Nru 13,862
l-Erbgħa, 1 ta‘ Ottubru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
Approvazzjoni “b’riservi serji”
Nathaniel Attard u Simon Cassar
Il-Kumitati tal-Parlament Ewropew li quddiemhom sar it-test ta’ Karmenu Vella, ilKummissarju Ewropew nominat mill-Gvern Malti, taw ilġudizzju tagħhom. Ġudizzju li ġabruh f’ittra li bagħtu, kif inhija l-prassi wara kull grilling, lil Jerzy Buzek, li huwa l-President talKonferenza li tiġbor flimkien iċ-Chairpersons tal-Kumitati kollha tal-Parlament. F’din l-ittra formali, twila ħames paġni, li ntbagħtet wara li t-Tnejn filgħaxija stess dawn iltaqgħu biex janalizzaw issmigħ li kien għadu kif sar, ilkoordinaturi tal-Kumitati responsabbli mill-oqsma li ngħata Karmenu Vella esprimew il-qbil tagħhom li dan għandu jiġi approvat, imma esprimew ukoll riservi serji. Dan jindika li l-ebda grupp politiku ma kien kuntent mija fil-mija bil-wirja tan-nominat Malti nhar it-Tnejn quddiem lMEPs, xi ħaġa li hi dovuta għall-fatt li kien ġeneriku u
vag wisq fit-tweġibiet tiegħu, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam mal-politika dwar lambjent fejn deher li ma kienx preparat. Min-naħa l-oħra, mar mhux ħażin fit-tweġibiet dwar isSajd u l-Affarijiet Marittimi. U ma marx ħażin lanqas fejn għandu x’jaqsam mad-domandi li sarulu dwar il-kaċċa, tema li mill-ewwel intqal li se titqajjem bi prominenza fl-eżami tiegħu. Il-portafoll assenjat millPresident il-ġdid talKummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker lil Karmenu Vella huwa dak tal-Ambjent, lAffarijiet Marittimi u s-Sajd. Minkejja li l-konklużjoni talittra tgħid li b’mod ġenerali hu ħalla impressjoni pożittiva, u wera li hu kompetenti biex ikun membru tal-Kulleġġ talKummissarji, l-istess ittra tirrakkomanda li jingħata profil aktar għoli lis-sostenibbiltà ambjentali fil-Kummissjoni lġdida, u dan billi din tgħaddi taħt ir-responsabbiltà ta’ wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni, jiġifieri f’idejn Kummissarju ieħor.
għal paġna 3
Bidu bil-banda għall-Istitut tal-ICT tal-MCAST: aktar studenti f’kull klassi, lezzjonijiet iqsar u nuqqas ta’ għalliema (Ritratt: Martin Agius)
L-istudenti tal-ICT mitluba jieħdu l-laptop magħhom għal-lezzjonijiet MCAST
Dak li spikka fil-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida fl-MCAST din il-ġimgħa kien il-messaġġ li ngħata lill-istudenti tal-Istitut talICT, li għal-lezzjonijiet iridu jieħdu magħhom laptop, filwaqt li jridu wkoll jixtru s-software kollu li jkollhom bżonn għal-lezzjoni. Dan il-messaġġ kien jistona
għall-aħħar, sew għax qed nitkellmu proprju dwar l-Istitut tal-ICT, imma wkoll għax l-istudenti kienu qed jistennew li mhux biss isibu klassijiet rinnovati kif suppost, iżda wkoll għamara adegwata bil-kompjuters fuq l-imwejjed lesti għal-lezzjonijiet. Imma minn dan kollu ma sabu xejn.
Minbarra binja fi stat ta’ kostruzzjoni bi scaffolding armat f’parti minnha, u bil-ħaddiema li għadhom għaddejjin bix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq barra, l-istudenti tal-ICT sabu li matul din issena skolastika, se jkunu mqassmin fi klassijiet ta’ tletin student kull waħda. għal paġna 4
www.maltarightnow.com
2
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
LOKALI
Ġejt sospiż intortament
– Richard Pisani, ix-xufier tal-karozza tal-linja li nqalgħalha l-isteering
“Ġejt sospiż għaliex il-vettura li kont qed insuq ġratilha l-ħsara, minkejja li malli nqala’ l-isteering, tfajt mill-ewwel mal-ġenb, biex ma nipperikolax il-ħajja talpassiġġieri li kelli abbord.” Dan qalu Richard Pisani, ixxufier li ġie sospiż mix-xogħol tiegħu fit-trasport pubbliku, f’intervista esklussiva li saritlu filprogramm ġdid tat-taqsima talaħbarijiet ta’ Media.Link
Communications ‘Newsfeed’, fuq NET TV. Richard spjega kif hu, qabel ilvjaġġ, għamel dak kollu li seta’ biex jiżgura li l-karozza kienet tajba għas-sewqan. “Ħriġt għax-xogħol normali, u t-trakk kien kollox sew għaliex qabel ħriġt, bħas-soltu ċċekkjajtu għaż-żejt u l-ilma.” Hu spjega wkoll kif il-filmat iqarraq, għaliex hu kien wieqaf.
“Tant hu hekk li fil-filmat jidher li waqaf wieħed b’coach oħra maġenbi, u peress li jien kont wieqaf bl-air conditioner mixgħul, qalli biex nitfgħu filġenb. Kien f’dan il-ħin li jien għollejt l-isteering u għedtlu li ma stajtx għax kellu l-ħsara.” Hu rrakkonta li fil-ħin li fih jidher jgħolli l-isteering, hu kien diġà ilu għaxar minuti wieqaf bil-vettura mitfija biex il-passiġġieri ma jkunux fis-sħana talmagna. Il-ħsarat tal-karozza tal-linja ssewwew fuq il-post, u x-xufier tħalla jkompli bil-vjaġġ tiegħu. Madankollu, tliet xhur wara li deher il-filmat għall-ewwel darba, hu qal li ġie skwalifikat għal għomru milli jsuq mattrasport pubbliku. “Inħossni rrabjat għax dak kien xogħli, u jien dejjem ħdimt fuq dak ix-xogħol bla problemi, u dak biss naf nagħmel,” saħaq b’diqa Richard, filwaqt li kompla
li għandu familja, mara u tarbija li jiddependu fuqu imma jinsab bla paga. Dwar dan il-każ, tkellimna wkoll mal-Ministru responsabbli mit-Trasport Joe Mizzi, li madankollu qalilna li hu ma joqgħodx jidħol f’dawn l-affarijiet, imma jimpurtah biss li l-affarijiet isiru kif suppost, kemm millaspett ta’ karozza li tkun sigura, kif ukoll jekk ikun hemm nuqqas minn xi xufier. Staqsejnieh jekk qattx tkellem max-xufier li tkeċċa tliet xhur wara li ġara dan il-każ, hekk kif il-filmat ħareġ fuq l-internet. “Jien kont imsiefer meta ġara l-inċident, jiġifieri ma naf xejn. Emminni, għax kemm ilu li ġara l-inċident, jien komplejt bixxogħol u mhux se noqgħod nidħol f’dawn l-affarijiet. Għal dak, hemm il-management talkumpanija.” B’hekk, minkejja li l-Ministru Mizzi hu responsabbli mis-
Richard Pisani, fl-intervista ma’ ‘Newsfeed’
servizz tat-trasport pubbliku, li minnu, skont ix-xufier stess jinsab sospiż għal għomru, ilMinistru ħasel idejh u jsostni li ma jidħolx f’dawn l-affarijiet.
Blitz mill-Pulizija kontra l-prostituzzjoni
Arrestati disa’ nisa, li waħda minnhom xellfet difrejha mal-ġustizzja 47 darba Joe Mikallef
Jiem ta’ osservazzjoni millPulizija fi nħawi magħrufin għall-prostituzzjoni, toroq filGżira, f’Ta’ Xbiex u fil-Marsa, wasslu biex il-Pulizija tatTaqsima ta’ Kontra l-Vizzji nhar il-Ħadd wettqu blitz dirett u arrestaw għadd ta’ tfajliet li kienu qed jitlajjaw għal skop ta’ prostituzzjoni. Uħud mill-arrestati huma wċuħ familjari mal-Pulizija u mhux l-ewwel darba li nġabru għall-istħarriġ jew ġew imwissija serjament. Id-disa’ nisa arrestati, li tressqu l-Qorti lbieraħ, kienu mixlijin bi tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni, u waħda minnhom spiċċat ġiet ikkun-
dannata xahrejn ħabs minħabba li kienet reċidiva, u diġà kienet instabet ħatja ta’ 47 reat, kollha marbutin ma’ każi li għandhom x’jaqsmu ma’ prostituzzjoni. Huma tressqu l-Qorti millIspetturi Joseph Busuttil u Sylvana Briffa. Il-prostituti mressqa l-Qorti huma April Farrugia ta’ 25 sena u Mary Louise Magro ta’ 28 sena mill-Gżira, Ritienne Cardona ta’ 42 sena u Josette Galea ta’ 24 sena mill-Furjana, Anna Maria Bonello ta’ 39 sena u Judith Bakoush ta’ 23 sena mill-Belt, Joyce Bugeja ta’ 45 sena minn San Ġwann, Gianella Okeakpci ta’ 26 sena minn San Pawl il-Baħar, u Diane Celeste ta’ 42 sena millĦamrun. Minbarra tlajjar, in-nisa ġew
mixlijin li ma obdewx l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija. Waħda minnhom, Anna Maria Bonello, instabet ħatja li tlajjat fil-Marsa nhar il-Ħadd li għadda u fix-xhur ta’ qabel, li kisret ordni ta’ probation u li saret reċidiva. Meta l-Qorti rat il-kondotta tagħha, hi kienet ikkundannata xahrejn ħabs effettivi. Oħra, Gianella Okeakpci, inżammet taħt arrest preventiv, minħabba li rreżistiet ukoll larrest. Fil-każ tal-oħrajn, li wħud minnhom ammettaw l-akkużi, ilQorti tathom il-libertà b’numru ta’ kundizzjonijiet, jew poġġiethom taħt probation. Waħda kienet illiberata minħabba nuqqas ta’ provi u oħra, li hija tqila, ġiet meħlusa minn kull akkuża.
www.maltarightnow.com
3
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
LOKALI
Ma kkommetta ruħu, kważi fuq xejn
Vella kien ikkritikat li kien vag u evażiv f’uħud mit-tweġibiet, imma l-Kumitati ddeċidew li japprovaw in-nomina tiegħu minn paġna 1
Il-Kumitati enfasizzaw fuq ilħtieġa li jkun hemm impenn ċar dwar dan, qabel ma jittieħed il-vot fil-plenarja fuq il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida, fit-22 t’Ottubru. Wieħed irid jiftakar li f’dan ilproċess ma jitteħidx vot fuq kull Kummissarju b’mod individwali, imma l-ewroparlamentari jivvutaw biex japprovaw ilKummissjoni sħiħa ladarba jitlestew il-grillings kollha. Wara l-eżami ta’ Vella, isSoċjalisti Ewropej u l-Partit Popolari Ewropew (PPE) li bejniethom għandhom il-maġġoranza, faħħru l-wirja tiegħu, għalkemm kien hemm riservi fuq l-ambjent.
Min-naħa tagħhom il-Ħodor kienu kritiċi. Minkejja f’dan, il-Ħodor, u magħhom il-Komunisti li wkoll m’għoġbithomx il-prestazzjoni ta’ Karmenu Vella, ma talbux vot fillaqgħa tal-Kumitati li saret wara li ntemmu t-tliet sigħat tas-smigħ tal-Kummissarju Malti, kif setgħu jagħmlu. Skont is-sorsi tagħhna fi Brussell, dan sar għax probabbilment kien jafu li l-vot ma setgħux jirbħuh. Pero’ hu kważi ċert li filvot tal-aħħar ta’ dan ix-xahar fuq il-Kummissjoni sħiħa, dawn se jivvutaw kontra l-Kummissjoni Juncker, anke jekk dan mhu se jservi għal xejn għax bejniethom
is-Soċjalisti u l-Popolari għandhom bizzejjed saħħa biex ilKummissjoni l-ġdida tkun approvata. Minkejja f’dan, dawn l-akbar żewġ gruppi fil-Parlament Ewropew, li hu sigriet magħruf li laħqu ftehim bejniethom, mhuma jieħdu xejn for granted, anke minħabba ż-żieda qawwija talMEPs ewro-xettiċi li ġew eletti fil-Parlament fl-aħħar elezzjoni li saret madwar l-UE. F’din ilħidma qed jinkludu lil-Liberali, biex jiżguraw li mhux biss fil-vot fuq il-Kummissjoni l-ġdida, imma tul din il-leġiżlatura sħiħa, dejjem ikollhom maġġoranza soda.
Il-ftuħ ta’ Skolasajf ġimgħa tard Konkluża l-investigazzjoni
Fit-tħejjijiet amministrattivi għal Skolasajf u Klabb 3-16 kien hemm kaos, u l-pożizzjoni talKap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi m’għadhiex tenibbli. Dawn huma l-konklużjonijiet li wasal għalihom il-Bord li kien inħatar biex jinvestiga għaliex dawn iż-żewġ Summer Schools, f’Lulju li għadda, kellhom jibdew ġimgħa tard. Dan is-sajf kienu kważi 12,000 it-tfal li attendew għal dawn il-programmi edukattivi. Ir-rapport finali ta’ dan il-Bord kien pubblikat mill-Gvern ilbieraħ filgħaxija, bil-Ministeru jgħid fi stqarrija li se jkun qed jevalwa r-rakkomandazzjonijiet fiż-żmien li ġej, biex episodju bħal dan ma jirrepetix ruħu. Mir-rapport, ħareġ li dDipartiment tas-Servizzi Edukattivi (DES) u l-Fondazzjoni
għas-Servizzi Edukattivi (FES), ma kinux qed jaħdmu flimkien u saret enfasi fuq il-Kap Eżekuttiv tal-FES Roderick Agius, li ntqal li l-pożizzjoni tiegħu mhix tenibbli, u għalhekk it-talba tiegħu biex ikun trasferit, għandha tiġi aċċettata. Ir-rapport jispjega kif l-applikazzjonijiet ħarġu f’Mejju, bi Skolasajf u Klabb 3-16 kellhom jibdew it-Tnejn 7 ta’ Lulju. Iżda sal-ġurnata li suppost fetħu, iċċentri ma kinux ippreparati. In-numru tat-tfal li kienu se jattendu kien magħruf sat-28 ta’ Mejju, iżda sal-aħħar ta’ Ġunju kienu proċessati l-applikazzjonijiet ta’ 19-il ċentru biss minn total ta’ 63. Waqt li sa lejliet li kellhom jiftħu l-iskejjel, kienu ġew proċessati biss applikazzjonijiet għal 30 ċentru, jiġifieri kien għad baqa’ 36 ċentru li ma kinux jafu kemm se jirċievu tfal, u kemm
għandhom bżonn Playworkers u Learning Support Assistants. Ir-rapport jgħid li minħabba lkonfużjoni li nqalgħet, in-numru ta’ dawk li kienu se jkunu responsabbli mit-tfal beda jonqos u spiċċaw inħolqu aktar problemi. Jgħid ukoll li sa nofs Ġunju, kien hemm biżżejjed indikazzjonijiet li hemm problemi serji, iżda kulħadd serraħ moħħu li se jmur kollox sew, biex imbagħad kellhom ikunu l-Unions li nnotifikaw lill-Ministru responsabbli, Evarist Bartolo u lill-pubbliku. Jingħad ukoll li sa tmiem dik ilġimgħa li fiha suppost bdew Skolasajf u Klabb 3-16, isSegretarju Permanenti fi ħdan ilMinisteru tal-Edukazzjoni informa lill-Ministru bin-nuqqasijiet, u tah il-parir biex jissospendi lftuħ, minħabba li ma kienx se jkun hemm biżżejjed staff biex ilaħħaq mal-ammont ta’ tfal.
Uħud mir-reazzjonijiet li bdew jittellgħu fuq Twitter waqt li kien għaddej il-grilling ta’ Karmenu Vella, u li jixhdu x-xettiċiżmu għall-mod kif kien vag u evażiv fit-tweġibiet tiegħu
www.maltarightnow.com
4
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
Sena skolastika li bdiet ħażin fl-Istitut tal-ICT minn paġna 1
Din xejn ma kienet aħbar sabiħa għalihom, għaliex sassena li għaddiet kull klassi kien ikun fiha bejn ħmistax u għoxrin student. Jiġifieri bid-deċiżjoni li ttieħdet għal din is-sena skolastika ġdida – dejjem biex ikunu ffrankati l-flus għax l-MCAST jinsab f’qagħda finanzjarja mwiegħra għall-aħħar – kull klassi se jkun fiha kważi ddoppju ta’ li kien fiha matul issena li għaddiet. Dwar l-aħbar li jridu jkunu listudenti li jieħdu magħhom laptop u s-software meħtieġ għallezzjonijiet, jidher li dan ġara għax il-kompjuters li kellhom jintużaw mill-Istitut tal-ICT għal xi raġuni għadhom ma waslux. Dan, ikkummentaw xi studenti, meta dan il-Gvern kien jiftaħar ħafna li jipprovdi hu l-kompjuters għat-tagħlim fil-klassijiet. L-istudenti fehmu tajjeb li dan irid ikun laptop speċjalizzat
skont il-ħtiġiet tal-kors li qed isegwu. Laptop li fis-suq jiswa mas-€600. Uħud mill-istudenti rrimarkaw li mhux kull familja taffordja tixtri laptop bħal dan, aktar u aktar meta dan probabbli se jinxtara għal perjodu temporanju minħabba li eventwalment flIstitut tal-ICT jaslu l-kompjuters ordnati. Aħbar oħra li ngħataw l-istudenti hi li l-lezzjonijiet mifruxa fuq ħames sigħat fil-ġimgħa, issa se jkunu mifruxa fuq inqas ħin, u dan minħabba nuqqas ta’ għalliema. Dan ifisser li filwaqt li fi klassi hemm ferm aktar studenti minn qatt qabel, l-attenzjoni lillistudenti se tkun ferm inqas. Mhux biss, iżda flok l-istudenti se jkollhom aktar sigħat għattagħlim fuq kull suġġett, il-lezzjonijiet se jsiru f’inqas ħin. Il-messaġġ li ħadu l-istudenti fl-ewwel jiem ta’ din is-sena skolastika ġdida hu li se jkoll-
Conrad Vassallo, id-Direttur talICT fl-MCAST, li fl-ewwel jiem tas-sena skolastika ġdida, minkejja tant problemi, jinsab imsiefer
hom quddiemhom sena diffiċli ħafna. Kien hemm min ikkummenta li jispera li din mhix il-mira tattmexxija tal-MCAST biex hekk, aktar ma jkun hemm studenti li ma jkomplux dan il-kors, aktar jiffranka flus. Sorsi qalulna li l-għalliema li
LOKALI
qed iservu fl-Istitut tal-ICT xejn ma ħassewhom komdi jikkomunikaw dawn l-aħbarijiet xejn sbieħ lill-istudenti. L-istess għalliema ma kienu komdi xejn jaħdmu f’ambjent li għadu qed ikun rinnovat bilperikli kollha ta’ scaffolding ma’ parti mill-blokka li qed tilqa’ lIstitut tal-ICT, u b’xogħol fuq ġewwa u fuq barra li għadu għaddej. Mhux magħruf jekk dawn lgħalliema, li ilhom jilmentaw għal dawn l-aħħar jiem bil-qagħda li qed ikollhom jaħdmu fiha, ressqux l-ilmenti tagħhom quddiem l-MUT li hi l-Union li tirrappreżentahom. Li hu żgur hu li kien hemm għalliema li wrew id-diżappunt tagħhom li proprju fl-ewwel jiem ta’ sena skolastika ġdida, Conrad Vassallo, id-Direttur tal-ICT, ma kienx preżenti biex jgħix u jesperjenza hu wkoll, il-problemi li għandu l-Istitut f’dawn l-ewwel jiem ta’ sena skolastika ġdida.
Għalliema li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’ staqsew jekk il-messaġġi li ntalbu jgħaddu lill-istudenti, hux konxju tagħhom ilMinisteru tal-Edukazzjoni. “Min qiegħed imexxi l-Istitut tal-ICT żgur li qiegħed jobdi listruzzjonijiet mgħoddija lilu mit-tmexxija tal-MCAST. Dan ifisser li t-tmexxija tal-Kulleġġ, dwar dan kollu, ħadet direzzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni?” Minbarra din is-sitwazzjoni flIstitut tal-ICT, fl-ewwel jum tassena skolastika, kien hemm sitwazzjoni xejn sabiħa wkoll flAdministration Block talMCAST minħabba li l-istudenti tas-2nd Call irrealizzaw li lproċess tal-applikazzjoni tagħhom kien waqa’ lura, u għalhekk kien hemm kju twil ta’ studenti jistennew. Minħabba l-paniku li nqala’, ir-Registrar u l-Prinċipal talMCAST niżlu fil-lobby tal-blokk tal-amministrazzjoni biex jaqdu huma wkoll lill-istudenti.
irregolari, u s-sitwazzjoni filLibja u r-reġjun tal-madwar, inkluż is-Sirja u l-Iraq. Dwar l-immigrazzjoni, Simon Busuttil esprima l-apprezzament tal-Oppożizzjoni għall-fatt li lIstati Uniti ilha għal dawn laħħar ħames snin, tieħu madwar 500 refuġjat minn Malta kull sena. Fuq il-qagħda fil-Libja, Simon Busuttil esprima sodisfazzjon għall-ftehim milħuq biex ikun
appuntat mibgħut speċjali tanNazzjonijiet Uniti, li jħares millviċin lejn dak li qed jiġri f’dan il-pajjiż, f’isem il-komunità internazzjonali. Simon Busuttil iddiskuta wkoll il-każ tal-militanti Iżlamiċi tal-ISIS li huwa ta’ tħassib u ta’ theddida fuq livell internazzjonali, mhux biss għallIstati Uniti. Simon Busuttil hu mistenni lura Malta għada.
Is-servizzi finanzjarji fuq l-aġenda ta’ Simon Busuttil fl-Istati Uniti Il-Kap tal-Oppożizzjoni u talPartit Nazzjonalista Simon Busuttil kompla biż-żjara tiegħu fl-Istati Uniti, u fuq l-aġenda tad-diskussjonijiet li kellu lbieraħ, kien hemm is-servizzi finanzjarji. Dan hekk kif fi New York, Simon Busuttil iltaqa‘ ma’ Frank G. Zarb, l-eks-Chairman tas-suq finanzjarju NASDAQ. Għal dawn l-aħħar 40 sena, Zarb, li għandu dixxendenza Maltija, kellu responsabbiltajiet prominenti fis-settur finanzjarju Amerikan, u f’bosta okkażjonijiet kien ukoll membru ta’ gvernijiet immexxija mill-Partit Repubblikan. Matul il-laqgħa, il-Kap talOppożizzjoni ddiskuta miegħu s-sitwazzjoni tas-settur tasservizzi finanzjarji f’Malta, kif ukoll l-iżviluppi fl-UE lejn ilħolqien ta’ Unjoni Bankarja. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jinsab l-Istati Uniti fuq stedina tad-Dipartiment tal-Istat Amerikan u minbarra fi New York, kellu wkoll laqgħat malamministrazzjoni Amerikana f’Washington. It-taħditiet iffukaw fuq materji fil-politika tal-Gvern Amerikan li huma ta’ rilevanza għal pajjiżna. Fosthom, l-immigrazzjoni
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN iltaqa’ ma’ Frank G. Zarb, ta’ dixxendenza Maltija, li kien Chairman tan-NASDAQ
www.maltarightnow.com
QORTI
Ħaraq ċella u pprova jaħraq oħra
Faiz Omar Elasallak, Libjan ta’ 45 sena, ġie kkundannat ħames snin ħabs mill-Maġistrat Neville Camilleri, wara li nstab ħati li fl4 ta’ Marzu tas-sena 2012, waqt li kien f’Diviżjoni Sitta talFaċilità Korrettiva ta’ Kordin, ta n-nar liċ-ċella tiegħu u ħaraq issaqqu. Instab ħati wkoll li tlett ijiem wara, ipprova jagħti n-nar lil ċella oħra li tinsab f’Diviżjoni Tlettax. Hu kien intbagħat f’Diviżjoni Sitta, minħabba li kienet instabet xi sustanza bajda, li finalment irriżulta li ma kinitx droga, iżda kienet xi ħaġa li kellha x’taqsam mad-dentatura. Il-Libjan instab ħati wkoll li għamel ħsara f’dawn iċ-ċelel, li rreżista bi vjolenza lill-gwardjani tal-ħabs, li inġurja lill-istess persuni, u li kkaġuna feriti ħfief fuq wieħed minnhom. Instab ħati wkoll li fixkel lilluffiċjali tal-ħabs fil-qadi ta’ dmirijiethom, li għamel ħsara fuq proprjetà għad-dannu tal-Gvern, u li sar reċidiv. Minbarra l-pulizija, xehed ukoll tabib, li qal li l-akkużat għamel żmien twil taħt il-kura tiegħu, u kien rikoverat għal xi żmien fl-Isptar Monte Carmeli. Il-Qorti kkunsidrat diversi fatturi, fosthom li ma nstabet lebda droga fil-konfront talLibjan, u li l-akkużi kważi kollha kienu ppruvati. Qabel ma tat is-sentenza, qalet li kienet qed tagħmel rakkomandazzjoni lidDirettur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex il-Libjan jingħata l-għajnuna kollha neċessarja li għandu bżonn għal saħħtu. Il-Qorti rabtet ukoll lill-ħati b’garanzija personali ta’ €1,000.
5
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
Saq karozza b’liċenzja falza
Somalu ta’ 26 sena, li jgħix fiċĊentru ta’ Ħal Far, ammetta li kien qed isuq karozza b’liċenzja tas-sewqan falza. Il-każ seħħ nhar is-Sibt għall-ħabta tat-3 p.m. f’Raħal Ġdid. Ammetta wkoll li għamel użu minn dokument falz u li ffalsifika l-istess dokument. Ahmed Mohamud Ahmed ammetta li saq bla liċenzja tassewqan, u dan wara li twaqqaf mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Il-Qorti, preseduta millMaġistrat Aaron Bugeja, qalet li ma kinitx se tgħaddi biex tagħti ssentenza b’mod immedjat, iżda lewwel kienet se titlob lid-Direttur tas-Servizzi tal-Probation u Parole biex isir rapport biex wieħed jara jekk jistax iqabbad lil Ahmed jagħmel servizz fil-komunità. Sakemm isir ir-rapport u tingħata ssentenza, il-ħati ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €8,000 u bil-kundizzjoni li jkun id-dar fid-8.30 p.m. u ma joħroġx qabel is-7 a.m.
Ħbieh fil-bagoll minn Sqallija
Sirjan ta’ 34 sena minn Homs, iżda residenti f’Birkirkara, ammetta quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja li nhar is-Sibt li għadda, meta kien Sqallija, ġab lil sieħbu, Sirjan bħalu, f’Malta billi għabbieh fil-bagoll talkarozza tiegħu u pprova jdaħħlu bla permess f’Malta. Ahmad Farhoud ammetta li daħħal f’Malta lil Mohamad Ahmad ta’ 21 sena, fil-bagoll li kien mimli toilet paper biex dan ikun jista’ jistaħba madwaru. Ahmad kien daħal Sqallija permezz ta’dgħajsa flimkien ma’għadd ta’ Sirjani oħrajn xi ġimgħat ilu. Hu kien iddejjaq l-Italja peress li
m’għandu l-ebda familja hemmhekk, iżda diversi membri talfamilja tiegħu jinsabu Malta. Il-Qorti qalet li mhix se tagħti s-sentenza immedjatament u se titlob l-ewwel lid-Direttur tas-Servizzi talProbation u l-Parole biex isir rapport biex wieħed jara jekk jistax iqabbad lil Farhoud jagħmel servizz filkomunità. Kemm id-difiża kif ukoll il-Prosekuzzjoni qablu li skont il-liġi, l-akkużat irid jingħata multa u sentenza sospiża, u tiġi konfiskata lkarozza tiegħu. L-Avukat Arthur Azzopardi qal li Farhoud ma jistax jintbagħat lura sSirja minħabba s-sitwazzjoni li
għaddej minnha l-pajjiż. Il-Qorti semgħet b’attenzjoni dawn l-argumenti, u wara li tenniet li se tagħti s-sentenza f’seduta oħra, laqgħet it-talba għal-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €6,000. Hu kien ordnat ukoll li ma joħroġx mid-dar qabel is-7 a.m. u jirtira sat-8.30 p.m. Ftit wara tressaq Mohamad Ahmad, li wkoll hu minn Homs, fis-Sirja. Hu ammetta li daħal Malta bla passaport u mingħajr ma avża lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni, u ġie kkundannat sena ħabs, sospiża għal tliet snin, u li minnufih jiġi deportat lura lejn l-Italja.
Sirjan ta’ 43 sena, residenti fiċĊentru Miftuħ ta’ Ħal Far, ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal sentejn, wara li ammetta li pprova jaħrab minn Malta permezz ta’ passaport falz. Hu kien se jaħrab flimkien ma’ martu u ttliet uliedu. Nouri Mahmoud Said ammetta
li wettaq tibdil f’dokumenti Franċiżi u li ffalsifikahom. L-Ispettur Darren Buhagiar, Uffiċjal Prinċipali talImmigrazzjoni, qal li fl-24 ta’ Settembru li għadda, għall-ħabta tas-6 a.m. il-familja Said marret it-terminal biex tipprova tmur Pozzallo bil-katamaran.
Kif marru maċ-check-in, luffiċjali tal-Port bdew jitħassbu, u l-familja, kif indunat, ħarbet mill-post. Huma ma rritornawx fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far, iżda nqabdu mill-Pulizija u tressqu l-Qorti. L-iskop tagħhom kien li eventwalment jispiċċaw fin-naħa ta’ fuq lejn l-Italja.
...u ieħor ipprova jaħrab bil-familja lejn Pozzallo
Ma tinstabx ħatja Għawdxija ta’ 42 sena ma nstabitx ħatja li ppruvat tikkorrompi żewġ ħaddiema tasservizzi soċjali waqt kawża ta’ separazzjoni fl-aħħar tas-sena 2010. Maria Georgette Spiteri Gambin, mill-Għasri, ma nstabitx ħatja fil-Qorti ta’ Għawdex, li f’okkażjonijiet differenti ppruvat tikkorrompi lis-‘social worker’ Stephanie Muscat. Muscat, u ‘social worker’ ieħor, kienu ġew appuntati mill-Qorti biex jiżguraw li rraġel ta’ Spiteri Gambin, Michael Gambin, ikollu aċċess
għat-tliet uliedhom. Is-‘social worker’ l-ieħor Peter Paul Portelli qal li ħu Spiteri Gambin, Eledon Spiteri, li hu Surġent tal-Pulizija, kien ċempillu biex jiltaqa’ miegħu u għaddielu ‘envelope’ li qal li kien mingħand oħtu, u li dan kien fih numru ta’ karti tal-€50. Min-naħa tagħha, Spiteri Gambin qalet li l-flus kienu għal fotokopji li Portelli kien għamel waqt diversi laqgħat. Il-Qorti qalet li lProsekuzzjoni, li tmexxiet millIspettur Frank Tabone, ma rnexxilhiex tipprova l-każ tagħha.
www.maltarightnow.com
6
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
L-UNIVERSITÀ TA’ MALTA
Inawgurat l-Istitut tax-Xjenzi tal-Ispazju u l-Astronomija Fil-jiem li għaddew fl-Awla Magna tal-Università l-Qadima fil-Belt kien inawgurat l-Istitut tax-Xjenzi tal-Ispazju u lAstronomija (ISSA) talUniversità ta’ Malta. Dan l-Istitut jirrifletti l-era tad-deheb talastronomija, li għaddejja minnha bħalissa d-dinja. Fiċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni saru diskorsi minn Chris Agius, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, lInnovazzjoni, iż-Żgħażagħ u lIsport; mill-Professur Emmanuel Singara, id-Deputat Dekan talFakultà tax-Xjenza; u millewwel Direttur tal-Istitut, Kristian Zarb Adami. Wara saret taħdita pubblika mill-Professur George Fitzgerald Smoot III, Astrophysicist magħruf li rebaħ il-Premju Nobel fil-Fiżika fl-2006. It-taħdita bit-tema “The Big Bang Theory”, ippreżentat ħarsa
lejn is-sitwazzjoni preżenti talkosmoloġija bbażata fuq osservazzjonijiet astronomiċi, u kienu diskussi l-misteri li għad iridu jkunu solvuti. Saret enfasi fuq il-bżonn li jkun hemm aktar studju dwar lunivers li jgħinna nistabbilixxu listorja fid-dettall. It-taħdita fetħet ukoll l-ewwel workshop ta’ ISSA, “Cosmos in the Med” li se jintemm fi Frar u jilħaq ilqofol tiegħu bil-festival annwali tax-xjenza, Science in the City, tas-sena d-dieħla. Smoot ukoll se jieħu sehem fil-festival. Il-workshop hu wieħed minn sensiela ta’ workshops li jsiru kull sena f’pajjiżi differenti madwar id-dinja. L-Istitut ISSA hu ffurmat minn membri mill-Fakultajiet taxXjenza, tal-Inġinerija u tal-ICT u għalhekk sar wieħed mill-korpi multidixxiplinarji fl-Università ta’ Malta.
LOKALI
It-timeline tal-Univers, mill-famuża Big Bang, 13.7-il biljun sena ilu, saż-żminijiet moderni tal-lum (Ritratt: L-Università ta’ Malta)
Il-membri tiegħu qed jaħdmu fuq ħafna proġetti b’kollaborazzjoni internazzjonali, filwaqt li qed jibnu infrastruttura interna għal firxa wiesgħa ta’ dixxiplini
Fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin dan l-aħħar kienet inawgurata Art Room li fiha beda jingħata tagħlim minn għalliem tal-arti. Dan isegwi l-ftuħ ta’ Music Room li fiha qed tiġi rrekordjata l-mużika. Għoxrin resident tal-Faċilità se jikkontribwixxu matul in-Notte Bianca li se ssir nhar is-Sibt li ġej 4 ta’ Ottubru fil-Belt Valletta, b’esibizzjoni ta’ xogħol li għamlu huma, li se tittella’ fil-foyer tal-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali. Din se tinkludi purtieri ddisinjati, meħjutin u armati mir-residenti nisa, u l-istands tagħhom, li saru mir-residenti rġiel. Se jkun hemm ukoll għall-wiri madwar 24 biċċa xogħol artistika, waqt li se jinbiegħ ħobż magħmul mill-priġunieri. Id-dħul kollu se jmur għall-Fondazzjoni RISE. (Ritratt: DOI)
bħalma huma l-kapaċitajiet tassupercomputing, strumenti elettromanjetiċi avvanzati għaddisinn ta’ antenni u fiżika teoretika ġdida.
Huma involuti b’mod qawwi f’diversi proġetti u konsorzja internazzjonali. L-Istitut qed joffri wkoll riċerka bbażata fuq kors Masters fl-Astroinformatics.
www.maltarightnow.com
LOKALI
It-tneħħija tas-sahra lill-pulizija tħalli effett f’Paceville Is-sitwazzjoni f’San Ġiljan qed tmur għall-agħar, b’sidien ta’ ħwienet, ħaddiema u sewwieqa tat-taxis li jaħdmu f’San Ġiljan u l-inħawi tal-madwar, jispjegaw li bħalissa hemm rebus. Anke n-nuqqas ta’ preżenza tal-pulizija fit-toroq qed jiggrava s-sitwazzjoni, b’rata dejjem tiżdied ta’ kriminalità u rapporti. Fil-fatt, fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, ir-rapporti li daħlu lill-pulizija żdiedu b’elf, għal madwar 6,000. Fid-dawl ta’ dan, u fid-dawl tal-istqarrija tal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit li ż-żieda tal-uffiċjali f’San Ġiljan mhix is-soluzzjoni, il-ġurnal In-Nazzjon ħa l-kummenti tal-Kelliem talOppożizzjoni għall-Intern u s-
Sigurtà Nazzjonali Jason Azzopardi. “Ma naqbilx li s-soluzzjoni mhix li ma tibgħatx iktar nies. Anke jekk nassumu, għas-saħħa tal-argument, li baqa’ l-istess ammont ta’ pulizija fid-distrett, dan il-Gvern mhux hekk għamel. Anzi, għamel bil-kontra, u naqqas il-pulizija,” sostna Jason Azzopardi. Mistoqsi dwar ġlieda kbira li seħħet f’San Ġiljan nhar is-Sibt 21 ta’ Settembru fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, meta allegatament bouncers barranin sawtu numru ta’ Maltin, Jason Azzopardi rrefera għan-nuqqas ta’ sahra lilluffiċjali f’San Ġiljan. Id-deputat Nazzjonalista fakkar li twaqqfet is-sahra talpulizija f’San Ġiljan. “Kull nhar ta’ Erbgħa, il-Ġimgħa, is-
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi ma jaqbilx li s-soluzzjoni mhix li jintbagħtu aktar pulizija f’San Ġiljan
Sibt u l-Ħadd, kien ikun hemm bejn tmien pulizija u għaxra ordnati f’Paceville biss. Imma l-Erbgħa, il-Ġimgħa u l-Ħadd tal-ġimgħa li fiha ġara dan l-
Kollezzjoni ta’ tifkiriet ta’ żmien il-gwerra Il-kollezzjoni esibita mill-NGO Enigma Foundation
Tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien wieħed memorabbli għaddilettanti tal-istorja u l-militar f’pajjiżna, hekk kif kollezzjoni marbuta ma’ battalji li ddominaw l-aħħar seklu, ġiet ippreżentata lill-pubbliku għall-ewwel darba, fil-bini ta’ Enigma Foundation, fil-limiti tal-Imqabba. Wara preżentazzjoni ta’ dawn it-tifkiriet, b’aċċenn fuq l-oriġini tagħhom u r-rakkont ta’ episodji storiċi marbuta mal-użu tagħhom, Battlefront Living
History Group reġa’ ta l-ħajja lil uħud mill-episodji li sawru listorja kif nafuha llum. Dawn l-oġġetti storiċi nġiebu f’Malta minn U-Group (Malta) Ltd, u eventwalment għaddew taħt ir-responsabbiltà talFondazzjoni Enigma, NGO li għandha l-għan li tifforma alleanza strateġika ma’ kollezzjonisti privati oħra biex eventwalment jitwaqqaf mużew uniku tat-teknoloġija militari u navali. Appoġġ għal dan il-proġett qed
7
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
jingħata wkoll mill-AMACS, assoċjazzjoni Maltija tal-kollezzjonisti tal-armi. Dan huwa wkoll pass importanti biex eventwalment jinfetaħ mużew militari f’Malta, fejn dawn il-kollezzjonijiet ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku ġenerali, għal skopijiet edukattivi u xjentifiċi. It-tnedija ta’ din il-kollezzjoni attirat ukoll l-interess ta’ Ian Young, l-editur tal-ġurnal ‘Military Machines International’.
inċident ma kienx hemm, waqt li s-Sibt kien hemm erba’ pulizija biss, li kellhom jibqgħu ġewwa biex imexxu l-għassa bil-konsegwenza li f’Paceville
kien hemm ‘free for all’.” “Lanqas kellhom għand min imorru jagħmlu r-rapport. Ara f’liema stat wasalna,” enfasizza Jason Azzopardi.
Nhar it-Tnejn filgħodu, f’kummenti lill-ġurnalisti, il-Ministru responsabbli mit-Trasport Joe Mizzi qal li ma jafx eżatt meta se jibda s-servizz tat-trasport pubbliku mħaddem mill-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon. Qal ukoll li hu sodisfatt bilmod kif għaddejjin it-taħditiet, u fil-jiem li ġejjin se jagħti aktar dettalji. Iżda jidher li għall-Ministru Mizzi, il-frażi “fil-jiem li ġejjin” kienet tfisser filgħaxija tal-istess jum, jiġifieri nhar it-Tnejn stess. Għax fuq programm fuq listazzjon nazzjonali, ftit sigħat wara li qal li għadu ma jafx meta l-Autobuses de Leon se tibda tmexxi t-trasport pubbliku f’pajjiżna, Joe Mizzi ddikjara li sservizz imħaddem mill-kumpanija Spanjola se jibda f’Jannar.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li l-Ministru Mizzi indirizza lbieraħ filgħodu dwar proġett li qed isir quddiem il-Knisja f’Tal-Pietà, staqsejnieh liema hi l-verżjoni t-tajba minn dawn. Jiġifieri jekk it-taħditiet għadhomx għaddejjin, inkella jekk hux diġà huwa deċiż li sservizz il-ġdid se jibda f’Jannar. Il-Ministru Joe Mizzi wieġeb billi kkonferma dak li qal it-Tnejn filgħaxija fuq ilPBS. Sadanittant, nhar it-Tnejn ukoll, il-Ministru Joe Mizzi ma tax garanzija li l-prezz tal-biljetti tat-trasport pubbliku mhux se jiżdied. Lanqas ma ried jgħid x’se jkun l-ammont ta’ sussidju li se tkun qed tingħata l-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon.
Filgħodu jgħid mod... filgħaxija mod ieħor
www.maltarightnow.com
8
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
Gvern li qed jidħak bik!
Jien dejjem emmint li biex persuna tkun fil-politika, l-ewwel u qabel kollox trid tfittex li tkun viċin il-poplu dejjem u kullimkien. Il-kostitwent għandek tkun viċin tiegħu kemm qabel kif ukoll l-għada ta’ elezzjoni u jkun żball jekk xi ħadd jabbuża minn dan billi jwarrab jew jinjora lillvotant wara li tkun saret elezzjoni. Sfortunatament dan hu lmod ta’ kif qed jimxi dan ilGvern ma’ ċerti sezzjonijiet ta’ nies fis-soċjeta’. Il-Partit
Laburista ta’ Joseph Muscat lewwel tkarrab għall-vot mingħand dawn in-nies, wiegħed kollox u kif mixtieq biex jirbaħ is-simpatija u l-fiduċja ta’ dawn in-nies u issa qed jinjora dak li hu kien jgħid u jitkellem dwaru qabel l-elezzjoni ġenerali. Mhux se nidħol fid-dettall ta’ min huma dawn is-sezzjonijiet ta’ nies u gruppi fis-soċjeta’ tagħna iżda ninsab konvint li dawn jafu min huma. Hu inaċċettabbli li jkollok Gvern diżonest u irre-
David Casa
david.casa@europarl.europa.eu
sponsabbli li l-ewwel iwiegħed mod imbagħad jagħmel mod ieħor. Jien bqajt niltaqa’ mannies u ndur id-djar anke wara lelezzjoni tal-Parlament Ewropew għaliex nemmen li l-kuntatt mannies għandu jkun dejjem u kullimkien. Uħud minn dawn innies qed jitkellmu dwar is-sentiment li dan il-Gvern mhux qed imexxi bil-mod ta’ kif kien wiegħed. Ma teżisti ebda trasparenza u meritokrazija kif kien imwiegħed. Taħt dan ilGvern tavvanza biss jekk tkun Laburist u/jew jekk tkun lest li toqgħod għal dak li jgħidlek dan il-Gvern. Taħt dan il-Gvern qed tispiċċa ftit ftit dak li missirijietna tant tħabtu għalih – iddemokrazija. Bl-ebda mod ma jien qed nesaġera iżda qed
OPINJONI
Ejjew inkunu front wieħed biex ma nħallux lill-Gvern jgħaddi minn fuqna daqslikieku ma kien xejn nitkellem fuq fatti u sitwazzjonijiet reali li qed iseħħu tassew. Preżentament jeżistu nies li anke jekk huma kapaċissimi fixxogħol tagħhom twarrbu jew kienu sfurzati li jwarbu bil-pulit biex jagħmlu spazju għal nies anqas kompetenti minnhom iżda li huma tal-qalba. Dan hu dak li tieħu meta xi ħadd prużuntuż ikun lest li jagħmel kollox biex jirbaħ il-voti ta’ kulħadd. Mhux ta’ b’xejn Joseph Muscat rebaħ b’maġġoranza daqstant kbira għaliex tkellem u wiegħed dak li n-nies riedu jisimgħu iżda wara injora u warrab għalkollox dak li kien tkellem dwaru. Muscat daħak bik u qed jerġa’ jidħak bik! Muscat u l-partit tiegħu filGvern huma irresponsabbli għaliex mhumiex qed imexxu blistess mod ta’ kif tkellmu qabel lelezzjoni. Mhumiex qed imexxu bl-istess mod ta’ kif qalu li se jmexxu meta kienu fl-oppożizzjoni. Lil Muscat ma tistax tafdah u min fdah bil-vot tiegħu llum beda jifhem li dan mhuwiex
l-istess persuna ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali. Il-poplu jixraqlu aħjar! Għalhekk nifhem għaliex hemm min qed jaqta’ qalbu millpolitiċi u mill-politika f’pajjiżna għax ikollok sitwazzjoni fejn partit bħall-Partit Laburista jitla’ fil-Gvern b’għajta ta’ bidla iżda effettivament ma jbiddel xejn kif mixtieq anzi jagħmel kollox ilkontra ta’ dak li tkellem dwaru qabel l-elezzjoni. Il-poplu għandu jifhem li ħadd ma jista’ jidħak bih u meta dan iseħħ il-poplu għandu jsemma’ leħnu b’kull mod possibbli. Ilpoplu ma jistax jibqa’ kwiet quddiem l-oxxenitajiet li qed iseħħu f’pajjiżna. L-Oppożizzjoni qed tesponi l-ħażin u l-abbużi li qed isiru iżda jeħtieġ li jkollna lappoġġ tagħkom biex inkomplu nagħmlu dan. Ejjew inkunu front wieħed biex ma nħallux lillGvern jgħaddi minn fuqna daqslikieku ma kien xejn. Ejjew inżommu lill-Gvern konxju li jrid iwettaq dak li wiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet!
www.maltarightnow.com
9
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
L-appoġġ tal-Partit Popolari għal Karmenu Vella kruċjali
Is-smigħ tal-Kummissarju Ewropew prospettiv Karmenu Vella sar u l-kummenti dwaru kienu jvarjaw minn kundanna tal-ambjentalisti Ewropej u Maltin għal appoġġ fietel mis-Soċjalisti. Madankollu, Karmenu Vella se jkun approvat għax għandu lappoġġ kruċjali tal-Partit Popolari Ewropew, li fih hemm il-Partit Nazzjonalista. M’emmnu ħadd Ir-reazzjoni tagħna l-Maltin u anke tal-ġurnalisti Maltin għal dak li qal Karmenu Vella waqt is-smigħ hi kkulurita minn dak li għamel tul il-karriera tiegħu ta’ 40 sena fil-politika Maltija li issa se tintemm. M’għenitu xejn id-dikjarazzjoni tiegħu li vvota favur is-sħubija fl-UE għax m’emmnu ħadd. Imma dak li jiswa l-aktar hu r-reazzjoni tal-Ewroparlamentari u tal-gruppi politiċi Ewropej li kkummentaw waqt u wara s-smigħ.
Kundanna qawwija mill-ambjentalisti Il-Grupp tal-Ħodor u l-ambjentalisti taw kundanna qawwija u ripetuta lil Karmenu Vella u kkummentaw li ma jafx x’laqtu, ma weġibx, ma jafx x’jgħidu liġijiet Ewropej tal-ambjent, diżappuntanti, evażiv, ma jafx fuqiex kien qed jitkellem u kkonkludew li għandu jeħel. Anke Arnold Cassola, Malti, ma qagħadx lura milli jgħid li Karmenu Vella kien f’diffikultà u Carmel Cacopardo kkummenta li ħassu imbarazzat flok Vella. Tkaxkar Kummentaturi indipendenti ma kinux wisq differenti u qalu li Vella ma kienx ippreparat tajjeb, ma kkonvinċiex, deher onest imma kien dgħajjef f’ħafna risposti bi klixejiet ripetuti u Ingliż ħażin, ta risposti vagi, qatt ma semma lil Malta b’isimha u li Kummissarji oħra fil-passat marru ħafna aħjar. Grupp ta’ ħsieb indipendenti li jagħti marka fuq kull smigħ, ta 55 fil-mija lil Karmenu Vella, jiġifieri għadda jitkaxkar għax il-verità hi li lparoli li aktarx jimpressjona f’Malta ma jaqtax figura fl-Ewropa.
Anke s-Soċjalisti b’reazzjoni fietla Min-naħa tas-Soċjalisti, li hu l-aktar grupp li suppost jappoġġja lil Vella, ir-reazzjoni ġabarha fi ftit kliem Richard Corbett, MEP Laburista Ingliż, li kkummenta li Karmenu Vella ma kkonvinċiex imma lanqas ma għamel żbalji kbar, ħlief meta qal li dam jistudja dwar l-esperimenti fuq l-annimali ġimagħtejn imma xorta m’għandux opinjoni. Is-Soċjalisti qalu li jipprometti - il-mod diplomatiku kif jgħidu li se jistennew u jaraw.
Se jgħaddi għax għandu l-appoġġ tal-PPE u tal-PN Is-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew tellgħu biss kwart tassiġġijiet. Karmenu Vella se jgħaddi għax għandu l-appoġġ talPartit Popolari Ewropew, l-akbar partit fil-Parlament Ewropew, ilpartit li fih hemm ukoll il-Partit Nazzjonalista. It-tliet MEPs Nazzjonalisti diġà qalu li mhux biss se jivvutaw għal Karmenu Vella imma wkoll ħadmu biex inaqqsu d-dubji li ħafna MEPs għandhom dwaru. Hu b’dan l-appoġġ kruċjali tal-Partit Popolari Ewropew u tal-Partit Nazzjonalista li Karmenu Vella se jgħaddi minkejja r-reazzjonijiet negattivi u fietla għas-smigħ tiegħu.
Karozza tal-linja oħra tqattar!
Fl-aħħar ġimgħat u xhur, smajna ħafna dwar it-trasport pubbliku u l-praspar li kienu involuti fihom diversi xufiera tal-karozzi tal-linja. Ħafna drabi ma jkunx tort tagħhom.
Issa, dawn l-imsejkna qed ikollhom jivvintaw ukoll metodi differenti biex jipproteġu lin-nies mill-ilma jqattar kontinwament mill-ajra kundizzjonata fi wħud mill-vetturi tal-linja li qed jaħdem bihom il-Gvern. Dan ir-ritratt, li hu wieħed minn diversi ritratti li rċivejna, juri karozza tal-linja f’Raħal Ġdid li fiha twaħħlet bit-tape borża tal-karti, bħal dawk li jintużaw għall-pastizzi, biex in-nies ma jpoġġux fl-ewwel siġġijiet. Xufiera li tkellmu magħna
25 sena ilu f’il-Mument
qalulna li qed jaqtgħu qalbhom li tittieħed azzjoni dwar dan, għaliex qed jispiċċaw jirrappurtaw iktar minn darba u jistennew fit-tul biex it-tekniċi jiċċekkjaw u jsolvu l-problema. L-ittri f’din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.co m.mt jew fl-indirizz ta’ Media.Link Communications li jidher aktar ’l isfel fil-paġna
Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami temm żjara uffiċjali fi New York, fejn fil-jiem ta’ qabel indirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Wara laqgħa mal-President Amerikan George Bush, il-PM Malti, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari Joe Fenech, indirizza business breakfast dwar il-ħidma tal-Awtorità Maltija dwar in-Negozju Internazzjonali (MIBA) u qal li hu fiduċjuż li s-settur tan-negozju offshore f’Malta se jkun suċċess. Qabel New York, Fenech Adami ltaqa’ wkoll mal-emigranti Maltin u Għawdxin fi New York. Ċifri pubblikati mill-Bank Ċentrali wrew li flewwel sitt xhur tas-sena 1989, l-esportazzjoni minn Malta kienet żdiedet b’21%, riżultat, laktar, ta’ żieda qawwija fl-esportazzjoni ta’ komponenti elettroniċi. Tħabbar ukoll li l-ġimgħa ta’ wara, kienet se tiġi inawgurata s-sala l-ġdida tal-konferenzi f’Dar il-Mediterran. Sala li prattikament kellha tinbena mill-ġdid wara n-nirien li qerduha, sentejn qabel.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
10
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
OPINJONI
LIL HINN MINN XTUTNA
Il-Bulgarija: Il-protesta se twassal għall-instabbiltà?
Nhar il-Ħadd li ġej il-Bulgari se jkollhom jerġgħu jmorru jivvutaw f’elezzjoni wara sena u erba’ xhur biss mill-aħħar elezzjoni li kienet saret f’Mejju tal2013. Dakinhar il-koalizzjoni ċentru-xellugija mmexxija millPartit Soċjalista Bulgaru (BSP) kienet kisbet biss nofs is-siġġijiet fil-parlament, u allura deher ċar mill-ewwel li l-gvern ma kienx se “jsaddad” wisq. Dan ġie kkonfermat fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew f’Mejju li għadda meta s-Soċjalisti kisbu biss 18.94% tal-voti, tnaqqis ta’ kważi 7.5% mill-voti li kien kiseb sena qabel biss (26.6%). Ta’ min ifakkar li dakinhar kien il-Partit taċĊittadini għall-Iżvilupp Ewropew tal-Bulgarija (GERB, li hu msieħeb, bħall-PN, fil-Partit Popolari Ewropew) li kiseb liktar voti: 30.5%, iżda ma kienx irenxxielu jerġa’ jifforma gvern ta’ koalizzjoni. Għalhekk, wara l-elezzjonijiet Ewropej, il-GERB flimkien malpartiti l-oħra fl-Oppożizzjoni insistew għall-elezzjoni bikrija, u ftit wara anki l-mexxej tal-Parit għad-Drittijiet u Libertajiet (DPS), li kien f’koalizzjoni filgvern tas-Soċjalisti, kien ħeġġeġ biex il-gvern jirriżenja. Din ir-riżenja waslet f’Lulju li għadda, u minħabba li l-ebda partit ma aċċetta li jipprova jifforma gvern, il-parlament xolja u ssejħet elezzjoni appuntu għal nhar il-Ħadd li ġej.
14-il xahar biss Il-gvern immexxi mis-Soċjalisti għal 14-il xahar mhux biss ma wettaqx ir-riformi li kien wiegħed qabel l-elezzjoni, imma anki kissirhom: mill-ewwel waqqaf ilproċess ta’ deċentralizzazzjoni f’dan l-iktar pajjiż fqir fl-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk ħatar direttur ġenerali ġdid għal kontra l-kriminalità fl-Aġenzija tasSigurtà Nazzjonali, bil-voti biss tal-Parlament, mingħajr ir-rakkomandazzjoni tal-President tarRepubblika, kif dejjem sar, u bidel ir-regolamenti tal-parlament biex issa deputat jista’ jitlaq grupp u jingħaqad ma’ ieħor. Iżda l-aktar bidla importanti li wettqu kienet il-ħatra xahar wara li telgħu fil-gvern ta’ Deylan Peevski – sid tal-grupp tal-media “Bulgarija Ġdida”, u deputat kontroversjali tad-DPS – bħala kap tal-Aġenzija Nazzjonali tasSigurtà fl-imgħoddi kien mixli wkoll b’korruzzjoni.
Student b’maskra tal-Prim Ministru Soċjalista Plamen Oresharski jiġbed studenta oħra marbuta bil-ktajjen u mkebbsa fil-bandiera Bulgara tirrappreżenta lill-Bulgarja mxekkla mill-oligarkija Bulgara, waqt waħda mill-ħafna dimostrazzjonijiet li saru f’Sofia kontra l-gvern, u li wasslu biex dan kellu jirriżenja wara inqas minn sena u nofs
Joe Calleja
jocal@me.com Dik il-ħatra wasslet għal ħafna dimostrazzjonijiet bi kritika lejn il-gvern kontrollat mill-oligarkija, ċjoè neguzjanti sinjuri ħafna li jkollhom influwenza kbira fuq ilpolitiċi. Dawn id-dimostrazzjonijiet kienu appoġġjati wkoll minn Georgui Biznashki, li kien tkeċċa mill-Partit Soċjalista (u bħalissa huwa Prim Ministru temporanju). Din kompliet dgħajfet il-fiduċja diġà debboli filgvern il-ġdid. Id-deċiżjoni flaħħar ġiet irtirata. Il-gvern Soċjalista kien reġa’ beda l-bini tal-pipeline tal-gass finanzjat mir-Russi, is-South Stream, li kompla kabbar iddipendenza tal-pajjiż fuq Moska. Brussel li hija kontra dan ilproġett, bdiet tinvestiga l-legalità tiegħu, u fetħet kawża fuq ksur tar-regolamenti tal-U.E. dwar lenerġija, li wasslet biex ilBulgarija kellha twaqqaf ilproġett.
Ir-riformi li wiegħdu sSoċjalisti fl-elezzjoni ma twettqux minħabba nuqqas ta’ qbil dwarhom anki fi ħdan l-istess BSP, bil-GERB u partit żgħir estremista, “Ataka”, li kien qed jappoġġjah minn barra, kienu jibbojkottjaw diversi laqgħat talparlament, sakemm fl-aħħar ilgvern kellu jwarrab. Qabel irriżenja, il-Bulgarija kellha taffronta kriżi bankarja wara li fallew żewġ banek ewlenin li wasslet biex il-pajjiż taħt it-tmexxija temporanja ta’ Biznashk, sar l-ewwel wieħed barra z-zona ewro li ngħaqad fisSingle Surveillance Mechanism (SSM) tl-UE, biex b’hekk ilBank Ċentrali Ewropew ikun jista’ jikkontrolla dak Bulgaru. Refuġjati Sirjani Il-Bulgarija kellha taffronta wkoll il-problema tal-ħafna refuġjati Sirjani li bdew deħlin mit-Turkija u li ma tiflaħx għalihom. Dan wassal biex il-gvern bena lqugħ tal-barbed wire tul il-fruntiera mat-Turkija biex iwaqqaf il-wasla ta’ aktar refuġjati. Il-kriżi ġenerali fil-Bulgarija hija tant kbira li ftit jemmnu li l-elezzjoni se tirriżulta f’maġġoranza jew li twassal għal alternattiva kredibbli. Ħafna Bulgari jinsabu diżillużi bil-biċċa l-kbira tal-politikanti. Filwaqt li fl-elezzjoni tassena l-oħra kienu marru jivvutaw 51.33% biss, f’dik
Ir-riformi li wiegħdu s-Soċjalisti fl-elezzjoni ma twettqux minħabba nuqqas ta’ qbil dwarhom anki fi ħdan l-istess BSP, bl-Oppożizzjoni jibbojkottjaw diversi laqgħat tal-parlament
għall-Parlament Ewropew dawn niżlu għal 35.84%. Dan qed iwassal xjenzjati politiċi jistaqsu jekk wara sena ta’ protesti jistgħux dawn iwasslu wkoll għall-vot ta’ protesta. L-aġenzija tas-sondaġġi Alpha Research iddeskriviet ilkampanja elettorali preżenti bħala waħda ta’ diqa u nieqsa minn kull entużjażmu. Diversi kienu dawk li sostnew li l-partiti l-kbar qegħdin apposta jagħmlu dan biex jevitaw xi mewġa potenzjali ta’ protesta. Imma l-vot ta’ protesta jibqa’ enigma li jista’ jħarbat ilkalkoli tal-partiti l-kbar …u talaġenzija ta’ stħarriġ tal-opinjoni pubblika. Dawn mhux jeskludu li jista’ jkun hemm inqas li jmorru jivvutaw mill-elezzjoni wkoll bikrija tas-sena l-oħra. Huwa fatt magħruf li l-astensjoni tiffavorixxi lill-partiti li jkollhom bażi soda ta’ partitarji li kapaċi jimmobilizzawhom biex imorru jivvutaw.
Maġġoranza assoluta? Skond stħarriġ ta’ Gallup International u tal-Exacta Research Group li ħarġu lġimgħa l-oħra l-GERB jista’ jikseb sa 36%, li jfisser maġġoranza assoluta b’ċans li jkun jista’ jiggverna waħdu, kontra s-17.6% biss li mistennija jiksbu s-Soċjalisti. Il-mexxej tal-GERB Bojko Borissov ilu jirrepeti li mhux lest jiggverna koalizzjoni li ma jkollhiex maġġoranza assoluta, filwaqt li Tsvetan Tsevetanov li mexxa l-kampanja tal-partit, u eksministru, ddikjara li lest għad-djalogu ma’ partiti oħra taċ-ċentru-lemin sabiex jikseb kunsens dwar prijoritajiet nazzjonali. Borissov qed iwissi li “jekk ma jkunx hemm gvern sod, ilBulgarija togħdos fl-instabbiltà, u n-nies jibdew imutu bilġuħ.” Bejn il-Ħadd billejl u t-Tnejn filgħodu kmieni nkunu nafu lBulgari emmnux din it-twissija.
www.maltarightnow.com
11
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Reżistenza lill-IS barra Bagdad L-IRAQ – IS-SIRJA
L-aħħar indikazzjonijiet millIraq kienu li l-qawwiet tal-art Iraqin, bl-għajnuna tal-ajruplani tal-gwerra, irnexxielhom jirreżistu lit-terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (IS) li kienu qed javvanzaw fuq il-belt kapitali ta’ Bagdad. Is-sorsi fir-reġjun qalu li saret difiża effettiva kontra l-IS filbelt strateġika ta’ Amariya alFalluja, li tinsab qrib Bagdad, iżda waqt li l-madwar kien relattivament kalm, ilbieraħ, din issitwazzjoni setgħet tinbidel minn ħin għal ieħor. Il-koalizzjoni ta’ pajjiżi anti-IS taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti kompliet bl-attakki mill-ajru fuq it-terroristi fl-Iraq u fis-Sirja. Lajruplani tal-gwerra Amerikani
attakkaw ukoll diversi pożizzjonijiet tal-IS fil-provinċja Iraqija ta’ Anbar. Fit-Turkija, imbagħad, numru ta’ tankijiet tal-gwerra baqgħu jħarsu l-inħawi ta’ għolja malfruntiera qrib il-belt Sirjana ta’ Kobane, u wara li niżlu diversi balal fl-artijiet Torok waqt il-battalji bejn it-terroristi tal-IS u ġellieda Kurdi. L-aħħar rapporti rreferew għal aktar ġlied qalil maż-żewġ naħat ta’ aċċess importanti mal-fruntiera bejn l-Iraq u s-Sirja, fejn ilqawwiet Kurdi qed jiġġieldu kontra l-IS. Intant, qed jingħad li t-truppi Kurdi sofrew telf ta’ ħajja sostanzjali waqt offensiva fuq il-belt ta‘ Rabia u meta tal-IS kienu qed jippruvaw jitfgħu lura
lill-qawwiet Kurdi Sirjani fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera. Fi żviluppi oħra, il-Papa Franġisku, li esprima diġà lallarm tiegħu dwar it-terroristi tal-IS u s-sitwazzjoni talKristjani fil-Lvant Nofsani, għandu jlaqqa’ lir-rappreżentanti tiegħu fir-reġjun għal djalogu rari li fih se jiddiskutu reazzjoni xierqa għall-kriżi. Il-laqgħa, li tibda għada u tkompli sa nhar is-Sibt, se tinkludi lill-Ambaxxaturi tas-Santa Sede għall-Ġordan, l-Iraq, lIran, il-Libanu, is-Sirja, itTurkija, Iżrael u l-Palestinjani. Se jattendu wkoll ir-rappreżentanti tal-Vatikan għanNazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea.
Il-Gvern ta’ Malta rreaġixxa għall-kontenut ta’ dokument li deher nhar il-Ħadd fil-gazzetta The Malta Independent fejn, fi stqarrija għall-istampa, ċaħad li Malta ngħaqdet ma’ koalizzjoni li qed tmexxi l-Istati Uniti kontra l-grupp Stat Iżlamiku (IS). Intant, il-Gvern Malti sostna, f’din l-istqarrija, li Malta tir-
rikonoxxi li l-IS hu theddida mhux biss għall-Iraq, is-Sirja u lkumplament tal-Lvant Nofsani, iżda hu wkoll ta’ periklu għallIstati Uniti u l-Ewropa kollha. L-istqarrija ħarġet jumejn wara li The Malta Independent ippubblikat dokument tadDipartiment tal-Istat Amerikan (li kien ippubblikat fid-19 ta’
Settembru) li jindika li Malta kienet fost il-pajjiżi li ffirmaw mal-koalizzjoni tal-istati kontra l-grupp IS. Jidher ukoll, issa, li l-istess dokument tad-Dipartiment talIstat Amerikan ma jinkludix aktar isem Malta fost il-pajjiżi li qed jikkostitwixxu din il-koalizzjoni partikulari.
Il-ġurnalist Britanniku, John Cantlie, li qed jinżamm ostaġġ mit-terroristi tal-grupp Stat
Iżlamiku (IS), reġa’ deher fuq filmat, it-tielet wieħed, u din id-darba, qed iwassal messaġġ ippreparat bi tweġiba għaddiskors li għamel il-President Amerikan, Barack Obama, waqt l-anniversarju tal-attakki storiċi tal-2001 kontra l-Istati Uniti. Il-messaġġ inkwistjoni jipprova jirredikola l-istrateġija militari tal-Istati Uniti li qed tuża l-ajruplani tal-gwerra u lqawwiet tal-art ta’ pajjiżi alleati biex tegħleb lill-IS, li fl-aħħar xhur ħataf u okkupa z-zoni fl-Iraq u s-Sirja.
F’dan il-filmat, Cantlie jidher bilqiegħda quddiem skrivanija u bi sfond iswed warajh – li hu l-istess stil ta’ preżentazzjoni li spikka waqt iż-żewġ filmati preċedenti. Intant, il-messaġġ jintemm bil-messaġġ ta’ Cantlie li jgħid li l-IS ‘hu ħerqan li jiltaqa’ mal-Armata talPresident Obama li għadha fi stadju ta’ kostruzzjoni’. Filwaqt li l-aħħar filmat ma fih l-ebda sinjal ta’ vjolenza, John Cantlie kien għamilha ċara, fl-ewwel fost it-tliet filmati tiegħu, li hu kien qed
jitkellem bħala priġunier u li ħajtu tinsab fil-periklu. Dan il-ġurnalist, li hu wkoll fotografu ta’ esperjenza, kien inħataf meta hu rritorna lejn is-Sirja, fl-2012. Sadanittant, hu qed jindika li se jkun hemm aktar messaġġi aktar ’il quddiem wara li l-IS, fl-aħħar ġimgħat iċċirkola l-filmati online li juru l-qtil ta’ tliet ostaġġi tal-Punent – f ’dan il-każ, il-ġurnalisti Amerikani James Foley u Steven Sotloff u l-ħaddiem tal-għajnuna Britanniku, David Haines.
Federali u tal-Istat, ikkonċentrat fuq is-subborgi ta’ Seabrook, Kealba, Meadow Heights, Broadmeadows u Flemington. Kelliema għall-Pulizija sostnew li r-raids inkwistjoni ma sarux bħala reazzjoni għal xi theddida kontra s-sigurtà pubblika. Hu mifhum ukoll li l-azzjonijiet lanqas kienu relatati mal-
inċident tal-ġimgħa l-oħra meta Numan Haider, ġuvni ta’ 18-il sena, spiċċa maqtul b’tiri wara li hu kien darab lil żewġ pulizija barra għassa, fl-inħawi ta’ Melbourne. Il-Prim Ministru Awstraljan, Tony Abbott, qal li l-aggressività ta’ Haider kienet ispirata millgrupp terroristiku Stat Iżlamiku
(IS) li żviluppa kalifat fl-artijiet tal-Iraq u s-Sirja. Ġimagħtejn ilu, il-pulizija kienu arrestaw sittax-il persuna waqt raids fil-belt ta’ Sydney u huma akkużaw raġel partikulari dwar sehem f’kumplott ma’ Kap tal-IS li kellu jinvolvi l-qtil u ttbiċċir ta’ persuni innoċenti f’postijiet pubbliċi tal-Awstralja.
Reazzjoni mill-Gvern Malti
Filmat ieħor tal-ostaġġ Cantlie
John Cantlie (ritratt: EPA)
Raġel anzjan jimxi quddiem tankijiet tal-gwerra Torok li qed iħarsu lfruntiera ta’ pajjiżhom mas-Sirja. Dan waqt li l-koalizzjoni ta’ pajjiżi taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti kompliet bl-attakki tal-ajru fuq il-miri tal-grupp IS, fis-Sirja u l-Iraq (ritratt: EPA)
Azzjonijiet fid-dell tat-terroriżmu L-AWSTRALJA
Pulizija għal kontra t-terroriżmu wettqu numru ta’ raids fiddjar tas-subborgi ta’ Melbourne. L-azzjonijiet seħħew fl-istess inħawi fejn, il-ġimgħa l-oħra, kien inqatel raġel suspettat bħala terrorista. Il-pulizija ma kkonfermatx rapporti dwar xi arresti. Intant, l-azzjoni konġunta, li kienet tinvolvi lill-Pulizija
www.maltarightnow.com
12
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Artist Indjan jipprepara mudell tal-ispirtu malinn Re Ravana għall-festival Dushera li jmiss f’Jammu, il-kapitali tax-xitwa ta’ Kashmir fl-Indja (Ritratt: EPA)
Iħossuhom aktar ħielsa mill-periklu IS-SOMALJA
Residenti tal-kapitali Somala, Mogadishu, qed iħossuhom aktar ħielsa mill-periklu u iżjed ottimisti milli kienu sena ilu. L-Istitut dwar l-Istudji Politiċi, li analizza tagħrif miġbur minn aktar minn 1,600 resident, qal li n-nies irrappurtaw tnaqqis fil-vjolenza. Madankollu, it-tħassib serju jibqa’, bħal attakki mill-grupp
Iżlamiku al-Shabab, u sfiduċja fisservizzi tas-sigurtà. Is-Somalja ilha mifnija mill-kunflitt għal aktar minn 20 sena. Eluf ta’ ċittadini Somali qed jirritornaw minn pajjiżi barranin sabiex jgħinu fil-bini mill-ġdid tal-pajjiż hekk kif is-sigurtà ssaħħet fl-aħħar snin. L-Unjoni Afrikana għandha madwar 22,000 suldat jiġġieldu
lill-militanti fis-Somalja. AlShabab ġie sfurzat ’il barra minn Mogadishu fl-2011 iżda għadu jwettaq attakki fil-belt u jikkontrolla ħafna miz-zoni rurali. Fi Frar, il-ġellieda ta’ Al-Shabab attakkaw Villa Somalia, kumpless kbir li jospita l-palazz presidenzjali u istituzzjonijiet oħrajn tal-gvern, fejn qatlu 11-il persuna.
L-Iran hu theddida akbar mill-Istat Iżlamiku IN-NAZZJONIJIET UNITI Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu avża li lIran mogħni b’qawwa nukleari, hu ta’ theddida akbar mill-militanti tal-Istat Iżlamiku. F’diskors li għamel finNazzjonijiet Uniti, Netanyahu qal li jekk wieħed jelimina lillIstat Iżlamiku u jinjora lillIran, ikun qed “jirbaħ il-battalja iżda jitlef il-gwerra”. Il-Prim Ministru Iżraeljan appella lill-pajjiżi tal-Punent biex ma jkunux ingannati mill“kariżma offensiva” tal-
President Iranjan Hassan Rouhani. It-taħditiet bejn l-Iran u lqawwiet dinjija dwar il-programm nukleari tiegħu ntemmew nhar il-Ġimgħa mingħajr ma ntlaħaq xi forma ta’ ftehim. Meta kien qed jitkellem flAssemblea Ġenerali tanNazzjonijiet Uniti, Benyamin Netanyahu qal li l-Iran, armat bl-armi nukleari, jista’ jkun “lakbar theddida għal kulħadd”. Il-Prim Ministru Iżraeljan ukoll akkuża lill-President
Iranjan talli qed jitkellem bi “dmugħ tal-kukkudrilli” meta saħaq kontra l-militanti talIstat Iżlamiku fl-Iraq u fisSirja. Netanyahu qal li lmexxej Iranjan kien qed joħloq “kampanja personali ta’ terrur”. L-Iżrael kien ilu javża lillpajjiżi tal-Punent kontra li jsiru konċessjonijiet mal-Iran fuq ilprogramm nukleari tiegħu u għadu jopponi rwol għall-Iran fl-isforz internazzjonali kontra l-Istat Iżlamiku.
www.maltarightnow.com
13
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
L-ebda ftehim bejn il-gruppi rivali fil-Parlament IL-LIBJA
In-Nazzjonijiet Uniti kellhom kummenti pożittivi dwar l-ewwel taħditiet li saru bejn ir-rappreżentanti tal-gruppi rivali filParlament Libjan u li kienu organizzati fil-belt ta’ Ghadames, li tinsab lejn il-Lbiċ ta’ Tripli u viċin il-fruntiera mal-Alġerija u t-Tuneżija. Rappreżentanti tal-Gvern minn Malta u r-Renju Unit kienu preżenti għal-laqgħa li saret bilmagħluq bħala parti minn inizjattiva biex jinħall id-diżgwid li ħalla lil-Libja b’żewġ gvernijiet rivali. Membri attwali tal-Kamra tarRappreżentanti ltaqgħu u ddiskutew il-kriżi ma’ deputati li, s’issa, ibbojkottjaw is-sessjonijiet tal-Parlament. Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-missjoni tanNU, Bernardino Leon, qal li lgruppi tad-deputati rivali kienu qablu biex jibdew proċess politiku u jindirizzaw il-kwistjonijiet kollha b’mod paċifiku. Hi wkoll sinifikanti s-sejħa għal waqfien mill-ġlied totali li ħarġet minn dawn it-taħditiet. L-aħħar xhur ta’ ġlied fil-Libja wasslu biex il-Parlament il-ġdid, li jgawdi l-għarfien tal-komunità internazzjonali, jiltaqa’ fil-belt ta’ Tobruk, li tinsab qrib il-fruntiera mal-Eġittu, bi gruppi ta’
milizzji differenti qed jikkontrollaw il-parti l-kbira tal-pajjiż. Madankollu, u minkejja li ma tħabbar l-ebda ftehim formali f’Ghadames, Bernardino Leon qal li d-djalogu inkwistjoni kien kostruttiv ħafna u għandu jkompli wara l-festa Musulmana ta’ Eid al-Adha li tibda nhar ilĠimgħa, fil-Libja. Il-Parlament Libjan kien elett f’Lulju iżda spiċċa mxekkel mill-ispinta ta’ vjolenza politika madwar il-pajjiż. Dan meta lLibja ilha mifnija b’nuqqas ta’ stabbiltà mindu kkrolla r-reġim tal-eksdittatur, Muammar Gaddafi, matul is-sajf tal-2011. Fl-istess ħin, gruppi ta’ milizzji (inklużi eksribelli li għenu biex iwaqqgħu lil Gaddafi) qed jiġġieldu bejniethom għall-poter. Intant, il-membri tal-milizzji li qed jikkontrollaw lil Tripli u bliet ewlenin oħra fil-Libja ma kinux preżenti għal-laqgħat f’Ghadames. Jaħsbu li mietu mijiet ta’ nies mindu f’Mejju, żbroffa l-ġlied qalil bejn qawwiet rivali – fosthom milizzji Iżlamiċi – fil-belt ta’ Bengażi. Il-ġlied infirex lejn bnadi oħra tal-pajjiż bir-riżultat li ħafna mil-Libja spiċċat barra lambitu tal-kontroll tal-Gvern elett.
Qed jitwarrbu l-orfni tal-Ebola IN-NAZZJONIJIET UNITI
Tal-anqas 3,700 tifel u tifla li din is-sena tilfu lill-ġenituri tagħhom (jew lil xi ħadd minnhom) kaġun tal-marda qalila tal-Ebola, qegħdin jissugraw li jispiċċaw injorati u mwarrbin. Dawn it-tfal huma residenti fil-Guinea, il-Liberja u Sierra Leone u l-organizzazzjoni għaddrittijiet tat-tfal – UNICEF – tan-Nazzjonijiet Uniti, insistiet dwar il-ħtieġa urġenti li jinstabu n-nies ħalli jieħdu ħsieb lillorfni. L-Organizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) qalet li iktar minn 3,000 persuna mietu minħabba lEbola fil-pajjiżi tal-Afrika t’Isfel u din kienet l-agħar epidemija mindu feġġet il-marda matul issnin sebgħin.
L-istatistika dwar l-ammont tal-orfni li l-ġenituri tagħhom mietu bl-Ebola ħarġet wara missjoni ta’ evalwazzjoni li mexxiet il-UNICEF u li damet ġimagħtejn. Il-missjoni kkonċentrat fuq il-Guinea, il-Liberja u Sierra Leone u sar magħruf li l-orfni inkwistjoni jinkludu tfal li m’għandhomx aktar minn tliet snin jew erbgħa. Numru ta’ tfal instabu abbandunati fl-isptarijiet fejn mitulhom il-ġenituri inkella fl-inħawi tal-komunitajiet tagħhom. Filwaqt li jista’ jkun hemm każi fejn dawn it-tfal abbandunati qed jingħataw x’jieklu millġirien, l-indikazzjonijiet kollha juru li kwalunkwe kuntatt ieħor ma’ dawn iċ-ċkejknin hu kważi ineżistenti.
Jinsistu b’deadline għal riformi demokratiċi
Suldati tal-Armata taċ-Ċina jgħassu l-barracks tagħhom f’Hong Kong waqt il-kampanja attwali ta’ diżubbidjenza ċivili (ritratt: EPA)
HONG KONG
Id-dimostranti favur iddemokrazija f’din l-ekskolonja Britannika taw ‘deadline’ sallum biex il-Gvern lokali jwieġeb għad-domandi tagħhom biex isiru r-riformi. Dan wara li ddimostranti, matul il-lejl tatTnejn u t-Tlieta, għalqu l-aċċessi mit-toroq f’eżerċizzju ta’ diżubbidjenza ċivili li m’għandha lebda preċedent. Stqarrija mill-moviment Occupy Central – l-akbar entità ta’ dimostranti li qed jinsistu għad-demokrazija f’Hong Kong – qalet li l-attivisti ffissaw lEwwel ta’ Ottubru (illum) bħala d-data biex Leung Chun-Ying, ilKap Eżekuttiv ta’ Hong Kong, jilqa’ d-domandi tagħhom għal demokrazija ġenwina u biex hu jirriżenja mit-tmexxija ta’ dan itterritorju semiawtonomu. Iżda Leung Chun-Ying ħeġġeġ biex id-dimostranti jieqfu immedjatament mill-kampanja, bi gruppi kbar ta’ nies ikomplu jipparalizzaw iz-zoni ta’ Hong Kong.
Intant, id-dimostranti komplew jinsistu biex il-Gvern Komunista taċ-Ċina jagħti vot ħieles fl-elezzjoni tal-Mexxej ġdid tat-territorju u bl-amministrazzjoni f’Beijing tkompli tiċħad din it-talba. Dan qed iseħħ ukoll meta r-rappreżentanti ta’ Occupy Central sejħu biex Leung Chun-Ying jiltaqa’ personalment mad-dimostranti matul il-lejl tal-bieraħ. Filwaqt li t-toroq ta’ Hong Kong baqgħu relattivament kwieti, ilbieraħ, kienu mistennija li jerġgħu jinġemgħu folol kbar matul il-lejl u sigħat qabel iċċelebrazzjoni, illum, tal-Jum Nazzjonali taċ-Ċina. Il-jum partikulari hu vaganza nazzjonali li timmarka t-twaqqif taċ-Ċina Komunista u t-tensjoni fl-inħawi mistennija tkompli, b’numru ta’ banek u skejjel madwar Hong Kong jibqgħu magħluqin. Min-naħa tiegħu, Leung Chun-Ying ma aċċettax iddomandi tad-dimostranti biex iwarrab minn Kap Eżekuttiv u
qal li jekk hu jispiċċa, il-Mexxej ġdid ta’ Hong Kong jintgħażel minn kumitat u mhux millvotanti – l-istess bħalma kien seħħ fl-2012. Fl-istess ħin, Leung appella biex id-dimostranti – li jinkludu studenti u attivisti rrabjati dwar l-aġir tal-pulizija waqt iddimostrazzjonijiet – jirtiraw bilkwiet lejn id-dar. Iċ-Ċina ddeċidiet, ix-xahar li għadda, li l-poplu ta’ Hong Kong jista’ jeleġġi l-Mexxej ġdid tiegħu, fl-2017, iżda l-għażla talkandidati se tkun ristretta għal tnejn jew tlieta li jridu jkunu approvati mill-maġġoranza talmembri ta’ Kumitat li jappoġġja lil Beijing u li jfisser li l-Gvern Komunista Ċiniż jista’, effettivament, iwettaq ‘screening’ talkandidati. Filwaqt li f’Hong Kong kellhom isiru aktar konsultazzjonijiet dwar id-deċiżjoni, uffiċjali ewlenin qalu li dawn spiċċaw posposti għal data aktar opportuna.
L-ekskolonja Britannika, fl1997, għaddiet lura liċ-Ċina taħt ftehim tal-1984 li jagħtiha livell għoli ta’ awtonomija tul perijodu ta‘ ħamsin sena. Il-ftehim dwar Hong Kong mhux effettiv għalloqsma tal-affarijiet barranin u li għandhom x’jaqsmu mad-difiża.
fil-liġijiet elettorali ta’ Hong Kong • Ġunju-Lulju tal-2014, Lattivisti favur id-demokrazija jorganizzaw rally kbir u referendum mhux uffiċjali dwar ir-riforma politika f’Hong Kong. Dan ikun segwit mill-protesti ta’ attivisti li jappoġġjaw lil Beijing • F’Awwissu li għadda, iċ-Ċina qalet li għandha tippermetti elezzjonijiet diretti għal Hong Kong
fl-2017, iżda l-votanti jistgħu jagħżlu biss minn lista ta’ kandidati approvati minn qabel. Dan iwassal għal protesti mill-gruppi tal-attivisti. • Fit-22 ta’ Settembru, il-gruppi tal-istudenti bdew bojkott ta’ ġimgħa li matulha ma attendewx għall-klassijiet bi protesta dwar kif għandha tiżvolġi l-elezzjoni tal-2017 għall-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong.
Żviluppi storiċi għal Hong Kong
• Fl-2004, iċ-Ċina tiddeċiedi li l-approvazzjoni tagħha tħoll u torbot għall-bidliet li jridu jsiru
www.maltarightnow.com
14
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Ajruplan Airbus A350 XWB jagħmel titjira bi prova mill-kwartieri tal-Airbus fi Blagnac, fin-Nofsinhar ta’ Franza. Dan l-ajruplan, li kapaċi jġorr bejn 276 u 369 passiġġier abbord, hu mistenni jtir b’mod uffiċjali aktar tard din is-sena (Ritratt: EPA)
Aktar minn 3,000 immigrant tilfu ħajjithom IL-MEDITERRAN
S’issa mietu aktar minn 3,000 immigrant irregolari waqt li ppruvaw jaqsmu l-Baħar Mediterran din is-sena, u dan ifisser aktar mid-doppju talimwiet li kien hemm fl-2011. L-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar il-Migrazzjoni (IOM) qalet li l-Ewropa hi laktar destinazzjoni perikoluża għall-immigranti irregolari, bi 3,072 jew 75 fil-mija tal-4,077 mewta reġistrata ta’ immigranti madwar id-dinja minn Jannar ta’ din is-sena. F’rapport, twil 216-il paġna intitolat ‘Vjaġġi fatali: imwiet ta’ immigranti fuq l-art u fuq il-
baħar’, l-IOM qalet li aktar minn 40,000 persuna tilfu ħajjithom mis-sena 2000 waqt li kienu qed jippruvaw jaqsmu l-Baħar Mediterran – 22,000 minnhom waqt li kienu qed jippruvaw jaslu fl-Ewropa. Fir-rapport tagħha, lIOM qed tissuġġerixxi li din irrata għolja “x’aktarx tirrifletti żieda drammatika fin-numru ta’ immigranti li ppruvaw jilħqu territorju Ewropew”. Ir-riżultati ta’ dan ir-rapport ħarġu ftit ġimgħat biss wara wieħed mill-agħar nawfraġji, meta dgħajsa mimlija bl-immigranti u li fuqha kien hemm xi 500 persuna, għerqet qrib Malta.
Sparaturi f’Donetsk L-UKRAJNA
Uffiċjali fil-Lvant tal-Ukrajna qalu li z-zona qrib l-ajruport ta’ Donetsk, ġiet ibbumbardjata mill-artillerija, fejn truppi Ukreni qed jirreżistu ribelli favur l-unjoni mar-Russja. Din l-azzjoni militari qed issir minkejja l-ftehim ta’ waqfien
mill-ġlied li kien intlaħaq fil-5 ta’ Settembru. Il-media Ukrena qalet li rribelli sparaw rockets tat-tip Grad lejn qagħdiet Ukreni flajruport. Is-separatisti qalu li huma sparaw lura bi tweġiba għall-attakki bil-mortars.
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
www.maltarightnow.com
15
AĦBARIJIET TA’ BARRA
2
1 1) SPANJA: L-eks-Gvernatur ta’ Kalifornja u attur Amerikan Arnold Schwarzenegger jippoża bix-xabla ta’ Conan wara li kixef still b’ismu f’Almeria 2) L-INDJA: Mara liebsa ħwejjeġ tradizzjonali waqt iż-żifna Garba – ritwal biex jogħġob lill-alla Durga f’avveniment reliġjuż f’Bhopal 3) IL-ĠERMANJA: Ix-xemx tiddi f’werqa bil-kuluri tal-ħarifa f’Palmengarten - ġonna botaniċi fi Frankfurt am Main 4) IL-BELARUS: Mudella turi l-arti fuq wiċċha matul il-festival internazzjonali Minsk Tattoo Fest li sar f’Misnk nhar il-Ħadd 5) L-ISTATI UNITI: Il-kantant-awtur Amerikan Willie Nelson idoqq il-kitarra fil-kunċert Harvest the Hope f’Nebraska (Ritratti: EPA)
5
3
4
16
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
Il-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar dalwaqt jitlesta
www.maltarightnow.com
FEATURE
Proġett ippjanat u mibdi mill-gvern Nazzjonalista b’investiment ta’ €50 miljun li 85 fil-mija minnhom huma fondi tal-Unjoni Ewropea Charles Muscat
Il-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar b’investiment ta’ madwar €50 miljun - li 85 filmija minnhom huma fondi mill-Unjoni Ewropea - li kien ippjanat u beda fi żmien ilgvern preċedenti madwar sitt snin ilu, issa wasal biex jitlesta. L-istudji dwar dan il-proġett, li jinkludi kważi 22 kilometru ta’ mini taħt l-art, bdew fis-sena 2008 u wara li saru l-applikazzjonijiet għand il-MEPA u kienu approvati f’diversi stadji, ix-xogħol fiżiku beda fis-sena 2012. Il-project leader il-Perit Carm Mifsud Borg qal lil In-Nazzjon li l-parti tal-proġett bejn Ħal Qormi u l-Marsa - li hi zona li l-aktar tinħakem mill-għargħar - se titlesta bejn l-aħħar ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru u diġa’ tista’ tibda tagħti r-riżultati, filwaqt li l-ġibjun b’volum ta’ 10,000 metru kubu fil-Gżira, fit-tarf ta’ Wied Għollieqa tlesta wkoll. Il-Perit Mifsud Borg qal li lparti tal-proġett li tinkludi lbini ta’ kanali għall-ilma taxxita li huma mqabbdin mas-sistema tal-mini ta’ taħt l-art li tiġbor l-ilma tax-xita li jinżel mirRabat u mill-parti ta’ fuq ta’
Dan il-proġett jikkonsisti f’ħames komponenti ewlenin u jaħseb biex isolvi l-problemi ta’ għargħar fi tliet postijiet strateġiċi f’Malta fejn jinġabar ħafna ilma tax-xita u jolqot direttament ukoll 12-il lokalita’ differenti
Ħaż-Żebbuġ, titlesta lejn tmiem din is-sena. Din is-sistema ta’ mini twassal l-ilma tax-xita lejn is-sistemi f’Wied Qirda u Wied il-Kbir. Dan il-proġett jikkonsisti f’ħames komponenti ewlenin u jaħseb biex isolvi l-problemi ta’
għargħar fi tliet postijiet strateġiċi f’Malta fejn jinġabar ħafna ilma tax-xita u jolqot direttament ukoll 12-il lokalita’ differenti li huma Ħ’Attard, Ħal Lija, Ħal Balzan, Birkirkara, lIklin, l-Imsida, il-Marsa, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, il-Gżira,
Dan il-proġett jikkonsisti f’ħames komponenti ewlenin u jaħseb biex isolvi l-problemi ta’ għargħar fi tliet postijiet strateġiċi f’Malta
L-akbar komponent ta’ dan il-proġett, kemm f’termini finanzjarji kif ukoll f’termini materjali, hu dak bejn Birkirkara u Ta’ Xbiex
Ħaż-Żabbar u Marsaskala. Dan il-proġett sar grazzi għal għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea b’finanzjament ta’ 85 fil-mija u l-15 filmija l-oħra huma fondi li ħareġ il-Gvern Malti. L-akbar komponent ta’ dan ilproġett, kemm f’termini finanzjarji kif ukoll f’termini materjali, hu dak bejn Birkirkara u Ta’ Xbiex. Dan kien jinkludi lbini ta’ kanali li jilqgħu l-ilma tax-xita li huma mqabbda ma’ sistema ta’ mini taħt l-art li jiġbru l-ilma li jinżel minn Wied Inċita fil-limiti ta’ Ħ’Attard, in-Naxxar u l-Mosta. Dawn il-mini jwasslu għalliżbroff fil-baħar f’Ta’ Xbiex. Din is-sistema ta’ mini fiha 16il kilometru. Il-mini għandhom dijametru ta’ bejn tlieta u seba’ metri u jinsabu f’fond ta’ bejn tmienja u 52 metru. Il-Perit Mifsud Borg qal lil In-Nazzjon li din il-parti tal-proġett mistennija titlesta bejn April u Mejju tal-2015. għal paġna 17
www.maltarightnow.com
17
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
FEATURE
Il-fondi li Malta kisbet mill-Unjoni Ewropea kienu strumentali biex dan il-proġett jitwettaq Inbniet ukoll sistema ta’ kanali għall-ilma tax-xita taħt l-art
minn paġna 16
Komponent ieħor ta’ dan ilproġett kienet il-kostruzzjoni ta’ ġibjun b’volum ta’ 10,000 metru kubu fil-Gżira, fit-tarf ta’ Wied Għollieqa. Dan il-ġibjun fih overflow li hu mqabbad ma’ mina taħt l-art twila 778 metru u li hi magħquda mal-mina bejn Birkirkara u Ta’ Xbiex. Dan il-ġibjun se jintuża wkoll bħala proġett pilota biex tkun eżaminata l-kwalita’ tal-ilma li jinġabar mill-inħawi u b’hekk ikun deċiż kif dan l-ilma jista’ jkun trattat biex jerġa’ jintuża. Hu stmat li f’sena, madwar 300,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita jista’ jmur fl-ilma talpjan permezz ta’ dan il-ġibjun. It-tielet komponent tal-proġett kien il-bini ta’ kanali għall-ilma tax-xita li huma mqabbdin massistma tal-mini ta’ taħt l-art li tiġbor l-ilma tax-xita li jinżel
Proġett li jolqot direttament 12-il lokalita’ differenti li huma Ħ’Attard, Ħal Lija, Ħal Balzan, Birkirkara, l-Iklin, l-Imsida, il-Marsa, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, il-Gżira, Ħaż-Żabbar u Marsaskala mir-Rabat u mill-parti ta’ fuq ta’ Ħaż-Żebbuġ. Din is-sistema ta’ mini twassal l-ilma tax-xita lejn is-sistemi f’Wied Qirda u Wied il-Kbir. Dawn il-mini għandhom dijametru ta’ tliet metri u huma 2.1 kilometru twal. Ir-raba’ komponent hu dak fiz-zona bejn Ħal Qormi u lMarsa. Dan jikkonsisti fil-bini ta’ żewġ kanali tal-ilma taħt l-art b’tul ta’ 560 metru, erba’ metri wiesgħa u għoljin 1.25 metru.
Dawn jinsabu bejn it-tarf ta’ Wied is-Sewda u l-bidu taliżvilupp urban fi Triq il-Wied, Ħal Qormi. Flimkien ma dawn il-kanali, bl-iskop li jitneħħew lostakli u titjieb il-mixja tal-ilma tax-xita, twaqqgħu tliet pontijiet fi Triq il-Wied u nbnew millġdid b’forma ta’ pont sħiħ min naħa għal oħra. Fi Triq San Bastjan f’Ħal Qormi saret fetħa oħra maġenb l-arkata eżistenti. Inbnew ukoll żewġ kanali
għall-ilma tax-xita fiz-zona fejn Wied il-Kbir jiltaqa’ ma Wied is-Sewda fl-inħawi tal-Korsa tal-Golf tal-Marsa. Inbniet ukoll sistema ta’ kanali għall-ilma tax-xita taħt l-art li fiha erba’ postijiet ta’ ftuħ wiesgħa 3.75 metru u għolja 1.75 metru u din tinsab taħt Triq Aldo Moro, filMarsa. Dawn saru minflok iżżewġ pontijiet eżistenti li kienu qed itellfu l-mixja tal-ilma taxxita. Il-ħames komponent talproġett hu maħsub biex inaqqas il-problema tal-għargħar flinħawi tan-naħa t’isfel ta’ ĦażŻabbar u l-pjazza ewlenija ta’ Marsascala. Dan jikkonsisti filbini ta’ kanali tal-ilma tax-xita li huma mqabbdin mas-sistema ta’ mini taħt l-art li tiġbor l-ilma miz-zoni ta’ fuq ta’ Ħaż-Żabbar u twassal għal overflow malbaħar bejn ix-Xgħajra u Marsaskala. Dawn il-mini huma
twal 3.2 kilometru b’dijametru ta’ tliet metri. Il-Perit Carm Mifsud Borg qal li din il-parti tal-proġett se titlesta f’Jannar li ġej. Il-ħsieb wara dan il-proġett hu li jsolvi l-problema tal-għargħar f’postijiet strateġiċi ta’ Malta li kull meta tagħmel xita qawwija f’daqqa kienu jispiċċaw mgħarrqa. Dan kien jikkaġuna ħsarat u ġieli anke weġġgħu u mietu xi nies. Il-fondi li Malta kisbet mill-Unjoni Ewropea kienu strumentali biex dan il-proġett massiv seta’ jitwettaq għax l-UE se tiffinanzja 85 fil-mija tannefqa. Barra minn hekk, dan ilproġett ħoloq ix-xogħol għal numru ta’ kuntratturi u mijiet ta’ ħaddiema fuq medda ta’ tliet snin sħaħ u b’hekk ikkontribwixxa favur l-ekonomija ta’ pajjiżna.
18
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
Dawra Durella Folk Fest f’San Lawrenz
www.maltarightnow.com
MADWARNA
Il-qofol ta’ din l-attività hu l-introduzzjoni mill-ġdid tal-Kummittiva, żifna tal-Karnival li r-raħal ta’ San Lawrenz kien magħruf għaliha Charles Muscat
Bejn is-16 u d-19 ta’ Ottubru li ġej, il-gżira Għawdxija se tospita Festival ta’ Identita’, u dan biex jitfakkar l-10 anniversarju mit-twaqqif tal-Grupp Folkloristiku Għawdxi Ta’ Ċangura – San Lawrenz. Dan il-Festival għandu l-għan li mhux biss jagħti għarfien folkloristiku imma wkoll jagħti dawl fuq l-identità qawwija tal-lokalita’ ta’ San Lawrenz. Dan se jsir permezz ta’ wirja, taħdita, żfin u anke l-kċina tipika Għawdxija. Ħafna mill-elementi ta’ dan ilFestival qed ikunu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt ilProġett LEADER, programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007 – 2013. Dan qed isir permezz tal-Fond Ewropew talAgrikultura għall-Iżvilupp Rurali b’finanzjament ta’ 80 filmija mill-Unjoni Ewropea u 20 fil-mija mill-Gvern Malti. Il-programm tal-Festival Dawn it-tliet ijiem jiftħu b’wirja bl-isem “Identita’” nhar il-Ħamis 16 ta’ Ottubru 2014. Din il-wirja li se tittella’ fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali tar-raħal, turi l-identita’ ta’ poplu, b’ritratti, oġġetti u għodod antiki. L-għada l-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru, se issir taħdita minn Claire Bonavia, esperta u studjuża tal-kostum tradizzjonali Malti. Din it-taħdita hija miftuħa
għal kulħadd u dawk li jixtiequ jibbukkjaw post jistgħu jagħmlu dan permezz tat-telefown 79030604 jew jibagħtu email fuq ta_cangura@mail.com. Is-Sibt matul in-nofstanhar ta’ filgħodu mid-9.00 ’l quddiem se jsir tour edukattiv madwar ittoroq ta’ San Lawrenz li fih mhux biss jingħata tagħrif storiku fuq ir-raħal ta’ San Lawrenz imma wkoll dawk li jieħdu sehem se jkollhom iċċans li jiltaqgħu ma residenti waqt li jkunu qed jipprattikaw snajja’ artiġjanali bħalma huma il-buttar (Pottery maker), il-qalfat (cane making), l-iskultur talgebel (stone sculpture), bizzilla (lace making), is-sajjied (fisherman’s trade), il-ħaddied (blacksmith) u l-bidwi (farmer), fost loħrajn. Għal dan it-tour huwa meħtieġ ukoll li jsir booking billi wieħed iċempel 79030604 jew jibgħat email fuq ta_cangura@mail.com. Filgħaxija mbagħad mit8.00pm ‘l quddiem se jittella’ spettaklu ta’ żfin u mużika minn diversi gruppi folkloristiċi kemm Għawdxin kif ukoll Maltin fosthom, Ta’ Ċangura Folk Group-San Lawrenz, Jackson’s Zaqq u Tanbur Folk Group, Sinnet Folk GroupSannat, Mnarja Folk GroupNadur, Paul Curmi Dance Company u l-Greenfields. Imma l-qofol ta’ din l-attività hu l-introduzzjoni mill-ġdid talKummittiva, żifna tal-Karnival li
Qed issir permezz tal-Fond Ewropew tal-Agrikultura għall-Iżvilupp Rurali b’finanzjament ta’ 80 fil-mija mill-Unjoni Ewropea u 20 fil-mija mill-Gvern Malti
r-raħal ta’ San Lawrenz kien magħruf għaliha. L-aħħar darba li kienet inżifnet kien fl-1972, aktar minn 40 sena ilu. Wara studju li sar fuq l-passi taż-żfin, kif ukoll fuq il-mużika li kienet
tintuża, Ta’ Ċangura – San Lawrenz Folk Group iddeċieda li jerġa’ jagħtiha l-ħajja waqt dan il-festival. Il-Ħadd 19 ta’ Ottubru dan ilFestival jilħaq il-qofol tiegħu
b’quddiesa ta’ ringrazzjament fl10.30 a.m. fil-Knisja Parrokkjali u mbgħad wara, f’nofsinhar se tisserva ikla tipika msajjra fiddjar b’riċetti antiki li jmorru lura għal diversi snin. Din l-ikla se tinkludi fost l-oħrajn torta tallampuki, ross il-forn, braġjoli, stuffat tal-fenek, il-kafè taċ-ċikwejra, pastini tar-raħal u oħrajn. Hu importanti li min jixtieq jattendi jibbukkja kmieni għaliex il-postijiet huma limitati. Dan jista’ jsir billi wieħed iċempel 79030604 jew jibgħat email fuq ta_cangura@mail.com. L-aħħar attività tkun il-Ħadd fit-3.00 p.m. fejn se jkun hemm logħob tradizzjonali għat-tfal, kif ukoll se ssir it-tnedija talktieb dwar il-logħob tradizzjonali. Ktieb attraenti bi stampi talkulur adattati għat-tfal, li se jiġi stampat f’din l-okkażjoni, hu maħsub biex il-logħob tradizzjonali jibqa’ ħaj fost it-tfal tallum. Għal aktar informazzjoni u dettalji dwar il-programm wieħed jista’ jikkonsulta l-paġna www.sanlawrenz.org u www.facebook.com/dawradurellafolkfest jew inkella jibgħat email fuq ta_cangura@mail.com.
www.maltarightnow.com
19
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
FINANZI
Rapport finanzjarju tal-ġimgħa L-Ewropa għalqet il-ġimgħa f’territorju negattiv
Kards tal-BOV u BOV Mobile flimkien għall-Caritas Kull tranżazzjoni tagħmel id-differenza!
Il-klijenti tal-BOV qed ikunu mħeġġa jużaw il-Karti ta’ Kreditu u Debitu tagħhom talBOV kif ukoll il-ħlas permezz tal-BOV Mobile sabiex jgħinu lill-kampanja ‘Flimkien għallCaritas’ li l-Bank qed jorganizza bejn it-28 ta’ Settembru u l-31 ta’ Ottubru. Kull tranżazzjoni tagħmel id-differenza! Permezz ta’ dawn il-metodi ta’ pagamenti sempliċi u effiċjenti offruti minn Bank of Valletta, il-klijenti jkunu qed jgħinu lil Caritas Malta billi l-BOV se jkun qed jagħti donazzjoni lill-Caritas għal kull pagament li jsir permezz tal-kards tal-BOV u l-BOV Mobile matul dan il-perjodu. “Il-kampanji ta’ karità marbuta ma’ pagamenti permezz talkarti ta’ kreditu u d-debitu saru xi ħaġa regolari fil-kalendarju
tal-inizjattivi tagħna,” spejega Michael Galea, Chief Officer Operations ta’ Bank of Valletta. “Aħna mimlijin kuraġġ wara rriżultati tas-snin li għaddew, li matulhom inġabru eluf ta’ ewro għal entitajiet lokali tal-karità grazzi għar-rispons eċċellenti tal-klijenti tagħna lejn il-kampanji tal-kards għall-karità,” żied Michael Galea. “Għallewwel darba f’din il-kampanja li se tibqa’ għaddejja sal-aħħar ta’ Ottubru, se nkunu qed ninkludu wkoll il-pagamenti li jsiru permezz tal-BOV Mobile minbarra l-pagamenti li jsiru permezz talkards. Dawn it-tranżazzjonijiet awtomatikament se jissarrfu f’donazzjoni minn Bank of Valletta lil Caritas Malta,” temm Michael Galea. Filwaqt li rringrazzja lil Bank
of Valletta għar-rwol attiv tiegħu fix-xena soċjali inġenerali, u għall-isforzi kontinwi tiegħu sabiex jgħin lill-Caritas, Leonid McKay, Direttur ta’ Caritas Malta qal, “Permezz ta’ din ilkampanja, il-BOV se jgħinna sabiex inkunu nistgħu nkomplu noffru s-servizzi wiesgħa tagħna, li fil-maġġoranza tagħhom huma bla ħlas, lil dawk il-persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Għalkemm ilCaritas hija magħrufa l-aktar għall-programmi tagħha ta’ riabilitazzjoni, tgħin ukoll lillfamilji filwaqt li tipprovdi kenn lil dawk il-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna.” Huwa temm billi appella lill-pubbliku inġenerali biex jiftakar fil-Caritas billi jgħin lil din l-entità sabiex tkompli bil-missjoni tagħha.
L-agħar ġimgħa għall-ishma fi kważi xahrejn spiċċat fuq nota pożittiva hekk kif ottimiżmu fissaħħa tal-ekonomija għen biex patta kontra tħassib fuq problemi ġeopolitiċi, valwazzjonijiet u rati tal-interessi. Fl-Ewropa l-iStoxx 600 tilef 1.8 fil-mija u temm il-ġimgħa 2.1 fil-mija anqas mill-ogħla livell f’sitt snin. Rapporti wrew li lkunfidenza tan-negozju filĠermanja naqset aktar minn mistenni f’Settembru, filwaqt li l-indiċi li jkejjel il-manifattura flEwropa niżel għall-aktar livell baxx minn Lulju 2013. IlPresident tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi wiegħed li l-uffiċjali se jkunu aktar attivi fil-ġlieda tagħhom biex jerġgħu jiksbu t-tkabbir, u qal li l-irkuprar qed inaqqas ilpass tiegħu u hu ċar li r-riskji huma fin-negattiv. l-iStandard & Poor’s 500 Index tilef 1.4 fil-mija matul din il-ġimgħa u naqqas it-tnaqqis flaħħar ġurnata b’tisħiħ ta’ 0.9 filmija. L-MSCI Emerging Markets Index tilef 2.8 fil-mija u resaq lejn l-agħar xahar minn Jannar. L-istokks fl-Asja kellhom litwal sensiela ta’ ġimgħat negattivi minn Frar, hekk kif tilfu millvalur għat-tielet ġimgħa. LMSCI Asia Pacific Index tilef 1.7 fil-mija. Fiċ-Ċina il-Ministru tal-Finanzi Lou Jiwei qal li ttkabbir qed jiffaċċja pressjoni negattiva u tenna li mhux se jkun hemm tibdil kbir fil-politika bħala tweġiba għal indikaturi ekonomiċi individwali. Il-kum-
menti naqqsu l-ispekulazzjoni li data ekonomika aktar dgħajfa se twassal għal aktar stimolu fittieni l-akbar ekonomija fid-dinja. Problemi ġeopolitiċi komplew jitfgħu piż fuq l-ishma. L-Istati Uniti u l-alleati Għarab għamlu attakki kontra pożizzjonijiet talIstat Iżlamiku fis-Sirja hekk kif qed jippruvaw jimbuttaw lura lavvanz tal-militanti. Fir-Russja dawk li jfasslu l-liġijiet bdew jaħdmu fuq leġiżlazzjoni li tħalli l-gvern jaħtaf l-assi barranin bħala risposta għas-sanzjonijiet. Iż-żejt mhux maħdum West Texas Intermediate kellu l-akbar tisħiħ fuq perjodu ta’ ġimgħa f’xahar fuq spekulazzjoni li tkabbir ekonomiku fl-Istati Uniti se jżid id-domanda. Il-Brent kien negattiv għat-tielet ġimgħa f’erbgħa hekk kif provvista tajba pproteġiet is-suq taż-żejt millkampanja militari tal-Istati Uniti kontra l-Istat Iżlamiku. Il-petroll kien negattiv wara li nhar ilĦamis laħaq l-ogħla livell dan ix-xahar.
Dan ir-rapport inkiteb minn Valletta Fund Management Limited, kumpanija sussidjarja tal-BOV Group. L-uffiċċji talkumpanija jinsabu f’TG Complex, Suite 2, Level 3, Brewery Str., Mriehel BKR 3000. Valletta Fund Management Limited liċenzjata mill-MFSA. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-VFM permezz talemail infovfm@bov.com, billi ċċempel fuq Freephone 80072344 jew żur il-website www.vfm.com.mt.
20
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
Musical oriġinali u bla ebda mod partiġjan
Minn Joe Chircop Il-kittieb tal-musical ‘Sebaħ Jum’
Meta fil-bidu ta’ din is-sena avviċinawni uffiċjali mill-Partit Nazzjonalista biex nikteb l-istorja u l-lirika għall-musical oriġinali fl-okkażjoni tal-Ħamsin Anniversarju mill-kisba talIndipendenza ta’ Malta, nistqarr li ħassejtni onorat. Iktar iktar ħassejtni onorat meta sirt naf li lkompożizzjoni mużikali kienet se tkun f’idejn il-kollega bravu Mark Spiteri Lucas u d-direzzjoni fl-idejn esperti ta’ Charles Stroud. Aċċettajt il-proposta u bħala tim magħmul minn Mark, Charles u jiena, mill-ewwel għamilna sensiela ta’ laqgħat biex naraw minn fejn nistgħu nibdew. Ridt mill-bidu nett li lmusical ikun oriġinali u bl-ebda mod ma jkun partiġjan. Bħala l-awtur, kienet irresponsabbilta’ tiegħi li noħloq il-plot, niddiskutih mal-kumplament tat-tim, u jekk naqblu nkompli nelabora biex eventwalment nara fejn l-aħjar li jitqassmu l-kanzunetti u bejn liema karattri, ħalli finalment niktibhom kif meħtieġ. L-iktar ħaġa faċli għalija kienet tkun it-tentazzjoni li naqbad il-karattri protagonisti storiċi bħal ngħidu aħna Ġorġ Borg Olivier, Duminku Mintoff u l-Arċisqof Gonzi u ndur dawra mal-istorja kif inhi u kif nafuha, u nippreżentaha fuq il-palk. Dehrli iżda li kelli nagħmel xi ħaġa iżjed minn hekk. Dan ma setax ikun possibbli qabel ma għamilt ftit riċerka mhux hażin fuq is-sitwazzjoni f’pajjiżna fil-bidu tas-snin sittin, propju qabel il-kisba talIndipendenza. Saret dik ir-riċerka u aħseb minn hawn u aħseb
minn hemm, ħarġet l-ewwel idea. Il-plot tal-musical idur madwar familja tipika Maltija fil-bidu tas-snin sittin, fejn għad li t-tieni gwerra dinjija kienet ilha li spiċċat biss madwar ħmistax-il sena, il-familji “normali” Maltin ma kienux sinjuri iżda lanqas kienu mejtin bil-ġuħ kif forsi kien hawn min pinġa s-sitwazzjoni. Il-familja Schembri filmusical tagħna għaddiet tista’ tgħid minn dak kollu li għaddew minnu l-familji Maltin f’dawk issnin ta’ taqlib. Id-dwejjaq ta’ min jispiċċa mingħajr xogħol, il-firda li ġabet magħha l-emigrazzjoni, il-konflitti xi drabi wkoll filfamilji minħabba l-kwistjoni politiko-reliġjuża, il-frustrazzjoni taż-żgħażagħ li kienu qed jippjanaw biex jiżżewġu u tħarbtilhom kollox minħabba nnuqqas ta’ xogħol, il-qasma filpajjiż bejn dawk li bdew jemmnu f’Indipendenza u dawk li kienu għadhom jemmnu li l-aħjar triq għal Malta kellha tkun lIntegration li kien talab Mintoff. Ma tonqosx ukoll il-preżenza tattfal, li bejn id-diżgwid tal-Iva u lLe tar-referenda, kemm talIntegration ftit snin qabel, u kemm tal-Kostituzzjoni tal-Indipendenza, spiċċaw ma jistgħux jifhmu x’inhu jiġri fost il-kbar, u fl-innoċenza tagħhom għamlu ċ-ċajta tagħhom minn fuq dahar il-konflitt tal-kbar. Naturalment, ma naqasx ukoll lelement ta’ sentiment u l-imħabba bejn il-ġenituri u l-ulied kif ukoll bejn il-maħbubin. B’dawn lingredjenti fl-isfond tal-fatti storiċi, politici u socjali kif ġraw, fassalt l-istorja, li meta ddiskutejtha ma’ sħabi l-kompożitur mużikali u d-direttur artistiku, qbilna li kellna nkomplu fuq dawk il-linji.
www.maltarightnow.com
TEATRU
Joe Chircop flimkien ma’ Philip Vella l-arranġatur tal-mużika ta’ ‘Sebaħ Jum’
Minn hemm ’il quddiem bdejt noħloq il-karattri u s-sitwazzjonijiet, li għalkemm fittizji, bħalhom f’Malta fis-snin sittin kien hawn bl-eluf. Kien imiss imbagħad li nibda nqassam fejn se jidħlu l-kanzunetti u liema karattri se jinterpretawhom. Xena wara l-oħra, il-musical beda jinbena u jieħu l-ħajja biex hekk kif temmejt il-kitba talewwel att, għaddejt il-lirika lil Mark Spiteri Lucas sabiex jibda joħloq il-kompożizzjonijiet mużikali. Naturalment dan ma sarx qabel ma Mark u jiena għamilna sensiela ta’ laqgħat fejn jiena bħala l-awtur, ridt nispjegalu l-burdata ta’ kull kanzunetta u ta’ kull karattru fiċ-ċirkostanzi partikulari ta’ kull xena. Proċess li ftit jifhmu kemm jieħu żmien u fl-istess ħin jitlob kordinazzjoni u konsultazzjoni kontinwa bejn lawtur u l-kompożitur. Waqt li Mark kien għaddej jikkomponi l-
mużika għall-kanzunetti talewwel att, jien komplejt nelabora l-istorja u nikteb il-lirika talkanzunetti tat-tieni att. Sadanittant tajjeb ngħid li f’dan il-perjodu, Charles Stroud bħala d-direttur artistiku kien qed jibda jaħseb fuq is-sett u x-xenarju, ilkostumi, iż-żeffiena, l-atturi extras u elf ħaġa oħra. Meta kienu lesti l-plot u l-lirika talkanzunetta kollha, Mark kompla jaħdem fuq il-kompożizzjonijiet filwaqt li bdew isiru l-arranġamenti mużikali minn Sean u Philip Vella fl-istudio tal-istess Philip Vella. Kien jonqos irrecording u forsi hawn fejn wieħed ma jirrikonoxxix ixxogħol tat-team kollu. Għax waqt li l-kantanti kienu jkunu firrecording studio jirrekordjaw ilkanzunetti tagħhom, l-awtur, ilkompożitur u d-direttur artistiku kienu jkunu preżenti biex jidderieġu lill-istess kantanti ħalli
jinterpretaw skont il-burdata talkanzunetta li aħna bħala t-tim li fassalna l-musical, konna diġa’ qed naraw lest. Hekk kif tlesta rrecording kollu, beda l-uġigħ ta’ ras mhux żgħir għal Charles Stroud biex jibda jlaqqa’ lill-cast kollu, (kantanti, żeffiena, extras, crew tekniku, eċċ.,) għall-provi. Dak ix-xogħol issa għaddej ukoll b’ritmu tajjeb ħafna u persważ li fi żmien ftit ġimgħat se joffri lilludjenza spettaklu eċċellenti u ta’ livell għoli ħafna. Għalija, bħala l-awtur, ‘Sebaħ Jum’ huwa biċċa xogħol li tagħtini sodisfazzjon kbir, kemm bħala awtur u iktar u iktar bħala Malti. Għalkemm kien ifisser ħafna xogħol u sagrifiċċju sakemm lestejt il-biċċa xogħol li dħalt għaliha, illum inħares lura b’ħafna sodisfazzjon li kont jien li ktibtu, u fl-istess ħin inħares ‘il quddiem biex narah rappreżentat fit-teatru.
www.maltarightnow.com
21
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
SKEDA NET TV
Xift – Kun parti minnu Caption – Il-preżentatur Jean Claude Micallef
Mit-Tnejn li għadda, il-ħin ta’ waranofsinhar fuq NET Television ħa libsa ġdida. ‘Xift’ hu l-programm ta’ kuljum prinċipali fuq l-istazzjon li minn din l-iskeda vara skeda eċċitanti. Jippreżenta ħadd ħlief ilpreżentatur Jean Claude Micallef. Wara nuqqas ta’ diversi snin mill-programmi ta’ kuljum, Jean Claude qed jerġa’ jżomm kumpanija lil ħafna bejn is-12:45 u l-15:45. Il-preżentatur dinamiku se jkollu tliet sigħat sħaħ b’tagħrif, logħob u informazzjoni għat-telespettaturi. Aktar minn kollox, ‘Xift’ mistenni jrebbaħ l-akbar rigal li qatt intrebaħ fuq it-televiżjoni imma dwar dak ngħidulkom aktar ’il quddiem. Ma’ Jean Claude se jingħaqdu ’l fuq minn 30 espert fil-qasam rispettiv tagħhom għad-dispożizzjoni tas-segwaċi.
Apparti dan it-tagħrif u tagħrif kummerċjali, ‘Xift’ se jkun ikkaratterizzat minn ammont ta’ rigali. Il-parteċipazzjoni tannies mid-dar se tkun kontinwa u ma jonqsux il-logħob bil-logħba prinċipali ‘Kollox f’idek!’. Kull persuna tista’ tirbaħ kollox jew titlef dak li rebħet. Kollox jiddependi mit-tweġibiet għall-mistoqsija ta’ Jean Claude. Iżda l-parteċipazzjoni tal-pubbliku mhix se tieqaf mal-logħob biss. Kull ġimgħa ‘Xift’ se jniedi suġġett f’lokalità differenti fejn se jwassal il-vuċi tan-nies permezz tas-sezzjoni ‘Xi tgħid?’. Dan il-vox-pop se jitnieda nhar ta’ Tnejn hekk kif fl-istudio Jean Claude se jkun imdawwar ma’ erba’ nisa differenti ta’ kull ġimgħa fis-sezzjoni ‘Smajtha sinjura?!’. Il-qofol ta’ ‘Xi tgħid?’ jintlaħaq waqt is-sezzjoni talĠimgħa ‘Ngħiduha kif inhi’
b’diskussjoni fl-istudio bilparteċipazzjoni tan-nies mid-dar. Kif wieħed jista’ jinnota, ‘Xift’ hu mżewwaq minn features għal sezzjonijiet li mhux biss huma ta’ interess kbir imma fuq kollox jinvolvu lil diversi persuni. Il-personalità dinamika ta’ Jean Claude Micallef, tilgħab rwol kbir f’dan il-programm estensiv. Minn sezzjonijiet gastronomiċi bħalma se tkun ‘Min iħawwad fiha…’ għal-logħba ‘Kollox f’idek’, il-preżentatur enerġetiku kapaċi joħloq atmosfera li tgħallem imma flistess ħin tiddeverti. Ma jonqsux l-intervisti u ssezzjonijiet edukattivi fejn żgur li l-preżentatur ta’ ‘Xift’ għandu mod uniku ta’ kif l-aktar suġġetti diffiċli jfissirhom u jikkomunikahom b’termini aktar komdi għal-livell ta’ kulħadd.
www.maltarightnow.com
L-Erbg[a, 1 ta’ Ottubru, 2014
22
TV#RADJU
06>00
Radio 101 Breakfast Club b’waqfiet g[al Sports News fis-06>45, A[barijiet fis-07>00 u fit-08>00< 0740 Anali]i tal-:urnali< Avvi]i tal-Mejtin u Angelus fit-07>55)
08>00 08>05 09>00 09>05
A[barijiet fil-Qosor (ikompli) 101 Breakfast Club A[barijiet fil-Qosor Magazine 101 (b’waqfa g[all-A[barijiet fil-Qosor fl-10>00)
11>00 11>03 11>55 12>00 12>15 14>30 15>00 15>05
Editorjal Club 101 Avvi]i tal-Mejtin A[barijiet The Big Show Hitsteria A[barijiet fil-Qosor (ikompli) Hitsteria (b’waqfa g[all-A[barijiet fil-Qosor fl-16>00)
17>00 17>55 18>00 18>20 20>00 21>30 22>30 22<40
Newsdesk Avvi]i tal-Mejtin A[barijiet Il-Kelma u l-Mu]ika Fuzzbox - Lito Talktime G[ada fl-Istampa Editorjal
G[at-tfal fuq il-Cable Disney Channel 07:30 - Good Luck Charlie 07:55 Good Luck Charlie 08:20 - Sonny With a Chance 08:45 - Sonny With a Chance 09:10 - The Suite Life on Deck 09:35 - The Suite Life on Deck 10:00 - That’s So Raven 10:25 That’s So Raven 10:50 - A.N.T. Farm 11:15 - A.N.T. Farm 11:40 - Good Luck Charlie 12:05 - Good Luck Charlie 12:30 - Jessie 12:55 - Jessie 13:20 - Win, Lose or Draw 13:55 -
Sabrina Secrets of a Teenage Witch 14:20 - Gravity Falls 14:45 - Dog With a Blog 15:10 - Violetta 16:00 – Zapped 17:30 - Wolfblood 18:00 Mako Mermaids: An H2O Adventure 18:30 – Violetta 19:20 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 19:45 Sabrina Secrets of a Teenage Witch 20:10 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 20:35 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 21:00 Good Luck Charlie 21:25 - A.N.T. Farm 21:50 - Shake It Up! 22:10 Wolfblood 22:35 - Wolfblood 23:00 Violetta 23:45 - The Hive 23:50 - Art Attack. Nickelodeon 07:30 - SpongeBob SquarePants 07:55 - SpongeBob SquarePants 08:20 - Dora the Explorer 08:45 Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 - PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 - Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 Totally Spies! 12:05 - T.U.F.F. Puppy 12:30 - iCarly 12:55 - Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 - Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 - iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - Totally Spies! 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 – Victorious 20:05 - iCarly 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar: The Legend of Aang 21:20 - Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 The Penguins of Madagascar 22:35 The Penguins of Madagascar 23:00 – iCarly 23:25 – iCarly 23:50 – Victorious. Jim Jam 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 Noksu 07:45 – Jarmies 08:00 - Kipper
08:10 – Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 - Gazoon 08:35 Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 - Lots & Lots Of... 10:20 - Bob the Builder 10:30 Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 – Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney & Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 – Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 - Noksu 15:15 - Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney & Friends 16:25 - Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 - Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 Monkey See, Monkey Do 17:45 Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 - Noksu 19:20 - Shapes 19:30 Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney & Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 - Dougie in Disguise 22:45 - Slim Pig 22:55 - Connie the Cow 23:05 - Kipper 23:15 - My Animal Family 23:30 - Woody Buddies 23:35 - Woody Buddies 23:40 - What’s The Big Idea? 23:45 What’s The Big Idea? 23:50 - Barney & Friends.
Klinika – NET Television, 18:30
M’hemmx aqwa milli wie[ed ikun infurmat x’g[andu jag[mel biex i]omm ru[u f’sa[[tu u fejn ikun hemm xi [a;a, jinduna biha meta tkun g[adha fil-bidu biex bil-kura jkun jista’ jfieq. Dan il-programm ta’ kuljum, bi produzzjoni u pre]entazzjoni ta’ Marica Mizzi, jaqbad tema kuljum g[al ;img[a ;img[a biex je]amina, bi kliem li jinftiehem minn kul[add, su;;ett relatat mas-sa[[a. Din il-;img[a se jkunu ttrattati l-aller;iji. Diversi spe/jalisti fil-qasam se jiddiskutu l-aller;iji li jikkaw]aw diversi fatturi li b[all-ikel, l-ambjent, prodotti u [afna affarijiet ohra jaffetwaw is-sistema di;estiva, is-sistema respiratorja u anki problemi fil-;ilda. Kull programm ikollu ripetizzjoni l-g[ada fit-08:30. TVM 07:00 - TVAM 08:30 – Times talk 09:30 – The Final Prophecy 10:30 – G[awdex illum 11:00 – Gadgets 11:30 Teleshopping 12:00 - News 12:10 TVPM 15:00 – A[barijiet 15:05 – {bieb u G[edewwa 15:45 – Teleshopping 16:20 – Kids TV 17:50 – Pap paq on test 18:00 - News 18:15 – Teleshopping 18:45 Realtà 20:00 - News 20:50 – Merlin 21:50 - A[barijiet 21:55 - Mrs Brown’s Boys 22:30 – Mixage 23:00 – A[barijiet 23:20 – {bieb u G[edewwa. TVM 2 08:30 – TVAM 10:00 – Secrets of Deep 11:00 – Il-Gwerra l-Kbira 11:30 – Valletta 12:00 – Kurrenti 13:00 – Times Talk 14:00 - Secrets of the Deep 15:00 – It-triq #Twelid 15:10 - TVPM 18:00 Gadgets 18:30 – 3 Pointer 19:00 Valletta 19:30 – Secrets of the Deep 20:30 - News for the hearing impaired 20:40 – Champions League Arsenal vs Galatasaray 21:30 – Sports news 22:30 - High lights programme 23:15 – News in English. One
07:30 - One news 07:00 – One breakfast 08:45 - Telebejg[ 09:00 – Sieg[a }mien 10:00 – Telebejg[ 11:00 Aroma Mattina 12:30 - One news 12:40 Kalamita 16:15 – Sal-:ister 16:55 Telebejg[ 17:30 - One news 17:40 – Telebejg[ 18:00 - Better Living 19:00 – Snajja’ Maltin 19:30 - One news 20:30 – Samsara 20:30 – Talk To Me 21:30 – S41 22:50 - {ilithom 23:30 - One News. Raiuno 06:45 -
Unomattina (Jinkludi t-TG1 u
r-rapport tat-temp) 10:00 – Storie vere 11:10 – A conti fatti 12:00 – La prova del cuoco 13:30 - Telegiornale 14:00 - Tg1 Economia 14:05 -Dolci dopo il tiggi 14:40 – Torto o ragione? Il verdetto finale 16:00 – La vita in diretta 16:40 Telegiornale 18:50 - L’eredita 20:00 Telegiornale 20:30 – Affari tuo 21:15 – Velvet 22:45 – Aspettando ballando con le stelle 23:35 – Porta a porta 01:10 – Tg1 01:45 – Sottovoce 02:15 – Magazzini Einstein. Raidue 06:15 –Supermax TV 07:00 – Heartland 07:40 - Le Sorelle McLeod 09:05 – Pasión Prohibida 10:00 - TG2 Insieme 11:00 – I fatti vostri 13:00 TG2 giorno 13:30 - E...state con Costume 13:50 - Medicina 33 14:00 – Detto fatto 16:15 – Castle (TF) 17:00 – Supermax TV 17:45 – TG Rai Parlamento 18:00 TG Sport 18:20 – TG2 Notizie 18:50 NCIS Loc Angeles (TF) 19:35 – NCIS Unita anticrimine (TF) 20:30 - TG2 21:10 – Operazione Spy Sitter. Film 2010 22:55 - TG 2 Notizie 23:10 – World Express – Messico all’ultimo respiro. Film 2011 00:40 – Hawaii Five-O 01:30 – Amiche fiction. Raitre 06:00 – Rai news 08:00 – Agorà 10:00 – Mi manda raitre 11:00 - Elisir 12:00 - TG3 12:25 – TG3 fuori tg 13:10 – Rai cultura 14:00 – Tg Regione 15:00 – TGR premio italia 15:40 – Terra nostra 2 16:40 - Geo 19:00 - TG3 20:00 – Blob 20:15 – Sconosciuti 20:35 – Un posto al sole 21:05 – Chi l’ha visto? 00:10 - Tg Regione 01:05 – Rai Parlamento 01:15 – Rai Cultura.
Canale 5 06:00 - Traffico # Borse e monete 07:55 - Meteo.It # T:5 08:45 – Mattino cinque (attwalita) 11:00 - Forum 13:00 TG5 # Meteo.It 13:41 - Beautiful 14:15 – Centrovetrine 14:45 – Uomini e donne 16:15 – Segreti 18:00 – TG5 minuti 18:45 – Avanti un altro 20:00 - TG5 # Meteo.it 20:20 – Stricina la notizina 20:40 – Football. Champions League. Atletico Madrid v Juventus 00:30 – TG5 notte 00:55 – Striscia la notizia 01:30 – Uomini e donne. Rete 4 06:50 -
Zorro 07:20 - Hunter 08:15 – Cuore ribelle 2 09:40 – Carabinieri 5 10:45 - Ricette all’italiana 11:30 - TG4 # Meteo.It 12:00 – Un detective in corsia 13:00 - La signora in giallo 14:00 – Lo sportello di forum 15:30 Hamburg Distretto 21 7 16:35 – Aquile d’attacco. Film 1988 18:55 - Tg4 # 19:35 Tempesta d’amore 20:30 – Il segreto 21:15 – The Mentalist 23:05 Bones (TF) 01:10 - Tg4 night news 01:30 – Stasera Beatles 02:45 – Festivalbar 1993. Italia 1 06:40 – Summer crush 07:05 – La vita secondo Jim 07:30 – Mike & Molly 08:25 – The Closer (TF) 10:25 – Person of interest 12:25 - Studio aperto # Meteo.It 13:00 - Sport mediaset 14:05- I simpson 14:35 - Futurama 15:00 – 2 broke girls 15:50 – Big bang theory 16:45 – Chuck 18:30 – Studio aperto # Meteo.It 19:20 – CSI: NY 21:10 – Le iene show 24:00 – Invincibili 02:00 – Studio aperto 02:35 – Top one.
www.maltarightnow.com
L-Erbg[a, 1 ta’ Ottubru, 2014
23
TV#RADJU F Living 07:00 – Teleshopping 08:30 – Living Stars 10:00 – {in g[al Kul[add 12:00 Teleshopping 13:00 - F Living Magazine 16:00 - Teleshopping 20:30 – Madagascar 22:30 - Nintrefa ’il Fuq 24:00 - F Living Show. Xejk 07:30 –
Just for laughs 07:45 – Total request 09:45 – Football daily 09:50 – Shout out 10:00 – Love & Romance 10:45 -Telemarket deals 11:45 – Just for laughs 13:30 – The 80’s 14:00 – Idoli Italiani 15:00 – The 90’s 16:30 – Hits 16:50 – Shout Out 17:00 – Local Issues 17:45 – Maltese Music 18:00 – Total reques 20:15 – Shout out 21:55 – Football daily 22:00 – Local angle 23:00 – Local issues 23:45 – Telemarket deals Melita More 09:00 - Grey’s Anatomy 09:45 Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 - Chicago Fire 12:00 – SMASH 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 Grey’s Anatomy 14:30 - 2 Broke Girls 15:00 - Private Practice 15:45 Criminal Minds 16:30 - Person Of Interest 17:15 - Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 - Suits 19:45 - The Mentalist 20:30 - How I Met Your Mother 21:00 – Whitney 21:25 - 2 Broke Girls 22:00 - Mike & Molly 22:30 – VEEP 23:00 - 30 Rock 23:30 Dallas 00:15 - True Blood 01:15 -
SMASH
Vivere III 14:00 - I Cesaroni IV 14:40 - Casa Vianello 15:10 - Casa Vianello 15:40 - Carabinieri 16:30 - Fornelli d’Italia 17:10 - Forum 18:35 – Centovetrine 19:00 - Tg5 19:35 - I Cesaroni IV 20:15 - Caro maestro 20:35 - Le tre rose di Eva 21:00 - La sai l’ultima? 21:10 - Uomini e donne 22:15 - Colorado 23:10 – Torte d’Autore 23:35 – Sarabanda. BBC Entertainment 06:00 - Me Too! 06:20 - Boogie Beebies 06:35 – Teletubbies 07:00 Nina and the Neurons 07:15 - Me Too! 07:35 - Boogie Beebies 07:50 – Teletubbies 08:15 - The Weakest Link 09:00 - As Time Goes By 09:30 - One Foot in the Grave 10:00 – EastEnders 10:30 – Doctors 11:00 - The Inspector Lynley Mysteries 11:45 - Call the Midwife 12:40 - As Time Goes By 13:10 - One Foot in the Grave 13:40 Walk on the Wild Side 14:10 – EastEnders 14:40 - Doctors 15:10 - The Inspector Lynley Mysteries 16:00 - Call the Midwife 16:55 - As Time Goes By 17:25 - The Weakest Link 18:10 EastEnders 18:40 - Doctors 19:10 - The Inspector Lynley Mysteries 20:00 Dead Boss 20:30 - Big School 21:00 Last Tango in Halifax 21:55 - Afterlife 22:40 - Absolutely Fabulous 23:10 The Suspicions of Mr Whicher. TCM 06:00 -
Lassie Come Home 07:30 Doctor Zhivago 10:40 - The King’s Thief 12:00 - The Law and Jake Wade 13:25 - Never Let Me Go 15:00 - The Yearling 17:05 - Challenge to Lassie 18:20 - Raintree County 21:00 - Sweet Bird of Youth 23:00 - The Outrage.
Go Stars 07:30 - Home Run 09:20 - Baggage Claim 11:00 - Parks & Recreation 11:45 - Sammy’s Great Escape 13:20 - The Bone Collector 15:15 - The Social Network 17:20 - Along Came a Spider 19:00 - Downton Abbey Season Finale 20:35 - Two and a Half Men 21:00 Runner Runner 22:35 - The Man with the Iron Fists 00:10 - Hatfields & McCoys Pt. 1 01:50 - Parks & Recreation 02:40 - Baggage Claim 04:15 - The Man with the Iron Fists 05:55 - Downton Abbey 07:30 - CLOSE
and Pepper 11:35 Frankie and Johnny 13:00 - Hannah and Her Sisters 14:45 - Popi 16:35 - Cold Heaven 18:15 - The Happy Ending 20:05 - MGM’s Big Screen 20:20 American Dragons 22:00 Exterminator 2 23:35 - Diamond Skulls.
Mediaset Italia 06:35 - Caro maestro 07:20 - Casa Vianello 07:50 - Casa Vianello 08:20 Non e la Rai 09:45 - Nonno Felice 10:10 - Dietro le quinte di 10:20 - I Cesaroni IV 11:01 - La sai l’ultima? 11:15 - Centovetrine 11:40 - Uomini e donne 12:45 - Avanti un altro 13:35 -
Diva Universal 06:00 – Ironside 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s Poirot 09:35 Great Women 09:50 - Ironside 10:45 Quincy, M.E. 11:40 - Agatha Christie’s Poirot 13:25 - Great Women 13:40 - ER 14:30 - JAG 15:25 - Quincy, M.E. 16:25 - Agatha Christie’s Poirot 18:13 -
MGM Movie 09:55 - Salt
Great Women 18:25 - JAG 19:20 Quincy, M.E. 20:20 - Alfred Hitchcock Presents 20:50 - Great Women 21:00 Miss Fisher’s Murder Mysteries 22:05 Miss Fisher’s Murder Mysteries 23:10 Agatha Christie’s Poirot.
07>00 08>30 09>00 09>30 12>00 12>45 14>00 14>05 15>45 16>00 16>05 16>45 18>00 18>05 18>30 19>00 19>30 19>50 20>40 21>40 21>45 22>15 23>00
Discovery Channel 06:00 - How It’s Made:
Dream Cars: Bentley Continental GT speed 06:25 Auction Kings: Elvis Bracelet; Silver Columbus Ships 06:50 - Auction Hunters: Hula Moola 07:15 - Extreme Fishing with Robson Green 08:10 Dual Survival: Into the Frying Pan 09:05 - Gold Rush: South America Guyanese Gold 09:55 - Outback Truckers 10:50 - Mega Builders: Mega Bridge 11:40 - Wheeler Dealers: Morris Minor Traveller 12:35 - Fast N’ Loud: Model A Madness 13:30 - Rods N’ Wheels: Falcon Flip 14:25 - Bear Grylls: Extreme Survival Caught on Camera: Thrill Seekers 14:55 - Bear Grylls: Extreme Survival Caught on Camera: Work 15:20 - Bear Grylls: Extreme Survival Caught on Camera: Snow 15:50 - Bear Grylls: Extreme Survival Caught on Camera: Roads 16:15 - Bear Grylls: Extreme Survival Caught on Camera: Animals 16:45 Bear Grylls: Extreme Survival Caught on Camera: Air 17:10 - Container Wars: Four-Wheeled Fortunes 17:40 - Storage Hunters: Bloody Battle 18:05 - Auction Hunters: Mr. Haff Goes to Washington 18:35 - Auction Kings: Dino Poo; Ancient Head Pipe 19:00 - How It’s Made: Dream Cars: Bentley Continental GT speed 19:30 - How It’s Made 20:00 - Siberian Cut: Age Old Enemies 21:00 - Gold Divers: Eureka! 22:00 - Outback Truckers 23:00 - Swamp Loggers: Blame Game. Discovery World 06:00 - Everest: Beyond the Limit 06:50 - Mystery Cars 07:15 - Mystery Cars 07:45 - Dead Men’s Tales 08:35 Bizarre Foods 09:30 - Great Planes 10:20 - I Shouldn’t Be Alive 11:10 How We Invented the World 12:05 World’s Toughest Expeditions with James Cracknell 12:55 - Mystery Cars 13:20 - Mystery Cars 13:50 - The True Story 14:45 - Dead Men’s Tales 15:40 - Great Planes 16:35 - I Shouldn’t Be Alive 17:25 - How We Invented the World 18:15 - North America 19:10 World’s Toughest Expeditions with James Cracknell 20:05 - Mystery Cars
Sport fuq il-Cable Fox Sports Europe 06:00 - NASCAR Race Hub 07:00 - Bass Fishing 08:00 - Bass Fishing 09:00 - Bass Fishing 10:00 - Major League Baseball 12:30 - MLB Whiparound 13:30 - Nascar Race Hub 14:30 - Major League Baseball 17:00 - MLB Whiparound 18:00 - NASCAR Race Hub 19:00 - World Championship Ping Pong 20:00 -
World Championship Ping Pong 21:00 - World Championship Ping Pong 22:00 - MLB Whiparound 23:00 - Nascar Race Hub.
GO sports 1 06:30 - ATP World Tour 500 China Open, Beijing - Day 3 (Live) 12:30 - Serie A - Round 5 - Atalanta v Juventus 14:30 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 2 Matchnight Review 15:00 - ATP World Tour 500 - China Open, Beijing - Day 3 (Live) 17:00 - Barclays Premier League - Week 7 -
Manchester Utd v West Ham Utd 19:00 - Trans World Sport #1430 20:00 - Premier League World #07 20:45 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 2 - Club Atletico de Madrid v Juventus (live) 22:45 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 2 Matchnight Review 23:30 Vincennes Horseracing 02:00 Barclays Premier League - Week 7 Stoke City v Newcastle Utd GO sports 2 04:00 - ATP
World Tour 500 Rakuten Japan Open Tennis Championships - Day 3 (Live) 12:00 - Milan Channel 18:00 - UEFA Champions League - Group Stage Matchday 2 - FC Zenit v AS Monaco (Live) 20:00 - Milan Channel 20:45 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 2 - FC Basel 1893 v Liverpool (Live) 22:45 - Milan Channel GO sports 3 20:45 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 2 - Arsenal v Galatasaray A.S. (Live) 22:45 - Inter
Channel
World Express - Messico all’ultimo respiro – Raidue, 23:10
Film :ermani] tal-201. }ew; impjegati tal-World Express jintbag[tu l-Messiku b’somma flus b[ala riskatt g[al tfajla li tkun in[atfet b[ala osta;;...
NET News Klinika Telebejg[ Eli & I Telebejg[ Xift NET News (ikompii) Xift Telebejg[ NET News Big Time Malta Llejla NET News (ikompli) Malta Llejla Klinika News Feed NET News (ikompli) News Feed Iswed fuq l-Abjad NET News Distinti Style Watch NET News
GO sports 4 20:45 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 2 - PFC Ludogorets 1945 v Real Madrid (live) 22:45 - Juve Channel GO sports 5 20:45 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 2 - RSC
Anderlecht v Borussia Dortmund (live) 22:45 - LFC TV GO sports 6 20:45 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 2 - Bayer 04 Leverkusen v SL Benfica (Live) 22:45 - MUTV GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 09:30 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 2 - CSKA Moskva v Bayern Munchen 11:30 FIFA Futbol Mundial #489 12:00 UEFA Champions League -Group Stage - Matchday 2 - Manchester City v Roma 14:00 - Barclays Premier League - Week 7 – Netbusters 14:30 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 2 - Paris SaintGermain v Barcelona 16:30 - Ligue 1 - Round 8 - AS Monaco v OGC Nice 18:30 - Barclays Premier League Week 7 - Hull City v Manchester City 20:45 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 2 - Malmo FF v Olympiacos (Live) 23:00 - Premier League World #07 23:30 - Serie A Round 5 - Chievo Verona v Empoli 01:30 - Football’s Greatest 02:00 Aviva Premiership - Round 4 -
London Welsh v Gloucester Rugby 04:00 - Premier League Monday Review - Week 7 05:00 - Ligue 1 Round 8 - Toulouse v Paris SaintGermain GO sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 11:30 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 2 - CSKA Moskva v Bayern Munchen 13:30 FIFA Futbol Mundial #489 14:00 UEFA Champions League -Group Stage - Matchday 2 - Manchester City v Roma 16:00 - Barclays Premier League - Week 7 – Netbusters 16:30 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 2 - Paris SaintGermain v Barcelona 18:30 - Ligue 1 - Round 8 - AS Monaco v OGC Nice 20:30 - Barclays Premier League Week 7 - Hull City v Manchester City 22:30 - FIFA Futbol Mundial #489 23:00 - Barclays Premier League Week 7 - Chelsea v Aston Villa 01:00 - Premier League World #07 01:30 Serie A -Round 5 - Chievo Verona v Empoli 03:30 - Football’s Greatest 04:00 - Aviva Premiership - Round 4 -
London Welsh v Gloucester Rugby 06:00 - Premier League Monday Review – Week 7 07:00 - Ligue 1 Round 8 - Toulouse v Paris SaintGermain
www.maltarightnow.com
MADWARNA
15-il sena ta’ wirjiet f’Birkirkara mill-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem minn Clayton J. Mifsud
Aspett mill-ħajja ta’ Birkirkara, li ħa spinta sew ’il quddiem f’dawn l-aħħar 20 sena, huwa lkult tal-Ġimgħa Mqaddsa. Għalkemm fir-raħal tagħna dejjem inħass in-nuqqas ta’ purċissjoni bil-vari, kif isiru fl-irħula ġirien tagħna tan-Naxxar, il-Mosta u Ħal Għargħur, aħna l-Karkariżi għarafna kif, b’xi mod jew ieħor, nissostitwixxu dan in-nuqqas billi norganizzaw attivitajiet oħra f’dawn iżżminijiet hekk importanti filkalendarju Nisrani. Fost dawn, wieħed jista’ jsemmi d-diversi drammi u rappreżentazzjonijiet oħra li jittellgħu. Iżda karatteristika li kulma jmur qiegħda dejjem iżżid fil-kwantità u lkwalità hija, bla dubju ta’ xejn, ilwirjiet diversi li jittellgħu f’dawn iż-żminijiet. Spinta kbira ’l quddiem f’dan ir-rigward kienet meta ż-żewġ każini tal-banda ewlenin bdew itellgħu huma wkoll wirjiet kollettivi fis-sede tagħhom.
Il-wirjiet fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem Din il-mewġa ta’ wirjiet kompliet tikber u nfirxet madwar ir-raħal kollu ta’ Birkirkara, fosthom f’zoni oħra mbegħdin miċ-ċentru tar-raħal. Waħda minn dawn iz-
25
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
zoni hija dik ta’ San Ġużepp Ħaddiem fejn, din is-sena, qegħdin infakkru l-15-il anniversarju mittwaqqif ta’ għaqda li twaqqfet fi ħdan din il-parroċċa żagħżugħa, speċifikament għall-organizzazzjoni ta’ dawn il-wirjiet, l-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem. Fiż-żona tal-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem, sa mit-twaqqif tagħha, ġieli kienu ttellgħu xi wirjiet fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa fi djar privati. Qabel ittwaqqif tal-Għaqda Wirjiet, kien hemm okkażjonijiet fejn xi persuni, kienu ramaw xi sett statwetti fiċ-Ċentru Parrokkjali jew fis-sala ta’ fuq il-Knisja Parrokkjali. Iżda kien mill-bidu tas-snin disgħin tasseklu l-ieħor li bdiet tittella’ wirja ta’ kull sena b’mod konsistenti. Fuq idea tal-Kappillan ta’ dak iżżmien, il-Kanonku Dun Vinċenz Demicoli, kienet itellgħet wirja ta’ Mejda tal-Appostli fuq stil Lhudi fis-sala ta’ fuq il-Knisja Parrokkjali. Aktar tard din kienet ġiet trasferita għaċ-Ċentru Parrokkjali, fejn għadha tintrama sal-lum. It-twaqqif tal-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem Kien fis-sena 1999 li, minbarra l-Mejda tal-Appostli, li issa kienet
ilha tintrama ta’ kull sena, Vincent Mifsud, residenti f’din il-Parroċċa, kien kellem lill-Kappillan ta’ dak iż-żmien, Dun Mario Tong, dwar il-possibbiltà li huwa jipparteċipa fil-wirja permezz ta’ sett statwetti li huwa kien qiegħed jgħaqqad, u li kien normalment jarma fir-residenza tiegħu. Il-Kappillan, li kien ilu jixtieq li jkabbar din il-wirja, kien ħatfu fil-kelma u minn hemm nistgħu ngħidu li twieldet din lgħaqda. Matul is-snin, din il-wirja, li bdiet litteralment minn żewġ imwejjed żgħar fit-tarf tas-Sala Parrokkjali, kibret għal dik li hi llum, wirja kollettiva li tiġbor fiha diversi esibiti differenti minn għadd ta’ persuni differenti.
Il-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa Kien nhar il-Ħadd 28 ta’ Marzu 1999, meta tbierket u nfetħet din limsemmija wirja. Minn hemm ’il quddiem din il-wirja kibret matul is-snin u evloviet f’waħda millwirjiet ewlenin f’Birkirkara. Dan minħabba li, sa mis-sena ta’ wara, nies ġodda bdew jinteressaw ruħhom u jipparteċipaw f’din ilwirja. Ta’ min jgħid li wħud millewwel esebituri li ngħaqdu malfundatur u Chairman preżenti Vincent Mifsud, kienu l-mibki
Waħda mill-wirjiet organizzati fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa
Frans Baldacchino (il-Budaj) u Joe Valletta. Illum il-ġurnata, ix-xogħol fuq lorganizzazzjoni ta’ din il-wirja tant sar vast li, tista’ tgħid li jibqa’ għaddej is-sena kollha.
Il-Wirja tal-Milied Wara ħames snin mit-twaqqif tal-għaqda u wara diversi suġġerimenti li sarulha, l-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem kienet ħarġet bl-idea li torganizza wirja għal żmien il-Milied. Intlaħaq qbil mal-Kappillan ta’ dak iż-żmien, Dun Michael Bugeja u l-ewwel wirja ttellgħet proprju f’Diċembru 2003.
Għall-bidu din il-wirja kienet fuq skala żgħira u kienet tikkonsisti f’diversi presepji żgħar armati f’dik li kienet il-Librerija Parrokkjali, il-post fejn illum hemm il-Kappella tas-Sagrament fiċ-Ċentru Parrokkjali. Maż-żmien din il-wirja wkoll kibret u ġiet trasferita għas-Sala Parrokkjali biex, mis-sena 2008, qed tkun tagħmel parti mir-‘Raħal talMilied’ organizzat mill-Parroċċa.
Wirjiet oħra Minbarra l-wirjiet annwali talĠimgħa Mqaddsa u tal-Milied, lGħaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem torganizza wirjiet oħra, skont l-okkażjoni. Eżempju ta’ dan hija l-Wirja ta’ Statwi Titulari, Kwadri u Oġġetti Sagri li kienet ittellgħet f’April u Mejju 2008, flokkażjoni tal-35 anniversarju mittwaqqif tal-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem. Kif wieħed jista’ jara, dawn kienu 15-il sena ta’ suċċess għallGħaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem. 15-il sena li matulhom din l-għaqda bdiet mix-xejn u mmaturat għal dik li hi llum permezz tal-organizzazzjoni ta’ iktar minn 30 wirja ta’ kwalità. Xhieda ta’ dan huwa n-numru sostanzjali ta’ persuni importanti li żaru lwirjiet organizzati minn din lgħaqda matul is-snin, fosthom ilPresident tar-Repubblika, Prim Ministri, Kapijiet talOppożizzjoni, Membri Parlamentari (kemm lokali u anke Ewropej), l-Arċisqof u diversi artisti u statwarji rinomati. Għaqdiet bħall-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem jgħinu biex jiġbru flimkien gruppi ta’ nies li, permezz tat-talenti tagħhom u tax-xogħol volontarju, jkomplu jgħollu l-isem tajjeb li għandu r-raħal ta’ Birkirkara f’din il-materja. Nawgura aktar snin ta’ ħidma lil din l-għaqda f’dan l-anniversarju. Ad multos annos!
www.maltarightnow.com
26
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ
Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bilbitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-
KLASSIFIKATI
permess Class 77200983.
B.
Ċemplu
Limiti tar-Rabat ŻEWĠ tomniet art bil-veduta tal-baħar u tal-kampanja. Ċemplu 99428000.
Paola MAISONETTE arjuż ħafna f ’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra talbanju u bitħa. Ċemplu 99428000.
Ta’ Sannat, Għawdex €5,000 skont u żewġ passaġġi b’xejn fuq kull bejgħ ta’ penthouses, maisonettes, flats u plots. Ċemplu 79891819. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.
GĦALL-KIRI
Ix-Xagħra, Għawdex DAR bi tliet kmamar tas-sodda, kompluta b’kollox, bitħa, kċina, eċċ. Ċemplu 21551139 jew 99459437. VETTURI
BMW 320 DIESEL tal-2009, mileage ta’ 73,000, 184bhp model, full extras, kundizzjoni perfetta, dejjem iggaraxxjata. Ċemplu 99928362. AVVIŻI
Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull
tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront.
Tiswijiet TA’ magni tal-ħjata. Għal service u tiswijiet fil-pront. Ċemplu 99422268 jew 21416705. JINĦTIEĠU
Xufiera BIL-liċenzja tal-minibuses 16 seater. Importanti li min japplika jkun jitkellem bl-Ingliż. Ċemplu 21580688/9 jew 99499803.
www.maltarightnow.com
27
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
SPORT
Il-Ġermaniż Wee Catch Diamond jirbaħ il-heat tal-Premier f’Għawdex TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL
Fi tmiem il-ġimgħa f’Għawdex komplew it-tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa Ta’ Xħajma fejn bdew il-Heats talĦarifa li l-finali tagħhom ser isiru ħmistax oħra, il-Ħadd 12 ta’ Ottubru 2014. Għal darb’oħra quddiem attendenza numeruża, f’dawn ilHeats ħadu sehem uħud millaqwa żwiemel tat-Trott f’pajjiżna fil-klassi Premier, Gold, Silver, Bronż u Copper waqt li saru wkoll tiġrijiet għall-ponijiet. L-ewwel tiġrija kienet talklassi Copper u ntrebhet minn Rybo Cadet misjuq minn Marco Debono. It-tieni tiġrija tal-Bronż ntrebħet minn Absolutely Meadow misjuq minn Kurt Saliba Waqt li f’tiġrija oħra tal-istess klassi Bronż, ħareġ rebbieħ ilFranċiż Paco misjuq minn
Christian Xerri. Fil-kategorija Silver, reġa’ ttrijonfa ż-żiemel Franċiż ta’ disa’ snin, Record Du Mexique misjuq minn Marvin Cauchi. Dan kien it-tieni suċċess konsekuttiv għal dan iż-żiemel tal-familja tax-Xiber mix-Xewkija, li fillaqgħa precidenti rebaħ ukoll finali. Tiġrija oħra mill-kategorija Silver, intrebħet minn Quo De Clerlande misjuq minn Kerstin Galea. Fil-kategorija Gold, reġa’ ttrijonfa Obelix Molgard misjuq minn Salvu Vella wara li ħmistax ilu dan iż-żiemel kien rebah ittiġrija prinċipali fil-programm ta’ preparazzjoni għall-istagun. L-aħħar tiġrija tal-ġurnata kienet mill-klassi Premier fejn ħareġ rebbieħ iż-żiemel Ġermaniż ta’ tmien snin, Wee Catch Diamond misjuq minn
Joseph Mercieca jmexxi lil We Catch Diamond lejn rebħa fil-heat Premier
Joseph Mercieca. Minbarra dawn ir-rebbieħa, ikkwalifikaw żwiemel oħra li żgur ħmistax oħra se jkunu qed jagħmlu finali mill-aktar eċċi-
tanti. Intant, il-Gozo Horse Racing Association tappella lill-Gozo Channel biex bħalma seħħfi tmiem il-ġimgħa, il-bhejjem li
jkunu jridu jaqsmu bejn il-gżejjer ma jitħallewx jistennew ilport għal ħin twil fil-qilla taxxemx u l-elementi tan-natura sakemm jirkbu l-vapur.
Għajnsielem fl-ewwel post b’punti massimi FUTBOL F’GĦAWDEX - MELITA II DIV
Munxar Falcons…….…..0 Għajnsielem…....…...….2 Għajnsielem komplew għaddejjin b’rebħa oħra fil-konfront dirett kontra Munxar Falcons u baqgħu fl-ewwel post talKampjonat tat-Tieni Diviżjoni b’punti massimi. Il-Blacks kellhom bidu millaqwa u wara seba’ minuti fetħu liskor meta minn cross ta’ Robert Grima, CHARLON TABONE b’xutt fuq id-dawra għamel liskor 1-0. Huma komplew jinsistu u wara ħames minuti kabbru lvantaġġ minn JOSEPH ATTARD li wara li kellu l-ewwel xutt imblukkat mill-gowlkiper Vella, xeħet ġewwa. Wara l-intervall Għajnsielem għarfu jamministraw u baqgħu laħjar. Minuta fuq il-ħin Munxar setgħu naqqsu l-iskor bi freekick ta’ Michael Pace imdawwar għal corner minn Buttigieg. Munxar F: G. Vella, M. Debrincat, P. Parnis, M. Pace, G.Hili (J. Azzopardi), M. Grech, R. Meilak, P. Falzon, F.P. Azzopardi (K. P. Azzopardi), O. Atzori (A. Sacco), S. Farrugia. Għajnsielem: L. Buttigieg, D. Debattista, R. Grima, S. Sultana, M. Portelli, K. Hili, J. Portelli, J. Attard (D. Azzopardi), C. Grima (J. Cassar), C. Tabone, F. Galea (A. Xuereb). Referee: Keith Buhagiar
Riżultat tajjeb Għarb Rangers…….………2 Qala Saints…………..……..3 Qala Saints kisbu l-ewwel rebħa u telgħu fit-tieni post fejn qabżu wkoll lill-istess Għarb filklassifika. Għarb ħarġu jattakkaw imma mal-kwarta kienu l-Qalin li żblukkaw ir-riżultat meta MANWEL BUTTIGIEG bir-ras għeleb lil Spiteri. Fis-36 minuta Qala rduppjaw b’gowl fotokopja tal-ewwel wieħed meta minn corner ieħor ta’ Portelli, d-difensur MANWEL BUTTIGIEG b’daqqa ta’ ras reġa’ xeħet ġewwa. Fit-tieni taqsima Għarb ħarġu jfittxu li jerġgħu jidħlu fil-partita u wara ħames minuti Paul Anthony Attard ħarab lid-difiża avversarja iżda Grech kien attent u ħareġ fil-ħin biex jisraqlu l-ballun. Fid-9 minuta iżda naqqsu liskor minn penalty ta’ FRANK ATTARD wara li l-istess Attard kien twaqqà fil-kaxxa. Fid-19-il minuta tat-tieni taqsima Għarb ingħataw penalty ieħor wara fawl ta’ Grech fuq Paul Anthony Attard iżda din id-darba Frank Attard xeħet għoli. Erba’ minuti fuq il-ħin is-sostitut CHRISTOV CARUANA b’xutt sabiħ wara pass lura ta’ Daniel Cutajar kabbar il-vantaġġ. Appena reġa’ beda l-logħob, Għarb għamlu t-telfa iktar rispet-
tabbli meta FRANK ATTARD kompla għal ġewwa.
Għarb R: D.Spiteri, S. Apap (J. Mercieca), J. Azzopardi, C. Attard, C. Gafa, C. Attard (J. Portelli), F. Attard, M. Grech, P.A. Attard, N. Borg, J. Muscat. Qala S: I. Grech, M. Cefai, J. Rapa, M. Buttigieg, D. Cutajar, F. Mumford (S. Muscat), A. Cini, J. Attard, D. Portelli (C. Portelli), J. Galea, M. Scerri (C. Caruana). Referee: Alex Johnson
L-ewwel punti Xagħra United……………..1 Żebbuġ Rovers….....….….3 Żebbuġ Rovers akkwistaw lewwel punti u l-ewwel rebħa meta għelbu lil Xagħra 3-1 biex issa Xagħra huma l-uniċi
mingħajr rebħa. Kienu Żebbuġ li fil-35 minuta fetħu l-iskor b’xutt fil-baxx għarrokna minn barra l-kaxxa ta’ MANWEL CORDINA. Mal-bidu tat-tieni taqsima Daniel Bartolo ħarab minn bejn żewġ difensuri Żebbuġin iżda wara li evita l-ħarġa talgowlkiper Saliba kellu l-konklużjoni imblukkata minn Christian Zammit. Fis-16-il minuta Xagħra tilfu ċans tad-draw meta minn cross ta’ Attard, is-sostitut Arthur Farrugia spara għoli minn taħt illasta. Fis-36 minuta ż-Żebbuġin żiedu gowl ieħor permezz ta’ azzjoni oħra personali ta’ MANWEL CORDINA li b’xutt angu-
lat kiseb doppjetta. Mad-90 minuta Żebbuġ issiġillaw ir-rebħa permezz ta’ FRANKLIN CASSAR wara suġġeriment ta’ Oliver Saliba. Minuta wara fuq in-naħa l-oħra Xagħra skurjaw l-uniku gowl tagħhom permezz ta’ lob taliżmarkat DANIEL BARTOLO.
Xagħra U: D. Galea, E. Galea, M. Azzopardi (J. Scerri), S. Sultana, J. Bartolo, S. Harland, L. Attard, A. Bezzina, D. Bartolo, J. Buhagiar (S. Farrugia), C. Hili (A. Farrugia). Żebbuġ R: B. Saliba, A. Tramboo, C. Cassar, P. Cardona, M. Zerafa, M. Cardina (S. Galea), O. Calleja (F. Cassar), J.P. Saliba, O. Saliba, E. Grima, G. Portelli (P. Frendo). Referee: Ismael Barbara
KARATE
22 Malti għal turnament fil-Polonja Wara r-riżultati eċċellenti li kiseb it-tim Malti tal-Karate waqt il-Logħob tal-Pajjiżi żŻgħar ftit tal-ġranet ilu filLussemburgu fejn rebaħ sitt midalji tad-deheb, erbgħa fidda u erbgħa bronż, il-Federazzjoni se terġa’ tikkompeti f’avvrniment ieħor internazzjonali. Għada 22 Karateka se jmorru l-Polonja biex jieħdu sehem fit-
turnament Open li qed jorganizza dan il-pajjiż. Il-kontinġent Malti hu ffurmat minn 8 atleti nisa u 14-il tifel. Ilgrupp se jkun akkumpanjat millkowċis Nazzjonali Sensei Joe Tanti u Sensei James Galea, filwaqt li Michelle Vella se tkun luffiċjal mill-Federazzjoni Maltija tal-karate. Iż-żgħażagħ Maltin se jieħdu
sehem fil-Kata - li hi logħba wieħed kontra l-ieħor b’forma ta’ sekwenza - kif ukoll ser ikun hemm il-Kumite - li huwa kumbattiment bejn atleti b’forma ta’ punteġġi. F’dan l-Open tal-Polonja se jieħdu sehem 17-il-pajjiż fosthom il-Ġappun, ir-Russja u lUkrajna. B’kollox ser ikun hemm total ta’ 500 atleta.
www.maltarightnow.com
28
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
SPORT
Riżultati sodisfaċenti għal żewġ Maltin fis-Serbja WEIGHTLIFTING
Fi tmiem il-Ġimgħa l-għaqda Maltija tal-Weightlifting ipparteċipat fis-seba’ edizzjoni tal-kampjonat tal-weightlifting Vladan Mihajlović fil-belt ta’ Indija fis-Serbja. Żewġ atleti Maltin Rodmar Pulis u Kieran Mifsud pparteċipaw kontra atleti mill-Bulgarija, it-Turkija, Ungerija, Iżrael, isSlovenja, is-Slovakkja, ilBożnja-Herzegovina u l-pajjiż ospitanti. Rodmar Pulis beda l-kompetizzjoni b’refgħa suċċess fis-Snatch ta’ 102Kg. Fit-tieni parti talkompetizzjoni, dik tal-Clean & Jerk beda b’refgħa suċċess ta’ 130 Kg u 135Kg. Fit-tielet refgħa finali dik ta’ 140Kg, wara li
rnexxielu jerfa’ l-piż il-fuq min rasu, kellha tiġi ikkanċellata minħabba regoli tekniċi talisport. L-aħħar tentattiv kien ta’ importanza kbira ħafna kemm għall-pożizzjoni aħjar u sabiex jikser rekords nazzjonali. Huwa għalaq il-kompetizzjoni b`total ta’ 292 punt biex kiseb post ferm aħjar mill-kompetituri ta’ Iżrael u t-Turkija. Kieran Mifsud ta’ 15-il sena kien l-iżgħar atleta fil-kompetizzjoni. Huwa beda r-refgħa Snatch b’95 Kg iżda fit-tieni parti tal-kompetizzjoni dik talClean & Jerk, beda b’127Kg pero sfortunatament kellu jirtira mill-kompetizzjoni minħabba
It-tielet edizzjoni tasSmartCity Malta Road Race, organizzata minn St Patrick’s Athletics Club madwar ilKalkara u x-Xgħajra reġgħet kienet ta’ suċċess, hekk kif iktar minn 130 atleti adulti ħadu sehem fit-tiġrija ta’ 8km u walkathon, filwaqt li 25 parteċipanti żgħar ħadu sehem fit-tellieqa ta’ 2km. L-ewwel wieħed li temm it-tellieqa fil-kategorija tal-irġiel, kien Ibrahim Hussen Ahmed ta’ St Patrick’s Athletics Club fż’26 minuta u 23 sekonda. Huwa kien segwit minn Jonathan Balzan, tal-istess klabb u Brian Magri ta’ Pembroke Athleta temm fit-tielet post.
It-tellieqa tan-nisa, ntrebħet minn Carmen Hili ta’ St Patrick’s Athletics Club f’31 minuta u 41 sekonda, u kienet segwita minn Josianne Attard Pulis ta’ Starmax u Sandra Schembri ta’ B’Kara St Joseph, rispettivament. Il-tellieqa għaż-żgħar ta’ 2km, intrebħet minn Martha Spiteri ta’ Żurrieq Wolves fil-kategorija talbniet. Din temmet it-tellieqa fi tmien minuti u 12-il sekonda u kienet segwita minn Maria Ghigo ta’ St Patrick’s Atletics Club u Pamela Camilleri talGozo Greyhounds. It-tellieqa tas-subien intrebħet minn Dean Ellul ta’ St Patrick’s Athletics Club f’8 minuti u 21 sekonda
wġigħ fid-driegħ. Din kienet lakbar kompetizzjoni li qatt ħa sehem fiha Mifsud s’issa. L-atleti Maltin kienu taħt ilgwida ta’ Jesmond Caruana li kien ukoll magħżul bħala lPresident tal-Ġurija fil-kompetizzjoni tan-nisa. Din il-kompetizzjoni ma kinitx possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti u lħbiberija mal-Federazzjoni tasSerbja. Fl-istess dati Stephen Borg ħa sehem fl-kungress u l-elezzjonijiet tal-Unjoni Ewropea talweightlifting. Hu kien ukoll magħżul biex ikun ‘kontrollur tekniku’ fil-kompetizzjoni li saret fi Split fil-Kroazja.
Rodmar Pulis u Kieran Mifsud fis-Serbja
Ibrahim u Hili jirbħu t-tielet edizzjoni SMARTCITY ROAD RACE
(Mix-xellug) Ir-rebbieħ tat-tellieqa ta’ 8km Ibrahim Hussen Ahmed (xellug) u Carmen Hili (lemin) flimkien mal-President tas-St Patrick’s Athletics Club, Stephen Spiteri.
segwit minn Matthew Camilleri tal-Gozo Greyhounds u Roderick Cassar tas-St Patrick’s Athletics
Club. Dawn it-tiġrijiet kienu sponsorjati minn SmartCity Malta,
Nestlé Fitness, Crix, Gioia Bananas, Raysun Products, Gatorade, Nutrend u Kee Klamp.
It-tim tan-nisa ta’ Hibernians fetaħ l-istaġun il-ġdid fuq nota pożittiva meta rebaħ il-finali tal-BOV Super Cup kontra B’Kara 2-0 wara l-ħin barrani. Il-Karkariżi li rebħu n-Knock-Out l-istaġun li għadda, taw wirja tajba biex l-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari baqa’ ma nfetaħx. Fil-ħin barrani Hibs ħarġu l-karattru tagħhom u skorjaw darbtejn permezz ta’ Corissa Vella fil-101 minuta u erba’ minuti wara Francesca Chircop aċċertat mill-ewwel unur tal-istaġun għat-tim immexxi minn Keith Gouder. Fi tmiem il-partita Hibs kienu ppreżentati bit-Tazza minn uffiċjal tal-BOV.
www.maltarightnow.com
29
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
SPORT
L-Għawdxin jiftħu l-impenji kontra Vaasa TAZZA TAR-REĠJUNI TAL-UEFA – GRUPP 6
Il-Gozo Football Association fi spazju ta’ sentejn se terġa’ torganizza Mini Turnament ieħor tat-Tazza tar-Regjuni talUEFA. Dan meta matul din ilġimgħa l-Gozo Stadium ser ikun qed jospita l-logħob ta’ Grupp 6 mir-Rawnd intermedjarju ta’ din il-kompetizzjoni. Apparti s-Selezzjoni Għawdxija li se tirrappreżenta lil Malta, se jieħdu sehem ukoll ir-Reġjuni ta’ Ankara tatTurkija, Vaasa tal-Finlandja u s-South Region tar-Russja. Għall-Għawdxin din se tkun it-tielet parteċipazzjoni f’din ilkompetizzjoni. Huma kienu ħadu sehem għall-ewwel darba fl-1999 meta kienu lagħbu fi Grupp 5 fil-Greċja u mbagħad reġgħu ikkompetew fit-8 edizzjoni fl2012 fi Grupp 5 wkoll tarRawnd Intermedjarju fejn dakinhar l-Għawdxin taħt ittmexxija ta’ Eddie Vella kienu spiċċaw fit-tieni post.
Dakinhar il-logħob kollu wkoll kien sar fil-Gozo Stadium. Għal din l-edizzjoni lGħawdxin se jerġgħu jkunu mmexxija mill-kowċ Għawdxi Eddie Vella li ser ikun assistit minn Josef Vella. Għal dawn il-partiti Vella għandu skwadra ta’ 18-il plejer li se jkunu qed jilagħbu tliet logħbiet fi spazju ta’ ħamest’ijiem. Dawn il-plejers huma: Gowlkipers: Mark Grima (Nadur Y); Adrian Parnis (Xewkija T)
Difensuri: Peter Buttigieg (Xewkija T), Frankie Camilleri (Nadur Y); Daniel Micallef (St Lawrence S); David Udoh Monday (SK Victoria W); Daniel Farrugia (Victoria H); Akande Williams (Sannat L)
Midfielders: Milos Stojanovic, Josef Buttigieg (Nadur Y); Shaun Attard
L-Erbgħa 1 ta’ Ottubru Gozo Stadium 1630 Ankara v South Region Referee: Vladimir Vnuk (Slovakkja) 1930 Gozo v Vaasa Referee: Nikola Popov (Bulgarija) Il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru Gozo Stadium 1630 Ankara v Gozo Referee: Mitja Zganec (Slovenja) 1930 Vaasa v South Region Referee: Vladimir Vnuk (Slovakkja)
Eddie Vella (lemin) flimkien mal-assistent tiegħu Josef Vella li se jkunu qed imexxu lit-tim Għawdxi
(Oratory Y); Michael Bezzina (Victoria H); Mario Mifsud (Kerċem A)
Attakkanti: Claudio Antunes (Nadur Y); Rodney Buttigieg
(Victoria H); Fernando de Andrade (Sannat L); John Camilleri (Xewkija T); Thiago Dos Santos (Oratory Y). Il-programm tal-logħob kollu hu dan:
Il-manager ta’ Newcaste Alan Pardew mistenni li jżomm postu. Almenu Għalissa! Dan minkejja li t-tim tiegħu jinsab fit-tieni post mill-aħħar fil-Premier League. Il-Magpies għad iridu jirbħu logħba fl-ogħla diviżjoni dan listaġun u t-Tnejn kienu megħluba minn Stoke 1-0. Il-futur ta’ Pardew kien fiddubju bit-tim jgħaddi minn forma fqira u fl-aħħar sigħat kien mistenni jkollu ‘diskussjoni serja’ mal-proprjetarju Mike Ashley. Imma Newcastle imisshom kontra Swansea nhar is-Sibt u Ashley se jibqa’ jżomm lillPardew, almenu sa dakinhar.
Il-prorpjetarju tal-Magpies kien fil-Britannia Stadium u segwa t-telfa ta’ Newcastle kontra Stoke. Hu kien rappurtat li qal li Pardew kien se jitkeċċa jekk ittim ta’ Tynseside jitlef kontra lPotters. Madankollu l-avukati tiegħu aktar tard qalu li kien biss qed jiċċajta. It-telfa ta’ Newcastle fissret li issa t-tim rebaħ biss ħamsa millaħħar 25 logħba fil-kampjonat matul l-2014. “Se jkollna diskussjoni serja għaliex ma jridx jitlef kif ma rridx nitlef jien,” qal Pardew wara l-logħba. “Dan it-tim hemm
Il-Ħadd 5 ta’ Ottubru Victor Tedesco Stadium 1730 Vaasa v Ankara Referee: Mitja Zganec (Slovenja)
Gozo Stadium 1730 South Region v Gozo Referee: Nikola Popov (Bulgarija)
Pardew mhux se jitkeċċa... Man Utd qed jikkunsidraw partiti għalissa! ta’ ħbiberija f’nofs il-ġimgħa
Manchester United qed jaħsbu biex jibdew jilagħbu partiti ta’ ħbiberija f’nofs il-ġimgħa barra mill-Ingilterra. Peress li l-klabb dan l-istaġun mhux impenjat fiċ-Champions League, id-direttur maniġerjali Richard Arnold qal li l-klabb se jkun qed ifittex li jilgħab partiti ta’ attrazzjoni barra minn darhu. L-eliminazzjoni bikrija talklabb mil-League Cup (Capital One) fissret tnaqqis sostanzjali ta’ partiti matul il-ġimgħa għal Manchester United li issa huma programmati biss li jilagħbu tliet partiti oħra mill-Premier matul il-ġimgħa. United rebħu ċ-Champions League fl-2008 imma s-seba’ post li spiċċaw fih l-istaġun li għadda fisser li għall-ewwel darba wara 19-il sena spiċċaw barra mill-Ewropa. Aktar minn 100,000 partitarju raw ir-rebħa 3-1 ta’ United fuq Real Madrid f’Michigan dan issajf waqt it-tour tal-pre-season fl-Istati Uniti. Arnold jemmen li l-manager Louis van Gaal hu favur partiti bħal dawn matul il-kampjonat.
“Għandna relazzjoni tajba fejn jidħol ix-xogħol tagħna ma’ dak li jsir barra l-pitch u ninsab grat għall-appoġġ li qed nirċievu mingħandu. Issa qed inħarsu l-quddiem biex naraw x’nistgħu inżidu ma’ dawk it-tours internazzjonali,” qal Arnold. Intant l-attakkant Robin van Persie qal li Van Gaal qed idaħħal mentalità Olandiża fliskwadra. “Din hi mentalità impenjattiva ħafna b’mod pożittiv għaliex trid tkun konċentrat kuljum u f’kull sessjoni jew laqgħa. Trid tagħti l-impenn tiegħek li hu dak li jħobb l-istaff tekniku. Dan hu l-istil Olandiż,” qal Van Persie. Sadanittant xnigħat persistenti qed jgħidu li l-attakkant internazzjonali Portugiż Cristiano Ronaldo jinsab ħerqan li jirritorna jilbes il-flokk ta’ Manchester United iżda dan żgur li mhux possibli qabel sentejn oħra. Intant ġurnal Ingliż qal li Liverpool se jmorru għallgowlkiper ta’ 32 sena eks Barcelona Victor Valdes li jinsab bla klabb peress li Mignolet mhux qed jikkonviċi.
bżonn jirbaħ u rrid indawwar ilpaġna.” Kartelluni bil-kliem “keċċu lil Pardew” ntwerew mill-partitarji waqt il-logħba kontra Stoke. L-istorja kienet identika anke fil-logħba preċedenti kontra Hull imma Newcastle taffew xi ftit mill-pressjoni fuq il-manager meta minn 2-0 minn taħt ħadu draw 2-2 waqt li rebħu wkoll għand Crystal Palace fil-Capital One Cup. Dan hu l-agħar bidu ta’ staġun li qatt kellhom Newcastle mill2003-04 bi tliet punti minn sitt partiti u sa minn Boxing Day tal2013 ħadu 19-il punt f’26 logħba.
Partitarji ta’ Newcastle jitolbu t-tkeċċija ta’ Pardew fil-logħba kontra Stoke
www.maltarightnow.com
30
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
SPORT
TENNIS
Nadal jirritorna b’rebħa fiċ-Ċina
In-numru 3 fid-Dinja Rafael Nadal kellu ritorn rebbieħ filcourt wara injury meta għeleb lill-Franċiż Richard Gasquet 6-4, 6-0 fl-ewwel round mill-Open taċ-Ċina. Nadal li għandu 28 sena kien qed jilgħab l-ewwel logħba sa minn meta rkupra minn injury fil-polz li minħabba fiha ilu barra sa minn Wimbledon. Flimkien maċ-Champion ta’ 14-il titlu Grand Slam, għaddew ukoll għar-round li jmiss Novak
Djokovic li għeleb lill-Ispanjol Guillermo Garcia-Lopez 6-2, 6-1. Djokovic għadu bla telfa fitturnament fejn rebaħ id-19-il konfront li lagħab sa mid-debutt tiegħu fl-2009. Huwa ma ħax sehem fl-2011 minħabba injury. Fir-round li jmiss jilgħab kontra s-Serb Vasek Pospisil li ssupera lill-Kanadiż Lukas Rosol. Il-Britanniku Andy Murray, frisk mis-suċċess tal-Ħadd flOpen ta’ Shenzhen, għeleb fi
tliet sets 6-7, 6-4, 6-2 lillPollakk Jerzy Janowicz waqt li n-numru 3 Tomas Berdych għeleb lil Feliciano Lopez 6-1, 6-2. Fil-kategorija tan-nisa s-seed nru 1 u numru 1 fid-dinja Serena Williams tilgħab kontra Tsvetana Pironkova fit-tieni round, is-seed nru 2 Simona Halep għelbet lil Lin Zhu 7-5, 6-4 fit-tieni round, waqt li s-seed nru 4 Maria Sharapova għelbet lil Elina Svitolina 6-2, 6-2.
L-attakkant ta’ Arsenal Olivier Giroud laħaq ftehim dwar kuntratt ġdid mal-klabb. Dan ħabbru l-manager Arsene Wenger. Giroud li għandu 28 sena kien ingħaqad mal-Gunners mingħand Montpellier għal 12-il miljun sterlina fl-2012 u kien rappurtat li se jiffirma kuntratt biex jibqa’ sentejn oħra mal-
klabb sal-2018. “Intlaħaq ftehim. Meta jkun iffirma nħabbruh,” qal Wenger. L-internazzjonali Franċiż bħalissa qed jirkupra minn operazzjoni fl-għaksa li mistenni żżommu barra sa tmiem is-sena. HERRERA - Manchester United ħabbru li l-midfielder Ander Herrera jista’ jagħmel
diversi ġimgħat barra wara li kiser kustilja fir-rebħa 2-1 tasSibt fuq West Ham. Il-plejer ta’ 25 sena li sieħeb lil United mingħand Athletic Bilbao, skorja darbtejn f’erba’ partiti li lagħab fil-Premier. Van Gaal diġà għandu barra lil Carrick, Jones u Young li huma kollha mweġġgħin.
Il-Gvern Grieg waqqaf illogħob professsjonali domestiku kollu fi tmiem din il-ġimgħa wara li partitarju miet kaġun ta’ vjolenza fl-istadium waqt logħba football. Kostas Katsoulis ta’ 36 sena miet fl-isptar minħabba emoraġija f’rasu ġimgħatejn wara ġlieda mal-partitarji f’logħba mit-Tielet Diviżjoni. Erba’ persuni ġew akkużati blattentat ta’ qtil bejn Ethnikos u
Irodotos fil-15 ta’ Settembru. Il-partiti kollha tal-Football, Basketball u Handball ġew posposti. Giannis Adrianos, deputat ministru għall-kultura u sport qal li d-deċiżjoni li ttieħdet saret bħala ‘sinjal żgħir ta’ rispett lejn il-memorja ta’ Kostas Katsoulis’. Il-partitarju ta’ Ethnikos Piraeus sofra injuries serji wara ġlied mal-partitarji ta’ Irodotos.
L-attakkant Taljan Graziano Pelle qal li qed jittama li l-wirjiet pożittivi li kellu fil-bidu talistaġun ma’ Southampton ikunu biżżejjed biex bihom jikseb post fl-iskwadra nazzjonali Taljana. Nhar is-Sibt Pelle skurja rraba’ gowl mal-klabb b’volley mill-isbaħ kontra QPR. Fl-aħħar żewġ staġuni kien qed jilgħab ma’ Feyenoord fl-Olanda. “Nemmen fil-kapaċitajiet tiegħi innifsi. Wasal perjodu fejn
Max Verstappen se jsir liżgħar sewwieq fl-istorja li qatt se jkun ħa sehem fi tmiem ġimgħa ta’ Grand Prix meta se jsuq fl-ewwel sessjoni ta’ provi liberi l-Ġimgħa. L-Olandiż li lbieraħ għalaq 17-il sena se jkun qed jiddebutta mat-tim ta’ Toro Rosso li miegħu se jkun qed itellaq fl2015. Huwa se jsuq il-karozza ta’ Jean-Eric Vergne bi preparazzjoni għall-istaġun li ġej fejn se jkun qed jieħu post ilFranċiż. “Li diġà se nieħu sehem fissessjoni ta’ prattika hi ħolma li saret realtà,” qal Verstappen. “Se tkun esperjenza importanti
għaliex li ngħaddi ftit ħin filkarozza u li nidra naħdem ukoll ma’ kulħadd fit-tim inkun qed nipprepara ruħi tajjeb għassena d-dieħla. Mhux se ninżel biex nikser xi rekords. Irrid biss l-esperjenza.” Suzuka hu magħruf bħala wieħed mill-aktar ċirkwiti diffiċli fid-dinja u kunsidrat bħala t-test massimu anke għall-aktar sewwieqa b’esperjenza. Verstappen qal li kien kellem lil missieru, l-eks sewwieq talFormula 1 Jos Verstappen, dwar iċ-ċirkwit u kien imwissi li dan “mhux ċirkwit faċli biex jibda fuqu.” Max Verstappen qal li għamel ġurnata jsuq dan iċ-
Kuntratt ġdid għal Giroud
Iwaqqaf il-logħob
Rafael Nadal fl-azzjoni kontra Gasquet
Phelps arrestat GĦAWM
L-għawwiem Amerikan Michael Phelps li rebaħ xejn anqas minn 18-il midalja taddeheb fl-Olimpjadi, kien arrestat f’Maryland wara li nqabad isuq fis-sakra. Intqal li Phelps kien qed isuq il-Land Rover tiegħu b’84 mil fis-siegħa f’post fejn il-massimu hu ta’ 45 mil fis-siegħa u beda
jaqbeż il-linji. Huwa falla wkoll testijiet biex ikun identifikat jekk kienx taħt linfluwenza tal-alkohol. Fl-2004 Phelps ukoll kien arrestat u ngħata 18-il xahar probation. Huwa kkompeta l-aħħar flOlimpjadi tal-2012 u kien qed jerġa’ jipprepara biex jieħu sehem f’Rio fl-2016.
it-tim Taljan se jilgħab żewġ partiti importanti u jekk ma nkunx fil-ħsibijiet tal-kowċ Conte ikolli ngħid li nkun kemmxejn sorpriż. Naf meta jkun ħaqqni tifħir u naf meta għandi nkun ikkritikat u bħalissa żgur li ħadd ma jista’ jmaqdarni,” qal Pelle. L-Italja jmissha tilgħab żewġ partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, waħda minnhom kontra Malta. Fl-10 ta’ Ottubru l-Italja tilgħab kontra l-
Ażerbaijan filwaqt li tlett ijiem wara l-Italja tilgħab kontra Malta f’Ta’ Qali. “Ħaqqni nkun fit-tim Taljan imma ma nippretendix li nkun magħżul, m’inix daqshekk prużuntuż. Il-kowċ irid jagħżel ħames attakkanti u biex tkun magħhom diffiċli,” kompla jgħid Pelle. Fl-ewwel logħba minn Grupp Ħ l-Italja kienet kisbet rebħa ta’ 2-0 kontra n-Norveġja.
Pelle jrid post mal-Italja
Verstappen se jsuq fil-provi tal-Ġappun FORMULA 1
Max Verstappen se jsir l-iżgħar sewwieq fil-Formula 1
ċirkwit fuq simulatur u dan forsi jgħinu ftit imma żgur mhux is-sostitut ta’ meta jsuq
karozza reali. “L-ewwel impressjoni tiegħi kienet li mhux faċli u jidher
ferm diffiċli biex tikkombina kollox flimkien b’mod tajjeb fl-ewwel Esses. Se jkolli siegħa u nofs xi nsuq hemm u qed nistenna bil-ħerqa biex nagħmel xogħol tajjeb għalija u għat-tim.” Verstappen għandu anqas minn sena esperjenza f’karozza tat-tlielaq imma Red Bull li jużaw lil Toro Rosso bħala lakkademja tagħhom, qalu li għażluh għaliex hu ‘talent ta’ darba f’ġenerazzjoni’. Fl-aħħar intervista li kellu lġimgħa l-oħra, il-konsulent talmotorsport tat-tim, Helmut Marko qabbel lil Verstappen mal-leġġendarju tliet darbiet Champion, Ayrton Senna.
www.maltarightnow.com
32
L-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014
LOKALI
Fil-Katidral tal-Imdina nhar it-Tnejn filgħaxija saret quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla f’għeluq l-40 sena mill-ordinazzjoni episkopali tal-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca. Il-quddiesa tmexxiet mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Pawlu Cremona, u l-konċelebranti kienu jinkludu lin-Nunzju Appostoliku Mons. Aldo Cavalli, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, l-Isqof Awżiljarju Mons. Charles Scicluna u l-Isqof Mons. Joe Alessandro. L-Arċisqof Emeritu assista fil-quddiesa. Monsinjur Mercieca, li llum għandu 85 sena, kien ordnat Isqof fid-29 ta’ Settembru tal-1974. (Ritratt: Photocity, Il-Belt Valletta)
Il-Gvern qatt ma kkonsulta mal-Kunsill dwar iċ-ċaqliq tal-monti lejn id-daħla tal-Belt Alex Attard
Il-Gvern qatt ma kkonsulta mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta dwar it-trasferiment talmonti fil-Belt, minn Triq Merkanti lejn Triq l-Ordinanza – ċaqliqa li sal-lum l-indikazzjonijiet juru li se tkun tfisser li lmonti se jibda mit-triq ta’ bejn issit tat-teatru miftuħ u l-bini lġdid tal-Parlament. In-nuqqas ta’ konsultazzjoni kkonfermah is-Sindku tal-Belt Alexiei Dingli, fil-programm ‘Talk Time mill-Parlament’, li xxandar għall-ewwel darba nhar it-Tnejn li għadda fuq Radio 101. Is-Sindku tal-Belt fisser li hi sfortuna li l-Kunsill tal-Belt sar jaf mill-aħbarijiet b’dan iċ-ċaqliq tal-monti fil-belt kapitali. Il-Kunsill tal-Belt iħoss li lMonti tal-Belt fi Triq lOrdinanza jistona wkoll mal-bini tal-Parlament. L-iktar li tistona hi l-parti bejn is-sit tat-teatru u lbini l-ġdid tal-Parlament. Is-Sindku tal-Belt enfasizza li l-Kunsill ma kienx ikkonsultat, u jirriżulta li l-monti se jibda minnaħa tat-triq ta’ bejn il-Parlament il-ġdid u s-sit tat-teatru, u jibqa’ sejjer kważi sa Strada Forni. Dingli fisser li dan iċ-ċaqliq se jkun problematiku, kemm
Triq l-Ordinanza, fil-Belt, fejn il-Gvern se jċaqlaq il-monti tal-Belt. Dan se jibda mit-triq li fuq naħa tagħha hemm is-sit tat-Teatru Rjal, u fuq l-oħra għandha l-bini l-ġdid tal-Parlament li hu fi stadju avvanzat, u li hu programmat li jkun inawgurat il-Ħadd 12 ta’ Ottubru biex l-għada t-Tnejn issir l-ewwel seduta fih (Ritratt: Martin Agius)
minħabba l-bini tal-Parlament, kemm għal raġunijiet ta’ sigurtà, kif ukoll għad-delegazzjonijiet li jżuru l-Parlament li jridu jgħaddu minn nofs ilmonti. It-tama tal-Kunsill, fisser isSindku tal-Belt, hi li l-Gvern jikkonsulta miegħu dwar dan iċċaqliq u mhux jippreżenta ddeċiżjoni bħala fatt komplut, u din tiġi implimentata mingħajr konsultazzjoni.
Il-Kunsill Lokali tal-Belt iħoss li l-monti tal-Belt fi Triq l-Ordinanza, jistona mal-bini l-ġdid tal-Parlament
Is-Sindku tkellem ukoll dwar problemi oħrajn marbuta marresidenti fiz-zona fejn il-Gvern irid jittrasferixxi l-monti lejn iddaħla tal-Belt.
Jirriżulta li se jintlaqtu wkoll il-postijiet ta’ parkeġġ għar-residenti, madwar 70 b’kollox. Dan in-nuqqas ta’ parkeġġ, qal is-Sindku Alexiei Dingli, joħloq
ukoll impatt fuq ir-residenti talBelt. Min-naħa l-oħra, il-bejjiegħa li tkellmu ma’ ‘In-Nazzjon’ ilmentaw li issa għadda żmien biżżejjed biex isir it-trasferiment min-naħa t’isfel tal-Belt fi Triq il-Merkanti, lejn id-daħla talBelt, u jinsabu diżappuntati li lGvern għadu ma żammx malwegħda tiegħu. Il-bejjiegħa, min-naħa tagħhom, qed jistaqsu x’qed iwassal għal dan id-dewmien min-naħa tal-Gvern biex il-monti fil-Belt ikun trasferit lejn Triq lOrdinanza. Ix-xogħol fuq il-Parlament ilġdid, maġenb it-Teatru Rjal, jinsab fl-aħħar stadji tiegħu, u dan suppost jiġi inawgurat il-Ħadd 12 ta’ Ottubru, biex l-għada tTnejn, fih issir l-ewwel seduta tal-Parlament meta l-Kamra terġa’ tiltaqa’ wara l-vaganzi tassajf.