Nru 13,861
It-Tlieta, 30 ta‘ Settembru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
Il-każ tal-kaċċaturi fil-Qorti se jibda l-Ħamis u l-Ġimgħa
Ara paġna 5
Qed tippriedkaw mal-konvertiti It-tweġibiet vagi ta’ Karmenu Vella ma impressjonawx, għalkemm kien hemm ukoll minn faħħru (Ritratt : EPA)
– Karmenu Vella dwar il-kaċċa
Bidliet pożittivi għall-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà
Ara paġna 16 u 17
Reazzjonijiet imħallta wara s-smigħ tal-Kummissarju Ewropew nominat minn Malta, li sar ilbieraħ Kenneth Xuereb
Kif kien mistenni, fis-smigħ li sar ilbieraħ fi Brussell, Karmenu Vella kien ikkonfrontat dwar ilkaċċa f’Malta u għal darba, darbtejn, tenna li mhux se jittollera ksur fir-regolamenti minn kwalunkwe pajjiż. L-eżami ta’ Vella fil-Parlament Ewropew kien maqsum f’żewġ partijiet, bl-ewwel parti ddedikata għall-ambjent, waqt li t-tieni parti kienet dwar is-sajd u lqasam marittimu. Mistoqsi diversi drabi dwar ilkaċċa, Karmenu Vella wieġeb li la hu kaccatur u lanqas nassab. Qal ukoll li mill-esperjenza tiegħu bhala Ministru tatTurizmu, waħda mill-ikbar problemi li kellu jiffaċċja kienu lilmenti mit-turisti dwar il-kaċċaturi u l-kaċċa illegali. “Minn dan il-lat, qed tippriedkaw mal-konvertiti,” tenna Karmenu Vella.
Filwaqt li ma daħalx f’dettalji, Karmenu Vella qal li d-Direttiva tal-Għasafar ilha li daħlet fis-seħħ 35 sena, u qal li hemm bżonn li din tiġi riveduta, iżda tenna li dan ma jfissirx deregolamentazzjoni. L-MEPs staqsewh ukoll dwar kunflitti bejn id-direttorati li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu, u kif se jimxi. Karmenu Vella kellu wkoll iwieġeb mistoqsijiet fuq diversi oqsma, fosthom dwar it-tħaffir għaż-żejt, id-deforestazzjoni, testijiet fuq l-annimali u lkwalità tal-arja. Fil-parti tas-smigħ dwar is-sajd, l-MEPs staqsewh dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd, il-protezzjoni ta’ stocks ta’ xi speċi ta’ ħut, kif ukoll il-kwoti reġjonali.
Reazzjonijiet imħallta Ir-reazzjonijiet għas-smigħ ta’ Karmenu Vella kienu mħallta, b’ħafna jikkritikaw dak li raw bħala nuqqas ta’ preparazzjoni
tal-Kummissarju Ewropew minn Malta, dwar is-suġġetti li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, speċjalment fl-ewwel parti li kienet dedikata għall-ambjent. Fuq is-sit Twitter, ħafna bdew jikkritikaw il-mod kif Karmenu Vella kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet, li għalihom kien evażiv. Kien hemm ukoll min kellu ġudizzju iktar aħrax, u kkritika lill-President elett talKummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, li qed jissogra lapprovazzjoni tal-Kummissjoni kollha. Fl-istess ħin, kien għaddej ukoll is-smigħ tal-Kummissarju Ewropew Cecilia Malmstrom, li ngħatat il-portafoll tal-Kummerċ fil-Kummissjoni Juncker, u kien hemm min għamel il-paraguni. Kien hemm ukoll min ikkummenta li l-Kummissarju Vella kien qed jiddefendi t-track record ta’ Malta, minflok iwiegeb dwar
l-implimentazzjoni tal-liġijiet Ewropej. Fit-tieni parti tas-smigħ, kummentaturi bdew jgħidu li Vella deher iktar ippreparat dwar is-sajd milli dwar l-ambjent, għalkemm xorta kien hemm min baqa’ perpless dwar ċerti tweġibiet. Il-gruppi politiċi taw ukoll lewwel reazzjonijiet tagħhom. IlGrupp tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew qal li l-wirja ta’Karmenu Vella kienet waħda promettenti. Waqt li l-Partit Popolari Ewropew (PPE), fl-ewwel reazzjoni għassmigħ ta’ Karmenu Vella, qal li jrid jara impenn mill-Kummissarju Vella biex jinzammu l-istandards ambjentali. Iktar xettiċi kienu l-Ħodor Ewropej, li fi stqarrija qalu li lkandidat għall-Ambjent u s-Sajd, tal-Kummissjoni Ewropea naqas milli jikkonvinċi. Għal aktar reazzjonijiet, ara wkoll paġna 3
Promozzjonijiet bizzilla għal tal-qalba f’Għawdex
Ara paġna 32
www.maltarightnow.com
2
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Marlene Farrugia tikkritika l-istrateġija fil-PBS Tattakka lill-Gvern fuq l-indħil lill-istazzjon nazzjonali
Id-Deputata Laburista Marlene Farrugia reġgħet ikkritikat lillGvern ta’ Joseph Muscat, din iddarba dwar id-deċiżjoni inkonsistenti tal-PBS li ma jaċċettax programm imtella’ minNewsroom ta’ The Malta Independent. L-inkonsistenza fid-deċiżjoni tal-istazzjon nazzjonali tirriżulta mill-fatt li l-PBS qal li kien wasal għal din id-deċiżjoni
minħabba li mhux jaċċetta programmi mtella’ min-Newsrooms indipendenti, imma imbagħad irriżulta li l-istazzjon tal-istat aċċetta programmi fl-iskeda lġdida li se jittellgħu mit-taqsimiet tal-aħbarijiet ta’ The Times of Malta u l-MaltaToday. Fil-fatt in-Newsroom tatTimes se terġa’ tippreżenta l-programm “Times Talk”, waqt li dik tal-MaltaToday se jkollha l-pro-
gramm “Reporter”. Il-PBS warrab ukoll programm imtella’ mill-opinjonista Andrew Azzopardi. Jirrriżulta li din iddeċiżjoni mhix meħuda fuq dak li jridu jaraw it-telespettaturi, minħabba li skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, ilprogramm ta’ Andrew Azzopardi kien segwit minn madwar 13,000 telespettatur, waqt li “Reporter” kien segwit biss minn 3,000.
It-tmexxija tal-ġurnal The Malta Independent qalet li hi nfurmata, mhux uffiċjalment, li d-deċiżjoni finali ttieħdet millUffiċċju tal-Prim Ministru li qed jindaħal fl-iskeda tax-xandir nazzjonali. Il-backbencher Laburista Marlene Farrugia kkummentat fuq dak li seħħ f’din il-kwistjoni, u fuq il-Facebook tagħha staqsiet kemm din l-istrateġija hi fil-linja
LOKALI
tas-slogan “Malta tagħna lkoll”. “Ta’ min hi Malta eżatt? Ma kellhiex tkun tagħna lkoll? Forsi għax għadu ż-żmien u n-nies jinsew?” staqsiet Farrugia, waqt li nsistiet li l-Gvern Laburista jagħti spjegazzjoni. Hi kompliet li m’għandux ikun il-Gvern li jiddeċiedi x’għandhom jaraw in-nies, aktar u aktar meta fl-istess nifs qed jgħid li hu favur id-drittijiet ċivili.
L-ebda garanzija li n-noll tal-linja mhux se jiżdied
Il-Gvern bħalissa għaddej b’taħditiet mal-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon biex tmexxi t-trasport pubbliku
Il-Ministru responsabbli mitTrasport, Joe Mizzi jibqa’ ma jagħti l-ebda garanzija lill-pubbliku li l-prezz tal-biljetti tattrasport pubbliku mhux se jiżdied. Mizzi ħarab milli jwieġeb b’mod ċar il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar in-noll tat-trasport pubbliku, meta lbieraħ kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet. “Jien la għedtlek li mhux se jogħla, u lanqas li se jogħla. Imma nista’ nassigura li se jkun
affordabbli għal kulħadd,” saħaq Joe Mizzi. Il-Ministru Mizzi ma setax lanqas jgħid l-ammont ta’ sussidju li se tkun qed tingħata l-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon, li bl-akbar probabbiltà se tkun qed tmexxi t-trasport pubbliku f’pajjiżna. “Ovvjament, jekk qabel, ilkumpanija kienet qed tagħmel ittelf, anke issa qed tagħmel ittelf,” sostna Mizzi, li meta kien ippressat għal ċifra, qal li l-ispej-
jez huma ħafna inqas milli kienu taħt l-Arriva, imma baqa’ ma tax numri. Mizzi qal biss li s-sussidju li se jagħti l-Gvern lill-kumpanija lġdida se jkun inqas minn dak li kienet tingħata l-Arriva. Il-Ministru Mizzi ħabbar li matul il-ġimgħat li ġejjin se jkomplu d-diskussjonijiet malkumpanija Spanjola, filwaqt li kompla li jinsab sodisfatt blandament tat-taħditiet li saru s’issa.
Il-pubbliku kkonkorra bi ħġaru għall-attività li kienet organizzata matul in-nofs ta’ nhar tal-Ħadd filgħodu, mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tal-Medicina (MMSA) fil-pjazza ta’ Buġibba. L-attività kellha l-iskop li tqajjem kuxjenza dwar is-saħħa fil-qalb, filwaqt li ngħata tagħrif dwar mard kroniku bħad-dijabete u l-pressjoni fid-demm. Ingħataw pariri mill-kirurgu Alex Manche’ u ntuża għall-ewwel darba l-apparat “Heart Age Calculator”. Saru wkoll testijiet taz-zokkor, tal-pressjoni u tal-piż żejjed. Kien hemm ukoll Nutritionists li taw pariri dwar dieta tajba, u rokna ddedikata għat-tfal. (Ritratt : John Paul Bonanno)
www.maltarightnow.com
LOKALI
Ridt inkun sinċier u ġenwin Robert Cremona jirrapporta minn Brussell
Fl-ewwel kummenti lill-ġurnalisti wara li ntemm il-grilling fi Brussell, il-Kummissarjunominat Malti Karmenu Vella sostna li fadallu ħafna aktar xogħol x’jagħmel biex jidħol sew f’kull aspett li jkopri is-settur li ngħatalu bħala Kummissarju Ewropew. Eżatt kif intemm is-smigħ, Vella deher ferm iktar rilassat, u saħaq li hu għamel minn kollox biex ikun sinċier mal-MEPs. “Ridt inkun sinċier u ġenwin”, sostna Vella, filwaqt li kompla li lest ikompli jaħdem mal-MEPs biex, jekk jiġi konfermat, jiddedika l-enerġija kollha tiegħu għall-portafoll fdat lilu. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, David Casa, il-Kap tadDelegazzjoni tal-PN fi ħdan ilPartit Popolari Ewropew, qal li Vella deher li kien ippreparat ħafna fil-qasam tas-sajd, imma mhux l-istess jista’ jingħad dwar l-ambjent. Roberta Metsola, min-naħa tagħha, qaltilna li hu importanti li
- Karmenu Vella
Karmenu Vella jwieġeb il-mistoqsijiet tal-MEPs waqt is-smigħ tal-bieraħ
jkollna Kummissarju li jagħmlilna ġieh, bħala pajjiż. Qalet li hu deher li kien ippreparat fuq ċerti oqsma, imma rridu nistennew leżitu tal-analizi li se ssir millMEPs fl-24 siegħa li ġejjin. L-ewroparlamentari l-oħra talPN Therese Comodini Cachia qalet li din kienet l-ewwel esperjenza tagħha, fejn segwiet b’mod dirett dan l-eżami, u sostniet li Karmenu Vella iffaċċja test diffiċli, bil-mistoqsijiet diretti li sarulu. Ħadna wkoll ir-reazzjoni talKap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant, li qal li Karmenu Vella ta preżentazzjoni ċara li ntlaqgħet
tajjeb. “Kien preċiż u kalm fil-mod kif tkellem. U kienet preżentazzjoni onesta quddiem sfidi kbar li għandna fl-ambjent”. Waqt is-smigħ tal-bieraħ, kulħadd innota kif f’ċerti mumenti, Vella beda jidher mhux daqstant konvinċenti fir-risposti tiegħu lill-MEPs. Filwaqt li fuq punti tekniċi li tqajmu, kien hemm ftit risposti diretti. U f’ħin minhom, qal hu stess li fuq ċerti suġġetti, għadu mhux infurmat sew, u agħar minn hekk, qal li “m’għandux opinjoni”. Fil-fatt, l-MEP Demesmaeker, fil-mistoqsija tiegħu, appellalu biex ma jibqax idur mal-lewża
Karmenu Vella jipprova jgħaddina biż-żmien Ftit qabel is-smigħ tiegħu talbieraħ bħala Kummissarju Ewropew, l-eks Ministru laburista Karmenu Vella ddikjara li fl-2003, hu vvota favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fir-Referendum. Dwar din id-dikjarazzjoni, idDeputat Chairperson talAlternattiva Demokratika Carmel Cacopardo kiteb fuq il-blog tiegħu, u qal li Karmenu Vella “qed jipprova jgħaddina biż-żmien”, filwaqt li staqsa kif jista’ jkun li bħala membru prominenti tax-Shadow Cabinet tal-eks Prim Ministru Laburista Alfred Sant, dakinhar hu ma qabilx mal-Kap tiegħu fuq ilkwistjoni tas-sħubija, u ma fetaħx ħalqu ? Cacopardo fisser kif qabel din iddikjarazzjoni ta’ Karmenu Vella, hu qatt ma kien sema’ lil Vella jgħid x’jaħseb dwar l-UE. U jkompli li la qatt semgħu jgħid li jaqbel, u lanqas li ma jaqbilx. L-uffiċjal tal-AD kompla jikteb li ma jafx kif wieħed jista’ jippretendi li jkun rispettat jekk jipprova jgħaddi ż-żmien bin-nies. “Karmenu Vella ma qalx li reġa’ bdielu matul dawn il-11-il sena mirReferendum. Ma qalx li kellu riżervi dwar l-Unjoni Ewropea, li
– Carmel Cacopardo
L-artiklu li kiteb Carmel Cacopardo fuq il-blog tiegħu
biż-żmien iċċara l-opinjoni tiegħu dwarhom. Le. Qal li vvota favur issħubija” kiteb Cacopardo. Waqt li kompla li meta lKonferenza Ġenerali tal-Partit Laburista iddeċidiet dwar il-pożizzjoni tal-PL fuq l-Unjoni Ewropea, ma jidhirlux li kien hemm il-vot ta’ Vella kontra. Lanqas l-opinjoni tiegħu dwar issuġġett qatt ma nstemgħet, la filKonferenza Generali u lanqas tul issnin. “Karmenu Vella kien ikun iktar rispettat kieku kellu l-kuraġġ jgħid il-verità”, kompla jikteb Carmel
3
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Cacopardo. Hu kompla jikteb li għandu kull rispett lejn kull laburist li għażel li jivvota kontra l-Ewropa, u qal li jaf diversi minnn dawn li, jew għadhom isostnu li għamlu sewwa, inkella biddlu l-opinjoni. “Imma għadni ma ltqajt mal-ebda laburist li ċaħad dak li għamel”, sostna Cacopardo. Cacopardo kkonkluda billi sostna li waqt li kulħadd għandu d-dritt li jkollu d-dinjità tiegħu rispettata, min ma jirrispettax lilu nnifsu, qatt ma jista’jippretendi li ħaddieħor jirrispettah.
fit-tweġibiet li jagħti. Karmenu Vella baqa’ jiġi pressat anke fuq il-kaċċa, inkluż millMEP liberali Catherine Bearder, fejn ipprova jispjega li hu jaf x’effett negattiv tħalli l-kaċċa illegali. “Jien mhux se niddefendi lil min jikser id-Direttiva talGħasafar”, sostna. Forsi l-aktar li deher komdu kien meta wieġeb il-mistoqsijiet dwar l-aspett marittimu, fejn deher aktar infurmat u konvinċenti. Xi ħaġa li nnutaw ukoll l-erba’ MEPs Maltin li tkellimna magħhom. Wara s-sessjoni li ħadet tliet sigħat, mill-ewwel bdew ħerġin reazzjonijiet minn ambjental-
isti. Fosthom kien hemm Konstantin Kreiser, espert internazzjonali tal-biodiversità, li esprima diżappunt għall-mod li bih Vella wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu. Anke BirdLife International, ikkummentat li Vella kien vag u evażiv, filwaqt li l-MEPs tal-Grupp tal-Ħodor kienu kritiċi ħafna. Minkejja dan kollu, kollox jindika li Vella se jkun qed jgħaddi mit-test tal-Parlament Ewropew għaliex għandu lappoġġ kemm tas-Soċjalisti kif ukoll tal-Partit Popolari Ewropew, li bejniethom għandhom il-maġġoranza. Fil-bini tal-Parlament Ewropew, waqt li kien għaddej l-eżami ta’ Karmenu Vella, dehret ukoll għal xi ħin l-MEP Laburista Miriam Dalli illi hi miżżewġa lit-tifel ta’ Vella. La hi, u lanqas ħadd millMEPs l-oħrajn minn Malta, ma ħadu sehem fis-smigħ tal-bieraħ li sar quddiem żewġ Kumitati Parlamentari, dawk tal-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà fl-Ikel, u dak tasSajd.
“Ma kontx sorpriż. Kulħadd għandu d-dritt jivvota kif irid”. Din kienet ir-reazzjoni ta’ Alfred Sant, l-eks Mexxej Laburista u llum Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, wara li Karmenu Vella ddikjara li fl-2003 kien ivvota favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Waqt laqgħa informali malġurnalisti fi Brussell, l-ewroparlamentari Laburista qal li lGrupp tas-Soċjalisti ma kellu lebda rimarki negattivi dwar innomina min-naħa ta’ Malta. Sant sostna li bħala grupp, isSoċjalisti huma impenjati li jiċċaraw ċerti impenji li daħal għalihom Jean Claude Juncker. Hemm ukoll impenn biex jiġi
salvagwardjat l-aspett soċjali, permezz tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida. Alfred Sant saħaq li lekonomija hi prijorità għallKummissjoni mmexxija minn Juncker. Marlene Mizzi ukoll enfasizzat fuq il-format il-ġdid li daħħal Juncker fil-Kummissjoni, inkluż il-mod kif ġew iffurmati lportafolli. Marlene Mizzi kkonfermat ukoll dak li stqarr mal-ġurnalisti David Casa ftit tal-ħin qabel. “Sibna koperazzjoni mill-MEPs tal-PN u s-sitta li aħna qegħdin flimkien”. Miriam Dalli ma kinitx preżenti għal din il-laqgħa informali mal-ġurnalisti.
Sant mhux sorpriż
www.maltarightnow.com
4
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Studenti daharhom mal-ħajt, kostretti jabbandunaw kors fl-MCAST Il-kors tal-farmaċewtika hu finanzjat mill-Fondi ta’ Koeżjoni tal-UE 2007-2013
Dak li fl-MCAST tliet snin ilu kellu jkun kors ta’ sena u nofs, li jwassal biex iħejji żgħażagħ għallindustrija tal-farmaċewtika, issa se jitkompla b’ħafna għaġla minħabba l-biża’ li jekk ma jitlestiex filħin – jiġifieri sa Marzu li ġej – jintilfu fondi tal-Unjoni Ewropea. Studenti li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’ fissru kif fl-MCAST, tliet snin ilu, bdew numru ta’ korsijiet li huma kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Fost dawn il-korsijiet, kien hemm wieħed li jwassal lill-istudenti biex jispeċjalizzaw fil-far-
maċewtika u hekk ikunu mħejjija għal din l-industrija. Dan il-kors partikulari, li jipprovdi edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ fl-industrija tal-farmaċewtika, finanzjat mill-Fondi Ewropej ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ snin bejn l-2007 u l-2013, kien mifrux fuq perjodu ta’ sena u nofs u fi tmiemu l-istudenti, li wħud minnhom diġà jaħdmu fl-industrija, kellhom jingħataw ċertifikazzjoni li tgħinhom għall-karriera tagħhom fl-industrija. Is-sorsi li tkellmu ma’ dan ilġurnal fissru li l-‘modules’ kienu
programmati kif se jkunu mqassma, iżda ftit ftit mhux biss ma kienx osservat dan il-programm imħejji, talli anke l-lezzjonijiet bdew jitħassru jew jiġu kanċellati għalkollox, minħabba nuqqas ta’ għalliema jew minħabba nuqqas ta’ koordinazzjoni min-naħa ta’ min kien responsabbli mill-organizzazzjoni ta’ dawn il-korsijiet li jsiru fl-MCAST f’Raħal Ġdid. Nifhmu li ġieli għaddew diversi ġimgħat u lanqas biss saret lezzjoni waħda. L-istudenti li inizjalment kienu bdew il-kors kienu jammontaw
għal 25, iżda issa fadal sitt studenti biss. U dwar din is-sitwazzjoni frustranti, dawn tkellmu mal-koordinatriċi tal-kors, iżda mhux talli ma ngħataw ebda sodisfazzjon, talli tħallew fil-għama. Kollox wassal biex dan il-kors beda jaqa’ lura sal-punt li issa min qiegħed imexxih jinsab f’paniku u jrid li l-kors jagħlaq sa Marzu li ġej biex ma jintilfux il-fondi talUnjoni Ewropea. L-istudenti wrew it-tħassib tagħhom dwar dan u qed jgħidu li ma jagħmilx sens li dak kollu li ma sarx fil-perjodu mwiegħed,
issa jsir kollu f’daqqa, fi ftit xhur. Hemm min, minn dawn l-istudenti, li żgur mhux se jkun jista’ jlaħħaq ma’ dak li fadal minn dan il-kors, għaliex hu impossibbli li jattendi erba’ lezzjonijiet filġimgħa meta hu jaħdem fl-industrija, fost l-oħrajn, b’sistema ta’ xiftijiet. Dawk li tkellmu magħna osservaw li n-nuqqas ta’ koordinazzjoni u organizzazzjoni fl-MCAST għadu jinħass sew, waqt li esprimew it-tama li jirbaħ is-sens komun u li l-kors jitkompla bi pjan diċenti biex jintemm kif suppost.
Maltija qed tallega li kienet ġiet stuprata diversi drabi fuq perjodu ta’ xahrejn, f’Ġunju tal2012, u li anke ġiet iffrodata ssomma ta’ €27,000 minn Olandiż ta’ 33 sena. Qed tallega wkoll li minbarra li stupraha, Johan Stellingwerf għamel atti perversi magħha. L-akkużat qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih u qed jgħid li dak li sar bejniethom kien kollu konsenswali.
Stellingwerf kien instab ħati f’pajjiżu li stupra żewġ nisa fl2006, wara li inizjalment kien ġie akkużat li stupra ħames nisa. Rapporti fil-media Olandiża kienu qalu li l-Pulizija kienet għamlet tfittxija intensiva biex issibu. Eventwalment hu kien ġie arrestat fil-Brażil u ġie deportat lejn pajjiżu, fejn instab ħati li stupra żewġ nisa, imma ġie lliberat mill-akkuża li kien stupra tlieta oħra.
Fuq il-każ ta’ frodi fuq it-tfajla Maltija, il-Qorti ta’ Amsterdam kienet illiberat lil Johan Stellingwerf, u qalet li hu ma kellu jagħti xejn lit-tfajla, anzi hija l-Maltija li għandha tagħtih €6,000. Permezz tal-avukati tiegħu Malcolm Mifsud u Jason Grima, l-akkużat qal li t-tfajla Maltija kienet tibgħat messaġġi erotiċi u messaġġi oħra li juru li kienet hi l-persuna li kienet tipprovokah, u li saħansitra fuq il-mowbajl talakkużat jeżistu filmati li juru lmod kif hi kienet taġixxi. L-Ispettur Yvonne Farrugia qalet li t-tfajla hija vittma f’dan il-każ u li l-akkużat dejjem isegwi l-passi tagħha minkejja li għandu ordni mill-Qorti biex ma jagħmilx dan. Min-naħa tagħha, id-Difiża qalet li huwa l-klijent tagħha li qed jiġi segwit, mhux biss minn dik li kienet it-tfajla tiegħu, lallegata vittma, imma anke minn ħbieb tagħha. Huma talbu wkoll lill-Qorti biex Johan Stellingwerf ikun protett. L-Ispettur Robert Vella xehed li l-allegata vittma kienet marret għandu biex tagħmel rapport li lakkużat kien stupraha. Hi kienet qaltlu li ma kinitx ċerta x’ismu u
kunjomu, għaliex kienet tafu b’ismu biss, u li iżda, kemm-il darba siefret miegħu. Hawn qalet li hi ma kellhiex aktar kuntatt miegħu. Kienet urietu wkoll ritratt talakkużat. Qal li jumejn wara reġgħet marret għandu u qaltlu li Johan Stellingwerf kien ġej Malta. Skont il-media Olandiża, Johan Stellingwerf kien intlemaħ fil-Polonja u kien javviċina linnisa billi juża isem falz. Allegatament, hu kien jgħidil-
hom li hu student, u jitlobhom biex jgħinuh. F’Malta kien rappurtat ukoll li kien avviċina mara f’bajja f’Tas-Sliema. Din qalet li qabad magħha u qaltlu li hi miżżewġa, bl-iskop li jieqaf milli jkompli jaqbad magħha, iżda hu kompla. Id-Difiża għamlet talba lillQorti biex l-akkużat ikun jista’ jmur lura pajjiżu għal raġunijiet mediċi. Il-kumpilazzjoni se tkompli fit-8 ta’ Ottubru.
Tallega li Olandiż stupraha diversi drabi u ffrodaha
Fi New York, fejn fl-aħħar jiem indirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-PM Joseph Muscat iltaqa’ mal-President Amerikan Barack Obama. Il-laqgħa saret waqt l-Assemblea stess. Il-President tal-Istati Uniti kien akkumpanjat mill-First Lady Michelle Obama, waqt li l-PM Malti kien akkumpanjat mis-Sinjura Michelle Muscat. (Ritratt: DOI)
www.maltarightnow.com
5
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
QORTI
Il-każ tal-kaċċaturi se jibda l-Ħamis u l-Ġimgħa
Il-kumpilazzjoni li fiha jibdew jinġabru l-provi dwar l-allegati reati li wettqu għaxar kaċċaturi, se tibda lejn l-aħħar ta’ din ilġimgħa. Disa’ kaċċaturi li kienu tressqu flimkien nhar il-Ħamis li għadda mixlijin b’tixwix u li ftiehmu biex iwettqu reat, se jibdew għaddejjin kumpilazzjoni nhar ilĦamis li ġej quddiem ilMaġistrat Anthony Vella. Il-kaċċatur li wkoll kien tressaq il-Ħamis, imma b’mod separat, quddiem il-Maġistrat talGħassa, se jibda għaddej kumpi-
lazzjoni l-għada l-Ġimgħa, quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja. Il-kaċċaturi, li lkoll inżammu taħt arrest preventiv huma tnejn minn Ħaż-Żabbar, tnejn minn Wied il-Għajn, Għawdxi, wieħed miż-Żurrieq, Rabti, ieħor minn Ħad-Dingli, ieħor mill-Mosta u kaċċatur minn Birkirkara. Dawn ġew akkużati, fost reati oħrajn, li xewxu, offendew lillPrim Ministru, u li wettqu konġura biex jagħmlu reat nhar il-Ħadd 21 ta’ Settembru, waqt protesta spontanja li saret minn numru ta’ kaċċaturi fil-Belt.
Tnejn minnhom kienu mixlijin ukoll li kellhom fil-pussess tagħhom armi finta, li skont illiġi huwa reat. Kien hemm minnhom li ġew mixlijin ukoll li tkellmu ħażin, u tnejn minnhom ġew mixlija li ħebbew għallmembri tal-media u tlieta li waddbu l-ġebel. Id-disa’ kaċċaturi li tressqu flimkien ġew mixlijin b’kollox bi 43 akkuża li kollha huma relatati. Waqt li l-kaċċatur li tressaq waħdu, ġie mixli wkoll li kkonġura biex juri mibegħda u disprezz lejn il-Gvern ta’ Malta.
Somalu ta’ 32 sena ammetta quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li pprova jisraq raġel Malti, li huwa ‘homeless’, waqt li dan kien rieqed fuq bank f’Tas-Sliema. Il-vittma kien rieqed fuq ‘bus stop’, fi Triq it-Torri. L-akkużat ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma
jagħmilx reat ieħor f’perjodu ta’ sentejn. Abdi Ahmed Ali kien arrestat minn żewġ pulizija li kienu qegħdin jagħmlu r-ronda f’TasSliema. Hu nqabad fil-fatt, igerfex fl-affarijiet personali ta’ xi ħadd li jgħix barra, waqt li dan kien rieqed.
Meta l-Malti kien infurmat mill-Pulizija b’dak li ġara, hu qal li l-basket tiegħu kien infetaħ, iżda ma nsteraqlu xejn. Il-vittma qal li hu kien qed jorqod fuq il-‘bus stop’ minħabba li jgħix f’garaxx, fejn għandu biss aċċess għallilma u l-elettriku.
Jammetti li pprova jisraq raġel li jgħix barra
Huwa ġie mixli wkoll li m’għamilx avviż bil-miktub biex issir xi forma ta’ protesta, lillKummissarju tal-Pulizija. Huwa wieġeb mhux ħati talakkużi miġjubin kontrih, blavukat tiegħu Raphael Fenech Adami jgħid li hu ma tefa’ l-ebda kumment biex ixewwex fuq
Facebook, kif qed tgħid ukoll ilPulizija. Qal li lanqas kien preżenti għall-attività li saret, u li l-kondotta tiegħu hija waħda nadifa. Għall-kaċċaturi l-oħra dehru l-avukati Franco Debono, Michael Sciriha, Lucio Sciriha, Anthony Cutajar u Shazoo Ghaznavi.
www.maltarightnow.com
6
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Tilwima industrijali fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
L-MUMN tgħid li ilha sena tiġi mgħoddija biż-żmien fuq il-carers
L-MUMN iddikjarat kwistjoni industrijali fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li d-Dipartiment tas-Saħħa ħalla nuqqas ta’ carers fl-Isptar fl-aħħar sena u nofs, għad-detriment tal-pazjenti talisptar u l-anzjani rikoverati f’Sala Sant’Anna. Fi stqarrija l-Union talInfemieri u l-Qwiebel qalet li nnuqqas ta’ carers irriżulta wkoll minħabba li numru ta’ carers kienu trasferiti bħala Security Guards, jew f’xogħlijiet oħrajn, mingħajr ma ddaħħlu persuni ġodda. Fil-preżent huma meħtieġa 20 carer biex jimlew il-postijiet vakanti fi sptar żgħir bħal dak ta’ Għawdex. Minkejja li l-MUMN ilha tibgħat korrispondenza lidDipartiment tas-Saħħa għal iktar minn sena, l-impenji tadDipartiment qatt ma mmaterjalizzaw, anke minkejja l-wegħdi li saru. Filwaqt li numru ta’ infermieri kienu trasferiti minn Malta għal Għawdex fi tliet okkażjonijiet tul
din il-leġiżlatura u wara direttivi tal-MUMN, qatt ma kienu ingaġġati carers fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Quddiem din is-sitwazzjoni, lMUMN tat ċans sal-10 ta’ Ottubru li ġej biex il-carers meħtieġa jkunu ingaġġati, u qalet li jekk dan ma jsirx, l-infermieri kollha inkluż dawk li jaħdmu f’Sala Sant’Anna se jieqfu jagħmlu xogħol ta’ carers u jikkonċentraw biss fuq ir-responsabbiltajiet tagħhom. Dan wara li għal iktar minn sena, l-infermieri f’Għawdex kellhom jagħmlu x-xogħol kollu addizzjonali li suppost isir millcarers, biex ikun provdut servizz diċenti lill-anzjani. Dan sar mill-infermieri b’riżultat tar-rispett li dawn għandhom lejn l-anzjani, sostniet l-MUMN, li kompliet tgħid li wara sena ta’ wegħdi mhux miżmuma, u wara li qed tiġi mgħoddija biż-żmien, jidher ċar li l-anzjani fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex mhumiex prijorità għad-Dipartiment tasSaħħa.
Id-Duka ta’ Cambridge għażel lill-Air Malta biex fi tmiem il-ġimgħa tal-Indipendenza jiġi Malta għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 anniversarju ta’ Malta indipendenti. Qabel ħalla pajjiżna, ukoll b’titjira tal-linja nazzjonali tal-ajru, il-Prinċep William kien ippreżentat b’xogħol artistiku li jikkommemora ż-żjara tiegħu. Il-pittura, xogħol l-artist Cedric Galea Pirotta, turi r-Royal Coat of Arms li wieħed isib fuq Victoria Gate, flimkien mallivery tal-Air Malta, bis-salib ta’ tmien ponot. Din kienet it-tieni biċċa xogħol artistika maħluqa għal membru tal-Familja Rjali mill-familja tal-artist. Nannuh, Giuseppi Pirotta, kien l-awtur tar-rigal ta’ tifkira li kien ġie ppreżentat lir-Reġina Eliżabetta II mill-PM Ġorġ Borg Olivier waqt iż-żjara tagħha f’Malta fl-1967 (Ritratt: DOI, Clodagh Farrugia O’Neill)
Tibda MOVE Week f’Malta
Ilbieraħ ingħata bidu f’Malta wkoll, għall-MOVE Week, kampanja internazzjonali tal-Unjoni Ewropea bl-iskop li tinċentiva lattività fiżika. MOVE Week tikkonsisti f’ġimgħa ta’ attivitajiet fiżiċi madwar Malta u Għawdex, u lattivitajiet jibqgħu għaddejjin sal-Ħadd 5 ta’ Ottubru.
Proprju fl-ewwel ġurnata ta’ MOVE Week, żorna l-Belt Valletta fejn studenti tal-Kulleġġ St. Albert The Great, tal-Belt stess, qattgħu l-għodwa tagħhom jiġru u jilagħbu. L-għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika tal-istess studenti, Keith Grima Scott, spjega kif għallistudenti, din kienet attività inter-
essanti li kienu qed jistennew u li ħadu gost jipparteċipaw fiha. Il-miri prinċipali tal-Unjoni Ewropea huma li sas-sena 2020, mal-mitt miljun persuna aktar madwar l-Ewropa jkunu qed jagħmlu xi forma ta’ eżerċizzju jew attività fiżika biex hekk tiġi miġġielda l-problema tal-obeżità u l-inattività.
Maratona b’risq il-Fondazzjoni RISE Il-President ta’ Malta żaret il-maratona li saret fl-Aria Club, nhar il-Ħadd (Ritratt: John Paul Bonanno)
Il-Fondazzjoni RISE, li taħdem biex tgħin fir-riabilitazzjoni talpriġunieri qabel dawn joħorġu mill-ħabs wara li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom, organizzat maratona ta’ ġbir ta’ fondi sabiex tkompli ssostni l-ħidma tagħha. Il-maratona xxandret b’mod dirett mill-kumpless Aria Club f’Tal-Balal, fil-limiti ta’ San Ġwann u fost oħrajn, żaritha lPresident ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, li f’kelmtejn talokkażjoni qalet li l-Fondazzjoni RISE hi importanti ħafna għassoċjetà, għax qed tagħmel xogħol kbir, li qabel, kien nieqes. Hi rrikonoxxiet il-ħidma li ssir
minn din il-Fondazzjoni li mhux biss taħdem mal-priġunieri, iżda wkoll mal-familji tagħhom. Il-President Coleiro Preca qalet li meta l-bniedem jiżbalja filħajja għandu jingħata opportunità biex jirranġa u jirriforma ruħu. “Jekk isir il-kuntrarju, allura ssoċjetà tkun qed titlef,” sostniet il-President, filwaqt li appellat biex “ilkoll nagħmlu ħilitna, u nħarsu lejn xulxin bla preġudizzju.” Bħalissa l-Fondazzjoni RISE qed tagħmel xogħol ta’ tisbiħ f’post li jinsab fi Triq San Kristofru, fil-Belt, biex iservi ta’ residenza għal eks priġunieri.
www.maltarightnow.com
LOKALI
Pajjiżna għandu wisq festi nazzjonali
7
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
It-Today Public Policy Institute jappella għal ftehim fuq jum nazzjonali wieħed Il-jiem nazzjonali f’pajjiżna għandhom jiġu limitati għal tnejn, li jkunu l-Indipendenza u Jum ir-Repubblika, għalkemm għandu jsir sforz biex jintlaħaq ftehim biex ikun hemm jum nazzjonali wieħed biss. Din hi waħda mill-konsiderazzjonijiet li ħarġu minn rapport li ħejja t-Today Public Policy Institute, Istitut li hu ffurmat minn ħassieba fuq diversi temi b’rabta ma’ pajjiżna. Ir-rapport jagħti ħarsa lejn ilKostituzzjoni ta’ Malta fil-ħamsin anniversarju millIndipendenza ta’ Malta. Il-grupp ta’ ħassieba li ħarġu b’dan ir-rapport, fosthom Michael Frendo u Martin Scicluna, issuġġerew ukoll li lpoteri tal-President ta’ Malta għandhom ikunu riveduti u li
eks-Prim Ministri ma jkunux jistgħu jinħatru fil-kariga ta’ President. L-Istitut jirrakkomanda wkoll awtonomija effettiva talParlament Malti u Membri Parlamentari li jkunu impjegati fuq bażi full time. Fuq kollox, ir-rapport jenfasizza l-bżonn li pajjiżna jkollu amministrazzjoni tajba, xi ħaġa li ripetutament appella dwarha l-Ombudsman. Dan minbarra numru ta’ rakkomandazzjonijiet oħra bilgħan li bl-esperjenza li akkwista pajjiżna fl-aħħar ħamsin sena, il-Kostituzzjoni Maltija tittejjeb. Dan l-Istitut għadu kif nieda wkoll il-‘Peter Serracino Inglott Award’ ad unur Fr Peter, li miet fl-2012, u li kien wieħed millfundaturi tal-Istitut.
Martin Scicluna jippreżenta r-rapport tal-Istitut dwar il-Kostituzzjoni ta’ Malta fil-50 anniversarju tal-Indipendenza (Ritratt: Martin Agius)
Mill-Pjazza ta’ San Nikola fisSiġġiewi, nhar il-Ħadd filgħodu bdiet mixja minn grupp ta’ parteċipanti sad-Dar tal-
Providenza fis-Siġġiewi stess. Parteċipanti oħrajn ħadu sehem f’ġirja li bdiet miż-Żurrieq, u oħrajn qadfu bir-roti mill-
Imdina. Id-destinazzjoni tat-tliet attivitajiet sportivi, li saru għallewwel darba din is-sena, blgħan komuni li jiġbru fondi
Sport b’risq id-Dar tal-Providenza
Il-parteċipanti tal-mixja li telqet mill-pjazza tas-Siġġiewi
għad-Dar tal-Providenza, kienet proprju d-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. L-attività kienet organizzata minn RTK for Charity u Grupp Żgħażagħ Gudja. ‘In-Nazzjon’ tkellem malparteċipanti li spjegaw li minbarra l-għan nobbli li tiġbor fondi għad-Dar tal-Providenza, l-attività kellha wkoll l-iskop li tħeġġeġ lin-nies jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi differenti. Il-parteċipanti għaddew ukoll messaġġ biex il-pubbliku jagħti sehmu f’dawn l-attivitajiet li jsaħħu s-servizzi li joffru entitajiet bħad-Dar tal-Providenza li jissarrfu f’ġid għas-soċjetà Maltija. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-parteċipanti li għamlu lmixja fis-Siġġiewi u tkellmet dwar l-għaqda li juri l-poplu Malti f’attivitajiet ta’ solidar-
jetà. Hi ħeġġet lill-pubbliku jibqa’ juri solidarjetà filwaqt li faħħret l-inizjattiva sportiva li fl-aħħar nett toħloq ukoll aktar kuxjenza fuq kif wieħed jgħix stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa. Fost dawk li pparteċipaw filmixja fis-Siġġiewi kien hemm l-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-Isqof Awżiljarju Monsinjur Charles Scicluna, diversi deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, kif ukoll rappreżentanti u membri ta’ diversi għaqdiet, trejdunjins u korpi kostitwiti. Ħa sehem ukoll isSindku tas-Siġġiewi Karol Aquilina. Biex issostni l-ħidma tagħha ma’ persuni b’diżabbiltà, id-Dar tal-Providenza tinħtieġ €3.5 miljun fis-sena. Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar, ħeġġeġ lill-pubbliku biex jieħu sehem u jikkontribwixxi f’attivitajiet bħal dawn b’risq id-Dar.
www.maltarightnow.com
8
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
OPINJONI
It-tperriċ kontra s-satra
L-iggvernar bis-satra hu monk u marid. Juri li min qed imexxi mhux lest jafda, ma jridx skrutinju għax jibża’ li ssoċjetà tkun taf il-verità. Hu x’inhu s-suġġett. Bil-kontra, kull tmexxija miftuħa li ma tibżax tperreċ u tagħti l-inċentiv għat-tperriċ, hi tmexxija sana u b’saħħitha. F’dan iddawl il-Ħamis u l-Ġimgħa kelli okkażjoni nitkellem u nirrifletti fuq dawn iż-żewġ modi ta’ gvernar. Il-Ħamis, għan-nom talOppożizzjoni, indirizzajt konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Kwartieri Ġenerali talPulizija dwar il-ħabi u lingann fit-tmexxija. Dakinhar sirna nafu li l-Ministru għallIntern mar lura mill-kelma li kien ta f’Ġunju li għadda meta kien wiegħed li r-riżultat talinkjesta ordnata dwar l-eksKummissarju tal-Pulizija, dwar meta kien ordna li jitwaqqfu proċeduri kriminali kontra min ħebb għall-Pulizija fl-Għassa tal-Pulizija, ma kienx se jippubblikah. Fil-fehma tal-Oppożizzjoni dan hu agir ħażin għax ifisser gvernar fis-satra, id-dfin talprinċipju tal-kontabbiltà u lirtirata tal-wegħda li lMinistru stess kien ta. Għax kif nistgħu nemmnu ministru li jagħti kelma, imbagħad ma jżommhiex? Tista’ tafda ministru li jidħak bik f’wiċċek? Xi kredibbiltà tibqagħlu? Il-fatt li eks-Kummissarju tal-Pulizija jwaqqaf proċeduri kriminali, li setgħu wasslu għall-ħabs, kontra xi ħadd li kiser il-liġi fl-Għassa talPulizija stess, proprju meta lParlament kien qed jiddiskuti abbozz ta’ liġi tiegħi stess biex jiħraxu l-pieni għal min iħebb għall-Pulizija, hu gravi. Kienet il-gazzetta ‘The Malta Independent’ li żvelat dan ilkaż f’Ġunju li għadda, wara ħmistax tittallab għat-tweġibiet. Minkejja l-pubblikazzjoni tal-aħbar, xorta waħda rajna ħajt ta’ silenzju, ta’ ħabi. Wara li jien tkellimt filParlament dwar dan il-każ bla preċedent u tlabt għall-inkjesta indipendenti li tkun miftuħa, jumejn wara l-Gvern kien waqqaf Bord ta’ Inkjesta. Inkjesta li l-Gvern kien wiegħed li se jippubblika rriżultat tagħha u issa mar lura minn dik il-wegħda. X’jiswa li ssir inkjesta biex toħroġ il-verità u int ma tafx x’inhi? Forsi għax matul issmigħ tax-xhieda l-Bord induna li s-suġġett tal-inkjesta nqabad jigdeb? Qabel l-elez-
Il-Ministru għall-Intern mar lura mill-kelma li kien ta f’Ġunju li għadda meta kien wiegħed li r-riżultat tal-inkjesta ordnata dwar l-eks-Kummissarju tal-Pulizija, dwar meta kien ordna li jitwaqqfu proċeduri kriminali kontra min ħebb għall-Pulizija fl-Għassa tal-Pulizija, ma kienx ser jippubblikah
zjoni ġejna mwegħdin l-iktar Gvern li jagħti rendikont ta’ għemilu li qatt kellna millIndipendenza ’l hawn. Il-verità hi l-kontra u dan mhux sew. Xi ħaġa ħażina hemm żgur: jekk il-Gvern ma ridux jirriżenja bħala kastig, allura jfisser li għall-Gvern kollox jgħaddi, anke l-preferenzi fleżekuzzjoni tal-liġi. Jekk, mill-banda l-oħra, il-Gvern ġiegħlu jirriżenja bħala kastig, allura jfisser li l-ġudizzju ħażin ġie ppremjat b’impjieg ieħor b’paga tajba immens mal-Gvern. Meta l-għada indirizzajt seminar, għan-nom talOppożizzjoni, dwar il-Liġi talWhistleblower, ma stajtx ma ninnutax il-kuntrast. Għax ilGvern bil-kliem jgħid mod, iżda bil-fatti jagħmel l-oppost. Din il-liġi kienet ġiet ippubblikata mill-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar
Nemmen li rridu nkissru l-ħajt tad-diffidenza biex iktar nies jersqu ’l quddiem u jirrappurtaw imġiba kontra l-liġi, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat Jason Azzopardi
jason.azzopardi@gov.mt
leġiżlatura biex jinkixfu labbużi, u nafu għaliex ma ġietx dibattuta. Dan il-Gvern ressaqha għad-dibattitu u ovvjament l-Oppożizzjoni qablet magħha u llum ninsabu sena wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Nemmen li rridu nkissru lħajt tad-diffidenza biex iktar nies jersqu ’l quddiem u jirrappurtaw imġiba kontra l-
liġi, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat. Biex nagħmlu dan, jien mill-ewwel qbilt fis-seminar mas-suġġeriment li jkun hemm assistenza legali b’xejn lil min jirrapporta u li l-Uffiċċju talWhistleblower jsir Uffiċċju tal-Parlament b’awtonomija u indipendenza sħiħa bi qbil bejn iż-żewġ naħat. B’hekk, l-Oppożizzjoni tkompli tkun konsistenti favur
imġiba trasparenti u li tassew inneħħu dak kollu li jħammeġ lill-politika. Li tperreċ ittmexxija hija sinjal li int favur l-indafa fit-tmexxija. Li tagħti għodda biex jiġi rappurtat l-abbuż turi kemm int ġenwin. Iżda meta tmexxi bis-satra, bil-qerq u billi tmur lura mill-kelma li tkun tajt sabiex l-abbuż jibqa’ midfun, allura int ma tkunx ġenwin u mhux ta’ min jafdak.
www.maltarightnow.com
9
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
Meta tintmess id-demokrazija lokali
Fl-aħbarijiet ta’ barra, għadna kemm smajna mill-Indoneżja fejn qed isiru protesti popolari u kritika qawwija fil-media għallfatt li l-President Susilo Bambang Yudhoyono neħħa l-elezzjonijiet diretti tas-sindki fil-lokalitajiet. Protesti kbar fl-Indoneżja Fl-Indoneżja, in-nies kienu jivvutaw mhux biss għall-kunsillieri imma wkoll għas-sindki. Issa neħħew l-elezzjoni diretta tas-sindki – deċizjoni li ntlaqgħet bi protesti fit-toroq u fil-media anke soċjali.
#RIPDemokrasi Gazzetta ewlenija f’Ġakarta qalet li dan hu tradiment taddemokrazija. Analisti politiċi qalu li dan hu wirt terribbli flaħħar tal-presidenza ta’ Yudhoyono. L-aktar hashtag popolari fuq Twitter fid-dinja kollha nhar il-Ġimgħa kien #RIPDemokrasi u s-Sibt #ShameOnYouSBY, l-inizjali talPresident Indoneżjan. Jiswew il-flus, għajjenin L-argument tal-President Yudhoyono hu li l-elezzjoni diretta tas-sindki tiswa ħafna flus u tgħajji n-nies. Mingħand min smajniehom dawn l-argumenti? Eżatt l-istess skużi li qed iġibu lMinistru Owen Bonnici u l-Prim Ministru Joseph Muscat biex ineħħu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kollha – 68 elezzjoni – f’dal-ħames snin
Muscat: Malta ma taffordjax elezzjonijiet Il-Prim Ministru Muscat nefaħ iċ-ċifra ta’ kemm jiswew lelezzjonijiet tal-kunsilli – żewġ miljun ewro – u qal li Malta falluta daqstant li ma taffordjax elezzjonijiet. Jirriżulta li l-elezzjonijiet tal-kunsilli jiswew biss terz taċ-ċifra li qal Joseph Muscat.
‘Konsultazzjoni’ biex titneħħa l-konsultazzjoni L-imminar tad-demokrazija fil-kunsilli lokali min-naħa ta’ Owen Bonnici u Joseph Muscat tlibbes sabiħ bil-kelma ‘konsultazzjoni’. Bonnici u Muscat ‘ikkonsultaw’ biex ineħħu l-aqwa konsultazzjoni mal-elettorat – l-elezzjonijiet.
Dawk li jaqblu Il-konsultazzjoni ta’ Owen Bonnici għalqet nhar is-Sibt li għadda. Wieħed jifhem li żgur ikun hemm min ma jridx elezzjonijiet lokali jsiru. Il-kunsillieri u s-Sindki Laburisti żgur kitbu lill-Gvern biex iħallihom imkaħħlin mas-siġġu.
#ShameOnYouSBY Min-naħa l-oħra, kull min jemmen fid-demokrazija ma jistax jaċċetta li min ġie elett bil-vot tan-nies ineħħi l-vot tan-nies biex jibqa’ hemm ħames snin oħra. Owen Bonnici u Joseph Muscat, mal-’konsultazzjoni’ li għamlu, ma jagħmlux ħażin jaraw ftit x’qed jgħidu fl-Indoneżja għat-tneħħija ta’ element wieħed middemokrazija lokali f’pajjiż li demokrazija ma kellux ħafna. Tajjeb jiftakruhom il-hashtags: #RIPDemokrasi u #ShameOnYouSBY.
Awguri lill-Arċisqof
Nhar is-Sibt filgħaxija, ilKunsill Lokali ta’ Ħ’Attard organizza serata li matulha lArċisqof Pawlu Cremona ngħata l-unur ta’ ‘Ġieħ Ħ’Attard’ mis-Sindku ta’ din il-lokalità, Stefan Cordina. Nawguraw lill-Arċisqof ta’ Malta għal dan ir-rikonoxximent, li jingħata għall-kontribut li persuna tkun tat lillokalità ta’ Ħ’Attard. Huma r-residenti stess li jinnominaw residenti oħrajn, jew persuni li jkunu taw kontribut lil Ħ’Attard, għal dan l-unur. Għalina r-residenti, huwa ta’ unur li l-Arċisqof Cremona jgħix fil-lokal tagħna, u nirringrazzjawh tal-ħidma fejjieda li qed iwettaq fit-tmexxija
tal-Knisja f’Malta. L-Arċisqof Pawlu Cremona ilu mill-2007 residenti f’Ħ’Attard. Ad Multos Annos, Monsinjur Arċisqof. Resident Ħ’Attard
Il-fini tal-bniedem
Kien hemm raġel li kien qed imut, sejjaħ lil sieħbu u qallu: “meta mmut, ikteb fuq il-qabar tiegħi din is-sentenza - jiena ġejt fid-dinja, għext fid-dinja, u ħriġt mid-dinja mingħajr ma naf għaliex dħalt fiha.” Din hi sentenza qawwija ħafna ta’ dan ir-raġel, sentenza serja ħafna, sentenza li tiftħilna għajnejna biex fid-dinja mgħaġġla li
25 sena ilu f’In-Nazzjon
qegħdin ngħixu fiha, f’dinja li tilfet ċerti valuri importanti talħajja, naraw aħna għaliex qegħdin ngħixu, għax din il-ħajja tgħaddi u l-eternità tibqa’, li ma jmurx jiġrilna bħal dak ir-raġel, għax din tkun l-akbar diżgrazzja f’ħajjitna. Allura importanti li kuljum nieqfu biex naraw għaliex qegħdin ngħixu, u naraw kemm qegħdin ninvestu għall-ħajja li ma tispiċċax, wara din il-ħajja. Inkunu għaqlin. Għall-grazzja t’Alla, fil-gżejjer tagħna, għandna ħafna postijiet fejn Ġesù Ewkaristija jkun espost għal ħin twil matul il-jum, immorru hemm, nintelqu f’idejn dak li qalilna “Ejjew għandi u jiena ngħinkom”. Jekk dan mhux possibbli, insibu xi ħin ta’ kwiet fid-dar jew xi mkien ieħor, u ninġabru u niġu f’sensina, u naraw kif qegħdin ngħixu ħajjitna. Santa Tereża talBambin Ġesù qalet: “Wegħedni tant minuti kuljum ta’ meditazzjoni, u jiena nwiegħdek il-ġenna”. Jalla jkollna dejjem it-tweġiba: “Aħna qegħdin ngħixu għallġenna, bil-mod kif qegħdin ngħixu hawn, f’din id-dinja”. Carmel Caruana San Ġwann
L-indirizz tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York intlaqa’ tajjeb ħafna. L-ogħla awtoritajiet ta’ din l-organizzazzjoni dinjija u rappreżentanti ta’ diversi Gvernijiet ferħu lill-PM Malti għad-diskors tiegħu, li ffoka fuq il-ħarsien tal-ambjent. Id-diskors kien deskritt bħala wieħed kreattiv u mimli ideat ġodda, b’Javier Perez de Cuellar, is-Segretarju Ġenerali tan-NU, saħanistra jgħid li n-Nazzjonijiet Uniti hi midjuna ma’ Malta għall-ideat kbar u utli li ressqet tul l-istorja tagħha, f’dan il-forum dinji. Hu semma, b’mod partikulari, il-proposta li kienet ressqet Malta fuq il-kunċett ta’ qiegħ ilbaħar bħala wirt tal-umanità. F’aħbarijiet oħrajn, kien inawgurat il-kwartier il-ġdid tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) fil-Furjana. Fl-inawgurazzjoni millPresident ta’ Malta Ċensu Tabone, l-okkażjoni kienet deskritta bħala festa għall-moviment trejdunjonistiku Malti.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
10
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
OPINJONI
Jekk il-Gvern ma jirrealizzax l-urġenza li l-għalliema jeħtieġu laptops ġodda u adegwati għall-bidliet teknoloġiċi tal-lum, jew jagħtihom l-opportunità li jieħdu ħsieb ir-riżorsi tagħhom infushom b’inċentivi sura, ikun qiegħed iċaħħad lill-għalliema u lill-istudenti minn edukazzjoni ħolistika kif mistenni f’din l-era
Ir-realtà tal-iskejjel mogħtija ’l ġenb Hekk kif matul dawn l-aħħar jiem l-iskejjel tal-Istat reġgħu fetħu għall-istudenti, u jilqgħu fihom ’il fuq minn 25,000 student fil-Primarji u s-Sekondarji, il-Ministeru tal-Edukazzjoni kien iffukat jitfa’ dawl fuq ir-riformi fl-edukazzjoni li se jibqgħu identifikati mal-Gvern u l-Ministru tal-mument; il-koedukazzjoni u l-kunċett tal-‘Middle School’. Fid-diskorsi tiegħu, il-Ministru Bartolo tkellem ukoll dwar ilmiljuni ta’ ewro li ntefqu f’manutenzjoni u infrastruttura fl-iskejjel sabiex l-edukazzjoni jkollha livell ogħla, kif wara kollox jixirqilha. Għaldaqstant, minkejja dan, il-fokus ewlieni tal-Ministru kien it-tlellix fiddiskorsi retoriċi. Hija ħasra iżda, li l-edukazzjoni ma teħtieġx biss diskorsi elevati imma azzjonijiet li verament iwasslu għat-titjib tant mistenni fis-sistema edukattiva. Ma rridx ninftiehem ħażin, ma nistax ngħid li ċerti riformi reċenti mhumiex se jagħtu l-frott tagħhom ’il quddiem, imma ma nistgħux inżarmaw knisja biex nibnu oħra. Fil-messaġġ tal-Ministru lilledukaturi, huwa jistedinna li “jekk nagħmlu xogħolna sew jagħti tifsira lil ħajjitna u fiċċokon tagħna nkunu qed nagħmlu l-ħajja aħjar”. Inħoss li hawn-
hekk, il-Ministru kellu jibdel ilfrażi “fiċ-ċokon tagħna” għal “fil-limitazzjonijiet tagħna”. Jekk tassew irridu li l-edukazzjoni tagħna tibqa’ miexja ’l quddiem, aħna bħala pajjiż irridu ninvestu mhux biss fi proġetti ta’ manutenzjoni u infrastruttura, li huwa xieraq u meħtieġ, imma rridu wkoll ninvestu fir-riżorsi lill-għalliema sabiex ikunu jistgħu joffru l-aħjar edukazzjoni possibbli skont iż-żminijiet u lisfidi kontinwi li llum niffaċċjaw kuljum. Ma jistax ikun li l-Gvern jibqa’ jkaxkar saqajh fuq is-sitwazzjoni tal-laptops. Ir-realtà hi li llum, għandna mijiet ta’ għalliema li ma jistgħux iħejju dak li jixraq għal-lezzjonijiet minħabba li llaptops tagħhom huma ġġammjati jew ma jiffunzjonawx sewwa. Issa għadu kemm tħabbar li se jibdew it-tiswijiet tallaptops wara investiment konsiderevoli. Għaddew xhur sħaħ b’għalliema jilmentaw minn ħsarat fillaptops tagħhom u ma sar xejn! Jekk il-Gvern ma jirrealizzax lurġenza li l-għalliema jeħtieġu laptops ġodda u adegwati għallbidliet teknoloġiċi tal-lum, jew jagħtihom l-opportunità li jieħdu ħsieb ir-riżorsi tagħhom infushom b’inċentivi sura, ikun
L-edukazzjoni ma teħtieġx biss diskorsi elevati imma azzjonijiet li verament iwasslu għat-titjib tant mistenni fis-sistema edukattiva
Justin Schembri
Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali
qiegħed iċaħħad lill-għalliema u lill-istudenti minn edukazzjoni ħolistika kif mistenni f’din l-era. X’jiswew l-interactive boards li Gvern Nazzjonalista installa f’kull klassi tal-iskejjel tal-Istat jekk l-għalliema ma jistgħux iħejju l-lezzjonijiet adattati? U hawnhekk ukoll, diversi għalliema qegħdin iressqu l-ilmenti tagħhom minħabba li f’xi klassijiet, il-bords interattivi mhumiex fl-aqwa kundizzjoni. Li żgur ma jistax jagħmel dan il-Gvern huwa li jibqa’ jraqqa’ l-pannu bil-qara’ aħmar! L-edukazzjoni ma jixirqilx hekk. Konxju li l-Ministru Bartolo għandu l-edukazzjoni għal qalbu u l-intenzjonijiet tiegħu huma li jkompli jsaħħaħ dak li sar f’amministrazzjoni
preċedenti, imma konxju wkoll li s-sitwazzjoni teħtieġ attenzjoni immedjata, daqskemm jeħtieġ attenzjoni immedjata l-każ talINCOs. Ir-reżistenza tal-Gvern li joħroġ is-sejħiet għall-INCOs hija inspjegabbli. Sabiex ledukazzjoni tkun inklużiva kif għandu jkun, hemm bżonn nies speċjalizzati sabiex imexxu ’l quddiem il-pedagoġiji inklużivi. Sfortunatament, il-Gvern mhux qiegħed jinteressa ruħu fid-direttivi maħruġa mill-unjin tal-għalliema l-MUT, bil-konsegwenza li sakemm joħorġu ssejħiet għall-INCOs, l-IEPs (Individual Educational Programme) ta’ studenti b’diffikultajiet fit-tagħlim, jew mhux se jsiru inkella se jaqgħu lura. Hawnhekk jinħassu wkoll sinjali ta’ arroganza li issa qiegħda ssir karatteristika tal-Gvern. Għaldaqstant, dan se jċaħħad lil xi studenti mill-edukazzjoni li
bix-xieraq jingħataw. Wisq nibża’ li l-Gvern preżenti mhuwiex interessat f’edukazzjoni inklużiva li toffri opportunitajiet indaqs lill-istudenti kollha Maltin, imma huwa interessat biss fi kliem fieragħ u tlellix ta’ manutenzjoni, infrastruttura, koedukazzjoni u ‘Middle School’. Nibża’ wkoll li l-Gvern għandu pjan li jbiddel dak kollu li sab mill-amministrazzjoni preċedenti biex ikun protagonist ta’ bidla li mhix dejjem hi meħtieġa. Li kieku mhux hekk, ma kienx ikollna l-Kulleġġ ta’ Santa Klara li għadu mingħajr Prinċipal permanenti! Jew ilkulleġġi mhumiex prijorità? L-edukazzjoni mhijiex il-bini tal-iskejjel, imma hija t-tagħlim, u jekk il-Gvern mhuwiex lest jagħraf dan, allura se jkollna kollass fl-edukazzjoni, l-edukazzjoni li mingħajr dubju hi wieħed mill-aktar pilastri importanti tassoċjetà tagħna.
www.maltarightnow.com
11
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
OPINJONI
Dan ma kienx lapsus!
Meta xi ħadd, bla ma jrid, tiżloqlu xi kelma li tkun l-oppost ta’ dak li kien intenzjonat li jgħid, ngħidu li kellu “lapsus”. Kellu esperjenza spjaċevoli bħal din, ftit tas-snin ilu l-ħabib tiegħi t-tabib Frans Agius waqt vot filParlament. Dakinhar kien hemm atmosfera tensa fil-Kamra u ddeputat Nazzjonalista millewwel induna bl-iżball u ried jirranġah. Iżda d-dikjarazzjoni li għamel bil-miktub, b’risposta għal domandi li sarulu bil-miktub minn Parlamentari Ewropej, ilPerit Karmenu Vella, li kien nominat mill-Gvern Laburista biex isir Kummissarju Ewropew, żgur li ma kinitx lapsus. F’dawn il-jiem il-Maltin kollha baqgħu skantati u mbellhin biddikjarazzjoni li għamel bil-miktub, fil-Parlament Ewropew, Karmenu Vella meta ddikjara li hu vvota favur li Malta tissieħeb fl-Ewropa, fir-referendum li kien sar aktar minn għaxar snin ilu. Karmenu Vella jista’ jitwemmen meta jagħmel dikjarazzjoni bħal din. Allura jridna nemmnu li ilu għal dawn l-aħħar għaxar snin jgħix gidba.
Għax kulħadd f’Malta jemmen li Karmenu Vella, li anke f’dik ilkampanja referendarja esprima ruħu kontra s-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, kien ivvota flimkien mal-bqija tal-mexxejja fil-Partit Laburista mmexxi minn Alfred Sant, kontra s-sħubija ta’ Malta fl-Ewropa. Jiġifieri llum, kważi ħdax-il sena wara dak il-vot, Karmenu Vella qed jgħid lill-Maltin u lGħawdxin, li f’dak ir-referendum kien ittradixxa s-sejħa talpartit tiegħu? Qed jgħidilna li meta kien jitkellem favur ilPartnership mal-Ewropa minflok Sħubija mal-Ewropa, kien qed jidħak bin-nies? Jew għandna nemmnu, li d-dikjarazzjoni bilmiktub li għamel ftit ilu lillParlament Ewropew, kienet dettata mill-konvenjenza? Kif jista’ llum, Karmenu Vella, wara dikjarazzjoni bħal din li xxukkjat lil nofs Malta u li daħħket lin-nofs l-ieħor, jiffaċċja lil dawk li għal tant snin talab ilfiduċja tagħhom fl-elezzjonijiet ġenerali u jikkonvinċihom li kien jimmerita l-fiduċja tagħhom? Jew issa ma għadx għandu bżonn il-fiduċja tagħhom għax ma
Mario Schiavone
mario.p.schiavone@gmail.com
għandux bżonn il-vot tagħhom? X’wassal lil Karmenu Vella biex jagħmel dikjarazzjoni daqstant dubjuża u li ħadd ma jista’ jivverifika l-veraċità tagħha u rridu noqogħdu biss fuq kelmtu? Din id-dikjarazzjoni se żżid jew tnaqqas il-kredibbiltà tiegħu? IlParlamentari Ewropej se jieħdu din id-dikjarazzjoni bla ma jgħarblu l-veraċità tagħha u bla ma jfittxu fil-passat reċenti tiegħu? Illum biżżejjed wieħed jagħmel tfittxija b’mezzi elettroniċi – m’hemmx għalfejn jiġi f’Malta – biex jara x’qal
Illum biżżejjed wieħed jagħmel tfittxija b’mezzi elettroniċi – m’hemmx għalfejn jiġi f’Malta – biex jara x’qal Karmenu Vella fil-karriera politika tiegħu, anke fil-kampanja tar-referendum dwar l-Ewropa Karmenu Vella fil-karriera politika tiegħu, anke fil-kampanja tarreferendum dwar l-Ewropa, biex jara x’kien qal u fiex kien jemmen fejn jidħlu l-Ewropa u ssħubija fiha. Jidher li bil-kompożizzjoni attwali tal-Parlament Ewropew, Karmenu Vella ma għandux isib diffikultajiet kbar biex jikseb lappoġġ meħtieġ biex isir Kummissarju Ewropew. Imma filwaqt li mistenni jikseb dan lappoġġ, ma hemmx dubju li lkredibbiltà tiegħu ħadet daqqa ’l isfel. Deputat Ewropew li japprova l-ħatra ta’ Karmenu Vella bħala Kummissarju Ewropew għax ikun qed jivvota skont id-
direttiva tal-grupp politiku li jifforma parti minnu, ma jfissirx li se jkollu fiduċja fih meta jsib li d-dikjarazzjoni li għamel ma taqbel xejn ma’ dak li qal u għamel fil-passat. Pajjiżna jinħtieġ mexxejja b’sinsla u fibra aktar b’saħħitha. Ma jimpurtax li fuq medda ta’ żmien wieħed jibdel fehmtu għax jagħraf kemm kien żbaljat filpassat. Li tikkonverti għal dak li hu tajjeb u ta’ ġid ma għandux iħammarlek wiċċek. Imma li tgħid affarijiet li ma jikkorrispondux mal-verità għas-sempliċi konvenjenza tal-mument, ma jawgurax tajjeb għal min jirrikorri għal dawn it-tattiki.
12
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Id-dimostranti jibqgħu jisfidaw HONG KONG
Għexieren ta’ eluf ta’ dimostranti favur id-demokrazija qed joħonqu t-toroq f’Hong Kong, b’riżultat li qed jistaġnaw iċ-ċentru kummerċjali u jinjoraw l-appelli biex jitilqu millpost. Il-protesti nfirxu lejn zoni oħrajn, fosthom distrett tax-xiri, u lejn zona residenzjali. Pulizija ta’ kontra l-irvellijiet irtiraw ilbieraħ wara taqbid li seħħ fil-lejl ta’ qabel, meta ntużaw il-lembubi u ġew sparati diversi tiri ta’ gass tad-dmugħ sabiex il-folol ikunu mferrxa. Iċ-Ċina avżat lil pajjiżi oħrajn biex ma jappoġġjawx “ilprotesti illegali”. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin taċĊina qal li qed jopponi kull indħil fl-affarijiet interni talpajjiż. Sadattant, il-Gvern Ingliż talab biex id-dritt li wieħed jipprotesta jkun imħares. IlForeign Office Ingliż fi stqarrija qal “li hu importanti għal Hong Kong biex jippriserva dawn iddrittijiet u biex iċ-ċittadini ta’ Hong Kong japplikawhom skont il-liġi.” Id-dimostranti – taħlita ta’ studenti u sostenituri tal-moviment favur id-demokrazija – huma rrabjati għall-pjani ta’ Beijing biex jagħmlu skrutinju fuq ilkandidati għall-elezzjonijiet fittmexxija ta’ Hong Kong li se jsiru fl-2017. Id-dimostranti jridu għażla ħielsa ta’ kandidati meta jiġu biex jitfgħu l-voti tagħhom għall-ħatra ta’ kap eżekuttiv, xi
ħaġa li t-tmexxija Ċiniża f’Beijing qed toġġezzjona għaliha. Nhar il-Ħadd kien hemm xeni ta’ rabja u diversi arresti fittoroq ta’ Hong Kong hekk kif għexieren ta’ eluf ta’ dimostranti ħabbtu wiċċhom ma’ pulizija kontra l-irvellijiet fil-qalba talbelt. Cheung Tak-keung, l-assistent kummissarju tal-pulizija, f’konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ qal li l-pulizija użat l-inqas forza possibbli kontra d-dimostranti. Hu qal li 41 persuna ndarbu f’dawn l-aħħar tlett ijiem, fosthom membri tal-pulizija. Uħud mid-dimostranti raqdu barra madwar il-kumpless talGvern matul il-lejl li għadda, u ħafna raqdu mal-art jew fuq xi strutturi. Madwar 3,000 persuna wkoll ostakolaw triq prinċipali malbajja f’Mongkok, fuq il-peniżola Kowloon, filwaqt li folla ta’ madwar elf persuna ffaċċjat lillpulizija fid-distrett tax-xiri li jkun miżgħud bin-nies, fil-Lvant taċ-ċentru ta’ Hong Kong. Il-Gvern ta’ Hong Kong appella lid-dimostranti biex jibqgħu kalmi u jħallu l-post bilkwiet. Iżda l-iskejjel fi tliet distretti ngħalqu u l-belt baqgħet staġnata, b’diversi aċċessi blukkati. Persuna partikulari fissret li ddimostranti qed jiżdiedu u huma ferm kunfidenti b’dak li qed jagħmlu u dan meta qed jaraw preżenza żgħira ta’ pulizija.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Pulizija jisparaw il-gass tad-dmugħ lejn id-dimostranti favur id-demokrazija fiċ-ċentru ta’ Hong Kong (ritratt: EPA)
Jiltaqa’ l-parlament elett IL-LIBJA
Il-parlament elett fil-Libja laqqa’ l-ewwel seduta lbieraħ, b’membri minn belt li qed topponih assoċjata ma’ assemblea rivali, jitolbu għal djalogu tant meħtieġ hekk kif il-pajjiż għani fil-produzzjoni taż-żejt qed isib ruħu qrib kollass. Il-Kamra tar-Rappreżentanti, il-parlament rikonoxxut internazzjonalment u li kien elett f’Ġunju, kienet ġiet okkupata minn grupp armat mill-belt ta’ Misrata wara li ħa l-kontroll talkapitali Tripli u waqqaf l-assemblea u l-kabinett tiegħu hemmhekk. Il-laqgħa f’Ghadames, belt finNofsinhar qrib il-fruntiera malAlġerija, saret min-Nazzjonijiet Uniti f’attentat biex il-pajjiż ma jispiċċax fi stat ta’ anarkija u gwerra ċivili – tliet snin wara rrewwixta li temmet 42 sena ta’ ħakma mill-Kurunell Muammar Gaddafi. Faraj Hashem, Kelliem għallKamra tar-Rappreżentanti, li ċċaqalqet lejn il-belt imbiegħda
fil-Lvant ta’ Tobruk, qal li ttaħditiet se jinkludu biss id-deputati eletti minn Misrata, li bbojkottjaw is-sessjonijiet tal-kamra mindu bdiet tiltaqa’ f’Awwissu. Hashem stqarr li hu jilqa’ ddjalogu iżda dan jista’ jsir biss mad-deputati li bbojkottjaw issessjonijiet ta’ qabel. Hu żied li mhu se jkun hemm ebda taħdita ma’ gruppi armati minn Misrata jew minn partijiet oħrajn talLibja li reġgħu laqgħu l-parlament ta’ qabel. Ali Tekbali, leġiżlatur minn Tripli, qal li hu mhux qed jistenna li joħorġu affarijiet kbar minn din il-laqgħa, li saret permezz ta’ kuntatti fl-aħħar ġimgħat bejn ilmibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Bernardino Leon u l-fazzjonijiet opposti. Leġiżlaturi u diplomatiċi oħrajn laqgħu l-prospetti ta’ taħditiet fil-pajjiż vast fejn gruppi ta’ ribelli li waqqgħu lil Gaddafi mill-poter issa qed jiġġieldu għall-poter u sehem tad-dħul miż-żejt.
Dawn qed jittamaw li hekk kif membri ta’ Misrata millkamra huma indirettament assoċjati mal-parlament rivali fi Tripli, il-laqgħa tista’ tibda djalogu politiku iktar wiesa’, u mhux biss dwar il-Kamra tarRappreżentanti. Sigħat qabel ma ħarġu d-dettalji dwar il-laqgħa, il-Prim Ministru Abdullah al-Thinni u l-kabinett tiegħu ħadu l-ġurament tal-ħatra wara li d-deputati approvaw lill-membri parlamentari. Il-kabinett il-ġdid issa għandu 13-il ministru, fosthom tliet deputati għal Thinni u ebda ministru responsabbli miż-żejt. Intant, il-Libja talbet lillkomunità internazzjonali nhar is-Sibt sabiex tingħata aktar armi u appoġġ ieħor ħalli s-sigurtà terġa’ tirrenja u l-istituzzjonijiet tagħha jinbnew millġdid. Inkella l-pajjiż ikollu jiddikjara li l-istat fl-Afrika ta’ Fuq “ikollu jħabbat wiċċu matterroriżmu waħdu”.
ċedew tal-anqas 45 dar u knisja li nbniet fis-seklu tmintax - bilħaddiema tal-emerġenza flinħawi jikkonfermaw li l-mejtin jinkludu erbat itfal li kienu reqdin waqt il-ħin tat-theżżiża. L-awtoritajiet iddikjaraw stat ta’ emerġenza u l-President tal-
Perù, Ollanta Humala, sostna li lGvern tiegħu se jgħin biex il-villaġġ ta’ Misca jinbena mill-ġdid. Humala qal li l-villaġġ inkwistjoni kien mibni f’zona magħrufa għat-terremoti u li rrikostruzzjoni tal-villaġġ ġdid ta’ Misca se ssir fi bnadi oħra.
Imutu tmienja waqt terremot IL-PERÙ
Mietu tal-anqas tmienja waqt terremot li laqat ir-reġjun ta’ Cusco u li rreġistra 4.9 fuq lIskala Richter. Fost l-agħar inħawi effettwati hemm il-villaġġ remot ta’ Misca, fir-reġjun tal-Andes, li hu ddominat mill-muntanji. Dan meta
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Ma kkalkulawx il-gravità tat-theddida tal-IS L-ISTATI UNITI
Il-President Amerikan, Barack Obama, ammetta li l-aġenziji talIstati Uniti ma għamlux ilkalkoli xierqa dwar it-theddida tal-grupp terroristiku Stat Iżlamiku (IS) fis-Sirja. Obama, li kien qed jitkellem waqt il-programm ‘60 Minutes’, tal-istazzjon televiżiv CBS, qal li l-qawwiet Amerikani kien irnexxielhom jegħlbu l-moviment Al-Qaida fl-Iraq wara li huma ħadmu u kkollaboraw mattribujiet Sunniti. Madankollu, hu saħaq ukoll li l-gruppi tat-terroristi rnexxielhom jieħdu vantaġġ
mill-kaos tas-Sirja (ġar tal-Iraq) biex ifeġġu mill-ġdid bħala lmoviment tal-ISIS, li maż-żmien bidel ismu għal IS. Il-Mexxej tal-Istati Uniti kompla li s-Sirja, illum, inbidlet fi ‘ground zero’ għall-militanti li ggwadanjaw min-nuqqas ta’ amministrazzjoni stabbli firreġjuni Sirjani. Intant, Obama jemmen li limpenn militari jinvolvi parti biss mis-soluzzjoni għat-theddida mill-IS u dan meta hi neċessarja wkoll forma ta’ soluzzjoni politika.
Tinsab fuq stat ta’ alert għoli
13
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Fil-kummenti tiegħu, waqt ‘60 Minutes’, Barack Obama rrefera b’mod partikulari għallkaos tal-gwerra ċivili tas-Sirja u zoni sħaħ tal-pajjiż li spiċċaw mingħajr xi forma ta’ gvern. Hu kompla li l-ġellieda Iżlamiċi speċifiċi setgħu jisfruttaw din is-sitwazzjoni biex jorganizzaw ruħhom mill-ġdid filwaqt li jattiraw ġellieda fanatiċi minn barra biex jappoġġjaw il-jihad (gwerra qaddisa). Fil-fatt, fi kliem Obama, ilġellieda IS rawmu l-kapaċitajiet militari ladarba inkludew
magħhom elementi tal-Armata antika tal-eksdittatur Iraqi, Saddam Hussein. Kien f’dan il-punt tal-intervista li Obama sostna li James Clapper, id-Direttur Amerikan responsabbli millInformazzjoni Sigrieta, kien ammetta li l-Istati Uniti ma tatx importanza biżżejjed lil dak kollu li kien qed iseħħ fis-Sirja, b’referenza għall-attivitajiet talIS. Obama qabel ukoll li l-Istati Uniti żbaljat ukoll fil-ħsieb tagħha li l-militar tal-Iraq
(imħarreġ mill-Amerikani) kien kapaċi biżżejjed biex jirreżisti u jegħleb lill-jihadisti. Għaldaqstant, hu jemmen flimportanza ta’ soluzzjoni politika li tibbaża fuq arranġament konkret bejn il-popolazzjonijiet tal-Iżlamiċi Sunniti u Xiti. Dan meta l-Iraq ilu instabbli mindu t-truppi Amerikani kienu telqu mit-territorji tiegħu u l-Iraqin Sunni għadhom urtati għall-aġir tal-eks-Gvern Iraqi li kien iddominat mix-Xiti. Min-naħa tagħha, is-Sirja ilha mifnija bilgwerra ċivili mill-2011.
Tornado GR4 tar-RAF itir ħdejn ajruplan għar-refueling tat-tip Voyager, li minnu tidher biss parti mill-ġewnaħ, waqt l-impenn kontra l-militanti Iżlamiċi (ritratt: EPA)
L-ITALJA
Il-Ministru Taljan responsabbli mill-Intern, Angelino Alfano, qal li pajjiżu jinsab fuq stat ta’ alert għoli għat-terroriżmu potenzjali u avolja, għalissa, ma teżistix theddida diretta u speċifika kontra l-Italja. Alfano, li kien qed jitkellem dwar it-terroriżmu tal-grupp IS, għamilha ċara li l-Italja qed tgħix f’dawn iċ-ċirkostanzi għaliex hi tifforma parti mill-koalizzjoni internazzjonali li hi impenjata kontra t-terrur. Raġunijiet oħra, skont Alfano, huma li l-Italja tipprovdi s‘sede tal-Kristjaneżmu’ u li, flaħħar xhur, seħħew ċerti deċiżjonijiet importanti fil-Parlament ta’ Ruma. Għaldaqstant, Alfano spjega li lItalja ħejjiet il-miżuri impenjattivi
u serji ħafna għal kontra t-terroriżmu potenzjali u li jridu jitressqu quddiem il-Gvern u l-Parlament. Waħda mill-miżuri hi dwar issiti u l-inħawi tal-Italja li t-terroristi jistgħu jikkunsidraw bħala miri ideali u li se jkunu mgħassa strettament mill-Pulizija. F’dan il-każ, l-Italja tidher li qed tadotta politika ta’ miżuri preventivi simili għall-miżuri (diġà fisseħħ) li qed ikunu applikati kontra l-Mafja. Importanti wkoll hu l-impenn biex l-Italja tindirizza n-nuqqas tas-sistemi li jippermettulha biex tagħti l-pieni xierqa lin-nies li jippruvaw joħorġu mill-pajjiż biex jipparteċipaw fil-jihad li qed imexxi l-IS.
Battalji mat-terroristi fuq l-għatba ta’ Bagdad L-IRAQ
Rapporti allarmanti lbieraħ irreferew għall-battalji ħorox li kienu għaddejjin bejn it-truppi tal-Gvern u l-militanti tal-grupp Stat Iżlamiku (IS) li laħqu l-limiti ta’ Bagdad, il-belt kapitali talIraq. Tal-IS ma qatgħux qalbhom li jaħtfu l-kontroll ta’ Bagdad minkejja li l-qawwiet tal-koalizzjoni internazzjonali qed jippersistu bl-attakki mill-ajru kontra tterroristi. Fil-fatt, l-aktar battalji intensivi bejn l-IS u t-truppi Iraqin kienu għaddejjin żewġ kilometri biss ’il bogħod mid-distretti lejn il-Punent ta’ Bagdad. Dan meta lmilitar kien qed jirreżisti millaħjar li jista’ lit-terroristi, li alle-
gatament kienu qatlu madwar elf suldat waqt sensiela ta’ konfronti li seħħew fl-istess inħawi nhar ilĦadd. Il-ġellieda tal-IS, xhur ilu, ħatfu l-kontroll ta’ diversi bliet u villaġġi qrib ta’ Bagdad wara li lArmata tal-Gvern Iraqi sfumat fix-xejn quddiem l-avvanz determinat tat-terroristi. B’hekk ukoll, l-IS seta’ jgħaqqad aktar artijiet mal-hekk imsejjaħ Kalifat li l-ġellieda tiegħu qed jiżviluppaw u jamministraw flIraq u fis-Sirja. Ir-rapporti li l-militanti tal-IS waslu fuq l-għatba ta’ Bagdad ħarġuhom il-membri talFondazzjoni għall-Għajnuna u rRikonċiljazzjoni fil-Lvant
Nofsani - l-organizzazzjoni li tappoġġja l-ħidma tal-Kanonku, Andrew White; il-Vigarju talKnisja ta’ San Ġorġ (f’Bagdad) li hi l-unika knisja Anglikana flIraq. Il-membri tal-Fondazzjoni bagħtu messaġġ fuq Facebook u fih qalu li l-grupp IS kien qrib ferm li jinfiltra z-zoni proprja ta’ Bagdad u dan minkejja kummenti preċedenti fis-sens li dan it-tip ta’ xenarju kien impossibbli. Il-Kanonku White wkoll jemmen f’din il-possibbiltà u qasam dan il-messaġġ fuq Facebook, sigħat biss wara li hu ssuġġerixxa li t-terroristi kienu għaxar kilometri ’l bogħod miċ-ċentru ta’ Bagdad.
14
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Putin u r-Russja... L-akbar dispjaċir għal Rasmussen IN-NATO
Anders Fogh Rasmussen, li wasal biex jispiċċa minn Segretarju Ġenerali tan-NATO, fisser l-atteġġjament tar-Russja tul il-mandat tiegħu (li dam ħames snin) bħala l-akbar dispjaċir u diżappunt. Rasmussen, fl-istess ħin, akkuża lir-Russja, taħt it-tmexxi-
ja tal-President Vladimir Putin, dwar nuqqas ta’ rispett għal-liġi internazzjonali. Hu qal ukoll lil Moska wriet ‘determinazzjoni brutali’ biex tuża l-forza bl-iskop li tiddefinixxi mill-ġdid il-fruntieri. F’intervista mal-gazzetta ‘The Independent’ ta’ Londra,
Rasmussen fakkar li fl-ewwel diskors tiegħu bħala Segretarju Ġenerali tan-NATO, li kien seħħ f’Settembru tal-2009, hu kkonċentra fuq l-impenn għal sħubija strateġika ma’ Moska. Il-Kap Daniż kien iqis it-tragward bħala opportunità storika li l-ġenerazzjoni tiegħu ma setgħetx titlef.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Intant, Rasmussen kompla juża kliem iebes fil-konfront tarRussja u, fost l-oħrajn, qal li Moska qed taħdem fuq pjan biex tevita lill-ġirien tagħha milli jagħżlu t-triq li jridu u bl-iskop li r-Russja tibni mill-ġdid sfera ta’ influwenza fir-reġjun. Fl-istess ħin, Rasmussen jemmen li d-dja-
logu u l-kuntatti li jridu jsiru mar-Russja fil-futur, għandhom jimponu sfida konsiderevoli għall-komunità internazzjonali. Il-mandat ta’ Rasmussen bħala Segretarju Ġenerali tan-NATO jiskadi għada u se jilħaq floku fil-kariga n-Norveġiż Jens Stoltenberg.
L-UKRAJNA: Dimostranti jistinkaw biex iwaqqgħu din l-istatwa tal-eks-Mexxej Sovjetiku, Vladimir Lenin, waqt rally fi pjazza ta’ Kharkiv. L-iskop tagħhom, fil-fatt, irnexxa, sigħat wara li dimostranti oħra kienu użaw il-ħbula u krejn biex iwaqqgħu l-akbar monument ta’ Lenin fl-istess belt Ukrena fejn nofs il-popolazzjoni jitkellmu bir-Russu (ritratt: EPA)
Diskors finali minn Hague IR-RENJU UNIT
William Hague, l-eks-Kap Konservattiv u wieħed mill-aktar politiċi rinomati tar-Renju Unit, sellem għall-aħħar darba lillPartit tat-Tories fil-Gvern u lPrim Ministru u Kap Konservattiv, David Cameron, deher emozzjonat għad-diskors imqanqal li kien qed jagħmel ilħabib u kollega antik tiegħu waqt it-Tory conference. L-aħħar ġranet, fil-fatt, kienu diffiċli ħafna għal Cameron wara li t-tieni deputat tat-Tories, Mark Reckless, iddeċieda li jissieħeb mal-Partit UKIP estremista. Qed jinħassu wkoll ir-riperkussjonijiet ta’ każ partikulari li jinvolvi lil Brooks Newmark li kellu jirriżenja minn Ministru responsabbli għall-Impenji Karitetevoli, wara li kien żvelat ċertu aġir skandaluż tiegħu fuq il-media soċjali.
Intant, William Hague ngħata ovazzjoni kbira mit-Tories waqt il-‘keynote speech’ finali u meta hu insista, fost affarijiet oħrajn, li l-politika dejjem jeħtieġ li tiftaħ għal ideat ġodda. Hague kien issorprenda lillkollegi tal-Partit Konservattiv fil-Gvern waqt ir-reshuffle ta’ Lulju, u hu ħabbar li kien qed jirriżenja immedjatament bħala Segretarju għall-Affarijiet Barranin. Hu għamilha ċara wkoll li kellu jkompli bħala Leader tal-House of Commons (Parlament) bir-responsabbiltà li jippjana u jissorvelja l-programm leġiżlattiv tal-Gvern sa dakinhar tal-elezzjoni ġenerali li jmiss, li għandha ssir f’Mejju li ġej. Fl-istess ħin, Hague ma tilifx lokkażjoni biex jikkritika għallaħħar darba numru ta’ avversarji
William Hague (ritratt: EPA)
politiċi, inklużi l-eks Prim Ministru Laburista, Tony Blair. F’ħin partikulari tad-diskors, Hague wissa wkoll li ħadd m’għandu jissogra li jafda sSoċjaliżmu li l-istorja żvelatu diġà bħala l-isqaq mudlam talpolitika.
www.maltarightnow.com
15
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Il-Front Nazzjonali jirbaħ l-ewwel siġġijiet fis-Senat FRANZA
Il-partit Front Nazzjonali talLemin estrem fi Franza kiseb lewwel żewġ siġġijiet tiegħu fisSenat, bil-mexxejja tal-partit Marine Le Pen sodisfatta birrebħa storika. Riżultati parzjali qed juru li partiti tal-Lemin estrem qed jieħdu r-riedni fis-Senat. Dan wara prestazzjoni qawwija milLemin estrem fl-elezzjonijiet
għall-Parlament Ewropew f’Mejju. Din ir-rebħa ġiet deskritta bħala daqqa ta’ ħarta oħra għallPresident Francois Hollande, li lpopolarità tiegħu naqset drastikament. Nofs it-348 siġġu fis-Senat huma eletti minn uffiċjali reġjonali madwar il-pajjiż kull tliet snin.
L-ISTATI UNITI: Żewġt iklieb jieħdu sehem f’kompetizzjoni tas-surfing f’Huntington Beach, Kalifornja (ritratt: EPA)
Żieda fl-inċidenti kawża tal-mowbajl IR-RENJU UNIT
L-iskultura bit-titlu ‘Floating Angel’ ta’ Ernst Barlach se tkun għall-wiri f’Londra bħala parti minn esibizzjoni dwar l-istorja u l-arti Ġermaniża fil-British Museum bejn is-16 ta’ Ottubru 2014 u l-25 ta’ Jannar 2015 (ritratt: EPA)
Ħidma biex ir-referendum ikun blukkat
Numru rekord ta’ inċidenti tat-traffiku fir-Renju Unit qed ikunu kkawżati minn sewwieqa li illegalment qed jitkellmu jew jibagħtu l-messaġġi mill-mowbajl. L-inċidenti tat-traffiku, li l-kawża tagħhom kienet l-użu talmowbajl, żdiedu b’21 fil-mija f’dawn l-aħħar tliet snin. Matul is-sena li għaddiet biss, l-inċidenti fatali li fihom il-mowbajls kienu l-kaġun ewlieni, żdiedu b’ħamsa filmija – minn 17 għal 22 filmija. Din hi żieda ta’ kważi
terz, jiġifieri 29.4 fil-mija. L-inċidenti li ġew ikkaġunati minħabba l-mowbajl żdiedu minn 378 fl-2012 għarrata għolja ta’ 422 is-sena loħra, b’żieda ta’ 11.6 fil-mija. David Bizley, Chief Engineer mar-Royal Automobile Club (RAC), qal li x-xejra ta’ ċifri dejjem jiżdiedu ta’ inċidenti minħabba l-użu tal-mowbajl waqt issewqan tista’ biss tinbidel meta jkun inaċċettabbli bħassewqan taħt l-influwenza talalkoħol.
SPANJA
Il-Katalani xegħlu arloġġ kbir f ’Barċellona biex jingħaddu l-jiem u s-sigħat għal referendum biex jinqatgħu mill-kumplament ta’ Spanja fid-9 ta’ Novembru wara li l-mexxej lokali Artur Mas iffirma digriet nhar isSibt sabiex ir-referendum ikun jista’ jsir. Iżda l-Gvern f ’Madrid qal li mhux se jkun qed jappoġġja l-proċess. Soraya Saenz de Santamaria, id-Deputat Prim Ministru ta’ Spanja, tkellmet mal-ġurnalisti wara ċ-ċerimonja ta’ ffirmar u qalet li “dan ir-referendum mhux se
jsir għax mhux kostituzzjonali”. Hi żiedet li ebda gvern u ebda persuna mhi ’l fuq mirrieda tas-sovranità, u hu ddmir tal-gvern biex jassigura li l-liġi ma tinkisirx... Ħadd mhu ’l fuq middemokrazija, u ħadd lanqas ma jista’ jiddeċiedi liema liġijiet għandhom ikunu obduti u liema le. Il-Gvern qal li, skont ilkostituzzjoni tal-1978 biss għandu l-poter li jsejjaħ elezzjoni u li l-Ispanjoli kollha għandhom ikunu involuti fir-riżultat.
L-INDONESJA: Mastrudaxxa qed jaħdem replika fl-injam tal-vettura Bugatti Veyron Super Sport f’Boyolali (ritratt: EPA)
www.maltarightnow.com
16
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
MILL-PARLAMENT
Bidliet pożittivi għall-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà Mozzjoni fil-Parlament mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista għal emenda kostituzzjonali biex titneħħa kull diskriminazzjoni kontra persuni b’diżabbiltà Alex Attard
Il-Partit Nazzjonalista qiegħed iħares, anke li llum qiegħed flOppożizzjoni, lejn l-ogħla awtorità f’pajjiżna, il-Parlament, biex il-persuni b’diżabbiltà u lfamilji tagħhom jagħmlu l-pass naturali li jmiss biex titneħħa kull diskriminazzjoni kontra persuni b’diżabbiltà. Bil-mira li s-soċjetà tagħna tkun, bil-fatti u mhux bil-paroli biss, soċjetà inklużiva u ġusta ma’ kull settur, l-Oppożizzjoni ppreżentat fil-Parlament mozzjoni għal emendi importanti biex titneħħa kull diskriminazzjoni kontra persuni b’diżabbiltà. L-emenda li qed jipproponi lPartit Nazzjonalista se ssir flartikli 32 u 45 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. L-għan tal-emenda hu li lKostituzzjoni ta’ pajjiżna tħares u tipprojbixxi kull tip ta’ diskriminazzjoni kontra persuni minħabba d-diżabbiltà tagħhom. Sallum, il-Kostituzzjoni tiżgura biss li persuni li ma jistgħux jaħdmu jingħataw assistenza soċjali u li persuni b’diżabbiltà huma intitolati għall-edukazzjoni u għattaħriġ vokazzjonali. Kif qiegħda tiġi proposta l-emenda tal-Partit Nazzjonalista, persuni b’diżabbiltà issa se jkollhom aċċess għad-drittijiet kollha li huma mniżżlin fil-Kostituzzjoni kif ukoll id-dritt ta’ rikors fil-Qorti kontra l-Gvern jekk issir xi forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom. L-emenda għandha twassal għal ħafna bidliet pożittivi għallħajja tal-persuni b’diżabbiltà: • ir-rikonoxximent tal-lingwa tas-sinjali għall-persuni neqsin mis-smigħ; • l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ ‘trusted friend’ fil-liġi elettorali; • jiġi żgurat aċċess ugwali għall-opportunitajiet; • jitnaqqsu l-‘barriers’ għallintegrazzjoni soċjali u l-iżvilupp personali ta’ dawn il-persuni; • id-dritt li l-informazzjoni tkun aċċessibbli b’mod sħiħ; • jiżdiedu r-rappreżentanza u lkonsultazzjoni lil persuni b’diżabbiltà f’kull fażi taddiskussjoni u t-tfassil tal-politika; • tissaħħaħ l-inklużjoni tal-persuni b’diżabbiltà fil-komunità permezz tal-kunċett ta’ ‘independent living’; u • jitjiebu l-aċċessibbiltà, ittaħriġ, l-edukazzjoni u s-servizzi soċjali ta’ persuni b’diżabbiltà.
Kif qiegħda tiġi proposta l-emenda tal-Partit Nazzjonalista, persuni b’diżabbiltà issa se jkollhom aċċess għad-drittijiet kollha li huma mniżżlin fil-Kostituzzjoni, kif ukoll id-dritt ta’ rikors fil-Qorti kontra l-Gvern jekk issir xi forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom
7.2% tal-popolazzjoni b’xi forma ta’ diżabbiltà
Skont iċ-ċensiment tal-2011, f’pajjiżna llum hawn 30,183 persuna, jiġifieri 7.2% tal-popolazzjoni, b’xi forma ta’ diżabbiltà. 4.1% tal-popolazzjoni ta’ taħt l20 sena u 34.2% tal-popolazzjoni
li għandhom aktar minn 80 sena għandhom ‘long term disability’. L-emenda kostituzzjonali li ressaq il-Partit Nazzjonalista filParlament Malti se tintroduċi b’mod immedjat protezzjoni
minn diskriminazzjoni minħabba diżabbiltà biex b’hekk, ebda liġi ma tista’ tagħmel xi dispożizzjoni li tkun diskriminatorja sew fiha nnifisha jew fl-effett tagħha, u ħadd ma jiġi trattat b’mod
diskriminatorju minn xi persuna li taġixxi bis-saħħa ta’ xi liġi miktuba jew fil-qadi tal-funzjonijiet ta’ xi kariga jew awtorità pubblika minħabba d-diżabbiltà tagħha.
www.maltarightnow.com
MILL-PARLAMENT
Inizjattiva proattiva mill-PN favur il-persuni b’diżabbiltà u l-familji tagħhom
– Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri
Alex Attard
Kif qiegħda tiġi proposta lemenda tal-Partit Nazzjonalista, persuni b’diżabbiltà issa se jkollhom aċċess għad-drittijiet kollha li huma mniżżlin filKostituzzjoni kif ukoll id-dritt ta’ rikors fil-Qorti kontra lGvern jekk issir xi forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom. Il-Partit Nazzjonalista, flOppożizzjoni wkoll, jemmen li għandu jkun proattiv speċjalment f’settur bħalma hu dak talħtiġiet għall-persuni b’diżabbiltà. Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri, il-Kelliem għax-Xogħol u d-Drittijiet talPersuni b’Diżabbiltà, tkellem ma’ ‘In-Nazzjon’ dwar din linizjattiva proattiva li qed jieħu l-Partit Nazzjonalista favur ilpersuni b’diżabbiltà. Il-persuni b’diżabbiltà għandhom bżonn li jkunu megħjuna mill-ogħla awtoritajiet, bħalma hu l-Parlament, u għalhekk lOppożizzjoni ressqet emenda Kostituzzjonali li se tkompli tħares fl-ogħla livell id-drittijiet ta’ dawn l-individwi. B’hekk inkunu qed nassiguraw li f’Malta jkollna soċjetà ġusta b’mod speċjali ma’ dawn l-individwi. Din hi emenda li tista’ tgħin biex dawn il-persuni jkunu integrati fis-soċjetà, u jkunu trattati b’mod ġust. Rajna kif tul is-snin kien hemm avvanzi kbar f’dan il-qasam fejn rajna edukazzjoni inklużiva u llum qed niftaħru li pajjiżna hu wieħed minn ta’ fuq nett f’dik li hi edukazzjoni inklużiva li fiha l-istudenti, anke dawk b’diżibbiltà, jattendu flimkien fl-istudji u fl-edukazzjoni tagħhom. Permezz ta’ din l-istruttura, individwi bi bżonnijiet speċjali wkoll ikunu jistgħu, u jingħataw l-opportunità jiżviluppaw il-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom. Illum il-ġurnata, qed inħarsu aktar lejn l-abbiltà aktar middiżabbiltà tal-individwu u hawnhekk rajna wkoll is-suċċess filqasam tal-edukazzjoni f’pajjiżna. Irridu nkomplu naħdmu issa biex dan is-suċċess nevolvuh anke bit-taħriġ fejn dawn l-individwi jistgħu jkomplu jitħarrġu, u nkomplu nevolvuh ukoll fiddinja tax-xogħol fejn uħud minn dawn l-individwi jridu wkoll isibu l-milja tagħhom. B’hekk, permezz ta’ din l-emenda kosti-
17
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri, li fir-ritratt jidher bilwieqfa flimkien maċ-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà Oliver Scicluna, li fir-ritratt jidher fin-nofs, fisser il-pożizzjoni tiegħu favur il-kunċett ta’ ‘independent living’. Dan biex dawn l-individwi, permezz ta’ taħriġ u tagħlim, u eventwalment anke b’opportunitajiet ta’ xogħol, ikunu jistgħu jsibu posthom fis-soċjetà (Ritratt: Martin Agius)
Għandna esperjenzi ta’ suċċess minn persuni b’diżabbiltà li avvanzaw fl-istudji tagħhom, iżda meta jaslu fid-dinja tax-xogħol ikun hemm id-diżappunti. Għaldaqstant, nemmen li l-Parlament għandu jkompli jaħdem anke b’din l-emenda kostituzzjonali biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jilħqu l-milja tagħhom fis-soċjetà
– Stephen Spiteri
tuzzjonali, nistgħu naraw li f’diversi stadji ma jkunx hemm diskriminazzjoni, li l-aktar li nistgħu nsibuha hu fl-adulti fejn ikun hemm kwistjonijiet marbuta ma’ xogħol u l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà. Stephen Spiteri spjega li din hi emenda kostituzzjonali li għandha wkoll tindirizza lil min iħaddem.
“Nemmen ħafna, bħala persuna, li għandu jkun hemm attitudni ta’ diskriminazzjoni pożittiva għaliex nemmen li iva, dawn l-individwi għandhom bżonn li jkunu vantaġġjati fiddinja tax-xogħol għaliex b’hekk inkunu nistgħu nagħmlulhom ukoll kuraġġ. B’hekk, anke dawk li jħaddmu jkunu jistgħu jħarsu lejn sitwazzjoni fejn dawn
l-individwi jkun jista’ jkollhom aktar għajnuna biex jintegraw ruħhom.” “Nemmen ukoll favur ilkunċett ta’ ‘independent living’. Irridu naraw li dawn l-individwi, permezz ta’ taħriġ u tagħlim, u eventwalment anke b’opportunitajiet ta’ xogħol, ikunu jistgħu jsibu posthom fis-soċjetà. U b’hekk dawn l-individwi ma
jkunux jiddependu biss misservizzi soċjali, mill-pensjoni tad-diżabbiltà, u mill-ftit li jingħataw mill-istat. Iżda jkunu jistgħu jħarsu ’l quddiem, ifendu għal rashom u wħud minnhom ukoll jibnu familja. Dan hu lmod li bih ikollna soċjetà inklużiva,” saħaq id-Deputat Nazzjonalista. Dawn l-individwi, dan is-settur tad-diżabbiltà fis-soċjetà, jeħtieġ li jkollu l-għajnuna kollha sħiħa meħtieġa fil-massimu tagħha mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż. Il-Parlament irid ikompli jaħdem biex kif dan is-settur kiseb tul is-snin f’diversi oqsma, ikompli jinkiseb f’oqsma li fihom dawn il-persuni b’diżabbiltà jħossuhom nieqsa, b’mod speċjali fejn tidħol l-integrazzjoni fid-dinja tax-xogħol. Id-Deputat Nazzjonalista fisser li “għandna esperjenzi ta’ suċċess minn persuni b’diżabbiltà li avvanzaw fl-istudji tagħhom, iżda meta jaslu fiddinja tax-xogħol ikun hemm iddiżappunti. Għaldaqstant, nemmen li lParlament għandu jkompli jaħdem anke b’din l-emenda kostituzzjonali biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jilħqu l-milja tagħhom fis-soċjetà.” Għalkemm min-naħa talGvern għad ma kienx hemm reazzjoni konkreta, Stephen Spiteri appella lill-Gvern biex ikun favur din il-proposta għal emenda kostituzzjonali. “Nemmen li l-Gvern se jikkontribwixxi biex din il-liġi tgħaddi wkoll mill-Parlament,” saħaq Stephen Spiteri. It-taħditiet bejn Gvern u Oppożizzjoni għandhom jibdew immedjatament biex il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni tkun imressqa fil-bidu tas-seduti tal-Parlament hekk kif jiftaħ wara l-vaganzi tas-sajf, biex kemm lOppożizzjoni, kif ukoll il-Gvern jaħdmu biex din l-emenda tidħol fis-seħħ. L-Oppożizzjoni kellha laqgħat mal-għaqdiet mhux governattivi b’rabta ma’ din ilmozzjoni, fosthom malKummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà li laqgħet il-proposta b’mod serju, konkret u feliċi għaliex wara kollox, se tolqot direttament lil dawn il-persuni b’diżabbiltà u lill-familji tagħhom, b’mod pożittiv.
www.maltarightnow.com
18
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
LETTERATURA
Bint u missier
Najwa qed taqra ktieb dwar issiġar. Tara fuq in-naħa l-oħra taxxtajta siġra b’weraq ħodor donnha mara b’xagħar maħlul. “Meta r-riħ kiem jolqotha, illewn tagħha kien isir iktar ċar, jinbidel fil-fidda u r-rifless tagħha ġewwa x-xmara jitbandal. Il-friegħi mniżżlin ’l isfel u xi wħud minnhom għaddsu ġewwa l-ilma. Il-ktieb qal li s-siġra kienet żafżafa bikkejja (weeping willow) imma ma kien hemm xejn ta’ diqa dwarha. Is-sugu abjad żamm sod mal-ħamrija u lweraq ixxejru ferħana.” Najwa hija l-protagonista tarrumanz ‘Willow Trees Don’t Weep’ miktub minn Fadia Faqir li twieldet fl-Amman, il-Ġordan, u fl-1984 telqet lejn l-Ingilterra. Missier Najwa, Omar Rahman telaq ma’ sieħbu għani li kellu f’rasu li jaħdem biex jerġa’ jitwaqqaf Kalifat Iżlamiku bħala stat. Ħalla daru u pajjiżu meta bintu kellha tliet snin. Din issa għandha sebgħa u għoxrin sena, toqgħod ma’ ommha marida, li hi kontra kull twemmin u nannitha li hi Musulmana prattikanti. Tirrakkonta kif għamlet biex tara kif issib lil missierha wara lmewt ta’ ommha. Xtaqet tiżżewweġ f’pajjiżha imma filĠordan l-ebda guvni ma hu se jiżżewweġ tfajla bla missier. Najwa jirnexxilha tagħmel passaport biex tmur il-Pakistan fejn tgħid li se tagħmel studju dwar it-turiżmu. Titħalla tidħol fil-pajjiż wara li tistqarr li marret hemm biex tistudja mużika folk. Issir taf li għaxar snin qabel missierha mar jitħarreġ flAfganistan f’kamp talMujahedeen. Bl-għajnuna ta’ min jaf lil missierha, tivvjaġġa bit-trasport pubbliku lejn lAfganistan. Hemmhekk ħbieb f’raħal ilaqqgħuha ma’ Amani, oħt li ma kinitx taf biha, wild missierha u ċerta Gulnar li tixbahha bil-kbir. Imma missierha ma kienx hemm. Ingħaqad mar-reżistenza fl-1986, sena wara vvjaġġa lejn l-Afganistan, ħadem bħala tabib u sar magħruf sewwa. Seba’ snin wara l-wasla żżewweġ. Waqt li Najwa qiegħda f’dan ir-raħal isir ħbit mill-ajru u jmutu ħafna nies, fosthom Amani. Najwa, qalbha maqsuma, titlaq minn din l-art tal-vittmi lejn Londra fejn ġiet mgħarrfa li missierha kien mar. “Is-sejħa tiegħi kienet li ninħall ġewwa din il-belt bħal farka taz-zokkor f’te jaħraq.” Issir taf li f’din il-belt missierha għamel waħda. Aktar vittmi. Matul il-ġrajja kollha Najma ssib ruħha bejn ħalltejn. Għandha
Joe Cassar
stcassar@gmail.com
tfittex lil missierha li qabad u telaq u ħalla lil familtu warajh u waqqaf familja oħra u ġab ittbatija lilha u lil ommha, jew terġa’ tmur lura għand in-nanna, tinsa kollox, tibni ħajja ġdida, ukoll f’Malta? Tisma r-radju Classic FM li qed jagħmel reklami dwar issbuħija tal-pajjiżi fil-Mediterran, fosthom Malta. U toħlom, “nanna, noħlom li qegħdin fuq vapur sabiħ, jiena, inti u ommi, inbaħħru qalb l-ilmijiet koħol lejn inżul ix-xemx. Il-kmamar tas-sodda huma kbar, l-ikel talallat u s-swali taż-żfin wesgħin. Nieklu, niżfnu, norqdu. Nixorbu daqsxejn it-te tal-minta u nammiraw Valletta hi fejn hi.” Fir-rakkont ta’ Najma jidħlu siltiet mid-djarju ta’ missierha li jingħatalha bħala rigal. Tintebaħ li xi wħud milli għenuha, sfruttawha. Fil-media bħalissa qed jissemma t-twaqqif ta’ kalifat fl-Iraq u s-Sirja, ‘ISIS’, ‘ ISIL’, ‘IS’. F’dawn il-pajjiżi, il-Mawmettani huma maqsumin fi tnejn, Sunni u Xiti. Hemm minoritajiet ta’ nies ta’ twemmin ieħor. L-aqwa studju li hawn dwar il-ġrajja talPopli Għarab inkiteb minn Albert Hourani: ‘A History of the Arab Peoples’. Billi Hourani miet fl1993 u minn dik is-sena ġraw affarijiet ġodda, il-ktieb ġie mġedded minn Malise Ruthven, studenta tiegħu, sar-Rebbiegħa Għarbija. Għal studju dwar ilħsieb u x-xewqat tal-popli Għarab hawn il-ktieb ta’ Eugene Rogan: ‘The Arabs, A History’ li ttama ħafna fuq qawmien millġdid tad-dinja Għarbija. It-tama qed narawha titfarrak u magħha l-kultura Għarbija, u ttwemmin Musulman li ma jippritkax gwerer. Qed imutu eluf ta’ nies u miljuni qed isiru refuġjati: vitmi ta’ kilba għas-setgħa. Il-Punent ma għandux jinsa li ħakem lil dawn il-popli u sfruttahom matul iż-żmien. Il-bniedem jibqa’ jittama wkoll meta madwaru kollox qed jitfarrak. Ħajr lil Agenda Book Shop
Billi Hourani miet fl-1993 u minn dik is-sena ġraw affarijiet ġodda u l-ktieb ġie mġedded minn Malise Ruthven
Il-ktieb ‘Willow Trees Don’t Weep’ ta’ Fadia Faqir
www.maltarightnow.com
19
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
TEATRU
SEBAĦ JUM – Il-musical fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza Il-musical oriġinali ‘SEBAĦ JUM’ inkiteb apposta flokkażjoni tal-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta. Spettaklu mtella’ mill-Partit Nazzjonalista, u li għalih, ilpreparamenti jinsabu fl-aqwa tagħhom biex nhar il-Ġimgħa 17 u s-Sibt 18 fis-7.30 ta’ filgħaxija u l-Ħadd 19 ta’ Ottubru fis-6 ta’ filgħaxija, fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku l-Furjana, jittella’ lmusical. Hemm stennija kbira u mis-siltiet li wħud semgħu jidher li ħadd mhu se jkun diżappuntat. ‘SEBAĦ JUM’ huwa spettaklu għall-familja kollha mżewwaq b’kant, reċtar, kostumi, mużika, korjografija u diversi effetti oħrajn li żgur se joffru attrazzjoni differenti minn tas-
“indipendenza” tiegħu stess, hu jagħmel suċċess f’ħajtu, hekk ukoll pajjiżna. Bil-ħiliet u ddeterminazzjoni mżewqa bi tmexxija għaqlija, ta Malta indipendenti flimkien għamilna suċċess matul is-snin ta’ wara. Filwaqt li l-musical jitkellem fuq il-fatti storiċi li seħħew, blebda mod mhu ta’ xeħta partiġjana, u għalhekk għandu jintlaqa’ tajjeb minn kull tip ta’ udjenza. Il-protagonisti magħżula għal dan il-musical huma fost l-aqwa kantanti fix-xena mużikali talmument. Biżżejjed insemmu lil Ludwig Galea, Roger Tirazona, Neville Refalo, Laura Bruno, Debbie Scerri, Ivan Spiteri Lucas, Kaya, Marilena, Janvil, Deborah C, Gaia Cauchi, ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-
soltu lil kull min se jattendi għalih. Il-musical jittratta t-temi soċjo-politiċi tal-bidu tas-snin sittin sakemm Malta ħadet lIndipendenza u s-snin ta’ wara. Hija storja li ddur madwar familja tipika Maltija tas-snin sittin, bil-problemi, bit-tbatija, lemigrazzjoni u b’elf ħaġa oħra li l-ħajja ġabet magħha f’dawk issnin. Pawlu, il-karattru prinċipali, huwa ta’ eżempju għal ħafna, għaliex bħalma hu bil-ħiliet, u bid-determinazzjoni tal-
Junior Eurovision, Aidan Jay Drakkard u Joseph Borg. Magħhom jingħaqdu numru mdaqqas ta’ atturi oħra li se jinterpretaw diversi partijiet matul il-musical. Il-kitba tal-istorja u tal-lirika hija f’idejn Joe Chircop filwaqt li l-kompożizzjonijiet mużikali, 24 b’kollox, ġew fdati f’idejn ilkompożitur Mark Spiteri Lucas. Id-direzzjoni artistika hija flidejn esperti ta’ Charles Stroud filwaqt li l-arranġamenti mużikali u r-recording tas-siltiet kollha, tħallew f’idejn Philip u
Il-kitba tal-istorja u tal-lirika hija f’idejn Joe Chircop filwaqt li l-kompożizzjonijiet mużikali, 24 b’kollox, ġew fdati f’idejn il-kompożitur Mark Spiteri Lucas
Ludwig Galea fil-parti ta’ Pawlu jfittex l-indipendenza tiegħu nnifsu
Sean Vella. Il-korjografija hija f’idejn Roxanne Gauci. Il-booking għal ‘SEBAĦ
JUM’ jinsab miftuħ u l-biljetti jistgħu jinxtraw mid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista
jew billi ċċemplu 25965463 jew 79451948, jew billi tintbagħat email fuq 50@pn.org.mt.
20
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Fuljett dwar iz-zona marittima protetta ta’ Rdum Majjiesa Il-Park tan-Natura u l-Istorja tal-Majjistral għadu kif nieda fuljett li juri aspetti differenti talbijodiversità li hemm fiz-zona marittima protetta ta’ Rdum Majjiesa bħala parti mir-rwol tiegħu biex iżid l-għarfien dwar dan is-sit. Il-fuljett kien sponsorjat mill-Awtorità Maltija tatTuriżmu bħala parti mill-inizjattivi edukattivi ‘Blue Flag’ filwaqt li d-disinn tal-fuljett kien sponsorjat mill-Awtorità Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Il-fuljett li hu multilingwali, iservi ta’ gwida biex wieħed jidentifika l-ispeċi marittimi li jista’ jiltaqa’ magħhom waqt li jkun qed jgħum bil-maskra f’baħar baxx ’il barra minn Golden Bay jew bajjiet oħra fitTramuntana tal-kosta Maltija. Il-fuljett hu maħsub ukoll biex jinkoraġġixxi ċittadini attivi u l-parteċipazzjoni f’inizjattivi ta’ riċerka lokali. Il-Park tal-Majjistral b’mod regolari jorganizza attivitajiet edukattivi li jvarjaw minn għawm bilmaskra flimkien mal-gwida, għal lectures kif ukoll żjarat minn skejjel u mixjiet bilgwida. Dan il-fuljett hu ideali għallistudenti imma hu wkoll ta’ siwi għal kull min jixtieq li jkollu idea tal-ħajja sinjura ta’ taħt lilma fl-ibħra Maltin – wirt naturali li jeħtieġ aktar protezzjoni. Il-Park tal-Majjistral jawgura li dalwaqt jara aktar protezzjoni ladarba z-zona marittima protet-
www.maltarightnow.com
MADWARNA
Il-Park tal-Majjistral jinkludi numru ta’ siti storiċi u arkeoloġiċi
ta li hi sit ta’ Natura 2000, tkun kumplimentata b’numru ta’ miżuri ta’ konservazzjoni. L-istudenti li jixtiequ jirċievu kopja tal-fuljett jistgħu jattendu għal waħda mill-attivitajiet talPark tal-Majjistral jew jitolbu kopja fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Park tal-Majjistral li jinsab fejn qabel kien hemm il-barracks militari f’Għajn Tuffieħa. Wieħed jista’ wkoll jibgħat envelope A5 bl-indirizz tiegħu u b’bolla ta’ €0.42 imwaħħla lillPark tan-Natura u l-Istorja tal-
Majjistral, PO Box 9, San Pawl il-Baħar, SPB 3525.
Il-Park tal-Majjistral Il-Park tan-Natura u l-Istorja tal-Majjistral hu l-ewwel park naturali nazzjonali f’pajjiżna u din l-area fil-Majjistral ta’ Malta li tinkludi z-zona kostali ta’ Golden Bay sal-Prajjiet u x-Xagħra lĦamra, kienet dikjarata bħala park nazzjonali mill-Gvern Malti f’Settembru 2007. Il-Park ingħata l-isem tar-reġjun ta’ Malta li jinsab fih, jiġifieri l-Majjistral.
L-area tal-Park tinkludi medda ta’ sitt kilometri ta’ kosta protetta maħsuba bħala parti minn zona akbar u speċjali ta’ konservazzjoni ta’ importanza internazzjonali fin-network ta’ Natura 2000, skont id-Direttiva Ewropea tal-Abitat. Id-direttiva titlob għal immaniġġjar effettiv ta’ siti bħal dawn permezz taladozzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjani ta’ management. Il-Park tal-Majjistral jinkludi wkoll numru ta’ siti storiċi u arkeoloġiċi li kienu identifikati
f’wieħed minn sensiela ta’ studji kkummissjonati mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Filwaqt li f’diversi partijiet tal-Park għadha ssir ħidma agrikola, partijiet oħra jikkonsistu biss f’abitat naturali. Il-Park jorganizza attivitajiet regolari fuq barra li huma maħsuba biex jinkoraġġixxu ħajja attiva filwaqt li wieħed jagħraf il-wirt naturali taz-zona. Matul ix-xhur inqas sħan tas-sena jsiru żjarat edukattivi mill-istudenti filwaqt li fis-sajf iktar issir enfasi fuq il-kosta bl-għawn bil-maskra bil-għajnuna tal-gwida. Dawn iż-żjarat ikunu offruti fil-bajja ramilja ta’ Golden Bay li kienet dikjarata bħala bajja ta’ kwalità skont il-kriterji internazzjonali ‘Blue Flag’. Heritage Parks Federation li timmaniġġja l-Park tal-Majjistral tikkonsisti fi tliet NGOs involuti fil-management tal-kosta, firrestawr kulturali u fil-protezzjoni tal-ambjent. Il-management hu ffurmat minn management board li jinkludi tliet rappreżentanti ta’ NGOs, tlieta mis-settur pubbliku, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u Chairperson. Bħalissa l-management board hu ffurmat minn Carmen Sammut bħala Chairperson, Nadia Suda Lanzon, Darren Saliba, Joe Cristina, John Buttigieg, Peter Mamo, Martin Galea, Rudolph Ragonesi u Vince Attard bħala membri. Il-Pak hu membru talEUROPARC Federation li tirrappreżenta zoni protetti f’35 pajjiż.
www.maltarightnow.com
21
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
MADWARNA
Il-kunċert tal-ftuħ tal-istaġun tat-Teatru Manoel Il-kunċert nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru jibda fit-8pm
It-Teatru Manoel jiftaħ uffiċjalment l-istaġun 2014-2015 bilkunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta nhar ilĠimgħa 3 ta’ Ottubru. Il-kunċert, li huwa produzzjoni konġunta bejn il-Manoel u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, se jitmexxa minn Brian Schembri bilparteċipazzjoni tal-vjolinist rinomat Charlie Siem. Charlie Siem huwa wieħed mill-iktar stilel klassiċi żgħar brillanti. Huwa ta kunċerti flAsja, l-Ewropa, l-Iskandinavja u l-Amerka ta’ Fuq, u ħa sehem ma’ orkestri fosthom ir-Royal Philharmonic Orchestra, ir-
Rotterdam Philharmonic Orchestra, iċ-Czech National Symphony Orchestra u l-Oslo Philharmonic Orchestra. Charlie Siem se jdoqq fuq il-vjolin tal1735 Guarneri del Gesù, magħruf bħala d’Egville. Brian Schembri huwa dDirettur Artistiku u l-Capo Maestro tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Huwa kien l-iżgħar mużiċist li qatt ħa lLicentiate of the Royal Schools of Music (Londra) u wara ggradwa fil-pjanu u mexxa filKonservatorji ta’ Kiev u lMoscow ‘Tchaikowsky’. Il-programm jiftaħ bl-Egmont
Overture op.84 ta’ Beethoven. Beethoven kiteb mużika għaddramm ta’ Goethe, Egmont, li laqat ħafna lill-kompożitur. Goethe ddikjara l-mużika ta’ Beethoven bħala waħda “li esprimiet l-intenzjonijiet tiegħu b’mod ġenjali”. It-tieni xogħol fil-programm huwa l-Violin Concerto no.1 in G minor, Op. 26 ta’ Max Bruch. Dan huwa definittivament l-iktar xogħol popolari tiegħu u jibqa’ jiġi ripetut firripertorju internazzjonali talkunċerti u r-recording. Il-vjolinist Charlie Siem imbagħad se jdoqq l-
Introduction & Rondo Capriccioso in A Minor op. 28 ta’ Saint-Saëns li baqa’ wieħed mixxogħlijiet l-iktar popolari firrepertorju tal-vjolin. Saint-Saëns kiteb dan ix-xogħol għal Pablo de Sarasate, u ndaqq għall-ewwel darba minn Sarasate f’Pariġi fl-4 ta’ April tal-1867. Il-kunċert se jispiċċa bisSymphony no. 8 in F Major Op. 93 ta’ Beethoven. Il-kompożizzjoni ta’ dan ix-xogħol tmur lura għall-1812, kważi eżatta wara sSettima li kien għadu kif spiċċa. Il-kompożitur irnexxielu jiktibha f’erba’ xhur u nstemgħet għallewwel darba fi Vjenna fl-1814.
Għalkemm dak iż-żmien ma ntlaqgħetx b’tant furur, Tchaikovsky ddikjara l-aħħar moviment ta’ dan ix-xogħol bħala wieħed mill-kapulavuri sinfoniċi ta’ Beethoven. Il-kunċert nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru jibda fit-8pm. Hemm biljetti mraħħsa għall-istudenti u dawk li għandhom il-Kartanzjan. Qabel il-kunċert se jkun hemm taħdita b’xejn għal dawk li jkollhom il-biljett. Biex tibbukkja, żur www.teatrumanoel.com.mt, ibgħat email fuq bookings@teatrumanoel.co m.mt jew ċempel 21246389.
airX, il-kumpanija privata tal‘air charters’ ibbażata f’Malta, ħabbret li t-tim tal-futbol internazzjonali Franċiż Paris St Germain se jkun qiegħed juża l‘Boeing Business Jets’ tagħha biex jivvjaġġa bejn bliet fi Franza għal-logħob ‘away’ talkampjonat tal-futbol Franċiż. B’hekk, dan huwa t-tielet
klabb tal-futbol Ewropew li qed jidħol fi ftehim mal-kumpanija airX biex tkun hi li tipprovdi ttitjiriet privati għat-tim. Ix-xahar li għadda, il-kumpanija airX ħabbret ftehim simili mat-tim tal-Premiership Ingliż Southampton Football Club u flaħħar jiem, l-ajruplani tal-airX kienu impenjati wkoll b’titjiriet
għal tim Franċiż ieħor - St Etienne. Il-kumpanija airX ħabbret ukoll li l-flotta tagħha se tkompli tikber biż-żieda ta’ ajruplan ieħor tat-tip Legacy 600. B’hekk, ilflotta ta’ ajruplani mmaniġġjati mill-airX issa tammonta għal tmienja, b’valur totali tal-assi li jlaħħaq il-$100 miljun.
L-ajruplan il-ġdid se jkun reġistrat taħt il-bandiera Maltija wkoll. B’kollox, ilkumpanija airX għandha ħamsa mit-tmien ajruplani tagħha rreġistrati taħt il-bandiera Maltija. Id-dettalji dwar il-progress li l-kumpanija qed tagħmel ingħataw miċ-Chairman John
B. Matthews, waqt konferenza tal-aħbarijiet ftit sigħat biss qabel il-ftuħ tal-airX Malta International Airshow 2014. Ilkonferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis u minn Joe Ciliberti, ilPresident tas-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni.
Aktar timijiet internazzjonali tal-futbol jagħżlu lil airX
www.maltarightnow.com
27
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
SPORT
‘It-telfa kontra Cagliari t-tort tiegħi’ FUTBOL TALJAN – KUMMENTI WARA L-PARTITI TA’ TMIEM IL-ĠIMGĦA
Il-kowċ ta’ Inter Walter Mazzarri qal li t-telfa umiljanti ta’ 4-1 li sofra t-tim tiegħu f’San Siro kontra Cagliari kienet it-tort tiegħu. Inter spiċċaw jilagħbu b’10 fl-ewwel taqsima u sa tmiemha, Cagliari kienu diġa’ skurja erbgħa. “Meta tim jitlef b’erba’ gowls u l-kowċ isemmi t-tkeċċija jiġi ikkritikat. Nagatomo għamel żball fl-ewwel gowl u forsi ipprova jpatti għall-iżball bili juri aktar grinta imma kolox ġieħ ħażin u spiċċa għamel fawl ikrah u tkeċċa. Dan bla dubju kien mument kruċjali fil-partita,” qal Mazzarri. “Jien żbaljajt meta għażilt ilplejers. Kien hemm uħud li bdew jilagħbu tajjeb ħafna imma xorta waħda kienu għajjenin u missni serraħthom. Meta kollox jibda ġej ħażin diffiċli tibqa’ kalm. Li kieku konna tim b’aktar esperjenza, wara li tkeċċa Nagatomo konna niddefendu bilgħaqal u nikkontrollaw is-sitwazzjoni u mhux naqilgħu erba’ gowls flewwel taqsima. Wara li qlajna rraba’ gowl kien impossibbli
għalina biex inwettqu rimonta. Din għandha tkun lezzjoni għallplejers biex ‘il quddiem nibqgħu aktar kalmi jekk jerġa’ jiġri hekk,” kompla jgħid Mazzarri. Minn naħa tiegħu l-kowċ ta’ Cagliari Zdenek Zeman qal li minn dejjem kien konvint li t-tim tiegħu seta’ jirbaħ f’San Siro. “Minkejja li konna ġejjin minn tliet telfiet konsekuttivi dejjem kont konvint li kapaċi nilagħbu tajjeb. F’partiti oħra lagħbna listess imma l-affarijiet ma ġewx kif xtaqna. Issa nittama li nibqgħu nilagħbu hekk u li naħtfu l-okkażjonijiet li jkollna,” qal Zeman. “Fil-partiti ta’ qabel ħassejna lilna nfusna inferjuri mit-timijiet li konna qed nilagħbu kontrihom filwaqt li llum attakkajna millbidu u dan ipprovda l-frott,” temm jgħid l-eks kowċ ta’ Roma.
Inzaghi diżappuntat Il-kowċ ta’ Milan Filippo Inzaghi kien diżappuntant bil-fatt li Milan naqqsu milli japprofittaw wara li ħafna timijiet rivali bħal ma huma Inter u Fiorentina
waqqgħu l-punti. Milan ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra Cesena. Bħal ma ġralhom kontra Empoli, Milan marru minn taħt u ġabu d-draw imma ma setgħux jiskurjaw aktar. “Fl-ewwel taqsima konna f’kontroll assolut u ħloqna ħafna ċansijiet ta’ skor imma meta ma titlef iċ-ċansijiet tpatti qares. Wara li tkeċċa Zapara fl-aħħar 20 minuta kienet aktar diffiċli għalina li nirbħu. Hi ħassra kbira li ma ħadniex it-tliet punti, speċjalment meta wieħed iqis li Fiorentina u Inter ma rebħux. Bħala kowċ nemmen li l-wirjiet tat-tim qed jitjiebu imma issa, minbarra l-logħob pożittiv iridu wkoll nibdew niksbu r-riżultati,” qal Inzaghi. Allegri jfaħħar lil Buffon “Kienet rebħa importanti, speċjalment wara li ftit tassiegħat qabel Roma kienu rebħu kontra Verona. Ma kinitx logħba faċli għax Atalanta dejjem perikolużi f’darhom. Ilgowlkiper Buffon kien deċiżiv għax li kieku ġabulna d-draw il-
– Mazzarri
Il-kowċ ta’ Juventus Allegri kellu kliem ta’ tifħir fil-konfront tal-gowlkiper Buffon
logħba setgħet kienet differenti.” Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ Massimilano Allegri wara li Juventus rebħu 3-0 barra minn darhom kontra Atalanta. Juventus kienu 1-0 minn fuq u Buffon salva penalty ta’ Denis biex il-Bianconeri, wara, skurjaw tnejn oħra. “Fl-ewwel 10 minuta sofrejna xi ftit imma aktar ma beda jgħad-
di ħin aktar bdejna nikkontrollaw il-logħba. Id-differenza bejn Buffon u l-gowlkipers l-oħra hi li Buffon jista’ jkun ilu logħba sħiħa mhux impenjat imma meta jkun hemm bżonnu jkun deċiżiv,” qal Allegri. Ta min jiftakar li Juventus, minbarra li rebħu kull logħba dan l-istaġun għadhom ma qalgħu lebda gowl.
Kerċem Ajax FC: L. Camilleri, P. Kyumyurdzhiev, M. Mifsud, J. Azzopardi, O. Spiteri, K. Mifsud, J.P. Mizzi, I. Xuereb (L. Meilak), A. Mizzi, M. Vella (A. Buttigieg), A. Ribeiro. Referee: Philip Farrugia
ANTUNES li bir-ras ukoll kiseb doppjetta personali.
Xewkija Tigers b’punti massimi FUTBOL F’GĦAWDEX - KAMPJONAT MELITA I DIVIŻJONI
SK Victoria Wanderers….1 Xewkija Tigers…………….2 Xewkija Tigers kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra SK Victoria Wanderers biex kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva. Xewkija kellhom bidu millaqwa u wara biss 38 sekonda fetħu l-iskor meta wara li Xiberras ma żammx ix-xutt ta’ Bogdanovic, JOHN CAMILLERI xeħet f’lasti vojta. Il-Wanderers wieġbu malkwarta logħob meta minn cross ta’ Eman Bugeja, Sanz Ortiz kellu ddaqqa ta’ ras salvata minn Parnis. Huma kisbu d-draw meta ADOLFO SANZ ORTIZ rebaħ ballun f’nofs id-difiża u b’xutt filbaxx għeleb lil Parnis. Wara l-mistrieħ Xewkija reġgħu ħarġu aggressivi fejn wara sitt minuti kien Xiberras li salva parzjalment xutt cross perikoluż ta’ Shields. Mal-kwarta logħob ilWanderers kienu sfortunati bi freekick ta’ Sanz Ortiz jispiċċa malmimduda. Fis-17 il-minuta Xewkija spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa is-Serb Hiroslav Gegic wara li kien muri ttieni karta safra. Minkejja dan Xewkija ma qatgħux qalbhom fejn wara li kellhom freekick tas-sostitut Alex Simoncic li għadda barra, fit-28 minuta
reġgħu ħadu l-vantaġġ meta,wara cross tas-sostitut Gennaro Hili, DANIEL BOGDANOVIC daħal tajjeb minn wara d-difiża u b’xutt fil-baxx għeleb lil Xiberras biex skorja kontra l-ex-team tieghu. Fit-38 minuta anke Victoria Wanderers spiċċaw bi player inqas meta tkeċċa Chris Sciortino wara li kien muri t-tieni karta safra għal fawl fuq Shields. Il-Wanderers komplew jippruvaw biex isalvaw il-partita imma minkejja l-isforiz tagħhom Xewkija ħadu rebħa ta’ 2-1.
SK Victoria Wanderers: J.Xiberras, E. Bugeja, D. Monday, J. Refalo, A. Adesina, N. Vella, C. Sciortino, J. Xuereb (L. Dimech), A. Sanz Ortiz, O. Farrugia, L. Nutasi Nba. Xewkija Tigers FC: A. Parnis, J. Cefai, J. Vella, P. Buttigieg, M. Gegic, K. Mercieca, C. Bugeja, P. Rapa (A. Simoncic), D. Bogdanovic, J. Camilleri (G. Hili) , D. Shields. Referee: Adrian Azzopardi
Rebħa tajba għal Ajax Victoria Hotspurs…………1 Kerċem Ajax………….……3 Kerċem Ajax kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Victoria Hotspurs 3-1. Kienu huma li ħarġu jattakkaw u wara żewġ minuti tentattiv ta’ Mario Mifsud kien salvat minn Mercieca.
Il-logħba mbagħad żvolġiet għal ħafna ħinijiet f’nofs pitch sakemm fit-38 minuta freekick ta’ Petar Kyumyurdzhiev spiċċa mal-mimduda. Fl-44 minuta Kerċem żblukkaw ir-riżultat meta Malcolm Vella kompla għan-nofs biex ANDERSON RIBIERO kompla għal ġewwa mill-viċin. F’risposta ta’ Hotspurs żewġ minuti fuq il-ġin minn freekick ta’ Bezzina, Ferdinando Apap bir-ras xeħet barra. Wara l-intervall Kerċem reġgħu ħarġu jattakkaw fejn fis-seba’ minuta minn corner ta’ Mario Mifsud, Andrew Mizzi kompla lejn il-lasti fejn ANDERSON RIBIERO li bittakkuna kiseb doppjetta. Ir-reazzjoni ta’ Hotspurs kienet immedjata fejn fl-14 il-minuta naqqsu liskor b’xutt fil-baxx ta’ RODNEY BUTTIGIEG. Madankollu Kerċem reġgħu kabbru l-vantaġġ meta minn pass ta’ Malcolm Vella, Ribiero avvanza fuq ix-xellug fejn tefa’ cross lejn is-sostitut LUKE MEILAK li b’lob perfett għeleb lil Mercieca għal skor finali ta’ 3-1.
Victoria Hotspurs FC: C. Mercieca, M. Buhgiar (J. Bajada), J. Pace, D. Farrugia, F. Apap, A. Bello Osagie, M. Bezzina (A. Camilleri), M. Bamba, D. Bellotti (O. Curmi), R. Buttigieg, D. Mercieca.
Rebħa oħra għal Youngsters Oratory Youths.…………..0 Nadur Youngsters…….….3 Nadur Youngsters kisbu rebħa ohra, din id-darba dik ta’ 3-0 fuq Xewkija Tigers. Huma bdew fuq l-attakk u wara tmien minuti minn pass ta’ Antunes, Milos Stojanovic żmarka ruħu tajjeb fil-kaxxa iżda Johann Attard laħaq imblokkalu x-xutt tiegħu f’corner. Nadru kellhom jistennew sa żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima biex fetħu l-iskor. Dan meta cross mil-lemin ta’ Josef Buttigieg wasal għand JOSEPH GRIMA u dan għeleb lill-gowlkiper Vella. Wara sitt minuti tat-tieni taqsima Nadur irduppjaw permezz ta’ CLAUDIO ANTUNES li wara li daħal tajjeb fil-kaxxa waħdu quddiem Vella ma falliex. Nadur komplew jamministraw fejn fid-19 il-minuta kabbru lvantaġġ meta minn azzjoni ta’ freekick, Milos Stojanovic bir-ras kompla lejn CLAUDIO
Oratory Youths FC: F. Vella, C. Cardona (K. Farrugia), K. Borg, K. Farrugia, D. Stojanovic (A. Azzopardi), J. Attard, T. Dos Santos, S. Attard, J. Attard (F. Cini), M. Camilleri, J. Tabone. Nadur Youngsters FC: M. Grima, J. Buttigieg, F. Camilleri, C. Debono (C. Azzopardi), L. Dos Santos, J. Grima, C. Hili (S. Muscat), B. Meilak, C. Mercieca (S. Attard), C. Antunes, M. Stojanovic. Referee: Andre Arciola
Jieħdu l-ewwel punt Sannat Lions……………….0 St. Lawrence Spurs….…..0 Sannat Lions u St Lawrence Spurs ħadu l-ewwel punt tagħhom tal-kampjonat meta spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls f’dan ilkonfront bejn iż-żewġ timijiet promossi. Sannat Lions FC: A. Brignoli, J. Buttigieg, M. Muscat, J. Agius, A. Debono, P. Camilleri, N. Micallef, A. Williams, E. Nwankwo, E. Nkwocha, F. De Andrade. St. Lawrence Spurs FC: J. Grima, F. Xuereb, F. Grima (S. Cauchi), W. Barbosa, C. Cauchi, L. Buttigieg, J. Thewma (J. Micallef), M. Vella, M. Boye, D. Micallef, S. Mizzi. Referee: Darryl Agius
28
www.maltarightnow.com
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Tmiem il-ġimgħa ta’ futbol Malti
Simon Farrugia
Analiżi u kummenti dwar il-partiti tal-Kampjonat Premier BOV
Logħob li jmiss
Il-Ħamis 2 ta’ Ottubru, Stadium Nazzjonali 1800 Tarxien R. – B’Kara 2000 Valletta - Pieta H.
Victor Tedesco Stadium 1800 Sliema W. - }ebbu; R. 2015 Qormi - Mosta
Il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru, Stadium Nazzjonali 1800 Floriana - Balzan 2000 Hibernians – Naxxar L.
Kif jinsabu Hibernians Birkirkara Mosta Balzan Valletta Tarxien R. Floriana Sliema W. Qormi Naxxar L. Żebbuġ R. Pieta` H.
SPORT
L R D T F K Pt
6 6 6 6 6 6 6 6 6 6 6 6
6 5 4 3 3 1 1 1 1 0 0 0
0 1 1 2 1 4 3 3 1 3 2 1
0 17 0 13 1 6 1 13 2 12 1 8 2 8 2 5 4 3 3 4 4 8 5 3
It-tim tal-ġimgħa
Innutajna…
Edison Bilbao Zarate jiskurja t-tieni gowl kontra Tarxien. Balzan rebħu 3-2 fl-aħħar kontra Tarxien
LI qabel il-logħba bejn Floriana u Naxxar il-Kumitat talLions kif inhu xieraq ippreżenta rigal lill-player veteran Victor Bellia talli għaqqad il-200 logħba magħhom. Li rajt stramba hija li dan il-player ma’ kienx inkluż fil-formazzjoni mill-bidu u kien biss fit-tieni taqsima li huwa daħal bħala sostitut. Dan ifisser li waħda mis-sostituzzjonijiet kienet premeditata u immaterjali mill-aspett tattiku tal-logħba u liżvolġiment tagħhha. Ovvjament awguri lil Victor talli leħaq dan it-tragward. LI fl-istess ground ma’ kien hemm ebda indikazzjoni ta’ ħin u
score matul il-logħbiet li ntlagħbu hemm fi tmiem din ilġimgħa.Jidher li l-iscoreboard inqalgħet biex issir xi tiswija fuqha fejn anki hawn jidher li lvirus tal-iscoreboards laqat ukoll lil dik tal-Ħamrun. Għax anki flIstadium Nazzjonali l-iscoreboard ‘state of the art’ fi tmiem il-ġimgħa kienet fl-ispirtu talMilied minkejja li fadal tlett xhur għal din il-Festa. LI meta Balzan kisbu l-gowl tad-draw għal 2-2 kien hemm dwell bejn il-goalkeeper tarRainbows Sean Cini u lattakkant ta’ Balzan Jean Pierre Mifsud Triganza. Ġara li malli l-
Miinkejja li Valletta qed iżidu fil-logħob u jiksbu riżutat pożittvi, il-partitarji tagħhom donnhom għadhom mux qed jitilgħu bi ħġarhom il-grawnd (Ritratti: Trevor Sollars)
M. Bernal (Mosta) R. Camilleri (Valletta) R. Scicluna (B’Kara) I.Azzopardi (Valletta) R. Bilbao Zarate (Balzan) A.Cohen (Hibernians) R. Briffa (Valletta) M. Scerri (Sliema W.) R. Ledesma (B’Kara) G. Piccioni (Balzan) L. Elford-Aliyu (Valletta)
ballun daħal fix-xibka lattakkanti ta’ Balzan marru biex jieħdu l-ballun bil-goalkeeper Cini jaqbeż fuq Mifsud Triganza biex jieħu l-pussess tal-ballun li skond ir-reġolamenti huwa taddifiża. Il-vittma pero’ f’dan ilkaż spiċċa Cini li ntwera l-karta s-safra. LI minkejja li Valletta kisbu rebħa kbira bl-iskor ta’ 5-0 kontra Sliema u prattikament irrepetew dan is-suċċess fi tmiem il-ġimgħa kontra Qormi b’rebħa ta’4-0 donnhom li l-partitarji Beltin xorta mhumiex daqstant kuntenti. Fil-fatt għal ġimgħa oħra deher in-nuqqas ta’ armar mis-supporters klabb Belti madwar il-grawnd filwaqt li evidenti kienu n-nuqqas ta’ partitarji Beltin jassistu għal din il-logħba.
LI fil-Press Box fejn minnha aħna l-ġurnalisti nwasslu r-rapporti tal-logħbiet għad hemm nuqqasijiet kbar u donnu li lappelli qed jaqgħu fuq widnejn torox. Il-monitors li suppost naraw it-trażmissjonijiet tallogħbiet fuqhom għadhom ma’jaħdmux, kurrent fil-plugs tan-nofs m’hemmx filwaqt li daqt nidbew nilbsu l-flippers peress li parti minnha għada nofsha mikxufa u suġġett għad-dħul taxxita. Bilħaqq naħseb daqt kollox ikun qed jaħdem sew……għax Malta jmissha kontra n-Norveġja u l-Italja fl-Istadium Nazzjonali u quddiem il-barranin irridu nidru sbieħ. Lil ħutna Maltin ħalluhom igorru.
Kaljevic ta’ Mosta s’issa skurja erba’ gowls
L-AQWA SKORERS
Tlieta b’ħames gowls kull wieħed G. Piccioni (Balzan) E. Morais Costa (B’Kara) J. Da Silva Pereira (Hibernians) E. Luis Dos Santos (Hibernians) M. Britto (Żebbuġ R.) B.Kaljevic (Mosta) O. Guerrero (Balzan) M. Piciollo (Floriana) C. Monti (Żebbuġ R.) R. Ledesma (B’Kara) A. Rodrigues Silva (Tarxien R.) V. Plut (Floriana) A. Barboza Terra (Valletta) C. Failla (Hibernians)
5 5 5 4 4 4 3 3 3 3 3 3 3 3
418 415 313 913 310 8 7 11 6 10 6 10 4 7 3 20 2 11 1
www.maltarightnow.com
29
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
SPORT
Hi rebħa l-aktar għall-moral tat-tim “Ma’ kinitx prestazzjoni mill-aqwa imma l-importanti hu li ksibna t-tliet punti minn dan il-konfront.” Dawn kienu l-ewwel kummenti li talattakkant ta’ Sliema Wanderers u tat-tim nazzjonali Malti Michael Mifsud meta tkellem ma’ dan il-ġurnal wara r-rebħa li Sliema kisbu fuq Pieta’ Hotspurs. Huwa kompla billi qal, “Hija rebħa importanti l-aktar minħabba l-morall tat-tim peress li m’aħniex għaddejjin minn mument tajjeb. Dan ma’ jfissirx li għax irbaħna solvejna l-problema li għandna. Limportanti li mit-triq il-ħażina dawwarna għat-triq it-tajba.” Mistoqsi dwar x’hemm sejjer ħażin fit-tim tal-Blues Mifsud irrisponda, “Kwalita’
hemm fl-iskwadra tagħna, konna xi ftit sfortunati f’xi logħbiet bħalma ġara kontra Tarxien. Nemmen li xi kultant qegħdin nitilfu l-konċentrazzjoni u jsiru ċertu żbalji li normalment nevitaw. Imma lkampjonat huwa wieħed twil ħafna u għadna fil-bidu tiegħu. Kollox jista’ jibidel ta’ taħt fuq.” Fl-aħħar dwar il-forma personali tiegħu Mifsud temm hekk, “Din hija logħba ta’ tim u mhux ta’ individwu. Nirbħu flimkien u nitilfu flimkien.Waħdi ma’ nista nagħmel xejn u anqas sħabi. Konxju li bħalissa mhux għaddej mill-aqwa forma imma qed naħdem sabiex inkomplu ntejjeb il-prestazzjonijiet tiegħi.”
- Michael Mifsud (Sliema)
Michael Mifsud ta’ Sliema (fin-nofs) qal li r-rebħa kontra Pietà kienet waħda importanti għall-morall tat-tim
Teżisti għaqda kbira fliskwadra ta’ Hibernians
Jeffrey Farrugia – (Tim Manager Hibs)
Hibs sabuha faċli biex rebħu kontra Żebbuġ u irreġistraw is-sitt rebħa minn daqstant partiti
LOGĦBIET MEMORABBLI
“Il-morall fl-iskwadra ta’ Hibernians huwa għoli ħafna. Hemm għaqda kbira.” Hekk ikkummenta t-tim manager ta’ Hibernians Jeffrey Farrugia wara s-sitt rebħa minn daqstant logħbiet ta’ Hibernians fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Grazzi għal dawn is-sitt rebħiet Hibs qegħdin fl-ewwel post tal-klassifika. Farrugia kompla billi qal, “Liskwadra qisha familja. Kulħadd magħqud u b’hekk jiġu r-riżultati. Anki fil-grawnd ninnota li meta jagħmel żball xi player
m’hemmx dak il-ħafna paniku u għajjat, anzi bil-kontra. Wieħed jgħin lill-ieħor.” Mistoqsi dwar kemm hi b’saħħitha l-iskwadra talPawlisti Farrugia qal, “Is-sena loħra diġa’ kienet skwadra tajba imma din is-sena għamilna ftit irtokki fejn akkwistajna plejers bħal Jorginho, il-gowlkiper Bonello u Andre Agius li komplew saħħewna. L-importanti li l-iskwadra tibqa flimkien u taħdem għall-istess għan. Irridu nibqgħu saqajna mal-art.” Dwar min jaħseb ser ikunu l-
isfidanti għar-rebħ tal-kampjonat Farrugia qal, “Nemmen li Birkirkara, Valletta u Hibernians ser jissieltu għall-unuri dan listaġun. Imma kull tim kapaċi jagħtik logħba. Timijiet bħal Mosta u Balzan huma diffiċli ħafna biex tilgħab kontrihom. Jien kull logħba tbeżżani imma aħna nippreparaw logħba, logħba u dejjem inħarsu ‘ il quddiem b’ottimiżmu. Il-bidu li kellna s’issa huwa importanti ħafna u jimlina bil-kuraġġ. Irridu nkomplu nibnu fuqu,” temm jgħid Farrugia.
biex Zarb għamel l-iskor 2-0 u skorja l-15 il-gowl tiegħu talistaġun. Il-Beltin issa bdew jidhru fil-kmand tas-sitwazzjoni b’Hibernians xorta waħda jibqgħu jinsistu. Fil-fatt qabel għalqet it-taqsima fuq corner ta’ Docherty kien hemm taħwida fil-kaxxa ta’ Valletta fejn George Lawrence finalment poħħa l-ballun fix-xibka u fetaħ tamiet ġodda għall-Pawlisti. Valletta ħarġu aggressivi filbidu tat-tieni taqsima fejn sfurzaw numru ta’ corners iżda mas-siegħa logħob nuqqas tal-
goalkeeper Belti Janus li milli jinterċetta ballun fl-għoli biex David Carabott appofitta u b’lob preċiż għamel l-iskor 2-2. Issa l-logħba saret aktar sabiħa u l-eċitament kompla jiżdied. Żball ta’ Carabott fejn ħa l-ballun Gilbert Agius bilcross tiegħu jsib lil Jason Kabia li għeleb lil Muscat. Dan il-gowl seta’ qatel ittamiet ta’ Hibernians iżda t-tim Pawlist kompla jissielet u b’żewġ gowls lejn it-tmiem mis-solitu Karl Zacchau u Michael Taliana dawru telfa
f’rebħa għal Hibernians biex rebħu l-logħba u l-Kampjonat. Fl-iskwadra rebbieħa immexxija mill-ex player talIngilterra Brian Talbot kien hemm players bħal George Lawrence, Robert Docherty, Karl Zacchau, Alan Mifsud, Charles Scerri, Lawrence Attard, Edwin Camilleri, Michael Woods, Michael Taliana, David Carabott, Mario Muscat, Kenneth Abela, Wilfred Spiteri u Darren Attard. Tim li reġa rrepeta s-suċċess flistaġun ta’ wara.
Hibs iwettqu rimonta u jsiru champions 23 TA’ APRIL, 1994
Hibernians….......…………4 Valletta……........………….3
F’kampjonat missielet bejn tliet timijiet, Hibernians, Valletta u Floriana kienu talewwel li kisbu l-unuri fl-istaħun 1993-94 biex ħadu l-kuruna ta’ champions mingħand Floriana. Kien tmiem tal-kampjonat interessanti fejn wara li Hibernians għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 3-1 ġimgħa wara kien imiss il-konfront dirett bejn Hibernians u Valletta li kellu jiddeċiedi fejn ser imur ir-
rebħ tal-kampjonat. Kienu Valletta li fetħu fuq loffensiva fejn fit-18 il-minuta huma fetħu l-iskor minn Jeffrey Chetcuti li wara li għadda minn fuq il-linja tax-xellug b’xutt b’saħħtu sab ix-xibka. Hibernians kienu iffortunati li ftit wara ma’ ħarbux gowl ieħor meta Zarb fuq pass ta’ Agius falla l-mira għal ftit. Minkejja dan ftit wara Valletta marru żewġ gowls minn fuq. Kien il-gowlkiper Muscat li ħareġ minn postu biex ibiegħed il-ballun fejn naqas li jolqot
www.maltarightnow.com
30
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Roma jfittxu rebħa rari fl-Ingilterra CHAMPIONS LEAGUE
Bejn illum u għada tintlagħab it-tieni ġurnata mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League u llum jispikkaw il-logbiet ta’ Manchester City u ta’ Barcelona. Iċ-champions tal-Ingilterra jilagħbu kontra Roma fl-Etihad Stadium filwaqt li Barcelona jmorru jilagħbu barra minn darhom kontra ċ-champions Franċiżi PSG. Ir-rekord li għandhom Man City kontra timijiet Taljani hu wieħed negattiv u anke dak ta’ Roma f’l-Ingilterra. City jridu jtemmu dan ir-rekord negattiv biex jieħdu l-ewwel tliet punti fil-grupp wara li fl-ewwel partita tilfu fl-aħħar minuti kontra Bayern Munich. L-aħħar darba li s-Citizens rebħu kontra avversarji Taljani kien fit-tielet rawnd talUEFA Cup kontra Milan flistaġun 1997-98. Dakinhar City kienu rebħu b’aggregate ta’ 5-2 u Brian Kidd, il-bniedem li llum-il ġurnata hu asssistant manager tat-tim kien skurja fiż-żewġ legs. Filwaqt li r-rekord kontra ttimijiet Taljani ma tantx hu tajjeb, ir-rekord kontra l-istess timijiet imma fl-Ingilterra hu wieħed pożittiv. Dan għaliex f’erba’ darbiet li City laqgħu timijiet Taljani f’darhom rebħu darbtejn u ġew draw darbtejn. L-aħħar konfront kontra tim Taljan kien dak talistaġun 2011-12 meta dakinhar City kienu ġew draw 1-1 f’partita mill-fażi tal-gruppi kontra Napoli. Fi tmiem il-ġimgħa Man City rebħu 4-2 barra minn darhom filkampjonat kontra Hull biex b’hekk baqgħu fit-tielet post filkampjonat filwaqt li minn naħa tagħhom Roma baqgħu fl-ewwel post tas-Serie A flimkien ma’ Juventus meta rebħu 2-0 kontra Verona. Il-fatt l-aktar sorprendenti ta’ Roma hu li dawn mhux biss rebħu ħames partiti minn ħamsa imma li matulhom qalgħu biss gowl. Ta min jiftakar li fl-ewwel ġurnata minn-fażi tal-gruppi Roma fetħu bil-kbir meta ġabu fix-xejn lil CSKA Moscow u rebħulhom 5-1. Issa t-tim ta’ Garcia se jkollu biċċa xogħol diffiċli biex jieħu tliet punti millIngilterra, xi ħaġa li dawn għamlu biss darba minn 14-il darba li lagħbu f’dan il-pajjiż. L-aħħar rebħa ta’ Roma waslet fl-istaġun 2000-1 kienet dik kontra Liverpool fir-raba’ rawnd talUEFA Cup, anke jekk xorta waħda kienu sfaw eliminati b’aggregate ta’ 2-1. Biex wieħed ikompli jara kemm Roma se jkolhom biċċa
xogħol iebsa, dawn se jkunu qed ifittxu l-ewwel rebħa fil-belt ta’ Manchester. Żgur li l-partitarji u l-plejers ta’ Roma jiftakru meta kienu ġew umiljati 7-1 f’Old Trafford kontra Man Utd flistaġun 2006-7. L-aħħar darba li lagħbu fl-Ingilterra City kienu ħadu draw ta’ 1-1 kontra Fulham fl-Europa League. Il-captain ta’ Roma Francesco Totti, minkejja li hu wieħed milaqwa skorers fl-istorja tal-klabb qatt ma skurja f’disa’ okkażjonijiet li fihom lagħab fl-Ingilterra. Dan se jkun qed jipprova jfittex li, ftit jiem wara għeluq it-38 sena (nhar is-Sibt) jiskurja flIngilterra biex jgħin lit-tim jikseb rebħa importanti. Jista’ jagħti l-każ li mal-ewwel 11 ta’ City jibda l-midfielder veeteran Frank Lampard, plejer li qiegħed fuq self mal-kabb u qed jimpressjona fejn s’issa skurja erba’ gowls fi spazju ta’ ġimgħa. Id-difensur ta’ City Zabaleta u l-midfielder ta’ Roma De Rossi se jkunu eliġibbli għal logħob wara li skontaw logħba ta’ sospsensjoni. Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp Bayern Munich jibdew favoriti li jirbħu barra minn darhom kontra CSKA Moscow. Fil-kampjonat Ġermaniż Bayern qed jibdew jiftħu vantaġ f’ras ilklassifika u wieħed jistenna li dawn jippruvaw ukoll jiksbu malajr kemm jista’ jkun punti f’dan il-grupp ferm diffiċli biex jaċċertaw mil-kwalifikazzjoni kmieni. Għar-Russi se tkun diffiċli li jwettqu reazzjoni kontra tim b’saħħtu li sena ilu diġa’ kien rebaħ 3-1 u 3-0 kontrihom fiżżewġ konfronti mil-fażi tal-gruppi.
Rekord pożittiv kontra l-Ispanjoli PSG jaffrontaw lil Barcelona f’waħda mill-aktar partiti interessanti ta’ llejla. L-attenzjoni żgur li se tkun fuq l-attakkant ta‘ PSG Ibrahimovic li se jkun qed jilgħab kontra l-eks tim tiegħu. Ibrahimovic ma lagħabx fl-aħħar żewġ partiti ta’ PSG imma jidher li se jkun irkupra għal din il-partita. Fl-ewwel logħba ta’ din il-fażi l-istess Ibrahimovic kien diġa’ lagħab kontra Ajax, eks tim tiegħu ieħor, f’konfront li spiċċa 1-1. Minn naħa tagħhom Barcelona qegħdin l-ewwel filgrupp b’rebħa ta’ 1-0 kontra APOEL Nicosia. L-aħħar darba li dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu kontra xulxin kien fl-istaġun 2012-13 meta
SPORT
Il-Programm
Illum Grupp E CSKA v B. Munich (18.00) Man City v Roma (20.45) Grupp F PSG v Barcelona (20.45) APOEL v Ajax (20.45) Grupp Ġ Sporting L v Chelsea (20.45) Schalke 04 v Maribor (20.45) Grupp Ħ S. Donetsk v Porto (20.45) BATE v A. Bilbao (20.45) Għada Grupp A Malmo v O. Piraeus (20.45) A. Madrid v Juventus (20.45) Grupp B Basel v Liverpool (20.45) Ludogorets v R. Madrid (20.45) Grupp Ċ Zenit SP v Monaco (18.00) B Leverkusen v Benfica (20.45) Grupp D Arsenal v Galatasaray (20.45) Anderlecht v Dortmund (20.45) dakinhar il-Katalani kienu għaddew bir-regola tal-gowls barra minn darhom. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn listatistika jinduna li Barcelona se jkollhom biċċa xogħol iebsa biex jirbħu kontra PSG. L-uniku rebħa f’ħames darbiet li lagħbu kontra PSG kien fl-istaġun 199697 fil-finali tat-Tazza tat-Tazzi. PSG ilhom ma jitilfu f’darhom f’kompetizzjoni Ewropea sa mill-2006 filwaqt li fl-istaġun li għadda, fiċ-Champions League rebħu erba’ minn ħames partiti f’darhom. PSG tilfu biss darba minn 10 logħbiet kontra timijiet Spanjoli u dan kien kontra Deportivo La Coruna fis-sena 2000. Fi tmiem il-ġimgħa Barcelona rebħu 6-0 kontra Granada filkampjonat filwaqt li PSG ġew miżmuma draw minn Toulouse. Bla dubju l-akbar theddida għattim ta’ Blanc se jkun Lionel Messi, plejer li fi tmiem ilġimgħa, fl-eta ta’ 27 sena, għaqqad l-400 gowl fil-karriera tiegħu. Wara draw pożittiv kontra Barcelona fl-ewwel logħba, Ajax illejla jilagħbu barra minn darhom kontra APOEL. Ajax ilhom dawn l-aħħar seba’ partiti fiċ-Champions League ma jirbaħux. Għal APOEL din se tkun l-ewwel darba fl-istorja tagħhom li se jkunu qed jilagħbu kontra tim Olandiż. Il-fatt li dawn se
Sergio Aguero u sħabu ta’ Man City waqt it-taħriġ qabel il-logħba kontra Roma
jkunu qed jilagħbu f’darhom jgħinhom fejn fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni dejjem ħarġu rebbieħa meta lagħbu f’darhom. Fi tmiem il-ġimgħa APOEL ġew draw kontra AEL Limassol u din kienet l-ewwel darba dan listaġun li ma rebħux f’darhom fil-kampjonat.
Kulħadd bl-istess punti Chelsea jidhru li se jkunu huma li jiddominaw fil-kampjonat Ingliż imma l-avventura tagħhom f’din il-kompetizzjoni ma tantx bdiet fuq nota tajba meta ġew miżmuma draw 1-1 f’darhom kontra Schalke. Illejla dawn jilagħbu barra minn darhom kontra Sporting Lisbon. Wieħed irid jara jekk l-attakkant Diego Costa ta’ Chelsea hux se jilgħab. Wara li fi tmiem il-ġimgħa skurja fir-rebħa kontra Aston Villa, l-manager ta’ Chelsea Mourinho żvela li Costa qed iħoss uġiegħ fil-hamstring. Madankolu l-istess Mourinho qal li jrid li Costa xorta waħda jilgħab kontra Sporting illejla u kontra Arsenal nhar il-Ħadd li ġej. Fl-ewwel logħba Sporting kienu kważi ħadu tliet punti sakemm Maribor salvaw draw flaħħar minuta tal-logħba. Minkejja li Chelsea, grazzi għall-forma li għaddejin minna,
jibdew favoriti li jirbħu, l-istatistika turi li meta Sporting jilagħbu f’darhom dawn ikunu perikolużi. Il-Portugiżi rebħu l-aħħar tliet partiti li lagħbu f’darhom kontra avversarji Ingliżi mingħajr ma qalgħu gowl. L-aħħar darba li Sporting tilfu kontra tim Ingliż kien fl-2008 kontra Man Utd. Fil-logħba l-oħra Schalke jibdew favoriti li jirbħu kontra Maribor. Fi tmiem il-ġimgħa Schalke, li kelhom bidu kemmxejn negattiv fil-kampjonat, kisbu rebħa 2-1 kontra Borussia Dortmund u żgur se tgħinhom fil-morall. Minn naħa tagħhom Maribor qatt ma rebħu kontra avversarji Ġermaniżi f’kompetizzjonijiet Ewropej.
Iridu jkomplu minn fejn ħallew Wara r-rebħa kbira ta’ 6-0 li kibsu Porto kontra BATE Borisov fl-ewwel ġurnata, dawn illejla jilagħbu barra minn darhom kontra Shakhtar Donetsk. Shakhtar se jkunu ġejjin minn draw ta’ 0-0 barra minn darhom kontra Athletic Bilbao. B’hekk, Athletico Bilbao u BATE se jkunu qed ifittxu lewwel rebħa f’din il-kompetizzjoni. L-Ispanjoli, wara li eliminaw lil Napoli fil-play-offs iddiżappuntaw bil-kbir u rebħu biss logħba.
www.maltarightnow.com
32
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca stiednet lill-Papa Franġisku biex jiġi Malta. Stedina li saret waqt udjenza privata li kellha mal-Papa fil-Vatikan. Il-laqgħa, li saret ilbieraħ filgħodu fil-Palazz Appostoliku, kienet l-ewwel waħda bejn iż-żewġ Kapijiet ta’ Stat. Fost it-temi diskussi, minbarra r-relazzjonijiet bejn Malta u s-Santa Sede, kien hemm il-ħidma tal-Knisja fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-welfare, il-kontribut ta’ Malta fi ħdan l-UE kif ukoll il-kunflitti fir-reġjun tal-Mediterran, inkluż il-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari. Il-President, akkumpanjata mir-raġel tagħha Edgar Preca, u mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella, tinsab fuq żjara statali fil-Vatikan (Ritratt: DOI, Jeremy Wonnacott)
Promozzjonijiet bizzilla għal tal-qalba f’Għawdex Isiru biss intervisti finta Joe Mikallef
Il-Ministeru għal Għawdex għandu programmat li jkompli għaddej b’aktar promozzjonijiet għal tal-qalba biex jaġevola lil dawk li huma viċin tal-Ministeru. Madankollu, biex fid-deher kollox jidher li sar skont ir-regolamenti taċ-Ċivil, xorta waħda se jsiru ċerti intervisti relatati malpromozzjonijiet, ħalli finalment ħadd ma jkun jista’ jgħid xejn dwar l-għażla li tkun saret. Sorsi infurmati tajjeb qalu lil ‘In-Nazzjon’ li fil-bidu ta’ Ottubru, mistennija jsiru ‘interviews’ biex jinħatar ‘foreman’ għat-Taqsima tar-Restawr f’Għawdex. Għal din il-kariga, kienet inħarġet sejħa għal dawk interessati. Madankollu, l-individwu li se jkun qed jingħata din il-kariga ilu sew li kien identifikat, u dan il-
ġurnal għandu l-informazzjoni kollha dwaru. Fil-fatt, nistgħu nikkonfermaw ukoll li l-eżerċizzju tal-intervisti ma’ dawk interessati f’din ilkariga se jsiru kif ippjanat, għalkemm kollox se jkun qed isir b’mod finta. Fi ftit kliem, għal wiċċ in-nies u biex ir-regolamenti taċ-Ċivil ma jkunux qed jinkisru. L-istess ħaġa mistennija ssir b’konnessjoni mal-ħatra ta’ ‘foreman’ tat-Taqsima tar-Roads f’Għawdex. Il-Ministeru ilu ftit mhux ħażin li għażel żewġ persuni għal dan ir-rwol. Wieħed mill-persuni magħżula, ftit tal-
Il-Ministeru għal Għawdex: il-post fejn qed jittieħdu ħafna deċiżjonijiet mill-aktar kontroversjali
L-importanti mhux kemm int tajjeb fix-xogħol, imma jekk intix viċin tal-qalba fil-Ministeru għal Għawdex
jiem ilu ftaħar dwar dan quddiem kulħadd fl-uffiċċju fejn jaħdem. Jiġifieri għal darba oħra, anke f’dan il-każ se jsiru l-intervisti ma’ dawk interessati, iżda kollox se jsir b’mod finta għax il-promozzjoni, anke f’dan ir-rigward,
se jeħduha nies qrib il-Ministeru. Is-sorsi li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’ fissru kif f’Għawdex qed ikomplu jsiru ħniżrijiet kbar b’detriment għal min hu serju u kapaċi, sew jekk tkun Nazzjonalist u anke jekk tkun Laburist, għax fil-verità “dawn jagħżlu anke bejn il-Laburisti stess, skont ta’ min ikunu”. Dawn is-sorsi temmew li matul ix-xhur li għaddew saru wkoll għadd ġmielu ta’ transfers biex kienu akkomodati numru ta’ persuni għad-dannu ta’ oħrajn li mingħajr spjegazzjoni ta’ xejn, twarrbu.