In-Nazzjon 25 ta' Settembru 2014

Page 1

Nru 13,857

Il-Ħamis, 25 ta‘ Settembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Transport Malta tinjora lmenti mir-residenti Qriema

Ara paġna 3

Aktar minn 1,000 persuna arrestati madwar l-Ewropa fuq traffikar ta’ persuni, droga u kriminalità oħra Il-Pulizija tal-Interpol... kollaborazzjoni internazzjonali bejn il-Pulizija f’diversi pajjiżi fi ġlieda kontinwa lill-kriminalità

TINTEMM B’SUĊĊESS “OPERAZZJONI ARCHIMEDES” Parteċipazzjoni attiva mill-Pulizija Maltija u mid-Dwana fl-akbar operazzjoni kontra l-kriminalità fl-Ewropa, inkluż f’pajjiżna

Joe Mikallef

Fis-sigħat li għaddew, forzi talpulizija minn 34 pajjiż, jiġifieri tal-istati kollha tal-UE fosthom il-Pulizija Maltija, flimkien ma’ dawk tal-Awstralja, il-Kolumbja, in-Norveġja, is-Serbja, lIżvizzera u l-Istati Uniti, temmew b’suċċess dik li qed tiġi meqjusa bħala l-akbar offensiva li qatt saret b’mod kollettiv internazzjonalment kontra l-kriminalità organizzata. F’din il-ħidma kbira li kienet tikkonsisti f’azzjonijiet li ttieħdu f’mijiet ta’ lokalitajiet f’dawn il-

pajjiżi, kienu arrestati aktar minn 1,000 persuna li qed ikunu investigati dwar traffikar ta’ persuni, dwar traffikar ta’ droga kif ukoll dwar tipi oħra ta‘ kriminalità. Il-ħidma kollha kienet immexxija mill-Europol, li hu bbażat f’The Hague fl-Olanda, u kienet mifruxa fuq disat ijiem, li hu l-itwal perjodu ta’ ġranet konsekuttivi li qatt ħadet azzjoni simili. Bil-ħidma ġiet konkluża nhar it-Tlieta li għadda. Il-Pulizija Maltija, bl-għajnuna tad-Dipartiment tad-Dwana, ħadet sehem b’mod attiv f’din loffensiva kbira, kemm permezz

tal-Intelligence tagħha, kif ukoll b’investigazzjoni fost immigranti li jinsabu f’Malta biex ikun magħruf aktar dwar it-traffikar tal-immigranti irregolari. Fil-fatt, b’koperazzjoni malAġenzija Frontex, f’din il-ħidma madwar l-UE, ġew investigati 10,000 immigrant irregolari u dan wassal mhux biss biex tinġabar informazzjoni, imma anke biex ġew arrestati 170 persuna li qed jinżammu fil-pajjiżi fejn kienu arrestati, mhux biss biex ikunu interrogati, imma anke biex jintefa’ aktar dawl fuq dak li qed jiġri filkriminalità tat-traffikar tan-nies.

Minbarra l-arresti ta’ 1,027 persuna b’kollox, ir-riżultat ta’ “Operation Archimedes” fisser ukoll il-qbid ta’ 1.3 tunnellata ta’ kannabis, 599 kilogramma kokaina u 200 kilogramma eroina. Waqt li ġew miżmuma wkoll milli jiġu traffikati 30 tifel u tifla Rumeni. Bejn il-15 u t-23 ta’ Settembru, il-Pulizija Maltija kienet f’kuntatt kontinwu mal-Pulizija l-oħra kollegi fid-diversi pajjiżi flEwropa u sar skambju ta’ informazzjoni li wassal għal dan issuċċess. għal paġna 6

Il-Qorti twaqqaf lill-Gvern milli jagħti transfer politiku

Ara paġna 5

Jinqatel ostaġġ Franċiż

Herve Gourdel, Franċiż ta’ 55 sena, inqatel minn militanti Iżlamiċi Alġerini, alleati tal-Istat Iżlamiku. Hu nqatel billi qatgħulu rasu, bi tpattija għallattakki fis-Sirja u fl-Iraq


www.maltarightnow.com

2

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

Trabijiet ħdejn l-Iskola Tifel Ġermaniż fil-periklu tal-mewt Primarja tal-Mellieħa

Tifel Ġermaniż ta’ 11-il sena, li joqgħod Ħ’Attard, jinsab f’qagħda kritika wara li waqa’ u ħabat rasu. L-inċident seħħ tard nhar it-Tlieta waranofsinhar flinħawi magħrufin bħala ‘IdDwejra’ fil-limiti tal-Imġarr. Jidher li t-tifel, li kien malfamilja tiegħu, waqa’ u tgerbeb tul ta’ madwar żewġ metri mal-

art, u ħabat rasu. Il-waqgħa kienet aċċidentali u jidher li seħħet meta ċediet il-ħamrija li fuqha kien it-tifel. Hu ddaħħal l-isptar fejn kien ċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt, minħabba li ħabat rasu. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LOKALI

Residenti li joqogħdu qrib lIskola Primarja tal-Mellieħa, u ġenituri li jibagħtu lil uliedhom f’din l-iskola, jinsabu mħassbin u inkwetati dwar it-trabijiet u inkonvenjenzi oħrajn li nħolqu minħabba xogħlijiet li bdew isiru madwar l-iskola. Persuna li tiffrekwenta z-zona ta’ spiss qalet li s-soltu l-aċċess għall-iskola kien ikun minn tliet postijiet differenti iżda issa, minħabba x-xogħlijiet, dawn tnaqqsu għal wieħed u allura issa ttfal qed jgħaddu minn bieb wieħed li jinsab fil-ġenb tal-iskola. Iz-zona quddiem il-bieb prinċipali tal-iskola tinsab maqlugħa kollha, u hemm numru ta’ inġenji mekkaniċi li jistgħu jkunu ta’ periklu. Is-sors li tkellmet magħna qalet li l-ġnien ukoll jinsab maqlugħ kollu. Jidher li l-ħaddiema qed jaħdmu l-ħin kollu u mhux waranofsinhar, meta tispiċċa l-iskola u t-

tfal ikunu laħqu rritornaw id-dar. Qabel l-elezzjoni għallParlament Ewropew fl-aħħar ta’ Mejju, kienet twaħħlet tabella b’tagħrif li kienu se jsiru xxogħlijiet, b’apoloġija bil-quddiem għal kull inkonvenjent li jista’ jinqala’. Imma minflok saru b’mod immedjat, ix-xogħlijiet bdew madwar ġimagħtejn ilu, proprju ftit jiem biss qabel il-ftuħ tassena skolastika l-ġdida. Xi ġenituri tat-tfal avviċinaw lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u ressqu l-ilmenti tagħhom dwar ilperiklu mill-inġenji u t-trakkijiet, kif ukoll minħabba t-trabijiet flarja. Diversi tfal li jbatu millażma u mill-‘hay fever’ tant ħassewhom ma jifilħux, li saħansitra ġew ordnati mit-tobba biex jibqgħu d-dar. Persuna oħra li tkellmet magħna qalet li waqt li kien għaddej ittħammil u t-tqattigħ fil-blat mill-

inġenji mekkaniċi, żdiedu wkoll it-trakkijiet fit-triq li ħolqu iżjed periklu, kemm għat-tfal kif ukoll għall-ġenituri meta jiġu biex iwassluhom jew jiġbruhom milliskola. Xi persuni li tkellmu magħna qalulna li din il-ġimgħa, waqt li t-tfal kienu deħlin l-iskola, kien hemm il-gafef ibattlu tterrapien għal fuq it-trakkijiet. Ix-xogħlijiet qed ikunu kkonċentrati fil-ġnien tal-iskola minn barra, ġnien li tħammel u tħaffer kollu. Fl-aħħar jiem, għall-inqas, sar ‘fence’ bħala mezz ta’ lqugħ u fl-istess ħin bħala sigurtà.Madankollu, waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet, ġie osservat li nqalgħu numru ta’ siġar minn posthom u ħadd ma jaf x’sar minnhom. Ir-residenti u l-ġenituri tat-tfal qed jistaqsu għaliex dan ixxogħol kollu beda issa, meta seta’ faċilment sar fil-vaganzi tas-sajf.

Il-Union tal-Għalliema ħarġet direttivi għal azzjonijiet millgħalliema kollha fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern wara li ma kienx rispettat ftehim milħuq aktar kmieni, bejnha u l-Gvern, u numru konsiderevoli ta’ għalliema ġew assenjati seba’ lezzjonijiet kuljum, minflok innumru maqbul ta’ sitta. L-MUT fi stqarrija qalet li lftehim li kien intlaħaq bejnha u lMinisteru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, biex ikun hemm iċċaqliq minn 37 lezzjoni għal 40 kull ġimgħa, involva numru ta’ salvagwardji, fosthom li jkun hemm limitu ta’ sitt lezzjonijiet kuljum. Skont l-MUT, iżda, idDirettorat għas-Servizzi Edukattivi ma implimentax din il-miżura, u s-‘software’ tat-

‘timetable’ ma kienx emendat biex jassigura limitu ta’ sitt lezzjonijiet kuljum. Dan apparti li ma nħarġux struzzjonijiet lilliskejjel biex joqogħdu mal-limitu miftiehem. Minħabba l-fatt li dan kollu jikkostitwixxi ksur tal-ftehim, ilunion ordnat lill-għalliema u lKapijiet tad-Dipartimenti kollha biex ma jattendux laqgħat dwar is-suġġetti jew oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-Pjan ta’ Żvilupp fl-Iskola. Il-Union tal-Għalliema ordnat ukoll lill-Kapijiet u l-Assistenti Kapijiet fl-iskejjel biex la jemendaw it-‘timetables’ u lanqas jagħmlu xi arranġament ieħor biex isolvu l-kwistjoni tas-seba’ lezzjonijiet fil-ġimgħa. L-MUT qalet li dawn id-direttivi se jibqgħu fis-seħħ sakemm

hi tkun sodisfatta li d-Direttorat iwettaq l-emendi neċessarji kollha biex il-ftehim milħuq ikun rispettat. Qalet ukoll li mhi se taċċetta lebda pressjoni fuq il-gradi talgħalliema u fuq il-membri tas‘Senior Management Team’ sabiex is-sitwazzjoni tkun solvuta. Barra minn hekk, il-union qalet ukoll li f’ċerti kulleġġi, Kapijiet ta’ Skejjel qed ikunu mitluba jivverifikaw dokumenti marbutin mar-reġistrazzjoni ta’ studenti barranin minn pajjiżi flUnjoni Ewropea. Il-union ordnat lill-kapijiet tal-iskejjel biex jieqfu jagħmlu dan ix-xogħol u jirreferu dawn il-materji lilluffiċċju tal-Prinċipal u/jew isSezzjoni tal-Customer Care fi ħdan id-Direttorat talEdukazzjoni.

Direttivi lill-għalliema fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern mill-MUT

Dan ir-ritratt juri s-sitwazzjoni f’parti mill-Iskola William Baker tal-Gudja, hekk kif bħalissa t-tfal qed jidħlu lura għas-sena skolastika l-ġdida. Dan huwa l-istat tat-toilet fil-klassijiet tat-tfal żgħar nett, f’din l-iskola primarja fil-Kulleġġ San Benedittu, li parti minnha tilqa’ wkoll lit-tfal tal-Kindergarten. Dan is-saqaf - li bixxorok jidhru, hu evidenti li hu perikoluż għal kulħadd, imma b’mod partikulari għal tfal ta’ dik l-età - ilu f’dan l-istat minn qabel is-sajf, imma ma sar l-ebda sforz biex jitranġa.


www.maltarightnow.com

LOKALI

Transport Malta ma tismax l-ilmenti tar-residenti Qriema

Minkejja li issa ilhom xhur isiru l-ilmenti minn residenti Qriema dwar il-problema kbira tat-traffiku f’Ħal Qormi u zoni fil-viċin, Transport Malta s’issa għadha ma ħadet l-ebda azzjoni dwar din is-sitwazzjoni li, kulma jmur, sejra dejjem għall-agħar. Nies li tkellmu ma’ dan il-ġurnal qalulna li “l-problema tattraffiku f’Ħal Qormi qatt ma kienet daqshekk gravi,” b’mod partikulari f’zoni bħal Triq ilMitħna, Triq il-Kbira, Triq San Bastjan, Triq Manwel Dimech u Triq l-Imdina. Ritratti li qed jippubblika llum ‘In-Nazzjon’, juru li t-traffiku mhux qed jaħkem toroq arterjali biss, iżda anke dawk residenzjali u fil-qalba tal-lokalità, b’inkonvenjent kbir għall-Qriema. “Kif jista’ jkun li biex sempliċement noħorġu minn fejn ilKnisja ta’ San Ġorġ lejn Pjazza San Franġisk irridu nieħdu 20 minuta? Qatt ma konna hekk qabel. U dan m’għandu x’jaqsam xejn max-xogħlijiet fil-wied,” qaltilna mara minn Ħal Qormi. Jirriżulta li vjaġġ normali bil-

“Kif jista’ jkun li sempliċement biex toħroġ minn ħdejn il-Knisja ta’ San Ġorġ għal Pjazza San Franġisk, tieħu għoxrin minuta?”

it-traffiku qed ikun iġġammjat għal ħin twil. L-istess jista’ jingħad għal Triq Ħal Qormi.

Triq l-Imdina Problema oħra li jidher li effettwat iż-żieda fit-traffiku hija d-deċiżjoni ta’ Transport Malta li tingħalaq it-triq ta’ wara l-fabbrika tan-Nylon Knitting, li kienet isservi ta’ ħruġ alternattiv għas-sewwieqa li jkunu neżlin minn Triq lImdina jew ħerġin minn Triq San Bartilmew. Mir-riċerka li għamilna, liskuża wara din id-deċiżjoni stramba kienet l-inċidenti – proprju għaliex dik il-‘junction’ kienet perikoluża. Iżda filwaqt li ammont ta’ inċidenti xorta qed jiġu rappurtati fl-istess post

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, fuq inizjattiva tal-kunsillieri tal-PN, għamel pressjoni fuq TM biex tiġi revokata d-deċiżjoni

karozza, li sas-sena l-oħra kien jieħu madwar 35 minuta, issa qed jieħu siegħa. Resident ieħor qalilna, “għandna problema serja u Transport Malta donnha ċċassata. Għaliex ħadd mhu jisma’ l-ilmenti tagħna?” Interessanti l-fatt li t-traffiku mhux ristrett biss għas-sigħat ta’ filgħodu. Fi Triq l-Imdina, anke għall-ħabta ta’ nofsinhar,

3

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

(forsi ftit inqas minn qabel), dan xorta ma jiġġustifikax l-effetti negattivi ta’ din id-deċiżjoni minn TM, hekk kif it-traffiku fiz-zona qed jiżdied drastikament. Fuq pressjoni tal-kunsillieri Nazzjonalisti, il-Kunsill Kokali ta’ Ħal Qormi approva mozzjoni sabiex qabel tittieħed deċiżjoni ta’ dan it-tip, issir konsultaz-

zjoni mal-Kunsill. Il-mozzjoni tgħid li “l-Kunsill jitlob lill-Gvern biex jikkummissjona studji ta’ esperti dwar l-impatt tat-tibdil li seħħ fuq ittraffiku f’Ħal Qormi, f’każ li limsemmi tibdil fl-immaniġġjar tat-traffiku ma seħħx qabel beda x-xogħol. “Il-Kunsill jitlob ukoll lillGvern jirrevoka d-deċiżjoni li ttieħdet (dwar it-triq ta’ wara nNylon Knitting) u jreġġa’ kollox għall-istat oriġinali, jew kif alternattivament rakkomandat, f’każ li l-istudji tal-esperti, jew l-esperjenza ta’ dan it-tibdil li seħħ turi li hemm impatt negattiv fuq l-immaniġġjar tat-traffiku f’Ħal Qormi.”

L-ebda azzjoni Din id-deċiżjoni tal-Kunsill Lokali ġiet komunikata liċChairman ta’ TM James Piscopo, li t-tweġiba tiegħu kienet: “Acknowledged”. ‘In-Nazzjon’ hu infurmat li dwar it-traffiku f’Ħal Qormi u d-deċiżjonijiet li ttieħdu dan issajf minn Transport Malta, saħansitra ġie infurmat il-Prim Ministru, għaliex kien hemm resident li kitiblu direttament. Madankollu, s’issa, wara tliet xhur, xorta għadu ma sar xejn. Jidher li l-istess problema tattraffiku qed tinħass ukoll ta’ kuljum fil-Mellieħa, in-Naxxar, Birkirkara, Ħ’Attard u Raħal Ġdid.

Il-kaos li qed ikun hemm ta’ kuljum f’Ħal Qormi b’konġestjoni qawwija tat-traffiku, sitwazzjoni li qatt ma kienet daqshekk gravi

Nefqa ta’ €23,000 fuq triq bla sejħa għall-offerti u bla ma kien infurmat il-Kunsill ĦAL GĦAXAQ

Is-Sindku Laburista ta’ Ħal Għaxaq qed jiffaċċja kritika filKunsill Lokali b’maġġoranza Laburista dwar triq li saret fillokal, u li swiet €23,000, iżda li għaliha ma nħarġux offerti, u lKunsill ma kienx infurmat. Jirriżulta li dan il-każ tqajjem fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill li fiha kien il-Viċi Sindku Laburista Leli Vassallo stess li rrimarka li lKunsill ma kienx infurmat dwar

l-għoti ta’ tarmak fi Triq itTelleritu, f’Ħal Għaxaq. In-nefqa fuq dan il-proġett kienet ta’ €23,000. Il-Viċi Sindku Laburista insista li l-Kunsillieri għandhom jingħataw spjegazzjoni misSindku Darren Abela dwar kif saret din it-triq, meta suppost li għal dan ix-xogħol inħarġet sejħa għall-offerti. Is-Sindku Laburista hu impje-

Ippressat biex iwieġeb, is-Sindku Laburista Darren Abela jgħid li ma kienx jaf il-proċeduri kif jinħarġu l-offerti

gat fis-Segretarjat tal-Ministru Konrad Mizzi. Appoġġjat mill-kunsillieri loħrajn fil-Kunsill ta’ Ħal Għaxaq, il-Viċi Sindku staqsa kif se titħallas din it-triq, u insista li

hu ma kienx se jiffirma għal dan il-ħlas. Ma’ dan, qablu wkoll ilkunsillieri l-oħrajn. Jirriżulta li lanqas is-Segretarja tal-Kunsill Lokali ma kienet taf b’xejn.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku Laburista Darren Abela wieġeb li hu ma kienx jaf il-proċeduri kif iridu jinħarġu l-offerti għal din ittriq, u sostna li fil-fatt kien inħareġ xi avviż fuq il-gazzetti. Din il-pożizzjoni tas-Sindku Laburista ma sabitx l-appoġġ talkunsillieri l-oħrajn, li insistew li fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill, għandha tingħata spjegazzjoni dwar dak li seħħ.


4

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

“Il-vittma kellu nofs wiċċu mtajjar”

Persuna li kienet minn talewwel li waslet fil-post fejn kien inqatel il-messaġġier tal-Bank Of Valletta Alphonse Ferriggi, fit-18 ta’ Settembru 2000, ilbieraħ qalet fil-Qorti li l-vittma kellu nofs wiċċu mtajjar. Sadanittant, għal darba oħra, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli reġgħet ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja taż-żewġt irġiel akkużati bil-qtil ta’ Ferriggi. Dan għaliex hemm aktar persuni li jridu jixhdu f’dan il-każ, u għalhekk għadu mhux propizju li l-akkużati jingħataw il-pleġġ. L-akkużati huma James Vella ta’ 33 sena minn Ħal Qormi magħruf bħala “Il-Frejżer”, u Christopher Scerri ta’ 35 sena minn Tal-Pietà, magħruf bħala “Gazzetti” jew “Buttuni”. Il-qtil kien twettaq għall-ħabta tal5.30am f’San Ġwann, bil-vittma

jmut kawża ta’ tiri ta’ arma tannar, b’tir minnhom f’rasu jkun dak fatali. Ferriggi kien inqatel meta kien qed jiddepożta xi dokumenti talBOV u l-aggressuri ħasbu li kien qed jiddepożita flus kontanti. Filkumpilazzjoni dwar dan il-każ li seħħ 14-il sena ilu, l-espert ta’ lewwel għajnuna Chris Mangion, illum ġurnalist, li kien fost lewwel persuni li waslu fil-post tad-delitt, spjega lill-Qorti kif ilvittma kellu nofs wiċċu mtajjar b’tir sparat lejh. Mangion, li kien jagħmel xogħol mas-St John’s Ambulance Brigade, kien fuq ilbejt tal-ġentiuri tiegħu meta sema’ l-isparatura li qatlet lil Alphonse Ferriggi. Qal li huwa mill-ewwel ġabar l-appartat mediku li kien juża, u ġera lejn ix-xena tar-reat. Kompla jgħid li kif wasal, sab

lil Ferriggi miksi bid-demm u b’nofs wiċċu mtajjar. Qal li lvittma miet ftit tas-sekondi wara. Il-kumpilazzjoni fil-konfront taż-żewġt irġiel mixlijin b’dan ilqtil qed issir wara li l-akkużati kienu ssemmew fil-ġurijiet separati ta’ żewġt irġiel oħra li diġà jinsabu l-ħabs fuq dan il-każ. Dawn huma Joseph Zammit ta’ 57 sena, mill-Furjana, magħruf bħala Żeppi Redgħu, u Richard Grech ta’ 47 sena minn ĦalQormi magħruf bħala “IżŻinnanna”. Grech kien mar għomru l-ħabs, filwaqt li Zammit qed jiskonta sentenza ta’ 30 sena ħabs, wara li l-Qorti tal-Appell Kriminali kienet naqqsitlu sena u nofs ħabs wara li nstab ħati fuq kompliċità fil-qtil. James Vella u Christopher Scerri wkoll iridu jgħaddu ġuri fil-futur fuq dan il-każ

Il-Gvern bħalissa qed jorganizza laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ entitajiet pubbliċi biex jiġu diskussi mezzi kif titnaqqas il-burokrazija. Waqt waħda minn dawn illaqgħat, li saret lbieraħ filMinisteru għad-Djalogu Soċjali, id-Drittijiet tal-Konsumatur u lLibertajiet Ċivili, il-Ministru Helena Dalli qalet li l-Gvern ħoloq sit elettroniku u fuljetti b’seba’ lingwi biex jgħin lill-immigranti jintegraw fis-soċjetà Maltija. Qalet ukoll li l-Gvern qed jippjana li jressaq liġi fil-Parlament biex persuni ‘transgender’ ikollhom id-dokumentazzjoni

tagħhom, fosthom il-karta tal-identità u ċertifikazzjoni ta’ eżamijiet, mibdula b’mod awtomatiku meta jbiddlu s-sess tagħhom. Dan biex wieħed ma jkollux għalfejn joqgħod jgħaddi minn proċessi legali żejda, tenniet il-Ministru Dalli. Hi qalet ukoll li l-Gvern se jiffaċilita l-proċessi legali għallkoppji li jikkoabitaw. Helena Dalli qalet li qed jinħolqu wkoll kiosks informattivi fiċ-ċentri tal-ħwienet biex l-konsumaturi jkollhom aċċess fuq ilpost għall-informazzjoni dwar iddrittijiet tagħhom. Il-Ministru Dalli qalet li qed tiġi

żvilupata wkoll mobile application li toffri xi informazzjoni lill-konsumatur, fosthom il-ħinijiet talftuħ ta’ spiżeriji f’Malta, tibdil filprezzijiet tal-mediċina u ċaqliq filprezz tal-fuel. Hi qalet li qed isir sforz ukoll biex jiġi mtejjeb ilproċess ta’ ċertifikazzjoni talmediċini u biex il-liġijiet jkunu simplifikati ħalli n-nies ikunu jistgħu jifhmuhom. Spejgat ukoll li l-Gvern qed jibgħat spetturi tax-xogħol biex jiġu identifikati abbużi fuq il-post tax-xogħol biex jitnaqqsu l-ħaddiema li jkollhom jirrapurtaw abbuż jew xogħol prekarju.

www.maltarightnow.com

LOKALI

Il-messaġġier tal-BOV kien inqatel f’San Ġwann fis-sena 2000. Il-Qorti ċaħdet għal darba oħra talba għal-libertà proviżorja mill-akkużati

Ilbieraħ xehdet ukoll l-eks tfajla ta’ Grech, li isimha ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti. Hi qalet li ġurnata wara l-qtil, Grech kien qalilha li kien spara fuq

raġel u li kien jemmen li qatlu. Qalet li hija ma kinitx emmnitu, għax kien iħobb jesaġera. Madanakollu, kompliet tgħid li qatt ma staqsietu xejn fuq il-każ.

Il-Ministru Helena Dalli rreferiet għall-“Parkinson’s Law”, li hija bbażata fuq il-ħsieb li jekk wieħed jimpjega ħafna nies għal biċċa xogħol waħda, dawk il-ħaddiema jtawlu l-proċess tax-xogħol biex jiġġustifikaw l-impjieg tagħhom. Hi qalet li għalhekk, l-Gvern irid jara li l-ħaddiema jkunu qed jagħtu l-massimu tagħhom f’xogħol li huwa mqassam tajjeb u mhux imġebbed biex jiġġustifika l-impjieg tagħhom. Iżda filwaqt li rreferiet għal din it-teorija, fl-ebda mument waqt id-diskors tagħha ma’ rreferiet għaċ-ċifri li juru li

f’sena l-Gvern żied miegħu 2,000 ħaddiem u ma qalitx lanqas għaliex kienu meħtieġa daqstant ħaddiema f’sena waħda. Fil-laqgħa ħadu sehem ukoll idDeputat Laburista Carmelo Abela, li mexxa id-diskussjoni bħala ‘Chairman’, u Anthony Agius Decelis bħala Kummissarju għasSimpilifikazzjoni u t-Tnaqqis talBurokrazija. Carmelo Abela qal li l-Gvern għandu l-mira li jnaqqas lburokrazija b’25% filwaqt li Agius Decelis faħħar l-ispazju li qed toffrilu l-Ministru biex inaqqas l-burokrazija.

Tevita li ssemmi l-2,000 ħaddiem li ddaħħlu mal-Gvern f’sena waħda

Ftit jiem qabel jerġa’ jsiefer biex ikompli l-kura għall-kanċer flIngilterra, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ngħata sorpriża sabiħa meta sarlu festin sorpriża fid-Dar Ċentrali fuq inizjattiva tad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar. Kienet sorpriża wkoll għall-grupp tal-voluntieri talPN li ħadmu fuq il-Fosos talFurjana, li kienu qed jiltaqgħu maluffiċjali tal-partit immexxija millKap tal-PN Simon Busuttil u misSegretarju Ġenerali Chris Said, li rringrazzjawhom tal-ħidma tagħhom waqt il-festi talIndipendenza. Matul is-serata, Tim Sport PN ippreżentaw is-somma ta’ €2,000 li nġabret waqt il-Ġirja talIndipendenza. Għall-attività kienu mistiedna wkoll rappreżentanti tal“Karl Vella Foundation” li ngħataw donazzjoni miġbura mill-plejers li ħadu sehem fit-Tournament talWaterpolo li wkoll kien organizzat minn Tim Sport PN għall-festi talIndipendenza. Beppe Fenech Adami, li kien akkumpanjat minn martu Ann, ippreżenta wkoll lil din il-Fondazzjoni sett flokkijiet u bibs biex jintużaw f’attività li se torganizza fil-jiem li ġejjin (Ritratt: John Paul Bonanno)


www.maltarightnow.com

5

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

QORTI

Il-Qorti twaqqaf lill-Gvern milli jkeċċi diplomatika Ried jagħtiha transfer politiku u jibgħatha taħdem mal-eks ħaddiema tat-tarzna

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima, waqqfet lillGvern milli jagħti transfer politiku lid-diplomatika Antoinette Cutajar, li minn mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, ried jibgħatha ma’ kumpanija li tmexxi lill-ħaddiema tat-tarzna. Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ Cutajar, li fetħet kawża filQorti li fiha kienet qalet li lkuntratt tagħha huwa wieħed indefinit, u għalhekk kien ippreżentat mandat ta’ inibizzjoni peress li kienet se tiġi

trasferita għal mal-kumpanija Industrial Projects and Services Limited (IPSL), kumpanija li kienet twaqqfet biex tassorbi lill-eks ħaddiema tat-tarzna. Il-Qorti qablet mal-argumenti tad-diplomatika, li qalet li hija uffiċjal pubbliku, u li l-Gvern ma kellux dritt ikeċċiha, jew jibgħatha ma’ kumpanija oħra li m’għandha x’taqsam xejn maxxogħol li ilha tagħmel. Aktar minn hekk, il-Qorti qalet li ma setgħetx tifhem kif il-Gvern ried jimpjegaha ma’ kumpanija li twaqqfet għal eksħaddiema tat-tarzna u tax-ship-

building. Dan meta hi kkwalifikata fix-xjenza politika. Il-Gvern kien argumenta li Cutajar ma kinitx impjegata wara sejħa pubblika, iżda kienet impjegata bħala persuna ta’ fiduċja mill-Gvern preċedenti. Antoinette Cutajar kienet waħda minn dawk li ntlaqtu mill-mewġa ma taqta’ xejn, ta’ transferimenti politiċi, u ma kellhiex triq oħra ħlief li tieħu l-każ tagħha filQorti. Fil-Qorti kienu xehdu diversi persuni fuq il-każ, fosthom Angele Azzopardi mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, li qalet

Sidien ta’ propjetà qed jakkużaw liċ-Ċentru għallKonferenzi f’Dar il-Mediterran (MCC), li tellifhom kumpens ta’ €69,000 li kellu jingħatalhom fuq propjetà esproprijata fil-Belt Valletta. Fi protest ġudizzjarju li ġie ppreżentat fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili minn Lilian Cassar, Josette Mizzi, Alfred Cassar u Sylvana Magrin kontra d-Dipartiment talArtijiet u l-MCC, dawn qalu li huma daħlu fi ftehim ta’ tpartit u kumpens mad-Dipartiment u mal-MCC minħabba t-teħid ta’

dar fi Triq l-Isptar il-Qadim filBelt Valletta, għal skop pubbliku. Minflok din id-dar li ħadilhom il-Gvern, il-qbil kien li jingħataw kumpens li b’kollox jammonta għal €300,000 minħabba li daqshekk kienet tiswa l-propjetà esproprijata. Għalhekk huma ngħataw issomma ta’ €200,413 fi flus kontanti, u propjetà alternattiva – appartament fi Triq il-Mediterran fil-Belt Valletta stess, li qalulhom li jiswa €100,000. Madanakollu, aktar tard irriżulta li dan l-appartament, fil-verità

kellu biss valur ta’ €30,968.55 li jfisser li huma tilfu kważi €70,000 f’din it-transazzjoni. Il-protest, li kien iffirmat millAvukati David Camilleri u Joseph Gatt, jgħid li għalhekk jonqos li jitħallas dan l-ammont. Għaldaqstant, filwaqt li qed iżommu lid-Dipartiment u lillMCC responsabbli għad-danni, fil-protest, l-inkwilini qed jitolbuhom biex fi żmien ġimgħatejn min-notifika tal-protest, iħallsuhom l-ammont li baqa’ x’jitħallas, bl-ispejjeż tal-proċeduri ġodda u bl-interessi b’kollox.

Anzjan ta’ 70 sena mill-Marsa ammetta fil-Qorti li faqa’ ‘windscreen’ ta’ karozza tal-linja b’daqqa ta’ ponn, wara li l-istess karozza kienet se ttajjru. Huwa qal li rreaġixxa b’dan il-mod sforz il-biża’ li ħakmitu. Giorgio Magri ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi

żmien sentejn, wara li fil-Qorti ammetta l-akkużi miġjubin kontrih. Il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel kien qed jaqsam it-triq fejn id-dar tiegħu filMarsa, meta karozza tal-linja għal ftit ma tajjritux. Wara, Magri ta daqqa ta’ ponn fuq il-windscreen u kkawża b’madwar €430 fi ħsara. Id-Difiża mmexxija mill-Avukat

Maxilene Pace, li qalet li dak li seħħ kien sforz il-biża’ li kellu l-anzjan, u kien għalhekk li rreaġixxa kif irreaġixxa. Magri skuża ruħu mal-Qorti u ħallas għad-danni li kkawża. IlMaġistrat qal lil Magri li hu ma jkissirx ‘windscreens’ meta jkun beżgħan.

Raġel mill-Afrika t’Isfel u ieħor mill-Kamerun baqgħu miżmumin taħt arrest preventiv wara li ġew akkużati quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia li ppruvaw jiffrodaw Malti ssomma ta’ €250,000 permezz ta’ “black money scam”, jiġifieri bl-użu ta’ teknoloġija tal-ħasil ta’ flus permezz ta’ kimika sewda.

Calice Nkwessa ta’ 39 sena mill-Afrika t’Isfel, u Bertin Nfonkeu ta’ 30 sena millKamerun, kien għamlu kuntatt mal-vittma u rnexxielhom jipperswaduh li bagalja li kienet mimlija karti tal-flus, kien fiha flus ta’ vera, meta dawn kienu kollha foloz. Skont il-Prosekuzzjoni, lakkużati kellmu lil Clayton

Falzon, u għamlu kimika mħallta, f’karta tal-flus li kienet sewda u din biddluha f’karta ta’ €50, u wara huma qalu lill-vittma li din il-karta kienet ġenwina. Mill-provi, irriżulta li wara li l-akkużati kkonvinċew lil vittma, huma talbu s-somma ta’ €250,000 biex iparrtuha u lilu jagħtuh bagalja mimlija b’dawn il-flus foloz.

Jakkużaw lill-MCC li tellifhom €69,000 f’kumpens

Jammetti li faqa’ windscreen ta’ karozza tal-linja

li Cutajar bdiet taħdem malMinisteru tal-Affarijiet Barranin fl-1 ta’ Novembru 1999 bħala persuna ta’ fiduċja, u fil-25 ta’ Novembru tas-sena 2008 talbet li l-kuntratt definit jiġi mġedded, kif fil-fatt sar fl-1 ta’ Jannar 2009, meta l-kuntratt ġie mġedded b’sena oħra. L-Avukat Karol Aquilina, li deher għal Antoinette Cutajar, kien qal fil-Qorti li, minkejja li lklijenta tiegħu kienet impjegata fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin bħala konsulenta fuq bażi ta’ fiduċja, maż-żmien hija bdiet taqdi rwoli oħra li n-natura

tax-xogħol tagħhom ma kinitx ta’ persuna ta’ fiduċja. Hu sostna li wara li talbet biex il-kuntratt tagħha jkun mġedded, l-impjieg tagħha sar wieħed indefinit, u għalhekk ma kienx hemm ħtieġa li hija tibqa’ tinsisti fuq it-tiġdid tal-kuntratt. L-Avukat Aquilina kompla jgħid li l-mument li persuna tagħmel xogħol li mhux fuq bażi ta’ fiduċja jagħmel il-kuntratt tagħha wieħed indefinit. Hu akkuża wkoll lill-Gvern li qed jiġi jaqa’ u jqum mil-liġi u rrimarka li l-klijenta tiegħu setgħet titkeċċa mingħajr rimedju.

Żagħżugħ ta’ 21 sena mirRabat tressaq b’ċitazzjoni quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mixli li seraq mill-Youth Centre ta’ ĦadDingli, li huwa mmexxi misSależjani, post li hu kien jattendi sa ftit qabel ma saret isserqa. Tyron Pace, li qed iwieġeb li mhux ħati, qed jiġi mixli li fost l-oħrajn seraq Playstations u aċċessorji oħra tal-Playstation, logħob u kaxxa tal-għodda, bilvalur tas-serq jitla’ għal madwar €1,500. Il-Qorti semgħet uffiċjali

forensiċi jixhdu u jgħidu li tliet marki tas-swaba li nstabu fuq it-twieqi li kienu tkissru waqt is-serqa, jaqblu ma’ dawk talakkużat. Is-saċerdot Carmel Sacco, li kien irrapporta s-serqa fl-10 ta’ Settembru tas-sena l-oħra, għamel lista tal-oġġetti nieqsa, u qal ukoll li kien hemm ‘netbook’ li qatt ma nstab. Mistoqsi jekk kienx jaf lillakkużat, is-saċerdot qal li jafu fil-Youth Centre stess u li kien rah ftit qabel ma saret is-serqa. L-Avukat Lucio Sciriha deher għall-akkużat.

Żagħżugħ mixli li seraq oġġetti minn Youth Centre

Akkużati b’attentat ta’ frodi ta’ €250,000 permezz ta’ black money scam Huma qalu lil Falzon li l-flus foloz li kellhom ma setgħux jesportawhom lejn pajjiżhom minħabba l-liġijiet stretti li għandhom. L-Ispettur Ian Abdilla, li mexxa l-Prosekuzzjoni, qal li dawn il-flus isiru permezz ta’ kimika apposta u huma flus maħsulin, b’min jiffabrikahom iwiegħed lil dak li jkun qed jip-

prova jiffroda li dawn se jiġu bħall-flus oriġinali. Madanakollu, huwa qal li mhux minnu li jsir hekk, u l-flus lanqas jiġu valuta legali. L-akkużati wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom, u ma ngħatawx il-libertà proviżorja. Għalihom deher l-Avukat Anthony Cutajar.


Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

6

F’Malta arrestati ħamsa min-nies minn paġna 1

Il-Pulizija fi ħdan l-Unjoni Ewropea hi konxja mhux biss tal-kriminalità qawwija u dejjem tikber, tat-traffikar tan-nies, imma wkoll taċ-ċrieki ferm perikolużi nvoluti fin-negozju tal-ġarr tal-immigranti irregolari minn pajjiżi fit-Tramuntana talAfrika lejn in-Nofsinhar talEwropa. Sfortunatament bosta minn dawn il-vjaġġi qed jiżviluppaw fi traġedji, b’laneċ mimlija immigranti irregolari jispiċċaw jegħrqu u dawn jitilfu ħajjithom. Matul dan is-sajf reġgħu kienu rappurtati għadd ġmielu ta’ traġedji bħal dawn fir-reġjun talMediterran. Kien anke fid-dawl ta’ dan li kienet organizzata din l-azzjoni konġunta, f’tentattiv li l-pulizija fl-Ewropa, f’koordinament bejn il-pajjiżi kollha nvoluti, jaħdmu id f’id u jiġġieldu l-kriminalità organizzata. L-investigazzjonijiet, it-tfittxijiet li saru u l-arresti mwettqa matul din l-operazzjoni saru b’koordinazzjoni sħiħa wkoll

mal-Eurojust u l-Interpol. U dawn kienu ffukati fuq ajruporti, border-crossings, portijiet u postijiet oħrajn magħrufin għallkriminalità. Stqarrija tal-Pulizija Maltija qalet li fil-każ ta’ pajjiżna, fejn saret ħidma fl-ajruport, fil-Port il-Kbir, u fil-Freeport, ġew arrestati ħames persuni dwar traffikar ta’ droga, serq u immigrazzjoni llegali, waqt li ġew konfiskati 1.3kg ta’ eroina u 1kg kannabis. Sadattant matul din ilġimgħa, l-ogħla uffiċjali talpulizija mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jkunu qed jiltaqgħu f’Konvenzjoni importanti talEuropol, u waħda mill-miri hi dik li tkompli tiżdied il-kollaborazzjoni fejn il-forzi tal-ordni mxerrda fl-Ewropa, fosthom bi skambji ta’ informazzjoni u intelligence. F’kumment lill-ġurnal InNazzjon dwar din l-offensiva kbira Ewropea fil-qasam talinfurzar tal-liġi, il-Ministru talIntern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia faħħar din linizjattiva u anke l-parteċipaz-

www.maltarightnow.com

LOKALI

Id-Direttur tal-Europol Rob Wainwright (xellug) u l-Kap tal-Pulizija Taljana Alessandro Pansa huma u jagħtu d-dettalji lbieraħ fil-kwartieri ġenerali tal-Europol f’The Hague

zjoni tal-Pulizija Maltija li ħadmet fil-qrib ma’ diversi entitajiet oħra. Hu saħaq li l-koperazzjoni bejn il-Pulizija Maltija u dik Internazzjonali qed twassal għal aktar suċċessi. Manuel Mallia żied li fiddinja tal-lum fejn il-kriminalità organizzata qed tkompli ssir

dejjem aktar sofistikata, ilGvern Malti qed jagħmel minn kollox biex il-Pulizija Maltija żżomm lilha nnifisha aġġornata. Hu għalhekk li tattendi għal taħriġ fuq livell internazzjonali u żżomm kollaborazzjoni ma’ Korpi tal-Pulizija oħrajn f’pa-

jjiżi lil hinn minn xtutna. Il-Ministru Mallia temm jgħid li hu għalhekk li se jinbena Kulleġġ tal-Pulizija, fejn, fost l-oħrajn, se tingħata importanza lit-taħriġ fix-xena internazzjonali, anke permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ Kulleġġi oħra barranin.

L-impenn ta’ Malta biex ikunu miġġielda l-effetti tal-bidla filklima kienu mfissra mill-Prim Ministru Joseph Muscat meta indirizza s-summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima fi New York. Bħala Membru tal-Unjoni Ewropea, Malta hi impenjata u kburija li tagħmel parti minn grupp ta’ pajjiżi attivi biex inaqqsu il-liv-

elli ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra sabiex jittaffew l-effetti talbidla fil-klima. Joseph Muscat kompla li Malta kellha tegħleb ħafna sfidi sabiex tilħaq il-miri stabbiliti fi ħdan l-UE iżda dan ma naqqasx l-isforzi ta’ Malta biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet. Hu semma kif bħal pajjiżi oħrajn, Malta m’għadhiex tħallas għal

żieda fl-attività ekonomika b’żieda fl-emissjonijiet. Fil-fatt, mill-1990 s’issa, il-Prodott Gross Domestiku ta’ Malta żdied b’260%, iżda lemissjonijiet tal-gassiet serra naqas b’55%. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jippreżenta Liġi dwar l-Azzjoni fuq il-Klima quddiem il-Parlament li se tkun il-qafas tal-policies tal-Gvern f’dan il-qasam tant importanti.

Jindirizza Summit tan-NU dwar il-bidla fil-klima

Kliem fieragħ mill-Gvern dwar l-enerġija nadifa

Għalkemm il-Gvern qiegħed ta’ spiss jitkellem dwar il-problemi li jġib miegħu it-tibdil fil-klima, dan hu biss kliem fieragħ li mhu jwassal għall-ebda riżultati konkreti. Fi stqarrija l-kelliem talOppożizzjoni dwar l-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma George Pullicino fakkar li lpjan għan-National Renewable Energy għadu ma ġiex ippublikat mill-Gvern. Dan id-dokument, li kien ġie ppreparat mill-amministrazzjoni preċedenti, u huwa saħan-

sitra maqbul mal-Unjoni Ewropea, kellu jiġi mibdul biex jiġi adattat għall-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ vizjoni u l-ebusija ta’ ras dan il-Gvern, li jiġġenera livelli esagerati ta’ enerġija bl-impjant f’Marsaxlokk. Dan allura jnaqqas il-ħtieġa li l-Gvern jakkwista ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa. F’Ġunju tas-sena l-oħra, ilMinistru Konrad Mizzi kien ħabbar li dan id-dokument kellu jinbidel sa Settembru 2013. Illum, sena wara, dan iddokument għadu ma ġiexippubblikat.

Fuq is-settur tal-enerġija nadifa, saru wkoll diversi mistoqsijiet parlamentari. Il-Ministru Konrad Mizzi rnexxielu pero’ jaħrab minn dawn il-mistoqsijiet, fosthom dwar ir-reġistrazzjoni tal-art, biex fuqha jiġu nstallati pannelli fotovoltajċi mis-settur privat. B’dawn il-fatti kollha quddiemu, u b’numru ta’ mistoqsijiet mhux imwieġba, ilPartit Nazzjonalista għandu dubji serji kemm il-Gvern se jirnexxielu jilħaq il-miri tiegħu dwar l-enerġija nadifa, ittemm tgħid l-istqarrija.


www.maltarightnow.com

LOKALI

L-involviment taż-żgħażagħ fil-festi jibda jonqos sa 20 sena oħra Kenneth Xuereb

“Jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma, il-parteċipazzjoni tażżagħżagħ fil-festi tibda titmermer bejn 15 u 20 sena oħra.” Din it-twissija saret mirriċerkatur Andrew Azzopardi, li mexxa u analizza stħarriġ dwar l-involviment taż-żgħażagħ filfesti u fl-għaqdiet tal-festi bħala parti mill-proġett ‘Qalb Żagħżugħa, Festi Inklussivi’. Dan il-proġett beda b’inizjattiva tas-Soċjetà Santa Marija, Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, b’finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew tal-Unjoni Ewropea. Iktar minn 500 żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar Malta u Għawdex ħadu sehem f’dan listħarriġ. Minnu, fost l-oħrajn, jirriżulta li l-maġġoranza kbira taż-żgħażagħ li jinvolvu ruħhom fil-festi u l-għaqdiet huma rġiel, li jammontaw għal 78 fil-mija. Andrew Azzopardi kompla li mill-istħarrig jirriżulta li kważi tliet kwarti taż-żgħażagħ, 72 filmija, qalu li ġejjin minn familja li l-attività prinċipali tagħha hi xogħol manwali. Filwaqt li iktar minn 75 fil-mija stqarrew li l-

imħabba għall-festa kienet mgħoddija lilhom mill-ġenituri. Andrew Azzopardi qal li jekk hemm rabta bejn in-numru dejjem jonqos ta’ persuni li jaħdmu xogħol manwali u l-imħabba għall-festi, jista’ jibda jfeġġ xenarju fejn l-involviment tażżgħażagħ fl-għaqdiet tal-festi jibda jonqos sa 20 sena oħra.

Chris Schembri Baldacchino, il-President tal-Kumitat tażŻgħażagħ tas-Soċjetà, u wieħed mill-koordinaturi tal-proġett, qal li l-fażi li jmiss hi dik tal-implimentazzjoni, hekk kif filġimgħat li ġejjin se jsiru tliet seminars ta’ diskussjoni li jilħqu l-qofol tagħhom f’konferenza nazzjonali fit-18 ta’ Ottubru.

Min-naħa tagħha, il-President tal-Kunsill Nazzjonali tażŻgħażagħ (KNŻ) Isabelle Camilleri qalet li kull tip ta’ involviment taż-żgħażagħ fissoċjetà hu tajjeb u għandu jiġi mħeġġeġ. Hi qalet li l-festi huma parti ċentrali mill-kultura Maltija, u linvolviment taż-żgħażagħ għan-

7

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

du jiżgura li l-festi jibqgħu ħajjin. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ Robert Cutajar qal li ż-żgħażagħ iridu jkunu protagonisti fis-soċjetà. “Aħna għandna l-obbligu li nħallu dak li tawna missirijietna fuq sisien sodi,” temm jgħid Robert Cutajar.

Suppost għaddew In-nuqqas ta’ pulizija f’San kollha mill-eżami... Ġiljan ħalla rebus imma qalulhom li weħlu

Żball min-naħa ta’ lecturer flUniversità ta’ Malta wassal biex grupp ta’ studenti tal-ewwel sena fil-kors tal-liġi rċivew riżultati ħżiena. Madankollu, din is-sitwazzjoni ġiet irranġata, u l-istudenti kienu infurmati li r-riżultati kienu skorretti. Fil-fatt, il-grupp ta’ 22 student li tul is-sajf irrepetew l-eżami talliġi kriminali, baqgħu b’ħalqhom miftuħ meta fl-aħħar jiem ġew ippubblikati r-riżultati, u skoprew li kull min għamel ir-‘resit’ ta’ dan l-eżami, m’għaddiex minnu. Il-fatt li l-ebda student millgrupp ma għadda mir-‘resit’ tależami tal-liġi kriminali qajjem issuspetti, tant li bejniethom l-istudenti ddeċidew li jitolbu li ssir laqgħa mad-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi u l-Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Kriminali. Waqt il-laqgħa li saret nhar itTlieta filgħodu, l-istudenti kienu infurmati li kien sar żball minnaħa ta’ lecturer, meta dan kien

Il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbru r-riżultati ta’ stħarriġ dwar is-sehem taż-żgħażagħ fil-festi u fl-għaqdiet (Ritratt: Martin Agius)

qed idaħħal u jikkalkula l-marki tal-eżami u l-medja tagħhom fuq il-kompjuter. Dan l-iżball wassal biex il-kalkoli jkunu ħżiena u b’mod skorrett urew li kull student li għamel l-eżami ġab inqas minn 30, meta l-inqas marka biex wieħed jgħaddi mill-eżami kienet 45. Minkejja li l-kwistjoni issa hija solvuta, u l-istudenti kollha birriżultati t-tajbin saru jafu li għaddew mill-eżami, xorta jibqa’ ddubju fost l-istudenti mhux biss dwar ir-riżultati ta’ qabel, iżda anke dwar riżultati li jridu jiġu ppubblikati ’l quddiem. Il-European Law Students’ Association, l-ELSA Malta, fi stqarrija appellat biex tiżdied iddiliġenza fil-mod kif jiġu proċessati r-riżultati tal-eżamijiet, għaliex żball bħal dan jista’ jinkwieta lill-istudenti, li dejjem għandu jkollhom moħħhom mistrieħ li qed jingħataw il-marka li jistħoqqilhom.

Minkejja li kif irrapporta dan il-ġurnal, ġlieda fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda f’Paceville ħalliet sitt persuni fi bżonn ta’ assistenza medika, ilKorp tal-Pulizija m’għandu lebda rapport. Lil dan il-ġurnal, mara li wkoll qalgħet daqqa ta’ sieq, allegatament minn grupp ta’ ‘bouncers’, x’aktarx barranin, spjegat kif dan kollu nqala’ għax hi u sħabha, ta’ bejn it-30 u s-36 sena, riedu jidħlu f’bar f’Paceville bi flixkun li kienu xtraw mill-istess stabbiliment. “F’daqqa waħda ma nafx minn fejn tfaċċaw balla ‘bouncers’, kollha m’ogħla hawn, u tgħidx x’xebgħa tawhom. Kienu lieta kontra wieħed,” spjegatilna din il-mara. Hi kompliet tiddeskrivi l-feriti li sofrew. “Lil wieħed minnhom qabdulu wiċċu, faqgħuhulu malħġieġ u spiċċa b’ħames punti f’geddumu. Lill-ieħor tawh xebgħa banketta u farrkuh malart għax ma waqfux jagħtuh sakemm ma ċċaqlaqx iktar. Kuġinuwi ieħor, li mar biex

jifridhom, tawh daqqa ta’ ponn u faqgħulu għajnejh.” La hi u lanqas ir-raġel tagħha ma ħelsuha. “Ir-raġel tiegħi, naqra qawwi, damu naqra biex iniżżluh. Kif raw li lill-oħrajn niżżluhom, u lir-raġel tiegħi le, daru kollha kontrih u beda jaqla’. Ipprova jaħarbilhom, qabduh, tefgħuh mal-art jagħtuh id-daqqiet. Biex waqfu jagħtuh, imteddejt jien b’ruħi u b’ġismi f’nofs ta’ triq u qlajt daqqa waħda.” Imma minkejja li skont l-istess mara, fuq il-post waslu lPulizija, għal darba darbtejn dan il-ġurnal ivverifika mal-Korp li ma sar l-ebda rapport. Jirriżulta li dan seħħ minħabba li l-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan bħalissa għandha nuqqas serju ta’ uffiċjali biex ilaħħqu mar-rapporti. Fil-fatt f’dan il-lejl li seħħet ilġlieda, fl-Għassa ta’ San Ġiljan kien hemm biss tliet uffiċjali li riedu jlaħħqu mal-iktar post fejn jitressqu rapporti f’Malta. Jirriżulta li din is-sena s’issa diġà saru iktar minn 6,000 rap-

port f’din l-għassa, jiġifieri 1,000 iktar mill-istess perjodu fl2013. U minkejja dan, l-ammont ta’ uffiċjali assenjati għal San Ġiljan naqas, minn għaxra għal sitta. Dan qed iwassal biex l-uffiċjali jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta’ kju ta’ persuni biex iressqu rapport. Barra minn hekk, il-Pulizija li qed jagħmlu r-ronda f’San Ġiljan qed jispiċċaw fil-mira ta’ persuni fis-sakra, jew inkella ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma’ ġlidiet kbar li jinvolvu numru kbir ta’ persuni. Fil-fatt, dan il-ġurnal tkellem ma’ sewwieqa tat-taxi, sidien ta’ stabbilimenti u ħwienet, u ħaddiema li jaħdmu f’San Ġiljan, li kollha ddeskrivew is-sitwazzjoni bħala waħda ta’ rebus. Ġlieda oħra li seħħet fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd f’San Ġiljan, quddiem lukanda ewlenija, involviet madwar seba’ żgħażagħ u xufier, u kienet waħda kbira, tant li ttieħdet persuna mimlija demm lejn il-poliklinika tal-Furjana.


www.maltarightnow.com

8

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

OPINJONI

B’ħeġġa u impenn

Il-ġimgħa li għaddiet lEżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista għażel li japprovani bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista għallelezzjoni ġenerali li jmiss. Mhux biss nilqa’ din in-nomina bħala unur kbir iżda nilqagħha b’sens kbir ta’ responsabbiltà, ħeġġa u impenn. Li tkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista jfisser li tkun parti mill-istorja ta’ partit li dejjem kien, għadu u jalla dejjem jibqa’, partit tan-nies. Partit li fiċ-ċentru tal-politika tiegħu dejjem żamm lin-nies. Partit li bla dubju ta’ xejn mhuwiex perfett u tul listorja kellu wkoll il-mumenti żbaljati tiegħu, iżda li bla dubju ta’ xejn dejjem ħadem fi spirtu ta’ interess nazzjonali; spirtu favur l-aqwa ġid komuni. Viżjoni L-aqwa mumenti storiċi talPartit Nazzjonalista ġew meta lPN kien partit viżjonarju li mhux talli ma beżax mill-bidla, talli kien hu li ħadem għall-bidla. Hija din il-ħeġġa għall-bidla li kull attivist fi ħdan il-Partit Nazzjonalista għandu jara li dejjem ikollu. Il-politika tal-fossilizzazzjoni la qatt ħadmet u lanqas qatt mhi se taħdem. Għalhekk, li nfittxu lbidla, li naħdmu għall-bidla, li naħdmu b’sens ta’ viżjoni, huwa

impenn li kull wieħed u waħda minna għandu jkollu. Impenn li fuq kollox, huwa fl-aqwa ġid nazzjonali.

Sfidi kbar Il-fatt li l-Partit Nazzjonalista bħalissa jinsab fl-Oppożizzjoni m’għandux iservi bħala qtigħ ilqalb għal kull attivist, iżda bħala xprun biex inżidu l-kontribut tagħna. Jekk 18-il xahar ta’ Gvern Laburista ma wrew xejn ċar, urew li jekk f’pajjiżna rridu sens ta’ ġustizzja, sens ta’ libertà, ta’ demokrazija, ta’ ‘fair play’ u kontabbiltà, jeħtieġ li llum qabel għada l-Partit Nazzjonalista jerġa’ jkun fit-tmun ta’ dan ilpajjiż. Naturalment, sfida bħal din ma tingħelibx malajr. Teħtieġ ħidma dedikata u impenjata. Ħidma li trid tinkludi katina sħiħa ta’ attivisti f’kull livell immaġinabbli ta’ attiviżmu. Kulħadd għandu rwol f’din il-missjoni u ħadd m’għandu jiġi meqjus għar-rimi. Id-differenza bejn in-negattiv u l-kritika Tattika li dan l-aħħar saret tispikka fil-Partit Laburista hi li kull min b’xi mod iressaq il-kritika lejn il-ħidma tal-Gvern, jiġi msejjaħ negattiv u li qiegħed iħaddem stil ta’ politika antik. Naturalment, din hija biss mossa

Angelo Micallef

angelo.micallef@gmail.com biex titpoġġa sarima pulita, mhux biss ma’ ħalq il-Partit Nazzjonalista, iżda ma’ kull min

jagħżel li jkun oġġettiv fl-analiżi tiegħu. Dan huwa impenn ieħor li kull attivist tal-Partit Nazzjonalista għandu jidħol għalih. L-għan talPartit Nazzjonalista la qatt kien u lanqas qatt ma għandu jkun li jingħad kliem distruttiv. Innegattività ma għandha ebda rokna fil-Partit Nazzjonalista. Loġġettività għandha dejjem tibqa’ l-gwida prinċipali. Fejn ilGvern Laburista għandu raġun, dan għandu jingħata tali raġun, kif il-Partit Nazzjonalista tul dawn it-18-il xahar għamel bosta drabi. Iżda l-kritika hi parti essenzjali

mid-demokrazija u jkun żball jekk titpoġġa sarima fuq il-kritika. L-istatista Ingliż Winston Churchill darba qal: “Criticism may not be agreeable, but it is necessary. It fulfils the same function as pain in the human body. It calls attention to an unhealthy state of things”. Jalla lGvern Laburista waħdu jintebaħ kemm hu ta’ għerf dan il-kliem, iżda jekk il-Gvern Laburista jagħżel li jwebbes rasu, ejjew nagħmluha l-missjoni tagħna li nwasslu l-kritika fejn hemm bżonn, irid jew ma jridx il-Gvern Laburista, u jkunu xi jkunu lmossi li jagħmel.

Li tkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista jfisser li tkun parti mill-istorja ta’ partit li dejjem kien, għadu u jalla dejjem jibqa’, partit tan-nies

Indipendenza li tgħaqqadna

Għadna kemm temmejna lfesti tal-Indipendenza. Okkażjoni li tfakkar il-jum li fih Malta saret pajjiż awtonomu, lil hinn mill-ħakma tal-barrani, u sidt tad-destin tagħha. Tfakkar iljum li bidel lill-pajjiż għaliex poġġa lil pajjiżna f’pożizzjoni li jieħu deċiżjonijiet li huma ta’ ġid għal Malta u mhux frott għallistrateġija tal-barrani. Jum li meta wieħed jara l-iżvilupp li sar fil-pajjiż bis-saħħa talIndipendenza, jikkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista kien il-partit li verament bena lil Malta bl-indipendenza li tkun ilpedament għall-pajjiż li għandna llum. Bla ebda dubju, għal kull Nazzjonalist, l-Indipendenza hija ġurnata importanti – b’mod partikulari peress li hija l-ġurnata li, kieku ma kienx għall-Partit Nazzjonalista, illum Malta mhix il-pajjiż li nafu – pajjiż żviluppat, li għandhu leħen anke madwar listess mejda ma’ pajjiżi ferm ikbar minnu, u pajjiż li sa sentejn ilu kien l-eżempju ta’ kull pajjiż

Ewropew f’diversi aspetti ekonomiċi. Għalhekk nemmen li dawn il-festi għandhom iqanqlu f’kull Nazzjonalist is-sens ta’ lealtà lejn il-Partit Nazzjonalista u l-ħeġġa biex jerġa’ jara lillpajjiż immexxi minn dak il-partit li fil-passat, emmen li Malta tista’ tkun indipendenti.

Il-Malti kapaċi Meta l-Partit Nazzjonalista għażel li jmexxi l-idea li Malta tkun indipendenti, kien għaliex emmen li l-Maltin jistgħu verament ikunu l-awturi tal-istorja ta’ pajjiżhom, minflok iħallu lill-barrani jiddeċiedi għalihom. X’kuntrast mal-lum meta għandna Gvern li jidher li ma jemminx li lMalti kapaċi jmexxi, għaliex saħansitra lest ibigħ iċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna biex jattira t-talent. Hu hawn fejn il-Gvern qed jiżbalja – il-Malti kapaċi ħafna, u m’hemmx bżonn il-barrani biex ikun hawn it-talent hawn Malta. Li hemm bżonn hu

Il-pajjiż ħaqqu t-talent fit-tmexxija tiegħu u mhux min jixtri t-talent billi jbigħ iċ-ċittadinanza

Antonello Cuschieri

antonello.cuschieri@gmail.com

strateġija tal-Gvern biex lit-talent jagħtih l-opportunità li jiġi espost – u dan żgur mhux se jsir bil-bejgħ taċ-ċittadinanza, iżda bi strateġija konkreta dwar ilħolqien tax-xogħol, fejn ilMalti juri l-ħiliet u kapaċitajiet tiegħu, strateġija li sena u nofs wara li ġie elett Gvern Laburista, għadna ma rajnihiex. L-istorja turik Il-Partit Laburista, filwaqt li jipprova jagħti x’wieħed jifhem

li huwa l-partit tal-ħaddiem, filverità ma jemminx biżżejjed fil-ħaddiem. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista fil-passat ġab investiment barrani biex joħloq ix-xogħol, il-Partit Laburista llum qed iġib lill-barrani biex jagħmel ix-xogħol. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista fil-passat, ta lillistudenti iktar opportunitajiet biex jiżviluppaw permezz ta’ korsijiet ġodda u skejjel ġodda, il-Partit Laburista daħak blistudenti billi qalilhom li tahom żieda fl-istipendju mingħajr mhu qed joħolqilhom opportunitajiet biex ġaladarba jlestu listudji tagħhom, ikollhom xogħol b’paga rispettabbli.

Nazzjonalisti ningħaqdu

Dawn il-festi tal-Indipendenza għandhom ikunu sinjal ta’ kemm il-Partit Nazzjonalista u l-partitarji tiegħu għandhom jingħaqdu. Rajna ħafna avvenimenti matul din l-aħħar sena li juru li l-pajjiż ħaqqu aħjar fit-tmexxija – ilpajjiż ħaqqu t-talent fit-tmexxija tiegħu u mhux min jixtri t-talent billi jbigħ iċ-ċittadinanza. Pajjiżna ħaqqu fit-tmexxija nies li minn dejjem emmnu li l-Malti kapaċi jmexxi lil pajjiżu – nies li minn ħamsin sena ilu wrew fiduċja fil-Maltin, u li tul is-snin, ħolqu opportunitajiet biex ilMalti jistabbilixxi ruħu bħala lawtur tad-destin tiegħu u ta’ pajjiżu.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Jum l-Indipendenza, il-Jum Nazzjonali xieraq

L-għaqda li rajna nhar is-Sibt u l-Ħadd fiċ-ċelebrazzjoni talħamsin anniversarju tal-Indipendenza issa rridu nittraduċuha f’azzjoni u fatti biex l-għaqda ma tkunx għad-dehra u għall-mument imma metodu politiku veru u għat-tul.

Proposta prattika li twettaq l-għaqda Dan kien essenzjalment il-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, fid-diskorsi li għamel fl-Indipendenza. U għamel proposta prattika: li jkollna Jum Nazzjonali, kif kellna f’Malta għal ħafna snin u kif għandhom ħafna pajjiżi, u li dan ikun Jum lIndipendenza. Il-bieb għall-iżviluppi ta’ wara L-Indipendenza hi l-kisba tas-sovranità, jiġifieri Kostituzzjoni u liġijiet li nibdluhom aħna biss kif irridu u ħadd aktar. Mingħajr issovranità, l-ebda żvilupp li seħħ wara ma kien ikun jista’ jseħħ. Dan hu argument li ma jista’ jmerih ħadd.

Ġest sabiħ ħafna mill-Partit Laburista Li l-Jum Nazzjonali jkun il-21 ta’ Settembru, ikun ġest sabiħ ħafna, l-aktar, fil-fatt, mill-Partit Laburista. Għax kieku jaċċetta, il-Partit Laburista jkun qed juri bil-fatti li hu verament dispjaċut għas-snin twal li matulhom neħħa l-21 ta’ Settembru minn festa pubblika u għal dawk li kienu jiċċelebrawh u kienu jiġu mżebilħin u attakkati mill-Pulizija u minn partitarji Laburisti, inkluż bilġebel u bil-gass tad-dmugħ. Ma qalx le, imma... Il-Gvern Laburista wieġeb għall-proposta billi qal li diskussjoni dwar Jum Nazzjonali wieħed tista’ ssir meta jkun hemm emendi għall-Kostituzzjoni. Waqt li ma qalx le għal Jum Nazzjonali li jkun Jum l-Indipendenza, il-Gvern ipprova jiżvija. Liġi differenti Għax il-liġi dwar il-Jum Nazzjonali mhix parti millKostituzzjoni. Kieku kienet parti mill-Kostituzzjoni, żgur li Jum l-Indipendenza qatt ma kien ikun jista’ jitneħħa minn festa pubblika minn gvern Laburista.

Unur tal-PN li dejjem iċċelebrahom kollha Il-proposta tal-Partit Nazzjonalista ma tneħħi xejn mill-għarfien li l-festi nazzjonali l-oħrajn dejjem kellhom mill-Partit Nazzjonalista. Gvernijiet Nazzjonalisti dejjem iċċelebraw kif jixraq kull festa nazzjonali u mhux talli ma neħħew l-ebda waħda minnhom, talli gvern Nazzjonalista fl-1989 żied is-Sette Giugno.

Seta’, iżda ried qbil U waqt li dak il-gvern Nazzjonalista seta’ kieku ried għamel Jum Nazzjonali li jkun Jum l-Indipendenza, dan m’għamlux għax gvern Nazzjonalista dejjem ried li dan isir bi qbil, kif irid il-Partit Nazzjonalista issa.

Ċans tad-deheb Jekk issa l-Partit Laburista qed jitkellem fuq l-għaqda u l-Prim Ministru Muscat qal, bil-kliem, li l-Indipendenza hi għal qalbu ħafna, għandu ċans tad-deheb biex dan jurih bil-fatti.

9

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

Il-farsa ta’ omm is-Sindku Omm is-Sindku f’Ta’ Sannat, fil-ħarġa ta’ dan il-ġurnal tas-16 ta’ Settembru, qalet li għandha sebat itfal x’tagħlef. Dan mhux veru, għax tlieta huma miżżewġin, u erbgħa biss jgħixu magħha, fosthom isSindku Laburista, li hu wkoll konsulent mal-Ministeru għal Għawdex. Nixtieq inkun naf ilkwalifiki tiegħu. Kompliet tgħidilna li applikat għal dak ix-xogħol malkumpanija tal-films. Fejn kienu l-applikazzjonijiet? Fil-kexxun tas-Sindku? Għax ħadd ma kien jaf bihom ħlief ommu. Qaltilna wkoll li applikat, qabel ma l-producers kienu daħlu f’xi diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali. Sinjura Vella, id-diskussjonijiet, jekk saru, saru biss ma’ ibnek, u mhux mal-Kunsill, għax dejjem ħadem minn wara daharhom, kif stqarru l-kunsillieri Laburisti l-oħrajn stess. Sinjura Vella, taf min hu diżonest? Min, qabel l-elezzjoni talKunsilli tgħidx kemm mela kontra l-kandidati Laburisti li kienu se jikkontestaw għall-Kunsill f’Ta’ Sannat. Kemm kien hemm min feraħ u

ħabbat saqajh ma’ patattu meta tkeċċa Arthur, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill. Persważ li omm is-Sindku taf għal min qed nirreferi. Min keċċieh dejjem beża’ mill-‘accountability’! Il-producers m’aċċettawx it-talbiet li għamel ibnek, u mhux ilkunsillieri, għax dawn qatt ma kienu jiġu kkonsultati, ghax dejjem ħadem minn wara daharhom. U jekk inti ma kontx Segretarja tad-Direzzjoni, kif taf blammonti eżorbitanti li ġew diskussi? Mela kont preżenti għal xi laqgħat? Resident Għajnsielem, Għawdex

50 sena Malta independenti! U Għawdex?

F’Għawdex tellajna l-bandiera ta’ Malta, kantajna l-Innu Malti wara l-quddiesa, xgħelna lfaċċati tal-knejjes tagħna. Għamilna l-parti tagħna, u, ħaġa tal-għaġeb, ma kellna xejn minnaħa tal-awtoritajiet biex aħna lGħawdxin ingawdu ftit mill-festi kbar u sbieħ li saru f’Malta flokkażjoni tal-50 sena talIndipendenza. Aħna, hawn f’Għawdex,

25 sena ilu f’In-Nazzjon

f’dawn l-okkażjonijiet minsijin wisq. Ġieli għaddieli minn moħħi li aħna hawn f’Għawdex meqjusin bħala ċittadini tat-tieni klassi. U dan ħadd ma jista’ jmerih għax f’dawn il-festi, ma ċċelebrajna xejn. Kulħadd hu xhud ta’ dan. Għawdex, għall-politiċi hu tajjeb biss għall-voti. Fejn huma lpolitiċi Għawdxin? Ma indunawx li kellhom jorganizzaw xi ħaġa għal Għawdex? U possibbli li l-Fondazzjoni li organizzat dawn il-festi m’għaddilhiex minn moħħha li kellha ssir xi ħaġa f’Għawdex ukoll, anke jekk forsi b’inqas pompa minn Malta? Il-poplu tagħna gerger li ħallejtuna barra u li ma tajtux kasna. Il-bandiera ta’ Malta tperper ukoll fuq il-bjut tagħna f’Għawdex. Nisperaw li issa li għadda l-21 ta’ Settembru ma jivvintawx xi ħaġa għal Għawdex biex taparsi qed issir xi ħaġa. Dak li ma jsirx fil-ġurnata tiegħu, m’għandux togħma. P. Adeodato C. Schembri OSA Ir-Rabat, Għawdex L-ittri f’din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.co m.mt jew fl-indirizz ta’ Media.Link Communications li jidher aktar ’l isfel fil-paġna

Wara l-ġimgħa sħiħa ta’ attivitajiet li saru f’Malta, Għawdex ukoll iċċelebra l-25 anniversarju tal-Indipendenza b’attività mifruxa fuq ġurnata li kienet tinkludi quddiesa pontifikali fil-Katidral tar-Rabat, messaġġ mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami fi Pjazza Indipendenza, u l-kxif ta’ lapida kommemorattiva. Aktar tard, Eddie Fenech Adami ħalla Malta lejn New York fejn kellu skedata laqgħa malPresident Amerikan George Bush. Hemmhekk kellu jindirizza wkoll l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Papa Ġwanni Pawlu II, f’udjenza privata f’Castel Gandolfo, laqa’ lill-Prim Imħallef ta’ Malta Hugh Harding.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

10

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

X’NARA U X’NISMA’

X’Qalilna l-Għasfur Għawdex baqa’ b’xejn Fi tmiem il-ġimgħa talIndipendenza, l-għasfur mar iqatta’ ftit ġranet ta’ mistrieħ f’Għawdex, iżda kif kien hemm osserva xi affarijiet li ħaseb li għandu jaqsamhom magħkom. Il-Gvern tal-Labour immexxi minn Joseph il-bully tgħidx kemm ilu jiftaħar li bħala parti mill-politika ġdida tiegħu ried jiċċelebra l-ħamsin anniversarju tal-Indipendenza biex juri kemm iħobb l-għaqda fost il-poplu Malti u Għawdxi. “Iżda f’Għawdex,” qalilna l-għasfur, “għal dawn ilfesti ma sar prattikament xejn min-naħa tal-Gvern. Lanqas biss kellhom id-diċenza li jtellgħu arbli bil-bnadar u ftit dwal fi Triq ir-Repubblika u fi Pjazza Indipendenza. “Mela tajjeb,” kompla l-għasfur, “f’Malta ġibna lill-Prinċep u tgħidx kemm kellna flus għallmurtali u ċerimonji oħra, imbagħad f’Għawdex xejn. Possibbli l-ħaruf tas-sagrifiċċju, jiġifieri l-Ministru Anton Refalo m’għaddilux minn moħħu, jew minn moħħ xi wieħed mill-għorrief ta’ konsulenti li għandu, biex għall-inqas iżejnu Pjazza Indipendenza, Triq ir-Repubblika u Pjazza San Franġisk, kif wara kollox isir kull sena f’din lokkażjoni, iktar u iktar meta din is-sena kellna anniversarju speċjali? Jista’ jgħidilna l-onorevoli ħaruf tas-sagrifiċċju kemm nefaq din is-sena għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza f’Għawdex, jew dak sigriet tal-istat ukoll u mhux fl-interess tal-poplu? Iżda fl-aħħar mill-aħħar,” ikkonkluda l-għasfur, “din mhix xi sorpriża. Il-Gvern tal-Labour dejjem kien iċ-champion tal-qamel ma’ Għawdex u mal-Għawdxin. Ara biex jonfoq l-eluf ta’ ewro għassafar ta’ xi konsulent, dik mhix problema, iżda biex niċċelebraw il-ħamsin anniversarju talIndipendenza f’Għawdex, qamel ta’ ideat u qamel minn kullimkien. Imma kważi kważi aħjar hekk, milli stieden xi nofs Għawdex għal xi riċeviment waqt li hu jkun imsiefer u xħin jitfaċċa l-President tarRepubblika, jindunaw li tal-ikel ma ġiex u jispiċċaw iġibu lpizza mill-ħwienet ta’ Pjazza San Franġisk. F’kelma waħda, ministru tad-dilettanti u talqamel.”

Il-wegħdi tal-ilma jiżfen Kif kien Għawdex, l-għasfur mar jieħu kafè f’wieħed mill-

istabbilimenti tal-Belt Victoria u hemm sema’ diskursata bejn tlieta min-nies li dehru li kienu maħruqin mhux ħażin għall-mod kif qed jittrattahom il-Gvern talLabour ta’ Malta Tagħna Lkoll u li wiegħed kollox lil kulħadd għax verament jemmen li għal tal-qalba kollox possibbli. L-

għasfur mill-ewwel induna li dawn it-tlett irġiel kienu tlieta minn dawk il-ħafna mijiet li f’Mejju li għadda kienu ingaġġati miċ-champion talħolqien tax-xogħol f’Għawdex, Anton Refalo, fil-famuż “korp” ‘Greener and Cleaner’. “Issa Għawdex daqshekk ‘Greener u Cleaner’ ħabib għax keċċewne kille ’l barra. GħallIndipendenze refagħhielne lavukut Tuni rajtux?!”

Qabeż it-tieni wieħed, “ħa ngħidilkem, jiene kent qed nistennihe, għax kinne nufu li dun għal ħames xhur bess.” “Imma żomm naqra,” sploda t-tielet wieħed, “mite kienet ġejje l-elezzjuni tal-Ewropa u jiena l-ewwel wieħed ma redt bl-ibde mud immur nivvuta, kienu qaluli biex

nidħol f’dul-korp jew x’inhiw, u mbagħad wara jirranġawli biex nibqa’ mal-gvern. Tgħidulix li mhux hekk tuf għax mhux wieħed u tnejn minn dawk lgħeġġiebe li għandu l-Ministriw qaluli hekk.” Għal dan il-kliem it-tnejn l-oħra ġew iktar f’sensihom imma fl-istess ħin ilpressjoni telgħetilhom ukoll. “Mele, l-aqwa li dukinhur ħudilne l-vut ħabib,” qabeż lewwel wieħed, “it-tieni waħde

din li tafgħani fl-ixkura. L-ewwel fl-elezzjuni l-kbire wegħdni killex mis-seme ’l isfel u mbagħad wara waħħaluli b’din. Imme darba għamilhieli, darbtajn ukell, imme issa daqshekk tufux. Issa lanqas jekk jiġi jieħu mitt ġurement quddiemi ma newmniw iktar. Vut ieħor mid-

dur ma jiħux kemm indum ħaj jien. La hiw u lanqas ħadd minn tal-Labour.” It-tieni wieħed ma felaħx iktar, “sewwe kien jgħid missieri li talLabour għal rushom u għal ta’ madwurhom bess jaħsbu. Allaħares għodu ħaj u jkun juf li vvutajt lil-Labour għax jisħetni. U kien ikelliw raġun. Mele lewwel wegħdni l-ilme jiżfen u wara li ħudli l-vut, lanqas biss ikellmek. Mitt darba pruvajt inkellmiw u jilqewk l-allat ta’ madwuru. Mele jiene lill-allat ta’ madwuru vvutajt? Jien lilu vvutajt għax kent bajju u paruli. Issa aħne barra. Nerġew immurru nirreġistraw bħal qabel la talLabour m’għandhem kilme ta’ xejn u jufuk bess għall-vut. Daqshekk vuti, naħlef.”

Ir-resits Din il-ġimgħa reġgħet bdiet liskola għal eluf ta’ studenti Maltin u Għawdxin wara l-vaganzi tassajf. L-Università għadha ma fetħitx il-biebien tagħha għallistudenti iżda fl-istess ħin din ilġimgħa l-istess Università ta’ Malta rnexxielha tagħmel waħda li ma titwemminx. “Fost numru ta’ studenti li għamlu r-‘resit’ tal-ewwel sena fil-Liġi Kriminali,” qalilna lgħasfur, “wieħed biss irnexxielu jgħaddi. Meta l-istudenti marru jiċċekkjaw x’kien ġara, għallewwel qalulhom li kollox kien sew u li ma kinux għaddew. Iżda wara, id-Dekan tal-Fakultà induna li kien hemm żball oħxon fil-pubblikazzjoni tar-riżultati. Dan għaliex il-lecturer li kkoreġa l-karti tal-eżami ħalla barra kolonna tal-‘Excel’ bir-rżultat li l-kalkulazzjoni tal-punti ġiet kollha ħażina. Żball uman, jgħidulek,” komplielna l-għasfur, “iżda msejkna studenti li jkunu għamlu sajf ieħor jistudjaw, tkun tajthom il-qatgħa ta’ ħajjithom. Dan żball jew traskuraġni u nuqqas ta’ rispett u sensittività lejn l-istudenti? Issa se jgħidilna xi ħaġa l-onorevoli Ministru li qatt mhu hu, jiġifieri Evarist Bartolo?” staqsiena l-għasfur. La qed insemmu l-Università u dan it-tip ta’ taħwid imsejjaħ ‘żbalji’, jista’ xi ħadd jgħidilna jekk hux veru li xi studenti talekonomija u li spiċċaw it-tielet sena, kellhom jagħmlu xi ‘resit’ ta’ xi suġġett fis-sajf u dan baqa’ ma sarx? “Issa smajt,” qalilna lgħasfur, “li dan ir-‘resit’ se jagħmluh fit-3 ta’ Ottubru meta dawn listudenti jkunu diġà bdew ir-raba’ sena jumejn qabel. Jiġifieri dawn se jħalluhom jibdew ir-raba’ sena u wara jista’ jkun il-każ li jwaqqfuhom għax ma jgħaddux? Jista’ xi ħadd jgħidilna dawn jissejħux żbalji jew taħwid?” ikkonkluda lgħasfur.


www.maltarightnow.com

11

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Il-Ġeneral William C. Mayville Jr, id-Direttur tal-ħidma Amerikana kontra l-militanti Iżlamiċi fl-Iraq u s-Sirja, jidher fil-Pentagon Briefing Room quddiem mappa tal-offensiva li qed issir (ritratt: EPA)

Ikomplu l-attakki mill-ajru kontra l-militanti Iżlamiċi L-IRAQ – IS-SIRJA

Ilbieraħ matul il-ġurnata komplew l-attakki mill-ajru minn diversi pajjiżi kontra qagħdiet tal-militanti Iżlamiċi tal-Istat Iżlamiku (IS jew ISIS) kemm flIraq kif ukoll fis-Sirja. Minbarra ġellieda tal-ISIS, kienu attakkati wkoll qagħdiet tal-Khorasan, grupp ta’ veterani tal-al-Qaeda li qed jiġġieldu fisSirja taħt dan l-isem u li qed jitqiesu bħala ta’ theddida daqs lISIS. Intqal li s’issa l-Istati Uniti wettqet 198 attakk mill-ajru flIraq kif ukoll 20 madwar is-Sirja li twettqu flimkien ma’ ajruplani

Refuġjat Sirjan u ibnu jaqsmu l-fruntiera Torka f’Sanliurfa (ritratt: EPA)

militari ta’ pajjiżi oħra. Ilbieraħ, il-koalizzjoni li nħolqot kontra l-militanti Iżlamiċi wettqet tal-anqas ħames attakki mill-ajru fl-Iraq u s-Sirja. Aktar kmieni lbieraħ, matul ilġurnata, kien sar attakk tul ilfruntiera Sirjana mat-Turkija. Fil-mira kien hemm ukoll militanti Iżlamiċi miġbura madwar il-belt Kurda ta’ Kobane, it-tielet l-akbar belt Kurda fis-Sirja u li għal dawn l-aħħar ġranet spiċċat assedjata mill-ISIS. Imma dwar l-attakki ta’ Kobane hemm element ta’ misteru għaliex dawn ma kienu kkonfermati minn ebda

pajjiż membru tal-koalizzjoni u lanqas mit-Turkija. Ġellieda Kurdi f’Kobane qalu li wara l-attakki mill-ajru kontra l-militanti Iżlamċi, l-ISIS saħħaħ il-preżenza tiegħu billi bagħat aktar truppi u tankijiet tal-gwerra lejn iz-zona. F’Raqqa, li l-militanti Iżlamiċi kienu ddikjarawha bħala l-kapitali tal-Istat Iżlamiku li ddikjaraw, is-sorsi qalu li hemm stennija fost ir-residenti għal aktar attakki kontra l-militanti. Dan peress li huma qed jaħkmu l-belt b’ponn tal-ħadid. Is-sorsi qalu li l-attakki qed ikunu qawwija.

Ilbieraħ waqt diskors quddiem l-Assemblea Ġenerali tanNazzjonijiet Uniti tkellem ilPresident Barack Obama li ħeġġeġ lil aktar pajjiżi biex jissieħbu kontra dik li sejħilha “għaqda tal-mewt” b’referiment għall-ISIS. Fil-koalizzjoni kontra l-militanti Iżlamiċi li qed jagħmlu ħerba fl-Iraq u s-Sirja bħalissa hemm 50 pajjiż minn kull rokna tad-dinja. Sadattant fil-koalizzjoni mistennija jissieħbu r-Renju Unit u l-Olanda wkoll, u l-istess jista’ jiġri fil-każ tat-Turkija. Fl-attak-

ki ta’ dawn l-aħħar ġranet kienu pparteċipaw b’xi mod jew ieħor l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, ilBahrain u l-Qatar. Obama qal li eventwalment lIstat Iżlamiku kien se jkun eliminat imma l-affarijiet kienu se jieħdu ż-żmien u ħeġġeġ li kien wasal iż-żmien li d-dinja Musulmana twarrab l-ideoloġija tal-estremiżmu. L-Ammirall John Kirby, il-kelliem għall-Pentagon, qal li lattakki fis-Sirja kienu ħarbtu lIstat Iżlamiku imma wissa li lbattalja kienet se tieħu ż-żmien.

f’Bengażi qed jiżdiedu l-attakki fatali kontra membri ċivili millAnsar al Sharia, grupp ewlieni ta’ militanti Iżlamiċi. Hu stmat li bejn it-Tlieta u lErbgħa nqatlu tal-anqas tmien persuni f’Bengażi. Jidher li lpjan tal-militanti Iżlamiċi hu li jeliminaw kull leħen ta’ kritika influwenti kontrihom.

Minn Tobruk, il-Parlament Libjan wissa li kien hemm sogru kbir ta’ diżastru umanitarju f’Warshefana u sar appell biex in-Nazzjonijiet Uniti tintervjeni biex tgħin u tevakwa lill-aktar nies vulnerabbli. Imma minkejja diversi appelli li saru għal waqfien mill-ġlied, dan s’issa ma seħħx.

Issa l-Prim Ministru Abdullah al-Thani ordna lmobilizzazzjoni ta’ militar taħt il-kmand tiegħu biex jingħata bidu għal offensiva biex jerġa’ jinkiseb il-kontroll ta’ Tripli. Dan wara appelli li saru millpopolazzjoni tal-belt kapitali Libjana. Jidher li f’din l-offensiva, il-militar taħt l-ordnijiet

tal-Gvern ta’ Tobruk diġà ħeles lil El Azizia li tinsab madwar 55 kilometru bogħod minn Tripli. Skont rapport tal-Human Rights Watch li għadu kemm ħareġ, tul l-2014 kien hemm tal-anqas 250 persuna li nqatlu għal raġunijiet politiċi f’Bengażi u Derna biss.

Sogru ta’ diżastru umanitarju IL-LIBJA

Qed ikompli jikber it-tħassib li kulma jmur, il-Libja qed toqrob dejjem aktar lejn l-Iraq jew is-Somalja. Dan hekk kif fil-belt kapitali Tripli kif ukoll f’Bengażi, hemm ġlied li mhu qed ibatti b’xejn. Fil-Libja, il-qofol talġlied hu fiz-zona ta’ Warshefana filwaqt li


www.maltarightnow.com

12

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Multi għal min jaħli L-ISTATI UNITI

Il-kunsill lokali ta’ Seattle qabel li jibda jkun hemm multi għal dawk li jinqabdu jaħlu likel. Dan jgħodd kemm għannegozji, kif ukoll għall-individwi. Skont ir-regoli li kienu approvati, ir-residenti se jkunu mmultati dollaru jekk fil-landa taż-żibel tad-dar ikun hemm aktar minn għaxra fil-mija taliskart li jkun ikel filwaqt li filkaż ta’ negozji u blokok ta’ appartamenti l-multa se tkun ta’ 50 dollaru. Din il-belt Amerikana diġà tirriċikla 56 fil-mija tal-iskart imma t-tir hu li sal-2015 dan ikun ta’ 60 fil-mija.Seattle saret it-tieni belt Amerikana, wara San Francisco, fejn hu obbligatorju li wieħed juża l-ikel li jkun għar-rimi biex jintuża fil-ħamrija.

Hu stmat li 40 fil-mija tal-ikel li jinxtara fl-Istati Uniti jispiċċa biex jintrema. Mill-1 ta’ Jannar tal-2015, lawtoritajiet ta’ Seattle se jibdew joħorġu twissijiet lil dawk li jinqabdu jiksru r-regoli u mill-1 ta’ Lulju se jibdew jinħarġu l-multi. Skont dawn ir-regoli, dawk li jiġbru l-iskart f’Seattle se jibdew iniżżlu nota f’kompjuter jekk jindunaw li hemm ħafna ikel għarrimi u mbagħad il-multa tintbagħat mal-kont tal-kunsill għall-ġbir tal-iskart. Uffiċjali f’Seattle mhux qed jistennew li minn din l-inizjattiva jagħmlu l-flus u insistew li liskop ma kienx li jagħmlu qligħ minn inizjattiva simili imma aktar biex ikun hemm enfasi biex in-nies ma jaħlux u jieħdu ħsieb l-ambjent.

IL-BELĠJU: Il-kantanti Lady Gaga (lemin), li għandha 28 sena, u Tony Bennett, li għandu 88 sena, waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Brussell għal album li ħarġu t-tnejn flimkien u l-kunċert li taw fil-belt kapitali Belġjana b’rabta miegħu (ritratt: EPA)

Sekwestrati 17-il miljun ewro foloz L-ITALJA

Il-forzi tas-sigurtà Taljani f’Caserta ssekwestraw mas-17-il miljun ewro li kienu foloz. Dawn kienu kollha f’karti tal-50 ewro u l-Pulizija Taljana qalet li dawn kienu riproduzzjoni tajba ħafna tal-oriġinali u li kien arrestat raġel Taljan, li qatt ma kellu problemi

mal-Pulizija. Il-flus instabu moħbija f’vann f’Marcianise. Il-Guardia di Finanza, il-forzi tas-sigurtà Taljani inkarigati minn reati finanzjarji, qalu li l-falsifikazzjoni kienet tmur sal-aħħar dettall tal-flus tal-50 ewro saħansitra b’‘watermark’ u l-

linja ta’ sigurtà kontra l-falsifikazzjoni u minħabba f’hekk kienu diffiċli ħafna li jintgħarfu milloriġinali. Jidher li l-flus kienu interċettati hekk kif kienu se jibdew jitqassmu fl-idejn kemm fl-Italja u aktarx madwar l-Unjoni Ewropea wkoll.

Din hi l-ewwel darba fl-istorja moderna li uffiċjal għoli talVatikan kien arrestat fil-Vatikan stess. Wesolowksi kien diġà kkundannat mill-Vatikan minħabba akkużi ta’ abbużi sesswali imma dawn kienu jillimitaw il-movi-

menti tiegħu għaz-zona ta’ Ruma. Hu kien tneħħa minn Santo Domingo f’Awwissu tas-sena li għaddiet wara akkużi serji ta’ pedofelija fil-konfront tiegħu u lkaż kien wasal ukoll sanNazzjonijiet Uniti.

Eks-Nunzju arrestat IL-VATIKAN

Kienet fuq talba tal-Papa Franġisku li l-eks-Nunzju għarRepubblika Dominicana tpoġġa taħt arrest fil-Vatikan. Dan seħħ minħabba akkużi serji ta’ pedofelija fil-konfront ta’ Jozef Wesolowski li hu mill-Polonja. IR-RENJU UNIT: Flixkun tal-fwieħa ‘Bentley Blue Crystal’ li se tkun għall-bejgħ fil-ħarifa. Din hi fwieħa għall-irġiel li se tkun prodotta f’numru limitat mill-kumpanija tal-karozzi lussużi Bentley u kull flixkun se jiswa 4,500 ewro. Il-flixkun hu tal-kristall u hu maħdum bl-idejn fi Franza (ritratt: EPA)

IT-TAJLANDJA: Studenti għomja waqt wirja bħala parti minn proġett tal-Gvern Tajlandiż bl-isem ‘Ħoss ilFerħ: L-Arti għall-Għomja’. Dan bl-iskop li l-monumenti storiċi fil-pajjiż ikunu aċċessibbli għan-nies għomja (ritratt: EPA)


www.maltarightnow.com

13

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

IL-ĠERMANJA: Eluf ta’ vapuri tal-karta jagħmlu l-ittri ‘SOS’ biex jirrappreżentaw lill-vittmi tar-regoli Ewropej fil-konfront tal-immigranti u b’referenza għal aktar protezzjoni lir-refuġjati. Dan sar waqt laqgħa ta’ Amnesty International f’Berlin. (ritratt: EPA)

L-appell tal-Papa dwar l-Ebola IL-VATIKAN

Il-Papa Franġisku lbieraħ għamel appell biex ikun hemm sforz internazzjonali akbar kontra l-virus tal-Ebola li qed jifni l-Punent tal-Afrika. Waqt l-udjenza ġenerali talbieraħ, il-Papa ħeġġeġ ukoll għat-talb għall-vittmi ta’ din il-

marda. Din kienet it-tieni darba li lPapa esprima tħassib għas-sitwazzjoni tal-Ebola fl-Afrika. It-Tlieta hu għamel appell simili waqt laqgħa mal-Isqfijiet mill-Gana. Sadattant, esperti Amerikani

wissew li jekk ma jitteħdux passi konkreti biex il-marda titrażżan, sax-xitwa l-vittmi jistgħu jammontaw għal 1.4 miljun persuna. Il-U.S. Centers for Disease Control and Prevention (CDC) qal li sa Jannar il-vittmi jist-

għu jilħqu bejn 550,000 u 1.4 miljun persuna fil-Liberja u Sierra Leone biss. Dan minħabba l-ammont ta’ każi li hu suspettat li qed ikunu moħbija min-nies kif ukoll minħabba l-mod kif qed tinfirex il-marda.

Is-CDC qal li fil-Liberja, ilkażi kienu qed jirduppjaw kull tliet ġimgħat u dawk fi Sierra Leone qed jirdoppja kull 30 ġurnata. Għall-istess konklużjonijiet waslu esperti millWHO u l-Imperial College f’Londra.

IŻRAEL: L-INS Tanin, is-sottomarin ġdid Iżraeljan hekk kif wasal fil-port ta’ Haifa. Dan inħadem f’Kiel, il-Ġermanja, u ħafna mill-vjaġġ ta’ 8,000 km sar taħt il-baħar (ritratt: EPA)


www.maltarightnow.com

14

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Sospiż il-każ ta’ korruzzjoni kontra Sarkozy FRANZA

Investigazzjoni dwar korruzzjoni kontra l-eks-President Franċiż Nicolas Sarkozy ġiet sospiża. Skont rapporti fil-media Franċiża, il-qorti tal-appell f’Pariġi qed tirrevedi t-talba ta’ Sarkozy biex il-każ jitwarrab.

F’dawn l-aħħar ġranet, Sarkozy ħabbar li kien se jirritorna fix-xena politika Franċiża. Il-ġimgħa li għaddiet hu qal li kien se jikkontesta t-tmexxija tal-UMP, il-partit tiegħu li issa jinsab fl-Oppożizzjoni. Il-pass qed jitqies bħala l-ewwel pass

ta’ Sarkozy biex fl-2017 jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali. Iżda bħalissa hu qed iħabbat wiċċu ma’ diversi proċeduri filqorti. Sarkozy, wara li tilef l-elezzjoni presidenzjali fl-2012, kien wiegħed li kien se jitlaq mix-

xena politika. Imma hekk kif lavversarju tiegħu li kien rebaħlu l-elezzjoni, Francois Hollande, beda sejjer ħażin ħafna fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika u lekonomija Franċiża ma setgħetx tieħu r-ruħ, bdiet l-ispekulazzjoni li hu kien qed jitħajjar

joħroġ għall-elezzjoni. Hu kkonferma dan il-ġimgħa li għaddiet. L-elezzjoni għall-kap talUMP se ssir f’Novembru. Il-każ li jrid li jkun sospiż hu dwar sforzi biex jinfluwenza investigazzjoni kontrih.

IL-ĠERMANJA: Il-vapur tal-passiġġieri ‘Quantum of the Seas’ joħroġ mit-tarzna ta’ Meyer f’Papenburg mill-aktar post dejjaq tal-vjaġġ tal-vapur lejn il-Baħar tat-Tramuntana (ritratt: EPA)

Suċċess għall-missjoni fuq Mars L-INDJA

L-Indja rnexxielha tpoġġi satellita f’orbita madwar Mars u hekk saret ir-raba’ pajjiż li rnexxielu jagħmel dan. Barra minn hekk, is-satellita Mangalyaan jew Mars Orbiter Mission (MOM) hi waħda millirħas missjonijiet lejn pjaneta oħra li qatt saru. S’issa saru 51 missjoni simili lejn Mars li minnhom 21 biss irnexxew. Liskop tagħha hu biex tistudja latmosfera ta’ Mars. Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi qal li l-Indja kisbet xi ħaġa kważi impossibbli. Hu qal dan hekk kif mar fiċ-ċentru minn fejn qed tkun ikkontrollata l-missjoni f’Bangalore, fejn hemm l-

Indian Space Agency Mission Tracking Centre. Ta’ min wieħed jgħid li ħafna mix-xjen-

L-irħas missjoni lejn Mars li qatt saret

zjati hemmhekk huma nisa Huma biss l-Ewropa, irRussja u l-Istati Uniti li rnexxielhom jibagħtu missjoni lejn Mars imma l-Indja hi lewwel pajjiż li rnexxielu jagħmel dan fl-ewwel tentattiv. B.N. Ramkrishna, id-deputat

kap tal-ħidma tal-missjoni lejn Mars, xebbah dak li sar ma’ li kieku wieħed ipprova jibgħat ballun tal-golf minn Bangalore lejn Londra b’daqqa waħda. Din il-ġimgħa madwar Mars waslet ukoll satellita Amerikan, Maven, li waslet nhar it-Tnejn. Hu stmat li l-missjoni Indjana lejn Mars swiet 74 miljun dollaru. Il-missjoni talMaven swiet 671 miljun dollaru Amerikan. L-iskop prinċipali talMangalyaan hu beix tara jekk hemmx ‘methane’ fl-atmosfera ta’ Mars. Dan peress li dan jista’ jkun indikatur ta’ attività bijoloġika.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

15

1 1. IT-TAJWAN: Teddy bear enormi waqt wirja fil-Captain Bear Museum f’Taoyuan. L-ors twil 9.1 metri u hu wieħed mill-ikbar fid-dinja. Hu parti minn wirja permanenti dwar it-teddy bear, li fiha hemm oħrajn ta’ kull daqs u minn kull rokna tad-dinja

2. IL-ĠERMANJA: Il-Western Star ‘Optimus Prime’ mill-film ‘Transformers’ waqt l-International Automobile Exhibition Commercial Vehicles (IAA) f’Hanover. Madwar 2,066 esibitur minn 45 pajjiż qed jieħdu sehem f’din il-fiera li tintemm fit-2 ta’ Ottubru 3. L-UKRAJNA: Suldat tal-Armata Ukrena f’checkpoint qrib Gorlovka

4. FRANZA: Hairdressers ilestu mudella qabel sfilata tad-disinjatur Ġappuniż Kunihika Mornaga waqt il-Paris Fashion Week (ritratti: EPA)

2 3

4


www.maltarightnow.com

16

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

KLIMA

Il-problema tat-tibdil fil-klima Charles Muscat

Fil-jiem li għaddew, f’aktar minn 2,000 post f’pajjiżi differenti madwar id-dinja saru protesti fit-toroq minn mijiet ta’ eluf ta’ nies li talbu li tittieħed azzjoni urġenti dwar it-tibdil filklima. Dik imsejħa ‘The People’s Climate March’ hi kampanja biex jitnaqqsu l-emissjonijiet flarja fid-dawl tas-Summit tanNazzjonijiet Uniti dwar il-Klima li se jsir fi New York fil-jiem li ġejjin. Jirriżulta li l-aktar 11-il sena sħan mis-sena 1856 kienu flaħħar 15-il sena. Is-sena 2005 u l-1998 kienu l-aktar snin li matulhom qatt għamlet sħana globalment minn kemm ilhom jinżammu r-rekords. Dan joħroġ minn riċerka tal-Uffiċċju Meteoroloġiku tar-Renju Unit u mill-Unit tar-Riċerka talUniversità ta’ East Anglia għal Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija. Dawn iċ-ċifri juru wkoll li ssnin 2002 u 2003 kienu t-tieni liktar snin b’temperatura għolja globalment u wara kien hemm l2001. Wara jiġu s-snin 1997, 1995, l-1990 u l-1999 flimkien, u l-1991 u s-sena 2000 flimkien. F’waħda mill-protesti li saru biex tittieħed azzjoni dwar it-tibdil fil-klima, dik li saret f’Manhattan fl-Istati Uniti talAmerika, ipparteċipa sSegretarju Ġenerali tanNazzjonijiet Uniti, Ban Kimoon. Hu ngħaqad ma’ aktar minn 300,000 persuna li pparteċipaw. Saru wkoll protesti

Waħda mill-protesti li saru madwar id-dinja, f’Melbourne

u dimostrazzjonijiet kbar, kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Awstralja. F’kummenti lill-media, Ban Kimoon qal li din hi l-pjaneta li fiha l-ġenerazzjonijiet li ġejjin se jgħixu u kompla li m’hemmx pjan alternattiv għax id-dinja m’għandhiex pjan alternattiv. Is-Segretarju Ġenerali tanNazzjonijiet Uniti kien akkumpanjat mill-primatologista Jane Goodall u mill-Ministru tal-

Ekoloġija Franċiża, Segolene Royal. L-akbar protesta saret fi New York u b’kollox saru marċi ta’ protesta f’156 pajjiż, fosthom firRenju Unit, l-Italja, il-Brażil u anke l-Afganistan. Il-marċ ta’ protesta li sar f’Londra attira madwar 40,000 persuna filwaqt li dak li sar f’Melbourne attira 30,000 ruħ. Dawk li kienu qed jipprotestaw fl-Awstralja talbu

20 fil-mija tal-emissjonijiet globali jiġu mid-deforestazzjoni u dan ifisser aktar mill-emissjonijiet kollha tal-karozzi, tat-trakkijiet u tal-ajruplani kollha f’daqqa

lill-Prim Ministru Tony Abbott biex jieħu azzjoni u wrew il-biża’ tagħhom li t-tibdil fil-klima jista’ jwassal biex ikun hemm aktar ‘bushfires’ u nixfa. Fil-jiem li għaddew inNazzjonijiet Uniti organizzat isSummit dwar il-Klima filkwartieri fi New York u għalih attendew 125 kap ta’ stat u gvern. Dan kien l-ewwel summit wara lkonferenza dwar il-klima li saret f’Kopenħagen fid-Danimarka fis-sena 2009, li ma tatx riżultati. Is-Segretarju Ġenerali tanNazzjonijiet kien qal li jittama li l-kapijiet ta’ stat jagħmlu progress dwar ftehim universali li jkun iffirmat mill-pajjiżi kollha sal-aħħar tas-sena d-dieħla. Il-klima għandna sehem importanti fis-sistema tal-ambjent tad-dinja u anke tibdil żgħir fil-klima jkollu impatti qawwija u kumplessi. It-tibdil fil-klima jolqot kemm lill-bniedem kif ukoll lin-natura b’ħafna modi u jżid it-theddidiet li diġà għamlu pressjoni fuq l-ambjent. Din mhix problema li feġġet f’daqqa’ u issa ilu 30 sena li xxjenzjati ġibdu l-attenzjoni taddinja dwar il-perikli tat-tibdil filklima. Imma kemm se nħallu lil dan il-fenomenu jkompli? Tibdil fin-natura jkollu implikazzjonijiet serji fuq il-bniedem u fuq issistema ekonomika. L-industrija tal-assigurazzjoni tistma li potenzjalment, il-ħsara ekonomika li tikkawża ż-żieda fit-temperatura

tad-dinja tista’ tkun ta’ mijiet ta’ biljuni ta’ ewro kull sena. Hu fatt magħruf li x-xmajjar u lgħadajjar jipprovdu l-ilma taxxorb, kemm għan-nies, kif ukoll għall-annimali, u hu wkoll vitali għall-biedja u għall-industrija. Loċeani u l-ibħra jipprovdu l-ikel lil biljuni ta’ nies. It-tibdil fil-klima jkollu effett qawwi u mhux mistenni fuq is-sistema tal-ilma fiddinja, inkluż għargħar u nixfa. Lestremi fin-nixfa u fl-għargħar isiru aktar komuni u dawn iġiegħlu lin-nies jitilqu minn djarhom u anke joħolqu l-konflitti. Inqas ilma tajjeb ifisser inqas prodotti talbiedja, inqas ikel u inqas flus. Il-foresti huma tant meħtieġa biex jippurifikaw l-arja, biex itejbu l-kwalità tal-ilma, biex iżommu l-ħamrija intatta u jipprovdu l-ikel lill-bniedem, prodotti talinjam u anke mediċini u fihom jgħixu fost l-aktar tjur u annimali slavaġ li huma fil-periklu li jinqerdu. Hu stmat li madwar 1.6 biljun persuna madwar id-dinja jiddependu mill-foresti biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, fosthom 60 miljun persuna indiġena li jiddependu millforesti biex isostnuhom. Il-foresti jgħinu biex iħarsu lid-dinja mit-tibdil fil-klima billi jassorbu ammont kbir ta’ ‘carbon dioxide’ (CO2) li hu s-sors ewlieni tat-tniġġis tal-arja li jikkawża tibdil fil-klima. għal paġna 17


www.maltarightnow.com

KLIMA

L-aktar 11-il sena sħan mill-1856 kienu fl-aħħar 15-il sena

17

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

F’waħda mill-protesti li saru biex tittieħed azzjoni dwar it-tibdil fil-klima, dik li saret f’Manhattan fl-Istati Uniti tal-Amerika, ipparteċipa s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Ban Ki-moon minn paġna 16

Sfortunatament, il-foresti qed jinqerdu jew qed issirilhom ilħsara b’mod allarmanti billi jitqaċċtu s-siġar għall-injam kif ukoll billi jinħarqu s-siġar biex lart tintuża għall-biedja jew biex jitrabbew l-annimali. Dawn lattivitajiet jikkontribwixxu għal ammonti kbar ta’ ‘carbon dioxide’ u gassijiet oħra li li jispiċċaw fl-atmosfera. Ix-xjenzjati jikkalkulaw li madwar 20 fil-mija tal-emissjonijiet globali jiġu mid-deforestazzjoni u dan ifisser aktar mill-emissjonijiet kollha talkarozzi, tat-trakkijiet u tal-ajruplani kollha f’daqqa. Għalhekk, minflok ma l-foresti qed jgħinu lill-bniedem biex isolvi l-kriżi tal-klima, id-deforestazzjoni qed tagħmel is-sitwazzjoni agħar. It-tibdil fil-klima se jkollu impatt qawwi fuq kemm il-bniedem ikollu ikel, fuq l-aċċessibbiltà tal-ikel, fuq kif jintuża l-ikel u fuq sistemi stabbli tal-ikel f’ħafna partijiet tad-dinja. It-tibdil fil-klima jista’ jwassal għal riskju akbar li l-uċuħ tar-raba’ jfallu, għat-telf ta’ merħliet u jkollu impatt ukoll fuq is-sigurtà tal-ikel. F’diversi partijiet tad-dinja huma mistennija kundizzjonijiet tat-temp aktar nexfin u aktar sħan, imma f’postijiet oħra mistennija kundizzjonijiet tat-temp aktar friski u b’aktar xita u dan jeffettwa b’mod negattiv il-prattiki agrikoli. Dawn il-kundiz-

zjonijiet jeffettwaw ukoll issaħħa u l-għajxien tal-bniedem kif ukoll il-flus fil-bwiet tan-nies, is-swieq tal-ikel u anke s-sigurtà tal-ikel f’livell ta’ familji. Ħafna familji madwar id-dinja jiddependu minn biedja sostnuta bix-xita. Għalhekk hi vulnerabbli għat-tibdil fil-klima u tibdil staġjonali. Għalhekk kull ammont ta’ żieda fit-temperatura jwassal għal inqas ilma. Hu stmat li 70 fil-mija tal-popolazzjoni dinjija tgħix mill-biedja u 40 filmija tal-esportazzjoni hi ta’ prodotti agrikoli. Terz tad-dħul fl-Afrika jkun iġġenerat millbiedja. Il-produzzjoni tal-ħxejjex u t-trobbija tal-annimali jikkontribwixxu għal nofs id-dħul talfamilji fl-Afrika. L-aktar membri tas-soċjetà foqra huma dawk li l-aktar jiddependu mill-biedja għal impjieg u għad-dħul tagħhom. Dawn iċċifri joħorġu minn studji talAssoċjazzjoni tal-Ikel u lBiedja. Wieħed jittama li l-mexxejja tad-dinja jagħrfu l-ħtieġa li tittieħed azzjoni, imma kull wieħed u waħda minna jista’ jgħin biex jonqos il-periklu talbidla fil-klima permezz ta’ affarijiet żgħar li jagħmel kuljum, fosthom billi ma jaħlix elettriku għalxejn, ma jaħlix ilma għalxejn, jirriċikla prodotti li jista’ jerġa’ juża, u jnaqqas l-użu talplastik u affarijiet oħra. Jekk kull persuna tagħmel ilparti tagħha, żgur li d-dinja kollha jkollha futur aħjar.

Hu stmat li 70 fil-mija tal-popolazzjoni dinjija tgħix mill-biedja u 40 fil-mija tal-esportazzjoni hi ta’ prodotti agrikoli


www.maltarightnow.com

18

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

MADWARNA

Satira politika oriġinali bil-Malti minn Mediteatru

Il-kumpanija teatrali Mediteatru bħalissa għaddejja blaħħar preparamenti tagħha biex tippreżenta ‘Politira’ - satira politika oriġinali bil-Malti fejn bissehem ta’ għadd ta’ atturi stabbiliti tingħata ħarsa mill-qrib lejn is-soċjetà Maltija, iżda b’mod komiku u divertenti għal kull min se jattendi għal xi waħda mir-rappreżentazzjonijiet li se jsiru. Din is-satira teħodna fl-eqqel ta’ kampanja elettorali. Dr Shawn Balzan huwa ministru popolari ħafna, iżda l-possibbiltà li jerġa’ jiġi elett ġiet imxellfa minn ‘video clip’ kompromettenti dwaru. Kollox iħoll u jorbot fuq kemm se jirnexxilu jżomm kollox mistur, speċjalment millavversarji politiċi tiegħu. F’dan ix-xogħol miżgħud b’sitwazzjonijiet komiċi, apparti lMinistru Balzan, hemm sitt karattri oħra. Kollha bi storja interessanti! Bħal, pereżempju,

Dr Agnes Borg, li hija l-ewwel Prim Ministru mara ta’ Malta. Dr Borg tinqala’, imma se jirnexxilha twassal il-Partit Soċjal Liberali għal rebħa elettorali oħra? Jew in-nies se jippreferu lPartit Konservattiv din id-darba, immexxi mill-kap il-ġdid tiegħu Dr Michel Decelis? Kemm huwa importanti Joe Falzon għall-Ministru Balzan? X’inhi l-aktar memorja kerha ta’ Ben Balzan? Għaliex l-intervista ta’ Nicole Borg issorprendiet lillPrim Ministru? U Jessica Ciantar se jirnexxilha tkompli l-istudji tagħha lIngilterra? Iżda, fuq kollox, min kien il-moħħ wara dik il-‘video clip’ kompromettenti dwar ilMinistru Balzan? ‘Politra’ hija satira politika oriġinali bil-Malti, b’kitba u direzzjoni ta’ Keith Borg. Jieħdu sehem atturi stabbiliti bħal Moira Muscat, Carlos Farrugia, Aldo Zammit u Mariano Said, u atturi

oħrajn emerġenti b’futur sabiħ quddiemhom bħal Kurt Pawley, Kelly Peplow u Lara Borg Vella. Dan ix-xogħol jgħodd għal dawk li għandhom mill-inqas 16-il sena u li jixtiequ jaraw biċċa

xogħol teatrali divertenti u li tħares mill-qrib lejn is-soċjetà Maltija. ‘Politira’ se tidher fl-isplendid (Strada Stretta) fis-17, 18, 19 u 25 ta’ Ottubru fit-8 p.m. Il-biljet-

ti għal din l-attività jistgħu jinkisbu minn ticketline.com.mt u jibdew minn €12. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur Mediteatru fuq Facebook.

iGaming Tech Limited tibda topera minn SmartCity Malta iGaming Tech Limited dan laħħar ġiet Malta u għażlet li tistabbilixxi l-uffiċini tagħha fi SmartCity Malta (SCM). Ilkumpanija hija fornitur tal‘igaming’ b’liċenzja ta’ klassi 4, li toffri soluzzjonijiet lillbejjiegħa tas-softwer li jospitaw u jimmaniġġjaw operaturi tal‘gaming’ remoti madwar id-dinja kollha. Bi klijenti stabbiliti bħal Betent, PotterBet, BetOne365, Alibaba u Flybet365, iGaming Tech Ltd fil-preżent qed topera mill-binja SCM01 fi SCM. Flistess waqt, il-kumpanija qed timla l-uffiċini ewlenin tagħha fil-binja viċin, SCM03, li se tkun bdiet topera minnha sal-aħħar ta’ din is-sena. B’operazzjonijiet 24 siegħa kuljum, SCM hi l-proġett ideali f’Malta biex jiffaċilita s-suċċess

ta’ iGaming Tech Ltd permezz ta’ infrastruttura intelliġenti ta’ klassi dinjija, maħsuba għall-kontinwità assigurata tan-negozju, ambjent adegwat u sistema ta’ appoġġ risponsiva. Filwaqt li kien qed jitkellem dwar ir-raġuni għaliex iGaming Tech Ltd iddeċidiet li tiċċaqlaq lejn SCM, is-CEO ta’ SCM, Fabrizio Farina qal: “SmartCity Malta gradwalment qed tkompli ttejjeb l-identità korporattiva tagħha u l-potenzjal ta’ netwerking. Tipprovdi wkoll lill-imsieħba tan-negozju tagħha integrazzjoni progressiva tat-teknoloġija u servizzi, infrastruttura tal-ogħla kwalità, kif ukoll diversi oppportunitajiet ta’ netwerking għallkumpaniji, u għalhekk aħna kuntenti li qed nissieħbu ma’ dan ilproġett.”


www.maltarightnow.com

19

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

XJENZA

Aktar minn 40 attività ta’ divertiment waqt Xjenza fil-Belt Uħud mix-xogħlijiet artistiċi ispirati mix-xjenza murija mill-istudenti tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST

L-attività Xjenza fil-Belt għada se tkun qed tfur b’aktar minn 40 attività għall-familja. It-tielet edizzjoni se jkun fiha attrazzjonijiet f’diversi setturi, mill-ġisem tal-bniedem għaxxjenza tal-ispazju, l-evoluzzjoni tat-teknoloġija għal-logħob talvideo, arti u kultura għad-divertiment, b’wirjiet tax-xjenza, żfin u t-teatru inklużi. Il-‘planetarium’ se jkun qed jilqa’ lill-viżitaturi fil-qalba talinstallazzjoni ‘Amaze2’ fi Pjazza San Ġorġ. Riċerkaturi mill-Istitut tax-Xjenza talIspazju u l-Astronomija (ISSA) se jitkellmu dwar fenomeni talastronomija, minn ‘black holes’ għal ‘exoplanets’. Fl-Istitut Kulturali Taljan, studenti li qed jistudjaw biex iġibu diploma mill-Istitut tal-Arti u dDisinn tal-MCAST se jtellgħu wirja msemmija ‘The Scientist’. L-istudenti ltaqgħu ma’ riċerkaturi mill-Università ta’ Malta u ħolqu firxa ta’ arti viżiva, li tinkludi skultura, illustrazzjonijiet u fotografija ispirata mix-xjenzjat tagħhom. Il-Pjazza tal-Palazz se jkollha l-ewwel ‘International Science Theatre Festival: Astronomy, The Trials of Galileo’, bl-attur ewlieni Tim Hardy fit-8 p.m. Fl10 p.m. mbagħad jibda ‘L’Uomo che pesò il Mondo’, produzzjoni ta’ Nuove Cosmogonie Teatro, li fih hemm Pino Scicluna. Wara kull att ikun hemm astrofiżiċi li jwieġbu mistoqsijiet mill-udjenza. Il-biljetti li jiswew €15 għal kull persuna għal kull dramm jistgħu jinxtraw mit-‘Teatru Manoel online booking’ jew int u dieħel qabel il-produzzjoni. ‘The Royal Pharmacy’ fi Triq ir-Repubblika se turi kollezzjoni interessanti ta’ artefatti u strumenti ta’ preparazzjonijiet li m’għadhomx jintużaw u għadd ta’ attivitajiet għall-kbar u t-tfal.

Spiżjara u studenti tal-farmaċija jkunu preżenti biex ikejlu lBMI, jimlew kwestjonarju qasir dwar l-istil ta’ ħajja lil min ikun interessat, u jagħmlu ‘screening’ lill-kbar għal ‘Type 2 Diabetes Mellitus’ (T2DM) jew riskju ta’ T2DM għall-kbar li jżuru l-post, waqt li t-tfal jistgħu jieħdu sehem f’kompetizzjoni bi premjijiet dwar ixxjenzi tas-saħħa. Dan isir kull siegħa kif taqleb is-siegħa mis7 p.m. sad-9 p.m. Fl-istess spiżerija, il-Kamra tal-Farmaċisti ta’ Malta se tuża l-QaM Project (EuroPharm Forum (WHO/Euro)) f’kampjun każwali tal-viżitaturi Maltin kbar (QaM tfisser ‘Questions that patients should ask about their medicines…and pharmacists should respond to). Dan hu proġett tal-EuroPharm

Forum (WHO/Euro). Ir-riżultati jitħabbru aktar tard. Il-MEUSAC f’280, Triq irRepubblika, se tilqa’ ‘Kantuniera UE’ b’tagħrif u logħob dwar riċerka li qed issir fl-Unjoni Ewropea hekk kif qed tniedi l-programm tagħha ‘Horizon 2020’. Il-bini fuq ġewwa se jkun dedikat lit-tfal waqt li fuq barra jkun hemm għadd ta’ attivitajiet interattivi għal kulħadd. Id-daħk hu l-aħjar mediċina u dan mhux se jkun nieqes millattività ta’ din is-sena. Malcolm Galea, Philip Leone Ganado u kummidjanti oħra se jagħtu wirja ta’ kummiedja. Din tibda fl-10:30 p.m. quddiem il-bini tal-qrati. Se tkun lejla ta’ kummiedja ‘stand-up’ ispirata mixxjenza, li jisimha ‘Haha…Boom! – Stand Up

meets Science…in the City!’ Waqt li l-viżitaturi jkunu qed jieħdu pjaċir bil-kummiedja u ttaħditiet fil-post, wieħed jista’ jduq l-inbid minn ‘Ta’ Mena wine bar’ li se jkun hemm quddiem l-istage. L-istudjuż u riċerkatur tal-inbid, Roger Aquilina, jagħti taħditiet qosra u informattivi dwar ix-xjenza ġenerali ta’ kif isir l-inbid. Lejn id-dħul tal-Belt fejn ikun hemm is-‘Science Fair’, General Soft Drinks Company Limited se tesibixxi laboratorju żgħir u turi kif issir il-‘Coca Cola’, mill-‘blow molding’ għall-ibbottiljar. Il-viżitaturi jistgħu jagħmlu t-testijiet ta’ kontroll, li huma x-xjenza wara din ix-xarba. Il-festival ‘Science in the City – European Researchers’ Night’ għandu l-appoġġ tal-programm

Marie Skłodowska-Curie Action of the Horizon 2020 (H2020) tal-UE. L-attività hi organizzata mill-Università ta’ Malta, ilKamra Maltija ta’ Xjenzjati u RIDT, ir-Research Trust talUniversità ta’ Malta, bis-sħubija ta’ Karl Borg Events, Studio 7, il-Fondazzjoni Valletta 2018, MEUSAC, il-Kunsill Lokali talBelt Valletta, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija, lKulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, il-Kunsill Malti tal-Arti, PBS, Notte Bianca, il-Kavallier ta’ San Ġakbu, Lufthansa Technik Malta, General Soft Drinks bilCoca Cola, Ta’ Mena wines, lIstitut Kulturali Taljan, u lBritish Council. Il-programm kollu u dettalji dwar il-postijiet jistgħu jitniżżlu minn www.scienceinthecity.org.mt.


www.maltarightnow.com

20

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

ĊINEKRITIKA

Joe Calleja - jocal@me.com

A WALK AMONG THE TOMBSTONES

Thriller ‘tqil’ iżda tajjeb u jżommok sal-aħħar Direzzjoni: Scott Frank; Ħin: 102 minuti; Ċert.: 15; KRS

‘Thriller’ ieħor li se jkun żgur fost l-aqwa li se nkunu rajna din is-sena, u b’Liam Nesson dan ma setax jonqos meta niftrakru li ħadem f’films bħal dawk ta’ ‘Taken’ (li s-sena dieħla mistenni joħroġ it-tielet wieħed). F’dan li ħareġ din il-ġimgħa, filwaqt li naraw lill-karattru li jinterpreta jfittex qattiela li jaħtfu nies biex jitolbu r-rikatt, din id-darba ma jagħmilx dan għal raġunijiet personali, u ma jħobbx juża armi jew vjolenza żejda. Hawn jidher bħala Matt li filbidu tal-film fis-snin disgħin narawh jiġri wara tliet ħallelin li jkunu għadhom kif qatlu sid ħanut. Matt jirnexxilu joqtol tnejn minnhom u jferi lill-ieħor. Iżda waqt din l-isparatura, tinqatel tifla. Aktar tard insiru nafu li Matt kien irtira mill-korp proprju minħabba f’hekk, għax waqt linċident hu kien fis-sakra. Jgħaddu tmien snin u issa kien irnexxielu jegħleb il-vizzju tax-

LET’S BE COPS

xorb, u qed jaħdem bħala ditektiv privat, li jiġi avviċinat minn Kenny (Dan Stevens) li jinduna li kien traffikant sinjur tad-drogi, u li jkun irid lil Max jsib min kien qatillu lil martu wara li ħatafha, talbu flus bħala rahan, iżda xorta martu nqatlet. Għall-ewwel Matt, ma jkunx irid għax Kenny jgħidlu li jekk hu jsib min qatillu lil martu, Kenny kien se joqtlu. Matt jibda jinvestiga, u bl-għajnuna ta’ tfajjel abbandunat millġenituri, TJ (Brian Bradley) isir jaf li kienu żewġt irġiel misterjużi, Ray u Albert (David Harbour u Adam David Thompson), u jkollu suspett li dawn kienu pulizjotti jew ekspulizjotti li b’hekk jibdew jivvendikaw ruħhom mit-traffikanti tad-drogi, iżda b’mod mill-aktar sadistiku fuq qraba qrib it-traffikanti. Bħas-soltu, Neeson iqaxxar parti bħal din, hawnhekk bħala ditektiv ‘all’antica’, li m’għan-

Matt (Liam Neeson) ‘jirrekluta’ lit-tfajjel TJ (Brian Bradley) f’‘A Walk Among the Tombstones’

dux fiduċja fil-mowbajls jew ilkompjuters u aktar jemmenm flinvestigazzjonijiet “fl-art” u lksib tal-informazzjoni mingħand

in-nies (mingħajr ma jirrikorri għal tortura). ‘A Walk Among The Tombstones’ huwa ‘thriller’ veru

‘tqil’, u kultant jimxi b’pass kajman, imma l-importanti hu li jwassal għal riżultat tajjeb, u jżommok sal-aħħar minuta.

Kummiedja banali u esaġerata, iżda passabbli Direzzjoni: Luke Greenfield; Ħin: 104 minuti; Ċert.: 15; KRS

Stajt semmejt il-kritika dwar dan il-film ‘Los Angeles Cops’ (b’referenza għall-kummiedja popolari li kienu kisbu suċċess kbir biha Eddie Murphy u Judge Reinhold wara l-ewwel wieħed li kienu ħadmu 20 sena ilu). Imma Jake Johnson u Damon Wayans sempliċement mhumiex Murphy u Reinhold. B’hekk, ‘Let’s Be Cops’ jirriżulta f’kummiedja passabbli, biex dak li jkun iqatta’ kważi siegħa u tliet kwarti, minkejja li f’mumenti tinħass banali u esaġerata, u xi wħud jistgħu jħossuha antipatika. Il-premessa nnifisha mhi xejn kredibbli, hekk kif iż-żewġ protagonisti jirnexxilhom jakkwistaw mhux biss uniformijiet awtentiċi tal-pulizija, imma saħansitra karozza tal-pulizija mgħammra b’kollox, permezz tal-‘e-Bay’, u jikkonvinċu lil kulħadd, anki lill-istess korp lokali ta’ Los Angeles, li huma pulizjotti veri. Dawn ikunu Ryan (Johnson) u Justin (Wayans) ta’ madwar 30 sena li ma jkollhomx impjieg fiss, u li wara li jaqgħu għaż-żuffjett meta jmorru għall-‘costume masked party’ (jew ‘ballo in

maschera’) libsin ta’ pulizjotti, jitilqu ’l barra, iżda fit-triq jaħsbuhom pulizjotti veri. Din il-ħaġa togħġobhom, u filwaqt li l-attur qiegħed Ryan jieħu l-parti b’serjetà u konvinzjoni (mingħalih!), Justin jaraha bħala okkażjoni u skuża biex fl-aħħar iġibha żewġ, kemm malimgħallem tiegħu (li kien waqqagħlu għaż-żuffjett l-aħħar ‘videogame’ li ivvinta), kif ukoll ma’ Josie (Nina Dobrev) li taħdem f’ristorant u li hu kien iffissat fuqha. Minn hawn ’il quddiem nassistu għal għadd ta’ sekwenzi u ċajt storbjuż u goff, hekk kif jispiċċaw fil-mira ta’ gang kriminali perikoluża magħmula missoltu Ewropej tal-Lvant (li qed jieħdu post il-Mafja Taljana talfilms tal-imgħoddi minn Hollywood), immexxija minn ċertu Mossi (James D’Arcy) u lpulizija korrotti tad-ditektiv Brolin (Andy Garcia, li tiskanta kif spiċċa f’film bħal dan). Film bi skript fqir b’dik li tissejjaħ ‘chemistry’ bejn l-atturi ewlenin li mhux dejjem tirnexxi, iżda li fil-‘box office’ Amerikan mar tajjeb.

Ryan (Jake Johnson) u Justin (Damon Wayans) fl-azzjoni f’‘Let’s Be Cops’


www.maltarightnow.com

21

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

ĊINEKRITIKA

Wallace (Daniel Radcliffe) u Chantry (Zoe Kazan) jibdew relazzjoni li kellha tkun ta’ ħbiberija biss f’‘What If’

WHAT IF

Ħbiberija, imħabba jew “ta’ Platun”? Direzzjoni: Michael Dowse; Ħin: 102 minuti; Ċert.: 15; KRS Films li jittrattaw dan is-suġġett inħadmu bil-gzuz, dwar ħbiberija li tinbidel fi mħabba, jew kemm hu possibbli li tnejn ikunu ħbieb biss u ma jispiċċawx jinħabbu. Forsi laktar wieħed li ħafna jiftakru hu ‘When Harry Met Sally’ b’Meg Ryan u Billy Crystal. Issa jasal ieħor b’ħadd ħlief Daniel Radcliffe li issa ta’ 25 sena ma jistax jibqa’ konvinċenti bħala Harry Potter. Hawn narawh f’parti totalment differenti u aktar xierqa għal żmienu, dik ta’ student, Wallace, qalbu sewda wara li telqitu t-tfajla sena qabel. Kull filgħaxija kien jitla’ fuq il-bejt u jogħqod jisma’ laħħar messaġġi tagħha fuq ilmowbajl. Waqt festin, jiltaqa’ ma’ Chantry (Zoe Kazan), artista ta’ talent ma’ studio ta’ animazzjoni, u li qed tgħix mal-maħbub tagħha Ben (Rafe Spall), li però, dejjem imħabbat bix-xogħol. Waqt il-festin tinbet mill-ewwel ħbiberija kbira bejnha u bejn Wallace, u jsibu li jaqblu f’ħafna affarijiet. Wallace jħossu miġbud aktar lejha minnha, iżda meta din tgħidlu b’Ben, hu jipprova jaħbi ddiżappunt tiegħu.

1. 2. 3. 4. 5.

Imma t-tnejn jerġgħu jiltaqgħu meta jmorru jaraw l-istess film, għalkemm ipoġġu f’naħat differenti taċ-ċinema fejn jintwerew ilklassiċi tat-tmeninijiet. Wara jmorru jieklu xi ħaġa flimkien, u jaqblu li jkomplu jaraw lil xulxin… għalkemm bħala ħbieb biss. Iżda aktar ma jidraw lil xulxin, aktar hu jirrealizza li ma riedx ħbiberija biss, u hi tibda tiddubita kemm dik bejnha u bejn Ben kienet imħabba vera. ‘What If’ hija kummiedja romantika divertenti li matulha, issiegħa u tliet kwarti li ttul ma tarahomx għaddejjin. Iġġiegħel lil min qed jaraha jistaqsi wkoll lilu nnifsu dwar id-dilemma bejn ħbiberija u mħabba. Hawn qed nitkellmu laktar dwar ħbiberija platonika (ġejja minn isem il-filosfu Grieg Platun), jiġifieri sentiment nobbli, nieqes u bogħod minn kull senswalità jew ġibda sesswali. Imma niftakar lin-nanniet tiegħi, u probabbli anki tagħkom, jgħidu li “l-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser”, fost qwiel oħra bħal “ilkunfidenza fl-aħħar tidħol filgradenza”, u “tressaqx in-nar lejn il-porvli”!

L-aqwa films f’Malta

(Bejn is-17 u l-21 ta’ Settembru – KRS) (1) Lucy (2) Sex Tape (re) The Boxtrolls (–) Before I Go to Sleep (re) The Nut Job (re = re-entry)

Daniel Radcliffe li issa ta’ 25 sena ma jistax jibqa’ konvinċenti bħala Harry Potter


www.maltarightnow.com

SKEDA NET TV

‘Votum’ ma’ Ivan Bartolo

M’hemmx agunija ikbar milli tissaporti ġewwa fik storja li għadek ma rrakkuntajtx. U sewwasew minħabba din ir-raġuni għadd ta’ persuni jiddeċiedu li jirrakkuntaw l-istorja tagħhom fuq ‘Votum’. Dawn il-bnedmin iħossu li mhumiex qed jiġu użati għax qegħdin jafdaw is-sigriet ta’ ħajjithom ma’ xi ħadd li huma jafdawh b’għajnejhom magħluqin. Dan hu ‘Votum’, programm ġdid fuq NET Television. ‘Votum’ ilaqqgħek ta’ kuljum mal-bnedmin u jġibek wiċċ imb wiċċ ma’ stejjer ta’ wġigħ liema bħalu. Stejjer ta’ bnedmin li xi drabi jnisslulek diqa u jqab-

it-toqol, jew timxi mil fiż-żarbun ta’ ħaddieħor biex tifhem il-perspettiva ta’ dik il-persuna. ‘Votum’ jirnexxilu jagħmel dan billi jwettaq dan mal-persuna muġugħa u jgħinha tistrieħ minn tbatijietha. Fil-psikoloġija, ilkunċett ta’ ‘validation’ ifisser li wieħed jirrikonoxxi li l-persuna l-oħra għandha ċerti sentimenti u li dak is-sentiment li għandha wieħed jista’ jifhmu għax hu normali. Hekk, ngħidu aħna, hu normali li meta xi ħadd jittradini, jien inħossni rrabjat, frustrat, miblugħ fija nnifsi, imbeżża’, eċċ. Mis-smigħ tal-persuni muġugħin, il-preżentatur u l-

Waqt ‘Votum’, l-empatija tfisser li wieħed iħoss mal-persuna iktar milli sempliċement jitħassarha bżulek id-dmugħ. Smigħ maħsul bid-dmugħ. Smigħ li kien sostnut kontinwament mill-kunfidenzjalità, mill-fruntieri, u mis-superviżjoni, li permezz tagħhom seta’ jagħti iktar spazju għall-ħidma kreattiva u għall-ġid tal-protagonist. L-empatija mhix simpatija. Meta wieħed juri simpatija ma’ persuna, dan ifisser li hu jitħassarha imma għadu jżomm id-distanza mis-sentimenti tagħha. Għall-kuntrarju, waqt ‘Votum’, lempatija tfisser li wieħed iħoss mal-persuna iktar milli sempliċement jitħassarha. Tfisser taqsam

‘anchor person’ tal-programm blaktar mod effikaċi jakkumpanjahom u jgħinhom isemmgħu dak li huma qegħdin iħossu, ħalli jaslu biex jilqgħuh u jivvalidawh. Minnu nnifsu, dan inissel sens ta’ solidarjetà fit-taqbid tal-ħajja. Fis-soċjetà tagħna, sħab iswed hawn kemm trid. Stejjer ta’ wġigħ hawn bil-gzuz ukoll. Imma daqstant ieħor jeżistu għadd ġmielu ta’ possibbiltajiet biex dan l-uġigħ isir opportunità tad-deheb għat-tagħlim, għall-bidla, għall-fejqan u għallbinja sħiħa tal-persuni. Dan huwa ‘Votum’!

Il-preżentatur u producer ta’ ‘Votum’, Ivan Bartolo

25

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014


www.maltarightnow.com

27

It-Tlieta, 25 ta’ Settembru, 2014

SPORT

Aktar heats f’Ta’ Xħajma f’Għawdex TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL

Wara s-suċċess ta’ ‘Pre-Season Meeting’ li sar dan l-aħħar, ilGozo Horse Racing Association se torganizza ‘Autumn Heats’ fil-korsa ta’ Xħajma, nhar ilĦadd, 28 ta’ Settembru 2014 u lfinali l-Ħadd, 12 ta’Ottubru 2014. It-tiġrijiet se jkunu għall-ħmir, Shetland, ponijiet u tat-trott u hemm premijiet kbar għar-rebbieħa. Fil-klassi Premier / Gold

ir-rebbieħ finali se jieħu ssomma ta’ €600, fil-klassi Silver €500 u Bonze / Copper €500. Il-kitba għal dawn it-tiġrijiet qed isiru fl-ufficcju tal-Korsa ta’ Xhajma,sa llum bejn l-4 pm u s6 pm. Il-Maltin jistgħu jirreġistraw għand Alfred Spiteri fl-uffiċji tal-Malta Racing Club fil-Marsa jew inkella jċemplu lil Anton Pace fuq 99227854.

XEWKIJA TIGERS………..5 ST LAWRENCE SPUR…….1 Iċ-champions Xewkija Tigers kisbu rebħa kbira kontra St Lawrence Spurs biex flimkien ma’ Oratory Youths u Nadur Youngsters jinsabu fl-ewwel post b’punti massimi. Huma ma ħallew l-ebda dubju dwar fejn kienu sejrin it-tliet punti għax iddominaw għal ħin twil. Xewkija bdew fuq l-attakk fejn wara tliet minuti minn cross ta’ Bogdanovic, John Camilleri birras xeħet ftit barra. Minuta biss wara huma fetħu l-iskor b’daqqa ta’ ras perfetta ta’ DENE SHIELDS wara cross ta’ Mercieca. F’risposta ta’ Spurs fit-28 minuta Fabian Xuereb xeħet għoli mill-viċin wara li konklużjoni ta’ Boye kienet imblukkata. Fid-39 minuta t-Tigers irduppjaw meta minn cross ieħor ta’ Shields, JOHN CAMILLERI kompla għal ġewwa mill-viċin. Fit-tieni taqsima Xewkija komplew minn fejn ħallew u wara biss ħames minuti għamluhom tlieta meta minn cross ta’ Cefai DENE SHIELDS b’xutt nofs għoli għeleb lil Grima. Żewġ minuti wara St Lawrence naqqsu l-iskor permezz ta’ WILLIAM BARBOSA li xeħet f’lasti vojta wara li Parnis ma kien ikklirja tajjeb il-ballun. Fuq in-naħa l-oħra, fis-17 ilminuta Xewkija żiedu ieħor permezz ta’ JOHN CAMILLERI li xeħet f’lasti vojta wara cross ieħor ta’ Cefai. Fis-27 il-minuta John Camilleri ħarab wahdu iżda kellu t-tentattiv tiegħu imblukkat minn Grima. Spurs wieġbu fil-31 minuta bi freekick angulat ta’ Barbosa imxellef għal corner minn Parnis. Fis-39 minuta f’attakk ieħor tat-Tigers, l-gowlkiper Grima u sieħbu Laurence Grima daħlu f’xulxin u ħa l-ballun Bogdanovic li qassam għan-nofs lejn l-iżmarkat GENNARO HILI li b’faċilita’ xeħet f’lasti vojta.

Xewkija Tigers FC: A. Parnis, P. Buttigieg, J. Vella, M. Gegic, J. Cefai, C. Bugeja (J.M. Vella), P. Rapa, D. Bogdanovic, K. Mercieca (G. Hili), J. Camilleri (L. Portelli), D. Shields. St Lawrence Spurs FC: J. Grima, F. Xuereb, J. Micallef, F. Grima, W. Barbosa, C. Cauchi, J. Thewma (S. Cauchi), M. Vella, L. Grima, M. Boye, S. Mizzi. Referee: Fyodor Zammit

(Ritratt: Paul Scicluna)

Xewkija Tigers ikomplu jirbħu FUTBOL F’GĦAWDEX - KAMPJONAT MELITA I DIVIŻJONI

Kerċem idawru telfa f’rebħa SK VICTORIA W…………..2 KERĊEM AJAX.....………....3 Kerċem Ajax irnexxielhom jiksbu l-ewwel punti tal-kampjonat meta dawwru telfa f’rebħa kontra SK Victoria Wanderers. Din kienet partita interessanti bir-riżultat jibqa’ inċert salaħħar. Il-mertu tar-rebħa ta’ Kerċem hu akbar għall-fatt li huma mhux biss wettqu rimonta iżda għamlu dan meta lagħbu għal taqsima kważi sħiħa bi plejer inqas. Għal Wanderers din kienet l-ewwel telfa tagħhom wara li kienu bdew b’rebħa. Bidu tajjeb minn SK Victoria meta wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor b’xutt nofs għoli mill-viċin tal-iżmarkat PEDRO TARACON ANTON. Wara seba’ minuti l-istess attakkant Spanjol kellu freekick imdawwar għal corner minn Spiteri. Kerċem wettqu reazjoni fejn fl-14 il-minuta kisbu d-draw meta minn cross ta’ Andrew Mizzi, IAN XUEREB wara li ikkontrolla b’xutt fil-baxx xeħet fir-rokna minkejja t-tentattiv talgowlkiper Xiberras li jilqa. Ħames minuti wara l-istess Braziljan falla l-mira bi ftit u sekondi wara kellu daqqa ta’ ras li spiċċat wkoll ftit barra. Fuq innaħa l-oħra tentattiv ta’ Dimech spiċċa ftit barra. Fil-41 minuta SK Victoria ingħataw penalty wara fawl ta’ Owen Spiteri fuq PEDRO

TARACON ANTON biex mill11-il-metru l-istess Spanjol reġa’ poġġa lir-Rabtin minn fuq. Fid-disa’ minuta tat-tieni taqsima Kerċem tkeċċielhom is-sostitut Elton Vella wara li kien muri t-tieni karta safra fi spazju ta’ ftit minuti. Minkejja dan Kerċem ma qatgħux qalbhom fejn fl-20 minuta kisbu d-draw bl-lob ta’ ANDREW MIZZI. Huma komplew jistinkaw fejn fit-28 minuta sahansitra marru minn fuq b’daqqa ta’ ras ta’ ANDERSON RIBIERO wara freekick ta’ Mario Mifsud. Minuta fuq il-ħin il-Wanderers viċin li jiksbu d-draw meta ddaqqa ta’ ras ta’ Sanz Ortiz kient salvata minn Spiteri mgħejjun mal-lasta.

ras perfetta ta’ MARK CAMILLERI wara cross mill-lemin ta’ Dos Santos. Mal-kwarta logħob dawn irduppjaw b’lob perfett ta’ THIAGO DOS SANTOS wara li kien ħarab lid-difiża avversarja.

Rebħa meritata għal Youths VICTORIA SPURS…....…..0 ORATORY YOUTHS....……4 It-tieni derby tal-Belt Victoria fi spazju ta’ ġimgħa spiċċa f’rebħa għal Oratory Youths biex issa jinsabu fuq quddiem b’punti massimi. Il-wirja tagħhom kienet konvinċenti b’attakk veloċi u preċiż fil-konklużjonijiet. Fis-seba’ minuta Oratory kienu ferm viċin li jiżblukkaw ir-riżultat meta xutt ta’ Shaun Attard kien imblukkat minn fuq il-linja minn Bamba bil-gowlkiper Vella jsalva l-periklu. Fil-11-il-minuta l-Youths fetħu l-iskor b’daqqa ta’

Victoria Hotspurs FC: M. Vella, J. Pace (O.Curmi), M. Buhagiar (G. Sillato), D. Farrugia, F. Apap, M. Bezzina, J. Bajada, M. Bamba, A. Bello Osagie, D. Mercieca, R. Buttigieg (A. Camilleri). Oratory Youths FC: F. Vella, K. Borg, K. Farrugia, D. Stojanovic, C. Cardona (F. Cini), J. Attard, T. Dos Santos, S. Attard, J. Tabone, M. Camilleri (M. Gauci), J. Attard (A. Debrincat). Referee: Jules Ngangue

SK Victoria Wanderers: J.Xiberras, E. Bugeja, D. Monday, J.P. Grima (J. Refalo), A. Adesina, N. Vella, C. Sciortino (M. Zammit), P. Tarancon Anton, A. Sanz Ortiz, O. Farrugia, L. Dimech. Kerċem Ajax FC: D. Spiteri, M. Mifsud, P. Kyumyurdzhiev, J. Azzopardi, O. Spiteri, K. Mifsud, I. Xuereb (L. Meilak), J.P. Mizzi, A. Mizzi (A. Buttigieg), A. Ribeiro, M. Vella (E. Vella). Referee: Shaun Calleja

Fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima Bellotti wasal ftit tard għal cross ta’ Jonathan Bajada. Iżda minuta biss wara kienu Oratory li kabbru l-vantaġġ b’xutt b’saħħtu angulat ta’ SHAUN ATTARD. Ir-reazzjoni ta’ Hotspurs kienet konfuża fejn fl14-il-minuta reġgħu kienu Oratory li kabbru l-vantaġġ b’daqqa ta’ ras oħra stupenda ta’ MARK CAMILLERI wara cross ieħor ta’ Dos Santos. Fuq in-naħa l-oħra fil-25 minuta freekick ta’ Daniel Farrugia għadda ftit għoli. Sitt minuti wara sieħbu Bello Osagie xeħet għoli minn qagħda tajba. Fil-41 minuta Hotspurs naqqsu l-iskor b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta’ DYLAN BELLOTTI. Minuta wara huma reġgħu skurjaw gowl ieħor meta minn cross tas-sostitut Oliver Curmi, FERDINANDO APAP daħal bil-ġirja biex tefa’ ġewwa mill-viċin. Iżda hawn ftit kien għad fadal ħin biex huma setgħu jilħqu lillavversarji ġirien tagħhom.

Rebħa minima għal Nadur SANNAT LIONS……………0 NADUR YOUNGSTERS……1 Nadur Youngsters ħadu dak li riedu minn dan il-konfront biex

żammew il-pass ma’ Xewkija u Oratory fl-ewwel post, kollha kemm huma b’punti massimi. Nadur ħarġu aggressivi fejn fl-14-il-minuta Hili kompla lejn Antunes li minn fuq ix-xellug xeħet fil-baxx biex JOSEPH GRIMA bla diffikultà xeħet f’lasti vojta. Sannat wieġbu fit-18-il-minuta meta De Andrade ħareġ tajjeb iżda x-xutt angulat tiegħu kien salvat minn Grima. Bil-loghob jalterna, fejn Nwankwo dabtejn żbalja żżewġ konklużjonijiet tiegħu. Fuq in-naħa l-oħra fil-35 minuta minn pass ta’ Antunes, Grima falla bi ftit xutt fil-baxx. Fid-39 minuta Nwanwko reġa’ falla bir-ras wara cross tajjeb ta’ De Andrade. Fl-44 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Charlie Hili għadda ftit għoli. Fis-16 il-minuta Nadur kien perikolużi b’pass fil-baxx ta’ Antunes lejn Joseph Grima li sab lil Brignoli joħroġ fuqu jimblokkalu. Minuta wara kienu Sannat li resqu viċin fejn minn cross ta’ De Andrade, ttentattiv ta’ Nwankwo kien imblukkat minn quddiem illasti. Mad-90 minuta kien Brignoli li salva parzjalment ix-xutt qawwi ta’ Antunes u mir-rebound konklużjoni tassostitut Josef Buttigieg kienet ikklerjeta minn fuq il-linja mis-sostitut l-ieħor Mark Formosa.

Sannat Lions FC: A. Brignoli, J. Buttigieg, M. Muscat, J. Agius, A. Debono, P. Camilleri, N. Micallef (M. Formosa), A. Williams, E. Nkwankwo, E. Nkwocha, F. De Andrade. Nadur Youngsters FC: M. Grima, S. Attard, P. Camilleri, C. Debono, L. Dos Santos, J. Grima (J. Buttigieg), C. Hili, B. Meilak, C. Mercieca, C. Antunes, M. Stojanovic. Referee: Gordon Barbara


www.maltarightnow.com

28

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

SPORT

Rebħa oħra għal Degiorgio f’inqas minn ġimgħa TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL

minn Kenneth Vella Nhar il-Ħadd li għadda filkorsa ta’ Cazoubon Varbotan fi Franza, is-sewwieq u trainer professjonali Malti f’dan il-pajjiż, Charles Degiorgio, reġa’ kellu rebħa oħra meritata permezz taddebba Franċiża ta’ ħames snin Valeur Nay. Il-Ħadd ukoll, firrubrika tiegħi ta’ kull ġimgħa Trott u Galopp fil-gazzetta IlMument kont diġa’ ktibt dwar ittrijonf ta’ din id-debba f’tiġrija oħra ftit tal-jiem qabel. Iżda ma stajtx noqgħod lura milli nerġa’ nwassal informazzjoni dwar is-suċċess ta’ din iddebba bint Mon Premier Cehere u Malice Francaise, speċjalment wara l-mod brillanti kif wasal dan is-suċċess konsekuttiv. Ċertament li din id-debba qed tħalli impressjoni mill-aqwa f’dan il-pajjiż. Mitlub jikkummenta dwar din l-aktar rebħa riċenti ta’ Valeur Nay, Degiorgio qalli li din ma kenitx rebħa faċli, rebħa li ikkonfermat il-vera

potenzjal ta’ din id-debba. “Nixtieq infakkar li d-debba ġriet f’korsa b’art fuq il-ħaxix, kienet għadha ġejja minn rebħa ftit jiem qabel u fuq kollox kienet qiegħed tagħti l-vantaġġ f’din ittiġrija. Wara bidu kwiet bdejt intella ftit ftit minn naħat ta’ wara lil din id-debba matul id-distanza, sakemm fl-aħħar metri ħadet kontroll assolut u irbaħt bla tbatija,” qal Degiorgio. Skont is-sewwieq professjonali Malti, id-distanza twila ta’ 2800m għinet mhux ftit biex iqassam ittiġrija kif xtaq hu. Hu jinsab fiduċjuż ukoll li d-debba takkwista aktar riżultati tajbin filfutur qrib. Sal-lum Valeur Nay ġriet 28 darba, rebħet tliet tiġrijiet u kellha wkoll tliet pjazzamenti tajbin. Dan ifisser rebħ ta’ € 31,120 fi premijiet. Din id-debba hi propjeta’ ta’ James Grech li bħal sidien oħra Maltin qed ikun strumentali biex Charles Degiorgio jkompli għaddej b’din l-avventura tiegħu fi Franza.

GĦARB RANGERS……….0 GĦAJNSIELEM……..…….1 Il-konfront bejn iż-żewġ timijet li kienu bdew il-kampjonat b’rebħa spiċċa favur il-Blacks b’gowl uniku tas-solitu Charlon Tabone. Fl-ewwel taqsima Għajnsielem kienu aħjar biex imbagħad wara l-intervall Għarb wettqu reazzjoni fejn resqu viċin id-draw lejn tmiem il-partita. Kienu Għajnsielem li ħarġu aħjar fejn wara tmien minuti, minn cross ta’ Franklee Galea, Kenny Hili bir-ras xellef ftit barra. Huma komplew jinsistu fejn fis-16-il-minuta Charlon Tabone wara cross ta’ Attard kellu d-daqqa ta’ ras salvata minn Daniel Spiteri. Għajnsielem komplew jamministraw minkejja li kellhom jistennew sal-45 minuta biex fetħu l-iskor meta Attard żmarka fuq ix-xellug lil Kenny Hili li ħarab waħdu u mill-pass tiegħu CHARLON TABONE xeħet f’lasti vojta b’xutt nofs għoli. Fit-tieni taqsima reġgħu kienu Għajnsielem li bdew l-aħjar fejn wara erba’ minuti Spiteri salva mal-art fuq Joseph Attard li kien daħal waħdu fil-kaxxa. Għarb mal-ħin bdew jidħlu iktar fil-partita fit-tentattiv tagħhom li jiksbu d-draw meta fit-tmien minuta freekick ta’ Justin Azzopardi spiċċa barra.

Minkejja t-tentattivi kontinwi tagħhom, Għarb ma setgħux iġibu d-draw Għarb Rangers FC: D. Spiteri, R. Vella (M. Grech), N. Borg, C. Attard, P.A. Attard, J. Azzopardi, C. Mercieca (S. Apap), J. Muscat, C. Attard (R. Vella), F. Attard. Għajnsielem FC: L. Buttigieg, D. Debattista, R. Grima, S. Sultana, M. Portelli, K. Hili (A. Attard), J. Portelli, J. Attard, C. Grima, C. Tabone, F.L. Galea (J. Cassar). Referee: Darco Stankovic

Nhar il-Ħadd il-Malti Charles Degiorgio kiseb rebħa fi Franza

Għajnsielem jibqgħu b’punti massimi FUTBOL F’GĦAWDEX - KAMPJONAT MELITA II DIVIŻJONI

Rebħa importanti għall-Falcons MUNXAR FALCONS……..4 ŻEBBUĠ ROVERS..………2 Munxar Falcons kisbu rebħa tajba fuq Żebbuġ Rovers biex issa jinsabu fit-tieni post mentri għal Żebbuġ din kienet it-tieni telfa konsekuttiva minn daqstant partiti. Kif jindika l-iskor il-logħba kienet movimentata bir-riżultat jalterna u jibqa’ inċert salaħħar minkejja li Munxar rebħu b’marġni ta’ żewġ gowls. Bidu mill-aqwa minn Munxar meta wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta’ STEFAN FARRUGIA. Minuta wara huma setgħu żiedu ieħor meta meta minn freekick ta’ Frank Paul Azzopardi, Roberto Sammut bir-ras xellef ftit barra.

Żebbuġ wettqu reazzjoni fejn fil-ħames minuta kisbu d-draw permez ta’ SYLVAN GALEA li wara li approfitta minn nuqqas fid-difiża antiċipa f’lasti vojta lħaġa tal-gowlkiper George Vella. Fit-13 il-minuta dawwru rriżultat permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ MICHAEL ZERAFA li approfitta wkoll minn nuqqas ieħor fid-difiża tal-Falcons. Munxar wieġbu tliet minuti wara mta Azzopardi naqas li japprofitta mill-pożizzjoni tal-gowlkiper Saliba meta ma iċċentrax bil-lob tiegħu. Fit-43 minuta Matthion Formosa tajjar il-ballun għal corner minn saqajn Azzopardi birreferee jordna penalty li minnu FRANK PAUL AZZOPARDI kiseb id-draw mill-11-il-metru. Wara seba’ minuti tat-tieni taqsima Ryan Meilaq, b’xutt fuq il-ġirja falla bi ftit għal Munxarin. Huma mbagħad reġgħu marru minn fuq tliet minuti wara b’daqqa ta’ ras ta’ ORLANDO ATZORI wara cross mix-xellug ta’ Azzopardi. Żebbuġ ipprovaw iwettqu reazzjoni iżda kienu konfużi filkonklużjonijit tagħhom. Fid-39 minuta Munxar issiġillaw irrebħa permez ta’ FRANK PAUL AZZOPARDI b’xutt fil-baxx. Mad-90 minuta Munxar setgħu żiedu ieħor meta s-sostitut Alex sacco daħal waħdu fil-kaxxa iżda Saliba imblokkalu minn saqajh.

Munxar Falcons FC: G. Vella, M. Pace, G. Hili, M. Debrincat, P. Parnis, R. Meilaq, S. Farrugia, F. P. Azzopardi, O. Atzori (J. Azzopardi), R. Sammut (A. Sacco), P. Falzon. Żebbuġ Rovers FC: B. Saliba, C. Cassar, M. Formosa (O. Calleja), P. Cardona (P. Frendo), M. Zerafa, M. Cardina, J.P. Saliba, S. Galea, G. Portelli, E. Grima, O. Saliba (A. Tramboo). Referee: Reno Refalo

Draw ġust XAGĦRA UNITED…..……2 QALA SAINTS...…………..2 Xagħra United u Qala Saints ħadu punt kull wieħed f’partita interessanti u bilanċjata fejn fiha kull tim amministra taqsima. Għal Qala dan kien l-ewwel punt tagħhom filwaqt li għal Xagħra dan kien it-tieni draw konsekuttiv. Fl-ewwel taqsima kienu sSaints li urew l-aħjar logħob fejn meritatament daħlu jistrieħu minn fuq. Wara l-intervall Xagħra wettqu reazzjoni fejn mhux biss kisbu d-draw iżda b’iktar attenzjoni setgħu wkoll kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’dan il-kampjonat. Fil-21 minuta Qala fetħu liskor permezz ta’ MANWEL BUTTIGIEG wara corner ta’ Christov Caruana. Minuta wara huma marru viċin li jirduppjaw meta l-ewwel kien Galea li

imblokka fuq Muscat u mirrebound Joseph Attard ikkonkluda għoli. Man-nofs siegha logħob b’Qala jibqgħu jkunu iktar avventurużi fejn Daniel Galea wettaq tliet saves konsekuttivi fuq xuttijiet mill-viċin ta’ Alan Cini bil-ballun jispiċċa f’corner. Fl-40 minuta Xagħra għamlu liskor indaqs meta Daniel Portelli, issikkat minn Bartolo, kellu lisfortuna li jitfa’ wara sieħbu Buttigieg bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-lasta qabel spiċċa ġewwa. Tliet minuti wara Qala ingħataw penalty wara fawl ta’ Emanuel Galea fuq Alan Cini, b’MANWEL TABONE jikseb doppjetta mill-11-il-metru biex reġa’ poġġa lis-Saints minn fuq. Mall-bidu tat-tieni taqsima Xagħra kisbu d-draw b’daqqa ta’ ras fil-baxx ta’ DANIEL BARTOLO wara cross mil-lemin tassostitut Clayton Hili. Xagħra United FC: D. Galea, E. Galea, M. Azzopardi, S. Farrugia (C. Hili), S. Sultana, J. Bartolo, J. Xerri (J. Scerri), S. Harland, L. Attard, A. Bezzina (M. Grima), D. Bartolo. Qala Saints FC: F. Buttigieg, J. Rapa, C. Caruana, M. Buttigieg (I. Grech), D. Cutajar, A. Cini, J. Attard, D. Portelli, S. Muscat (F. Mumford), J. Galea, M. Scerri (N. Portelli). Referee: Paul Apap


www.maltarightnow.com

29

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

SPORT

Rodgers kuntent biż-żgħażagħ FUTBOL INGLIŻ

Il-manager ta’ Liverpool faħħar l-attitudni tal-plejers żgħażagħ wara r-rebħa kontra Middlesbrough. Middlesbrough kienu salvaw draw ta’ 2-2 flaħħar minuta f’Anfield u kelhom ikunu l-penalties li iddeċidew ilpartita u kelhom bżonn jingħataw 27 penalty biex Liverpool eventwalment ikkwalifikaw għall-fażi li jmiss. “Il-plejers baqgħu kalmi salaħħar f’mument diffiċli. M’hijiex faċli għal plejer żagħżugħ biex iżomm il-kalma f’dan il-grawnd taħt din ilpressjoni. Kuntent li għaddejna imma żgur li ma nistgħux naqilgħu gowls hekk. Il-jum ta’ qabel il-logħba domna nipprattikaw ilpenalties u kuntent li meta l-plejers ġew għall-mument ta’ prova ma iddiżappuntawx,” qal Rodgers. Fl-istess waqt Rodgers qal li issa jittama li l-plejers jibdew jiffukaw fuq id-derby ta’ Merseyside ta’ nhar is-Sibt kontra Everton. “S’issa l-affarijiet ma tantx marru tajjeb dan listaġun u nittama li b’rebħa kontra Everton inqumu fuq saqajna,” qal Rodgers. L-aħħar darba li partita talLeague Cup bil-penalties intemmet 14-13 kien f’Awwissu tal2011 meta dakinhar Dagenham għelbu lil Redbridge. Dan hu rekord u r-rekord assolut fil-futbol Ingliż hu meta sena ilu

Brockenhurst għelbu lil Andover 15-14 fil-Hampshire Senior Cup. Wenger ifaħħar lill-avversarji Il-manager ta’ Arsenal Arsene Wenger faħħar lill-avversarji Southampton wara li dawn talaħħar rebħulhom 2-1 fit-tielet rawnd mil-League Cup. IlGunners kienu marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sanchez wara kwarta logħob bi free kick mil-aqwa. Madankollu Southampton dawwru r-riżultat b’gowls ta’ Tadic u Clyne. Din kienet lewwel darba f’dawn l-aħħar 12il sena li Arsenal tilfu f’dan listadju ta’ din il-kompetizzjoni. “Ir-raġuni għaliex tlifna kienet il-wirja tal-avversarji. It-telfa ma kinitx tort tal-plejers tagħna. Ittim li lgħabna kontrih kien aqwa minna. Konna bdejna tajjeb imma aktar ma beda jgħaddi ħin aktar bdejna nħalluhom deħlin fil-partita,” qal Wenger. Il-manager Franċiż qal li l-uniku punt pożittiv tas-serata kien il-fatt li Abou Diaby irritorna minn injury wara ħafna problemi. WEST HAM UTD – Rapporti fil-ġurnali Ingliżi qed isostnu li West Ham Utd x’aktarx mhux se jaqsmu l-grawnd il-ġdid tagħhom ma’ Tottenham. West Ham Utd ingħataw id-dritt li mil2016 dawn jibdew jilaghbu flIstadium Olimpiku u b’hekk mhux se jibqgħu jilagħbu aktar f’Upton Park. Matul l-aħħar snin Tottenham u Leyton Orient ukoll

Christian Apap rebbieħ tal-finali Klassi B

Plejers ta’ Liverpool jiċċelebraw wara li eliminaw lil M’Boro bl-għoti tal-penalties

kienu talbu biex ikunu huma li jilagħbu fl-Istadium Olimpiku. Tottenham issa għandhom pjanijiet biex jinbu grawnd ġdid imma jidher li dan il-grawnd mhux se jkun lest għall-istaġun 20172018 u b’hekk huma kienu qed jittamaw li sakemm jitlesta lgrawnd ikun hemm klab ieħor li miegħu jaqsmu l-grawnd. Madankollu l-Viċi Kap Eżekuttiv ta’ West Ham Karren Brady qalet li l-klabb mhux se jaqsam ilgrawnd ma l-ebda klabb ieħor. EVANS – Id-difensur ta’ Man Utd Jonny Evans mistenni jdum madwar xahar barra minħabba injury fl-għaksa. Dan wara li weġġa’ fi tmiem il-ġimgħa fit-

telfa kontra Leicester. Din mhux l-ewwel darba li Evans kellu problemi fl-għaksa hekk kif sentejn ilu dan kien operat fiha. Dan ifisser li nhar is-Sibt li ġej ilmanager Louis Van Gaal irid jara b’liem difensuri se jibda kontra West Ham Utd għax Blackett hu sospiż wara li tkeċċa filwaqt li Phil Jones għadu qed jirkupra minn injury fil-hamstring. Hu mistenni li Luke Shaw se jagħmel id-debutt tiegħu minn meta ingħaqad mar-Red Devils mingħand Southampton. Rojo u Chris Smalling x’aktarx se jibdew fin-nofs tad-difiża. MILNER – Il-midfielder ta’ Manchester City James Milner

qal li m’għandux għaġla biex iġedded il-kuntratt mal-klabb. Ilkuntratt attwali ta’ Milner jiskadi fi tmiem l-istaġun u City jridu joffru kuntratt ieħor lil Milan imma dan tal-aħħar l-ewwel se jara kemm se jkun qed jilgħab futbol b’mod regolari qabel ma jiffirma. Dan l-istaġun Milner, flewwel tliet partiti tal-kampjonat beda minn fuq il-bank imma flaħħar żewġ logħbiet kontra Arsenal u Chelsea beda malewwel 11. F’kummenti li ta Milner, plejer li għandu 28 sena, qal jixtieq jibqa’ mal-klab imma fl-istess ħin ma jridx ikun ma’ klabb li miegħu ma jkunx jista’ jilgħab regolari.

Fi tmiem il-ġimgħa lAssocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat b’suċċess attivita bil-karozzi Autocross fisSannat Għawdex. Din l-attivita saret biex jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Arka u grazzi għal ġenrożità tal-ispettaturi li ġew jaraw u jikkontribwixxu bid-donazzjoni tagħhom, inġabret is-somma ta’€717. Waqt il-preżentatzzjoni lir-rebbieħa Dun Micheal Galea mill-Fondazzjoni Arka irringrazzja lill-Għaqda għal din id-donazzjoni l-inġabret fi ftit siegħat. Frans Deguara President talGħaqda irringrazzja lill kullħadd u qal jekk l-għajnuna tkun provduta l-Assoċjazzjoni tibqa’ ż-żomm appuntatment ta’ kull sena għallavvenimenti bħal dawn kemm bilkarozzi kif ukoll bil-muturi f’Għawdex. B’kollox ħadu sehem 23 kompetitur li inqasmu f’żewġ klassiji-

et, dik tas-sewwieqa Maltin u oħra għas-sewwieqa Għawdxin. FisSezzjoni Autocross tal-Maltin Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo iddomina il-heats kollha talġurnata u kien segwit min Duncan Delia u Andreas Zammit it-tnejn fuq Ford Fiesta. Ma’ Galea, Delia u Zammit ikwalifikaw ukoll Philip Vella fuq Opel Nova u Philip Grima fuq Ford Escort. Mat-tluq ta’ din il-finali Klassi A kien ħruġ tajjeb ta’ Vella li kien segwit minn Delia u Zammit. L-attenzzjoni mill-ewwel marret fuq Galea li mill-aħħar post beda jissupera wieħed,wieħed sakemm ftit qabel tmiem it-tiġrija ħa lewwel pożizzjoni u ġie dikjarat rebbieħ tal-finali A. Dan kien segwit minn Delia u Vella rispettivament. Fil-Finali Klassi B ikkwalifikaw Carlos Mifsud u Christian Apap ittnejn fuq Ford Fiesta, Lucas Pace fuq Honda Civic, Melo Zammit

fuq Opel Corsa u Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Apap kellu ħruġ tajjeb u kien segwit minn Pace u Mifsud. Apap baqà jiddefendi postu sa l-aħħar biex ġie dikjarat rebbieħ u kien segwit minn Pace u Mifsud rispettivament. Fiż-żewġ finali mis-sezzjoni Autocross Gozo fi Klassi A rebaħ Domnic Zammit fuq Alfa Sud u kien segwit minn Marvin Grima fuq Opel Corsa u fit-tielet post spiċċa Joseph Gauci fuq Alfa Sud. Fil-Finali Klassi B rebaħ Chris Sultana u fit-tieni post spiċċa Derrick Vella, it-tnejn ikkompetew fuq Honda Civic. Intant l-istaġun ser jibda bis-sezzjoni Enduro bl-ewwel attività ser issir nhar il-Ħadd 12 ta’ Ottubru fil-Fawwara filwaqt li l-karozzi Autocross u l-Muturi Trials se jibdew l-istaġun fid-19 ta’ Ottubru. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt.

L-ASMK tigbor €717 għall-Fondazzjoni Arka


www.maltarightnow.com

30

il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

Ronaldo jiskurja erbgħa oħra u mistenni jikser aktar rekords FUTBOL SPANJOL

Wara sajf bi problemi fil-groin, il-winger ta’ Real Madrid Cristiano Ronaldo jidher li qed jirkupra tajjeb u saħanistra jersaq aktar viċin li jwaqqaf aktar rekords fil-karriera glrojuża tiegħu. Nhar is-Sibt li għadda Ronaldo skurja hat trick fir-rebħa ta’ 8-2 li Real kisbu fuq Deportivo La Coruna u tard it-Tlieta filgħaxija skurja erbgħa kontra Elche. Il-hat trick li skurja nhar itTlieta kien il-25 hat trick tiegħu mal-Merengues u b’hekk, fi spazju ta’ ftit jiem qabeż lilleġġendarju Ferenc Puskas li skurja 23 hat trick ma’ Real Madrid. L-uniku plejer li skurja aktar hat tricks ma’ Real Madrid hu Alfredo Di Stefano, b’total ta’ 28 hat trick. Fl-istaġun li għadda Ronaldo skurja 17-il gowl fiċ-Champions League u b’dan l-ammont kien waqqaf rekord meta dak preċedenti kien dak ta’ 14-il gowl. Dan ir-rekord kien f’idejn Messi u

Jose Altafini. Ġimgħa ilu Ronaldo skurja wkol kontra Basel flewwel logħba mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League biex laħaq is-68 gowl f’din il-kompetizzjoni u jinsab tliet gowls inqas mill-eks plejer ta’ Real Raul li hu l-aqwa skorer f’din il-kompetizzjoni. Ronaldo qiegħed viċin ukoll li jsir l-aktar plejer li qatt skurja gowls f’kompetizjonijiet Ewropej. F’Awwissu Ronaldo skurja żewġ gowls fil-finali talUEFA Super Cup kontra Seville u ġimgħa ilu skurja gowl kontra Basel biex s’issa skurja total ta’ 71 gowl, ħamsa inqas minn Raul u wieħed aktar mill-eks plejer ta’ Milan Filippo Inzaghi. Raul hu wkoll l-aqwa skorer flistorja ta’ Real Madrid. L-Ispanjol skurja total ta’ 323 gowl bejn l1994 u l-2010. Ronaldo bħalissa jinsab fir-raba’ post fil-klassifika tal-aqwa skorers ta’ Real Madrid b’264 gowl filwaqt li Di Stefano skurja 308 u Santillana skurja

290. Hu stamt li jekk Ronaldo jibqa’ jiskurja b’din ir-rata jsirlaqwa skorer tal-klabb fil-bidu talistaġun li ġej. Ta min jinnota li Raul skurja t-323 gowl f’741 logħba filwaqt li Ronaldo skurja 264 f’253 partita. Fil-kampjonat Spanjol Ronaldo s’issa skurja 186 gowl filwaqt li Di Stefano skurja 227, Raul skurja 228, Hugo Sanchez skurja 234 u Messi skurja 246. Dan tal-aħħar hu viċin li jilħaq lil Zarra filquċċata b’251 gowl. Il-winger Portguiż hu t-tieni laktar plejer li skurja gowls fi staġun wieħed. Fl-2011-12 kien skurja 46 gowl fil-kampjonat filwaqt li Messi dik is-sena kien skurja erbgħa aktar minnu. Minkejja li dan l-aħħar kien hemm spekulazzjonijiet li Ronaldo jrid jitlaq lil Real Madrid jidher li dan, jekk eventwalment jitlaq lil Los Blancos, jagħmel dan wara li jkun kiser dawn ir-rekords.

L-Inter Club PUPI Zanetti Malta b’kollaborazzjoni ma’ Luxol Sports Club ħabbar li se jiġi organizzat kamp ta’ taħriġ ta’ tlett ijiem li se jgħati opportunita lit-tfal Maltin u Għawdxin li jkunu fil-grawnd mal-eks plejer ta’ Inter, Ivan Ramiro Cordoba. Waqt iż-żjara tiegħu se jiġu wkoll organizzati xi attivitajiet b’risq il-Fundacion Columbia te quiere ver onlus, li hi organizzazzjoni bla profitt maħluqa

minn inizjattiva ta’ Cordoba stess, għat-tfal Kolombjani. IlFondazzjoni tippromwovi u tappoġġja programmi ta’ saħħa, edukazzjoni u sports, speċjalment immirati lejn l-aktar tfal fil-bżonn. Cordoba lagħab 324 partiti uffiċjali u skorja 15-il goal ma’ Inter u barra minnhekk kien ukoll il-viċi captain tat-tim. Cordoba irrapreżenta ukoll lil pajjizu, il-Kolombja 73 darba u

serva wkoll bħala captain. Filkarriera tiegħu Cordoba rebaħ ilkampjonat Taljan ħames darbiet, il-Coppa Italia erba’ darbiet, isSupercoppa Italiana erba’ darbiet, iċ-Champions League u tTazza tad-Dinja tal-klabbs. L-uniku suċċess tiegħu malKolombja kienet meta rebaħ ilCopa America fl-2001. Fil-finali kontra l-Messiku kien proprju Cordoba li skurja l-gowl rebbieħ.

L-atleta mill-Ġamajka Usain Bolt (fir-ritratt) qal li minkejja li ħafna partitarji jixtieq li jerġa’ jikser ir-rekord tal-100m hu qed jiffoka aktar fuq il-200m. Bolt, li għandu 28 sena, fl-2009 kien waqqaf rekord dinji fit-tnejn li huma meta kien għamel ħin ta’ 9.58’ fil-100m u 19.19’ fil-200m u minn dakinhar ‘l hawn, minkejja li rebaħ diversi titli ma tejjibx il-ħin tiegħu stess. “Naf li kulħadd jixtieq jarani nikser ir-rekord fil-100m imma jien aktar qed niffoka fuq il200m. Jekk nagħmel staġun sħiħ bla injuries u b’taħriġ kontinwu konvint li kapaċi nikser ir-rekord kemm fil-100m kif ukoll fil200m imma l-prijorità tiegħi hi l-

200m. Minn dejjem għidt li t-tellieqa favorita tiegħi hi l-200m,” qal Bolt. Fl-2014 Bolt kellu injury filhamstring imma minkejja dan xorta rebaħ il-medalja tad-deheb waqt iol-Logħob talCommonwealth li saru fi Glasgow f’Lulju li għadda. Wara li kien waqqaf rekord mondjali fl2009, Bolt kien għamel ħin ta’ 19.32’ fil-200m waqt l-Olimpjadi ta’ Londra. L-aħjar ħin li għamel Bolt fil-100m sa minn meta kien waqqaf ir-rekord mondjali kien sentejn ilu waqt l-Olimpjadi fejn għamel ħin ta’ 9.63’. L-istess Bolt kien żvela li hu beħsiebu jirtira mill-isport fl-2017, sena wara lOlimpjadi ta’ Rio fil-Brażil.

SPORT

Tard it-Tlieta filgħaxija Ronaldo skurja erba’ gowls kontra Elche fil-kampjonat

Hamilton ifittex Ivan Ramiro Cordoba se jżur Malta l-ewwel rebħa

ATLETIKA

Bolt qed jiffoka aktar fuq il-200m

FORMULA 1

Is-sewwieq tal-Mercedes Lewis Hamilton qal li se jagħmel minn kollox biex jikseb l-ewwel rebħa fiċ-ċirkwit ta’ Suzuka filĠappun biex jiddefendi l-ewwel post fil-quċċata tal-klassifika tassewwieqa. Nhar il-Ħadd li għadda Hamilton rebaħ il-GP ta’ Singapore biex fetaħ vantaġġ żgħir ta’ tliet punti fuq Nico Rosberg li minn naħa tiegħu kellu jirtira. “Suzuka hu ċirkwit li qatt ma irbaħt fih u din id-darba se jkolli raġuni oħra għalxiex nirbaħ,” qal Hamilton. Is-sewwieq Ingliż kien rebaħ il-Grand Prix tal-Ġappun

fl-2007 imma dakinhar kien sar fiċ-ċirkwit ta’ Fuji. Fil-fatt, dik kienet l-uniku darba sa mill-1987 li l-Grand Prix Ġappuniż sar f’ċirkwit differenti minn Suzuka. L-aqwa riżulat li kiseb Hamilton f’Suzuka kien meta fl-2009 spiċċa fit-tielet post. L-aktar sewwieq li mar tajjeb f’dan Iċċirkwit dan l-aħħar kien iċ-champion renjanti Sebastian Vettel tarRed Bull. Il-Ġermaniż rebaħ fl2009, fl-2010, fl-2012 u fl-2013. Fl-2011 kien Jenson Button talMcLaren li rebaħ din it-tellieqa. Il-GP ta’ Suzuka din is-sena se jsir fil-5 ta’ Ottubru.

Fi tmiem il-ġimgħa, il-bodybuilders Maltin Blanche Coppola u Ralph Decelis kisbu riżultati mill-aqwa f’żewġ kampjonati internazzjonali tal-IFBB li saru f’Sankt Polten fl-Awstrija u f’Fredrikstad, fin-Norveġja. Fl-Awstrija, fejn ħadu sehem ‘il fuq minn 150 atleta minn tmien pajjiżi differenti, Coppola ġiet it-tieni fil-kategorija Open tal-Women Physique filwaqt li Decelis ġie it-tielet fil-kategorija

tal-bodybuilding taħt il-95 kg. Fin-Norveġja fejn ipparteċipaw ‘il fuq minn 350 atleta minn 10 pajjiżi differenti, Coppola reġgħet spiċċat fit-tieni post kif għamel l-istess Decelis fil-kategorija tal-bodybuilding ta’ taħt il100 kg. Coppola u Decelis issa qed iħejju biex jieħdu sehem filKampjonati Mondjali tal-IFBB li se jsiru fil-Canada bejn is-17 u l20 ta’ Ottubru.

Coppola u Decelis jimpressjonaw BODYBUILDING


www.maltarightnow.com

32

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Aktar kmieni din il-ġimgħa, fil-Barracks ta’ Ħal Luqa, 130 rekluta bdew it-taħriġ militari tagħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta. B’kollox, għas-sejħa li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern is-sena l-oħra, applikaw 586 u fost dawk magħżula hemm 11-il suldat mara u 14 li huma Għawdxin. Wara preżentazzjoni qasira mill-uffiċjali tal-AFM, ir-rekluti ħadu l-ġurament ta’ lealtà lejn ir-Repubblika ta’ Malta, il-poplu u l-Kostituzzjoni tagħha, u bdew bil-kors. Wara 18-il ġimgħa ta’ taħriġ militari, jekk jikkwalifikaw, ir-rekluti jsiru parti mill-Forzi Armati Maltin f’Passing-Out Parade, biex imbagħad jitqassmu skont l-esiġenzi tal-Armata fid-diversi taqsimiet tagħha. (Ritratt: AFM Press Office, Justin Gatt)

L-MFA tbiddel il-ħinijiet tal-logħob wara li numru ta’ plejers ħasshom ħażin Matthew Mamo

Il-logħba futbol ta’ nhar ilĦadd li għadda bejn Swieqi United u Ħamrun Spartans ġiet sospiża għal xi ħin minħabba li lplejer ta’ Swieqi, Jon Briscoe White, ħassu ħażin kawża tassħana u l-umdità qawwija. Din ilpartita bdiet fl-4pm. Fid-dawl ta’ dan, lAssoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) mexxiet il-partiti kollha tal-ġurnata li jmiss tal-kampjonati lokali, b’siegħa. Tkellimna mal-plejer stess dwar dak li seħħ. “Id-‘dressing room’ kienet għaxar darbiet iktar sħuna minn barra. F’ħin minnhom kelli bżonn inżomm mal-ħajt, bdejt inħoss saqajja tqal, ikkollassajt u għal żewġ sekondi ntlift minn sensija.” Hu rringrazzja lil dawk kollha li għenuh. “Sibt għajnuna mill-infermier li kien hemm filgrawnd. Anke l-avversarji tagħna għenuni ħafna.”

Tkellimna wkoll mal-Viċi President ta’ Swieqi United, Michael Calleja. “Dak il-ħin ippanikjajna ħafna imma konna nafu x’se jiġri għax ġimgħa qabel kellna logħba oħra fl-istess ħin u l-plejers ukoll sofrew dakinhar.” Calleja jemmen li l-partiti għandhom jitmexxew b’iktar minn siegħa. “Għalija kull ‘kick off’ għandu jibda fis-sitta. Għamilna progress li l-ħin iċċaqlaq b’siegħa, imma fis-sajf xorta waħda tkun is-sħana.” Hu fakkar ukoll li minbarra lħin tal-logħob, il-plejers joħorġu qabel għall-‘warming-up’ ukoll. Kompla li anke għall-partitarji tal-futbol Malti, dawn qed ikunu kundizzjonijiet diffiċli. Dan ma kienx l-uniku każ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet hekk kif anke logħba oħra li ntlagħbet fl-erbgħa ta’ waranofsinhar bejn Pembroke u Fgura United, twaqqfet tliet darbiet biex il-plejers ikunu jistgħu jistrieħu ftit mis-sħana u l-umdità li qed jolq-

Il-plejer ta’ Swieqi Utd Jon Briscoe White, fl-azzjoni waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni

tu lil pajjiżna f’dawn il-ġranet ta’ Settembru. Anke f’din il-logħba ħassu ħażin plejer, din id-darba ta’ Pembroke. U l-Ħadd stess fillogħba bejn Mqabba u Gudja, plejer ieħor kellu joħroġ wara nofs siegħa minħabba li tah ħass ħażin.

Ħadna wkoll ir-reazzjoni tasSegretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo wara li l-MFA ħadet azzjoni fid-dawl ta’ dawn linċidenti. “Għalina, is-saħħa tal-plejers tiġi l-ewwel. Kien każ eċċezzjonali, għax is-sħana tal-Ħadd kienet qawwija ħafna.”

Vassallo fakkar li l-MFA kienet ħadet azzjoni saħansitra minn qabel dawn il-partiti. “Diġà konna qed nantiċipaw din is-sitwazzjoni, u għalhekk ordnajna lir-‘referees’ biex iwaqqfu littimijiet f’nofs it-taqsimiet rispettivi għal ‘water breaks’.” Kompla li l-MFA mhix se tieqaf hawn, imma se tkun qed tanalizza s-sitwazzjoni anke filġimgħat li ġejjin. U fl-aħħar nett, wassal ukoll appell lill-klabbs. “Infakkar li hu importanti ħafna li t-timijiet ikunu ppreparati għal dawn issitwazzjonijiet u magħhom ikollhom ilma u silġ biżżejjed għal li jista’ jinqala.”


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.