In-Nazzjon 27 ta' Settembru 2014

Page 1

Nru 13,859

Is-Sibt, 27 ta‘ Settembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Container bħala Għassa tal-Pulizija f’Marsaskala

Ara paġna 5

Biex taħdem fl-ALE u fl-RIU trid tkun Laburist jew opportunist Matul dan l-istaġun tal-kaċċa kienu rappurtati għadd ta’ abbużi ta’ qtil ta’ tajr protett... il-membri tal-ALE ftit li xejn kienu effettivi biex irażżnu dan l-abbuż. (Ritratt: Nicholas Barbara, Birdlife Malta)

Joe Mikallef

Bl-aktar mod oġġettiv is-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija hi deskritta bħala waħda tat-tħassib u l-Aġent Kummissarju Ray Zammit jidher li mbarka fuq diversi inizjattivi biex l-affarijiet jibdew jitranġaw u jirpiljaw wara li kienu żgarrew sew. Il-ħafna transfers li saru, fosthom membri li ngħataw aktar minn transfer wieħed u tnejn, wasslu biex bosta huma disimmotivati għall-aħħar. Mhux biss, imma oħrajn li forsi marru fejn xtaqu qed jirriżulta li mhumiex għall-altezza ta’ fejn jinsabu llum. Żewġ dipartimenti importanti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija fejn is-sitwazzjoni mhix waħda feliċi huma dawk tal-Administrative Law Enforcement (ALE) u rRapid Intervention Unit (RIU) li kienet twaqqfet mill-eks Kummissarju Pietru Pawl

Zammit u li fil-fatt ħadet ixxogħol li kien isir mit-Taqsima tal-Mobile – forsi titwila lejn dak li qed jiġri fil-Garaxx titfa’ aktar dawl dwar dan kollu! Hu sigriet mistqarr li ċerti fizzjali f’dawn iż-żewġ Dipartimenti partikulari jlissnu diskors li biex membru jaħdem fihom irid Laburist. Oħrajn imorru pass lil hinn u jgħidu li trid tkun ġakbin jew opportunist! Minn dawn iż-żewġ dipartimenti nqalgħu kważi dawk ilmembri kollha li mhumiex Laburisti u ntbagħtu f’taqsimiet oħra, l-aktar fid-Distretti li llum saru l-post tal-kastig minħabba lvolum kbir ta’ xogħol li hemm fihom filwaqt li l-għadd ta’ Pulizija li jservu fihom hu relattivament limitat. Post dawn il-membri ħaduh oħrajn li huma magħrufa li huma Laburisti. Sa hawn forsi wieħed jista’ jagħlaq għajn waħda, iżda dak li ġara fil-jiem li għaddew

bil-protesta ta’ kaċċaturi fil-Belt Valletta jitfa’ ħafna melħ fuq ilferita. Bosta li jħobbu l-kaċċa u anki l-protezzjoni tal-għasafar qed jippuntaw subgħajhom lejn itTaqsima tal-ALE li matul dan listaġun tal-kaċċa ma kinetx kapaċi trażżan lil dawk irresponsabbli li baqgħu jisparaw fuq tajr protett. Matul il-ġimgħat li għaddew meta minn fuq il-gżejjer Maltin għaddew ħafna għasafar protetti, kienu rappurtati bosta każi fejn persuni irresponsabbli sparaw u qatlu tajr protett, fosthom anki ċinji. Fl-isfond ta’ sitwazzjoni li kienet dejjem qed tippreċipita u tiggrava u fl-isfond ta’ nuqqas ta’ azzjoni konkreta mill-membri tal-ALE, il-Gvern kien kostrett li jtemm qabel iż-żmien l-istaġun tal-kaċċa. Fi ftit kliem mal-irresponsabbli weħlu l-kaċċaturi responsabbli.

U mbagħad faqqgħet il-protesta tal-Ħadd li għadda fil-Belt Valletta li eskalat tant li spiċċat b’uħud jitressqu l-Qorti, għalkemm s’issa għadu ma tressaq ħadd il-Qorti b’rabta ma’ dak li ngħad li ġara fil-Buskett. Kaċċaturi responsabbli u anki persuni li jħobbu l-għasafar ħielsa li tkellimna magħhom matul din il-ġimgħa u li ċemplu fluffiċċji tagħna fissru li kemm-il darba t-Taqsima tal-ALE qabdet il-barri minn qrunu sa mill-bidu tal-istaġun u ma ħallietx is-sitwazzjoni taħrab minn taħt idha, allura dak kollu li ġara fl-aħħar jiem kien ikun evitat. Dak kollu li ġara fil-jiem li għaddew hu b’riżultat tan-nuqqas ta’ esperjenza u kapaċità fl-istess Dipartiment – sitwazzjoni li lAġent Kummissarju Ray Zammit, deskritt bħala persuna serja, għandu jkun inkwetat serjament dwarha. għal paġna 5

Tislima lil David Chircop - cameraman ta’ Net Television

Ara paġna 6

Rebbieħ ma’ In-Nazzjon

Ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni ta’ In-Nazzjon tal-ġimgħa li għaddiet għal Ikla għal żewġ persuni fil-Pisces Restaurant, Marsaxlokk, hu Anthony Ciantar.


www.maltarightnow.com

2

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Jipproponu studju qabel deżċiżjoni dwar l-airstrip

Filwaqt li taqbel li Għawdex għandu jsaħħaħ l-aċċessibbiltà tiegħu, l-Għaqda ambjentali ‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ temmen li għandhom isiru iktar studji dwar il-vijabbiltà talproġett ta’ air-strip f’Għawdex. Fi stqarrija l-Għaqda qalet li fl-isfond li s-servizzi ta’ ajruplan u ta’ helicopter it-tnejn fallew u qabel tkun sagrifikata iktar art għal air-strip, il-proġett għandu jkun akkumpanjat minn studju dwar is-sostenibbiltà tal-proġett. Dan għandu jsir ukoll qabel issir l-applikazzjoni għall-proġett quddiem il-MEPA. Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li dan il-proġett mhux se jkun ta’ benefiċċju għall-Maltin u Għawdxin li jaqsmu bejn iżżewġ gżejjer bil-karozzi filwaqt

li s-servizz mhux se jkun aċċessibbli għall-istudenti u nnies normali. Fost il-mistoqsijiet li għandhom ikunu mwieġba hemm ilkontribut li l-air-strip se tagħti għall-ekonomija, il-ħoss li l-airstrip se tikkaġuna, l-effett li dan se jkollu fuq l-industrija ta’ lukandi 5 star u x’effett se jkollha fuq l-industrija ġenerali tatturiżmu. Elementi oħra li jridu jkunu kkunsidrati huma l-effetti fuq lart agrikola f’Għawdex. Irid ikun kunsidrat ukoll li lair-strip se ssir madwar 185 metru ’l bogħod mit-torri storiku ta’ Santa Ċeċilja u inqas minn 100 metru bogħod mill-kappella protetta ta’ Santa Ċeċilja, li hi kappella medjevali.

NIKET

B’niket inħabbru l-mewt David Chircop St John mill-Ħamrun u kien joqgħod il-Mosta li ġrat il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru fir-residenza tiegħu konfortat bis-sagramenti Mqaddsa fl-għomor ta’ 41 sena. Ħalla jibku t-telfa tiegħu lil martu Beverly, uliedu Jacob u Mathea, ommu Bianca u missieru Lino, ħutu Ruth, Joseph u martu Isabelle, Reuben u martu Christianne, Daniel u martu Fiorella, u Benji u l-għarusa Daniela, in-neputijiet Lara, Nicholas, Rebecca u Matthew, Krista, Ben u Chad, omm il-mara Rina u missier il-mara Twanny, ħu l-mara Jesmond u l-partner Claudia, bosta qraba u ħbieb. Il-funeral se jsir illum is-Sibt 27 ta’ Settembru fit-3:00pm millisptar Mater Dei, għall-Knisja Arċipretali Santa Marija, il-Mosta, fejn issirlu quddiesa praesente cadavere fit-3:30pm u wara għaċĊimiterju tar-Reżurrezzjoni f’Ħal Qormi fejn issir iddifna.Donazzjonijiet lill-Hospice Malta jkunu apprezzati. Aghtih, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieh fis-sliem, Ammen.

Il-Parlament għandu jkun ħieles minn kull influwenza tal-eżekuttiv - L-Ispeaker Anġlu Farrugia

L-Ispeaker Anġlu Farrugia waqt il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlamenti tal-Istati Żgħar f’Andorra

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia enfasizza limportanza ta’ Parlament li għandu jkun ħieles kompletament minn kull influwenza tal-eżekuttiv biex b’hekk titgawda u tkun imħarsa l-awtonomija vera ta’ Parlament. L-Ispeaker Anġlu Farrugia għamel din id-dikjarazzjoni meta llum kien qed jipparteċipa fiddisa’‘ Konferenza tal-Presidenti tal-Parlamenti tal-Istati Żgħar Ewropej, li qed tiltaqa’ f’Andorra. L-Ispeaker tkellem ukoll dwar l-importanza wkoll tal-fiduċja tal-poplu fil-politiċi biex tissaħħaħ dejjem aktar il-governan-

Tinħatar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni

Il-Gvern ħabbar li lPresident ta’ Malta, fuq ilparir tal-Prim Ministru, appuntat il-Kummissjoni Permanenti kontra lKorruzzjoni. L-Imħallef Emeritu Lawrence Quintano nħatar Chairperson waqt li lMaġistrat Emeritu Joseph Apap Bologna u l-Avukat Yana Micallef Stafrace nħatru bħala membri għal perjodu ta’ ħames snin, b’seħħ mid-9 ta’ Settembru 2014. Il-ħatra ta’ din ilKummissjoni saret wara li lGvern għamel analiżi fid-dettall tad-diversi proposti li tressqu ’l quddiem għal riformi fis-settur. Il-Kummissjoni kienet ilha wieqfa minn Novembru 2013, meta ntemm it-terminu ta’ dik preċedenti.

za demokratika. Fisser li din tista’ biss titgawda bi struttura regolatorja li tanalizza u tħares lejn imġiba etika tad-deputati parlamentari. Irrimarka wkoll li Malta miexja f’din id-direzzjoni bil-ħatra fil-futur qrib ta’ Kummissarju għall-Imġiba Xierqa fil-Ħajja Pubblika. Fl-intervent tiegħu, l-Ispeaker Farrugia irrefera wkoll għallimportanza li l-Parlament ikun viċin in-nies mingħajr ebda distinzjoni, u f’dan ir-rigward tkellem ukoll dwar il-proġett talParliamentary TV Channel li għandu jitwaqqaf possibbilment fil-ġimgħat li ġejjin, flimkien maxxandiriet live permezz tal-internet.

Il-konferenza attendew ukoll għaliha l-Presidenti talParlament tal-Iżlanda, Liechtenstein, il-Lussemburgu, Monaco, il-Montenegro, San Marino u Andorra. Huma ddiskutew materji kurrenti ta’ interess għall-Parlamenti fi stati żgħar Ewropej; l-irkuprar millkriżi ekonomika fl-istati żgħar u l-kontribuzzjoni ta’ stati żgħar għall-governanza demokratika. L-Ispeaker enfasizza l-kredibbiltà li tgawdi internazzjonalment Malta fil-kriżi u fl-għajnuna lil-Libja biex dan il-pajjiż jikseb lura l-governanza b’koperazzjoni bejn il-Parlament u nNazzjonijiet Uniti.


www.maltarightnow.com

LOKALI

Il-PN lest li jgħin lill-Gvern biex nirċievu l-fondi Ewropej Il-Partit Nazzjonalista lest li jgħin lill-Gvern biex jagħmel laħjar użu mill-fondi li rnexxielna niksbu għal pajjiżna għas-seba’ snin li ġejjin. Dan qalu l-Partit Nazzjonalista f’konferenza tal-aħbarijiet bissehem tad-Deputati Antoine Borg u Marthese Portelli, fiddawl tal-fatt li l-Gvern naqas milli jibda jagħmel użu millfondi ta’ €1,128 miljun, minkejja li diġà għaddew 9 xhur minn meta sirna eleġibbli għalihom. Dan, spjega l-Partit Nazzjonalista, minkejja li lGvern qal li għandu kollox lest sa minn Lulju li għadda, wara li ntemm proċess ta’ konsultazzjoni, minkejja s-70 proposta li lPartit Nazzjonalista kien għadda matul dan iż-żmien. Dan huwa iktar ta’ tħassib minħabba li meta wieħed jidħol fis-sit uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jsib li Malta hi waħda mill-pajjiżi li s’issa għadha ma ġietx approvata biex tagħmel użu minn dawn il-fondi, minħabba li

Id-deputati Nazzjonalisti Marthese Portelli u Antoine Borg waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ fid-Dar Ċentrali tal-PN

l-Gvern naqas milli jibgħat iddettalji taż-żewġ programmi operazzjonali li hemm bżonn biex pajjiż membru jibda juża l-

fondi Ewropej. Fil-fatt, is-sit juri li pajjiżna ta biss id-dettalji ta’ programm operazzjonali wieħed, b’kuntrast

Mhux biss ma kienet organizzata l-ebda attività uffiċjali f’Għawdex iżda lanqas biss tellgħu arbli bil-bnadar u dwal fi Triq ir-Repubblika u Pjazza Indipendenza. Normalment dan it-tip ta’ tiżjin hu dak bażiku u l-inqas fost dak mistenni. Dwar dan in-nuqqas, InNazzjon bagħat numru ta’ mistoqsijiet lill-Ministeru għal Għawdex li min-naħa tiegħu ma weġibx lura. In-Nazzjon staqsa kif ġie ċċelebrat il-50 anniversarju tal-Indipendenza f’Għawdex u għaliex il-Ministeru ma żejjinx Pjazza Indipendenza, Triq ir-

Repubblika u Pjazza San Franġisk kif kien iseħħ kull sena f’din l-okkażjoni f’dan lanniversarju, minkejja li din is-sena dan kien wieħed speċjali iktar mis-soltu. In-Nazzjon staqsa wkoll kemm kienet in-nefqa fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza f’Għawdex din is-sena, imma baqa’ wkoll bla tweġiba. Għawdxin li tkellmu magħna qalulna li dawn in-nuqqas ta’ attivitajiet u ċelebrazzjonijiet jistonaw mal-pożizzjoni talGvern li pubblikament jiddikjara li jrid jiċċelebra l-festi nazzjonali b’mod li jgħaqqad lill-poplu Malti.

Ebda festa f’Għawdex għall-Indipendenza Filwaqt li f’Malta l-50 anniversarju mill-kisba talIndipendenza kien iċċelebrat b’diversi attivitajiet fosthom wirja spettakolari fil-Port ilKbir u diskorsi mill-mexxejja politiċi tal-pajjiż, f’Għawdex ma kienet organizzata l-ebda attività li tfakkar dan l-avveniment uniku. Sorsi infurmati qalu li dan in-nuqqas ta’ attivitajiet u ċelebrazzjonijiet kien jistona malfatt li fil-passat l-Indipendenza u festi nazzjonali oħra dejjem kienu jkunu mfakkra b’numru ta’ attivitajiet u ċelebrazzjonijiet li kienu jiċċentraw fit-toroq ewlenin tal-Belt Victoria.

ma’ 16-il pajjiż membru li diġà bdew jagħmlu użu mill-fondi għax taw id-dettalji kollha millewwel.

3

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

Il-kelliema għall-Partit Nazzjonalista qalu li dan imur ’il bogħod ħafna minn dak li ġara fl-2007, meta dak iż-żmien pajjiżna kien l-ewwel mill-istati membri kollha li kien ġie approvat għall-fondi, minħabba li għadda d-dettalji kollha neċessarji. Huwa ta’ tħassib ukoll il-fatt li minħabba dan in-nuqqas fl-użu tal-fondi, f’pajjiżna naqas linvestiment fl-industrija u lmanifattura, tant li s-sit uffiċjali tal-Malta Enterprise qed iħabbar li 18-il skema lil intrapriżi kellhom jinżammu magħluqin, għallinqas għalissa. Għalhekk, fl-interess tal-pajjiż kollu, il-Partit Nazzjonalista ħabbar li qed joffri li jgħin lill-Gvern biex jgħaddi d-dettalji kollha neċessarji lill-Unjoni Ewropea, biex b’hekk pajjiżna jkun jista’ jgawdi minn iktar minn biljun ewro ta’ fondi li ksibna taħt ittmexxija tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi.


www.maltarightnow.com

4

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

QORTI

Ingliż xurban ġera Eks kunsillier Nazzjonalist u għarwien u hedded Laburist mhux ħatja ta’ miżappropjazzjoni lill-Pulizija

Ingliż ta’ 30 sena tpoġġa taħt probation għal perjodu ta’ sentejn wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li ġera għarwien f’Tas-Sliema u hedded lill-Pulizija li marru biex ikellmuh u jikkalmawh. Skont l-Avukat tiegħu Jason Grima, Dominic Peter Hedges għandu problema tax-xorb u meta jkollu xi problema minħabba stress fuq xogħol huwa jaġixxi b’dan il-mod. Huwa ammetta wkoll li kiser il-paċi pubblika meta wettaq irreat. Mill-provi rriżulta li lPulizija kellhom imorru fuq ilpost għall-ħabta tal-11.15pm fi Triq Parisio, tas-Sliema, minħabba l-mod aggressiv ta’

kif beda jaġixxi l-Ingliż, li huwa residenti f’Malta u jaħdem għal rasu. Hu mifhum li bis-sakra li kellu għal mument huwa beda jissuspetta li t-tfajla tiegħu kienet qed taqlibhielu. Hedges beda jgħajjat u saħansitra hedded li kien se jaqbeż mill-gallarija fejn jgħix mat-tfajla. Hu wara neża’ għarwien u ħareġ jiġri barra. Wara li marru l-Pulizija, huwa ngħata boxer shorts u ttieħed lejn l-Għassa talPulizija ta’ Tas-Sliema. Hemmhekk l-Ingliż għajjar lil pulizija minnhom stupidu u qalilhom li wara li arrestawh issa ma jafux x’hemm lest għalihom.

Żewġ irġiel mill-Kamerun marru sentejn ħabs kull wieħed, wara li ammettew li akkwistaw flus b’mod qarrieq permezz ta’ dik imsejħa black money scam. Thiam Serge Ronny ta’ 27 sena u Elvis Achu Minang ta’

32 sena ammettew ukoll li għamlu użu minn passaporti foloz u dokumenti oħrajn. Huma nqabdu fil-fatt jħalltu kimika biex tagħmel il-flus foloz. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Rennie Stivala.

Sentejn ħabs fuq ’black money scam’

Bobby Calì ta’ 67 sena u Martin Debono ta’ 55 sena, żewġ eksKunsilliera ta’ Tas-Sliema, ġew illiberati minn kull akkuża, blaktar waħda gravi tkun dik ta’ miżappropjazzjoni. Dan wara li żammew għandhom laptops talKunsill Lokali ta’ Tas-Sliema mingħajr awtorizzazzjoni u għamlu ħsara fuq l-istess “laptops”. Xħin ġiet biex tiddeċiedi, ilQorti preseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli qalet li lProsekuzzjoni naqset tipprova lkaż tagħha, u mill-provi joħroġ li kemm Calì li kien kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista u kemm Debono, f’isem il-Partit Laburista, baqgħu jsostnu li huma kellhom ilkompjuters fil-pussess tagħhom, u li dan sar bl-approvazzjoni tasSindku ta’ dak iż-żmien Nikki Dimech. Huma kienu sostnew ukoll li llaptops kienu qegħdin għandhom biex jagħmlu xogħol mingħajr ħlas, relatat mal-Kunsill, fuq proġetti li kienu involuti fihom. IlQorti qalet li mill-provi joħroġ ċar li fil-Kunsill ta’ Tas-Sliema kien hemm atmosfera xejn feliċi ta’ suspetti u komplotti bejn il-kunsilliera. Minn diversi recordings tal-

laqgħat tal-Kunsill, ħareġ li mhux kull ma kien qiegħed jingħad kien qiegħed jitniżżel fil-minuti. Il-każ kien seħħ fl-2010. Huma kienu ġew mixlijin li mmodifikaw tagħmir tal-kompjuter bi ħsara għal attività tal-Gvern, li għamlu ħsara fis-sistema tal-kompjuter u li żammew għandhom laptop għaddannu tal-Kunsill Lokali ta’ TasSliema. Wara li l-Pulizija kienet ħarġet lakkużi fil-konfront tagħhom, Debono u Calì kienu rriżenjaw mill-Partit Laburista u mill-Partit Nazzjonalista rispettivament, madankollu baqgħu kunsilliera fi ħdan il-Kunsill bħala indipendenti. Il-każ kien beda meta f’Ottubru tas-sena 2010, Angelo Gafà, dak iż-żmien Spettur fi ħdan itTaqsima tar-Reati Ekonomiċi talKorp tal-Pulizija, kien irċieva żewġ ittri anonimi. L-ewwel ittra kienet tikkonċerna kuntratti talKunsill Lokali f’Tas-Sliema, filwaqt li fit-tieni ittra kien hemm informazzjoni dwar xiri ta’ laptops tad-ditta Apple mill-imputati, li dak iż-żmien kien jiffurmaw parti mill-kunsill lokali ta’ Tas-Sliema. Skont din l-informazzjoni, huwa kienu xtraw laptops minn fondi

tal-Kunsilli Lokali u ħaduhom iddar. Imbagħad irritornawhom lillKunsill Lokali mingħajr hard drives, l-għada li l-kwistjoni kienet tqajmet waqt il-laqgħa tal-Kunsill. Wara li l-Pulizija rċeviet din linformazzjoni, bdiet investigazzjoni fejn kellmet lil diversi persuni b’konnessjoni ma’ dan il-każ. Meta kellmu lis-Segretarja Eżekuttiva tal-Kunsill, Svetlana Curmi, irriżulta fil-fatt li l-Kunsill kien xtara dawn iż-żewġ laptops mingħand Marius Mac Services fis-sena 2010, għall-prezz ta’ €1,163 kull wieħed. Dawn il-laptops ma kinux irreġistrati mal-assi fissi li kellu lKunsill. L-accountant tal-Kunsill, Christian Vella, kien qal lillPulizija li ma kienx jaf x’kienu dawn il-laptops li nxtraw millKunsill. Qal li waqt laqgħa talKunsill tad-29 ta’ Settembru tal2010, kien issemma li nxtara computer hardware u software li ma kienx jinsab fl-uffiċċju tal-Kunsill. Hu kien ippreżenta l-irċevuti. Wara li qieset kollox, il-Qorti lliberat lil Debono u lil Calì minn kull akkuża. Għalihom dehru lAvukati Joe Giglio u Arthur Azzopardi.

Anzjan ta’ 77 sena, residenti tas-Sliema, ingħata probation għal perjodu ta’ tliet snin wara li nstab ħati li nhar it-Tlieta filgħaxija waddab barmil urina mħallta bl-ilma ta’ air conditioner fuq Noel Agius minn TasSliema. Giovanni Caruana nstab ħati li nhar it-Tlieta, għall-ħabta tas6.25 p.m. kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti talMaġistrati. Kif tressaq il-Qorti Caruana beda jgħid li kien ta’ pjaċir kbir għalih li waddab lurina li ħalliha tiffermenta fixxemx għal ġimgħat sħaħ fil-gallarija tiegħu. Il-problemi bejn Caruana u Agius ilhom sejrin għal madwar sena u dawn fuq proprjetà li kienet ta’ missier Agius fejn kien hemm xi diverġenzi dwarha. Agius qal fuq il-pedana tax-xhieda li kull darba li jiltaqa’ ma’ Caruana dejjem joffendih bi kliem ħażin u jagħmillu mossi oxxeni, kif għamillu anki fil-

Qorti. Agius qal li għall-ħabta tas6.00 p.m. wasal fil-post tiegħu f’Tas-Sliema bil-mutur u Caruana li kien fl-appartament tiegħu fir-raba’ sular, beżaqlu. Kif ħares ’il fuq l-anzjan waddabblu barmil b’ilma maħmuġ. Caruana xehed min-naħa tiegħu li huwa Agius li dejjem joffendih u li darba sa ħebb għalih. Il-Qorti, preseduta millMaġistrat Josette Demicoli,

sabet lil Caruana ħati wkoll li fl-istess ħin kiser il-paċi pubblika, li inġurja u hedded lil Agius u li xeħet ħmieġ lejn persuna. Għal Agius deher l-Avukat Gianluca Caruana Curran li talab lill-Qorti biex Caruana jitlef il-ħelsien mill-arrest u jintbagħat il-ħabs talli kiser ilkundizzjonijiet u talli kien qed ikun “ta’ fastidju kontinwu”. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetur Jason Francis Sultana.

Probation għal anzjan li waddab urina bl-ilma fuq ġar tiegħu


www.maltarightnow.com

5

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Container bħala Għassa tal-Pulizija f’Marsaskala ...deskritt bħala insult għall-Pulizija Joe Mikallef

Fil-jiem li għaddew fl-inħawi ta’ Il-Magħluq f’Marsaskala nfetħet Għassa ġdida tal-Pulizija – speċi ta’ container konvertit biex jaqdi lfunzjoni ta’ Għassa tal-Pulizija fillokalità. Membri tal-Korp tal-Pulizija li tkellmu ma’ ‘In-Nazzjon’ fissru li ma jistgħux jifhmu kif container jispiċċa jkun konvertit f’Għassa tal-Pulizija li fiha jridu jaqdu ddoveri tagħhom membri kemm fix-xitwa, jiġifieri fil-maltemp, filkesħa u fix-xita, kif ukoll fis-sajf meta t-temperatura tkun waħda għolja. Dawk li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’ staqsew ukoll jekk din ilgabbana għandhiex il-permessi kollha meħtieġa tal-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Jidher, fissru b’ton ironiku l-istess sorsi, li iva din il-gabbana nħarġulha l-permessi kollha

meħtieġa, “għax kif jista’ jkun Għassa tal-Pulizija jkollha sservizzi tad-dawl u l-ilma jekk m’għandhiex il-permessi meħtieġa tal-MEPA?” L-istess sorsi żiedu jistaqsu meta l-Korp tal-Pulizija applika mal-MEPA biex ikun jista’ jagħmel din l-Għassa tal-Pulizija fl-inħawi ta’ Il-Magħluq. Din lapplikazzjoni fiex waslet... ċioè meta nħareġ il-permess, jekk fil-

fatt inħareġ, biex tkun tista’ ssir din l-Għassa tal-Pulizija? Huma qalu wkoll li m’għandhom l-ebda dubju li l-Korp talPulizija mexa u segwa l-proċeduri tal-MEPA biex hekk inħariġlu Compliance Certificate! “Jekk hawn istituzzjoni li trid timxi malliġijiet u tosservahom din hi lKorp tal-Pulizija u allura ma jgħaddilna qatt minn rasna li lKorp għażel xi triq oħra jew inkel-

la ngħata xi trattament preferenzjali.” Sadattant ‘In-Nazzjon’ dwar din il-gabbana/Għassa tal-Pulizija – li bħalha kellha tkun inawgurata oħra f’Paceville – ħa l-kummenti ta’ Jason Azzopardi, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Intern, li fisser li t-twaqqif ta’ gabbana f’Marsaskala li suppost isservi bħala Għassa tal-Pulizija, la tagħmel ġieħ lill-Pulizija u lanqas

se tgħin biex tkun miġġielda lkriminalità fin-nofsinhar ta’ Malta. Hu kompla li dan qiegħed ikompli juri n-nuqqas ta’ kompetenza minn min qiegħed fit-tmexxija politika tal-Korp tal-Pulizija. Dan il-fatt fih innifsu jkompli juri kif il-Korp tal-Pulizija spiċċa Korp tat-tilqit u biex ikunu ffrankati l-flus tas-sahra, il-Korp qiegħed jirrikorri għal gabbana li hi insult għall-istess Pulizija. Sadattant minn stħarriġ li għamel ‘In-Nazzjon’ dwar din lGħassa tal-Pulizija jidher li hemm qbil li hu diffiċli ħafna li Pulizija jaqdu d-doveri tagħhom minn ġo container, fosthom ukoll minħabba raġunijiet ta’ klima u temperatura. Nifhmu li f’dan ir-rigward intbagħtet talba lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala biex dan jgħin jipprovdi żewġ air conditioners żgħar biex jintużaw fl-istess Għassa!

kien imbarazzat il-Gvern. Issa wieħed irid jara x’tip ta’ azzjoni bdiet tittieħed biex din is-sitwazzjoni tkun irpiljata. Imbarazzanti anki l-fatt li kemm il-Pulizija tal-RIU u anki tal-ALE nhar il-Ħadd li għadda ma kinux kapaċi jantiċipaw lil dawk il-kaċċaturi, madwar għoxrin b’kollox, li komplew bilprotesta tagħhom fl-inħawi talBuskett fejn kienu attakkati wkoll xi membri tal-Birdlife.

Sorsi qrib il-Pulizija qalu lil ‘In-Nazzjon’ li tal-inqas ilPulizija setgħu tal- segwew lil dawn il-kaċċaturi għax fil-Belt stess waqt il-ħin tal-protesta kien hemm indikazzjoni li l-protesta se tissokta fl-inħawi tal-Buskett. Fi ftit kliem ma xammewx dak li seta’ kien evitat. Fil-fatt dak li fil-verità ġara kien li l-kaċċaturi li komplew bil-protesta marru f’post filwaqt li l-Pulizija li marru l-Buskett

marru band’oħra! Sadattant qed tkompli taslilna informazzjoni mill-aktar interessanti dwar dak li qed jiġri f’dawn iż-żewġ dipartimenti tal-Pulizija. Informazzjoni kif fizzjali ma jkellmux lil ta’ fuqhom u jirromblaw minn fuqhom – jieħdu deċiżjonijiet li ta‘ fuqhom ma jkunux konxji tagħhom! Fizzjali li jippruvaw jinħabbu malMinisteru u allura jagħmlu lħsara lil kollegi tagħhom bit-

tama li jieħdu l-promozzjoni li jixtiequ. Qed taslilna informazzjoni mill-aktar interessanti dwar ċerti diskorsi li saru f’uffiċċju partikulari li mbagħad kien hemm min segwa b’azzjoni ma’ uffiċjali għolja fil-Ministeru tal-Intern. Imma mhux biss, ċertu diskorsi li ngħadu jissorprendu minn min ikunu ġejjin. Imma dwar dan nirrapportaw fil-mument opportun.

Dehra tal-Għassa tal-Pulizija l-ġdida f’Marsaskala – container ikkonvertit... Insult lill-membri tal-Korp li jridu jaħdmu fih

Fil-Buskett il-kaċċaturi marru f’post u l-Pulizija band’oħra! minn paġna 1

Bla dubju ta’ xejn li għal dan il-falliment xi ħadd irid jerfa’ rresponsabbiltà u jwieġeb. Parti mit-tort hu li f’din it-Taqsima hemm membri li għandhom esperjenza zero fejn jidħol dan ittip ta’ xogħol delikat. Hu fatt li direttament u indirettament in-nuqqas ta’ azzjoni u professjonalità minn membri f’din it-Taqsima wasslu biex


www.maltarightnow.com

6

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

Imut il-cameraman ta’ Net TV David Chircop Il-cameraman ta’ Net Television David Chircop miet ilbieraħ f’San Pawl il-Baħar fletà ta’ 41 sena. David Chircop beda jaħdem ma’ media.link communications fl-1996 bħala cameraman u aktar tard kien promoss fil-kariga ta’ Head of Operations talistazzjon. Hu kien wieħed millewwel cameramen ta’ Net Television.

David Chircop, mill-Ħamrun u joqgħod il-Mosta, miżżewweġ lil Beverly u missier ta’ żewġt ifal, kien ilu għal dawn l-aħħar snin jingħata kura għall-marda kiefra li kellu u li għaliha kien anki qed jingħata kura barra minn Malta. Tul il-karriera tiegħu bħala cameraman, David Chircop iffilmja u rrekordja wħud millavvenimenti ewlenin li seħħu

fil-pajjiż fl-aħħar snin u stabbilixxa lilu nnifsu bħala wieħed mill-cameramen ewlenin u ta’ esperjenza fil-pajjiż. Minbarra li ħadem regolarment bħala cameraman f’Malta, David Chircop kien assenjat ukoll diversi impenji barra lpajjiż fosthom fit-Tajlandja u Sri Lanka fejn iffilmja l-esperjenza tan-nies tal-pajjiż wara ttsunami devastanti tal-2004.

Minbarra dik l-esperjenza ġurnalistika, David Chircop kien assenjat biex jirrapporta summits tal-UE, attivitajiet politiċi, intervisti barra l-pajjiż u l-avvenimenti politiċi ewlenin li seħħu f’Malta fl-aħħar snin. Fil-karriera tiegħu bħala cameraman, David Chircop kien magħruf bħala cameraman li jpoġġi l-aħbar l-ewwel u li kien impenjat biex iwassal l-ewwel

David: Mhux passat iżda preżent

LOKALI

filmati lit-telespatturi fl-impenn biex l-istazzjon li jaħdem miegħu mhux biss ikun l-ewwel bl-aħbar iżda wkoll ikollu l-filmati ġurnalistiċi. F’dan il-mument diffiċli għall-familja ta’ David Chircop, it-tmexxija, l-edituri, ġurnalisti, cameramen u l-impjegati kollha ta’ media.link communications jesprimu s-solidarjetà tagħhom mal-familja Chircop.

(Fuq, xellug): David Chircop f’mument rilassati barra minn Malta. (Fuq, lemin): fl-aktar ambjenti għal qalbu, fuq ix-xogħol bħala cameraman, u fuq il-baħar

Dione Borg

Mhux faċli. Minkejja li kulħadd konxju li l-ħajja proċess, il-vjaġġ bejn din ilħajja u l-ħajja ta’ dejjem hu diffiċli: anki jekk kulħadd jemmen li l-bniedem ikun aħjar. Warajh dan il-vjaġġ iħalli ħafna feriti. L-aħbar li seħibna David għamel dan il-vjaġġ nisslet niket u diqa fost dawk kollha li kienu jafuh u kienu qrib tiegħu. Għalina David m’hux passat iżda preżent. Bħal fil-każ ta’ kollegi oħra li għamlu dan il-vjaġġ, David jibqa’ preżenti fostna l-ħbieb tiegħu u l-kollegi. Kollegi li ħdimna ħafna flimkien, li għaddejna mumenti sbieħ u oħrajn ta’ sfida flimkien. Kollegi u ħbieb li fittixna lil xulxin u li żviluppajna r-relazzjoni ta’ xogħol fi ħbiberija sinċiera li tibqa’. Ħbiberija mibnija fuq

lealtà, dedikazzjoni u valuri li David tant jemmen fihom. Għal dawk kollha li bħali ħadmu qrib tiegħu, David hu bniedem li jispirak. Anki quddiem il-mumenti diffiċli meta ħaddieħor kien jitlef it-triq, David kien jibqa’ kalm u jaġixxi skont il-valuri. Il-kurraġġ li wera meta tana l-aħbar li kellu sfida medika kbira quddiemu kien ġej biss mit-twemmin li kien jemmen fih. B’mod inkredibbli, waqt li kien għaddej mit-tbatija David saħħaħ il-fidi tiegħu u kabbar it-twemmin. Propju fil-mument l-aktar diffiċli David baqa’ jkun ta’ eżempju għal kulħadd. Ma’ David għexna mumenti sbieħ. Għexna konferenzi, meetings, diskussjonijiet u attivitajiet oħra li David kien tant tidħol għalihom b’dedikazzjoni. Għexna flimkien mumenti fl-istorja tal-pajjiż li kien propju David li rrekordja-

Bħal fil-każ ta’ kollegi oħra li għamlu dan il-vjaġġ, David jibqa’ preżenti fostna l-ħbieb tiegħu u l-kollegi

hom għal dejjem permezz talcamera tiegħu. Tul il-karriera tiegħu bħala cameraman David kien eżempju ta’ determinazzjoni. Għexna flimkien avvenimenti li mhux biss nibqgħu niftakruhom għall-importanza tagħhom iżda wkoll għaliex porpju ħdimniehom flimkien. Min, bħali, kien tant qrib tiegħu, għandu għax iħossu fortunat li ħadem viċin raġel li f’ħajtu kien jaf x’inhuma l-prijoritajiet. David hu bniedem li tista’ tafdah. Iżda David mhux eżempju tajjeb biss fix-xogħol iżda hu

wkoll eżempju mill-aqwa filħajja tiegħu mal-familja. Kienu mumenti li ma tista’ tinsiehom qatt. Għixna mumenti millisbaħ fuq l-art u fuq il-baħar, li David tant kien ifittex. Dan mhux eloġju għal wieħed mill-ikbar ħbieb tagħna. Mhux sempliċi apprezzament. Dawn huma fatti ta’ karattru li sawru bniedem. Dan hu David Chircop. Persuna li bena ħajtu fuq is-sewwa, bla ma għamel qatt ħsara lil ħadd. Min-naħa loħra, David dejjem kien hemm għal kull min kellu bżonn. Kien lest jgħin, jisma’ u ma jinsiex. Min jaf lil David sew

jaf li dawn huma l-kwalitajiet tiegħu. Issa David mhux se jibqa’ fluffiċċju tiegħu, mhux se nibqgħu niddiskutu u nitkellmu, mhux se nibqgħu niltaqgħu fiżikament. Iżda dan ma jfissirx li David mhux se jibqa’ preżenti magħna. Ma jfissirx li David se jkun il-passat... għaliex fil-verità David għadu magħna u se nibqgħu nħossuh kuljum flambjent li fih tant għaddejna mumenti. Il-messaġġi pożittivi li jtina David jibqgħu magħna. Ta’ dan ngħidulek grazzi, David. Quddiem dan il-mument diffiċli ninsab ċert li David ma jridniex inkunu mdejqa. David ma jridx lill-familja u lill-ħbieb tiegħu jħossuhom ħażin. }gur li jridna nkomplu għaddejjin bixxogħol tagħna, bl-impenji tagħna u bil-ħolm tagħna. Għalhekk ma’ David irridu nagħmlu kurraġġ. Għalissa, insellimlek David!


www.maltarightnow.com

7

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Is-sajd bin-nassa… sengħa li qed tintilef

Karlu għandu 82 sena u qatta’ 70 sena jaħdem bħala sajjied tan-nassa

Matthew Mamo

Fi triq imwarrba f’San Pawl ilBaħar, għall-kwiet li joffru dawn l-inħawi, jinsab garaxx mimli teżori, li tista’ tgħid li fih jgħix Karlu Azzopardi. Iltqajna ma’ Karlu, sajjied ta’ 82 sena, f’dak li hu jsejjaħlu luffiċċju tiegħu, garaxx kbir fejn ilu kważi sebgħin sena jaħdem in-nases b’idejh. “Jien sajjied tan-nassa, mhux sajjied tax-xibka. U jien, fuq innassa ilni qrib 70 sena, daqshekk ilni nagħmilhom dawn” spjegalna b’sens ta’ kburija, Karlu. In-namra tas-sajd u l-imħabba għall-baħar, Karlu wiritha mingħand missieru. “Kont immur ma’ missieri meta kelli tnax-il sena. Konna mmorru bil-moqdief u niġu lura bil-moqdief. Ġurnata bilmoqdief,” jiftakar Karlu. “Luzzu li kien għamel missieri. Fih tnax-il pied u għamlu b’ħames liri. U l-ħames liri mhux minn flusu, iddubbahom.

“B’kollox irrid tlett ijiem ma’ kull waħda minn dawn in-nases. Jumejn nagħmel il-qasab, inqaxxar, u ġurnata oħra biex nagħmilha”.

Ħames liri tafx. Kont immur miegħu, kien jagħmilli d-dgħajjes tas-sufri u jien naqdef, ta’ tifel li kont,” kompla jispjegalna Karlu. Fil-garaxx ta’ Karlu, li jsibuh bħala “Il-Mirlu”, konna mdawrin b’mijiet ta’ nases li ħadem Karlu stess. Uħud tal-qasab, oħrajn talistainless steel. Spjegalna kif dan ix-xogħol hu delikat u jieħu ħafna ħin. “B’kollox irrid tlett ijiem ma’ waħda. Jumejn nagħmel il-qasab, inqaxxar, u ġurnata biex nagħmilha”. Imma minkejja s-sigħat twal li jirrikjedi x-xogħol, lil Karlu ssemmilux l-għodda. “Din ma tistax taħdimha bl-

Karlu jiddeskrivi l-garaxx fejn jaħdem bħala l-uffiċċju tiegħu

għodda. X’għodda trid tuża? Jekk ma tużax il-mus u l-labra bil-ħajt, m’hawnx għodda għaliha,” kien pront irrimarkalna Karlu. “Darba ħija pponta jagħmel mus u jqaxxar il-qasab, imma m’għamel xejn għax beda jqaxxarhom bil-qoxra b’kollox u n-nassa ma tiġix b’saħħitha.” Id-dispjaċir ta’ Karlu hu li warajh, dan ix-xogħol se jispiċċa u s-sengħa tintilef. “Għalija, dan ix-xogħol qed jintilef. Għaliex nases bħal dawn m’għandekx tibża’ għalihom jew tagħmilhom f’mużew?” staqsa b’diqa Karlu, filwaqt li wriena nassa minn ta’ missieru, li jgħidulha “imbarrata” u li fiha

In-nassa tas-sajd tirrikjedi ħafna xogħol delikat, u tinħadem bl-idejn

jitpoġġa l-ħut ħaj, nassa li għandha fuq mija u ħamsin sena. Karlu fakkarna wkoll fil-bċejjeċ tal-baħar tradizzjonali Maltin. “Issa dawn il-luzzijiet mhux se jispiċċaw? Id-dgħajjes tal-latini spiċċaw. Li kieku npoġġu waħda f’mużew ħalli jiġu t-tfal tiegħi, u t-tfal tat-tfal tiegħi, u jgħidu ara x’ħallew lantiki.”

Lil Karlu staqsejnieh ukoll kif iħossu f’dan il-garaxx, u wara li qatta’ ħajtu mdawwar bil-baħar. “Happy, happy ħafna hux,” qalilna f’nifs wieħed, emozzjonat. “Tħallinix fuq l-art u tagħtini ħamsin lira kuljum tafx, għax ma noqgħodx. Ħalli mmur fuq il-baħar u ma naqbad xejn. Twelidt fuq il-baħar u fil-baħar irrid immut.”

Fil-garaxx ta’ Karlu f’San Pawl il-Baħar issib mijiet ta’ nases li ħadem hu stess, uħud tal-qasab, oħrajn tal-istainless steel


www.maltarightnow.com

8

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

GUATEMALTA

Fondazzjoni biex tiġbor flus għal proġetti sostenibbli fil-Gwatemala

Alessia Psaila Zammit GuateMalta huwa l-isem ta’ fondazzjoni li twaqqfet dan ixxahar bil-għan li tiġbor fondi għall-proġetti fil-Gwatemala mmexxija minn Dun Anton Grech – qassis Għawdxi li ilu jaħdem f’dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar 17-il sena. In-Nazzjon tkellmet ma’ membru tal-Bord ta’ din il-fondazzjoni, Andrè Zammit, dwar lgħanijiet tal-fondazzjoni. Hu spjega li din il-fondazzjoni twaqqfet bil-għan li tgħin fi proġetti sostenibbli f’Iżlabal fin-naħa ta’ fuq talGwatemala. Bħalissa għaddejjin

proġetti fosthom knisja, grawnd tal-futbol li jservi wkoll bħala spazju teatrali, fish farms u rziezet tat-tiġieġ. Zammit qal ukoll li l-fondazzjoni tgħin biex jinġabru l-fondi u biex tgħin voluntiera li jkunu mħajrin jagħmlu esperjenza filGwatemala. Dan is-sajf grupp ta’ żgħażagħ marru l-Gwatemala biex jagħmlu ħidma volontarja fil-proġetti mmexxija minn Dun Anton Grech. In-Nazzjon tkellmet ma’ Nicholas Briffa li kien fost iżżgħażagħ li għamel din l-esperjenza. Briffa qal li l-grupp kien ilu disa’ xhur iħejji għall-esper-

jenza fil-Gwatamala fost l-oħrajn permezz ta’ esperjenzi ta’ fundraising f’diversi lokalitajiet f’Malta. Il-grupp saħansitra organizza container b’affarijiet bżonjużi li ntbagħat il-Gwatemala. Briffa qal “n-nies laqgħuna b’ferħ u b’entużjażmu. Dik kienet l-iktar ħaġa li ħadt mill-volontarjat. Filwaqt li konna involuti filproġetti sostenibbli, ħadna ħhafna ferħ u mħabba li jibqghu f’qalbi għal għomri.” Nicholas Briffa għażel l-esperjenza fil-Gwatemala biex jagħmel proposta għaż-żwieġ littfajla tiegħu Vanessa. Dwar din l-

Il-membri tal-Fondazzjoni GuateMalta (mix-xellug għal-lemin: Andrè Zammit, Graziella Buttigieg, Profs. Carmelo Agius, Marika Zammit, Fr Anton Grech, Lara Gerada, Anthony Scicluna)

esperjenza hu qal “moħħi kien ilu jberren dwar kif se nagħmel din il-proposta. Meta ddeċidejna li mmorru l-Gwatemala, għidt issa x-xoqqa f’moxtha li nagħmel dan il-pass. Fr Anton bil-karattru sabiħ tiegħu ħataf lokkażjoni u kien qisu l-project manager tagħna biex norganizzaw din is-sorpriża. Imma din lattività kienet speċjali għallkomunità ta’ Fr Anton għaliex kien hemm madwar 200 persuna li huma Evangeliċi, u li jkunu jistgħu jgħinu lill-komunità fejn għamilna volontarjat, li raw kemm il-parroċċa hemmhekk hija ħajja u vibranti.”

Andrè Zammit, wieħed mill-membri tal-Fondazzjoni GuateMalta

Nicholas Briffa, waqt li dan is-sajf kien fil-Guatemala, għamel proposta għaż-żwieġ lit-tfajla tiegħu Vanessa


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Ir-rikkezza tal-lingwi

Illum jaħbat il-Jum Ewropew tal-Lingwi, imwaqqaf biex nirriflettu fuq il-lingwi li huma bżonn u dritt ta’ kull bniedem, biex napprezzaw kemm hawn lingwi differenti, u biex nitgħallmu aktar lingwi ma’ dik materna, mal-ewwel lingwa tagħna.

Għarfien nazzjonali u internazzjonali għall-Malti Kull fejn kien hemm u għad hemm il-bniedem, hemm illingwi. U biex napprezaw il-lingwi, l-ewwel irridu napprezzaw tagħna. Bħalissa qed niċċelebraw il-50 sena talIndipendenza li fil-fatt għamlet l-ilsien Malti l-lingwa nazzjonali ta’ Malta. U għaxar snin ilu, l-ilsien nazzjonali tagħna kiseb ukoll għarfien internazzjonali meta sar lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-avanz tal-Malti Meta tqis li ilu biss 90 sena li l-Malti adotta s-sistema ta’ kif jinkiteb, il-Malti avanza ħafna. Hu veru li l-Malti qed ibati minn kundizzjonijiet li qed ibatu minnhom anke lingwi kbar bħat-Taljan, u veru wkoll li qed jinbidel bħalma jinbidlu l-lingwi kollha.

Mifrux ħafna f’Malta Imma hawn ukoll għarfien u ħidma ferm akbar favur il-Malti bit-twaqqif, disa’ snin ilu, tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Il-pubblikazzjonijiet u l-letteratura bil-Malti żdiedu. U, minkejja li nistgħu naħsbu mod ieħor, kważi l-Maltin kollha jitkellmu bil-Malti u jqisuh bħala l-ewwel lingwa tagħhom: 97 fil-mija; aktar minn kemm hemm nies fil-Ġermanja jitħaddtu bil-Ġermaniż.

Mira ta’ żewġ lingwi oħrajn Dan jirriżulta minn stħarriġiet konsistenti, anke tal-Eurostat. Għax l-Unjoni Ewropea għandha politika importanti dwar illingwi u tistħarreġ sewwa liema lingwi huma mitkellma fejn u kemm. U għandha mira ewlenija li, apparti dik tagħna, inkunu nafu wkoll żewġ lingwi oħrajn.

Fuq quddiem nett U f’din il-mira, aħna l-Maltin qegħdin fuq quddiem nett. Studju li sar tliet snin ilu wera li t-tagħlim tal-lingwi fl-iskejjel Maltin hu fost l-aħjar fl-Ewropa. Stħarriġ ieħor juri li 60 fil-mija tal-Maltin, apparti l-Ingliż, jafu wkoll it-Taljan. U ċifri li ħarġu lbieraħ mill-Eurostat juru li s-sistema tal-edukazzjoni f’Malta fl-2012 kienet tgħallem ammont kbir ta’ studenti lingwi Ewropej oħra bħall-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ispanjol.

Il-lingwi jagħnu l-ħajja Il-Malti għandna bżonnu dejjem biex nitkellmu u niftehmu hawn mal-bqija kważi kollha tal-Maltin u, aktar, biex ikollna sehem l-aktar sħiħ fid-deċiżjonijiet li jorbtuna; dik hi ddemokrazija lingwistika. Mal-Malti, it-tagħlim ta’ lingwi oħrajn jaqblilna fl-edukazzjoni u fix-xogħol għax aħna nikkomunikaw ħafna mal-barranin, u wkoll biex induqu d-diversità tallingwi li hawn fid-dinja, u magħhom il-letteratura u l-kultura ta’ dawk li jitħaddtuhom u li jarrikkixxu l-esperjenza tagħna bħala bnedmin.

9

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

‘Tifkiriet’

Nixtieq ngħaddi kumment dwar serje regolari ta’ artikli, liema serje jisimha ‘Tifkiriet’, tidher fil-ġurnal Leħen is-Sewwa u h ffirmata minn Joe Micallef Stafrace. Dan, b’mod partikolari, dwar dawk il-kummenti li, kultant żmien, iżerżaq dwar il-kwistjoni politiko-reliġjuż fejn donnu qed jipprova jerġa’ jikteb l-istorja ta’ Malta kif irid hu u kif jaqbel lilu biss. Infakkar biss fi kliem talQdusija Tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II fejn, waqt żjara li Dom Mintoff għamel f’Ruma nhar it12 ta’ Novembru 1981 qal: “Hu għalhekk li l-Knisja Kattolika, bil-ħidma tagħha, toffri kontribut siewi ħafna għall-ħajja tas-soċjetà ċivili, kif jixhdu għadd kbir ta’ istituzzjonijiet fil-kamp edukattiv, assistenzjali u karitatevoli u l-wirt li ma jitkejjilx ta’ valuri li għandhom x’jaqsmu mal-għaqda tal-familja. Biex tkun tista’ twettaq dan isservizz tagħha, il-Knisja Kattolika titlob il-libertà li tmiss lilha għaliex irċeviet mingħand Alla l-mandat, li hu dritt u dmir, li xxandar il-Vanġelu Mqaddes f’forom adegwati, għall-stess natura ta’ dan il-messaġġ u għaddinjità umana ta’ dawk li lilhom dan il-messaġġ hu dirett”.

25 sena ilu f’In-Nazzjon

Għaldaqstant nistaqsi lil Joe Micallef Stafrace x’kienet irraġuni li, taħt Gvern Mintoffjan, li għal xi żmien hu kien jagħmel parti minnu, il-Knisja Kattolika sabet ruħha fi stat miskin fejn kellha titlob il-libertà li hi dritt tagħha. Edward Torpiano Il-Furjana

Isuqu u jċemplu

Ma nistax nifhem kif aktar ma jgħaddi żmien, u aktar ma jiżdied il-periklu fit-toroq minħabba lammont esaġerat ta’ traffiku li hawn u dalwaqt ukoll minħabba ż-żlieq tax-xita, sirt tara dejjem aktar sewwieqa irresponsabbli bit-telefon ċellulari ma’ widnejhom waqt li bl-id l-oħra jimmanuvraw il-karozza b’periklu għalihom u wisq aktar għal ħaddieħor. Nara wkoll sewwieqa oħra, ma

nafx hux iktar gravi din, jibagħtu l-messaġġi minn fuq il-mowbajl b’rashom baxxuta lejn l-iscreen żgħir tat-telefon waqt li jsuqu. Ma nafx kemm huma l-multi għal nuqqas bħal dan, imma nispera li huma ferm ogħla minn xi ħadd li għax ikun ilu jdur u jagħqad xi 20 minuta biex isib parking, jitfa’ l-karozza fuq xi yellow line għal ħin qasir, bħalma ġrali jien dal-aħħar, mingħajr ma jostakola lil ħadd. Jiena ammettejt it-tort tiegħi u ħallast il-multa, imma kemm hemm offiżi iktar gravi li qed inħalluhom għaddejjin fit-toroq tagħna! Hemm bżonn ta’ ferm u ferm aktar dixxiplina fit-toroq biex nevitaw inċidenti bla bżonn, speċjalment dawk kawżati minn traskuraġni u qżież ta’ min jaħseb li jista’ jagħmel li jrid. John Gauci Birkirkara

Waqt ċena għal mexxejja internazzjonali li kienu New York għall-44 sessjoni talAssemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-istima kbira tal-Amerika għal Malta ntweriet biċ-ċar meta l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami għal sagħtejn sħaħ kien mistieden ipoġġi ħdejn ilPresident Amerikan George Bush. Fil-fatt f’din l-okkażjoni l-Prim Ministru Fenech Adami ltaqa’ darbtejn mal-President Amerikan George Bush fi New York. Il-President Bush u s-Sinjura Bush kellhom kliem ta’ tifħir għal Malta, speċjalment wara r-rapporti pożittivi ħafna li rċevew mingħand ħu l-President, William Bush, li kien f’Malta ftit jiem qabel jirrappreżenta lill-President Amerikan fil-festi tal-Indipendenza. In-Nazzjon ħabbret ukoll li investituri minn Hong Kong huma interessati li jinvestu f’Malta tant li sitt industrijalisti minn Hong Kong għandhom jiġu Malta sal-aħħar ta’ din is-sena biex jiffinalizzaw l-investiment tagħhom.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

10

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

OPINJONI

Il-Knisja Kattolika fl-Ingilterra u Wales Il-Kap taċ-Church of England, ir-Reġina Eliżabetta II flimkien mal-Kap tal-Knisja Kattolika l-Papa Franġisku

Nerġa’ llum għal artiklu ieħor dwar diversi aspetti tal-ħajja talpoplu Britanniku. Diġà tajt ħarsa lejn il-Knisja stabbilita mil-liġi magħrufa bħala ċ-Church of England jew dik Anglikana. Qabel il-firda reliġjuża li kien ġab fil-gżejjer Britanniċi r-Re Henry XIII bl-isfida tiegħu lillPapa, il-Knisja Kattolika kienet parti mill-ħajja tal-poplu, speċjalment fin-naħa ta’ fuq talIngilterra. Il-persekuzzjoni li kienet ħraxet ħafna matul ir-renju tarReġina Eliżabetta I, kienet wasslet biex il-Kattoliċi jgħixu ħajja moħbija, għax kull att reliġjuż f’isem il-fidi Kattolika kien iwassal għall-mewt. F’dan il-perijodu n-numru ta’ martri Kattoliċi fl-Ingilterra u Wales kien impressjonanti ħafna. Nies twajba kienu ħolqu networks bejniethom biex jgħinu lill-qassissin u patrijiet iqaddsu xi quddiesa kultant u ħafna minnhom kienu ħolqu kmamar żgħar moħbija fi djarhom fejn kienu jistaħbew il-qassissin. Xi wħud minn dawn in-nies twajba kienu fost dawk li kienu tilfu ħajjithom għax xi spija kien kix-

ifhom mal-awtoritajiet. Minkejja dan, ir-reliġjon Kattolika kienet baqgħet ħajja grazzi għal nies tassew kuraġġużi. Fl-1766 kienet seħħet ġrajja sabiħa ħafna. Minħabba, fost raġunijiet oħrajn, il-bidla kbira ta’ attitudni li kienet seħħet bejn il-monarkija Ingliża u monarkiji Ewropej leali lejn il-Papa, kienet seħħet ukoll ir-rikonċiljazzjoni tant mixtieqa meta l-Papa ta’ dak iż-żmien kien uffiċjalment ta lgħarfien tiegħu tal-Monarkija Ingliża, u b’hekk tneħħiet l-idea li din il-monarkija kienet waħda illeġittima fl-għajnejn tal-Knisja Kattolika. Fis-sena 1829 att talParlament magħruf bħala ‘Roman Catholic Relief Act’ kien ta lura l-libertà lill-Kattoliċi li jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom u kienu rebħu bħala individwi ħafna mid-drittijiet li kienu tilfu minħabba t-twemmin tagħhom. Fl-1850 il-Papa Piju IX kien ta l-kunsens tiegħu li titwaqqaf ġerarkija bl-organizzazzjoni ta’ djoċesijiet differenti li ħadu post id-distretti ta’ Kattoliċi mxerrdin ’l hawn u ’l hinn. L-istoriċi jsemmu li f’dan il-

Fl-2011 kien hemm 5.7 miljun Kattoliku fl-Ingilterra u Wales

Salvu Felice Pace sfelicep@go.net.mt

perijodu ta’ emanċipazzjoni lpoplu Kattoliku fl-1851 kien jikkonsisti f’madwar 50,000 rekusant, jiġifieri ċittadini li baqgħu jipprattikaw il-fidi Kattolika bil-moħbi waqt is-snin tal-persekuzzjoni u aktar minn 400,000 ta’ oriġini Irlandiza. Matul iż-żmien insibu kotra ta’ Anglikani wkoll li kienu kkonvertew u saru Kattoliċi. Fost dawn insibu l-famuż Beatu John Henry Newman u aktar tard G.K. Chesterton, Ronald Knox, Evelyn Waugh u Malcolm Muggeridge. Ma rridx nagħti l-impressjoni li qabel il-perijodu magħruf ta’

‘reformation’ ma kienx hemm persuni Kattoliċi ta’ fama kbira. Biżżejjed jekk niftakru li bejn issnin 1149-1154 il-Papa Adrian IV kien Ingliż bl-isem ta’ Nicholas Breakspeare. Il-qaddisin martri San Thomas More u San John Fisher kienu persuni leali għall-vera fidi u kienet dik il-lealtà li kienet wasslithom għall-glorja tal-altari. Fis-seklu 20 il-Knisja Kattolika fl-Ingilterra u Wales kienet baqgħet għal snin twal iddominata mill-influwenza talKnisja Kattolika fl-Irlanda ta’ Isfel, l-aktar minħabba l-immigrazzjoni qawwija ta’ Irlandiżi foqra li fittxew ħajja ġdida fi bliet bħal Liverpool. Iżda bilmod il-mod il-komunità Kattolika saret ħafna aktar varja, b’immigranti mill-Ewropa, millAfrika, mill-Karibew u millAsja. Fl-2011 kien hemm 5.7 miljun Kattoliku fl-Ingilterra u Wales, 841,053 fl-Iskozja, fejn il-Knisja

Kattolika għandha ġerarkija separata u 738,033 fl-Irlanda ta’ Fuq, fejn il-Knisja Kattolika għandha l-istess ġerarkija talKnisja fl-Irlanda. L-organizazzjoni tal-Knisja Kattolika flIngilterra u f’Wales tikkonsisti f’ħames provinċji kbar, dik ta’ Westminster bilKatidral f’Londra fejn normalment jirresjedi l-Kardinal, illum l-Arċisqof Vincent Nichols, ilprovinċja ta’ Birmingham, ta’ Cardiff f’Wales, ta’ Liverpool in-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra u lprovinċja ta’ Southwark li tiġbor fiha xi subborgi ta’ Londra flimkien ma’ Kent, Surrey u Sussex. Hemm ukoll fl-Ingilterra sezzjoni tal-Knisja Kattolika għal dawk il-Griegi b’rabta ma’ Ruma u Ordinarjat li twaqqaf ftit snin ilu li ġabar fih mijiet ta’ Anglikani, qassisin u lajċi li ħallew il-Knisja Anglikana u saru Kattoliċi u ngħataw permess li jkomplu jħaddnu l-patrimonju Anglikan.


www.maltarightnow.com

11

s-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

OPINIJONI

Wirja fil-Malta Chamber of Commerce, ta’ pittura ta’ Agatha Grima, konservatriċi u pittriċi

Iż-żieme tal-Belt, huwa ġdid, u l-iskultur, il-bravu Austin Camilleri, mhux biss naqqas konsonanti, imma anke sieq waħda ta’ quddiem

Xi jfissru ‘żieme’ bi tliet saqajn u l-astratt ta’ Agatha Grima

Qabel ma rajt dan l-imbierek żiemel, bdejt nirċievi l-mistoqsijiet: imma għax bi tliet saqajn? Xi jfisser, xi jrid jgħid bih, kritika tal-gvern t’issa jew ta’ qabel? Kritika tal-parlament u tal-pjanijiet ta’ Piano? Meta nnies jagħrfuk bħala kritiku, allura jaħsbuk li taf twieġeb. Jistennewk twieġeb speċjalment dik il-mistoqsija ewlenija, xi jfisser dan l-oġġett tal-arti? Il-mistoqsijiet ma naqsux, u magħhom ġew ukoll is-suġġerimenti, xi wħud minnhom inġenjuzi wkoll. Jien ġeneralment, biex ma niftaħx konversazzjoni li żżommni għal xi siegħa u nofs nitħambaq, ġieli ssugrajt ngħid lin-nies, li fil-funderija, naqas il-bronż għar-raba’ sieq, u ħallieh b’sieq nieqsa. Imbagħad xi ħadd issuġġerixxa li anki lkelma ‘żiemel’ setgħet tnaqqas l-aħħar konsonanti biex timxi id f’id u ssir ‘żieme’.

Il-fatt hu dan, li ma tistax tuża qies wieħed għall-opri artistiċi kollha, anqas jekk ikunu tal-istess dixxiplina, ngħidu aħna, mużika biss jew pittura biss. Xi wħud nammirawhom għal ħaġa u xi wħud għal xi ħaġa oħra. Il-pittura nuda ta’ Goya nammirawha għal raġuni differenti milloħra tal-ixkubettjar tal-patrijotti. Illum diffiċli tattira l-attenzjoni tal-pubbliku. Żiemel b’erba’ saqajn hawn kemm trid imma bi tliet saqajn, irid ikun xi monument imkisser biżżmien. Iż-żieme tal-Belt, huwa ġdid, u l-iskultur, il-bravu Austin Camilleri, mhux biss naqqas konsonanti, imma anke sieq waħda ta’ quddiem. B’hekk ġibed l-attenzjoni. Turisti jieqfu u jieħdu r-ritratt ħdejh jew taħtu. Fejn se ssib żiemel bi tliet saqajn?

Norbert Ellul-Vincenti nibit2@gmail.com

Ħafna Maltin, jieqfu u jagħmlu kumment, min pożittiv u min negattiv jew almenu interrogattiv. Għaliex? Xi jfisser? Lartista laħaq l-iskop tiegħu li kulħadd għandu xi kelma fuq limbierek żiemel tiegħu bla sieq u konsonanti. Ftit indunaw kemm hi verament skultura sabiħa ta’ żiemel. Imma li għandu sieq nieqsa, kulħadd jinduna.

Dil-ġimgħa, kumbinazzjoni, kif dħalt il-Belt nara xi ħaġa mill-festi tal-Indipendenza, bqajt sejjer nara wirja, fil-Malta Chamber of Commerce, ta’ pittura ta’ Agatha Grima, konservatriċi u pittriċi. Għandha numru ta’ tili meraviljużi. Wieħed jammirahom l-ewwel nett għall-effett kuluristiku li għandhom. Huma xeni astratti. U l-ewwel mistoqsija li tiġik, tista’ tkun dwar xi jfissru. Tista’ jekk trid, tara fihom dak li jissuġġerixxu għajnejk u moħħok, qishom xi ‘Rorschach test’, imma tista’ tibqa’ ħieles u tidħol ġol-kwadri bl-immaġinazzjoni. Tkun avventura, forsi wkoll emozzjonali, min jaf. Imbagħad jista’ jkun li int issir taf, li dawn il-kwadri jassumu ċerta aggressività lejn il-viżitatur, għax ilpittriċi għandha esperjenza kbira fir-restawr tal-arti, u filkimika taż-żebgħa. Taf tfassal

velaturi li jgiegħlu l-kwadru joħroġ għalik, minflok li int tersaq lejh. Il-kuluri jixegħlu ta’ Grima, ma rajthom għand ħadd iżjed. It-titli tal-kwadri tagħha, jissuġġerixxu “kontenut”: ‘Timeless’, ‘See You in Heaven’, ‘Where do we go from here?’, ‘Hope’, ‘Waterfall’… F’‘Waterfall’ jidher li hemm xi ħaġa donnha ilma nieżel, imma ‘See You in Heaven’ mhu ssuġġerit minn xejn għajr limmaġinazzjoni tal-artista. Ilviżitatur jista’ jara li jrid u jċedi għal sens ta’ paċi jew avventura skont il-nisġa ta’ lwien u forom, jew l-assoċjazzjonijiet personali tiegħu. Imma l-astratt jista’ wkoll ma “jfisser” xejn, u jkun sempliċement esperjenza umana id f’id maż-żebgħa fuq tila fi kwadru. Niftiehmu, jista’, imma mhux bilfors.


www.maltarightnow.com

12

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Dimostranti Kurdi Torok ikissru parti mill-fruntiera Sirjana waqt protesta kontra l-vjolenza tal-militanti tal-Istat Iżlamiku f’Sanliurfa fit-Turkija. (ritratt EPA)

Mat-3,000 Ewropew jiġġieldu mal-militanti Iżlamiċi L-IRAQ u S-SIRJA

Gilles de Kerchove, irresponsabbli għall-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-Unjoni Ewropea, qal li hu stmat li hemm mat-3,000 ċittadin Ewropew li qed jiġġieldu malmiltanti Iżlamiċi fis-Sirja u lIraq. Hu żied li l-forzi tas-sigurtà Ewropew qed jirrapportaw li saħansitra tfal ta’ 13-il sena mill-Ewropa qed imorru biex jissieħbu mal-militanti tal-Istat Iżlamiku.

De Kerchove qal li, mat3,000 m’hemmx dawk li diġà marru jiġġieldu u rritornaw lura pajjiżhom. Hu qal li, għallewwel, l-akbar sors ta’ ġellieda għall-istat Iżlamiku kienu minn Franza, ir-Renju Unit u lĠermanja imma llum il-pajjiżi fl-Ewropa minn fejn ġejjin żdiedu sew. Fost il-pajjżi l-oħra hemm ċittadini mill-Irlanda, idDanimarka, Spanja u l-Italja. Hu mifhum li mal-militanti

hemm ukoll ċittadini millKanada u l-Awstralja. Hans Georg Maaben, il-kap tas-servizzi tas-sigurtà Ġermaniżi, min-naħa tiegħu kien ikkwotat li qal li qed ikun hemm anki bniet li qed jaħarbu biex jissieħbu mal-militanti. Maaben qal li dawn spiss qed imorru għaliex għandhom xi idea romantika li jiżżewġu ġellied. Hu żied li fil-maġġoranza assoluta, dawn kienu tfal ta’ immigranti. Anki s-servizzi tas-sigurtà Norveġiż esprimew l-istess opinjoni ta’ Maaben u ma eskludewx il-possibbiltà li hemm xi wħud li jinsabu l-Iraq jew is-Sirja u li s-servizzi tassigurta fl-Ewropa ma kienux jafu bihom. F’diversi pajjiżi Ewropej qed isiru rejds mill-Pulizija kontra nies li qed jappoġġjaw l-Istat Iżlamiku jew fuq suspett li kienu qed jippreparaw attakk terroristiku Ilbieraħ, ir-Renju Unit kien mistenni jissieħeb fil-koalizzjoni ta’ madwar 40 pajjiż li qed iwettqu attakki mill-ajru kontra l-Istat Iżlamiku. Id-Danimarka ħabbret li kienet se tibgħat seba’ ajruplani tat-tip F-16 biex jissieħbu fl-attakki li qed isiru fl-Iraq biss. Sadattant, l-attakki mill-ajru qed ikomplu u fir-raba’ lejl ta’ attakki fil-mira kien hemm tankijiet tal-gwerra f’idejn lIstat Iżlamiku fis-Sirja kif ukoll attakki oħra fl-Iraq.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Kważi 3,000 vittma L-EBOLA

L-Organizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) wissiet li s-sitwazzjoni bl-Ebola f’ċerti partijiet tal-Punent tal-Afrika kienet qed tmur għall-agħar u l-vittmi issa kienu kważi laħqu t-3,000 persuna. L-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għas-saħħa qalet li skont l-aħħar ċifri li kisbet, il-mejta minħabba l-Ebola huma 2,917 vittma. Imma hemm suspetti li lawtoritajiet fil-Liberja u Sierra Leone qed jaħbu l-verita. Il-marda s’issa qed taffettwa lagħar lill-Guinea, fejn feġġet fi Frar, lis-Sierra Leone u l-Liberja filwaqt li fin-Niġerja u sSenegal, hemm każijiet imma dawn kienu lokaliżati. L-agħar s-sitwazzjoni iżda hi fi Sierra Leone fejn kien hemm żieda drammatika fil-każijiet filkapitali Freetown. Hemm suspetti wkoll dwar rapporti li f’Kailahun u Kenema fejn kien hemm naqsa fil-każijiet li qan-

13

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

qal suspetti fost esperti talWHO. Hemm ħafna kemm fi Sierra Leone kif ukoll fiż-żewġ pajjiżi l-oħra li huma xettiċi ħafna tattobba kemm lokali kif ukoll barranin u spiss kienu qed jaħbu lkażżijiet ta’ infezzjoni millawtoritajiet. Il-WHO ukoll m’hix konvinta minn rapport tal-Gvern Liberjan li ma kienu nstabu ebda każijiet ġodda fil-kapitali Monrovia. Belt li f’dawn l-aħħar ġimgħat kienet qed tara żieda kontinwa tal-każijiet. Il-WHO qalet li dak li qed igħid il-Gvern Liberjan u dak li qed igħidu l-esperti fil-pajjiż kien differenti ħafna, b’dawk ta’ l-aħħar jindikaw li s-sitwazzjoni fil-kapitali Liberjana kienet kull ma tmur taqleb għall-agħar. Il-WHO qalet li s-sitwazzjoni fil-Guinea tidher li ġiet stabbli imma xorta kienet lok ta’ tħassib kbir.

Tindifen ħajja Il-GREĊJA

Il-Pulizija f’Thessaloniki fetħet investigazzjoni dwar każ mhux tas-soltu. Każ fejn qed ikun allegat li mara mietet wara li ndifnet ħajja. Il-każ jikkonċerna mara li kienet mietet bil-kanċer u ndifnet f’ċimiterju f’Peraia 22 kilometru minn Thessaloniki. Grupp tfal qed isostnu li semgħu għajjat u tisbit ġej mill-qabar tagħha. Qabar fejn kienet indifnet siegħa qabel. Hekk kif fil-post marru l-pulizija u fetħu t-tebut, huma ma

sabu lil ħadd ħaj. Issa rapporti fil-media Griega qed isostnu li hi mietet fgata imma tobba qed isostnu li dan ma kienx possibbli minħabba l-mod kif instab il-katavru. Il-mara, li kellha 45 sena, kienet marida bil-kanċer u mietet wara li t-tobba li kienu qed jagħtuha trattament iċċertifikawha bħala mejta. Issa hemm stennija għall-awtopsja u l-qraba qed jikkunsidraw li jiftħu kawża kontra dawk li ddikjaraw li kienet mejta.

L-Internet taħt attakk L-ISTATI UNITI

Kien hemm sensiela ta’ attakki minn ‘hackers’ fuq siti fuq l-Internet wara li nstab li miljuni ta’ servers qed jużaw sistema li fiha difett, magħruf bħala ‘Shellshock’, li jħalli lil dak li jkun jikkontrolla is-sistema tal-komputers jekk ikun jaf bid-diffett. Id-difett jinsab f’programm magħruf bħala Bash li jintuża ħafna mis-sistema ta’ Unix fosthom il-‘Linux’ u l-‘OSX’ tal-‘Apple’. Esperti qalu li hekk kif din il-ġimgħa nkixef li kien hemm

dan id-difett kien hemm mewġa ta’ attività mill-hackers biex japrofittaw mis-sitwazzjoni. Esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-Internet, qalu li fil-ġranet li ġejjini huma qed jistennew li l-attakki jiżdiedu. Diversi Gvernijiet ħarġu twissijiet lid-dipartimenti tagħhom biex fis jieħdu passi biex jeliminaw dan id-difett. S’issa hemm ukoll nuqqas ta’ qbil min dwar min hu vulnerabbli għal dan l-attakk peress li l-informazzjoni hi ġdida.

IL-KAŻAKISTAN: Elena Serova ssellem hekk kif tlesti biex titlaq mill-bażi ta’ Baikonur fuq missjoni lejn l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS). Serova, li għandha 38 sena u hi omm, saret l-ewwel mara Russa f’dawn l-aħħar 17-il sena li telgħet fl-ispazju kif ukoll l-ewwel mara Russa li ntbagħatet lejn l-ISS. Hi akkumpanjata minn żewġt irġiel, Amerikan u Russu. Se ddum sitt xhur fuq l-ISS. (ritratt EPA)


14

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Jirnexxilhom jikkonvinċuhom jiżbarkaw ĊIPRU

Il-Pulizija Ċiprijotta rnexxielha tikkonvinċi kważi 300 immigrant biex jiżbarkaw minn vapur tal-passiġġier. Dan għaliex huma kienu qed jirrifjutaw li jinżlu Ċipru war ali kienu salvati. Il-vapur, is-Salamis Filoxenia,

www.maltarightnow.com

kien salva l-immigranti wara li spiċċaw f’diffikutla f’ibħra barra Ċipru. Imma hekk kif il-vapur ilĦamis biddel ir-rotta u daħal lejn il-port ta’ Limassol, l-immigranti rrifjutaw li jiżbarkaw u insistew li jittiħdu l-Italja.

Wara negozjati li damu tul illejl kollu bejn il-Ħamis u lĠimgħa, l-immigranti, li fosthom kien hemm 52 tifel u tifla, aċċettaw li jinżlu Ċipru. Sadattant, it-300 turist Russu li kien hemm abbord is-Salamis

Filoxenia, u li kienu fi triqithom lejn Haifa f’Iżrael meta kienu salvati, kellhom il-vjaġġ imħassar. Kikis Vassiliou, id-direttur talSalamis Cruise Lines, qal li bħala riżultat tas-salvtaġġ li twettaq, il-

kumpannija sofriet telf ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ewro. Il-vapur mar igħin wara li messaġġ ta’ għajnuna ntbagħat millanċa. Intqal li dawk kollha abbord kienu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

IR-RUMANIJA: Ħelikopter Rumen tat-tip AIR-330 Puma SOCAT jispara l-flares waqt manuvri militari bl-isem Joint Effort-14 f’Cincu. (ritratt EPA)

Al Pacino jinsisti li film postu ċ-ċinema IR-RENJU UNIT

L-attur Amerikan Al Pacino stqarr li hu ma setgħax jifhem kif wieħed jista’ jgawdi film meta jaraħ fuq telefone ċellulari , tablet jew laptop. Al Pacino qal li biex wieħed jieħu ġost jara film, dan irid imur ċ-ċinema. Hu qal li meta wieħed jara film fuq smartphone, jitlef ħafna mid-dettal li jkun hemm fil-film. Kummenti li għalihom kien hemm applaws kbir milludjenża li kien qed jindirizza filBritish Film Institute hekk kif kien qed ikun onorat. Pacino, li għandu 74 sena, stqarr li hu stess kien sorpriż biddifferenza meta ra film tiegħu lewwel fuq screen żgħar u wara raħ f’ċinema. Hu qal li l-unika

Al Pacino

eċċeżżjoni fejn kien jiskuża lil xi ħadd kien meta wieħed jara film fuq ajruplan għaliex hawn wieħed ma jkollux għażla. Al Pacino ngħata l-ogħla unur

li l-British Film Institute jista’ jagħti għal karriera li tinkludi films bħal dawk ta’ The Godfather, Scarface u Scent of a Woman.


www.maltarightnow.com

15

is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Malcolm Young tal-AC/DC taħt kura L-AWSTRALJA

Malcolm Young, il-fundatur u kitarrist tal-grupp leġġendarju AC/DC qed ikun rapportat li jinsab taħt kura minħabba ldementia. Il-mużiċist, li għandu 61 sena, konferma li kien irtira minħabba mard hekk kif il-grupp qed illesti biex joħroġ album ġdid, Rock Or Bust. Sorsi qrib Young qalu li hu ddaħħal f’klinika speċjaliżata f’Sydney għal kura fit-tul. F’Awwissu, il-kumplament talgrupp, li ilu flimkien għal dawn l-aħħar 40 sena, kienu taw ħjiel li

Young kien qed jikkunsidra jekk jibqgħax mal-grupp jew le u kienu wissew li kien żġur kien li hu ma kienx se jkompli jagħmel tours magħhom. Post Malcolm Young, se jittieħed min-neputi tiegħu u ta’ ħuħ, Angus u li hu wkoll membru tal-grupp, Steve Young. Malcolm Young kien ukoll il-moħħ wara ħafna mil-kanzunetti tal-grupp. Il-grupp qed illesti għal tour dinji bħala parti mill-40 anniversarju u b’ rabta mal-album ġdid, il-15-il wieħed tal-grupp. Iżda meta se jibda għadu ma tħabbarx.

IL-FILIPPINI: Ramon Ramos ta’ 58 sena juri t-tpinġija li għandu waqt l-14-il edizzjoni tal-Philippine International Tattoo and Art Expo Dutdutan 2014 f’Pasay. (ritratt EPA)

Kollox lest għat-tieġ ta’ Clooney L-ITALJA

IL-ĠERMANJA: Skultura ta’ Ġesu Kristu magħrufa bħala Christus der Geisselsauele (Kristu mal-kolonna) tinkixef fil-Mużew Liebighaus fi Frankfurt am Main. Din hi parti minn wirja dwar skulturi u l-illużjoni li jagħtu dawn l-istatwi. (ritratt EPA)

Il-curry jgħin lill-moħħ Il-ĠERMANJA

Skont studju li sar filĠermanja, il-curry aktarx igħin il-moħħ tal-bniedem biex idewwi lilu nnifsu. Ix-xjentist li ħadmu fuq dan listudju qalu li dan joffri potenzżjal imma s’issa l-istudji saru fuq ġrieden fil-laboratorju biss u wieħed irid jagħmel aktar riċerka biex jara li dan għandu l-istess effett fuq moħħ il-bniedem. Riċerkaturi mill-Istitut ta’ Xjenża Medika f’Julich qalu li kienet kimika li tinstab fit-tumeric li jintuża fil-curry li l-aktarx

kellu dan l-effett. Min-naħa loħra huma wissew kontra li nnies jibdew jiffangaw fil-curry jew tumeric. Filwaqt li xi wħud raw potenżjal f’dan għall-kura tal-Marda tal-Alzhiemer’s, intqal li wieħed irid jistenna u jara r-riżultati ta’ aktar esperimenti. Tul is-snin kien hemm esperimenti oħra li kienu wrew li kimika oħra li hemm fit-tumeric kien ta’ benefiċju għall-bniedem u fost l-affarijiet seta’ jgħin kontra l-kanċer.

F’Venezja kollox jinsab lest għat-tieġ tal-attur Amerikan George Clooney, li għandu 53 sena, lill-avukata Ingliża ta’ nisel Lebaniż, Amal Alamuddin, ta’ 38 sena. Sorsi qed isostnu li hemm mal-136 persuna mistiedna għattieġ li se ssir fil-Palazzo Papadopoli. Il-koppja huma mistennija li jkunu miżżewġa f’ċerimonja ċivili nhar it-Tnejn. Parti mill-kanali tal-belt jinsabu mblukkati minħabba t-thejjijiet marbuta maż-żwieġ. Minħabba f’hekk ma setgħax jonqos ittġerġir mir-residenti għal dan linkonvenjent. Fost il-mistiedna hemm l-attur Brad Pitt, Angelina Jolie, Sandra Bullock u Matt Damon li qed

joqgħodu fil-Hotel Cipriano fuq il-gżira ta’ Giudecca u fejn ilbieraħ filgħaxija kienet mistennija l-koppja ta’ għarajjes biex tmur għal pranżu magħhom. Ir-riċeviment uffiċjali tażżwieġ mistenni jsir is-Sibt filHotel Aman u fejn diġa hemm sigurta kbira. Iċ-ċerimonja tat-tieġ se ssir minn Walter Veltroni, l-eks Sindku ta’ Ruma u ħabib antik ta’ Clooney, fil-Ca’ Farsetti, palazz li jinsab faċċata tal-Hotel Aman. Alamuddin, li marret tgħix irRenju Unit ta’ tliet snin, hi avukatessa internazzjonali filqasam tad-drittijiet tal-bniedem u kienet iltaqgħet ma’ Clooney minħabba x-xogħol umanitarju tiegħu.

IL-PAKISTAN: Mumtaz Begum libes ta’ karattru ta’ kreatura li hi nofs mara u nofs lupu fiz-zoo ta’ Karachi. Mijiet ta’ nies ta’ kull eta jżuru ta’ kull jum lil Begum għal pariri, anki jekk ħafna, jafu li din mhux kreatura ta’ veru. Parti li ilu jaħdem għal dawn l-aħħar 16-il sena u parti li qabel kienet isir minn missieru. (ritratt EPA)


www.maltarightnow.com

16

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

Nhar it-Tnejn jitfakkar il-Jum Dinji tal-Qalb

SAĦĦA

Charles Muscat

Il-Jum Dinji tal-Qalb li kull sena jitfakkar fid-29 ta’ Settembru beda jkun iċċelebrat fis-sena 2000 bl-iskop li n-nies madwar id-dinja kollha jagħrfu li l-mard tal-qalb u l-puplesija huma l-akbar kaġun ta’ mwiet fid-dinja hekk li kull sena jmutu aktar minn 17-il miljun persuna. Imma sas-sena 2030, din iċ-ċifra mistennija titla’ għal 23 miljun. Kull sena ċ-ċelebrazzjonijiet ikollhom tema differenti li tkun marbuta ma’ xi kwistjoni jew suġġett marbut mas-saħħa talqalb. Din is-sena t-tema hi ‘Noħolqu Ambjenti Favur Qalb b’Saħħitha’.

80 fil-mija tal-imwiet prematuri minn mard talqalb jistgħu jkunu evitati Flimkien mal-membri talFederazzjoni Dinjija tal-Qalb, ilJum Dinji tal-Qalb irid ixerred laħbar li tal-inqas 80 fil-mija talimwiet prematuri minn mard talqalb jistgħu jkunu evitati jekk ikunu evitati erba’ fatturi ewlenin tar-riskju. Dawn huma t-tipjip, dieti mhux tajbin, nuqqas ta’ attività fiżika u l-użu ħażin talalkoħol. Dawn l-erba’ fatturi jridu jkunu kkontrollati. Is-suċċess tal-Jum Dinji talQalb jiddependi mill-proattività tal-organizzazzjonijiet madwar id-dinja li jgħinu biex jikber lgħarfien tal-mard tal-qalb li hu lakbar qattiel fid-dinja. Din issena l-enfasi se tkun dwar ilħolqien ta’ ambjent favur qalb b’saħħitha billi wieħed jiżgura li n-nies ikunu jistgħu jagħmlu għażliet għal qalb b’saħħitha fejn jgħixu, fejn jaħdmu u fejn jiddevertu. Dawn il-postijiet m’għandhomx iżidu l-periklu tal-

Il-qalb, l-aktar organu importanti fil-ġisem, tieqaf taħdem hi u jieqfu l-kumplament tal-organi

mard tal-qalb. Imma ħafna drabi, ċerti individwi ma jistgħux jagħmlu għażliet favur qalb b’saħħitħa minħabba fatturi marbuta mal-ambjent bħalma hu nuqqas ta’ aċċess għal ikel tajjeb

Ix-xorb alkoħoliku żejjed u t-tipjip iżidu r-riskju ta’ mard tal-qalb

għas-saħħa jew għal zoni mingħajr tipjip. Il-Jum Dinji tal-Qalb 2014 jinkoraġġixxi lil kulħadd biex inaqqas ir-riskju tal-mard talqalb u jippromwovi dinja b’qalb

Tal-inqas 80 fil-mija tal-imwiet prematuri minn mard tal-qalb jistgħu jkunu evitati jekk ikunu evitati erba’ fatturi ewlenin tar-riskju Tal-inqas 80 fil-mija tal-imwiet prematuri minn mard tal-qalb jistgħu jkunu evitati jekk ikunu evitati erba’ fatturi ewlenin tar-riskju

b’saħħitha madwarna. Dan iljum hu ddedikat biex juri kemm l-ambjent tagħna jista’ jkollu impatt u jżid ir-riskju tal-mard tal-qalb. Ħafna drabi s-soċjetà tagħti tort lil għażliet tal-mod kif jgħix l-individwu għal mard tal-qalb li jista’ jkollu. Imma l-ambjent li fih wieħed jgħix, jaħdem u jiddeverti għandu effett qawwi fuq ilkapaċità li wieħed jagħmel lgħażliet it-tajba għas-saħħa talqalb. Kulħadd għandu dritt jagħmel l-aħjar għażliet għal

qalb b’saħħitha kull fejn jgħix, kull fejn jaħdem u kull fejn jiddeverti.

Attività f’Malta mill-MMSA L-Assoċjazzjoni Maltija talIstudenti tal-Mediċina (MMSA) ukoll se torganizza attività flokkażjoni tal-Jum Dinji tal-Qalb u din l-Assoċjazzjoni f’dan iljum torganizza fost l-akbar attivitajiet pubbliċi dwar is-saħħa. għal paġna 17


www.maltarightnow.com

17

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

SAĦĦA

Kull sena jmutu aktar minn 17-il miljun persuna minħabba mard tal-qalb minn paġna 16

Din is-sena l-attività se ssir ilĦadd 28 ta’ Settembru bejn id-9 a.m. u s-2 p.m. fil-pjazza ta’ Buġibba. Matulha, tim talMMSA hu impenjat li joħloq aktar għarfien dwar l-importanza li wieħed ikollu qalb b’saħħitha u dan se jsir billi jippromwovu tip ta’ ħajja b’saħħitha b’ikel adattat, mingħajr tipjip u bl-attività fiżika. Matul il-ġurnata se jkun hemm divertiment, isiru testijiet b’xejn bħalma huma dawk għallpressjoni tad-demm, tal-glucose fid-demm u tal-BMI. Isiru wkoll diskussjonijiet dwar il-mard talqalb, sessjoni ta’ attività fiżika b’eżerċizzji taż-żumba u stretching. Se jkun hemm informazzjoni dwar in-nutrizzjoni midDipartiment għall-Promazzjoni tas-Saħħa kif ukoll se jkun hemm area għat-tfal fejn jistgħu jitgħallmu aktar dwar l-importanza li jkollhom qalb b’saħħitha.

X’inhu s-sigriet għal ħajja twila? Imma x’inhu s-sigriet għal ħajja twila? Madwar 80 fil-mija tal-irġiel jistgħu jevitaw li jkollhom attakk tal-qalb b’ħames bidliet fil-mof kif jgħixu. Dawn huma billi ma jpejpux, jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku u jixorbu lalkoħol b’moderazzjoni u dawn huma kruċjali biex inaqqsu rriskju. Imbagħad kruċjali wkoll hu li jkollhom dieta b’saħħitha u jżommu l-qies ta’ qaddhom taħt is-37 pulzier. Jekk huma jaqtgħu l-vizzji jkunu qed inaqqsu rriskju ta’ attakk tal-qalb u dan anke fi rġiel li jkunu qed jieħdu xi medikazzjoni. Riċerkaturi sabu li ħafna millattakki tal-qalb fl-irġiel jistgħu jkunu evitati b’tibdil żgħir filmod kif jgħixu. Huma jridu jnaqqsu l-ħxuna, inaqqsu lalkoħol, jimxu għal 40 minuta kuljum, jieklu aktar frott u ħaxix u jieqfu mit-tipjip. B’hekk huma jkunu qed inaqqsu drastikament ir-riskju. Studju li sar fost 20,271 raġel, sab li erbgħa minn kull ħames attakki tal-qalb setgħu kienu evitati li kieku ħadu dawn il-ħames miżuri bażiċi. Anke min għamel bidla waħda, naqqas ir-riskju b’terz u għal min għamel il-ħames bidliet, ir-riskji niżel b’86 fil-mija. Dawk li waqqfu jpejpu naqqsu r-riskju b’36 fil-mija u dieta b’saħħitha naqqset ir-riskju b’25 fil-mija. Għal dawk li xorbu inqas minn tliet units alkoħol,

Stil ta’ ħajja b’saħħtu jgħin biex dan il-mard ikun evitat u jkollok ħajja itwal ’il bogħod minn problemi f’saħħtek

jew pinta u nofs birra kuljum, irriskju naqas bi 8 fil-mija. Dawk li l-qies ta’ qaddhom kien inqas minn 38 pulzier, naqqsu r-riskju bi 13 fil-mija filwaqt li dawk li jimxu jew jaqdfu bir-rota għal 40 minuta kuljum, naqqsu rriskju b’7 fil-mija. Aktar ma lirġiel għamlu tibdil fil-mod ta’ għajxien tagħhom, aktar naqqsu r-riskju. Meta l-irġiel kielu b’dieta tajba u xorbu inqas, ir-riskju naqas b’35 fil-mija. Jekk wara li kielu dieta tajba u naqqsu x-xorb, għamlu l-eżerċizzju fiżiku, irriskju ta’ attakk tal-qalb naqas b’64 fil-mija, skont l-istudju ppubblikat fil-‘Journal of the American College of Cardiology’. 80 fil-mija tal-attakki tal-qalb fl-irġiel jistgħu jkunu evitati Ir-riċerkaturi mill-Iżvezja kkalkulaw li 80 fil-mija tal-attakki tal-qalb fl-irġiel jistgħu jkunu

evitati permezz ta’ dawn il-bidliet fil-mod ta’ għajxien. Imma laħjar ħaġa hi li wieħed ikollu lifestyle b’saħħitha minn età żgħira. Ir-riċerkaturi eżaminaw lil irġiel li kellhom bejn il-45 u 79 sena għal 11-il sena sħaħ. Filbidu tal-istudju l-irġiel wieġbu sensiela ta’ mistoqsijiet dwar ilmod ta’ għajxien tagħhom. Maureen Talbot, Senior Cardiac Nurse fil-British Heart Foundation qalet li l-maġġoranza tal-attakki tal-qalb jiġru minħabba li l-vini li jagħtu d-demm u lossiġnu lill-qalb, jidjiequ. Hi qalet li din il-kundizzjoni tista’ tkun evitata. Għalhekk hu importanti li kulħadd ikun konxju ta’ kemm il-lifestyle tiegħu tista’ twassal għar-riskji għas-saħħa. Hi qalet li l-istudju ta aktar provi li jekk wieħed jieqaf mittipjip, iżid l-attività fiżika, iżomm il-piż tiegħu baxx u jiekol dieta bilanċjata, ikun qed jaħdem favur qalb b’saħħitha. Jekk bnie-

Madwar 80 fil-mija tal-irġiel jistgħu jevitaw li jkollhom attakk tal-qalb b’ħames bidliet fil-mof kif jgħixu

dem ikollu aktar minn 40 sena, għandu jiżgura li jagħmel viżta lit-tabib tiegħu biex jagħmillu test tal-qalb, imma jekk wieħed ikollu s-sintomi, għandu jagħmel it-testijiet qabel. Aktar imutu rġiel milli nisa b’attakki tal-qalb Fl-Ingilterra biss hu stmat li kull sena madwar 62,000 raġel jagħtihom attakk tal-qalb meta mqabbla ma’ 38,000 mara li jagħtihom attakk tal-qalb. Din iddifferenza qawwija tista’ tkun parzjalment dovuta għall-ġenetika kif ukoll minħabba differenzi fil-lifestyle. Ir-riċerkaturi jaħsbu wkoll li ħafna mill-attakki tal-

qalb fin-nisa mhumiex ikunu identifikati minħabba li sikwit huma ma jesperjenzawx is-sintomi tipiċi bħalma hu l-uġigħ fissider. L-irġiel li għandhom l-aħjar lifestyles ma jpejpux, jimxu jew jaqdfu r-rota għal tal-inqas 40 minuta kuljum, jagħmlu eżerċizzju tal-inqas siegħa fil-ġimgħa, għandhom il-qies ta’ qaddhom taħt is-37 pulzier, jixorbu ammont moderat ta’ alkoħol u jieklu dieta mimlija bi frott, ħaxix, legumi u tipi ta’ lewż, inaqqsu l-prodotti tal-ħalib li jħaxxnu u jieklu aktar prodotti tal-qamħ u ħut.


www.maltarightnow.com

18

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

RIFLESSJONIJIET

Rigal mill-Knisja fl-Indipendenza Din is-sena pajjiżna qiegħed jiċċelebra l-50 anniversarju millkisba tal-Indipendenza. Ibda minn din il-ġrajja storika u lavvenimenti politiċi li seħħew warajha, jiġifieri l-kisba tarRepubblika nhar it-13 ta’ Diċembru tal-1974 u l-Ħelsien, nhar il-31 ta’ Marzu tal-1979, pajjiżna mhux biss sar responsabbli tiegħu nnifsu imma wkoll fetaħ liċ-ċittadini tiegħu għallparteċipazzjoni wiesgħa u dinjituża fl-aspetti kollha tal-ħajja Maltija, jiġifieri f’dawk politiċi, ekonomiċi, edukattivi u dawk marbuta max-xogħol u massaħħa. F’dan il-proċess il-kwalità tal-ħajja f’pajjiżna tjiebet bilbosta. Madankollu, quddiem lisfidi li l-ħajja tal-lum toffri lil pajjiżna huwa importanti li wieħed iħares lejn il-ġrajja talIndipendenza u jara ftit x’riflessjoni jista’ jiġbed minnha. Riflessjoni li tgħinna ngħixu aktar bħala ċittadini responsabbli għal pajjiżna. F’din ir-riflessjoni importanti l-kontribut tal-Knisja, li dejjem imxiet u qdiet lill-poplu tagħna, u li bl-iżbalji u d-difetti tagħha, hija vitali. Mela tkun ħasra li l-kontribut tal-Knisja jingħata l-ġenb. Bħala Malti kburi b’pajjiżi, u bħala Nisrani Kattoliku, saċerdot u Patri Franġiskan, iben il-Knisja Maltija, inħoss li huwa fid-dmir tiegħi li noffri xi riflessjonijiet qosra dwar l-Indipendenza kif ippreżentati mill-Knisja. Nixtieq nillimita ruħi għal messaġġ li ta l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P waqt il-quddiesa pontifikali li qaddes fl-okkażjoni ta’ Jum lIndipendenza tas-sena 2013. Fil-messaġġ għal Jum lIndipendenza tas-sena l-oħra lArċisqof għamel enfasi qawwija fuq aspett importanti li lIndipendenza ġġib fuqna bħala Maltin u Għawdxin. Il-moralità. L-Arċisqof ġustament rabtu ma’ responsabbiltà li sejħilha “l-fibra morali tagħna”. Quddiem l-istejjer li jaqsmulek qalbek ta’ serq, frodi, qerq, evażjoni ta’ taxxi u inġustizzji ta’ kull xorta Mons. Cremona, bil-ħaqq u s-sewwa kollu, staqsa din il-mistoqsija li tmiss il-kuxjenza tiegħi u tiegħek: “Il-fibra morali tagħna ... marret ’il quddiem jew marret lura? Kemm qiegħda ssir ħidma biex tikber il-fibra morali, il-valuri soċjali f’pajjiżna: il-ġustizzja, l-onestà, is-solidarjetà? Kemm qegħdin nagħmlu sforz biex inkabbruha?” F’dan il-messaġġ l-Arċisqof mhux sempliċement ikkundanna bi kliem kategoriku u iebes dik il-kuxjenza li, għaliex m’għand-

Fil-messaġġ għal Jum l-Indipendenza tas-sena l-oħra l-Arċisqof għamel enfasi qawwija fuq aspett importanti li l-Indipendenza ġġib fuqna bħala Maltin u Għawdxin

Patri Mario Attard OFM Cap frmarioa@gmail.com

hiex il-fibra morali li ssaħħaħha, ħalliet lilha nnifisha tinġarr minn dawk l-għemejjel li jkissru mhux biss lilha li tiddeċidihom imma wkoll lill-poplu tagħna. LArċisqof mar aktar lil hinn minn hekk. Ta’ ragħaj li jħobb tassew lill-merħla fdata f’idejh minn Ġesù Kristu, għamel proposta biex pajjiżna jissokta jimxi ’l quddiem tassew. “Jien xtaqt li llum nagħmel proposta. Min jaf entità tal-Istat, bħal segretarjat parlamentari f’wieħed mill-ministeri, li lħidma tiegħu tkun li jgħallem u jgħolli din il-fibra morali? Din ilħidma tista’ tkun parti mis-sistema edukattiva, kif fil-fatt isir. Iżda din tkun qed tilħaq l-istudenti biss. Hemm bżonn li nilħqu wkoll l-adulti u s-soċjetà inġenerali. Jista’ jitħejja pjan soċjali li jolqot lil kulħadd, kbar u żgħar. Nistgħu nużaw ukoll il-mezzi ta’

komunikazzjoni soċjali.” Minkejja l-kritika li saret għal din il-proposta l-fatti konkreti ta’ pajjiżna jibqgħu juru kemm hi relevanti, profetika u meħtieġa daqs il-ħobż li nieklu! Pajjiż mingħajr il-fibra morali m’għandux ġejjieni sabiħ! Anzi, bla ma jaf, ikun qiegħed iħaffer il-qabar tiegħu stess! Il-valuri morali jsaħħu lis-soċjetà tagħna u, fl-istess ħin, inaddfuha mill-imwieġ qawwija ta’ egoiżmu li qegħdin iħallu għadd kbir ta’ vittmi silenzjużi warajhom. Li nħobb lilloħrajn bħali nnifsi hija attitudni li hemm bżonn li tiddaħħal b’mod urġenti f’kull qasam talħajja Maltija. Li ma naħsibx għal rasi imma li nfittex x’jaqbel lilna bħala poplu hija n-nifs il-ġdid li rridu nibdew nieħdu mill-pulmun Malti u Għawdxi tagħna. Kif tridha titneħħa minn fuqna ssħaba tqila tal-egoiżmu jekk mhux billi nibdew nuru aktar solidarjetà mal-batut? L-ewwel nett mill-foqra morali? Min dawk li għalihom xejn mhu xejn? Ovvja li s-soċjetà tagħna għandha bżonn tinħeles millmentalità qerrieda ta’ kollox jgħaddi u terġa’ lura għal dak li hu ġust, sewwa u ħanin. U, biex dan iseħħ, irridu ninfetħu għallMulej! Kif jgħid tant tajjeb ilPapa Emeritu Benedittu XVI flenċiklika tiegħu ‘Caritas in Vertitate’: “M’hemm l-ebda umaniżmu veru ħlief dak li huwa

Il-valuri morali jsaħħu lis-soċjetà tagħna u, fl-istess ħin, inaddfuha mill-imwieġ qawwija ta’ egoiżmu li qegħdin iħallu għadd kbir ta’ vittmi silenzjużi warajhomIl-valuri morali jsaħħu lis-soċjetà tagħna u, fl-istess ħin, inaddfuha mill-imwieġ qawwija ta’ egoiżmu li qegħdin iħallu għadd kbir ta’ vittmi silenzjużi warajhom

miftuħ għall-Assolut u huwa konxju minn sejħa li tagħti lħajja umana t-tifsira vera tagħha” (§ 16). L-imħabba lejn Alla, li tissarraf fiż-żamma tal-prinċipji li jirrispettaw il-ħajja umana mit-tnissil tagħha, il-familja bħala għaqda permanenti msejsa fuq żwieġ bejn raġel u mara li frott imħabbithom huma l-ulied, il-ħidma favur il-ġustizzja u l-paċi, tissarraf ukoll f’ħidma kbira lejn ilfqar. F’dan ir-rigward l-Arċisqof ikkummenta li “l-għajnuna lillfqar u lill-batuti nħossuha parti importanti tal-fidi tagħna.” Il-Knisja ma tippritkax biss imma twettaq dak li tipprietka. Huwa provvidenzjali kif ftit qabel iċ-ċelebrazzjonijiet talIndipendenza l-Isqof t’Għawdex, Mario Grech, ħareġ bil-proposta

evanġelika li kull parroċċa fiddjoċesi tiegħu tadotta familja Nisranija minn pajjiżi fejn lInsara qegħdin jiġu ppersegwitati. Min jaf li kieku bħala rigal lil pajjiżna f’għeluq il-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza tiegħu nerġgħu nikkunsidraw ilproposta tal-Arċisqof Cremona u jitwaqqaf is-segretarjat parlamentari li l-għan tiegħu jkun li jgħallem u jgħolli l-fibra morali f’pajjiżna? Ma taħsibx li dan ikun ta’ ġid kbir għalik u għal uliedek? Għalhekk nammirak, għax fejn jidħlu wliedek ma jidħol ħadd u xejn! U mela għax ma tagħtix is-sapport tiegħek biex din l-inizjattiva, li ħarġet minn fomm l-Arċisqof tagħna, tħalli frott kbir għal uliedek li int tant tħobb?


www.maltarightnow.com

19

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

RIFLESSJONIJIET

Il-ħakem u l-ħakkiem

Fr. Reno Muscat op renosop@gmail.com

Fix-xahar ta’ Settembru, aħna l-Maltin niċċelebraw żewġ festi nazzjonali, fit-8, Jum il-Vitorja u fil-21, Jum l-Indipendenza. F’dawn il-jumejn partikulari, bħal fil-jiem nazzjonali l-oħra, fi tmiem il-quddies inkantaw lInnu Nazzjonali Malti. Dan nistgħu nagħmluh għax l-Innu Malti huwa wkoll talba, ħaġa li niddubita jekk issibhiex f’innu nazzjonali ieħor fid-dinja.

Min jaħkimha Spiss nisimgħu lil min jgħid li l-Innu Malti għandu jinbidillu lkliem “min jaħkimha”. Xi wħud isostnu li dan għandu jsir “min imexxiha”. Imma nistgħu naqbdu u nbiddlu dak li rridu aħna? Jekk nazzardaw nibdlu kelma waħda mill-kliem oriġinali li kiteb Dun Karm Psaila, inkunu qisna qbadna xi statwa jew xi pittura ta’ artist kbir u bl-iskuża tar-restawr, biddilna kif għoġob lilna għax ngħidu li l-ħtiġiet jew il-gosti tal-lum huma differenti minn dawk ta’ meta kienet saret dik l-opra tal-arti. Kieku nagħmlu hekk inkunu qegħdin nagħmlu bħal dak li kellu ż-żarbun iweġġgħu u minflok xtara żarbun ieħor, qata’ s-swaba’ ta’ saqajh barra biex iż-żarbun jibqa’ jiġih.

Tifsir tal-kelma Il-kelma “ħakem”, li minnha ġejja wkoll il-kelma “ħakkiem” jew “min jaħkimha” għandna ttendenza li nassoċjawha ma’ dik li hija tirannija jew oppressjoni. Fil-verità, it-tifsira tagħha ma hijiex hekk. Fil-Miklem Malti ta’ Erin Saracino-Inglott ilkelma “Ħākem” ġejja millGħarbi u l-istudjuż Franċiż François-Louis-Marcelin Beaussier jgħid li din il-kelma tfisser “juge, gouverneur, chef de village, espèce de maire” jiġifieri mħallef, gvernatur, kap ta’ raħal, tip ta’ sindku. Saracino-Inglott ikompli jgħidilna li t-terminu storiku huwa titlu għoli ta’ kap amministratur tal-gżira ta’ Malta mogħti mir-re fiż-żmien l-antik […]. Jgħidilna wkoll li skont Vassalli,

Irridu nkunu jien u int li kull meta nisimgħu l-innu nazzjonali tagħna, fil-kliem “min jaħkimha”, ikollna f’moħħna lil min imexxiha

“Ħākem” tfisser “Filosofo, uomo saggio e prudente, giudice, presidente dei giudici, […] e siccome anticamente il governo e la somma potestà si affidava ai filosofi ad agli uomini savi, cosi questi deputati a governare venivano chiamati Ħākem”. Ħassieb, raġel għaref u prudenti, imħallef, president talimħallfin. U għax qabel il-gvern u l-poter kollu kien ikun mogħti f’idejn il-ħassieba u rġiel għorrief, dawn id-deputati li jiggvernaw kienu jissejħu Ħākem. Meta niflu sewwa Jekk niflu sewwa dawn il-ftit tifsiriet nindunaw li bl-ebda mod il-kelma Ħākem ma hija marbuta ma’ xi tip ta’ tmexxija ħażina, ma moħqrija, oppressjoni jew tirannija. Hija biss kelma oħra għall-mexxej.

Bażikament Saracino-Inglott jibqa’ fuq dak li jgħidilna Mikiel Anton Vassalli dwar il-kelma Ħākem, imma meta jittratta lkelma “Ħakkiem”, jgħidilna li Vassalli u oħrajn ma jniżżluhiex fid-dizzjunarji tagħhom, u juża ton differenti għat-tifsira tagħha. Il-Miklem fost oħrajn jgħidilna li din il-kelma tfisser min iżomm taħt ir-rieda tiegħu, ġen[eralment] bi dnewwa lil ħaddieħor speċ[jalment] ġens barrani, u jagħmel minnu dak li jaqbel lilu. Il-lessikografu issa jibda jitfa’ ftit sens ta’ oppressjoni. Imma tajjeb inżommu wkoll quddiem għajnejna lperjodu li kiteb fih Vassalli u lperjodu li fih inkiteb il-Miklem Malti. Vassalli għex bejn l-1764 u l-1829 u Saracino-Inglott bejn l-1904 u l-1983 bil-Miklem Malti joħroġ fl-1975. Għandu

mnejn li t-tifsira tal-kelma “Ħakkiem” inbniet matul is-snin u żvijat mill-oriġinal “Ħākem”.

Dun Karm Il-kittieb tal-Innu Malti għex bejn l-1871 u l-1961. Nistgħu ngħidu li bejn wieħed u ieħor kien kontemporanju ta’ Saracino-Inglott u għalhekk ittifsira negattiva tal-kelma “ħakma” nimmaġina li kien jafha. Ma rridux ninsew lanqas li l-Innu Malti nkiteb fl-1920, jiġifieri 55 sena qabel ma kien ippubblikat il-Miklem. Imma anke jekk it-tifsira ta’ “ħakkiem” kellha s-sens negattiv, qatt ma nista’ nimmaġina li Dun Karm kiteb innu forma ta’ talba fejn jitlob għal min ikun qiegħed jgħakkes jew imexxi b’mod ħażin lill-gżejjer tagħna. Jien nemmen li Psaila, meta

kiteb il-kliem “min jaħkimha”, kellu f’ moħħu lil min imexxi, min jikkmanda lil Malta, kellu f’moħħu s-sens ta’ “Ħākem” bħalma kellu Vassalli. Anke jekk naraw it-traduzzjoni ta’ dan l-innu f’ilsna barranin insibu li din il-kelma bl-Ingliż hija “rules”, bit-Taljan “governa” u bil-Franċiż “dirigeants”. F’dawn l-ilsna bl-ebda mod ma jintuża nom li juri tirannija jew oppressjoni. Jien u int Irridu nkunu jien u int li kull meta nisimgħu l-innu nazzjonali tagħna, fil-kliem “min jaħkimha”, ikollna f’moħħna lil min imexxiha. Il-mexxejja mhux biss politiċi imma kull tip ta’ mexxej li lkoll flimkien imexxu lil din l-art ħelwa, lomm li tatna isimha.


www.maltarightnow.com

20

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

FESTI

Joe Chetcuti – joechetcuti@onvol.net

San Mikiel Arkanġlu ċċelebrat f’divesi lokalitajiet Il-vara ta’ San Mikiel li nsibu f’Ħal Qormi

F’Ħal Lija

Fuq l-għolja pittoreksa mżewqa bil-ħitan tas-sejjieħ u s-siġar tal-ħarrub li jħaddnu lKappella ta’ San Mikiel qed tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu. Din il-festa qed tkun organizzata midDilettanti tal-Għaqda tan-Nar San Mikiel ta’ Ħal Lija. Illejla mit-8 p.m. ’l quddiem se jkun hemm varjeta kontinwa fuq ilpalk illi se jkun armat apposta b’varjetà ta’ ikel Malti u xorb. Din l-attività se ssir ħdejn ilKappella ta’ San Mikiel. Għada jum il-festa fil-5.30 p.m. tibda quddiesa u wara tibda Fiera li se tinkludi fniek, logħob u ħafna ħwejjeġ oħra. Fl-istess waqt se jittella’ programm mużikali mill-Banda San Piju X ta’ Ħal Lija taħt idDirezzjoni tas-Surmast il-ġdid tal-Banda San Piju X Mro Reno Busuttil. Ma jistax jonqos ukoll li se jkun hemm ħruq tan-nar tal-ajru u anke tal-art kif ukoll kaxxa infernali talkulur. In-nar kollhu li se

jinħaraq huwa maħdum kollu kemm hu mid-Dilettanti talGħaqda tan-Nar San Mikiel ta’ Ħal Lija.

F’Ħaż-Żabbar F’Ħaż-Żabbar qed tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu. Din il-festa hija organizzata mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar. Il-programm ta’ din il-festa se jitkompla llejla fis-7.30 p.m. isir Ikla fil-Każin. Għada l-Ħadd jum il-festa fl10.15 a.m. tibda Quddiesa ta’ San Mikiel fis-Santwarju talMadonna tal-Grazzja li se tkun bl-Omelija bis-sehem tal-Banda San Mikiel u l-Kor Notre Dame. Fis-7 p.m. jibda marċ millGħaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel li se jkun akkumpanjat mill-istatwa artistika ta’ San Mikiel maħduma minn Alfred Camilleri Cauchi. Il-marċ se jibda minn quddiem is-sede tal-Għaqda f’Misraħ isSliem u jintemm mill-ġdid quddiem is-sede tal-istess Għaqda għall-ħabta tal-11 p.m.

Il-vara ta’ San Mikiel li nsibu fir-Rabat, Għawdex, xogħol Xandru Farrugia

F’Burmarrad F’Burmarrad qed tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu fil-Kappella tiegħu li qiegħda fl-Imdawra Burmarrad. Nhar it-Tnejn li ġej jum il-festa fis-6 p.m. tibda Quddiesa li se tkun animata mill-Kor Parrokkjali ‘Ħlewwa ta’ Marija’.

Fil-Belt Victoria Fil-Knisja Bażilika ta’ San Ġorġ Martri nhar it-Tnejn li ġej se tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu. Din il-festa hija organizzata ta’ kull sena millParroċċa fejn tinstab meqjuma listatwa tiegħu. It-Tnejn jum ilfesta fis-6 p.m. tibda Konċelebrazzjoni Solenni bilprietka u se jmexxi l-Arċipriet Monsinjur Pawlu Cardona bissehem tal-Kapitlu u l-Kleru Ġorġjan. Wara titkanta lAntifona u ssir Barka Ewkaristika. Se jieħu sehem ilKor residenti tal-Bażilika Ġorġjana ‘Laudate Pueri’. F’Ħal Qormi Fil-Knisja Parrokkjali ta’ San

Ġorġ Martri f’Ħal Qormi qed issir il-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu. Ta’ min jgħid li din listatwa artistika ta’ San Mikiel hija maħduma fl-injam minn Pietru Pawl Azzopardi fl-1865 u kienet imħallsa millArċikonfraternita ta’ San Mikiel stess. Din ħadet post ta’ statwa antika aktar minnha li kienet ukoll maħduma fl-injam minn Xandru Farrugia fl-1847 u kienet inbiegħet lill-Parroċċa ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex minħabba xi differenzi li kien hemm fl-Arċikonfraternita. Ilħlas għal din l-istatwa l-antika kien sar kollu minn ċertu Ġanni Cassar. Waqt il-purċissjoni tassena 2011 l-istatwa preżenti ġarbet xi ħsarat estensivi fejn imbagħad ingħatat f’idejn l-artist Alfred Camilleri Cauchi sabiex ikun jista’ jieħu ħsieb ir-restawr tal-ħsarat kollha li kellha l-istatwa. Din fil-fatt irritornat fil-knisja lesta minn kollox. Għal din is-sena l-Fratellanza ta’ San Mikiel ħadet l-inizjattiva u rrestawrat il-bradella tal-istat-

wa ta’ San Mikiel kif ukoll tagħmel bankun tal-kawba ġdid li qed jiżżanżan ukoll għall festa. Ma’ dawn il-Fratellanza qed iżżanżan ukoll standard ġdid peress li dak preżenti ġarrab xi ħsarat. Il-programm tal-festa għall din is-sena se jissokta għada jum ilfesta fil-5 p.m. tibda Quddiesa li se tkun bis-sehem tal-Fratelli talistess Arċikonfraternita. Wara tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Mikiel Arkanġlu bissehem tal-Fratelli kollha talParroċċa. Fid-dħul tal-purċissjoni jitkanta l-Innu ta’ San Mikiel Arkanġlu mill-Kor Parrokkjali u ssir Barka Ewkaristika.

Fiż-Żejtun Fil-Knisja Parrokkjali tażŻejtun nhar it-Tnejn li ġej 29 ta’ Settembru se tkun iċċelebrata lfesta ta’ San Mikiel Arkanġlu. Fis-6 p.m. jibda l-Għasar u fis6.30 p.m. tibda Quddiesa Solenni mmexxija mill-Arċipriet Dun Nikol Pace bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.


www.maltarightnow.com

21

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru 2014

FESTI

Ħaż-Żebbuġ

Il-Madonna tal-Grazzja F’Ħaż-Żebbuġ qed tkun iċċelebrata l-festa tal-Madonna talGrazzja fil-ġmiel ta’ kappella ddedikata lila li tinsab f’dan illokal. Illejla fis-7 p.m. tibda quddiesa li se titmexxa millArċipriet Dun Daniel Cardona. Wara tindaqq l-antifona, Barka Ewkaristika u jitkanta l-Innu popolari.

Għada jum il-festa l-ħin talquddies se jkun fis-7 a.m. fit-8 a.m. u fil-11 a.m. Fis-6 p.m. tibda quddiesa kantata solenni u se jmexxi Fr Eric Cachia Sdb. Wara tindaqq l-antifona, Barka Ewkaristika u jitkanta l-Innu popolari. Il-mużika se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Carmelo Callus.

Fix-Xagħra, Għawdex, filKnisja ta’ Ġesù Nazzarenu qed tkun iċċelebrata l-festa ta’ Kristu Sultan. Għada jum ilfesta l-ħin tal-quddies se jkun fis-6 a.m. fis-7.30 a.m. u fl10.30 a.m. Fis-1 p.m. ftuħ ta’ adorazzjoni. Fl-4.30 p.m. tibda konċelebrazzjoni mmexxija minn Monsinjur Isqof Mario Grech flimkien mal-Kapitlu u l-

Kleru tal-Parroċċa. Se janima lKor Maranatha u il-Kor Santa Klara. Wara ssir purċissjoni b’Ġesù Sagramentat li ddur madwar diversi toroq prinċipali. Se tieħu sehem il-Banda tasSoċjetà Filarmonika Victory tax-Xagħra b’daqq ta’ innijiet Ewkaristiċi. Fid-dħul tal-purċissjoni ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Ix-Xagħra, Għawdex

Kristu Sultan

Il-Mellieħa

Il-Madonna tas-Santwarju

Fil-Mellieħa qed tkun iċċelebrata l-festa talMadonna tas-Santwarju. Illejla fil-5 p.m. tibda quddiesa. Fis-6 p.m. Rużarju u fis-6.30 p.m. quddiesa mmexxija minn Monsinjur Alfred Camilleri, bis-sehem

tal-Grupp Shalom. Għada jum il-festa fl-10 a.m. tibda quddiesa li tkun bl-Ingliż bis-sehem tal-grupp ‘Our Lady of Mellieħa’. Fl4.30 p.m. Rużarju, fil-5 p.m. quddiesa kantata solenni u se jemxxi Dun Daniel Scerri.

Fis-6.30 p.m. issir il-preżentazzjoni tat-trabi lillMadonna. Se jieħdu sehem ilKor u l-Orkestra Marija Bambina. Fis-7.15 p.m. jibda programm mużikali millBanda tas-Soċjetà Mużikali La Vittorja tal-Mellieħa.

Fil-Knisja ta’ Savina fil-Belt Victoria, Għawdex, qed issir ilfesta ta’ Marija Bambina. Illejla fl-4 p.m. tibda Espożizzjoni, Rużarju u barka Ewkaristika. Fl-4.30 p.m. tibda quddiesa mmexxija minn Monsinjur Joseph Bezzina. Għada jum il-festa l-ħin talquddies se jkun fis-6 a.m. u fis7 a.m. Wara tibda adorazzjoni li tibqa’ għaddejja sa nofsinhar. Fl-4 p.m. jibda r-Rużarju u fil5 p.m. tibda quddiesa bl-omeli-

ja u se jmexxi Monsinjur Isqof Mario Grech.

U f’Birkirkara F’Birkirkara fil-Knisja talVitorja qed tkun iċċelebrata lfesta ta’ Marija Bambina. Dalgħodu fis-7 a.m. tibda quddiesa. Fis-6 p.m. tibda Translazzjoni tar-Relikwa millMużew tas-Subien u wara tibda quddiesa solenni li fiha ssir ilpreżentazzjoni tat-trabi lillBambina. Imexxi Monsinjur

Anton Cassar, l-Arċipriet talImdina. Fit-8 p.m. tibda serata familjari quddiem il-Knisja talVitorja. Għada jum il-festa fis-6.45 a.m. tibda quddiesa. Fid-9.30 a.m. isir it-tberik tal-annimali domestiċi fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja tal-Vitorja. Fis6 p.m. tibda quddiesa solenni bil-prietka u se jmexxi lKanonku Dun Charles Gauci. Se jieħu sehem il-kor parrokkjali.

Fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġużepp fil-Qala, Għawdex, qed tkun iċċelebrata l-festa tal-Madonna tas-Saħħa magħrufa aħjar bħala l-festa tal-Madonna ‘Salus

Infirmorum’. Għada jum il-festa fil-5 p.m. jibda r-Rużarju u fil-5.30 p.m. tibda quddiesa bis-sehem talKor Parrokkjali San Ġużepp. Se jmexxi l-Arċipriet Dun

Nazju Borg. Wara tibda ħierġa l-purċissjoni pellegrinaġġ bilkwadru mirakoluż talMadonna tas-Saħħa. Fid-dħul tal-purċissjoni ssir Barka Ewkaristika.

Ir-Rabat, Għawdex

Marija Bambina fil-Knisja ta’ Savina

Il-Qala, Għawdex

Il-Madonna tas-Saħħa

Il-Qrendi

San Mattew tal-Maqluba

Fil-Qrendi qed tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Mattew tal-Maqluba. Din is-sena din il-festa qed tkun orgnizzata mill-Banda tas-Soċjetà Mużikali Santa Marija talQrendi. Għada jum il-festa fid9 a.m. tibda quddiesa kantata fil-kappella. Illejla mill-5 p.m. ’l quddiem

Iż-Żejtun

se tibda fiera b’rigali ta’ kull xorta, ikel u divertiment ma’ kantanti u żeffiena. Għada tkompli l-Fiera Festa mill-5 p.m. u se jkun hemm kull xorta ta’ logħob, fajjenza, rigali, appliances, affarijiet taliskola, fniek, u iktar. Se jkun hemm ikel Malti u anke divertiment minn talent lokali.

Il-festa tal-kappella fil-Każin Beland

L-Għaqda Mużikali Beland tażŻejtun ta’kull sena tiċċelebra l-festa tal-kappella, li ilha tiġi ċċelebrata 94 sena. Din il-festa oriġinat fissena 1900 meta s-Soċjetà Beland bdiet tokkupa l-palazz ta’ quddiem il-Knisja Arċipretali taż-Żejtun. Illejla fl-10 p.m. jibda programm mużikali mill-Banda Beland f’Misraħ ir-Repubblika waqt lattività ta’ ‘Żejt iż-Żejtun’ organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Tancred Grech. Għada jum il-festa tal-kappella fid-9 a.m. isir it-

tlugħ tal-bandiera ġdida bl-emblema tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù fuq l-arblu prinċipali tal-Każin Beland. Fid-9.30 a.m. jibda programm strumentali mill-Banda Beland fuq il-ġenb taż-żuntier taħt idDirezzjoni tal-Assistent Surmast Mro Gordon Baldacchino. Fil-11 a.m. jibda marċ brijuż li jdur madwar it-toroq taż-Żejtun u jintemm quddiem il-Każin Beland f’nofsinhar. Fis-6.30 p.m. tibda quddiesa li se ssir fis-sala t’isfel tas-Sede Beland u se tkun animata wkoll mill-Banda Beland.


www.maltarightnow.com

MADWARNA

Ingotta ta’ żmien il-Franċiżi għall-wiri waqt in-Notte Bianca

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta dan l-aħħar akkwista ingotta rari talfidda li tmur lura għal żmien ilFranċiżi f’Malta. Wara snin twal imwarrba, din l-ingotta se tkun għall-wiri għall-ewwel darba waqt l-attività tan-Notte Bianca li se ssir fl-4 ta’ Ottubru. L-ingotta se tkun għall-wiri fil-Bank Ċentrali bħala parti mill-wirja numismatika. Skont tagħrif miġbur minn Kevin Cassar, il-Kuratur talKollezzjoni Numismatika talBank Ċentrali ta’ Malta waqt Notte Bianca, f’Mejju 1798, Napuljun Bonaparte fuq quddiem tal-armata tiegħu, telaq mill-port Franċiż ta’ Toulon lejn l-Eġittu. Fi triqitha, l-flotta Franċiża waqfet f’Malta u talbet li tidħol fil-Port il-Kbir biex terġa’ timla l-provvista tal-ilma tagħha. L-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann ċaħdet it-talba biex il-bastimenti Franċiżi jidħlu f’daqqa fil-Port il-Kbir. Napuljun uża dan bħala skuża biex jinvadi lil Malta fid-9 ta’ Ġunju 1798. Fost konfużjoni u inganni, id-difiża fqira talKavallieri waqgħet u Malta ċediet wara tlett ijiem. Bejn it-12 u t-18 ta’ Ġunju 1798, Napuljun qatta’ sebat ijiem impenjattivi f’Malta. Matul dak il-perijodu saru diversi liġijiet li wasslu għal bidla sħiħa talamministrazzjoni u istituzzjonijiet lokali biex saru fuq il-mudell tar-Repubblika Franċiża. It-tibdil fundamentali laqat lill-oqsma kollha tas-soċjetà Maltija u kienu l-kawża ta’ ħafna inkwiet. Fit-2 ta’ Settembru 1798, ilMaltin irvellaw kontra l-Franċiżi li kienu mblukkati fil-Belt Valletta u fil-bliet imdawra bisswar tal-Kottonera. Wara dan, ilkap kmandant Franċiż Vaubois neħħa l-flus kollha mill-Monte di Pietà li dak iż-żmien kienu jammontaw għal 443,484 skud u dan biex ikunu jistgħu jgħixu s-suldati Franċiżi u n-nies li kienu joqogħdu fil-Belt waqt limblokk. Dak iż-żmien l-awtoritajiet Franċiżi f’Malta kienu qed jiffaċċjaw nuqqas kbir ta’ muniti. Fid-djarju tiegħu, Bosredon Ransijat kiteb li l-proċess biex isiru l-muniti kellu jiġi sospiż minħabba ta’ nuqqas ta’ oġġetti indispensabbli biex jitkompla lproċess. Għalhekk Vaubois iddeċieda biex ikunu mmanifatturati ingotti li l-valur tagħhom kellu jaqbel eżatt għal dak li kienu jirrappreżentaw u li għalhekk ma kienx ikun hemm telf għal dawk li xtaqu jibdluhom,

ikunu f’liema pajjiż ikunu. F’Jannar u Frar 1799, Vaubois ordna li d-deheb u l-fidda li ttieħed minn Monte di Pietà jinħall u jsir blokki. Dawn imbagħad tqassmu f’ingotti żgħar li kull waħda minnhom kienet stampata skont il-valur tagħha fi skudi, tari u grani dajagonalment matul iċ-ċentru. Skont stqarrija ta’ Joachim Lebrun, il-Mater of Mint, lewwel ingotti tad-deheb saru fil5 ta’ Frar 1799 u b’kollox saru 28 waħda b’piż differenti li kienu jammontaw għal 10,046 skud. Jirriżulta imma li l-ewwel ingotti qatt ma kienu tpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni bħala muniti. It-tieni ingotti tad-deheb saru fit-8 ta’ Lulju 1799 u b’kollox saru 376 żgħar tad-deheb b’valur ta’ madwar 30,806 skud. Minnhom 364 kienu fiċ-ċirkolazzjoni u 12 inżammu biex ikopru l-ispejjeż tal-Master of Mint. Lingotti kollha minn din l-edizzjoni kellhom l-ittra I. Wara saru aktar ingotti b’valur ta’ 80,834 skud. Mill-ingotti kollha li għamlu lFranċiżi waqt l-imblokk fadal biss waħda tad-deheb u sebgħa tal-fidda. Dik tad-deheb u tnejn tal-fidda jiffurmaw parti millKollezzjoni Nazzjonali ta’ Malta.

25

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

Mill-ingotti kollha li għamlu l-Franċiżi waqt l-imblokk fadal biss waħda tad-deheb u sebgħa tal-fidda

Ingotta tal-fidda oħra tinsab filkollezzjoni tal-British Museum u tnejn oħra tal-fidda jinsabu filmużew tal-Ordni ta’ San Ġwann fi Clerkenwell fir-Renju Unit. Fl-

1903, Brause Manfeld irreġistra ingotta oħra tal-fidda u fl-1956 Victor Denaro sab oħra li tinsab fil-kollezzjoni ta’ Angelo Galea mill-Mosta.

Il-pubbliku hu mistieden jara dan il-wirt uniku ta’ perijodu qasir imma mqanqal tal-istorja ta’ Malta fil-Bank Ċentali waqt in-Notte Bianca.


www.maltarightnow.com

27

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

SPORT

Il-grupp kollu ta’ Swieqi Phoenix Handball Club li mar għal taħriġ fi Sqallija

Illum jintlagħbu l-finali tas-Super Cup HANDBALL

Swieqi Phoenix Handball Club jippreparaw b’taħriġ fi Sqallija

L-istaġun lokali tal-Handball se jibda fi tmiem din il-ġimgħa fejn se jkunu qed jieħdu sehem rekord ta’ 43 tim li bejniethom jinvolvu madwar 600 plejer f’diversi kategoriji. L-istaġun ilġdid se jkun jinkludi xejn anqas minn 220 logħba. Illum se jintlagħbu l-finali taż-żewġ Supercups u bħassoltu l-logħob se jsir filKumpless Sportiv tal-

Università. Fl-ewwel Diviżjoni tan-nisa fis-2 p.m. il-holders La Salle Unique jiltaqgħu kontra rrivali eterni u Champions renjanti Aloysians Żmerċ waqt li fil-kategorija tal-irġiel iċChampions tal-istaġun li għadda La Salle Rivareno jiltaqgħu kontra l-finalisti tan-Knock-Out Luxol. Sadanittant Swieqi Phoenix Handball Club ippreparaw għal

dan l-istaġun il-ġdid bi tliet ijiem taħriġ fi Sqallija. Għal dan il-kamp ta’ taħriġ kien hemm 28 plejer mit-timijiet tal-irġiel u nnisa u kienu akkumpanjati minn tliet kowċis u erba’ uffiċjali. Ittaħrġ kien wieħed impenjattiv ħafna b’aktar minn sitt sigħat kuljum u partiti ta’ ħbiberija. It-tim tan-nisa kellu l-ewwel esperjenza ta’ kompetizzjoni internazzjonali meta lagħab

Illum MFA Ta’ Qali – 5pm. BOV Premier. Balzan v Tarxien R., 7pm. BOV Premier. Valletta v Qormi Victor Tedesco Std – 5pm. BOV Premier Żebbuġ R v Hibs., 7.15pm. BOV Premier. Naxxar L v Floriana Centenary Std – 5pm. I Div. Melita v Lija A., 7pm. I Div. Vittoriosa S v Rabat A. Charles Abela Std – 5pm. II Div. Żabbar SP v Swieqi Utd, 7.15pm. II Div. Senglea A v Marsa Luxol Std – 5pm. II Div. Żejtun C v San Ġwann., 7.15pm. II Div. Xgħajra T v Għaxaq Sirens Std – 5pm. II Div. Mellieħa v Dingli S., 7.15pm. II Div. Sirens v Għargħur YFA Żebbuġ Grd – 6pm. U15. Attard v Siġġiewi., 8pm. U17. Xgħajra v Mtarfa Siġġiewi Grd - 6pm. U15. Qrendi v Naxxar., 8pm. U17. Mqabba v Żejtun GFA Sannat Grd – 5pm. II Div.

Munxar F. v Għajnsielem., 7pm. II Div. Għarb R v Qala S. SWAN Żebbuġ Grd – 3pm. Supercup. Valletta SP v Senglea G. Santa Lucia Grd – 1.45pm. II Div. Luqa J v Fleur De Lys., 3.15pm. II Div. Baħrija AFC v Tarxien AFC Tarxien Grd – 1.45pm. II Div. Tal-Qroqq V v Marsa SM., 3.15pm. II Div. San Ġwann K v Ħamrun T. HANDBALL Università – 2pm. Super Cup. (N). La Salle U v Aloysians Ż., 4pm. Super Cup (I). La Salle v Luxol BASKETBALL Ta’ Qali – 11 a.m. Jibda t-turnament tal-50 anniversarju bilkompetizzjoni tan-nisa

Luxol Std – 5pm. I Div. Gudja Utd v Gżira Utd., 7.15pm. St Andrews v Pembroke A. Centenary Std – 5pm. III Div. Mtarfa v Kirkop Utd., 7pm. III Div. Mġarr Utd v Kalkara Charles Abela Std – 5pm. III Div. Ta’ Xbiex v Mdina K., 7.15pm. III Div. Marsaskala v Luqa SA Sirens Std – 5pm. III Div. Marsaxlokk v St Lucia., 7.15pm III Div. Attard v St Venera L. YFA Għaxaq Grd - 6pm. U15.Fgura v Xgħajra., 8pm. U17. Qrendi v Gudja M’Xlokk Grd -6pm. U15. B’Bugia v Balzan., 8pm. U17. St Lucia v Mġarr Mellieħa Grd- 6pm. U15. Dingli v Sirens., 8pm. U17. Lija-Iklin v St Venera GFA Gozo Std - 5pm. I Div. Oratory Y.v Nadur Y., 7pm. I Div. Sannat L v St. Lawrence Spurs BASKETBALL Ta’ Qali – 11 a.m. Ikompli tturnament tal-50 anniversarju bil-kompetizzjoni tan-nisa

Sport lokali għal tmiem il-ġimgħa

Għada MFA Ta’ Qali – 5pm. BOV Premier. Pietà H v Sliema W., 7pm. BOV Premier. B’Kara v Mosta Victor Tedesco Std – 5pm. I Div. Fgura Utd v Msida SJ., 7.15pm. I Div. Żurrieq v Mqabba

kontra tim Sqalli waqt li dak talirġiel lagħab ma’ timijiet tasSerie A u kiseb riżultati pożittivi kontra Palermo Kelona u Aetbna Mascalucia. Dan l-istaġun Swieqi Phoenix HC se jkun qed jikkompeti b’7 timijiet fosthom dawk tal-U/15 u U/17 tas-subien, U/17 talbniet kif ukoll b’timijiet talirġiel u n-nisa fit-Tieni Diviżjoni.

Din is-sena t-timijiet se jkunu mmexxija minn Michael Christensen u Bjarte u Annalena Fuglenes. Dan l-aħħar il-klabb nieda wkoll l-akkademja tiegħu talhandball għal subien u bniet bejn l-10 u l-15-il sena bit-taħriġ isir kull nhar ta’ Tlieta fil-5 p.m.filgym tal-kulleġġ St. Martins. Aktar informazzjoni fuq info@psc.com.mt or 79449359.

F’dawn l-aħħar jiem il-klabb ta’ Inter PUPI Zanetti Malta organizza attività b’turija ta’ solidarjetà lejn it-tfal li jgħixu fi djar apposta. Din saret fil-Palazz Verdala l-Buskett taħt ilpatronċinju tal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca. Matul l-attività t-tfal ipparteċipaw f’ħafna logħob imħejji millgrupp ta’ animazzjoni Bronk Productions. Apparti minn hekk, it-tfal kollha setgħu jieħdu dawra madwar il-Palazz Verdala fuq iż-żwiemel u l-ponies ipprovduti mill-Montekristo Estates u l-Montekristo Equestrian Club grazzi għallassistenti kollha tal-Magħtab Racing Club. Preżenti wkoll luffiċjali ta’ St. John’s Ambulance. Il-President Marie Louise Coleiro Preca iltaqgħet mat-tfal kollha kif ukoll tkellmet dwar ċertu sitwazzjonijiet li jiffaċċjaw l-amministraturi tad-djar.

Hija faħħret l-inizjattiva li ħa lklabb Inter Club Pupi Zanetti li mhux biss ħaseb li jippromwovi lill-klabb Taljan Inter imma lgħan aħħari tiegħu kien li jorganizza avvenimenti ta’ din ixxorta biex iferraħ lil min jinsab f’sitwazzjonijiet diffiċli. Coleiro Preca irringrazzjat lil Mons. Victor Zammit McKeon għaddedikazzjoni qalbiena li ta u għadu jagħti lid-djar fl-aħħar snin. Il-President ta’ l-Inter Club Pupi Zanetti Paul Fenech irringrazzja lil Marie Louise Coleiro Preca talli aċċettat li jsir dan il-festin għat-tfal kollha. Fenech ippreżenta lill-President ta’ Malta rikordju bħala ringrazzjament kif ukoll ippreżenta donazzjoni ta’ €100 b’risq il-Malta Community Chest Fund. Fenech temm billi irringrazzja lill-assistenti kollha li offrew isservizzi u l-prodotti tagħhom mingħajr ħlas għal din lokkażjoni.

Attività ta’ solidarjetà mill-Inter Club PUPI


www.maltarightnow.com

28

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

Juventus u Roma jżommu l-isfida... Benitez jitlob għall-kalma FUTBOL TALJAN

Juventus u Roma se jkunu qed ipoġġu quddiemhom irrekord perfett li għandhom waqt li l-kowċ ta’ Napoli Rafael Benitez se jipprova jfittex ftit tal-konsolazzjoni kontra Sassuolo. Il-midfielder Arturo Vidal li reġa’ jinsab tajjeb u skorja darbtejn fir-ritorn ma’ Juventus fir-rebħa 3-0 fuq Cesena, għen liċ-Champions jagħmluhom ħames rebħiet minn ħamsa dan l-istaġun fil-kompetizzjonijiet kollha u mingħajr ma qalgħu gowl. Juventus se jippruvaw itawlu din is-serje mpressjonanti meta jmorru għand Atalanta l-lum u l-kowċ Massimiliano Allegri jista’ jkollu lura lil Andrea Pirlo wara li saħaq li t-tim tiegħu fadallu ħafna aktar x’joffri. “Uritt tim organizzat ħafna imma dan it-tim irid jitjib ħafna. Roma għandhom tim tajjeb u tjiebu ferm fuq l-istaġun li għadda,” qal Allegri. Il-klabb minn Turin rebaħ laħħar tmien konfronti kontra Atalanta li ġejjin għal din illogħba wara telfiet kontra Fiorentina u Inter. Roma wkoll se jippruvaw iżommu l-bidu perfett meta jilqgħu lil Verona llum ukoll. It-tim tal-Kapitali rebaħ 2-1 kontra Parma f’nofs il-ġimgħa. Draw 3-3 għand Palermo nhar l-Erbgħa kompla kabbar it-tensjoni u l-pressjoni talkowċ Rafael Benitez lit-tim tiegħu kien eliminat miċChampions League u kellu bidu fqir fis-Serie A. Għada Napoli jmissohom kontra Sassuolo li ġew draw fi tliet partiti u tilfu logħba waħda biss minn erbgħa dan listaġun u Benitez talab għal kalma. “Irridu nitjiebu fid-difiża imma jidher ċar li t-tim nieqes minn ċertu stimolu. M’aħniex fi kriżi. Is-sena l-oħra konna tajjeb u rridu nkunu kalmi.” Ir-rivali mill-istess belt, Inter

Il-Programm Serie A Illum

Roma v Verona Atalanta v Juventus Għada Sassuolo v Napoli Cesena v Milan Chievo v Empoli Inter v Cagliari Torino v Fiorentina Genoa v Sampdoria It-Tnejn Udinese v Parma Palermo v Lazio

SPORT

(18.00) (20.45)

(12.30) (15.00) (15.00) (15.00) (15.00) (20.45) (19.00) (21.00)

Serie B Illum Avellino v Livorno Bologna v Cittadella Latina v Ternana Modena v Spezia Perugia v Brescia Pro Vercelli v Frosinone Varese v Trapani V. Entella vCarpi Crotone v Vicenza Għada Catania v Pescara It-Tnejn V. Lanciano v Bari li jinsabu fit-tielet post u Milan fis-sitt post huma l-aktar timijiet li skorjaw b’10 gowls f’erba’ partiti. Inter ta’ Mazzarri se jkunu qed jaraw il-logħba kontra t-tim tal-qiegħ Cagliari għada bħala opportunità kbira li jkabbru nnumru ta’ gowls waqt li Milan imorru għand Cesena fl-istess jum. Sampdoria se jiltaqgħu kontra r-rivali ġirien Genoa fidDerby della Lanterna u fil-partiti l-oħra ta’ għada, Torino jmisshom kontra Fiorentona u Chievo jilqgħu lil Empoli. Udinese u Palermo jmisshom barra minn darhom għand Parma u Lazio nhar it-Tnejn rispettivament.

Il-MESA tagħlaq l-istaġun bil-preżentazzjoni tal-unuri

Rafa Benitez bħalissa jinsab taħt pressjoni kbira hekk kif Napoli ma kellhomx il-bidu li xtaqu dan l-istaġun

Dan l-aħħar il-Malta Employees Sports Association (MESA)organizzat is-serata ta’ premjazzjoni għall-istaġun 2013/14, fejn organizzat kampjonat tal-futbol imqassam fuq tliet diviżjonijiet bis-sehem ta’ 28 tim, flimkien ma’ kompetizzjoni tan-knock-out u turnament tal-football għall-plejers li għalqu 40 sena. Ġew organizzati wkoll żewġ tiġrijiet ta’ 5 kilometri kull waħda, flimkien ma’ attivitajiet oħra fil-Badminton, Volleyball, Sparar, Table Tennis, Bowling, Snooker, Pool u Darts. Il-MESA taħdem id f’id ma’ lgħaqdiet sportivi ewlenin konċernati fl-organizzazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħha matul listaġun. Mistieden għas-serata ta’ premjazzjoni kien hemm isSegretarju Parlamentari għarRiċerka, l-Innovazzjoni, iżŻgħażagħ u l-Isport, Chris Agius. Attenda wkoll il-ViċiPresident tal-MFA, il-Perit Ludovigo Micallef, kif ukoll

diversi kapijiet ta’ dipartimenti u entitajiet governattivi li atleti u timijiet tagħhom jipparteċipaw fl-attivitajiet li torganizza lMESA. Chris Agius wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-ħidma li twettaq il-MESA li torganizza attivitajiet sportivi diversi, fejn flistaġun li għadu kif intemm dawn l-attivitajiet żdiedu konsiderevolment tant li kienu jkopru xejn anqas minn għaxar sports differenti. Huwa wiegħed il-koperazzjoni sħiħa tiegħu u tal-Kunsill Malti għall-Isport lil din lGħaqda u awguralha aktar suċċess għall-futur speċjalment issa li affiljat ruħha ma’ Federazzjoni Ewropeja li torganizza attivitajiet għall-ħaddiema.

II Diviżjoni Champions - CCF Runners-Up - Universita’ III Diviżjoni Champions - AFM B Runners-Up - Air Malta Knock-Out Rebbieħa - Education Finalisti - AFM A GOOD CONDUCT SHIELD I Diviżjoni - Central Bank II Diviżjoni - Customs III Diviżjoni - Mater Dei Hospital B

L-unuri kollha ntrebħu hekk:

L-AQWA SKORERS I Div: Lydon Micallef (AFM) 18-il goal II Div: Mano Micallef (CCF) 18-il goal III Div: George Saliba (SVPR)14-il goal

I Diviżjoni Champions - AFM A Runners-Up - BOV A

FOOTBALL OVER 40 Rebbieha - Customs Runners-Up - Università


www.maltarightnow.com

29

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

SPORT

Jintlagħbu żewġ derbies interessanti FUTBOL INGLIŻ

Problemi fid-difiża għal Manchester United Il-Programm

Premiership Liverpool v Everton (13.45) Chelsea v Aston Villa (16.00) Crystal P. v Leicester (16.00) Hull v Man City (16.00) Man Utd v West Ham (16.00) Southampton v QPR (16.00) Sunderland v Swansea (16.00) Arsenal v Tottenham Għada West Brom v Burnley (17.00) It-Tnejn Stoke v Newcastle (21.00) The Championship Birmingham v Fulham Blackburn v Watford Blackpool v Norwich Bolton v Derby Bournemouth v Wigan Brentford v Leeds Cardiff v Sheff Wed Charlton v Middlesbrough Huddersfield v Millwall Ipswich v Rotherham Nottm Forest v Brighton Għada Reading v Wolves

League One Barnsley v Swindon Bradford v Port Vale Bristol C. v MK Dons Chesterfield v Notts C. Coventry v Preston Crawley v Yeovil Crewe v Colchester Leyton O. v Rochdale Oldham v Scunthorpe Peterborough v Fleetwood Sheff Utd v Gillingham Walsall v Doncaster League Two Accrington v Plymouth Burton v Cheltenham Carlisle v Tranmere Dag & Red v York Exeter v Bury Hartlepool v Portsmouth Luton v Oxford Utd Morecambe v Northampton Newport v Wimbledon Southend v Shrewsbury Stevenage v Mansfield Wycombe v Cambridge Premiership Skoċċiż St Mirren v Celtic Aberdeen v Inverness CT Dundee Utd v St Johnstone Kilmarnock v Partick T. Motherwell v Hamilton Ross C. v Dundee

Championship Skoċċiż Cowdenbeath v Queen of S. Dumbarton v Alloa Raith Rovers v Falkirk Għada Hearts v Livingston

Il-Premier Ingliż din il-ġimgħa joffri għadd ta’ partiti intertessanti fejn jispikkaw fuq l-oħrajn żewġ derbies, dak ta’ Mersyside bejn Liverpool u Everton kif ukoll id-derby klassiku ta’ Londra bejn Arsenal u Tottenham. Roberto Martinez jemmen li Everton u Liverpool se jidħlu għad-derby ta’ Mersyside f’Anfield bl-istess forma wara li t-tnejn xejn ma kellhom bidu tajjeb dan l-istaġun. L-istaġun li għadda kien wieħed eċċellenti għaż-żewġ klabbs imma dan l-istaġun ma kienx skont il-pjan. Everton rebħu biss darba mill-ewwel ħames partiti fil-Premier waqt li r-rivali Liverpool tilfu tlieta u niżlu seba’ punti wara l-liders Chelsea f’perjodu daqstant kmieni fil-kampjonat. Lejlet il-konfront tal-lum f’Anfield, fejn Everton ilhom ma jirbħu sa mill-1999 u kienu megħluba 4-0 l-istaġun li għadda, Martinez jemmen li ż-żewġ klabbs qed jieħdu l-ħin biex jadattaw għall-iskwadra l-ġdida. Martinez għad għandu dubji dwar il-kundizzjoni fiżika ta’ Pienaar u Coleman imma Oviedo għamel l-ewwel dehra tiegħu sa minn meta kiser siequ f’Jannar meta lagħab fit-telfa 3-0 għand Swansea City fil-Capital One Cup. Il-manager ta’ Liverpool Brendan Rodgers iqis din illogħba bħala opportunità għattim biex ipoġġi warajh il-bidu inkonsistenti. Il-Ħamis Rodgers żvela li Sturridge jinsab viċin li jirritorna imma għadu dubjuż waqt li għandu tħassib dwar Joe Allen, Glen Johnson, Jordan Henderson u Philippe Coutinho. Arsenal ukoll se jkollhom sfida delikata f’derby ieħor kontra Tottenham. Se jkun l-ewwel derby għall-kowċ Mauricio Pochettino sa minn meta ngħaqad ma’ Spurs f’Mejju u ttim tiegħu għandu l-piż tal-istorja kontra tiegħu. Kemm ilu li beda l-Premier League, Spurs dejjem kienu fid-dell ta’ Arsenal u darbtejn biss spiċċaw fuq irrivali tagħhom, l-aħħar darba flistaġun 1994-95. Fost il-ġimgħa Pochettino serraħ bosta plejers anke jekk iddifensur Kyle Walker għadu barra. Arsenal ukoll bdew xi ftit inkonsistenti fil-bidu tal-istaġun. Imma Wenger se jkollu lura lil Mathieu Flamini wara li tilef l-

Stewart Downing ta’ West Ham fl-azzjoni kontra Steven Gerrard ta’ Liverpool fir-rebħa tal-Hammers fuq Liverpool fl-aħħar ħarġa. Illum Liverpool imisshom id-derby kontra Everton u Wesy Ham kontra Manchester United

aħħar żewġ partiti waqt li Theo Walcott, Oliver Giroud, Debuchy, Sanogo u Montreal għadhom nieqsa. Aston Villa jmisshom għand illiders Chelsea u Ashley Westwood jinsab konvint li t-tim mibdul ta’ Villa jista’ joħloq problemi għal Chelsea fi Stamford Bridge. It-tim ta’ Paul Lambert ġarrab l-ewwel telfa dan l-istaġun kontra Arsenal il-ġimgħa l-oħra wara li kellu ħafna mill-plejers milquta minn virus. L-aħħar darba li ltaqgħu Villa għelbu lil Chelsea 1-0 fejn kienu tkeċċew Willian u Ramires għal Chelsea. Waqt li f’nofs il-ġimgħa Villa kienu mistrieħa, Chelsea kellhom battikata biex rebħu 2-1 kontra Bolton Wanderers filCapital One Cup. Chelsea flimkien ma’ Arsenal huma luniċi żewġ timijiet li għadhom ma ġarrbux telfa fil-Premier. Louis Van Gaal qed jirrifjuta li jippanikkja qabel il-konfront ma’ West Ham anke jekk sostna li għandu biss difensur ċentrali wieħed f’siktu u jista’ jerġa’ jirrikorri għaż-żgħażagħ. United rebħu biss logħba waħda taħt Van Gaal u issa t-tim irid jipprova jevita t-tieni telfa konsekuttiva għall-ewwel darba taħt ittmexxija tal-Olandiż. Il-ġimgħa

l-oħra Unirted ġarrbu telfa xokkanti kontra Leicester fejn irmew vantaġġ ta 3-1. United għandhom lil Blackett sospiż u li s’issa lagħab f’kull partita u Jonny Evans ħareġ fuq il-krozzi ma’ Leicester biex ingħaqad ma’ Smalling u Jones bħala plejers imweġġgħin. Dan ifisser li Van Gaal jista’ jagħti d-debutt lil Luke Shaw f’Old Trafford u jpoġġi lil Marcos Rojo fiċ-ċentru taddifiża. Ashley Young u Jesse Lingard ukoll huma nieqsa waqt li Fellaini u Carrick għadhom barra. West Ham ġejjin minn rebħa 31 fuq Liverpool u Sam Allardyce se jkun qed ifittex l-ewwel rebħa ta’ West Ham fuq United sa mill2007. Madankollu se jkun mingħajr l-internazzjonali tas-Senegal Cheikhou Kouyate waqt li Nolan u Jarvis għadhom ma rkuprawx. L-istaġun li għadda Manchester United kienu rebħu ż-żewġ konfronti kontra lHammers. Inaqqsu d-distakk Manchester City qed jittamaw li jnaqqsu d-distakk minn ma’ Chelsea meta jżuru l-KC Stadium għal kontra Hull City. Iċ-champions renjanti ilhom ma

jirbħu fl-aħħar tliet partiti filPremier u niżlu ħames punti taħt Chelsea. It-tim ta’ Manuel Pellegrini ġej minn rebħa kbira 7-0 fuq Sheffield Wednesday fil-Capital One Cup u se jkun qed jirritorna Pablo Zabaleta wara li skonta logħba sospensjoni imma Samir Nasri u Fernando għadhom dubjużi. Sadanittant Frank Lampard li skorja tliet gowls, indika li jista’ jkun interessat li jġedded il-perjodu tiegħu ta’ self ma’ Manchester City anke wara Jannar. Hull ilhom erba’ partit ma’ jirbħu fil-Premier u niżlu fl-10 post. It-Tigers irmew żewġ gowls vantaġġ fid-draw 2-2 ma’ Newcastle United il-ġimgħa loħra u kienu eliminati millCapital One Cup b’telfa 3-2 kontra West Brom. L-uniku nuqqas li se jkollu Steve Bruce hu Robert Snodgrass li għadu qed jirkupra minn injury fl-irkobba. Il-midfielders Gaston Ramirez u Mohamed Diame se jerġgħu jkunu disponibbli wara li tilfu lkonfront mal-Baggies minħabba li kienu cup-tied. Interssanti l-fatt li Hull għelbu lil Manchester City darba biss flaħħar ħames konfronti.


www.maltarightnow.com

30

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

SPORT

B’Kara u Mosta fi sfida għat-tieni post BOV PREMIER

Is-sitt ġurnata mill-Kampjonat BOV Premier se tkun qed toffri sfida ferm interessanti li se tkun l-aħħar logħba fil-programm bejn Mosta u Birkirkara għal minn minnhom se jkun qed itemm dan ir-round fit-tieni post. Dan hekk kif il-liders Hibs imisshom kontra t-tim promoss ta’ Żebbuġ Rangers u mhux mistennija jfallu l-punti waqt li bħalissa Mosta qed igawdu punt vantaġġ fuq B’Kara. Il-Karkariżi l-ġimgħa l-oħra rkupraw malajr miż-żelqa li kellhom kontra Balzan meta għelbu lil Qormi u l-kowċ Paul Zammit qed jistenna li t-tim issa mhux biss jiffunzjona tajjeb imma jibda jkun ukoll konsistenti fillogħob tiegħu, xi ħaġa li listaġun li għadda għamlithom fost il-protagonisti. Mosta hu wieħed minn tliet timijiet li għadu bla telfa u dan l-istaġun f’dan it-tim qed jispikka ferm ilkollettiv u d-dixxiplina tattika. Li hu żgur hu li riżultat ta’ draw jista’ ma jikkuntenta lil ħadd minnhom għaliex ikunu Hibernians l-aktar li jgawdu sakemm ma jkollhomx xi sorpriża negattiva. Qabel din il-partita jintlagħab il-konfront bejn Balzan u Tarxien. Din mistenni tkun sfida oħra nteressanti hekk kif ilBalzaniżi jridu jirkupraw malajr mill-ewwel u l-unika telfa li ġarrbu s’issa kontra Mosta fi tmiem il-ġimgħa l-oħra waqt li Tarxien għadhom mingħajr telfa għalkemm kisbu rebħa waħda. Madankollu l-aħħar ħarġa tattim immexxi minn Clive Mizzi kienet rebħa kontra Naxxar 2-1 u din għandha sservi ta’ stimolu għall-plejers biex almenu jżommu r-rekord ta’ mingħajr telfa. Oliver Spiteri mhux mistenni jagħmel wisq tibdil fit-tim Balzaniż għalkemm qed jistenna li l-plejers jerġgħu juru dik ilħeġġa u d-determinazzjoni li wasslithom biex kellhom tant bidu tajjeb dan l-istaġun.

L-eks difensur internazzjonali tal-Kolombja Ivan Cordoba telaq ir-rwol tiegħu bħala manager tattim ta’ Inter bi ftehim reċiproku. Cordoba li għandu 38 sena rtira fl-2012 wara 13-il sena malklabb tas-Serie A qabel ingħaqad fl-istaff tekniku. Huwa rebaħ diversi titli malklabb fosthom iċ-Champions League tal-UEFA fl-istaġun 2009-10.

Il-programm Illum Ta’ Qali

1700 Balzan v Tarxien R 1900 Valletta v Qormi Victor Tedesco Std 1700 Żebbuġ R v Hibs 1915 Naxxar L v Floriana

Għada Ta’ Qali 1700 Pietà H v Sliema W. 1900 B’Kara v Mosta

Warajhom Valletta jimmiraw li jkomplu jibnu fuq it-tajjeb li kellhom kontra Sliema fejn irreġistraw l-akbar rebħa talistaġun, rebħa li taffiet ħafna mill-pressjoni li kellhom fuqhom il-plejers u l-kowċ Gilbert Agius. Imma issa wieħed irid jara jekk hux se jżommu l-istess forma kontra Qormi li bħalhom, ukoll kellhom bidu iebes dan l-istaġun. Il-Qriema bdew b’rebħa fuq Naxxar u ħadu biss draw mingħajr gowls kontra Sliema. Madankollu għalkemm tilfu kontra Hibs, Balzan u Birkirkara, qatt ma ġew umiljati u dejjem kienu fil-logħba. Din hi ndikazzjoni ċara għal Valletta li jekk ma jurux l-aqwa tagħhom mhux se jerġa’ jkollhom passiġġata oħra.

B’Kara u Qormi fi tmiem din il-ġimgħa jmisshom żewġ konfronti diffiċli bil-Karkariżi jippruvaw jissuperaw lil Mosta għat-tieni post u l-Qriema jridu jwaqqfu l-ewforija ta’ Valletta (ritratt: Joseph Galea)

sospiż lid-difensur Steve Bonnici qalgħu 10 gowls, medja ta’ żewġ gowls kull partita waqt li għadhom skorjaw biss sebgħa. Naxxar hu wieħed minn erba’ timijiet li għadu bla rebħa u wieħed ukoll mill-anqas li skorja, tlieta.

Ifittxu s-sitt rebħa L-ewwel logħba fil-Victor Tedesco Stadium illum se tlaqqa’ lil-liders Hibernians kontra Żebbuġ Rangers. Il-ġimgħa loħra Hibs issuperaw faċilment lisfida kontra Pietà u llum imisshom kontra t-tim l-ieħor promoss ta’ Żebbuġ bil-mira tkun li jagħmluhom sitta minn sitta. Żebbuġ taħt it-tmexxija ta’ Jesmond Zammit jidher li bdew jistejqru u ħadu żewġ punti f’żewġ draws konsekuttivi kontra Tarxien Rainbows u Floriana. Madankollu l-iskor fiż-żewġ partiti kien dak ta’ 3-3 u dan juri li għalkemm waslu l-ewwel punti

l-problemi fid-difiża għadhom ma ssolvewx. Hibs s’issa mhux biss rebħu lpartiti kollha imma għamlu dan b’wirjiet konviċenti anke jekk forsi r-riżultat finali mhux dejjem juru dan. Hibs mhux biss saħħew id-difiża bl-akkwist ta’ Andre Agius imma għandhom attakk miċidjali b’Jorginho u Tarabai. Dan l-istaġun Branco Nisevic għandu tim li jidher komplut u diġà wera li jrid jisfida għallunuri. Il-moral tal-plejers hu għoli u l-atmosfera fil-kamp Pawlist tidher waħda trankwilla u ferrieħa kif urew il-plejers filpitch. Dawn huma kollha ngredjenti għal formula rebbieħa jekk it-tim jagħraf iżomm il-konċentrazzjoni u jibqa’ b’saqajh malart. L-uniku punt interrogattiv forsi hu dak li f’erba’ partit minn ħamsa, Hibs dejjem ġarrbu gowl. Naxxar kontra Floriana se tkun il-partita bejn tnejn mit-tmijiet li forsi s’issa l-aktar li ddiżappuntaw. Floriana li se jkollhom

Idawru l-folja M’hemmx dubju li dan ma kienx il-bidu li stenna l-kowċ Winston Muscat u l-uffiċjali talklabb u l-bidu eċċellenti talistaġun li għadda issa jidher wisq il-bogħod. Madankollu dan il-konfront kontra Floriana jista’ jitqies bħala t-tarġa idejali biex il-klabb idawwar il-folja hekk kif ilGreens għadhom ħadu rebħa waħda biss u wkoll qed isibuha diffiċli aktar milli forsi stennew. L-ewwel logħba ta’ għada se tkun bejn żewġ timijiet li wkoll iddiżappuntaw ferm dan listaġun, Sliema u Pietà. Wara ttelfa umiljanti fi tmiem ilġimgħa l-oħra kontra Valletta, l-

President ta’ Sliema kmieni din il-ġimgħa wiegħed li kien se jieħu passi drastiċi biex it-tim ma jibqax jgħodos fil-klassifika u bin-numru ta’ barranin li għandhom ħadd ma stenna li wara ħames partiti Sliema kien se jkollhom biss tliet punti miksuba minn tliet draws u għadhom bla rebħa. Pietà fl-aħħar post fil-klassifika jafu li dan hu mument delikat li fih se jiltaqgħu ma’ Sliema hekk kif dawn mistennija jwettqu reazzjoni rabbjuża. Il-Hotspurs ħadu biss draw u ġarrbu erba’ telfiet u jidher ċar li l-ħajja filPremier qed isibuha diffiċli ferm aktar milli stennew. Ta’ min ifakkar li wara inċidenti varji li seħħew fi tmiem ilġimgħa l-oħra f’partiti minn diviżjonijiet oħra minħabba ssħana tremenda, l-MFA ħadet iddeċiżjoni li l-partiti kollha għal tmiem din il-ġimgġa jibdew siegħa tard. Dan ifisser li lewwel partiti se jknu kollha fil-5 p.m.

Fi stqarrija Inter sellmu lil Cordoba waqt li kkonfermaw ittluq tiegħu. “FC Inter u Ivan Cordoba jħabbru li laħqu ftehiom reċiproku biex itemmu r-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom. FC Inter jixtiequ jsellmu u jirringrazzjaw dan il-plejer u raġel li żgur mhux se jintesa. Nawgurawlu kull suċċess fil-futur,” qalu Inter flistqarrija.

Ir-referee tal-FIFA Marco Borg inħatar mill-UEFA biex ikun wieħed mir-referees filpartiti minn Grupp 6 tal-mini turnament tat-Tazza tarReġjonijiet tal-UEFA li se jintlagħab fil-Moldova. Marco Borg se jkun assistit mill-assistant referee Elite Sammy Attard. It-timijiet li se jieħdu sehem

huma Telenesti (Moldova), Eastern Region (Irlanda ta’ Fuq), Seleccion Catalana (Spanja) u Piatykhatsa (Ukrajna). Referees oħra Maltin se jkunu mpenjati fi Grupp 5 ta’ dawn itturnaments ta’ kwalifikazzjoni. Dan il-grupp se jkun qed jintlagħab f’Għawdex il-ġimgħa ddieħla u d-dipartiment tar-refer-

ees ħatar lill-assistent referee Elite Luke Portelli u lir-referee Elite Sandro Spiteri biex ikunu bħala assistent referee u r-raba’ uffiċjal rispettivament. Ir-referee se jkun is-Slovakk Vladimir Vnuk u t-timijiet li se jieħdu sehem f’Għawdex se jkunu Gozo, Vaasa (Fillandja), South Russia (Russja) u Ankara (Turkija).

Referees Maltin fit-Tazza Cordoba jitlaq lil Inter tar-Reġjuni ITALJA


www.maltarightnow.com

32

Is-Sibt, 27 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

TIBDA SFIDA 51. Ilbieraħ filgħaxija bdiet l-Isfida 51, maratona ġbir ta’ fondi mifruxa fuq 51 siegħa, b’numru ta’ personalitajiet li se jkunu qed jgħixu fl-istudios ta’ Media.link, taħt il-lenti tal-kameras u live fuq l-istazzjon. B’kollox se jieħdu sehem 8 personalitajiet li huma: Louise Tedesco, Graham Sansone, Clarissa Ellul, David Thake, Charmaine Parnis, Jean Claude Micallef, Matthew Mamo u Chris Micallef, li huma maqsumin f’żewġ timijiet. Il-maratona bdiet ilbieraħ fis-6pm u se tispiċċa l-Ħadd fid-9pm. Matulha r-residenti tal-Isfida se jkunu qed jieħdu sehem f’numru ta’ logħob, bil-pubbliku jkun jista’ jċempel u jagħti d-donazzjoni tiegħu ta’ 5 ewro, b’risq l-operat ta’ Media.link Communications, filwaqt li ma’ kull telefonata jkun jista’ jivvota għat-tim favorit tiegħu. Kull min iċempel se jkollu ċ-ċans jirbaħ premjijiet li se jkunu qed jingħataw matul il-51 siegħa. Se jixxandru wkoll partijiet minn programmi tar-radju, bid-DJs jingħaqdu f’kollegament televiżiv waqt li jkunu qed jinstemghu fuq Radio 101. L-isfida se tieqaf biss għal sagħtejn, minħabba l-funeral tal-kollega David Chircop, bil-parteċipanti jħallu l-istudios ta’ Media.link biex jagħtuh l-aħħar tislima għada waranofsinhar fil-knisja tal-Mosta.

Wara assenza ta’ ħafna xhur...

Mit-Tnejn il-Pulizija jerġgħu jibdew bit-taħriġ Joe Mikallef

Ċirkolari uffiċjali maħruġa mill-Aġent Kummissarju talPulizija Ray Zammit infurmat lill-membri kollha tal-Korp li b’seħħ mit-Tnejn li ġej se jitnieda programm ta’ taħriġ flAkkademja tal-Pulizija. Din iċ-Ċirkolari uffiċjali nħarġet nhar il-Ħamis li għadda u l-fizzjali kollha kienu ordnati jwasslu dan il-messaġġ lill-membri kollha tal-Korp. It-taħriġ fil-Korp tal-Pulizija ilu ma jsir ħafna xhur wara li lAmministrazzjoni mmexxija mill-eks Kummissarju Pietru Pawl Zammit kienet waqqfet ħesrem kull taħriġ li kien qiegħed isir. Fil-fatt kien f’Mejju tal-2013 li t-taħriġ waqaf u l-membri filKorp ma baqgħux, minn żmien għal żmien, jingħataw xi forma ta’ taħriġ u aġġornament. Matul ix-xhur li għaddew ħafna kienu l-membri fil-Korp talPulizija li kienu ilmentaw minn dan in-nuqqas. Hu importanti ħafna li l-membri kollha, minn żmien għal żmien, jingħataw ittaħriġ b’mod regolari.

Il-membri fil-Korp tal-Pulizija... ħtieġa ta’ taħriġ regolari biex tassew ikunu effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità... sfortunatament it-taħriġ fil-Korp ilu wieqaf sa minn Mejju tal-2013

Fiċ-Ċirkolari maħruġa nhar ilĦamis qed jingħad li ta’ kuljum bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa se jkunu organizzati dawn issessjonijiet ġodda ta’ taħriġ flAkkademja tal-Pulizija f’Ta’ Kandja. Għal dawn is-sessjonijiet se jattendu tletin membru talKorp. Minn stħarriġ li għamel InNazzjon, dan kollu jfisser li biex il-membri kollha tal-Korp jingħataw xi forma ta’ taħriġ,

allura se tkun għaddiet sena jew aktar. It-taħriġ mhux se jsir fi tmiem il-ġimgħa u meta jaħbtu festi pubbliċi fost il-ġimgħa. Dwar din iċ-Ċirkolari InNazzjon ħa l-kummenti ta’ Jason Azzopardi, il-kelliem talOppożizzjoni dwar l-Intern. Hu qal li jista’ jiddeskrivi din iċĊirkolari bħala farsa għaliex ma jistax jifhem kif minn Mejju tal2013 it-taħriġ kollu kien twaqqaf u issa hu programmat li jibda bil-

mod kif qed jingħad f’din iċċirkolari. Hu kompla li matul ix-xhur li għaddew kemm-il darba tkellem dwar l-importanza li l-membri tal-Korp jingħataw, b’mod regolari, it-taħriġ li qabel kien jingħata b’mod kontinwu. Fil-fatt qabel il-Pulizija tad-Distrett, pereżempju, kienu jirċievu t-taħriġ kull xahar – kull membru kien obbligat li jieħu mat-tmien sigħat taħriġ kull xahar li nofs ikun

maqsum f’eżerċizzji fiżiċi u nnofs l-ieħor taħriġ akkademiku. Jason Azzopardi kompla li lkritika għall-fatt li t-taħriġ lillmembri tal-Korp kien waqaf ma kienx qiegħed jagħmilha hu biss, iżda anki l-Pulizija nfushom kienu qed jilmentaw. Hu kompla li meta wieħed jaqra ċ-Ċirkolari maħruġa jifhem li se jkun ifisser li jekk f’jum se jkun hemm jitħarrġu mat-tletin Pulizija biss bejn it-Tnejn u lĠimgħa, u darba fil-Korp hemm mal-elfejn persuna membru, allura dan il-programm se jtul sena jew aktar biex iħarreġ jew jagħti xi forma ta’ taħriġ lillPulizija! Dan, temm Jason Azzopardi, ifisser ukoll li se jkun hemm membri li se jdumu madwar sena oħra biex jirċievu l-ewwel taħriġ wara li dan kien twaqqaf f’Mejju tas-sena l-oħra.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.