperit ma kellimhiex u skartaha. Ir-residenta talbet lill-perit biex issir katusa biex l-ilma ma jinġemax quddiem il-bieb ta’ darha. Fissret li hi u żewġha huma anzjani u ma jifilħux għat-
trabijiet; ir-residenta spjegat ukoll li hi għadha qed tirkupra minn tumur fit-thyroid filwaqt li r-raġel tagħha hu marid biddipressjoni u ma jistax jimxi. “Aħna m’aħna moqdijin minn xejn u allura kulħadd qed jispiċċa jagħmel bil-moħbi biex nirranġaw is-sitwazzjoni,”sostniet din ir-residenta filwaqt li żiedet li “s-Sindku qed “jagħmel kollox minn wara dahar dawk li għandu miegħu”. Hi azzardat tisħaq mas-Sindku li jekk il-katusa ma ssirx u tesperjenza l-għargħar fir-residenza
tagħha, kienet se tkisser it-tarmak u tagħmel il-katusi hi stess. Minbarra l-problema tat-trabijiet, ir-residenti fi Triq l-10 ta’ Ottubru f’Ta’ Sannat qed jesperjenzaw ukoll l-intiena taddrenaġġ u li qed ikollhom jissaportu minħabba l-qagħda tattriq tagħhom. Mistoqsija dwar x’qed jagħmel il-kunsill biex jgħin lir-residenti biex itaffilhom mill-problemi tagħhom, din ir-residenta qalet li m’hu qed isir xejn u s-Sindku qed ikun insensittiv lejhom. L-istess residenta żiedet li l-
Kunsill f’Ta’ Sannat beda proġett partikulari fil-lokalità iżda dan twaqqaf ħesrem għax minflok qed jitla’ l-ħaxix ħażin. Jidher li wara l-elezzjoni sSindku kien trasferit jaħdem minn Malta għal uffiċċju fisSegretarjat Privat tal-Ministeru għal Għawdex. Iżda minkejja lkariga tiegħu, xorta naqas milli jindirizza l-problemi ta’ dawn ilfamilji. Fil-jiem li għaddew, is-Sindku qal lir-residenti biex “ma jindaħlux għax ix-xogħol tal-kunsill mhux affarihom”.
Il-President tal-Union Paul Pace kien ilu minn Ġunju jikkorrispondi mal-amministrazzjoni dwar in-nuqqas ta’ qwiebel
Paul Pace
Familji f’Ta’ Sannat irrabjati għall-aġir arroganti u insensittiv tas-Sindku
4
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
Miċħuda għal darba oħra libertà proviżorja Ikompli l-każ tal-qtil ta’ messaġġier tal-BOV f’San Ġwann fis-sena 2000
Il-Qorti preseduta millMaġistrat Josette Demicoli reġgħet ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja taż-żewġt irġiel akkużati bil-qtil ta’ messaġġier tal-Bank Of Valletta fit-18 ta’ Settembru 2000. Il-Qorti kkunsidrat il-gravità tar-reat imwettaq, il-fatt li għad fadal xhieda pajżana x’jinstemgħu, kif ukoll laffidabbiltà tal-akkużati L-akkużati huma James Vella ta’ 33 sena minn Ħal Qormi magħruf bħala ‘Il-Frejżer’ u Christopher Scerri ta’ 35 sena minn Tal-Pietà magħruf bħala ‘Gazzetti’ jew ‘Buttuni’. Il-qtil kien sar għall-ħabta tal-5.30 a.m. f’San Ġwann, u l-vittma kien Alfons Ferriggi, li miet kawża ta’ tiri ta’ arma tan-nar, b’tir minnhom f’rasu li kien dak fatali.
Fil-kumpilazzjoni tal-Ġimgħa, l-avukat difensur Franco Debono, li flimkien mal-Avukat Marion Camilleri qed jiddefendi lill-akkużati, ilmenta mill-fatt li l-uniku xhud li seta’ jgħid xi ħaġa ta’ sustanza baqa’ ma nġiebx jixhed mill-Prosekuzzjoni. Mitlub jindika lix-xhud, lavukat Debono qal li l-Qorti taf għal min qed jirreferi. Żied jgħid li dan huwa każ ta’ natura urġenti, u allura r-riferta tippermetti li x-xhieda tittella’. “Il-libertà talpersuna hija sagra, u ma nistgħux inżommu lin-nies arrestati għax xhud ma telgħetx tixhed,” qal lavukat. L-Ispettur Chris Pullicino qal li jħoss li għadu bikri wisq biex lakkużati jingħataw il-libertà proviżorja. Huwa qal li dan huwa każ bi gravità tali li neħħiet il-
In-numru ta’ persuni li qed jaħdmu żdied b’0.2 fil-mija fiz-zona ewro u b’0.3 fil-mija fit-28 stat membru tal-Unjoni Ewropea bejn April u Ġunju ta’ din is-sena. Skont il-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, l-impjiegi żdiedu b’0.1 fil-mija fiz-zona ewro u b’0.2 fil-mija fit-28 stat membru tal-Unjoni
Ewropea. Meta mqabbel mal-istess perijodu s-sena l-oħra, limpjiegi żdiedu b’0.4 fil-mija fiz-zona ewro u b’0.7 fil-mija fit-28 stat membru bejn April u Ġunju rispettivament. Skont il-Eurostat, bejn April u Ġunju, 224.9 miljun raġel u mara kienu impjegati fit-28 stat membru tal-UE u minnhom 146.5 miljun persuna kienu fiz-zona ewro.
Jiżdied in-numru ta’ persuni li qed jaħdmu fiz-zona ewro
www.maltarightnow.com
LOKALI
ħajja ta’ persuna u tapplika lpiena ta’ għomor il-ħabs. “Nemmen li l-Prosekuzzjoni ma kaxkritx saqajha għax ittellgħu ammont ta’ xhieda konsiderevoli,” qal l-Ispettur. Qal li hemm ukoll il-biża’ ta’
ħarba u qal li għalkemm hawnhekk qed nitkellmu fuq il-libertà tal-akkużati, il-Prosekuzzjoni trid tħares l-interessi tal-vittma, li llum ma jistax jitkellem, u linteressi tal-familja tiegħu. L-avukat Debono wieġeb billi
fakkar li din hija awla tal-Qorti, fejn dak li jgħodd huwa l-provi. Kulħadd jiddispjaċih li ntilfet ilħajja ta’ bniedem iżda l-Qorti hija regolata u ggwidata minn liġijiet li wħud minnhom huma antiki, qal l-avukat. Ferriggi, messaġġier mal-Bank of Valletta, kien inqatel meta kien qed jiddepożita xi dokumenti tal-bank għall-ħabta tal5.30 a.m. meta l-aggressuri ħasbu li kien qed jiddepożita flus kontanti. Fuq dan il-każ, Richard Grech magħruf bħala ‘IzZinnanna’ kien mar għomru lħabs wara li għadda ġuri, filwaqt li Joseph Zammit qed iservi sentenza ta’ 30 sena ħabs, wara li lQorti tal-Appell Kriminali kienet naqqsitlu sena u nofs ħabs wara li kien għadda ġuri separat u nstab ħati fuq kompliċità fil-qtil.
Jeffrey Cassar, ta’ 29 sena, mill-Mosta, u residenti San Pawl il-Baħar, ġie kkundannat sena ħabs mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera wara li ammetta li wettaq żewġ serqiet mil-lukanda Luna fil-Mellieħa. Cassar huwa l-istess persuna li fl-4 ta’ Marzu li għadda ngħatat sentenza ta’ disa’ xhur priġunerija u kien ordnat iħallas €21,000 f’garanzija personali. Dan wara li fit-2 ta’ Marzu li għadda fil-Qawra, kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija wara li pprova jaħarbilhom billi għam sas-Salina. Għall-ewwel Cassar kien deher nieżel jiġri ħdejn ilboathouses tal-Qawra b’numru ta’ pulizija jsegwuh. Wieħed mill-Pulizija kien anke spara tir ta’ twissija u ieħor instema’ jgħajjat “ieqaf hemm”. Persuni li kienu fuq il-post qalu li r-raġel injora t-twissija talPulizija u qabeż fil-baħar fejn hemm il-blat baxx. Minkejja li weġġa’, ir-raġel
kien għam sas-Salini fejn inħeba man-naħa ta’ Triq il-Kosta. Madwar 12-il pulizija fi tliet karozzi marru fil-post fejn tela’ r-raġel u dehru jfittxuh. Wara madwar 20 minuta, huma dehru jinġabru madwar post partikulari fis-Salini u rnexxielhom isibu rraġel moħbi f’toqba fil-blat. Ftit wara, ir-raġel ittieħed b’ambulanza li kienet skortata mill-pulizija. Ir-raġel kien qed jiġi mfittex b’rabta ma’ serq u atti kriminali oħra. Dan wara li kien kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu minn tliet deċiżjonijiet tal-Qorti. Fil-Qorti huwa kien ammetta li kiser dawn il-kundizzjonijiet kif ukoll li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, għamel il-ħsara fi proprjetà ta’ ħaddieħor u li sar reċidiv. Huwa kien appella millpiena ta’ disa’ xhur ħabs mogħtija lilu u reġa’ kiser il-liġi b’serqa f’jum Santa Marija, ix-xahar li għadda minn Luna Holiday Complex li tinsab fi Triq il-
Marfa, meta battal il-kaxxi talgames rooms u seraq madwar €350 u għamel €800 fi ħsara. Din is-serqa saret għall-ħabta tal-5.30 p.m. Reġa’ wettaq serqa oħra għaddannu tal-istess kumpanija meta flimkien ma’ persuna oħra, ikkaġuna ħsara volontarja, fuq diversi oġġetti. Din il-ħsara ma tiskorrix il-valur ta’ €1,164.69, iżda taqbeż il-valur ta’ €116.47. Jeffrey Cassar ammetta li fid-dati u l-ħinjiet imsemmija kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja imposti lilu millQorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, oħra preseduta millMaġistrat Tonio Micallef Trigona kif ukoll il-kundizzjonijiet mogħtija lilu mill-Imħallef Michael Mallia. IlProsekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Godwin Scerri mid-Distrett tal-Qawra filwaqt li għal Cassar deher l-Avukat Noel Bianco.
Il-produzzjoni industrijali żdiedet b’wieħed fil-mija fizzona ewro u b’0.7 fil-mija fit-28 stat membru tal-Unjoni Ewropea. Statistika pubblikata millEurostat – l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar l-istatistika – fissret li meta mqabbla Lulju ta’ din is-sena ma’ Lulju tas-sena l-
oħra, il-produzzjoni industrijali kibret bi 2.2 fil-mija fiz-zona ewro u bi tnejn fil-mija fit-28 stat tal-UE. Iż-żieda ta’ wieħed fil-mija filproduzzjoni industrijali fiz-zona ewro f’Lulju ta’ din is-sena, meta mqabbla ma’ Ġunju, seħħet minħabba l-produzzjoni ta’ affarijiet kapitali li għolew bi 2.6
fil-mija, fost raġunijiet oħra. L-ogħla żidiet fil-produzzjoni industrijali kienu reġistrati flIrlanda (11.3 fil-mija), fl-Estonja (2.8 fil-mija), fis-Slovenja (2.3 fil-mija) u fil-Kroazja (2.1 filmija). L-akbar tnaqqis kien reġistrat fid-Danimarka (4.7 filmija), f’Malta (4.2 fil-mija) u fil-Greċja (1.7 fil-mija).
Dakinhar tal-qtil quddiem il-fergħa tal-BOV f’San Ġwann
Il-Mosti li kien ħarab lill-Pulizija wara li qabeż il-baħar imur sena ħabs fuq serq
Il-produzzjoni industrijali tiżdied b’wieħed fil-mija
www.maltarightnow.com
5
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
(Fuq): Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jagħmel diskors tal-okkażjoni waqt l-attività f’Ħal Balzan biex tfakkar il-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza. Fil-lemin jidher il-każin tal-lokal imżejjen għall-okkażjoni
L-Indipendenza trid tibqa’ ħajja f’kull individwu
L-Indipendenza li akkwista pajjiżna ħamsin sena ilu ma tistax tkun biss avveniment tal-passat imma avveniment li mmarka u kiteb il-futur għal pajjiżna. L-Indipendenza ta’ pajjiżna hi l-indipendenza ta’ kull individwu u għalhekk kull wieħed u waħda minna jrid ikompli jaħdem għaliha ta’ kuljum biex lIndipendenza tibqa’ ħajja matul ħajjitna. Kien dan il-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt riċeviment għar-residenti tal-ħdax u t-tnax-il distrett li sar f’Ħal Balzan – riċeviment minn sensiela li qed isiru għal kull distrett u li se jwasslu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista bejn is-16 u d-19 ta’ Settembru. Simon Busuttil kompla li hu kburi li jmexxi partit li ħadem sakemm kiseb dan l-avveniment storiku u wiegħed li l-partit se jibqa‘ jaħdem sakemm kull individwu jakkwista indipendenza individwali, ekonomika u intellettwali.
– Simon Busuttil Kjarifika
Uffiċjali u deputati tal-Partit Nazzjonalista, flimkien mal-President Emeritu Eddie Fenech Adami u eks deputati mill-11 u t-12-il distrett, waqt l-attività tal-PN f’Ħal Balzan
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil enfasizza li pajjiżna ma jkunx totalment ħieles sakemm kull individwu jkollu l-opportunità li jaħdem u jaqla’ l-għajxien tiegħu ta’ kuljum mingħajr il-bżonn li jddependi fuq il-politiċi.
Matul is-serata, li għaliha kienu preżenti wkoll numru ta’ deputati, uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll l-eks Prim Ministru u kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami, ingħataw ukoll tifkiriet lil eks deputati miż-żewġ distret-
ti li minn ħamsin sena ’l hawn servew lil pajjiżna f’isem ilPartit Nazzjonalista. Is-serata ġiet fi tmiemha bilkxif ta’ plakka kommemorattiva ta’ din iċ-ċelebrazzjoni talIndipendenza fir-raħal ta’ Ħal Balzan.
B’referenza għall-aħbar li dehret fil-ħarġa ta’ In-Nazzjon tal-bieraħ, bit-titlu “Id-Direttur ta’ Fantasy Tours mistenni jitressaq il-Qorti akkużat bi frodi”, Audrey Azzopardi ċċarat li hi mhix assoċjata ma’ Karl Azzopardi. Karl Azzopardi mistenni jitressaq b’ċitazzjoni quddiem il-Maġistrat Anthony Vella u jiġi mixli bi frodi, miżapproprjazzjoni, li qarraq nil-klijenti tiegħu u li ħa vantaġġ minnhom meta suppost kellu jipprovdilhom servizz li għalih ħallsu l-flus. Audrey Azzopardi, f’email li bagħtet lil dan il-ġurnal, spjegat li hi m’għadhiex il-mara ta’ Karl Azzopardi għax telqitu aktar minn sena ilu u huma ma jikkomunikawx ma’ xulxin ħlief permezz tal-avukati tagħhom. Audrey Azzopardi saħqet li hi m’għandha x’taqsam xejn malfamilja Azzopardi u żiedet li hi qatt ma kienet involuta filkumpanija.
www.maltarightnow.com
7
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Il-Kurja tħabbar Direttur ġdid għal Caritas Malta u Delegat għas-Segretarjat tal-Ħidma Soċjali u ta’ Karità Konfermat rapport esklussiv ta’ ‘In-Nazzjon’
L-istorja esklussiva pubblikata f’In-Nazzjon ta' nhar it-Tlieta li għadda, ġiet konfermata lbieraħ meta stqarrija uffiċjali tal-Kurja ħabbret li l-Arċisqof innomina lil Leonid McKay bħala Direttur Eżekuttiv ġdid ta’ Caritas Malta. L-istess stqarrija tgħid li Mons. Charles Cordina ġie maħtur Delegat tal-Arċisqof għasSegretarjat Ħidma Soċjali u ta’ Karità. Leonid McKay se jkun lewwel lajk li se jmexxi l-Caritas li sa mit-twaqqif tagħha dejjem tmexxiet minn saċerdot. Leonid McKay se jkun qed jieħu post Monsinjur Victor Grech li wara 37 sena mit-tmexxija ta’ Caritas Malta ftit ta' jiem ilu talab lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. biex jirtira minn Delegat tasSegretarjat Ħidma Soċjali u ta’ Karità, u Direttur ta’ Caritas Malta. L-Arċisqof irringrazzja lil Mons. Victor Grech għall-ħidma siewja fi ħdan il-Knisja f’Malta u s-soċjetà Maltija tul dawn is-snin kollha. Dan b’mod partikolari fit-twaqqif tal-Aġenzija Caritas kif nafuha llum u l-Fondazzjonijiet għarRiabilitazzjoni ta’ persuni bi problemi tad-droga u vittmi tal-użura. Mons. Charles Cordina twieled fit-8 ta’ Ġunju 1949, f’Raħal Ġdid. Hu ġie ordnat
Mons. Charles Cordina: Delegat ġdid tal-Arċisqof
saċerdot fl-20 ta’ Lulju 1974. Wara l-ordinazzjoni, Mons. Cordina beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi-kappillan filParroċċa ta’ Lourdes, f'Raħal Ġdid. Fil-31 ta’ Jannar 1979 hu nħatar kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Luċija u fil-21 ta’ Lulju 1988 inħatar kappillan talParroċċa ta’ San Sebastjan, f'Ħal Qormi. Fl-10 ta’ Ottubru 1995 Mons. Cordina sar Delegat talArċisqof għall-Kleru u fis-6 ta’
Leonid McKay: Direttur ġdid ta’ Caritas Malta
Ottubru 2001 ingħata l-kariga ta’ Segretarju Pastorali. Fil-preżent, Mons. Cordina se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Pastorali. Bħala Delegat tal-Arċisqof għas-Segretarjat Ħidma Soċjali u ta’ Karità, Mons. Cordina se jippromwovi, jikkoordina, janima u jiżviluppa l-attivitajiet ta’ ħidma soċjali u ta’ karità li hawn fid-Djoċesi. Bosta huma lentitajiet, fosthom il-Caritas, idDjar tal-Anzjani, id-Djar tat-tfal,
id-Djar tal-persuni b’diżabilità, ilFondazzjoni Santa Giovanna Antida, is-Segretarjat Assistenza Soċjali, is-Soċjetà San Vincenz De Paul, il-Moviment Azzjoni Soċjali, il-Kummissjonijiet Djakonija filParroċċi u oħrajn li diġà qed jagħtu servizzi utli f’bosta oqsma ta’ ħidma soċjali. Sadanittant, is-Segretarjat se ikompli jagħraf joħloq inizjattivi ġodda minħabba l-forom talfaqar ġdid li kontinwament jinbet
fis-soċjetà ta' madwarna. Leonid McKay huwa misSiġġiewi u twieled fis-16 ta’ Novembru 1980. Hu miżżewweġ lil Pauline u għandhom tifel ta’ sentejn. Iggradwa mill-Università ta’ Malta fis-Soċjoloġija u kompla b’Masters fil-Politika Soċjali. Għal dawn l-aħħar sentejn kien lecturer l-MCAST fejn fost suġġetti oħra għallem ir-riċerka. Leonid McKay ilu involut filCaritas għal dawn l-aħħar disa’ snin. Il-qasam li speċjalizza fih kien dak tar-riċerka, b’attenzjoni partikolari lejn il-faqar materjali u soċjali. Kien il-moħħ wara diversi studji li ġew preżentati lill-Gvern fil-kamp tal-Politika Soċjali. Ir-rwol tiegħu fi ħdan il-Caritas wasslu wkoll barra minn xtutna fejn kien imsejjaħ għal diversi konferenzi mtellgħa minn Caritas Europa bil-kontribut tiegħu firriċerka lokali li kienet issir minn żmien għal żmien. Illum, bħala d-Direttur Eżekuttiv il-ġdid ta’ Caritas Malta, McKay se jkompli jibni dawk is-servizzi fi ħdan Caritas li jingħataw bla ħlas lis-soċjetà Maltija b’mod partikolari lqasam tal-abbuż mid-droga, lużura, il-faqar u l-familji li għaddejjin minn problemi soċjali.
www.maltarightnow.com
8
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
OPINJONI
Ħarsa lejn il-Knisja stabbilita fl-Ingilterra
F’dawn l-aħħar snin kien hemm kontroversji kull fejn tħares. L-ordinazzjoni ta’ saċerdoti nisa kienet ħolqot emorraġija fi ħdan iċ-Church of England
Fl-aħħar ġimgħat tajt ħarsa lejn ix-xenarju politiku fir-Renju Unit, hekk kif riesaq iż-żmien kemm għar-referendum flIskozja nhar it-18 ta’ Settembru, kif ukoll l-elezzjoni ġenerali li se ssir f’Mejju tas-sena d-dieħla. Xenarju mimli b’doża qawwija ta’ inċertezza, speċjalment minħabba l-iżviluppi reċenti flopinjoni pubblika dwar il-futur tal-Iskozja. Illum se nagħti ħarsa lejn aspetti reliġjużi tas-soċjetà Ingliża. Kien hemm żmien meta flIngilterra, jekk mhux fir-Renju Unit kollu, għal mistoqsija dwar ir-reliġjon personali, it-tweġiba kienet prevedibbli, ‘Church of England’, jiġifieri l-persuna kienet tgħodd lilha nnifisha bħala Anglikana. Iż-żminijiet inbidlu bil-kbir, għax illum ħafna jirrispondu għall-istess mistoqsija li huma ma jħaddnu l-ebda reliġjon. It-twemmin Nisrani fil-gżejjer Ingliżi jaf il-bidu tiegħu bilmiġja ta’ Santu Wistin ta’ Canterbury li kien rifes fuq dik lart fis-sena 597 WK. Il-knejjes li
nibtu wara din iż-żjara baqgħu jżommu lill-Papa, il-mexxej talKnisja Kattolika Rumana, bħala l-mexxej tagħhom ukoll. Kien hemm relazzjonijiet tajbin bejn il-mexxejja tad-diversi ‘rejiet’ tar-reġjuni u l-papiet, tant li xi wħud minn dawn ir-renjanti kienu jfittxu l-patroċinju jekk mhux ukoll il-barka tal-istess Papa. Kienet l-imġiba tar-Re Henry VIII meta kien talab lill-Papa li ż-żwieġ tiegħu kellu jiġi annullat u dan kien irrifjuta x-xewqa tarre, li l-firda bejn il-Knisja Kattolika fl-Ingilterra u dik Kattolika Rumana seħħet fissena 1534. Għal ftit snin, missena 1555 kien hemm rikonċiljazzjoni permezz tar-Reġina Kattolika Mary I, iżda meta ttron kien għadda f’idejn ilProtestanta Elizabeth I, il-firda bejn iż-żewġ Knejjes kienet ikkonfermata. Il-Knisja Protestanta jew aħjar, iċ-Church of England kienet stabbilita b’Att tal-Parlament bħala l-knisja tal-istat. Il-perijodu magħruf bħala dak tar-‘refor-
Salvu Felice Pace sfelicep@go.net.mt
mation’ kien wassal għal perjodu mdemmi ta’ persekuzzjoni b’vittmi fuq iż-żewġ naħat tat-twemmin Nisrani. Il-Knisja Protestanta għadha sal-lum tgawdi mill-istatus talKnisja stabbilita, bir-Re jew Reġina bħala l-Kap tal-Knisja, bit-tmexxija pastorali f’idejn lArċisqof ta’ Canterbury. Ħafna mill-membri tal-Knisja Anglikana ma jħussuhomx komdi li jappartjenu lill-Knisja statali, bi privileġġi mogħtija lilhom mill-Istat. S’issa l-moviment biex il-Knisja Anglikana
tkun distabbilizzata għadu ma laħaqx livelli ta’ diskussjoni serja, anke jekk fir-reġjun ta’ Wales dan diġà seħħ. Bħal kull Knisja oħra, dik Anglikana tilfet ħafna millkonkorrenza tal-fidili għasservizzi reliġjużi u spiritwali. Ħafna kummentaturi meta jiktbu dwar l-istat ta’ din il-Knisja llum, jinnutaw id-diverġenzi li jeżistu bejn il-membri tal-Knisja u anke bejn il-mexxejja tal-istess Knisja. F’dawn l-aħħar snin kien hemm kontroversji kull fejn tħares. L-ordinazzjoni ta’ saċerdoti nisa kienet ħolqot emorraġija fi ħdan iċ-Church of England. Anke diversi Isqfijiet kienu rriżenjaw bi protesta, biex ma nsemmix għexieren ta’ qassisin li wħud minnhom kienu ħadu magħhom komunitajiet sħaħ ta’ lajċi Anglikani u talbu li jintlaqgħu fil-Knisja Kattolika. Illum diversi ekssaċerdoti Anglikani, allura miżżewġa qed iservu f’numru ta’ parroċċi Kattoliċi. Ftit tax-xhur ilu lKnisja Anglikana anke vvutat
biex ma jibqa’ ebda ostaklu għall-konsagrazzjoni ta’ Isqfijiet nisa. Hemm ukoll kontroversji dwar jekk għandux ikun hemm rit ta’ barka għal koppji omosesswali li jkunu ngħaqdu biż-żwieġ jew b’unjoni ċivili kif tippermetti l-liġi Ingliża. Kumitat magħmul minn diversi Isqfijiet Anglikani qed jeżamina din il-kwistjoni li skont losservaturi tista’ terġa’ toħloq firda oħra fi ħdan iċ-Church of England. Kien hemm min ressaq emenda li permezz tagħha lbarka tingħata biss lill-koppji li jagħmlu dikjarazzjoni li jgħixu flimkien fi stat ta’ ċelibat. Kompromess? Hi l-istorja ta’ kompomessi li rrendiet lill-Knisja Anglikana bħala Knisja dgħajfa, bla dixxiplina u li tagħti l-impressjoni ta’ inċertezza fit-twemmin Nisrani li suppost tħaddan. Apparti milli flIngilterra din il-Knisja tilfet eluf kbar ta’ fidili, bħala Knisja universali ċ-Church of England tilfet ukoll il-kredibbiltà fost ilKnejjes A nglikani f’diversi kontinenti, speċjalment fl-Afrika.
www.maltarightnow.com
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
Niċċelebraw it-twelid ta’ pajjiżna bħala stat sovran
Kif jasal nofs Settembru, ikunu waslu biex jispiċċaw il-festi fl-ibliet u l-irħula imma pajjiżna jkun qed iħejji biex jiċċelebra l-aktar festa importanti għalih, dik li tfakkar il-jum li fih twieled bħala nazzjon sovran u indipendenti.
Ġejja fuqna ġimgħa importanti għalina lkoll Il-ġimgħa d-dieħla hija ġimgħa importanti għalina lkoll. U din issena l-importanza tagħha hi akbar għax qed niċċelebraw flimkien il-50 sena minn meta pajjiżna ma baqax taħt il-ħakma Ingliża u ħa r-riedni tiegħu f’idejh, beda jmexxi lilu nnifsu, u sar stat li ma jindaħallu ħadd iktar, bil-poplu Malti jieħu hu stess id-deċiżjonijiet li jolqtuh mill-qrib.
Is-sinifikat veru tal-Indipendenza – mixja li laħqet il-qofol tagħha bl-UE Kultant forsi ninsew x’fissret għalina verament bħala Maltin dik ilġurnata tal-21 ta’ Settembru 1964 meta f’nofsillejl, fl-Arena talIndipendenza, telgħet tperper għall-ewwel darba l-bandiera ta’ ġensna. Imma dak il-mument, meta l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Ġorġ Borg Olivier ipproklama lil Malta bħala saret stat sovran u indipendenti, ma kienx it-tmiem tal-mixja tagħna bħala nazzjon. Anzi, kien biss il-bidu ta’ mixja twila li eventwalment, wara dak kollu li għadda minnu pajjiżna tul is-snin ta’ progress politiku, demokratiku u ekonomiku li ġew wara - il-parti l-kbira minnhom taħt it-tmexxija ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti differenti - laħqet il-milja tagħha meta Malta mbagħad issieħbet fl-Unjoni Ewropea. Festi speċjali f’għeluq il-50 anniversarju Mhux ta’ b’xejn, għalhekk, li l-Partit Nazzjonalista jiċċelebra bilkbir din il-festa, u aktar u aktar din is-sena, f’għeluq il-ħamsin sena, se jkun qed ifakkar dan l-anniversarju speċjali b’festi kbar li se jsiru lġimgħa d-dieħla fuq il-Fosos tal-Furjana.
Varjetà ta’ attivitajiet li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd Mill-attivitajiet tradizzjonali ta’divertiment...għall-wirja dwar il-kisbiet li għamel pajjiżna f’għeluq il-50 sena tal-Indipendenza. Mill-Konkors Kanzunetta Indipendenza, li din is-sena jinkudi konkors ieħor għażżgħar...għad-dibattiti politiċi, l-intervisti u d-diskussjoni. Mir-rokna ġdida tal-arti u l-artiġjanat...għall-ġirjiet minn Birkirkara u Santa Venera lejn ilFosos. Mit-taqsima dwar stil ta’ ħajja sana bil-parteċipazzjoni ta’ diversi esperti....għad-diversi attivitajiet sportivi li se jkunu qed jiġu organizzati f’postijiet differenti. Mill-kunċert tat-Tribute Band tal-Queen....għallMusical li se jkun qed jittella’ apposta bħala parti minn programm iktar vast imħejji minn Kumitat apposta, u li jestendi lil hinn mill-jiem ta’Fuq il-Fosos. Fil-Furjana, minn nhar it-Tlieta li ġej se jkun hemm xi ħaġa li minn aspett jew ieħor, żgur se tolqot il-gosti ta’ kulħadd. Attivitajiet għall-familja kollha mifruxin fuq erbat ijiem li bħas-soltu jilħqu l-qofol tagħhom bil-Mass Meeting indirizzat mill-Kap tal-PN Simon Busuttil.
Opportunità biex ningħaqdu u niġġeddu bħala nazzjon Fuq kollox, iżda, dawn il-festi għandhom iservu biex ningħaqdu u flimkien niċċelebraw dak kollu li għadda minnu pajjiżna f’dawn laħħar 50 sena. Fl-1964, b’għaqal kbir u b’viżjoni fit-tul, il-mexxejja tal-poplu tagħna ta’ dak iż-żmien poġġew is-sisien li fuqhom, fis-snin li ġew wara, Malta setgħet timraħ ’il quddiem, u tinbidel f’pajjiż li llum, dawk ta’ madwaru, iħarsu lejh biex jitgħallmu minnu. Jalla dawn il-kisbiet ikomplu jisseddqu...u jkun min ikun fit-tmun ta’ pajjiżna... mhux jeħodna pass lura, imma jaħtaf din l-opportunità biex jara li nkomplu niġġeddu.
9
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
Ħarġa għal Malta
Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa fuq ir-Roti, il-Gozo Retired Teachers Association qed tistieden lill-membri tagħha u lħbieb tagħhom għal ħarġa f’Malta nhar il-Ħamis 25 ta’ Settembru 2014 fejn se jżuru lBird Park tas-Salini kif ukoll Palazzo de Piro fl-Imdina. Din lattivita’ qed tkun organizzata bilgħajnuna tal-Europe Direct Victoria fi ħdan il-Gozo Business Chamber u tifforma parti millprogramm l-Ewropa fuq ir-Roti. Minn żmien għal żmien ilGozo Retired Teachers Association torganizza diversi attivitajiet għall-membri tagħha mferrxa mal-gżira ta’ Għawdex. Dan l-aħħar dawn il-membri kellhom ukoll iċ-ċans li jiltaqgħu ma’ sħabhom il-Maltin li qasmu l-fliegu u għaddew jum flimkien li beda b’quddiesa fis-Santwarju f’Ta Pinu mill-Isqof Djoċesan. L-G[aqda kienet twaqqfet fuq linizjattiva tas-Sur Horace Mercieca bil-għan li minn żmien għal żmien tlaqqa’ flimkien lil dawk l-għalliema li rtiraw mixxogħol wara li għalqu l-61 sena u
25 sena ilu f’In-Nazzjon
sal-lum kienu bosta l-attivitajiet ta’ natura differenti li ġabu flimkien għadd sabiħ ta’ għalliema. Iż-żmien ma jaħfirha lil ħadd u b’xorti ħażina l-minġel tal-mewt diġa’ ħasad xi wħud minn dawn il-membri fosthom lill-Fundatur innifsu, imma kif jgħidu l-Ingliżi, the show must go on u l-GRTA għadha ħajja u attiva ġmielha. Il-President attwali tagħha huwa s-Sur Carmel Attard, eks Assistent Direttur talEdukazzjoni għal Għawdex megħjun minn Kumitat ħabrieki li jiltaqa’ regolarment biex jorganizza l-attivitajiet.
Mhux darba u tnejn tisma’ lil xi għalliem irtirat jilmenta li ma jsibx x’jagħmel wisq matul ilġurnata (jien niftakar lis-Sur Calleja, eks għalliem tal-primarji, iterraq għal sigħat twal ma’ martu Rożina mat-toroq tarRabat tagħna), u allura dawk lgħalliema li mhumiex membri ta’ din l-għaqda huma mħeġġa biex jingħaqdu magħha biex b’hekk ikollhom iċ-ċans li ma jinqatgħux għal kollox mid-dinja ta’ madwarhom u jgħixu f’solitudni l-aħħar snin ta’ ħajjithom. Għalhekk nappella lil dawk lgħalliema li issa ħallew l-erba’ ħitan tal-klassi biex jinkitbu f’din l-Għaqda tagħhom billi jċemplu lis-segretarju fuq 21551325 jew 79551325. Bl-istess telefonata jistgħu wkoll jibbukkjaw post għal din il-ħarġa (nitilqu mal-vapur tat-8.15am u niġu lura ma’ dak tas-2.15pm u ma nħallsu xejn għax illum aħna Senior Citizens) li semmejna iktar ’il fuq. X’hemm isbaħ li minn ħin għall-ieħor tgħaddi xi ftit ħin fil-kumpanija ta’ persuni tal-istess mestier u kundizzjoni tiegħek ! Nistennew mela t-telefonata tagħkom. Kav Joe M. Attard Segretarju GRTA
Ġurnata storika għall-ġurnaliżmu Malti, partikolarment fl-istorja tal-Istamperija Indipendenza, meta għall-ewwel darba f’Malta kienet pubblikata gazzetta bilkulur. ‘In-Nazzjon Tagħna’ mil-lum ’il quddiem se tkun pubblikata bil-kulur, bħal ħafna gazzetti barranin. Dan seħħ wara negozjati twal bejn lIstamperija Indipendenza u d-ditta Rockwell International Limited tal-Istati Uniti tal-Amerika – l-akbar produtturi ta’ magni web offset fid-dinja. Is-Segretarju Ġenerali Austin Gatt qal li din it-taqliba mill-qiegħ ma kinetx tkun possibbli mingħajr il-koperazzjoni sħiħa tal-ħaddiema kollha tal-Istamperija li adattaw ruħhom b’mod meraviljuż għall-introduzzjoni ta’ kull proċess modern. Illum fetħet dik li ssejħet il-Festa talMaltin fuq il-Fosos meta l-Partit Nazzjonalista beda ċ-ċelebrazzjonijiet tal25 anniversarju mill-kisba talIndipendenza ta’ Malta. Bħal snin oħra lokkażjoni kienet karatterizzata minn spettaklu meraviljuż. L-attivitajiet kienu varjeti minn diskussjonijiet politiċi għal kultura, sport u divertiment ieħor.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
10
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
OPINJONI
Bidu ġdid għall-Ewropa
Aġenda ta’ Juncker għall-Impjiegi, Tkabbir, Ekwità u l-Bidla Demokratika
“L-Aġenda tiegħi se tiffoka fuq għaxar oqsma ta’ politika. Lenfasi se tkun fuq riżultati konkreti f’dawn l-10 zoni. Lil hinn minn dan, se nħalli oqsma oħra ta’ politika għall-Istati Membri li huma aktar leġittimi u mgħammra aħjar biex jagħtu tweġibiet politiċi effettivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, b’konformità malprinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.” Jean-Claude Juncker ġie elett President talKummissjoni Ewropea b’maġġoranza qawwija ta’ 422 vot fissessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew.
Spinta ġdida għall-impjiegi, tkabbir u investiment “Għandna nagħmlu użu minn fondi pubbliċi disponibbli fil-livell tal-Unjoni biex jistimulaw linvestiment privat fl-ekonomija. Hemm bżonn ta’ investiment aktar għaqli u jiffoka, anqas regolamentazzjoni u aktar flessibilità meta niġu għall-użu ta’ dawn il-fondi pubbliċi. Filfehma tiegħi, dan għandu jippermetti biex nimmobilizzaw sa €300 biljun addizzjonali fl-investiment pubbliku u privat flekonomija tul it-tliet snin li ġejjin.” Ma rridux noħonqu l-innovazzjoni u l-kompetittività ma’ regolamenti wisq preskrittivi u dettaljati, speċjalment meta niġu għallintrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). L-SMEs huma s-sinsla tal-ekono mija tagħna, joħolqu iktar minn 85% tal-impjiegi ġodda fl-Ewropa u rridu nnaqqsulhom kemxejn mir-regolamentazzjonijiet li huma ta’ piż.”
Suq uniku diġitali konness “Permezz tal-ħolqien ta’ suq uniku diġitali konness, nistgħu niġġeneraw sa €250 biljun ta’ tkabbir addizzjonali fl-Ewropa fil-kors tal-mandat talKummissjoni li jmiss, billi noħolqu mijiet ta’ eluf ta’ impjiegi ġodda, b’mod partikolari għal min qed ifittex xogħol fothom iżżgħażagħ, u soċjetà bbażata fuq għarfien vibranti. Biex jinkiseb dan, Juncker hu intenzjonat li jieħu fl-ewwel sitt xhur tal-mandat tiegħu passi leġiżlattivi lejn konnessività ta’ suq uniku diġitali”. Unjoni ta’ enerġija reżiljenti ma’ politika li tħares il-bidla fil-klima “Irrid li jirriformaw u jirriorganizzaw politika tal-enerġija tal-
Maria Portelli
marpor2489@gmail.com
Ewropa f’Unjoni ta’ Enerġija Ewropea ġdida. Għandna bżonn inwaħħdu flimkien ir-riżorsi tagħna, nikkombinaw l-infrastrutturi tagħna u ngħaqqdu lqawwiet tan-negozjar tagħna visà-vis mal-pajjiżi terzi. Għandna bżonn niddiversifikaw sorsi ta’ enerġija u nnaqqsu d-dipendenza ta’ enerġija għolja ta’ bosta millIstati Membri tagħna. Irrid li l-Unjoni Ewropea tmexxi l-ġlieda kontra t-temperaturi għolja globali qabel il-laqgħa tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ Pariġi fl-2015 u lil hinn mill-konformi fejn jillimitaw kwalunkwe żieda fit-temperatura għal massimu ta’ 2 gradi Celsius ’il fuq mil-livelli preindustrijali. Għandna naħsbu u nirrispettaw lill-ġenerazzjonijiet futuri.”
Suq intern aktar profond u ġust b’bażi industrijali imsaħħa “It-tkabbir fl-Ewropa ma jridx ikun mibni fuq servizzi biss. Hemm bżonn inġibu lura piż industrijali fil-PGD tal-UE għal 20% sal-2020, minn inqas minn 16% llum il-ġurnata. Maż-żmien, nemmen li għandhom jikkumplimentaw regoli ġodda Ewropej għal banek b’Unjoni Kapitali fis-Swieq. Biex jittejjeb il-finanzjament talekonomija tagħna, għandna nkomplu niżviluppaw u nintegraw is-swieq kapitali. Għandna bżonn aktar ġustizzja fis-suq intern tagħna. Inżidu lisforzi tagħna għall-ġlieda kontra l-evażjoni u l-frodi fiskali, hekk li kollha jikkontribwixxu għassehem ġust tagħhom.”
Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar profonda u ġusta “Irrid li tniedi l-ewwel inizjattivi leġiżlattivi u non-leġiżlattivi biex japprofondixxu l-Unjoni Ekonomika u Monetarja flewwel sena tal-mandat tiegħi. Għandna bżonn li nerġgħu nibbilanċjaw il-mod li bih nagħtu appoġġ stabbli lill-pajjiżi taz-
zona ewro li jinsabu f’diffikultà. Fil-futur, irridu nkunu nistgħu nissostitwixxu t-“troika” ma’ ambjent aktar demokratikament leġittimu u struttura responsabbli. Din trid tkun ibbażata fuq listituzzjonijiet Ewropej b’kontroll parlamentari msaħħa kemm fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali. Nipproponi wkoll li fil-futur, kull appoġġ u riforma fil-programm imur biss permezz ta’ valutazzjoni fiskali sostenibbli, iżda wkoll permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt soċjali.”
Ftehim ta’ kummerċ ħieles mal-Istati Uniti “Taħt il-Presidenza tiegħi, ilKummissjoni se tinnegozja ftehim kummerċjali raġonevoli u bbilanċjat mal-Istati Uniti talAmerika. “ Se nkun ċar: mhux se nissagrifika s-sigurtà tal-Ewropa, issaħħa, l-att soċjali u standards ta’ protezzjoni tad-data jew iddiversità kulturali biex nalteraw il-kummerċ ħieles.”
Zona ta’ ġustizzja u drittijiet fundamentali bbażata fuq fiduċja reċiproka “Il-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu transkonfinali hija responsabbiltà komuni Ewropea. Jeħtieġ tittieħed azzjoni dwar ilkriminalità organizzata bħat-traffikar tal-bnedmin, il-kuntrabandu u ċ-ċiberkriminalità. Irridu nindirizzaw il-korruzzjoni; u rridu niġġieldu t-terroriżmu u rradikalizzazzjoni - filwaqt li niggarantixxu d-drittijiet u l-valuri fundamentali, inklużi d-drittijiet proċedurali u l-protezzjoni taddata personali. Il-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali ta’ importanza partikolari fl-era diġitali. Minbarra l-finalizzazzjoni taxxogħol leġiżlattiv dwar regoli komuni għall-protezzjoni taddata fl-Unjoni Ewropea, jeħtieġ ukoll li nilqgħu dan id-dritt firrelazzjonijiet esterni tagħna. LIstati Uniti jridu jikkonvinċuna li l-arranġamenti kurrenti huma verament siguri jekk irridu li jitkomplew. Għandhom jiggarantixxu wkoll li ċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom id-dritt li jinforzaw id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data anke fil-qrati Amerikani, sew jekk tgħix jew le fl-Istati Uniti. Dan se jkun essenzjali għar-restawr tal-fiduċja firrelazzjonijiet transatlantiċi.” Lejn politika ġdida fuq il-migrazzjoni “L-avvenimenti terribbli li
seħħew fil-Mediterran urew li lEwropa teħtieġ timmaniġġja aħjar il-kwitjoni tal-migrazzjoni, fl-aspetti kollha tagħha. Din hija materja ta’ urġenza umanitarja. Jiena konvint li rridu naħdmu mill-qrib flimkien fi spirtu ta’ solidarjetà biex niżguraw li sitwazzjonijiet bħal dawk f’Lampedusa ma jerġgħux jinqalgħu. Irrid nippromwovi politika Ewropea ġdida dwar il-migrazzjoni legali. Irrid Ewropa li ssir attraenti f’destinazzjonijiet ta’ migrazzjoni favoriti bħallAwstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti. L-ewwel pass ikun li nirrivedu l-leġiżlazzjoni “Blue Card” u l-istat mhux sodisfaċenti ta’ implimentazzjoni tagħha. Nemmen ukoll li għandna bżonn nittrattaw b’mod aktar qawwi l-migrazzjoni irregolari, notevolment permezz ta’ kooperazzjoni aħjar mal-pajjiżi terzi inkluż dawk dwar ir-riammissjoni.” Attur globali aktar b’saħħtu “Iva, l-Ewropa hija prinċipalment ta’ ‘soft power’ iżda anki lpoteri hekk imsejħa ‘soft powers’ ma jistgħux itawlu fit-tul mingħajr tal-inqas kapaċitajiet ta’ difiża integrata. It-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi l-possibilità li dawk l-Istati Membri li jixtiequ jwaħħdu lkapaċitajiet tad-difiża tagħhom f’forma ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti. L-Istati Membri għandhom joħolqu aktar sinerġiji fid-difiża. Fi żminijiet ta’ riżorsi skarsi, hemm bżonn li nqabblu l-ambizzjonijiet mar-riżorsi biex jiġu evitati d-dupplikazzjoni tal-programmi.”
Unjoni ta’ bidla demokratika “Irrid li jkolli djalogu politiku miegħek, mhux wieħed teknokratiku. L-intenzjoni hi li dejjem nibgħat rappreżentanti politiċi tal-Kummissjoni għal negozjati li jseħħ fi trilogu u nistenna lill-Kunsill li jwettaq l-istess. Irrid nirrevedi l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-awtorizzazzjoni ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati. Għalija personali, mhux ġust li l-Kummissjoni hija legalment kostretta li tawtorizza organiżmi ġodda għall-importazzjoni u l-ipproċessar anki jekk ilmaġġoranza tal-Istati Membri huma kontra.” L-aħħar rimarki
Bilanċ fil-ġeneru ta’ sess mhux lussu; huwa bżonn politiku u għandu jkun evidenti għal kulħadd inklużi l-mexxejja fil-kapitali talIstati Membri tagħna meta niġu għall-proposta tagħhom għallgħażla tal-membri talKummissjoni li jmiss. Dan fih innifsu huwa test għallimpenn tal-gvernijiet tal-Istati Membri għax juri approċċ demokratiku ġdid fi żminijiet ta’ bidla. “Din id-darba huwa differenti” kien il-motto tal-Parlament Ewropew għall-kampanja elettorali. Juncker jixtieq li flimkien nuru li kapaċi li nagħmlu din ilwegħda realtà. Li flimkien aħna kapaċi verament nibdlu u nġeddu l-Ewropa u li aħna se naħdmu flimkien sabiex nirriġeneraw l-Ewropa. Juncker fi Strasburgu nhar il-15 ta’ Lulju 2014, saħaq li se jagħmel ħiltu kollha biex dan jitwettaq.
www.maltarightnow.com
13
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
L-ITALJA: Grupp ta’ nies jippruvaw isalvaw numru ta’ baleni li inkaljaw fil-Bajja ta’ Vasto, fi Chieti. Mifhum li mietu tlieta minn dawn il-baleni, iżda rnexxew l-isforzi fir-rigward ta’ erba’ baleni oħra li aktar tard setgħu jitilqu mill-ġdid lejn l-abitat naturali tagħhom (ritratt: EPA)
Sehem għal Franza fl-azzjoni militari kontra l-IS L-IRAQ
Franza għandha tissieħeb flattakki mill-ajru li qed imexxu lqawwiet tal-Istati Uniti kontra tterroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (IS) fl-Iraq. Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Iraqi, HaidEr al-Abadi, li sostna li l-intervent 'talFranċiżi' hu parti minn impenn internazzjonali biex tispiċċa ttheddida tal-militanti tal-IS li ħatfu t-territorji Iraqi u tas-Sirja biex jamministrawhom bħala kalifat. Fil-fatt, il-President ta' Franza,
Francois Hollande, ilbieraħ sar lewwel Kap ta' Stat barrani li żar l-Iraq mindu nħatar il-Gvern ġdid f'Baghdad, nhar it-Tnejn. Hollande, li kellu taħditiet ma' Abadi f'Bagdad, offra li jagħmel dak kollu neċessarju biex jgħin lill-Iraq fil-ġlieda kontra t-terroristi u jidher li 'l-appoġġ mill-ajru għal kontra l-IS' għandu jseħħ fi kwistjoni ta' jiem. Intant, la lPresident Franċiż u lanqas ilMexxej Iraqi ma taw dettalji konkreti dwar meta Franza se tissieħeb f'din il-kampanja tal-
ajru. Filwaqt li numru ta' pajjiżi Għarab qed jirrikonoxxu t-theddida tal-IS waqt li jħejju biex jirreżistu l-avvanzi tal-militanti, kelliema għas-Central Intelligence Agency Amerikana (CIA) qalu li l-grupp Stat Iżlamiku jista' għandu almenu 31,000 ġellied fanatiku fl-artijiet tal-Iraq u s-Sirja. Il-ġellieda inkwistjoni qed jippersistu bl-atroċitajiet fil-konfront tal-komunitajiet f'minoranza li m'humiex Sunni f'dawn it-
territorji u bl-ammonti tagħhom, illum, qed jitqiesu bħala tliet darbiet akbar minn dak maħsub oriġinarjament. Dawn il-kalkoli qed jibbażaw ukoll fuq reviżjoni ta' rapporti sigrieti li ilu jsir ixxogħol fuqhom għal dawn laħħar xhur. Intant, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry, jinsab għaddej b'sensiela ta' żjarat f'numru ta' pajjiżi biex jaċċerta minn appoġġ akbar kontra lmoviment tat-terroristi. Kerry wasal fit-Turkija, ilbier-
aħ, fejn ħeġġeġ biex il-Mexxejja f'Ankara jimpenjaw ruħhom aktar għall-azzjoni militari kontra l-grupp IS, fl-Iraq u s-Sirja. Din iħ-żjara saret wara li tTurkija rrifjutat li tippermetti lużu tal-bażiijet tal-ajru tagħha għall-attakki fuq il-militanti Iżlamiċi. L-aħħar rapporti mill-Istati Uniti qalu wkoll li l-Ġeneral talArmata irtirat, John Allen, se jingħata l-inkarigu biex jifforma koalizzjoni internazzjonali għal kontra l-grupp Stat Iżlamiku.
iħallu għall-Awstralja u blawtoritajiet Awstraljani qed jevalwaw iċ-ċirkostanzi b'attenzjoni u kawtela. L-Uffiċjali tas-sigurta Awstraljani huma mħassbin dwar l-ammont dejjem qed jikber tal-Awstraljani li għandhom il-konnessjonijiet mal-gruppi tal-militanti inkella li huma
ispirati minnhom. Madankollu, l-Prim Ministru Abbott qal li m'hemm l-ebda informazzjoni sigrieta speċifika li tirrigwarda xi attakk li jista' qed ikun ippjanat kontra lAwstralja. Abbott spjega li pajjiżu għandu l-informazzjoni fis-sens li 'jeżistu n-nies bil-kapaċita u l-
intenzjoni biex iwettqu attakki terroristiċi fir-reġjuni talAwstralja'. Dan meta numru ta' Awstraljani marru jiġġieldu spalla ma' spalla mal-gruppi tal-Jihad (gwerra qaddisa) li jinkludu l-moviment Stat Iżlamiku (IS) u bl-Uffijali flAwstralja qed jinkwetaw dwar
kif dawn l-Awstraljani se jaffettwaw is-sigurta domestika ladarba huma jirritornaw iddar. Din hi anki l-ewwel darba li l-Awstralja għolliet il-livell tattheddida minn wieħed medju għal għoli, mindu s-sistema għall-alert kontra t-terrur kienet introdotta fl-2003.
It-theddida tat-terroriżmu ddikjarata f'livell għoli L-AWSTRALJA
L-Awstralja żiedet il-livell tat-theddida dovuta għat-terroriżmu minn wieħed medju għal għoli, b'dan iħabbru l-Prim Ministru Awstraljan, Tony Abbott. Id-dikjarazzjoni qed issir minħabba t-tħassib kontinwu dwar l-impatt li l-konflitti malmilitanti fl-Iraq u s-Sirja qed
12
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Jidħlu fis-seħħ is-sanzjonijiet fuq ir-Russja IL-KRIŻI TAL-UKRAJNA
SPANJA: Il-matador Franċiż, Sebastian Castella, jevita l-assalt ta’ barri waqt festival tal-ġlied mal-barrin, fl-arena ta’ Valladolid. Dan il-festival kien organizzat fl-okkażjoni tal-Festa ddedikata lil ‘Nuesta Senora de San Lorenzo’ (Il-Madonna ta’ San Lawrenz) (ritratt: EPA)
Is-sanzjonijiet ġodda talUnjoni Ewropea fil-konfront tarRussja daħlu fis-seħħ anki waqt li l-President tal-Ukrajna, Petro Poroshenko, irrefera dwar ‘l-element tas-solidarjeta’ ma’ pajjiżu’ u meta ‘qed iħoss li hu membru sħiħ tal-UE’ Dawn is-sanzjonijiet huma relatati għall-kriżi li ħakmet irreġjuni tal-Ukrajna tal-Lvant u fost oħrajn jipprojbixxu s-self ta’ fondi lil ħames banek kbar tarRussja. Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea anki għandhom inaqqsu l-kummerċ mal-kumpannji Russi filqasam taż-żejt u d-difiza, b’dawn is-sanzjonijiet huma intiżi biex lEwropa tibqa’ twettaq ilpressjoni fuq ir-Russja bil-ħsieb li tirritorna l-istabbilta fl-Ukrajna tal-Lvant. Is-sanzjonijiet ġodda
jistgħu jonqsu jew jitwarrbu dment li jibqa jzomm il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied attwali fir-reġjuni Ukreni tal-Lvant. Tliet kumpanniji taż-żejt ewlenin huma suġġetti għassanzjonijiet u dawn jinkludu lGazprom Neft; it-taqsima taż-żejt tal-produttur tal-gass ewlieni Gazprom. Ħafna pajjiżi tal-UE jiddependu bil-kbir fuq il-gass u tteknoloġija mir-Russja u xi setturi kbar ekonomiċi (tar-Russja) – fosthom dawk għall-esportazzjoni tal-gass u l-enerġija nukleari – m’humiex affettwati missanzjonijiet. Sadanittant, ir-Russja kienet beħsiebha twieġeb għassanzjonijiet u hemm il-possibbilta li hi tieħu l-kontro-miżuri rigward tal-vetturi impurtati millUnjoni Ewropea.
Il-Kap tal-kumpannija Emirates, Sir Tim Clark, qal li setgħet kienet evitata t-traġedja li laqtet l-ajruplan tal-Malaysia Airlines li inqered waqt li kien għaddej fuq l-Ukrajna fis-17 ta’ Lulju li għadda. Clark informa lill-istazzjon BBC li l-ajruplan ma kienx se jgħaddi minn dik ir-rotta li kieku l-awtoritajiet ikkonċernati għaddew l-informazzjoni dwar il-preżenza ta’ ċertu kalibru ta’ missili fil-pajjiż partikolari. Hu semma l-provi li l-missili
kienu ilhom il-ġimgħat flinħawi tal-Ukrajna u li lkumpannija tiegħu, ‘kuntrarju għal linji tal-ajru oħrajn’ ma kenitx taf bl-informazzjoni. L-indikazzjonijiet huma li missila sparata mill-artijiet Ukreni tal-Lvant fis-17 ta’ Lulju kienet waqqgġet l-ajruplan talMalaysia Airlines u fejn mietu l-298 persuna abbord. Sadanittant, Sir Tim Clark ma jiddubitax li l-linji tal-ajru kollha kienu jevitaw ‘din iz-zona ta’ periklu’ li kieku huma kienu jafu bil-preżenza tal-missili.
Il-qawwiet tal-Gvern talUkrajna u r-ribelli separatisti biddlu l-għexieren tal-priġunieri li kienu nqabdu waqt il-ġlied talaħħar ġimgħat fit-territorji Ukreni tal-Lvant u bħala parti mill-ftehim għal waqfien millġlied, fl-inħawi, li għadu kemm għalaq ġimgħa. Il-bdil tal-priġunieri seħħ barra fortizza ewlenija tar-ribelli f’Donetsk u fil-preżenza tal-
osservaturi internazzjonali. Il-President Ukren, Petro Poroshenko qal li nħelsu malerbgħin militar Ukreni u wara li għoxrin suldat ieħor kienu ngħataw il-libertà fil-jum ta’ qabel. Min-naħa tagħhom, ilqawwiet Ukreni għaddew ‘il fuq minn tletin ġellieda separatisti li kienu qed iżommu lir-ribelli li jridu jwaqqfu Stat indipendenti fl-Ukrajna tal-Lvant.
Setgħu evitaw it-tmiem traġiku ta’ ajruplan
Skambju ta’ priġunieri
www.maltarightnow.com
13
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
ĊIPRU: Żagħżugħ jaqbeż il-baħar fl-inħawi ta’ Protaras, fix-Xlokk imbiegħed ta’ din il-gżira-stat. Skont id-data mill-Uffiċċju Ċiprijott għall-Istatistika, l-ammont tat-turisti f’Ċipru qabeż il-miljun bejn Mejju u Lulju li għadda (ritratt: EPA)
Imut l-eks Kap tad-DUP Ian Paisley L-IRLANDA TA’ FUQ
L-eks Kap tal-Partit Democratic Unionist (DUP), Ian Paisley, miet fl-età ta’ 88 sena u se jibqa’ jissemma bħala wieħed mill-aktar politiċi influwenti f’din il-provinċja. Paisley għamel żmien bħala lMinistru Ewlieni tal-Irlanda ta’ Fuq u mexxa l-Assemblea (lEżekuttiv ibbażat fuq il-kunċett tal-qsim tal-poter) fi Stormont, qabel irtira fl-2008. Paisley, li waqqaf id-DUP fl1971, kien ukoll reliġjuż Protestant fundamentalista, iżda kiseb l-akbar fama bħala protagonist fl-era magħrufa bħala ‘The Troubles’, meta l-Irlanda ta’ Fuq kienet mifnija bid-diżgwid politiku u l-vjolenza. Fil-fatt, Paisley kien magħruf bħala ‘xprun għallfirda’ fl-agħar żminijiet ta’ konflitt armat li swiet il-ħajja ta’ mijiet ta’ nies. Madankollu, ftit hemm dubju li Paisley kien ukoll ġgant talpolitika Irlandiża li għen ħafna fit-trasformazzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq. L-avversarji politiċi antiki rreferew għal dan il-fatt fl-ewwel kummenti tagħhom eżatt wara laħbar ta’ mewtu. Paisley kien oppona numru ta’
Ian Paisley (EPA)
ftehimiet politiċi relatati malIrlanda ta’ Fuq li kienu jinkludu l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira storiku tal-1998. Intant, minkejja li Paisley, għall-bidu, ħareġ kontra s-sistema fejn jinqasam ilpoter fl-Irlanda ta’ Fuq hu, mażżmien, bidel il-ħsieb u baqa’ jservi bħala deputat sal-2010.
Tobba minn Kuba impenjati kontra l-Ebola SIERRA LEONE
L-awtoritajiet f’Kuba qed jibagħtu madwar 165 speċjalista fil-qasam tas-saħħa biex jgħinu fl-impenji kontra l-virus talEbola li nfirex fil-pajjiżi talAfrika ta’ Fuq. Numru ta’ tobba, infermiera u esperti għall-kontroll tal-infezzjonijiet, ix-xahar id-dieħel, għandhom jivvjaġġaw lejn Sierra Leone u jibqgħu hemm għal sitt xhur, mill-inqas. L-aħbar ingħatat waqt li lOrganizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) qalet li l-każi ġodda tal-Ebola qed jiżdiedu b’rata aktar mgħaġġla fl-Afrika
ta’ Fuq, tant li qed jissuperaw issistemi intiżi biex jikkontrollaw il-firxa tal-virus. Mietu iktar minn 2,400 persuna kawża tal-Ebola fix-xhur reċenti u hu mifhum li hemm mill-inqas 4,700 infettati. Iċċifra tal-imwiet tibqa’ l-ogħla fiz-zoni ta’ Sierra Leone, ilLiberja u l-Guinea. Sadanittant, l-uffiċjali talWHO sostnew li l-ammont ta’ persuni infettati bl-Ebola x’aktarx hu akbar minn dak li qed tissuġġerixxi l-istatistika attwali. Fl-istess ħin, Uffiċjali tal-
WHO fil-Liberja qalu li ma fadal lanqas sodda waħda għallpazjenti morda bl-Ebola, u lAssoċjazzjoni FIFA, li tmexxi lfutbol fid-dinja, qed tgħid li qed tissieħeb man-Nazzjonijiet Uniti biex tibdel l-istadium nazzjonali tal-Liberja f’taqsima enormi fejn ikunu ttrattati n-nies infettati bil-virus. It-tabiba Margaret Chan, li hi d-Direttur tal-WHO, qalet li jekk il-qasam mediku jrid tassew jikkumbatti l-Ebola, jeħtieġ li fuq kollox ikollu rriżorsi meħtieġa biex jikseb irriżultati effettivi.
Wied ta’ Swat. Ingħad, sadanittant, li l-arrestati kienu qed jaħdmu għal Mullah Fazlullah, li hu l-Kap tat-Taliban filPakistan. Malala spiċċat mira għallaggressjoni proprju minħabba lkampanja li kienet qed tmexxi favur id-dritt tat-tfajliet li jingħataw it-tagħlim kul-
limkien. Intant, hi rkuprat millattakk li kien ixxokkja lid-dinja u illum saret magħrufa, tant li hi kienet ikkonfermata fost l-aktar persuni influwenti għas-sena li għaddiet mill-magazin Time. Hu mifhum li hemm tal-anqas għaxar estremisti arrestati b’konnessjoni mal-attentat fuq Malala Yousafzai.
Jinqabdu l-aggressuri suspettati ta’ Malala Yousafzai IL-PAKISTAN
L-Armata tal-Pakistan qed iżżomm taħt arrest lill-militanti suspettati dwar l-attakk li seħħ fl-2012 fuq Malala Yousafzai, l-attivista għall-edukazzjoni, u li kien ħallieha f’xifer il-mewt. Malala kien għad għandha ħmistax il-sena biss meta hi qalgħet tiri f’rasha mingħand il-militanti tat-Taliban, fil-
www.maltarightnow.com
14
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Sentenzi tal-mewt għall-qtil tal-innoċenti IĊ-ĊINA
IL-ĠERMANJA: L-artist Żvizzeru, Roman Signer, jiftaħ dirgħajh biex jimita ajruplan waqt li jippoża taħt il-proġett artistiku tiegħu, bl-isem ‘Kitfox Experimental’, fiċ-Ċentru ta’ Kindl għall-Arti Kontemporanja, fil-belt ta’ Berlin (ritratt: EPA)
Vantaġġ għall-kampanja li temmen fl-għaqda tar-Renju Unit L-ISKOZJA
Il-Ministru ewlieni għallIskozja, Alex Salmond, u d-deputat tiegħu, Nicola Sturgeon qed jagħmlu l-aħħar spinta ta’ żjarat fil-bliet tal-Iskozja bl-iskop li jenfasizzaw ‘il-kisbiet talindipendenza’. Dan meta l-aħħar stħarriġ tal-YouGov qed juri vantaġġ ta’ 52 fil-mija għall-kamp li jrid li r-Renju Unit ikompli kif inhu, kontra t-48 fil-mija għallattivisti favur ‘Skozja ġdida indipendenti’. Intant, l-aħħar stħarriġ ma jindikax il-votanti indeċiżi u Salmond qed jagħmel ħiltu koll-
ha biex jappella lil dan is-settur partikulari ta’ Skoċċiżi, qabel irreferendum storiku għallindipendenza, li se jsir nhar ilĦamis. Il-politiċi fil-kampijiet tal-‘Le’ u l-‘Iva’ komplew jinsistu bilkampanji rispettivi, u Salmond u Sturgeon qed iwasslu l-messaġġ li l-Iskozja, bħala pajjiż indipendenti, tkun f’pożizzjoni aħjar biex tkattar ix-xogħol u tikkontrolla s-sigurtà soċjali. Impenn ieħor mill-attivisti tal-‘Iva’ hu biex jitneħħew l-armi nukleari miz-zoni speċifiċi tagħhom, fl-
Iskozja. Min-naħa tiegħu, il-Kap talUKIP, Nigel Farage, kellu jorganizza rally ‘favur ir-Renju Unit’ fil-belt Skoċċiża ta’ Glasgow u kien se jkun akkumpanjat millkollegi tal-partit. Farage qed jinsisti li Skozja indipendenti ma tkunx tista’ żżomm il-lira Sterlina u b’hekk, ’il quddiem, se jkollha tissieħeb fl-ewro. Sadanittant, Sir Jeremy Heywood, il-kap tas-servizzi ċivili fl-Iskozja, ċaħad l-akkużi ta’ Alex Salmond, fis-sens li tTeżor kellu l-ħsieb speċifiku li
joħroġ l-informazzjoni sensittiva bl-iskop li jagħmel il-ħsara lillkampanja favur Skozja indipendenti. Heywood ċaħad ukoll l-akkużi li hu seta’ kellu x’jaqsam ma’ kampanja biex tbeżża’ lillIskoċċiżi bl-effetti negattivi potenzjali li jistgħu jsofru f’każ li huma ma jiffurmawx aktar parti mir-Renju Unit. Madankollu, Alex Salmond, li qed jappoġġja l-indipendenza, sejjaħ xorta għal inkjesta rigward l-allegati leaks tad-data sensittiva.
Tliet persuni kienu kkundannati għall-mewt b’rabta mal-attakk li kien seħħ f’Marzu fl-istazzjon ta’ Kunming meta grupp ta’ rġiel armati bis-skieken kienu aggredew lil nies innoċenti waqt li huma kienu qed jistennew ittrasport fl-inħawi. Sadanittant, mara li kienet ikkonfrontata bl-istess akkużi weħlet il-ħabs għal għomorha b’konnessjoni mal-attakki li ħallew ukoll iktar minn 140 midruba. Il-Gvern Ċiniż qed iwaħħal flestremisti Iżlamiċi li ġejjin mirreġjun ta’ Xinjiang dwar l-assalt u l-awtoritajiet f’Beijing qed jimpenjaw ruħhom biex iħaffu lproċessi tal-qorti għall-persuni suspettati dwar terroriżmu, b’mod partikulari għall-aggressuri li jkunu ġejjin minn Xinjiang, lejn il-Punent tal-pajjiż. L-awtoritajiet Ċiniżi żiedu ssigurtà wara sensiela ta’ attakki reċenti li qed ikunu attribwiti lillestremisti Uighur Musulmani li ġejjin mir-reġjun ta’ Xinjiang, li jaqsam fruntiera mal-Asja. Il-qorti ta’ Kunming li għaddiet is-sentenzi qalet li tmien persuni kienu organizzaw l-attakk fl-istazzjon tal-ferrovija u li erbgħa minnhom kienu sfaw maqtula mill-pulizija fl-inħawi. Tlieta missuspettati li għaddew mill-proċess tal-qorti kienu akkużati li mexxew grupp ta’ terroristi bil-ħsieb li jwettqu omiċidju tal-massa. Madankollu, il-grupp Human Rights Watch qal li qed tingħata ftit li xejn informazzjoni dwar kif qed ikunu trattati s-suspettati fiċĊina, u l-qrati f’Xinjiang ingħataw id-direttivi biex ‘jagħtu pieni eżemplari lill-imputati’.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
15
is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
L-UKRAJNA: Suldati Ukreni li għadhom kemm kienu mobilizzati jidhru f’‘shooting range’ waqt sessjoni ta’ taħriġ intensiv qrib il-villaġġ ta’ Perlyavka, fil-limiti ta’ Zhytomyr IL-KYRGYZSTAN: Tfajla u artisti lokali jiżfnu waqt il-Logħob Dinji għan-Nomadi li qed isiru f’Cholpon-Ata, ’il barra minn Bishkek
IN-NEPAL: Devot tal-festival ta’ Indra Jatra jżomm maskra li tiżen mal-ħmistax-il kilogramma f’ħoġru, qabel tibda żifna tradizzjonali fil-belt ta’ Kathmandu
L-AWSTRALJA: Żewġ orsijiet tal-ispeċi Koala jidhru fiz-zoo ta’ Taronga, fil-belt ta’ Sydney (ritratti: EPA)
www.maltarightnow.com
16
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
OPINJONI
Nemmen fid-diversità
Għalhekk inħolqot id-diversità fid-dinja. Veru li lkoll l-istess twelidna, imma ma ngħixux ilkoll l-istess
Ftit snin ilu, anzi issa ilu ftit snin mhux ħażin, sibt ruħi fi Piazza del Plebiscito, Napli. Kien hemm manifestazzjoni, kant, żfin u l-kumplament. Tħajjart nersaq fil-qrib biex nara x’kien hemm sewwa u indunajt li kien programm multikulturali. Napli mhix nieqsa minn persuni ta’ nazzjonalitajiet differenti. Fuq iċ-ċinta tal-kolonnat li jdawwar lil din il-pjazza kien hemm strixxi tad-drapp imwaħħlin. Fuqhom kien hemm kliem b’ diversi ilsna fosthom bi lsien art twelidna. Il-kliem miktub kien “Nemmen fid-diversità”.
Differenti minn xulxin Il-fatt li bniedem huwa differenti minn ieħor ma jfissirx li huma ta’ żewġ razez differenti. Il-filosofija tar-razza li xerrdu n-Nażisti u l-Faxxisti fis-snin tletin tas-seklu li għadda hija filosofija falza u gidba. Il-bnedmin kollha huma ta’ razza waħda u ma teżistix aktar minn razza waħda – ir-razza umana. Imma differenzi jeżistu fil-kultura, fl-ilsna, fil-mod kif naħsbu, fit-twemmin. Din hija d-diversità li l-festival ta’ Napli kien qiegħed juri.
Monopolju Din is-sena smajna ħafna dwar il-ħajja ta’ San Ġwanni Pawlu II minħabba l-kanonizzazzjoni tiegħu. Niftakru li meta r-Russi ħakmu lill-Polonja kienu ppruvaw jeqirdu għalkollox il-kultura Pollakka, ħaġa li anke żżagħżugħ Wojtyla qatt ma seta’ jaċċetta. U ħalli ngħiduha ċara, mhux sewwa, anzi huwa ħażin ħafna li qawwa barranija tieħu lmonopolju fuq ġens bil-ħsieb li teqridlu l-identità u l-karattru tiegħu. Min jista’ jlumu lil dak ilpoplu li jirribella għax tkun se titteħidlu l-identità tiegħu?
Replika tas-seklu li għadda Is-seklu għoxrin kien mimli bi ġrajjiet ta’ oppressjoni. Smajna stejjer ta’ popli li jaħkmu popli oħra, mexxejja li jaħilfu l-qerda ta’ ġnus sħaħ, atroċitajiet u oxxenitajiet kontra d-dinjità umana. Tassew li s-seklu kien karatterizzat minn żewġ gwerer dinjija, imma mhux dawn biss, kien ukoll seklu li fih saru bosta taqbidiet bejn ġnus u nazzjonalitajiet diversi. U jekk konna naħsbu li mal-qalba tas-seklu dawn ilkonflitti kienu se jintemmu għax il-bniedem tat-tielet millennju huwa aktar moħħu miftuħ,
Fr Reno Muscat op renosop@gmail.com
jaċċetta d-diversità, morna mqarrqin bil-kbir għaliex dawn l-14-il sena li għaddew kienu maħsulin bid-demm uman. Tant sirna nisimgħu bi gwerer, tilwim, ġlied u taqbid li kważi drajniehom u ma għadniex ninkwetaw dwarhom. Donnhom saru nnorma f’ ħajjitna. Kemm qal sewwa l-Papa Franġisku meta f’Seul dan is-sajf qal li d-dinja tinsab għajjiena bil-gwerra!
Proprjetà Xi ħassieba jsostnu li l-proprjetà privata ma teżistix għax iddinja nħalqet għal kulħadd u kulħadd għeri ġie fid-dinja, ħadd ma ġab xejn miegħu u ħadd ma hu se jieħu xejn miegħu. Personalment ma naqbilx ma’
Nuqqas ta’ djalogu ma jistax joħloq ambjent fejn id-diversità tkun aċċettata dawn il-ħassieba għax min hu bieżel ħaqqu ħlasu u mhux sewwa li ħobż il-bieżel jieklu lgħażżien. Fuq il-livell dinji naraw pajjiżi li huma sfruttati. Mhux il-każ fejn ħobż il-bieżel jieklu l-għażżien imma każ ta’ politka żbaljata. Ikollna nammettu wkoll li ċerti popli mxew ’il quddiem aktar minn popli oħrajn għax jew in-natura kienet aktar twajba magħhom jew għax għażlu sistema ta’ tmexxija aħjar minn popli oħra. Għalhekk inħolqot id-diversità fid-dinja. Veru li lkoll l-istess twelidna, imma ma ngħixux ilkoll l-istess.
Naċċetta u nkun aċċettat Allura jkollna nammettu li ninsabu ngħumu f’baħar ta’ diversità. Drawwiet, twemmin, kulturi, ilsna, lewn tal-ġilda differenti għad li aħna lkoll aħwa. U għax aħna aħwa rrid naċċetta lil ħuti minkejja li huma differenti għalkollox minni. Imma nistenna, anzi, ngħid li għandi dritt
li nkun aċċettat mill-oħrajn ukoll. Jekk nemmen fid-diversità, jekk nipprattika politika li taċċetta d-diversità, nistenna li nkun stmat bħalma nistma lil ħaddieħor. Meta nibdew nitkellmu li għandu jsir djalogu, għandna nifhmu sewwa xi nkunu rridu ngħidu. Djalogu ma jsirx minn parti waħda biss imma minn żewġ partijiet. Diskors minn parti waħda huwa monologu mhux djalogu. Nuqqas ta’ djalogu ma jistax joħloq ambjent fejn id-diversità tkun aċċettata. Imma nerġa’ ngħid, djalogu bejn il-partijiet kollha bla ebda eċċezzjoni. Nuqqas ta’ djalogu jwassal għal nuqqas ta’ aċċettazzjoni u jien naħseb li dan in-nuqqas ta’ aċċettazzjoni ġab lid-dinja fis-sitwazzjoni li tinsab fiha. Nibża’ li lqagħda mondjali preżenti hija frott ta’ nuqqas ta’ twemmin fiddiversità minn parti u t-twemmin żejjed fid-diversità mill-parti loħra. Nuqqas ta’ bilanċ.
www.maltarightnow.com
17
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
RIFLESSJONIJIET
Immiddu jdejna
Id-djalogu jwassalna biex nitgħallmu kif insarrfu d-differenzi ta’ bejnietna f’benefiċċji sabiex il-Knisja tissaħħaħ fil-fidi, fil-qima u fix-xhieda tagħha
“Tgħallem midd idejk!” Hekk niftakarha tgħidli ommi. U llum, wara tant snin, nifhem għaliex kienet tgħidli hekk. Riditni nikber u nimmatura fir-responsabbiltà. Dan l-aħħar kont mistieden għal programm popolari f’wieħed mill-istazzjonijiet televiżi. F’rokna ta’ dan il-programm kien hemm mara tagħmel ilcrafts. Bqajt affaxxinat inħares lejha naraha taħdem dan ixxogħol sabiħ tal-idejn. X’seħer għandu x-xogħol tal-idejn! Ibda biex din il-persuna ta’ talent kbir għallmitni ħaġa importanti. Fix-xogħol tal-idejn ma tużax dejjem l-istess imqass għal kull biċċa xogħol li tagħmel fuq il-kartun. Le! Għandek tuża tliet tipi ta’ mqassijiet differenti. Kull imqass għandu l-funzjoni speċjali tiegħu. Barra minn hekk mhux għaqli li persuna tuża limqass biex bih taqta’ d-drapp fuq il-karti. Jekk tagħmel hekk, limqass tirvinah! Ma jibqax tajjeb jaqta’ fuq id-drapp. Madankollu, jekk imbagħad l-imqass, tant kemm ikun għamel xogħlu fuq id-drapp, ma jibqax jaqdi l-funzjoni tiegħu, allura wieħed jista’ jibda jużah biex jaqta’ l-karti. Mill-pultruna fejn kont bilqiegħda stajt nammira wkoll il-ħila ta’ din il-mara li tħit ilpunti bil-labra tal-ħjata b’eżattezza li tgħaġġbek. Punt wara punt. Kollha l-istess daqs. Qishom imkejla bl-aqwa kumpass. Meta ġiet mistoqsija kif irnexxielha twettaq dan, il-
mara wieġbet: “Ix-xogħol jurik waħdu. Bil-prattika tidra.” Minkejja l-attenzjoni tal-kamera l-mara baqgħet attenta f’xogħolha. Ma ħallietx għal mument wieħed l-attenzjoni tagħha tinsterqilha minn fuq xogħolha mid-diskursata. Imħabbitha għax-xogħol talidejn ħalliet tant impatt kbir fuqi li meta wasal il-waqt tiegħi li nitħaddet, ma stajtx ma nurix lapprezzament kbir tiegħi għaxxogħol mimli mħabba u dedikazzjoni tagħha. Din il-mara fakkritni f’dak li hemm miktub fl-aħħar kapitlu tal-Ktieb tal-Proverbji. “Mara ta’ ħila min isibha?
lill-merkanti. Tilbes bil-ġieħ u lqawwa, tħares daħkana lejn ilġejjieni. Kliem l-għerf għandha
Tiswa ħafna aktar mill-ġawhar. Fuqha tistrieħ qalb żewġha, u dan żgur ikunlu ta’ ġid. Risq tajjeb iġġiblu, u mhux ħażin, il-jiem kollha ta’ ħajjitha. Tfittex suf u ħjut tal-qoton, u taħdmu bil-qalb b’idejha. Bħal ġifen tal-merkanti, hi ġġib mill-bogħod ikilha… Tmidd idejha għall-magħżel, jaqbdu d-dussies idejha. Ma tibżax mis-silġ għan-nies ta’ darha, għax kollha għandhom żewġt ilbiesi. Ħwejjiġha hi tagħmilhom; għażel fin u porpra lbiesha… Tinseġ drapp talgħażel u tbigħu; u tagħti trieħi
fuq fommha, kliem it-tjieba fuq ilsienha. Ħsiebha fit-tmexxija ta’ darha, minn ħobż l-għażż ma tiekol qatt. Uliedha jqumu u hienja jsejħulha; u żewġha wkoll ifaħħarha u jgħidilha: ‘Ħafna nisa wrew ħila kbira imma inti lkoll għaddejthom.’ … Mara li tibża’ mill-Mulej ta’ min ifaħħarha. Agħtuha mill-frott ta’ xogħol idejha. Ħa jfaħħruha f’bibien il-belt l-għemejjel tagħha” (Prov 31: 10-14. 19-22. 24-31). Dan l-aħħar sar ħafna diskors fuq il-Knisja. Min jgħid ħaġa u min oħra. Biss, id-diskussjoni
Patri Mario Attard fmario@gmail.com
Fil-Knisja rridu nerġgħu niskopru l-valur tad-djalogu intern
ġennbet prinċipju importanti li tgħallimna l-mara għaqlija talKtieb tal-Proverbji. Fil-Knisja rridu nerġgħu niskopru l-valur tad-djalogu intern. Irridu, bħallmara bieżla li tiekol minn xogħol idejha, nerġgħu nitgħallmu ninsġu l-Ġisem ta’ Kristu bid-djalogu fil-karità u l-verità. Il-Konċilju Vatikan II, fiddokument dwar il-Knisja fiddinja tal-lum, Gaudium et Spes, joffrilna viżjoni ċara ta’ kif għandna niddjalogaw bejnietna fil-Knisja. “Il-Knisja, minħabba l-missjoni tagħha li ddawwal iddinja kollha bl-aħbar talEvanġelju u li tgħaqqad fi Spirtu wieħed il-bnedmin kollha ta’ kull nazzjon, razza jew ċiviltà, issir sinjal ta’ dik l-għaqda ta’ aħwa li tippermetti u tqawwi djalogu sinċier. Dan jitlob li l-ewwel nett inqajmu fil-Knisja stess stima ta’ xulxin, rispett u ftehim, waqt li nagħrfu d-differenzi leġittimi, biex nistabbilixxu djalogu dejjem aktar ta’ ġid fost dawk kollha li jagħmlu poplu ta’ Alla wieħed, sew rgħajja, sew il-fidili Nsara l-oħra. Għaliex dak li jgħaqqad lill-Insara huwa aktar qawwi minn dak li jifridhom: għandu jkun hemm għaqda filħwejjeġ u karità f’kollox” (§ 92). Xi jfisser dan fil-prattika? Lewwel nett, f’kull djalogu li jseħħ fil-Knisja huwa importanti li jibda, jissokta u jispiċċa bittalb. Hemm bżonn li niftħu qalbna u moħħna għall-Ispirtu ta’ Alla. L-Ispirtu li jħeġġiġna biex inkunu ħaġa waħda fi Kristu
Ġesù. Huwa biss l-Ispirtu sSantu li se jgħinna nħarsu lejn xulxin bħala aħwa u qatt bħala avversarji, jew agħar, bħala għedewwa. Iċ-ċelebrazzjoni talEwkaristija u t-talb tal-Brevjar għandhom ikunu ċ-ċentru li fuqhom jinbena kull djalogu serju u li jħalli l-frott. Pass ieħor fid-direzzjoni ttajba hu li f’kull tip ta’ djalogu intern fil-Knisja jrid ikun hemm lealtà sħiħa lejn it-tagħlim talKelma ta’Alla, kif imwassla lilna mill-Knisja tiegħu. Dan il-punt huwa importanti ħafna. Inkella, jekk nirrukkaw f’dan l-istadju, kif nistgħu navvanzaw aktar fittfittxija sinċiera tal-ġid komuni tal-Poplu ta’ Alla? It-tielet nett, jinħtieġ li noħolqu klima fraterna għaddiskussjoni fejn id-diversi ideat jiltaqgħu flimkien biex isaħħu u jirfinaw il-verità, li hija waħda. Huwa importanti li nisimgħu lil xulxin b’rispett u empatija. Fuq kollox, ejjew ma nibżgħux minn dak li nisimgħu! Anki jekk dan ifisser li jaqlagħna mill-ideat tagħna li tant iggranfajna magħhom. Punt wara punt, bħallmara għaqlija tal-programm, iddjalogu jwassalna biex nitgħallmu kif insarrfu d-differenzi ta’ bejnietna f’benefiċċji sabiex ilKnisja tissaħħaħ fil-fidi, fil-qima u fix-xhieda tagħha. Meta se mmiddu jdejna għal dan ix-xogħol tant meħtieġ taddjalogu fil-Knisja billi nilbsu lingwanti tal-ħarir meta niddjalogaw bejnietna?
www.maltarightnow.com
18
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
KULTURA
Suċċess għall-għaxar edizzjoni tal-Qormi Wine Festival
Din il-kompetizzjoni hija appuntament annwali marbut mal-Qormi Wine Festival, u l-parteċipanti ta’ din is-sena huma madwar 70
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f’Ħal Qormi ġiet organizzata lgħaxar edizzjoni tal-Qormi Wine Festival li ġibdet lejn il-Belt Pinto eluf ta’ familji, żgħażagħ u turisti li lkoll flimkien gawdew jumejn ta’ mużika u divertiment fiċ-ċentru l-antik ta’ dan il-lokal. Il-qofol ta’ din l-attività organizzata mill-Kumitat Festi Esterni ta’ Ħal Qormi kien linbejjed Maltin u l-ikel tradizzjonali Malti li akkumpanja sew mat-togħma tal-inbid, fl-eqqel tal-istaġun tal-għasir tal-għeneb. Fiż-żewġ serati, il-Ġimgħa u sSibt, ġew ippreżentati kunċerti varji fosthom mill-band ta’ Mro Mark Spiteri Lucas, Claudia Faniello, Xarulu, u Milk Mi. Il-Ġimgħa saret ukoll il-kompetizzjoni tal-inbid li kienet
koordinata minn Peter Farrugia. Din il-kompetizzjoni hi appuntament annwali marbut mal-Qormi Wine Festival, u l-parteċipanti ta’ din is-sena huma madwar 70. Dawn l-inbejjed kienu kollha prodotti minn dilettanti lokali fid-djar tagħhom, u kollha kellhom togħmiet partikulari li ġew iġġudikati minn ġurija professjonali. Dawk kollha li attendew għallQormi Wine Festival faħħru lprofessjonalità fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment li jsir kull sena fl-ewwel tmiem ilġimgħa ta’ Settembru. Fil-jumejn tal-festival kien hemm ukoll kompetizzjoni talfjuri, wirja tal-fotografija u wirja dwar it-tradizzjoni tal-inbid f’Ħal Qormi.
Wara din l-attività hemm tim kbir ta’ voluntiera li għamlu l-10 edizzjonijiet suċċess
www.maltarightnow.com
INDIPENDENZA
Munita kommemorattiva fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Indipendenza
Fil-15 ta’ Settembru 2014, ilBank Ċentrali ta’ Malta se joħroġ munita tal-fidda li tfakkar il-ħamsin anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta. Ilmunita għandha valur nominali ta’ €10. Il-munita ġiet maħduma firRoyal Dutch Mint f’0.925 fidda, tiżen 28.28 gramma u għandha dijametru ta’ 38.61 mm. Il-munita hi maħduma f’verżjoni proof u l-istampar tagħha hu limitat għal 5,000 munita. Il-munita ġiet iddisinjata u mnaqqxa minn Noel Galea Bason. Il-faċċata ta’ wara tal-munita turi lill-ewwel Prim Ministru ta’ Malta indipendenti, Dr Ġorġ Borg Olivier, ixejjer id-dokumenti tal-Kostituzzjoni talIndipendenza li ġew ippreżentati lilu mid-Duka ta’ Edinburgh waqt ċerimonja pubblika li saret fil-Furjana fil-21 ta’ Settembru 1964, l-ewwel ġurnata ta’ Malta bħala stat
indipendenti mill-Gran Brittanja. Il-faċċata ta’ quddiem tal-munita turi l-emblema tal-Università tal-Imdina, li kienet kunsill amministrattiv imwaqqaf fl-Imdina stess fiżżminijiet Medjevali. Din kienet forma ta’ gvern awtonomu mogħti lill-Maltin mill-Viċirè ta’ Sqallija fis-seklu ħmistax. L-emblema bajda u ħamra, li hi riprodotta bil-kulur fuq ilmunita, tirrappreżenta l-għeruq storiċi tal-identità nazzjonali ta’ Malta. Il-muniti jistgħu jinxtraw mill-Malta Coins Distribution Centre fil-bini prinċipali talBank Ċentrali ta’ Malta fil-Belt Valletta, jew billi timtela l-formola li tinsab fis-sit tal-Bank. Għal iżjed informazzjoni, ilpubbliku hu ġentilment mitlub jikkuntattja lill-Malta Coins Distribution Centre billi jibgħat email fuq mcdc@centralbankmalta.org jew iċempel +356 2550 6006/7/8.
Il-munita kommemorattiva fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju importanti
19
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
www.maltarightnow.com
20
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
FESTI
Joe Chetcuti – joechetcuti@onvol.net
Il-vara tant devota tal-Madonna tal-Grazzja
Ħaż-Żabbar
Il-Madonna tal-Grazzja
F’Ħaż-Żabbar qed tkun iċċelebrata l-festa talMadonna tal-Grazzja. Għada jum il-festa fid-9.30 a.m. tibda l-konċelebrazzjoni solenni li se titmexxa minn
Monsinjur Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u se jagħmel ukoll il-paneġierku. Fis-1 p.m. jasal il-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi ħdejn is-Santwarju. Fis-6.15
p.m. jibda l-Għasar solenni u se jmexxi s-Saċeredot Novell Dun Brian Gialanze. Fis-7 p.m. isir il-ħruġ talpurċissjoni bl-istatwa talMadonna tal-Grazzja u se
Fir-Rabat, Għawdex, fil-Knisja tal-Patrijiet Kapuċċini qed issir ilfesta tal-Madonna tal-Grazzja. Dalgħodu fis-7 a.m. tibda quddiesa. Fis-6 p.m. jibda r-rużarju u kurunella u wara tibda translazzjoni solenni tar-relikwa talMadonna. Jibda wkoll l-Għasar kantat u fis-7 p.m. tibda quddiesa konċelebrata. Imexxi l-Provinċjal tal-Kapuċċini Patri Martin Micallef. Għada jum il-festa fis-6 a.m. u fis-7 a.m. ikun il-ħin tal-quddies. Fid-9 a.m. jibda l-pontifikal solen-
ni u se jemxxi Monsinjur Isqof Mario Grech. F’nofsinhar jasal minn quddiem is-Santwarju talMadonna Ta’ Pinu l-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi li se jakkumpanja l-kwadru tal-Madonna talGrazzja. Wara jsir it-tberik tagħhom u tingħata tifkira talokkażjoni. Fil-5 p.m. jibda r-rużarju u kurunella. Fil-5.30 p.m. jibda lGħasar u fis-5.45 p.m. tibda quddiesa. Imexxi l-Gwardjan Patri Joe Libreri. Fis-7 p.m. tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa tal-
Madonna tal-Grazzja mmexxija minn Monsinjur Girgor Grech, bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella tal-Belt Victoria, Għawdex. Fid-dħul tal-purċissjoni ssir barka Ewkaristika.
Fir-Rabat, Għawdex
Il-Madonna tal-Grazzja
U f’Birkirkara Għada filgħodu għall-ħabta tal9.45 a.m. se jsir it-tberik tal-muturi mill-Kanonku Dun Karm Busuttil ħdejn il-Kappella ta’ Santu Rokku. Wara tibda quddiesa fl-istess kappella f’Birkirkara u se jmexxi lKanonku Dun Karm Busuttil.
titmexxa minn Dun Brain Gialanze. Fid-dħul talpurċissjoni titkanta l-antifona u ssir barka Ewkaristika. Festi ta’ barra: Għada se
jkun hemm żewġ baned mistiedna. Dawn se jkunu lBanda Re Ġorġ V talImqabba u l-Banda tasSoċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba.
L-Imtaħleb huwa dak ilqasam ta’ art li fih jiġbor lirdum fejn jiltaqgħu Wied irRum, Wied il-Markozz u Wied Miġra l-Ferħa. Jiġi ħdejn ilBaħrija u Misraħ Suffara fillimiti tar-Rabat, iżda mbiegħed ftit kilometri miċ-ċentru tiegħu. Ix-xaqliba hija mogħnija bi knisja żgħira b’koppla ħamranija li żgur li hija mill-aħjar fost dawk tal-kampanja.
Tiddependi ħafna mill-Parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat. Il-programm ad unur il-festa ta’ Marija Bambina se jitkompla llejla. Fis-7.30 p.m. tibda quddiesa. Għada jum il-festa fid-9 a.m. tibda quddiesa u filgħaxija fl-4.30 p.m. se jkun hemm quddiesa kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-Banda Konti Ruġġieru tal-Każin San Pawl tar-Rabat, Malta.
L-Imtaħleb
Il-festa ta’ Marija Bambina
www.maltarightnow.com
21
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
FESTI
Ħal Qormi
Il-festa ta’ Marija Bambina
Il-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena qiegħda fir-raħal qadim ta’ Ħal Qlew
Il-Qrendi
Il-festa tal-Madonna tal-Ħniena
Fil-Qrendi qed tkun iċċelebrata l-festa tal-Madonna tal-Ħniena. Din is-sena l-festa qed tkun organizzata mis-Soċjetà Mużikali Lourdes tal-Qrendi. Il-Knisja talMadonna tal-Ħniena qiegħda firraħal qadim ta’ Ħal Qlew li żmien ilu kienet Viċi Parroċċa taż-Żurrieq. L-ewwel bini ta’ din il-knisja jeħodna lejn is-seklu XIII, iżda fl-1575 Monsinjur Dusina pprofanaha u fl-1650 bnew oħra ġdida u hi dik li hemm illum. Fl-1668 is-Sagristija ġiet miżjuda. Din il-Knisja tal-Madonna talĦniena hija sabiħa immens b’arkitettura mill-aqwa. Għandha l-koppla u l-bieb imżewwaq bl-istatwi. Fiż-żmien dan kien wieħed mill-iktar santwarji devoti u fih naraw bosta
wegħdi mdendlin. Il-kwadri ex voto llum il-ġurnata tneħħew minn posthom għax qed jgħidu li se jiġi restawrat il-bini u sfortunatament ħadd ma jista’ jmerihom. Fost il-benefatturi ta’ din ilknisja nistgħu nsemmu lillKommendatur Fra Filippu Guttenburg li ta bosta kwadri u tiżjijn ieħor, kif ukoll Dun Gio Marija Camilleri u Ġanni Schembri. Fl-1695 nhar it-18 ta’ Marzu, bit-tberik tal-Kappillan Dun Dumink Formosa mingħand il-Papa Innoċenz XII din il-knisja ġiet imżejna b’indulġenzi varji. Il-knisja hija kbira biżżejjed u twila 65 pied u wiesgħa 18il pied u nofs. Kellha tliet artali iżda llum baqa’ wieħed biss minnhom. F’din il-knisja nsibu pittura tassew tajba u sabiħa
bħall-kwadru ta’ Santa Marija maħdum minn Ġużeppi D’Arena kif ukoll dak ta’ Sant’Antnin ta’ Padova li ħadmu Rokku Buhagiar. Insibu żewġ kwadri fis-Sagristija u dawn huma talKurċifiss li aktarx huwa ta’ Suor Marija De Domenicis u l-ieħor ta’ Santa Marija Madalena li huwa ta’ skola ta’ Mattias. Il-programm tal-festa se jitkompla għada mill-5 p.m. ’l quddiem hekk kif is-Soċjetà Mużikali Lourdes se torganizza fiera kbira fil-Pjazza tasSantwarju tal-Madonna talĦniena. Se jkun hemm kull tip ta’ logħob, fajjenza, fniek, attrazzjoni għat-tfal u ħafna aktar. Kulħadd hu mistieden jattendi għal din l-attività għall-familja kollha.
Il-Parroċċa ta’ Santa Marija taż-Żebbuġ, Għawdex, qed tiċċelebra l-festa tal-Madonna tal-Għażżiel. Għada jum il-festa fl-4.30 p.m. tibda quddiesa solenni bl-omelija li se titmexxa minn Dun Richard Saliba. Fl-istess quddiesa se jitbierek lGħażżiel tal-Madonna li mbagħad se jitqassam fi tmiem il-purċissjoni. Se jieħdu sehem
iż-żewġ korijiet tal-parroċċa ‘Regina Angelorum’ u ‘Santa Marija’. Wara tibda ħierġa lpurċissjoni bl-istatwa talMadonna tal-Għażżiel bis-sehem tal-Banda Santa Marija tażŻebbuġ, Għawdex. Fid-dħul talpurċissjoni ssir barka Ewkaristika. L-Għażżiel isir ta’ kull sena f’din l-okkażjoni u jitqassam eluf
minnu lid-devoti kollha. Dawn isiru mill-għaġina mħallta bissmid u l-melħ u jiġu maqtugħin b’forma ta’ ittra ‘M’ dekorata u infurnati. L-Għażżiel jinżamm bħala għelm ta’ ħarsien minn Ommna Marija, speċjalment kontra s-sajjetti u l-beraq. Din ittradizzjoni għandha ’l fuq minn 300 sena u ssir biss fir-Raħal tażŻebbuġ, Għawdex.
Iż-Żebbuġ, Għawdex
Il-Madonna tal-Għażżiel
Fil-knisja ħelwa ddedikata lil Marija Bambina f’Ħal Qormi, magħrufa aktar bħala tal-Vitorja, qed issir il-festa ad unur Marija Bambina. Din il-knisja nbniet fl1657 u x’aktarx ħadet post oħra li kienet iddedikata lill-Assunta. It-titular preżenti huwa xogħol ta’ Ġużeppi Cali u sar b’wegħda fl-1890. Apparti l-artal maġġur insibu erba’ artali oħra ddedikati lil Santa Marija, San Pawl, Santu Rokku u San Leonardu. Fis-sena 1942 sabet f’postha f’din il-knisja l-istatwa titulari ta’ Marija Bambina. F’pajjiżna hi unika flistil u d-daqs u żgur li tisraq qalb kull min jitfa’ ħarstu fuqha. Hi ħelwa tassew u turina lillMadonna tarbija fil-fisqija stil Malti. Il-Bambina li tidher bħal tarbija rieqda fuq saqqu u mlibbsa b’libsa kollha rakkmu. Ma jonqosx li din il-knisja tkun imżejna b’mod mill-isbaħ filġranet tal-festa. Dalgħodu fis-6.40 a.m. tingħad il-kurunella u l-litanija talMadonna u fis-7.15 a.m. tibda quddiesa mmexxija mill-
Kanonku Dun Lawrence Zammit. Fis-6 p.m. jibda r-rużarju u fis6.30 p.m. translazzjoni u Għasar immexxi minn Monsinjur Paul Vella. Wara jitkanta l-Innu lil Marija Bambina, tibda nofs siegħa ta’ adorazzjoni solenni, barka Ewkaristika, bews tarrelikwa u kant tas-Salve Regina. Għada jum il-festa fis-6.50 a.m. tingħad il-kurunella u llitanija tal-Madonna. Fis-7.15 a.m. tibda quddiesa mmexxija mill-Kanonku Dun Lawrence Zammit. Fis-6 p.m. jibda r-rużarju u fis6.30 p.m. tibda quddiesa pontifikali solenni mmexxija minn Monsinjur Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna. Se ssir ukoll il-preżentazzjoni tat-trabi lil Marija Bambina. Wara ssir barka Ewkaristika, bews tar-relikwa u Innu lil Marija Bambina. Se jieħu sehem il-Kor tal-Parroċċa Ġorġjana ‘Exultate Domino’. Wara li tispiċċa l-funzjoni millknisja ssir festa ħelwa fi Pjazza lVitorja biswit il-knisja.
Il-Belt Valletta
L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes
Fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù f’Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta qed issir il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes. Din il-festa hi organizzata millArċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss. Illejla fis-5.45 p.m. tibda translazzjoni solenni tar-relikwa tas-Salib Imqaddes mill-Knisja tal-Monasteru ta’ Sant’Ursula u l-Knisja. Fis-6.15 p.m. tibda quddiesa solenni segwita mill-kant
Il-Marsa
tal-Għasar. Imexxi Patri Twanny Chircop OFM. Wara titkanta lantifona u ssir barka Ewkaristika. Għada jum il-festa fit-8.30 a.m. u fl-10 a.m. ikun hemm ilquddies. Fid-9.15 a.m. tibda ħierġa lpurċissjoni tal-Eżaltazzjoni tasSalib Imqaddes u r-relikwa tasSalib Imqaddes. Fil-11 a.m. tibda quddiesa kantata u se jmexxi lProvinċjal Patri Richard Grech OFM.
San Franġisk
Fil-Marsa, fil-Parroċċa tasSantissma Trinità nhar ilĠimgħa li ġej 19 ta’ Settembru se tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Franġisk t’Assisi. Dakinhar fis-6 p.m. tibda adorazzjoni solenni u wara tibda quddiesa li
fiha se jiġi mfakkar il-passaġġ tal-Qaddis San Franġisk minn din id-dinja għall-Ġenna. Fil5.30 p.m. jibda l-Għasar solenni u wara quddiesa konċelebrata. Imexxi Patri Martin Coleiro OFM.
www.maltarightnow.com
SPORT
Sport għal tmiem il-ġimgħa
Illum MFA Ta’ Qali Stadium – 4 p.m. Premier Pieta H v Floriana, 6 p.m. Premier Naxxar Lions v Mosta Victor Tedesco Stadium – 4 p.m. Premier Sliema W. v Qormi, 6.15 p.m. Premier Balzan v Birkirkara Centenary Stadium – 4 p.m. I Div. Vittoriosa S. v Gżira Utd, 6 p.m. I Div. Fgura Utd v St. Andrew’s Luxol Stadium – 4 p.m. II Div. Għargħur v Marsa, 6.15 p.m. II Div. Senglea v Siġġiewi Sirens Stadium – 4 p.m. II Div. Mellieħa v Swieqi Utd, 6.15 p.m. II Div. Sirens v Għaxaq
Brażiljan ieħor ma’ Msida SJ Ġimgħa biss wara li ppreżentaw il-formazzjoni tagħhom għal dan l-istaġun, Msida St. Joseph ilbieraħ ħabbru li kienu akkwistaw ukoll lil Marcelo Vitor Ferreira da Costa magħruf aħjar bħala Tevez. Dan l-attakkant Brażiljan ta’ 28 sena lagħab ma’ diversi klabbs f ’pajjiżu, l-aħħar wieħed CENE. Huwa kellu wkoll esperjenza oħra qabel fl-Ewropa ma’ LKS Nadwislan Gora fil-Polonja. Il-plejer kien mistenni jagħmel id-debutt uffiċjali
tiegħu lbieraħ fl-ewwel logħba mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kontra St. George’s. Tevez hu l-ħames barrani ma’ Msida St. Joseph dan listaġun bil-plejers l-oħra jkunu l-Brażiljani Yuri Messias, Diego Pereira, Ricardinho u lIspanjol Inigo Dolara. Il-President tal-klabb Alan Abela-Wadge qal li jinsab konvint li Tevez se jkompli jsaħħaħ l-attakk tat-tim u lkowċ Saviour Debono se jkun jista’ joħroġ l-aħjar minn dawn il-plejers.
GFA Gozo Stadium – 5 p.m. I Div. SK Victoria W. V Victoria H, 7 p.m. I Div. Kerċem A v Oratory Y. Għada
YFA Għaxaq Grd – KO: 6 p.m. U15 Cottonera v Żejtun, 8 p.m. U17 Gudja v Qrendi Rabat Grd – KO: 6 p.m. U15 Balzan v B’Buġa, 8 p.m. U17 Mellieħa v Gżira Marsaxlokk Grd – KO: 6 p.m. U15 Xgħajra v Fgura, 8 p.m. U15 Sirens v Dingli Sirens Grd – KO: 6 p.m. U15 Naxxar v Qrendi, 8 p.m. U17 Mġarr v Sta Lucia.
GFA Gozo Stadium – 5 p.m. I Div. Xewkija T. v Sannat L., 7 p.m. I Div. St. Lawrence S v Nadur Y.
L-aħħar akkwist ta’ Msida SJ Marcelo Vitor Ferreira da Costa magħruf aħjar bħala Tevez
ĊESS
Ariana Axiaq Champion Nazzjonali U/14
YFA Sta Luċija Grd – KO: 6 p.m. U15 Msida v Mellieħa, 8 p.m. U15 Gżira v Luqa Melita Grd – KO: U17 Mtarfa v Xgħajra, 8 p.m. U17 Sta Venera v Lija-Iklin
MFA Ta’ Qali Stadium - 4 p.m. Premier Żebbuġ R. v Tarxien R., 6 p.m. Premier Valletta v Hibernians Centenary Stadium – 4 p.m. I Div. Rabat A. v Mqabba, 6 p.m. I Div. Melita v Pembroke Victor Tedesco Stadium – 4 p.m. I Div. Gudja Utd v Birżebbuġa, 6.15 p.m. I Div. Żurrieq v Lija A. Charles Abela Stadium – 6.15 p.m. III Div. Sta Lucia v Mdina K., 6.15 p.m. III Div. Ta’ Xbiex v Kirkop Utd. Luxol Stadium – 4 p.m. III Div. M’arr v Qrendi, 6.15 p.m. III Div. Mtarfa v Attard
27
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
Ariana Axiaq ippremjata fi tmiem il-Kampjonat Nazzjonali
Wara s-suċċess flOlimpjadi taċ-ċess li saru finNorveġja f ’Awwissu, ilmembru tat-tim tan-nisa taċċess Ariana Axiaq, rebħet illogħbiet kollha filKampjonat nazzjonali miftuħ għall-plejers taħt l-14-il sena. Il-logħob sar fil-klabb talFederazzjoni Maltija taċ-Ċess fl-Iskola Sekondarja tal-bniet f ’Tal-Ħandaq, Ħal-Qormi. 16-il plejer ħadu sehem bl-eta tvarja bejn is-7 u l-14-il sena. Axiaq għelbet lil Carlos Gafa, l-aħwa Portelli Timothy u Isaac, Michael Farrugia u Andrew Drago. Timothy u Isaac spiċċaw ittnejn b’erba’ punti f it-tieni post. Fir-raba’ post segwa Michael Farrugia f ’battalja bejn erba’ plejers, ilkoll bi tliet punti kull wieħed.
I-tim nazzjonali tan-nisa tal-futbol ta’ taħt id-19-il fil-jiem li ġejjin jikkompeti f’turnament trijangulari bejn irRumanija, ir-Repubblika Ċeka u l-Bożnija-Herzegovina. L-iskwadra hi magħmula minn M. Xuereb, R. Borg, D. Attard, M. Aquilina, N. Cutajar, J. Flask, E. Pace, C. Cassia, C. Galea, S. Zammit, Borg, M. Borg, R. Borg, L. Micallef, A. Sultana, C. Xuereb R. Giusti u R. Zerafa. Dan it-turnament se jsir fil-Bożnija u lllum it-tim Malti jiftaħ l-impenji kontra r-Rumanija. It-Tnejn jilgħab kontra r-Repubblika Ċeka u l-Ħamis 18 ta’ Settembru kontra l-Bożnija.
Ir-rebbieħa hekk kif ikklassifikaw fl-ewwel postijiet talKampjonat kienu dawn: Overall U14 champion: Ariana Axiaq, U14: subien: Timothy Portelli, U12: subien: Isaac Portelli; nisa: Julia Portelli, U10: subien: Andrej Pantovic; nisa: Ema Pantovic, U8: subien: Mark Andrew Brincat; nisa: Alexis Callus Sadanittant fi tmiem din ilġimgħa qed isir il-Kampjonat Nazzjonali taċ-Ċess għal plejers ta’ taħt l-20 sena. Illogħob ser isir fil-klabb talFederazzjoni Maltija taċĊess. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-paġna tal-facebook Chess in Malta jew permezz ta’ email: info@chessmalta.com
‘Instructional Meeting’ għall-kowċis
L-Assoċjazzjoni Maltija talkowċis se tkun qed torganizza Instructional meeting għallmembri tagħha nhar it-Tnejn 15 ta’ Settembru fis-7.30 p.m. filVictor Tedesco Stadium filĦamrun. Dan il-lecture li se jkun jikkonsisti f’sessjoni prattika se jkun qed jitmexxa minn Frank Schembri u s-suġġett diskuss se jkun ‘Taħriġ speċifiku pożizzjonali’. Il-kowċis kollha membri huma mħeġġa jattendu.
www.maltarightnow.com
28
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
SPORT
Steve Camilleri (xellug) u Otis Zammit waqt il-preżentazzjoni uffiċjali tal-BOV Plejers tax-xahar ta’ Awwissu
WATERPOLO
Matthew Zammit u Sean Xerri de Caro plejers tas-sena Stevie Camilleri u Otis Zammit BOV Plejers tax-xahar
Matthew Zammit ta’ San Ġiljan u Sean Xerri de Caro li matul listaġun li għadda lagħab ma’ Marsaxlokk ġew magħżula bħala l-Plejers tas-Sena tal-ASA filKampjonat Premier u l-Ewwel Diviżjoni għall-istaġun lokali talwaterpolo 2014 li għadu kemm spiċċa. Zammit spiċċa quddiem Stevie
Camnilleri ta’ Neptunes waqt li Otis Zammit ta’ Ta’ Xbiex spiċċ runner up wara Xerri de Caro flEwwel Diviżjoni. Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni uffiċjali tal-unuri hi programmata li ssir il-Ħamis 27 ta’ Novembru. Intant Stevie Camilleri u Otis Zammit, iż-żewġ runner ups flunur tal-plejer tas-sena, huma l-
FORMULA RACING 4
BOV Plejers tax-Xahar talWaterpolo għal Awwissu. Il-talent għall-gowl ta’ Stevie Camilleri, fejn skorja xejn anqas minn 19-il gowl matul Awwissu, kif ukoll il-versatilità tiegħu, għamlu lil Camilleri l-għażla ovvja għall-unur. Is-saħħa u l-viżjoni ġenerali tiegħu tal-logħba kienu fatturi determinanti li wasslu lit-
tim tan-Neptunes għall-ħames titlu konsekuttiv tal-Kampjonat BOV. Dan mhux l-ewwel unur individwali għal Camilleri, wara li rebaħ l-unur bħala plejer tas-sena talASA għal erba’ darbiet. Il-kapaċità ta’ Otis Zammit ukoll spikkat f’Awwissu. Għalkemm Ta’ Xbiex spiċċaw fl-aħħar post talklassifika tal-Ewwel Diviżjoni, it-
13-il gowl u l-atitudni tiegħu għenuh sabiex jirbaħ dan l-unur personali. Peter Perotti, Chief Officer talBank of Valletta ppreżenta l-unuri tal-BOV Plejer tax-Xahar lil Stevie Camilleri u Otis Zammit filpreżenza tal-President talPresident tal-ASA, Joe Caruana Curran.
Camilleri se jieħu sehem fil-ħames round
Fi tmiem din il-ġimgħa ssewwieqa Keith Camilleri tat-tim Malti Formula Racing 4 se jkun qed jieħu sehem fil-ħames tiġrija mill-kampjonat Taljan li se jsir fl-Autodromo Vallelunga. Wara li kellu jitlef ir-raba’ round li sar f’Magione, Camilleri qal li minflok ma qagħad jiddispjaċih fuq iċ-ċans mitluf, għażel li jiddedika l-ħin biex jaħdem aktar iebes minn qabel ħalli jipprepara għat-tiġrijiet li ġejjin. “Wara li ħadt id-deċiżjoni iebsa li ma nieħux sehem f’Magione, iddeċiedejt li niddedika aktar ħin minn qatt qabel għat-taħriġ biex naċċerta li nkun f’kundizzjoni fiżika ferm aħjar għal din it-tiġrija,” qal Camilleri. Vallelunga hu ċirkwit impenjattiv li joffri taħlita ta’ kantunieri b’veloċita baxxa, medja u għolja u Camilleri jħoss li dan hu adattat ħafna għall-istil tiegħu. Vallelunga mhux ċirkwit ġdid għal Camilleri wara li kiseb s-sitt l-aħjar ħin waqt testing uffiċjali tal-FIA f’Lulju fejn kien biss sekonda bogħod mil-lider. It-tim tiegħu, Malta Formula Racing
Keith Camilleri fuq it-Tatus TF104 tat-tim Malti
ukoll mar tajjeb ħafna waqt dawn it-testijiet għaliex kien kapaċi jsib is-set up li jista’ joħroġ ilmassimu mix-Chassis tat-Tatus TF104. Malta Formula Racing immexxi minn Danilo Rossi, Marco Ubaldi u Roberto Venieri se jara lil Keith Camilleri
flimkien mal-Amerikan Zackary Dante ikompli jtejjeb il-livell flewwel staġun tiegħu. Flimkien magħhom taħt l-istess isem tat-tim Malti se jkun hemm it-Taljan Mattia Drudi li bħalissa jinsab fil-5 post filKampjonat, Giovanni Altoe, Taljan ieħor u l-Indjan Mahaveer
Raghunathan. Barra t-track, Keith u t-tim tiegħu qed jittamaw li jiksbu biżżejjed fondi biex jaċċertaw ilparteċipazzjoni fil-futur. “Nafu tajjeb li ma konniex inkunu hawn mingħajr sponsors, l-aktar ilBritannia Tours, Twistees, VisitMalta.com, Chevron Auto
Dealer u TVM2. Issa ninsabu determinati li nkomplu fil-futur imma dan jiddependi skont kemm insibu fondi,” qal Camilleri. L-aħjar siltiet mit-tiġrija fi tmiem il-ġimgħa se jkunu qed jixxandru fuq TVM2 għada fis-6 p.m.
www.maltarightnow.com
SPORT
FUTBOL INGLIŻ
Jerġgħu jiltaqgħu Arsenal kontra Man City
Il-Programm Premiership Arsenal v Man City (13.45) Chelsea v Swansea (16.00) C.Palace v Burnley (16.00) S’ampton v Newcastle (16.00) Stoke v Leicester (16.00) S’derland v Tottenham (16.00) West Brom v Everton (16.00) Liverpool v A Villa (18.30) Għada Man Utd v QPR (17.00) It-Tnejn Hull v West Ham (21.00) The Championship Birmingham v Leeds Blackburn v Wigan Blackpool v Wolves Bolton v Sheff Wed Bournemouth v Rotherham Brentford v Brighton Cardiff v Norwich Charlton v Watford Huddersfield v Middlesbrough Ipswich v Millwall Reading v Fulham Għada Nottm Forest v Derby League One Barnsley v MK Dons Bradford v Swindon Bristol City v Doncaster Chesterfield v Scunthorpe Coventry v Yeovil Crawley v Fleetwood Crewe v Port vale Leyton O. v Colchester Oldham v Gillingham Peterborough v Notts C. Sheff Utd v Rochdale Walsall v Preston League Two Accrington v Wimbledon Burton v York Carlisle v Bury Dag & Red v Cambridge Exeter v Oxford Utd Hartlepool v Tranmere Luton v Cheltenham Morecambe v Plymouth Newport v Northampton Southend v Portsmouth Stevenage v Shrewsbury Wycombe v Mansfield Premiership Skoċċiż Celtic v Aberdeen Dundee Utd v Hamilton Kilmarnock v St Mirren Partick Thistle v Inverness CT Ross County v Motherwell St Johnstone v Dundee Championship Dumbarton v Hearts Falkirk v Queen of Sth Hibernian v Cowdenbeath Livingston v Alloa I Div Ayr v Stranraer Dunfermline v Stenhousemuir Forfar v Peterhead Morton v Airdrie Stirling v Brechin
29
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
Bejn illum u nhar it-Tnejn jirritorna l-kampjonat Ingliż wara l-waqfa minħabba l-partiti internazzjonali fejn l-aktar logħba li tispikka se tkun l-ewwel waħda fil-programm, bejn Arsenal u Manchester City fl-Emirates Stadium. Reċentement iż-żewġ timijiet iltaqgħu fil-finali taċCharity Shield meta l-Gunners ħarġu rebbieħa 3-0. Minn dakinhar Arsenal donnhom naqqsu mir-ritmu u mill-ewwel tliet partiti għandhom żewġ draws u rebħa. Flaħħar ħarġa ġew draw kontra Leicester filwaqt li kien biss flewwel logħba, kontra Crystal Palace, li ħadu t-tliet punti, b’gowl fl-aħħar minuta. Manchester City bdew b’żewġ rebħiet konsekuttivi imma flaħħar ħarġa tilfu f’darhom 1-0 kontra Stoke u żgur li ż-żewġ timijiet, ladarba rritorna l-kampjonat, iridu jwettqu reazzjoni. Kemm Arsenal kif ukoll City, ilġimgħa li ġejja jibdew l-impenji fil-fażi tal-gruppi taċChampions League. It-tim ta’ Wenger jilgħab it-Tlieta kontra Borussia Dortmund filwaqt li City jilagħbu l-Erbgħa kontra Bayern Munich. Bla dubju
wieħed mill-aktar plejes perikolużi għal City se jkun lattakkant il-ġdid ta’ Arsenal Danny Welbeck, li ngħaqad magħhom mingħand Manchester Utd. Matul il-ġimgħa Welbeck skurja żewġ gowls malIngilterra fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 kontra l-Iżvizzera. Fuq in-naħa loħra plejer ta’ City li sab ixxibka matul il-ġimgħa kien ilwinger Spanjol David Silva li skurja wieħed mill-ħames gowls fir-rebħa faċli 5-1 kontra lMaċedonja. Wara l-partita bejn City u Arsenal jidħlu fl-azzjoni l-liders Chelsea u Swansea, l-uniċi żewġ timijiet li għandhom punti massimi wara tliet partiti. Chelsea, fl-aħħar ħarġa rebħu 6-3 kontra Everton filwaqt li Swansea rebħu 3-0 kontra West Bromwich Albion. Fuq il-karta Chelsea, li se jkunu qed jilagħbu fi Stamford Bridge jibdew favoriti li jieħdu t-tliet punti.
Illejla ċ-Champions Juventus ikunu fl-azzjoni wara waqfa ta’ ġimgħa għat-tim nazzjonali filEuro 2016. Wara li rebħu lewwel logħba barra minn darhom kontra Chievo 1-0, issa jaffrontaw lil Udinese f’Turin. Żewġ plejers li mistennija jitilfu dan il-konfront huma l-midfielder Arturo Vidal u l-attakkant Carlos Tevez. Għal darba oħra Vidal reġa’ għandu problemi fi rkopptu. Dan is-sajf Vidal kien segwit ħafna minn Manchester Utd imma jidher li r-Red Devils ma komplewx fuqu meta ntebħu li kellu problemi serji fl-irkoppa. Matul il-ġimgħa Vidal kien qed jitħarreġ mat-tim nazzjonali taċ-Ċile u reġa’ mar lura l-Italja mweġġa’. Hu mifhum li Vidal mhux biss se jitlef il-logħba llejla imma se jdum barra madwar tliet ġimgħat. Dan ifisser li se jitlef lewwel logħba mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League kontra Malmo. Carlos Tevez weġġa’ waqt sessjoni ta’ taħriġ nhar lErbgħa u mistenni jitlef il-logħba f’Turin. Din hi problema serja għal Juventus li qed jittamaw li taħt ittmexxija tal-kowċ il-ġdid
FUTBOL TALJAN
Calum Chambers ta’ Arsenal fl-azzjoni ma’ Aleksander Kolarov ta’ Man City waqt il-final tal-Community Shield li ntlagħbet f’Wembley f’Awwissu
Ifittxu l-ewwel rebħa Manchester United għada se jkunu qed ifittxu li jiskbu lewwel rebħa meta f’Old
Trafford jilqgħu lil Queens Park Rangers. S’issa r-Red Devils kellhom bidu ta’ staġun ferm diżappuntanti. Wara li tilfu kontra Swansea ħadu żewġ draws, kontra Sunderland u Burnley. Flaħħar ġimgħat tas-suq tattrasferimenti Man Utd akkwistaw lil Di Maria, li diġà ddebutta u lil Rojo u Falcao. Dawn tal-aħħar għadhom ma
lagħbux u mistennija jkunu fliskwadra għal għada. Illum Liverpool ikunu fl-azzjoni fis6.30pm f’Anfield kontra Aston Villa, tim li dan l-istaġun għadu ma sofriex telfa hekk kif kiseb żewġ rebħiet u draw. Fl-aħħar ħarġa Liverpool kellhom wirja mill-aqwa u ġabu fix-xejn lil Tottenham f’White Hart Lane meta rebħulhom 3-0.
Massimiliano Allegri jirbħu rraba’ kampjonat konsekuttiv. Mal-ewwel 11 mistenni jerġa’ jibda Coman, l-akkwist il-ġdid ta’ Juventus mingħand PSG. Dan il-midfielder kellu wirja millaqwa fid-debutt fis-Serie A u hu għalhekk li x’aktarx se jerġa’ jkun inkluż fil-formazzjoni titulari. Min-naħa tagħhom Udinese, fl-ewwel logħba għelbu lil Empoli 2-0 u bħas-soltu l-eroj tas-serata kien Antonio Di Natale li skurja doppjetta. Wieħed irid jara jekk id-difensur ta’ Juventus Chiellini hux se jilgħab wara li ma kienx preżenti mat-tim nazzjonali Taljan matul il-ġimgħa minħabba injury. L-ewwel li jkunu fl-azzjoni huma Roma li jilagħbu barra minn darhom għand Empoli. Flewwel ħarġa tagħhom Roma kellhom wirja mill-aqwa kontra Fiorentina u rebħu 2-0. Wieħed irid jara b’liema formazzjoni se jinżel jilgħab il-kowċ ta’ Roma Rudi Garcia minħabba li nhar itTlieta li ġej dawn jilagħbu lewwel logħba mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League kontra CSKA Moscow. Roma se jkunu
qed jilagħbu f’darhom u żgur li ma jistgħux iwaqqgħu l-punti, speċjalment meta wieħed jiftakar li fil-grupp diffiċli tagħhom hemm anke Manchester City u Bayern Munich. Minkejja li se jkunu qed jilagħbu barra minn darhom kontra Empoli, fuq il-karta Roma jibdew favoriti li jieħdu t-tliet punti. Għada Napoli jilagħbu kontra Chievo u jippruvaw ikomplu fejn ħallew fl-ewwel logħba kontra Cagliari meta rebħu b’gowl proprju fl-aħħar minuta skurjat minn De Guzman. Żgur li l-plejers Naplitani jridu jilagħbu ferm aħjar tim li wera logħob pożittiv kontra Juventus. Wara li kiseb tliet punti fiddebutt tiegħu fis-Serie A bħala kowċ, Filippo Inzaghi llejla jmexxi lil Milan fil-logħba delikata li għandhom irRossoneri barra minn darhom kontra Parma. Parma bla dubju se jkunu jridu jwettqu reazzjoni quddiem il-pubbliku tagħhom wara li tilfu l-ewwel logħba 1-0 kontra Cesena. Illum Inter jilagħbu l-ewwel logħba f’San Siro meta jilqgħu lil Sassuolo.
Il-Programm Serie A
Juventus mingħajr Vidal u Tevez
Illum Empoli v Roma Juventus v Udinese
Għada Sampdoria v Torino Cagliari v Atalanta Fiorentina v Genoa Inter v Sassuolo Lazio v Cesena Napoli v Chievo Parma v Milan It-Tnejn Verona v Palermo
Serie B
Illum Avellino v Spezia Crotone v Carpi Frosinone v Bari Modena v Pro Vercelli Perugia v Catania Trapani v Cittadella Varese v Virtus Lanciano V. Entella v Brescia Għada Vicenza v Ternana It-Tnejn Livorno v Latina
(18.00) (20.45) (12.30) (15.00) (15.00) (15.00) (15.00) (15.00) (20.45) (20.45)
30
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
Pistorius ħati ta’ qtil b’negliġenza
Is-sentenza għat-13 ta’ Ottubru
Oscar Pistorius fil-qorti lbieraħ
FORMULA 1
Jirritorna l-GP tal-Messiku
Il-Kampjonat tal-Formula 1 1 se jkun qed jilħaq l-itwal staġun fil-kalendarju annwali s-sena ddieħla meta hemm programmati 20 tiġrija wara r-ritorn tal-Grand Prix Messikan. L-autodromo Hermanos Rodriguez fil-belt tal-Messiku se jkun qed jorganizza tiġrija fl-1 ta’ Novembru fuq ċirkwit b’verżjoni modifikata min dak li ntuża’ laħħar fil-Formula 1 fl-1992. Il-kumplament tat-tiġrijiet imħabbra mill-FIA hu ferm viċin
dak ta’ din is-sena bl-istaġun jibda fil-15 ta’ Marzu flAwstralja u jintemm f’Abu Dhabi fid-29 ta’ Novembru. Sadanittant Ross Brawn insista li ma kienx kuntattjat millFerrari imma “qatt m’hu se jgħid qatt” għal ritorn fil-Formula 1 fil-futur. Brawn ilu barra millisport sa minn meta telaq lil Mercedes bħala prinċipal tat-tim fi tmiem l-istaġun li għadda u issa qed jissemma li jista’ jirritorna mal-Ferrari.
KwesiAppiah irriżenja minn Head Kowċ ta’ Ghana bi ftehim reċiproku. L-aħbar waslet xahrejn wara li l-FA ta’ Ghana offriet l-appoġġ tagħha lil Appiah wara l-inikwietfit-Tazza tad-Dinja fil-Brażil. It-tim Afrikan kien eliminat filfażi tal-gruppi fost rapporti ta’ diżgwid dwar il-ħlasijiet tal-ple-
jers waqt li Kevin PrinceBoateng u Sulley Muntari kienu sospiżi wara li ġew fl-idejn. Appiah kien offrut kuntratt ġdid imma Ghana ġew draw 1-1 fit-Tazza Afrikana mal-Uganda u lanqas rebħa 3-2 fuq Togo erbat’ijiem wara ma kienet biżżejjed biex iżomm il-kariga.
FUTBOL
Appiah jirriżenja
L-atleta mill-Afrika t’Isfel Oscar Pistorius instab ħati ta’ qtil b’negliġenza wara li lImħallef sabet li qatel lillgħarusa tiegħu Reeva Steenkamp bi żball. l-Imħallef Thokozile Masipa qalet li l-atleta aġixxa b’mod ‘negliġenti’ meta spara fuq ilbieb tat-toilet imma dan għamlu “għaliex emmen li kien hemm ħalliel”. Hija qalet li l-istat kien naqas milli jipprova li Pistorius ried joqtol lil Reeva Steenkamp u ppermettiet lill-atleta li jibqa’
barra fuq liberta proviżorja qabel toħroġ is-sentenza fit-13 ta’ Ottubru. Arnold Pistorius, iz-ziju talatleta, qal li l-familja “kienet grata ħafna” lejn l-Imħallef talli sabitu mhux ħati ta’ qtil volontarju u li issa kien “tneħħa piż kbir minn fuqhom”. “M’hemmx rebbieħa f’dan kollu. Bħala familja se nibqgħu affetwati ħafna minn dan lavveniment traġiku... Mhux se nqajmu lil Reeva imma qalbna xorta hi maqsuma għall-familja u l-ħbieb tagħha.”
www.maltarightnow.com
SPORT
L-awtoritajiet li mexxew ilprosekuzzjoni fl-Afrika t’Isfel qalu li kienu ferm ‘diżappuntati’ li Pistorius ma nstax ħati ta’ qtil volontarju imma qalu li se jistennew is-sentenza qabel jiddeċiedu jekk jappellawx. Dan il-verdett iħalli lill-atleta paralimpiku jiffaċċja massimu ta’ 15-il sena priġunerija għalkemm esperti legali qed jissuġġerixxu li din din aktarx tkun ta’ bejn 7 u 10 snin. Pistrious instab ħati wkoll bi traskuraġni talli kellu f’idu arma tan-nar li sparatlu f’ristorant.
Uffiċjali ta’ Ħamrun flimkien mal-plejers il-ġodda
II DIV.
Ħamrun S. jagħmlu seba’ akkwisti Ħamrun Spartans ippreżentaw l-akkwisti l-ġodda tagħhom filkumpless tal-Eurosport f’Birkirkara sigħat biss qabel fetħu l-impenji uffiċjali filKampjonat tat-Tieni Diviżjoni kontra San Ġwann. Il-President Gejtu Debattista qal li wara li t-tim tilef postu mill-Ewwel Diviżjoni l-istaġun li
għadda l-kumitat ħadem bla heda biex isaħħaħ l-iskwadra b’seba’ plejers ġodda li flimkien malplejers tal-klabb għandhom jgħinu lit-tim jilħaq il-mira li jikseb il-promozzjoni fi tmiem listaġun. Il-captain tat-tim se jkun Kenneth Cefai waqt li l-plejers il-ġodda huma Aaron Attard,
Andre White, Alan Tabone, Christian Cacciattolo, Evano Briffa, Simon Shead u nNiġerjan Saturday Nanapere. Ilklabb ħatar bħala kowċ lil Stephen D’Amato li diġa għandu esperjenza fil-passat. Huwa se jkun megħjun minn Renzo Kerr Cumbo u Mark Tabone se jkun il-klowċ tal-gowlkipers.
Is-sewwieq tad-Ducati Andrea Dovizioso kiseb l-aħjar ħin fit-tieni sessjoni ta’ provi liberi għall-GP ta’ San Marino liema sessjonijiet kienu mfixkla bix-xita. Warajh spiċċaw iż-żewġ sewwieqa tal-Honda Dani Pedrosa u l-lider preżenti Marc Marquez waqt li Jorge Lorenzo
tal-Yamaha kellu jikkuntenta bit-tmien post. Is-sewwieq l-ieħor talYamaha Valentino Rossi (ritratt) temm fl-10 post wara Andrea Iannone tad-Ducati wara li kien involut f’inċident minħabba x-xita. Bħalu waqgħu wkoll Dovizioso u Iannone.
MOTOGP
Dovizioso l-aħjar fix-xita f’San Marino
www.maltarightnow.com
32
Is-Sibt, 13 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Tnedija tar-re-branding u l-iskeda ta’ Net TV u Radio 101 Il-logo il-ġdid ta’ NET Television bħala parti mir-re-branding tal-istazzjon
Programmi ta’ kwalita’ ġodda u stabbiliti għall-familja kollha Charles Muscat
L-iskeda l-ġdida ta’ Net Television u ta’ Radio 101 li se tibda dalwaqt se jkun fiha taħlita ta’ programmi ġodda flimkien ma dawk stabbiliti u se tinkludi programmi ta’ kwalita’ għallfamilja kollha. Marouska Pisani Bugeja, Chief Commercial Officer ta’ media.link Communications ħabbret dan il-bieraħ waqt ittnedija tar-rebranding u tal-iskeda l-ġdida tal-programmi fuq Net Telvision u fuq Radio 101. It-tnedija saret f’Level 22 f’Portomaso u għaliha attendew producers, preżentaturi u anke uħud minn dawk li jirreklamaw il-prodotti tagħhom fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni ta’ media.link communications. Preżenti wkoll il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija u s-Segretarju Ġenerali, Chris Said, kif ukoll lOperations Officer, Karl Gouder. Fit-tnedija tal-iskeda tkellmu
wkoll uħud mill-producers u preżentaturi fosthom Elieen Montensin li fl-iskeda l-ġdida se tirritorna permezz tad-drama popolari Becky the Return, kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija. Elaine Agius li flimkien ma Ian, magħruf aktar bħala Janville, se tippreżenta l-programm popolari Eli & I mit-Tnejn salĠimgħa filgħodu, u għandha wkoll il-programm popolari Mitqlu Deheb, il-Ħamis filgħaxija. Fabian Demicoli, il-Kap ilġdid tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tkellem dwar l-esperjenza ġdida tiegġu fin-newsroom fejn flimkien mal-ġurnalisti l-oħra tal-aħbarijiet u tat-Taqsima talFeatures qed jaħdmu biex iġibu dak li jridu n-nies. Hu qal li bejn it-Tnejn u lĠimgha fis-seba’ ta’ filgħaxija se jibda l-programm Newsfeed li se jkun immexxi minn Louise Tedesco. Dan il-programm li se jinkludi Net News fis-7.30 p.m u jibqa għaddej sat-8.30 p.m, se
L-iskeda l-ġdida se tara taħlita ta’ preżentaturi veterani, ġodda u oħrajn li kienu fuq stazzjonijiet oħra miġbura fi skeda li tolqot il-gosti ta’ kulħadd
jidħol fil-fond tal-aħbar bi stejjer umani u ġurnaliżmu investigattiv. Chris Said qal li wara d-diffikultajiet ta’ sena ilu, media.link communications issa qed titpoġġa fuq sisien sodi u issa saret sostenibbli. Dan grazzi għal ħidma u s-sagrifiċċji tal-ħad-
diema kollha. Hu qal li l-gazzetti llum qed iħallu l-qligħ, ir-riklamar żdied u Radio 101 u Net Television żiedu l-udjenzi u saru sostenibbli. Hu qal li din is-sena finanzjarja li se tagħlaq fl-aħħar ta’ Settembru, ir-riklamar fuq Net Tv żdied bi 30 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.