Nru 13,864
Il-Ġimgħa, 3 ta‘ Ottubru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
Kap ta’ Cosa Nostra arrestat f’Malta
Ħamsa, tlieta minnhom suldati, akkużati fil-Qorti
Daniel Vella, l-uniku akkużat Għawdxi mill-ħamsa li tressqu l-Qorti ta’ Għawdex (Ritratt : Lorne Cremona)
Mixlija li ppruvaw iwettqu serqa kbira f’Għawdex Joe Mikallef
Ilbieraħ filgħaxija tressqu quddiem il-Qorti t’Għawdex ħamest irġiel, erbgħa Maltin u Għawdxi,
tlieta minnhom suldati, li ġew akkużati bl-attentat ta’ serqa millistabbiliment tal-kmamar tal-banju “Bubbles”, aktar kmieni din ilġimgħa f’Għawdex. Serqa li,
tgħid l-akkuża prinċipali, ma rnexxietx indipendentement millvolontà tal-akkużati. Il-ħames akkużati huma Robert għal paġna 5
Ilbieraħ kien arrestat f’Malta Sebastiano Brunno, Kap ta’ Cosa Nostra, li hija l-Mafja ta’ Sqallija. L-arrest ta' Brunno, li kien ilu maħrub mill-ġustizzja Taljana mill-2009, kien ikkonfermat millPulizija Maltija f’konferenza talaħbarijiet indirizzata mill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit. Fl-arrest kienu nvoluti diversi taqsimiet tal-Korp, u lħidma saret b’kollaborazzjoni malPulizija Taljana, mill-iskwadri mobbli ta’ Katanja u Sirakuża, taħt il-gwida tal-“Procura Antimafia di Catania”, li pparteċipat b’mod attiv fl-arrest. Kienet involuta wkoll l-Interpol. Il-ħidma bejn iż-żewġ pajjiżi, li wasslet għall-arrest ta' Brunno, kienet awtorizzata minn Mandat ta' Arrest Ewropew. U fil-konfront tiegħu hemm talba biex jiġi estradit lejn l-Italja. Sebastiano Brunno, ta' 56 sena, kien fil-lista tal-aktar mafjużi perikolużi mfittxija mill-awtoritajiet Taljani – dawk magħrufin bħala “Superlatitanti” - u kien arrestat f'dak li l-pulizija ddeskrivietu bħala “post pubbliku” f’Buġibba, wara sorveljanza li kienet ilha għaddejja tliet xhur. Il-pulizija qalet li ma jidhirx li wettaq reati kemm dam f’Malta, waqt li mhux magħruf kemm ilu f’pajjiżna, u kif daħal. Meta ġie arrestat, ilbieraħ għall-ħabta tas-1pm, hu kellu karta tal-identità tal-Italja, falza.
Sebastiano Brunno, li kien arrestat ilbieraħ f’Buġibba
Brunno hu mfittex, fost l-oħrajn, għal omiċidju li twettaq ħames snin ilu, minbarra li kien wieħed millprotagonisti fil-mewġa ta’ attakki mdemmija mill-Mafja fl-ewwel nofs tas-snin disgħin. Brunno diġà għandu sentenza ta' priġunerija għal għomru, filwaqt li se jiffaċċja numru ta' akkużi oħrajn. Brunno kien imexxi l-klann “Nardo”, li hu attiv fil-Lvant ta’ Sqallija. L-arrest ta' Brunno jsegwi dak ta' Aldo Gionta, mexxej talCamorra, il-Mafja Naplitana, li f'Awwissu li għadda kien arrestat mill-Pulizija Taljana fi Sqallija, qabel ma tela' fuq katamaran biex jiġi lejn Malta. Gionta, li għandu 42 sena, kien arrestat ma' tliet kompliċi tiegħu minn Torre Annunziata, meta kienu se jitilgħu fuq il-vapur, taparsi turisti. Huma kellhom fuqhom karti tal-identità foloz u anke flus.
www.maltarightnow.com
2
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
Ilbieraħ filgħodu, l-għada tal-Jum Dinji tal-Anzjani, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva Justyne Caruana, flimkien mar-residenti tad-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun, iċċelebraw għeluq snin Anthony Paul Bilocca, ta’ 102, mill-Furjana, u ta’ Maria Dolores Falzon u Francis Grima, l f’dawn il-jiem qed jagħlqu 100 sena. (Ritratt: DOI, Jeremy Wonnacott)
LOKALI
Il-media nżammet ’il bogħod mir-realtà li l-Parlament il-ġdid ma kienx se jitlesta
Il-Parlament il-ġdid fid-Daħla tal-Belt, bix-xogħol għadu għaddej fuqu, f’ritratt miġbud ftit tal-ġranet ilu (Ritratt: Martin Agius)
L-aħbar tal-Gvern, din ilġimgħa, li l-bini tal-Parlament ilġdid mhux se jilħaq jitlesta, żgur li ma kinitx xi sigriet għallGvern u għall-Ministru Joe Mizzi. Issa li ħarġet l-aħbar li l-binja l-ġdida mhix se titlesta sat-13 ta’ Ottubru, l-indikazzjonijiet kollha juru li l-Gvern għal darb’oħra ried jaħbi u ma jkunx trasparenti minkejja l-miri li tant tkellem dwarhom u tant assigura li se jintlaħqu, fosthom li l-ewwel seduta li jmiss tal-Parlament wara l-waqfa tas-sajf tkun filbinja l-ġdida. Minkejja l-impressjoni li ngħatat, li l-Gvern miexi malmiri fil-proġett tal-Parlament ilġdid, il-Ministeru mmexxi minn
Joe Mizzi kien konxju li l-proġett waqa’ lura u li l-Parlament mhux se jiftaħ fit-13 ta’ Ottubru filbinja l-ġdida fid-Daħla tal-Belt. F’korrispondenza li ntbagħtet fis-17 ta’ Settembru li għadda, lillMinisteru ta’ Joe Mizzi, biex Media.Link Communications, f’isem ‘In-Nazzjon’ u ‘Net News’, tingħata tagħrif dwar ilprogress fl-istadju finali ta’ dan ilproġett, u tkun ukoll tista’ tiġbed filmati u ritratti tal-binja l-ġdida minn ġewwa, ma kien hemm ebda tweġiba. Kien hemm silenzju għal kważi ġimgħa sħiħa mingħajr ma rċivejna xi forma ta’ tweġiba. Fit-23 ta’ Settembru, intbagħtet email oħra lill-Ministeru biex infakkruhom fit-talba tagħna biex insegwu x-xogħlijiet bi
tħejjija għaċ-ċerimonja inawgurali tal-Parlament il-ġdid, li kienet ippjanata li ssir il-Ħadd 12 ta’ Ottubru. Għal din l-aħħar email, irċivejna risposta dakinhar stess, bittweġiba tkun li ċ-Chairman u lKap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port ilKbir (GHRC), li taħtha jaqa’ lproġett, dik il-ġimgħa kienu jinsabu msefrin, jattendu konferenza. Minn dakinhar, it-23 ta’ Settembru, sa meta din il-ġimgħa l-Gvern ħabbar li l-proġett talParlament il-ġdid mhux se jitlesta, ma rċivejna ebda risposta. Skiet assolut. U l-media wkoll inżammet ’il bogħod mir-realtà li l-Parlament mhux se jiċċaqlaq għalissa għall-bini l-ġdid.
L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Therese Comodini Cachia ħadet sehem fis-smigħ ta’ Marianne Thyssen, li ġiet nominata għal Kummissarju Ewropew tax-Xogħol u lAffarijiet Soċjali. Comodini Cachia, li għamlet lewwel mistoqsija fil-‘grilling’, saħqet fuq l-importanza ta’ iktar sinerġija bejn l-edukazzjoni u xxogħol fis-settur tal-imprenditorija taż-żgħażagħ. Hi sostniet li fost il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea lġdida, għandu jkun hemm ilħolqien tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku. Comodini Cachia trattat ukoll is-settur tax-xogħol fost iżżgħażagħ u staqsiet dwar l-implimentazzjoni effettiva talGaranzija taż-Żgħażagħ, li għandha l-iskop li tiġġieled ilqgħad fost iż-żgħażagħ. L-MEP tal-PPE kkummentat li s’issa, ilfondi għal dan l-iskop ma kinux utilizzati bl-aħjar mod mill-istati
membri tal-UE. Il-Kummissarju nominat qablet magħha li din ilGaranzija bdiet b’rata kajmana. Thyssen qalet li se jkun hemm opportunitajiet biex ikunu sottomessi programmi b’mod iktar mgħaġġel minn qabel. Fl-Ewropa bħalissa hawn ħames miljun persuna taħt il-25 sena li jinsabu bla xogħol. Min-naħa tiegħu. il-Kap tadDelegazzjoni tal-PN filParlament Ewropew David Casa fi stqarrija faħħar il-wirja tajba li tat Thyssen u qal li jilqa’ d-determinazzjoni tagħha li trawwem kultura ta’ spirtu imprenditorjali, għax din tgħin fil-ħolqien talimpjiegi. Casa laqa’ wkoll l-impenn tagħha li tindirizza l-problemi li l-UE qed tesperjenza f’dan issettur importanti, bħat-tneħħija ta’ ċerti ostakli u piżijiet għallSMEs, il-ġlieda lill-esklużjoni soċjali u l-faqar, l-opportunitajiet indaqs, u l-parteċipazzjoni ikbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol.
Il-prezz taż-żejt niżel fl-inqas livell tal-aħħar sentejn. Fl-ewwel jiem ta’ Ottubru, niżel għal $93 kull barmil, u b’hekk kompliet ix-xejra ta’ tnaqqis fil-prezz talaħħar tliet xhur. Dan qed iseħħ minħabba lpreokkupazzjoni ta’ produzzjoni żejda mill-Istati Uniti u minħabba previżjoni ta’ tnaqqis fiddomanda mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija. Iżda, minkejja dan it-tnaqqis, f’Malta qed inħallsu prezz fiss għall-fuel, għax f’April li għadda, il-Gvern iffissa l-prezz talfuel sal-aħħar tas-sena. Dakinhar kien tħabbar li l-prezz tal-petrol ġie ffissat għal €1.44 kull litru, waqt li l-prezz tad-diesel se jkun ta’ €1.36 kull litru sa tmiem l2014.
Sinerġija bejn ix-xogħol u l-edukazzjoni
Iż-żejt fl-inqas livell …imma f’Malta nħallsu prezz fiss għall-fuel
www.maltarightnow.com
LOKALI
Strateġija li żżid id-dipendenzi u mhux l-opportunitajiet Il-Gvern qed joħloq iktar dipendenzi milli opportunitajiet. Dan qalu l-Kelliem talOppożizzjoni għall-Finanzi Tonio Fenech, waqt konferenza talaħbarijiet li matulha ta r-reazzjoni tal-Oppożizzjoni għad-dokument ta’ qabel il-Baġit li ppublika lGvern. Hu spjega li filwaqt li ċ-ċifri jistgħu jidhru pożittivi, meta wieħed janalizzahom fid-dettal, jintebaħ li t-tkabbir fl-ekonomija Maltija qed jiġi mbuttat mill-Gvern u mhux mis-settur privat. Hu qal li jekk il-Gvern jibqa’ għaddej bir-rankatura li qabad, li jżid id-dejn u l-ispiża pubblika, lekonomija se tbati minn effetti negattivi fil-futur. Tonio Fenech irrefera għar-rapport tal-Aġenzija Fitch u spjega li dan juri li lekonomija Maltija hi wisq dipendenti fuq in-nefqa interna li jfisser li “qed nieklu minn ġewwa” minflok jkollna pajjiż li jżied l-bejgħ, il-produzzjoni u l-esportazzjoni. Irrefera wkoll għar-rapport talForum Ekonomiku Dinji, li fih Malta niżlet sitt postijiet u kellha tnaqqis fil-postijiet li tokkupa fis-
setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni. Tonio Fenech qal li l-dokument ta’ qabel il-baġit ma fih l-ebda miżura li tindirizza dak li hu meħtieġ għal tkabbir sostenibbli tal-ekonomija Maltija, jiġifieri miżuri li jżidu l-bejgħ u l-esportazzjoni, waqt li jtaffu l-piż fuq innefqa pubblika. Tonio Fenech rrefera wkoll għall-impjiegi mal-Gvern. Hu fakkar li l-Ministru Scicluna kien qal lill-Unjoni Ewropea li l-1,500 ruħ ingaġġati mal-Gvern kull sena se jonqsu għal 1,000 ruħ fis-sena. Madanakollu, spjega Tonio Fenech, il-Prim Ministru Joseph Muscat żied l-ħaddiema malGvern b’2,042 kemm ilu filGvern. Dan ifisser li fl-ewwel tlettax-il xahar tal-Gvern Laburista ddaħħlu 3,700 ruħ mal-Gvern, jiġifieri għaxra min-nies kuljum. Dan meta pajjiżna għandu jiffoka fuq il-ħolqien ta’ impjiegi, b’pagi tajbin mal-privat, u mhux mas-settur pubbliku. Iż-żieda fl-impjiegi mal-Gvern tfisser żieda fl-infiq pubbliku, li titħallas minn dejn u taxxi. B’hekk dan se jwassal għal piż fuq il-poplu
L-istorja tirrepeti ruħha – il-PN Għal darba oħra, il-Ministru Evarist Bartolo għażel li ma jerfax ir-responsabbiltà politika ta’ deċiżjonijiet mgħaġġlin li qed jieħu f’settur daqstant sensittiv bħalma huwa dak tal-edukazzjoni. U minflok jerfa’ r-responsabbiltà, jitfa’ t-tort fuq uffiċjal pubbliku. Issa saret drawwa li lMinistru jara kif iwaħħal f’ħaddieħor għall-iżbalji taddeċiżjonijiet politiċi li jkunu ttieħdu minnu, u mill-Gvern Laburista. Dan qalu fi stqarrija l-kelliem tal-Oppożizzjoni għallEdukazzjoni Joe Cassar, b’riferenza għar-rapport li ġie ppubblikat dwar l-istraġi fil-ftuħ ta’ Skolasajf f’Lulju li għadda. Rapport li, fi kliem il-Partit Nazzjonalista, juri kif ilMinistru Bartolo u l-Kabinett ta’ Joseph Muscat ħadu deċiżjoni mgħaġġla u tard wisq biex ilFondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi u d-Direttorat tasServizzi Edukattivi jkunu jistgħu jimplementawha qabel il-ftuħ ta’ Skolasajf. Kif kien mistenni, il-Bord ta’ Inkjesta mwaqqaf mill-istess
Ministru Bartolo naqas milli jagħmel skrutinju tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Ministru f’dan il-każ. Hija drawwa tal-Ministru Bartolo, tgħid l-istqarrija talOppożizzjoni, li jwaqqaf bordijiet biex jipprova jgħatti l-iżbalji politiċi li jkun ħa l-Gvern, minħabba nuqqas ta’ ħsieb, nuqqas ta’ ippjanar u nuqqas ta’ tmexxija serja. Ir-rapport jindika wkoll li Evarist Bartolo għandu jerfa’ rresponsabbiltà politika dwar ilħatriet li għamel fil-Bord talFondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi u tas-Segretarju Permanenti fil-Ministru talEdukazzjoni u x-Xogħol. Din diġà hija t-tieni darba fejn Evarist Bartolo farfar ir-responsabbiltà politika tiegħu fuq ħaddieħor. L-ewwel każ kien marbut mad-deċiżjoni li jitwaqqaf listipendju lil xi studenti. L-istqarrija tal-kelliem tal-PN ittemm tgħid li jekk irid jagħti eżempju ta’ iggvernar serju, Evarist Bartolo għandu jibda billi jerfa’ r-responsabbiltà politika li tant tkellem dwarha qabel l-elezzjoni.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Tonio Fenech lbieraħ ta r-reazzjoni tal-PN għad-dokument ta’ qabel il-Baġit (Ritratt : Martin Agius)
Malti, tenna Tonio Fenech, li rrefera wkoll għal dikjarazzjoni li kien għamel il-Ministru Evarist Bartolo li kien sostna li ż-żieda flimpjiegi mal-Gvern kienet fis-setturi ewlenin tal-edukazzjoni u ssaħħa. Tonio Fenech qal li meta wieħed iħares lejn iċ-ċifri jsib li filwaqt li kien hemm żieda ta’ 300 fis-settur edukattiv u żieda ta’ 400 fis-settur tas-saħħa, bil-maġġoranza jkunu daħlu biex jieħdu post dawk li rritiraw jew telqu minn mal-Gvern,
kien hemm rata ogħla ta’ żieda flimpjiegi amministrattivi, fejn iżżieda kienet ta’ 600 ruħ. Spjega wkoll illi kieku l-Gvern ma daħħalx daqshekk persuni jaħdmu miegħu, ir-rata tal-qgħad kienet tilħaq ammont ikkunsidrat bħala inkwetanti, fil-livell ta’ 7%. Tonio Fenech tkellem ukoll dwar iż-żieda fil-pagi fejn spjega li ċ-ċifri juru li din qed tiġi reġistrata mal-Gvern, imma il-pagi mhux qed jiżdiedu bl-istess rata, mas-settur privat.
ID-DIŻGWID F’TA’ SANNAT
3
Il-Ġimgħa, 3 ta’Ottubru, 2014
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni tkellem ukoll dwar il-qagħda tassettur tal-manifattura li kellu tnaqqis fil-produzzjoni ta’ iktar minn 10%. Spjega li dan huwa settur li minnu jiddependu 30,000 familja. Irrefera wkoll għat-tnaqqis fil-bejgħ millħwienet, fl-importazzjoni u flesportazzjoni, u appella biex ilGvern jkollu strateġija iktar ħolistika biex jiffaċċja dawn laspetti ekonomiċi u mhux jgħid biss lill-persuni milquta li qed jgħinhom bir-roħs tal-kontijiet tad-dawl. Tonio Fenech tkellem ukoll dwar il-qagħda finanzjarja talGvern. Hu qal li l-Gvern se jilħaq il-mira ta’ żbilanċ ta’ taħt it-tlieta fil-mija għax l-Unjoni Ewropea qed titlob li ssir reviżjoni tal-istatistika. Hu spjega li l-Ministru Scicluna kien għamel mira li liżbilanċ jitnaqqas għal €154 miljun, iżda l-iżbilanċ żdied biex laħaq €210 miljun. Waqt li d-dejn żdied b’€400 miljun. U appellalu biex ma jilgħabx bl-iżbilanċ ta’ pajjiżna u jżomm mal-figuri oriġinali li tkellem dwarhom.
Is-Sindku Laburista jirrifjuta medjazzjoni
Philip Vella, is-Sindku Laburista ta’ Sannat, Għawdex, irrifjuta tentattiv li sar mit-tmexxija tal-Partit Laburista biex tiġi solvuta darba għal dejjem ilkwistjoni li nqalgħet fil-lokalità fuq l-allegat kunflitt ta’ interess tiegħu fil-każ tal-film “By the Sea” li qed jinġibed f’Imġarr ixXini. Dan hekk kif, skont sorsi ta’ min jorbot fuqhom, it-tliet kunsillieri nisa tal-Partit Laburista, il-Viċi Sindku Frances Galea u l-kunsillieri Maria Cassar Sultana u Margaret Said, kienu lesti jaċċettaw li jirtiraw il-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Vella, imma s-Sindku Laburista, min-naħa tiegħu m’aċċettax dan, u insista li jkompli bil-każ, li hu stess ressqu quddiem il-Bord ta’ Governanza talKunsilli Lokali biex jiġi investigat, malli tressqet il-mozzjoni ta’ sfiduċja fih. Informazzjoni li għandu dan ilġurnal tgħid li din l-offerta saret waqt laqgħa bejn is-Sindku u ttliet kunsillieri laburisti li ressqu lmozzjoni ta’ sfiduċja fih, li saret nhar l-Erbgħa fil-Ċentru Laburista tar-Rabat, Għawdex. Laqgħa, li
Il-kunsill laburista qed jikser il-liġi għax ilu ma jiltaqa’ aktar minn xahar, u l-Bord ta’ Governanza tal-Kunsilli Lokali se jisma’ l-partijiet fid-9 t’Ottubru
aħna nfurmati li ġiet imsejħa mittmexxija tal-PL, u li għaliha attenda d-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela. Is-sorsi tagħna qalulna li Abela li bħala uffiċjal tal-Partit Laburista, huwa wkoll inkarigat mill-Kunsilli Lokali - intbagħat biex ilaqqa’ liż-żewġ naħat f’din il-kwistjoni, u jagħmilha ta’ medjatur bejniethom biex il-kwistjoni ma tkomplix teskala. Imma meta ppropona lit-tliet nisa biex jirtiraw il-mozzjoni kompletament, u dawn, b’sens ta’ rieda tajba, jidher li kienu lesti jagħmlu dan, is-Sindku oġġezzjona. Jidher, qalulna s-sorsi tagħna, li s-Sindku jrid li jkompli għaddej b’dan il-każ, quddiem il-Bord ta’ Governanza tal-Kunsilli Lokali, għax hu konvint li se jirbaħ il-każ kontra t-tliet kunsillieri sħabu filkunsill.
Dawk li tkellmu magħna staqsew għaliex is-Sindku hu daqshekk konvint li għandu raġun, u għaliex jidher li hu kważi ċert li jekk il-każ ikompli jinstema’ sakemm jinqata’, hu se jingħata raġun. Il-Bord li quddiemu għandu dan il-każ, li tressaq mis-Sindku stess biex jiġi investigat, hu mmexxi mill-Avukat Joe Mifsud. U ftit jiem ilu dan il-ġurnal żvela li l-Bord bagħat għasSindku, għas-Segretarju Eżekuttiv u għat-tliet kunsillieri laburisti li ressqu l-mozzjoni, biex jixhdu quddiemu. Dan is-smigħ se jsir fid-9 t’Ottubru. Il-kunsill laburista f’Ta’ Sannat ilu ma jiltaqa’ mill-11 t’Awwissu, kaġun ta’ dan id-diżgwid, u għalhekk qed jikser il-liġi, għax din tgħid li kull kunsill hu obbligat jiltaqa’ mill-inqas darba fix-xahar.
www.maltarightnow.com
4
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
QORTI
Mhix ħatja li abbandunat lil binha Mingħajr kuntatt ma’ wliedha għal tliet xhur Kenneth Xuereb
Sabrina Albrecht, l-omm Ġermaniża ta’ 30 sena li tgħix Għawdex, ma nstabitx ħatja li f’Ġunju li għadda abbandunat lil binha Jeremias ta’ erba’ snin meta nstab f’għalqa f’Marsalforn. Is-sentenza ngħatat mill-Qorti ta’ Għawdex iktar kmieni din ilġimgħa, iżda hi konsolazzjoni żgħira meta mqabbla mat-tbatija li għaddejja minnha din l-omm, li minħabba l-pubbliċità li ġab miegħu dan il-każ, sfat mingħajr uliedha li “nħatfu” minn social workers Ġermaniżi f’Lulju li għadda. Fost l-agħar esperjenzi li tista’ tgħaddi minnhom omm hemm ilfirda minn ma’ wliedha mingħajr ebda mezz ta’ komunikazzjoni, u mingħajr ma taf x’sar minnhom. Iżda din hi r-realtà ta’ Sabrina Albrecht, li ilha mingħajr kuntatt ma’ wliedha Jeremias ta’ erba’
snin u Jayden ta’ sentejn li tħarrbu lejn il-Ġermanja fis-6 ta’ Lulju, kważi tliet xhur ilu. It-tfal kienu taħt il-kustodja temporanja tal-Aġenzija Appoġġ.
Kif ġraw l-affarijiet, f’dan il-każ 18 ta’ Ġunju – Jidħol rapport għand il-pulizija ta’ Għawdex, ta’ tfajjel ta’ erba’ snin waħdu f’għalqa f’Marsalforn. 19 ta’ Ġunju – Omm it-tfajjel, Sabrina Albrecht, titressaq quddiem il-Qorti ta’ Għawdex, akkużata b’abbandun ta’ Jeremias ta’ erba’ snin. Il-Qorti tordna li l-Aġenzija Appoġġ tieħu l-kustodja temporanja tattfajjel, u ta’ ħuh Jayden ta’ sentejn. 5 ta’ Lulju – Wara li isimha deher fil-Qrati u fil-mezzi taxxandir, jaslu Malta żewġ social workers Ġermaniżi mill-Uffiċċju taż-Żgħażagħ, li hu l-ekwivalenti Ġermaniż tal-Aġenzija Appoġġ.
6 ta’ Lulju – Bl-iskuża li se jieħdu lit-tfal ġurnata baħar, issocial workers Ġermaniżi jħarrbu lit-tfal minn Malta. LAppoġġ issir taf l-għada. 9 ta’ Lulju – Tlett ijiem wara li “nħatfu” minn Malta, Sabrina Albrecht tkun infurmata millAġenzija Appoġġ li wliedha m’għadhomx Malta. Permezz tal-Avukat tagħha Jean Paul Grech, Sabrina Albrecht tiftaħ proċeduri fil-Qorti sabiex it-tfal jinġiebu lura Malta. 22 ta’ Lulju – Il-każ jissemma wkoll fil-Parlament, bil-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia jgħid li nnuqqasijiet fil-liġi dwar il-ħtif ta’ persuni se jkunu indirizzati. Qal ukoll li għaddejja investigazzjoni dwar x’ġara eżattament. 24 ta’ Lulju – Il-Qorti ta’ Għawdex iċċanfar lill-Aġenzija Appoġġ li kienet fdata bil-kustodja ta’ Jeremias u Jayden. 8 ta’ Awwissu – Il-Qorti ta’
Sabrina Albrecht (tal-lemin), flimkien maż-żewġ uliedha
Għawdex tiddikjara li t-tfal Jeremias u Jayden Albrecht ittieħdu minn Malta illegalment, u ordnat biex l-awtoritajiet Maltin jibdew proċeduri sabiex iż-żewġt itfal jinġiebu lura Malta
Għal ftit ma qatluhiex qabel stuprawha Taljana tixhed fil-Qorti kontra żewġ Somali
Żagħżugħa Taljana, li isimha u d-dettalji tagħha ma jistgħux jiġu mxandra fuq ordni tal-Qorti, spjegat kif żewġ Somali l-ewwel bdew jagħfsuha minn għonqha u heddewha li kienu se jifgawha u joqtluha, imbagħad stuprawha. Dan għamluh wara li kaxkruha f’karozza, f’Ħal Far, viċin il-fabbrika tal-Playmobil. Dan ħareġ meta kompliet ilkumpilazzjoni fil-konfront ta’ Abdiraman Abukar u Liban Mohamoud, li t-tnejn għandhom
27 sena. Huma qed iwieġbu mhux ħatja li stupraw lit-tfajla ta’ 21 sena, fil-25 ta’ Marzu tas-sena l-oħra. It-tfajla qalet li dakinhar, hi flimkien ma’ ħuha, it-tfajla tiegħu, u ħabib tagħhom, marru jieħdu drink f’Paceville wara li kienet spiċċat mix-xogħol filBelt Valletta. Il-vittma, li b’mod ripetut bdiet tipponta lejn lakkużati bħala dawk li stuprawha, qalet li wara, ħuha kien saqha lura sa fejn it-termi-
nus tal-karozzi tal-linja talFurjana, għall-ħabta tat-3 a.m. Hi qalet li kienet waslet biex taqsam it-triq, meta rat karozza ġejja għal fuqha. Din waqfet, u ħareġ raġel minnha li xeħitha filkarozza. Kompliet tgħid li ma kinitx taf x’inhu jiġri, u ċemplet lil ħuha, u qaltlu li spiċċat f’karozza ma’ erbat irġiel. Ħuha, iżda, ma bediex jifhem x’kien qed jiġri. Hawn qalet li kien hemm erbat irġiel fil-karozza, u li wieħed mill-akkużati kien qed isuq u l-ieħor kien passiġġier fuq wara. It-Taljana qalet li l-karozza kompliet tinstaq fid-direzzjoni tal-Valletta Waterfront, u wieħed mill-irġiel ħareġ barra millkarozza u telaq. Wara, il-karozza bdiet tinstaq lejn Ħal Far, u waqfet fejn id-dwal tal-Marsa, fi Triq Aldo Moro. Meta waqfu, kompliet tixhed it-Taljana, wieħed mill-akkużati beda jaqbadha minn għonqha u jgħidilha li kienet se tmut. Dak il-ħin ma setgħetx tieħu nifs, u bdiet titlob biex forsi tgħaddi xi karozza, iżda dak ilħin m’għadda ħadd. Qalet li spiċċat ħassha ħażin minħabba li ma setgħetx tieħu aktar nifs. Fuq mistoqsija talMaġistrat Carol Peralta, il-vittma rrakkkuntat li wara, saqu għal Ħal Far, qabel ma wieħed millakkużati, li llum jinsab f’siġġu
mill-Ġermanja. 30 ta’ Settembru – Sabrina Albrecht tiġi liberata mill-Qorti ta’ Għawdex mill-akkuża ta’ abbandun tat-tifel tagħha Jeremias.
“L-ewwel stupraha, imbagħad qagħad ipejjep sigarett ma’ sieħbu, li wara, stupraha hu wkoll” tar-roti, niżżlilha il-qalziet, u hu niżżel tiegħu sa rkupptejh, u stupraha. It-tnejn l-oħra ħarġu mill-karozza, filwaqt li t-tielet qagħad fil-post u telaq. Hi qalet li kif wieħed millakkużati lesta, dan beda jpejjep sigarett mal-akkużat l-ieħor, li wara stupraha wkoll. Meta lestew, tefgħuha ’l barra millkarozza u ħarbet tiġri. Hi qalet li f’ħajjitha qatt ma ġriet daqskemm ġriet dakinhar. Il-vittma qalet ukoll li l-
akkużati ħadulha wkoll ċurkett Swarovski. Abukar u Mohamoud qegħdin jiġu mixlijin ukoll b’attentat fuq il-pudur tagħha, li żammewha kontra l-volontà tagħha, u li offendew il-morali pubblika u kkaġunawlha feriti ħfief. LIspetturi Yvonne Farrugia u Carol Fabri qegħdin imexxu lProsekuzzjoni, filwaqt li lAvukat tal-Għajnuna Legali Yana Micallef Stafrace qed tidher għall-akkużati.
www.maltarightnow.com
5
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
QORTI
Libertà proviżorja wara li ħallas il-pleġġ ta’ €60,000
Jason Galea ta’ 39 sena minn Birżebbuġa, li jinsab mixli bi tliet omiċidji, ħallas il-pleġġ ta’ €60,000 u issa jinsab bil-libertà proviżorja, anke jekk taħt house arrest. Galea ħallas bi flus kontanti li jammontaw għal €30,000 ilpleġġ fuq il-qtil ta’ Mario Camilleri ta’ 51 sena magħruf bħala “L-Imnieħru” u ta’ ibnu, wkoll Mario Camilleri. Dan il-każ qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona fejn miegħu hemm mixli wkoll George Galea ta’ 42 sena minn San Ġiljan. Sadanittant Jason Galea qed jiġi mixli wkoll
bil-qtil tal-ex xufier tat-taxi Matthew Zahra quddiem ilMaġistrat Josette Demicoli, fejn hemm ukoll kien imponut fuqu depożitu ta’ €30,000, li għamel tajjeb għalihom permezz ta’ ipoteka fuq proprjetà. Minkejja li ngħata l-libertà proviżorja, Jason Galea xorta waħda jrid jibqa’ taħt house arrest u jista’ joħroġ biss biex jiffirma darbtejn kuljum fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Birżebbuġa, bejn id-9.00 a.m. u l-10 a.m. u s-6.00 p.m. u s-7.00 p.m. Hu kien ingħata l-libertà proviżorja f’Lulju li għadda. Jason Galea, flimkien ma’
Ronald Urry, ta’ 49 min Raħal Ġdid, huma mixlijin bil-qtil ta’ Matthew Zahra, ta’ 27 sena millBelt. Zahra kien għeb fil-15 ta’ Awwissu tas-sena 2012, u nstab midfun f’għalqa fil-Qajjenza f’Lulju tal-2013., meta kienet qed issir tfittxija għal Mario Camilleri u ibnu, li nstabu wkoll fil-madwar. Għal Jason Galea, qiegħed jidher l-avukat Joe Giglio u lProsekuzzjoni qed titmexxa millIspettur Anzjan Chris Pullicino, u l-Ispetturi Michael Mallia, Fabian Fleri u Louise Calleja. Lavukati Joe Brincat u Raphael Fenech Adami qed jidher f’isem il-familja tal-vittmi Camilleri.
L-għalqa fil-Qajjenza fejn f’Lulju tas-sena li għaddiet instabu l-katavri ta’ Mario Camilleri u ibnu kif ukoll ta’ Matthew Zahra
L-akkużat kien f’sensih u luċidu meta ttella’ mill-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli
Tkompli l-kumpilazzjoni ta’ Erin Tanti mixli bil-qtil tal-istudenta tiegħu
Patrick Camilleri, infermier fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-isptar Mater Dei, qal li hu kien kellem u raha lil Erin Tanti hekk kif ittella’ mill-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli fejn minkejja lwaqgħa kien f’sensih sew u luċidu. Tant kien f’qagħda tajba li minflok ittieħed mill-ewwel lisptar, it-tim mediku baqgħu jistennew li jittella’ l-katavru. Dan ġara wkoll peress li meta ċċekkjalu l-polz u l-pressjoni kollox kien sew u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa li Tanti jittieħed mill-ewwel l-isptar. Dan ħareġ meta quddiem ilMaġistrat Audrey Demicoli kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Erin Tanti ta’ 23 sena, residenti l-Belt, mixli bil-qtil tal-istudenta tiegħu tad-drama Lisa Marie Zahra. Tanti, għalliem tad-drama, qed jiġi mixli li qatel lil Zahra, u li għenha tikkommetti suwiċidju. Zahra kienet instabet mejta taħt l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli fid-19 ta’ Marzu li għadda. Sadanittant ftit wara s-siegħa ta’ waranofsinhar missier il-vittma Tony Zahra ħareġ mill-awla peress li ma bediex iħossu f’siktu. Huwa kien emozzjonat ħafna meta xhud qal li l-akkużat kien ilu f’sensih taħt l-irdumijiet minn filgħodu u kien waranofsinhar li talab għal għajjut. Camilleri qal li hu kien mgħajjat biex jassisti persuni fuq lirdumijiet ta’ Ħad-Dingli fid-19 ta’ Marzu ta’ din is-sena. Qal li hu sħabu ma setgħux jilħqu persuna li kienet taħt l-irdumijiet u talbu għall-assistenza tal-Fori Armati ta’ Malta. Dawn irnexxielhom itellgħu lill-akkużat u poġġewh f’ambu-
lanza. Sa dak il-ħin, qal ix-xhud, ma kienx jaf li kien hemm persuni oħra involuti, u kien Tanti li qallu li kien ma’ tfajla, li kienu ħadu xi pilloli għax riedu jneħħu ħajjithom u għalhekk iddeċidew li jaqbżu. Dan qallu li kif raw li dan ma seħħx, l-ewwel qabżet hi u wara hu. Qallu li ħadu xi aspirana u li iżda ma kienx hemm problemi psikjatriċi. Madankollu kien hemm problemi familjari, għaliex hu ma kienx ġie aċċettat mill-familja tagħha, l-aktar minn missierha u ħuha. Qal li Tanti kien stabbli u filfatt kien luċidu għall-aħħar, tant li hu stenna lit-tfajla għal xejn anqas minn 30 minuta. Li kieku kienet differenti s-sitwazzjoni kienu jitilqu bih mill-ewwel, filfatt il-polz u l-pressjoni tiegħu kienu tajbin. Hu ma baqax jassistih meta waslu bih l-isptar għax hemm ħadu over it-tobba. Meta kien l-isptar ma jafx x’ġara, iżda hemm qal li hu kellem lil ommu li spjegalha x’kien ġara u wara komplew jagħtuha l-informazzjoni t-tobba. Huwa qal li ra lill-vittma tittella’ u l-imputat ma staqsa l-ebda domanda dwarha. Ix-xhud qal li kien hu li beda jistaqsih iddomandi. Qal ukoll li l-ambulanza ma kinetx ’il bogħod millirdumijiet, iżda ma setax jara lillvittma tittella’ għax l-akkużat kien fuq ġewwa tal-ambulanza. L-aħħar xhud kien Mark Ciangura, ħaddiem li jaħdem firresidenza ta’ Zahra fejn qal li darba sab lil Lisa Maria biddemm ħiereġ minn idejha. Sab ukoll soft toy li fih kellu xafra miksura. L-istess xhud iddeskri-
va li lejlet l-inċident innota karozza pparkjata barra mir-residenza tal-akkużat. Mill-kameras tas-sigurtà ra lil Lisa Maria dieħla flimkien ma’ persuna oħra fir-residenza. Ftit wara ċempel lil ħu Lisa Maria għax missier Zahra kien imsiefer. Huwa qal ukoll li darba minnhom sab ix-xfafar fil-kamra tal-vittma u dan wara li hu mesħilha jdejha b’xugaman li spiċċa mimli bid-demm. Qal li kien irċieva telefonata mingħand missier Lisa Maria u spjegalu dak li ġara. Filgħaxija reġa’ mar id-dar ta’ Zahra u sab lil Lisa Maria fuq it-telefon. Hu tkellem mal-vittma u qalilha li mhux sew li ddaħħal lil xi ħadd id-dar meta missierha ma kienx hemm u għax kienet għadha taħt l-età. Dakinhar sar rapport lill-pulizija. L-għada ġie infurmat li Lisa Maria ma tistax tinstab. Qal li mar ir-residenza ta’ Zahra u millkameras tas-sigurtà ma rriżulta xejn. Daħal ukoll fil-kamra ta’ Lisa Maria u qal li kull ma ħadet magħha kienu l-ħwejjeġ ta’ fuqha u l-mowbajl. Xehed ukoll is-Surġent Anton Zammit mill-Għassa tan-Naxxar. Dan qal li fid-19 ta’ Marzu mar Ħad-Dingli fejn raha ħelikopter itellgħu katavru. Fejn kien ilkatavru sabu ġakketta li fiha kien hemm xi ċwievet, qalziet u żarbun. Wara għall-ħabta tat-8.00 a.m. marru fejn il-karozza tat-tip Mazda, li kienet fil-post fejn sabu 13-il aspirina, flixkun whisky, envelop b’madwar €2,500, u żewġ ċekkijiet. Ilkarozza kienet magħluqa u hu kien preżenti waqt it-tfittxija.
Is-Surġent Anthony Degiovanni qal li fid-19 ta’ Marzu mar ifittex fil-karozza Mazda, fejn fiha kien hemm €2,490 fi flus kontanti, tliet kaxxi aspirina, nofs flixkun whisky, basket bil-ħwejjeġ u par żarbun. Xehed ukoll Luke Vella li f’dak il-jum kien ma’ grupp ta’ żgħażagħ f’Dingli Cliffs. Qal li waslu filgħodu biex jikkampjaw u dan kien bejn l-10.00 a.m. u l11.00 a.m. u għamlu hemm sal4.00 p.m. Marru fil-post biex jagħmlu barbecue, u x’ħin kienu qed jippakkjaw semgħu lil xi ħadd jgħajjar ‘help me’. Qal li huma rawh iżda kien ’il bogħod ħafna iżda seta’ jara li kien fuq blata. Kien madwar 100 metru ’l bogħod. Iż-żagħżugħ qal li kien ma’ sħabu fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-
Dingli dakinhar tal-inċident u sostna li meta waslu, kienu diġà raw lil Tanti u ħasbuh rieqed. Żied li f’xi ħinijiet rawh miexi fuq irkopptejh. Kien għal xi lerbgħa meta beda jgħajjat għallgħajnuna. Għalkemm kien ’il bogħod bdew ikellmuh u kkonferma wkoll li fl-ebda ħin ma qalilhom li kien hemm persuna oħra miegħu. Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukati Michael Sciriha u Lucio Sciriha Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Josric Mifsud filwaqt li l-Avukati Joseph Giglio, Gianella de Marco u Stephen Tonna Lowell qegħdin jidhru bħala parti ċivili f’isem il-familjari tal-vittma. Il-każ se jkompli jinstema’ fil-31 ta’ Ottubru li ġej fid-9.30 a.m.
www.maltarightnow.com
6
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
LOKALI
L-MCAST jikkonferma kollox
L-MCAST ikkonferma l-istorja li ppubblika ‘In-Nazzjon’ aktar kmieni din il-ġimgħa dwar ilftuħ ta’ sena akkademika ġdida fl-Istitut tal-ICT, imma f’ittra bid-dritt għal risposta, li jirriżulta li ntbagħtet ukoll bħala stqarrija lill-media kollha, akkużana b’attakk skorrett ieħor kontra lKulleġġ. Dan minkejja li fil-korrispondenza ffirmata minn Stephen Cachia, il-Prinċipal u CEO talMCAST, kienu kkonfermati lfatt kollha ppubblikati minn dan il-ġurnal. Fosthom li fadal xi xogħlijiet xi jsiru fil-bini tal-Istitut, li lMCAST kellu problemi malkuntrattur Taljan dwar il-kompjuters li suppost waslu u li listudenti ġew mistiedna jġibu llaptops tagħhom, li l-klassijiet se jkun fihom massimu ta’ tletin student, li l-Aġent Direttur talIstitut kien imsiefer fil-ftuħ tassena skolastika l-ġdida, u anke li
Dan ir-ritratt, bħal dak li ppubblikajna mal-istorja ta’ nhar l-Erbgħa, inġibed proprju fl-ewwel jum tas-sena skolastika l-ġdida fl-Istitut tal-ICT tal-MCAST (Ritratt: Martin Agius)
nhar it-Tnejn filgħodu, fl-ewwel jum, kien hemm kju ta’ studenti fil-Blokk Amministrattiv talMCAST. L-MCAST temm l-ittra billi nnota li dan l-artiklu kien wieħed minn sensiela li dehru fl-aħħar
jiem, skont hu, intenzjonati biex jitfgħu dawl ikrah fuq l-MCAST, kif ukoll fuq l-istaff iddedikat ta’ din l-istituzzjoni. Il-Kulleġġ qal ukoll li l-Management u l-Bord ta’ Gvernaturi jżommu d-dritt li jittieħdu passi legali kontra kull
It-tweġiba tal-MCAST L-Istitut tal-ICT fetaħ b’mod regolari għal din is-sena skolastika b’influss ġdid ta’ mijiet ta’ studenti ġodda. Dan sar b’mod trankwill u kalm, u llectures bdew b’mod regolari. Din is-sena l-istudenti kollha li fil-passat kienu jattendu korsijiet mogħtija minn kumpaniji privati f’isem l-MCAST, issa qed jattendu korsijiet flMCAST stess. Dawn l-istudenti ġodda kollha daħlu b’mod trankwill kif kien ippjanat permezz ta’ preparazzjoni biex Blokk M jiġi rranġat biex jilqa’ l-istudenti. Fil-fatt ix-xogħol ta’ ristrutturar hu kompletament lest fuq dan il-Blokk. Ix-xogħol li sar kien jinkludi t-twaqqigħ ta’ partitions u tkabbir tal-klassijiet, sistema ta’ elettriku ġdida, sistema ta’ wifi ġdid, wires għan-networking, tibjid ġenerali u bdil tat-toilets kollha fil-blokk. Dan ix-xogħol kollu sar u huwa lest u mhux minnu li għad fadal xi xogħol xi jsir, ħlief għal xi affarijiet żgħar li mhumiex qed jaffettwaw landament tal-lectures. It-tenders għall-kompjuters u għall-għamara għal dan ilblokk inħarġu u ġew aġġudikati fis-sajf li għadda. Sfortunatament inqala’ intopp kuntrattwali mal-kuntrattur Taljan li rebaħ din it-tender li fisser li ttardja l-proċess. Dan l-intopp issa ġie sorvolat
u l-kuntratt għandu jiġi esegwit fil-ġimgħat ġejjin. Minkejja dan, l-MCAST ħadet miżura biex timminimizza l-inkonvenjent għall-istudenti u l-għalliema, billi pprovdiet numru sostanzjali ta’ kompjuters għall-użu tal-istudenti f’dan ilblokk. L-istudenti ġew mistiedna li, min irid, jista’ jġib il-laptop tiegħu, prattika komuni f’kull istituzzjoni edukattiva postsekondarja, partikolarment għall-istudenti tal-ICT li qed isegwu korsijiet f’Higher National Diploma u degree kif inhuma dawk l-istudenti li qed jattendu lectures fi Blokk M. L-MCAST qed tesplora wkoll mod kif tagħti għajnuna lil min m’għandux aċċess għallaptop f’dan il-perjodu temporanju. Assolutament mhux minnu li l-istudenti ntalbu jixtru xi software. Dwar in-numru ta’ studenti fi klassi, il-massimu ta’ tletin student fil-klassijiet ta’ studenti li qed isegwu degree u Higher National Diploma hu numru baxx, u żgur li jitqabbel tajjeb ħafna mal-popolazzjoni filklassijiet ta’ istituzzjonijiet edukattivi oħra fejn jingħataw degrees. In-numru ta’ sigħat ta’ kull unit ta’ dawn il-korsijiet issa hu mibni fuq l-istess struttura tal-korsijiet kollha f’dan il-livell fl-MCAST. L-attakk li sar fl-artiklu kontra l-Aġent Direttur tal-Istitut
tal-ICT hu skorrett u malizzjuż. Conrad Vassallo qiegħed imsiefer għaliex qed jakkumpanja lill-istudenti talMCAST biex jirrappreżenta lill-MCAST u lil Malta filkompetizzjoni prestiġjuża internazzjonali magħrufa bħala Euroskills, fejn studenti Ewropej jikkompetu f’kompetizzjonijiet biex juru l-ħiliet tekniċi tagħhom fis-suġġett vokazzjonali li qed jistudjaw. Vassallo hu espert internazzjonali għal din il-kompetizzjoni u hu ta’ għajb li hemm min jipprova jieħu din lokkażjoni biex jattakkah. F’dan il-perjodu l-Istitut qed jitmexxa mid-Deputat Direttur tal-Istitut u l-erba’ Programme Co-ordinators li flimkien ma’ Conrad Vassallo qed jagħmlu xogħol kbir b’dedikazzjoni u impenn biex is-sena akkademika tibda b’mod pożittiv. Il-kumment dwar il-kju ta’ studenti fil-bini talAmministrazzjoni nhar itTnejn li għadda wkoll hu skorrett u malizzjuż. L-influss kbir ta’ studenti dakinhar kien ta’ studenti li kienu applikaw b’mod provisional għall-korsijiet fl-MCAST u li kienu rċivew ir-riżultati tar-resits talMATSEC is-Sibt. Hu ta’ mertu għall-impenn u d-dedikazzjoni tal-istaff tal-MCAST li għamlu mezz biex sal-11am il-kju ta’ studenti kien spiċċa u l-istudenti kollha kienu nqdew.
min qed jipprova jħammeġ din listituzzjoni tant importanti filpajjiż. Skont l-ittra, l-MCAST qed jintuża bħala ballun politiku partiġjan bi skop li jħammeġ aktar milli jikkritika b’mod oġġettiv.
Nota tal-editur: Fid-dawl ta’ din id-dikjarazzjoni talMCAST, tajjeb li jingħad li dan il-ġurnal ippubblika biss ftit mill-ħafna fatti li waslulu u li qed ikomplu jaslulu, fosthom ukoll theddid lill-għalliema biex, fis-sitwazzjoni diffiċli li qed jaħdmu fiha, ħadd minnhom ma jazzarda jersaq u jirrapporta l-każ quddiem lMUT. ‘In-Nazzjon’ bl-ebda mod mhu qed juża l-MCAST bħala ballun politiku partiġjan, u qed jirrapporta biss fatti – fatti li, fl-ittra li rċivejna, ġew ikkonfermati. Bi rġulija, u biex nimxu ma’ dak li tgħid illiġi, qed nippubblikaw l-ittra sħiħa li bagħtilna l-MCAST (hawn taħt, fuq ix-xellug). Issa f’idejkom biex tiġġudikaw jekk konniex korretti fl-istorja li ppubblikajna fil-ħarġa ta’ nhar l-Erbgħa.
Fadal xogħlijiet xi jsiru fil-bini tal-Istitut tal-ICT Problemi mal-kuntrattur Taljan dwar il-kompjuters li suppost waslu Klassijiet bi tletin student L-Aġent Direttur tal-Istitut kien imsiefer fl-ewwel jum Kju fil-Blokk Amministrattiv fil-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida
Iwieġeb dwar l-istipendju wkoll
Se jibda jidħol minn Novembru
L-MCAST qed jinsisti li mhux minnu li se jkun hemm tibdil fil-ħlas tal-ewwel pagament tal-istipendju. Dan wara li diversi studenti kkuntattjaw lil dan il-ġurnal jilmentaw li ġew infurmati li l-ewwel stipendju se jidħol f’Diċembru. Fi kjarifika oħra li bagħtilna bil-liġi tal-istampa, l-MCAST wieġeb li “l-ewwel stipendju dejjem jitħallas fl-aħħar ġranet ta’ Novembru jew l-ewwel ġranet ta’ Diċembru.” Skont il-Kulleġġ, “assolutament mhux minnu lanqas li twaqqaf iċ-ċans għal resit jew resubmission għall-istudenti tal-MCAST. Dan mhuwiex ilkaż u dan id-dritt se jibqa’ għal kull student.” Iżda kienu bosta l-istudenti li
kkonfermaw magħna li minn din is-sena r-resits tal-assigments se jibdew isiru fl-aħħar ta’ kull unit, u b’numru ta’ kundizzjonijiet. “Jekk dawn ilkundizzjonijiet ma jintlaħqux, ma jagħtukx ċans għal resit,” qaltilna waħda mill-istudenti. Fuq din il-materja qamet kontroversja kbira fuq Facebook. Studenta kitbet, “filmeeting li kellna, qaluna li talBTEC ħarġu regola li jekk ma tgħaddix minn assignment, ma jkollokx second attempt.” Studenti oħrajn kitbu, “lilna qaluna li tal-BTEC mhux se jsiru resubmissions, u issa qed jgħidu li se jkollna.” Imma uffiċjal tal-MCAST li tkellem ma’ dan il-ġurnal qalilna li dan mhux il-każ, u jista’ jkun li l-istudenti fehmu ħażin.
www.maltarightnow.com
7
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
KUNSILLI LOKALI
Ir-riforma tal-Gwardjani Lokali Kumment
Ftit inqas minn sena ilu, isSegretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, li dak iż-żmien kien Josè Herrera, kien nieda proċess ta’ riforma tal-Gwardjani Lokali. Il-Gvern kien argumenta li s-sistema kienet waqgħet f’ċirku vizzjuż u tiddependi biss miċ-ċitazzjoniji-
et, u li jekk ma jingħatawx, issistema tikkrolla. Kienet imwiegħda riforma pożittiva għal iktar effiċjenza u ġustizzja. Kienet riforma li qanqlet linteress ta’ ħafna. Riforma li fiha kien ċar li kien hemm okkażjoni perfetta biex isseħħ bidla, mingħajr ebda pika politi-
Il-ħmar iwaħħal f’denbu
Wieħed mill-qwiel li jsawru lilsien Malti huwa “Il-ħmar iwaħħal f’denbu”. Qawl li jingħad meta xi ħadd li jkollu tort, jibda jsib f’min iwaħħal. Sitwazzjoni li taf tkun komika tassew, iżda li għar-residenti ta’ Triq Joe Gasan fil-Ħamrun, mhi komika xejn. Dan hekk kif wara li sar xogħol ta’ resurfacing fit-triq, ix-xogħol baqa’ nofs leħja hekk kif il-parking bays ma nżebgħux, u ħofra qrib il-bandli baqgħet hemm, tant li kien hemm min saħansitra waqa’ fiha. Iffaċċjat bi kritika, il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun immexxi minn maġġoranza Laburista, wieġeb biss li l-proġett kien f’idejn
Transport Malta u mhux f’idejh. Pressjoni mill-Kunsillier Nazzjonalista Antonello Cuschieri biex il-Kunsill jilmenta b’mod formali ma’ Transport Malta wasslet biex Transport Malta, f’risposta xotta, tgħid biss li hi kienet responsabbli mix-xogħol ta’ resurfacing, u xejn iżjed. B’hekk, awtomatikament, jiġi li huwa lKunsill Lokali li hu responsabbli għall-bqija tax-xogħol. Residenti li tkellmu ma’ ‘In-Nazzjon’ ikkummentaw li sakemm ilKunsill Laburista tal-Ħamrun u Transport Malta jiddeċiedu min hu responsabbli għal xiex, huma se jibqgħu jsofru inkonvenjent mhux żgħir, kif ukoll periklu.
ka u fejn tispikka l-kooperazzjoni bejn forzi politiċi differenti, fl-aħjar interess tan-nies, tallokalitajiet u għalhekk, tas-sistema nnifisha. Okkażjoni perfetta biex idea tajba tkompli titjieb u tissaħħaħ. Wasalna f’Ottubru u r-riforma donnha waqgħet fil-muta. Żjara
Bankini ġodda
ta’ malajr lis-sit elettroniku www.riformagwardjanilokali.co m turi li l-paġna ilha ma tiġi aġġornata mill-inqas minn Marzu. Fil-fatt, il-paġna għadha turi ritratt ta’ Josè Herrera filfaċċata, meta issa s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ilu fil-kariga mhux ħażin. Il-
mistoqsija hi ovvja: x’ġara millproċess? Telaq kollox għal riħu, jew għaddejja ħidma? X’se jiġri mill-Gwardjani Lokali? Dan każ ieħor ta’ Gvern Laburista li assolutament ma jimpurtahx mill-Kunsilli Lokali? Se ssir riforma, jew kollox se jibqa’ kif inhu?
Il-Kunsill tal-PN fis-Siġġiewi bħalissa għaddej bil-bini millġdid tal-bankini fi Triq San Ġwann, u Pjazza San Ġwann. Ilħidma fis-Siġġiewi tikkumplimenta ħidma reċenti li saret f’numru ta’ toroq oħra fl-istess lokalità.
Anke l-Kunsill Lokali ta’ TasSliema, ukoll immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista, għaddej b’ħidma ġmielha fuq it-toroq tallokal. Fl-aħħar jiem, wettaq xogħol fuq il-bankini fi Triq Blanche, Triq Milner u Triq Sir Arturo Mercieca. Sar ukoll xogħol ta’ patching f’High Street.
Tkompli l-problema tat-telqa u l-ħmieġ fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar li bħalissa għandha Kunsill Laburista. Resident bagħtilna dan ir-ritratt, li juri Triq iċ-Ċern mimlija ħmieġ f’ħin meta wieħed jistenna li għandha tkun nadifa. Ir-residenti qalulna li sfortunatament xeni bħal dawn saru ferm komuni fil-lokal tagħhom.
Il-Kunsill Lokali tan-Nadur, immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista, reċentement wettaq ħidma fuq railing biswit il-playing field f’Tal-Ħali. Xogħol li issa hu lest, u li kienu bosta r-residenti li fuq Facebook esprimew sodisfazzjon dwaru.
www.maltarightnow.com
8
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
OPINJONI
Il-Kardinal Walter Kasper (xellug) li jrid iktar ftuħ lejn persuni divorzjati, u Gerhard Ludwig Müller, Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina li qed jisħaq il-pożizzjoni dwar it-tagħlim ta’ żwieġ għal dejjem
L-aħwa jiddiskutu l-familja
Jumejn oħra jibda mument storiku ieħor fil-ħajja tal-Knisja Kattolika. Bejn il-5 u d-19 ta’ Ottubru, madwar 150 isqof minn madwar id-dinja (inkluż l-Isqof ta’ Għawdex u President talKonferenza Episkopali Maltija, Mons. Mario Grech) se jinġabru Ruma biex jitkellmu dwar l-isfidi li qed tiffaċċja l-familja fiddinja tal-lum. Dan ta’ din is-sena huwa meqjus ‘Straordinarju’ u jekk Alla jrid, għandu jkun segwit minn ieħor ‘Ordinarju’ fl2015 li jkompli jiżviluppa dawn it-temi. Sinodu jissejjaħ ‘Ordinarju’ mhux fis-sens ta’ “xejn speċjali” kif kultant nużaw dik il-kelma, iżda fis-sens ta’ laqgħa ppjanata minn qabel b’ċerta regolarità. Fil-fatt, is-Sinodi fil-Knisja Kattolika jsiru spiss għax huma istituzzjoni permanenti li tiltaqa’ kull sentejn jew tlieta biex tiddiskuti temi li jolqtu l-ħajja universali tal-Knisja. Dawk ‘Straordinarji’, millbanda l-oħra (bħal dan ta’ pitgħada), jitlaqqgħu biex jiddiskutu temi li jeħtieġu risposti iktar urġenti. Hemm ukoll Sinodi ‘Speċjali’ li jiddiskutu l-ħajja tal-Knisja f’xi kontinent jew
reġjun partikulari (bħall-Afrika jew il-Lvant Nofsani). L-aħħar Sinodu Ordinarju ltaqa’ fl-2012 u ddiskuta lEvanġelizzazzjoni l-Ġdida. Dakinhar l-Isqof Mario Grech kien wieħed mill-ftit isqfijiet li poġġew t-tema tal-familja (u ddiffikultajiet li din qed tiltaqa’ magħhom) fuq l-aġenda. Għax dil-famuża Evanġelizzazzjoni Ġdida ma tistax tiġi diskussa b’mod astratt, mifruda mill-isfidi li l-Insara (u l-bnedmin kollha, wara kollox) jiffaċċjaw fil-ħajja ta’ kuljum. U peress li l-kuntest li fih il-biċċa lkbira tal-bnedmin jgħixu ħajjithom huwa dak taż-żwieġ u l-familja, il-Knisja ma tistax ma tesplorax il-modi kif il-Kelma t’Alla, l-Aħbar it-Tajba, tista’ tidħol (u tfejjaq) il-ġrieħi li jeżistu f’dawn l-oqsma. Probabbilment il-biċċa l-kbira tan-nies (anki Kattoliċi) għandhom xorti jkunu jafu li se jsir Sinodu, u l-ftit li jafu malajr jaħsbu li dan se jkun Sinodu “dwar ittqarbin tad-divorzjati miżżewġin”! Għax sfortunatament fix-xhur li għaddew donnhom l-aħbarijiet kollha dwar dan is-Sinodu ġew maħtufa
Dun Brendan M. Gatt brendissimo@gmail.com
(fis-sens ta’ ‘hijacked’) minn din it-tema. Tassew, hija realtà li toħloq ħafna wġigħ għal dawk li batew it-tifrik taż-żwieġ tagħhom u forsi daħlu f’relazzjoni oħra iżda xorta waħda jixtiequ jgħixu ħajja attiva filKnisja (u spiss, ġustament jew le, iħossuhom esklużi minnha). Iżda t-tema tal-familja (u l-isfidi li din qed tiffaċċja) hija ferm usa’ minn dan is-suġġett partikulari. Fiha jidħlu suġġetti importanti oħra bħalma huma l-faqar, l-edukazzjoni, il-formazzjoni talgħarajjes, il-bidliet soċjali li qed iwasslu għal tant żwiġijiet imfarrka u tant koppji li jippreferu jikkoabitaw aktar milli jiżżewġu,
it-trobbija tal-ulied (anki f’dik li hija l-fidi Nisranija), il-persuni omosesswali u r-relazzjonijiet tagħhom, u tant u tant oħrajn. Dawn kollha huma zoni li jistħoqqilhom diskussjoni serja, mimlija mħabba u kompassjoni, imdawla mill-kontribut ta’ esperti u ovvjament mill-Vanġelu u ttagħlim millenarju tal-Knisja Kattolika. Minn ċerti rapporti fil-media faċli nieħdu l-impressjoni li dan is-Sinodu qed jitlaqqa’ taħt xi sħaba ta’ tensjoni iżda r-realtà hija pjuttost differenti: l-isqfijiet li jiltaqgħu f’Sinodu (u li ovvjament ikunu qed iġorru magħhom il-ħsibijiet u x-xewqat ta’ sħabhom fil-pajjiżi u r-reġjuni tagħhom) jiltaqgħu bħala aħwa, f’atmosfera fraterna u miftuħa li fiha jistgħu jiddiskutu u jiddixxernu l-Ispirtu s-Santu f’liema direzzjoni qiegħed jonfoħ. Tassew li f’dawn l-aħħar ġimgħat ħarġu xi vuċijiet jistunaw ma’ dan l-atteġġjament, u taw l-impressjoni li għaddej ċertu ‘lobbying’. Fuq naħa hemm il-Kardinal Walter Kasper li jrid iktar ftuħ lejn persuni divorzjati u dawk f’sitwazzjonijiet irrego-
lari, pożizzjoni li tirriskja li tiġi f’kuntrast mat-tagħlim kostanti tal-Knisja dwar l-indissolubbiltà taż-żwieġ (jiġifieri li ma jinħallx). Fuq in-naħa l-oħra hemm numru ta’ Kardinali (fosthom Gerhard Ludwig Müller, Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi) li tkellmu u saħansitra ħarġu ktieb li fih saħqu dwar dan it-tagħlim ta’ żwieġ għal dejjem, tagħlim li għandu l-għeruq filkliem ta’ Ġesù nnifsu, wara kollox. Ma nixtieqx ninstema’ banali meta ngħid li ż-żmien irid jagħtina parir. Iżda tassew nemmen li għandna nħarsu lejn is-Sinodu b’fiduċja mhux b’biża’, għax ilKnisja dejjem issaħħet u kibret meta ddiskutiet b’sinċerità u mħabba. Is-Sinodi u l-Konċilji huma għodda antikissima (saħansitra l-ewwel wieħed ġie ċċelebrat f’Ġerusalemm madwar is-sena 50 wara Kristu) li tgħinha tifhem is-sinjali taż-żminijiet fiddawl tar-rieda t’Alla. Ejjew nitolbu li l-Isqfijiet ikunu kapaċi jiddiskutu tassew bħal aħwa, imqanqlin biss mix-xewqa li jaraw l-Ispirtu s-Santu x’qiegħed jgħid lill-Knisja (u lid-dinja) llum.
www.maltarightnow.com
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
Il-Profs. Scicluna jippersisti fl-iżvijar dwar l-10 impjiegi kuljum mal-gvern
Meta tkun f’ħofra, jgħidu, l-ewwel ieqaf ħaffer. Il-Ministru talFinanzi, il-Profs. Edward Scicluna, daħal f’ħofra meta nqabad jiżvija lill-ġurnalisti fuq l-eluf ta’ impjiegi li qed jagħti l-Gvern Laburista. Giddbuh il-ġurnalisti tat-Times u giddbu wkoll lUffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO. Imma l-Profs. Scicluna qed ikompli jħaffer.
Mhux żieda ‘statistika’ Il-Profs. Scicluna kien qal li ż-żieda qawwija ta’ impjiegi malgvern kemm ilu l-Labour fil-gvern kienet biss żieda ‘statistika’ minħabba li 3,000 ħaddiem fil-kostruzzjoni ġew klassifikati millNSO bħala ħaddiema fl-amministrazzjoni pubblika. Klassifikazzjoni bejn dipartimenti differenti tal-Gvern X’ma qalx il-Profs. Scicluna, għax ħaseb li l-ġurnalisti injoranti, hu li dawn it-3,000 ħaddiem xorta kienu jidhru mal-gvern qabel. Kulma sar hu li minn mal-gvern fil-kostruzzjoni baqgħu jidhru mal-gvern, imma fl-amministrazzjoni pubblika.
Inqabad jipprova jidħaq bil-ġurnalisti Il-Profs. Scicluna l-istatistika jaf jaqraha u allura dan tiegħu kien attentat biex jidħaq bil-ġurnalisti għax jaħseb li huma stupidi. B’xorti tajba, inqabad. It-Times uriet ċar li ż-żieda fl-impjiegi mal-gvern hi żieda vera, mhux ‘statistika’ kif qal il-Profs. Scicluna.
Giddbuh it-Times, l-MSA u l-NSO Dan ikkonfermah ukoll l-NSO li spjega ċar li t-3,000 ħaddiem mal-gvern kienu jidhru qabel u mal-gvern baqgħu jidhru wara. Imma l-Profs. Scicluna, flok ammetta, baqa’ jħaffer. Anke lAwtorità tal-Istatistika (MSA) ħarġet stqarrija li fil-fatt turi li, iva, iż-żieda tal-impjiegi mal-gvern hi reali għax it-3,000 ħaddiem qabel kienu diġà jidhru mal-gvern.
3,700 impjieg mal-gvern fi tlettax-il xahar U issa ħiereġ aktar kemm hu qawwi l-ingaġġ mal-gvern. Flewwel tlettax-il xahar tal-Gvern Laburista, irtiraw 1,625 ruħ minn mal-gvern. Dan hu xi kkonferma l-Ministru tal-Finanzi stess f’rapport lill-Kummissjoni Ewropea. Fl-istess tlettax-il xahar, limpjiegi mal-gvern żdied u b’2,042, kif jirriżulta ċar mill-istatistika uffiċjali. B’hekk, il-Gvern irrimpjazza dawk li rtiraw u kompla żied magħhom, jiġifieri daħħal b’kollox 3,700 ħaddiem fi tlettax-il xahar, jew 10 ħaddiema ġodda kuljum.
Dubju dwar kull ħaġa li jgħid il-Profs. Scicluna Hi ħaġa gravi li l-Ministru tal-Finanzi qed ikompli jipprova jqarraq bil-media għax jaħseb li l-ġurnalisti injoranti. Hi ħaġa gravi wkoll għax l-attentat tiegħu biex jiżvija lill-ġurnalisti jpoġġi f’dubju mhux biss dak li jgħid fuq l-impjiegi mal-gvern imma wkoll kull ħaġa oħra li jgħid fuq l-ekonomija u l-finanzi pubbliċi.
9
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
Żagħżugħ b’qalb tad-deheb
B’xokk kbir, inħsadt meta smajt bil-mewt ta’ David Chircop. Kelli xorti li nkun għalliem tiegħu għal sentejn, fil-Junior Lyceum. Kien student kwiet, bil-għaqal u ħabrieki, mistħi, iżda b’qalb taddeheb. David kien eżempju ħaj ta‘ student li jien kont laqqamtu ‘Duminku Savio’. Daħkan u bieżel f’kull waqt u ħin. Maħbub mhux biss mill-għalliema li għallmuh, iżda wkoll minn sħabu tal-klassi. Awtur Franċiż, żmien ilu kiteb hekk : “I do not rate as heroes those who triumphed by force of intellect. The only heroes I acknowledge, are those who were great in heart”. Żgur li din id-dedika tixraq ħafna, u hi f’waqtha biex tiddeskrivi lill-għażiż David. Żgur ukoll li Alla ppremjah, u qiegħed igawdi l-frott ta’ għemilu. Kondoljanzi minn qiegħ qalbi lil martu, uliedu, familtu, u lil dawk kollha li ħadmu miegħu. Grazzi David, għax fix-xejn tiegħek, għallimtni napprezza dak kollu li l-ħanin Mulej jagħtini filferħ u fin-niket. Victor Mario Abela Tas-Sliema
Il-praspar fuq tal-linja ma jiqfux!
Fl-aħħar ġimgħat u xhur, smajna ħafna dwar it-trasport pubbliku, u l-praspar fuq tallinja. Jumejn ilu ppubblikajna ritratt ta’ karozza tal-linja f’Raħal Ġdid, li fiha twaħħlet bit-tape borża tal-karti, bħal dawk li jintużaw għall-pastizzi, biex innies ma jpoġġux fl-ewwel siġġi-
25 sena ilu f'In-Nazzjon
jiet, minħabba l-ilma jqattar mill-arja kundizzjonata. Issa, dan ir-ritratt li qed nippubblikaw illum, u li wkoll waslilna mingħandkom il-qarrejja ta’ ‘In-Nazzjon’, ittieħed f’karozza tal-linja oħra. U juri avviż imwaħħal fuq biċċa karta, li ssibu ma’ wiċċek kif tidħol filkarozza, u li javża li l-qanpiena ma taħdimx. Mhux magħruf il-passiġġieri ta’ din il-karozza tal-linja kif kienu qed jiġbdu l-attenzjoni taxxufier biex jieqfu f’xi bus stop!
Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami wasal lura miż-żjara uffiċjali fl-Istati Uniti, u f’konferenza tal-aħbarijiet mal-wasla tiegħu lura f’Malta, iddeskriva din iż-żjara bħala waħda li swiet ta’ ġid għal Malta. Reġa’ beda jiltaqa’ l-Parlament wara lvaganzi tas-sajf, u l-Ministru talEdukazzjoni Ugo Mifsud Bonnici ressaq quddiem il-Kamra għall-ewwel qari, liġi ġdida biex issaħħaħ l-ilsien Malti u l-identità Maltija. Kienet inawgurata wkoll is-Sena Forensi fil-Qrati, bil-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Guido de Marco, iħabbar, fid-diskors tiegħu, li l-Kabinett approva proposta biex tkun iffurmata Kummissjoni Permanenti għal Riformi filLiġijiet, kif ukoll Kummissjoni oħra masSanta Sede dwar iż-żwiġijiet. Fil-ftuħ tasSena Forensi, kienu inawgurati tliet awli ġodda fil-Qorti.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
10
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
Taħwid u qerq biċ-ċifri Meta fl-1971 inbidel ilgvern u daħal gvern Soċjalista mmexxi minn Dom Mintoff, wara disa’ snin ta’ gvern Nazzjonalista mmexxi minn Ġorġ Borg
Olivier, kien hawn jaħdmu 101,000, li 20,000 minnhom kienu fis-settur pubbliku – 20 fil-mija. Meta f ’Mejju 1987 il-Partit Nazzjonalista, immexxi
Hu fatt magħruf li gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista dejjem kienu magni tal-impjiegi – impjiegi produttivi fis-settur privat. Fi Frar 2013, l-aħħar xahar sħiħ ta’ gvern Nazzjonalista kien hawn f’pajjiżna 154,269 jaħdmu fulltime, li 73.1 fil-mija minnhom kienu fis-settur privat. Barra minn dawn kien hemm 55,545 li kellhom impjieg part-time li 31,866 minnhom kien l-impjieg primarju tagħhom. Dan ifisser li fi Frar 2103 kien hawn jaħdmu f’pajjiżna 186,135 persuna. Il-gvern Laburista ta’ Joseph Muscat tela’ b’ħafna wegħdi. Anke fejn jidħol il-qasam talimpjiegi. Gvern Laburista sab mhux biss is-sodda mifruxa, iżda anke bil-bed-spreads u l-pillow cases. Dan kulma ried kien li jkompli fuq fejn sab. Ried ikompli jsaħħaħ it-tliet setturi ewlenin tal-ekonomija: l-industrija, itturiżmu u s-settur finanzjarju. Xejn iżjed. Fil-fatt, m’għamel xejn iżjed!
nbidlux. Sempliċement ħaddiema ġew reġistrati minn ministeru għal ieħor. Il-maġġoranza tal-poplu indunat b’dan l-eżerċizzju iżda ħafna Laburisti – li moħħhom żgur iwassal daqshekk iżda jagħmluh għall-propaganda partiġjana – qabdu kampanja kontra l-NSO biex jiskreditawha. Appena l-Ministru tal-Finanzi ħareġ b’din l-iskoperta tiegħu weġibt bl-aktar mod faċli billi qbadt l-aħħar statistika dwar l-
Għaddew ix-xhur u bdejna naraw is-settur pubbliku jikber mill-ġdid. Bil-mijiet u bl-eluf. Dan hu settur li l-ekonomiji kollha żviluppati qed jagħmlu minn kollox biex iċekknu u mhux ikabbru. Għaliex dan hu settur li jixrob il-mijiet tal-miljuni li jistgħu jiġi investiti f’oqsma oħra tal-ekonomija li jipproduċu u hekk ikabbru l-ġid nazzjonali. Il-Gvern issa jidher li din tażżieda fl-impjiegi fis-settur pubbliku qed iddejqu. Il-Ministru talFinanzi pprova jiġġustifika żżieda minħabba trasferiment ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku li lUffiċċju Nazzjonali talIstatistika, biex dejjem ikun jaqbel mal-linji gwida użati millEurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, jagħmel. L-NSO neħħa ħaddiema mill-Ministeru tarRiżorsi u Affarijiet Rurali għallMinisteri tal-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima u tat-Trasport u Infrastruttura. Iżda n-numri ma
impjiegi – dik ta’ April 2014 u qabbiltha ma’ dik tal-2012 (medja). Sibt li f’diversi dipartimenti l-Gvern żied 5,059 impjegat – li kienu jinkludu t-3,140 li ġew trasferiti mill-Ministeru tarRiżorsi u Affarijiet Rurali – u naqqas 3,309 impjiegi li kienu jinkludu 3,140 ħaddiem li marru fiż-żewġ ministeri li semmejt iktar ’il fuq. Dan ħallieni b’żieda netta l-impjiegi mal-gvern ta’ 1,750. Ftit tal-jiem wara l-NSO ħareġ stqarrija li fiha spjega dak li kien seħħ u flimkien mal-istqarrija kellu żewġ tabelli li waħda minnhom kienet turi żieda filħaddiema fit-tliet setturi tas-settur pubbliku fl-aħħar sena. Dan juri li f’dawn it-tliet setturi biss kien hemm żieda ta’ 1,733 ħaddiem. Mela ż-żieda ta’ 1,750 ħaddiem fis-settur pubbliku f’sena hemm hi. Issa din ma tinkludix il-mijiet ta’ ħaddiema li jispiċċaw bil-pensjoni, jew għal
minn Eddie Fenech Adami, ħa l-gvern wara 16-il sena ta’ gvern Soċjalista, kien hawn jaħdmu f ’Malta u Għawdex 110,000 li 55,000 minnhom – jew 50 fil-mija,
OPINJONI
kienu fis-settur pubbliku jew f ’azjendi, korporazzjonijiet u awtoritajiet fejn il-gvern kellu l-maġġoranza tal-ishma. Fi Frar 2013, laħħar xahar sħiħ ta’ gvern
Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, kien hemm fis-settur pubbliku 42,519 jew 26.9 fil-mija ta’ dawk kollha jaħdmu fulltime f ’pajjiżna.
Joe M. Zahra
joe.zahra@live.co.uk
Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, in-nefqa f’pagi u salarju fis-settur pubbliku żdiedet b’€24 miljun
Il-Ministru tal-Finanzi pprova jiġġustifika ż-żieda minħabba trasferiment ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, biex dejjem ikun jaqbel mal-linji gwida użati mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, jagħmel
raġunijiet oħrajn u li f’sena jħaħħqu aktar minn elf. Jekk ngħoddu dawn ukoll insibu li lħaddiema fis-settur pubbliku f’sena żdiedu bi 3,000. Hemm fattur ieħor li lMinistru tal-Finanzi ma semmiex. Fattur li messu l-iktar li jsemmi bħala responsabbli millfinanzi tal-pajjiż. Fl-ewwel sitt xhur tas-sena n-nefqa f’pagi u salarju fis-settur pubbliku żdiedet b’€24 miljun. Dan ifisser li f’sena n-nefqa tal-gvern f’pagi u salarji se tkun żdiedet madwar €50 miljun. Mhux xi ċenteżmu ta’ ewro jew tnejn! Somma kbira ħafna. Din iż-
żieda ma naħsibx li marret fuq żidiet lill-ħaddiema. Dawn ħadu ż-żieda tal-għoli tal-ħajja u xi increments li jkunu intitolati għalihom. Meta dan l-aħħar ħdimt kemm tiswa ż-żieda ta’ 2,000 ħaddiem fuq il-paga medja tal-gvern, jiġifieri Scale 10 li jiġi dak tan-nofs bejn l-1 u l-20 skala, u għaddejt magħhom il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali wasalt għaż-żieda li qed naraw. Jien ngħid li jagħmel ħażin min jipprova jimmina l-kredibbiltà tal-Uffiċċju Nazzjonali talIstatistika. Dan qiegħed hemm biex jiġbor l-istatistika f’para-
metri ffissati mill-UE biex ikun jista’ jsir paragun ‘like with like’ u mhux kulħadd kif jaqbel lilu. Il-Gvern ma jistax jiċħad li żied madwar 2,000 ħaddiem fissettur pubbliku. Wieħed jispera li ma jkomplix ikabbar is-settur pubbliku għaliex filwaqt li għandu jkun hemm il-ħaddiema neċessarji biex imexxu dan issettur, m’għandux ikun hemm nies żejda li jkunu ta’ piż u dannu għall-ekonomija. Flok joqogħdu jwasslu għad-dubji fuq iċ-ċifri maħruġa mill-NSO, ikun aħjar għall-Gvern li jikkontrolla kemm iqabbad ħaddiema ġodda mas-settur pubbliku.
www.maltarightnow.com
11
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Tirranka t-tensjoni fil-konfronti bejn attivisti u pulizija HONG KONG
It-tensjoni żdiedet fid-distrett ċentrali ta’ Hong Kong li jinkludi l-Uffiċċju tal-Gvern, fost rapporti kontinwi dwar ġlied bejn ilpulizija u d-dimostranti li jridu ddemokrazija. L-istudenti kienu qed jinġabru, ilbieraħ, barra l-Uffiċċju, fejn insistew biex Leung Chun-ying, il-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong, jagħti r-riżenja tiegħu sa nofsillejl. Intant, il-pulizija ħejjew tagħmir għal kontra l-irvellijiet, u l-attivisti insistew li huma kienu lesti biex jokkupaw il-bini talamministrazzjoni f’każ li Leung jinjora t-talbiet tagħhom. Id-dimostranti huma rrabjati dwar il-pjan taċ-Ċina Komunista biex tipproċessa l-kandidati li filfehma tagħha huma validi biex jikkontestaw l-elezzjoni tal-2017 għall-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong. Dan meta l-membri talmoviment favur id-demokrazija jridu d-dritt tal-għażla totali f’dik l-elezzjoni partikulari. Minkejja perjodi ta’ kalma relattiva, ilbieraħ, il-pulizija u rrappreżentanti tal-Gvern ta’ Hong Kong komplew jinsistu biex id-dimostranti jitilqu lura
lejn djarhom. Fil-fatt, il-Pulizija għamlitha ċara li ma kellhiex tibqa’ tħares lejn sitwazzjonijiet fejn iddimostranti jistgħu jinfiltraw izzoni pprojbiti fil-kumpless fejn hi bbażata s-sede tal-Gvern. Dan waqt li l-pulizija qalu lill-istampa li huma kienu ħejjew il-gass taddmugħ u l-balal tal-gomma li kellhom jintużaw ‘definittivament’ f’każi ta’ emerġenza. Il-pulizija u l-Gvern ta’ Hong Kong kienu diġà kkritikati blaħrax dwar l-użu ta’ gass taddmugħ fuq id-dimostranti, fi tmiem il-ġimgħa. Intant, mijiet ta’ nies kienu ilhom minn nhar l-Erbgħa jħejju għal dimostrazzjonijiet ġodda fost it-tensjoni, kontra ċ-Ċina u wara li l-mexxejja tal-istudenti ħarġu l-ultimatum dwar ir-riżenja ta’ Leung. Min-naħa tagħhom, il-pulizija f’Hong Kong ħejjew għal kull tip ta’ emerġenza u lbieraħ, il-gazzetta ‘South China Morning Post’ kienet minn talewwel li ħarġu bir-rapporti dwar konfronti ġodda bejn iddimostranti u l-qawwiet għażżamma tal-liġi.
L-UKRAJNA: Suldat Ukren f’checkpoint barra Gorlovka fil-Lvant tal-pajjiż. Ir-ribelli lbieraħ reġgħu bdew offensiva biex jippruvaw jieħdu l-kontroll tal-ajruport ta’ Donetsk (Ritratt: EPA)
Il-milizzji kontra t-taħditiet IL-LIBJA
Il-milizzji Iżlamiċi li qed jikkontrollaw l-akbar bliet talLibja kkundannaw l-aħħar taħditiet sponsorjati minNazzjonijiet Uniti li huma mmirati lejn it-tmiem tal-kaos u d-diżgwid li pparalizzaw ilpajjiż. Il-koalizzjoni tal-milizzji fi Tripli, magħrufa bħala żŻerniq Dehbi, iddikjarat li se tkompli bl-azzjonijiet militari, waqt li moviment ieħor – ixShura tar-Rivoluzzjonarji ta’ Bengażi, li jinkorpora l-gruppi tal-jihadisti u entitajiet oħra – ħareġ stqarrija li fiha rrefera għall-inizjattiva mit-taħditiet bħala ‘waħda mhix xierqa’. Tnax-il membru minn kull wieħed fost iż-żewġ Gvernijiet tal-Libja – dak tal-Prim Ministru Abdullah al-Thani li hu bbażat f’Tobruk u l-Gvern ta’ Tripli appoġġjat millIżlamiċi u li hu mmexxi minn Omar al-Hassi – ħadu sehem
fl-aħħar djalogu li kien appoġġjat min-NU, fil-belt ta’ Ghadames. Dakinar tat-taħditiet, Bernardino Leon, irRappreżentant Speċjali tanNazzjonijiet Uniti għal-Libja, irrefera għal ftehim biex jinbeda proċess politiku li jindirizza l-kwistjonijiet kollha b’mod paċifiku. Hu semma wkoll impenn qawwi biex il-ġlied jieqaf għalkollox tul il-pajjiż. Sadanittant, sa tnax-il suldat Libjan tilfu ħajjithom, ilbieraħ, kaġun ta’ attakk suwiċida u sensiela ta’ battalji fl-inħawi ta’ Bengażi. Irriżultaw ukoll għexieren ta’ feruti, bl-attakk suwiċida li seħħ meta żewġ karozzi-bomba splodew quddiem checkpoint tal-Armata qrib l-ajruport ta’ Bengażi. Hu mifhum li mietu wkoll numru ta’ suldati waqt il-konfronti mal-militanti Iżlamiċi fl-istess inħawi.
www.maltarightnow.com
12
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Sekwestrati miljuni ta’ loom bands perikolużi L-ITALJA
Il-forzi tas-sigurtà Taljani wettqu sensiela ta’ rejds li fihom issekwestraw madwar 20 miljun loom band, dawk ilbrazzuletti tal-lastiku li huma
moda bħalissa, prodotti fiċĊina, u li nstab li fihom il‘phthalates’, prodotti li jikkawżaw il-kanċer. Irriżulta wkoll li dawn kienu
qed jinbiegħu fl-Ewropa illegalment. Kien hemm azzjoni simili f’pajjiżi oħra Ewropej. Uffiċjali qalu li suppost ikun hemm 0.1 fil-mija ta’ ‘phthalates’ fihom
imma dawk li kienu ssekwestrati nstab li kien fihom aktar minn 45.50 fil-mija ta’ din ilkimika li tikkawża l-kanċer. Tliet persuni Ċiniżi kienu
arresti fil-ħidma f’Milan u ngħataw multi għall-ammont ta’ 40 miljun ewro. Każ simili għal dak ta’ Milan seħħ fir-Renju Unit ukoll.
L-OLANDA: L-akbar vapur tal-passiġġieri fid-dinja, l-Oasis of the Seas, jidher fil-port ta’ Wilhelminakade f’Rotterdam. Il-vapur twil 362 metru, wiesa’ 60 metru u għoli 65 metru, u jista’ jġorr 6,360 passiġġier (Ritratt: EPA)
Tirriżenja l-Kap tas-Servizzi Sigrieti L-ISTATI UNITI
Wara sensiela ta’ inċidenti, fosthom li raġel armat u b’passat kriminali rikeb flistess lift mal-President Barack Obama, Julia Pierson irriżenjat minn Kap tasServizzi Sigrieti, it-taqsima inkarigata mis-sigurta’ talPresident Amerikan. Obama, b’reazzjoni għarriżenja ta’ Pierson, esprima lapprezzament għat-30 sena servizz li tat. Ftit qabel il-każ tal-lift, kien hemm żewġ każi ta’ nies li qabżu r-reċint tal-White Hopuse, fosthom wieħed li kien armat b’sikkina u ieħor li saħansitra rnexxielu jidħol fil-White House wara li sab bieb miftuħ. Il-każ tal-lift seħħ waqt li Obama kien f ’Atlanta.
www.maltarightnow.com
13
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Problemi għall-Kummissjoni L-UNJONI EWROPEA
Kien hemm intopp għall-ħatra tal-Kummissjoni l-ġdida ta’ Jean Claude Juncker. Dan wara li feġġet firda fost il-Membri Parlamentari Ewropej rigward il-konferma tannomina tal-Kummissarji mir-Renju Unit u Spanja u aktarx Franza wkoll. Jonathan Hill, li kien nominat Kummissarju għas-settur finanzjarju, intalab imur għal ‘grilling’ ieħor il-ġimgħa d-dieħla filwaqt li lĦodor u x-Xelluġ dewmu lapprovazzjoni tal-Ispanjol Miguel Arias Canete li kien nominat Kummissarju għall-qasam talenerġija u l-klima. Dan wara li kien hemm oġġezzjoni għar-rabtiet li hemm fil-familja tiegħu mal-indus-
trija taż-żejt. B’reazzjoni għal dak li ġara filkaż ta’ Canete, iċ-Ċentru Lemin hedded li jimblokka l-approvazzjoni għan-nomina Franċiża, isSoċjalista Pierre Moscovici u li hu mniżżel biex ikun il-Kummissarju Ewropew inkarigat millEkonomija. Fil-każ ta’ Hill hemm is-suspetti minħabba r-rabtiet tiegħu mal-qasam finanzjarju f’Londra kif ukoll peress li se jkun responsabbli għaz-zona ewro meta r-Renju Unit ma kinitx tuża l-ewro. Il-Kummissjoni l-ġdida trid tkun approvata kollha kemm hi u mhux individwalment u dan irid isir sat22 ta’Ottubru biex tieħu l-ġurament tal-ħatra fl-1 ta’ Novembru.
IL-VATIKAN: Il-Papa Franġisku jiltaqa’ ma’ immigranti li kienu salvaw mit-traġedja ta’ sena ilu – fit-3 ta’ Ottubru tal-2013 – f’Lampedusa. F’dik it-traġedja kienu mietu 368 persuna (Ritratt: EPA)
Talba biex ma jkomplux jieħdu ritratti tal-Prinċep George IR-RENJU UNIT
L-INDJA: Statwa ta’ Mahatma Gandhi titnaddaf hekk kif tfakkar il-145 anniversarju tal-Gandhi Jayanthi, ittwelid ta’ dan il-mexxej tal-indipendenza Indjana (Ritratt: EPA)
Rata allarmanti ta’ każi tal-Ebola SIERRA LEONE
L-organizzazzjoni umanitarja Save the Children wissiet li lEbola fi Sierra Leone kienet qed tinfirex b’rata allarmati u qed ikun stmat li qed ikun hemm ħames każi ġodda kull siegħa. Dan f’pajjiż fejn hemm biss 327 sodda fl-isptarijiet. Intqal li jekk l-awtoritajiet jirnexxilhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni f’zona, isibu li l-marda tkun splodiet f’oħra. Hu magħruf li s’issa din ilmarda qattiela kkawżat il-mewt ta’ 3,338 persuna. Rob MacGillivray, li jmexxi lfergħa ta’ Save the Children fi Sierra Leone, qal li r-rata ta’
infezzjonijiet ġodda fil-pajjiż kienet qed tirdoppja ma’ kull ġimagħtejn. Sadattant f’Dallas f’Texas, fejn feġġ l-ewwel każ tal-Ebola barra mill-Afrika, it-tobba qalu li persuna li kienet taf lill-ewwel każ ukoll tpoġġiet taħt osservazzjoni minħabba suspetti li setgħet mardet bl-Ebola. Imma l-awtoritajiet qed iserrħu moħħ in-nies li huma biss il-qraba u l-ħbieb ta’ din il-persuna li jistgħu jkunu filperiklu u hu stmat li b’kollox dawn jammontaw għal 80 persuna. L-awtoritajiet qalu li saħħet dan l-individwu kienet marret ħafna lura.
Avukati għall-Prinċep William u martu Kate talbu lil żewġ fotografi partikulari biex ma jkomplux idejqu lil binhom, ilPrinċep Geogre, u lin-nanny li tieħu ħsiebu. Il-koppja iżda għamlitha ċara li għalissa ma kinitx se tieħu passi legali kontrihom. Il-koppja qalet li l-aġir ta’ dawn iż-żewġ individwi kien qabeż il-limitu.
Wieħed jista’ jgħid li l-Prinċep George forsi hu l-aktar tarbija popolari fid-dinja bħalissa u ritratt mhux uffiċjali tiegħu jista’ jġib il-prezz ta’ eluf kbar ta’ ewro. Filwaqt li l-media Ingliża ma tantx hi ħerqana li tippubblika ritratti simili, il-media f’pajjiżi oħra ma tantx jimpurtaha minn dan, bħalma kien il-każ tarritratti ta’ Kate topless li kienu ppubblikati f’rivista Franċiża.
IL-ĠERMANJA: Karozza li kienet simbolu tal-Ġermanja tal-Lvant, it-Trabant, magħmula mill-kartun f’Hanover bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Għaqda tal-Ġermanja (Ritratt: EPA)
www.maltarightnow.com
14
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
L-ITALJA: Ritratt maħruġ mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) juri s-satellita tagħha, Sentinel-1, għaddejja fl-ispazju minn fuq l-Italja. Is-satellita qed isservi kemm biex tibgħat ir-ritratti tad-dinja, minħabba għassa għall-bdil fil-klima, kif ukoll għassa għat-tniġġis tal-baħar u l-movimenti tal-bastimenti (Ritratt: EPA)
Posposta l-eżekuzzjoni Nofs l-annimali slavaġ L-IRAN
L-eżekuzzjoni ta’ mara Iranjana, li ngħatat is-sentenza tal-mewt talli qatlet raġel li hi qalet li pprova jabbuża minnha sesswalment, ġiet posposta. Reyhaneh Jabbari, ta’ 26 sena, kienet trasferita f’ħabs fil-Punent ta’ Tehran biex tingħata l-forka. Iżda l-attivisti stqarrew li kampanja għall-ħelsien tagħha li saret fuq l-internet ipperswadiet lill-istat biex jipposponi leżekuzzjoni tagħha b’għaxart ijiem. Amnesty International, ilgrupp dwar id-drittijiet tal-bniedem, qal li Jabbari nżammet ilħabs wara investigazzjoni mtappna b’ħafna żbalji. Il-mara kienet arrestata fl-2007
għall-qtil ta’ Morteza Abdolali Sarbandi, eksimpjegat talMinisteru dwar is-Sigurtà Nazzjonali tal-Iran. Hi tpoġġiet f’ċella solitarja għal xahrejn, u hu rappurtat li ma kellhiex aċċess għal avukat jew għall-familja tagħha, imbagħad ġiet ikkundannata għall-mewt minn qorti kriminali f’Tehran fl2009. Amnesty International qalet li Reyhaneh Jabbari ammettiet li tat daqqa ta’ sikkina lil Abdolali Sarbandi f’dahru, iżda allegat li kien hemm persuna oħra fid-dar li verament qatlitu. Hu maħsub li l-allegazzjoni tagħha qatt ma ġiet investigata bis-serjetà.
inqerdu f’40 sena IR-RENJU UNIT
Skont studju li sar dan l-aħħar, in-numru ta’ annimali slavaġ fid-dinja naqas bin-nofs fl-aħħar 40 sena. Il-kreaturi fuq l-art, fixxmajjar u fil-baħar qed jinqerdu hekk kif il-bniedem qed joqtolhom għall-ikel f’numri insostenibbli, filwaqt li qed iniġġes u jeqred l-abitati tagħhom. Il-Professur Kenn Norris, misSoċjetà Żooloġika ta’ Londra, saħaq li n-natura, li tipprovdi likel kif ukoll ilma u arja nadifa, kienet essenzjali għall-ħarsien tal-bniedem. In-nuqqas kbir ta’ annimali,
ħut u għasafar kien ikkalkulat billi ġew analizzati 10,000 popolazzjoni differenti, li jkopru 3,000 speċi bħala total. Dan it-tagħrif imbagħad, intuża għall-ewwel darba biex jinħoloq Living Planet Index, li jirrifletti l-istat tal-45,000 ħlejqa. Indiċi ieħor fir-rapport il-ġdid ta’ Living Planet jikkalkula llivell ta’ riżorsi naturali użat mill-bniedem. Bħalissa, il-popolazzjoni dinjija qed teqred is-siġar b’rata mgħaġġla ħafna, qed jinqabad il-ħut bl-addoċċ, qed ikun
ippumpjat iżjed ilma mix-xmajjar milli l-ilma tax-xita qed jimlew il-ġibjuni u l-klima qed tkun imniġġsa bil-gassijiet. Ir-rapport jikkonkludi li r-rata medja dinjija tal-konsum trid 1.5 pjaneta dinjija biex issostniha. Iżda erba’ pjaneti huma meħtieġa biex isostnu livelli Amerikani ta’ konsum, jew 2.5 dinjiet biex ikunu pari passu mal-livelli Ingliżi ta’ konsum. It-tnaqqis b’rata mgħaġġla fost il-popolazzjonijiet tal-annimali nstab f’ekosistemi bl-ilma ħelu, fejn in-numri naqsu b’75 fil-mija mill-1970.
L-Ambaxxatur tal-Arġentina fl-Istati Uniti, f’ittra lisSegretarju tal-Istat Amerikan John Kerry, avża li jekk il-pajjiż ikun ħati fil-qorti, id-deċiżjoni tirrappreżenta “ndħil illegali” fl-affarijiet interni talArġentina. U fi stqarrija qawwija, ilMinisteru għall-Affarijiet Barranin tal-Arġentina fi Buenos Aires qal li d-deċiżjoni tal-Imħallef Griesa “tmur kontra l-liġi internazzjonali” u “m’għandha ebda effett prattiku għajr li tipprovdi elementi
ġodda li jgħinu fil-kampanja politika qarrieqa mmexxija minn dawk li jmexxu l-fondi kontra l-Arġentina”. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Arġentina żied li “l-Imħallef Griesa jżomm irrekord talli hu l-ewwel imħallef li jiddikjara stat sovran ħati li ħallas dejn, wara li falla flattentat tiegħu biex jimblokka rristrutturar tad-dejn barrani talArġentina”. L-Imħallef Griesa qal li hu se jkun qed jiddeċiedi fuq il-penali f’data li titħabbar aktar tard.
L-Arġentina tisfida lill-Qorti Amerikana L-ISTATI UNITI
Imħallef Amerikan iddeċieda li l-Arġentina ġiet mixlija talli rrifjutat li tobdi biex tħallas iddejn li kellha lejn żewġ hedge funds. L-Arġentina spiċċat f’tilwima f’qorti Amerikana dwar il-fondi u li xtrat id-dejn tal-pajjiż bi skont wara li l-Arġentina kienet falliet fl-2001. F’Lulju, l-Imħallef Thomas Griesa qal li l-Arġentina trid trodd lura l-fondi qabel ma tħallas lura lis-sidien tal-bonds. LArġentina rrifjutat, u l-pajjiż m’onorax l-obbligi tiegħu.
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
www.maltarightnow.com
15
AĦBARIJIET TA’ BARRA
1
Il-protesti favur id-demokrazija f’Hong Kong
Sensiela ta’ ritratti minn Hong Kong, fejn in-nies qed ifuru fit-toroq biex jipprotestaw kontra l-pass li ħa l-Gvern Ċiniż li jġib irrelevanti lelezzjonijiet lokali f’din l-ekskolonja Ingliża. Dawn il-protesti qed iqanqlu l-memorji dwar Pjazza Tienanmen fl-1989, u huma kkaratterizzati mill-kulur isfar, il-kulur simbolu tal-libertà tal-vot. Dawn ilprotesti tlaqqmu ‘Ir-Rivoluzzjoni tal-Umbrelel’ minħabba l-użu kbir tagħhom mid-dimostranti minħabba x-xita, ix-xemx u l-użu tal-gass tad-dmugħ mill-Pulizija. (Ritratti: EPA)
4
2
3
www.maltarightnow.com
16
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
PERSONALITAJIET
ISIMHOM MINQUX FL-ISTORJA (34)
Franġisku ta’ Assisi: Fil-Kruċjati mar il-Palestina u wasal sa quddiem is-Sultan Musulman (It-tieni parti)
Meta Franġisku ta’ Assisi kien għadu joħlom bil-glorja f’ħajtu, kienet saret sejħa għal kavallieri biex jissieħbu fir-Raba’ Kruċjata fl-Art Imqaddsa. F’din is-sejħa, Franġisku kien ra l-opportunità biex jikseb il-glorja li dejjem xtaq. Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li huwa għamel it-tħejjijiet tiegħu biex isir kavallier, iżda temm ħesrem il-pjan tiegħu meta kien fi triqtu lejn Apulia biex jitkellem ma’ konti nobbli ħalli jagħmlu kavallier. Il-kruċjati kienu spedizzjonijiet militari skont wegħda solenni biex postijiet imqaddsa filPalestina jinħelsu mill-ħakma Musulmana. L-oriġini tal-kelma jinsab fis-salib taċ-ċarruta li kien jintlibes bħala baġġ fuq l-ilbies ta’ dawk li kienu jieħdu sehem flispedizzjonijiet. Sa miż-Żminijiet tan-Nofs, ittifsira tal-kelma ‘kruċjati’ bdiet titqies bħala li tinkludi wkoll ilgwerer kollha li saru, fil-linja talistess wegħda, kontra l-infidili, inklużi l-pagani, l-eretiċi jew dawk li kienu kkunsidrati bħala skomunikati. L-idea tal-kruċjati kienet tikkorrispondi ma’ ħsieb politiku favur l-għaqda ta’ popli u mexxejja sovrani taħt id-direzzjoni talpapiet. Il-kruċjati kienu jitħabbru bi prietka. Wara li jagħmel wegħda solenni, kull gwerrier kien jingħata salib u minn dak il-ħin ’il quddiem kien jitqies bħala suldat tal-Knisja. Il-kruċjati ispiraw ħafna qlubija u kuraġġ. Iżda magħhom ġabu wkoll ħafna ħruxija u ħwejjeġ koroh…koroh ħafna.
Ried jilħaq lill-Misilmin Franġisku ma marx jikkumbatti bħala kavallier fil-kruċjati. Madankollu, ir-realtà tal-kruċjati huwa ma nesihiex. Baqgħet f’moħħu. Dwarhom, tnisslet fih xewqa ferm differenti minn dik li kellu meta kien għadu żagħżugħ. Franġisku xtaq u sar ħerqan li jwassal lil Kristu anke fost ilMisilmin. Fl-1219, beda vjaġġ mill-port ta’ Ancona, lejn lEġittu. Hemmhekk irnexxielu jkollu laqgħa mas-Sultan Malik al-Kamil, neputi ta’ Saladin, f’atmosfera ta’ merħba tajba u ħarsien għalih stess u għall-patrijiet tiegħu. Dak iż-żmien, il-poter tasSultan kien mifrux prattikament fuq l-Art Imqaddsa kollha ħlief
Charles Buttigieg kb@erremme.com.mt
xi nħawi żgħar li kienu għadhom f’idejn il-Kavallieri tal-Kruċjati. Meta Franġisku beda l-vjaġġ tiegħu, kienet għaddejja gwerra feroċi bejn l-Insara u s-Saraċeni: il-Ħames Kruċjata (1218 – 1221), li għal raġunijiet ta’ tattika attakkat lill-Eġittu aktar milli lillPalestina. Fil-ktieb ‘Francis of Assisi: Early Documents’ naqraw li sSultan ħareġ editt li kull min kien jieħu lura ras ta’ xi Nisrani kien jirċievi biċċa tad-deheb bħala rigal. Minkejja dan, Franġisku, bit-tama li jilħaq l-iskop tiegħu, iddeċieda li jagħmel il-vjaġġ akkumpanjat minn wieħed millaħwa tiegħu, li kien jismu Illuminato. Hu miktub li f’punt minnhom, huma ġew f’idejn l-għassiesa Saraċeni li kaxkruhom magħhom, sawtuhom bil-frosta u rabtuhom bil-ktajjen. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar, ħaduhom għand is-Sultan, eżatt kif xtaq Franġisku. Il-ħakkiem ried ikun jaf min bagħathom hemm u għaliex, kif ukoll kif kienu waslu sal-post. Franġisku wieġeb li ma kinux il-bnedmin li bagħtuhom hemm, imma Alla lOgħli. Huwa beda jitkellem masSultan dwar Kristu u l-messaġġ tiegħu. Hu miktub ukoll li s-Sultan offra lil Franġisku bosta rigali prezzjużi. Il-bniedem ta’ Alla, li l-‘kilba’ tiegħu ma kinitx għal oġġetti ta’ din id-dinja imma għas-salvazzjoni tal-erwieħ, warrab dawn l-oġġetti bħallikieku kienu xi ħaġa maħmuġa. Meta ra li Franġisku tant kien jistmerr l-oġġetti ta’ din id-dinja, is-Sultan imtela bl-ammirazzjoni lejh u ħass rispett ferm akbar għalih. Meta reġa’ lura l-Italja, Franġisku għadda l-amministrazzjoni tal-Ordni tiegħu lill-vigarju tiegħu, Pietro Cattani. Il-Papa fada l-ħarsien tal-Ordni lill-
Is-Sultan offra lil Franġisku bosta rigali prezzjużi. Il-bniedem ta’ Alla, li l-‘kilba’ tiegħu ma kinitx għal oġġetti ta’ din id-dinja imma għas-salvazzjoni tal-erwieħ, warrab dawn l-oġġetti bħallikieku kienu xi ħaġa maħmuġa. Meta ra li Franġisku tant kien jistmerr l-oġġetti ta’ din id-dinja, is-Sultan imtela bl-ammirazzjoni lejh u ħass rispett ferm akbar għalih Kardinal Ugolino, li kien il-futur Papa Gregorju IX. Min-naħa tiegħu, Franġisku kompla jiddedika ħinu għall-predikazzjoni u biex saħħaħ ir-Regola tiegħu li ġiet approvata wkoll mill-Papa.
L-ewwel presepju Tliet snin qabel mewtu, San Franġisk ta’ Assisi ddeċieda li jagħmel ċelebrazzjoni kemm jista’ jkun solenni tat-tifkira tattwelid tat-Tarbija Ġesù, fi Greccio. Il-ħsieb tiegħu kien li jqanqal id-devozzjoni lejn Ġesù Bambin. Biex żgur ma jkunx hemm min forsi jifhmu ħażin
f’din l-inizjattiva tiegħu, San Franġisk talab u kiseb lapprovazzjoni tal-Papa qabel beda jaħdem fuq l-idea. Huwa ħejja maxtura u t-tiben. Irranġa wkoll biex fil-post jinġiebu gendus u ħmar. Tħejjew ukoll l-innijiet ta’ tifħir u tlestew id-dwal li kellhom jinxtegħlu. Il-Lejl Qaddis wasal. In-nies inġabret. Franġisku resaq quddiem il-maxtura b’għożża kbira. F’għajnejh feġġ dmugħ imqanqal mill-ferħ li kien qed iħoss f’qalbu. Bdiet Quddiesa Solenni. Franġisku kanta l-Vanġelu. Imbagħad ipprietka lill-ġemgħa
dwar it-twelid tas-Sultan fqir, li huwa kien iħobb isejjaħlu tTarbija ta’ Betlehem. Fost il-ġemgħa kien hemm ilKavallier Giovanni ta’ Greccio li, imqanqal mill-imħabba għal Kristu, kien telaq mill-impenn militari u sar ħabib ta’ Franġisku. Il-Kavallier Giovanni wara rrakkonta li f’dak il-lejl, fil-maxtura huwa ra tarbija rieqda. Ra wkoll lil Franġisku jerfa’ lit-tarbija f’dirgħajh bi mħabba kbira u din dehret tqum mir-raqda tagħha. għal paġna 17
www.maltarightnow.com
17
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
PERSONALITAJIET
Franġisku ta’ Assisi: L-ewwel presepju ssawwar mill-imħabba kbira tiegħu għal Ġesù Bambin minn paġna 16
L-aħbar tal-ġrajja ta’ Greccio xterdet b’ħeffa kbira. Laqtet u qanqlet lil ħafna qlub. Lgħożża tagħha kibret meta sar magħruf li t-tiben tal-maxtura kien kiseb il-qawwa inspjegabbli li jfejjaq l-annimali millmard u problemi oħrajn.
Il-grazzja tal-maħfra Post li sar u baqa’ speċjali filħajja ta’ Franġisku kien ilPortiuncula, il-kappella li kien irrestawra b’idejh stess. Għalih kienet il-post fejn iltaqa’ malgrazzja tal-maħfra. San Bonaventura jikteb: “Darba, waqt li kien qed jibki ħafna dwar il-memorji tal-ħajja mgħoddija tiegħu, Franġisku ħass lilu nnifsu jinħakem millferħ tal-Ispirtu s-Santu, li mingħandu kiseb l-assigurazzjoni li d-dnubiet kollha tiegħu kien nħafru kompletament.” Il-Portiuncula, li għandha wkoll l-isem ta’ Santa Marija tal-Anġli, saret post sagru ta’ importanza massima għallispiritwalità Franġiskana.
L-ispirtu Franġiskan infirex sal-punt li Kjara, żagħżugħa minn familja nobbli ta’ Assisi, riedet li timxi skont it-tagħlim ta’ Franġisku. Bl-impenn tagħha twieled it-Tieni Ordni Franġiskan, dak tal-Klarissi. Ħafna nies, imweldin finnobbiltà jew f’familji umli, kjeriċi kif ukoll lajċi, bdew iqiegħdu fil-ġenb il-pompa taddinja u jsegwu l-passi ta’ Franġisku. Huwa kien jgħallimhom kif jistinkaw għallmilja tal-perfezzjoni evanġelika, biex iħaddnu l-faqar u biex jimxu fit-triq tas-sempliċità qaddisa. Huwa kiteb, għalih innifsu u għal dawk li riedu jsegwuh filġejjieni, Regola Evanġelika li ġiet ikkonfermata mill-Papa Innocens III. Minn hemm ’il quddiem huwa beda jiżra’ żżerriegħa tal-Kelma ta’ Alla b’ħeġġa dejjem akbar. Jirċievi l-pjagi Fi żmien għaxar snin, il-kongregazzjoni ta’ Franġisku kienet kibret għal 5,000 membru. Dan minkejja li kien hemm
Fl-1224, waqt li Franġisku kien fl-eremitaġġ ta’ La Verna, kellu viżjoni ta’ Kristu Msallab fil-forma ta’ messaġġier. Kien żmien meta Franġisku kien mifni bit-tbatija u kien jitlob li jieħu sehem mill-passjoni ta’ Kristu. Mal-viżjoni, irċieva l-pjagi
ħafna kritika u oppożizzjoni għall-idea tiegħu ta’ faqar radikali. Fl-1224, waqt li Franġisku kien fl-eremitaġġ ta’ La Verna, kellu viżjoni ta’ Kristu Msallab fil-forma ta’ messaġġier. Kien żmien meta Franġisku kien mifni bit-tbatija u kien jitlob li jieħu sehem mill-passjoni ta’ Kristu. Mal-viżjoni, irċieva l-pjagi. Franġisku kien jaħbi l-marki tal-pjagi b’żelu kbir. Madankollu, kien hemm min rahom meta huwa kien għadu ħaj. Ħafna oħrajn rawhom wara mewtu. Il-ħajja ta’ faqar li għex
Franġisku ħalliet il-marka tagħha fuq saħħtu. Beda jagħma. Kien f’dan iż-żmien li kiteb il-Kantiku tax-Xemx li jesprimi l-għożża tiegħu għall-ħolqien. Biss baqa’ sejjer lura. Miet fil-Portiuncula, tard filgħaxija nhar it-3 ta’ Ottubru, 1226. Għajnejh għalaqhom għal dejjem wara li bierek lill-ulied spiritwali tiegħu. Kien mimdud fuq il-qiegħa talart. Kellu 45 sena. Għal bosta nies, kien miet qaddis. Biss mhux kulħadd kien totalment konvint. F’Apulia kien hemm raġel, jismu Rogero, li waqt li kien quddiem xbieha ta’ Franġisku, beda jistaqsi lilu nnif-
su: “Tgħid dan veru? Tassew li kien daqstant illustri għal miraklu bħal dan? Jew din kienet illlużjoni pija, jew forsi frodi millaħwa tiegħu?” Waqt li Rogero kien qed jaħseb fuq dan, f’daqqa waħda sema’ ħoss bħal dak ta’ vleġġa sparata minn qaws, u ħass li kien ferut serjament f’idu x-xellugija. Ra li l-ingwanta li kellu ma kinitx imtaqqba. Iżda meta neħħa l-ingwanta, sab ferita fil-pala ta’ idu, tal-istess tip li tagħmel vleġġa. Beda jħoss ħruq u wġigħ qawwijin mill-ferita. Rogero nidem mid-dubji tiegħu. Huwa beda jitlob lil Franġisku biex jintervjeni għallfejqan tiegħu. Il-ferita marritlu f’daqqa, wara jumejn. Franġisku ġie kanonizzat bħala qaddis sentejn biss wara mewtu, fis-16 ta’ Lulju, 1228. Kien ilPapa Gregorju IX li ddikjarah qaddis. Ftit żmien wara, f’Assisi nbniet bażilika kbira u sabiħa f’ġieħu. Qabru jinsab fiha. Mażżmien sar il-qaddis patrun talekoloġija u l-ambjent, frott talimħabba kbira li huwa kellu għall-annimali u n-natura.
www.maltarightnow.com
18
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
MADWARNA
Mixja Il-pittur Għawdxi Pawlu Camilleri b’risq Cauchi onorat bil-premju internazzjonali il-Missjoni
tal-arti ‘Giuseppe Sciuti’
Fil-provinċja ta’ Katanja, eżattament f’Zafferana Etnea, fi Sqallija, nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru, il-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi ġie onorat bil-premju internazzjonali talarti prestiġjuż ‘Giuseppe Sciuti’ mis-Sindku ta’ Zafferana Etnea, Dott. Alfio Vincenzo Russo. Din hija lewwel edizzjoni ta’ onorefiċen-
za, organizzata mill-amministrazzjoni tal-Kunsill ta’ Zafferana flimkien malAssoċjazzjoni Kulturali Giuseppe Sciuti u ċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret fis-sala prinċipali tas-sede tal-Kunsill, f’Palazzo di Città, Via Garibaldi, quddiem folla kbira ta’ mistednin distinti u esperti tal-arti.
Preżenti wkoll għal din isserata kien hemm il-membri tal-ġurija esperta mmexxija mill-istoriku u kritiku tal-arti Profs. Paolo Giansiracusa. Dan l-istoriku fid-diskors tiegħu saħaq dwar l-importanza ta’ dan il-premju tassew prestiġjuz imsemmi għall-artist Giuseppe Sciuti, imwieled proprju f’Zafferana Etnea
(1834-1911). L-artist Pawlu Camilleri Cauchi, filwaqt li ħassu tassew onorat li ngħata din l-onorifiċenza, radd ħajr lil dawk kollha preżenti u rregala lillKunsill ta’ Zafferana Etnea pittura tiegħu li tirraffigura lil dan il-pittur Taljan, b’allegorija ta’ avvenimenti storiċi marbutin ma’ Giuseppe Sciuti stess.
Nhar il-Ħadd li ġej, Missio Malta, l-Uffiċċju Missjunarju f’Malta se jorganizza mixja b’risq il-missjoni. Il-mixja se ssir miż-Żurrieq sad-Dar talProvidenza fis-Siġġiewi. L-attività tibda b’quddiesa fid9.30 a.m fil-Knisja ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq. Il-parteċipanti jieħdu sehem f’quddiesa u wara tibda l-mixja sad-Dar talProvidenza. Fi tmiem il-mixja tingħata l-Barka Sagramentali. Saru arranġamenti biex ikun hemm servizz ta’ trasport minn ħdejn id-Dar tal-Providenza sSiġġiewi fid-9 a.m. lejn iżŻurrieq u wara fi tmiem il-mixja, mis-Siġġiewi lejn iż-Żurrieq. Il-parteċipazzjoni hi ta’ €10 għall-kbar u €5 għat-tfal taħt is16-il sena. Wieħed jista’ jipparteċipa billi jimla formula dak il-ħin stess u jagħti d-donazzjoni tiegħu. L-iskop tal-mixja fix-Xahar Missjunarju hu biex Missio Malta tkompli l-kampanja ‘Agħtuhom Intom X’Jieklu’. Hu fatt magħruf li ħafna katekisti, qassisin u sorijiet fl-artijiet talmissjoni jimxu kilometri twal biex jaqdu l-ministeru tagħhom f’diversi villaġġi filwaqt li ħafna rġiel, nisa u tfal jimxu kilomteri twal biex jaqilgħu x’jieklu. Għalhekk, permezz ta’ din ilmixja, il-parteċipanti jkunu qed jgħinu lill-Missjoni filwaqt li flistess ħin ikunu qed jagħmlu leżerċizzju fiżiku tant importanti għas-saħħa.
www.maltarightnow.com
19
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
MALTCO
Mis-suq tal-gaming f’pajjiżna u lil hinn minna
Kapitlu importanti għal Maltco Lotteries bil-kisba taċ-Ċertifikazzjoni ISO
Tkompli tikber fil-popolarità l-logħba tal-Grand Lottery Il-logħba tal-Grand Lottery li kienet introdotta f’Jannar tal-2013
Ġimgħa wara ġimgħa l-logħba tal-Grand Lottery – li hi l-unika logħba fejn il-biljett rebbieħ huwa uniku u ma jinqasamx ma’ biljetti oħrajn – qed tkompli tikber fil-popolarità grazzi għallfatt li aktar persuni qed jittantaw xortihom permezz ta’ din il-logħba faċli u jippruvaw jaqtgħu nnumri kollha u hekk jirbħu somma sabiħa ħafna ta’ flus. Il-logħba tal-Grand Lottery, li kienet introdotta f’Jannar tal2013, tintlagħab billi persuna tixtri biljett mingħand wieħed millAġenti ta’ Maltco Lotteries u filbiljett ikun hemm serje ta’ numri. Kemm-il darba dik is-serje ta’ numri tittella’ mill-urna, min ikollu dak il-biljett partikulari jirbaħ l-ewwel premju ta’ din ilGrand Lottery. Madankollu, mhux bilfors li persuna biex tirbaħ irid ikollha lbiljett bin-numri kollha. Hemm seba’ kategoriji oħra ta’ possibbiltajiet li jistgħu jwasslu biex persuna tirbaħ fl-istess tlugħ. Kien fil-bidu ta’ din is-sena meta persuna kellha l-biljett rebbieħ ta’ din il-lotterija u rebħet iljackpot kbir ta’ 1,570,000 ewro – l-akbar jackpot li qatt intrebaħ. Għaliex tajjeb li jingħad li kemm-il darba l-ewwel premju ma jintrebaħx, allura l-jackpot fil-ġimgħa ta’ wara jikber u dan jibqa’ jsir sakemm jintrebaħ lewwel premju. Għalhekk, iljackpot ġimgħa wara ġimgħa jiżdied u l-premju jsir dejjem aktar attraenti. Darba l-ewwel premju jintrebaħ, allura mill-ġimgħa ta’ wara l-ewwel premju jkollu l-valur ta’ 250,000 ewro. Interessanti l-fatt li mbagħad kien fl-aħħar ta’ Frar li għadda li dan il-premju reġa’ ntrebaħ. Filfatt dakinhar kien hemm persuna li kellha l-biljett rebbieħ u rebħet
is-somma sabiħa abbinata malewwel premju ta’ 570,000 ewro.
ġimgħa qabel waqt l-istess tlugħ tal-Grand Lottery.
Tlugħ dirett… It-tlugħ tal-Grand Lottery isir kull nhar ta’ Ġimgħa fit-19.45 u dak li jkun ikun jista’ jsegwi live t-tlugħ ta’ din il-lotterija. Fil-fatt it-trażmissjoni live ssir fuq TVM, il-Melita Weather and Information Channel 106. Tajjeb li jingħad li t-tlugħ ta’ din il-lotterija jsir fil-preżenza tan-Nutar Pubbliku u ta’ rappreżentanti mill-Awtorità għalLogħob u l-Lotteriji (LGA), li jassiguraw li kollox ikun kif suppost. Ikun biss meta nhar ta’ Ġimgħa taħbat festa jew btala pubblika li din il-lotterija tittella’ fil-jum ta’ qabel jew l-għada. Imma dwar dan, il-pubbliku inġenerali jkun infurmat minn
Logħba eċċitanti… Bla dubju ta’ xejn, il-logħba tal-Grand Lottery hi waħda millaktar eċċitanti, l-aktar minħabba li jkun hemm okkażjonijiet meta l-premju jiżdied għal wieħed mill-aktar attraenti kif inhu dak tal-lejla meta l-jackpot mistenni jkun ta’ 800,000 ewro. Jackpot bħal dan jimmatura minħabba li fil-ġimgħat li għaddew l-ewwel premju tal-Grand Lottery ma ntrebaħx. Bir-riżultat li ġimgħa wara oħra l-ewwel premju jkompli jiżdied u jsir wieħed aktar attraenti. Fi ftit kliem, b’żewġ ewro biss (€2) – għaliex daqshekk jiswa kull biljett – wieħed jidħol biċċans li jibdel l-istil ta’ ħajtu kompletament. Għax ngħiduha kif inhi – kieku kellek tirbaħ l-ewwel premju (iljackpot) tal-Grand Lottery ma taħsibx li tkun tista’ tagħmel realtà ħafna mill-ħolm ta’ ħajtek?
Kont taf li… Sadattant, kont taf li l-logħba tal-Grand Lottery toffrilek ilpossibbiltà li tagħżel in-numri tiegħek? Hu fatt magħruf li l-logħba talGrand Lottery li tittella’ kull nhar ta’ Ġimgħa, qed iżżid fil-popolarità. Madankollu, ftit jafu li din illogħba toffri l-possibbiltà li dak li jkun jagħżel żewġ settijiet ta’ numri biex hekk jittanta xortih. Dak li jkun jista’ jagħżel jew sett wieħed ta’ numri jew żewġ settijiet minn għaxar settijiet disponibbli fuq kull biljett. Barra minn hekk, minn dawn iż-żewġ settijiet ta’ numri, min jilgħab jista’ jagħżel jew l-aħħar żewġ numri, jew l-aħħar ħames numri, jew is-seba’ numri kollha. Permezz ta’ dawn il-possibbiltajiet, dak li jkun mhux biss jista’ jagħżel in-numri favoriti tiegħu, imma anki numri abbinati ma’ twelid, dati oħra importanti, avvenimenti partikulari…
Għal aktar informazzjoni… Dawk kollha interessati li jittantaw xortihom f’din il-logħba, faċilment jistgħu jirrikorru f’xi waħda mill-fergħat ta’ Maltco Lotteries f’Malta jew f’Għawdex. Hemmhekk isibu lAġenti tal-kumpanija li huma disposti biex jagħtu l-informazzjoni kollha li wieħed ikollu bżonn u jkun jixtieq. Jiġifieri kemm-il darba jkun hemm min ikun irid jittanta xortih u jkollu xi diffikultà partikulari jew inkella jkun irid aktar informazzjoni dwar din il-logħba, kulma għandu jagħmel hu li jikkuntattja lil Aġent ta’ Maltco Lotteries u dan jispjegalu dak kollu li jkun jixtieq isir jaf.
Minn żmien għal żmien kumpaniji – kemm kbar u kemm inqas – ipoġġu lilhom infushom taħt test importanti biex jaraw kif ikunu sejrin u kif ikunu qed jaħdmu. Dan finalment iwassal biex lil dik il-kumpanija li minn jeddha tkun daħlet għal dan it-test partikulari jinħarġilha ċertifikat dwar kif tkun qed taħdem u jekk tkun qed taħdem tajjeb u bl-aktar mod professjonali kif mistenni minnha, tikseb iċĊertifikazzjoni ISO. Proprju dan l-eżerċizzju b’mod mill-aktar professjonali għaddiet minnu fix-xhur li għaddew il-kumpanija Maltco Lotteries meta awdituri ta’ kumpanija internazzjonali ġew Malta u evalwaw il-ħidma li qed tagħmel il-kumpanija Maltco Lotteries. Dan l-eżerċizzju wassal biex il-kumpanija Maltco Lotteries, li matul din is-sena qed tagħlaq l-għaxar anniversarju tagħha minn kemm ilha taħdem filgżejjer Maltin, tingħata ċertifikazzjoni internazzjonali importanti li fiha nfisha hi għarfien għas-serjetà u l-korrettezza fil-prattiki talkumpanija. Iċ-Ċertifikazzjoni ISO (ISO/IEC 27001:13) ingħatat bħala għarfien għall-impenn tal-kumpanija fil-qasam ta’ dik li hi magħrufa bħala Information Security Management System (ISMS). Din iċ-Ċertifikazzjoni hi rikonoxxuta internazzjonalment u tikkonferma li Maltco Lotteries tħaddem sistema ta’ management mill-aktar effettivi u dan kemm fi ħdan ittmexxija tal-kumpanija kif ukoll fit-tħaddim tal-operat kollu tagħha. Fi ħdan l-industrija tal-gaming kif ukoll f’industriji oħra, din it-tip ta’ ċertifikazzjoni għandha importanza kbira għaliex tagħti assigurazzjoni li l-proċessi u l-prattiki kollha mħaddma mill-kumpaniji li jkollhom dan l-għarfien huma ta’ livelli internazzjonali. Mhux biss, imma fiha nfisha
din iċ-ċertifikazzjoni hi wkoll ta’ serħan il-moħħ għal dawk kollha li jilagħbu ma’ dawn ilkumpaniji għaliex jistgħu jkunu ċerti minn servizzi serji, ta’ min joqgħod fuqhom u ta’ kwalità għolja u tajba. Dr. John Katakis, l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta’ Maltco Lotteries, spjega li biex ilkumpanija Maltco Lotteries setgħet tikseb dan l-għarfien, grupp ta’ awdituri minn TÜV Nord żaru lill-kumpanija Maltija u għamlu awditjar dettaljat tal-operat kollu talkumpanija – fosthom ixxogħol li tagħmel fil-qasam tal-operat tagħha, it-tmexxija fil-livell ta’ management u lorganizzazzjoni tal-lotteriji u llogħob kollu offrut minnha. Dr. John Katakis kompla li lawdituri żaru lil numru ta’ dipartimenti fi ħdan Maltco Lotteries u analizzaw ixxogħol li jsir, fosthom lAmministrazzjoni talkumpanija, id-Dipartiment talKomunikazzjoni, dak Legali, id-Dipartiment tal-Operations, is-Sales u l-Marketing, lInformation Systems u dDipartiment tal-Finanzi. Huma tkellmu ma’ dawk involuti f’dawn id-Dipartimenti biex setgħu jiksbu l-informazzjoni kollha li kellhom bżonn. Hu kompla li fattur ferm importanti li ġġorr magħha din iċ-Ċertifikazzjoni ISO hi dwar it-tmexxija effettiva tat-tlugħ kollu tal-lotteriji mmexxija minn Maltco Lotteries kif ukoll il-korrettezza tal-proċeduri applikati f’kull tlugħ ta’ lotterija jew logħba. Dan kollu jassigura li l-proċess u l-prattiki f’dan ir-rigward huma millaktar siguri u ta’ min jafdahom. Bla dubju ta’ xejn, din iċ-ċertifikazzjoni internazzjonali għall-kumpanija Maltco Lotteries tkompli tixpruna lillkumpanija biex tissokta taħdem u timxi ’l quddiem u tikseb aktar suċċess fil-ħidma tagħha li dejjem hi bbażata fuq is-serjetà, is-sigurtà u ttrasparenza, temm jgħid Dr. John Katakis.
20
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
Nerġgħu ngħixu mumenti emozzjonanti Minn Charles Stroud Id-Direttur ta’ SEBAĦ JUM
Daqs erbgħin sena ilu kelli lopportunità nkun involut flewwel rock opera (għax hekk kienet il-moda li jsejħula dak iżżmien) Maltija - DREAM? Li kienet, emmnu jekk tridu, miktuba minn Joe Chircop. Mhux Joe Chircop ta’ SEBAĦ JUM imma mużiċist Malti ieħor li kellu l-kuraġġ li jagħmel ilpass kuraġġuż li jtella’ biċċa xogħol daqshekk kbira minkejja l-problemi kollha li nqalgħu f’dawk iż-żminijiet. Illum dawn is-snin kollha wara, jien erġajt sibt il-fortuna u qed nagħmel parti minn ħolma oħra. Dik li se tfakkar ġrajja ta’ ħamsin sena ilu – LIndipendenza ta’ Malta. Naħseb li jien missejt ma’ diversi ġeneri ta’ attivitajiet teatrali, imma qatt ma kelli lopportunità nidderieġi musical komplut. Kont involut malewwel rock opera mtellgħa milMŻPN – ŻAGĦŻUGĦ fl-1985 li kienet diretta min Tony Bezzina. Iddiriġejt opri u xogħlijiet teatrali ta’ kull tip, produzzjonijiet u sensiliet għat-televiżjoni, spettakli ta’ kull tip, imma musical qatt. Meta Joe Chircop stess issuġġerixxa li nidderieġi SEBAĦ JUM jien, ħassejtni onorat u mill-ewwel intfajt noħloq u naħdem fuq il-produzzjoni. Apparti mill-kontribut li tajt fliżvilupp tal-istorja, parti essenzjali kienet l-għażla tal-kantanti u flimkien ma’ Joe Chircop u Mark Spiteri Lucas il-kompożitur talmużika, fassalna cast ta’ kantanti prinċipali li bejniethom jirrappreżentaw uħud mill-aqwa li
għandna f’Malta bħalissa. Ma kinitx xi ħaġa faċli għax mhux biss il-kantant jaċċetta biex jieħu sehem imma wkoll kellu jiġi kkunsidrat il-vuċi kkombinata bejn il-kantanti, letajiet u r-relazzjoni li għandhom jinterpretaw fir-rakkont tal-istorja. L-interpretazzjonijiet tagħhom daqslikieku qed iħossu l-emozzjonijiet jiżviluppaw tul il-produzzjoni. L-emozzjonijiet kienu essenzjali kif ukoll il-mogħdija taż-żmien li matulha tiġi rrakkuntata l-ġrajja. Jien għexthom dawk ilmumenti ta’ Malta tivvota għallIndipendenza, iċ-ċerimonji, tlugħ tal-bandiera u l-għoti tad-dokumenti, għalhekk stennejt b’ansjetà kbira għall-mużika li kellha tesprimi dawn is-sentimenti. Ilkompożizzjonijiet ta’ Mark Spiteri Lucas u l-arranġamenti u recordings ta’ Philip u Sean Vella ma jagħmlux għajb lil din lokkażjoni. L-atturi stess li qed jinterpretaw il-partijiet tan-nies preżenti waqt dawn il-mumenti jgħidulek li jħossu l-ġilda tqum xewk xewk. Kif ukoll semmajt uħud mis-siltiet lil żgħażagħ li enfasizzaw li l-mużika laqtithom u għoġbithom ħafna. Issa qegħdin fil-fażi fejn kollox jibda jingħaqad flimkien, kantanti, atturi, żeffiena, backstage, projezzjonijiet, kull element li joħloq esperjenza unika. Kull pass ikkombinat mar-ritmu, mhux tal-mużika biss iżda wkoll mal-emozzjoni li jkunu qed jgħaddu minnha l-udjenza. Hemm żewġ rakkonti f’daqqa, dik ta’ Malta u l-Maltin li qed jikkumbattu t-tilwima jekk humiex kapaċi jmexxu lil pajjiż-
www.maltarightnow.com
MUSICAL
Charles Stroud li qed jieħu ħsieb id-direzzjoni tal-musical SEBAĦ JUM
na weħidhom għall-ewwel draba, kif ukoll l-imħabba ġenwina bejn Pawlu u Tereża li tigi mkażbra bit-telf mill-impjieg ta’ Pawlu u l-fatt li m’hemmx triq oħra ħlief li jemigra. Id-dubju fil-ġenituri jinqala’ jekk huwiex kapaċi jfen-
di għal rasu waħdu b’futur inċert u mdawwar b’ħafna diffikultajiet. Imma z-ziju Dun Ġużepp jinkoraġġihom, li jekk wieħed ikollu l-fiduċja fih innifsu jkampa żgur, hekk kif Malta ssir temmem fil-kapaċità tagħha stess,
hekk ilkoll huma jistgħu jimxu ’l quddiem. Niltaqgħu biex flimkien ingawdu din l-esperjenza differenti u unika fl-Istitut Kattoliku lFurjana nhar il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd 17, 18, u 19 ta’ Ottubru.
www.maltarightnow.com
21
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
SKEDA NET TV
Maltese Survivor – esperjenza ta’ sopravivenza Graham Sansone, il-Maltese Survivor waqt li kien il-Bulgarija
Graham Sansone, l-uniku espert fis-sopravivenza fuq ilgżira Maltija, huwa kburi li jippreżenta ‘Maltese Survivor’, lewwel serje Maltija dwar issopravivenza, ibbażata fuq stejjer li ġraw veru madwar id-dinja. Din is-serje hi ppakkjata b’avventuri, azzjoni u għarfien. Il-programm jippermetti lit-telespettaturi jidħlu fil-moħħ tassuperstiti u jgħixu kull emozzjoni u diffikultà li jiffaċċja Graham.
‘Maltese Survivor’ ġab fitteleviżjoni f’Malta l-opportunità li nżuru foresti meraviljużi, bestji perikolużi, sisien dominanti, xmajjar slavaġ u ħafna aktar, bil-għan li jgħix għal sitt ijiem mingħajr ebda ikel jew ilma, imma jgħix b’dak l-art tippreżentalu, bl-għan aħħari li jsib mod kif joħroġ lejn iċ-ċivilizzazzjoni u s-salvazzjoni. L-ewwel serje se teħodna f’post mill-isbaħ fl-Ewropa. ‘Maltese Survivor’ ma jixtieqx
jiżvela ħafna dwar il-post biex ma jħassarx il-gost għall-telespettaturi, iżda xi ħjiel jista’ jagħti. Il-lokazzjoni hija ta’ stress estrem fuq il-ġisem u tipprovdi sfida fiżika u mentali. Matul liffilmjar ġraw ċerti affarijiet li baxxew il-moral tal-Maltese Survivor li wkoll qiegħed lilu nnifsu fil-periklu. Mumenti oħra jistgħu jitqiesu bħala xorti kif ukoll ħiliet, u kienu dawn ilmumenti li taw lil Graham spin-
ta biex ikompli għal-livell li jmiss! Il-Maltese Survivor kien segwit minn ekwipaġġ dedikat minn Media.link Communications, li wkoll kellu jsofri l-iskumdità tal-vjaġġ li ħadhom f’postijiet impossibbli għall-ġbid tas serje. Foresti impestati b’nemus u għadajjar ta’ ilma qiegħed, kif ukoll maltemp. L-ekwipaġġ kien fuq dieta ddisinjata apposta, bla ebda komunikazzjoni ma’ tad-dar
minħabba l-postijiet remoti li żar. Psikjatri professjonali u tobba wkoll se jagħtu l-kontribut tagħhom dwar kif il-ġisem uman jaħdem, u dwar dak kollu li jinvolvi biex bniedem jgħix f’kundizzjonijiet bħal dawn. Dan il-programm se jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fit-20:30. Dan verament huwa programm li ma għandekx titilfu, fejn lavventura u s-sopravivenza huma l-ingredjenti prinċipali.
www.maltarightnow.com
24
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
AVVIŻI PN
Il-Kelliema Ewlenin tal-PN Simon Busuttil simon.busuttil@teampn.org
Kap tal-Oppożizzjoni
Mario de Marco mario.demarco@teampn.org
Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar
Chris Said chris.said@teampn.org
Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista
Beppe Fenech Adami Kelliem għall-Ġustizzja beppe.fenechadami@teampn.org Ċensu Galea ċensu.galea@teampn.org David Agius david.agius@teampn.org
Fredrick Azzopardi fredrick.azzopardi@teampn.org
Deputat Speaker u Kelliem għall-Agrikultura u s-Sajd
Whip tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall-Gvern Lokali
Deputat Whip u Kelliem għas-Servizzi tas-Saħħa u l-Edukazzjoni f’Għawdex
Giovanna Debono Kelliema għal Għawdex giovanna.debono@teampn.org George Pullicino george.pullicino@teampn.org
Kelliem għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma
Joe Cassar joe.cassar@teampn.org
Kelliem dwar l-Edukazzjoni
Tonio Fenech tonio.fenech@teampn.org
Jason Azzopardi jason.azzopardi@teampn.org Francis Zammit Dimech francis.zammitdimech @teampn.org
Kelliem għall-Finanzi
Kelliem għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Kelliem għall-Kultura u l-Komunikazzjoni
Carm Mifsud Bonnici Kelliem għall-Affarijiet Barranin carm.mifsudbonnici@teampn.org
Clyde Puli clyde.puli@teampn.org
Kelliem għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali
Robert Arrigo robert.arrigo@teampn.org
Kelliem għat-Turiżmu
Stephen Spiteri stephen.spiteri@teampn.org
Kelliem għall-Impjiegi u l-Persuni b’Diżabbiltà
Mario Galea mario.galea@teampn.org
Kelliem għall-Anzjani
Charlò Bonnici charlo.bonnici@teampn.org
Kelliem għall-Iżvilupp Soċjali, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima
Michael Gonzi michael.gonzi@teampn.org
Kelliem għad-Drittijiet tal-Annimali
Antoine Borg antoine.borg@teampn.org
Kelliem għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej
Toni Bezzina toni.bezzina@teampn.org
Kelliem għat-Trasport u l-Infrastruttura
Claudette Buttigieg Kelliema għad-Djalogu Soċjali claudette.buttigieg@teampn.org u l-Libertajiet Ċivili Ryan Callus ryan.callus@teampn.org
Robert Cutajar robert.cutajar@teampn.org Kristy Debono kristy.debono@teampn.org
Albert Fenech albert.fenech@teampn.org
Claudio Grech claudio.grech@teampn.org
Kelliem għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Kelliem għaż-Żgħażagħ u l-Isport
Kelliema għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku
Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Kelliem għas-Saħħa
Paula Mifsud Bonnici Kelliema għall-Kompetizzjoni paula.mifsudbonnici@teampn.org u d-Drittijiet tal-Konsumatur
Marthese Portelli Kelliema għall-Affarijiet Ewropej marthese.portelli@teampn.org
SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN
IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 79990757.
ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634. AVVIŻI SOĊJALI
ĦAL LIJA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Lija se jorganizza majjalata fil-Każin talPartit, illum il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru fit-8 p.m. Prezz għall-
kbar 15-il ewro, tfal 8 ewro. Tingħata tazza nbid jew soft drink b’xejn. Għall-biljetti ċemplu 79702630, 79870307 jew 99461892.
ĦAL TARXIEN. Il-Kumitat Sezzjonali ta’ Ħal Tarxien se jorganizzaw Wine & Pizza Evening illum il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru fil-Każin tal-Partit fis-7 p.m. Prezz 8 ewro. Għall-booking ċemplu 99809694 jew 79261153.
MARSASKALA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Marsaskala se jorganizza End of Summer BBQ illum il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru fi Grabiel Gardens, Marsaskala fis7:30 p.m. Prezz 12-il ewro għallkbar u tfal sa 12-il sena 6 ewro. Biljetti mingħand John
(79425259) (77637959).
jew
Lilly
BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza ġurnata f’Għawdex għada s-Sibt, 4 ta’ Ottubru. Tluq fis6:30 a.m. Inżuru postijiet ta’ interess fosthom is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu. Fin-12:30 p.m. mmorru nieklu f’ristorant f’Marsalforn. Fl-4 p.m. nattendu għall-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fil-Lukanda Grand Hotel, l-Imġarr. Prezz 25 ewro u trasport provdut. Il-vann ikun magħna l-ġurnata kollha. Il-qligħ imur kollu għall-Partit Nazzjonalista. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79914618 jew ikkuntattjaw lil xi membru talkumitat.
www.maltarightnow.com
25
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
SKEDA NET TV
Big Time
‘Big Time’, programm ġdid li se jixxandar mit-Tnejn salĦamis fl-4 p.m. fuq NET Television. Waqt ‘Big Time’ se taraw l-iktar affarijiet interessanti li jkunu qed jiġru madwarna, laktar aħbarijiet kurjużi, l-aħħar moda, it-‘trends’ l-aktar reċenti, sport, saħħa, u ħafna affarijiet interessanti oħra. Matul il-programm se naraw żewġ personalitajiet li għalkemm mhumiex ġodda f’dan is-settur, se tkun l-ewwel darba għalihom li se jkunu qed imexxu programm flimkien. Maxine Pace u Francesca Zarb se jkunu qed imexxu dan il-programm li huma jiddeskrivuh bħala interessanti u innovattiv. Lil Maxine Pace nafuha l-aktar bħala kantanta li minbarra ssuċċess li għamlet f’pajjiżna, kellha wkoll diversi opportunitajiet barra minn xtutna. Maxine kienet minn tal-ewwel nett li pparteċipaw bħala mistiedna, flimkien mal-grupp Pappop, filprogramm ‘Ti Lascio Una Canzone’ fuq Rai Uno fit-Teatru Ariston, f’Sanremo. Mal-istess grupp, Maxine dehret ukoll waqt il-programm ‘Io Canto’ fuq Canale 5. Maxine rrappreżentat lil Malta fl-Istati Uniti u rebħet diversi unuri. Lura f’pajjiżna hi pparteċipat darbtejn fil-Malta Junior Eurovision Song Contest. Issa jmiss pass ieħor għaliha bil-pro-
gramm ‘Big Time’ u din id-darba se narawha bħala preżentatriċi. Francesca Zarb hi wiċċ familjari mat-telespettaturi ta’ NET Television. Sa Ġunju ta’ din issena lil Francesca rajnieha tippreżenta l-programm ‘Teeny Break’ u fil-passat ukoll fuq listazzjon nazzjonali bi programmi oħra. Francesca hi studenta fil-kors tal-liġi u għandha għal qalbha ħafna l-ivvjaġġar. Kellha wkoll l-opportunità li tippreżenta diversi avvenimenti importanti fosthom il-Malta Junior Eurovision. Għal Francesca, programm fuq it-televiżjoni mhux esperjenza ġdida, u għalhekk permezz tal-programm ‘Big Time’, filwaqt li se tkun qed tallegra lil dawk kollha li se jkunu qed jarawh, se tkompli żżid lesperjenza tagħha f’dan ilqasam. Il-produzzjoni ta’ ‘Big Time’ hi f’idejn Mark Azzopardi, wiċċ familjari ħafna mat-telespettaturi Maltin u Għawdxin grazzi għal programmi bħal ‘Netube’, ‘NetWorks’, ‘Indifest’ u ‘Aqtagħha’. Mark jiddeskrivi dan il-programm bħala sfida għalih ukoll minħabba li f’dawn l-aħħar snin dejjem ipproduċa programmi li kien jippreżenta hu stess, iżda konvint li bil-bravura u l-enerġija ta’ Maxine u Francesca, din se tkun avventura sabiħa u t-telespettaturi se jkollhom prodott li se jogħġobhom.
Il-preżentaturi Elaine u Ian magħruf bħala JAnvil
Il-preżentaturi ta’ ‘Big Time’, Maxine Pace u Francesca Zarb
Eli and I
Li nqumu filgħodu b’burdata pożittiva u b’enerġija li nibdew il-ġurnata tajba minkejja l-isfidi kollha li jistgħu jinqalgħu, torbot fiha l-qofol talkunċett kollu tal-programm ‘Eli and I’. Din is-sena, issiparju tal-iskeda ta’ NET Television se jinfetaħ għal darb’oħra minn Elaine, iżda din id-darba fil-kumpanija ta’ Ian, li ma’ ħafna hu magħruf aħjar bħala JAnvil. Id-deċiżjoni li Eli u Ian jaħdmu flimkien ma kienet xejn diffiċli, minħabba l-fatt li, apparti li huma ħbieb kbar, issintonija ta’ bejniethom hija b’saħħitha ħafna. Għalkemm dan il-programm huwa ta’ stil li jaqa’ taħt ‘magazine’, se jkun kollox minbarra dak li filħajja ta’ kuljum jissejjaħ tassoltu. Se jkun hemm irkejjen għal kulħadd, bħal saħħa, liġi, sbuħija, kulturi differenti, reliġjonijiet, każijiet soċjali u mistednin minn kull qasam li joffru kontribut siewi fis-soċjetà tagħna. Naturalment ma
tonqosx il-kċina b’għaxar koki differenti! Din is-sena, Eli u Ian ħasbu wkoll f’rokna li tant hi għal qalbhom. Rokna ta’ għaxar minuti fil-ġimgħa li se tlaqqagħna ma’ anzjani li għandhom talenti inkredibbli u snajja’ li forsi ntesew. Li jagħtu importanza lil dawk in-nies li offrew ħafna u qishom m’għadhomx ta’ servizz, kienet ta’ relevenza kbira kemm għal Eli u anke għal Ian. Nhar ta’ Ġimgħa qed jistiednu lit-telespettaturi biex jingħaqdu magħhom fl-istudio fejn se jkunu parti integrali mill-programm. L-iskop hu wieħed, ta’ logħob flimkien u rigali kbar... dak il-ħin stess! U fl-aħħar ġimgħa ta’ kull xahar, Eli u Ian se jwasslulkom programm speċjali minn Sqallija, fejn se naraw lilna l-Maltin, nikkompetu ġo kċina, b’mod amikevoli, kontra l-Isqallin. Eli u Ian ikunu magħkom mit-Tnejn 29 ta’ Settembru, mid-9:30 a.m. sa nofsinhar.
www.maltarightnow.com
26
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
KLASSIFIKATI
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Limiti tar-Rabat ŻEWĠ tomniet art bil-veduta tal-baħar u tal-kampanja. Ċemplu 99428000. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. Ta’ Sannat, Għawdex €5,000 skont u żewġ passaġġi b’xejn fuq kull bejgħ ta’ penthouses, maisonettes, flats u plots. Ċemplu 79891819. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. VETTURI BMW 320 DIESEL tal-2009, mileage ta’
73,000, 184bhp model, full extras, kundizzjoni perfetta, dejjem iggaraxxjata. Ċemplu 99928362. AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Tiswijiet TA’ magni tal-ħjata. Għal service u tiswijiet fil-pront ċemplu 99422268 jew 21416705. JINĦTIEĠU Xufiera BIL-liċenzja tal-minibuses 16 seater. Importanti li min japplika jkun jitkellem bl-Ingliż. Ċemplu 21580688/9 jew 99499803.
www.maltarightnow.com
27
Il-Ġimgħa, 3 ta’ OttuSbru, 2014
SPORT
Dilettanti tal-karting imħeġġa Sengla Gunners jippruvaw ir-Red Bull Kart jirbħu s-Super Cup Fight Malta L-edizzjoni ta’ din is-sena tarRed Bull Kart Fight, kompetizzjoni globali li ssir kull sena biex tiddetermina l-aktar sewwieq veloċi fid-dinja tar-Red Bull, bdiet fil-Badger Karting b’avveniment speċjali, bl-istess finalisti tal-edizzjoni tas-sena loħra jikkompetu għall-aktar ħin veloċi. Għal darba oħra Jake Said, ir-rebbieħ tas-sena l-oħra reġa’ ħareġ rebbieħ, billi kiseb laħjar ħin ta’ 29:79sek. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun ftit differenti mis-sena li għaddiet u se tinkludi żewġ kategoriji, biex b’hekk żewġ sewwieqa jkollhom l-opportunità li jirrappreżentaw lil Malta fost laħjar sewwieqa tal-go-karts filFinali tad-Dinja. Il-kategorija Juniors se tkun miftuħa għal dawk iż-żgħażagħ li għandhom jew li se jagħlqu 15-il sena salaħħar tas-sena u dawk li għalqu 18-il sena wara l-1 ta’ Ottubru 2014. Il-kategorija Senior se tinkludi dawk il-parteċipanti li għandhom il-fuq minn 18-il sena wara it-30 ta’ Settembru, 2014.
SWAN
Is-sewwieqa, l-ewwel għandhom jieħdu sehem f’sessjoni ta’ kwalifikazzjoni ta’ 10 minuti, fejn id-dawra l-aktar veloċi se tkun irreġistrata u miktuba fuq bord. Is-sessjonijiet ta’ kwalifikazzjoni se jibqgħu miftuħa sal-Ħadd 23 ta’ Novembru. Ilparteċipanti huma mħeġġa biex jibbukjaw is-sessjoni tagħhom billi jċemplu fuq 21 421 838/9, 7942 1838 jew jibagħtu email fuq karting@badger.com.mt. Wara tmien ġimgħat, l-aktar 40
sewwieqa veloċi mill-kategorija Seniors u l-aħjar 24 sewwieqa mill-kategorija Juniors se jieħdu sehem fil-Finali Nazzjonali flewwel weekend ta’ Diċembru. Irrebbieħa miż-żewġ kategoriji se jirrappreżentaw lil Malta filFinali tad-Dinja fir-Red Bull Ring fl-Awstrija. L-avveniment huwa appoġġjat minn Badger Karting u Forestals. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq l-paġna Facebook “Red Bull Kart Fight Malta”.
Fi tmiem il-ġimgħa beda listaġun tas-SWAN Joseph Sammut Co Ltd bil-finali tasSuper Cup fejn Senglea Gunners għelbu liċ-Champions renjanti Valletta St. Pauli 1-0 u rebħu għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom,dan l-unur. Fil-finali tas-Super Cup bejn Senglea Gunners u Valletta St. Pauli, l-Gunners wara l-eliminazzjoni kontra Ta’ Giorni Wolves fit-Tazza tal-ekssegretarju, niżlu għal din il-finali b’formazzjoni aktar kompatta fejn għalihom iddebuttaw bosta plejers stabbiliti fosthom William Barbosa, Basil Emeka Onuta, Miguel Francica u l-awtur tal-gowl James Shead. Valletta St. Pauli fl-ewwel dehra tagħhom jistgħu jħossuhom sfortunati għax kontra xxejra tal-logħob u meta kienu qed juru l-aħjar logħob sofrew ilgowl. Partita bilanċjata milgħuba fi spirtu sportiv bil-ballun tiela u nieżel fejn iż-żewġ settijiet ta’ plejers fid-difiża dejjem għarfu jikkontrollaw il-furja talattakkanti rispettivi. Il-gowl deċiżiv wasal meta mionn kontra-attakk James Shead
avanza u kellu xutt salvat millgowlkiper Belti, biex mir-rebound l-istess plejer tefa’ fir-rokna taxxibka għall-gowl tar-rebħa. Wara l-partita l-President tasSWAN Lino Bartolo feraħ lit-tim ta’ Senglea Gunners għal dan lewwel unur staġjonali u ppreżenta t-tazza lill-captain ta’ Senglea Gunners Eric Saliba fost il-ferħ ta’ sħabu. Fl-istess waqt ingħata bidu għall-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, fejn saru erba’ partiti mill-aktar interessanti u t-tliet timijiet debuttanti fl-assoċjazzjoni, Marsa St. Micheal’s, Luqa Juniors, u Ħamrun Titans kellhom riżultati differenti minn xulxin. F-ewwel partita tal-ġurnata Marsa St. Micheal’s għelbu lil Tal-Qroqq Versity 2-0 u kisbu lewwel tliet punti u jidhru li ser jisfidaw, biex fit-tieni partita talġurnata Luqa Juniors spiċċaw 00 kontra Fleur-De-Lys waqt li fittielet partita San Gwann Knights għelbu lil Ħamrun Titans 2-1. Fl-aħħar partita fil-programm Tarxien ACF għelbu lil Baħrija bl-iskor ta’ 4-2 biex dan l-istaġun jidher li ser ikunu sfidanti serji għall-promozzjoni.
Jimmiraw lejn 1,000 parteċipant fis-17-il Edizzjoni ŻURRIEQ HALF MARATHON & 10KM RUN
Wara s-suċċess li kellha l-kollaborazzjoni tas-sena l-oħra bejn l-Express Trailers u ż-Żurrieq Wolves Athletic Club bil-parteċipazzjoni ta’ iżjed minn 650 atleta, l-isponsorship reġa’ kien konfermat għas-17-il edizzjoni ta’ lExpress Trailers Żurrieq Half Marathon & 10Km Run li se ssir nhar id-9 ta’ Novembru. Għal darb’oħra, il-Kumitat Organizzattiv tal-Malta Marathon reġa’ kien fdat bl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment u r-reġistrazzjonijiet issa huma miftuħa. Il-mira din is-sena hi li madwar 1000 atleta jieħdu sehem fiż-żewġ tlielaq ewlenin. Id-dettalji dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena tħabbru minn Mauro Pace Parascandalo, Segretarju ta’ Żurrieq Wolves Atheltic Club u Franco Azzopardi, Chairman u CEO ta’ Express Trailers. “Kuntenti bil-mod kif iżŻurrieq Half Marathon & 10Km żiedu fl-attendenza. Dan, flimkien ma’ l-isponsorship ta’ tlett ijiem mal-Express Trailers ħeġġiġna ninvestu iżjed sabiex
L-atleti jinġabru qabel it-tiġrija tal-aħħar edizzjoni (RITRATT - Rene Rossignaud)
nagħmlu din l-attività ikbar u organizzata b’mod iżjed professjonali grazzi wkoll għallinvolviment u l-organizzazzjoni ta’Joe Micallef u t-tim tiegħu talMMOC. Fil-fatt, għall-ewwel darba din is-sena se nintroduċu ċ-chip timing għall-parteċipanti kollha biex b’hekk se niżguraw ħinijiet u rekords iżjed preċiżi. Ir-reġistrazzjonijiet għan-nofs
maratona u għat-tellieqa ta’ 10km huma miftuħa u l-atleti diġà bdew jirreġistraw,” qal Mauro Pace Parascandalo. “Wara suġġerimenti mill-atleti li ħadu sehem is-sena l-oħra, sar ukoll xi tibdil żgħir fir-rotta biex din tkun iżjed ta’ sigurtà għallatleti u possibilment iżjed m’għaġġla wkoll,” żied jgħid Pace Parascandalo.
Franco Azzopardi, Chairman u CEO ta’ Express Trailers faħħar liż-Żurrieq Wolves Atheltic Club u lill-Kumitat Organiżżattiv tal-Malta Marathon għall-impenn u l-mod professjonali tagħhom sabiex dan l-avveniment ikompli jikber u jikseb iżjed suċċess u esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dik li s-sena bdiet bħala kollaboraz-
zjoni bi prova issa żviluppat u kisbet suċċess. “Is-suċċess u l-impenn huma żewġ valuri għal qalb kemm lExpress Trailers kif ukoll għal Żurrieq Wolves Atheltic Club. Huma parti mid-DNA tagħna u dan huwa l-bażi tal-kollaborazzjoni tagħna. L-għajnuna tagħna liż-Żurrieq Wolves Athletic Club ġejja mill-impenn tagħna li ngħinu u nħarsu lil dawk inqas vulnerabbli fuq it-triq u meta nħarsu lejn is-suċċess tan-Nofs Maratona s-sena l-oħra, ċerti li din is-sena se niksbu suċċess ikbar,” qal Franco Azzopardi. Iż-żewġ ġirjiet se jitilqu quddiem il-knisja parrokkjali tażŻurrieq. In-nofs maratona tibda fis-7.30 ta’ filgħodu filwaqt li l10k tibda’ fit-8.30am. L-applikazzjonijiet huma miftuħa u jekk wieħed japplika qabel it-12 ta’ Ottubru, l-applikazzjoni tkun ta’ €15 biss. Għal aktar informazzjoni dwar it-tellieqa, ir-rotta u kif tirreġistra, żur is-sit ta’ Malta Marathon fuq http://www.maltamarathon.com/
www.maltarightnow.com
28
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
SPORT
Il-GP tal-Ġappun jista’ jitħassar minħabba t-tifun FORMULA 1
Is-sewwieq ta’ Force India Sergio Perez qal li l-Grand Prix tal-Ġappun nhar il-Ħadd f’Suzuka jista’ ma jsirx jekk itTifun Phanfone jolqot iż-żona. Dan it-tifun ifforma fuq lOċean Paċifiku u hemm xita qliel mistennija għal waqt ilprovi liberi tal-Ġimgħa u t-tiġrija l-Ħadd anke jekk għall-provi tal-pole position is-Sibt mistenni riħ qawwi. Il-Messikan Perez li għandu 24 sena qal, “Għada se jkollna x-xita. L-uragan jista’ jasal u jekk jasal probabbilment ma nsuqux.” Valtteri Bottas tal-Williams qal, “Hemm ċans kbir ta’ xita qliel il-Ħadd.” Sieħeb Bottas fit-tim, Felipe Massa qal, “Nittama li nkunu nistgħu nagħmlu s-sewwieqa u t-temp ma jaffettwaniex.” Dawk li jbassru t-temp qalu li t-Tifun Phanfone riesaq lejn ilĠappun u se jilħaq in-nofsinhar ta’ Suzuka madwar 250 mil il-
bogħod fil-ħin tat-tiġrija. Dan il-GP hu parti mill-isfida interessanti li qed tiżviluppa bejn is-sewwieqa tal-Mercedes, Lewis Hamilton u Nicop Rosberg għar-rebħ talKampjonat. Bħalissa Hamilton għandu tliet punti vantaġġ wara r-rebħa f’Singapore ħmistax ilu u fadal 150 punt x’jintrebħu fl-aħħar ħames tiġrijiet. L-isfida bejn it-tnejn kienet waħda taħraq matul dan listaġun għalkemm Daniel Ricciardo li jinsab 60 punt wara Hamilton ma jistax jiġi eskluż.
Alonso jista’ jitlaq Intant Fernando Alonso irrifjuta li jeskludi ll-fatt li jista’ jitlaq lil Ferrari qabel jintemmlu l-kuntratt fl-2016. Id-darbtejn Champion tad-Dinja hu fil-mira tal-McLaren li jriduh li jmexxi lit-tim tagħhom fl-era l-ġdida meta se jkunu qed jaħdmu malHonda li se tipprovdilhom il-
Felipe Massa jaqsam il-pit fix-xita f’Suzuka
magni mill-2015. Alonso kien mistoqsi Ġappun jekk jistax jgħid definittivament mhux se mal-McLaren jew ir-Red fl-2015 u l-2016.
filjekk jkun Bull
“Din mistoqsija diffiċli. Se nagħmel l-aħjar għall-Ferrari. Il-prijorità tiegħi dejjem huma lFerrari. Mhux qed ngħix barra minn din id-dinja. Smajt ħafna xnigħat li żgur mhux qed jgħinu.
It-tieni prijorità tiegħi se tkun ilfutur tiegħu jekk hemm xi ħaġa ġdida minn din is-sena. S’issa m’hemm xejn imma se jkunhemm ħafna xnigħat,” qal Alonso.
Markoch imexxi lil Kazhakstan Nadal u Murray jibqgħu għaddejjin TENNIS
WATERPOLO
Il-kowċ Russu taċ-Champions renjanti tal-Waterpolo lokali Neptunes, Sergey Markoch mhux se jibqa’ jmexxi lit-tim minn San Ġiljan l-istaġun li ġej. Markoch, eks plejer tat-tim nazzjonali tal-Unjoni Sovjetika u rebbieħ ta’ diversi midalji flOlimpjadi, kif ukoll filKampjonati tad-Dinja u Ewropej, mexxa lit-tim ta’ Neptunes lejn rekord ta’ ħames kampjonati konsekuttivi bejn l-2010 u l-2014. Dan l-istaġun it-tim rebaħ kull unur li joffri l-waterpolo lokali. Huwa kien ukoll mexxa lit-tim lejn suċċess ieħor fl-aħħar parti tal-istaġun 1993. Ir-raġuni li Markoch se jħalli
pajjiżna kienet għaliex kellu offerta mill-Kazhakstan biex imexxi lit-tim nazzjonali għallpartiti ta’ kwalifikazzjoni għallOlimpjadi tal-2016. Minkejja li kemm il-darba stqarr li jieħu gost f’Malta fejn iqis li għandu familja oħra, u minkejja s-suċċessi li kiseb ma’ Neptunes, Markoch informa lillkumitat ta’ Neptunes li kien se jaċċetta din l-isfida l-ġdida. Din hi telfa kbira għal Neptues u l-partitarji tagħhom mhux biss mil-lat tekniku imma għaliex Markoch flimkien ma’ martu Alena u wliedu Peter, Shtefan u Thikon kienu saru parti integrali mill-familja ta’ Neptunes.
Id-difensur ta’ Southampton Nathaniel Clyne issejjaħ għallewwel darba fl-iskwadra Ingliża għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni mill-Euro 2016 kontra San Marino u l-Estonja. Id-difensur ta’ Arsenal Kieran Gibbs u l-midfielder ta’ Swansea Jonjo Shelvey it-tnejn reġgħu ssejħu fl-iskwadra. Imma f’din l-iskwadra Hodgson għandu biss tliet attakkanti b’Daniel Sturridge
ta’ Liverpool nieqes minħabba strain f’koxxtu. L-Ingliżi se jilagħbu kontra San Marino f’Wembley fid-9 ta’ Ottubru qabel imorru lEstonja fit-12 ta’ Ottubru. “Hu sempliċiment fatt li sfortunatament ma laħaqx irkupra,” qal Hodgson dwar innuqqas ta’ Sturridge. “Hi daqqa ta’ ħarta kbira għalina, għal Liverpool u għall-plejer għaliex kien ħerqan li jkun
Sergey Markoch rebaħ kollox ma’ Neptunes
L-Ispanjol Rafael Nadal issupera lill-Ġermaniż Peter Gojowczyk 6-3, 6-4 fil-kwarti tal-finali tal-Open taċ-Ċina. Nadal li għandu 28 sena kellu jitħabat kontra l-Ġermaniż u rebaħ wara siegħa u 43 minuta. L-Ispanjol qed jilgħab flewwel turnament sa minn meta rkupra minn injury fil-polz u kien ferm bogħod mill-aħjar forma tiegħu hekk kif falla 9 mill-11-il break point li kellu kontra l-plejer numru 122. Nadal issa jilgħab kontra sSlovakk Martin Klizan wara li
Ernests Gulbis irtira meta kien qed jitlef 6-2, 3-0. Andy Murray wkoll għadda għall-kwarti tal-finali meta għeleb lil Pablo Cuevas 6-2, 6-2. Il-Britanniku seed nru 6 ssupera lill-Urugwajan irrankjat fil35 post billi bbrejkjalu s-service ħames darbiet qabel għalaq illogħba f’siegħa u 19-il minuta. Dan ir-riżultat ikompli jkabbar iċ-ċansijiet ta’ Murray li jikkwalifika għall-aħħar turnament tas-sena, l-ATP World Tour Finals li se jsiru f’Londra.
parti mill-iskwadra għal dawn iż-żewġ partiti.” L-iskwadra kollha hi din: Gowlkipers: Fraser Forster (Southampton), Ben Foster (West Bromwich Albion), Joe Hart (Manchester City) Difensuri: Leighton Baines (Everton), Gary Cahill (Chelsea), Nathaniel Clyne (Southampton), Kieran Gibbs (Arsenal), Phil Jagielka (Everton), John Stones
(Everton) Midfielders: Fabian Delph (Aston Villa), Jordan Henderson (Liverpool), Adam Lallana (Liverpool), James Milner (Manchester City), Alex Oxlade-Chamberlain (Arsenal), Jonjo Shelvey (Swansea City), Raheem Sterling (Liverpool), Andros Townsend (Tottenham Hotspur), Jack Wilshere (Arsenal) Attakkanti: Rickie Lambert
(Liverpool), Wayne Rooney (Manchester United), Daniel Welbeck (Arsenal)
Hodgson isejjaħ lil Clyne u Shelvey EURO 2016
Italja vs Ingilterra Sadanittant sar magħruf li lIngilterra se tkun qed tilgħab logħba ta’ ħbiberija kontra lItalja fil-31 ta’ Marzu tal-2015. Intqal li l-partita ta’ ritorn f’Wembley imbagħad se tintlagħab f’xi data li għad trid titħabbar bejn l-2016 u l-2018.
www.maltarightnow.com
SPORT
Ħames akkwisti għal Floriana Café del Mar BASKETBALL
Floriana Basketball Club dan listaġun se jkunu qed jiġu sponsorjati minn Café del Mar u b’hekk l-isem tat-tim se jkun Floriana Café del Mar. Dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-istabbiliment ta’ Café del Mar f’Buġibba, fejn il-President tal-klabb Ian Mercieca qal li dan il-ftehim għen lill-klabb b’mod sostanzjali sabiex ikollu l-aħjar tim possibli. Preżenti wkoll kien hemm ukoll il-kowċ Chris Stolp. Il-President ippreżenta uffiċjalment il-plejers li l-klabb irreġistra din is-sena. Dawn huma Nikola Vasovic li kien fost l-ewwel li ngħaqad mal-klabb. Huwa sosnta li Nikola hu wieħed mill-aktar plejers promettenti fllbasketball Malti fejn lagħab seba’ staġuni ma’ Luxol Basketball Club u rebaħ numru ta’ kompetizzjonijiet fosthom itTazza Louis Borg u l-Kampjonat ta’ taħt it-23 sena. Plejer ieħor hu Nigel Sultana, meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aħjar talenti tal-ġeneraz-
Kent Tribett
Tribett jingħaqad ma’ Siġġiewi BC
Il-klabb tal-Basketball ta’ Siġġiewi Remax ħabbar li akkwista lill-Amerikan ta’ 28 sena Kent Tribett għall-istaġun il-ġdid. Tribett hu twil kważi seba’ piedi. Matul il-karriera tiegħu, Kent lagħab f’diversi pajjiżi fosthom il-Fillandja, Spanja, u anke lAwstralja. Intant, Siġġiewi Remax ħabbru wkoll li laħqu ftehim mal-klabb ta’ Athleta għall-akkwist tal-plejer promettenti ta’ 19-il sena Benoit Bartolo. L-istaġun li għadda Bartolo rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tassena fil-kategorija tiegħu.
29
Il-Ħamis, 26 ta’ Settembru, 2014
zjoni tiegħu. Sultana mhux biss se jsaħħaħ l-iskwadra għallistaġun li jmiss, iżda se jkun protagonist essenzjali għall-futur tal-klabb. Nigel, kien ukoll parti mit-tim Nazzjonali Malti li rebaħ midalja tal-fidda fil-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Ġibiltà f’Lulju. It-tielet plejer huwa Marco Mercieca li tul il-karriera kollha tiegħu s’issa lagħab dejjem ma’ Luxol u wkoll rebaħ diversi unuri inkluż il-Louis Borg Cup fl-aħħar staġun. Fl-aħħar snin kien ukoll captain tat-tim. L-aħħar akkwist Malti hu Lee Ross, plejer ta’ talent u fiżika kbira. Lee lagħab l-aħħar staġun ma’ Siġġiewi kif ukoll għamel xi staġuni ma’ Luxol. Fl-istaġun li għadda Lee kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers filkampjonat Malti. Flimkien ma’ dawn l-erba’ plejers Floriana Basketball Club ħadu wkoll lill-Amerikan Jules Montgomery. Jules twieled fid29 Marzu 1991 u hu ggradwat mill-Prairie View A & M.
Erbgħa mill-ħames akkwisti ta’ Floriana BC għall-istaġun il-ġdid Jules Montgomery, Marco Mercieca, Nikola Vasovic u Lee Ross.
Lagħab żewġ staġuni konsekuttivi fil-kampjonat SWAC u kien ippremjat bħala l-pre-season plejer tas-sena tas-SWAC. Mercieca f’isem il-klabb irringrazzja lil Viċi President Edward Torpiano għax-xogħol
siewi tiegħu fin-negozjati u lil S. Ellul ta’ Café del Mar għallappoġġ tiegħu u l-kollaborazzjoni kollha possibbli għallbenefiċċju taż-żewġ partijiet. Min-naħa tiegħu Ellul waqt li qal li Café del Mar jifforma parti
mill-kumpless tal-Malta National Aquarium u hu l-post ideali fejn wieħed jirrilassa, jgħum u jgawdi xarba tajba f’atmosfera unika, awgura sena ta’ suċċess lilliskwadra tal-Floriana għallistaġun li se jibda fl-4 Ottubru.
Seba’ timijiet fl-MSV Life Masters FUTBOL
Seba’ timijiet se jkunu qed jieħdu sehem fit-tieni edizzjoni tal-MSV Life Masters Football League. Dan tħabbar millPresident tal-Masters Football Malta, Mario Meli waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ngħataw dettalji dwar il-kampjonat ta’ din is-sena. It-timijiet huma dawk ta’ Attard, Mosta, Rabat, Żurrieq, Mqabba BOV u Sliema. Hu spjega fiex jikkonsisti lMasters Futbol li jintlagħab bejn timijiet bi plejers li jkollhom 35 sena jew aktar. It-timijiet huma ta’ sitt plejers li jilagħbu f’pitch ta’ 30 metru b’60 metru u l-partiti jkunu ta’ 25 minuta kull taqsima. F’dan it-tip ta’ logħob ma jkunx hemm offsides u jsiru wkoll sostituzzjonijiet. Il-President tal-assoċjazzjoni lġdida li twaqqfet f’Jannar qal li fl-ewwel kampjonat kienu ħadu sehem ħames timijiet fejn Valletta kienu rebħu l-kampjonat u Żurrieq il-kompetizzjoni Knock-Out. Il-logħob se jkun qed jerġa’ jsir kull nhar ta’ Ħamis fil-ground ta’ Hat-Attard fis-7 p.m. u t-8 p.m. L-ewwel partiti se jkunu Attard v Żurrieq, Mosta v Mqabba u Rabat v BOV waqt li Sliema telgħu bye.
Mario Meli flimkien mal-isponsors u t-Teżorier tal-Assoċjazzjoni waqt li ħabbar li din is-sena s’issa huma sebgħa t-timijiet li rreġistraw biex jieħdu sehem fil-Masters Football
Mario Meli qal li din hi kompetizzjoni li ssir kull sena f’ħafna pajjiżi u f’ċertu postijiet ikun hemm ukoll kompetizzjoni internazzjonali. Huwa qal li l-Brażil għandhom tim li jdur id-dinja jagħti esibizzjonijiet bi plejers ta’ fama bħal Luis Pereira, Rivellino, Jairzinho, Careca u oħrajn fejn il-leġġendarju Pele hu l-President onorarju. Meli qal li l-ideja ta’ dan it-tip ta’ futbol mhumiex ir-riżultati iżda logħob bejn ħbieb li jieħdu
pjaċir u jagħtu pjaċir lid-dilettanti hekk kif l-iskor finali mhux importanti. Huwa ħabbar ukoll li dawk ilklabbs tal-futbol li jixtiequ jiffurmaw tim jistgħu jikkuntattjaw lill-Assoċjazzjoni fuq marmel40@hotmil.com jew rmassa@go.net.mt u jingħataw kull għajnuna.
L’Aroma Masters KO Waqt l-istess konferenza tħabbar li l-istabbiliment
L’Aroma Restaurant ta’ TasSliema permezz tal-proprjetarju Mario Pisani din is-sena se jkun qed jisponsorja lKompetizzjoni Knock-out talMasters Futbol. Mario Meli rringrazzja lil Pisani li qal li mill-ewwel emmen fl-isforz ġenwin talassoċjazzjoni. Il-kompetizzjoni tintlagħab jen it-timijiet kollha fi ħdan l-assoċjazzjoni anke dawk li jissieħbu matul listaġun.
www.maltarightnow.com
30
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, 2014
SPORT
Polza faċli għal Chelsea FUTBOL INGLIZ – LEAGUE CUP
Chelsea se jaffrontaw lit-tim ta’ League Two Shrewsbury fir-raba’ rawnd tal-League Cup wara li lErbgħa filgħaxija eliminaw lil Bolton 2-1 fit-tielet rawnd. Shrewsbury eliminaw lil Norwich. Vantaġġ żgħir għal Shrewsbury hu li dawn se jkunu qed jilagħbu kontra Chelsea f’darhom. Il-holders Manchester City, wara li rebħu 7-1 kontra Sheffield Wednesday issa jmisshom jilagħbu kontra Newcastle flEtihad Stadium. Dawn tal-aħħar kelhom bżonn imorru għal ħin barrani biex eliminaw lil Crystal Palace. Wara l-kedda li ħadu kontra M’Boro, issa Liverpool imisshom jilagħbu kontra Swansea f’waħda mil-aktar partiti interessanti li se jkun hemm f’din il-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni. Liverpool kelhom bżonn l-ġħoti tal-penalties biex eliminaw lil M’Boro bi skor ta’ 14-13. Stoke se jkolhom biċċa xogħol iebsa meta jiltaqgħu kontra Southampton filwaqt li Tottenham jiagħbu kontra
Il-poloz tar-raba’ rawnd: Tottenham H. vs Brighton Stoke vs Southampton Bournemouth vs West Brom Shrewsbury vs Chelsea Liverpool vs Swansea MK Dons vs Sheff Utd Man City vs Newcastle Utd
Brighton f’White Hart Lane. Dawn tal-aħħar għaddew għarraba’ rawnd wara li rebħu 3-0 kontra Burton. Sheffield United jilaġħbu kontra MK Dons u dawn tal-aħħar se jkunu qed jittamaw li jkomplu minn fejn ħallew kontra Man Utd u Bradford City rispettivament. Fl-aħħar partita Fulham jilagħbu kontra Derby. Il-partiti se jintlagħbu fil-ġimgħa li tibda fis27 ta’ Ottubru. Pellegrini jfaħħar lil Lampard Tard l-Erbgħa filgħaxija l-manager ta’ Man City Manuel Pellegrini kellu kliem ta’ tifħir filkonfront tat-tim kollu, speċjalment għall-midfielder veteran
Wara li fi tmiem il-ġimgħa skurja gowl kontra Chelsea, Lampard skurja tnejn għal Man City kontra Sheffield Wednesday u l-kowċ tas-Citizens kellu kliem ta’ tifħir fil-konfront tiegħu
Frank Lampard li skurja żewġ gowls fir-rebħa kbira li s-Citizens kellhom fuq Sheffield Wednesday. S’issa Lampard skurja tliet gowls ma’ City wara li fi tmiem ilġimgħa skurja wkoll kontra l-eks klabb tiegħu Chelsea fid-draw 1-1 fil-kampjonat. Plejer ieħor li skurja żewġ gowls hu Edin Dzeko. “Lampard hu plejer importanti
għal kull tim li jilgħab miegħu. Jinsab kuntent magħna u qed jagħti kontribut mill-aqwa fil-ftit xhur li se jdum magħna. Tajjeb li jħossu importanti għat-tim,” qal Pellegrini. Chelsea ma offrewx kuntratt ġdid lil Lampard wara 13-il sena u kien għalhekk li ħalla l-klabb u ngħaqad ma’ New York City FC.
Il-klabb Amerikan sellef lil Lampard lil City għal diversi xhur sakemm jibda l-kampjonat fl-Istati Uniti u dan mistenni jdum jilgħab ma’ City sal-aħħar ta’ Frar. Fi tmiem il-kummenti tiegħu Pellegrini qal li minkejja li lLeague Cup għadha fi stadju bikri mhux se jagħtiha l-ġenb għax irid li t-tim jerġa’ jirbaħ it-tazza.
kien ingħata din is-sospensjoni lFA Portguiża għażlitu biex jieħu post il-kowċ Paulo Bento li kien irreżenja mill-kariga wara li lPortugall tilef kontra l-Albanija fl-ewwel logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għallKampjonati Ewropej. Santos se jirritorna fuq il-bank talPortugall fl-aħħar logħba minn din il-fażi, dik kontra s-Serbja. L-eks kowċ ta’ Benfica u Porto jista’ jressaq appell quddiem ilQorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) bit-tama li tittnaqqaslu ssospensjoni.
tkeċċa mill-kariga. Curteian kien kowċ tat-tim ta’ taħt il-21 sena fejn fl-aħħar xhur it-tim spiċċa fit-tielet post fil-grupp tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għallKampjonati tal-2015. L-FA tal-Moldova ma kinitx kuntenta bix-xogħol ta’ Caras u b’hekk għalet li ttemmlu l-kuntratt. Fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal2014 il-Moldova ġabu 11-il punt. Id-debutt ta’ Curteian mat-tim tal-kbar tal-Moldova mistenni jkun fid-9 ta’ Ottubru bil-logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 kontra lAwstrija.
wara diversi ġimgħat barra minħabba li kiser spalltu. Nolan, li għandu 32 sena weġġa’ waqt sessjoni ta’ taħriġ wara l-ewwel logħba tal-kampjonat kontra Tottenham. Minkejja li irritorna għat-taħriġ, il-kowċ Sam Allardyce qal li Nolan mhux se jkun inkluż fl-iskwadra għal logħba ta’ għada kontra Man Utd. Allardyce żvela li,. Nolan, flimkien ma’ Matt Jarvis, nhar itTnejn se jilagħbu partita mat-tim ta’ tal-youths. Tliet plejers oħra ta’ West Ham, Carroll, Kouyate u O’Brien qed jirkupraw minn injury. Kouyate għandu madwar sitt ġimgħat barra b’injury filgroin filwaqt li Carroll qed jirkupra wara li ġie operat flgħaksa
Il-FIFA tikkonferma s-sospensjoni ta’ Santos
Il-FIFA ikkonfermat li l-kowċ Fernando Santos se jkun sospiż għal tmien partiti. Santos, eks kowċ tal-Greċja kien maħtur kowċ tal-Portugall fil-jiem li għaddew u riżultat ta’ din is-
sospensjoni issa se jkollu jitlef diversi partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Santos kien tkeċċa fil-logħba talaħħar 16 tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Costa Rica. Minkejja li
Il-FIFA ikkonfermat is-sospensjoni ta’ tmien partiti li kien ingħata l-kowċ il-ġdid tal-Portugall Fernando Santos.
Curteian maħtur kowċ tal-Moldova Alexandr Curteian inħatar bħala kowċ tal-Moldova u se jkun qed jieħu post Ion Caras li
Nolan lura għat-taħriġ Il-midfielder ta’ West Ham Utd Kevin Nolan irritorna għat-taħriġ
www.maltarightnow.com
32
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ottubru, 2014
LOKALI
Bdejna nibżgħu minn massakru f’Hong Kong Żgħażagħ minn Hong Kong li din il-ġimgħa ħadu sehem f’marċ paċifiku f’Helsinki, biex iqajmu aktar għarfien dwar dak li qed jiġri f’pajjiżhom
Intervista esklussiva ma’ żagħżugħ li, ma’ sħabu, qed jiġġieled għall-ideal tad-demokrazija f’pajjiżu Robert Cremona
Geoffrey Wong (ritratt malġenb) huwa student minn Hong Kong li għandu 22 sena. Illum jgħix fil-Finlandja. Wong, flimkien ma’ sħabu, organizzaw dimostrazzjoni paċifika f’Helsinki. Is-simbolu prinċipali kien lumbrella. L-arma ewlenija tagħhom, il-vuċi. Flimkien ma’ sħabhom minn madwar id-dinja kollha, qed jagħmlu pressjoni biex il-Gvern Ċiniż ma jnaffarx l-ideal demokratiku li Hong Kong jixtieq jadotta. Ma’ ‘In-Nazzjon’, iżżagħżugħ esprima ruħu diżappuntat għat-terrur li għaddejjin minnu sħabu f’pajjiżu, Hong Kong. F’Hong Kong għadhom għaddejjin il-protesti miż-żgħażagħ li qed jitolbu biex f’pajjiżhom isiru elezzjonijiet demokratiċi. Dan wara li sar magħruf li l-Gvern Komunista Ċiniż se jkun qed jiskrutinja l-kandidati għall-elez-
It-tensjoni f’Hong Kong hija kbira. Speċjalment nhar il-Ħadd li għadda, meta bdejna nibżgħu li se jseħħ massakru. Il-Pulizija użaw pepper spray, gass tad-dmugħ, u anke balal tal-plastik
zjoni tal-2017. Xi ħaġa li n-nies ta’ Hong Kong ma jriduhiex, kif spjegalna Geoffrey Wong, li bħalissa qed jistudja fil-kapitali Finlandiza. “Il-moviment tagħna, fuq issocial media jismu ‘Occupying Central’, iżda ħafna qed jirreferu għalina bħala l-moviment talumbrella. Dan għaliex in-nies ta’ Hong Kong m’għandhomx armi biex jiddefendu ruħhom, u lunika arma hija sempliċi umbrella.” Fl-intervista mal-ġurnal ‘InNazzjon’, Wong qal li l-istudenti f’Hong Kong qed jitolbu għaddemokrazija vera. “Sfortunatament, il-Gvern
Ċiniż qed jinjora l-vuċi tagħna. Aħna qed nitolbu biss li jiġu mħarsa d-drittijiet li huma tagħna bil-liġi, u li joħorġu mill-ftehim tal-1997 meta r-Renju Unit ħalla Hong Kong f’idejn iċ-Ċiniżi.” Geoffrey Wong jispjega kif ilprotesti bdew fit-22 ta’ Settembru li għadda meta gruppi studenteski bdew bojkott ta’ ġimgħa u m’attendewx għal-lezzjonijiet. U minn hemm, bdiet il-pressjoni min-naħa tal-awtoritajiet. “It-tensjoni f’Hong Kong hija kbira. Speċjalment nhar il-Ħadd li għadda, meta bdejna nibżgħu li se jseħħ massakru. Il-Pulizija użaw pepper spray, gass taddmugħ, u anke balal tal-plastik.”
Matul dawn il-protesti, qed jispikkaw l-umbrelel, li huma simbolu tal-moviment favur id-demokrazija, magħruf bħala l-moviment tal-umbrella
Geoffrey Wong, wieħed miż-żgħażagħ li organizzaw il-protesta fil-Finlandja, u li tkellem ma’ ‘In-Nazzjon’
Wong jispjega li fl-aħħar jiem, l-emozzjonijiet kienu kbar fost iż-żgħażagħ f’Hong Kong. U agħar minn hekk, ġew rifjutati lattentati kollha li saru biex ikun hemm djalogu mal-mexxej ta’ Hong Kong. Ma’ ‘In-Nazzjon’, Geoffrey Wong jispjega kif f’Helsinki huma organizzaw marċ paċifiku fejn kantaw slogans bħal “Demokrazija issa” u “Appoġġ mill-Finlandja”. “Din il-mixja,” qalilna “sejjaħnielha ‘U for Umbrella’, u biha qajjimna aktar għarfien dwar is-sitwazzjoni f’Hong Kong. B’kollox kellna 80 persuna għal dan il-marċ fit-toroq ta’ Helsinki, u ħafna minnhom kienu nies li qed jistudjaw hawnhekk flUniversità, kif ukoll ċittadini oħra minn Hong Kong.” Matul l-intervista spikka wkoll id-dispjaċir f’qalb dawn iżżgħażagħ li qed jaraw id-drittijiet
tagħhom imtappna. “Il-Gvern ma jridx jisma’ u qed juża l-gass taddmugħ biex jagħlqilna ħalqna.” Geoffrey Wong sostna li lPulizija fl-aħħar ġranet użaw ilforza b’mod eċċessiv u bla bżonn. “Rajna saħansitra gass tad-dmugħ sparat lejn iċ-ċentru tal-ewwel għajnuna. Ma kienx ħaqqna hekk,” stqarr iż-żagħżugħ minn Hong Kong. Fl-aħħar tal-intervista, Wong sostna li huma qed jitolbu biss li tieqaf din il-vjolenza. Qed jinsistu wkoll li għandhom jibdew immedjatament it-taħditiet bejn l-awtoritajiet ta’ Hong Kong u l-istudenti, li qed jipprotestaw fil-pjazez u ttoroq ewlenin ta’ Hong Kong.