Nru 13,867
It-Tlieta, 7 ta‘ Ottubru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
Għaddiet sena... u ma tressaq ħadd il-Qorti Joe Mikallef
Bħal dan iż-żmien sena, ilPulizija kienet ħabbret li sabet mina taħt l-art li ġiet imħaffra fiddirezzjoni tal-fergħa tal-HSBC fis-Swieqi, u li għalhekk kienet sfrattat dik li kellha tkun serqa kbira ħafna minn dan il-bank. Għalkemm immedjatament wara dik is-sejba, il-Pulizija tadDipartiment talInvestigazzjonijiet Kriminali kienu għamlu numru ta’ arresti u interrogaw ukoll numru ta’ persuni li setgħu jgħinu fl-istħarriġ, sal-lum baqa’ ma tressaq ħadd ilQorti b’konnessjoni ma’ dan lattentat ta’ serqa, li kieku saret, kienet tkun waħda spettakolari.
Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ, li tkellmu ma’ In-Nazzjon, qajmu numru ta’ punti interessanti. Fost l-osservazzjonijiet, kien hemm dik li l-Pulizija, li milli jidher kienu ilhom ftit mhux ħażin li ngħataw ħjiel dwar ittħaffir ta’ din il-mina fis-Swieqi, baqgħu ma ressqu lil ħadd ilQorti. Osservazzjoni oħra hi kif ilPulizija għażlet li tintervjeni f’mument meta mill-garaxx minn fejn bdiet il-mina ma kien hemm ħadd. Aktar u aktar, meta hu suspettat li x-xogħol ta’ tħaffir kien ilu għaddej madwar tmien ġimgħat. għal paġna 4
Mal-prinċipji m’hemmx kompromessi
Ara paġna 32
Sena ilu l-Pulizija sabet mina li kienet qed titħaffer taħt l-art minn kumpless ta’ garaxxijiet u sfrattat serqa mill-fergħa tal-HSBC fis-Swieqi. (Ritratt: Pulizija ta’ Malta)
L-eku ta’ ‘hold-up’ li seħħ aktar minn 18-il sena ilu f’bank f’ St Andrews
Persuna li wettaq íl-’hold-up’ jgħid li l-Pulizija sparaw l-ewwel... u jaqla’ ċamata mill-Imħallef Joseph Polidano magħruf bħala “Żeppi l-Għarbi” qal li kienu l-Pulizija li sparaw lewwel fuqhom wara li hu u sħabu ħarġu jiġru ’l barra wara li wettqu hold-up fuq bank f’St Andrews, li iżda kien falla. Qal li min-naħa tagħhom kien Amadeo Brincat, li kien saqhom biex iwettqu l-hold-up, u li dan spara tir ta’ twissija fl-ajru. Hu qal li kellhom żewġ snieter imqaċċtin u żewġ revolvers. Kienu lebsin bil-boilersuits, li meta ntwerew lill-ġurati rriżulta li kellhom it-tikketta tal-Gvern ta’ Malta (GM) kellhom ukoll baraklavi, ta’ kuluri differenti. Tenna li taw is-salt u daħlu filbank. L-ewwel Amadeo wara ċertu Carmelo Spiteri, u
Il-ħallelin ma kinux ħadu ċenteżmu mill-Bank minħabba li l-hold-up kien ġie sfrattat mill-Pulizija
mbagħad daħal hu. Hu, lillPulizija li kien għassa poġġieh mal-art. Huwa qal li daħlu ħamsa lbank. L-akkużat George Xuereb u George il-Manoċċ kellhom linkarigu li jġibu huma l-flus. Ixxhieda ta’ Polidano, li kien mar 10 snin ħabs fuq il-każ, qala’ ċamata mingħand l-Imħallef Michael Mallia minħabba li kemm-il darba bidel il-verżjoni tax-xhieda tiegħu dwar il-każ, tant li f’ħin minnhom l-Imħallef
qallu, “int jaqaw trid torqod hawn illejla?” Din ix-xhieda ingħatat fil-konfront ta’ George Xuereb ta’ 49 sena mill-Marsa, magħruf bħala “It-Tiġieġu”, li beda għaddej ġuri quddiem l-Imħallef Michael Mallia mixli li f’Marzu ta’ 18-il sena ilu pprova joqtol żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija wara “hold-up” li kien sar minn tliet irġiel fuq il-fergħa tal-MidMed Bank, illum HSBC ta’ St. Andrews.
Xuereb qed jiġi akkużat b’ħames Kapi ta’ akkuża blaktar gravi huma dawk talattentat ta’ qtil u attentat ta’ serq bi vjolenza mill-istess bank. Akkużi oħra huma dik ta’ serq ta’ vann u pistola, liema pistola kienet bla liċenzja talKummissarju tal-Pulizija. L-istqarrija ta’ Bartholomew Mula tgħid li kien hemm żewġ turisti Ingliżi li qalu u xehdu wkoll fil-Qorti li raw tliet irġiel neżlin minn vann li tnejn minnhom bdew jgħinu lil wieħed minnhom li deher midrub u li huma ħasbu li kien involut f’xi inċident tat-traffiku jew li xi ħadd kien ħebb għalih. għal paġna 5
Katanja u Palermo mgħarrqin f’xita qalila
Ara paġna 14
Jesmond Zerafa coach ġdid ta’ Naxxar Lions
Ara paġna 31
www.maltarightnow.com
2
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Marlene Farrugia tikkritika l-istrateġija fil-PBS Tattakka lill-Gvern fuq l-indħil lill-istazzjon nazzjonali
Id-Deputata Laburista Marlene Farrugia reġgħet ikkritikat lillGvern ta’ Joseph Muscat, din iddarba dwar id-deċiżjoni inkonsistenti tal-PBS li ma jaċċettax programm imtella’ minNewsroom ta’ The Malta Independent. L-inkonsistenza fid-deċiżjoni tal-istazzjon nazzjonali tirriżulta mill-fatt li l-PBS qal li kien wasal għal din id-deċiżjoni
minħabba li mhux jaċċetta programmi mtella’ min-Newsrooms indipendenti, imma imbagħad irriżulta li l-istazzjon tal-istat aċċetta programmi fl-iskeda lġdida li se jittellgħu mit-taqsimiet tal-aħbarijiet ta’ The Times of Malta u l-MaltaToday. Fil-fatt in-Newsroom tatTimes se terġa’ tippreżenta l-programm “Times Talk”, waqt li dik tal-MaltaToday se jkollha l-pro-
gramm “Reporter”. Il-PBS warrab ukoll programm imtella’ mill-opinjonista Andrew Azzopardi. Jirrriżulta li din iddeċiżjoni mhix meħuda fuq dak li jridu jaraw it-telespettaturi, minħabba li skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, ilprogramm ta’ Andrew Azzopardi kien segwit minn madwar 13,000 telespettatur, waqt li “Reporter” kien segwit biss minn 3,000.
It-tmexxija tal-ġurnal The Malta Independent qalet li hi nfurmata, mhux uffiċjalment, li d-deċiżjoni finali ttieħdet millUffiċċju tal-Prim Ministru li qed jindaħal fl-iskeda tax-xandir nazzjonali. Il-backbencher Laburista Marlene Farrugia kkummentat fuq dak li seħħ f’din il-kwistjoni, u fuq il-Facebook tagħha staqsiet kemm din l-istrateġija hi fil-linja
LOKALI
tas-slogan “Malta tagħna lkoll”. “Ta’ min hi Malta eżatt? Ma kellhiex tkun tagħna lkoll? Forsi għax għadu ż-żmien u n-nies jinsew?” staqsiet Farrugia, waqt li nsistiet li l-Gvern Laburista jagħti spjegazzjoni. Hi kompliet li m’għandux ikun il-Gvern li jiddeċiedi x’għandhom jaraw in-nies, aktar u aktar meta fl-istess nifs qed jgħid li hu favur id-drittijiet ċivili.
L-ebda garanzija li n-noll tal-linja mhux se jiżdied
Il-Gvern bħalissa għaddej b’taħditiet mal-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon biex tmexxi t-trasport pubbliku
Il-Ministru responsabbli mitTrasport, Joe Mizzi jibqa’ ma jagħti l-ebda garanzija lill-pubbliku li l-prezz tal-biljetti tattrasport pubbliku mhux se jiżdied. Mizzi ħarab milli jwieġeb b’mod ċar il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar in-noll tat-trasport pubbliku, meta lbieraħ kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet. “Jien la għedtlek li mhux se jogħla, u lanqas li se jogħla. Imma nista’ nassigura li se jkun
affordabbli għal kulħadd,” saħaq Joe Mizzi. Il-Ministru Mizzi ma setax lanqas jgħid l-ammont ta’ sussidju li se tkun qed tingħata l-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon, li bl-akbar probabbiltà se tkun qed tmexxi t-trasport pubbliku f’pajjiżna. “Ovvjament, jekk qabel, ilkumpanija kienet qed tagħmel ittelf, anke issa qed tagħmel ittelf,” sostna Mizzi, li meta kien ippressat għal ċifra, qal li l-ispej-
jez huma ħafna inqas milli kienu taħt l-Arriva, imma baqa’ ma tax numri. Mizzi qal biss li s-sussidju li se jagħti l-Gvern lill-kumpanija lġdida se jkun inqas minn dak li kienet tingħata l-Arriva. Il-Ministru Mizzi ħabbar li matul il-ġimgħat li ġejjin se jkomplu d-diskussjonijiet malkumpanija Spanjola, filwaqt li kompla li jinsab sodisfatt blandament tat-taħditiet li saru s’issa.
Il-pubbliku kkonkorra bi ħġaru għall-attività li kienet organizzata matul in-nofs ta’ nhar tal-Ħadd filgħodu, mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tal-Medicina (MMSA) fil-pjazza ta’ Buġibba. L-attività kellha l-iskop li tqajjem kuxjenza dwar is-saħħa fil-qalb, filwaqt li ngħata tagħrif dwar mard kroniku bħad-dijabete u l-pressjoni fid-demm. Ingħataw pariri mill-kirurgu Alex Manche’ u ntuża għall-ewwel darba l-apparat “Heart Age Calculator”. Saru wkoll testijiet taz-zokkor, tal-pressjoni u tal-piż żejjed. Kien hemm ukoll Nutritionists li taw pariri dwar dieta tajba, u rokna ddedikata għat-tfal. (Ritratt : John Paul Bonanno)
www.maltarightnow.com
LOKALI
Ridt inkun sinċier u ġenwin Robert Cremona jirrapporta minn Brussell
Fl-ewwel kummenti lill-ġurnalisti wara li ntemm il-grilling fi Brussell, il-Kummissarjunominat Malti Karmenu Vella sostna li fadallu ħafna aktar xogħol x’jagħmel biex jidħol sew f’kull aspett li jkopri is-settur li ngħatalu bħala Kummissarju Ewropew. Eżatt kif intemm is-smigħ, Vella deher ferm iktar rilassat, u saħaq li hu għamel minn kollox biex ikun sinċier mal-MEPs. “Ridt inkun sinċier u ġenwin”, sostna Vella, filwaqt li kompla li lest ikompli jaħdem mal-MEPs biex, jekk jiġi konfermat, jiddedika l-enerġija kollha tiegħu għall-portafoll fdat lilu. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, David Casa, il-Kap tadDelegazzjoni tal-PN fi ħdan ilPartit Popolari Ewropew, qal li Vella deher li kien ippreparat ħafna fil-qasam tas-sajd, imma mhux l-istess jista’ jingħad dwar l-ambjent. Roberta Metsola, min-naħa tagħha, qaltilna li hu importanti li
- Karmenu Vella
Karmenu Vella jwieġeb il-mistoqsijiet tal-MEPs waqt is-smigħ tal-bieraħ
jkollna Kummissarju li jagħmlilna ġieh, bħala pajjiż. Qalet li hu deher li kien ippreparat fuq ċerti oqsma, imma rridu nistennew leżitu tal-analizi li se ssir millMEPs fl-24 siegħa li ġejjin. L-ewroparlamentari l-oħra talPN Therese Comodini Cachia qalet li din kienet l-ewwel esperjenza tagħha, fejn segwiet b’mod dirett dan l-eżami, u sostniet li Karmenu Vella iffaċċja test diffiċli, bil-mistoqsijiet diretti li sarulu. Ħadna wkoll ir-reazzjoni talKap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant, li qal li Karmenu Vella ta preżentazzjoni ċara li ntlaqgħet
tajjeb. “Kien preċiż u kalm fil-mod kif tkellem. U kienet preżentazzjoni onesta quddiem sfidi kbar li għandna fl-ambjent”. Waqt is-smigħ tal-bieraħ, kulħadd innota kif f’ċerti mumenti, Vella beda jidher mhux daqstant konvinċenti fir-risposti tiegħu lill-MEPs. Filwaqt li fuq punti tekniċi li tqajmu, kien hemm ftit risposti diretti. U f’ħin minhom, qal hu stess li fuq ċerti suġġetti, għadu mhux infurmat sew, u agħar minn hekk, qal li “m’għandux opinjoni”. Fil-fatt, l-MEP Demesmaeker, fil-mistoqsija tiegħu, appellalu biex ma jibqax idur mal-lewża
Karmenu Vella jipprova jgħaddina biż-żmien Ftit qabel is-smigħ tiegħu talbieraħ bħala Kummissarju Ewropew, l-eks Ministru laburista Karmenu Vella ddikjara li fl-2003, hu vvota favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fir-Referendum. Dwar din id-dikjarazzjoni, idDeputat Chairperson talAlternattiva Demokratika Carmel Cacopardo kiteb fuq il-blog tiegħu, u qal li Karmenu Vella “qed jipprova jgħaddina biż-żmien”, filwaqt li staqsa kif jista’ jkun li bħala membru prominenti tax-Shadow Cabinet tal-eks Prim Ministru Laburista Alfred Sant, dakinhar hu ma qabilx mal-Kap tiegħu fuq ilkwistjoni tas-sħubija, u ma fetaħx ħalqu ? Cacopardo fisser kif qabel din iddikjarazzjoni ta’ Karmenu Vella, hu qatt ma kien sema’ lil Vella jgħid x’jaħseb dwar l-UE. U jkompli li la qatt semgħu jgħid li jaqbel, u lanqas li ma jaqbilx. L-uffiċjal tal-AD kompla jikteb li ma jafx kif wieħed jista’ jippretendi li jkun rispettat jekk jipprova jgħaddi ż-żmien bin-nies. “Karmenu Vella ma qalx li reġa’ bdielu matul dawn il-11-il sena mirReferendum. Ma qalx li kellu riżervi dwar l-Unjoni Ewropea, li
– Carmel Cacopardo
L-artiklu li kiteb Carmel Cacopardo fuq il-blog tiegħu
biż-żmien iċċara l-opinjoni tiegħu dwarhom. Le. Qal li vvota favur issħubija” kiteb Cacopardo. Waqt li kompla li meta lKonferenza Ġenerali tal-Partit Laburista iddeċidiet dwar il-pożizzjoni tal-PL fuq l-Unjoni Ewropea, ma jidhirlux li kien hemm il-vot ta’ Vella kontra. Lanqas l-opinjoni tiegħu dwar issuġġett qatt ma nstemgħet, la filKonferenza Generali u lanqas tul issnin. “Karmenu Vella kien ikun iktar rispettat kieku kellu l-kuraġġ jgħid il-verità”, kompla jikteb Carmel
3
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Cacopardo. Hu kompla jikteb li għandu kull rispett lejn kull laburist li għażel li jivvota kontra l-Ewropa, u qal li jaf diversi minnn dawn li, jew għadhom isostnu li għamlu sewwa, inkella biddlu l-opinjoni. “Imma għadni ma ltqajt mal-ebda laburist li ċaħad dak li għamel”, sostna Cacopardo. Cacopardo kkonkluda billi sostna li waqt li kulħadd għandu d-dritt li jkollu d-dinjità tiegħu rispettata, min ma jirrispettax lilu nnifsu, qatt ma jista’jippretendi li ħaddieħor jirrispettah.
fit-tweġibiet li jagħti. Karmenu Vella baqa’ jiġi pressat anke fuq il-kaċċa, inkluż millMEP liberali Catherine Bearder, fejn ipprova jispjega li hu jaf x’effett negattiv tħalli l-kaċċa illegali. “Jien mhux se niddefendi lil min jikser id-Direttiva talGħasafar”, sostna. Forsi l-aktar li deher komdu kien meta wieġeb il-mistoqsijiet dwar l-aspett marittimu, fejn deher aktar infurmat u konvinċenti. Xi ħaġa li nnutaw ukoll l-erba’ MEPs Maltin li tkellimna magħhom. Wara s-sessjoni li ħadet tliet sigħat, mill-ewwel bdew ħerġin reazzjonijiet minn ambjental-
isti. Fosthom kien hemm Konstantin Kreiser, espert internazzjonali tal-biodiversità, li esprima diżappunt għall-mod li bih Vella wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu. Anke BirdLife International, ikkummentat li Vella kien vag u evażiv, filwaqt li l-MEPs tal-Grupp tal-Ħodor kienu kritiċi ħafna. Minkejja dan kollu, kollox jindika li Vella se jkun qed jgħaddi mit-test tal-Parlament Ewropew għaliex għandu lappoġġ kemm tas-Soċjalisti kif ukoll tal-Partit Popolari Ewropew, li bejniethom għandhom il-maġġoranza. Fil-bini tal-Parlament Ewropew, waqt li kien għaddej l-eżami ta’ Karmenu Vella, dehret ukoll għal xi ħin l-MEP Laburista Miriam Dalli illi hi miżżewġa lit-tifel ta’ Vella. La hi, u lanqas ħadd millMEPs l-oħrajn minn Malta, ma ħadu sehem fis-smigħ tal-bieraħ li sar quddiem żewġ Kumitati Parlamentari, dawk tal-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà fl-Ikel, u dak tasSajd.
“Ma kontx sorpriż. Kulħadd għandu d-dritt jivvota kif irid”. Din kienet ir-reazzjoni ta’ Alfred Sant, l-eks Mexxej Laburista u llum Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, wara li Karmenu Vella ddikjara li fl-2003 kien ivvota favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Waqt laqgħa informali malġurnalisti fi Brussell, l-ewroparlamentari Laburista qal li lGrupp tas-Soċjalisti ma kellu lebda rimarki negattivi dwar innomina min-naħa ta’ Malta. Sant sostna li bħala grupp, isSoċjalisti huma impenjati li jiċċaraw ċerti impenji li daħal għalihom Jean Claude Juncker. Hemm ukoll impenn biex jiġi
salvagwardjat l-aspett soċjali, permezz tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida. Alfred Sant saħaq li lekonomija hi prijorità għallKummissjoni mmexxija minn Juncker. Marlene Mizzi ukoll enfasizzat fuq il-format il-ġdid li daħħal Juncker fil-Kummissjoni, inkluż il-mod kif ġew iffurmati lportafolli. Marlene Mizzi kkonfermat ukoll dak li stqarr mal-ġurnalisti David Casa ftit tal-ħin qabel. “Sibna koperazzjoni mill-MEPs tal-PN u s-sitta li aħna qegħdin flimkien”. Miriam Dalli ma kinitx preżenti għal din il-laqgħa informali mal-ġurnalisti.
Sant mhux sorpriż
www.maltarightnow.com
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
4
LOKALI
Jista’ jkun li s-serqa ġiet sfrattata apposta biex min kien involut ma jinqabadx? minn paġna 1
Is-sorsi staqsew jekk kienx jagħmel aktar sens kieku l-intervent tal-Pulizija sar waqt li kien qed isir it-tħaffir tal-mina, għax hekk il-Pulizija kien ikollha persuni involuti li setgħu jgħinu aktar fl-istħarriġ. Osservazzjoni hi jekk għallinqas il-Pulizija li ħadmu fuq dan il-każ messhomx investew ferm aktar ħin f’sorveljanza tal-akkwati, qabel ma intervjenew, biex hekk setgħu jibnu lista ta’ persuni li b’xi mod jew ieħor kellhom x’jaqsmu mat-tħaffir u mal-attentat. Jibqa’ diskutibbli wkoll, ladarba l-Pulizija kellhom l-informazzjoni, jekk messhomx ħallew irreat jitwettaq, jew inkella jantiċipawh biex ir-reat ma jsirx. IlPulizija setgħet ħalliet lill-ħallelin jidħlu fil-vault tal-Bank, anki għax biex tagħmel dan, setgħet ħadet il-permessi kollha meħtieġa tal-Qorti minn qabel. Fuq kollox, l-aktar osservazzjoni iebsa li għamlu s-sorsi ta’ dan il-ġurnal kienet jekk l-isfrattar ta’ din is-serqa sarx bl-iskop preċiż li min kien involut ma jinqabadx u hekk jgħaddiha lixxa! Dwar dan il-punt, dan il-ġurnal esprima x-xettiċiżmu tiegħu massorsi tiegħu, iżda s-sorsi li tkellmu magħna enfasizzaw li huma ma jeskludux din it-teorija serja. “Għax, kif tispjega l-fatt,” żiedu l-istess sorsi, “li għaddiet sena u ħadd baqa’ ma tressaq ilQorti dwar dan il-każ?” L-intervent fil-post fejn kienet qed issir din il-mina kien sar minn membri tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali (DIK) u tar-Rapid Intervention
Il-mina kienet twila 15-il metru u wiesgħa kważi metru u nofs
Unit (RIU), taqsima li kienet għadha kemm twaqqfet mill-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit. Dakinhar, il-Pulizija kienet qalet li f’garaxx li jinsab fisSwieqi, kienet sabet mina taħt lart li kienet twila ħmistax-il metru u li kienet tagħti fid-direzzjoni ta’ wieħed mill-vaults talfergħa tal-HSBC fi Triq Sant’Andrija, fis-Swieqi stess. Il-Pulizija, li kienu anke ppubblikaw ir-ritratti ta’ din is-sejba, kienu qalu li kienu waslu għal dan kollu, wara ġimgħa ta’ investigazzjonijiet intensivi li kienu oriġinaw wara li daħlet informazzjoni li kien hemm kumplott biex jinsteraq il-Bank HSBC tasSwieqi. Il-Pulizija kienet qalet li din il-mina, wiesgħa bejn metru u kwart, u metru u nofs, kienet bdiet titħaffer minn garaxx li jinsab f’kumpless ta’ garaxxijiet b’entratura fi Triq il-Qatta fisSwieqi. Il-mina baqgħet għaddejja minn taħt Triq it-Tiben u kien baqa’ biss ftit metri ta’ tħaffir biex din tinfed f’wieħed mill-vaults tal-bank. Dakinhar, dwar dan l-attentat, kien ġie infurmat il-Maġistrat talGħassa li ordna li ssir inkjesta, filwaqt li l-Pulizija kienet tat bidu għal investigazzjonijiet li kellhom jistabbilixxu l-identità talpersuni involuti f’dan l-attentat. Dwar dan l-attentat, residenti fl-inħawi kienu stqarrew li huma ma kienu ntebħu b’xejn dwar dak li kien qiegħed jinħema minn
numru ta’ ħallelin, anki jekk ixxogħol tat-tħaffir tal-mina kien qiegħed isir taħt id-djar tagħhom. Bla dubju ta’ xejn, l-imħuħ wara attentat bħal dan, mhux biss huma kriminali organizzati tajjeb ħafna, imma huma kriminali partikolari li jafu preċiżament x’inhuma jagħmlu. Mhijiex eskluża l-possibbiltà li f’dan il-grupp ta’ kriminali esperti hemm kemm Maltin kif ukoll barranin, fosthom ukoll persuni involuti sew fl-industrija talkostruzzjoni. Il-kumpless minn fejn kienet qed titħaffer il-mina hu magħruf għall-attività u l-volum ta’ ħsejjes, li għamluha aktar faċli biex isir it-tħaffir u biex dan isir b’mod li ma jinduna bih ħadd. Anki l-ħruġ u l-ġarr tat-terrapien skavat mill-mina kien qed isir b’mod għaqli u b’tali mod li ma jagħtix fil-għajn, għalkemm persuna li toqgħod fl-inħawi kienet qalet li kultant kienet tara xkejjer mimlijin ġebel u terrapien fiddaħla tal-kumpless, lesti biex jitgħabbew u jittieħdu mill-post. Il-kumpless jinkludi żewġ sulari ta’ garaxxijiet – madwar ħamsin garaxx b’kollox – u għalhekk il-moviment fih hu konsiderevoli. Osservazzjoni oħra li qasmu magħna s-sorsi li tkellmu magħna hi li dawk li ppjanaw din is-serqa kienu jafu tajjeb u f’ċertu dettall il-mod kif il-Bank hu mqassam, b’tali mod li t-tħaffir tal-mina kien se jiżbokka preċiżament ħdejn wieħed mill-vaults.
Jonqsu l-korrimenti fix-xewka tad-dahar Il-Lifeguards tal-ERRC f’Kemmuna
Matul is-sajf li għadda, lEmergency Response and Rescue Corps (ERRC) intervjenew 1,579 darba biex jassistu għawwiema filbajjiet tar-Ramla l-Ħamra u Marsalforn f’Għawdex, u f’Kemmuna. L-akbar numru ta’ interventi mil-Lifeguards tal-ERRC sa Settembru li għadda, meta ntemm dan is-servizz, kien reġistrat filbajja ta’ bejn il-Kmiemen fejn ġew megħjuna 1,317 persuna li kienu f’xi diffikultà jew oħra. Isegwu rRamla l-Ħamra b’208 interventi, u Marsalforn b’54 intervent. Fi stqarrija li fiha tagħti rendikont tal-ħidma mwettqa millGħassiesa tal-Ħajja matul dan issajf, l-ERRC spjegat li l-iktar korrimenti komuni kienu minħabba kuntatt ma’ bram. Min-naħa l-oħra, qalet l-ERRC, din is-sena kien hemm inqas korrimenti fix-xewka tad-dahar kkawżati minn qbiż mill-għoli f’Kemmuna, għalkemm kien hemm ħafna iktar għawwiema li ċedew jew ippanikkjaw waqt li kienu qed jgħumu minħabba kurrenti fil-baħar. Mario Saliba, Uffiċjal tarRelazzjonijiet Pubbliċi tal-ERRC, spjega li l-korrimenti fix-xewka tad-dahar naqsu għaliex kien
hemm inqas persuni li qabżu millgħoli. Dan seħħ grazzi għat-tabelli li twaħħlu biex iwissu li huwa perikoluż li wieħed jaqbeż millgħoli għal ġol-baħar. Saliba spjega li matul is-sajf, ikun hemm għawwiema li jgħumu minn Kemuna għal Kemunett billi jġorru l-basket bl-affarijiet tagħhom fuq rashom. Hu spjega li dawn ġieli jiltaqgħu ma’ diffikultajiet, minħabba kurrenti talilma, u ma jkunux jistgħu jikkumbattu l-kurrent hekk kif ikollhom idejhom ‘l fuq għax ikunu qed iżommu l-basket tagħhom. Fl-aħħar ġurnata tas-servizz tal-Lifeguards, l-ERRC kienet involuta f’għajnuna ta’ salvataġġ minn għarqa fil-bajja tar-Ramla lĦamra, fejn omm u binha sabu ruħhom f’diffikultà appuntu minħabba l-kurrenti qawwija talbaħar. Mario Saliba appella biex ilpubbliku jagħti attenzjoni lillbnadar li jpoġġu l-għassiesa filbajjiet li jkunu qed iħarsu. Bandiera ħadra tfisser li wieħed jista’ jgħum, il-ħamra tfisser li jkun hemm il-kurrent, żewġt ibnadar ħomor ifissru li wieħed m’għandux jgħum, u bandiera vjola tfisser li hemm il-bram.
AQRA MIEGĦI. Mijiet ta’ tfal u ġenituri kkonkorrew bi ħġarhom għal ġurnata ta’ ċelebrazzjoni bħala parti mill-programm “Aqra miegħi” li hu intiż li jippromwovi l-qari fost it-tfal. Dan il-programm, organizzat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, u miċ-Ċentru tal-Litteriżmu fl-Università, beda f’Ottubru tas-sena l-oħra, u matul is-sajf l-attivitajiet komplew fil-ġnien privat tal-Palazz ta’ San Anton, bl-appoġġ tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. (Ritratt: DOI, Ian Noel Pace)
www.maltarightnow.com
QORTI
Akkużat li spara fid-direzzjoni tal-Pulizija u li ttanta jisraq Lm100,000 (€233,000) minn paġna 1
Wara aktar investigazzjonijiet kienet arrestat persuna oħra u li dan ukoll ma riedx jagħti informazzjoni dwar x’kien ġara. Filbidu tal-ġuri waqt ir-rekwiżitorja tal-Avukat Lara Lanfranco, din qalet li fil-vann instabu marki tas-swaba’ tal-akkużat fuq borża. Barra minn hekk qalet li fil-vann instabu affarijiet relatati masserqa, fosthom boiler suits u anki xi balaklavi. Carmelo Spiteri ma kienx irritorna d-dar. Hu kien joqgħod ilFgura iżda dan ma nstabx, u wara kien instab f’residenza f’Ħal Qormi, li hija taz-ziju ta’ George Xuereb. Kien għalhekk li wara spiċċa biex kien interrogat ukoll l-akkużat. Fil-ġuri l-ġurija hija komposta minn ħames nisa u erba’ rġiel filwaqt li l-Imħallef Tonio Mizzi kien maġenb l-Imħallef Michael Mallia u dan peress li huwa se jibda jippresiedi l-ġurijiet minflok l-Imħallef Laurence Quintano, li spiċċa ftit tax-xhur ilu bl-età. Xuereb qed jiġi jiġi akkużat li spara fid-direzzjoni tal-Pulizija, u li ttanta jisraq madwar Lm100,000, li llum iġibu mad-
war €233,000 mill-istess bank. Il-ġuri mistenni jkun dibattut fuq punt kardinali, fejn id-difiża mistennija tikkontendi li kienu lPulizija li sparaw l-ewwel, filwaqt li l-Prosekuzzjoni qed tgħid li kienu l-ħallelin li sparaw lewwel. Dan il-hold-up ma kienx irnexxa bil-ħallelin jispiċċaw ma jeħdux ċenteżmu mill-bank minħabba li l-hold-up kien ġie sfrattat. Il-każ kien seħħ fis-27 ta’ Marzu tal-1996. Dakinhar għall-ħabta tal-10.15 a.m. kien waqaf vann abjad, b’faxxa ħamra, tal-marka Toyota Liteace, liema vann kien misruq minn Raħal Ġdid, fejn kellu wkoll fuqu pjanċi misruqin minn vettura oħra. Minn dan il-vann ħarġu tliet irġiel mgħammda u armati bi snieter isserrati u pistola. Kif dawn daħlu l-bank wieħed mill-ħallelin ta daqqa ta’ ‘butt’ tas-senter lillKuntistabbli Maurice Laferla li kien għassa mal-fergħa tal-bank. Sadanittant iż-żewġ ħallelin loħra marru fuq il-counter u luffiċċju tal-manager fejn bdew jitolbu ċ-ċwievet tas-safe, ħalli jieħdu l-flus. F’dan il-ħin wieħed mill-impjegati fil-fergħa, u li dak il-ħin inzerta fis-sular ta’ fuq,
Għawdxi akkużat bi prostituzzjoni u b’burdell f’Għawdex
Il-Qorti tiċħad it-talba għal-libertà proviżorja tal-akkużat Joe Mikallef
Carmel Azzopardi ta’ 55 sena mir-Rabat, Għawdex, ilbieraħ filgħodu tressaq il-Qorti ta’ Għawdex u kien akkużat bi prostituzzjoni u b’burdell f’Għawdex stess. Kien l-Ispettur Frank Tabone li ressaq lil Azzopardi quddiem ilMaġistrat Joanne Vella Cuschieri, u akkużah li nhar it-2 ta’ Ottubru 2014 u qabel, firRabat Għawdex u f’Marsalforn, u f’postijiet oħra, għex għal kollox, jew in parti, mill-qligħ talprostituzzjoni ta’ persuni oħra. Kien akkużat ukoll li żamm jew ħaddem, jew kellu sehem ma’ oħrajn, fit-tħaddim ta’ burdell jew ta’ dar, ħanut jew lokal
jew xi parti minnhom li huma ffrekwentati, għal skop ta’ prostituzzjoni jew għal skopijiet oħra immorali. Carmel Azzopardi kien akkużat ukoll li ħalla jew ippermetta l-użu tal-imsemmi appartament għal skop ta’ prostituzzjoni, jew għal skopijiet immorali oħra. Hu kien akkużat ukoll li kiser ordni ta’ probation mogħtija lilu mill-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex, u wkoll li sar riċediv b’diversi sentenzi mogħtija millistess Qorti. Carmel Azzopardi, li wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu, ma ngħatax il-libertà proviżorja, u nżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
5
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
ħareġ fit-tieqa u beda jgħajjat li kien qed isir hold-up fil-bank. Dan l-għajjat ġibed l-attenzjoni ta’ bosta nies li kienu fl-inħawi tal-fergħa tal-bank, fosthom ta’ żewġ pulizija tal-mobile, li b’kumbinazzjoni dak il-ħin inzertaw kienu għand Bonello Petrol Station, biswit il-bank, biex jonfħu waħda mir-roti tal-karozza. Dawn iż-żewġ Pulizija millewwel skjeraw ruħhom armati wara ċint li kien hemm fil-viċin.
Sadanittant il-ħallelin indunaw li l-Pulizija kienu ndunaw bihom, u ħarġu jiġru ’l barra, mingħajr ma ħadu l-flus. Fil-pront il-Pulizija wissew lill-ħallelin biex jieqfu immedjatament, iżda l-ħallelin wieġbu billi sparaw tiri fid-direzzjoni tal-Pulizija. Il-Pulizija sparat lura u laqtet lil wieħed mill-ħallelin, Joseph Polidano minn Ħal Kirkop, magħruf bħala “Żeppi l-Għarbi” li spiċċa ferut fil-pexxul.
Il-ħallelin iżda rikbu fil-vann Toyota u b’saħħa kbira saqu minn fuq il-post. Huma rmew senter isserrat li aktar tard ġie elevat mill-Pulizija. Dak il-ħin bdiet tfittxija mill-ewwel għallħallelin b’diversi mezzi. Joseph Polidano, li mistenni jixhed fil-ġuri, kien ġie kundannat 10 snin ħabs wara proċeduri li kien għadda fil-Qorti filwaqt li l-ħalliel l-ieħor, Carmelo Spiteri ta’ 59 sena mill-Fgura, magħruf bħala “Bizabellu”, ukoll kien ikkundannat 10 snin ħabs mill-Imħallef Joseph Galea Debono wara li ammetta l-akkużi miġjubin kontrih. Iż-żewġ Kuntistabbli talPulizija stazzjonati mal-Mobile Squad, Carmel Cilia u Edward Falzon, kienu dawk li rnexxielhom jisfrattaw is-serqa. Huwa mifhum ukoll li min-naħa talħallelin kien hemm theddid bilfomm indirizzati lejn il-pulizija u xi ħaddiema tal-bank. Il-Prosekuzzjoni fil-ġuri ta’ George Xuereb se tkun komposta mill-Avukati mill-Uffiċju talAvukat Ġenerali Lara Lanfranco u Kevin Valletta filwaqt li għall-akkużat se jidher l-Avukat Raphael Fenech Adami
L-eks Chairman tal-Enemalta, Alex Tranter, qal li l-prezz tażżejt, il-volum u mingħand min jinxtara ż-żejt kien jiġi deċiż mill-kumitat, li tiegħu hu kien Chairman tal-Kumitat. “Bl-ebda mod ma konna nikkonsultaw mal-Ministru Austin Gatt, qabel jinxtara ż-żejt. Hu qal ukoll li meta ltaqa’ ma’ George Farrugia qatt ma semmielu lil Austin Gatt. Waqt ilkontro eżami; Tranter qal li qatt ma nħarġet xi kontro ordni dwar żejt mill-Ministru ta’ dak iżżmien Austin Gatt. Hu qal li mal-kumitat ħadd ma kien jintervjeni.” Qal ukoll li jaf aġenti Maltin tal-kumpaniji tażżejt, madankollu ma jistax jidentifika persuna waħda. Tranter xehed dan f’kawża ta’ libell li għamel l-eks ministru Austin Gatt lil Saviour Balzan, editur tal-Malta Today, dwar artiklu li deher fl-istess gazzetta li fih ingħad li Austin Gatt kien
iltaqa’ ma’ George Farurgia biex jiġi diskuss ix-xiri taż-żejt. Huwa qal li għażel li ma jibqax Chairman tal-Enemalta, għax mar jaħdem barra minn Malta. Huwa qal li ma jiftakarx li George Farrugia, li ngħata lproklama dwar l-iskandlu ta’ xiri ta’ żejt fl-Enemalta, kien tah xi rigal ta’ €900. Tranter lanqas jiftakar jekk Farrugia qattx iffinanzja attività tal-mara tiegħu. Fix-xhieda tiegħu Alex Tranter qal li kien ġie appuntat bħala Chairman tal-Enemalta fl-1 ta’ Lulju tal-2005. Il-Ministru responsabbli kien Austin Gatt u ħa post Tancred Tabone. Qal li wara l-2005, Tabone ma kellu lebda rwol fl-Enemalta u li Frans Sammut ma kienx fil-bord tiegħu. Alex Tranter qal li meta kien involut fix-xiri taż-żejt bħala Chairman tal-Procurment Committee, qatt ma ddikjara li kellu kunflitt ta’ interess mal-
Ministru, għax ma kienx hemm. Qal li x-xiri taż-żejt kien jinxtara mill-kumitat taż-żejt. L-Avukat Zammit Maempel li qiegħed jidher għal Austin Gatt oppona għal dawn il-mistoqsijiet li saru minn Toni Abela li qiegħed jidher għal Saviour Balzan. Tranter qal li kien hemm informazzjoni li kien jgħaddi lillMinistru. Qal li kien jibgħatlu email fuq il-konklużjonijiet li kienu jsiru wara dawn il-laqgħat. Kompla jgħid li jaf aġenti Maltin tal-kumapniji taż-żejt, madankollu ma jistax jidentifika persuna waħda. Ir-rappreżentant ta’ Totsa u Trafigura kien George Farrugia. Madankollu qal li hu kien aktar jafu bħala rappreżentat ta’ Totsa biss. Kien biss lejn laħħar li sar jaf li kien qed jirrappreżenta lil Trafigura. Tranter qal li jgħoddhom fuq ponot subgħajh kemm-il darba ltaqa’ ma’ George Farrugia tul ilħames snin li għamel Chairman.
Il-fergħa tal-Mid-Med Bank, illum HSBC, f’St Andrews, dakinhar li fiha kien sar attentat ta’ ‘hold-up’ 18-il sena ilu
Ma kienx ikun hemm konsultazzjoni ma’ Austin Gatt fuq xiri ta’ żejt – Alex Tranter
6
It-Tlieta, 7 ta’Ottubru, 2014
Carmel Cacopardo jerġa’ jwissi dwar it-tanker tal-gass
www.maltarightnow.com
LOKALI
Jirreferi għall-inċident tal-Ħadd fil-Port Ħieles, meta vapur inqata’ miċ-ċimi minħabba l-maltemp
Il-maltempata qawwija ta’ nhar il-Ħadd waranofsinhar wasslet biex vapur marbut mal-moll filFreeport inqatgħulu l-ħbula li kienu qed iżommuh, u ma baqax marbut sewwa mal-moll. Dan minbarra li numru ta’ kontejners fl-istess post, waqgħu minn posthom. Dan l-inċident fil-Port Ħieles kien is-suġġett ta’ artiklu fil-blog tal-Viċi Chairperson talAlternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo.
biex il-vapur reġa’ ntrabat malmoll. Cacopardo spjega li dan mhux inċident iżolat, iżda kemm-il darba jseħħu inċidenti ta’ dan ittip. Il-qawwa tar-riħ, u s-saħħa tal-mewġ mhux diffiċli li jkunu ferm iktar qawwija minn talĦadd li għadda, kompla Carmel Cacopardo, waqt li spjega li filfutur qrib madwar 700 metru ’l bogħod mill-vapur li nqatgħulu ċ-ċimi, għandu jkun hemm ittanker bil-ħażna tal-gass għall-
“Fil-futur, madwar 700m ’l bogħod mill-vapur li nqatgħulu ċ-ċimi, se jkun hemm it-tanker tal-gass”
Cacopardo kiteb li skont dak li ġie rrappurat fil-gazzetti, dan l-inċident wassal għal mumenti ta’ tensjoni fil-Port Ħieles, u mnalla intervjenew fil-ħin il-laneċ tal-irmonk,
power station il-ġdida. Cacopardo spjega li “jekk vapur fil-Port Ħieles jinqatgħulu ċ-ċimi kompletament, mhux impossibbli li l-qawwa tar-riħ u l-mewġ iħabbtuh b’saħħa ġot-
Il-vapur li nqatgħulu ċ-ċimi fil-Freeport, minħabba l-maltemp qawwi li għamel. L-AD qed tistaqsi kemm aħna ppreparati għal emerġenza fil-Port ta’ Marsaxlokk
tanker bil-ħażna tal-gass.” Hu sostna li dawn huma “affarijiet tal-biża’, li minkejja li tkellimna dwarhom, ma ġewx ikkunsidrati meta l-MEPA ħadet iddeċiżjoni dwar il-power station.” Fi stqarrija ppubblikata aktar
Il-pixxina tal-Inspire għadha kiesħa Il-pixxina terapewtika talFondazzjoni Inspire f’Marsaskala għadha mhix qed tissaħħan għat-temperatura meħtieġa mill-pazjenti li jagħmlu użu minnha. Minkejja li issa għaddew iktar minn seba’ ġimgħat, din il-problema għadha qed tippersisti. Tkellimna ma’ wieħed minn dawn il-pazjenti, membru talInspire, li jagħmel użu minn din il-pixxina ta’ kuljum. “Il-pool qed ikun kiesaħ. U għalina, li nagħmlu t-terapija, jekk il-pool ikun kiesaħ, mhux tajjeb,”
Pazjenti li jagħmlu użu mill-pixxina jilmentaw li ħallewhom fil-għama dwar x’se jiġri
qalilna dan il-pazjent li kompla li din l-aħħar sena kienet diżastru għalihom għax it-temperatura ma kinitx 30 grad, kif suppost. Fil-15 ta’ Awwissu, il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ kien staqsa lillInspire kemm se jdum biex jasal il-boiler il-ġdid, u r-risposta kienet li dan mistenni jasal fi żmien sitt ġimgħat, iżda minkejja
dan, issa dħalna fis-seba’ ġimgħa u l-pool għadu kiesaħ. “Staqsejt lill-ħaddiema li jaħdmu hemm u qaluli li din is-sena se jkollna problema, aħna li niġu għat-terapija,” saħaq l-istess pazjent, li kompla jgħid li dan wassal bies naqsu ħafna anzjani u nies li jattendu għat-terapija għax għandhom bżonn temperatura ta’ mill-inqas 30 grad. Imma mhumiex biss il-pazjenti li ma ġewx infurmati dwar x’qed iwassal għal dan, għax skont l-istess pazjenti, lanqas ilħaddiema mhuma ċerti. “Min jgħid il-boiler, min jgħid li l-Wasteserv mhux jippumpjaw kif suppost. Jien ma nafx x’qed jiġri eżatt. Għax min jgħid mod, u min jgħid ieħor.” S’issa jidher li l-boiler li kellu lħsara għadu ma wasalx lanqas. Meta staqsejna dwar dan lill-istess pazjent, qalilna li anke hu staqsa meta ġej dan il-boiler, imma ħadd ma seta’ jgħidlu biċ-ċert.
tard, l-AD qalet li dawn issa huma l-fatti, u mhux aktar x’naħsbu li jista’ jiġri. L-Alternattiva Demokratika kompliet li l-istudju marittimu dwar il-Bajja ta’ Marsaxlokk, kieku sar, seta’ jitfa’ dawl fuq
inċidenti ta’ dan it-tip, hekk kif dawn huma inċidenti li ġraw filpassat, u li jibqgħu jiġru. Issa hu importanti, tgħid l-AD, li l-Gvern jinforma mingħajr dewmien xi tħejjijiet għamel biex jilqa’ għal inċidenti ta’ dan it-tip.
Minbarra x-xahar tarRużarju, għall-Knisja Kattolika, Ottubru hu wkoll ixxahar iddedikat għall-missjoni. Fid-19 ta’ Ottubru, madwar iddinja kollha, inkluż f’Malta, tiġi ċċelebrata l-Ġurnata Missjunarja. Tkellimna ma’ Monsinjur Salvinu Micallef, millUffiċċju Missjunarju, li spjega kif il-ħidma tal-Uffiċċju Missjunarju f ’pajjiżna hi mifruxa fuq livell internazzjonali. Jiġifieri l-flus miġbura f ’Malta jintbagħtu għand luffiċċju ewlieni biex minn hemm jitqassmu skont ilpajjiżi li għandhom bżonn, u skont it-talbiet li jkunu saru mill-pajjiżi rispettivi. Għal dan ix-xahar, il-Papa Franġisku ħareġ messaġġ bittama li jasal għand il-poplu tal-Knisja Kattolika madwar id-dinja kollha. Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa qal li din il-ġurnata hi ċelebrazzjoni ta’ grazzja u ta’ ferħ. Ta’ grazzja, għaliex l-Ispirtu s-Santu, mibgħut mill-Missier, joffri għaqal u qawwa lil dawk li jilqgħu l-azzjoni tiegħu. Ta’
ferħ, għaliex Ġesù Kristu, Bin il-Missier, mibgħut biex jevanġelizza lid-dinja, jgħin u jakkumpanja l-ħidma missjunarja. Il-Papa qed jappella lillkomunitajiet parrokkjali, lgħaqdiet u l-gruppi biex jgħixu ħajja ta’ aħwa, mibnija fuq limħabba għal Ġesù u attenta għall-bżonnijiet ta’ dawk laktar fil-bżonn. Matul dan ix-xahar, biex tkun iċċelebrata l-għajnuna missjunarja, qed jiġu organizzati diversi attivitajiet fosthom dik li saret nhar il-Ħadd – mixja miż-Żurrieq sad-Dar talProvidenza fis-Siġġiewi. Nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru, il-pubbliku hu mistieden jattendi forum bit-tema ‘Ferħ talMissjoni’, fis-Seminarju talVirtù fir-Rabat. F’dan il-forum se jkun qed jipparteċipa l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna. L-iskop ta’ dan il-Forum hu li jgħaqqad lil dawk kollha li jaħdmu, u għandhom għal qalbhom il-missjoni, u hu indirizzat ukoll għal dawk li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar ilmissjoni.
Ix-xahar tal-missjoni
www.maltarightnow.com
7
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
LOKALI
L-Isqof Mario Grech f’laqgħa mal-Papa
Imnedija l-Fondazzjoni ‘Lisa Maria’ Jerome Caruana Cilia
Ilbieraħ tnediet ilFondazzjoni ‘Lisa Maria’ millfundaturi tagħha, Tony Zahra u Winston J. Zahra, b’tifkira għażiża ta’ Lisa Maria Zahra. Waqt din it-tnedija, firRadisson Blu Resort, f’San Ġiljan, Winston Zahra spjega kif din il-fondazzjoni, li ma titħaddimx bi skop ta’ qligħ, hija inizjattiva intiża li tibdel esperjenza traġika fi proġett pożittiv u kostruttiv, bl-għan ewlieni li tħares u tippromwovi l-ħarsien tat-tfal u ż-żgħażagħ. Il-fondazzjoni se tkun immexxija minn Bord ta’ Amministraturi li jikkonsisti mill-fundaturi, Tony Zahra u Winston J. Zahra, flimkien malProfessur Mary Anne Lauri, ilPro-Rettur tal-Università ta’ Malta, u Patrick Tabone. Il-Kap Eżekuttiv huwa Tonio Pace, li
għal dawn l-aħħar 20 sena ħadem fis-settur edukattiv f’livelli differenti u għandu esperjenza diretta fl-oqsma relatati mal-oġġettivi tal-fondazzjoni. Il-Fondazzjoni se taħdem biex tassigura l-interazzjoni bejn professjonisti adulti u żgħażagħ. “Għandna bżonn nassiguraw li l-aħjar qafas ikun fis-seħħ sabiex jassigura ambjent sikur u ferrieħi, li fih it-tfal u żżgħażagħ jistgħu jitgħallmu u jikbru,” qal Winston Zahra. Ix-xogħol tal-Fondazzjoni se jdur madwar numru ta’ għanijiet. L-ewwel nett biex tippromwovi proċeduri effettivi ta’ reklutaġġ u għażla, kemm ta’ ħaddiema mħallsa kif ukoll ta’ dawk li jagħtu servizz b’mod volontarju, li jkunu inkarigati mill-ħarsien tat-tfal u żżgħażagħ.
It-tieni għan se jkun il-promozzjoni ta’ kodiċi ta’ mġiba b’parametri ċari bejn l-adulti u t-tfal, jew iż-żgħażagħ, bl-għan aħħari li jkun imħeġġeġ ittisħiħ tar-responsabbiltajiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tat-tfal. U t-tielet u l-aktar għan importanti se jkun li teduka lillpersuni kollha fdati bil-ħarsien tat-tfal, dwar kif it-tfal u żżgħażagħ jistgħu jidħlu f’periklu, b’mod partikulari meta jużaw ħażin il-mezzi tal-media soċjali, kif ukoll billi jesponu ruħhom għal influwenzi negattivi. Il-Fondazzjoni ‘Lisa Maria’ għandha l-mira li taħdem id f’id ma’ organizzazzjonijiet governattivi u NGOs, mal-istituzzjonijiet edukattivi u awtoritajiet oħrajn li jaħdmu biex jipprovdu ambjent sikur għat-tfal u ż-żgħażagħ.
Nhar il-Ġimgħa l-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech kellu laqgħa mal-Papa Franġisku fil-Vatikan. Il-laqgħa mal-Papa saret waqt lAssemblea Plenarja tal-Isqfijiet, tal-Konferenzi Episkopali Ewropej, is-CCEE, li għaliha attenda l-Isqof Grech bħala President tal-Konferenza Episkopali Maltija. Il-laqgħa tas-CCEE kienet qed tiltaqa’ f’Ruma u ntemmet il-Ħadd li għadda, meta fetaħ is-Sinodu mistenni tal-Isqfijiet li f’dawn iljiem qed jiddiskuti, fost affarijiet oħra, il-pożizzjoni tal-Knisja Kattolika quddiem l-isfidi ta’ forom ġodda ta’ familji fiżżminijiet tal-lum.
www.maltarightnow.com
8
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
OPINJONI
Il-Pulizija u l-aħbar
L-Oppożizzjoni ma kinitx mistiedna għall-gradwazzjoni ta’ 113-il kuntistabbli tal-Pulizija
Matul dawn l-aħħar ftit jiem rajna u smajna diversi aħbarijiet li fiċ-ċentru tagħhom kien hemm il-ħidma tal-Pulizija. Aħbarijiet li juru kemm ix-xogħol tal-Pulizija u ż-żamma tal-bon ordni huwa delikat, ta’ responsabbiltà kbira u kemm jirrikjedi kuraġġ u sens ta’ sagrifiċċju. Hija ħasra u telfa kbira meta minħabba l-indħil li m’għandux ikun u frott nuqqas ta’ ħila fit-tmexxija politika talKorp, il-Korp ikun fiċ-ċentru talattenzjoni għal raġunijiet mhux ta’ unur. Minn hawnhekk, la lOppożizzjoni ma kinitx mistiedna għall-gradwazzjoni tagħhom, nifraħ lil 113-il rekluta ġdid li għadhom kemm ħadu l-ġurament bħala membri tal-Korp talPulizija. Nawguralhom li jġibu unur u ġieħ lill-uniformi u li jkunu ta’ servizz ta’ integrità u b’sens ta’ dover b’risq is-soċjetà kollha, bla biża’ jew favur. Għax l-uniformi tfisser poter ikbar milli għandu kull ċittadin. Tfisser poter u awtorità li lanqas Ministru jew Prim Ministru, hu
min hu, m’għandu u għalhekk tali poter irid ikun imwieżen u mrażżan b’sens ta’ integrità u ta’ ġudizzju kbir. Għax inkella, minflok il-ġid, issir il-ħsara u jsir labbuż. Irrid nifraħ ukoll lill-Korp li lġimgħa li għaddiet, b’ħidma kordinata mal-Pulizija Taljana, irnexxielu jarresta kriminal perikoluż magħruf u mfittex flItalja. Huma proprju dawn l-istejjer li joħorġu wara l-fatt li juruna kemm isir xogħol delikat, u ta’ ċertu periklu, minn wara lkwinti u allura juruna l-ħtieġa ta’ Korp li jkun tassew imħarreġ u li jikkultiva l-aqwa kuntatti malforzi tal-ordni barranin. Sfortunatament, iktar ma tiġri lkelma li f’Malta m’hawnx infurzar strett tal-liġijiet u li kollox sar jgħaddi, aktar qed ikollna probabbiltà li ċerti kriminali barranin jużaw lil Malta, bħala rifuġju jew bħala post fejn jaħslu flushom biex inaddfuhom qabel jerġgħu jinvestuhom. Ħarsa lejn il-biżibilju ristoranti proprjetà ta’ barranin minn ċerti pajjizi li dan
Jason Azzopardi
jason.azzopardi@gov.mt
l-aħħar faqqsu fostna ma tistax ma tindikax dan. Minn bieb imbexxaq faċilment qed jinfetaħ beraħ rixtellu li jġib l-għawġ. Rajna wkoll l-arrest millPulizija ta’ min ried jagħmel serqa kbira f’Għawdex fl-aħħar ġimgħa. Ħaqqhom prosit ilmembri tal-Pulizija li qdew dmirhom kif imiss u ressqu quddiem il-ġustizzja numru ta’ nies ħalli issa jieħdu l-ġudizzju skont il-liġi. U hawnhekk ma nistax ma nifraħx tassew lil seħibna Joe
Sfortunatament, iktar ma tiġri l-kelma li f’Malta m’hawnx infurzar strett tal-liġijiet u li kollox sar jgħaddi, aktar qed ikollna probabbiltà li ċerti kriminali barranin jużaw lil Malta bħala rifuġju Mikallef mill-Kamra talAħbarijiet ta’ media.link li blistejjer tiegħu, frott kuntatti u investigazzjonijiet li huwa qed jagħmel, qed iwasslilna stejjer dwar il-forzi tal-ordni li huma ta’ interess u siwi kbir. Lil Joe ili nafu u naħdmu tajjeb ferm flimkien u għamel sew Chris Said, fir-riforma li huwa għamel fil-Kamra tal-Aħbarijiet, li fdalu l-investigazzjoni ta’ stejjer ta’ ċertu daqs. Nemmen li anke b’hekk, qed jogħla l-livell talaħbarijiet li qed inwasslu u b’hekk ukoll qed inkunu iktar kredibbli anke f’dan il-qasam.
Aħbarijiet dwar il-Korp nibqgħu nisimgħu. Forsi filġejjieni qrib nisimgħu, kif jien semmejt fil-Parlament xhur ilu, li jkun hemm iktar taqlib fir-Rapid Intervention Unit li fissret ixxoljiment tal-SAG u tal-iskwadra tal-Mobile, u li biha ddgħajfet issaħħa tal-Pulizija fl-Għases b’impatt ħażin fuq l-irħula u lbliet tagħna. Deċiżjoni frott pika bla sens u bla raġuni u jalla tkun revokata għax kienet waħda minn dawk id-daqqiet lill-Korp fl-aħħar xhur li tawh majnata ’l isfel. Jalla jirbaħ is-sens komun u mhux is-suppervja.
www.maltarightnow.com
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
Il-Labour iżid id-dejn tal-Gvern b’€413-il miljun
Dan l-aħħar ħarġu ċ-ċifri dwar il-qagħda tal-finanzi talGvern f ’Awwissu li għadda. Dawn iċ-ċifri jgħidu kemm ikun id-dejn tal-Gvern fl-aħħar ta’ kull xahar u huma statistika li l-Partit Laburista kien juża ħafna flOppożizzjoni. Iz-zalza tajba mal-wiżża, tajba mal-wiżżu Jekk iċ-ċifra tad-dejn li toħroġ kull xahar kienet kejl tajjeb meta l-Labour kien fl-Oppożizzjoni, tibqa’ kejl tajjeb meta l-Labour qiegħed fil-gvern. Kif jgħidu l-Ingliżi, izzalza li hi tajba mal-wiżża, tajba wkoll mal-wiżżu. Żieda ta’ €413-il miljun fid-dejn mill-elezzjoni Iċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali talIstatistika juru li, minn Marzu tas-sena l-oħra meta lLabour tela’ fil-gvern, sal-aħħar ta’ Awwissu, id-dejn talGvern żdied b’€413-il miljun.
X’hemm x’juri għalih? L-argument dwar id-dejn hu, bħad-dejn fuq dar li tixtri, argument dwar x’għandek x’turi għalih. Id-dejn li sar qabel hemm x’naraw għalih: il-lista twila ta’ proġetti li tara f ’kull qasam mill-Freeport f ’Birżebbuġa sa Għawdex. L-istess mistoqsija trid issir issa: x’għandu x’juri dalGvern għad-dejn li għamel ta’ €413-il miljun?
Rix ħaddieħor Dal-Gvern m’għandu l-ebda proġett x’juri għad-dejn li għamel għax il-proġetti kollha li fetaħ u li għaddejjin huma kollha proġetti bil-flus tal-Unjoni Ewropea li lLabour kien kontrihom u li l-flus għalihom akkwistawhom kollha gvernijiet Nazzjonalisti.
Tberbiq fuq tal-qalba Dak li jista’ juri l-Labour għad-dejn ta’ €413-il miljun li għamel hu t-tberbiq fuq tal-qalba, fuq il-Kabinett lussuż, fuq in-nies tal-ministeri, fuq il-ħafna ħatriet lil tal-qalba fosthom nies jiġu mill-Ministri, ewlenija fosthom il-mara ta’ Konrad Mizzi.
Il-Profs. Scicluna jiżvija lill-ġurnalisti Naturalment, issa nistennew lill-Ministru tal-Finanzi, ilProfs. Edward Scicluna, jerġa’ jipprova jiżvija lill-ġurnalisti dwar id-dejn li għamel il-Gvern Laburista bħalma pprova jiżvijahom fuq l-impjiegi mal-Gvern fejn daħħal 3,700 ruħ. Il-Profs. Scicluna ġie mgiddeb biċ-ċar, anke mill-Awtorità tal-Istatistika, u ma jistax jaħrab mill-fatti. Il-fatti ċari Il-fatti huma li d-dejn tal-Gvern fl-aħħar sena u nofs tela’ b’rankatura qawwija. Dan hu Gvern li wiegħed li jagħmel baġit bilanċjat, jiġifieri li ma jżidx id-dejn. Imma l-fatti huma ċari u juru li l-Gvern Laburista żied id-dejn pubbliku b’413-il miljun ewro.
9
Il-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
Miżbla ġdida fil-Qawra! Dan ir-ritratt, mibgħut lilna minn qarrej ieħor ta’ ‘InNazzjon’, juri dik li qed tiġi deskritta bħala miżbla ġdida filQawra, korteżija tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Kif jidher mir-ritratt, kull min ikollu bżonn juża t-telephone booth biex jagħmel telefonata, f’din ilparti tal-Qawra li hi popolari ferm mat-turisti, jista’ jagħmel dan f’atmosfera unika u mhux tas-soltu – atmosfera ta’ landfill! Ir-ritratt waslilna fi tmiem ilġimgħa. Jista’ jkun li z-zona tnaddfet minn dakinhar ’l hawn.
Xorti tajba ta’ triq
Bil-Malti ngħidu li fid-dinja kulħadd b’xortih. Kultant anki ċerti toroq huma xortihom tajba, aktar minn oħrajn. Waħda minn dawn hija Triq Sciortino, f’ĦażŻebbuġ. Mela, bejn il-Ħamis 2 ta’ Ottubru u l-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru għamlet ħalba xita ġmielha u Triq Sciortino, bħal toroq oħrajn, ħadet tindifa sewwa ta’ wara ssajf.
Ġara iżda, li l-Kunsill Lokali ma kienx kuntent, għax ilĠimgħa 3 ta’ Ottubru filgħaxija bagħat lill-ħaddiema jikinsu kinsa kbira, u xħin dalam ċappa, bagħat żewġ bowsers mostri li reġgħu ħaslu Triq Sciortino miċĊimiterju sal-Pjazza. Immaġinaw żewġ bowsers b’kanen daqsiex, u bi pressa liema bħalha, jaħslu t-triq u l-bankini ta’ kull naħa bil-karozzi pparkjati b’kollox. Insomma, tindifa papali. Biex żgur li Triq Sciortino f’Ħaż-Żebbuġ tiġi dikjarata laktar triq nadifa tad-dinja, ftit sigħat wara l-battikata tal-
25 sena ilu f’In-Nazzjon
Kunsill Lokali, reġgħet għamlet maltempata u Triq Sciortino ħadet l-aħħar tixriba u tindifa. Kien jonqos biss li jillustrawha! Dan li għedt kollu veru. Kos..x’ħela ta’ riżorsi minn dan il-Kunsill Lokali. Salvu Agius Ħaż-Żebbuġ L-ittri f’din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.co m.mt jew fl-indirizz ta’ Media.Link Communications li jidher aktar ’l isfel fil-paġna
Il-Ministeru tal-Intern u l-Ġustizzja ffirma ftehim importanti li permezz tiegħu l-Laboratorju Forensiku akkwista apparat sofistikat tal-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’, li jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità. Il-ftehim kien iffirmat filpreżenza tal-Viċi Prim Ministru u Ministru responsabbli minn dan il-qasam, Guido de Marco. IdDirettur tal-Laboratorju Forensiku Anthony Abela Medici kien strumentali biex jiġi akkwistat dan lapparat, u mar anke Kalifornja, fejn kien manifatturat dan l-apparat, qabel sar dan l-investiment. L-iffirmar ta’ dan il-ftehim kien jifforma wkoll parti mill-ħidma tal-Gvern biex ikompli jsaħħaħ u jagħti spinta lill-Korp tal-Pulizija, b’mod partikulari lit-taqsima tal-Investigazzjonijiet Kriminali. U dejjem dwar il-pulizija, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami ltaqa’ mal-uffiċjali u l-membri talBureau Eżekuttiv u l-Kummissjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija (IPA) f’Kastilja.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
10
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
OPINJONI
Bla dubju, Notte Bianca li bdiet fis-sena 2006, illum saret tkun mistennija minn kulħadd għaliex hi opportunità sabiex nesponu t-talent Malti u Għawdxi, mhux lokalment biss, iżda anke ma’ numru kbir ta’ turisti
Bżonn ta’ attenzjoni akbar għall-Belt Valletta Bla dubju, l-attivitajiet li saru din is-sena għal Notte Bianca kienu suċċess u rrid nieħu din lopportunità biex nifraħ u nirringrazzja lil kull min ta sehmu biex l-edizzjoni ta’ din is-sena kienet tajba. Din l-attività kulturali li kien nieda l-Gvern fl-2006, illum saret tkun mistennija minn kulħadd għaliex hi opportunità sabiex nesponu t-talent Malti u Għawdxi mhux lokalment biss, iżda anke ma’ numru kbir ta’ turisti li jiġu Malta apposta għal din l-attività. Fost il-barranin preżenti kien hawn grupp ta’ madwar 20 persuna mill-belt ta’ Chichester flIngilterra, inkluż is-Sindku tallokal John Hughes u s-sinjura tiegħu. Dawn ġew f’pajjiżna fuq stedina li jien stess kont għamilt, għan-nom tal-Kunsill Lokali talBelt Valletta, meta fi Frar li għadda kont f’Chichester sabiex niltaqa’ personalment mal-grupp ta’ Friends of Valletta. Fil-jiem li għaddew, uħud minn dawn ilmembri kienu f’pajjiżna sabiex jgħixu l-atmosfera li toffri l-Belt Valletta qabel u waqt Notte Bianca, waqt li jiltaqgħu marresidenti Beltin. L-għan ta’ din iż-żjara ntlaħaq għaliex isSindku ta’ Chichester u l-grupp li ġie miegħu kienu impressjonati bil-ġmiel tal-belt kapitali fil-jiem
ta’ din l-attività kulturali. Nistqarr magħkom li ħassejtni kburi b’pajjiżi u bil-Belt Valletta meta tisma’ kummenti sbieħ mingħand dawn in-nies dwar iddehra tal-belt kapitali tagħna u għall-mod kif il-Kunsill Lokali jżomm l-indafa fil-Belt. Lil hinn minn dan, issa li għadda dan l-avveniment ikun tajjeb jekk il-Gvern ikompli jagħti l-istess attenzjoni lill-Belt Valletta, bl-istess mod kif għamel f’dawn l-aħħar ġimgħat meta kienu qed isiru l-preparamenti għal Notte Bianca. Kultant nieħu limpressjoni li l-Gvern qed jagħżel li jonfoq flus f’affarijiet artifiċjali u li jitgawdew millpubbliku għal ftit żmien. Pereżempju fix-xhur li għaddew il-Fondazzjoni Valletta 2018 sebbħet Pjazza San Ġorg b’infiorata sabiħa. M’hemmx dubju li ddehra ta’ din il-pjazza kienet isbaħ mis-soltu u kull min ra ttiżjin li sar f’din il-pjazza dakinhar, apprezza x-xogħol li sar. Nagħmilha ċara li bl-ebda mod ma jien qed nikkritika din l-idea. Bħal din l-inizjattiva kien hemm oħrajn u naħseb li dawn għandhom jibqgħu jsiru għaliex jagħtu dehra isbaħ u aktar artistika lillbelt kapitali tagħna. Madankollu, nemmen li l-Gvern għandu jsib bilanċ fl-infiq tiegħu, speċjal-
Nemmen li qed nonfqu wisq biex nimpressjonaw għal żmien qasir meta effettivament nistgħu nużaw l-istess flus biex nirranġaw it-toroq u/jew bini ieħor mitluq fil-Belt Valletta
Christian Micallef
cmicallef@pn.org.mt ment fejn tidħol il-Belt Valletta. Nemmen li qed nonfqu wisq biex nimpressjonaw għal żmien qasir meta effettivament nistgħu nużaw l-istess flus biex nirranġaw it-toroq u/jew bini ieħor mitluq fil-Belt Valletta. Nistgħu wkoll nikkunsidraw li ninvestu flus il-poplu fi proġetti ta’ daqs ikbar fil-Belt Valletta u sabiex jitgawdew minn kulħadd. Dan biex ma nsemmux li l-vot tal-Gvern lejn il-Kunsilli Lokali, inkluż lejn il-Belt Valletta, naqas bi ftit meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Għaldaqstant, hemm limitu ta’ kemm u xi proġetti jistgħu jsiru mill-Kunsill Lokali talBelt Valletta. Il-Gvern irid jifhem li jekk irridu nħejju l-Belt Valletta għall2018, meta din se tkun il-Belt
Kapitali Ewropea għall-Kultura, jeħtieġ li ninvestu flus il-poplu fi proġetti ta’ tisbiħ u manutenzjoni li effettivament jistgħu jitgawdew u jkunu apprezzati aktar minn kulħadd, inkluż mit-turisti li jżuru l-belt kapitali tagħna. Sfortunatament, bil-flus li lGvern jagħti lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, hu impossibbli li tirranġa u tagħmel manutenzjoni fuq toroq jew bankini li preżentement jinsabu fi stat ħażin. Hu imperattiv li l-Gvern jisma’ l-ilmenti li l-Kunsill Lokali għamel kemm-il darba fuq toroq, bankini jew bini fil-Belt Valletta li jinsabu fi stat ħażin jew ta’ abbandun biex tittieħed azzjoni immedjata u jitranġaw. Jekk dan iseħħ, inkunu qed ninvestu flus il-poplu fis-sod u biex jitgawdew minn kulħadd u għal aktar żmien. Fil-verità, kultant hu inutli li
tonfoq flus il-poplu biex timla pjazza sħiħa bil-fjuri, biex inkun ġibt eżempju ħalli jifhem kulħadd, meta stajt tonfoq l-istess flus biex tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’toroq jew bini pubbliku fil-Belt Valletta, bi preparazzjoni għal diversi attivitajiet kbar li l-belt kapitali se tkun qed tilqa’ fiha fiż-żmien li ġej. Ejjew ma ninsewx li fiż-żmien li ġej, il-Belt Valletta se tkun qed tospita wkoll diversi attivitajiet prinċipali li se jkunu qed jiġu organizzati, fosthom fl-ewwel sitt xhur tal-2017 meta Malta se jkollha l-Presidenza Ewropea. Għaldaqstant, hu fl-interess ta’ kulħadd li x-xogħol ta’ manutenzjoni li għandu jsir f’diversi toroq u bini fil-Belt Valletta, isir kif suppost biex l-belt kapitali tagħna tassew tkun sabiħa blaħjar mod possibbli.
www.maltarightnow.com
11
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
OPINJONI
Il-Gvern qed jaqa’ lura
Kull min jgħix f’dan il-pajjiż jista’, meta jrid, ipoġġi idu fuq ilkuxjenza u jara kif inhu sejjer ilGvern fit-tmexxija ta’ dan ilpajjiż. F’xi oqsma sejjer tajjeb, f’oħrajn inqas tajjeb u f’ħafna oqsma oħra qed jaqa’ lura. Se nieħu biss tliet eżempji biex nipprova dak li qed nikteb.
Il-Parlament il-ġdid Il-Parlament il-ġdid qala’ ħafna kritika mill-Partit Laburista meta beda jinbena. Tant kienu kontrih li saħansitra lPrim Ministru Joseph Muscat tant ma riedx li jkollu x’jaqsam miegħu li kien qal li meta jitlesta se jitlob lill-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi – li fi żmienu beda l-proġett – biex jinawgurah hu. Issa l-proġett sar wieħed tajjeb. Għaliex fit-tmexxija tiegħu issa hemm l-eks-President tal-Partit Laburista, Stefan Zrinzo Azzopardi li eżatt wara l-elezzjoni ġenerali għamluh Chairman tal-Grand Harbour Regeneration Corporation li hi responsabbli – fost affarijiet oħra – għall-proġett ta’ Bieb il-Belt, il-Parlament il-ġdid u t-teatru bla saqaf. Il-Ministru Joe Mizzi, li fuqu taqa’ r-responsabbiltà politika għal dan il-proġett, f’Lulju li għadda qal li l-bini tal-Parlament il-ġdid, grazzi għall-insistenza li saret mill-Gvern preżenti, se
Mario Schiavone
mario.p.schiavone@gmail.com
jitlesta fil-ħin u kellu jkun lest sa Settembru, u l-Parlament kellu jibda jiltaqa’ fil-bini l-ġdid fit-12 ta’ Ottubru. Il-ġimgħa li għaddiet faqqgħet il-bomba. Il-bini tal-Parlament il-ġdid mhux lest minkejja lassigurazzjonijiet tal-Ministru Mizzi, il-Gvern se jibda jimmulta lill-kuntratturi għal kull ġurnata dewmien, u li aktarx l-inawgurazzjoni titħalla għal Diċembru jekk mhux għas-sena d-dieħla. It-trasport pubbliku Ir-Riforma tat-Trasport Pubbliku wkoll hu responsabbli għaliha l-Ministru Joe Mizzi. Anke hawn l-affarijiet waqgħu lura ħafna. Il-Gvern kien mgħaġġel ineħħi l-kumpanija ARRIVA. Ħoloq kumpanija tiegħu li biex tmexxi t-trasport. Barra l-pagi tal-ħaddiema u l-ispe-
Il-ġimgħa li għaddiet faqqgħet il-bomba. Il-bini tal-Parlament il-ġdid mhux lest minkejja l-assigurazzjonijiet tal-Ministru Mizzi
jjeż għat-tmexxija, qed jikri wkoll numru ta’ coaches bi spiża ta’ madwar €30,000 kuljum u jżomm il-vetturi u x-xufiera tal-kumpanija tiegħu weqfin għal sigħat twal.
Barra l-pagi tal-ħaddiema u l-ispejjeż għat-tmexxija, qed jikri wkoll numru ta’ coaches bi spiża ta’ madwar €30,000 kuljum u jżomm il-vetturi u x-xufiera tal-kumpanija tiegħu weqfin għal sigħat twal
Wara ħafna stennija donnu wasal biex jikkonkludi ma’ kumpanija Spanjola. Iżda kollox bil-ħabi. Għad mhu xejn magħruf ħlief li skont ilMinistru Joe Mizzi n-nolijiet il-ġodda għas-servizz “se jkunu affordabbli”. Għal min? U biex ikunu “affordabbli” kemm se jkollu jħallas il-poplu Malti mill-Kaxxa ta’ Malta? Imma fuq kollox, meta se tibda titħaddem din l-imbierka riforma fit-trasport pubbliku li tant ilha mwiegħda u s’issa għadha ma waslitx?
Il-power station Imma forsi l-akbar diżappunt hu dak tal-power station ilġdida. Hawnhekk ir-responsabbiltà politika hi ta’ Mizzi ieħor. Din id-darba l-Ministru Konrad Mizzi. Is-superMinistru li barra l-enerġija llum hu r-responsabbli wkoll għas-saħħa. Kulħadd jiftakar kif qabel laħħar elezzjoni ġenerali, ilPrim Ministru Joseph Muscat kien għoddu għarraq ir-raħal ta’ Marsaxlokk bid-dmugħ talkukkudrilli għax f’dak ir-raħal kien hemm fabbrika tal-kanċer li kienet il-kaġun ta’ ħafna mwiet ta’ nies u tfal f’dak irraħal u allura hu kien se jeqred din il-fabbirka u flokha jibni power station ġdida li taħdem
bil-gass u li kellha tibda taħdem f’Marzu tas-sena d-dieħla. Sa ftit jiem ilu, il-Ministru Konrad Mizzi kien għadu qed jinsisti li x-xogħol fuq din ilpower station kien għaddej u din se titlesta fiż-żmien indikat millGvern, jiġifieri sitt xhur oħra. Ma ninsewx li biex dan il-proġett jitlesta, barra l-bini tal-power station u t-tħaddim tagħha, irid jinbena wkoll moll biex miegħu jsorġi l-mostru ta’ bastiment li fuqu se jkun hemm il-ħażna talgass li bih se taħdem din ilpower station. Sal-lum, ix-xogħol tal-bini għadu ma bediex. La dak talmoll u lanqas dak tal-power station innifisha. Issa dieħla x-xitwa u dawn l-istrutturi kollha jridu jitlestew fi żmien sitt xhur. Forsi tlestew id-disinji tal-binja imma anqas l-investiment kollu millimsieħba kollha tal-proġett għadu ma sar. Veru li fost l-imsieħba hemm kumpanija Ċiniża. Tgħid se ġġib eluf ta’ ħaddiema miċ-Ċina u tħaddimhom bis-soldi lejl u nhar, kuljum bil-Ħdud inklużi, biex ilestu l-proġett fil-ħin? Nistennew u naraw. Imma lpajjiż ma jistax jaqa’ lura fi proġetti essenzjali bħal dawn. U fuq kollox, min se jerfa’ rresponsabbiltà politika għal dan id-dewmien taħt gvern effiċjenti u trasparenti?
www.maltarightnow.com
12
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Jibdew jitħabbru l-premjijiet Nobel L-IŻVEZJA
Ir-rebbieħa tal-premjijiet Nobel bdew jitħabbru mill-bieraħ bit-tħabbira tal-102 edizzjoni tal-Premju Nobel għallFiżjoloġija jew il-Mediċina. Dan il-premju se jinqasam bejn John O’Keefe minn kulleġġ fi ħdan lUniversità ta’ Londra, u l-koppja Norveġiża Edvard u May-Britt Moser. Il-premju jingħata mhux għal xogħol li jkun ħa s-snin imma “għall-aktar skoperta importanti”. O’Keefe u l-koppja Moser kienu onorati din is-sena “għalliskoperti ta’ ċelloli li jikkostitwixxu sistema fil-moħħ”. May-Britt Moser se tkun il-11il mara li qatt rebħet Premju Nobel fil-Mediċina. Kienet mara partikulari – Barbara McClintock, fl-1983, li qatt rebħet Premju Nobel b’mod individwali f’dan il-qasam. Ir-rebbieħa jridu jkunu għadhom ħajjin, iżda dawn ma jkunux ikkuntattjati qabel l-aħħar minuta, meta jitħabbru uffiċjalment. Dan ħoloq problema għall-kumitat tal-Premju Nobel fl-2011, meta ħareġ li wieħed mir-rebbieħa ta’ dik is-sena filMediċina, il-Kanadiż Ralph Steinman, kien miet bil-kanċer erbat ijiem qabel. Il-premjijiet Nobel l-oħrajn se jitħabbru matul il-ġimgħa ddieħla. Il-Fiżika: L-Amerikan Charles Kresge, li kien għamel skoperta fl-1992, qed jissemma li se jkun ir-rebbieħ f’din il-kategorija llum. Il-Kimika: L-aħbar tal-Premju Nobel fil-Kimika mistennija tingħata għada, bil-koppja Ċiniża-Amerikana – Ching Tang
u Steven van Slyke – imsemmija li tkun ir-rebbieħa talli ivvintat ‘organic light-emitting diode’, użata f’numru ta’ apparati, fosthom, fil-mowbajls. Il-Letteratura: L-awtur millKenja Ngugi wa Thiong’o hu lfavorit li jikseb il-premju f’dan il-qasam nhar il-Ħamis, għalkemm l-ammiraturi talkantawtur Bob Dylan qed jittamaw li l-2014 tista’ tkun is-sena ta’ dan il-poeta Amerikan.
Il-premju jingħata għall-aktar skoperta importanti
Il-Paċi: Bħas-soltu, ħafna mill-attenzjoni tal-media hi ffukata fuq din il-kategorija, li rrebbieħ tagħha se jitħabbar nhar il-Ġimgħa. Fost il-favoriti, hemm il-whistleblower Edward Snowden, li f’Settembru kien ingħata premju simili fl-Iżvezja. Il-Papa Franġisku wkoll hu fost il-278 persuna nominati għal dan il-premju prestiġjuż. Favorita wkoll hi Malala Yousafzai, lattivista Pakistana ta’ 17-il sena dwar l-edukazzjoni. L-Ekonomija: Il-premju f’din il-kategorija se jitħabbar nhar itTnejn. Rikonoxximent fix-xjenzi ekonomiċi beda jingħata mill1969, u hu sponsorjat mill-bank ċentrali tal-Iżvezja Sveriges Riksbank. Il-favoriti għall-Premju Nobel fl-Ekonomija huma William J. Baumol u Israel M. Kirzner, nominati għax-xogħol tagħhom fl-imprenditorija. IT-TURKIJA: Suldati Torok abbord tank tal-gwerra qrib il-fruntiera bejn it-Turkija u s-Sirja wara li bombi tal-artillerija laqtu territorju Tork fid-distrett ta’ Suruc, qrib Sanliurfa (Ritratt: EPA)
Impenn f’azzjoni militari fl-Iraq L-AWSTRALJA
L-Awstralja, għall-ewwel darba, ħadet sehem f’missjoni militari fl-Iraq kontra l-Istat Iżlamiku. L-ajuplani Awstraljani kellhom rwol ta’ appoġġ iżda ma attakkawx qagħdiet tal-militanti. L-Awstralja qed tipparteċipa f’koalizzjoni mmexxija millIstati Uniti sabiex tiġġieled lillmilitanti Iżlamiċi fl-Iraq. F’Settembru, 600 suldat u ajruplani mill-Qawwa tal-Ajru
Awstraljana, intbagħtu fl-Emirati Għarab Magħquda sabiex iħejju ħalli jingħaqdu f’koalizzjoni kontra l-Istat Iżlamiku. Sadattant, azzjonijiet militari mill-ajru mmexxija mill-Istati Uniti fit-Tramuntana tas-Sirja ma rnexxilhomx iwaqqfu l-avvanz ta’ ġellieda mill-Istat Iżlamiku li kienu qed jippruvaw jikkontrollaw belt qrib il-fruntiera tatTurkija. Dan qajjem tħassib fuq
l-istrateġija ta’ pajjiżi tal-Punent biex il-moviment estremista jkun megħlub. Ġimagħtejn wara li l-Pentagon estenda l-attakki mill-ajru millIraq sas-Sirja, f’attentat biex ikunu eliminati ġellieda tal-Istat Iżlamiku fil-qagħdiet tagħhom fid-deżert, ġellieda Kurdi qalu li l-azzjonijiet mill-ajru kien qed ikollhom effett żgħir biex il-militanti Iżlamiċi jirtiraw.
www.maltarightnow.com
13
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
L-ISTATI UNITI: Tfal japprezzaw tim ta’ paraxutisti Amerikani fl-Air Show ta’ Miramar, wieħed mill-akbar spettakli militari tal-ajru fid-dinja f’San Diego, Kalifornja (Ritratt: EPA)
Nofs Katanja mgħarrqa bix-xita L-ITALJA
Il-belt ta’ Katanja fi Sqallija kienet nofsha mgħarrqa minħabba l-maltemp qalil li kien hemm fi tmiem il-ġimgħa. Rapporti qalu li l-belt kienet maħkuma minn dik li kienet deskritta bħala
‘bomba tal-ilma’ hekk kif fi ftit sigħat niżel ammont kbir ta’ xita. Dan wassal biex ħafna sewwieqa nqabdu fil-vetturi tagħhom f ’t o r o q m g ħ a r r q a u k e l l hom bżonn ikunu salvati. F’ċerti postijiet kien hemm
aktar minn 80 ċentimetru xita. F’Palermo wkoll kien hemm il-kaos minħabba lmaltemp u sa tard ilbieraħ id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili kien fuq lallert.
Vittma tal-Ebola jiġġieled għal ħajtu L-ISTATI UNITI
L-ewwel persuna li għandha lmarda tal-Ebola fl-Istati Uniti qed tiġġieled għal ħajjitha fi sptar f’Dallas u deher li mhi qed tieħu ebda mediċina sperimentali kontra l-virus. Thomas Eric Duncan marad wara li wasal f’Texas mil-Liberja ġimagħtejn ilu, u dan żied ittħassib li l-agħar epidemija talEbola tista’ tinfirex lil hinn millPunent tal-Afrika, minn fejn bdiet f’Marzu. Din il-marda qatlet mill-inqas 3,400 persuna minn kważi 7,500 każ suspettuż, konfermat jew probabbli. Thomas Frieden, id-direttur taċ-Ċentri Amerikani għallKontroll u l-Prevenzjoni talMard (CDC), qal fil-programm State of the Union fuq l-istazzjon
Tfittxija għal għaxar persuni li kellhom kuntatt mal-vittma
CNN, li d-dożi tal-mediċina sperimentali Zmapp spiċċaw u li d-droga, prodotta minn Mapp Biopharmaceutical, mhix se tkun disponibbli fi żmien qasir. It-tieni mediċina sperimentali, li saret mill-kumpanija Kanadiża Tekmira Pharmaceuticals Corp, “tista’ tkun kemxejn diffiċli għall-pazjenti biex jikkunsmawha”. Thomas Frieden żied li t-tabib u l-familja tal-pazjent iridu jiddeċiedu jekk għandhiex tkun ikkunsmata d-droga.
Duncan baqa’ f’kundizzjoni kritika, sostna Wendall Watson, il-kelliem għat-Texas Health Presbyterian Hospital f’Dallas. Uffiċjali tas-saħħa qalu li qed ifittxu raġel mingħajr dar, wieħed minn 38 persuna li x’aktarx kellhom kuntatt ma’ Duncan. Iżda ftit wara, kelliema għall-Imħallef Clay Jenkins, qalet li r-raġel kien instab u qed ikun osservat. Is-CDC identifika għaxar persuni oħra li kellhom kuntatt dirett ma’ Duncan u li jistgħu jkunu f’riskju kbir. Sadattant, raġel li vvjaġġa lejn l-Olanda minn Sierra Leone qabad tren u xarabank qabel ma wasal fl-isptar ta’ Dordrecht, fejn qed ikun ikkurat għal sintomi talEbola.
Bla maġġoranza IL-BULGARIJA
Il-partit taċ-Ċentru-Lemin GERB fil-Bulgarija rebaħ lakbar ammont tal-voti f’elezzjoni parlamentari bikrija, iżda ma kisibx maġġoranza assoluta. Il-partit immexxi mill-eks-
Prim Ministru Boyko Borisov hu mistenni jirbaħ madwar 90 siġġu fil-kamra tar-rappreżentanti, bleks-Prim Ministru jgħid li hu jinsab lest li jieħu r-riskji kollha biex jiggverna l-pajjiż.
Jirbħu l-maġġoranza IL-LATVJA
Il-partiti ta’ koalizzjoni taċĊentru-Lemin li qed jiggvernaw fil-Latvja rebħu maġġoranza ċara fl-elezzjoni parlamentari tal-pajjiż, minkejja li partit favur ir-Russja kiseb ħafna voti. Jidher li hemm tħassib kbir fil-Latvja dwar l-inter-
Bżonn ta’ vot ieħor IL-BRAŻIL
L-elezzjoni presidenzjali filBrażil marret fit-tieni rawnd tagħha wara li l-President attwali Dilma Rousseff ma kisbitx biżżejjed voti biex tirbaħ l-elezzjoni li saret nhar ilĦadd. Rousseff kisbet 42 fil-mija tal-voti u se tkun qed tħabbatha
vent tar-Russja fl-Ukrajna u linfluwenza tagħha fir-reġjun Baltiku. Il-partiti ta’ koalizzjoni rebħu tal-inqas 61 siġġu fil-parlament ta’ mitt siġġu. Harmony, partit alleat ma’ Russja Unita, kiseb 24 siġġu.
mar-rivali Aecio Neves taċĊentru-Lemin, li rebaħ 34 filmija tal-voti, fis-26 ta’ Ottubru. F’riżultati sorprendenti, Marina Silva, l-ambjentalista prominenti, kisbet biss 21 filmija tal-voti minkejja li kienet favorita fi stadju minnhom, u issa hi barra mix-xena.
www.maltarightnow.com
14
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Responsabbli minn kważi nofs l-attakki onlajn IĊ-ĊINA
Analiżi tat-traffiku fuq l-internet li tindika l-attakki onlajn żvelat li l-akbar ammont minn dawn l-attakki qed joriġinaw miċ-Ċina. Il-moniteraġġ tal-konnessjonijiet fuq il-World Wide Web juri li madwar 43 fil-mija tal-attakki onlajn huma marbutin maċ-Ċina u dan ifisser li dan il-pajjiż hu responsabbli minn tliet darbiet aktar l-ammont tat-traffiku partikulari milli hi l-Indonesja – ilpajjiż fit-tieni post tal-lista, bi ħmistax fil-mija tal-attakki.
Ir-riċerkaturi sostnew li labbonaturi tal-internet, fuq bażi ġenerali, jistgħu jserrħu rashom mis-sigurtà permezz tal-aġġornamenti (updates) regolari tassoftware. L-attakki li jirreferi għalihom l-istudju huma relatati ma’ proċess tal-kompjuter intiż li jaqbad mal-ports speċifiċi fuq l-internet. Dan il-proċess għandu jindika, fost fatturi oħrajn, li l-hackers ikunu qed jużaw kompjuter partikulari biex issir
konnessjoni ma’ kompjuters oħra. Il-kumpanija Akamai Technologies, li hi bbażata f’Massachusetts, fl-Istati Uniti, qalet li hemm madwar mitejn sistema tal-kompjuter madwar iddinja biex isegwu l-moniteraġġ tal-konnessjonijiet inkwistjoni – bir-riżultati jindikaw l-aġir taċĊina. L-Akamai użat minn mija sa mitejn kompjuter bħala ‘aġenti’ biex tinħoloq dehra rappreżentat-
tiva tat-traffiku fuq l-internet. Skont silta mir-rapport ‘State of the Internet’, li jidher kull erba’ xhur, ir-riżultati juru li kważi nofs l-attakki kollha fuq ilweb joriġinaw miċ-Ċina. Ħafna minn dawn l-attakki, intant, kienu diretti lejn Port 80, li hu lport tal-internet li jistgħu jikkollegaw miegħu s-servers tal-web. Madankollu, David Bellon, leditur tar-rapport tal-Akmai, spjega li dawn ir-riżultati m’għandhomx jitqiesu bħala
parti minn xi evalwazzjoni talinternet bħala entità sħiħa, iżda aktar bħala studju rappreżentattiv. Meta spjega l-metodu għallġbir tad-data inkwistjoni, Bellon qal li persuna tista’ tikkunsidra linternet ports daqslikieku estensjonijiet tal-internet. Għaldaqstant, id-data turi, f’dan il-każ, li ċ-Ċina hi responsabbli minn 43 fil-mija tal-attakki fuq l-internet li jistgħu jkunu osservati.
FRANZA: Ferrari 458 Speciale A għall-wiri waqt il-Mondial de l’Automobile f’Pariġi. Din il-wirja ta’ karozzi fil-belt kapitali Franċiża ssir kull sentejn, fetħet fl-4 ta’ Ottubru u tagħlaq fid-19 tax-xahar (Ritratt: EPA)
Il-virus tal-AIDS oriġina fis-snin għoxrin IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO Grupp ta’ xjenzjati sabu li loriġini tal-AIDS tmur lura għassnin għoxrin u li l-virus qattiel kien feġġ f’Kinshasa – belt fleks-Zaire li llum tifforma parti mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Ix-xjenzjati qalu li l-virus talHIV – li jwassal għall-marda talAIDS proprja – żviluppa permezz ta’ ‘taħlita perfetta’ ta’ ċirkostanzi li kienu jinvolvu s-sess, il-fatt li lpopolazzjoni kienet qed tikber b’rata mgħaġġla u t-tkattir talqasam tat-trasport li bbaża fuq ilferroviji.
Xjenzjati mill-Università ta’ Oxford u l-Università ta’ Leuven, fil-Belġju, ippruvaw jibnu ‘l-arblu tar-razza’ tal-HIV u jsibu fejn kienu oriġinaw lewwel nies li mardu bil-virus. Irriċerka inkwistjoni involviet analiżi tal-bidliet li seħħew filkodiċi ġenetika tal-HIV u ta’ marki relatati li ma jistgħu qatt ikunu eliminati. Intant, ix-xjenzjati rrappurtaw lill-ġurnal ‘Science’ li huma bbażaw fuq ‘tip ta’ arkeoloġija tal-viruses’ bl-iskop li jindikaw l-oriġini tal-pandemija.
Hawnhekk intużaw il-kampjuni arkivjati tal-kodiċi ġenetika talHIV biex ix-xjenzjati jkunu jistgħu jimxu mas-sors oriġinali u feġġew il-provi li dan is-sors kien proprju fl-inħawi ta’ Kinshasa u jmur lura għallgħoxrinijiet. Ir-rapport inkwistjoni jgħid li l-ġenerazzjoni tas-sess bħala sors ta’ kummerċ qawwi; il-firxa tal-popolazzjoni u l-użu tal-labar li ma kinux sterilizzati fil-kliniki tas-saħħa x’aktarx li servew bħala l-ixprun għaċ-ċirkolazzjoni tal-virus.
www.maltarightnow.com
15
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Jiftħu mill-ġdid l-uffiċċji u l-iskejjel HONG KONG
Protesti mmexxija mill-istudenti għal riformi demokratiċi f’Hong Kong battew ilbieraħ iżda xi mijiet ta’ dimostranti baqgħu kkampjati barra, bit-tir li jżidu l-pressjoni fuq il-gvern sakemm l-uffiċjali juru li huma sinċieri biex jilqgħu t-talbiet tagħhom. L-iskejjel fetħu mill-ġdid u lħaddiem tal-gvern irritornaw filpostijiet tax-xogħol ilbieraħ filgħodu wara li d-dimostranti warrbu miz-zona barra mill-kwartieri tal-gvern fil-belt, fejn kienu nġabru għal aktar minn ġimgħa. Madwar 25 dimostrant, ilmaġġoranza tagħhom studenti,
irrifjutaw li jitilqu mill-post, u wħud qalu li qed jippjanaw li jibqgħu hemm sakemm hu meħtieġ. Mijiet ta’ dimostranti oħrajn baqgħu fiz-zona ta’ Mong Pok fejn kien inqala’ xi ftit talġlied fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Partijiet miċ-ċentru tal-belt baqgħu staġnati u d-distrett kummerċjali baqa’ magħluq. Iddimostranti qed jgħidu li ħadu lewwel passi biex jibdew it-taħditiet mal-gvern fuq it-talbiet tagħhom għal aktar riformi politiċi, iżda n-negozjati għadhom ma bdewx u t-tilwim bejn iżżewġ naħat għadu jippersisti.
Dimostranti favur id-demokrazija jistennew barra l-uffiċċji tal-gvern fis-seba’ jum ta’ protesti tal-massa (Ritratt: EPA)
Jintefqu eluf ta’ dollari għal vjaġġ perikoluż L-ITALJA
FRANZA: Raġel jipprotesta b’elmu Galliku waqt dimostrazzjoni kontra l-gvern u ż-żwiġijiet tal-istess sess f’Pariġi (Ritratt: EPA)
It-tfittxija tissokta fil-Baħar Indjan IL-MALASJA
Il-fażi li jmiss fit-tfittxija għall-ajruplan tal-Malaysian Airlines bdiet fin-Nofsinhar talBaħar Indjan. Vapur mgħammar b’teknoloġija speċjalizzata dwar is-smigħ taħt il-baħar jinsab f’medda remota ta’ baħar fejn hu mifhum li l-ajruplan temm it-titjira tiegħu. Il-Boeing 777, b’239 persuna abbord, għeb wara li tar lil hinn mir-rotta tiegħu fit-8 ta’ Marzu. L-għajbien tiegħu għadu ma ġiex spjegat, minkejja ħidma intensiva ta’ tiftix u salvataġġ
minn diversi forzi armati. Uffiċjali Awstraljani għandhom teorija li l-ajruplan kien qed itir fuq l-autopilot meta ġġarraf. Huma u jużaw informazzjoni permezz tas-satellita, l-uffiċjali kkonkludew li l-ajruplan temm il-vjaġġ tiegħu fil-Baħar Indjan, fil-Majjistral tal-belt Awstraljana ta’ Perth. Il-kap tal-aġenzija Awstraljana dwar is-sigurtà fit-trasport jinsab ottimist, għalkemm kawt, li din it-tfittxija finanzjata millMalasja u mill-Awstralja, se tkun suċċess.
Persuna li, kontra qalbha, trid tħalli art twelidha biex ikollha ġejjieni aħjar għax pajjiżha jinsab fi stat ta’ gwerra, faqar jew xi forma ta’ tbatija oħra, trid tonfoq bejn $3,000 u $6,000 sabiex ikollha post fuq dgħajsa li d-destinazzjoni tagħha tkun l-Ewropa. Nies li qed jaħarbu minn imrar kbir qed jispiċċaw bħala immigranti irregolari għax qed jaħarbu mill-kontinent Afrikan fi triqithom lejn Sqallija. Dan ħareġ minn investigazzjoni li għamlet il-pulizija ta’ Sqallija meta waqqfet sitt immigranti li kienu parti minn 500 persuna abbord żewġ dgħajjes
mimlijin daqs bajda. Dawn limmigranti kienu waslu f’Pozzallo nhar il-Ħadd filgħaxija. Jidher li l-vjaġġ fuq dgħajsa minnhom kien organizzat minn raġel Sirjan u ċ-ċattra l-oħra kienet immexxija minn ħames Eġizzjani. Il-pulizija ta’ Ragusa rnexxielhom iwaqqfu 138 sid ta’ dgħajsa f’Pozzallo matul din is-sena u minn tagħrif li nġabar dan laħħar jirriżulta li kull vjaġġ qed jiswa bejn $5,000 u $6,000 kull persuna. Imma t-traffikanti qed jirnexxilhom idaħħlu kważi $3 miljun.
IL-ĠERMANJA: Membru ta’ klabb tal-isparar tistenna biex tispara salut permezz ta’ pistola biex jitfakkar it-tmiem tal-181 edizzjoni tal-Oktoberfest fi Munich (Ritratt: EPA)
16
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
L-10 ta’ Ottubru: Il-Jum Dinji dwar is-Saħħa Mentali Charles Muscat
Il-Jum Dinji dwar is-Saħħa Mentali jitfakkar fl-10 ta’ Ottubru ta’ kull sena, bil-mira ewlenija li jkun hawn aktar għarfien dwar kwistjonijiet marbutin mas-saħħa mentali madwar id-dinja u biex jiżdiedu l-isforzi ta’ appoġġ għas-saħħa mentali. Din il-ġurnata toffri opportunità lil dawk kollha involuti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali biex jitkellmu dwar ix-xogħol tagħhom u x’għandu jsir iktar biex il-kura tas-saħħa mentali ssir realtà għan-nies madwar id-dinja kollha. It-tema għal din is-sena hi ‘Tgħix bi Skiżofrenija’. LOrganizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) qed tiffoka fuq li persuna bi skiżofrenija tista’ tgħix ħajja b’saħħitha. L-iskiżofrenija L-iskiżofrenija hi diżordni mentali severa karatterizzata minn tibdil radikali fil-mod kif wieħed jaħseb. Teffettwa l-mod kif wieħed jitkellem, teffettwa l-perċezzjoni u s-sensi. Ħafna drabi, din tinkludi esperjenzi psikotiċi bħal meta wieħed jisma’ xi vuċijiet jew jara lillużjonijiet. L-iskiżofrenija tista’ ttellef il-funzjoni talġisem u b’hekk wieħed ma jkunx jista’ jaħdem, kif ukoll tista’ ttellef fl-istudju. Liskiżofrenija ġeneralment tibda fl-aħħar tal-adolexxenza jew fil-bidu li wieħed isir adult. Ħafna mill-każi ta’ skiżofrenija
www.maltarightnow.com
SAĦĦA
jistgħu jkunu kkurati u dawk milqutin minnha jistgħu jgħixu ħajja produttiva u jkunu integrati fis-soċjetà.
Is-saħħa mentali Id-diżordni mentali, newroloġika u minħabba l-użu tas-sustanzi hi xi ħaġa komuni madwar id-dinja kollha u teffettwa lil kull komunità u kull età f’kull pajjiż. Filwaqt li 14 fil-mija tal-piż tal-mard madwar id-dinja hu attribwit għal dawn id-diżordnijiet, ħafna min-nies milquta – 75 fil-mija fil-pajjiżi bi dħul baxx – m’għandhomx aċċess għallkura li jeħtieġu. Il-Mental Health Gap Action Programme tal-WHO hu maħsub biex iżid is-servizzi għal mard mentali, newroloġiku u mard minħabba l-użu tas-sustanzi, speċjalment għal dawk ilpajjiżi bi dħul medju jew baxx. Il-programm jisħaq li b’kura adegwata, għajnuna psiko-soċjali u medikazzjoni, għexieren ta’ miljuni ta’ nies jistgħu jkunu kkurati għad-dipressjoni, għalliskiżofrenija u għall-epilessija filwaqt li jkunu mbiegħda missuwiċidju u jibdew jgħixu ħajja ġdida. Dan anke fejn ir-riżorsi huma neqsin.
Fatti dwar is-saħħa mentali Is-saħħa mentali hi parti integrali mis-saħħa u verament m’hemmx saħħa mingħajr saħħa mentali. Is-saħħa mentali hi aktar min-nuqqas ta’ diżord-
Stil ta’ ħajja b’saħħtu jgħinna nżommu saħħa mentali tajba
Huma diversi l-fatturi li jeffettwaw il-kundizzjoni tas-saħħa mentali
nijiet mentali u hi determinata minn fatturi soċjo-ekonomiċi, bijoloġiċi u ambjentali. Jeżistu strateġiji u interventi fis-saħħa
pubblika u settorjali biex jippromwovu, jipproteġu u jirrestawraw is-saħħa mentali. Is-saħħa mentali hi komponent integrali u essenzjali tassaħħa. Il-kostituzzjoni talWHO tgħid li s-saħħa hi stat ta’ saħħa kompleta fiżika, mentali u soċjali u mhux biss in-nuqqas ta’ mard. Implikazzjoni importanti ta’ din id-definizzjoni hi li s-saħħa mentali hi aktar minnuqqas ta’ diżordni jew diżabbiltajiet mentali. Għalhekk, issaħħa mentali hi stat ta’ saħħa fejn individwu jirrealizza li lkapaċitajiet tiegħu jistgħu jkampaw mal-inkwiet tal-ħajja, jista’ jaħdem b’mod produttiv u jista’ jkun ta’ kontribut għal komunità. Is-saħħa mentali u ħajja b’saħħitha huma fundamentali għall-kapaċità kollettiva u individwali tagħna bħala bnedmin biex naħsbu, nemozzjonaw, nitħalltu ma’ xulxin, naqilgħu x’nieklu u ngawdu l-ħajja. Fuq din il-bażi, il-promozzjoni, ilprotezzjoni u r-restawr tassaħħa mentali jistgħu jitqiesu bħala kruċjali għall-individwi,
għall-komunitajiet u għas-soċjetajiet madwar id-dinja.
Is-sitwazzjoni f’Malta Minn statistika internazzjonali li tapplika wkoll għal Malta jirriżulta li persuna minn kull erbgħa matul is-sena tesperjenza xi forma ta’ mard mentali. Lansjetà u d-dipressjoni huma laktar forom komuni ta’ mard mentali. Mara minn kull erba’ nisa u raġel minn kull sitt irġiel jesperjenzaw id-dipressjoni filwaqt li persuna minn kull 100 jkollhom l-iskiżofrenija u għalhekk f’Malta hawn madwar 4,500 persuna li jbatu minn skiżofrenija. Jirriżulta wkoll li wieħed minn kull għaxart itfal u żgħażagħ ta’ bejn il-ħames snin u s-16-il sena jbatu minn xi forma ta’ diżordni mentali filwaqt li aktar minn nofs l-adulti kollha li għandhom problemi ta’ saħħa mentali kienu jbatu minn din il-kundizzjoni fi tfulithom. Inqas minn nofs dawn it-tfal ingħataw kura adegwata dak iż-żmien. għal paġna 17
www.maltarightnow.com
17
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
SAĦĦA
Kull 40 sekonda, persuna minn madwar id-dinja tikkommetti suwiċidju minn paġna 16
Ħafna nies b’mard fiżiku kroniku bħad-dijabete u l-kanċer, jesperjenzaw problemi emozzjonali u psikoloġiċi li ħafna drabi ma jkunux identifikati jew trattati b’mod tajjeb. Jirriżulta wkoll li ħafna nies b’mard mentali jkollhom ukoll mard fiżiku.
Ir-rata ta’ suwiċidji f’Malta Statistika turi li 120 każ ta’ suwiċidju mill-131 każ li seħħew bejn l-2009 u l-2013 kienu jinvolvu rġiel. Madwar 26 persuna kkommettew suwiċidju kull sena matul laħħar ħames snin. L-iżgħar vittma kellha 14-il sena u lakbar 98 sena. Fl-aħħar snin żdiedu l-każi ta’ żgħażagħ li jweġġgħu lilhom infushom. Servizzi għal persuni b’mard mentali Filwaqt li qed ikunu offruti servizzi għal persuni b’mard mentali, dawn mhumiex jilħqu l-bżonnijiet kollha tan-nies bi problemi ta’ saħħa mentali u lfamilji tagħhom. Is-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità huma neqsin u dawk li qed jingħataw mhumiex adegwati biex jilħqu t-talbiet stabbiliti mil-Liġi dwar is-Saħħa Mentali. Hemm bżonn ukoll li ssir reviżjoni dwar id-drittijiet tal-pazjenti b’mard mentali. F’Malta s-sistemi tas-saħħa mentali huma ffukati fuq lIsptar Monte Carmeli, imma mhux fil-komunità.
X’jiddetermina s-saħħa mentali Ħafna fatturi soċjali, psikoloġiċi u bijoloġiċi jiddeterminaw il-livelli tas-saħħa mentali ta’ persuna. Eżempju, pressjonijiet soċjo-ekonomiċi persistenti huma meqjusa bħala riskju għas-saħħa mentali għal individwi u komunitajiet. Laktar prova ċara hi marbuta ma’ indikaturi ta’ faqar, inkluż livelli baxxi ta’ edukazzjoni. Saħħa mentali fjakka hi marbuta wkoll ma’ tibdil soċjali f’daqqa, kundizzjonijiet ta’ xogħol stressanti, diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, esklużjoni soċjali, modi ta’ għajxien ħżiena, riskji ta’ vjolenza, nuqqas ta’ saħħa fiżika u ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Hemm ukoll fatturi speċifiċi psikoloġiċi u ta’ personalità li jagħmlu lin-nies vulnerabbli għal diżordnijiet mentali. Fl-
Ħafna nies b’mard fiżiku kroniku bħad-dijabete u l-kanċer, jesperjenzaw problemi emozzjonali u psikoloġiċi li ħafna drabi ma jkunux identifikati jew trattati tajjeb
aħħar nett, hemm xi kawżi bijoloġiċi ta’ diżordnijiet mentali inkluż fatturi ġenetiċi li jikkontribwixxu għal żbilanċ fil-kimiki tal-moħħ.
Il-promozzjoni u l-ħarsien tas-saħħa mentali Il-promozzjoni tas-saħħa mentali tinvolvi azzjonijiet biex jinħolqu kundizzjonijiet u ambjenti fejn wieħed jgħix li jgħinu lis-saħħa mentali u jippermettu lin-nies jadattaw u jżommu mod ta’ għajxien b’saħħtu. Dawn jinkludu firxa ta’ azzjonijiet biex jiżdiedu ċċansijiet ħalli aktar nies jesperjenzaw saħħa mentali aħjar. Ambjent fejn id-drittijiet ċivili, politiċi, soċjo-ekonomiċi u kulturali huma rispettati, hu fundamentali għall-promozzjoni tassaħħa mentali. Mingħajr is-sigurtà u l-libertà li jagħtu dawn id-drittijiet, hu diffiċli ħafna li wieħed iżomm livell għoli ta’ saħħa mentali. Il-ħidma tal-WHO L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tgħin lill-gvernijiet fil-ħidma tagħhom biex isaħħu
Madwar 26 persuna kkommettew suwiċidju kull sena matul l-aħħar ħames snin, li minnhom l-iżgħar vittma kellha 14-il sena u l-akbar 98 sena
u jippromwovu s-saħħa mentali. Il-WHO evalwat l-evidenza għall-promozzjoni tas-saħħa mentali u qed taħdem malgvernijiet biex ixxerred din linformazzjoni u biex tintegra strateġiji effettivi fil-policies u fil-pjani tagħha. Fis-sena 2013, l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa approvat Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv dwar is-Saħħa Mentali għal perjodu bejn l-2013 u l-2020. Il-pjan hu impenn mill-membri kollha talWHO biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi biex itejbu s-saħħa mentali u biex jikkontribwixxu ħalli jitfasslu miri globali. IlPjan ta’ Azzjoni hu mmirat li jippromwovi s-saħħa mentali, jipprevjeni d-diżordnijiet mentali, jipprovdi l-kura, itejjeb ilkonvalexxenza, jippromwovi ddrittijiet tal-bniedem u jnaqqas
l-imwiet, il-morbożità u ddiżabbiltà tan-nies b’diżordni mentali.
Attivitajiet mill-Fondazzjoni Richmond Sadattant, fl-okkażjoni talJum Dinji tas-Saħħa Mentali, il-Fondazzjoni Richmond li taħdem fil-qasam tas-saħħa mentali fil-komunità se torganizza diversi attivitajiet biex tikkommemora dan il-jum. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Ottubru, fid-Debate Area, fl-Università fis-1 p.m se tittella’ diskussjoni flimkien ma’ Betapsi (l-Għaqda tal-Istudenti tal-Psikoloġija) bit-tema ‘Living with Schizophrenia’, Il-professjonisti mistiedna jiltaqgħu ma’ nies li jsofru bl-iskiżofrenija u se jiġu mistoqsija domandi mill-
Eżekuttiv ta’ Betapsi u millistudenti nfushom. Il-Kor u l-Orkestra Collegium Musicum immexxija mill-Maestro Dion Buhagiar, se jippreżentaw kunċert b’mużika klassika biex jikkommemoraw din il-ġurnata. Mozart’s Great Sacred Music se jittella’ nhar ilĠimgħa 10 ta’ Ottubru, fis-7:30 p.m fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta. Id-dħul hu b’xejn, grazzi għallFondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, iżda l-mistiedna huma mħeġġa jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom għall-manteniment ta’ Villa Chelsea f’Birkirkara. Il-kunċert se jsir taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. Il-Fondazzjoni Richmond se torganizza ukoll seminar bittema ‘Children with Challenging Meaningful Behaviour’, nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru fil-lukanda Dolmen il-Qawra, mit-8 a.m. sas-1.30 p.m. Żewġ kelliema professjonisti barranin u kelliem lokali se jippreżentaw il-ħsibijiet u lopinjonijiet tagħhom dwar dan is-suġġett.
www.maltarightnow.com
18
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
LETTERATURA
L-annimali jsiru bnedmin
“It-talpa kienet imsaħħra, mgħaxxqa ġewwa estasi. Minnaħa tax-xmara għaġġlet kif wieħed jgħaġġel, meta jkun ċkejken ħdejn raġel li jsaħħru bi stejjer imqanqla, u meta fl-aħħar għejjiet, qagħdet bilqiegħda fuq l-art watja, waqt li x-xmara baqgħet tlablab lilha purċissjoni ta’ tpaċpiċ tal-aqwa stejjer fiddinja mibgħuta minn qalb iddinja biex fl-aħħar jingħadu lillbaħar li ma jixxabba’ b’xejn.” U hekk bħat-talpa, Alistair bin il-kittieb Kenneth Grahame (1859-1932) jisma’ l-istħajjil ta’ missieru miġbur f’‘The Wind in the Willows’ fejn barra t-talpa jieħdu sehem rospu, badger, ermellin, ballottra, nemes, lontra, ġrieden żgħar tal-għelieqi, kollha kemm huma jgħixu bħall-bnedmin, jilbsu bħalhom, għandhom il-flus tagħhom, l-għamajjar tagħhom mistura fejn darba għexu l-bnedmin li darba telqu u huma l-annimali li jibqgħu. Annimali twajba u kwieti, jgħinu, il-biċċa l-kbira tagħhom, lil xulxin. Ħajjithom xhieda għall-bnedmin. Li kieku ma jkunx għall-kittieb li jfakkar li qiegħed fis-saltna tal-annimali, il-qarrej jaħseb li qiegħed fiddinja tiegħu ta’ kuljum. Il-ktieb jista’ jinqara miż-żgħar u millkbar. Kull annimal għandu l-ġrajja tiegħu, il-wirt li għaddewlu ta’ qablu. L-ebda wieħed ma hu perfett, hekk bl-għajnuna ta’ sħabu jibdel triqatu u jibda jgħix fit-triq tas-sewwa. Annimali bieżla, jaħdmu lejl u nhar għax jafu li listaġuni jitbiddlu man-natura. Qishom in-nemla msemmija filKotba Mqaddsa: “Mur għand innemla, ja għażżien - ara kif tgħix, u tgħallem minnha” ( Proverbji 6,6). Il-ġurdien tax-xmara li jagħti daqqa ta’ id lil min jeħtieġ, jaf juża l-armi, jaqra, jikteb proża u poeżija, għandu dgħajsa. Il-badger ma jridx ikollu x’jaqsam mas-soċjetà imma min-naħa loħra għandu qalb kbira. Matul issnin tgħallem ikun għaqli, jaf ukoll jagħti l-pariri. Ir-rospu
Joe Cassar
stcassar@gmail.com
jeħtieġ l-għajnuna għax ma jagħrafx id-difetti tiegħu. Jaħseb li hu aqwa minn ħaddieħor, jixtri karozza waħda wara l-oħra. Beda b’karovana misjuqa minn żiemel, li jweġġagħlu. Kull karozza li jkollu jkissirha. Hekk fil-medda tal-ġrajja diġà kisser sebgħa, sab ruħu tliet darbiet lisptar, u ħallas lill-pulizija multi kontra multi. Fl-aħħar ir-rospu jagħmel waħda akbar minn tas-soltu. Jisraq karozza, isuqha b’mod perikoluż u hekk jeħel għoxrin sena ħabs. Il-kittieb jieħu lil ibnu Alistair fiż-żminijiet tan-nofs. Nies qaddejja tal-liġi, “jaħtfu lirrospu, jgħabbuh bil-ktajjen u jmexxuh mis-sala tal-qorti, iwerżaq, jitlob, u jipprotesta.” Jiġu fi pjazza fejn in-nies tgħajjar lir-rospu, tgaralu dak li jiġi f’idejha, tkażbru sakemm isib ruħu f’kastell mgħasses minn suldati bix-xwabel u l-alabardi. Jgħadduh minn qrib kamra tattorturi, il-forka, sakemm isibulu ċella taħt l-art. Il-bieb jingħalaq. Sħab ir-rospu li ma jafu xejn x’ġara jibdew ifittxuh. Waqt ittfittxija jisimgħu l-għanja talħolqien qrib xmara. “Nofs ċirku wiesa’ ta’ ragħwa u leħħa ta’ dawl u spallejn ta’ ilma aħdar jiddu, id-diga kbira għalqet lilmijiet miżmuma minn xtajta għal xtajta, ċaqilqet il-wiċċ sieket b’ilma mibrum u b’faxex ta’ ragħwa fil-wiċċ u mejtet kull ħoss ieħor bi tkawrit meqjus li jserraħ. Fin-nofs nofsani taxxmara, mgħannqa daqs firxa ta’ id tiddi, gżira żgħira ankrata fit-
Il-ktieb ‘Wind in the Willows’ ta’ Kenneth Grahame
truf tagħha minn żafżaf, ġummar u simar imma mimlija tagħrif, ħbiet dak kollu li segħet iżżomm wara star, iżżommu sa ma tasal is-siegħa u fil-ħin sakemm jaslu
dawk kollha msejħa u magħżula.” Ir-rospu għandu ras, aktarx li lġurdien tax-xmara silfu biex jaqra r-rumanz ‘Il-Konti ta’
Montecristo’. Il-qarrejja huma msejħa minn dan il-ġurnal biex jgħinu lillimsejken rospu. Ħajr lil Agenda Book Shop
www.maltarightnow.com
MUSICAL
Uħud mill-protagonisti tal-musical ‘Sebaħ Jum’ Deborah C
Ludwig Galea
Ludwig huwa wieħed millkantanti tant maħbuba milMaltin. Huwa wkoll parti mittrio ‘Trilogy’. Ghandu bosta suċċessi li jinkludu għeluq ssoap opera ‘As The World Turns’ fl-Olanda, Rockestra 2013, 50 sena ta’ mużika Maltija 2014, The Beatles 2014, Ludwig Live in concert Australia, My Music kunċert fuq M-Sat TV Bulgarija, Supporting Act filkunċert ta’ Simply Red, ilEurovision Song Contest (itTurkija) bil-kanzunetta ‘On Again Off Again’, Three for One, kunċert tal-ewwel tas-sena fil-Bulgarija mal-Orkestra Filarmonika ta’ Varna, ‘Independence’ kanzunetta uffiċjali għaċ-CHOGM Malta, ‘FilPort Mal-Ewropej’ għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, kunċert fil-Parlament Ewropew fi Brussell, kanta fil-kongregazzjoni dinjija tar-reliġjonijiet li
19
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
saret Ġerusalemm, kanta flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta xogħlijiet ta’ Shonberg u Boublil filkunċert Les Mis Ssaigonguerre, għamel il-parti ta’ Kristu f’Jesus Christ Superstar, kanta siltiet ta’ Andrew Lloyd Webber u Cameron Mackintosh filkunċert A tribute to Andrew Lloyd Webber, Polastron filmużikal 1565 The Musical, għamel il-parti ta Christian filMoulin Rouge fil-kunċert From Screen To Stage, Romanza…Julie and Ludwig un-plugged fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, kanta s-sigla għas-sensiela tant popolari Ingroppi, ikklassifika fit-tieni post fil-Mega Hit Festival fitTurkija bil-kanzunetta ‘Mood Swing’ u kklassifika fl-ewwel post fid-Discovery Festival fil-Bulgarija bilkanzunetta ‘Endlessly’.
Imwielda Għajnsielem, Għawdex, minn meta kellha disa’ snin Deborah bidet tkanta u tikseb il-popolarità f’bosta lokalitajiet u opportunitajiet mużikali, b’pass importanti bis-sehem tagħha fil-Juniour Eurovision Song Contest. Rebbieħa tal-FIDOF u talInternational Golden Cross Festival hi tat sehemha firRussja u l-Maċedonja fejn ingħatat ukoll il-premju ta’ Prinċipessa tal-Festival. Kantat ‘Enjoying Moments Of God’ f’2010 VIVA World Cup Event. B’kanzunetti bħal
‘Livewire’, ‘Pandora’, ‘You Make Me Go’, ‘Love-o-holic’ u ‘Until We Meet Again’, hi daret diversi recording studios il-Belgju, l-Iżvezja u lĠermanja. F’Settembru tal-2012 rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza kif ukoll ilPremju tal-Pubbliku. Bħalissa qed tikkollabora mad-DJs Toby u Carlo Gerada u marret il-Litwanja biex jinġibed ilvideo ta’ ‘You Make Me Go’. Illum għadha kemm temmet l-istudji tagħha fil-kors talB.A. tal-Malti u studju filKomunikazzjoni.
Debbie hija wiċċ popolari fix-xena tal-mużika Maltija. Fl1997 bil-kanzunetta ‘Let me Fly’ hi kienet l-ambaxxatriċi għal Malta fil-Eurovision Song Contest. Dan ġabilha diversi suċċessi u opportunitajiet barra minn xtutna bħal fl-Awstralja, il-Kanada u l-Amerika, u dan laħħar anke fil-gżira Mediterranja ta’ Ċipru fejn hi qed tikkollabora mal-kompożitur Ċiprijott Michalis Antoniou. Hi rebħet diversi awards prestiġjużi kemm f`pajjiżna u anke barra. Debbie ħadmet ukoll f`diversi produzzjonijiet mużikali mal-aqwa esponenti
f`pajjiżna fosthom l-aħwa Spiteri Lucas, Yada Dance Company u l-kumpanija Teatru Rjal. Minbarra fil-kant narawha wkoll bħala preżentatriċi ta’ diversi programmi televiżivi kif ukoll fuq ir-radju. Fost ir-repertorju vast tagħha Debbie ħarġet l-albums ‘Having You’, ‘Tbissima’, u ‘Tgħanniqa mingħand ilMaltin’, u s-cd singles ‘Born to Love’, ‘Let me Fly’, ‘Era the Dance Show’ u ‘Perfect Timing’. Proġett aħħari tagħha kien il-video li nġibed f’Ċipru tal-kanzunetta bil-Grieg ‘To Mantato’.
Debbie Scerri
(l-ewwel parti)
20
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
Melita tniedi investiment ġdid għall-espansjoni tad-data centres f’Malta Il-kumpanija Melita nediet investiment ġdid li bih se tespandi s-servizzi eżistenti talkolokazzjoni tad-data b’għaxar darbiet. L-ispazju l-ġdid, maħluq bis-saħħa ta’ dan l-investiment, se jkun qed jirdoppja wkoll ilkapaċità eżistenti ta’ Malta għal data centres. Id-dettalji ta’ dan l-investiment ingħataw il-Ħamis 2 ta’ Ottubru waqt it-tnedija ppreseduta minn Chris Cardona, il-Ministru talEkonomija, l-Investiment u nNegozji ż-Żgħar, li saret fil-faċilità l-ġdida tal-kolokazzjoni talMelita fil-Madliena. Ix-xogħol fuq l-estensjoni għaddej bħalissa u mistenni jitlesta sa tmiem l-ewwel kwart tal-2015. L-ispazju l-ġdid talkolokazzjoni se jkun f’faċilità tal-aqwa kwalità, mibnija apposta maġenb iċ-ċentru tad-data eżistenti tal-Melita li kien inawgurat sena ilu u li l-ispazju fih inbiegħ fi ftit xhur wara li tnieda fis-suq. L-estensjoni taċ-ċentru taddata tal-Melita hi parti millinvestiment multimiljunarju li għaddejja bih il-kumpanija fuq perjodu ta’ ħames snin, b’total ta’ 60 miljun ewro. Il-Ministru Cardona faħħar ilkumpanija għall-impenn tagħha li ssaħħaħ l-infrastruttura tattelekomunikazzjoni ta’ pajjiżna u feraħ lill-Melita għall-viżjoni tagħha li tkompli tiżviluppa lkapaċità ta’ pajjiżna fis-servizzi tal-kolokazzjoni tad-data. Qal li b’dan il-programm ta’ investi-
ment, il-Melita qed toħloq laqwa kundizzjonijiet għal aktar kumpaniji barranin biex jirrilokaw l-operat tagħhom f’Malta. Il-Ministru Cardona kompla li, “Faċilitajiet millaqwa, bħal dawn żviluppati millMelita, huma ideali u jattiraw, b’mod partikulari, operaturi tasservizzi finanzjarji u tal-online gaming, li kulma jmur qed isibu lil Malta bħala post affidabbli u sikur għan-negozju tagħhom, li jserrħilhom rashom u joffrilhom faċilitajiet tal-ogħla kwalità.” Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Melita, Andrei Torriani, qal li dan l-aħħar investiment f’ċentru tad-data ġdid ikompli jsaħħaħ ilkatina ta’ investimenti li l-Melita
diġà daħlet għalihom biex issaħħaħ l-infrastruttura tattelekomunikazzjoni ta’ pajjiżna, fosthom fibre optic cable taħt ilbaħar li jgħaqqadna mal-bqija tal-Ewropa, broadband internet ta’ 100 Megabit f’Malta kollha, u 250 Megabit f’zoni partikulari, kif ukoll b’ħoloq internazzjonali tad-data mal-aqwa fornituri talinternet fid-dinja f’Milan u flEwropa ta’ Fuq, bl-għan speċifiku li tassisti kumpaniji bbażati f’Malta biex jagħmlu n-negozju ma’ pajjiżi Skandinavi. Torriani qal li, “Dan l-investiment il-ġdid tal-Melita juri biċċar li l-azzjonisti tagħna jinsabu impenjati li jkomplu jiżviluppaw l-infrastruttura tal-kumpanija u
ta’ Malta. F’Malta naraw potenzjal kbir għax din il-gżira kulma jmur qed tkompli toffri opportunitajiet tajbin ta’ tkabbir. Li jkun hawn aktar spazju għall-kolokazzjoni hu importanti ħafna għassuċċess ta’ Malta ħalli tkun tista’ tattira aktar kumpaniji barranin lejha, imma dan mhux l-uniku rekwiżit. Pajjiżna jeħtieġ li joffri wkoll l-aqwa kwalità fiċ-ċentri tad-data. Nemmnu li ċ-ċentru tad-data eżistenti u ċ-ċentru lġdid tal-Melita huma l-aqwa ċentri ta’ Malta f’dan is-settur.” Kompla jgħid li, “L-investimenti tagħna qed jgħinu lil Malta biex tattira aktar investiment barrani direttament fil-pajjiż, biex toħloq impjiegi ġodda ‘smart’, u biex tippreżenta ruħha bħala lpost ideali għan-negozji globali fejn jistgħu jkomplu jikbru. Matul is-snin, il-Melita evolviet f’kumpanija tat-telekomunikazzjoni mill-aktar avvanzata u innovattiva, b’għażla wiesgħa ta’ prodotti u servizzi għall-konsumaturi u n-negozji, f’konformità mal-politika u l-oġġettivi mfassla minn gvernijiet suċċessivi fil-pajjiż.” Ludolf Rasterhoff, Chief Operations Officer tal-kumpanija, spjega li l-istrateġija talMelita għandha l-għan li tappoġġja lin-negozji kollha ta’ Malta permezz ta’ infrastruttura b’saħħitha tat-telekomunikazzjoni u b’konnettività mill-aqwa, irrispettivament minn jekk issidien tan-negozju humiex Maltin jew barranin.
www.maltarightnow.com
MADWARNA
Forum għall-managers u operaturi tat-trasport
L-ewwel premjijiet li qatt ingħataw f’Malta għat-trasport u loġistika, it-Transport Awards, jibdew triqithom nhar il-Ħamis waranofsinhar, fid-9 ta’ Ottubru, b’Forum għall-Managers u Operaturi tat-Trasport li se jsir fil-lukanda InterContinental, biex l-għada filgħaxija, ilĠimgħa 10 ta’ Ottubru, issir iċċerimonja uffiċjali tal-premjazzjoni, li wkoll se ssir fl-istess lukanda. L-attività, li qed issir blappoġġ ta’ HSBC Bank Malta p.l.c., se tkun indirizzata minn kelliema b’għarfien tajjeb tassettur tat-trasport li se jitkellmu dwar soluzzjonijiet bl-użu ta’ mudelli, metodi u mekkaniżmi (3Ms) li ħadmu fi swieq oħra.
L-għan ewlieni ta’ dan il-forum hu li jlaqqa’ l-esperti flimkien
“It-Translog Awards għandhom l-impenn li jaqdu r-rwol tagħhom bħala navigatur u faċilitatur għal soluzzjonijiet effiċjenti għall-isfidi tal-lum. L-għan ewlieni ta’ dan il-forum hu li jlaqqa’ esperti tat-trasport u loġistika għal diskussjoni dwar id-direzzjonijiet t’issa u talġejjieni f’dawn is-setturi,” qal Alex Borg, id-Direttur ta’ SSM Group, li qed jorganizzaw dawn l-awards. Fost oħrajn, il-kelliema jinkludu liċ-Chairman u Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta James Piscopo, il-Kap talCommercial Banking tal-HSBC Malta Michel Cordina, Dr Odette Lewis mill-Università ta’ Malta, l-Ing. Albert Falzon minn MIEMA, il-Perita Audrey Testaferrata minn Transport Malta, David Seisun ta’ Sixteen Ltd, u Keith Mortimer mill-ITS tal-Irlanda u Malta. Fl-aħħar ikun hemm sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet. It-TransLog Awards 2014 kienu ġġudikati minn panel ta’ nies, li huma esperti magħrufa fit-trasport u loġistika, akkademiċi u mexxejja tannegozju. Atkar tagħrif dwar iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-Awards jinkiseb billi ċċemplu 21231015 jew minn ops@ssmgroup.org.
www.maltarightnow.com
21
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
TEATRU
Biċċa minn Malta fl-Arena di Verona
‘L’opera è…la grande bellezza’ rat is-sehem ta’ żewġ kumpaniji żgħar Maltin fuq wieħed mill-iktar palkijiet importanti tal-opra fil-pajjiż ġar tagħna
Kien hemm biċċa żgħira minn Malta fl-Arena di Verona lejn laħħar tax-xahar li għadda hekk kif ittellgħet l-aħħar attività operistika fl-iktar teatru tal-opra sajfi u prestiġjuż fl-Italja. ‘L’opera è…la grande bellezza’ rat is-sehem ta’ żewġ kumpaniji żgħar Maltin fuq wieħed mill-iktar palkijiet importanti tal-opra fil-pajjiż ġar tagħna. Il-kunċert ittella’ mill-entità filantropika Taljana Arts for Life b’kollaborazzjoni ta’ Ars Cantandi, tradename talkumpanija lokali Piemmegi Ltd li kienet ukoll responsabbli millkonsulenza artistika tul il-fażijiet differenti tal-proġett. Mad About Video ġiet fdata bil-proġett kollu multimedjali li kien il-qofol taxxenografija fuq il-palk. ‘L’opera è…la grande bellezza’ rat ir-ritorn ta’ tliet kantanti ta’ fama dinjija fuq il-palk talArena di Verona. Is-sopran Maria Guleghina, it-tenur Josè Cura u lbaritonu Carlo Guelfi kantaw flimkien ma’ kor ta’ 180 element u kor tat-tfal, f’kunċert li ppreżenta fost l-iktar biċċiet popolari tal-opra Taljana – minn
Macbeth, La Traviata, Nabucco u Otello ta’ Verdi għal Tosca u Turandot ta’ Puccini, minn Andrea Chènier ta’ Giordano għal I Pagliacci ta’ Leoncavallo. L-Orchestra Filarmonica Arturo Toscanini ta’ Parma daqqet taħt id-direzzjoni tasSurmast Massimo Zanetti. Ilpreżentatur popolari tar-RAI, Michele Mirabella, ippreżenta sserata b’dibattiti simpatiċi malpubbliku. Is-serata, b’direzzjoni taddirettur Enrico Stinchelli, involviet ukoll żeffiena millgrupp taż-żfin Modulo Project. Mument interessanti tul ilkunċert kien is-sorpriża li taw ilFanfara tal-Carabinieri ta’ Ruma li daħlu jimmarċjaw fl-Arena u baqgħu telgħin fuq il-palk fejn daqqew il-marċ trijonfali tal-opra Aida, bil-pubbliku jqum bilwieqfa u jinfexx f’applaws spontanju. Il-Korp tal-Carabinieri din issena qiegħed ifakkar il-200 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Anke fl-2015, Arts for Life, Ars Cantandi u Mad About Video se jirritornaw bħala protagonisti f’attivitajiet kulturali fi nħawi differenti tal-Italja.
L-Orchestra Filarmonica Arturo Toscanini ta’ Parma daqqet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Massimo Zanetti
www.maltarightnow.com
27
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
SPORT
Qormi jżommu s-Super Cup HOCKEY
Qormi ......................................1 Young Stars .............................0 Umpires: Manuel Imbroll, Luke Busuttil Leaver
Qormi żammew is-Super Cup tal-Hockey, l-ewwel unur talistaġun il-ġdid meta għelbu lil Young Stars 1-0 fil-finali. Fl-ewwel attakk serju tal-logħba Young Stars ingħataw penalty corner fir-raba’ minuta imma m’għarfux japprfittaw. Dan qajjem lil Qormi li wara perjodu li fih għamlu pressjoni kontinwa fuq id-difiża ta’ Young Stars, fit13-il minuta rebħu żewġ penalty corners wara xulxin imma kienu mċaħħda minn save brillanti ta’ James Mizzi u mbagħad kellhom it-tieni tentattiv imxellef fuq il-lasta. Wara perjodu ta’ logħob f’nofs il-ground, Young Stars kienu nsidjużi fis-27 minuta imma ma rnexxielhomx jiftħu l-iskor waqt
li fit-32 minuta wara taħwida quddiem il-lasta il-ballun kien imtajjar fuq il-linja bil-gowlkiper megħlub. Qormi ħarbu mill-ewwel b’kontra-attakk u rebħu żewġ penalty corners fl-aħħar żewġ minuti qabel il-mitrieħ. Il-logħba dehret li se tkun ibbażata fuq l-esperti tal-penalties Juan Sarcia ta’ Qormi u Andrew Camilleri ta’ Young Stars imma sal-mistrieħ ħadd minnhom ma fetaħ l-iskor anke jekk Qormi deher li kellhom aktar pussess u kontroll. L-affarijiet inbidlu fit-tieni taqsima u fid-39 minuta Juan Sarcia skorja penalty corner b’xutt fil-baxx. Qormi hawnhekk qagħdu aktar attenti biex jibżgħu għall-vantaġġ u l-logħba saret imħawda hekk kif Young Stars fetħu pressjoni biex iġibu d-draw imma ma setgħux jinfdu d-difiża avversarja.
It-tim tal-Hockey ta’ Qormi li rebaħ is-Super Cup kontra Floriana
Minkejja li kellhom tliet penalty corners sal-64 minuta, kollha mhux skorjati, Young Stars baqgħu jippruvaw u fl-aħħar minuta ingħataw penalty corner ieħor imma l-gowlkiper Ramon Chircop salva b’mod brillanti biex ta s-Super Cup lit-tim tiegħu.
It-tim ta’ Valletta Lions rebbieħ tal-ewwel turnament internazzjonali li organizza huwa stess
Valletta Lions jirbħu l-ewwel Open Internazzjonali TABLE FOOTBALL
Samuel Bartolo jirbaħ l-individwali
Fi tmien il-Ġimgħa lFederazzjoni Maltija tat-Table Football organizzat l-ewwel attività internazzjonali fil-Klabb tal-Banda 12th May f’Ħaż-Żeb-
buġ. Is-Sibt intlagħbet il-kompetizzjoni tat-timijiet, Valletta Lions Table Football (imwaqqaf fl2013) rebaħ l-ewwel turnament internazzjonali kontra ir-rivali sportivi mill-belt kapitali, ilValletta Subbuteo Club bl-iskor ta’ 3-1 fil-finali. Fl-istadji tal-gruppi, Valletta Lions rebaħ il-grupp b’punti massimi u wara għeleb lit-tim ta’ Ħ’Attard fis-semi-finali 4-0.
Min-naħa l-oħra, Valletta Lions Subbuteo Club rebħu wkoll ilgrupp b’punti massimi, u kisbu draw 2-2 kontra Bormla Subbuteo Club iżda għaddew għall-finali minħabba li kellhom differenza fil-gowls skorjati. Il-Ħadd intlagħab it-turnament individwali fejn Samuel Bartolo ħareġ rebbieħ meta għeleb lil Mark Gauci 4-2. Iż-żewġ plejers għaddew mis-semi finali b’rebħa kontra sħabhom tal-istess klabb Derek Conti u Angelo Borg 4-3 u 3-1 rispettivament. Fil-kategorija ta’ taħt id-19-il sena Andrew Abela rebaħ ilgrupp b’punti massimi, bi
Tristan Fenech jispiċċa t-tieni. Iż-żewġ plejers huma talValletta Subbuteo Club. It-tlett plejers l-oħra li ħadu sehem kienu Melvin Barun, Neil Mark Bonnici u Lyon Baldacchino, kollha tal-Valletta Lions Subbuteo Club, li spiċċaw mittielet, sal-ħames ħames post rispettivament. Fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena Jurgen Balzan spiċċa filquċċata tal-klassifika b’7 punti wara li rebaħ il-finali 1-0 kontra Andrew Deguara li spiċċa b’6 punti. Jamie Bonnici u Aiden Williams ġew fit-telet u r-raba’ post.
IBBURDJAR
Żagħżugħ tal-Vikings SC b’suċċess f’Wales Membru żagħżugħ minn Vikings Sailing Club (VSC) għadu kemm wasal lura minn parteċipazzjoni b’suċċess fiżZhik Topper Worlds fi Pwllheli f’Wales. Sean Zahra, ta’ 16-il sena, irrappreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni centreboard dinghy annwali tal-ISAF, li fiha ħadu sehem aktar minn 150 kompetitur. Hu għamel użu tajjeb minn wieħed mit-tmien dinghies ġodda li l-VSC xtrat fl-2013. F’Wales, Zahra issielet ma’ kundizzjonijiet xejn tajba tattemp, li inkludew frugħ u rjiħat li kultant kienu tassew qawwija, u spiċċa fl-54 post minn 155 li ħadu sehem fil-klassi tiegħu. Il-Commodore tal- VSC Richard Gabriele qal, “Meta tikkunsidra li din kienet l-ewwel darba li Sean ħa sehem f’attività barra minn Malta, l-pożizzjoni li kiseb turi sew id-dedikazzjoni li għandu. Prestazzjonijiet bħal dawn minn atleti żgħażagħ Maltin huma dawk li jħeġġuna fil-Vikings Sailing Club biex inkomplu nsaħħu lill-ġenerazzjoni ġdida bl-aqwa taħriġ fittbaħħir.” Żahra ilu jbaħħar għal dawn laħħar seba’ snin, bl-użu ta’ dinghies differenti li hemm fil-
VSC. Ħa sehem regolarment filmaratona ta’ kull sena ta’ tbaħħir tal-VSC, u għal dawn l-aħħar sentejn ħa sehem għall-50 siegħa ma’ baħħara żgħażagħ oħra. “Il-kompetizzjoni ma’ wħud mill-aqwa baħħara żgħażagħ fiddinja kienet sfida kbira u kont kuntent bil-prospetti li niltaqa’ ma baħħara ta’ suċċess minn madwar id-dinja. Kienet esperjenza tajba biex nitgħallem,” qal Sean Zahra. B’aktar minn 200 familja membri, il-Vikings Sailing Club, li ilu mwaqqaf 30 sena, iservi bħala post fejn jiltaqgħu mijiet ta’ Maltin li jkunu flimkien għal firxa ta’ attivitajiet li l-klabb jorganizza fuq bażi regolari. Fost dawk l-aktar popolari hemm korsijiet ta’ taħriġ għal tfal żgħar, ġranet ta’ open races, BBQs, regatti tad-dinghy, u oħrajn. Il-Vikings Sailing Club jaħdem mill-qrib mal-membri tiegħu u ma’ organizzazzjonijiet oħra biex iżid l-attrazzjoni għat-tbaħħir. Jaħdem regolarment mal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) biex jorganizza sessjonijiet ta’ taħriġ għat-tfal żgħar u dan l-aħħar organizza l-maratona ta’ 50 siegħa tbaħħir quddiem iċ-ċentru tiegħu f’Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Sean Zahra (fuq quddiem) ikkompeta mal-aqwa fost l-aqwa fid-dinja f’Wales
28
www.maltarightnow.com
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
Tmiem il-ġimgħa ta’ futbol Malti
Simon Farrugia
Analiżi u kummenti dwar il-partiti tal-Kampjonat Premier BOV
Kif jinsabu
Logħob li jmiss
Is-Sibt 18 ta’ Ottubru Stadium Nazzjonali 1500 Qormi v Floriana 1700 Hibernians v Tarxien R.
Hibernians Birkirkara Balzan Mosta Valletta Tarxien R. Sliema W. Qormi Floriana Pieta` H. Naxxar L. Żebbuġ R.
Victor Tedesco Stadium 1500 Sliema W. v Mosta 1715 Żebbuġ R. v Naxxar L. Il-Ħadd 19 ta’ Ottubru Stadium Nazzjonali 1500 Pieta H. v Balzan 1700 Valletta v B’Kara
L 7 7 7 7 7 7 7 7 7 7 7 7
R 7 5 3 4 3 2 2 2 1 1 0 0
D 0 0 3 1 1 4 3 1 4 1 3 2
SPORT T F 0 22 2 14 1 14 2 6 3 13 1 11 2 6 4 7 2 9 5 5 4 5 5 8
It-tim tal-ġimgħa D. Cassar E. Serrano L. Fortunato C. Grech S. Biancardi C. Barbosa M.Mucchiardi M. Dias E. Zarate A.Effiong L. Edison Dos Santos
Innutajna…
(Pietà H.) (Balzan ) (Pietà H.) (Pietà H.) (Sliema W.) (Tarxien R.) (Żebbuġ R.) (Hibernians) (Balzan) (Qormi ) (Hibernians)
Edison Luis Dos Santos ta’ Hibernians waħdu quddiem il-gowlkiper Azzopardi ta’ Naxxar (ritratti: John Paul Bonanno)
LI nhar is-Sibt li għadda bħala parti minn skambju bejn referees mil-Latvja u Malta irreferee Alan Mario Sant ikkontrolla il-logħba mill-Kampjonat tal-Latvja bejn FK Spartaks u FK Ventspils. Huwa kien assistit minn William Debattista u Paul Apap. Flimkien ma’dan il-grupp kien hemm id-Direttur tasSettur tar-Referees Adrian Casha li kien ukoll osservatur fil-logħba FK Jelgava vs BFC Daugavpils. LI donnu li ċertu grawdns qed jnħakmu minn problemi fissistema tad-dawl. Nhar il-
Ġimgħa logħba mir-Regions Cup kellha tieqaf għal madwar għaxar minuti minħabba qtugħ fid-dawl. Fil-fatt anki l-ġimgħa li għaddiet kien hemm l-inċident bejn Attard u Sta Venera fejn minħabba qtugħ fid-dawl illogħba ġiet abbandunata.
LI nhar il-Ġimgħa 3 t’Ottubru, 2014 il-klabb ta’ Kerċem Ajax fetaħ b’mod uffiċjali l-Istadium tiegħu. Huwa kumpless attrezzat b’kollox fejn dan ser iservi biex jitjiebu lfaċilitajiet sportivi f’din il-gżira. Fil-fatt nhar il-Ħadd li għadda minħabba l-maltemp li ħakem
lill-Għawdex ukoll, logħba mirRegions Cup kellha tintlagħab fil-Kerċem Stadium minħabba li l-Gozo Stadium ma’ kienx prattikabbli.
LI waqt il-logħba bejn Floriana u Balzan l-imġieba talplejer Amadou Samb ma’ kienetx waħda normali. Fil-fatt Floriana appellaw għal penalty meta Vito Plut waqa’ fil-kaxxa bir-referee Pisani ġustament jammonixxi lil Plut għal simulazzjoni. Minħabba protesti ħorox u eċċessivi Samb minkejja li fuq il-bank spiċċa wkoll ammonit.
Floriana appellaw bis-sħiħ għal penalty f’din l-azzjoni meta Giovanni Galea deher jitwaqqa’ fil-kaxxa minn Guobadia
Elinton Morais
Edison Luis Dos Santos
L-AQWA SKORERS
Morais u Tarabai b’sitt gowls E. Morais Costa (B’Kara) E. Luis Dos Santos (Hibernians) G. Piccioni (Balzan) J. Da Silva Pereira (Hibernians) C. Failla (Hibernians) A. Rodrigues Silva (Tarxien R.) M. Britto (Żebbuġ R.) B. Kaljevic (Mosta) O. Guerrero (Balzan) M. Piciollo (Floriana) C. Monti (Żebbuġ R.) R. Ledesma (B’Kara) V. Plut (Floriana) A. Barboza Terra (Valletta) R.X. Zaccarias (Pietà H.)
6 6 5 5 5 5 4 4 3 3 3 3 3 3 3
K Pt 5 21 7 15 10 14 7 13 5 10 9 10 10 9 10 7 12 7 12 4 12 3 21 2
www.maltarightnow.com
SPORT
INTERVISTI
Konna konċentrati u dixxiplinati tul il-partita kollha - Noel Coleiro (kowċ Pietà H) “Kieku xi ħadd qabel il-partita ġie jgħidli li se nirbħu lil Valletta kont nieħdu biċ-ċajt.” Hekk kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Pietà Hotspurs Noel Coleiro wara r-rebħa sorprendenti li kisbu kontra Valletta. Għall-Hotspurs, li għalihom kienet l-ewwel rebħa tal-istaġun, spikkat il-grinta tattim u dwar dan Coleiro ikkummenta. “Lgħabna tajjeb u konna konċentrati u dixxiplinati ħafna. Sibna lil Valletta wkoll b’xi pleyers neqsin pero’ dan ma’ jnaqqas xejn mill-wirja tajba tagħna. U tajjeb li nżid li kien
29
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
hemm logħbiet li lgħabna tajjeb ukoll matul dan l-istaġun. “Fit-tieni taqsima wara li lqlajna l-gowl għamilt xi sostituzzjonjiet li ħadmu. Malli ksibna l-gowl tad-draw ħadna l-kunfidenza. Minn hemm il-quddiem bdejt nemmen li nistgħu nieħdu rebħa u tlett punti kif fil-fatt ġara.” Finalment mistoqsi dwar ilfutur ta’ Pieta’ Coleiro qal, “Ser ikun staġun diffiċli pero’ nemmen li bl-iskwadra li għandna aktar ma’ jgħaddi żmien aktar qed nidraw lil xulxin. U dan jawgura tajjeb sabiex insalvaw postna fl-ogħla diviżjoni.”
Id-differenza bejn it-timijiet hi minima
“Il-kowċ ippreparana sabiex nilagħbu logħba ta’ kontrattakk konxji mill-qawwa tal-avversarji tagħna.” Hekk stqarr ma’ dan ilġurnal il-plejer ta’ Tarxien Rainbows Firaz Aboulezz. “Għalaqna kull spazju u
rnexxielna nsibu żewġ gowls flewwel taqsima. Kien importanti ħafna li nżommu sod fil-bidu tattieni ħamsa u erbgħin minuta pero’ bqajna konċentrati tul ilpartita kollha.” Dwar il-bidu tal-kampjonat u l-
LOGĦBIET MEMORABBLI
Pietà Hotspurs wettqu waħda mill-akbar sorpriżi
andament tiegħu Aboulezz qal, “Fl-ewwel erba’ logħbiet ħadna erba’ draws. Kien hemm logħbiet fejn stajna rbaħna u dan m’għamilnihx. Anki fl-unika telfa s’issa kontra Balzan nemmen li tal-anqas kien ħaqqna
- Firaz Aboulezz (Tarxien R)
punt. Imma dak huwa l-futbol.” Finalment dwar il-logħbiet li jmiss Aboulezz qal, “Issa jmissna logħba kruċjali kontra l-liders u ġirien Hibernians. Huma jinsabu għaddejjin minn vena formidabbli fejn minn seba’ logħbiet ħadu
l-punti massimi. Imma aħna mhux se naqtgħu qalbna. Dan huwa derby akkanit fejn dejjem tkun logħba missielta. Jidher li ddifferenza bejn it-timijiet kollha fil-Kampjonat Premier hi minima.”
Floriana jilqgħu lil Inter fit-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazzi
FLORIANA……..........…….1 INTER……..........………….3 EMPIRE STADIUM: 13-09-1978
Madwar 15,000 spettatur ħonqu l-Empire Stadium, ilGżira sabiex isegwu l-konfront bejn Floriana u Inter mill-ewwel leg tat-Tazza Rebbieħa tatTazzi. Kienet okkażjoni unika għall-partitarji numerużi ta’ Inter li jaraw mill-viċin lill-plejers ta’ klassi mondjali bħal Altobelli, Oriali, Beccalossi u aktar. Inter marru fil-vantaġġ fl-14-il minuta meta minn corner ta’ Beccalossi kien ALESSANDRO ALTOBELLI li żmarkat filkaxxa għeleb lil Gatt. Wara dan il-gowl Inter dehru li qed jirrilassaw bi Floriana jkunu prudenti. L-ewwel taqsima għalqet bitTaljani jgawdu gowl vantaġġ. Imma appena żewġ minuti fittieni taqsima Bini waqqa’ lil
Charlie Micallef fil-kaxxa birreferee Reeves jordna l-penalty. Mill-ħdax il-metru RAYMOND XUEREB ikkonverta u l-Empire Stadium sploda bl-għajta ta’ gowl. Issa Inter inħasdu u ħadu l-kmand tal-logħba iżda aktar ma’ beda jgħaddi ħin aktar bdew isibuha diffiċli sabiex jinfdu liddifiża organizzata tal-Greens. Meta l-logħba dehret destinata għad-draw fit-82 minuta Inter ingħataw penalty wara li r-referee ġġudika li John Holland waqqa’ lil ALESSANDRO ALTOBELLI fil-kaxxa. L-istess plejer ma’ żbaljax u tefa’ lil Inter mill-ġdid fil-vantaġġ. Lejn it-tmiem ALESSANDRO ALTOBELLI għaqqad hat trick personali għal 3-1. Minkejja r-rebħa ta’ Inter, Floriana kienu ta’ sfida denja. Fil-fatt il-kowċ tan-Neroazzurri Bersellini stqarr li l-mod kif Floriana lagħbu rrovina l-pjani ta’ Inter.
Il-penalty ta’ Floriana skorjat minn Raymond Xuereb kontra Inter
“Ħsibna li se jattakkaw. Iffullaw nofs il-grawnd u għamluha diffiċli ħafna għalina. Ilpitch u r-riħ effettwaw il-wirja tagħna wkoll. F’San Siro tkun storja differenti.” Fil-fatt hekk kien peress li b’gowls minn Muraro (2),
Fedele (2) u Chierico. ħmistax wara Inter reġgħu għelbu lil Floriana u għaddew b’aggregate ta’ 8-1. FLORIANA – Gatt, Ciantar, Farrugia, Balani, J. Holland, G. Xuereb, F. Micallef, Azzopardi ( Borg), R. Xuereb, P. Micallef
(Jul. Holland), C. Micallef INTER – Bordon, Baresi, Fedele, Painato, Canuti, Bini, Oriali, Mariani, Altobelli, Beccalossi (Scanziani), Muraro Referee – Reeves (Ingilterra) Attendenza – 14, 688
www.maltarightnow.com
30
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
Roma jfittxu rebħa rari fl-Ingilterra CHAMPIONS LEAGUE
Bejn illum u għada tintlagħab it-tieni ġurnata mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League u llum jispikkaw il-logbiet ta’ Manchester City u ta’ Barcelona. Iċ-champions tal-Ingilterra jilagħbu kontra Roma fl-Etihad Stadium filwaqt li Barcelona jmorru jilagħbu barra minn darhom kontra ċ-champions Franċiżi PSG. Ir-rekord li għandhom Man City kontra timijiet Taljani hu wieħed negattiv u anke dak ta’ Roma f’l-Ingilterra. City jridu jtemmu dan ir-rekord negattiv biex jieħdu l-ewwel tliet punti fil-grupp wara li fl-ewwel partita tilfu fl-aħħar minuti kontra Bayern Munich. L-aħħar darba li s-Citizens rebħu kontra avversarji Taljani kien fit-tielet rawnd talUEFA Cup kontra Milan flistaġun 1997-98. Dakinhar City kienu rebħu b’aggregate ta’ 5-2 u Brian Kidd, il-bniedem li llum-il ġurnata hu asssistant manager tat-tim kien skurja fiż-żewġ legs. Filwaqt li r-rekord kontra ttimijiet Taljani ma tantx hu tajjeb, ir-rekord kontra l-istess timijiet imma fl-Ingilterra hu wieħed pożittiv. Dan għaliex f’erba’ darbiet li City laqgħu timijiet Taljani f’darhom rebħu darbtejn u ġew draw darbtejn. L-aħħar konfront kontra tim Taljan kien dak talistaġun 2011-12 meta dakinhar City kienu ġew draw 1-1 f’partita mill-fażi tal-gruppi kontra Napoli. Fi tmiem il-ġimgħa Man City rebħu 4-2 barra minn darhom filkampjonat kontra Hull biex b’hekk baqgħu fit-tielet post filkampjonat filwaqt li minn naħa tagħhom Roma baqgħu fl-ewwel post tas-Serie A flimkien ma’ Juventus meta rebħu 2-0 kontra Verona. Il-fatt l-aktar sorprendenti ta’ Roma hu li dawn mhux biss rebħu ħames partiti minn ħamsa imma li matulhom qalgħu biss gowl. Ta min jiftakar li fl-ewwel ġurnata minn-fażi tal-gruppi Roma fetħu bil-kbir meta ġabu fix-xejn lil CSKA Moscow u rebħulhom 5-1. Issa t-tim ta’ Garcia se jkollu biċċa xogħol diffiċli biex jieħu tliet punti millIngilterra, xi ħaġa li dawn għamlu biss darba minn 14-il darba li lagħbu f’dan il-pajjiż. L-aħħar rebħa ta’ Roma waslet fl-istaġun 2000-1 kienet dik kontra Liverpool fir-raba’ rawnd talUEFA Cup, anke jekk xorta waħda kienu sfaw eliminati b’aggregate ta’ 2-1. Biex wieħed ikompli jara kemm Roma se jkolhom biċċa
xogħol iebsa, dawn se jkunu qed ifittxu l-ewwel rebħa fil-belt ta’ Manchester. Żgur li l-partitarji u l-plejers ta’ Roma jiftakru meta kienu ġew umiljati 7-1 f’Old Trafford kontra Man Utd flistaġun 2006-7. L-aħħar darba li lagħbu fl-Ingilterra City kienu ħadu draw ta’ 1-1 kontra Fulham fl-Europa League. Il-captain ta’ Roma Francesco Totti, minkejja li hu wieħed milaqwa skorers fl-istorja tal-klabb qatt ma skurja f’disa’ okkażjonijiet li fihom lagħab fl-Ingilterra. Dan se jkun qed jipprova jfittex li, ftit jiem wara għeluq it-38 sena (nhar is-Sibt) jiskurja flIngilterra biex jgħin lit-tim jikseb rebħa importanti. Jista’ jagħti l-każ li mal-ewwel 11 ta’ City jibda l-midfielder veeteran Frank Lampard, plejer li qiegħed fuq self mal-kabb u qed jimpressjona fejn s’issa skurja erba’ gowls fi spazju ta’ ġimgħa. Id-difensur ta’ City Zabaleta u l-midfielder ta’ Roma De Rossi se jkunu eliġibbli għal logħob wara li skontaw logħba ta’ sospsensjoni. Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp Bayern Munich jibdew favoriti li jirbħu barra minn darhom kontra CSKA Moscow. Fil-kampjonat Ġermaniż Bayern qed jibdew jiftħu vantaġ f’ras ilklassifika u wieħed jistenna li dawn jippruvaw ukoll jiksbu malajr kemm jista’ jkun punti f’dan il-grupp ferm diffiċli biex jaċċertaw mil-kwalifikazzjoni kmieni. Għar-Russi se tkun diffiċli li jwettqu reazzjoni kontra tim b’saħħtu li sena ilu diġa’ kien rebaħ 3-1 u 3-0 kontrihom fiżżewġ konfronti mil-fażi tal-gruppi.
Rekord pożittiv kontra l-Ispanjoli PSG jaffrontaw lil Barcelona f’waħda mill-aktar partiti interessanti ta’ llejla. L-attenzjoni żgur li se tkun fuq l-attakkant ta‘ PSG Ibrahimovic li se jkun qed jilgħab kontra l-eks tim tiegħu. Ibrahimovic ma lagħabx fl-aħħar żewġ partiti ta’ PSG imma jidher li se jkun irkupra għal din il-partita. Fl-ewwel logħba ta’ din il-fażi l-istess Ibrahimovic kien diġa’ lagħab kontra Ajax, eks tim tiegħu ieħor, f’konfront li spiċċa 1-1. Minn naħa tagħhom Barcelona qegħdin l-ewwel filgrupp b’rebħa ta’ 1-0 kontra APOEL Nicosia. L-aħħar darba li dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu kontra xulxin kien fl-istaġun 2012-13 meta
SPORT
Il-Programm
Illum Grupp E CSKA v B. Munich (18.00) Man City v Roma (20.45) Grupp F PSG v Barcelona (20.45) APOEL v Ajax (20.45) Grupp Ġ Sporting L v Chelsea (20.45) Schalke 04 v Maribor (20.45) Grupp Ħ S. Donetsk v Porto (20.45) BATE v A. Bilbao (20.45) Għada Grupp A Malmo v O. Piraeus (20.45) A. Madrid v Juventus (20.45) Grupp B Basel v Liverpool (20.45) Ludogorets v R. Madrid (20.45) Grupp Ċ Zenit SP v Monaco (18.00) B Leverkusen v Benfica (20.45) Grupp D Arsenal v Galatasaray (20.45) Anderlecht v Dortmund (20.45) dakinhar il-Katalani kienu għaddew bir-regola tal-gowls barra minn darhom. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn listatistika jinduna li Barcelona se jkollhom biċċa xogħol iebsa biex jirbħu kontra PSG. L-uniku rebħa f’ħames darbiet li lagħbu kontra PSG kien fl-istaġun 199697 fil-finali tat-Tazza tat-Tazzi. PSG ilhom ma jitilfu f’darhom f’kompetizzjoni Ewropea sa mill-2006 filwaqt li fl-istaġun li għadda, fiċ-Champions League rebħu erba’ minn ħames partiti f’darhom. PSG tilfu biss darba minn 10 logħbiet kontra timijiet Spanjoli u dan kien kontra Deportivo La Coruna fis-sena 2000. Fi tmiem il-ġimgħa Barcelona rebħu 6-0 kontra Granada filkampjonat filwaqt li PSG ġew miżmuma draw minn Toulouse. Bla dubju l-akbar theddida għattim ta’ Blanc se jkun Lionel Messi, plejer li fi tmiem ilġimgħa, fl-eta ta’ 27 sena, għaqqad l-400 gowl fil-karriera tiegħu. Wara draw pożittiv kontra Barcelona fl-ewwel logħba, Ajax illejla jilagħbu barra minn darhom kontra APOEL. Ajax ilhom dawn l-aħħar seba’ partiti fiċ-Champions League ma jirbaħux. Għal APOEL din se tkun l-ewwel darba fl-istorja tagħhom li se jkunu qed jilagħbu kontra tim Olandiż. Il-fatt li dawn se
Sergio Aguero u sħabu ta’ Man City waqt it-taħriġ qabel il-logħba kontra Roma
jkunu qed jilagħbu f’darhom jgħinhom fejn fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni dejjem ħarġu rebbieħa meta lagħbu f’darhom. Fi tmiem il-ġimgħa APOEL ġew draw kontra AEL Limassol u din kienet l-ewwel darba dan listaġun li ma rebħux f’darhom fil-kampjonat.
Kulħadd bl-istess punti Chelsea jidhru li se jkunu huma li jiddominaw fil-kampjonat Ingliż imma l-avventura tagħhom f’din il-kompetizzjoni ma tantx bdiet fuq nota tajba meta ġew miżmuma draw 1-1 f’darhom kontra Schalke. Illejla dawn jilagħbu barra minn darhom kontra Sporting Lisbon. Wieħed irid jara jekk l-attakkant Diego Costa ta’ Chelsea hux se jilgħab. Wara li fi tmiem il-ġimgħa skurja fir-rebħa kontra Aston Villa, l-manager ta’ Chelsea Mourinho żvela li Costa qed iħoss uġiegħ fil-hamstring. Madankolu l-istess Mourinho qal li jrid li Costa xorta waħda jilgħab kontra Sporting illejla u kontra Arsenal nhar il-Ħadd li ġej. Fl-ewwel logħba Sporting kienu kważi ħadu tliet punti sakemm Maribor salvaw draw flaħħar minuta tal-logħba. Minkejja li Chelsea, grazzi għall-forma li għaddejin minna,
jibdew favoriti li jirbħu, l-istatistika turi li meta Sporting jilagħbu f’darhom dawn ikunu perikolużi. Il-Portugiżi rebħu l-aħħar tliet partiti li lagħbu f’darhom kontra avversarji Ingliżi mingħajr ma qalgħu gowl. L-aħħar darba li Sporting tilfu kontra tim Ingliż kien fl-2008 kontra Man Utd. Fil-logħba l-oħra Schalke jibdew favoriti li jirbħu kontra Maribor. Fi tmiem il-ġimgħa Schalke, li kelhom bidu kemmxejn negattiv fil-kampjonat, kisbu rebħa 2-1 kontra Borussia Dortmund u żgur se tgħinhom fil-morall. Minn naħa tagħhom Maribor qatt ma rebħu kontra avversarji Ġermaniżi f’kompetizzjonijiet Ewropej.
Iridu jkomplu minn fejn ħallew Wara r-rebħa kbira ta’ 6-0 li kibsu Porto kontra BATE Borisov fl-ewwel ġurnata, dawn illejla jilagħbu barra minn darhom kontra Shakhtar Donetsk. Shakhtar se jkunu ġejjin minn draw ta’ 0-0 barra minn darhom kontra Athletic Bilbao. B’hekk, Athletico Bilbao u BATE se jkunu qed ifittxu lewwel rebħa f’din il-kompetizzjoni. L-Ispanjoli, wara li eliminaw lil Napoli fil-play-offs iddiżappuntaw bil-kbir u rebħu biss logħba.
www.maltarightnow.com
SPORT
Winston Musat ġiegħlni mmur ma’ Naxxar Lions BIDLA FIL-KOWĊ TA’ NAXXAR LIONS
Jesmond Zerafa se jkun qed jirritorna fil-Kampjonat Premier wara nuqqas ta’ ftti xhur hekk kif l-istaġun li għadda kien fittmexxija ta’ Balzan. Huwa se jkun qed jieħu post Winston Muscat li sar l-ewwel kowċ filPremier dan l-istaġun li tilef postu. Huwa ħalla l-klabb li miegħu kien rebaħ il-promozzjoni lejn il-Premier fi tmiem listaġun 2012-13. “Inħossni ftit sodisfatt għaliex wara sitt xhur ma nagħmel xejn dan l-aħħar bdejt noqmos ftit. Sodisfazzjon ukoll li Naxxar interessaw ruħhom fija. Nemmen li hemm potenzjal għaliex naħseb li l-mira hi li jevitaw irrelegation. Hemm plejers li għandhom ċertu potenzjal imma trid taħdem u mhux faċli. Qed nistenna bil-ħerqa li nibda din lavventura,” qal Zerafa li se jmexxi l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ illum. Zerafa jidher li jħobb ilpressjoni għaliex jemmen li jekk kowċ ma jkollux din il-pressjoni ma jista’ qatt itejjeb il-prestazzjoni tiegħu.
L-eks kowċ ta’ Balzan u Valletta fost l-oħrajn, qal li tkellem mal-President Dione Drago u għaraf kemm hu persuna dedikata li jagħmel minn kollox biex iżomm il-plejers kuntenti u issa hu bħala kowċ ġdid jeħtieġ lgħajnuna ta’ kulħadd biex jinqalgħu minn din is-sitwazzjoni. Naxxar Lions bħalissa jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar bi tliet punti biss minn seba’ partiti li fihom ħadu tliet draws u erba’ telfiet waqt li għadhom mingħajr rebħa. “Bla dubju li l-kowċ li kien hemm qabli kellu potenzjal għaliex jien naf lil Wintson b’mod personali u naf il-potenzjal li għandu. Żgur li ma kienx ttort tiegħu għal din is-sitwazzjoni imma kif kulħadd jaf filfutbol l-ewwel li jiblagħha lkowċ u jien għandi din l-esperjenza li kont tneħħejt meta ġibt lunuri aħseb u ara meta ma ġġibx unuri.” Zerafa qal li qabel ħa ddeċiżjoni tkellem ma’ Winston Muscat biex ikun ċert li mhu se jkun qed jidħol fuq ħadd għax
Ħadd u xejn m’hu se jaqtgħalna qalbna
- Jerry Ellul (tim manager Valletta)
It-tim manager ta’ Valletta Jerry Ellul qal li t-telfa 2-1 kontra Pietà kienet xokk għal kulħadd inkluż partitarji plejers u staff tekniku. Hu fakkar iżda kif l-istaġun li għadda Valletta fallew kontra timijiet meqjusa żgħar fosthom telfa kontra Naxxar Lions lejlet il-Milied u l-istaġun ta’ qabel kontra Melita. “Din hi xi ħaġa li għalina bħala klabb tal-Belt mhix aċċettabbli għalkemm il-futbol illum ma teħodlux kopja. Minkejja dawn ir-riżultati mhux tajbin, għaliex ma niftakar qatt kemm ilni malbelt li kellna bidu daqshekk ħażin, ħadd u xejn m’hu se jaqtgħalna qalbna. Is-sena l-oħra rbaħna l-kampjonat bi tliet telfiet. Nispera li din it-telfa tqajjimna fuq tagħna issa li għandna perjodu weqfin minħabba n-nazzjonal.” Ellul fakkar li s-sena l-oħra wara t-telfa kontra Naxxar ukoll kien hemm il-waqfa u minn hemm ikupraw tajjeb għaliex
31
It-Tlieta, 7 ta’ Ottubru, 2014
ħarsu l-quddiem. Ellul qal li l-kumitat iddeċieda li jwaqqaf il-kuntratt tal-aħħar akkwist minn disa’ barranin li kellhom, Paolo Lico li ffirma mal-klabb wara t-telfa kontra Mosta u d-draw ma’ Tarxien. Hu qal li kien wasal biex jagħlaq issuq tat-trasferimenti meta ffirmawh u issa laħqu ftehim malmanager tiegħu li dan jieqaf. Huwa qal li fl-opinjoni personali tiegħu u tal-kowċ sebgħa barranin huma biżżejjed. Ellul m’eskludiex ukoll il-fatt li Denni Dos Santos jista’ jirritorna jilbes il-flokk ta’ Valletta millBahrain. Hu qal li jitkellem miegħu kuljum, hu plejer tal-Belt u jekk jiġi Malta għadu tal-Belt. Ellul qal li fil-Bahrain Dos Santos mhux qed jilgħab u bħalissa hu bla klabb u sejjer lura l-Brażil. “Jekk Denni jiddeċiedi millBrażil li jiġi hawn iċ-ċansijiet huma li naslu fi qbil miegħu,” ikkonkluda Ellul.
– Jesmond Zerafa (kowċ Naxxar L.)
Jesmond Zerafa (xellug) se jkun qed imexxi lil Naxxar Lions il-ħabib tiegħu Winston Muscat
ried ikun komdu u ħa sorpriża b’dak li qallu l-predeċessur tiegħu. “Meta ċempilt lil Winston biex juri kemm hu raġel qalli mur għaliex hu klabb tajjeb u tista’ taħdem. Kien hu li ġiegħlni mmur man-Naxxar,” qal Zerafa li kkonferma li l-Ġimgħa se jkun qed jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra Balzan fejn se japprofitta
minflok
mill-waqfa tal-Premier biex jipprova jkun preparat għall-ewwel impenn uffiċjali kontra Żebbuġ, l-aħħar tim fil-klassifika. “Dan mhux biżżejjed imma ma nistax nistenna l-ħin u ż-żmien għaliex il-pożizzjoni mhix idejali.” Kuntattjat minn dan il-ġurnal Winston Muscat qal li kellu laqgħa filgħodu mal-Presdent u ntlaħaq ftehim bejn it-tnejn biex
ma jkomplix fil-kariga ta’ kowċ. Muscat, li ma xtaqx jelabora dak li ntqal fil-laqgħa qal biss li kien ilu jumejn jaħseb dwar dan wara l-logħba kontra Hibernians għaliex matul dawn l-ewwel seba’ partiti kien ‘kuntent biss sa ċertu punt’. Hu kkonferma wkoll li l-ftehim li laħaq mal-President jippermettilu li jista’ jmexxi klabb ieħor anke b’mod immedjat. Il-President Dione Drago f’kumment waqt il-programm Replay Ikompli fuq Radio 101 qal, wrara l-logħba kontra Hibs evalwaw is-sitwazzjoni u kontra qalbu kellu jittermina l-kuntratt b’mod amikevoli ma’ Winston Muiscat. “Wara sentejn u nofs taħdem ma’ kowċ ma kinitx faċli li tittermina l-ftehim. Jien li m’għandix esperjenza kbira filfutbol ma tantx kelli sitwazzjonijiet bħal dawn,” qal Drago. Il-President ta’ Naxxar qal ukoll li l-ftehim ma’ Jesmond Zerafa se jkun jinvolvi li l-plejers jittrenjaw darbtejn kuljum.
Kontra n-Norveġja rridu nagħtu qalbna EURO 2016
– Pietro Ghedin (kowċ nazzjonali)
“Se tkun partita diffiċli u bħassoltu aħna se nippruvaw nagħtu l-massimu u fuq kollox nagħtu qalbna. Din hi l-mira tagħna. Imbagħad ikun il-ground li jiddeċiedi min hu l-aħjar.” Dan qalu l-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin hekk kif issa beda l-aħħar preparamenti għaż-żewġ partiti diffiċli li jmissu t-tim nazzjonali Malti f’Ta’ Qali mill-Euro 2016 kontra n-Norveġja u l-Italja fi spazju ta’ erbat’ijiem. “Għandi tliet difensuri neqsin imma mbagħad għandi plejers li
kapaċi jilagħbu daqshom u għalkemm jiddispjaċini għal dawk li se jkunu neqsin għandi plejers bħal Zach Muscat li kien tajjeb ħafna kif kienu dawk li lagħbu filKroazja. Ninsab fiduċjuż.” Ghedin qal li kif kulħadd jaf dawn il-pajjiżi Nordiċi huma magħrufa għall-fiżika tagħhom u għalkemm iħoss li l-plejers tiegħu fiżikament huma tajbin, mhumiex tal-istess livell tagħhom, imma xorta waħda se jipprova jiddefendi tajjeb. Hu qal li ra l-partiti tal-passat bejn Malta
u n-Norveġja u ra affarijiet pożittivi. Ghedin tenna li issa qed jistenna li jara lit-tim Malti ħiereġ mill-ground fost l-applaws talpubbliku. Ghedin qal li ma jaqbilx ma min jgħid li l-plejers Maltin għallogħba kontra n-Norveġja mhux se jkunu qed jagħtu l-aħjar tagħhomgħaliex jibżgħu li jweġġgħu jew li jkunu sospiżi għal kontra l-Italja. Huwa qal li lplejers tiegħu dejjem taw l-aħjar tagħhom u ma jemminx li se jżommu lura.
Partizan Belgrade kienu mmultati u ordnati jilagħbu llogħba li jmisshom millEuropa League b’parti millistadium magħluq wara li l-partitarji tagħhom ħarġu banner anti-semitiku kontra Tottenham. Il-bandiera kienet imitazzjoni tal-logo tal-programm tal-BBC
‘Only Fools and Horses’ b’ċertu kliem mibdula biex is-slogan ikun wieħed offensiv. Il-UEFA qalet li l-ġlieda kontra r-razziżmu hi priojorità, żdiedet u għalhekk il-pieni saru aktar ħorox.” Partizan se jkollhom jagħlqu sezzjoni ‘K’ tal-istadium tagħhom meta jiltaqgħu kontra
Besiktas fit-23 ta’ Ottubru u kienu mmultati wkoll €40,000. Il-manager ta’ Spurs - li għandhom assoċjazzjoni storika mal-Lhud - Mauricio Pochettino ddeskriva l-banner bħala “wieħed ta’ nuqqas ta’ rispett kbir u inaċċettabbli” wara draw 0-0 fil-Partizan Stadium.
Partizan kastigati mill-UEFA
www.maltarightnow.com
32
It-Tlieta, 30 ta’ Settembru, 2014
LOKALI
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca stiednet lill-Papa Franġisku biex jiġi Malta. Stedina li saret waqt udjenza privata li kellha mal-Papa fil-Vatikan. Il-laqgħa, li saret ilbieraħ filgħodu fil-Palazz Appostoliku, kienet l-ewwel waħda bejn iż-żewġ Kapijiet ta’ Stat. Fost it-temi diskussi, minbarra r-relazzjonijiet bejn Malta u s-Santa Sede, kien hemm il-ħidma tal-Knisja fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-welfare, il-kontribut ta’ Malta fi ħdan l-UE kif ukoll il-kunflitti fir-reġjun tal-Mediterran, inkluż il-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari. Il-President, akkumpanjata mir-raġel tagħha Edgar Preca, u mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella, tinsab fuq żjara statali fil-Vatikan (Ritratt: DOI, Jeremy Wonnacott)
Promozzjonijiet bizzilla għal tal-qalba f’Għawdex Isiru biss intervisti finta Joe Mikallef
Il-Ministeru għal Għawdex għandu programmat li jkompli għaddej b’aktar promozzjonijiet għal tal-qalba biex jaġevola lil dawk li huma viċin tal-Ministeru. Madankollu, biex fid-deher kollox jidher li sar skont ir-regolamenti taċ-Ċivil, xorta waħda se jsiru ċerti intervisti relatati malpromozzjonijiet, ħalli finalment ħadd ma jkun jista’ jgħid xejn dwar l-għażla li tkun saret. Sorsi infurmati tajjeb qalu lil ‘In-Nazzjon’ li fil-bidu ta’ Ottubru, mistennija jsiru ‘interviews’ biex jinħatar ‘foreman’ għat-Taqsima tar-Restawr f’Għawdex. Għal din il-kariga, kienet inħarġet sejħa għal dawk interessati. Madankollu, l-individwu li se jkun qed jingħata din il-kariga ilu sew li kien identifikat, u dan il-
ġurnal għandu l-informazzjoni kollha dwaru. Fil-fatt, nistgħu nikkonfermaw ukoll li l-eżerċizzju tal-intervisti ma’ dawk interessati f’din ilkariga se jsiru kif ippjanat, għalkemm kollox se jkun qed isir b’mod finta. Fi ftit kliem, għal wiċċ in-nies u biex ir-regolamenti taċ-Ċivil ma jkunux qed jinkisru. L-istess ħaġa mistennija ssir b’konnessjoni mal-ħatra ta’ ‘foreman’ tat-Taqsima tar-Roads f’Għawdex. Il-Ministeru ilu ftit mhux ħażin li għażel żewġ persuni għal dan ir-rwol. Wieħed mill-persuni magħżula, ftit tal-
Il-Ministeru għal Għawdex: il-post fejn qed jittieħdu ħafna deċiżjonijiet mill-aktar kontroversjali
L-importanti mhux kemm int tajjeb fix-xogħol, imma jekk intix viċin tal-qalba fil-Ministeru għal Għawdex
jiem ilu ftaħar dwar dan quddiem kulħadd fl-uffiċċju fejn jaħdem. Jiġifieri għal darba oħra, anke f’dan il-każ se jsiru l-intervisti ma’ dawk interessati, iżda kollox se jsir b’mod finta għax il-promozzjoni, anke f’dan ir-rigward,
se jeħduha nies qrib il-Ministeru. Is-sorsi li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’ fissru kif f’Għawdex qed ikomplu jsiru ħniżrijiet kbar b’detriment għal min hu serju u kapaċi, sew jekk tkun Nazzjonalist u anke jekk tkun Laburist, għax fil-verità “dawn jagħżlu anke bejn il-Laburisti stess, skont ta’ min ikunu”. Dawn is-sorsi temmew li matul ix-xhur li għaddew saru wkoll għadd ġmielu ta’ transfers biex kienu akkomodati numru ta’ persuni għad-dannu ta’ oħrajn li mingħajr spjegazzjoni ta’ xejn, twarrbu.