Nru 13,858
Il-Ġimgħa, 26 ta‘ Settembru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
Il-Gvern qed jimmina l-ġustizzja bid-diżordni fil-Korp tal-Pulizija
Ara paġna 3
L-AIR MALTA:
L-AIRSHOW INTERNAZZJONALI TA’ MALTA. Ilbieraħ matul il-jum bdew jaslu Malta ajruplani minn diversi pajjiżi differenti li se jkunu qed jieħdu sehem fl-Airshow Internazzjonali ta’ Malta. Din l-edizzjoni hi deskritta bħala l-ikbar waħda minħabba l-ammont ta’ ajruplani li se jkunu qed jagħtu dimostrazzjoni. Fir-ritratt jidher it-tim aerobatiku Spanjol qed jagħmel it-taħriġ tiegħu għall-ispettaklu li se jkun qed jagħti fi tmiem il-ġimgħa. (Ritratt: Martin Agius)
Destinazzjoni mhux magħrufa Joe Mikallef
Kollox jindika li l-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta tinsab għaddejja minn vjaġġ turbolenti, bid-destinazzjoni aħħarija hi għalkollox mhux magħrufa. Mhux biss il-ħaddiema qed jinżammu fil-għama fejn ilkumpanija trid tasal u x’miri trid tikseb, imma lanqas biss huma infurmati jekk il-pjan ta’ ristrutturar varat ftit tas-snin ilu għadux fis-seħħ jew le, jew kemm għadu segwit illum. Il-ħaddiema qed jagħmlu għadd ta’ mistoqsijiet minħabba li mhux biss qed jaraw futur inċert għall-kumpanija, imma qed jinġema’ ċpar qawwi fuq lgħajxien tagħhom u tal-familji tagħhom.
L-Air Malta għaddejja minn sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ħafna, bid-dejn qiegħed jgħolli rasu sew
Sa ftit taż-żmien ilu, min kien imexxi l-Air Malta kien regolarment ilaqqa’ lill-ħaddiema u jaġġornahom bis-sitwazzjoni li tkun fiha l-kumpanija. Mhux biss, iżda l-ħaddiema stess, waqt dawk il-laqgħat, setgħu jagħmlu l-mistoqsijiet li xtaqu biex hekk id-diffikultajiet li seta’ jkun hemm, jiġu ċċarati. Sorsi li tkellmu ma’ In-Nazzjon fissru li dak li qed jingħad ta’ spiss bħalissa fil-kuriduri talkumpanija hu li l-Air Malta mhux se jirnexxilha tnaqqas it-telf finanzjarju tagħha, anzi pjuttost dan se jkompli jiżdied.
Bħala skuża għal dan, fost loħrajn, qed tissemma s-sospensjoni tat-titjiriet lejn Tripli minħabba li mhux sigur li jittajru ajruplani lejn il-kapitali Libjana. Naturalment, fissru s-sorsi li tkellimna magħhom, din hi biss skuża biex tinħeba s-sitwazzjoni xejn feliċi li għaddejja minnha bħalissa l-kumpanija, għaliex filverità din mhix l-ewwel darba li l-ajruport internazzjonali ta’ Tripli kien magħluq minħabba nuqqas ta’ sigurtà. Is-sorsi li tkellmu magħna żiedu li ta’ tħassib kbir għallkumpanija huwa l-fatt li minkej-
ja li pajjiżna qiegħed b’mod regolari jżid l-għadd ta’ turisti li jżuruh u qed jiżdiedu wkoll ilMaltin li jsiefru, l-Air Malta ftit li xejn qed jirnexxilha tkabbar issehem tagħha f’dan is-suq. Tant hu hekk li għajr għal xi perjodu f’Awwissu li għadda, membri tal-cabin crew regolarment osservaw numru konsiderevoli ta’ seats vojta abbord ittitjiriet tal-kumpanija. U dan matul ix-xhur tas-sajf, li hu lqofol tax-xogħol għall-industrija. Tajjeb li wieħed japprezza li f’temp ta’ tmintax-il xahar biss, bosta minn dawk li kienu fittmexxija tal-kumpanija kienu jew sfurzati jħallu l-kariga tagħhom għax is-sitwazzjoni saret waħda insapportabbli, jew inkella ġew trasferiti għal rwoli oħra. għal paġna 4
Libertà proviżorja wara li ħallas pleġġ ta’ €60,000
Ara paġna 5
L-IS jeħles il-priġunieri biex jieqfu l-attakki
Ara paġna 11
www.maltarightnow.com
2
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Nirien jeqirdu karozza u jagħmlu ħsarat f’binjiet fil-qrib Joe Mikallef
Il-ħemda tal-lejl bejn l-Erbgħa u lbieraħ il-Ħamis, inqatgħet ħesrem meta karozza tat-tip Toyota Spacio ħadet in-nar, li eventwalment qeridha kompletament. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1 a.m. sbieħ ilbieraħ, fi Triq ilKappillan Mifsud, fil-Ħamrun. Fil-post tal-inċident issejħu wkoll membri tat-Tifi tan-Nar li kkontrollaw in-nirien u ma ħallewhomx jinfirxu. Il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ ilbieraħ filgħodu tkellem ma’ persuni li jgħixu fil-qrib ta’ fejn kienet ipparkjata l-karozza. Omm qaltilna li kienet oħtha li toqgħod ftit ’il bogħod, li ċemplitilha u qaltilha li wara l-bieb tad-dar tagħha, kien hemm karozza li kienet qed taqbad. “Fil-kamra tan-naħa ta’ barra kien hemm rieqda t-tifla. Imnalla kien hemm it-twieqi magħluqin. Madankollu, ġrejt biex qajjimtha u neħħejtha minn hemm minħabba l-periklu,” qaltilna din lomm. Mara oħra fissret li rat raġel jipprova jikkontrolla n-nirien. Iżda kien kollu ta’ xejn, għax innirien kienu qawwijin wisq u komplew jinfirxu mal-karozza kollha. Raġel residenti fl-inħawi lmenta li l-fire-engine damet ma waslet fil-post. In-nirien laħqu nfirxu mal-karozza kollha u qerduha. “Lil tal-fire-engine ċempilnielhom xi erba’ darbiet,” qalilna dan ir-raġel.
Il-Pulizija qed jinvestigaw każ li fih karozza nqerdet kompletament – xi ħadd taha n-nar jew każ sfortunat?
Bil-każ kienu infurmati wkoll il-Pulizija tad-Distrett, li marru fil-post flimkien ma’ dawk tarRapid Intervention Unit (RIU) li għalqu t-triq għat-traffiku. Fil-ħin tal-ħruq kien hemm ilbiża’ li dawn in-nirien setgħu jinfirxu u jagħmlu aktar ħsarat ma’ faċċata ta’ bini biswit fejn kien hemm ipparkjata l-karozza. Fil-fatt, kemm f’din il-faċċata u anke f’karozza oħra li kienet
ipparkjata fil-qrib, irriżulta li hemm il-ħsarat. Bil-każ kien infurmat ukoll ilMaġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta. Fil-post issejħu wkoll membri tad-Dipartiment tal-Forensika tal-Pulizija. Nifhmu li matul il-ġurnata talbieraħ is-sid tal-karozza, missier ta’ tlett itfal, tkellem ukoll malPulizija, li min-naħa tagħha għadha għaddejja bl-istħarriġ.
Il-karozza tat-tip Toyota Spacio meqruda quddiem id-dar tas-sid tagħha fi Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun (Ritratti: Martin Agius)
Persuna barranija oħra tmut waqt li kienet qed tgħum Joe Mikallef
Il-jum tal-Erbgħa qiegħed jirriżulta f’wieħed traġiku fejn jidħol l-għawm. Għall-inqas hekk jemmnu dawk li huma superstizzjużi! Dan minħabba li għat-tieni Erbgħa konsekuttiv, persuna ta’ nazzjonalità barranija tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tgħum f’Tas-Sliema. It-traġedja seħħet meta l-mara, li hi residenti f’Malta u toqgħod Tas-Sliema, niżlet tgħum bħassoltu f’Fond Għadir. Madankollu, ftit tal-ħin wara s-
7 p.m. deher li hi kienet f’diffikultà u xi nies fil-qrib ippruvaw jagħtuha l-għajnuna. Fil-fatt, il-mara, li għandha 55 sena, ittellgħet l-art u xi persuni għamlu minn kollox biex jagħtuha n-nifs artifiċjali. Fi ftit talħin deher li l-mara kienet intilfet minn sensiha u li x’aktarx kienet fil-periklu li titlef ħajjitha. Immedjatament fil-post issejħu kemm il-Pulizija tad-Distrett u anke dawk tar-Rapid Intervention Unit (RIU), kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Fi sforz qawwi biex tkun salvata l-ħajja ta’ din il-
mara, ittieħdet l-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara. B’din it-traġedja kien infurmat ukoll il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta kif ukoll awtopsja fuq il-katavru biex tkun determinata r-raġuni preċiża ta’ din il-mewt. Dan kien it-tieni każ ta’ persuna li tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tgħum matul dan ixxahar. Ġimgħa qabel, proprju fil-jum tal-Erbgħa wkoll, raġel Russu miet waqt li kien qiegħed jgħum fil-Bajja ta’ San Ġorġ.
www.maltarightnow.com
LOKALI
Il-ġustizzja qed tkun imminata
3
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
– Jason Azzopardi
Id-diżordni li teżisti fil-Korp tal-Pulizija qed twassal biex tkun imminata l-ġustizzja f’pajjiżna. Kien dan il-messaġġ talKelliem tal-Oppożizzjoni għallIntern u s-Sigurtà Nazzjonali Jason Azzopardi waqt konferenza tal-aħbarijiet li indirizza barra l-kwartieri ġenerali talPulizija fil-Furjana. Konferenza stampa li saret fid-dawl ta’ intervista malMinistru Manuel Mallia, ippubblikata fil-ġurnal The Malta Independent, li fiha ħabbar li mhux se jittieħdu passi kontra leks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit. Dan wara li sar magħruf li listess eks Kummissarju waqqa’ l-akkużi kontra raġel li f’Ġunju tal-2013 daħal fl-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar u aggredixxa erba’ uffiċjali tal-Pulizija. Dwar dan il-każ kienet infetħet inkjesta, li s’issa l-konklużjonijiet tagħha baqgħu ma ġewx ippubblikati. Dwar dan, ilMinistru Mallia qal biss li r-rapport tal-inkjesta kien fattwali imma ma ġiex pubblikat u ma ngħatat l-ebda garanzija li se jiġi ppubblikat. Fid-dawl ta’ dan, il-kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi staqsa kif il-Ministru
jista’ jitwemmen meta għal darba, darbtejn qal ħaġa, imma għamel ħaġa oħra. “Dan bħal meta wiegħed li se jwaqqaf grupp ta’ uffiċjali inkarigati minn reati marbutin mat-turiżmu. Madanakollu għaddew żewġt isjuf u baqa’ ma sar xejn”, qal Jason Azzopardi, li staqsa kif iħossuhom l-uffiċjali tal-Pulizija meta wieħed minnhom safa aggredit f’għassa tal-Pulizija imma ma ttieħdet lebda azzjoni. Staqsa wkoll x’kuraġġ se jkollhom iċ-ċittadini onesti li jmorru jagħmlu rapport ta’ ksur ta’ liġi, meta l-ġustizzja qed tkun imminata b’dan il-mod. Azzopardi staqsa wkoll jekk Peter Paul Zammit irriżenjax bħala kastig u allura, xorta waħda spiċċa bl-unuri għaliex ingħata kariga ġdida. “U jekk ma rriżenjax bħala kastig imma għal raġunijiet oħra, dan ifisser li kollox jgħaddi?” staqsa d-deputat Nazzjonalista. Azzopardi kompla li hu ironiku li filwaqt li l-Parlament qed jiddiskuti pieni eħrex għal min jaggredixxi uffiċjali talPulizija, fl-istess waqt persuna li aggrediet erba’ uffiċjali f’għassa tal-Pulizija ħelsitha bla ġustizzja.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Jason Azzopardi jindirizza konferenza stampa quddiem id-Depot ilbieraħ
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jinsab flIstati Uniti fejn se jkun qed jagħti bidu għal ġimgħa ta’ laqgħat strateġiċi f ’diversi stati Amerikani. Simon Busuttil ħalla Malta lbieraħ filgħodu.
Fi programm speċjalizzat u intensiv, organizzat bl-għajnuna tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta, Simon Busuttil se jkun qiegħed jiltaqa’ ma’ diversi rappreżentanti tal-Gvern Amerikan, għaqdiet governattivi, u tan-NATO, fost oħrajn. Waqt dawn il-laqgħat, li se
jsiru f’Washington u fi New York, se jkunu qegħdin jiġu diskussi s-sitwazzjoni fil-Libja, il-problema tal-immigrazzjoni illegali, il-politika tal-Istati Uniti fir-rigward ta’ din il-problema, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti, Malta u lUnjoni Ewropea.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-Istati Uniti
www.maltarightnow.com
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
6
LOKALI
Fi tmintax-il xahar spikkaw riżenji u transfers f’diversi livelli minn paġna 1
Fost dawk li kienu fit-tmexxija tal-kumpanija u llum m’għadhomx hemm, hemm:
Karmenu Vella, li kien ilMinistru responsabbli millkumpanija nazzjonali tal-ajru, iżda rriżenja mill-kariga ta’ Ministru biex issa jinsab filproċess li jsir il-Kummissarju Malti għall-Unjoni Ewropea. Ray Fenech, li kien iċChairman tal-kumpanija maħtur minn dan il-Gvern stess filbidu tat-twettiq tal-mandat tiegħu, li wkoll ma setax ikompli għaddej bil-ħidma li kien qiegħed jagħmel. Ma kellux triq oħra għajr li jirriżenja, kif fil-fatt għamel, mill-kariga li kellu. Peter Davies, li kien l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni (CEO) talkumpanija. Lil dan, il-Gvern preżenti ma ridux, akkost ta’ kollox. Fil-fatt dan tneħħa waqt li lpjan ta’ ristrutturar kien f’nofs ittwettiq tiegħu. Louis Giordimaina, li wara li lil Peter Davies dabbrulu rasu minn Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni, ingħata hu din il-kariga. Madankollu dan, minkejja labbiltajiet tiegħu, dam jokkupa dan ir-rwol bħalma jgħid il-Malti mill-Milied sa San Stiefnu – tmien xhur biss. Għalih, is-sitwazzjoni kienet saret insap-
portabbli. Fi ftit kliem ma setax jaħdem aktar.
Philip Saunders, li kien iċChief Commercial Officer talkumpanija. Dan ukoll antiċipa lmaltemp u rriżenja mill-kariga tiegħu. Forsi lil dan, il-Gvern ma tantx xtaqu li jirriżenja, tant li kien ingħata wkoll rwol fi ħdan il-Bord tal-Awtorità Maltija għatTuriżmu (MTA). Tajjeb jingħad li dan kien fost l-imħuħ wara lproċess ta’ ristrutturar li kienet għaddejja minnu l-kumpanija. Josephine Abdilla, li kienet ilKap tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani. Kien fil-bidu ta’ din lamministrazzjoni li din ingħatat dan ir-rwol fi ħdan l-Air Malta.
Pajjiżna qed iżid l-għadd ta’ turisti li jżuruh u qed jiżdiedu wkoll il-Maltin li jsiefru, imma l-Air Malta ftit li xejn qed jirnexxilha tkabbar is-sehem tagħha f’dan is-suq u tinsab għaddejja tassew minn vjaġġ turbolenti Madanakollu, l-indħil sfaċċat u diversi sitwazzjonijiet oħra għamlu ħidmietha xejn pjaċevoli tant li kellha tirriżenja.
Mark Micallef Eynaud, li kien iċ-Chief Officer tal-Flight Operations, ukoll ħalla l-kariga li kellu wara li kemm-il darba spiċċa dahru mal-ħajt.
Żewġ persuni oħra li messithom l-istess xorti huma l-
eks Chief Financial Officer, li kien inħatar f’din il-kariga fi żmien ir-ristrutturar talkumpanija, u li wkoll messitu l-istess xorti li kellu jħalli lkariga li kellu, u l-eks Kap talGround Services, li kien inkarigat mir-ristrutturar talGround Handling u li ngħata transfer kapriċċuż għal taqsima oħra li ma għandha x’taqsam xejn mal-kapaċitajiet u l-għarfien tiegħu biex illum,
fejn jinsab hu moħli. Naturalment, qed nillimitaw ruħna għal ftit biss mir-riżenji u t-transfers li ngħataw fl-Air Malta taħt il-Gvern Laburista. F’dawn l-istess livelli u fillivelli aktar ’l isfel, fl-aħħar tmintax-il xahar saru aktar trasferimenti vendikattivi, filwaqt li bosta kienu sfurzati jew jirriżenjaw mill-kumpanija jew idabbru rashom bilkwiet.
Jagħlaq 40 sena Isqof
Il-Knisja f’Malta qed trodd ħajr lil Alla għall-40 anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali talArċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca. Għal din l-okkażjoni, lArċisqof Pawlu Cremona se jiċċelebra Quddiesa fil-Katidral tal-Imdina, nhar it-Tnejn li ġej fis-6.30pm. In-Nunzju Appostoliku, Mons Aldo Cavalli, l-Isqof Mario Grech, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Joe Alessandro OFM. Kap. se jikkonċelebraw, filwaqt li lArċisqof Ġużeppi Mercieca se jassisti matul il-Quddiesa. Mons. Ġużeppi Mercieca nħatar Isqof Awżiljarju ta’ Malta fis-27 ta’ Lulju 1974 u kien ikkonsagrat Isqof fid-29 ta’ Settembru tal-istess sena, wara ħames snin fis-servizz tas-Sacra
L-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca
Romana Rota fil-Vatikan, bħala Mħallef. Kien Vigarju Ġenerali sa meta ġie nominat Arċisqof ta’ Malta fid-29 ta’ Novembru 1976. Ħa f’idejh it-tmexxija tal-
Arċidjoċesi ta’ Malta fit-12 ta’ Diċembru 1976. Ġie nominat konsultur tas-Sacra Romana Rota fl-1992 u aktar tard Imħallef fis-Segnatura Apostolica. Fil-11 ta’ Novembru 2003, Monsinjur Arċisqof offra lillPapa r-riżenja tiegħu minn Arċisqof ta’ Malta, skont kif titlob il-Liġi tal-Knisja. Huwa serva bħala ragħaj spiritwali tal-Knisja f’Malta sas-26 ta’ Jannar 2007. Monsinjur Mercieca llum għandu 85 sena u jgħix fir-residenza tal-Arċisqof, fl-Imdina. Sadattant għada s-Sibt se jkun imniedi fl-Imdina ktieb – Ilkoll Aħwa fi Kristu – bil-memorji talArċisqof Mercieca, miktub minn Charles Buttigieg, li għal bosta snin serva bħala PRO fil-Kurja tal-Arċisqof.
www.maltarightnow.com
5
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
QORTI
Libertà proviżorja wara li ħallas il-pleġġ ta’ €60,000
Jason Galea ta’ 39 sena minn Birżebbuġa, li jinsab mixli bi tliet omiċidji, ħallas il-pleġġ ta’ €60,000 u issa jinsab bil-libertà proviżorja, anke jekk taħt house arrest. Galea ħallas bi flus kontanti li jammontaw għal €30,000 ilpleġġ fuq il-qtil ta’ Mario Camilleri ta’ 51 sena magħruf bħala “L-Imnieħru” u ta’ ibnu, wkoll Mario Camilleri. Dan il-każ qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona fejn miegħu hemm mixli wkoll George Galea ta’ 42 sena minn San Ġiljan. Sadanittant Jason Galea qed jiġi mixli wkoll
bil-qtil tal-ex xufier tat-taxi Matthew Zahra quddiem ilMaġistrat Josette Demicoli, fejn hemm ukoll kien imponut fuqu depożitu ta’ €30,000, li għamel tajjeb għalihom permezz ta’ ipoteka fuq proprjetà. Minkejja li ngħata l-libertà proviżorja, Jason Galea xorta waħda jrid jibqa’ taħt house arrest u jista’ joħroġ biss biex jiffirma darbtejn kuljum fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Birżebbuġa, bejn id-9.00 a.m. u l-10 a.m. u s-6.00 p.m. u s-7.00 p.m. Hu kien ingħata l-libertà proviżorja f’Lulju li għadda. Jason Galea, flimkien ma’
Ronald Urry, ta’ 49 min Raħal Ġdid, huma mixlijin bil-qtil ta’ Matthew Zahra, ta’ 27 sena millBelt. Zahra kien għeb fil-15 ta’ Awwissu tas-sena 2012, u nstab midfun f’għalqa fil-Qajjenza f’Lulju tal-2013., meta kienet qed issir tfittxija għal Mario Camilleri u ibnu, li nstabu wkoll fil-madwar. Għal Jason Galea, qiegħed jidher l-avukat Joe Giglio u lProsekuzzjoni qed titmexxa millIspettur Anzjan Chris Pullicino, u l-Ispetturi Michael Mallia, Fabian Fleri u Louise Calleja. Lavukati Joe Brincat u Raphael Fenech Adami qed jidher f’isem il-familja tal-vittmi Camilleri.
L-għalqa fil-Qajjenza fejn f’Lulju tas-sena li għaddiet instabu l-katavri ta’ Mario Camilleri u ibnu kif ukoll ta’ Matthew Zahra
L-akkużat kien f’sensih u luċidu meta ttella’ mill-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli
Tkompli l-kumpilazzjoni ta’ Erin Tanti mixli bil-qtil tal-istudenta tiegħu
Patrick Camilleri, infermier fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-isptar Mater Dei, qal li hu kien kellem u raha lil Erin Tanti hekk kif ittella’ mill-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli fejn minkejja lwaqgħa kien f’sensih sew u luċidu. Tant kien f’qagħda tajba li minflok ittieħed mill-ewwel lisptar, it-tim mediku baqgħu jistennew li jittella’ l-katavru. Dan ġara wkoll peress li meta ċċekkjalu l-polz u l-pressjoni kollox kien sew u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa li Tanti jittieħed mill-ewwel l-isptar. Dan ħareġ meta quddiem ilMaġistrat Audrey Demicoli kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Erin Tanti ta’ 23 sena, residenti l-Belt, mixli bil-qtil tal-istudenta tiegħu tad-drama Lisa Marie Zahra. Tanti, għalliem tad-drama, qed jiġi mixli li qatel lil Zahra, u li għenha tikkommetti suwiċidju. Zahra kienet instabet mejta taħt l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli fid-19 ta’ Marzu li għadda. Sadanittant ftit wara s-siegħa ta’ waranofsinhar missier il-vittma Tony Zahra ħareġ mill-awla peress li ma bediex iħossu f’siktu. Huwa kien emozzjonat ħafna meta xhud qal li l-akkużat kien ilu f’sensih taħt l-irdumijiet minn filgħodu u kien waranofsinhar li talab għal għajjut. Camilleri qal li hu kien mgħajjat biex jassisti persuni fuq lirdumijiet ta’ Ħad-Dingli fid-19 ta’ Marzu ta’ din is-sena. Qal li hu sħabu ma setgħux jilħqu persuna li kienet taħt l-irdumijiet u talbu għall-assistenza tal-Fori Armati ta’ Malta. Dawn irnexxielhom itellgħu lill-akkużat u poġġewh f’ambu-
lanza. Sa dak il-ħin, qal ix-xhud, ma kienx jaf li kien hemm persuni oħra involuti, u kien Tanti li qallu li kien ma’ tfajla, li kienu ħadu xi pilloli għax riedu jneħħu ħajjithom u għalhekk iddeċidew li jaqbżu. Dan qallu li kif raw li dan ma seħħx, l-ewwel qabżet hi u wara hu. Qallu li ħadu xi aspirana u li iżda ma kienx hemm problemi psikjatriċi. Madankollu kien hemm problemi familjari, għaliex hu ma kienx ġie aċċettat mill-familja tagħha, l-aktar minn missierha u ħuha. Qal li Tanti kien stabbli u filfatt kien luċidu għall-aħħar, tant li hu stenna lit-tfajla għal xejn anqas minn 30 minuta. Li kieku kienet differenti s-sitwazzjoni kienu jitilqu bih mill-ewwel, filfatt il-polz u l-pressjoni tiegħu kienu tajbin. Hu ma baqax jassistih meta waslu bih l-isptar għax hemm ħadu over it-tobba. Meta kien l-isptar ma jafx x’ġara, iżda hemm qal li hu kellem lil ommu li spjegalha x’kien ġara u wara komplew jagħtuha l-informazzjoni t-tobba. Huwa qal li ra lill-vittma tittella’ u l-imputat ma staqsa l-ebda domanda dwarha. Ix-xhud qal li kien hu li beda jistaqsih iddomandi. Qal ukoll li l-ambulanza ma kinetx ’il bogħod millirdumijiet, iżda ma setax jara lillvittma tittella’ għax l-akkużat kien fuq ġewwa tal-ambulanza. L-aħħar xhud kien Mark Ciangura, ħaddiem li jaħdem firresidenza ta’ Zahra fejn qal li darba sab lil Lisa Maria biddemm ħiereġ minn idejha. Sab ukoll soft toy li fih kellu xafra miksura. L-istess xhud iddeskri-
va li lejlet l-inċident innota karozza pparkjata barra mir-residenza tal-akkużat. Mill-kameras tas-sigurtà ra lil Lisa Maria dieħla flimkien ma’ persuna oħra fir-residenza. Ftit wara ċempel lil ħu Lisa Maria għax missier Zahra kien imsiefer. Huwa qal ukoll li darba minnhom sab ix-xfafar fil-kamra tal-vittma u dan wara li hu mesħilha jdejha b’xugaman li spiċċa mimli bid-demm. Qal li kien irċieva telefonata mingħand missier Lisa Maria u spjegalu dak li ġara. Filgħaxija reġa’ mar id-dar ta’ Zahra u sab lil Lisa Maria fuq it-telefon. Hu tkellem mal-vittma u qalilha li mhux sew li ddaħħal lil xi ħadd id-dar meta missierha ma kienx hemm u għax kienet għadha taħt l-età. Dakinhar sar rapport lill-pulizija. L-għada ġie infurmat li Lisa Maria ma tistax tinstab. Qal li mar ir-residenza ta’ Zahra u millkameras tas-sigurtà ma rriżulta xejn. Daħal ukoll fil-kamra ta’ Lisa Maria u qal li kull ma ħadet magħha kienu l-ħwejjeġ ta’ fuqha u l-mowbajl. Xehed ukoll is-Surġent Anton Zammit mill-Għassa tan-Naxxar. Dan qal li fid-19 ta’ Marzu mar Ħad-Dingli fejn raha ħelikopter itellgħu katavru. Fejn kien ilkatavru sabu ġakketta li fiha kien hemm xi ċwievet, qalziet u żarbun. Wara għall-ħabta tat-8.00 a.m. marru fejn il-karozza tat-tip Mazda, li kienet fil-post fejn sabu 13-il aspirina, flixkun whisky, envelop b’madwar €2,500, u żewġ ċekkijiet. Ilkarozza kienet magħluqa u hu kien preżenti waqt it-tfittxija.
Is-Surġent Anthony Degiovanni qal li fid-19 ta’ Marzu mar ifittex fil-karozza Mazda, fejn fiha kien hemm €2,490 fi flus kontanti, tliet kaxxi aspirina, nofs flixkun whisky, basket bil-ħwejjeġ u par żarbun. Xehed ukoll Luke Vella li f’dak il-jum kien ma’ grupp ta’ żgħażagħ f’Dingli Cliffs. Qal li waslu filgħodu biex jikkampjaw u dan kien bejn l-10.00 a.m. u l11.00 a.m. u għamlu hemm sal4.00 p.m. Marru fil-post biex jagħmlu barbecue, u x’ħin kienu qed jippakkjaw semgħu lil xi ħadd jgħajjar ‘help me’. Qal li huma rawh iżda kien ’il bogħod ħafna iżda seta’ jara li kien fuq blata. Kien madwar 100 metru ’l bogħod. Iż-żagħżugħ qal li kien ma’ sħabu fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-
Dingli dakinhar tal-inċident u sostna li meta waslu, kienu diġà raw lil Tanti u ħasbuh rieqed. Żied li f’xi ħinijiet rawh miexi fuq irkopptejh. Kien għal xi lerbgħa meta beda jgħajjat għallgħajnuna. Għalkemm kien ’il bogħod bdew ikellmuh u kkonferma wkoll li fl-ebda ħin ma qalilhom li kien hemm persuna oħra miegħu. Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukati Michael Sciriha u Lucio Sciriha Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Josric Mifsud filwaqt li l-Avukati Joseph Giglio, Gianella de Marco u Stephen Tonna Lowell qegħdin jidhru bħala parti ċivili f’isem il-familjari tal-vittma. Il-każ se jkompli jinstema’ fil-31 ta’ Ottubru li ġej fid-9.30 a.m.
6
Il-Ġimgħa
www.maltarightnow.com
, 26 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Stqarrijiet kontrastanti mill-Ministru tal-Finanzi
It-tkabbir ekonomiku huwa impossibbli għalissa, fl-Unjoni Ewropea u fiz-zona ewro. Kien b’dan il-mod li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna tkellem dwar l-ekonomija Ewropea, u qabbel ir-riċessjoni ekonomika li għaddiet minnha lEwropa ma’ daqqa ta’ karozza li Malta għadha taħtha. Dan l-argument għamlu waqt laqgħa ta’ djalogu organizzata mill-MEUSAC fl-okkażjoni tal10 anniversarju mis-sħubija ta‘ Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru tal-Finanzi qal li ddejn hu xi ħaġa kerha. Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, id-dejn nazzjonali żdied b’iktar minn 8% meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra.
B’reazzjoni għal din l-istatistika tal-NSO li tkellmet ukoll dwar iż-żieda fl-iżbilanċ, numru ta’ opinjonisti kienu qalu li dan ġej miż-żieda fl-impjiegi mal-Gvern, bil-Partit Nazzjonalista fi stqarrija jinterpreta l-figura ta’ madwar €25 miljun f’żieda fil-pagi bħala konsegwenza tal-ħaddiema li ġew impjegati mal-Gvern. Listatistika wriet li f’dan il-perjodu, is-settur pubbliku kiber b’madwar 1,500 ruħ. Iżda fid-diskors tiegħu, ilMinistru tal-Finanzi qal li matul is-sena, mhux darba jew tnejn kellu jgħid le lil xi Ministri meta dawn talbuh flus għal proġetti tagħhom, minħabba nuqqas ta’ fondi. Hu ddeskriva l-Baġit tas-sena
li għaddiet bħala investiment minħabba li, fi kliemu, għal kull sold li ħareġ il-Gvern, stenna żewġ soldi lura minħabba lekonomija Maltija. Skont Scicluna, kien il-Gvern Laburista li ġabar il-kredibbiltà ta’ pajjiżna quddiem il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), minħabba li l-ekonomija tagħna kienet f’dawl aħmar fis-snin ta’ qabel, qal l-istess Ministru. Filwaqt li tenna li jieħu gost bil-kritika tal-Oppożizzjoni, għax din issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Gvern, il-Ministru Edward Scicluna qagħad lura milli jiżvela d-dettalji tal-Baġit li jmiss, iżda qal li fih, il-Gvern Laburista se jkun qed iħares iktar lejn l-aspett soċjali.
Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna
Il-Gvern qed jimmina l-indipendenza tal-NSO
Il-Partit Nazzjonalista ddeplora b’qawwa l-indħil goff talGvern fuq l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bit-twaqqif ta’ Bord appuntat mill-Gvern biex jitfa’ dubji fuq il-validità taċċifri, u l-interpretazzjoni tagħhom, kif pubblikati millNSO.
B’dan l-aġir, qal il-PN fi stqarrija, il-Gvern qed jimmina serjament l-indipendenza talNSO, li għandu rwol kruċjali f’pajjiż demokratiku. L-indħil fl-indipendenza ta’ dan l-Uffiċċju, tgħid l-istqarrija, hu mmirat biex jiddefendi lillMinistru tal-Finanzi u t-tgħaf-
fiġa li għamel meta tkellem dwar iż-żieda fl-impjiegi massettur pubbliku. Analiżi sempliċi turi li sa April li għadda, kien hemm żieda ta’ 2,024 ħaddiem malGvern. Jekk tikkunsidra li 1,500 impjegat jirriżenjaw jew jirtiraw kull sena, dan ifisser li l-Gvern
Laburista daħħal aktar minn 3,700 ħaddiem mal-Gvern. Il-Ministru Scicluna ddefenda dan l-aġir billi qal li hu riżultat ta’ riklassifikazzjoni min-naħa tal-NSO, u għalhekk l-istatistika pubblikata mill-NSO mhix korretta. Imma l-Ministru għamel interpretazzjoni ħażina tal-ista-
tistika, u ta stampa ħażina tassitwazzjoni, fatt li kien ikkonfermat ukoll mid-Direttur talNSO. Il-PN temm jgħid li mhux ċar jekk il-Ministru tal-Finanzi hux qed jinterpreta ċ-ċifri ħażin apposta, inkella dan hux riżultat ta’ negliġenza.
L-IĠM jikkundanna t-theddid lill-ġurnalisti Membri tal-media nhar it-Tlieta reġgħu ġew mhedda quddiem il-Qorti
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) appella mill-ġdid lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga minnufih ittheddid lil numru ta’ membri tal-media li nhar it-Tlieta fil-
għaxija kienu qed isegwu lproċeduri fil-Qorti fil-konfront tal-kaċċaturi wara l-protesta li saret il-Ħadd li għadda, u li anke matulha, numru ta’ ġurnalisti kienu mhedda u
attakkati bi vjolenza. L-IĠM ħeġġeġ lill-awtoritajiet konċernati biex jipproteġu lill-membri tal-media waqt ilħidma tagħhom u biex kull rapport li daħal lill-Pulizija jiġi
investigat bla dewmien. L-IĠM ħeġġeġ ukoll lill-membri talmedia biex jirrappurtaw minnufih lill-awtoritajiet konċernati kull theddid li sar jew li jista’ jsir fil-konfront tagħhom.
Fi stqarrija, l-IĠM sostna lkundanna tiegħu għan-nuqqas ta’ ċiviltà u nuqqas ta’ rispett li ntwera nhar it-Tlieta lejn l-istituzzjonijiet demokratiċi filpajjiż.
Imniedi ċ-Ċentru għar-Riċerka Etnobotanika
F’Ġunju li għadda, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, waqqfet il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tasSoċjetà, bl-għan li din taħdem biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn setturi differenti tas-soċjetà. Fil-Palazz ta’ San Anton, flaħħar jiem, il-President ħabbret il-kalendarju ta’ attivitajiet li se tkun qed torganizza din ilFondazzjoni bejn Ottubru u Diċembru li ġej. Attivitajiet li jħarsu lejn is-soċjetà b’temi differenti, fosthom iddjalogu inter-reliġjuz, id-dinjità tat-tfal u tal-persuni b’diżabbiltà, il-familja, it-transkulturaliżmu u l-ħelsien mill-vizzju tad-droga. Fost oħrajn, jispikka ċ-Ċentru
għar-Riċerka fl-Etnobotanika, qasam li fi kliem il-President ta’ Malta, huwa wieħed innovattiv, u se jkun qed jagħmel użu tajjeb mit-talent kbir tagħna l-Maltin fil-qasam tar-riċerka. L-għan ta’ dan il-qasam ta’ riċerka, qalet il-President Coleiro Preca, hu li jħeġġeġ ir-relazzjonijiet bejn in-nies permezz talesperjenza tad-dinja naturali. Fi kliemha, il-mira ewlenija taċ-Ċentru għandha tkun l-iskoperta ta’ metodi innovattivi li jiffukaw fuq il-komunità, it-tisħiħ tal-ġid permezz tal-użu ta’ ġonna u pjanti f’Malta u Għawdex u ttiftix ta’ identitajiet Maltin u Għawdxin permezz ta’ riċerka fuq il-kuntest kulturali u
ekoloġiku tas-siġar, il-ħaxix, frott, fjuri u ħwawar. Minn dan l-aspett li jippromwovi l-wirt naturali ta’ pajjiżna, Marie Louise Coleiro Preca qalet li se tkun qed tippromwovi wkoll djalogu bejn kulturi differenti, bejn ġenerazzjonijiet differenti u bejn nies ta’ fidi differenti, b’enfasi fuq id-diversità. Dan se jsir billi l-Fondazzjoni se tkun qed tiġbor flimkien komunitajiet lokali u immigranti li qed jgħixu f’Malta biex jaqsmu rakkonti botaniċi, għerf u drawwiet. Dan minbarra li se tingħata attenzjonji partikolari lil gruppi li huma minoranzi jew emarġinati fis-soċjetà, temmet tgħid il-President ta’ Malta.
www.maltarightnow.com
7
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
KUNSILLI LOKALI
Xogħol ta’ kafkaf
Kumment
Meta xi ħadd jagħmel xogħol ta’ malajr, tat-tilqit u li ftit li xejn ikun fih kwalità, bil-Malti nsejħulu xogħol ta’ kafkaf. Li xogħol jissejjaħ ta’ kafkaf qatt mhu xi kumpliment. Sfortunatament, fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali, jista’ jingħad biss li l-Gvern Laburista, meta jagħmel xi biċċa xogħol, qiegħed jagħmel
xogħol ta’ kafkaf. Filwaqt li l-Kunsilli Lokali għadhom juru ħeġġa u ħerqa biex jaħdmu, u meta jingħataw l-għodda meħtieġa, jipproduċu riżultati mill-aqwa, meta xi biċċa xogħol tiddependi millGvern Ċentrali, jispikka xxogħol ta’ kafkaf. Jispikka ddewmien eċċessiv, tispikka xxeħħa assoluta tal-Gvern mal-
Aġenda mimlija għal Fleur-de-Lys Il-Kumitat Amministrattiv ta’ Fleur-de-Lys kien wieħed millKumitati Amministrattivi li għalihhom f’Mejju li għadda ma kienx hemm ħtieġa ta’ elezzjoni, hekk kif ħarġu n-numru ta’ kandidati meħtieġa wara li l-Partit Laburista ħareġ biss kandidat wieħed għal dan il-Kumitat Amministrattiv. B’hekk, il-Partit Nazzjonalista għandu erba’ membri li huma Francesca Zarb, li hi Avukat u qiegħda sservi wkoll bħala Chairperson tal-istess kumitat, Lino Camilleri, pensjonant li huwa Viċi Chairperson, Helen Montebello, attiva fil-paroċċa, u Anthony Gatt li hu pensjonant. L-għan tal-Kumitat Amministrattiv hu li jkompli jibni fuq il-ħidma tal-Kumitat preċedenti li wkoll kellu maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista.
Kunsilli, jispikka n-nuqqas ta’ rispett b’Kunsilli mhux konsultati anke dwar l-aktar affarijiet kruċjali. Tispikka attitudni ta’ gvern li mill-Kunsilli Lokali ma jimpurtahx, u li għalih, bihom u mingħajrhom xorta. Gvern li meta ġie elett qal li kien se jġib terremot ta’ bidla fil-Kunsilli Lokali, iżda li s’is-
Ħidma li rat it-twaqqif ta’ ċelebrazzjoni f’ġieħ Fleur-de-Lys kull sentejn, bosta serati għallanzjani, emblema għal-lokal, ittwaqqif ta’ ġirja annwali kull 13 ta’ Diċembru, proġett ta’ pavimentar ta’ Pjazza Maria Teresa Spinelli, u numru ta’ attivitajiet oħrajn. Fost il-ħidmiet li l-Kumitat Amministrattiv qed jimpenja ruħu li jidħol għalihom, hemm it-tkomplija tal-bini mill-ġdid tal-Arkata ta’ Wignacourt magħrufa bħala l-Bieb ta’ Fleurde-Lys. Il-ftuħ ta’ IT Centre huwa proġett ieħor ambizzjuż li qed jimpenja ruħu għalih ilKumitat Amministrattiv ta’ Fleur-de-Lys. Naturalment din il-ħidma tkompli tibni fuq it-tajjeb li diġà sar, li se jinżamm mill-Kumitat Amministrattiv attwali.
klassijiet jibdew fid-9 ta’ Ottubru u se jdumu għaddejjin għaxar ġimgħat, b’lezzjoni kull ġimgħa, li ddum sagħtejn. Il-kors jiswa €30 u se jsir fis-sala tal-Kunsill
Lokali, jagħmel dan b’sens ta’ rispett u b’impenn li x-xogħol ikun wieħed ta’ kwalità, kif fuq kollox jixraq lill-poplu Malti. Dak li qed jiġri huwa ħasra, iżda mhux sorpriża. Mhux sorpriża, għaliex kien ċar li għallPartit Laburista, il-Kunsilli Lokali baqgħu dejjem biss pupazzi taċ-chess, politiċi.
Il-qattusa għaġġelija
Korsijiet taż-żfin fil-Mosta
Il-Kunsill Lokali tal-Mosta se jkun qed jorganizza korsijiet ta’ ‘Line Dancing Classes’, tagħlim ta’ stil ta’ żfin sinonimu malmużika popolari ‘Country’. Il-
sa ġab biss terremot ta’ miżinformazzjoni, hekk kif f’Malta ebda Kunsill Lokali ma jaf kemm għad fadallu fil-poter, grazzi għall-proposta talGvern li jħassar l-elezzjonijiet li jmiss. Il-Kunsilli Lokali jixirqilhom aħjar. Jixirqilhom Gvern li jirrispettahom. Gvern li meta jaħdem mal-Kunsilli
Lokali bejn id-9.30 a.m. u l11.30 a.m. Dawk interessati għandhom japplikaw għal dan il-kors millKunsill Lokali tal-Mosta.
Il-Malti jgħid li l-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel. Ma jgħidx, iżda, x’jiġri jekk l-istess qattusa taħsiblu tard ħafna. Iżda jekk dwar dan, il-qawl Malti ma jgħid xejn, isSegretarjat Parlamentari ta’ Roderick Galdes żgur jista’ jitkellem. Nhar l-Indipendenza, is-Segretarjat Parlamentari ta’ Galdes, bil-kollaborazzjoni talKunsill Lokali ta’ Marsaxlokk organizza ‘Fish Fest’ fir-raħal magħruf għas-sajd, Marsaxlokk. Iżda ħalla lil bosta residenti tar-raħal diżappuntati binnuqqas ta’ organizzazzjoni li spikkat.
Il-Kumitat Amministrattiv ta’ Fleur-de-Lys
Informazzjoni li waslet għand ‘In-Nazzjon’ tgħid li lproblema kienet id-dewmien eċċessiv tal-Gvern sabiex jikkonferma l-attività. Fil-fatt kien biss fl-4 ta’ Settembru li l-Gvern ikkonferma mal-Kunsill Lokali li kien se jagħmel l-attività, u dan minkejja li l-Kunsill kien staqsa dwar dan f’nofs Awwissu. Il-kunsillier Nazzjonalista Angelo Micallef saħansitra qal li bħala kunsillier hu kien infurmat dwar il-programm sħiħ tal-attività fid-19 ta’ Settembru, meta ċertament ma kien hemm ċans li jinbidel xejn.
www.maltarightnow.com
8
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
OPINJONI
Mostri
Huma ħafna l-aħbarijiet li jkexkxuk bħalissa. Fix-xhur li għaddew xbajna nisimgħu blatroċitajiet tal-ġiħadisti tal-Istat Iżlamiku (jew l-ISIS), pjaga li issa donnha qed tinfirex għal iktar pajjiżi. U għalkemm xbajna, nemmen li hemm bżonn nisimgħu iktar dwarhom, għax inkella faċli nraqqdu l-kuxjenza u dan il-kunflitt jispiċċa ieħor minsi, bħal tant gwerer u kunflitti oħra tul is-snin. Għall-inqas jidher li d-dinja fl-aħħar qamet għal din it-theddida, u nġabar kunsens biżżejjed bejn diversi pajjiżi biex jippruvaw ixekklu lavvanz ta’ dawn il-mostri. Iżda hemm mostri oħra li jmisshom ikexkxuna iktar mill-ISIS. Qed nirreferi għat-traffikanti talbnedmin li kulma jmur dejjem qed nisimgħu iktar bil-ħniżrijiet li huma wkoll iwettqu. Biżżejjed niftakru fl-aħbar tal-ġimgħa loħra dwar mijiet ta’ persuni maħruba minn pajjiżhom minħabba l-gwerra (jidher li ħafna minnhom kienu minn Gaża), li spiċċaw maqtula għax ipprotestaw meta t-traffikanti riedu jibdlulhom id-dgħajsa għal waħda iżgħar u iktar perikoluża. Bl-ikbar ħdura u ċiniżmu dawn it-traffikanti waddbu lil dawn limsejknin fil-baħar, lejn mewt kważi ċerta f’qiegħ ilMediterran. Agħar minn hekk, smajna storja tbikkik dwar wieħed minn dawn il-persuni li biex jipprova jsalva ħajtu baqa’ ggranfat maddgħajsa tat-traffikanti. L-ebda ħniena ma messet qalb dawn ilmostri: fil-pront ħarġu sikkina kbira jew xi forma ta’ mannara u qatgħulu jdejh barra biex jaqa’ lura fl-ilma mal-mijiet ta’ sħabu l-oħra. Immaġinaw it-terrur ta’ dawn l-imsejknin quddiem tant ħruxija. Ippruvaw stħajlu l-aħħar
Dun Brendan M. Gatt brendissimo@gmail.com
ħsibijiet, it-talb u l-biki tagħhom. Aħsbu kif l-aħħar mumenti ta’ ħajjithom huma għaddewhom f’biża’ u disprament totali, vittmi ta’ dawk stess li huma kienu fdawlhom ħajjithom u ġidhom kollu f’idejhom, bit-tama li jwassluhom lejn ħajja aħjar. Lebda ‘refund’ għal dawn l-imsejknin, l-ebda awtorità tal-konsumatur li jistgħu jmorru jipprotestaw għandha għax ħallsu għal servizz imma ma ħaduhx! Nasal biex ngħid li dawn it-traffikanti tal-bnedmin huma agħar mill-ġiħadisti tal-ISIS. Għax dawn tal-aħħar – għall-inqas – jiġġieldu taħt bandiera u għal ideal. Ideal mostruż u qattiel, tassew, imma xorta waħda ideal. Imma t-traffikanti huma mqanqlin biss milloġika kiesħa u ħadra tal-flus. Għalihom dawk il-mijiet li huma kienu qed jittrasportaw kienu biss tagħbija, mhux bnedmin. U ttagħbija, malli ssir skomda jew perikoluża, tista’ twaddabha lbaħar u teħles minnha. Iktar u iktar jekk dik it-“tagħbija” tkun diġà ħallsitek il-flus dovuti lilek u allura m’int se titlef xejn jekk tarmiha! Kontejner, kaxxa, jew bagalja taħsibha darbtejn tarmihomx għax jaf ikun fihom xi ħaġa ta’ valur; imma biċċa bniedem: dak x’jiswa?
It-traffikanti qed iħallu lil dawk li jkunu qed ifittxu t-tama jmutu f’disprament
Għalhekk ngħid li dawn huma mostri agħar minn tal-ISIS. Mostri bla isem u bla wiċċ li forsi jinsabu fostna wkoll, għax it-traffikar tal-bnedmin huwa fenomenu internazzjonali u l-fatt li Malta tinsab fuq ir-rotta talimmigrazzjoni jfisser li probabbilment hemm Maltin u nies ibbażati f’Malta li għandhom subgħajhom imdeffes sew f’din il-biċċa wkoll. U mhumiex dawn biss ilmostri. Quddiem dan id-delitt inkredibbli rajna wkoll sentimenti mostrużi jiġu espressi minn xi Maltin, bid-diskors u kultant anki bil-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni: “Aħjar hekk, għax kieku ma għerqux konna nibilgħuhom aħna.” M’iniex ngħid li min għadda kummenti bħal dawn huwa mostru daqs it-traffikanti, imma nissuġġerilu jidħol daħla fih innifsu u jara b’liema loġika jista’ jiġġustifika dan il-massakru
It-traffikanti huma mqanqlin biss mil-loġika kiesħa u ħadra tal-flus tal-innoċenti b’tant ħruxija. U lanqas irrid nitfa’ lil kulħadd f’keffa waħda: għax mhux kull min jinsab imħasseb dwar limmigrazzjoni u dwar kemm Malta tista’ tiflaħ għal numri dejjem ikbar ta’ immigranti bilfors jixtieq il-mewt tagħhom. Imma tajjeb li noqogħdu attenti kif nitkellmu u kif nesprimu s-sentimenti u t-tħassib tagħna. Ħsieb wara l-ieħor, kelma wara l-oħra, ġest wara l-ieħor, malajr insibu li l-umanità tagħna xxellfet sew (biex ma nsemmix il-famuża karità Kristjana li kulma jmur dejjem issir iktar rari). Il-media u l-politiċi għandhom
responsabbiltà enormi f’dan, għax huma l-iktar li jiffurmaw lopinjoni pubblika. Meta nibdew nitkellmu dwar l-immigranti bħala “piż” faċli naqbdu t-triq għan-niżla u nibdew narawhom bl-istess għajnejn tat-traffikanti: theddida għall-kumdità tagħna, tagħbija li jekk ittelfek aħjar teħles minnha milli titqanna biha. Il-kelma “mostru” ġejja millkelma Latina “monere” li tfisser “twissi”. Jalla dawn il-mostri (sew tal-ISIS u sew it-traffikanti) iservu ta’ twissija għalina. Dakinhar li nitilfu l-umanità tagħna ma nkunux aktar bnedmin: inkunu sirna mostri.
www.maltarightnow.com
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
Il-konsegwenzi tal-kaċċa għall-voti Il-kaċċa hi waħda minn dawk il-kwistjonijiet fejn irid jintlaħaq bilanċ serju. Hi kwistjoni li fiha l-agħar li jiġri hu meta jkun hemm politikanti li jarmu s-serjetà u l-bilanċ u jagħżlu l-kaċċa għall-voti. U li mbagħad ikollhom ibatu l-konsegwenzi. Bilanċ serju dwar il-kaċċa Mill-2004, meta dħalna fl-Unjoni Ewropea, kellna bilanċ dwar il-kaċċa. Kaċċa fir-rebbiegħa skont id-deroga miksuba mill-Gvern Nazzjonalista fin-negozjati għas-sħubija, u anke fil-ħarifa. U infurzar bis-serjetà tar-regolamenti – li jdejjaq lil uħud.
Difiża fil-Qorti Ewropea Ma’ dawn, kien hemm difiża mill-Gvern Nazzjonalista talkaċċa fir-rebbiegħa fil-kawża li l-Kummissjoni Ewropea għamlet fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u li l-Gvern Malti rebaħha billi anke għalaq l-istaġun biex ma jidhirx qed jisfida l-Qorti.
Kaċċa għall-voti minn Joseph Muscat Min-naħa l-oħra, il-Partit Laburista, u Joseph Muscat b’mod partikolari, lagħab logħba bil-maqlub. Għamel kaċċa għall-voti. Żiegħel b’min idejqu l-infurzar serju. Ta x’wieħed jifhem li kulħadd jista’ jagħmel li jrid.
Sinjal lil min ried jikser il-liġi Tela’ fil-gvern u għażel it-triq tat-teatrin: shows għall-media, imma fir-realtà infurzar mill-anqas. Illaxka r-regolamenti. Ittrasferixxa l-biċċa l-kbira tal-pulizija tat-taqsima li tagħmel linfurzar. Is-sinjal li ħa min ried jikser il-liġi kien ċar: tista’ tagħmel li trid. Ksur li seta’ ġie evitat b’infurzar serju U ġara dak li wieħed seta’ jimmaġina: ksur kbir tal-liġi, minn ftit, li b’infurzar serju ma kienx jiġri. Imma Muscat jista’ jinforza meta ttrasferixxa lil dawk stess li jridu jinfurzaw? U allura l-Prim Ministru kellu jagħmel dak li seta’ evita kieku ma tax l-idea li kulħadd jista’ jagħmel li jrid: kellu jagħlaq l-istaġun tal-ħarifa kmieni ħafna.
Il-ħafna li jirraġunaw Il-vjolenza tal-ftit li marru jipprotestaw kontra l-għeluq talistaġun nhar l-Indipendenza hi kundannabbli. Imma l-ħafna li jirraġunaw issa jistgħu jibdew jindunaw li l-infurzar serju hu fil-fatt fl-interess tagħhom u ta’ kulħadd.
Nuqqas ta’ infurzar li wassal għal talba biex isir referendum In-nuqqas ta’ infurzar mill-Gvern Laburista ma wassalx biss għall-għeluq tal-istaġun tal-ħarifa tliet ġimgħat kmieni, imma wassal ukoll biex jintalab referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. Kollu tort tan-nuqqas ta’ infurzar minn Joseph Muscat.
Konsegwenzi li Muscat ġabhom b’idejh Joseph Muscat illum mhu qed jagħmel xejn ħlief ibati l-konsegwenzi tal-iżbalji tiegħu. Meta ma infurzax bis-serjetà imma għażel biss it-teatrin, Muscat ġab b’idejh referendum fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa, ġab b’idejh l-għeluq tal-istaġun tal-ħarifa kmieni, u ġab b’idejh l-aqwa biċċa propaganda għar-referendum kontra lkaċċa.
9
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
Diskriminazzjoni Għall-attenzjoni Soċjalista tal-Ministru Nagħmel referenza għall- Mallia
intervista li ġġib l-isem, ‘F’sentejn sparixxew erba’ miljun ewro’, pubblikata filgazzetta ‘Illum’ tal-21 ta’ Settembru 2014. Intervista magħmula minn John Busuttil lill-membru parlamentari Luciano Busuttil, li fiha d-Deputat Laburista jgħid hekk: “Tgħallimt li fil-politika, l-akbar għadu tiegħek mhux il-kandidat tal-Oppożizzjoni, iżda tal-partit tiegħek, u fuq l-ewwel distrett ħarġu 15-il kandidat tal-Partit Laburista. Tgħallimt ukoll li marru tajjeb dawk li kienu magħżulin biex imorru fuq il-programmi televiżivi...” Nistaqsi lil Luciano Busuttil jekk hux jimplika li saret diskriminazzjoni kontra tiegħu minn min imexxi l-istazzjon Laburista Super One Television. Jekk membru parlamentari Laburista jsostni fil-miftuħ li kien vittma ta’ diskriminazzjoni sfaċċata mingħand sħabu, kemm iżjed u iżjed mhix se titwemmen l-għajta “Malta Tagħna Lkoll”. Edward Torpiano Il-Furjana
Ħafna ħbieb qaluli biex niktiblek fuq dak li qiegħed jidher hawn taħt. Biex il-Ministru Mallia jagħti amnestiji fuq armi u tajr ibbalzmat, mhux reġistrati. Snin ilu, kont tista’ taqbad u żżomm, mingħajr ma tirreġistra, tajr bħal dan. Issa, ċertu tajr ma jistax jinżamm, u hemm bżonn li dawn jiġu reġistrati. L-istess fejn jidħlu armi. Sur Ministru, imkien fid-dinja ma jiġu reġistrati għasafar ibbalzmati. Din li tirreġistra tajr bbalzmat kien daħħalha t-tabib George Vella meta kien Ministru. Jekk tagħti amnestija fuq larmi, il-Gvern idaħħal xi 16-il ewro kull arma u fuq uħud millarmi, dawn iridu jitħallsu kull sena, u tkun taf fejn jinsabu. Meta tela’ Mintoff fl-1971 ta amnestija fuq l-armi. Kienu nstabu 21,000 arma mhux reġistrati. Wara sentejn biss, reġa’ ta amnestija. Instabu 19,000 oħra. Minn dak iż-żmien għaddew ’il fuq minn 40 sena, u min jaf kemm hawn armi mhux reġistrati.Nagħmel imħatra li ssib kwart ta’ miljun, daqskemm kien hawn kuntrabandu f’dawn laħħar 40 sena. Il-Gvern Laburista ta amnestija
25 sena ilu f'In-Nazzjon
u ħafer lil min evada t-taxxi u ħafer lill-ħabsin, allura ma jagħtix amnestija fuq armi u tajr ibbalzmat? Xkubetta fiha grillu, u l-Gvern jagħmel kif jaqbillu. Saviour Xuereb Ir-Rabat
Il-kontributuri
Fil-fehma tiegħi, in-nies li jaħdmu mal-iscammel, milliċken wieħed sax-xufier, jagħtuna servizz mill-aqwa. Kull familja, inkluż il-familja tiegħi, kull filgħodu toħroġ dak kollu li m’għandniex bżonnu fid-dar. Tqiegħdu wara biebha, u meta jsir il-ħin biex jinġabar, tara lil dawn il-ħaddiema ġejjin, u jieħdu kollox. Dan kollu jagħmluh kemm fis-sajf, meta x-xemx tkun tisreġ, u wkoll fix-xitwa, bard u ksieħ. Lil dawn in-nies, irridu nirringrazzjawhom u nistmawhom ħafna. Qiegħed insemmi lil dawn innies, mhux għax m’hawnx nies li huma kontibuturi, anzi għax tant hawn, li kieku taqbad issemmi lil kulħadd, ma tispiċċa qatt. Darba oħra nsemmi lil tant nies oħra. Fosthom lil dawk li jaħdmu filvolontarjat. Alfred Sciberras Pacemoore Birkirkara
Fl-Arena tal-Indipendenza, fil-Furjana u fi Pjazza San Franġisk, fir-Rabat, Għawdex, saru żewġ rallies għat-tfal li ġabu fi tmiemhom l-attivitajiet fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Indipendenza. Mijiet ta’ tfal taw ġieħ lil Malta indipendenti f’dawn iż-żewġ attivitajiet, u taw ukoll merħba kbira lill-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami ftit qabel telaq minn Malta għal żjara uffiċjali fl-Istati Uniti. Il-PM dar madwar l-Arena talIndipendenza fuq land rover, akkumpanjat mill-Ministru Ugo Mifsud Bonnici. Indipendenza fuq land rover, akkumpanjat mill-Ministru Ugo Mifsud Bonnici.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
10
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
OPINJONI
Wasal iż-żmien li jkollna festa nazzjonali waħda F’dawn il-jiem pajjiżna ċċelebra l-50 sena mill-akkwist talIndipendenza. Iċċelebrajna bħala pajjiż magħqud. Il-Gvern Laburista organizza festi nazzjonali. Festi li ġew iċċelebrati
Meta l-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici nieda l-programm ta’ ċelebrazzjonijiet tal50 anniversarju talIndipendenza, ġie rrappurtat li qal li din kienet l-ewwel darba li l-pajjiż kien magħqud fil-kommemorazzjoni tat-twelid millġdid ta’ Malta 50 sena ilu. Żied li “bħala pajjiż magħqud qed niċċelebraw dan l-anniversarju flimkien. Għandna noffru din iċċelebrazzjoni bħala ringrazzjament lil Ġorġ Borg Olivier, missier Malta Indipendenti, Dom Mintoff, li ġġieled għallħelsien ta’ Malta, u Eddie Fenech Adami, li baqa’ jibni fuq l-indipendenza ta’ pajjiżna.” Kliem sabiħ u mirqum li ma jistax ma jġibx l-għaqda. Fl-istess waqt li l-pajjiż kien qed jiċċelebra l-50 anniversarju tal-Indipendenza f’‘The Times’ kien qed isir balottaġġ dwar liema minn dawn tikkunsidra bħala l-akbar akkwist għal Malta. Ir-riżultat, wara li vvutaw madwar 11,000, kien juri hekk: Indipendenza - 1964: 59%; Repubblika – 1974: 10%; Jum il-Ħelsien: 16%; u Sħubija flUE: 13%. Mela m’hemmx dubju li l-poplu Malti fil-maġġoranza assoluta tiegħu jqis lIndipendenza bħala l-akbar akkwist li għamel. Hekk jirraġuna kull min għandu rasu fuq għonqu għaliex l-ewwel pass li jagħmel bniedem hu meta jitwieled u wara jibda jikber u jagħmel l-akkwisti ta’ ħajtu. Hekk ukoll il-pajjiż. Jitwieled meta jakkwista l-Indipendenza, isir sovran f’pajjiżu. Imbagħad permezz ta’ dik is-sovranità jibda jagħmel passi oħrajn. Filkaż tagħna, emenda l-kostituzzjoni minn waħda monarkika għal waħda repubblikana; ra tingħalaq il-bażi militari u ssieħeb fl-Unjoni Ewropea, fizzona Shengen u fiz-zona ewro. Niftakar li meta Mintoff ried ineħħi l-Indipendenza minn jum nazzjonali kien stqarr li ebda pajjiż fid-dinja ma kellu żewġ festi nazzjonali. Lanqas lAmerika. Dan għaliex Ġorġ Borg Olivier, meta pajjiżna kiseb l-Indipendenza fil-21 ta’ Settembru 1964, ma riedx ineħħi t-8 ta’ Settembru minn Jum Nazzjonali. Ma tlumux. It8 ta’ Settembru kien ifakkar żewġ avvenimenti kbar fl-istor-
għall-ewwel darba minn partit fil-gvern li kien jiċħad li l-PN kiseb l-Indipendenza għal pajjiżna. Ma rridx inħalli barra lil Alfred Sant li meta kien Prim Ministru kien li mar poġġa
Joe M. Zahra
joe.zahra@live.co.uk ja ta’ pajjiżna: ir-rebħa fuq itTorok fl-1565 u l-jum meta lItalja ċediet għall-Forzi Alleati fit-8 ta’ Settembru bil-flotta Taljana ċċedi fl-ibħra Maltin fil-11 ta’ Settembru. Iżjed minn hekk, kien Fortunato Mizzi li fl-1885 issuġġerixxa li t-8 ta’ Settembru jkun il-Jum Nazzjonali ta’ pajjiżna, talba li ma ntlaqgħetx għax konna kolonja. Iżda kien
bukkett fjuri mal-monument tal-Indipendenza fil-Furjana. Li kien ġest sabiħ ħafna! Bħalma kien ġest sabiħ meta, fost lewwel affarijiet li għamel, poġġa bukkett fjuri mal-monu-
imbagħad gvern Nazzjonalista li fl-1923 għadda liġi li tikkommemora b’mod uffiċjali t-8 ta’ Settembru. Dan l-avveniment hu mniżżel fi rħama li hemm mas-sur fit-triq ta’ Marsamxett fil-Belt Valletta. Iżda t-8 ta’ Settembru ma kellux igawdi ħafna bħala Jum Nazzjonali. Meta l-gvern ta’ Mintoff fit13 ta’ Diċembru 1974 għadda mill-Parlament l-emendi għallkostituzzjoni tal-Indipendenza biex iddikjara pajjiżna repubblika, it-8 ta’ Settembru spiċċa minn festa nazzjonali u floku daħal Jum ir-Repubblika. Meta mbagħad fil-31 ta’ Marzu 1979 il-forzi militari Ingliżi ħallew Malta, dan il-jum ukoll inbidel f’jum nazzjonali. Iżda għal Mintoff, li għax kellna żewġ festi nazzjonali talIndipendenza u t-8 ta’ Settembru konna ndaħħku liddinja bina, issa li kellna tnejn
ment ta’ Borg Olivier ftit jiem wara li sar Prim Ministru. Biss tul l-aħħar 50 sena, il-parti lkbira taċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-Indipendenza organizzahom il-Partit Nazzjonalista.
Għaliex meta Mintoff ried jeqred din il-festa nazzjonali mill-kalendarju ta’ attivitajiet nazzjonali, kien il-PN li ħa fuq spallejh il-briga li jorganizza hu dawn il-festi.
Nemmen li b’rasna fuq għonqna għandna niddeċiedu li t-twelid ta’ pajjiżna ġie fil-21 ta’ Settembru 1964 oħra: Jum ir-Repubblika u Jum il-Ħelsien ma bqajniex indaħħku d-dinja bina. Probabbilment għaliex id-dinja kienet ilha tidħak bil-kummiedji li kien qed jagħmel il-gvern tal-Labour! Għal għadd ta’ snin, Jum lIndipendenza kien inbidel f’jum ta’ firda. Dan, Eddie Fenech Adami rrealizzah u ried li jsib soluzzjoni. Għalhekk fi spirtu ta’ rikonċiljazzjoni, permezz tal-Att VIII tal-1989 iddikjara dawn l-avvenimenti fl-istorja ta’ pajjiżna bħala jiem nazzjonali: 21 ta’ Settembru – Jum lIndipendenza; 13 ta’ Diċembru – Jum ir-Repubblika; 31 ta’
Marzu – Jum il-Ħelsien; 8 ta’ Settembru – Jum il-Vitorja u 7 ta’ Ġunju – is-Sette Giugno. Issa nemmen li wasal iżżmien li jkollna jum nazzjonali wieħed anke jekk nibqgħu niċċelebraw l-avvenimenti loħrajn (anke b’festi pubbliċi) bħala parti mill-istorja ta’ pajjiżna. Nemmen li b’rasna fuq għonqna għandna niddeċiedu li t-twelid ta’ pajjiżna ġie fil-21 ta’ Settembru 1964. Li minnu ħarġu avvenimenti oħra importanti. Nemmen li l-21 ta’ Settembru għandu jkun il-jum nazzjonali tagħna li minnu stajna mbagħad naslu għal kisbiet oħrajn.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
L-IS jeħles il-priġunieri biex jieqfu l-attakki IS-SIRJA – L-IRAQ
Hu rappurtat li t-terroristi li qed jiġġieldu għall-grupp Stat Iżlamiku (IS) fis-Sirja ħelsu madwar 150 priġunier li kienu qed jinżammu fil-fortizza ta’ Raqqa, fis-Sirja. Ingħad ukoll li dan sar bit-tama li t-terroristi jikkonvinċu lill-Istati Uniti u lalleati Għarab tagħha biex ma jkomplux bis-sensiela ta’ attakki mill-ajru fuq l-interessi tal-IS li qegħdin juru riżultati konvinċenti. Skont l-attivisti lokali, it-terroristi tal-IS, issa, bdew juru sinjali ta’ disperazzjoni, u hu mifhum li l-priġunieri inkwistjoni nħelsu matul il-lejl tal-Erbgħa u l-Ħamis. Fl-istess ħin, l-IS jemmen li dan il-pass jista’ jipperswadi lillkoalizzjoni ta’ pajjiżi – il-Qatar, il-Bahrain, l-Arabja Sawdija, ilĠordan u l-Emirati Għarab Uniti (UAE) – biex ma jikkonċentrawx l-attakki tal-ajru fuq linħawi ta’ Raqqa. Il-belt ta’ Raqqa hi indikata bħala l-bażi speċifika għallmexxejja prominenti tal-IS, li jinkludu l-Kap militanti ewlieni Abu Bakr al-Baghdadi. Jaħsbu wkoll li l-ostaġġi Britanniċi, Alan Henning u John Cantlie, qegħdin jinżammu mit-terroristi fl-istess inħawi u dawn iż-żewġt irġiel jinsabu taħt theddida talmewt imminenti. Il-150 priġunier li qed jingħad li nħelsu x’aktarx li kienu spiċċaw f’idejn l-IS f’dawn laħħar ġimgħat. Hu probabbli wkoll li dawn huma residenti lokali li spiċċaw akkużati dwar sensiela ta’ reati li ma kinux daqstant gravi. L-inkwiet tal-IS qed jidher aktar evidenti meta l-qawwiet tal-ajru tal-Istati Uniti u l-pajjiżi Għarab imsemmija laqtu r-raffineriji taż-żejt tal-IS fl-aħħar sigħat u nqatlu tal-anqas erbatax-il militant. L-attakki huma wkoll sinifikanti għaliex
11
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
laqtu s-sors ewlieni għall-finanzjament tal-moviment terrorista inkwistjoni. Il-grupp IS jiġġenera sa żewġ biljun dollaru kuljum mill-bejgħ taż-żejt, u qed jimpjega linġiniera mħarrġin biex jittellgħu l-eluf ta’ bramel kuljum mill-artijiet tas-Sirja u l-Iraq li waqgħu f’idejn it-terroristi. Sadanittant, il-qawwiet tal-ajru Sawdi u tal-UAE kienu involuti fil-parti l-kbira tal-attakki koordinati fuq tal-anqas tnax-il raffinerija taż-żejt fil-Lvant tasSirja. Dawn ir-raffineriji kapaċi jtellgħu eluf ta’ bramel taż-żejt mhux raffinat kuljum u x’aktarx ikunu trasferiti lejn ir-reġjuni ġirien li jipproduċu ż-żejt għal prezz imnaqqas – u qabel dan jinbiegħ fis-swieq stabbiliti. Il-proċess qed jgħin biex l-IS isir l-aktar moviment terroristiku sinjur ta’ kull żmien; tant li jaħsbu li lgrupp irnexxielu jakkumula riservi ta’ flus ekwivalenti għal talanqas biljun dollaru. Il-Pentagon tal-Istati Uniti ħareġ stqarrija li fiha sostna li laħħar attakki fuq l-interessi talIS jidhru li rnexxew, skont lindikazzjonijiet inizjali. Madankollu, il-kelliema qalu li huma għadhom qed jevalwaw irriżultati. L-attakki inkwistjoni seħħew waqt it-tielet jum tal-offensiva fuq l-IS (fl-artijiet tas-Sirja) li qed imexxu l-Amerikani u li qed issir ukoll bil-parteċipazzjoni talajruplani għal sorveljanza. Dawn il-qawwiet tal-ajru – li kienu jinkludu l-fighter-jets u l-bombers – ikkonċentraw fuq tnax-il sit u kienu sparati numru ta’ missili ‘Tomahawk’. Hu mifhum li din hi wkoll lewwel darba li l-attakki tal-koalizzjoni kienu mmirati b’mod speċifiku kontra l-kapaċitajiet tal-IS għall-produzzjoni u lbejgħ taż-żejt.
Truppi Iraqin waqt ronda ta’ għassa f’Jurf al-Sakher, fin-Nofsinhar ta’ Bagdad u f’lok ta’ żieda fil-preżenza ta’ militanti Iżlamiċi peress li qed jintuża bħala rotta għall-ġarr tal-armi (ritratt: EPA)
ritratti tiegħu bilqiegħda fil‘cockpit’ ta’ ajruplan tat-tip ‘Tornado’, wara li hu kien ħa sehem fil-mewġa ta’ attakki fuq l-IS mill-qawwiet tal-koalizzjoni. Ir-rapporti qalu li l-Gvern tal-Arabja Sawdija żvela lparteċipazzjoni tal-Prinċep flattakki kontra l-IS biex jaċċerta lill-Punent li s-Sawdi jridu jimpenjaw ruħhom b’determi-
nazzjoni kbira kontra l-gruppi tal-estremisti fir-reġjun. Daqstant ieħor importanti hu l-messaġġ speċifiku lill-popolazzjoni tal-Arabja Sawdija li l-grupp IS huwa għadu qalil ta’ pajjiżhom. Fl-aħħar ġimgħat kienu ħarġu suspetti li l-grupp IS qed jingħata l-fondi mingħand diversi persuni sinjuri mill-Arabja Sawdija hekk
Ajruplan tat-tip F-18E Super Hornet tan-Navy Amerikana waqt refuelling fuq it-Tramuntana tal-Iraq wara attakk fis-Sirja. (ritratt EPA)
Prinċep u pilota mara jispikkaw fl-offensiva IS-SIRJA – L-IRAQ
Il-Prinċep Khaled bin Salman, li hu l-eredi għat-tron tal-Arabja Sawdija, qed ikollu rwol prominenti fl-attakki kontra t-terroristi tal-IS u pparteċipa bis-sħiħ fl-aħħar offensiva tal-ajru fuq is-siti ta’ dan il-moviment qattiel, fisSirja. Khaled hu iben il-Prinċep Sawdi Salman bin Abdulaziz u qed jidhru bi prominenza r-
kif ħafna ċittadini għandhom simpatija mal-moviment inkwistjoni. Intant, l-istampa qed tagħti prominenza wkoll lill-Maġġur Mariam Al Mansouri, li hi lewwel pilota mara mal-qawwiet tal-ajru tal-Emirati Għarab Magħquda (UAE) u li wkoll kienet involuta fl-attakki fuq lIS fis-Sirja. Al Mansouri, li ġejja minn Abu Dhabi, hi
pilota ta’ ‘fighter-bomber’ tattip ‘F-16’ u għandha l-grad ta’ ‘squadron commander’. L-ajruplani tal-Arabja Sawdija, l-UAE, il-Ġordan, ilBahrain, il-Qatar, Franza u lIstati Uniti għenu biex isostnu l-offensiva fuq iz-zoni ewlenin tat-terroristi, fosthom Raqqa, u hu mistenni li r-Renju Unit dalwaqt iżid il-qawwiet tiegħu mal-Alleanza għal kontra l-IS.
www.maltarightnow.com
12
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Iċedu għexieren ta’ ġellieda tal-Boko Haram IN-NIĠERJA
Aktar minn 130 ġellied talgrupp militanti Iżlamiku, Boko Haram, ċedew lillqawwiet tan-Niġerja li żiedu l-kampanji militari kontra dawn il-militanti fl-inħawi remoti lejn il-Grigal tanNiġerja. L-offensiva fuq il-Boko Haram irrankat mindu l-militanti kienu ħatfu numru ta’ bliet żgħar u ddikjaraw linħawi li waqgħu taħt il-kontroll tagħhom bħala ‘territorju Musulman’. Dan meta żdiedu l-ambizzjonijiet tal-Boko Haram, li qatlu eluf ta’ nies tul ħames snin ta’ attakki fuq ċivili u stallazzjonijiet militari. Fil-fatt, dawn il-militanti Iżlamiċi, fl-aħħar xahrejn, għamlu li setgħu biex jokkupaw dejjem aktar artijiet finNiġerja, li hi l-akbar produttur taż-żejt tal-Afrika. Fi żvilupp ieħor, kelliema għall-militar Niġerjan qalu li nqatel ir-raġel li deher f’diversi videos waqt li kien qed jippreżenta ruħu bħala l-Kap tal-grupp Boko Haram. Il-kelliema, f ’dan il-każ, kienu qed jirreferu għal ċertu Mohammed Bashir, li anki fissruh bħala l-mexxej falz talBoko Haram. Huma qalu li Bashir deher kemm-il darba fuq il-videos biex jippoża bħala Abubakar Shekau, il-mexxej proprju tal-
moviment tal-militanti, u hu ħareġ numru ta’ theddidiet u messaġġi biex jipprovoka lillawtoritajiet. Ir-raġel magħruf bħala Shekau kien assuma wkoll responsabbiltà għall-ħtif ta’ 200 tifla tal-iskola li seħħ filvillaġġ ta’ Chibok f’April li għadda u li kien qajjem għadab internazzjonali. Intant, il-militar Niġerjan kien tenna, f ’Awwissu tal2013, li Shekau seta’ nqatel proprju s-sena l-oħra waqt konfront mas-suldati. Qed jingħad li dan x’aktarx seħħ matul is-sajf tal-2013 u li minn dakinar, ir-raġel li ppreżenta ruħu bħala Shekau fuq il-videos kellu dehra pjuttost differenti. Madankollu, hemm ix-xettiċiżmu dwar l-eliminazzjoni tal-mexxej proprju tal-Boko Haram, bl-analisti ma jaħsbux li l-kmandant tal-militanti kien se jispiċċa fl-eqqel ta’ battalja mat-truppi tal-Armata Niġerjana. L-aħħar rapporti millArmata Niġerjana qalu għexieren ta’ ġellieda talBoko Haram laħqu ċedew larmi lis-suldati fl-inħawi ta’ Biu, li hi belt strumentali ħafna fil-kampanja tal-militanti Iżlamiċi biex jiffurmaw Stat Iżlamiku mit-territorju tan-Niġerja li jaqa’ f ’idejhom.
Isqof imneħħi mill-kariga IL-BELT TAL-VATIKAN
Il-Papa Franġisku keċċa Isqof residenti fil-Paraguay li qed ikun akkużat dwar frodi u talli pprova jaħbi l-ilmenti ta’ abbuż sesswali fil-parroċċa tiegħu. Intant, ir-rapporti qalu li Monsinjur Ricardo Jorge Velenzuela Rios, li hu amministratur apostoliku, ħa post lIsqof inkwistjoni, Rogelio Ricardo Livieres Plano, li kien ġej mid-djoċesi ta’ Ciudad del Este. Dan il-pass segwa l-arrest, din il-ġimgħa, tal-eks-Arċisqof
Jozef Wesolowski, li, skont ilVatikan, jista’ jeħel sa seba’ snin ħabs jekk jinstab ħati dwar abbuż sesswali tat-tfal li seħħ meta hu kien qed jaġixxi bħala n-Nunzju jew Ambaxxatur tasSanta Sede fir-Repubblika Domninikana. Il-Papa Franġisku hu impenjat li jaġixxi b’id soda u determinata fil-każi tal-abbuż tattfal, bl-iskop li jsewwi l-ħsara tas-sensiela ta’ skandli relatati li jinvolvu membri tal-kleru li seħħew fis-snin reċenti, f’diversi bnadi tad-dinja.
IL-ĠERMANJA: Dan il-mudell ta’ Allosaurus jispikka waqt esibizzjoni bit-tema ‘Dinosaurs’ li qed tittella’ fil-Mużew tal-Istorja Naturali, fi Muenster (ritratt: EPA)
Missjoni ta’ salvataġġ ĊIPRU
L-awtoritajiet Ċiprijotti wettqu missjoni ta’ salvataġġ għal xi 300 persuna, li jaħsbu li huma refuġjati Sirjani u li spiċċaw iżolati fl-ibħra lil hinn mill-kosta ta’ din il-gżira-stat lejn il-Punent. Dawn in-nies, fil-parti l-kbira nisa u tfal, kienu qed jivvjaġġaw b’dgħajsa tas-sajd żgħira u kienu indikati f’zona ta’ baħar xi 55 mil nawtiku ’l barra mir-resort ta’ Paphos. Intant, ħarġu numru ta’ ħelikopters biex isegwu u jagħtu l-għajnuna meħtieġa fiz-zona
tal-emerġenza inkwistjoni. Kelliema għall-awtoritajiet Ċiprijotti qalu li huma kienu rċivew messaġġ ta’ emerġenza bir-radju f’ħin meta d-dgħajsa kellha tiffaċċja sitwazzjoni diffiċli u fost l-ibħra slavaġ. L-istampa ta’ Ċipru qalet li wieġbu minnufih għallemerġenza l-patrol boats talgwardjani tal-kosta Ċiprijotti, anki waqt li vapur tal-cruises kien qed ibaħħar lejn iz-zona tad-dgħajsa. Din is-sena żdiedu sew l-
ammonti tal-immigranti li qed jaqsmu bid-dgħajjes iffullati mill-Baħar Mediterran. Ħafna minn dawn l-immigranti huma persuni li qed jaħarbu mill-kunflitt tas-Sirja, bil-maġġoranza tagħhom qed jaqbdu direzzjoni lejn l-Italja u Malta. Filwaqt li l-kriżi tal-Libja tfisser li dan il-pajjiż żviluppa f’hub ewlieni għat-traffikar ta’ persuni, jibqa’ l-fatt li Ċipru jinsab eqreb tas-Sirja, minn fejn qed jaħarbu dejjem aktar refuġjati.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Attakk mill-ajru fuq port ta’ Bengażi IL-LIBJA
Ajruplan tal-gwerra attakka port fl-inħawi ta’ Bengażi, bħala parti mill-battalja li qed imexxu l-qawwiet leali għall-eksĠeneral Libjan, Khalifa Haftar, kontra l-milizzji Iżlamiċi fizzona. L-attakk kien intiż ukoll biex dawn il-qawwiet jippersistu bilbattalja mal-elementi Iżlamiċi fil-qalba proprja ta’ din il-belt ewlenija, li tinsab lejn il-Lvant tal-Libja. Osservaturi fiz-zoni qalu li
raw l-ajruplan jispara diversi drabi lejn mira speċifika flinħawi tal-port li ma jinkorporax l-istallazzjonijiet taż-żejt. Intant, ma kienx ċar jekk intlaqtux il-faċilitajiet tal-port, li jipprovdi aċċess ewlieni għallimportazzjonijiet tal-qamħ u lfuel għar-reġjuni Libjani talLvant. Dan waqt li l-Libja għadha f’morsa ta’ anarkija, tliet snin wara li tqaċċat ir-reġim tal-eksdittatur Libjan, Muammar Gaddafi.
Saqer al-Jouroushi, li jmexxi waħda mit-taqsimiet militari ta’ Haftar, qal li l-Majlis al-Shura – ‘umbrella group’ ta’ ġellieda Iżlamiċi - kien qed juża l-port inkwistjoni biex idaħħal ilprovvisti u l-armamenti. Jouroushi, li t-taqsima tiegħu tikkontrolla numru ta’ ajruplani tal-qawwiet Libjani, qal li ‘huma wissew lill-manager tal-port li ma kellhomx iħallu l-vapuri jużaw dan il-port biex jipprovdu lill-Majlis al-Shura bl-armi’.
Hu kompla li l-ajruplan involut fl-azzjoni fuq il-port ta’ Bengażi ried iwassal messaġġ finali u ma laqatx il-moll bi ħsieb. Intant, il-qawwiet leali għall-eks-Ġeneral Haftar – protagonist fil-ġlieda kontra l-militanti Iżlamiċi – insistew li ma jaħsbuhiex darbtejn biex jimmiraw direttament għal kwalunkwe vapur li jipprova jniżżel l-armi f’dan il-port. Sal-lum, il-konfronti armati bejn il-qawwiet ta’ Haftar u l-
13
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
milizzji Iżlamiċi kienu limitati laktar għas-subborgi ta’ Bengażi. Madankollu, Jouroushi sostna li huma jinsabu fi stat ta’ gwerra u li l-grupp militanti Ansar alSharia u l-alleati tiegħu qed jużaw il-port inkwistjoni biex iwasslu l-armi initiżi li jintużaw kontra t-truppi leali lejn Haftar. L-Istati Uniti takkuża lil Ansar al-Sharia dwar l-attakk li seħħ fl2012 fuq il-konsolat Amerikan ta’ Bengażi fejn kien inqatel lAmbaxxatur Chris Stevens.
IL-MEDDA TA’ GAŻA: Grupp ta’ Palestinjani jidhru bilqiegħda madwar nar qrib diversi djar meqruda fl-inħawi ta’ Al-Shejaeiya, lejn il-Lvant mill-belt ta’ Gaża. Din il-ġimgħa, fl-Eġittu, bdew in-negozjati indiretti bejn Iżrael u l-Palestinjani dwar ftehim għal waqfien mill-ġlied fit-tul. Il-ħidma qed issir qabel jiskadi l-ftehim effettiv għal xahar li kien ikkonkluda ħamsin jum ta’ battalji kontinwi bejn il-qawwiet Iżraeljani u l-militanti Iżlamiċi f’Gaża (ritratt: EPA)
Zona ta’ kwarantina akbar minħabba l-Ebola SIERRA LEONE
Il-President ta’ Sierra Leone, Ernest Bai Koroma, kabbar izzona tal-kwarantina bl-iskop li jrażżan il-firxa tal-Ebola u issa din iz-zona qed tinkludi malmiljun persuna addizzjonali. Skont l-aħħar miżuri, kellhom jingħalqu minnufih laċċessi għad-distrett ta’ Port Loko, lejn it-Tramuntana, u għad-distretti ta’ Bombali u Moyamba, li jinsabu finNofsinhar tal-pajjiż. Mietu madwar 600 persuna
kaġun tal-virus tal-Ebola fi Sierra Leone, u żewġ distretti oħra tal-pajjiż ilhom iżolati mill-bidu ta’ Awwissu. Intant, qed jittieħdu miżuri ġodda wara li Sierra Leone osservat diġà tlett ijiem ta’ emerġenza li matulhom iċ-ċittadini tagħha kienu pprojbiti milli jitilqu mill-pajjiż. Dan l-istat ta’ emerġenza ntemm fil-lejl tal-Ħadd, blaħħar statistika talOrganizzazzjoni Dinjija tas-
Saħħa (WHO) turi li 2,917-il persuna mietu kaġun tal-epidemija attwali tal-Ebola flAfrika tal-Punent. L-agħar pajjiżi effettwati huma Sierra Leone, il-Liberja u l-Guinea. L-estensjoni tal-kwarantina indefinita tfisser li waqaf ilmoviment ħieles għal aktar minn terz tal-popolazzjoni ta’ Sierra Leone, ikkostitwita minn 6.1 miljun persuna. Sadanittant, l-awtoritajiet qalu li iktar minn miljun famil-
ja kienu suġġetti għal stħarriġ waqt il-‘curfew’ infurzat ta’ tlett ijiem – u kienu żvelati mal130 każ ġdid tal-marda. Fl-istess ħin, hemm l-inkwiet li l-kwarantina u l-għeluq talfruntieri fir-reġjun jistgħu jħallu effetti katastrofiċi għallekonomija ta’ Sierra Leone. Min-naħa tiegħu, il-President Koroma qal li filwaqt li l-pass kien suċċess, kienu anki żvelati l-oqsma li jipprovdu sfidi akbar u li huma r-raġuni għall-
infurzar tal-kwarantina fiz-zoni l-ġodda. Għalissa huma biss il-persuni li qed iwasslu s-servizzi essenzjali li jistgħu jidħlu u jiċċirkolaw fiz-zoni ta’ kwarantina, b’Koromo jirrikonoxxi l-fatt li dan l-istat ta’ iżolament għandu jfisser ‘diffikultajiet kbar’ għarresidenti. Intant, hu għamilha ċara wkoll li l-ħajja umana u leżistenza ta’ Sierra Leone jieħdu prijorità fuq dawn id-diffikultajiet.
www.maltarightnow.com
14
IlĠimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Inkwiet għal Rod Stewart L-ISTATI UNITI
Dilettant tal-mużika ddeċieda li jħarrek lill-kantant Rod Stewart fuq bażi li hu spiċċa bi mnieħru miksur wara li l-kantant kien ixxuttja ballun minn fuq ilpalk waqt kunċert li kien sar sentejn ilu f’Caesar’s Palace, Las Vegas. Stewart, li għandu 69 sena, qed ikun akkużat b’negliġenza wara li xxuttja numru ta’ blalen għal ġol-folla li kienet preżenti għallkunċert partikulari. B’konsegwenza ta’ dan l-aġir, Mostafa Kashe, residenti f’California, ippreżenta l-akkuża kontra r-‘rock star’ u qed jgħid li ballun minnhom kien laqtu direttament f’wiċċu, bir-riżultat li hu sofra l-isfreġju fi mnieħru. Kashe qed jitlob li l-kantant Skoċċiż iħallsu l-ekwivalenti ta’ 6,000 lira Sterlina f’danni wara li hu kellu jitlef diversi jiem ta’ xogħol. Is-somma mitluba tkopri wkoll l-ispejjeż legali u t-trattament kosmetiku li għadda minnu Mostafa Kashe. Ir-raġel inkwistjoni, li kien akkumpanjat minn martu waqt ilkunċert, ippreżenta r-rikors fi Clark County, f’Nevada, fejn allega li Rod Stewart kien ixxuttja b’intenzjoni numru ta’ blalen tal-futbol għal ġol-folla li kien hemm quddiemu. L-ilment isostni li ‘Stewart aġixxa b’negliġenza u traskuraġni, u li hu xxuttja l-blalen b’ammont ta’ saħħa u b’mod li setgħu jweġġgħu n-nies preżenti għall-kunċert. Intant, Mostafa Kashe insista li l-kantant kien jaf jew messu kien jaf li, b’azzjonitu, seta’ weġġa’ lin-nies waqt il-kunċert, speċjalment f’każ li huma kellhom jinqabdu għal għarrieda. Ir-rappreżentanti ta’ Rod Stewart mhumiex jikkummentaw.
L-ITALJA: Diversi tipi ta’ elmi u xwabel huma esibiti waqt wirja speċjali fi Stadio di Domiziano, taħt Pjazza Navona. Dan qed isir waqt l-esibizzjoni bit-tema ‘Gladiatores e Agone Sportivo – Armi e Armature dell’Impero Romano’ li se tkompli f’Ruma sat-30 ta’ Marzu li ġej (ritratt: EPA)
Spekulazzjoni dwar Kim Jong-un IL-KOREA TA’ FUQ
Il-fatt li l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un, ilu kważi tliet ġimgħat ma jidher fil-pubbliku qajjem spekulazzjoni ġdida dwar saħħtu u l-istabbiltà tar-reġim Komunista fi Pyongyang. Toshimitsu Shigemura, professur fl-Università ta’ Waseda, li hi bbażata f’Tokjo, filĠappun, qal li ħarġu ħafna rapporti li s-saħħa ta’ Kim marret lura. Hu sinifikanti wkoll filmat meħud minn video li juri lil Kim Jong-un qed izappap waqt avveniment li kien sar f’Lulju,
u aktar kmieni dan ix-xahar hu reġa’ deher qed jimxi b’diffikultà. Ir-ritratti ta’ Kim li ħarġet listampa tal-Korea ta’ Fuq jindikaw li hu żied sewwa filpiż mindu assuma l-poter wara l-mewt ta’ missieru, Kim Jongil, f’Diċembru tal-2011. Ingħataw diversi raġunijiet għal dan, fosthom l-istress talkariga tiegħu, minbarra l-fatt li Kim hu dilettant kbir tal-ikel fin, b’mod partikulari l-ġobon. Intant, il-Professur Shigemura jgħid li t-taqbida
għall-poter li għaddejja fost ilmembri tal-militar Komunista Korean tista’ tkun raġuni oħra għaliex Kim Jong-un jista’ jkun li mhux daqstant ħerqan li jidher fil-pubbliku. Dan jista’ jfisser li s-sitwazzjoni fi Pyongyang għadha instabbli. Lanqas mhi eskluża l-possibbiltà li ġara xi inċident. Is-sena l-oħra kien hemm rapporti li Kim spiċċa mira ta’ attentat minn Uffiċjali talArmata li kienu urtati għalih. Fix-xhur ta’ wara mbagħad, kienu eliminati numru ta’ mem-
bri ewlenin tar-reġim waqt li Kim ipprova jikkonsolida lpoter fi Pyongyang. Sadanittant, il-Korea t’Isfel u l-Gvernijiet madwar ir-reġjun qed isegwu l-iżviluppi b’attenzjoni, u fost affarijiet oħrajn, kellhom jaraw jekk Kim Jongun kellux jieħu sehem f’sessjoni speċjali tal-Parlament Komunista li kellha ssir ilbieraħ. Dan waqt li l-osservaturi inkwistjoni se jkomplu jistudjaw ‘il-movimenti fiżiċi’ ta’ Kim biex jiffurmaw evalwazzjoni konkreta dwar saħħtu.
L-AFRIKA T’ISFEL: Karozza tat-tip Ford Roadster li kienet prodotta fl-1934 u li kienet impurtata mill-Kanada, tlaħħaq veloċità ta’ 72 kilometru fis-siegħa waqt il-Kalahari Desert Speedweek (2014) fl-inħawi ta’ Hakskeenpan (ritratt: EPA)
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
15
1 1. IL-ĠERMANJA: Nies fuq rikba qrib il-Knisja ta’ San Pawl fi Munich, waqt il-181 edizzjoni tal-Oktoberfest
2. IL-MJANMAR: Mickey u Minnie Mouse jippużaw għal ritratt quddiem il-pagoda ta’ Suu Lay f’Yangon. Dan bħala parti mill-pubbliċità għat-tour ta’ Disney ‘Disney Live’ li se jintwera f’dan il-pajjiż Asjatiku
3. IL-BELARUS: Ġlud tal-ilpup waqt wirja internazzjonali tal-kaċċa u ssajd f’Minsk 4. IL-PAKISTAN: Xadina tittawwal mill-gaġġa fiz-zoo ta’ Karachi (ritratti: EPA)
2 3
4
www.maltarightnow.com
16
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
PERSONALITAJIET
ISIMHOM MINQUX FL-ISTORJA (34)
Franġisku ta’ Assisi: Iben negozjant tad-drappijiet li lbiesu saru l-umiltà, il-faqar u s-sempliċità tal-qalb (L-ewwel parti)
Missier San Franġisk ta’ Assisi kien jismu Pietro Bernardone. Kien merkant tad-drappijiet. Fl1182, għamel vjaġġ fi Franza. Meta reġa’ lura Assisi, sab li martu kienet welldet tifel. Sab ukoll li martu kienet semmiet littifel Giovanni, għal San Ġwann Battista. Il-missier ma kienx kuntent b’dan l-isem. Lil ibnu huwa riedu jikber f’merkant bħalu, mhux jaqbad xi triq reliġjuża. Ried ukoll li ibnu jkun jirrifletti l-għożża kbira li huwa kellu għal Franza. Għaldaqstant, il-missier bidel isem ibnu minn Giovanni għal Francesco. F’moħħu kellu li b’hekk, lil ibnu jkun qed isejjaħlu Franċiż. It-tfajjel trabba geddumu fixxgħir. Kiber b’ġibda għannegozju. Kiber ukoll iħobb lil Franza u dak kollu li kien Franċiż – saħansitra l-kanzunetti Franċiżi u l-ħajja avventuruża tal-mużiċisti Franċiżi li kienu jħobbu joqogħdu jiġru malEwropa. F’żgħożitu, imbagħad, twebbel li jsir kavallier u nobbli. Beda jinnamra mal-idea ta’ glorja fil-kamp tal-battalja. Il-bieb lejn din id-direzzjoni nfetaħlu meta Assisi ddikjarat gwerra kontra l-belt ta’ Perugia, għadu antik tagħha. Fil-ġlied li segwa, bosta mittruppi ta’ Assisi spiċċaw meqrudin. Il-ġellieda ta’ Perugia bdew iħallu ħajjin biss, u jżommu bħala priġunieri, ġellieda ta’ Assisi li kienu jafu li ġejjin minn familji għonja. Dan bil-ħsieb li jitolbu somom enormi għarriskatt tagħhom. Kien dan li salva lil Franġisku mill-mewt f’dak l-episodju ta’ ħajtu. Spiċċa marbut fil-ktajjen f’ħabs taħt l-art. Dam xi sena hemmhekk sa ma ra mill-ġdid iddawl tax-xemx. Ħareġ bis-saħħa tal-flus imħallsin minn missieru. Biss, ma damx wisq ma reġa’ lura għall-ħajja ta’ xalar u tbaħrid qabel ma mar għall-ġlied.
Trasformazzjoni Nhar is-16 ta’ April, 1208, Franġisku kien fil-ħanut talfamilja, assorbit fl-organizzazzjoni tal-bejgħ tad-drappijiet. Quddiemu feġġ raġel fqir li talbu l-karità f’isem il-Mulej. Imħabbat kif kien bix-xogħol tan-negozju, Franġisku bagħat lir-raġel ’il barra mingħajr ma tah xejn. Ftit wara li l-fqajjar telaq minn ħdejh, Franġisku ħass il-
Charles Buttigieg kb@erremme.com.mt
kuxjenza tniggżu. Franġisku ammetta miegħu nnifsu li, kieku l-fqajjar talbu lgħajnuna f’isem xi konti jew baruni qawwi, kien jagħtih dak li talbu. “Allura x’messni għamilt meta t-talba kienet f’isem ir-Re tar-Rejiet u l-Mulej ta’ kulħadd?” staqsa lilu nnifsu. Fid-dawl ta’ dan l-inċident, Franġisku ddeċieda li qatt aktar ma kien se jiċħad għajnuna lil xi ħadd li jitolbu jgħinu f’isem ilMulej. Kien pront ifittex lill-fqajjar li kien keċċa minn quddiemu u tah għajnuna ġeneruża. Ftit taż-żmien wara, waqt li Franġisku kien rieqed f’soddtu, deherlu xi ħadd isejjaħlu b’ismu. Kien raġel li mexxieh lejn palazz ta’ sbuħija li ma titfissirx bilkliem, mimli armamenti militari u l-ħitan miksijin b’tarki jleqqu bis-slaleb fuqhom. Franġisku staqsa ta’ min kienu dawk larmamenti u dak il-palazz. Irrisposta kienet, “dawn tiegħek u tal-kavallieri tiegħek.” Meta qam, Franġisku beda jifhem din il-ħolma bħala opportunità biex isir kavallier. Iddeċieda li jixtri l-ħwejjeġ meħtieġa u żiemel biex imur jingħaqad ma’ konti nobbli minn Apulia, ħalli jagħmlu kavallier. Beda jimmaġina li se jsir prinċep famuż. Terraq. Beda triqtu lejn Apulia. Kien dalam meta wasal Spoleto. Għajjien u nofsu rieqed, sema’ leħen jistaqsih fejn kien beħsiebu jmur. Huwa tkellem dwar x’kellu f’moħħu. Il-leħen staqsieh lil min ried jaqdi, jekk hux lis-sid jew lill-qaddej. Huwa wieġeb li ried jaqdi lis-sid. Illeħen staqsieh għaliex, allura, kien qed jabbanduna lis-sid għall-qaddej, u lis-sid għall-klijent. Franġisku wieġeb: “Mulej, xi tridni nagħmel?” Il-leħen qallu biex imur lura biex jagħmel dak li jgħidlu l-Mulej. Franġisku ħass fih grazzja divina li f’daqqa
Pittura tas-seklu sbatax li turi lil dan il-qaddis li għex fil-faqar
F’waħda mil-laqgħat li Franġisku kien ikollu mal-isqof ta’ Assisi, l-isqof qal lil Franġisku li kien jaħseb li ħajtu u l-ħajja ta’ dawk li ngħaqdu miegħu kienet iebsa ħafna minħabba li ma kellhom xejn tagħhom. Franġisku wieġbu fis-sens li kieku kellhom ħwejjeġ tagħhom, kien ikollhom jipproteġuhom. Barra minn hekk, il-ħwejjeġ li jkollu dak li jkun ħafna drabi jtellfuh mill-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu. “Għaldaqstant aħna ma rridu li jkollna xejn tagħna f’din id-dinja”
waħda għamlitu bniedem differenti. Malli sebaħ, qabad it-triq lura lejn daru. Fi triqtu lura, waqaf Foligno, fejn biegħ il-ħwejjeġ għonja li kellu u ż-żiemel, u libes ħwejjeġ sempliċi. Meta kompla sejjer lejn Assisi, mar ħdejn knisja dedikata lil San Damjan. Hemmhekk sab saċerdot jismu Pietru u tah il-flus li kellu biex iżommhom hu. Issaċerdot kien wieħed fqajjar u ma kellux fejn iżomm il-flus.
Għaldaqstant, ma riedx jaċċetta l-inkarigu.
Sema’ leħen Kristu Waqt li Franġisku kien qed jitlob fil-knisja ta’ San Damjan, huwa sema’ leħen Kristu jkellmu minn xbieha tal-kurċifiss. Semgħu jgħidlu biex jibni millġdid il-knisja tiegħu. Il-knisja ta’ San Damjan kellha ħafna ħsara u kienet f’riskju li tiġġarraf. Għaldaqstant, Franġisku ħaseb li
Kristu kien qed isejjaħlu biex jibnilu mill-ġdid dik il-knisja. Huwa ddeċieda li jibqa’ hemm u l-flus li kellu jużahom biex jirranġaha. Wara beda wkoll ibigħ drappijiet min-negozju ta’ missieru u juża l-flus biex ikompli jibni lknisja ta’ San Damjan. Meta missieru induna b’dan, xejn ma ħa gost. għal paġna 17
www.maltarightnow.com
17
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
PERSONALITAJIET
Ħass li barra sejħa biex jgħix fil-faqar, kien imsejjaħ ukoll biex ixandar il-Kelma ta’ Alla Pittura xogħol Caravaggio li turi l-mewt ta’ San Franġisk
minn paġna 16
Beda jħoss li ibnu kien qed jiġġennen. Riedu jagħtih il-flus lura. Il-missier spiċċa biex kaxkar lil Franġisku quddiem lisqof, u quddiem in-nies insista li Franġisku jaċċetta li jroddlu lura l-flus u jċedi d-drittijiet kollha tiegħu bħala werriet ta’ ġidu. L-isqof stieden lil Franġisku biex jagħti lura lil missieru l-flus li kien għad għandu u qallu li Alla jipprovdi. Jidher li dan iddiskors kellu effett immedjat fuq Franġisku. Fil-preżenza talIsqof, Franġisku għadda lil missieru l-flus li kien għad fadallu għandu, flimkien mal-ħwejjeġ li kellu fuqu. Spiċċa għarwien. L-Isqof kien pront jgħattih bilmantell tiegħu. Franġisku qal li issa huwa kien ħieles kompletament. Wara tawh ftit ħwejjeġ fqar u mar lura lejn il-knisja ta’ San Damjan. Ilbiesu saru l-umiltà, ilfaqar, u s-sempliċità tal-qalb. Filberaħ beda jfeġġ ħafi, b’libsa mkittfa u b’ħabel ma qaddu. Missieru ma kienx irid jarah iżjed quddiemu. Madankollu,
Franġisku, akkumpanjat minn raġel xiħ u fqir jismu Alberto, mar jitolbu l-barka tiegħu. Alberto aktarx kien l-ewwel segwaċi li kellu Franġisku qabel ma ngħaqdu miegħu Bernard u Pietru. Bernard kien għani u biegħ kulma kellu meta ngħaqad ma’ Franġisku. Pietru ma kellux ġid materjali. Il-flus bdew jagħtuhom lill-fqar. Bernard u Pietru bdew jilbsu bħal Franġisku. Peress li ma kellhomx fejn joqogħdu, marru jaraw knisja fqajra u kważi abbandunata, li kienet magħrufa bħala l-Knisja ta’ Santa Marija tal-Portiuncula. Hemmhekk bnew post ċkejken biex jgħixu fih flimkien. Wara xi jiem, raġel minn dawk l-inħawi, talab lil Franġisku biex jingħaqad miegħu huwa wkoll. Kien jismu Eġidju. Il-grupp ta’ Franġisku kien beda jifforma ruħu. F’waħda mil-laqgħat li Franġisku kien ikollu mal-isqof ta’ Assisi, l-isqof qal lil Franġisku li kien jaħseb li ħajtu u l-ħajja ta’ dawk li ngħaqdu miegħu kienet iebsa ħafna meta
Fl-1208, Franġisku kien qed jisma’ jinqara passaġġ mill-Vanġelu ta’ San Mattew fejn Ġesὺ jibgħat lill-Appostli għal missjoni f’ismu. Franġisku ħass li barra minn sejħa biex jgħix fil-faqar huwa kien imsejjaħ ukoll biex ixandar il-Kelma ta’ Alla.
jitqies li ma kellhom xejn tagħhom. Franġisku wieġbu fissens li kieku kellhom ħwejjeġ tagħhom, kien ikollhom jipproteġuhom. Barra minn hekk, ilħwejjeġ li jkollu dak li jkun ħafna drabi jtellfuh mill-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu. “Għaldaqstant aħna ma rridu li jkollna xejn tagħna f’din iddinja.” Franġisku kien irid li laħwa tiegħu mhux biss ma jużawx il-flus, iżda lanqas imissuhom. Passaġġ mill-Vanġelu Fl-1208, Franġisku kien qed jisma’ jinqara passaġġ millVanġelu ta’ San Mattew fejn
Ġesù jibgħat lill-Appostli għal missjoni f’ismu. Franġisku ħass li barra minn sejħa biex jgħix filfaqar huwa kien imsejjaħ ukoll biex ixandar il-Kelma ta’ Alla. Minn hemm ’il quddiem, Franġisku beda jipprietka filbliet u l-villaġġi. F’dan l-impenn, beda jinduna li l-iskandli u liżgarraturi kienu qed jagħmlu ħafna ħsara fil-ġewwieni talKnisja. Beda jifhem li meta Kristu talbu, mix-xbieha talkurċifiss fil-knisja ta’ San Damjan, biex jibni mill-ġdid ilKnisja tiegħu, Kristu kien qed jirreferi għall-Knisja bħala poplu, mhux il-knisja tal-ġebel. Meta l-grupp tal-aħwa kiber
għal 12, Franġisku ħass li kellu jfittex li jgħarraf lill-Papa dwarhom u dwar dak li kienu qed jagħmlu, u jikseb l-approvazzjoni tiegħu biex ikomplu fi triqthom. Hekk għamel. Meta Franġisku u sħabu feġġew Ruma bit-tip ta’ lbies fqir tagħhom, sabu lil min idawwar wiċċu minnhom. Iżda f’Ruma, inzerta kien hemm l-isqof ta’ Assisi, li kien jaf sew dwarhom. Huwa tħabat biex jinfetħilhom ilbieb ħalli l-Papa jilqagħhom u jismagħhom. Il-Papa Innoċenz III għall-bidu kellu dubji dwar kemm Franġisku seta’ jibni kongregazzjoni ġdida meta ma kellu assolutament xejn f’idejh. Iżda kellu viżjoni li fiha ra raġel ċkejken bi lbies fqir iżomm wieqfa l-bażilika tal-Lateran li kienet tidher qed taqa’. Dan ġiegħlu jaħseb iżjed fil-fond dwar Franġisku u sħabu, li barra li spjegawlu x’kienu qegħdin u xi xtaqu jkomplu jagħmlu, kienu wegħduh ukoll ubbidjenza. Il-Papa approva rregoli li Franġisku qallu li se jimxu fuqhom u berikhom.
www.maltarightnow.com
19
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
KUMMERĊ
Investiment ta’ 70 miljun ewro
Mis-suq tal-gaming f’pajjiżna u lil hinn minna
Farsons jirrapporta sitt xhur ta’ ħidma konsistenti u qligħ
Il-Grupp Farsons irrapporta titjib marġinali għas-sitt xhur ta’ ħidma li jkopru l-perjodu bejn l1 ta’ Frar u l-31 ta’ Lulju 2014, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Filwaqt li ddħul f’dan il-perjodu din is-sena qabeż il-€41 miljun, il-qligħ wara t-taxxa kien ta’ €3.95 miljun. Dwar il-ħidma tan-negozju tal-Grupp, il-Kap Eżekuttiv talGrupp Farsons Norman Aquilina qal: “Minkejja li qed noperaw f’suq kompetittiv immens, partikularment finnegozju tax-xorb u l-minerali, Farsons kompla jirreġistra prestazzjoni reżiljenti, u rrisponda sew għall-forzi tassuq.” Hu qal ukoll li “filwaqt linnovazzjoni u l-esportazzjoni komplew jagħtu l-kontribut tagħhom lejn dawn ir-riżultati, it-tkabbir tal-esportazzjoni b’mod immirat baqa’ oġġettiv li joffri sfida, partikularment minħabba t-taqlib reċenti firreġjun tal-Afrika ta’ Fuq.” In-negozju tal-‘franchise
food’ kien wieħed sod, filwaqt li t-taqsima tal-importazzjoni talikel tal-Grupp bħalissa għaddejja minn diversi bidliet immirati biex itejbu l-prestazzjoni talGrupp. Meta tkellem dwar il-ħidma għall-futur, Norman Aquilina qal li “t-titjib fl-effiċjenzi fi ħdan il-Grupp li qed jirriżultaw wara li saru investimenti bi pjan flimkien mal-kontroll tal-ispejjeż, l-innovazzjoni ta’ prodotti, u t-tkabbir tal-esportazzjoni se jkunu oqsma li se nkomplu niffukaw fuqhom. Dan nagħmluh skont il-viżjoni strateġika talGrupp.” Bħala investiment, ix-xogħol ta’ bini tal-faċilità moderna għall-ippakkjar tal-birra, li se jiswa €27 miljun, jinsab għaddej skont kif kien ippjanat u mistenni jitlesta sa April 2016. Iċ-Chairman tal-Grupp, Louis A. Farrugia, irrefera għal dak li kienet ħabbret il-kumpanija fis17 ta’ Settembru 2014, meta lbord approva baġit għallkunċett u disinn għall-fażijiet
inizjali tal-użu mill-ġdid talparti ta’ quddiem tal-birrerija flImrieħel, li se tkun magħrufa bħala Farsons Business Park. Ixxogħol fuq dan il-proġett mistenni jitlesta sa Ġunju 2015. “Din hi fażi oħra interessanti ħafna fl-istorja tagħna li tfisser impenn ikbar lejn ir-riorganizzazzjoni tal-istruttura korporattiva tal-Grupp Farsons,” qal Louis A. Farrugia, u żied li lbord se jkun qed jikkunsidra lproposta li joħloq ‘public limited company’ separata għal ‘noncore property’ tal-Grupp. Permezz ta’ din l-istrateġija, qed ikun imbassar li l-valur talazzjonisti se jitjieb. Il-bord tad-diretturi qed jirrakkomanda sehem ta’ nofs issena li jammonta għal €1 miljun. Dan hu simili għal dak tas-sena l-oħra, u ekwivalenti għal €0.0333 kull sehem. Kull sehem se jkun imħallas minn profitti eżenti mit-taxxa, u se jitħallsu fis-17 ta’ Ottubru għal dawk reġistrati bħala azzjonisti fit-3 ta’ Ottubru 2014.
Hu fatt li ħadd ma jista’ jiċħdu li biex kumpanija tibqa’ fuq quddiem bil-prodotti tagħha fis-suq, bilfors trid kontinwament mhux biss taġġorna lilha nnifisha, imma tinvesti. U hemm prinċipalment żewġ tipi ta’ investiment li kumpanija trid tagħmel b’mod kontinwu. Hemm dak fir-riżorsi umani u hemm l-investiment fit-tagħmir u fil-makkinarju. Maltco Lotteries, matul dawn l-għaxar snin li għaddew, imbarkat b’serjetà kbira kemm fit-taħriġ tal-impjegati kif ukoll fl-investiment fit-tagħmir u filmakkinarju li jintuża ta’ kuljum. Għaxar snin ilu meta saret ilprivatizzazzjoni tal-Lottu Pubbliku, prattikament Maltco Lotteries ħtiġilha tibda mix-xejn biex tikkostruwixxi dik li eventwalment saret kumpanija kbira bi storja ta’ suċċess. L-investiment inizjali kien flewwel impjegati tal-kumpanija. Simultanjament beda l-investiment fit-tagħmir u l-makkinarju. Mas-snin, mhux biss żdied lgħadd ta’ impjegati li jaħdmu mal-kumpanija, imma Maltco Lotteries kienet attrezzata blaqwa u l-aħjar makkinarju filqasam tal-‘gaming’. Dan l-investiment kontinwu u regolari wassal biex illum jista’ jingħad li, matul dawn l-għaxar snin, Maltco Lotteries investiet aktar minn 70 miljun ewro. Ilkoll flus li direttament jew indirettament marru fl-ekonomija Maltija. Dwar dan, il-kumpanija hi kburija ħafna u kostantement taħdem fuq fronti oħra ta’ investiment biex hekk tassigura li tibqa’ fuq quddiem nett fl-operat tagħha. Għax żewġ tipi oħra ferm importanti ta’ investiment li lkumpanija tagħmel b’mod regolari huma dawk fl-aġġornament u fit-taħriġ tal-aġenti tagħha mxerrda ma’ Malta u Għawdex. Illum il-ġurnata l-kumpanija għandha 235 ‘point of sale’ u dan ifisser li għadd kbir ta’ familji għandhom l-għajxien tagħhom li direttament jiddependi mis-suċċess ta’ Maltco Lotteries. Minn żmien għal żmien il-
kumpanija torganizza sessjonijiet ta’ taħriġ u aġġornament għal dawn l-aġenti tagħha. Ilkumpanija tinforma lil dawn laġenti bl-aħħar żviluppi f’dan ilqasam u hekk iżżomm kuntatt kontinwu magħhom biex ikunu jistgħu jagħtu l-aqwa u l-aħjar servizz lill-klijenti tagħhom. Barra minn hekk, rappreżentanti tal-kumpanija jżuru regolarment lil dawn l-aġenti biex iżommu rapport tajjeb magħhom ħalli flimkien – l-impjegati talkumpanija u l-aġenti ta’ Maltco Lotteries, permezz tal-aktar tagħmir teknoloġiku modern u sofistikat li jeżisti fil-qasam tal‘gaming’, fosthom is-sistema HORIZON, jitwassal l-aqwa u laħjar servizzi lill-klijenti ta’ Maltco Lotteries. Mhux parti mill-investiment ta’ 70 miljun ewro li Maltco Lotteries għamlet f’dawn laħħar għaxar snin, hemm linvestiment kontinwu fil-marketing tagħha biex hekk jitwassal messaġġ ċar fis-suq lokali. Il-kumpanija taġġorna kontinwament il-kampanji tagħha ta’ marketing b’tim ta’ ħaddiema mill-aktar professjonali li huma impenjati li jwasslu fis-suq ilmessaġġ tal-kumpanija bl-aktar mod frisk kif jirrikjedu ż-żminijiet tal-lum. Minn dan l-operat kollu, bla dubju ta’ xejn li tiggwadanja l-ekonomija ta’ pajjiżna għaliex direttament jew indirettament huma mijiet ta’ persuni li għandhom dħul mill-operat ta’ Maltco Lotteries. Ioannis Katakis, l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta’ Maltco Lotteries, li ilu jippilota lkumpanija mill-bidu tas-snin 2000, hu kburi b’dan l-investiment qawwi li l-kumpanija għamlet matul dawn is-snin u jemmen li Maltco Lotteries tista’ tibqa’ teċċella u tikteb storja ta’ suċċess kemm-il darba tkompli tagħmel aktar investimenti. Prijorità kbira hi t-taħriġ talħaddiema tal-kumpanija kif ukoll tal-aġenti mxerrda ma’ Malta u Għawdex. Fuq kollox, li dawn ikunu attrezzati dejjem blaqwa u l-aħjar tagħmir biex ilklijent jitwassallu l-aqwa u laħjar servizz.
20
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
50 kors jibdew fis-Soċjetà Maltija tal-Arti
Is-Soċjetà Maltija tal-Arti (MSA) qed toffri diversi korsijiet tal-arti fil-programm tagħha għax-xitwa 2014/15. Fost l-innovazzjonijiet hemm il-korsijiet taċ-ċertifikazzjoni MATSEC flArti Viżiva li jwasslu għal ċertifikazzjoni tal-O-Level, il-Livell Intermedju u l-A-Level. Din hija parti mir-ristrutturazzjoni talMSA u għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni pprovduta mill-MSA. Il-kors tal-O-Level jingħata fuq 96 siegħa ta’ kuntatt bejn Ottubru u Mejju, mifruxa fuq żewġ semestri ta’ erba’ xhur kull wieħed, bħal fil-korsijiet l-oħra tal-MSA. L-ewwel semestru jibda f’Ottubru u jispiċċa f’Jannar; it-tieni wieħed jibda fi Frar u jispiċċa f’Mejju. Il-korsijiet tal-Livell Intermedju u l-A-Level fl-arti huma offruti wkoll f’ħames oqsma ta’ suġġetti: Proċessi Kreattivi (48 siegħa), l-Istorja tal-Arti (96 siegħa), il-Figura Umana Nuda (48 siegħa), Modi u Metodi (30 siegħa) u Xogħol riżultat ta’ Osservazzjoni (48 siegħa). L-MSA qed tintroduċi wkoll kors bi preparazzjoni għall-O-Level. Is-Soċjetà Maltija tal-Arti tinsab ħerqana biex tattira studenti interessati fl-arti minn età bikrija. Il-President tas-Soċjetà, Vince Briffa, qal, “Nixtiequ nħajru liżżgħażagħ għall-arti u nagħtuhom l-opportunità li jiskopru t-talenti tagħhom u jiżviluppawhom hawnhekk grazzi għall-programm komprensiv tagħna.” Hu żied li, “l-kreattività
www.maltarightnow.com
MADWARNA
m’għandhiex età. Ċerti tfal żgħar ħafna kapaċi jiżviluppaw għatx għall-arti u kuxjenza estetika u għalhekk ir-rwol tagħna bħala ċentru ta’ eċċellenza fl-arti hu li nrawmuhom u nagħtuhom logħla livell ta’ edukazzjoni possibbli. Għalkemm dawn jistgħu jkunu t-talent ta’ għada, jekk issoċjetà Maltija trid iżżomm irrilevanza tagħha, għandna nfittxuhom u nippermettulhom li jiffjorixxu.”
‘Set-up’ iktar professjonali F’Ottubru, l-MSA se tiftaħ sitt ijiem fil-ġimgħa u tipprovdi madwar 104 sessjonijiet f’50 kors kull ġimgħa filgħodu, waranofsinhar u filgħaxija fil-bini tagħha, Palazzo de La Salle, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Hemm struttura aħjar f’dawn il-korsijiet u l-varjetà rikka offerta tingħaqad malflessibbiltà u l-kwalità s-sena kollha. Minbarra l-korsijiet ta’ ċertifikazzjoni fl-Arti Viżiva, hemm 15-il kors mhux ta’ ċertifikazzjoni f’dan il-qasam, immirati lejn udjenzi u gruppi ta’ etajiet differenti. Barra minn hekk, hemm 22 kors fl-Arti Applikata u seba’ korsijiet fl-Arti talIspettaklu. Il-korsijiet kollha huma mgħallma minn għalliema kwalifikati li għandhom passjoni għas-suġġett tagħhom. Il-korsijiet tal-Arti Viżiva jibdew b’żewġ gruppi ta’ etajiet flArti għat-Tfal (bejn 4 u 6 snin u bejn 7 u 10 snin); tliet korsijiet ta’ Arti għall-Gost - Adulti,
Is-Soċjetà Maltija tal-Arti tinsab ħerqana biex tattira studenti interessati fl-arti minn età bikrija
Studenti Maturi u Tpinġija flApert; Żewġ korsijiet fl-O-Level, żewġ korsijiet bi preparazzjoni għall-O-Level għal dawk minn 11-il sena ’l fuq u ħames korsijiet fil-Fine Arts fil-livell Intermedju u A-Level; Proċessi
Kreattivi, l-Istorja tal-Arti, Figura Umana Nuda, Modi u Metodi, u Xogħol riżultat ta’ Osservazzjoni; tliet korsijiet ta’ Arti Diġitali - Disinn Grafiku Bażiku, Fotografija u Photoshop Bażiku; Arti u l-Wirt Kulturali ta’ Malta; Interior Design u
Dekorazzjoni Bażika; Arti bilFjuri; Arti tal-Manga; Esperjenza fit-Tafal; u Skultura fl-Injam. Il-korsijiet tal-Arti Applikata jkopru Bukketti tal-Għarusa; Dekorazzjoni tal-Kejkijiet; Krafts fid-Dar; Bini ta’ Presepji; Kroxè; Cross stitch; Cut Work; Rakkmu; Rakkmu bid-Deheb; Ganutell; Induratura; Hansa; Hardanger; Knitting; Bizzilla; Make-Up għat-Teatru; Monasteru; Parċmina; Patchwork; Soft Furnishing u Ħjata. Il-korsijiet tal-Arti talIspettaklu jinkorporaw Kitarra (tal-elettriku, akustika u klassika); Pjanu; Vjolin; Vuċi u Teorija tal-Mużika. L-MSA hi akkreditata malLondon College of Music Examinations, bord internazzjonali tal-eżamijiet li joffri kwalifiki ta’ gradi u diplomi fil-mużika, fid-drama u fil-komunikazzjoni, li jsiru f’netwerk kbir ta’ ċentri ta’ eżamijiet madwar id-dinja kollha, inkluż f’Malta, li l-MSA ilha tirrappreżentah fedelment għal dawn l-aħħar 80 sena. Min jixtieq jara l-lista kompluta tal-korsijiet bit-tariffi, il-ġranet u l-ħinijiet u l-formola tal-applikazzjoni għandu jmur fuq www.artsmalta.org, jew iċempel 21244339/21244400.
www.maltarightnow.com
FESTI
Qalb Żagħżugħa, Festi Inklussivi
21
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
Hermann Micallef
Il-festi fl-irħula Maltin jibqgħu wieħed mill-aktar avvenimenti importanti fil-komunità għal diversi raġunijiet, mhux biss reliġjużi. Il-festa toħloq opportunità biex wieħed jiltaqa’, jitkellem, jargumenta, jifraħ, jiċċelebra, jikkontempla u jitlob. Il-festa hi essenzjalment esperjenza komunitarja fil-veru sens tal-kelma. Numru ta’ żgħażagħ millImqabba fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V talImqabba qed iwettqu proġett bittema ‘Qalb Żagħżugħa, Festi Inklussivi’ dwar iż-żgħażagħ u jekk dawn għadhomx interessati jew involuti fil-festi fl-irħula. Interessanti l-fatt li ż-żgħażagħ li żviluppaw dan il-proġett huma membri ta’ soċjetà li ilha teżisti għal madwar mitt sena – soċjetà li hi mogħnija b’narrattivi u tradizzjonijiet kulturali. Andrew Azzopardi, Senior Lecturer fi ħdan id-Dipartiment dwar l-Istudji fuq iż-Żgħażagħ u l-Komunità, tqabbad mis-Soċjetà bħala konsulent għar-riċerka u ħejja rapport dwar kwestjonarju li ġie ċċirkolat maż-żgħażagħ fuq l-internet u permezz tal-media soċjali. Hu fisser li minn analiżi li saret fuq dan il-kwestjonarju (li wieġbu għalih 532 żagħżugħ u żagħżugħa) jirriżulta li l-festi għadhom popolari ħafna, anki maż-żgħażagħ.
żgħażagħ. Hu qal li hemm ukoll il-fatt li l-festi jipproduċu ħafna opportunitajiet ta’ artiġjanat, ta’ snajja’ u ta’ mużika. Għaldaqstant, jekk is-soċjetajiet mużikali mhumiex se jkunu megħjuna sabiex ikomplu jipprovdu servizzi u taħriġ,
Kuntrarju għal dak li hu maħsub, il-festi għadhom b’saħħithom u ż-żgħażagħ għadhom qed jipparteċipaw mhux biss fil-ġranet ta’ tħejjija u f’jum il-festa, imma wkoll hemm ħafna involviment minnhom f’ħafna fażijiet matul is-sena. Iżda jekk mhux se noqogħdu attenti, sostna Andrew Azzopardi, u jekk min hu konċernat, bħall-Knisja kif ukoll l-istat, mhux se jinvestu ftit attenzjoni fuq il-festi, partikularment fl-involviment tażżgħażagħ, hemm ċans li jkun hemm nuqqas ta’ żgħażagħ. Jidher ċar li ż-żgħażagħ involuti huma dawk li ġejjin minn familji diġà involuti jew kienu involuti fil-festi u allura jħobbu l-festi. Jekk jintilef dan l-involviment, sostna Andrew Azzopardi, allura hemm iċ-ċans li jintilfu ż-
hemm ukoll iċ-ċans li jintilef linteress ta’ dawn iż-żgħażagħ. Skont Andrew Azzopardi, ilfesti għadhom b’saħħithom u għadhom rilevanti għażżgħażagħ. Interessanti l-fatt li żżgħażagħ jattendu l-festi, mhux biss biex jissoċjalizzaw, imma wkoll għad-devozzjoni li huma għandhom lejn il-qaddis patrun ta’ raħal twelidhom u lejn ilpassjoni li għandhom lejn ilKnisja u lejn l-aspett ta’ kult u reliġjon. Mil-lat antropoloġiku, il-festi mhux biss għandhom rabta marreliġjon u l-fidi, iżda jagħtu identità u huma inklussivi, tant hu hekk li 90 fil-mija jħossu li huma inklużi fl-għaqda rispettiva tagħhom. Madankollu, jeħtieġ li ssir iżjed riċerka biex ikun stabbilit għaliex iż-żgħażagħ b’diżabbiltà
Interessanti l-fatt li ż-żgħażagħ li żviluppaw dan il-proġett huma membri ta’ soċjetà li ilha teżisti għal madwar mitt sena
Il-festi jipproduċu ħafna opportunitajiet ta’ artiġjanat, ta’ snajja’ u ta’ mużika
u persuni oħrajn li ġejjin minn diversi kulturi, mhumiex involuti biżżejjed. Fost il-konklużjonijiet fl-analiżi tiegħu, Andrew Azzopardi staqsa jekk din hix kwistjoni ta’ aċċessibbiltà fiżika jew possibbilment ta’ xi forom oħra ta’ esklużjoni. Jirriżulta wkoll li l-passjoni għall-festa qed tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra. Ilmigrazzjoni tan-nies lejn irħula oħrajn, s’issa mhix qed tħalli xi impatt għax iż-żgħażagħ imwielda u mrobbija f’dak ir-raħal partikulari jħossu li huma parti minnu. Barra minn hekk, għal xi raġuni jew oħra, il-festa għadha assoċjata wisq mal-klassi talħaddiema jew dawk li jaħdmu fis-snajja’ milli ma’ dik professjonali. Dan il-ġurnal tkellem ukoll ma’ Chris Schembri Baldacchino, koordinatur talproġett u membru fi ħdan isSoċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba. Hu fisser li wara li sar l-istudju dwar il-festi u ż-żgħażagħ, u wara li sar stħarrig fost iż-żgħażagħ permezz talmedia soċjali, il-pass li jmiss hu biex il-proġett ikun implimentat. Dan se jsir permezz ta’ numru ta’ seminars li jibdew minn nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru u jkomplu nhar l-4 ta’ Ottubru u fil-11 ta’ Ottubru. Dawn imbagħad se jwasslu għall-konferenza naz-
zjonali fit-18 ta’ Ottubru u li matulha se jieħdu sehem diversi opinjonisti, esperti, politiċi u rappreżentanti mill-Arċidjoċesi ta’ Malta u minn għaqdiet tal-festi. Hu ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jirreġistraw għal dawn l-attivitajiet li matulhom se jkunu diskus-
si diversi temi, fosthom dwar x’jimmotiva liż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom fl-għaqdiet talfesti, x’inhuma dawk l-affarijiet li jxekkluhom u x’inhuma lbenefiċċji li wieħed igawdi meta jagħtu sehemhom f’għaqda talfesta.
www.maltarightnow.com
24
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
AVVIŻI PN
Il-Kelliema Ewlenin tal-PN Simon Busuttil simon.busuttil@teampn.org
Kap tal-Oppożizzjoni
Mario de Marco mario.demarco@teampn.org
Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar
Chris Said chris.said@teampn.org
Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista
Beppe Fenech Adami Kelliem għall-Ġustizzja beppe.fenechadami@teampn.org Ċensu Galea ċensu.galea@teampn.org David Agius david.agius@teampn.org
Fredrick Azzopardi fredrick.azzopardi@teampn.org
Deputat Speaker u Kelliem għall-Agrikultura u s-Sajd
Whip tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall-Gvern Lokali
Deputat Whip u Kelliem għas-Servizzi tas-Saħħa u l-Edukazzjoni f’Għawdex
Giovanna Debono Kelliema għal Għawdex giovanna.debono@teampn.org George Pullicino george.pullicino@teampn.org
Kelliem għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma
Joe Cassar joe.cassar@teampn.org
Kelliem dwar l-Edukazzjoni
Tonio Fenech tonio.fenech@teampn.org
Jason Azzopardi jason.azzopardi@teampn.org Francis Zammit Dimech francis.zammitdimech @teampn.org
Kelliem għall-Finanzi
Kelliem għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Kelliem għall-Kultura u l-Komunikazzjoni
Carm Mifsud Bonnici Kelliem għall-Affarijiet Barranin carm.mifsudbonnici@teampn.org
Clyde Puli clyde.puli@teampn.org
Kelliem għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali
Robert Arrigo robert.arrigo@teampn.org
Kelliem għat-Turiżmu
Stephen Spiteri stephen.spiteri@teampn.org
Kelliem għall-Impjiegi u l-Persuni b’Diżabbiltà
Mario Galea mario.galea@teampn.org
Kelliem għall-Anzjani
Charlò Bonnici charlo.bonnici@teampn.org
Kelliem għall-Iżvilupp Soċjali, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima
Michael Gonzi michael.gonzi@teampn.org
Kelliem għad-Drittijiet tal-Annimali
Antoine Borg antoine.borg@teampn.org
Kelliem għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej
Toni Bezzina toni.bezzina@teampn.org
Kelliem għat-Trasport u l-Infrastruttura
Claudette Buttigieg Kelliema għad-Djalogu Soċjali claudette.buttigieg@teampn.org u l-Libertajiet Ċivili Ryan Callus ryan.callus@teampn.org
Robert Cutajar robert.cutajar@teampn.org Kristy Debono kristy.debono@teampn.org
Albert Fenech albert.fenech@teampn.org
Claudio Grech claudio.grech@teampn.org
Kelliem għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Kelliem għaż-Żgħażagħ u l-Isport
Kelliema għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku
Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Kelliem għas-Saħħa
Paula Mifsud Bonnici Kelliema għall-Kompetizzjoni paula.mifsudbonnici@teampn.org u d-Drittijiet tal-Konsumatur
Marthese Portelli Kelliema għall-Affarijiet Ewropej marthese.portelli@teampn.org
SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 79990757. ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634. AVVIŻI SOĊJALI
IS-SIĠĠIEWI. Il-Kumitat Sezzjonali PN Siġġiewi se jorganizza Ikla fil-Każin tal-Partit b’risq il-proġett tal-binja tal-
Każin, illum il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru fit-8 p.m. Prezz 10 ewro. Għal aktar informazzjoni jew biljetti ċemplu 79461207.
BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza attività soċjali fil-Każin tal-Partit, għada s-Sibt, 27 ta’ Settembru fis-6:30pm fejn se jkun hemm Wine & Pizza u tombla. Il-prezz hu ta’ 5 ewro. Trasport provdut. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79914618 jew ikkuntattjaw lil xi membru tal-kumitat.
ROBERT ARRIGO. IlĦbieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw Coffee Morning f’Villa Arrigo, in-Naxxar nhar it-Tlieta 30 ta’ Settembru fid-
9:30 a.m. Prezz 4 ewro. Għallbookings ċemplu 23285000.
ĦAL LIJA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Lija se jorganizza majjalata fil-Każin talPartit, nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru fit-8 p.m. Prezz għallkbar 15-il ewro, tfal 8 ewro. Tingħata tazza nbid jew soft drink b’xejn. Għall-biljetti ċemplu 79702630, 79870307 jew 99461892. ĦAL TARXIEN. Il-Kumitat Sezzjonali ta’ Ħal Tarxien se jorganizzaw Wine & Pizza Evening nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru fil-Każin tal-Partit fis-7 p.m. Prezz 8 ewro. Għall-booking ċemplu 99809694 jew 79261153.
www.maltarightnow.com
25
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
SKEDA NET TV
Big Time
‘Big Time’, programm ġdid li se jixxandar mit-Tnejn salĦamis fl-4 p.m. fuq NET Television. Waqt ‘Big Time’ se taraw l-iktar affarijiet interessanti li jkunu qed jiġru madwarna, laktar aħbarijiet kurjużi, l-aħħar moda, it-‘trends’ l-aktar reċenti, sport, saħħa, u ħafna affarijiet interessanti oħra. Matul il-programm se naraw żewġ personalitajiet li għalkemm mhumiex ġodda f’dan is-settur, se tkun l-ewwel darba għalihom li se jkunu qed imexxu programm flimkien. Maxine Pace u Francesca Zarb se jkunu qed imexxu dan il-programm li huma jiddeskrivuh bħala interessanti u innovattiv. Lil Maxine Pace nafuha l-aktar bħala kantanta li minbarra ssuċċess li għamlet f’pajjiżna, kellha wkoll diversi opportunitajiet barra minn xtutna. Maxine kienet minn tal-ewwel nett li pparteċipaw bħala mistiedna, flimkien mal-grupp Pappop, filprogramm ‘Ti Lascio Una Canzone’ fuq Rai Uno fit-Teatru Ariston, f’Sanremo. Mal-istess grupp, Maxine dehret ukoll waqt il-programm ‘Io Canto’ fuq Canale 5. Maxine rrappreżentat lil Malta fl-Istati Uniti u rebħet diversi unuri. Lura f’pajjiżna hi pparteċipat darbtejn fil-Malta Junior Eurovision Song Contest. Issa jmiss pass ieħor għaliha bil-pro-
gramm ‘Big Time’ u din id-darba se narawha bħala preżentatriċi. Francesca Zarb hi wiċċ familjari mat-telespettaturi ta’ NET Television. Sa Ġunju ta’ din issena lil Francesca rajnieha tippreżenta l-programm ‘Teeny Break’ u fil-passat ukoll fuq listazzjon nazzjonali bi programmi oħra. Francesca hi studenta fil-kors tal-liġi u għandha għal qalbha ħafna l-ivvjaġġar. Kellha wkoll l-opportunità li tippreżenta diversi avvenimenti importanti fosthom il-Malta Junior Eurovision. Għal Francesca, programm fuq it-televiżjoni mhux esperjenza ġdida, u għalhekk permezz tal-programm ‘Big Time’, filwaqt li se tkun qed tallegra lil dawk kollha li se jkunu qed jarawh, se tkompli żżid lesperjenza tagħha f’dan ilqasam. Il-produzzjoni ta’ ‘Big Time’ hi f’idejn Mark Azzopardi, wiċċ familjari ħafna mat-telespettaturi Maltin u Għawdxin grazzi għal programmi bħal ‘Netube’, ‘NetWorks’, ‘Indifest’ u ‘Aqtagħha’. Mark jiddeskrivi dan il-programm bħala sfida għalih ukoll minħabba li f’dawn l-aħħar snin dejjem ipproduċa programmi li kien jippreżenta hu stess, iżda konvint li bil-bravura u l-enerġija ta’ Maxine u Francesca, din se tkun avventura sabiħa u t-telespettaturi se jkollhom prodott li se jogħġobhom.
Il-preżentaturi Elaine u Ian magħruf bħala JAnvil
Il-preżentaturi ta’ ‘Big Time’, Maxine Pace u Francesca Zarb
Eli and I
Li nqumu filgħodu b’burdata pożittiva u b’enerġija li nibdew il-ġurnata tajba minkejja l-isfidi kollha li jistgħu jinqalgħu, torbot fiha l-qofol talkunċett kollu tal-programm ‘Eli and I’. Din is-sena, issiparju tal-iskeda ta’ NET Television se jinfetaħ għal darb’oħra minn Elaine, iżda din id-darba fil-kumpanija ta’ Ian, li ma’ ħafna hu magħruf aħjar bħala JAnvil. Id-deċiżjoni li Eli u Ian jaħdmu flimkien ma kienet xejn diffiċli, minħabba l-fatt li, apparti li huma ħbieb kbar, issintonija ta’ bejniethom hija b’saħħitha ħafna. Għalkemm dan il-programm huwa ta’ stil li jaqa’ taħt ‘magazine’, se jkun kollox minbarra dak li filħajja ta’ kuljum jissejjaħ tassoltu. Se jkun hemm irkejjen għal kulħadd, bħal saħħa, liġi, sbuħija, kulturi differenti, reliġjonijiet, każijiet soċjali u mistednin minn kull qasam li joffru kontribut siewi fis-soċjetà tagħna. Naturalment ma
tonqosx il-kċina b’għaxar koki differenti! Din is-sena, Eli u Ian ħasbu wkoll f’rokna li tant hi għal qalbhom. Rokna ta’ għaxar minuti fil-ġimgħa li se tlaqqagħna ma’ anzjani li għandhom talenti inkredibbli u snajja’ li forsi ntesew. Li jagħtu importanza lil dawk in-nies li offrew ħafna u qishom m’għadhomx ta’ servizz, kienet ta’ relevenza kbira kemm għal Eli u anke għal Ian. Nhar ta’ Ġimgħa qed jistiednu lit-telespettaturi biex jingħaqdu magħhom fl-istudio fejn se jkunu parti integrali mill-programm. L-iskop hu wieħed, ta’ logħob flimkien u rigali kbar... dak il-ħin stess! U fl-aħħar ġimgħa ta’ kull xahar, Eli u Ian se jwasslulkom programm speċjali minn Sqallija, fejn se naraw lilna l-Maltin, nikkompetu ġo kċina, b’mod amikevoli, kontra l-Isqallin. Eli u Ian ikunu magħkom mit-Tnejn 29 ta’ Settembru, mid-9:30 a.m. sa nofsinhar.
www.maltarightnow.com
26
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il
KLASSIFIKATI
pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983.
Limiti tar-Rabat ŻEWĠ tomniet art bil-veduta tal-baħar u tal-kampanja. Ċemplu 99428000.
Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. Ta’ Sannat, Għawdex €5,000 skont u żewġ passaġġi b’xejn fuq kull bejgħ ta’ penthouses, maisonettes, flats u plots. Ċemplu 79891819. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. AVVIŻI
Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew
99472570. Servizz fil-pront. Tiswijiet TA’ magni tal-ħjata. Għal service u tiswijiet fil-pront. Ċemplu 99422268 jew 21416705. JINĦTIEĠU Xufiera BIL-liċenzja tal-minibuses 16 seater. Importanti li min japplika jkun jitkellem bl-Ingliż. Ċemplu 21580688/9 jew 99499803. VETTURI BMW 320 DIESEL tal-2009, mileage 73,000, 184bhp model, full extras, kundizzjoni perfetta, dejjem iggaraxxjata. Ċemplu 99928362.
www.maltarightnow.com
SPORT
Mellieħa jżommu l-quċċata b’wirja mill-aqwa FUTSAL
Kummentaturi tar-RAI għal seminar f’Ottubru Tonio Portughese jippreżenta ċekk lil Charles Camenzuli
Il-PBS u l-Għaqda Ġurnalisti Sports se jorganizzaw Seminar Nazzjonali bl-isem “The Development of Sport Services on Television”, bil-kollaborazzjoni ta’ RAI, radiotelevisiva Italiana. Għas-seminar li se jsir it-Tnejn 6 u t-Tlieta 7 ta’ Ottubru se jinġiebu żewġ ġurnalisti u kummentaturi tal-futbol ta’ RAI Sport, Gianfranco Coppola u Stefano Mattei. It-tnejn kontributuri regolari fil-programmi Stadio Sprint, Dribbling, Domenica Sportiva u 90’ Minuto. Fost il-kelliema tas-Seminar se jkun hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Awtoritaà taxXandir Pierre Cassar kif ukoll isSegretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo. Il-Kap Eżekuttiv tal-PBS
Tonio Portughese qal li laqa’ din l-inizjattiva mill-ewwel u immedjatament bdew il-kuntatti mill-PBS sabiex ir-RAI jibgħat żewġ kelliema għas-seminar. Għal dan il-għan ġie ippreżentat ċekk bħala għajnuna mill-PBS lill-Għaqda Ġurnalisti Sports. Charles Camenzuli President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qal li dan żgur se jkun ta’ benefiċċju għall-kontributuri lokali speċjalment dawk li jikkumentaw avvenimenti sportivi diretti. Huwa irringrazzja liċ-Chairman Tonio Portughese, lill-Kap Eżekuttiv Anton Attard u lillManager Sport tal-PBS Peter Cossai tal-koperazzjoni tagħhom. L-appikazzjonijiet għas-seminar jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.maltasportsjournalists.com.
Fi tmiem il-ġimgħa ntemm ilKampjonat tad-Dinja tadDilettanti tal-Golf fejn kien kif mistenni kien it-tim Amerikan li żamm it-trofew Eisenhower b’aggregate ta’ –38 quddiem ilKanada. Din kienet il-15-il darba li l-Amerikani rebħu dan it-titlu. It-tim Malti kien kompost minn Daniel Holland, Andy Borg u JJ Micallef u temm fil-50 post fost 67 tim parteċipant b’punteġġ ta’ +24. Ir-riżultat jirrifletti t-titjib li sar fit-tim Malti li avanza 15-il post sa mill-ewwel parteċipazzjoni tiegħu f’dawn il-kampjonati sentejn ilu fit-Turkija kif ukoll kellu punteġġ ta’ 44 strokes aħjar. Barra dan waqt li fl-2012 il-punteġġ ta’ Malta kien ta’ 92 strokes wara l-Istati Uniti, din is-sena dan niżel għal 62 taħt l-istess tim rebbieħ li jfisser titjib ta’ 30 stroke. Matul kull jum ta’ kompetizzjoni kienu l-aħjar żewġ pun-
teġġi minn tlieta li kienu jgħoddu għall-klassifika u Andy kien l-ewwel Malti fl-azzjoni matul l-erbat’ijiem tal-Kampjonat. Fl-erba’ Andy kellu 7 birdies, 49 par, 14 bogey u żewġ double bogeys għal punteġġ overall ta’ +11. Il-punteġġ ta’ +1 li kiseb flewwel round kien segwit minn +4, +2 u +4. Finalment spiċċa fil-132 post minn fost 200 plejer. JJ u Daniel it-tnejn lagħbu +20 fit-turnament biex spiċċaw it-tnejn fil-153 post fil-klassifika individwali. Il-prestazzjoni tagħhom matul l-erbat’ijiem kienet waħda simili hekk kif alternaw il-pożizzjoni bejniethom. JJ kellu +3, +4, +8 u +5 u kienu jinkludu 5 birdies, 44 par, 21 bogeys u żewġ doubles bogeys waqt li Danny kellu +6, +2, +3 u +9 li kien fihom 5 birdies, 46 par, 17-il bogey u erbgħa double bogey.
Mellieħa.........................8 Mqabba..........................1 B’sittax-il gowl f’żewġ partiti, Mellieħa baqgħu waħedhom f’ras il-klassifika fil-kampjonat lokali tal-Fustal wara li għelbu lil Mqabba bl-iskor kbir ta’ 8-1. Għal darb’oħra l-eroj reġa’ kien Nikolay Filipov b’ ħames gowls mat-tlieta li skurja lġimgħa l-oħra u b’hekk jinsab waħdu fil-quċċata tal-klassifika tal-aqwa skorers tal-Ewwel Diviżjoni. It-tliet gowls l-oħra ta’ Mellieħa kontra Mqabba waslu minn doppjetta ta’ Radoslav Kovachev u gowl ta’ Craig Pickard. L-uniku gowl ta’ Mqabba skorjah Thomas Consoli. Naxxar Lions..................7 Siġġiewi.........................2
Minkejja li bdew b’gowl minn taħt, Naxxar Lions wettqu rimonta u rebħu kontra Siġġiewi. Huma dawru r-riżultat għal 4-2 minn fuq fl-ewwel taqsima. Wara l-ewwel taqsima Naxxar ħadu lkontroll assolut tal-partita u llogħba intemmet 7-2 għal-Lions. Għal Siġġiewi skurjaw Simon Gingell Littlejohn u Matthew Debono. Il-gowls ta’ Naxxar waslu
minn doppjetta ta’ Khail Drago, awtogowl ta’ Steve Gingell Littlejohn u gowls ta’ Daniel Brincat, Ryan Mifsud, Christopher Wismayer u Andrew Catania.
Mdina Knights................1 Luqa St. Andrew’s..........3 Wara d-debutt pożittiv tagħhom kontra Mqabba, Mdina Knights sabuha bi tqila biex għelbu lil Luqa St. Andrew’s. Luqa fetħu l-iskor permezz talcaptain Isaac Delmar. Fit-tieni taqsima Edward Falzon irdoppja l-iskor għal Luqa u 10 minuti wara l-captain ta’ Mdina John Micallef naqqashom għal 2-1. Ftit minuti wara Keith Mifsud għamel liskor finali 3-1, b’rebħa għal Luqa. Tard ilbieraħ filgħaxija. B’Bugia lagħbu kontra Msida, filwaqt li Siġġiewi reġgħu lagħbu, din id-darba kontra Lija Athletic.
F’taqtiegħa interessanti, Sirens u Qrendi ħadu punt kull wieħed fi draw 4-4. Kienu Sirens li fetħu l-iskor wara biss minuta, filwaqt li Qrendi dejjem baqgħu iwettqu reazzjoni u jġibu d-draw. Għal Qrendi skurjaw doppjetta Antonello Brincat u Maxime Landais waqt li għal Sirens James Tabone kellu tripletta blaħħar gowl ikun skurjat minn penalty. Il-gowl l-ieħor skurjah Etienne Bonnici.
Riżultati YFA KO U/15 Rd Kwal II Leg Sta Lucia v Mġarr Mtarfa v Marsaskala Żejtun v Cottonera Lija-Iklin v Għaxaq Mellieħa v Msida U/17 Rd Kwal II Leg Gżira v Mellieħa Dingli v Sirens Siġġiewi v Msida Għaxaq v Marsa Rabat v B’Bugia Attard v Fgura Utd
Qrendi.............................4 Sirens..............................4
It-tim Malti jtemm fil-50 post fil-Ġappun GOLF
27
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
Daniel Holland, Andy Borg u JJ Micallef li ffurmaw it-tim Malti fil-Ġappun
Ta’ min jirrimarka li l-50 post miksub mit-tim Malti kien aħjar min dak miksub minn pajjiżi bħar-Russja, s-Serbja l-Greċja u t-Turkija. Barra dan Malta kient l-uniku pajjiż minn fost l-Istati
ż-Żgħar tal-Ewropa li ħa sehem f’dan il-kampjonat. Il-parteċipazzjoni Maltija iżda kienet possibli bl-għajnuna ta’ Nick Borg li kien ukoll it-tim manager. It-tim kien ukoll mgħe-
2-3 8-0 1-3 2-0 2-1 0-2 4-1 0-1 0-2 7-0 2-0
jun mill-Kunsill Malti għallIsport, l-Kumitat Olimpiku Malti, Bortex u Glenmuir. L-edizzjonijiet li jmiss se jsiru fil-Messiku fl-2016 u fl-Irlanda fl-2018.
28
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
Liverpool jistgħu jkunu nvestigati mill-FFP
Liverpool huma wieħed minn numru ta’ klabbs li qed jiffaċċjaw investigazzjoni għal ksur tarregolamenti tal-Financial Fair Play (FFP). Skont ir-regolamenti tal-UEFA l-klabbs kollha li qed jieħdu sehem fl-Ewropa iridu jillimitaw it-telf tagħhom għal 35.5m sterlina fuq żewġ staġuni. Hemm kastigi għal dawk li ma jimxux mar-regolamenti fejn Manchester City f’Mejju diġà ġew milquta b’multa u limitu fuq kemm jistgħu jonfqu u l-kobor tal-iskwadra talli kisru dawn irregolamenti. Imma minkejja telf ta’ 59.8 miljun sterlina fl-2012-13 u 41 miljun sterlina fl-2011-12, Liverpool huma fiduċjużi li se jkunu liberati. Ir-Reds flimkien ma’ Monaco,
Inter u Roma – li ħadd minnhom ma ħa sehem fil-kompetizzjoni ewropeja l-istaġun li għadda – issottomettew il-kotba tagħhom lill-awtorità tal-FFP imma se jkunu mitluba jgħaddu aktar informazzjoni dwar il-finanzi tagħhom. Wara li akkwistaw numru ta’ sponsors matul it-18-il xahar li għaddew iżda, Liverpool huma fiduċjużi li mxew marregolamenti tal-FFP. Il-flus miġbura b’mod kummerċjali jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għad-90 miljun sterlina telf li jista’ jkompli jitnaqqas jekk Liverpol ikunu kapaċi juru li nvestew somma minn dik li nefqu fis-settur tal-iżvilupp talYouths, infrastruttura u proġetti tal-kommunità. L-istaġun li għadda 76 klabb kienu kunsidrati bħala ‘f’riskju’
li jiksru r-regolamenti tal-FFP imma disgħa biss kienu kastigati. Manchester City u Paris St. Germain kienu l-aktar klabbs milquta mill-UEFA fejn kull wieħed minnhom ġie mmultat 49 miljun sterlina u ngħata restrizzjonijijiet fuq kemm jistgħu jonfqu fit-trasferimenti kif ukoll tnaqqis fin-numru massimu ta’ plejers li jista’ jkollhom reġistrati għaċ-Champions League. Jekk Liverpool jinstab li għandhom għalfejn jiġu nvestigati mill-UEFA, ikollhom miżmum il-premju ta’ 6.8 miljun sterlina talli waslu sal-fażi talgruppi taċ-Champions League. Din is-somma titħallas biss jekk Liverpool sussegwentement ikunu kapaċi jikkonvinċu lillUEFA li kienu mxew mar-regolamenti.
www.maltarightnow.com
SPORT
X’inhuma r-regolamenti tal-FFP tal-UEFA?
Il-Club tal-Financial Control Body twaqqaf f’Ġunju tal-2012 biex jissorvelja s-sistema ta’ Liċenzji tal-klabbs tal-UEFA u r-regolamenti tal-Financial Fair Play. Il-klabbs ma jistgħux jonfqu ripetutament aktar flus milli jkunu qed jiġġeneraw u lklabbs huma obbligati li jħallsu fil-ħin it-trasferimenti u lobbligi ta’ salarji oħra li jkollhom.
Klabbs f’riskju għoli li jonqsu milli jilqħu ċerti kriterji huma mitluba li jipprovdu baġit fid-dettal dwar il-pjan strateġiku tagħhom. It-timijiet li jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA kellhom it-trasferimenti u limpjegati kollha li jitħallsu minnhom segwiti fid-dettal sa mill-2011. Il-bilanċ tal-perjodu għas-snin finanzjarji tal2012 u 2013 se jkunu eżaminati matul l-2013-14.
FUTBOL
FORMULA 1
L-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez skurja l-ewwel gowls tiegħu mal-klabb Katalan minn meta ingħaqad magħhom mingħand Liverpool. Suarez skurja f’logħba ta’ ħbiberija kontra tim mill-Indoneżja. F’din illogħba lagħab ukoll id-difensur Thomas Vermaelen li jidher li qed jirkupra minn injury fil-hamstring. Għal Suarez din kienet it-tieni darba li kien qed jilgħab ma’ Barcelona. Suarez bħalissa għadu sospiż għal erba’ xhur mill-futbol wara li waqt it-Tazza tad-Dinja, mal-Urugwaj, gidem lid-difensur Taljan Giorgio Chiellini. Suarez, oriġinarjament kien sospiż erba’ xhur minn kull attività relatata mal-futbol imma wara li ressaq appell quddiem ilQorti tal-Arbitraġġ Sportiv tħalla jitħarreġ u jilgħab partiti mhux kompetittivi. Is-sospensjoni ta’ Suarez se tintemm lejn l-aħħar ta’ Ottubru u mistenni jiddebutta ma’ Barcelona fil-partita kontra rrivali Real Madrid. Fil-logħba kontra t-tim Indoneżjan, Suarez sab ix-xibka wara 12-il minuta u għamel liskor 2-0 wara li Vermaelen kien fetaħ l-iskor. Suarez skurja t-tieni gowl fis-67 minuta u baqa’ jilgħab sal-aħħar filwaqt li Vermaelen kiken mibdul wara siegħa. Fl-istaġun li għadda Suarez spiċċa l-aqwa skorer talPremiership b’31 gowl.
L-isem sinonimu ta’ Brabham se jirritorna filmotorsport fl-2015 u jista’ jerġa’ jidher fil-Formula 1 fil-futur. Is-sewwieq tal-F1 David Brabham, iben il-fundatur tat-tim Sir Jack, se jmexxi dak li qed jissejjaħ ‘proġett Brabham’ hekk kif qed jikkompeti fil-Kampjonat tad-dinja tal-Endurance. Il-partitarji se jkunu jistgħu jixtru sehem fit-tim bilmira li dan ikun negozju sostenibbli. “Ħlomt li nara lura lit-tim tal-Brabham jirbaħ fl-ogħla livelli,” qal Brabham li għandu 49 sena. “Min jaf fejn nistgħu naslu? Lura filFormula 1 nittama.” L-Awstraljan qal li ma kienx vijabbli li jibni t-tim mill-bidu u qed jittama li jsib xi forma ta’ sors ta’ tlielaq. L-aħħar darba li l-Brabham ħa sehem fil-F1 kien fl-1992 bil-Britanniku Damon Hill bħala sewwieq. Imwaqqaf fl-1962 it-tim rebaħ il-kampjonat tassewwieqa fl-1966 u l-1967 permezz ta’ Sir Jack Brabham - l-uniku bniedem li rebaħ il-kampjonat bilkarozza tiegħu stess - u fl1981 u l-1983 bil-Brażiljan Nelson Piquet.
Suarez jiskurja l-ewwel gowls ma’ Barcelona
Luis Suarez skurja żewġ gowls f’logħba ta’ ħbiberija kontra tim Indonesjan
Il-Brabham jista’ jirritorna
www.maltarightnow.com
SPORT
Ħames akkwisti għal Floriana Café del Mar BASKETBALL
Floriana Basketball Club dan listaġun se jkunu qed jiġu sponsorjati minn Café del Mar u b’hekk l-isem tat-tim se jkun Floriana Café del Mar. Dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-istabbiliment ta’ Café del Mar f’Buġibba, fejn il-President tal-klabb Ian Mercieca qal li dan il-ftehim għen lill-klabb b’mod sostanzjali sabiex ikollu l-aħjar tim possibli. Preżenti wkoll kien hemm ukoll il-kowċ Chris Stolp. Il-President ippreżenta uffiċjalment il-plejers li l-klabb irreġistra din is-sena. Dawn huma Nikola Vasovic li kien fost l-ewwel li ngħaqad mal-klabb. Huwa sosnta li Nikola hu wieħed mill-aktar plejers promettenti fllbasketball Malti fejn lagħab seba’ staġuni ma’ Luxol Basketball Club u rebaħ numru ta’ kompetizzjonijiet fosthom itTazza Louis Borg u l-Kampjonat ta’ taħt it-23 sena. Plejer ieħor hu Nigel Sultana, meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aħjar talenti tal-ġeneraz-
Kent Tribett
Tribett jingħaqad ma’ Siġġiewi BC
Il-klabb tal-Basketball ta’ Siġġiewi Remax ħabbar li akkwista lill-Amerikan ta’ 28 sena Kent Tribett għall-istaġun il-ġdid. Tribett hu twil kważi seba’ piedi. Matul il-karriera tiegħu, Kent lagħab f’diversi pajjiżi fosthom il-Fillandja, Spanja, u anke lAwstralja. Intant, Siġġiewi Remax ħabbru wkoll li laħqu ftehim mal-klabb ta’ Athleta għall-akkwist tal-plejer promettenti ta’ 19-il sena Benoit Bartolo. L-istaġun li għadda Bartolo rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tassena fil-kategorija tiegħu.
29
Il-Ħamis, 26 ta’ Settembru, 2014
zjoni tiegħu. Sultana mhux biss se jsaħħaħ l-iskwadra għallistaġun li jmiss, iżda se jkun protagonist essenzjali għall-futur tal-klabb. Nigel, kien ukoll parti mit-tim Nazzjonali Malti li rebaħ midalja tal-fidda fil-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Ġibiltà f’Lulju. It-tielet plejer huwa Marco Mercieca li tul il-karriera kollha tiegħu s’issa lagħab dejjem ma’ Luxol u wkoll rebaħ diversi unuri inkluż il-Louis Borg Cup fl-aħħar staġun. Fl-aħħar snin kien ukoll captain tat-tim. L-aħħar akkwist Malti hu Lee Ross, plejer ta’ talent u fiżika kbira. Lee lagħab l-aħħar staġun ma’ Siġġiewi kif ukoll għamel xi staġuni ma’ Luxol. Fl-istaġun li għadda Lee kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers filkampjonat Malti. Flimkien ma’ dawn l-erba’ plejers Floriana Basketball Club ħadu wkoll lill-Amerikan Jules Montgomery. Jules twieled fid29 Marzu 1991 u hu ggradwat mill-Prairie View A & M.
Erbgħa mill-ħames akkwisti ta’ Floriana BC għall-istaġun il-ġdid Jules Montgomery, Marco Mercieca, Nikola Vasovic u Lee Ross.
Lagħab żewġ staġuni konsekuttivi fil-kampjonat SWAC u kien ippremjat bħala l-pre-season plejer tas-sena tas-SWAC. Mercieca f’isem il-klabb irringrazzja lil Viċi President Edward Torpiano għax-xogħol
siewi tiegħu fin-negozjati u lil S. Ellul ta’ Café del Mar għallappoġġ tiegħu u l-kollaborazzjoni kollha possibbli għallbenefiċċju taż-żewġ partijiet. Min-naħa tiegħu Ellul waqt li qal li Café del Mar jifforma parti
mill-kumpless tal-Malta National Aquarium u hu l-post ideali fejn wieħed jirrilassa, jgħum u jgawdi xarba tajba f’atmosfera unika, awgura sena ta’ suċċess lilliskwadra tal-Floriana għallistaġun li se jibda fl-4 Ottubru.
Seba’ timijiet fl-MSV Life Masters FUTBOL
Seba’ timijiet se jkunu qed jieħdu sehem fit-tieni edizzjoni tal-MSV Life Masters Football League. Dan tħabbar millPresident tal-Masters Football Malta, Mario Meli waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ngħataw dettalji dwar il-kampjonat ta’ din is-sena. It-timijiet huma dawk ta’ Attard, Mosta, Rabat, Żurrieq, Mqabba BOV u Sliema. Hu spjega fiex jikkonsisti lMasters Futbol li jintlagħab bejn timijiet bi plejers li jkollhom 35 sena jew aktar. It-timijiet huma ta’ sitt plejers li jilagħbu f’pitch ta’ 30 metru b’60 metru u l-partiti jkunu ta’ 25 minuta kull taqsima. F’dan it-tip ta’ logħob ma jkunx hemm offsides u jsiru wkoll sostituzzjonijiet. Il-President tal-assoċjazzjoni lġdida li twaqqfet f’Jannar qal li fl-ewwel kampjonat kienu ħadu sehem ħames timijiet fejn Valletta kienu rebħu l-kampjonat u Żurrieq il-kompetizzjoni Knock-Out. Il-logħob se jkun qed jerġa’ jsir kull nhar ta’ Ħamis fil-ground ta’ Hat-Attard fis-7 p.m. u t-8 p.m. L-ewwel partiti se jkunu Attard v Żurrieq, Mosta v Mqabba u Rabat v BOV waqt li Sliema telgħu bye.
Mario Meli flimkien mal-isponsors u t-Teżorier tal-Assoċjazzjoni waqt li ħabbar li din is-sena s’issa huma sebgħa t-timijiet li rreġistraw biex jieħdu sehem fil-Masters Football
Mario Meli qal li din hi kompetizzjoni li ssir kull sena f’ħafna pajjiżi u f’ċertu postijiet ikun hemm ukoll kompetizzjoni internazzjonali. Huwa qal li l-Brażil għandhom tim li jdur id-dinja jagħti esibizzjonijiet bi plejers ta’ fama bħal Luis Pereira, Rivellino, Jairzinho, Careca u oħrajn fejn il-leġġendarju Pele hu l-President onorarju. Meli qal li l-ideja ta’ dan it-tip ta’ futbol mhumiex ir-riżultati iżda logħob bejn ħbieb li jieħdu
pjaċir u jagħtu pjaċir lid-dilettanti hekk kif l-iskor finali mhux importanti. Huwa ħabbar ukoll li dawk ilklabbs tal-futbol li jixtiequ jiffurmaw tim jistgħu jikkuntattjaw lill-Assoċjazzjoni fuq marmel40@hotmil.com jew rmassa@go.net.mt u jingħataw kull għajnuna.
L’Aroma Masters KO Waqt l-istess konferenza tħabbar li l-istabbiliment
L’Aroma Restaurant ta’ TasSliema permezz tal-proprjetarju Mario Pisani din is-sena se jkun qed jisponsorja lKompetizzjoni Knock-out talMasters Futbol. Mario Meli rringrazzja lil Pisani li qal li mill-ewwel emmen fl-isforz ġenwin talassoċjazzjoni. Il-kompetizzjoni tintlagħab jen it-timijiet kollha fi ħdan l-assoċjazzjoni anke dawk li jissieħbu matul listaġun.
www.maltarightnow.com
30
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
SPORT
Polza faċli għal Chelsea FUTBOL INGLIZ – LEAGUE CUP
Chelsea se jaffrontaw lit-tim ta’ League Two Shrewsbury fir-raba’ rawnd tal-League Cup wara li lErbgħa filgħaxija eliminaw lil Bolton 2-1 fit-tielet rawnd. Shrewsbury eliminaw lil Norwich. Vantaġġ żgħir għal Shrewsbury hu li dawn se jkunu qed jilagħbu kontra Chelsea f’darhom. Il-holders Manchester City, wara li rebħu 7-1 kontra Sheffield Wednesday issa jmisshom jilagħbu kontra Newcastle flEtihad Stadium. Dawn tal-aħħar kelhom bżonn imorru għal ħin barrani biex eliminaw lil Crystal Palace. Wara l-kedda li ħadu kontra M’Boro, issa Liverpool imisshom jilagħbu kontra Swansea f’waħda mil-aktar partiti interessanti li se jkun hemm f’din il-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni. Liverpool kelhom bżonn l-ġħoti tal-penalties biex eliminaw lil M’Boro bi skor ta’ 14-13. Stoke se jkolhom biċċa xogħol iebsa meta jiltaqgħu kontra Southampton filwaqt li Tottenham jiagħbu kontra
Il-poloz tar-raba’ rawnd: Tottenham H. vs Brighton Stoke vs Southampton Bournemouth vs West Brom Shrewsbury vs Chelsea Liverpool vs Swansea MK Dons vs Sheff Utd Man City vs Newcastle Utd
Brighton f’White Hart Lane. Dawn tal-aħħar għaddew għarraba’ rawnd wara li rebħu 3-0 kontra Burton. Sheffield United jilaġħbu kontra MK Dons u dawn tal-aħħar se jkunu qed jittamaw li jkomplu minn fejn ħallew kontra Man Utd u Bradford City rispettivament. Fl-aħħar partita Fulham jilagħbu kontra Derby. Il-partiti se jintlagħbu fil-ġimgħa li tibda fis27 ta’ Ottubru. Pellegrini jfaħħar lil Lampard Tard l-Erbgħa filgħaxija l-manager ta’ Man City Manuel Pellegrini kellu kliem ta’ tifħir filkonfront tat-tim kollu, speċjalment għall-midfielder veteran
Wara li fi tmiem il-ġimgħa skurja gowl kontra Chelsea, Lampard skurja tnejn għal Man City kontra Sheffield Wednesday u l-kowċ tas-Citizens kellu kliem ta’ tifħir fil-konfront tiegħu
Frank Lampard li skurja żewġ gowls fir-rebħa kbira li s-Citizens kellhom fuq Sheffield Wednesday. S’issa Lampard skurja tliet gowls ma’ City wara li fi tmiem ilġimgħa skurja wkoll kontra l-eks klabb tiegħu Chelsea fid-draw 1-1 fil-kampjonat. Plejer ieħor li skurja żewġ gowls hu Edin Dzeko. “Lampard hu plejer importanti
għal kull tim li jilgħab miegħu. Jinsab kuntent magħna u qed jagħti kontribut mill-aqwa fil-ftit xhur li se jdum magħna. Tajjeb li jħossu importanti għat-tim,” qal Pellegrini. Chelsea ma offrewx kuntratt ġdid lil Lampard wara 13-il sena u kien għalhekk li ħalla l-klabb u ngħaqad ma’ New York City FC.
Il-klabb Amerikan sellef lil Lampard lil City għal diversi xhur sakemm jibda l-kampjonat fl-Istati Uniti u dan mistenni jdum jilgħab ma’ City sal-aħħar ta’ Frar. Fi tmiem il-kummenti tiegħu Pellegrini qal li minkejja li lLeague Cup għadha fi stadju bikri mhux se jagħtiha l-ġenb għax irid li t-tim jerġa’ jirbaħ it-tazza.
kien ingħata din is-sospensjoni lFA Portguiża għażlitu biex jieħu post il-kowċ Paulo Bento li kien irreżenja mill-kariga wara li lPortugall tilef kontra l-Albanija fl-ewwel logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għallKampjonati Ewropej. Santos se jirritorna fuq il-bank talPortugall fl-aħħar logħba minn din il-fażi, dik kontra s-Serbja. L-eks kowċ ta’ Benfica u Porto jista’ jressaq appell quddiem ilQorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) bit-tama li tittnaqqaslu ssospensjoni.
tkeċċa mill-kariga. Curteian kien kowċ tat-tim ta’ taħt il-21 sena fejn fl-aħħar xhur it-tim spiċċa fit-tielet post fil-grupp tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għallKampjonati tal-2015. L-FA tal-Moldova ma kinitx kuntenta bix-xogħol ta’ Caras u b’hekk għalet li ttemmlu l-kuntratt. Fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal2014 il-Moldova ġabu 11-il punt. Id-debutt ta’ Curteian mat-tim tal-kbar tal-Moldova mistenni jkun fid-9 ta’ Ottubru bil-logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 kontra lAwstrija.
wara diversi ġimgħat barra minħabba li kiser spalltu. Nolan, li għandu 32 sena weġġa’ waqt sessjoni ta’ taħriġ wara l-ewwel logħba tal-kampjonat kontra Tottenham. Minkejja li irritorna għat-taħriġ, il-kowċ Sam Allardyce qal li Nolan mhux se jkun inkluż fl-iskwadra għal logħba ta’ għada kontra Man Utd. Allardyce żvela li,. Nolan, flimkien ma’ Matt Jarvis, nhar itTnejn se jilagħbu partita mat-tim ta’ tal-youths. Tliet plejers oħra ta’ West Ham, Carroll, Kouyate u O’Brien qed jirkupraw minn injury. Kouyate għandu madwar sitt ġimgħat barra b’injury filgroin filwaqt li Carroll qed jirkupra wara li ġie operat flgħaksa
Il-FIFA tikkonferma s-sospensjoni ta’ Santos
Il-FIFA ikkonfermat li l-kowċ Fernando Santos se jkun sospiż għal tmien partiti. Santos, eks kowċ tal-Greċja kien maħtur kowċ tal-Portugall fil-jiem li għaddew u riżultat ta’ din is-
sospensjoni issa se jkollu jitlef diversi partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Santos kien tkeċċa fil-logħba talaħħar 16 tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Costa Rica. Minkejja li
Il-FIFA ikkonfermat is-sospensjoni ta’ tmien partiti li kien ingħata l-kowċ il-ġdid tal-Portugall Fernando Santos.
Curteian maħtur kowċ tal-Moldova Alexandr Curteian inħatar bħala kowċ tal-Moldova u se jkun qed jieħu post Ion Caras li
Nolan lura għat-taħriġ Il-midfielder ta’ West Ham Utd Kevin Nolan irritorna għat-taħriġ
www.maltarightnow.com
32
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Qatt ħsibt x’jinvolvi li timmanifattura flixkun luminata? Kif jinħadem flixkun tal-plastik? Jew kif il-luminata tiġi karbonizzata biex tiġi tfexfex? Waqt ‘Science in the City’ li se ssir fil-Belt Valletta llejla bejn is-6 p.m. u nofsillejl, tista’ tieħu idea tal-proċess kollu, hekk kif il-kumpanija General Soft Drinks, li fost prodotti oħrajn tipproduċi l-Coca Cola f’Malta, se jkollha għall-wiri stand innovattiv, fejn trakk miftuħ se jinbidel f’laboratorju biex il-pubbliku jkun jista’ jesperjenza l-istadji kollha involuti fil-produzzjoni tal-luminata – mill-manifattura tal-flixkun, għall-mili, kif jingħalaq il-flixkun, u l-ippakkjar. Membri tal-pubbliku se jkunu mistiedna jagħmlu huma stess xi testijiet li jsiru biex tiġi garantita l-kwalità. Is-sena l-oħra ‘Science in the City’ attirat 15-il elf persuna lejn il-belt kapitali.
“Jum l-Indipendenza għandu jkun il-Jum Nazzjonali” Gabriel J. Ellul
Nhar il-Ħadd filgħaxija, waqt riċeviment fi Ġnien lIndipendenza, li ġab fi tmiemhom l-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni tal-50 sena mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta, il-Kap talOppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil qal li f’pajjiżna għandu jkollna jum nazzjonali wieħed, u dan il-jum għandu jkun il-21 ta’ Settembru, Jum l-Indipendenza. Dan il-messaġġ qanqal ir-reazzjoni ta’ bosta, fosthom tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li fi stqarrija qal li kummenti bħal dawn iqanqlu firda flok għaqda f’pajjiżna. Dan meta Simon Busuttil għamel din id-dikjarazzjoni proprju wara li fl-aħħar jiem pajjiżna ngħaqad biex jiċċelebra din ilfesta bħala poplu wieħed. Dwar id-dibattitu nazzjonali li reġa’ qam fuq il-festi nazzjonali, wara d-dikjarazzjoni ta’ Simon
Busuttil, tkellimna mal-Professur Henry Frendo u ma’ Desmond Zammit Marmara, li kienu lmistiedna ta’ diskussjoni organizzata fil-Kunsill Lokali tasSiġġiewi mill-Kumitati tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Laburista fil-lokal. L-attività, f’forma ta’ diskussjoni bit-tema ‘50 sena Indipendenza, it-triq ’il quddiem’, kienet immexxija minn Alessia Psaila Zammit, u fiha ħa sehem ukoll Mark Anthony Sammut. Attendew ukoll idDeputat Nazzjonalista Ryan Callus u s-Sindku tas-Siġġiewi Karol Aquilina. Fil-kumment tiegħu, Desmond Zammit Marmara qal li għandu jinstab qbil dwar il-Jum Nazzjonali fil-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Il-jum jew jiem nazzjonali għandhom ikunu okkażjoni ta’ għaqda, spjega Zammit Marmara, li insista li għandu jintlaħaq qbil sħiħ bejn il-mexxejja tal-partiti. Qal ukoll
Id-diskussjoni organizzata fis-Siġġiewi fl-okkażjoni tal-50 sena tal-Indipendenza ta’ Malta
li jekk jintgħażlu jumejn, żgur li l-Indipendenza għandha tkun waħda minnhom. Spikka l-kumment ta’ Henry Frendo li qal li l-Jum Nazzjonali ta’ Malta għandu jkun biss wieħed, Jum l-Indipendenza. Anke Mark Anthony Sammut esprima l-fehma li jekk għandu
jkollna jum nazzjonali wieħed, dan għandu jkun Jum lIndipendenza. Fil-messaġġ tiegħu, intant, Henry Frendo mar lura fiż-żmien meta pajjiżna kien għadu kolonja, jiġifieri territorju tar-Renju Unit. Hu qal li kienet xewqa naturali li Malta tkun indipendenti
imma din ix-xewqa saret realtà wara l-ħidma qawwija ta’ Ġorġ Borg Olivier. Kien imiss, imbagħad, li pajjiżna jagħmel dik it-tranżizzjoni delikata minn stat kolonjali għal stat demokratiku, spjega Henry Frendo, tranżizzjoni li f’pajjiżi kolonjali s-soltu twassal għad-dittatorjat. Fortunatament, pajjiżna kiber minn stat li kien għadu kemm twieled, għal stat li qed jiċċelebra l-50 sena Indipendenza u għalhekk, din iċ-ċelebrazzjoni tgħinna wkoll inħarsu ’l quddiem bħala poplu magħqud. Fl-aħħar millaħħar, Jum l-Indipendenza huwa l-qofol ta’ kisba li l-poplu Malti kien ilu jaħdem għaliha għal sekli sħaħ matul l-istorja tiegħu, temm jgħid Henry Frendo.