Nru 13,869
Imfittex fuq frodi ta’ €40 miljun
www.maltarightnow.com
ESKLUSSIVA
Il-Ħamis, 9 ta‘ Ottubru, 2014 €0.80
Malta inqas attraenti għall-investiment barrani Ara paġna 32
Ryan Schembri
Negozjant Malti allegatament ħarab minn Malta wara li gidem għadd kbir ta’ negozjanti li magħhom kien jagħmel xi forma ta’ negozju. Il-Pulizija Maltija tinvestiga l-każ u tibda tfittxija għalih bl-għajnuna tal-Interpol
Joe Mikallef
Ryan Schembri, negozjant Malti ta’ 36 sena li joqgħod ilMellieħa, bħalissa qiegħed ikun imfittex mill-Pulizija Maltija u mill-Interpol b’konnessjoni ma’ frodi li globalment tammonta għal aktar minn €40 miljun. Din il-frodi – mifruxa ma’ għadd ġmielu ta’ negozjanti oħra Maltin – wasslet biex anke dawn jibdew tfittxija għalih biex jieħdu dak li hu tagħhom. Il-każ issa spiċċa quddiem ilPulizija Maltija li permezz tatTaqsima ta’ Kontra l-Frodi bdiet investigazzjoni intensiva biex filwaqt li jinġabru aktar dettalji dwar din il-frodi mifruxa, ikun stabbilit ukoll fejn jinsab l-istess Ryan Schembri. In-Nazzjon ilu jsegwi dan ilkaż għal dawn l-aħħar jiem, wara li negozjanti migduma ġew fl-uffiċċji tagħna u qasmu magħna l-esperjenza qarsa tagħhom li silfu flejjes kbar lil Ryan Schembri u mbagħad, ħabta u sabta, mhux talli ma
miljun u lbieraħ iltaqa’ b’mod separat ma’ numru ta’ negozjanti Maltin jew nies viċin tagħhom li b’xi mod ingidmu b’dan ilkaż. Fost l-oħrajn, iltqajna ma’ individwu partikulari li kien viċin ħafna ta’ Ryan Schembri u li miegħu ħadem għal żmien
Ara paġni 16 u 17
Imut il-pazjent Amerikan infettat bl-Ebola
Ara paġna 13
Il-kumpanija Cassar & Schembri (Marketing) Ltd f’Tal-Ħandaq (Ritratt: Martin Agius)
ħadux flushom lura jew inkella l-imgħaxijiet jew il-profitti mwiegħda, talli skoprew li Ryan Schembri x’aktarx li ħarab minn Malta flimkien mal-familja tiegħu. Minn hawn, il-ġurnal InNazzjon beda jinvestiga dan ilkaż delikat ta’ frodi ta’ €40
Sintomu ta’ Gvern li jgħid mod u jagħmel ieħor
relattivament twil, imma llum spiċċa b’ta’ fuqu senduqu għaliex “ħabibu”, Ryan Schembri, żburżjah. Morna wkoll infittxu lil Ryan Schembri fil-fabbrika Cassar & Schembri (Marketing) Ltd li tinsab f’Tal-Ħandaq. għal paġna 3
www.maltarightnow.com
3
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
LOKALI
Misteru fejn jinsab
Telaq minn Malta bejn l-20 u l-21 ta’ Settembru minn paġna 1
Hemmhekk tkellimna ma’ diversi persuni li qalu li ilhom ma jaraw lil Ryan għal dawn laħħar ġimgħat. “Filli konna narawh hawnhekk kważi kuljum, u filli qata’ ħesrem,” qalilna raġel li ta’ kuljum ikun f’post qrib din il-fabbrika, li fiha jinħażnu prodotti tal-laħam. Raġel ieħor qal lil In-Nazzjon li dak li jista’ jgħid hu li mhux biss Ryan Schembri ilu ma jidher ’l hemmhekk, iżda ta’ spiss qed imorru xi persuni jistaqsu għalih. “Jiġu hawnhekk jistaqsu jekk ilniex ma narawh u fejn jistgħu jsibuh.” Wara li tkellimna ma’ bosta negozjanti oħra migduma u rrabjati, morna nfittxu lil Ryan Schembri anke fir-residenza tiegħu, fl-inħawi ta’ Santa Marija Estate fil-Mellieħa. Morna d-dar tiegħu f’ħinijiet differenti u ċempilna l-qanpiena ripetutament, imma ma kellna lebda tweġiba. Stajna ninnutaw li
Il-villa f’Santa Marija Estate, fil-Mellieħa, proprjetà tal-familja Schembri (Ritratti: Martin Agius)
jixtri kunsinni ta’ prodotti minn pajjiż A u jbigħhom f’pajjiż B. Fost l-oħrajn, daħal fl-industrija tax-xiri u l-bejgħ tal-laħam, prinċipalment mingħand żewġ kumpaniji kbar fil-Brażil. Mingħandhom beda jixtri kunsinni kbar ta’ laħam u jbigħhom
“Sebħa” – ir-residenza ta’ Ryan Schembri fil-Mellieħa
l-kaxxa tal-ittri tar-residenza fiha ammont konsiderevoli ta’ oġġetti postali. Stajna ninnutaw ukoll li fil-bitħa tal-istess residenza, għalkemm kullimkien magħluq, kien hemm diversi affarijiet tallogħob ta’ iben il-koppja Schembri. In-Nazzjon tkellem ukoll ma’ ġirien tal-familja Schembri, iżda t-tweġiba kienet li ilhom ftit ma jarawhom. Sorsi qrib ħafna ta’ Ryan Schembri, li rabtuna b’kunfidenzjalità totali anki minħabba ċerti perikli li jeżistu fix-xenarju kif qed jiżviluppa dan il-każ kbir, fissrulna li n-negozju ta’ Ryan Schembri beda jikber madwar seba’ snin ilu meta fetaħ Supermarket f’Palm City, fi Tripli, il-Libja. Minn hemmhekk beda negozju ta’ “cross border trading” u beda
lil kumpaniji terzi bi profitt tajjeb ħafna għalih. Ryan Schembri, il-fundatur talkumpanija Cassar & Schembri (Marketing) Limited u ta’ kumpaniji oħrajn imwaqqfin minnu flimkien ma’ terzi, baqa’ jikber fin-negozju u jifrex l-operat tiegħu, fosthom bit-twaqqif ta’ aktar kumpaniji. Filwaqt li beda jispeċjalizza u jkabbar l-għarfien tiegħu flindustrija tax-xiri u l-bejgħ tallaħam minn pajjiż għall-ieħor, beda jiffrekwenta wkoll fieri internazzjonali kbar li jispeċjalizzaw fis-suq tan-negozju tallaħam. Fost l-oħrajn, matul is-snin kien jattendi fiera speċjalizzata kbira tal-laħam li ssir kull sentejn fi Franza u oħra li talterna magħha, li ssir fil-Ġermanja. Minn stand ta’ daqs modest,
matul is-snin kabbar l-istand tiegħu f’dawn il-fieri u beda jieħu miegħu negozjanti Maltin li beda jħajjarhom jinvestu miegħu f’dan in-negozju. Is-sorsi li tkellmu ma’ dan ilġurnal spjegaw li dak li beda jiġri bil-mod il-mod kien li Ryan Schembri beda jħajjarhom joħorġu flejjes kbar biex ikun jista’ jixtri ammonti ferm akbar ta’ kunsinni ta’ laħam biex imbagħad, meta jbigħhom lil terzi, il-qligħ finanzjarju jkun ferm akbar, u għalhekk il-profitti li jaqsam magħhom ikunu millaktar vantaġġjużi. Bosta minn dawn in-negozjanti Maltin, li ġew murija wkoll dokumenti u korrispondenza li Ryan Schembri kellu ma’ kumpaniji u ma’ nies barranin, belgħu l-lixka tiegħu u tawh ammonti kbar ta’ flus bil-patt li kull xahar jew kull meta miftiehem magħhom, jagħtihom profitti fuq is-self li jammontaw għal bejn għaxra u tnax fil-mija. Is-sorsi li tkellmu magħna spjegaw li s’April li għadda l-andament ta’ dan kollu kien miexi ħarir, u kif imwiegħed minn Ryan Schembri li dejjem assigura lillħafna negozjanti li kienu qed jafdawh bi flushom, li l-flus tagħhom kienu qed jiġu mħaddma mhux biss legalment f’negozju ta’ xiri u bejgħ internazzjonali ta’ laħam, iżda wkoll li dan in-negozju kien qed iħalli qligħ tajjeb. Il-profitti kienu jitħallsu bi flus kontanti jew b’ċekkijiet filwaqt li s-somma tal-investiment kienet koperta b’ċekkijiet f’isem ilkumpanija Cassar & Schembri (Marketing) Limited. Nifhmu, iżda, li filwaqt li lprofitti għal xi żmien tħallsu dejjem, f’April ta’ din is-sena dawn twaqqfu ħesrem bl-iskuża li Ryan Schembri kellu diffikultajiet mal-awtoritajiet Kroati u allu-
ra ma setax iġib il-profitti Malta biex ikun jista’ jħallas lillinvestituri. Mill-investigazzjonijiet li għamel dan il-ġurnal, jirriżulta li Ryan Schembri f’dak iż-żmien ma kienx Malta, minħabba li għal bejn wieħed u ieħor tliet
Il-kaxxa tal-ittri li turi li l-oġġetti postali ilhom ma jinġabru
ġimgħat kien imsiefer. Matul dak il-perjodu l-investituri bdew jitħassbu u għalkemm kien hemm xi kuntatti ma’ Ryan Schembri, dawn l-istess investituri – in vista tal-flejjes kbar li kienu għaddewlu – bdiet togħkorhom għajnhom li xi ħaġa setgħet bdiet sejra ħażin u huma jmorru minn taħt. Madankollu, jirriżulta li minn barra Ryan Schembri kien kontinwament iserraħ ras in-negozjanti li kien jirnexxilhom jaqbduh u jgħidilhom li hu kien se jirritorna Malta fi ftit taż-żmien.
Minn aktar investigazzjonijiet li għamel dan il-ġurnal, irriżulta li meta mbagħad ġie lura Malta, Ryan Schembri kien iltaqa’ ma’ dawk li kienu tawh u qed jagħtuh il-flus u filwaqt li kkonferma magħhom li kien qed jiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet, qalilhom ukoll li, iżda, kollox kien se jiġi solvut, u fil-ġimgħat ta’ wara kien se jerġa’ jibda jgħaddilhom il-profitti dovuti lilhom. Minn dakinhar sal-lum, Ryan Schembri siefer kemm-il darba għal tul ta’ ftit jiem. Kull darba li kien ikun se jsiefer kien jinforma lill-investituri u linnegozjanti li kienu fdawh bi flushom. Waqt li kien ikun imsiefer, kien jagħmel ukoll kuntatt magħhom biex iserrħilhom rashom dwar flushom. Dan kollu sakemm faqqgħet is-sajjetta. Għaliex fil-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Settembru li għadda, hu allegatament telaq minn Malta, milli jidher għalkollox, flimkien mal-familja tiegħu. Sorsi li tkellmu magħna qalu li filwaqt li qabel hu dejjem siefer bl-ajru, din id-darba ħalla Malta permezz tal-katamaran. Biex telaq minn Malta, x’aktarx li uża karozza tat-tip Mercedes Benz M Class. Jirriżulta wkoll li dakinhar, qabel ħalla Malta, informa lil xi ftit investituri u qalilhom li kien se jitbiegħed mill-gżejjer Maltin għal xi erbat ijiem jew ħamsa biss, u kellu jirritorna Malta. Madankollu, Ryan Schembri ma ġiex lura Malta u n-negozjanti kollha migduma bdew kaċċa għalih, fosthom permezz tat-telefown. Iżda ma kellhom lebda eżitu pożittiv, tant li ma kellhomx triq oħra ħlief li jirrikorru għand il-Pulizija biex jirrappurtaw dan il-każ kbir ta’ frodi ħalli jinfetħu investigazzjonijiet immedjati. Nifhmu li l-Pulizija Maltija qed tieħu dan il-każ bl-akbar serjetà u talbet ukoll lill-Pulizija tal-Interpol biex tgħin fit-tfittxija għal Ryan Schembri.
Il-post fejn sa ftit ilu kien hemm it-tabella, issa maqlugħa, fl-imħażen ta’ Ryan Schembri f’Ħal Qormi (dettall mir-ritratt f’paġna 1)
www.maltarightnow.com
4
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
QORTI
Jiżdiedu l-familji li qed ifittxu lill-ARMS fil-Qorti Claire Mifsud
Il-kawża li familja Irlandiża fetħet fil-Qorti kontra l-kumpanija ARMS fissret raġġ dawl fuq kwistjoni li ilha tkaxkar għal numru ta’ snin. Il-kwistjoni kollha ddur fuq iż-żewġ rati li għandha lkumpanija ARMS, ir-rata Residenzjali u dik Domestika (jew Non-Residenzjali). Madankollu, jidher li persuni li jikru proprjetà qed ikunu mitluba jħallsu r-rata domestika, jew dik non-residenzjali, u dan qed ifisser li qed jintalbu jħallsu ammont kbir ta’ flus iktar milli suppost. Patricia Graham hija biss waħda minn dawk li kienu milqutin minn
din il-problema. Bħalha qed jintlaqtu numru ta’ familji oħrajn, Maltin u barranin, li jikru l-proprjetà tagħhom f’Malta. F’kummenti ma’ In-Nazzjon, Patricia kellha kliem iebes għallmod kif l-ARMS qed tittratta ddiffikultajiet ta’ dawn il-familji u stqarret li “l-ARMS mhix interessata li tiddiskuti”. Il-kwistjoni issa spiċċat f’ħoġor il-Qorti minħabba li numru ta’ familji qed jitolbu l-ħlas lura talflus żejda li ħallsu meta tpoġġew fuq ir-rata domestika u mhux residenzjali. Minbarra l-kawża talfamilja Irlandiża, hemm ukoll kawża kostituzzjonali u anke dik li tissejjaħ ‘Class Action’.
18-il xahar ħabs oħra fuq sejba ta’ eroina fil-ħabs
Melchior Spiteri, ta’ 39 sena minn Bormla, li jinsab il-ħabs fuq diversi każi, fosthom dak ta’ qtil, kien ikkundannat 18-il xahar ħabs oħra wara li nstab ħati li fiċ-ċella tiegħu kellu ddroga eroina bl-intenzjoni li jittraffikaha. Il-każ kien seħħ fl2007 meta huwa nstab ħati wkoll li kellu fil-pussess tiegħu, fil-ħabs ukoll, id-droga kannabis. Mill-provi li tressqu quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, irriżulta li total ta’ 4.28 grammi ta’ eroina nstabu għand Spiteri, u li din kienet maqsuma f’ħames pakketti, u borża tal-plastik li kien fiha leroina. Erbgħa mill-pakketti u lborża nstabu f’pakkett tassigaretti u fil-but ta’ Spiteri. Pakkett ieħor instab moħbi taħt is-saqqu f’Diviżjoni Tlieta, fejn il-Pulizija sabet ukoll karta safra b’sustanza suspettuża. Spiteri, li kien ilu l-ħabs sitt
snin qabel din is-sejba tad-droga, qal li d-droga kienet biss għallużu personali tiegħu. Hu qal li kien qasam d-droga, li kien xtraha mingħand priġunier ieħor, biex jikkalkula sew kemm kien jikkonsma kuljum. Tenna li kien jieħu 2.5 grammi kuljum. Il-Qorti, iżda, qalet li l-ispjegazzjoni ta’ Spiteri ma kinitx kredibbli. Fis-sentenza tagħha, ilMaġistrat qalet li Spiteri għandu kondotta voluminuża, u li kien ikkundannat xejn inqas minn 29 darba, u anke kellu sentenzi sospiżi, ordnijiet ta’ probation u multi. Spiteri qed iservi sentenza ta’ 30 sena ħabs wara li f’ġuri kien instab ħati li spara u qatel lil Jason Azzopardi, magħruf bħala “Is-Sufu”, f’Bormla fl-2001. Tmien snin ilu hu ġie mixli wkoll b’konnessjoni mal-qtil talkok Taljan Vittorio Cassone f’San Ġiljan, qtil li kien seħħ 22 sena ilu.
B’rabta ma’ din tal-aħħar, Patricia qalet li hija ressqet 5 persuni biex jieħdu azzjoni f’daqqa, minħabba li dawn il-kawżi għandhom “capping” ta’ €2,000 iżda lmaġġoranza ta’ dawk li qed jitolbu kumpens qed jitolbu kumpens ta’ iktar minn €2,000. Patricia ħarġet ukoll id ta’ għajnuna għal dawk kollha li jinsabu fl-istess ilma. Hija waqqfet żewġ gruppi fuq Facebook – wieħed blisem ‘Up in ARMS’, u l-ieħor speċifikament fuq il-‘Class Action’. Biex ħaddieħor ma jinqabadx f’din in-nassa, Patricia twissi lil dawk li se jikru proprjetà biex jitolbu lil sid il-proprjetà jimla for-
Patricia Graham, li fetħet kawża fil-Qorti kontra l-ARMS fuq kwistjoni li ilha tkaxkar numru ta’ snin
mola apposta, u mbagħad jirreġistra n-numru ta’ residenti li joqogħdu f’dik ir-residenza partikulari. Patricia temmet l-intervista ma’ dan il-ġurnal b’appell imqanqal biex il-qasam tal-proprjetà jkun
regolat kif xieraq, f’din ilkwistjoni. Hi qed tisħaq li dan għandu jiġi mill-Gvern, partikolarment fid-dawl tal-fatt li millkiri ta’ proprjetà tgawdi lekonomija Maltija.
Il-Qorti preseduta millMaġistrat Josette Demicoli laqgħet talba tal-Prosekuzzjoni biex il-każ tal-Olandiż Johan Stellingwerf, ta’ 33 sena, mixli li stupra diversi drabi lill-ekstfajla tiegħu, Maltija, u li wettaq kontra l-volontà tagħha atti sadomażokisti, ikompli jinstema’ bil-magħluq. Wara li l-każ kien beda jinstema’ fit-30 ta’ Settembru, jiġifieri l-għada li dehret storja fuqu fuq ġurnal lokali, l-Ispettur Yvonne Farrugia li qed tmexxi lkaż staqsiet għaliex f’daqqa waħda qed ikun hemm ħafna interess mill-media. Hi għamlet talba biex il-każ ikompli jinstema’ bil-magħluq u tenniet li każi bħal dawn dejjem ma jkunux miftuħin għall-media.
Il-Prosekutur qalet ukoll li kienet se tiċċekkja legalment dwar dan kollu. It-talba formali biex ilkaż jinstema’ bil-magħluq saret kmieni lbieraħ waranofsinhar, u kienet milqugħa mill-ewwel millQorti. Il-Prosekuzzjoni, li qed titmexxa wkoll mill-Ispettur Ian Abdilla, qalet li dan il-każ jista’ jkun wieħed offensiv għall-pubbliku ġenerali. L-Avukat Gianella de Marco, li qed tidher f’isem il-vittma, ukoll kienet talbet li l-każ ikompli jinstema’ bil-magħluq. Johan Stellingwerf qed iwieġeb li dak li sar bejnu u t-tfajla kien konsenswali, u li l-allegata vittma kienet tibgħatlu ritratti intimi u provokattivi.
Hu fil-fatt iddeskriva l-erba’ xhur ta’ relazzjoni mat-tfajla Maltija bħala perjodu romantiku. It-tfajla Maltija mhix qed tallega biss li ġiet stuprata diversi drabi fuq perjodu ta’ xahrejn, imma anke li ġiet iffrodata s-somma ta’ €27,000 mill-Olandiż. Stellingwerf kien instab ħati f’pajjiżu li stupra żewġ nisa fl2006, wara li inizjalment kien ġie akkużat li stupra ħamsa, imma fuq it-tliet nisa l-oħra kien ġie liberat. Fuq dak li nstab ħati, hu fetaħ kawża fil-Qorti Ewropea tadDrittijiet tal-Bniedem. Fuq il-każ ta’ frodi fuq it-tfajla Maltija, il-Qorti ta’ Amsterdam kienet illiberatu u qalet li hu ma kellu jagħti xejn lit-tfajla, anzi hija t-tfajla li għandha tagħtih €6,000.
Bormliż ta’ 36 sena, li huwa dipendenti fuq id-droga, inżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja li kkommetta frodi ta’ €21,575 wara li ffalsifika prokura ta’ membru tal-familja ta’ mara, li tinsab rikoverata fl-Isptar Monte Carmeli. Jon Lawrence Formosa, li qal li jaħdem bħala ‘part-time deliveryman’ ġie mixli li kien għand persuna f’Raħal Ġdid, u li ħadlu minn rasu d-dettalji tal-vittma. Din il-persuna hija membru talfamilja tal-mara, u wara li kiseb id-dettalji, l-akkużat allegatament għamel timbru falz u mar jiġbed il-flus tal-mara minn tliet banek f’Raħal Ġdid, il-Marsa u l-Fgura. Dan ir-reat allegatament seħħ
matul ix-xahar ta’ Lulju li għadda. Formosa ġie mixli wkoll li wettaq reat fil-lejl ta’ bejn is-26 u s-27 ta’ Ġunju li għadda minn uffiċċju li jinsab fi Triq Bormla, Raħal Ġdid. Minn hawnhekk qed jiġi akkużat li seraq sett tat-televiżjoni tal-marka Toshiba, u oġġetti oħra fosthom timbru, bolol u deterġenti għad-dannu ta’ Christopher Spiteri mill-Mosta. L-Ispetturi Spiridione Zammit u Hubert Cini xlew lil Formosa b’serq u frodi u li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqin. Huwa ġie mixli wkoll li ffalsifika dokument u għamel dan permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz. L-Ispettur Zammit qal li Formosa wettaq din is-serqa wara
t-8.00pm, ħin li fih suppost kien id-dar, fuq ordni tal-Qorti. Fil-fatt, huwa ġie mixli wkoll li fix-xhur ta’ Ġunju u Lulju, naqas mill jħares xi waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Maġistrat Miriam Hayman. Hu għalhekk kien mixli li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti. It-talba għal-libertà proviżorja li saret mid-Difiża kienet miċħuda wara oppożizzjoni qawwija li saret mill-Prosekuzzjoni, bil-Qorti tgħid li f’dan l-istadju għadu prematur li l-akkużat jingħata l-pleġġ. Madankollu, il-Qorti qalet li lProsekuzzjoni għandha malajr kemm jista’ jkun tressaq ix-xhieda ewlenin f’dan il-każ. Għall-akkużat deher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Joseph Ellis.
Il-każ ikompli jinstema’ bil-magħluq
Mixli bi frodi
www.maltarightnow.com
QORTI
Ma nstabu l-ebda traċċi ta’ sparar fuq il-balaklavi Ikompli l-ġuri dwar l-attentat ta’ hold-up fuq il-Mid-Med Bank fl-1996
Fil-każ tal-attentat ta’ hold-up fuq il-Mid-Med Bank f’St Andrews 18-il sena ilu, li dwaru għaddej ġuri bħalissa fil-Qorti, ma nstab l-ebda “gunshots residue” fuq tliet balaklavi li sar eżami forensiku fuqhom, la fuq barra u lanqas fuq ġewwa. Filwaqt li fuq żewġ “bioler suits”, it-traċċi li nstabu, u li kienu ta’ Joseph Polidano u Carmelo Spiteri, kienu minimi. U dawn x’aktarx ġew peress li huma messew il-ferita li ġarrbu meta ntlaqtu bl-isparar. Polidano u Spiteri kienu marru 10 snin ħabs fuq il-hold-up li kien falla fuq il-Mid-Med Bank, fl-1996. “Jista’ jkun li spara xi ħadd minnhom, imma din it-teżi hija waħda minima, għaliex il-probabbiltà hi li dawn messew il-ferita meta ntlaqtu. Fuq id-demm li sar analiżi fuqu, dan kien ta’
Polidano, u nstab ukoll li tir wieħed kien sparat minn senter”. Dan ħareġ mix-xhieda ta’ Anthony Abela Medici, li dak iżżmien kien Direttur talLaboratorju Forensiku. Lakkużat f’dan il-ġuri, li beda nhar it-Tnejn, huwa George Xuereb ta’ 49 sena mill-Marsa. Il-ġuri qed isir quddiem lImħallef Michael Mallia, u Xuereb jinsab mixli li f’Marzu tal-1996 ipprova joqtol żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija wara hold-up li kien sar minn tlett irġiel fuq il-fergħa tal-MidMed Bank, illum HSBC, ta’ St. Andrews. Xuereb qed jiġi akkużat b’ħames Kapi ta’ akkuża bl-aktar gravi huma dawk tal-attentat ta’ qtil u attentat ta’ serq bi vjolenza mill-istess bank. Akkużi oħra huma dik ta’ serq ta’ vann u pistola bla liċenzja tal-Kummissarju
tal-Pulizija. Abela Medici xehed li hu kellu diversi inkarigi, fosthom li jikkordina b’mod forensiku x-xena tar-reat, u kien ordnat biex iqabbel rapport tal-espert Mario Scerri fuq il-boiler suits li kienu nstabu fuq ix-xena tar-reat. Qal li kien mqabbad ukoll biex isib esperta barranija, u din kienet bagħtitlu rapport li hu għadda lill-Qorti. Abela Medici kompla li huwa kien ikkonkluda x-xogħol tiegħu f’April tal-1998, u qal li teżisti possibbiltà raġjonevoli li senter minnhom ma kienx ġie sparat, u ma nstabux traċċi mal-balaklava, li juri li ma kinux sparati tiri.
F’waħda mill-boiler suits ta’ Polidano, kien hemm marka li turi li kien intlaqat minn balla f’siequ x-xellugija, u nstabu partiċelli fil-komma tal-lemin, li jistgħu jindikaw li dan spara. Pero’, qal Abela Medici, lammonti kienu żgħar, u għalhekk l-akbar possibilità hi li x’aktarx Polidano kien mess il-parti fejn intlaqat. Qal li anke Carmelo Spiteri kien intlaqat f’saqajh. Ix-xhud qal li m’hemm ebda evidenza li Carmelo Spiteri spara. Dwar il-marki ta’ tiri sparati fejn il-Mid-Med Bank, qal li dawn kienu sparati minn revolvers tal-Pulizija. Xehed ukoll Christopher
Farrugia, espert forensiku li kien assistit mill-Ispiżjar Mario Mifsud. Hu qal li eżamina ddemm, kampjuni tax-xagħar, balaklavi u żewġ boiler suits li nstabu fil-vann li ntuża fl-attentat. Qal li nstab d-DNA ta’ tliet persuni differenti fuq il-balaklavi u l-boiler suits, u li hu żgur hu li DNA minnhom kien ta’ Joseph Polidano. Is-sessjoni tal-bieraħ filgħodu kienet meħuda kollha minn diversi uffiċjali li kellhom x’jaqsmu max-xena tar-reat. Hawn, il-ġurati ntwerew numru kbir ta’ ritratti li għandhom x’jaqsmu mal-każ. Għal George Xuereb qed jidher lAvukat Raphael Fenech Adami, filwaqt li l-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Lara Lanfranco u Kevin Valletta. Il-ġuri jkompli llum.
akkużi miġjubin kontriha, blAvukat Stellini jinforma lillQorti li t-talba għall-ħelsien millarrest tista’ ssir fi stadju ieħor. Hu nforma wkoll lill-Qorti li lakkużata għandha kundizzjoni medika, u talab biex din tiġi indirizzata. Il-Qorti qalet li kienet qed tirrakkomanda bil-qawwa kollha lid-Direttur tal-Ħabs biex l-akkużata tingħata aċċess għallkura medika u l-mediċina li għandha bżonn.
Ruby Okeoma, Niġerjan ta’ 28 sena residenti l-Fgura, li jaħdem fil-kostruzzjoni, ġie mixli quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke li ffalsfika passaport u permess ta’ residenza. Hu tressaq il-Qorti mill-Ispettur Darren Buhagiar u wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Permezz tal-Avukat talGħajnuna Legali Anthony Stellini, hu talab għal-libertà proviżorja, li pero’ kienet miċħuda mill-Qorti. Id-Difiża għamlet din it-talba peress li l-akkużat għandu residenza fissa f’Malta, u għax il-kondotta tiegħu hija waħda nadifa. Min-naħa tagħha l-
Prosekuzzjoni opponiet għattalba tal-ħelsien mill-arrest, minħabba li t-talba tal-akkużat għall-ażil diġà ġiet rifjutata darbtejn mill-awtoritajiet, u anke għax fejn jgħix huwa post mikri, u faċli jaħrab. L-Avukat Stellini qal li f’Malta hawn ħafna min qed jgħix f’dar bil-kera u għalhekk dan m’għandux itellef il-benefiċċju tal-pleġġ lill-klijent tiegħu. Qal ukoll li nNiġerjan għandu kundizzjoni medika. Il-Qorti qalet li f’dan l-istadju se tiċħad it-talba u talbet lillProsekuzzjoni biex fil-kawża li jmiss jittellgħu x-xhieda kollha possibbli.
Quddiem il-Qorti jixhdu l-esperti forensiċi li eżaminaw il-provi dakinhar tal-attentat
Tinfaqa’ tibki wara li arrestawha għax ma ġabitx ruħha sew fl-ajruport
Niġerjana ta’ 28 sena nfaqgħet tibki u tgħajjat fil-Qorti li trid tmur lura d-dar, wara li kienet mixlija quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke li ma ġabitx ruħha sew fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, meta hi waslet millpajjiż fejn toqgħod, l-Italja. InNiġerjana allegatament ma’ ħallietx lill-uffiċjali jfittxulha. Onyeakpa Blessing ġiet mixlija li kellmet ħażin uffiċjal talMIA, li għamlet ġesti oxxeni, li
5
Il-Ġimgħa, 9 ta’ Ottubru, 2014
tkellmet ħażin, li qalet kliem ta’ theddid, u li bdiet thedded ukoll li se twaddab xi oġġetti fid-direzzjoni tal-uffiċjali tal-ajruport. Il-mara tressqet mill-Ispettur Silvio Magro, bl-Avukat talGħajuna Legali Anthony Stellini lanqas biss jagħmel talba għallibertà proviżorja. Hi ġiet mixlija wkoll li fixklet lill-uffiċjali talajruport, bl-iskop li ma jaqdux dmirhom. Hi wieġbet mhux ħatja tal-
Mixli li ffalsifika passaport
6
www.maltarightnow.com
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
Żieda ta’ 2.4% f’Settembru
Ix-xahar li għadda l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) irreġistra żieda ta’ 2.4% fit-traffiku, għal total ta’ 463,215-il passiġġier. F’dan il-kalkolu wieħed irid jikkunsidra li l-ispazju tal-ajru Libjan ilu magħluq minn nofs Lulju, li rriżulta f’inqas passiġġieri minn dan is-suq. Dawn il-figuri jsegwu x-xahar rekord ta’ Awwissu, meta millajruport ta’ Malta għaddew nofs
miljun passiġġier, biex Awwissu 2014 kien l-aqwa xahar li qatt ġie reġistrat fl-ajruport. Matul Settembru, it-titjiriet flMIA żdiedu b’0.9% għal 3,199 filwaqt li s-Seat Capacity żdiedet b’1.1% għal 540,423. Is-suq Franċiż irreġistra l-aħjar tkabbir bi 11.1% grazzi għażżieda fid-domanda għar-rotta ta’ Pariġi. It-traffiku mill-Italja u r-Renju Unit żdied bi 8.9% u 6.7% rispet-
Tkompli tonqos l-esportazzjoni
tivament. Min-naħa l-oħra, Spanja u lĠermanja raw nuqqas ta’ 11% u 5.7%. Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għaddew 7.2% iktar passiġġieri, meta mqabbel maċ-ċifri tal-ewwel disa’ xhur tas-sena l-oħra, għal total ta’ 3,385,808 passiġġieri. L-iskeda tax-xitwa fl-MIA se tibda fis-26 ta’ Ottubru.
LOKALI
Il-maltemp li għamel fi tmiem ilġimgħa li għaddiet għamel ħerba sħiħa minn dan l-arblu li ntlaqat minn sajjetta bejn il-Ħadd u t-Tnejn. L-arblu, li hu tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp, ta’ Ħal Kirkop, kien ilu f’postu sentejn biss, u l-ħsara li ġarrab issa hija irreparabbli. Fil-maltempata tal-Ħadd kienu rappurtati diversi ħsarat strutturali u fil-provvista tal-elettriku, kaġun tas-sajjetti, minbarra x-xita qawwija li niżlet għal ħin twil waranofsinhar.
L-esportazzjoni minn Malta naqset bi €42 miljun f’Awwissu 2014
F’Awwissu reġa’ kien hemm tnaqqis qawwi fl-esportazzjoni, bil-konsegwenza li kompla jiżdied l-iżbilanċ fil-kummerċ internazzjonali ta’ Malta. Ċifri pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li
miljun, biex laħaq il-livell ta’ €1,519-il miljun. Dan seħħ minħabba li filwaqt li l-importazzjoni żdiedet bi €42 miljun, min-naħa l-oħra l-valur tal-esportazzjoni naqas bi kważi €87 miljun.
F’Awwissu, u fl-ewwel tmien xhur tas-sena, kompla jikber l-iżbilanċ fil-kummerċ internazzjonali ta’ Malta
tul Awwissu, dak li jesporta pajjiżna naqas bi €42 miljun. Min-naħa l-oħra, l-importazzjoni żdiedet b’€50 miljun, biex id-differenza bejn dak li nimpurtaw u dak li nesportaw kibret b’aktar minn €92 miljun – minn €153 miljun f’Awwissu 2013, għal €245 miljun f’Awwissu li għadda. L-istatistika tal-NSO tagħti rendikont ukoll tal-ewwel tmien xhur tas-sena, minn Jannar sa Awwissu, u tagħmel tqabbil malistess perjodu tul is-sena li għaddiet. Anke hawnhekk joħroġ li liżbilanċ bejn l-importazzjoni u lesportazzjoni żdied b’€129
L-istatistika turi li l-pajjiżi talUE jibqgħu l-aktar pajjiżi minn fejn Malta timporta l-prodotti, bi ftit aktar minn nofs l-importazzjoni kollha. Imma meta mqabbel mal-istess perjodu tassena li għaddiet, jirriżulta li kien hemm tnaqqis sostanzjali flimportazzjoni minn pajjiżi tazzona ewro. Kien hemm tnaqqis qawwi wkoll fl-esportazzjoni minn pajjiżna lejn pajjiżi talewro, l-aktar Franza, ilĠermanja, il-Greċja, l-Olanda u Spanja. Min-naħa l-oħra żdiedet l-esportazzjoni lejn lItalja u lejn pajjiżi mhux flEwropa, bħall-Korea t’Isfel u lIndja.
Autobuses de Leon diġà fetħet uffiċċju f’Malta Il-bini li minnu qed topera l-Autobuses de Leon f’Paceville
Minkejja li l-Gvern għadu ma ħabbarx uffiċjalment l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku Minkejja li l-Gvern għadu ma ħabbarx uffiċjalment li l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku se jkun il-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon, din ilkumpanija diġà fetħet uffiċċju f’Malta u qed topera minnu. Luffiċċju jinsab f’Aragon House, Paceville. B’hekk, il-kwistjoni talgħażla tal-operatur il-ġdid tattrasport pubbliku qed tkompli tqanqal kontroversja, wara li lGvern diġà kien ġie kkritikat għax Joe Mizzi, il-Ministru tatTrasport, tela’ Spanja għal dikussjonijiet mal-kumpanija Spanjola, bi ksur tal-kundizzjonijiet tas-sejħa internazzjon-
ali għall-interess li ħareġ ilGvern stess. Għal-laqgħat ma’ Autobuses de Leon, Joe Mizzi kien akkumpanjat minn James Piscopo, iċ-Chairman ta’ Transport Malta. Fil-proċess talofferti għall-għażla tal-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku kien hemm żewġ operaturi oħra li tefgħu l-offerti tagħhom. Dawn il-kumpaniji, li kienu Maltin, kienu Island Buses Malta u Gozo First. Id-diskussjonijiet fi Spanja, li Mizzi qal li kienu diskussjonijiet tekniċi mal-kumpanija Spanjola, kienu qanqlu wkoll kritika mingħand waħda mill-
kumpaniji l-oħrajn, l-Island Buses, li kkonfermat li qatt ma kellha diskussjonjiet malMinisteru tat-Trasport jew ma’ Transport Malta. Il-kumpanija Maltija kkonfermat ukoll li ma kinitx infurmata li l-Gvern kien għażel lillkumpanija barranija biex jibda diskussjonijiet magħha. Hu mistenni li l-operatur ilġdid tat-trasport pubbliku jitħabbar sa Jannar, għalkemm għadu mhux magħruf kemm se jkunu n-nolijiet il-ġodda, kif ukoll l-ammont ta’ sussidju li lGvern se jkun qed iħallas għattħaddim tas-servizz il-ġdid tattrasport pubbliku.
www.maltarightnow.com
LOKALI
Pierre J. Mejlak jirbaħ il-Premju tal-UE għal-Letteratura Claire Mifsud
Il-kittieb Għawdxi Pierre J. Mejlak, awtur tal-ktieb ‘Dak li lLejl Iħallik Tgħid’, kien wieħed mir-rebbieħa tal-Premju talUnjoni Ewropea għalLetteratura. Dan il-ktieb, li bih Mejlak rebaħ dan il-premju Ewropew, kien ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2011, u huwa kollezzjoni ta’ għaxar stejjer li jlaqqgħu lill-qarrej ma’ narraturi li qed jippruvaw jifhmu l-vjagġ tal-ħajja tagħhom matul is-snin, bil-parti l-kbira tagħhom jinsabu f’punt ta’ tranżizzjoni f’ħajjithom. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu ma’ In-Nazzjon, Pierre J. Mejlak qal li filwaqt li jinsab ferħan bil-pre-
ha, u għal-letteratura Maltija. Pierre J. Mejlak hu l-awtur ta’ kotba varji – minn dawk għattfal, għal novelli għalladolexxenti u żewġ ġabriet ta’
mju, jinsab ferħan ukoll li dan ilpremju jista’ jwassal biex dan ilktieb ikun iktar aċċessibbli għal udjenzi oħra. Hu qal li dan mhuwiex biss rikonoxximent għalih personali, imma għall-kittieba kontemporanji Maltin koll-
stejjer qosra li wassluh biex jirbaħ għadd ta’ premjijiet. Mejlak kien ukoll jaħdem fil-qasam talġurnaliżmu bħala korrispondent mal-istazzjon BBC u għal xi żmien kien ukoll artikolista filġurnal In-Nazzjon.
Pierre J. Mejlak kien wieħed mit-tlettax-il rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għalLetteratura li tħabbru waqt ilFiera tal-Ktieb fi Frankfurt ilbieraħ. Storja mill-istess ktieb li bih rebaħ dan l-unur diġà rebħet premju letterarju prestiġjuż ieħor. Il-Premju tal-UE għalLetteratura huwa l-uniku unur internazzjonali li jirrikonoxxi laqwa talent fl-Ewropa fil-kitba fittizja. Il-premju huwa miftuħ għall-pajjiżi li qed jipparteċipaw fi Creative Europe, il-programm ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea għas-setturi kulturali u kreattivi. Androulla Vassiliou, ilKummissarju Ewropew għallEdukazzjoni, il-Kultura, ilMultilingwiżmu u ż-Żgħażagħ ferħet lir-rebbieħa. Kull rebbieħ ingħata €5,000 u, iktar minn hekk, l-opportunità ta’ promozzjoni internazzjonali. Irrebbieħa qed jiġu mħeġġa jagħmlu traduzzjoni tal-kotba tagħhom f’lingwi oħrajn biex jilħqu swieq ġodda. Din hija t-tieni darba li awtur Malti rebaħ dan l-unur. Fl-2011, l-awtur Immanuel Mifsud rebaħ dan il-premju bil-ktieb ‘Fl-Isem
Fi tmiem din il-ġimgħa, bejn għada u pitgħada, il-Knisja f’Malta se tlaqqa’ l-Assemblea Djoċesana fis-sala prinċipali talIskola Santa Monika, Birkirkara. It-tema magħżula, ispirata millPapa Franġisku, hi “Knisja qaddejja tal-bniedem, qaddejja talħajja”. Fid-dawl ta’ din it-tema, il-jumejn tal-Assemblea se jkunu qed jittrattaw żewġ suġġetti. L-ewwel wieħed hu l-ministerjalità fil-Knisja, jiġifieri b’liema mod il-Knisja tista’ tkun aktar qaddejja tal-bniedem tal-lum, fuq leżempju ta’ Ġesù Kristu qaddej, u kif f’dan is-servizz jistgħu jagħtu sehem lajċi, reliġjużi, u membri tal-kleru. It-tieni suġġett hu l-ħidma favur il-ħajja umana. Il-ħajja tal-bniedem hi prezzjuża, u għandha valur mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha sat-tmiem naturali tagħha. Hi għażiża f’kull waqt tal-ħajja. Allura, l-Assemblea se tkun qed tara b’liema mod il-Knisja tista’ tkun aktar qaddejja tal-ħajja fiddawl tal-isfidi differenti li jeżistu fis-soċjetà llum u dawk talġejjieni. F’dawn iż-żewġ oqsma, l-
Assemblea se tkun qed tagħti kontribut għall-Pjan Pastorali 20152017 tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, li se jkun mibni fuq l-istess tema. Din se tkun il-ħdax-il Assemblea minn wara s-Sinodu Djoċesan. LAssemblea baqgħet tiltaqa’ kull sena, mis-Sinodu ’l hawn, bilħsieb li tistudja s-sitwazzjoni talKnisja f’Malta llum, fid-dawl tattema magħżula, u d-direzzjoni li għandha tieħu fil-ġejjieni. L-Assemblea se tkun ippreseduta mill-Arċisqof flimkien malIsqof Awżiljarju. Għaliha jkunu mistiedna kemm il-membri talkunsilli l-aktar importanti talKnisja li jagħtu parir lill-Arċisqof, kif ukoll il-mexxejja u rappreżentanti mill-oqsma kollha tal-Knisja
f’Malta. Fost dawn hemm id-delegati tal-Arċisqof, il-provinċjali talkongregazzjonijiet reliġjużi, ilkappillani, il-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja u l-mexxejja tal-għaqdiet u l-movimenti Kattoliċi. Wara l-Assemblea Djoċesana, matul ix-xhur ta’ Ottubru u Novembru, f’kull parroċċa f’Malta ssir Assemblea Parrokkjali. Il-ħsieb hu li l-parroċċa tagħraf aktar dak li l-Papa Franġisku qed jitlob minnha llum u tfassal pjan għas-snin li ġejjin li jkun ispirat minn din il-viżjoni. Dan il-pjan se jiffoka b’mod speċjali fuq il-ħidma pastorali ma’ dawk fil-periferija, iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-Ħadd, u lħidma pastorali mal-familja.
Il-ktieb li bih Mejlak rebaħ il-Premju tal-UE
Din hija t-tieni darba li awtur Malti rebaħ dan l-unur Ewropew, wara Immanuel Mifsud fl-2011
7
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
L-awtur żagħżugħ Pierre J. Mejlak
tal-Missier (u tal-Iben)’ ippubblikat mill-Klabb Kotba Maltin. Il-Gvern fi stqarrija feraħ lil Mejlak għal dan l-unur li rebaħ. L-istess għamlu ż-żewġ partiti politiċi ewlenin. Il-Partit Nazzjonalista qal li huwa ta’ sodisfazzjon li kittieb Malti, għattieni darba, jirbaħ dan l-unur letterarju tal-Unjoni Ewropea. Din l-aħbar, tgħid l-istqarrija, hija konferma oħra ta’ kemm il-poplu
Malti għandu talent kbir, tant li kapaċi jkun l-aħjar fost ċittadini oħra Ewropej. Min-naħa tiegħu, il-Partit Laburista, fl-istqarrija tiegħu qal li dan l-unur mhux biss huwa unur personali għall-awtur, iżda huwa wkoll unur li jkompli jgħolli isem pajjiżna u jkompli jikkonferma kemm il-poplu Malti u Ghawdxi, minkejja ċċokon tiegħu, għandu talent.
L-Istitut Malti talFotografija Professjonali (MIPP) fi stqarrija kkundanna l-inċident li seħħ ftit ilu meta fotografu u nies oħra li kienu miegħu sfaw attakkati minn grupp ta’ individwi, li lPulizija aktar tard ressqithom il-Qorti. L-istqarrija qalet li din mhix l-ewwel okkażjoni meta nies innoċenti li jkunu nzertaw xogħol, jew li jkunu qed igawdu l-passatemp tagħhom, jispiċċaw vittmi ta’ nies delinkwenti li jesibixxu aper-
tament b’mod vjolenti l-pretensjonijiet tagħhom fuq il-ftit meded ta’ art miftuħa tal-kampanja Maltija li fadal. Fl-aħħar każ minn dawn, mhux biss sfat attakkata l-persuna, imma saħansitra nsteraq l-apparat fotografiku tagħha. L-MIPP ikkundanna bilqawwa kollha din l-imġiba u dawn l-atti vjolenti fuq nies innoċenti. U ħeġġeġ lill-Gvern u lill-awtoritajiet l-oħra biex jinfurzaw il-liġijiet biex atti bħal dawn ma narawhomx iseħħu aktar.
Il-bidu tal-lista tal-kandidati ġodda tal-PN għallelezzjoni tal-Kunsilli Lokali, li dehret fil-ħarġa ta’ nhar it-Tnejn ta’ dan ilġurnal, ried jaqra hekk:
Ħ’Attard: John Debono (jaħdem l-ELCOM); Ħal Balzan: Andrè Grech (Importatur u President talFSMEsPN). Niskużaw ruħna għall-iżball.
L-Assemblea Djoċesana 2014 Kundanna mill-Istitut Malti tal-Fotografija
Kjarifika dwar kandidati tal-PN għall-Kunsilli Lokali
www.maltarightnow.com
8
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
OPINJONI
Il-politika tal-bandiera bajda Naturalment, bidla fin-newtralità kostituzzjonali ma tfissirx li nerġgħu nsiru bażi militari
Il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux għal darba tkellem dwar ix-xewqa tal-Gvern Laburista li jwettaq tibdil filKostituzzjoni ta’ Malta. Jien persważ li dan it-tibdil se jsib l-idejn miftuħa tal-Partit Nazzjonalista li bħalma għamel fil-passat, se jkun miftuħ li jaħdem flimkien malGvern fl-aħjar interess nazzjonali. Jekk il-Gvern jimxi b’kawtela, b’sens ta’ responsabbiltà, b’sens ta’ rispett u bl-akbar sens ta’ prinċipji demokratiċi, din il-ħidma tista’ twassal għall-qbil politiku meħtieġ biex ilKostituzzjoni ta’ pajjiżna tiġi rfinuta. Ngħid irfinuta u mhux mibdula għaliex ma hemm ebda raġuni għaliex pajjiżna għandu jibni kostituzzjoni mill-qiegħ. Il-pedamenti preżenti huma pedamenti tajbin. Pedamenti li naturalment tul iż-żmien żviluppaw il-ħtieġa ta’ xi bidliet mhux żgħar u ta’ ċerta importanza. Dawn il-bidliet mhumiex kwistjoni tat-tieni jew l-ewwel repubblika. Huma kwistjonijiet fundamentali li jmorru lil hinn mil-logħob bil-kliem.
Newtrali minn min? Artiklu 1(3) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jiddikjara lil Malta bħala stat newtrali li għandu jħaddan politika ta’ nonallinjament fuq livell kostituzzjonali. Artiklu li ġie inkluż filKostituzzjoni fi żmien meta ddinja kienet mifnija bil-pika bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika. Żmien meta pajjiż kien jew meqjus taħt id-dominju Amerikan jew id-dominju Russu sakemm mhux dikjarat espliċitament newtrali. Il-Kostituzzjoni stess fil-fatt f’artiklu 1(3)(e) titkellem dwar iż-żewġ superpotenzi. Huwa ċar li l-ispirtu ta’ dan l-artiklu m’għadux validu fis-sens li għandu bżonn aġġornament. Iddinja m’għadhiex maqsuma bejn żewġ pajjiżi. Il-ġlieda kontra forzi estremi mhijiex xi ġlieda ta’ naħa kontra oħra iżda ferm aktar kumplessa minn hekk. Din ilbiċċa tal-Kostituzzjoni tagħna għalhekk jeħtieġ li taġġorna ruħha ma’ dawn ir-realtajiet. Bażi mill-ġdid? Naturalment bidla fin-newtral-
Angelo Micallef
angelo.micallef@gmail.com
ità kostituzzjonali ma tfissirx li nerġgħu nsiru bażi militari. Meta wieħed jitkellem fuq aġġornament, wieħed jitkellem fuq bidla biex l-artiklu jkun jirrifletti rrealtajiet tal-lum u biex l-istess artiklu joffri gwida ferm aktar ċara milli jista’ joffri llum. Bidla bl-ebda mod ma tfisser li pajjiżna jerġa’ lura fiż-żminijiet mgħoddija. Identità Ewropea Li tkun newtrali u membru tal-Unjoni Ewropea huma żewġ kunċetti li kostituzzjonalment huma perfettament kumpatibbli
Irfinuta u mhux mibdula għaliex ma hemm ebda raġuni għaliex pajjiżna għandu jibni kostituzzjoni mill-qiegħ ma’ xulxin. Kunċetti li bl-ebda mod waħda ma tmeri lill-oħra. L-Irlanda hi każ klassiku li juri dan. Naturalment iżda, l-adozzjoni fuq livell politiku ta’ identità Ewropea għandha tirrifletti ruħha fil-Kostituzzjoni ta’ Malta anke fejn jidħol l-istatus newtrali tagħna. In-nuqqas ta’ tali riflessjoni jfisser biss li fuq dan l-aspett, il-Kostituzzjoni ma jkollhiex l-għodda kollha meħtieġa biex b’mod reali titħaddem f’kull sitwazzjoni emerġenti.
Żball? Il-fatt li dan l-artiklu talKostituzzjoni jeħtieġ bidla hekk ċara ma jfissirx li meta l-artiklu sar kien żbaljat jew magħmul mingħajr raġuni. Wieħed jista’ jaqbel miegħu u jista’ ma jaqbilx bħala kunċett, iżda irrelevanti
minn jaqbilx jew le, skop ċar wara l-artiklu kien hemm. Il-fatt li issa hemm ħtieġa ta’ bidla hi biss riflessjoni fuq il-fatt li żżminijiet inbidlu; li d-dinja żviluppat u li pajjiżna huwa lest li jkompli jaġġorna maż-żminijiet. Għalhekk id-dibattitu għandu jkun iffukat fuq il-preżent u mhux fuq x’seta’ kien u x’seta’ ġara.
Proċess kumpless Il-proċess ta’ bdil maġġuri f’Kostituzzjoni huwa wieħed delikat. L-għażla f’idejn Joseph Muscat hi waħda ċara. Jista’ jagħżel li jinfexx fil-mossi politiċi li jeqirdu dan il-proċess qabel lanqas biss beda, jew jista’ jagħżel it-triq tad-djalogu vera. Biex inkunu nafu x’se jagħżlu lkurituri ta’ Kastilja nistgħu biss nistennew u naraw!
www.maltarightnow.com
9
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
3,800 mal-gvern u 3,214 prekarji
L-istatistika li ħarġet nhar it-Tnejn li għadda dwar in-nies jaħdmu bi qligħ kissret bi ftit ċifri l-gidba li qal il-Ministru talFinanzi meta ħaseb li l-ġurnalisti mhux se jindunaw li ma kienx qed jgħid is-sew u allega li ż-żieda qawwija ta’ nies jaħdmu mal-gvern hi xi żieda ‘statistika’ minħabba xi ‘riklassifikazzjoni’. Żieda qawwija ta’ impjiegi mal-gvern u prekarji U ċ-ċifri ta’ nhar it-Tnejn urew iswed fuq l-abjad li l-Labour kemm ilu fil-poter daħħal 3,800 ruħ mal-gvern u ħafna millimpjiegi li żdiedu mal-privat huma impjiegi li l-Labour kien isejħilhom ‘prekarji’.
Irrimpjazza 1,750 ruħ li rtiraw minn mal-gvern... Il-Ministru tal-Finanzi, il-Profs. Scicluna, kien ikkonferma f’rapport lill-Kummissjoni Ewropea li minn mal-gvern jirtiraw 1,500 ruħ fis-sena. Kien wiegħed ukoll li minflokhom idaħħal biss 1,000 ħalli jkun jista’ jikkontrolla l-iżbilanċ. ...u magħhom żied 2,072 oħra... Imma l-Gvern Laburista fl-ewwel 14-il xahar tiegħu fil-poter mhux biss irrimpjazza l-1,750 ruħ kollha li rtiraw, talli żied magħhom 2,072 oħra kif juru ċ-ċifri ppubblikati nhar it-Tnejn li għadda.
…biex daħħal 3,800 mal-gvern f’14-il xahar Dan ifisser li minn meta tela’ sa Mejju li għadda, il-Gvern Laburista daħħal jaħdmu mal-gvern 3,800 ħaddiem. Jiġifieri, flok suq tax-xogħol ibbażat fuq l-inizjattiva u l-intrapriża privata, il-Gvern qed idawwar ix-xejra tal-ekonomija Maltija lejn waħda bbażata fil-biċċa l-kbira fuq l-impjiegi mal-gvern. L-impjiegi ‘prekarji’ jiżdiedu bi 3,214 Iċ-ċifri li ħarġu nhar it-Tnejn juru wkoll li, fil-privat, fl-ewwel 14-il xahar tal-Gvern Laburista, iż-żieda fl-impjiegi kienet imxaqilba ħafna lejn impjiegi part-time, dawk li l-Labour sal-elezzjoni kien isejħilhom ‘prekarji’ u li ma’ dal-Gvern ġa żdiedu bi 3,214.
Daqqa kbira lill-kredibbiltà tal-Profs. Scicluna L-importanza politika taċ-ċifri li ħarġu nhar it-Tnejn hi fiddaqqa kbira li jagħtu lill-kredibbiltà tal-Ministru tal-Finanzi. IlProfs. Scicluna ma jistax jitwemmen f’dak li jgħid fuq lekonomija u l-finanzi tal-gvern meta issa hu ċar li pprova jiżvija lill-ġurnalisti fuq l-impjiegi mal-gvern għax ħaseb li l-ġurnalisti huma injoranti.
Il-Profs. Scicluna pprova jiżvija lill-ġurnalisti Lill-Profs. Scicluna nhar it-Tnejn giddbuh iċ-ċifri uffiċjali, bħalma kienu diġà giddbuh l-Uffiċċju u l-Awtorità tal-Istatistika, li kkonfermaw li kemm ilu fil-poter il-Labour daħħal xejn anqas minn 3,800 ruħ ġodda mal-gvern.
Ħmieġ fir-Rabat
Jumejn ilu ppubblikajna ritratt li kien juri dik li qed tiġi deskritta bħala miżbla ġdida f’San Pawl il-Baħar, korteżija tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl. Illum qed
nippubblikaw ritratt li juri lħmieġ u l-iskart, din id-darba korteżija ta’ Kunsill Laburista ieħor, dak tar-Rabat. Anke dan irritratt intbagħat lilna minn wieħed mill-qarrejja ta’ InNazzjon. Inħeġġukom tkomplu tibagħtulna aktar stejjer bħal dawn. F’dan il-każ, ironikament
il-munzell skart mhux miġbur jinsab taħt avviż tal-Kunsill stess li jappella għaż-żamma talindafa. Naturalment l-appell mhux indirizzat biss lejn il-pubbliku biex ma jħammiġx, imma anke lejn il-Kunsill biex inaddaf dawn l-inħawi.
Aħna grupp ta’ Security Guards li naħdmu fix-xiftijiet A u D fl-Isptar Monte Carmeli. Qed niktbu biex nuru lill-qarrejja f’liema sitwazzjoni ninsabu aħna s-Security Guards li m’aħniex Laburisti, qagħda li
ninsabu fiha appuntu għax m’aħniex Laburisti. Minn wara l-elezzjoni, ġie Nursing Aide partikulari li suppost qed jagħmel ix-xogħol ta’ Acting Security Guard. Imma dan qatt ma jagħmel ixxogħol ta’ Security Guard. Kif jidħol, jagħmel nofstanhar fejn sħabu l-cleaners, f’uffiċċju jaraw lil min se jqaċċtu, u minn hemm, meta jiddejjaq, imur lejn id-dar
baxx baxx, bil-barka tas-CEO tal-isptar. Aħna nippretendu li la ġie magħna, għandu jagħmel xogħol ta’ Security Guard bħalna, bittnax-il siegħa xogħol ‘Day, Night, Rest, Off’ u mhux jaħdem ‘Day, Day, Rest, Off’ u n-‘Night’ ma jaħdmux.
Għax m’aħniex Laburisti
25 sena ilu f'In-Nazzjon
Security Guards imdejqin L-Isptar Monte Carmeli
Ċifri uffiċjali kkonfermaw li għall-ewwel darba f’Malta, dawk jaħdmu bi qligħ laħħqu l-125,400 waqt li l-labour force qabżet 130,000 ukoll għall-ewwel darba fl-istorja. Dawn is-sinjali ta’ titjib f’kull qasam talekonomija fissru li minn Mejju 1987, meta nbidel il-Gvern u tela’ l-Partit Nazzjonalista, sa Ottubru 1989, f’Malta kienu nħolqu kważi ħamest elef impjieg ġdid. U l-parti lkbira minn dawn kienu impjiegi mas-settur privat, li kiber bi 3,875. Tħabbar li ssolviet il-kwistjoni li kienet għaddejja bejn l-Unscheduled Bus Service (UBS) u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, biex is-servizz tat-trasport għalleluf ta’ tfal li jattendu l-iskejjel tal-Gvern reġa’ lura għan-normal. Tħabbar ukoll li kien se jagħmel żjara f’Malta Riccardo Arias Calderon, il-Mexxej Demokristjan tal-Panama. Ftit qabel Calderon kien ġie arrestat mir-reġim ta’ Noriega, għax ħeġġeġ lill-poplu ta’ pajjiżu jagħmel kampanja ta’ diżubbidjenza ċivili.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
10
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
X’NARA U X’NISMA’
X’Qalilna l-Għasfur Joe Mizzi fallielu bil-kbir Is-sajf spiċċa, bdiet il-ħarifa u l-ġranet minn Ottubru qegħdin igerbu ġmielhom. Kulħadd ħa lmistrieħ u l-vaganzi li kellu jieħu, u l-istudenti kollha nġabru lura fl-iskejjel, lMCAST, il-Junior College u lUniversità biex jibdew sena oħra ta’ ħidma. Anke l-vaganzi għallMembri Parlamentari tagħna spiċċaw ukoll u l-Parlament kellu jerġa’ jiftaħ, iżda din issena b’differenza. Dis-sena lParlament kellu jibda jiltaqa’ filbini l-ġdid li nbena f’Bieb il-Belt minn Gvern Nazzjonalista u li Joseph il-bully, biex jitkessaħ, darba kien qal li se jistieden lil Lawrence Gonzi biex jiftħu. “Dak il-Ministru li dejjem jinbaħ, jiġifieri Joe Mizzi,” qalilna l-għasfur, “ilu xhur li ħa l-proġett f’idejh u ma nafx kemm-il darba tana garanzija li kollox miexi kif ippjanat biex il-Parlament jinfetaħ u jibda jiffunzjona f’Ottubru. Iżda ta’ project manager eċċellenti li hu, Joe Mizzi fallielu bilkbir. U dan, fallielu,” komplielna l-għasfur, “meta l-binja kienet fi stadju avvanzat ħafna biex titlesta. Dan ma ħadux f’idejh meta kien għadu fuq il-pjanta jew meta kien biss qoxra. Dan sabu kważi lest. Iżda, ta’ dilettant li hu, Mizzi u l-Gvern tal-Labour, ma kellux ħila jlestih fil-ħin biex għall-inqas ikun żamm darba kelmtu. Imma l-aqwa li xhur ilu fattarha u tana l-garanziji. Aħjar ma tkellem xejn, għax kulħadd kien jifhem li nqalgħu xi problemi tekniċi, imma b’garanzija ta’ Ministru tal-Gvern omnipotenti tal-Labour, nippretendu mod ieħor.” Imisshom żarmaw ilParlament li hemm fil-palazz talBelt! Konna niġu tajjeb għax f’pajjiżna konna nispiċċaw mingħajr binja tal-Parlament. “Imma l-Ministru Joe Mizzi,” qalilna l-għasfur, “champion biex jagħmel il-wegħdi u jagħti l-garanziji. Din bħal meta wegħidna li se jagħmlilna sistema tat-trasport pubbliku taħdem fuq ir-rubini, l-aqwa waħda fl-Ewropa. Jinbaħ minn hawn u jinbaħ minn hemm sakemm qaċċat lill-Arriva, u ġabna agħar milli qatt konna, apparti kemm qed iberbaq flus mill-Kaxxa ta’ Malta. Mur ġibu jagħti l-garanziji fuq xi proġett li xi darba jkun beda hu! Ara li kieku kien ħaddieħor, kemm kien jinbaħ biex
jirriżenja. Sewwa jgħidu li dik ilmara nofsha mneżżgħa, milli jkollha ttik.”
Owen Bonnici u l-Kunsilli Lokali Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Joseph il-bully reġa’ għamilha. Wara li dawn l-aħħar xhur twebbel li ma jagħmilx l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali
f’Marzu li ġej, għax qal li l-pajjiż ma jiflaħx għal dawk l-ispejjeż, nhar il-Ħadd qalilna li lest jagħmel kompromess biex l-elezzjonijiet isiru. “Mela l-elezzjonijiet,” qalilna l-għasfur, “biċċa għodda tad-demokrazija, jistgħu jsiru kompromessi magħhom? Jew issa induna li ma bellagħha lil ħadd li din mhix kwistjoni ta’ spejjeż? Għal dawk l-elezzjonijiet m’għandux flus? Għal affarijiet oħra għandu imma, u bla limi-
tu.” Imma din bħall-kwistjoni tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Mela tajjeb, l-ewwel ħa proprjetà tagħna lkoll, fil-veru sens tal-kelma, u għaddieha bħala rigal lill-partit tiegħu biex ikun jista’ jħallas id-dejn li kellu, u
issa jiġi l-Ministru Owen Bonnici bit-tbissima simpatika tiegħu, ħalli jressaq liġi li tikkontrolla l-finanzjament tal-partiti. “Ħaġa żgħira,” komplielna lgħasfur, “biex bħala Ministru talĠustizzja jurina kemm hu ġust, Owen Bonnici, imissu l-ewwel irodd lura dak li kien, għadu u jibqa’ tal-poplu Malti, inkluż lAustralia Hall u tliet kwarti talkażini li llum jokkupa l-Labour, imbagħad nagħmlu l-liġi ħalli l-
partiti jkunu telqu mill-istess punt tat-tluq.” L-ipokresija talLabour la għandha bidu u lanqas tmiem. Dak li qabel kien ħażin, issa sar tajjeb u bil-maqlub. Mur ġib lil-Labour kieku xi Ministru Nazzjonalista tal-Ġustizzja jkol-
lu inċident bil-karozza, ikorri persuna, jipprova jaħbi l-każ u meta jinkixef jitla’ l-qorti jwieġeb għall-akkużi quddiem maġistrat impjegat taħtu. U ma jirriżenjax. Għax tal-Labour jemmnu fil-kultura tar-riżenji meta jkunu fl-Oppożizzjoni biss. Meta jkunu fil-Gvern huma, kollox jgħaddi, kollox aċċettabbli u xejn mhu xejn. “Il-vili hi,” komplielna l-għasfur, “li għax ngħidu dawn l-affarijiet, allura aħna negattivi. Imma huma pożittivi għax jagħmlu kulma jiġi għal idejhom mingħajr l-ebda skruplu. L-aqwa li jibqgħu fil-poter ħa jkomplu jaħtfu u jiffangaw.”
L-għoli tal-ħajja Qed joqrob żmien il-Baġit u dan il-Baġit li ġej se jkun lewwel wieħed mill-bidu salaħħar tal-Gvern Laburista, għax biex ma ninsewx, l-ieħor kien dak li kien fassal Gvern Nazzjonalista u l-ewwel talLabour ivvutaw kontrih u mbagħad għamluh tagħhom u implimentawh. Dan il-Baġit li ġej se jkun kollu xogħol ilMinistru Professur Edward Scicluna u mhux xogħol xi accountant tafux. “Hawn xnigħat,” qalilna l-għasfur, “li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ewro u sittax-il ċenteżmu fil-ġimgħa, jiġifieri nofs lira mill-antiki. X’lussu eh?! Dan wara li raħħsilna l-petrol b’żewġ ċenteżmi, għollielna lgass u taparsi raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Jiġifieri għall-poplu Malti u Għawdxi, il-Gvern se jagħti €1.16 filġimgħa u għall-mara talMinistru Konrad Mizzi €13,000 fix-xahar. Din hi lfamuża “living wage” li kien webbilna biha Joseph il-bully meta kien qed iwiegħed kollox lil kulħadd? Din hi l-famuża “new middle class” li ried joħloq? Kliem sabiħ għandna kieku imma xħin niġu għallfatti, il-Labour jibqa’ dak li dejjem kien. Gvern qammiel mal-ħafna u sinjur mal-ftit talqalba. U bilħaqq,” kompla jistaqsi l-għasfur, “fejn hu dak li meta jkun bin-nervi jinfexx jiekol iċ-ċikkulata, jiġifieri Toni Zarb? Jekk dawn ixxnigħat huma minnhom, Toninu mhux se jmur jimmarċja l-Belt u jgħidilna li ‘issa daqshekk’? Naf li mar-riżultat tar-rebħa Laburista Toni Zarb inħanaq bl-għajjat u tilef ilvuċi, imma miskin għadu maħnuq? M’hemmx ċans nerġgħu nisimgħuh jgħajjat ‘issa daqshekk’, waqt li jgħaqqad il-ponnijiet? Iżżmien kollox u lil kulħadd ibiddel, minbarra lil talLabour!” temm l-għasfur.
www.maltarightnow.com
OPINJONI
Demokrazija: Quo Vadis?
Fi ktieb li jiġbor il-ħsibijiet ta’ Mahatma Ghandi, iltqajt ma’ frażi li verament għandha tiftaħ għajnejn il-Gvern f’dan leżerċizzju ta’ logħob biddemokrazija. Din il-frażi tgħid li “l-ispirtu tad-demokrazija mhux mekkaniżmu li jista’ jinbidel billi tabolixxi forom tiegħu”. Fi ftit kliem, id-demokrazija mhix xi ħaġa li taqbad u tibdilha – għaliex jekk ikun hekk, titlef ilkunċett ta’ demokrazija nnifisha. Dak li qed jiġri proprju bħalissa f’pajjiżna. Bħalissa, il-Gvern, bi skuża tal-aspett finanzjarju, qed jikkontempla li jwaqqaf forma ta’ demokrazija, li hi l-vot li jċaħħad lill-poplu milli jsemma’ leħnu fl-għażla tar-rappreżentanti tiegħu – pilastru ta’ kull pajjiż demokratiku. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li lest jilħaq kompromess dwar l-elezzjonijiet talKunsilli Lokali. Li mhux jirrealizza l-Prim Ministru hu li filwaqt li f’demokrazija hu importanti li dejjem tfittex li tilħaq il-kompromessi, li tipprova tilħaq kompromess dwar id-demokrazija nnifisha huwa antidemokratiku. Aġir bħal dak propost huwa kważi dittatorjali – għaliex lebda Gvern m’għandu jċaħħdek milli tmur għal vot li int intitolat
11
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
Antonello Cuschieri
antonello.cuschieri@gmail.com
‘Alice in Wonderland’ Iż-żmien jasal għal kollox. Nifakru l-ftaħir ta’ qabel l-elezzjoni li fi żmien sentejn ikollna power station ġdida. Lil hinn mill-argument ta’ jekk għandniex bżonn power station ġdida, ilPartit Nazzjonalista dejjem kien xettiku dwar dan, speċjalment fiż-żmien stabbilit mill-Partit Laburista. Fi żmien xitt xhur, pajjiżna għandu jkun ‘mgħammar’ b’power station ġdida li tkun mibnija u topera – kollox skont ir-‘roadmap’. L-unika problema hi li l-post fejn għandha tinbena din il-power station għadu vojt, m’hemm ħadd jaħdem, m’hemm l-ebda makkinarju u wisq nqasr (imqar) pedament.
F’demokrazija hu importanti li dejjem tfittex li tilħaq il-kompromessi, iżda li tipprova tilħaq kompromess dwar id-demokrazija nnifisha huwa antidemokratiku
għalih filwaqt li jisfurzak tibqa’ rappreżentat minn nies li ġew eletti għal perjodu definit u li effettivament il-mandat tagħhom ikun skadielhom.
Poplu pupazz Jekk lill-poplu tneħħilu l-leħen tal-vot, tkun qed tagħmlu biss pupazz fi strateġija sfaċċata, fejn il-funzjoni tiegħu tkun biss dik li jħallas it-taxxa ħalli l-Gvern ikollu flus x’jamministra – u kulħadd jaf kif qed ikunu amministrati dawn il-flus, f’kuntratt eżorbitanti lill-mara talMinistru Konrad Mizzi, safriet statali li ġew trasformati f’tours daqskemm qed jakkumpanjawhom ħbieb tal-Prim Ministru u martu, jew f’rekord ta’ nies li ddaħħlu jaħdmu fiċ-Ċivil u li jitħallsu proprju mit-taxxi tagħna. Iżda għalik, għandu €1.16 filġimgħa biex jirriflettu l-għoli talħajja.
Ir-realtà tgħid li iktar qisha ‘Neverland’ milli ‘Wonderland’ bl-ineżistenza tax-xogħol fuq ilpost. Il-mira tal-Gvern, sa fejn nafu aħna, ma nbidlitx. Tgħid sitt xhur oħra ninawgurawha?
Quo Vadis? Bil-Malti tfisser “fejn sejjer?” U dik hi l-mistoqsija li għandna nagħmlu. Fejn sejjer pajjiżna bilPartit Laburista fit-tmexxija? Fejn sejjer il-poplu Malti li għadu qed jistenna l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol? Fejn sejrin l-istudenti wara li jiggradwaw? Fejn se naslu bl-ikbar kabinett fl-istorja? Fejn se mmorru b’żieda ta’ €1.16 filġimgħa li hija l-inqas f’dawn laħħar snin? Ħafna minn dawn il-mistoqsijiet għadhom bla risposta iżda meta wieħed jara dan, ma jistax ma jistaqsix fejn marret ilfamuza ‘roadmap’.
Mahatma Ghandi: “L-ispirtu tad-demokrazija mhux mekkaniżmu li jista’ jinbidel billi tabolixxi forom tiegħu”
12
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
L-ISIS ifeġġu fil-Libja IN-NAZZJONIJIET UNITI
Hekk kif fuq l-internet tpoġġa filmat ta’ militanti Iżlamiċi jiċelebraw fit-toroq ta’ Derna filLibja wara li kien iddikjarat klalifat (stat jew imperu Iżlamiku), ir-rappreżentant tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Libja wissa li l-militanti Iżlamiċi tal-ISIS diġà kienu preżenti fil-Libja. Bernardino Leon wissa wkoll li dawn kienu qed jistennew iżżmien adattat biex juru snienhom bil-qawwa kollha. Leon, il-Kap tal-UNSMIL, il-
missjoni tan-NU fil-Libja, qal li jekk ma jibdiex minnufih djalogu politiku dwar il-ġejjieni talLibja, il-pajjiż kien se jkun bieb miftuħ għall-ISIS. Sforz reċenti min-Nazzjonijiet Unitui għal soluzzjoni politika fil-Libja sfaxxa wara li l-gruppi militanti Iżlamiċi fil-pajjiż injoraw lisforzi li saru. Bernardino wissa li Libjani li marru jiġġieldu mal-militanti Iżlamiċi fis-Sirja u l-Iraq issa kienu rritornaw lejn pajjiżhom u
Sfrattat kumplott terroristiku IR-RENJU UNIT
L-ewwel allegat kumplott terroristiku mill-ISIS fuq art Ingliża ġie sfrattat mill-pulizija u millaġenzija sigrieta MI5. Dan wara biża’ kbir li l-militanti qed jirritornaw mis-Sirja biex iwettqu attakki mdemmija f’toroq Ingliżi. Erbat irġiel kienu arrestati f’offensivi armati u drammatiċi li seħħew f’Londra u li f’rejd minnhom wieħed mis-suspettati kellu jkun ikkontrollat millpulizija permezz tat-taser. Hu maħsub li l-irġiel kienu fi stadji bikrija ta’ pjan biex jitwettaq attakk “sinifikanti” u hu mifhum li linja partikulari fl-investigazzjonijiet hi jekk kinux se jagħmlu xi tip ta’ qtil brutali li sar l-istil uniku talISIS f’xi triq Ingliża. Il-pulizija u aġenziji sigrieti saru aktar imħassba li l-grupp terroristiku, li diġà qata’ l-irjus ta’ erba’ ostaġġi Ewropej, qed jinkoraġġixxi attakki simili biex isiru fi mkejjen oħrajn. Il-biża’ kompliet jikber wara li
r-Renju Unit ingħaqad flazzjonijiet militari mill-ajru kontra t-terroristi. Il-pulizija fl-Awstralja, f’Settembru, arrestat 15-il persuna suspettati li huma estremisti tal-ISIS fost biża’ kbir li dawn kienu qed jippjanaw qtil bladdoċċ, bħal qtugħ ir-ras ta’ persuna fil-pubbliku. Matul l-istess xahar, fanatiċi Alġerini assoċjati mal-ISIS qatgħu ras l-ostaġġ Franċiż Herve Gourdel, b’ritaljazzjoni għal azzjonijiet militari Franċiżi li saru fl-Iraq. F’Awwissu l-livell ta’ theddid terroristiku fir-Renju Unit għola għal wieħed “serju ħafna”, hekk kif il-Prim Ministru David Cameron avża li l-ISIS kienu qed jippjanaw attakki fl-Ingilterra. Il-ġurnal The Daily Telegraph għandu informazzjoni li wieħed mill-irġiel arrestati rritorna misSirja u kellu rabtiet mal-ISIS – possibbilment bħala ġellied filpajjiż fil-Lvant Nofsani.
kienu qed japprofittaw mill-kaos preżenti fil-Libja biex jissaħħu u jorganizzaw ruħhom. Bernardino f’intervista malġurnal Taljan La Repubblica semma lil Derna bħala post fejn il-ġellieda tal-ISIS huma b’saħħithom. Dan qabel ma ħareġ il-video li juri ġellieda jiċċelebraw fit-toroq ta’ Derna u jxejru l-bandiera sewda tal-grupp militanti Iżlamiku. Dawn kienu indentifikati minn xi wħud bħala membri tal-grupp
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
militanti Iżlamiku, l-Ansar alShariah, li l-Ħadd iddikjara kalifat Iżlamiku f’Derna u ħabbar li issa kien sar alleat tal-ISIS. L-Ansar al-Shariah hu meqjus bħala r-responsabbli tal-qtil talAmbaxxatur Amerikan Christopher Stevens f’Bengażi fl-2012. Ir-rappreżentant tan-NU ammetta li s-soluzzjoni għas-sitwazzjoni Libjana ma kinitx faċli għaliex fil-pajjiż kien hemm mijiet ta’ gruppi armati jaġixxu
għal rashom. Hu qal li jekk hemm bżonn inNazzjonijiet Uniti kienet lesta titlob għal sanzjonijiet kontra dawk li kisru d-drittijiet tal-bniedem u wettqu reati tal-gwerra, u dan kien jinkludi li jkunu ffriżati lassi li għandhom madwar iddinja kif ukoll li jkun ipprojbit li jivvjaġġaw barra mil-Libja. Bernardino insista li ma kienx hemm soluzzjoni militari għalLibja lanqas kieku kellhom jintervjenu pajjiżi barranin.
Mara Sirjana u t-tarbija tagħha f’garaxx fejn marru jistkennu f’Sanliurfa fit-Turkija wara li ħarbu mill-vjolenza tal-ISIS (Ritratt: EPA)
Ħelikopters Amerikani fl-azzjoni kontra l-militanti L-IRAQ
Hekk kif qed tikber il-pressjoni għall-użu ta’ truppi kontra l-militanti Iżlamiċi fl-Iraq u s-Sirja, sar magħruf li f’dawn l-aħħar ġranet l-Istati Uniti għamlet użu minn ħelikopters tat-tip Apache kontra l-ISIS fl-Iraq. Skont l-awtoritajiet militari Amerikani, ħelikopters tat-tip Apache AH-64, intużaw flimkien ma’ ajruplani militari f’erba’ attakki kontra l-ISIS fl-inħawi ta’ Fallujah. Dawn il-ħelikopters kienu ntbagħtu l-Iraq f’Lulju biex jgħinu fil-protezzjoni talAmbaxxata Amerikana u l-ajruport ta’ Bagdad. Sadattant fis-Sirja, il-qofol talġlied qed iseħħ f’Kobane, il-belt Kurda li tinsab qrib il-fruntiera
Twissija ta’ massakru imminenti mill-ISIS Torka u li din il-ġimgħa ntqal li spiċċat f’idejn l-ISIS. Għat-tieni ġurnata konsekuttiva, qagħdiet tal-ISIS kienu attakkati mill-ajru hekk kif f’partijiet tal-belt għad hemm ġellieda Kurdi li qed jirreżistu. Staffan de Mistura, ir-rappreżentant tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Sirja, qed iħeġġeġ lillkomunità internazzjonali biex
tintervjeni minnufih u b’determinazzjoni biex ikun evitat li Kobane tispiċċa f’idejn l-ISIS. Hu qal li jekk Kobane tispiċċa f’idejn l-ISIS, din tkun traġedja kbira u se jkun hemm massakru. Nies li qed jaħarbu minn Kobane qed jirrakkontaw stejjer tal-waħx tal-atti mwettqa mill-militanti Iżlamiċi, speċjalment fil-konfront tannisa u t-tfal. Il-President Tork Tayyip Erdogan indika li forsi tTurkija kienet se tintervjeni mill-art fis-Sirja. Dan hekk kif fil-pajjiż qed ikun hemm protesti vjolenti mill-Kurdi. Protesti biex iħeġġu lill-Gvern jintervjeni b’determinazzjoni.
www.maltarightnow.com
13
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Il-lingwaġġ tal-Knisja għandu jittaffa
Il-WHO twissi li l-marda fl-Ewropa hi inevitabbli
L-INDONESJA: Mument miċ-ċelebrazzjonijiet f’Surabya għad-69 anniversarju tal-forzi armati Indonesjani. F’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ħadu sehem 20,000 suldat (Ritratt: EPA)
IL-VATIKAN
L-ewwel jiem ta’ diskussjonijiet fil-laqgħa dinjija tal-isqfijiet Kattoliċi ffukaw parzjalment fuq kif għandu jinbidel “il-lingwaġġ iebes” li jintuża mill-Knisja meta tiġi biex tiddiskuti l-ħajja filfamilja u kif għandha taċċetta ssitwazzjoni li n-nies għandhom jikbru fil-fidi bil-mod. Skont osservaturi fil-Vatikan, li qed janalizzaw id-diskussjonijiet fis-sinodu, waħda mit-temi li ppredominat f’70 diskors magħmulin minn prelati f’dawn l-aħħar jiem, hi kif il-mexxejja tal-Knejjes jittimbraw lin-nies b’ċertu diskors li mhux “neċessarjament diskors li jistieden lill-poplu Nisrani biex iqarreb lilu nnifsu lejn il-Knisja”. Hu u jindirizza lill-ġurnalisti, Thomas Rosica, kelliem dwar issinodu tal-isqfijiet, qal li wieħed jew aktar membri fis-sinodu speċifikament irreferew għal tliet termini li jintużaw regolarment mill-Knisja: dawn huma, li wieħed “jgħix fid-dnub”, b’referenza għal koppji li jgħixu flimkien qabel iż-żwieġ; “intrinsikament diżordinat”, b’referenza għal persuni omosesswali; u “mentalità kontraċettiva”, b’referenza għal dak li ngħad minn xi isqfijiet meta ġew biex jitkellmu dwar soċjetà li ma tirrispettax ilħajja”.
“Li wieħed jittimbra linnies...ma jgħinx biex tressaq linnies lejn il-Knisja,” qal Rosica u żied li “hemm xewqa kbira biex il-lingwaġġ jinbidel radikalment sabiex jilħaq is-sitwazzjonijiet diffiċli fis-soċjetà tal-lum”. Bħalma sar f’sinodi tal-passat, il-Vatikan mhux qed jippubblika kitbiet jew sommarji ta’ wħud mill-190 diskors tal-isqfijiet, iżda minflok, ta’ kuljum, qed jipprovdi tagħrif minn tliet kelliema li qed jattendu s-sinodu u li qed ifissru l-avvenimenti fil-qosor. Ilkelliema huma Federico Lombardi, li hu Ġiżwita; Manuel Dorantes, mill-Arċidjoċesi ta’ Chicago; u Thomas Rosica nnifsu. Flimkien ma’ dawn il-kelliema, ingħaqdu wkoll żewġ membri oħra li qed jattendu s-sinodu: ilKardinal Ingliż Vincent Nichols u l-Kardinal Bechara al-Rahi, ilPatrijarka Maronita ta’ Antijokja. Meta rrefera għad-diskors li għamel il-Papa Franġisku nhar itTnejn, li fih il-Kap tal-Knisja Kattolika talab lill-prelati biex “jitkellmu b’kuraġġ u jisimgħu b’umiltà”, il-Kardinal Nichols qal li “dan id-diskors qed jingħad lilna, biex inkunu paċenzjużi u naraw ir-realtà tiżviluppa quddiemna bil-mod”.
L-EBOLA
L-Organizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) qalet li hi lesta li tipprovdi appoġġ lil Spanja hekk kif l-awtoritajiet fil-pajjiż stinkaw biex jikkontrollaw lewwel każ tal-marda tal-Ebola fl-Ewropa. Zsuzsanna Jakab, id-direttur Ewropew tal-WHO qalet li din il-marda fl-Ewropa hi inevitabbli u sostniet li tali każi se jkunu qed jiġru fil-futur minħabba l-ivvjaġġar estensiv mill-Ewropa lejn il-pajjiżi milquta u viċi versa. Hi żiedet li l-aktar ħaġa importanti hi li fil-fehma tal-WHO, lEwropa għadha f’riskju baxx, u li l-pajjiżi fil-Punent tal-Ewropa huma l-aktar imħejjija fid-dinja biex jirrispondu għas-sintomi ta’ din il-marda qerrieda. Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Ingliż David Cameron mexxa laqgħa ta’ emerġenza u saret diskussjoni dwar it-tixrid tal-marda tal-Ebola fil-Punent tal-Afrika, għalkemm il-Gvern Ingliż saħaq li din il-laqgħa kienet ġiet skedata għal ftit tażżmien. Bi tħejjija għal din il-laqgħa, il-Prim Ministru Cameron ikkuntattja lill-President ta’ Sierra Leone, Ernest Bai Koroma, sabiex jara x’tip ta’ għajnuna oħra għandu bżonn. Il-WHO tirrakkomanda li jsiru testijiet fuq persuni li jkunu morda b’xi marda mhux spjegata
meta jiġu biex iħallu pajjiżi milquta bl-Ebola. Testijiet fuq nies li jkunu se jidħlu f’portijiet u f’ajruporti Ingliżi mhux qed ikunu rakkomandati mill-WHO, għalkemm ikun irid isir screening fuq kull persuna li tidħol filpajjiż, għax ikun hemm min jivvjaġġa minn pajjiż ieħor qabel ma jasal fid-destinazzjoni tiegħu.
sarlu rriżulta fin-negattiv. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li qed jimmonitorjaw aktar minn 50 kuntatt possibbli li saru malinfermiera. Ħaddiema fl-isptar fejn kienet taħdem l-infermiera qalu lillġurnal El Pasi li l-ilbies protettiv li ngħataw ma kienx adattat skont il-kriterji tal-WHO, li jis-
Sadattant, professjonisti tassaħħa f’Madrid taw il-ħtija lil apparat inferjuri kif ukoll lil nuqqas biex ikun segwit protokoll għall-ewwel każ ta’ Ebola fl-Ewropa. Dan wara li infermiera Spanjola ġiet infettatat bil-marda meta kienet qed tikkura pazjent fl-isptar Carlos III li twassal marid bl-Ebola minn Sierra Leone. L-infermiera ġiet ittestjata darbtejn u r-riżultat kien pożittiv. Ir-raġel tal-infermiera wkoll inżamm l-isptar f’kamra iżolata, u infermiera oħra mill-istess tim mediku li kkura lil żewġ saċerdoti li mbagħad mietu, ukoll inżammet għall-osservazzjoni. Raġel li żar Spanja min-Niġerja wkoll inżamm fi kwarantina f’Madrid iżda l-ewwel test li
peċifikaw li l-ilbies għandu jkollu apparat tal-ventilazzjoni. L-istess ħaddiema wkoll irrimarkaw li l-ingwanti tal-latex bl-użu tat-tejp huma eżempju ta’ kemm l-ilbies ma kienx adattat għal sitwazzjonijiet bħal dawn. Barra minn hekk, skola fi Stockport fir-Renju Unit ikkanċellat iż-żjara ta’ ħaddiema li taħdem ma’ għaqda tal-karità, u binha wara li numru ta’ ġenituri mħassba beżgħu li wliedhom jistgħu jkunu infettati blEbola. Miriam Mason-Sesay, li għexet fi Sierra Leone mis-sena 2000, qalet li binha kien qed ikun trattat bħala persuna mniġġsa bil-pesta, u żiedet li ddeċiżjoni tal-iskola aġevolat lillġenituri “injoranti”.
L-ilbies protettiv fi sptar f’Madrid kellu materjal inferjuri
14
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
Stennija għall-ewwel omiċidju onlajn IL-EUROPOL
L-ewwel hekk imsejjaħ ‘omiċidju onlajn’ jista’ jseħħ salaħħar ta’ din is-sena, meta persuni li jispeċjalizzaw fis-cybercrime qed jisfruttaw it-teknoloġija tal-internet biex jikkonċentraw aħjar fuq vittmi potenzjali. L-esperti, fl-istess ħin, wissew li l-gvernijiet tal-pajjiżi mhumiex ippreparati jew attrezzati biex irażżnu ż-żieda fil-każi fejn innies qed iweġġħu minħabba lattakki fuq tagħmir tas-sigurtà importanti permezz tal-kom-
pjuter. Intant, hemm ukoll il-possibbiltà kbira li dan l-aġir talkriminali fuq l-internet jirriżulta f’każi ta’ mwiet. L-Aġenzija Ewropea għallInfurzar tal-Liġi, Europol, qed tevalwa din it-theddida u kkwotat rapport tal-kumpanija tas-sigurtà Amerikana IID. Irrapport ibassar li sal-aħħar tal2014, għandu jseħħ l-ewwel każ ta’ qtil permezz ta’ ‘tagħmir imqabbad mal-internet li jkun suġġett għall-hacking’.
L-istess rapport, imbagħad, semma l-ħtieġa għall-iżvilupp tat-tekniċi forensiċi tal-Pulizija biex jindirizzaw il-perikli li ġejjin ‘mill-internet għal kollox u għal kulħadd’. Intant, Rod Rasmussen, ilPresident ta’ IID, qal li diġà qed jiżviluppa suq kbir ‘kważi klandestin’ fejn persuna tista’ tixtri u tbigħ id-difetti li wieħed jista’ jiskopri fis-sistemi onlajn. Rasmussen kompla li filwaqt li għadu ma seħħx l-ewwel
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
omiċidju rappurtat mis-sistemi onlajn, il-kunċett tal-‘mewt permezz tal-internet’ hu diġà realtà. Dan hu dovut għall-istrateġiji tar-rikatt li qed jintużaw onlajn u li wasslu għas-suwiċidju ta’ xi vittmi. Jekk it-tbassir dwar omiċidju onlajn jibqa’ ma jseħħx sal-aħħar ta’ din is-sena, Rod Rasmussen ftit għandu dubju li dan it-tip ta’ qtil ikun realizzat fis-snin li ġejjin – anzi hu kważi inevitabbli.
Is-sistema tal-‘internet għal kollox’ tirrappreżenta qasam ġdid għall-attakki potenzjali u Rasmussen hu konvint li l-kriminali diġà qed ifittxu l-aħjar sistemi biex jisfruttaw is-sitwazzjoni. Għaldaqstant, il-gvernijiet iridu jaċċettaw l-iżvilupp mgħaġġel ta’ tagħmir li kapaċi jkun ikkonvertit għall-proċess ta’ ‘smart’ (għall-konnessjoni effiċjenti mal-internet) u li jagħti lok biex il-kriminali jiksbu aċċess għannetworks li jridu.
IL-POLONJA: Il-fdalijiet ta’ ajruplan Amerikan tat-Tieni Gwerra Dinjija tat-tip Douglas A-20 li nstab fil-qiegħ tal-Baħar Baltiku. L-ajruplan instab f’kundizzjoni tajba ħafna meta wieħed iqis iż-żmien li għamel taħt il-baħar u bħalissa jinsab fil-bażi navali ta’ Gdynia jitlesta biex ikun trasportat lejn il-Mużew tal-Avjazzjoni fi Krakovja (Ritratt: EPA)
Nofs il-Britanniċi jbatu biex jiktbu l-kliem komuni IR-RENJU UNIT
Riċerka ġdida fost il-Britanniċi sabet li għadd ta’ kelmiet fil-vokabularju qed ifixkluhom fid-drabi meta jridu jesprimu ruħhom bilkitba, u erbgħin fil-mija qed jiddependu fuq is-sistema tal-‘autocorrect’. Skont ir-riċerka, uħud fost laktar kelmiet li qed joħolqu diffikultà għall-Britanniċi hemm ‘embarrassment’, ‘occasionally’ u ‘necessary’. Intant, ir-riċerkaturi li bbażaw l-istudju fuq madwar elfejn adult, sabu li nofshom kellhom
il-problemi biex jiktbu l-kliem li jintuża ħafna fid-diskors ta’ kuljum. Il-lista tal-kelmiet ‘problematiċi’ tinkludi ‘accommodate’, ‘questionnaire’ u ‘rhythm’. Il-kelma ‘conscience’ ukoll mhix waħda faċli għall-Britanniċi fejn tidħol ilkitba, u l-istess jingħad għallkliem ‘occurrence’, ‘restaurant’ u ‘guarantee’. Din ir-riċerka partikulari kienet ikkummissjonata mill-istazzjon tat-televiżjoni Nick Jr. UK bil-
ħsieb li jippromwovi show bl-isem ‘Wallykazam!’ – programm li jibbaża fuq l-isforzi lejn it-tkattir tallitteriżmu. Intant, ir-riċerka żvelat li erbgħa minn kull għaxar Britanniċi ammettew li jirrikorru għatteknoloġija ‘autocorrect’ biex iserrħu rashom li ma għamlux żbalji tal-grammatika u l-ortografija. Fl-istess ħin, wieħed minn kull ħamsa fir-Renju Unit ‘jagħtihom ferħ ta’ ġenn’ li kieku kellhom jabbandunaw it-teknoloġija ta’
‘spellchecking’ u jiddependu fuq dak li jafu. Kważi nofs in-nies li ħadu sehem fir-riċerka ammettew, imbagħad, li huma lesti li jiġġudikaw lil ħaddieħor fir-rigward tal-iżbalji grammatikali li jagħmel. Intant, anqas minn 25% ammettew li ħassewhom imbarazzati fil-każi meta setgħu kitbu xi kelma ħażina waqt ix-xogħol.Flistess ħin, wieħed f’kull ħamsa qal li juża s-search engine ‘Google’ fuq l-internet biex jaċċerta li l-
affarijiet li jkun kiteb m’għandhomx żbalji grammatikali. Uħud mill-aktar kelmiet komuni li qed joħolqu wġigħ ta’ ras għallBritanniċi huma ‘fluorescent’; ‘psychiatrist’; ‘mischievous’; ‘miniscule’; ‘xylophone’; ‘pronunciation’; ‘graffiti’; ‘millennium’; ‘exhilarate’; ‘license’; ‘believe’; ‘colleague’; ‘definite’; ‘humorous’; u ‘symphony’; ‘weird’; ‘possession’; ‘changeable’; ‘queue’; ‘acquire’; ‘receipt’; ‘receive’ u ‘foreign’.
www.maltarightnow.com
15
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Kontroversja dwar żwiġijiet ta’ persuni tal-istess sess L-ITALJA
Angelino Alfano, ilMinistru għall-Intern Taljan, saħaq li jista’ jwaqqaf irreġistrazzjoni ta’ żwiġijiet ta’ persuni tal-istess sess li jsiru barra l-pajjiż għax ikunu kontra l-liġi. Il-Ministru Alfano qal lillistazzjon tar-radju RTL li hu kien bagħat ċirkulari li fiha ordna lill-bliet biex iwaqqfu dawn iż-żwiġijiet mir-reġistri
tagħhom, u jekk ma jimxux maċ-ċirkolari l-Gvern ikun jista’ jindaħal u jannullahom. Diversi bliet diġà qed jgħidu li mhumiex se jobdu l-ordni, fosthom Bologna u Napli li se jappellaw din l-ordni. Il-Kunsill ta’ Napli qal li ċċirkulari li qed tannulla ttraskrizzjonijiet hi kuntrarju għall-prinċipju kostituzzjonali ta’ drittijiet ugwali.
FRANZA: Ftit mill-ħerba tal-maltemp li ħakem lin-Nofsinhar ta’ Franza, f’dan il-każ f’Grabels, qrib Montpellier (Ritratt: EPA)
Bastiment nukleari jieħu n-nar L-ISKOZJA
L-UNJONI EWROPEA: Conchita Wurst, mill-Awstrija, li rebħet il-Eurovision, meta lbieraħ marret tkanta quddiem il-Parlament Ewropew fi Brussell. Dan seħħ bħala parti minn kampanja u bħala appoġġ għal rapport dwar id-diskriminazzjoni sesswali b’mod partikulari kontra l-omosesswali (Ritratt: EPA)
Pjattaforma taż-żejt fin-North Sea ġiet evakwata wara li bastiment li kien qed jgħabbi materjal radju attiv ħa n-nar u baqa’ jbaħħar fid-direzzjoni ta’ daħla qrib l-art magħrufa bħala Moray Firth. Il-vapur Parida kien qed jittrasporta tagħbija ta’ skart radjuattiv tal-konkrit meta żviluppa nar f’waħda miż-żewġ ċmieni. In-nar ġie kkontrollat, iżda t52 ħaddiem ġew evakwati millpjattaforma Beatrice permezz ta’ ħelikopter bħala
prekawzjoni. Il-gwardja tal-kosta ta’ Aberdeen qalet li l-bastiment kien irmunkat u kien fid-direzzjoni ta’ Cromarty Firth biex jankra ruħu. L-Aġenzija Marittima talGwardja tal-Kosta qed tikkoordina l-ħidma sabiex il-vapur ikun stabbilizzat u biex tkun assigurata s-sigurtà tiegħu għall-kenn f’xi port. Il-membri tal-ekwipaġġ imbagħad se jiddeċiedi jekk isirx attentat biex il-magna titqabbad mill-ġdid. Sadattant,
l-ekwipaġġ twassal fil-bażi talRAF f’Lossiemouth waqt li lbastiment kien xi seba’ mili ’l bogħod mill-pjattaforma. Richard Lochhead, isSegretarju għall-Ambjent qal li l-Gvern Skoċċiż qed isegwi dan l-inċident. Hu qal li l-Ministri ġew infurmati u uffiċjali mill-Gvern Skoċċiż qed ikunu f’kuntatt kontinwu man-Nuclear Decommissioning Authority, mal-Gvern Ingliż u msieħba ewlenin sabiex dan l-inċident ikun solvut fi żmien qasir.
Canberra hi l-aħjar belt fejn wieħed jgħix L-AWSTRALJA
Skont rapport maħruġ millOrganizzazzjoni għallKooperazzjoni Ekonomiku u l-Iżvilupp (OECD), il-belt Awstraljana ta’ Canberra hi laħjar belt fejn wieħed għandu jgħix. Canberra ġiet klassifikata fil-quċċata tar-raġjuni filwaqt li l-Awstralja ġiet l-ewwel bħala l-aħjar pajjiż, segwita min-Norveġja. L-OECD ikklassifikat 362 reġjun mill-34 nazzjon mem-
bru fl-istudju tagħha u flanaliżi tagħha użat tliet miżuri dwar l-għajxien, fosthom id-dħul finanzjarju, ledukazzjoni, l-impjiegi, issigurtà, is-saħħa u l-ambjent. Ħamest ibliet Awstraljani, fosthom Sydney, Melbourne u Perth ukoll ġew klassifikati mal-ewwel għaxra. Bliet oħrajn li ngħataw punti għoljin kienu New Hampshire u Minnesota flIstati Uniti.
IR-RENJU UNIT: Parti mill-wirja ‘A Short Story of Contemporary Art’ fil-kwartieri ġenerali ġdid tal-kumpanija tal-irkant, Phillipsd, fiċ-ċentru ta’ Londra (Ritratt: EPA)
16
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
Sintomu ta’ Gvern Laburista li jgħid mod u jagħmel ieħor Alex Attard
L-aġir tal-Gvern li baqa’ salaħħar jagħti impressjoni żbaljata li l-miri dwar il-bini l-ġdid talParlament se jintlaħqu u kellu jkun fl-aħħar għaxart ijiem li ammetta li l-mira ma ntlaħqitx, u li l-Gvern lanqas ħass il-ħtieġa li jersaq quddiem il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex jagħti spjegazzjoni tad-dewmien f’dan il-proġett u lanqas ma ta data meta l-Parlament il-ġdid se jkun lest, hu sintomu ta’ gvern Laburista li jgħidlek mod u mbagħad jagħmel ieħor. Gvern li mhux kapaċi jerfa’ r-responsabbiltà politika u qed jibda x-xejra li l-Gvern qatt m’għandu t-tort, u li dejjem għandu t-tort ħaddieħor. Dawn id-dikjarazzjonijiet għamilhom il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, David Agius, f’intervista ma’ ‘In-Nazzjon’, lejlet il-ftuħ talParlament wara l-vaganzi tassajf. Perjodu li kien itwal missoltu biex jagħti żmien biżżejjed biex isir it-trasferiment talParlament għall-bini l-ġdid. David Agius fisser li għal diversi drabi kien qed jissejjaħ biex imur fil-bini l-ġdid talParlament biex naraw il-progress ta’ dan il-proġett. Waħda miż-żjarat li saru kienet fit-8 ta’ Lulju li għadda meta ma kienx għadu lanqas aġġorna lParlament għall-vaganzi tas-sajf. Tliet xhur ilu, qal David Agius, il-Ministru Mizzi fi stqarrija li ħareġ, kien iddikjara li l-bini talParlament hu fi stadju avvanzat. Iżda tliet xhur wara, l-istess Ministru kellu jiddikjara li l-bini tal-Parlament mhux se jkun lest sa meta jiltaqa’ l-Parlament nhar it-Tnejn 13 ta’ Ottubru, u dan minkejja li l-Ministru baqa’ jagħti l-assigurazzjonijiet anke fix-xahar ta’ Awwissu, li xxogħlijiet mexjin skont il-miri ta’ dan il-proġett u li kollox miexi ‘on track’. Fakkar ukoll li l-Ministru Mizzi wkoll kien iddikjara li qed ikun hemm monitoraġġ mhux ta’ kafkaf, iżda qawwi, biex ikun assigurat li x-xogħlijiet jitlestew fil-ħin u li l-proġett ma jaqax lura. Spjega wkoll li kienu diġà saru laqgħat b’rabta maċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-bini l-ġdid talParlament li kellha ssir, u kienet ippjanata, għal nhar il-Ħadd li ġej, 12 ta’ Lulju, lejlet li jiftaħ ilParlament wara l-vaganzi tassajf. Irrimarka wkoll li tant kien ċert li l-Gvern kien se jiftaħ u jlesti l-
David Agius: L-Oppożizzjoni qiegħda tieqaf lill-Gvern u tiġbidlu l-attenzjoni kontinwament biex jirrispetta lill-Parlament u mhux jibqa’ għaddej bl-attitudni ta’ xejn mhu xejn
Meta d-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina ġibed l-attenzjoni tal-Ministru Mizzi li x-xogħlijiet għadhom lura u li mhux se jitlestew qabel Novembru, il-Ministru Mizzi qal li issa hu hawn bħala Ministru, u x-xogħol se jkun lest
bini l-ġdid tal-Parlament, li flaħħar seduta qabel ma aġġorna lParlament għall-vaganzi tas-sajf, saru d-diskorsi mill-Gvern u mill-Oppożizzjoni bħala ringrazzjament u apprezzament ta’ dik is-seduta storika, l-aħħar waħda fil-bini tal-Palazz tal-President. David Agius qal li dan hu gvern li ilu sena u nofs fil-Gvern u ma jistax jibqa’ jwaħħal filgvern preċedenti għaliex wara lassigurazzjonijiet li ta, żamm sa għaxart ijiem qabel ma suppost fetaħ il-bini l-ġdid tal-Parlament biex jammetti li l-mira ma ntlaħqitx. David Agius staqsa fejn kien il-monitoraġġ qawwi li kien iddikjarat fl-istqarrija tal-Gvern f’Lulju li għadda? Fejn kien ilMinistru Mizzi f’dan iż-żmien kollu meta kien qed jara li xxogħlijiet qed jaqgħu lura, u
meta kien intrabat diġà u ta lassigurazzjonijiet li l-miri kollha kienu se jintlaħqu? David Agius qal li meta lMinistru Mizzi f’Lulju li għadda kien għamel dawn id-dikjarazzjonijiet u l-assigurazzjonijiet qawwija, kienu preżenti uffiċjali tal-GHRC u tal-Ministeru, fosthom ukoll id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina. David Agius qal li dakinhar, id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina kien ġibed l-attenzjoni tal-Ministru Mizzi li x-xogħlijiet għadhom lura u li mhux se jitlestew qabel Novembru li ġej, bil-Ministru Mizzi jgħid li issa hawn hu bħala Ministru, u xxogħol se jkun lest. Bħala eks-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, Joe Mizzi messu jaf li jekk se jagħti direzzjoni lill-Parlament, din id-
direzzjoni għandha tkun ċara. Mistoqsi dwar l-assigurazzjoni li ta l-Ministru Mizzi dakinhar stess li ħabbar li x-xogħol mhux se jitlesta fuq il-bini talParlament il-ġdid, li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jingħata spjegazzjoni dwar fiex waslu x-xogħlijiet u indikazzjoni ta’ meta se jitlesta l-bini talParlament; David Agius qal li sserjetà kienet titlob li l-Ministru Joe Mizzi kellu jiġi l-Parlament u jitlob lill-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra biex jekk il-Kumitat jaqbel, tingħata spjegazzjoni mill-uffiċjali tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port ilKbir, il-GHRC, u mhux ilMinistru Mizzi jibgħat ittra u jimponi l-aġenda tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra. Il-Ministru Mizzi kellu jirrispetta lill-Parlament u ma jiddeċidix hu fi stqarrija għallistampa, u jiddetta hu lillParlament. Min-naħa l-oħra, lOppożizzjoni għamlitha ċara li kienet qed tistenna dakinhar stess li tingħata spjegazzjoni u li luffiċjali tal-Gvern, jew ilMinistru Mizzi jkunu għad-dispożizzjoni tal-Kumitat dwar ixXogħol tal-Kamra fis-sitwazzjoni delikata li nħolqot kawża ta’ nuqqas ta’ trasparenza talGvern. L-obbligu tal-Gvern li jagħti
www.maltarightnow.com
INTERVISTA
spjegazzjoni, saħaq David Agius, kellu jkun ukoll fid-dawl tal-fatt li l-Gvern baqa’ jagħti impressjoni żbaljata sal-aħħar dwar ix-xogħlijiet tal-bini l-ġdid tal-Parlament. L-Oppożizzjoni, kompla David Agius, qiegħda tieqaf lillGvern u kontinwament tiġbidlu l-attenzjoni biex jirrispetta lillParlament u mhux jibqa’ għaddej bl-attitudni ta’ xejn mhu xejn. Din l-imġiba tal-Gvern intweriet ukoll fil-kuntratt li sar mal-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, u meta sar il-ftehim, li ħadd ma kien jaf dwaru, mal-istat Ċiniż. David Agius qal li kienet ukoll l-Oppożizzjoni li insistiet li lParlament attwali ma jintmessx u jibqa’ għad-dispożizzjoni, minkejja li kien hemm il-ħsieb li jibda jiżżarma. David Agius qal li l-Gvern ma laħaqx il-mira li jlesti l-bini talParlament kif stipulat u kif hu stess intrabat li jagħmel, mhux xi każ iżolat ta’ dan il-Gvern. Hemm l-eżempju, ukoll tal-istess Ministru Mizzi, dwar l-Arriva, u dwar il-wegħda li għamel li jsib iż-żejt wara tliet xhur fil-Gvern. Dan hu gtvern li mhux kapaċi jerfa’ r-responsabbiltà politika u qed jibda x-xejra li l-Gvern qatt m’għandu t-tort, u li t-tort hu dejjem ta’ ħaddieħor. Hekk ġara filkaż ta’ Skolasajf li ma fetħitx filġurnata li fiha kellha tiftaħ, u waħħal f’ħaddieħor. Kien hemm ukoll il-każ tal-pubblikazzjoni ta’ avviż f’istituzzjoni edukattiva biex stipendju ma jinħariġx, meta wkoll dan il-Gvern waħħal f’ħaddieħor. B’rabta mad-dikjarazzjoni wkoll tal-Gvern li impona multi lill-kuntratturi li ma lestewx ixxogħlijiet, id-Deputat Nazzjonalista staqsa x’se jiġri minn dawn il-multi u fejn se jmorru l-flus li l-Gvern se jirċievi mill-multi tal-kuntratturi. David Agius appella lill-Gvern li l-multi jingħataw lillParlament bħala kumpens u li dawn il-multi jmorru għaxxogħol u t-tmexxija talParlament. Fisser li l-Parlament għadu mhux awtonomu mill-Gvern, u quddiem sitwazzjoni urġenti għall-bżonn ta’ Research Officers, id-dħul lill-Gvern millmulti fuq il-bini tal-Parlament ilġdid għandu jgawdi minnu biss il-Parlament, u dan biex l-istituzzjoni tal-Parlament timxi kif għandha timxi. għal paġna 17
www.maltarightnow.com
17
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
INTERVISTA
L-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisti li tkun infurmata dwar x’ġara ħażin fl-miri tal-Gvern, eżatt minn meta fi Frar li għadda l-Gvern kien qed jgħid li hu ‘on track’, u x’ġara wkoll meta kien dikjarat mill-Gvern f’Lulju li għadda li x-xogħol kien fi stadju avvanzat
Id-dħul mill-multi li impona l-Gvern fuq il-kuntratturi għandhom imorru għall-Parlament minn paġna 16
David Agius qal li lOppożizzjoni se tibqa’ tinsisti li tkun infurmata dwar x’ġara ħażin fl-miri tal-Gvern, eżatt minn meta fi Frar li għadda l-Gvern kien qed jgħid li hu ‘on track’, u x’ġara wkoll meta kien dikjarat mill-Gvern f’Lulju li għadda li xxogħol kien fi stadju avvanzat. David Agius qal li wara d-disfatta ta’ dan il-Gvern marbuta mal-bini tal-Parlament il-ġdid, hemm il-problema li tirrepeti ruħha ta’ dan il-Gvern – li dejjem jipprova jagħti stampa li kollox hu pożittiv u sew, u meta tiġi firrealtà ssib li din mhix il-verità. Minn dak li jidher issa, u dak li qal ukoll l-Ispeaker fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, ilParlament m’għandux iħares li jiċċaqlaq fi żmien viċin għaliex ix-xogħlijiet għadhom lura. B’referenza għallParliamentary TV Channel, ilWhip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista qal li dan il-proġett hu marbut ukoll mal-bini l-ġdid tal-Parlament. Dwar dan ilproġett tax-xandir b’mod dirett bit-televiżjoni tas-seduti parlamentari, l-Oppożizzjoni hi favur. Fl-1 ta’ Settembru, fisser David Agius, l-Ispeaker bagħat email liż-żewġ naħat tal-Kamra biex jinfurmahom li jinsab
f’taħditiet dwar il-Parliamentary TV Channel mal-kumpaniji relatati li jistgħu jipprovdu dan is-servizz. l-Ispeaker talab liż-żewġ naħat biex jaqblu dwar dan il-proġett fid-dawl li fl-ordnijiet permanenti tal-Kamra tad-Deputati m’hemm ebda referenza dwar stazzjon tat-televiżjoni għallParlament, u biex ikun hemm ftehim ma’ kumpaniji ewlenin f’Malta biex jitwettaq dan ilproġett. David Agius qal ukoll li millbini l-ġdid, l-Ispeaker ukoll ried li mill-ewwel seduta ta’ nhar itTnejn li ġej jibda immedjatament il-live streaming tas-seduti talParlament, u aktar tard jibda listazzjon tat-televiżjoni talParlament. Għal dan kollu għandu jkun hemm l-infrastruttura kollha lesta fil-bini l-ġdid talParlament. Dan ikompli juri, saħaq David Agius, li l-indikazzjonijiet kollha kienu juru wkoll li sal-1 ta’ Settembru kollox kien għadu ppjanat li l-Parlament jibda jiltaqa’ minn nhar it-Tnejn li ġej filParlament il-ġdid, u għaldaqstant ma kien hemm ebda xogħol lura. David Agius qal li dwar dan ilproġett ta’ xandir live tas-seduti tal-Parlament fuq stazzjon tatteleviżjoni tal-Parlament, ilGrupp Parlamentari
L-Oppożizzjoni talbet li tmur iżżur is-sit tal-bini l-ġdid tal-Parlament bħala Oppożizzjoni, iżda r-risposta kienet li l-Ministru Joe Mizzi hu msiefer u li jixtieq li jkun hu li jdawwar lill-Kap tal-Oppożizzjoni fil-bini l-ġdid
Nazzjonalista kollu hu favur. Din il-pożizzjoni kienet komunikata wkoll b’mod uffiċjali lillIspeaker Anġlu Farrugia. Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-proġett, hi differenti – taqbel fil-prinċipju iżda trid aktar diskussjonijiet dwar il-linji gwida ta’ dan il-proġett. Filwaqt li rrimarka li s-seduti tal-Kumitat tal-Parlament ilhom ikunu mxandra live fuq l-internet għal ħafna żmien u qatt ma kien hemm diffikultajiet jew problemi, David Agius staqsa x’inhu lbiża’ li jsir ix-xandir live fil-plenarja hekk kif il-Gvern qiegħed juri li jrid iżomm lura u jipprova jkaxkar saqajh. B’referenza għall-ittra li bagħat il-Whip tal-Gvern, Carmelo Abela, lill-Ispeaker, fis16 ta’ Settembru u li fiha infurmah li l-Grupp tal-Gvern iddiskuta l-istazzjon tat-televiżjoni tal-Parlament u ressaq il-
kummenti, David Agius staqsa jekk il-Grupp Parlamentari Laburista kienx infurmat dwar landament tax-xogħol tal-bini lġdid tal-Parlament, u jekk kinux infurmati li l-bini l-ġdid hux se jitlesta jew le. David Agius irrimarka wkoll li jekk il-Ministru Mizzi kien jaf li x-xogħol waqa’ lura sa dakinhar li ntbagħtet l-ittra lill-Ispeaker, għaliex stenna sa għaxart ijiem qabel ma jinfetaħ il-Parlament biex jitkellem dwar il-problemi ta’ dewmien? Hu qal li għal dan il-Gvern, xejn ma jsir b’kumbinazzjoni, u li l-Gvern qed jidħol fih sintomu li jwaħħal f’ħaddieħor tal-iżbalji li qed jagħmel hu. Dan hu gvern li qed jipprova jgħaddi lil kulħadd minn għajn il-labra. LOppożizzjoni mhix se tħalli lillGvern jgħaddiha biż-żmien. David Agius qal ukoll li lOppożizzjoni talbet li tmur iżżur
is-sit tal-bini l-ġdid tal-Parlament bħala Oppożizzjoni, iżda rrisposta kienet li l-Ministru Joe Mizzi hu msiefer u li jixtieq li jkun hu li jdawwar lill-Kap talOppożizzjoni fil-bini l-ġdid. Din ir-risposta waslet għand lOppożizzjoni ftit jiem qabel ma ħarġet l-aħbar mill-istess Ministru Mizzi li l-bini mhux se jkun lest. Dan hu logħob bil-kliem u prova ta’ kemm il-Gvern irid jgħaddi n-nies minn għajn illibra. L-ogħla istituzzjoni talpajjiż, il-Parlament, ma jixirqilhiex li jkollha dikjarazzjonijiet bħal dawn mill-Gvern. David Agius tkellem ukoll dwar il-perjodu twil aktar missoltu li kellu l-Parlament għallwaqfa tas-sajf biex issir iċċaqliqa tal-Parlament lejn il-bini l-ġdid, u li dwar dan kien hemm ukoll dikjarazzjoni mill-Gvern fil-Kumitat dwar ix-Xogħol talKamra li l-perjodu itwal ta’ waqfien hu kkawżat mit-trasferiment lejn il-bini l-ġdid talParlament. Dan juri għal darb’oħra li dan il-Gvern jgħid ħaġa u jkun qed jagħmel oħra, bħalma hu wkoll fil-każ tal-bini tal-power station il-ġdida li għandha titlesta sa Marzu li ġej meta fuq dan ilproġett għadna ma nafu u ma smajna xejn.
18
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
www.maltarightnow.com
MADWARNA
Jitħabbru l-finalisti tat-TransLog Awards 2014 Ir-rebbieħa tat-TransLog Awards, li qed jingħataw l-ewwel darba f’Malta, issa huma pass biss ’il bogħod mill-prestiġju li se jirbħu għarfien fl-industrija hekk kif panel ta’ ġudikanti għażlu l-finalisti għall-ewwel edizzjoni. Bl-appoġġ ta’ HSBC Malta, it-TransLog Awards 2014 qed isiru biex joħolqu kuxjenza u jtejbu l-industrija tattrasport, loġistika u katina ta’ provvista f’Malta, u jagħtu rikonoxximent għall-impenn u investimenti magħmula minn dawk li joperaw fiha f’Malta. Il-finalisti, li qed jikkompetu fi tnax-il kategorija differenti, f’ordni alfabetika huma: Best Express Courier of the Year: Gozo Express u MaltaPost; Best Freight Forwarder of the Year: B.A.S., Express Trailers u Falcotrans; Best Warehouse Facilities of the Year: Express Trailers; Best Cargo Operator of the Year: Emirates SkyCargo u Express Trailers; Best Shipping Agent of the Year: Sullivan Maritime; Best Importer/Exporter with Emerging Markets of the Year: Aurobindo, Avifilm Export, FreightZone, u New Energy; Best Technology Solution Provider of the Year: Cyberpass, Emirates SkyCargo u HandsOn; Best Corporate Social Responsibility of the Year: Emirates SkyCargo, Express
Trailers, Liquigas Malta, MaltaPost; Best Logistics and Supply Chain Managers of the Year: Arkadia, Lufthansa Technik, u VJ Salomone Marketing; Best Transport Manager of the Year: eCabs u Falcotrans. L-ewwel edizzjoni tinkludi wkoll żewġ kategoriji oħra, li huma Young Achiever of the Year u l-Outstanding Achievement Award. Ir-rebbieħa ta’ dawn iż-żewġ kategoriji se jitħabbru wkoll fiċ-ċerimonja talpreżentazzjoni tal-premjijiet. Alex Borg, id-Direttur ta’ SSM Group, l-organizzaturi tal-premjijiet flimkien mal-aġenzija tal-komunikazzjoni BPC International, ikkummenta dwar id-diversità wiesgħa ta’nominazzjonijiet li kien hemm għall-ewwel edizzjoni talAwards. “Hu tassew inkuraġġanti li għal din l-ewwel edizzjoni rċivejna applikazzjonijiet kemm minn negozji Maltin kif ukoll minn oħrajn reġjonali li joperaw f’Malta. ItTransLog Awards joffru l-opportunità li jirrikonoxxu u jiċċelebraw ilkisbiet u l-kontribut li jispikkaw magħmula minn organizzazzjonijiet fit-taħriġ tal-ħaddiema u fliżvilupp tal-kumpaniji f’dawn issetturi importanti tal-ekonomija Maltija. Il-kontribut kollettiv tagħhom jitfa’ dawl fuq dak li hu laqwa u l-aħjar fl-industrija tagħna, kif ukoll jgħolli l-livelli ta’ eċċel-
lenza f’kull aspett.” Alex Borg żied jgħid li l-finalisti ntgħażlu wara li saret valutazzjoni teknika, u fuq il-merti ta’ kisbiet individwali bbażati fuq kriterji stabbiliti minn qabel biex ikunu determinati r-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena. It-TransLog Awards, li jikkonsistu fi tnax-il kategorija, huma bbażati fuq standards u valuri internazzjonali, u mmirati lejn l-aħjar li jista’ jinkiseb filħidma ta’ kuljum bl-użu ta’ sistemi u ta’ standards globali. Ir-rebbieħa fil-kategoriji rispettivi jitħabbru waqt iċ-ċerimonja talpreżentazzjoni tal-Awards li se ssir għada il-Ġimgħa 10 ta’ Ottubru, 2014. Michel Cordina, il-Kap talCommercial Banking ta’ HSBC Malta, qal li “l-loġistika hi waħda mill-industriji li l-aktar qed jikbru b’rata mgħaġġla, b’valur globali ta’ $4 triljun, li hu kważi 10% talProdott Gross Domestiku dinji. Issuq globali tas-servizzi tat-trasport ra tkabbir sena wara l-oħra ta’ 7% mill-2011 s’issa. Bil-pożizzjoni ġeografika tagħna, aħna għandna pożizzjoni unika biex nieħdu vantaġġ minn dan it-tkabbir. HSBC Malta qed jappoġġja t-TransLog Awards biex nagħtu lil-loġistika limportanza li jixirqilha fl-ekonomija tagħna u bil-ħsieb li ngħinu ttkabbir f’dan is-settur.”
www.maltarightnow.com
19
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
NET TV
Għajnuna lil Dar Arka waqt il-programm ‘Mitqlu Deheb’ Elaine Agius li għal dawn l-aħħar xhur mexxiet kampanji filantropiċi b’suċċess permezz tal-programm tagħha ‘Mitqlu Deheb’
Illejla waqt il-programm popolari ‘Mitqlu Deheb’ immexxi minn Elaine Agius, li se jixxandar fuq Net TV, it-telespettaturi se jkunu jistgħu jagħtu donazzjoni b’risq Dar Arka f’Għajnsielem, Għawdex, li titmexxa mill-Fondazzjoni Arka. Il-Fondazzjoni Arka hi organizzazzjoni volontarja mhux governattiva u ma tagħmilx profitt, li tippromwovi l-għajnuna lil persuni bi bżonnijiet speċjali u lill-familji tagħhom. Il-miri tal-Fondazzjoni huma li toħloq u żżomm attitudni pożittiva lejn il-persuni b’diżabbiltà, ittejjeb il-kwalità tal-ħajja
tal-persuni b’diżabbiltà, tippromwovi l-integrazzjoni filkomunità u l-aċċess tagħhom bis-self ta’ apparat u għajnuna speċjalizzata, toħloq rabtiet filkomunità lokali billi torganizza ħarġiet u attivitajiet oħra u tiffaċilita gruppi li jgħinu lil persuni b’diżabbiltà. Il-filosofija tal-Fondazzjoni hi bbażata fuq id-dritt fundamentali tal-individwu għad-dinjità, irrispett u l-kunfidenzjalità. Fis-sena 1995, il-Fondazzjoni Arka ħasset il-bżonn li jkun hemm Ċentru tar-Respite f’Għawdex għall-persuni b’diżabbiltà u l-familji tagħhom.
Għalhekk id-Djoċesi ta’ Għawdex tat lill-Fondazzjoni biċċa art imdaqqsa f’Għajnsielem, ftit bogħod millPort tal-Imġarr. Bis-saħħa talħila ta’ diversi Għawdxin dedikati u taħt il-gwida ta’ Monsinjur Manwel Curmi, inbena ċ-Ċentru Respite li hu lewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Għawdex. Iċ-Ċentru nfetaħ uffiċjalment fit-3 ta’ Diċembru 2000. IċĊentru fih tliet sulari u jista’ jilqa’ 32 klijent f’19-il kamra tas-sodda. Iċ-Ċentru fih l-arja kundizzjonata, sistema ta’ central heating u hu mgħammar
b’faċilitajiet ‘state-of-the-art’ fosthom żewġ banjijiet terapewtiċi, żewġ pixxini kbar, jacuzzi, gym u faċilitajiet li jistgħu jintużaw minn persuni li jużaw is-siġġu tar-roti. Hemm ukoll multi sensory studio li kien ingħata mill-Fondazzjoni Vodafone Malta fis-sena 2007. L-apparat modern fih hu maħsub biex jipprovdi rilassament, stimulazzjoni u divertiment lil persuni b’diżabbiltajiet differenti. F’kummenti lil ‘In-Nazzjon’, Monsinjur Manwel Curmi qal li bħalissa hemm 10 persuni b’diżabbiltà residenti b’mod permanenti f’Dar Arka filwaqt li 10
oħra qed jingħataw is-servizzi, imma mhumiex residenti permanenti. Hu appella lill-pubbliku biex ikun ġeneruż u biex bissaħħa tal-programm ‘Mitqlu Deheb’ jinġabru l-fondi tant bżonjużi għat-tmexxija ta’ Dar Arka. Kull min jixtieq jagħti l-għajnuna tiegħu għal din id-Dar għandu jċempel 51602066 għal donazzjoni ta’ €10, 51702067 għal donazzjoni ta’ €15 u 51802068 għal donazzjoni ta’ €25. Tista’ tibgħat SMS ukoll fuq 50617381 għal donazzjoni ta’ €2.33 jew 50618931 għal €6.99.
www.maltarightnow.com
20
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
ĊINEKRITIKA
Joe Calleja - jocal@me.com
DRACULA UNTOLD
Kurjuż iżda mhux oriġinali għalkollox Direzzjoni: Gary Shore; Ħin: 92 minuta; Ċert.: 15; KRS
Jekk mingħalikom li l-Insara kienu reġġgħu lura l-assedju talMusulmani tal-Imperu Ottoman madwar Vjenna fl-1683 grazzi għall-qawwiet tal-Imperu Qaddis Ġermaniż u dawk Pollakki, erġgħu aħsbuha. Skont dan il-film, ma kien ħadd għajr il-Konti Dracula li ta d-daqqa tal-mewt lill-qawwiet Musulmani, u b’hekk ħeles lillEwropa milli ssir parti millKalifat. Din hija l-iskuża għal din ilma nafx kemm-il verżjoni talħlejjaq ta’ Bram Stoker li, filfatt, kontra dak li jgħid l-isem ta’ dan il-film, dak li jirrakkonta diġà twassal minn verżjoni oħra, dik tal-1992, b’reġija ta’ Francis Ford Coppola, li kellha lil Gary Oldman fil-parti ewlenija, imma dan xorta waħda jirriżulta interessanti. Fi Transilvanja, ir-renju ta’ Vlad Dracula (Luke Evans), ikun qed jiffaċċja theddida ta’
attakk minn qawwiet Torok, wara li rrifjuta li jibqa’ jħallashom (ħlas li kien jinkludi mal-elf tifel, fosthom ibnu stess, biex jittellgħu bħala suldati matTorok) biex iżomm il-paċi. Jispiċċa jirrikorri għand setgħat sopranaturali perikolużi, speċifikament vampir (Charles Dance) li jaqbel li jagħtih l-istess setgħat tiegħu, iżda b’hekk hu jkun qed ibigħ ruħu. Vlad ‘imut’, iżda jirxoxta u issa jkollu s-saħħa ta’ 100 ruħ, apparti li jista’ jtir u jikkmanda qtajja’ kbar ta’ friefet il-lejl. Issa jibda jegħleb lill-armati tat-Torok mibgħuta mis-Sultan Mehmed (Dominic Cooper) waħdu, f’battalji miżgħuda b’effetti speċjali li jieħdu parti sew mill-kumplament tas-siegħa u nofs li jtul il-film. Sadanittant, però, itTransilvani jibdew jissuspettaw fi Vlad, u hawn tibda lpersekuzzjoni kontrih li nafuha
THE HUNDRED-FOOT JOURNEY
Vlad (Luke Evans) iwiegħed lil ibnu li ma kienx se jabbandunah fi ‘Dracula Untold’
sew għax rajnieha sseħħ firruxxmata films li nħadmu dwar Dracula. Evans iqaxxar il-parti u
fakkarni fl-interpretazzjoni li kien ta Christopher Lee tal-istess karattru. Imma elementi li għamlu dan il-film aħjar milli
Il-pjaneta ġenna ta’ Lasse Hallstrom
wieħed jistennieh, kienu wkoll l-effetti speċjali, grazzi għallmeravilji li llum kapaċi toħloq il-grafika kompjuterizzata.
Direzzjoni: Lasse Hallstrom; Ħin: 122 minuta; Ċert.: 12A; KRS
Jekk tħobbu films sempliċi minn dawk li jinżlulek għasel, allura żgur tiftakru l-film ‘Chocolat’ li l-attriċi Franċiża Juliette Binoche ħadmet xi 15-il sena ilu. Probabbli, allura, kienu għoġbukom ukoll ‘Salmon Fishing in Yemen’ u ‘The Cider House Rules’. Allura x’għandhom komuni dawn il-films? Il-films kienu diretti mill-istess reġista, ħadd inqas mill-Iżvediż Lasse Hallstrom. Nistgħu nsejħu lid-dinja talfilms tiegħu ‘Lassetopja’ – fejn ix-xemx dejjem tiddi, għajr għal perjodi nutrijenti li jbexxu l-art għal xi perjodi qosra. Hija pjaneta fejn rari tisma’ kelma ta’ qtigħ il-qalb, u jekk ikun hemm dan mill-ewwel jiġi rtirat bħala parti minn ‘lezzjoni tal-ħajja’. Huwa renju maġiku fejn, meta jitfaċċaw mumenti ta’ konfużjoni u traġedja, il-feriti ma jdumux ma jiddewwew. Fi ftit kliem, ‘Lassetopja’ hi post fejn f’‘The Hundred-Foot Journey’ dak li jseħħ huwa fantasija pura, imnebbaħ minn ktieb bestseller ta’ Richard Morais. Il-film ġie ffilmjat f’raħal veru f’Saint-Antonin-Noble-Val
fin-Nofsinhar ta’ Franza, iżda m’hemm l-ebda rabta marrealtà, l-istess bħall-vjaġġi tiegħu f’‘Lassetopja’ fil-films li semmejt qabel. Bħal f’‘Chocolat’, hawn għandna mħabba u rumanz f’żewġ sitwazzjonijiet differenti għall-karattri simpatiċi, minn ta’ quddiem nett il-bravissima Helen Mirren, Om Puri, Manish Dayal u l-Kanadiża Charlotte Le Bon, biż-żieda ta’ diversi ikliet delizzjużi li jxennquk. Kollox idur ma’ żewġ ristoranti f’Pariġi faċċata ta’ xulxin, il-klassiku Franċiż ‘Le Saule Leureur’, immexxi minn Madame Mallory (Mirren) u dak Indjan ‘Maison Mumbai’ talfamilja ta’ Kadam (Puri) – li għadha ġejja mit-taqlib razzjali/reliġjuż – taż-żagħżugħ iffissat fuq it-tisjir, Hasan (Dayal), li jkollu sett ta’ ħwawar misterjużi li wiret mingħand ommu. Fir-ristorant ta’ Madame Mallory il-koka tkun Marguerite (Le Bon), li għall-ewwel, flimkien ma’ dik bejn Mallory u Kadam, jirrappreżentaw ir-riviltà kontinwa bejn Marguerite u Hasan. Interpretazzjonijiet millaqwa, fotografija mill-isbaħ u soundtrack kumplimentari.
Madame Mallory (Helen Mirren, lemin) tipprova tikkonvinċi lil Kadam (Om Puri, xellug) iħalli lil ibnu Hasan (Manish Dayal) jaħdem magħha, f’‘The Hundred-Foot Journey’
www.maltarightnow.com
21
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
ĊINEKRITIKA
Mia (Chloe Grace Moretz) u Adam (James Blackley) jieħdu ‘selfie’ f’‘If I Stay’
IF I STAY
Strettament għal udjenza femminili … jew kważi Direzzjoni: R.J. Cutler; Ħin: 107 minuti; Ċert.: 12A; KRS
L-attriċi Chloe Grace Moretz
L-aqwa films f’Malta
1. 2. 3. 4. 5.
(–) (–) (1) (3) (4)
(Bejn l-1 u l-5 ta’ Ottubru – KRS)
The Equalizer Dolphin Tale 2 A Walk Among the Tombstones Lucy Sex Tape
Ħalli ngħidha mill-ewwel: dan huwa wieħed minn dawk il-films maħsuba strettament għat-tfajliet u n-nisa, imma minħabba li għal darba l-istorja tinkludi sentimenti millisbaħ, imma mhux sentimentaliżmu żejjed li jġiegħlek tikkomwovi ruħek bilfors, jista’ ma jdejjaqx lill-irġiel li jkunu qed jakkumpanjawhom, anke jekk ma jnisslux xi demgħa. Dan ukoll għax l-interpretazzjonijiet huma eċċellenti, b’mod partikulari ta’ Chloe Grace Moretz li verament hija konvinċenti u ta’ 17-il sena biss għandha l-età perfetta għall-parti ta’ Mia. Din u ħuha iżgħar minnha jkunu wlied Kat (Mireille Enos) u żewġha, li darba kien kantant tar-rock b’futur sabiħ, li però, biex irabbi l-familja
kien abbanduna l-karriera. Kienu familja ferħana u magħquda, b’Mia dejjem issir kapaċi fid-daqq taċ-ċello, għax kienet tħobb ferm il-mużika klassika. Iżda wara inċident ikrah tattraffiku (li fil-fatt il-film jibda bih, li mbagħad ikompli jirrakkontalna permezz ta’ flashbacks dak li jkun ġara qabel) Mia tispiċċa tissogra mhux biss ħajjitha, imma wkoll li ssir orfni. Permezz ta’ flashbacks narawha ssib l-ewwel imħabba tagħha f’Adam (James Blackley), kantant tar-rock popolari ferm fl-iskola fejn kienu jattendu t-tnejn. Bħal f’kull storja ta’ mħabba, din ikollha tajja’ iżda wkoll inżul, l-aktar meta hu jibda jdur diversi bliet oħra biex jagħti kunċerti mal-grupp tiegħu, fil-
waqt li hi tapplika għad-dħul fi skola prestiġjuża fi New York, u għalhekk, jekk tiġi aċċettata, ikollhom jagħmlu żmien twil mifrudin minn xulxin. Dan kollu jitwassal minn Mia nnifisha, jew aħjar mill-esperjenza li tissejjaħ ‘out-of-body’, fejn la tkun għadha mietet u lanqas ħajja għalkollox. Moretz (li s-sena l-oħra rajnieha f’‘Carrie’, din is-sena qed taħdem fuq tliet films oħra), tqaxxar il-parti ta’ tfajla mistħija quddiem l-ewwel imħabba. Din, sħabha l-atturi oħra u min adatta l-ktieb ta’ Gayle Forman jagħmlu biċċa xogħol tassew tajba, għalkemm żgur li mhux se jimpressjona liċċiniċi, imma ċert li t-tfajliet se jiffullaw biex jaraw ‘If I Stay’, u jġorru magħhom kunsinna mhux żgħira ta’ tissues!
www.maltarightnow.com
25
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
TEATRU
Xejnsew.com – kummiedja kollha daħk fl-Istitut Kattoliku
Din il-kummiedja teħodna f’Villino Hompesch, fi Triq l-Abjad tal-Bajd, sewwasew għand is-Sinjura Saverin (Doreen Cini) u ħuha Rafel (Toni Busuttil)
It-tħejjijiet għar-rappreżentazzjoni tal-kummiedja ġdida ‘Xejnsew.com’, ta’ Renzo Bonello, li se tittella’ millkumpanija All In Act Entertainment fit-teatru tal-Istitut Kattoliku, is-Sibt 25 ta’ Ottubru fis-6.30pm u l-għada l-Ħadd 26 ta’ Ottubru fil-5pm, issa qegħdin flaqwa tagħhom. Din il-kummiedja teħodna f’Villino Hompesch, fi Triq lAbjad tal-Bajd, sewwasew għand is-Sinjura Saverin (Doreen Cini) u ħuha Rafel (Toni Busuttil), ġuvni
ġwejjed li jkollu bilfors joqgħod għall-kmand ta’ oħtu. Jgħixu taħt listess saqaf insibu lil uliedha Terry (Brian Farrugia) u Sophie (Bernice Darmanin) li hi miżżewġa lil Robert (Dorian Micallef), l-akbar għadu ta’ Saverin. Il-fortuna tidħak lil Robert li jirbaħ karozza u billi karozza għandu għal waħda, tnejn, tlieta u kollha lussużi, jaqtagħha li jagħtiha lil Twanny ‘l-Kok’ (Renzo Bonello). Imma d-defsa ta’ kunjata li għandu, tridu jagħtiha lil binha Terry… u hawn tibda titħabbel il-kobba u
jibdew l-intriċċi komiċi. Għand min se tispiċċa l-karozza? Għax Twanny twebbel bilkarozza u ħlief il-karozza mhux jara quddiem għajnejh! U biex tkompli titħawwad l-istorja, tidħol fin-nofs ir-ruħ tal-bużbużbużbużnannu ta’ Saverin li bil-qalb kollha jagħti palata lil Twanny. U jekk qed taħsbu li l-istorja tieqaf hawn, għandkom żball. Xi ħsejjes huma dawk li ġejjin millkamra tal-ġnien? Tgħid il-kavallier, l-antenat ta’ Saverin, qed jitlob li jiġi mismugħ? Jirnexxilu jikkomunika miegħu Max il-medium (Dominic Said)? Xi jrid il-Ballijju Von Kukless mingħand Saverin, f’nofs ta’ lejl? Min hi Tracy? U x’inhu jagħmel Twanny jiġri bil-libsa ta’ Sophie f’idu? Għax kif jgħidu… meta lforzi jingħaqdu, il-pjan ikun imħawwar aktar! Dawn il-mistoqsijiet u aktar tieħdu risposta għalihom jekk tiġu taraw din il-kummiedja ġdida u oriġinali ta’ Renzo Bonello. Iddirezzjoni tal-kummiedja hi ta’ Renzo Bonello. Iddevertu mal-komiċi favoriti tagħkom – Tony Busuttil, Renzo Bonello, Brian Farrugia, Doreen Cini, Dominic Said, Dorian Micallef u Bernice Darmanin. Il-booking jinsab miftuħ onlajn mis-sit elettroniku www.istitutkattoliku.com, mill-Booking Office u l-Bar tal-Isitut Kattoliku (21238429, 21242551), mingħand Tereza Bazaar ta’ Ħaż-Żabbar (21662968, 79594756), jew ċemplu hotline 79555514.
www.maltarightnow.com
26
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
KLASSIFIKATI
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. Ta’ Sannat, Għawdex €5,000 skont u żewġ passaġġi b’xejn fuq kull bejgħ ta’ penthouses, maisonettes, flats u plots. Ċemplu 79891819. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.
jem iggaraxxjata. 99928362.
Ċemplu
AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Tiswijiet TA’ magni tal-ħjata. Għal service u tiswijiet fil-pront. Ċemplu 99422268 jew 21416705. JINĦTIEĠU
VETTURI BMW 320 DIESEL tal-2009, mileage ta’ 73,000, 184bhp model, full extras, kundizzjoni perfetta, dej-
Xufiera BIL-liċenzja tal-minibuses 16 seater. Importanti li min japplika jkun jitkellem bl-Ingliż. Ċemplu 21580688/9 jew 99499803.
www.maltarightnow.com
SPORT
Il-BOV jirbaħ iċ-Champions Bank 2014 f’Belgrad FUTBOL
It-tim tal-futbol tal-Bank of Valletta rebaħ it-turnament tal-futbol Champions Bank 2014 organizzat f’Belgrad, fis-Serbja. F’dan it-turnament ħadu sehem 20 tim minn fost diversi banek, kumpaniji bankarji tal-assigurazzjoni u l-istituzzjonijiet finanzjarji. Fl-ewwel fażi, BOV ġew it-tieni minn Grupp D wara li għelbu lil Generali PBZ (Kroazja) 3-0 u lil CNP Vita (Italja) 2-1. BOV anki kiseb żewġ draws ma’ Fieduram (Italja) u Deutsche Bank (Ġermanja) fil-konfronti l-oħra mninn din il-fażi Fil-kwarti-finali, BOV għelbu lil BS Switzerland 1-0 u għaddew għas-semi finali fejn iltaqgħu ma’ Unicredito (Serbja) — bil-Maltin jaċċertaw post fil-finali wara l-għoti tal-penalties.Il-finali bejn BOV u Deutsche Bank kienet kumbattuta u l-konfront reġa’ intemm draw wara l-ħin regolamentari – bit-tim ta’ BOV, għal darb’oħra, joħroġ rebbieħ bil-penalties 3-2. Dan ma kienx l-ewwel suċċess internazzjonali għat-tim tal-BOV, li kien diġà rebaħ it-turnament internazzjonali Mastercard. Intant, it-turnament ta’ Champions Bank kellu wkoll skop soċjali, peress li l-kumitat organizzattiv impenja donazzjoni ta’ €5 lill-Fondazzjoni Ana and Vlade Divac għal kull gowl skorjat fil-kompetizzjoni. Din hi organizzazzjoni mingħajr profitt li twaqqfet mill-plejer leġġendarju tal-baskitbol, Vlade Divac, tal-Los Angeles Lakers. It-tim ta’ BOV kien magħmul minn Rudy Briffa, Stephen Mizzi, Chris Penza, Sandro Bonnici, Joseph Zammit, Andrew Scerri, Keith Mifsud, Ian Darmanin, Andreas Galea, Ryan Darmanin u l-kowċis Frans Cassar u Clayton Garzia. Jakkumpanjaw lit-tim kien hemm il-membri tal-kumitat Joe Baldacchino, Mario Falzon, il-kit manager Justin Schembri u l-uffiċjal ta’ BOV Kenneth Micallef.
27
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
It-tim tal-Bank of Valletta rebbieħ tat-turnament
Suċċess għal Jason Vella fil-Maratona ta’ Etna ĊIKLIŻMU
Jason Vella kiseb l-akbar suċċess fost grupp ta’ ċiklisti elite Maltin li dan l-aħħar ħadu sehem fit-tmien edizzjoni talMaratona tal-Etna - b’Vella anki jikseb l-aħjar ħin qatt irreġistrat minn Malti f’dan l-avveniment. Il-Maratona tal-Etna hi tellieqa uffiċjali fil-kalendarju taċ-ċikliżmu fl-Italja u ċ-ċiklisti jridu jgħaddu minn korsa ta’ 74 kilometru li tinvolvi 2,560 metru għat-telgħa. Dan isir qalb il-famużi widien fiz-zona tal-vulkan tal-Etna, fil-
provinċja ta’ Katanja, fi Sqallija. Il-korsa hi anki karatterizzata bit-tracks tal-ġmied u l-lava, iżda l-parteċipanti Maltin kollha rnexxielhom itemmu t-tellieqa – b’Vella jkun l-ewwel Malti li jaqsam il-linja finali u jtemm fil31 fost 283 ċiklista. Fil-fatt, Jason Vella kellu bidu mill-aqwa u rnexxielu jżomm ilpass mal-liders sa nofs it-tellieqa iżda mbagħad ma setax isostni dan ir-ritmu wara li spiċċa jbati leffetti ta’ dehydration u kellu jaqta’ lura.
Jason Vella fl-azzjoni fi Sqallija
L-MBC iħejji aktar konfronti qabel l-aħħar tas-sena BOXING
Negozjati għal avveniment internazzjonali f’Malta Lejn tmiem dan ix-xahar u f’Novembru il-MBC se jkun qed jorganizza żewġ konfronti ta’ boxing sponsorjati minn BoxFit UK u li għandhom isiru f’Londra. Fl-ewwel minn dawn ilbouts, il-boxer Britannika, Marianne ‘Golden Girl’ Marston se tisfida lill-Ungeriża Marianna Gulyas għat-titlu tal-MBC International Female Super Bantamweight, li għalissa hu vakanti.
Gulyas, li fl-Ungerija għandha l-aqwa ranking u hi t-tielet laħjar boxer f’din il-kategorija fl-Ewropa, għadha kemm għelbet bil-punti lil Veronika Hornyak. L-Ungeriża hi anki t30 l-aqwa boxer fid-dinja filkategorija Super Bantamweight. Marston ukoll għandha l-aqwa ranking fir-Renju Unit, minbarra li hi t-tmien l-aħjar boxer flEwropa fil-kategorija. IlBritannika tinsab fit-58 post tarrankings fid-dinja u kienet tilfet
kontra Hana Horacova b’deċiżjoni tar-referees waqt lisfida għat-titlu tal-WBU European Featherweight. Il-konfront bejn Marston u Gulyas se jsir is-Sibt, 25 ta’ Ottubru, bħala parti mill-programm Dave Murphy Acourtier Events li se jkun organizzat f’York Hall. It-tieni ġlieda tinvolvi lil George ‘Hithard’ Hillyard kontra avversarju li għad irid jitħabbar għat-titlu internazzjonali tal-
MBC fil-kategorija Middleweight u li wkoll hu vakanti. Hillyard kien rebaħ laħħar ġlieda bil-punti, fejn lavversarju tiegħu kien l-Irlandiż, Tommy ‘the Tiger’ Tolan. Intant, il-ġlieda li jmiss ta’ Hillyard se ssir fin-Newham Leisure Center ta’ Londra, fit-22 ta’ Novembru. Filwaqt li l-kampjonati internazzjonali tal-MBC ilhom biss minn Ġunju bħala avveniment fil-kalendarju tal-boxing, hemm
diġà rebbieħ ta’ titlu - Mark Prince, li f’Awwissu, rebaħ ilkategorija internazzjonali talCruiserweight. Fil-preżent għaddejjin ukoll negozjati dwar tliet kampjonati oħra tal-MBC fuq livell internazzjonali. Wieħed mill-bouts proposti għandu jsir dan ix-xahar fil-belt ta’ Birmingham waqt li hemm ukoll pjani għal ġlieda fuq livell internazzjonali f’Malta, ix-xahar id-dieħel, u bloħra ssir fl-Istati Uniti.
www.maltarightnow.com
28
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
Seba’ pajjiżi japplikaw għall-finali tal-2017 TAZZA AFRIKANA
Il-grupp Malti li rebaħ 24 midalja fil-Polonja
Unur għall-Maltin fil-Polonja KARATE
L-atleti mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate dan l-aħħar marru tajjeb ferm fil-Kampjonati Open tal-Polonja organizzati fi Bielsko Biala. Il-Maltin spiċċaw fit-tielet post fost 14-il pajjiż parteċipanti. It-23 atleta Maltin rebħu 24 midalja – sebgħa tad-deheb, tmienja fidda u disgħa bronż – għal riżultat li jagħmel unur lil pajjiżna.
SPORT
Intant, il-President talFederazzjoni Maltija, Kenneth Abela, faħħar il-kapaċitajiet talatleti li anki jirriflettu ddedikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ li jirnexxu fl-isport. Fil-kampjonati tal-Polonja ħadu sehem 800 kompetitur minn 16 il-pajjiż, fosthom lAwstralja, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Ingilterra,
Georgia, l-Italja, l-Ġappun, inNorveġja, il-Polonja, ir-Russja, l-Iskozja u s-Slovakkja. Il-kompetituri kienu involuti fil-kategoriji Kata u Kumite (sparring). L-iskwadra Maltija filPolonja kienet akkumpanjata mill-Kowċ Nazzjonali, isSensej Michelle Vella, bħala Kap tad-Delegazzjoni u sSensej, Anthony Zammit, bħala referee.
Il-Konfederazzjoni tal-Futbol tal-Afrika (CAF) ħabbret li rċiviet il-kandidaturi mingħand seba’ pajjiżi li huma interessati li jorganizzaw il-fażi finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani fl2017. L-Eġittu, l-aktar pajjiż li rebaħ l-unur kien fost il-pajjiżi li tefgħu l-kandidatura tagħhom, kif għamlu l-Alġerija, l-Gabon, ilGhana, il-Kenja, is-Sudan u żZimbabwe. Id-deċiżjoni finali dwar min se jorganizza l-edizzjoni tal-2017 se tittieħed fl2015. Oriġinarjament kellhom ikunu l-Libja li jorganizzaw l-edizzjoni tal-2017 imma f’Awwissu kienu ħabbru li qed jirtiraw minħabba s-sitwazzjoni nstabbli fil-pajjiż. Fi stqarrija biex turi x’se jkun qed ifittex il-kumitat ta’ għażla, l-CAF qalet, “Minħabba ż-żmien limitat għall-organizzazzjoni tatTazza tan-Nazzjonijiet Afrikani
fl-2017, il-Kumitat Eżekuttiv talCAF se jibbaża li l-organizzaturi jkollhom infrastruttura aċċettabbli u l-faċilitajiet meħtieġa (stadia, akkomodazzjoni, komunikazzjoni) qabel tittieħed deċiżjoni. L-edizzjoni tal-2015 se ssir filMarokk. EVANS – Id-difensur ta’ Man Utd Jonny Evans kellu jirtira mill-iskwadra tal-Irlanda ta’ Fuq minħabba li għadu ma irkuprax minn injury fl-għaksa. L-Irlanda ta’ Fuq se tkun qed tilgħab żewġ partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, kontra lFaroe Islands u l-Greċja. Flewwel logħba minn din il-fażi lIrlanda ta’ Fuq rebħet 2-1 kontra l-Ungerija. L-aħħar dehra ta’ Evans ma’ Man Utd kienet fil-21 ta’ Settembru meta dakinhar ir-Red Devils kienu tilfu kontra Leicester.
MX2 Over 21 minkejja li filgrupp kien hemm kemm Under 21 u Over 21. Minkejja li dawn kellhom jikkumbattu ma’ tmien kompetituri oħra Camilleri spiċċa fit-tielet post bl-istess punteġġ ma’ kompetitur ieħor. Camilleri ingħata ir-raba’ pożizzjoni għall-fatt li fl-aħħar tiġrija daħal wara l-kompetitur avversarju iżda bl-istess punti. Ciantar
li din is-sena hi l-ewwel esperjenza tiegħu fil-kampjonat FMI temm fil-ħames post. Il-Korsa kienet ta’ 1.214 kilometri u ħadt madwar 20 minuta. Fil-Klassi MX2 l-aħjar ħin kien ta’ minuta u 18.603 sekondi. Camilleri kellu 1:20.823 sekondi filwaqt li Ciantar kellu 1: 29.049 sekondi. Fil-Klassi ‘Masters Veteran’ ġie rreġistrat l-aħjar ħin ta’ 1:24.149 sekondi mis-sewwieq Malti Paul Noel Muscat li reġa’ rebaħ din il-klassi Overall wara li fit-tiġrija ta’ kwalifikazzjoni spiċċa l-ewwel post fl-ewwel tiġrija spiċċa t-tieni filwaqt li fittieni tiġrija reġa’ daħal l-ewwel. It-tim tal-Motocross Malti mistenni jerġa’ jikkompeti filkorsa Gino Meli ta’ NOTO (SR) ħmistax oħra. Din sa tkun isseba’ tiġrija mill-Kampjonati Motocross FMI Siclia. LAssoċjazzjoni tkompli tawgura iktar suċċessi lil dan it-tim Malti fi ħdan l-ASMK. Intant l-ASMK ħabbret li lKampjonat tal-Autocross se jibda l-Ħadd 19 ta’ Ottubru filKumpless Sportiv f’Ta’ Qali. Flistess jum jiftaħ ukoll il-kampjonat tal-Muturi Trials blewwel attività f’barriera finNaxxar.
Il-Ħadd jiftaħ l-istaġun tal-ASMK bl-Enduro
Nhar il-Ħadd 12 ta’ Ottubru 2014 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) tiftaħ l-istaġun tal-Motorsport 2014-15 fil-korsa ta’ Ta’ Qali li għal darb’oħra se jkun sponsorjat midditta Pasta Poiatti. L-istaġun se jinkludi sitt tiġrijiet bil-muturi Enduro u tmienja bit-Trials. Dawn it-tip ta’ kompetizzjonijiet isiru kważi kollha barra mill-Kumpless Sportiv f’Ta’ Qali. Ma’ dawn hemm ukoll 7 attivitajiet bil-Motocross u bl-Autocross li din is-sena ser ikollha klassi ġdida magħrufa bħala l-Klassi Standard. L-ewwel attività tal-Ħadd se tibda bis-Sezzjoni Enduro fejn wara s-suċċess matul l-istaġun li għadda, l-Assoċjazzjoni ħasset li tkompli b’dawn l-attivitajiet u daqstant f’Lulju li għadda ffurmat kumitat biex ikun jista’ jmexxi din is-sezzjoni li qed tikber b’ritmu mgħaġġel. Dan qed ikompli jkun possibbli grazzi għal diversi sidien tal-Barrieri li għal darb’oħra mistennija jkomplu jikkoperaw mal-ASMK u jittellgħu dawn l-attivitajiet. Il-Ħadd ukoll, il-kumitat Enduro taħt it-tmexxija ta’ Eddie Bonello se jarma l-ewwel trakka temporanja fil-Barriera talFawwara. Ir-reġistrazzjoni tiftaħ
Clayton Camilleri fuq KTM
fid-9 am u t-tiġrija tibda fl-10 am. Il-kompetituri se jkunu maqsuma fi tliet klassijiet - Muturi taħt il-250cc, dawk ikbar minn 250cc u klassi għal muturi Trials. Intant il-gimgħa li għaddiet ittim Malti mis-Sezzjoni Motocross ħa sehem fil-ħames tiġrija mill-Kampjonati Reġjonali Motocross FMISicilia, fil-Korsa ta’ HI-FLY
(provinċja ta’ SR). It-tim kien kompost min tliet Riders Clayton Camilleri u Paul Muscat fuq muturi KTM 250cc u Edward Ciantar fuq Mutur Kawasaki 250cc. It-Team Malti rrnexielu jikseb riżultati tajbin ħafna wara taħriġ intensiv li għamlu fil-ġimgħat ta’ qabel l-attività. Camilleri u Ciantar ikkompetew fil-Klassi
www.maltarightnow.com
SPORT
Il-konfronti kollha bejn Malta u n-Norveġja Christian Micallef
It-tim nazzjonali Malti għada fit-8.45 p.m. fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali se jilgħab lewwel logħba f’pajjiżna minn Grupp H tal-Euro 2016 li se ktun kontra n-Norveġja. Matul dawn l-aħħar 53 sena Malta lagħbet disa’ partiti kontra nNorveġja. Għalkemm hemm min isostni li huma tmienja lpartiti uffiċjali għaliex waħda minnhom kienet kontra t-tim Olimpiku. Minn dawn kien hemm 6 rebħiet għan-Norveġiżi u tliet draws. Din hi ħarsa filqosor lejn dawn il-partiti.
5 ta’ Novembru 1961 Malta vs Norveġja 1-1 L-ewwel partita kontra nNorveġja kienet il-Ħadd 5 ta’ Novembru fl-Istadium talGżira. Partita ta’ ħbiberija li ntemmet 1-1. Iddebutta bħala kowċ nazzjonali Karm Borg, ittieni kowċ nazzjonali Malti. Ilgowl tal-Maltin kien skorjat minn Pullu Demanuele. 3 ta’ Lulju 1962 Norveġja vs Malta 5-0 Fl-1962, Malta lagħbet finNorveġja u sofriet l-ikbar telfa s’issa 5-0. Ftit jiem biss qabel, Malta kienet tilfet 6-1 kontra tim ieħor Skandinavu, dDanimarka f’dik li kienet lewwel partita kompetittiva.
7 ta’ Frar 1990 Malta vs Norveġja 1-1 Fl-1990 Malta lagħbet kontra n-Norveġja fir-Rothmans Turnament. Responsabbli mittmexxija teknika tal-iskwadra kien hemm il-Ġermaniż Horst Heese, fl-ewwel avventura tiegħu minn tnejn. Nieqsa mittim nazzjonali kien hemm iżżewġ plejers li kienu qed jilagħbu ma’ klabbs barranin; John Buttigieg u Carmel Busuttil. Fuq nota pożittiva iżda, fit-tim nazzjonali kienu qed jirritornaw wara aktar minn sena d-difensuri ta’ Hibernians Edwin Camilleri u dak ta’ Valletta Kristian Laferla waqt li għall-ewwel darba beda millewwel minuta fir-rwol ta’ difensur Joe Falzon ta’ Żurrieq. Il-Maltin taw wirja tajba. Kienu l-avversarji Norveġiżi lewwel li skorjaw mill-attakkant ta’ Rapid Vienna fl-Awstrija, Jan Age Fjortoft skorja gowl kontroversjali u li seta’ kien offside li iżda r-referee Malti Edgar Azzopardi ikkonvalida. Dan il-gowl ma naqqas xejn mill-moral tal-plejers u tmien minuti wara stajna skorajna l-
29
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
Steven Wellman u Jeffrey Chetcuti jsegwu lin-Norveġiż John Carew fl-2007
gowl tad-draw kieku ma kienx attent il-gowlkiper ta’ Tottenham Thorstvedt. Għaxar minuti wara iżda għall-Maltin skorja Charlie Scerri. Is-Sibt 8 ta’ Frar 1992 Malta vs Norveġja 0-0 Sentejn wara dan id-draw, Malta u n-Norveġja reġgħu ltaqgħu kontra xulxin f’edizzjoni oħra tar-Rothmans Turnament. Din id-darba iżda mhux f’partita uffiċjali peress li t-tim Norveġiż kien dak Olimpiku u kompost minn plejers tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena. It-tim nazzjonali din id-darba kien taħt it-tmexxija ta’ Pippo Psaila u b’uċuħ ġodda, fosthom Silvio Vella ta’ Rabat u Richard Buhagiar ta’ Floriana. Il-logħba spiċċat 0-0 fejn ittim Malti lagħab l-aħħar nofs siegħa b’superjorità numerika wara li tkeċċa plejer avversarju. Madankollu ma konniex kapaċi nieħdu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni. 14 ta’ Diċembru 1994 Malta vs Norveġja 0-1 Din kienet l-ewwel partita kompetittiva minn Grupp 5 għall-kwalifikazzjoni talKampjonat Ewropew tal-1996. Kienet it-tielet partita talgrupp għall-Maltin wara telfa 6-1 kontra r-Repubblika Ċeka u draw storiku u prestiġjuż mingħajr gowls f’darna kontra l-istess Ċeki. Wara disa’ snin, id-difensur ta’ Hibernians Michael Woods kien qed jirritorna man-nazzjonal. Sa minn qabel din il-partita, il-kowċ Pietro Ghedin kien għamilha ċara li ried partita b’markatura raġel ma’ raġel,
konxju mill-qawwa tal-avversarji bi plejers bħal Bjornebye ta’ Liverpool, Flo ta’ Sheffield United, Fjortoft ta’ Swindon Town u oħrajn. In-Norveġja, dak iż-żmien immexxija millkowċ Egil Olsen, kienu ġejjin mit-Tazza tad-Dinja fl-Istati Uniti u kien għadhom kemm rebħu 5-0 kontra l-Belarus. Hawnhekk spikka l-mibki David Cluett b’numru ta’ saves eċċellenti li żammew lillMaltin fil-partita.
7 ta’ Ġunju 1995 Norveġja vs Malta 2-0 Il-partita ta’ ritorn intlagħbet f’Oslo, sitt xhur wara. Din iddarba ħames plejers mit-12 li lagħbu fil-partita preċedenti ma kienux fit-tim, minħabba injuries jew deċiżjonijiet tattiċi tal-kowċ Ghedin. Friski middraw ta’ 1-1 fil-Belarus, għal kontra n-Norveġja t-tim nazzjonali kellu żewġ debuttanti mal-ewwel ħdax; id-difensur ta’ Hibernians Lawrence Attard u l-attakkant ta’ Valletta Gilbert Agius. Is-solitu Fjortfort ikkonkluda fix-xibka bil-plejers Maltin jipprotestaw għal fawl fuq Woods. Fit-tieni taqsima x-xita ma waqfitx u tliet minuti mittmiem, Flo b’xutt minn barra lkaxxa għeleb lil Cluett wara taħwida quddiem il-gowlkiper Malti. Ir-rebħa fissret kwalifikazzjoni matematika għanNorverġja għall-fażi finali talKampjonat Ewropew flIngilterra fl-1996. 9 ta’ Frar 2005 Malta vs Norveġja 0-3 Kważi għaxar snin wara, Malta u n-Norveġja reġgħu ltaqgħu f’partita ta’ ħbiberija.
Kienet il-ħames ħjara tanNorveġja f’pajjiżna. Fit-tmexxija teknika tat-tim reġa’ kien hemm il-Ġermaniż Horst Heese. F’għaxar snin ittim kien mibdul, b’uċuħ ġodda għajr għal tnejn li kienu preżenti f’Oslo fl-1995; Gilbert Agius u l-captain David Carabott li kien se jilgħab l-aħħar partita tiegħu ma’ Malta, il-123 logħba mat-tim nazzjonali. F’logħba fejn iddebutta Jamie Pace, Malta tilfet 0-3, blewwel gowl jasal fit-72 minuta minn Sigurd Rusfeldt. Fl-aħħar disa’ minuti waslu żewġ gowls oħra minn Rusfeldt u John Arne Riise ta’ Liverpool li skorja l-isbaħ gowl tal-partita b’first-timer minn barra l-kaxxa li ma ta ebda ċans lillgowlkiper sostitut Saviour Darmanin.
2 ta’ Ġunju 2007 Norveġja vs Malta 4-0 Kien imiiss logħba minn Grupp Ċ għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew 2008. Issa t-tim Malti kien immexxi miċ-Ċek, Dusan
DIXXIPLINA
Fitzel u l-partita ntlagħbet f’Oslo. Kienet logħba li tebbgħat il-futbol Malti. Qabel illogħba t-tim Malti kellu total impressjonanti ta’ erba’ punti b’rebħa storika kontra lUngerija f’Ta’ Qali. InNorveġja iżda riedu bilfors rebħa biex jibqgħu jittamaw f’kwalifikazzjoni għall-fażi finali. Kienet il-100 logħba talcaptain Gilbert Agius. Il-prestazzjoni tal-Maltin kienet deskritta bħala waħda qalbiena madankollu gowl wara nofs siegħa minn Kristopher Haestad, ħasad lillMaltin. Fit-tieni taqsima n-Norveġja għafsu għal aktar gowls u skorjawhom minn Thorstein Helstad , Steffen Iversen u John Arne Riise għaqqad poker għal 4-0. Imma l-istorja ma waqfitx f’Oslo bi plejers tannazzjonal aktar tard akkużati b’korruzzjoni. Każ li llum hu kompletament magħluq.
21 ta’ Novembru 2007 Malta vs Norveġja 1-4 Ħames xhur wara, kien hemm il-partita ta’ ritorn f’Ta’ Qali. It-tim Malti kien mingħajr il-captain Gilbert Agius li kien imweġġa’ u Brian Said kien sospiż. In-Norveġja riedu rebħa bilfors għalkemm anke din ma kinitx biżżejjed għallkwalifikazzjoni tagħhom. Huma skorjaw permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Steffen Iversen u l-istess plejer reġa’ għeleb lil Haber minn penalty. Qabel il-mistrieħ Iversen skorja t-tielet gowl personali. Seba’ minuti fit-tieni taqsima, Mifsud naqqas l-iskor u wara li Udo Nwoko laqat illasta it-tim nazzjonali spiċċa jilgħab b’għaxra għat-tkeċċija ta’ Schembri, deskritta bħala inġusta. Finalment Pedersen bir-ras għeleb lil Haber għar-raba’ gowl.
Amadou sospiż logħba
Samb Amadou ta’ Floriana hu l-uniku plejer mill-Premier li ġie sospiż logħba mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA wara lpartiti li ntlagħbu l-ġimgħa loħra. Mill-Ewwel Diviżjoni Victor Battistino u Julian Briffa ta’ B’Bugia SP ġew sospiżi żewġ partiti u partita rispettivament waqt li Cleaven Frendo (Lija A) u Isaac Chircop (Msida SJ) kienu
sospiżi logħba kull wieħed. Mit-Tieni Diviżjoni Matthew Borg (Żejtun C) kien sospiż partita waqt li fit-Tielet Diviżjoni kienu sospiżi Clayton Caruana (Attard), Nikola Slavtchev (Luqa SA) 2 partiti kull wieħed, Alexander Cauchi (Marsaskala), Leo Grech (Mdina K), Joseph Cutajar (Qrendi) u Colin Pavia (Sta Lucia) għal partita kull wieħed.
www.maltarightnow.com
30
il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
L-Ingilterra tfittex it-tieni rebħa konsekuttiva EURO 2016
Illejla l-Ingilterra mistenni tikseb it-tieni rebħa fi Grupp E mirrawnd ta’ kwalifikazzjoni għallEuro 2016 meta tilgħab f’Wembley Stadium kontra San Marino. Se tkun waħda minn diversi partiti li se jintlagħbu llum fejn fost l-oħrajn Spanja se tilgħab kontra s-Slovakkja u lIżvezja kontra r-Russja. L-Ingliżi bdew b’rebħa 2-0 flIżvizzera u issa mhux mistenni jfallu kontra San Marino, tim ferm inferjuri. L-awtur taż-żewġ gowls kontra l-Iżvizzera, Danny Welbeck, qed jispikka mhux biss man-nazzjonal iżda anke malklabb il-ġdid tiegħu Arsenal u għandu jkun ta’ theddida għal San Marino li tilfu 2-0 kontra lLitwanja. “Hu veru li se nilagħbu kontra tim inferjuri imma rridu nibqgħu ikkonċentrati. Kull meta tilgħab kontra tim inferjuri jkun hemm it-tendenza li l-avversarji jiddefendu u tkun diffiċli biex tiskurja kontrihom. Niftakar li l-aħħar darba li lgħabna kontra San Marino irbaħna imma domna sakemm sibna l-ewwel gowl,” qal James Milner li kien qed jirreferi għar-rebħa 5-0 li kienu kisbu l-Ingliżi f’Ottubru tal2012. L-Ingilterra b’kollox lagħbu erba’ darbiet kontra San Marino u dejjem rebħu fejn skurjaw 26 gowl u qalgħu biss wieħed. Hemm probabbiltà li fil-logħba kontra San Marino jiddebutta mat-tim nazzjonali d-difensur ta’ Southampton Nathaniel Clyne. Dan għaliex Glen Johnson, John Stones u Kyle Walker huma kollha imweġġgħin. Calum
Chambers se jkun qed jieħu post Stones fl-iskwadra. Il-captain Wayne Rooney se jkun frisk wara li fi tmiem ilġimgħa ma kienx impenjat fillogħba bejn Man Utd u Everton minħabba li kien qed jiskonta tliet partiti sospensjoni. Għal San Marino jistgħu jiddebuttaw il-gowlkiper Giacomo Muraccini u d-difensur Davide Cesarini waqt li Mirko Palazzi u Alessandro Della Valle se jirritornaw fl-iskwadra. Palazzi kien imweġġa’ filwaqt li Della Valle kien sospiż. Għal San Marino se tkun ferm diffiċli li f’Wembley jevitaw is-60 telfa konsekuttiva.
Rapporti fil-midja Spanjola qed jispekulaw li jekk Katalunja tikseb l-indipendenza Barcelona u Espanyol ma jkunux jistgħu jibqgħu jikkompetu fil-kampjonat Spanjol. Dan qalu lPresident tal-FA Spanjola Javier Tebas. Fid-9 ta’ Novembru mistenni jsir referendum u jekk ilmaġġoranza jivvutaw favur li Katalunja tkun indipendenti ikun hemm tibdil drastiku filkampjonat. B’kollox Barcelona rebħu l-kampjonat 22 darba u spiċċaw runners-up 24 darba filwaqt li Espanyol qatt ma rebħu l-kampjonat. Il-liġi tal-pajjiż tippermetti tim wieħed biss li m’huwiex fi
Iridu l-ewwel punti Mill-istess grupp, is-Slovenja u l-Iżvizzera se jkunu qed ifittxu li jiksbu l-ewwel punti wara li bdew l-impenji tagħhom b’telfa. L-Iżvizzera tilfet kontra lIngilterra filwaqt li s-Slovenja tilfet 1-0 kontra l-Estonja. Żgur li l-kowċ tas-Slovenja Vladimir Petkovic se jkun qed jistenna wirja aħjar mill-plejers tiegħu f’Maribor. Huma se jkunu mingħajr id-difensur Fabian Schar imweġġa’ u minfloku Petkovic sejjaħ lill-captain ta’ Hertha Berlin Fabian Lustenberger. Is-Slovenja għandhom rekord negattiv kontra l-Iżvizzera hekk kif rebħu biss darbtejn. Logħba oħra minn dan il-grupp se tkun dik bejn il-Litwanja u lEstonja.
L-aħħar darba li s-Slovakkja lagħbet kontra Spanja kien firrawnd ta’ kwalifikazzjoni tatTazza tad-Dinja tal-2006 fi draw 1-1. Minn Grupp Ċ illejla jilagħbu wkoll il-Belarus kontra l-Ukrajna u l-Maċedonja kontra l-Lussemburgu.
Il-plejers tat-tim nazzjonali Spanjol (mix-xellug) Raul Garcia, Diego Costa, Cesar Azpilicueta u Koke waqt it-taħriġ ilbieraħ qabel il-logħba kontra s-Slovakkja
Konfront interessanti Konfront ieħor interessanti se jkun bejn l-Iżvezja u r-Russja fi Grupp Ġ. Fl-ewwel logħba lIżvezja spiċċaw 1-1 kontra lAwstrija filwaqt li r-Russja rebħu 4-0 kontra l-Liechtenstein. LIżvezja jridu jpattu għat-telfa 2-0 li kienu sofrew kontra r-Russi filfażi fil-Euro 2008. B’kollox iżżewġ naħat iltaqgħu erba’ darbiet u l-Iżvediżi rebħu tnejn, ġew draw darba u tilfu l-oħra. L-attakkant Żvediż Zlatan Ibrahimovic irid ipatti għallwirja diżappuntanti li kellu flewwel logħba kontra l-Awstrija li kienet il-mitt logħba tiegħu. Mill-istess grupp il-Moldova tilgħab kontra l-Awstrija filwaqt li l-Liechtenstein jilagħbu kontra l-Montenegro.
It-tnejn b’punti massimi Spanja tilgħab fis-Slovakkja biż-żewġ timijiet bi tliet punti
kull wieħed wara li rebħu flewwel ħarġa tagħhom. Spanja 51 kontra l-Maċedonja filwaqt li s-Slovakkja rebħu 1-0 flUkrajna. Wieħed irid jara jekk lattakkant Spanjol Diego Costa hux se jkun involut fil-logħba. Costa ilu diversi ġimgħat isofri minn uġiegħ fil-hamstring imma minkejja l-kowċ Vicente Del Bosque xorta waħda sejjaħ lillattakkant ta’ Chelsea. Costa għadu qed ifittex l-ewwel gowl mat-tim nazzjonali Spanjol u jidher li dan hu l-mument opportun hekk kif jinsab għaddej f’forma mill-aqwa mal-klabb il-ġdid tiegħu. Del Bosque se jkun mingħajr
id-difensur Sergio Ramos li irtira wara li sofra injury fi tmiem ilġimgħa ma’ Real Madrid. Minfloku ngħaqad id-difensur ta’ Barcelona Marc Bartra. Fit-tim Spanjol se jkunu qed jirritornaw id-difensur Gerard Pique u lmidfielder Andres Iniesta. Is-Slovakki kellhom wirja mill-aqwa kontra l-Ukrajna u għandhom il-moral għoli. “Se nilagħbu l-logħba tagħna anke jekk nafu li se nkunu qed nilagħbu kontra tim superjuri għalina. Se nagħmlu minn kollox biex nikkumplikaw il-ħajja lillIspanjoli,” qal Robert Mak, lawtur tal-gowl rebbieħ kontra lUkrajna.
Spanja jikkompeti fil-La Liga u dan hu t-tim mill-Andorra, Andorra FC. Fl-istorja tal-futbol Spanjol Barcelona kienu l-akbar rivali ta’ Real Madrid, l-aktar klabb li rebaħ kampjonati domestiċi u jekk il-Katalani ma jitħallewx jilagħbu fil-La Liga din tkun daqqà ta’ ħarta kbira għall-kampjonat Spanjol, kampjonat li hu meqjus fost l-aqwa fl-Ewropa. Minkejja li hu wieħed millaqwa kampjonati fid-dinja, ħafna huma tal-fhema li l-La Liga hu kampjonat li fih ma tantx hemm kompetizzjoni għax kważi dejjem ikunu Real u Barcelona li jissieltu għar-rebħ
tat-titlu. Fl-istaġun li għadda kienu Atletico Madrid li rebħu l-kampjonat u ħafna kienu dawk li qalu li s-suċċess ta’ Atletico kien ta’ ġid għall-futbol Spanjol. OZIL – Arsenal ħadu l-aħbar ħażina li l-playmaker Mesut Ozil se jdum bejn 10 u 12-il ġimgħa barra mill-azzjoni minħabba injury f’irkopptu. Nhar il-Ħadd Ozil lagħab il-partita kollha ma’ Arsenal kontra Chelsea imma meta ingħaqad mat-tim Ġermaniż ftit jiem wara ħass uġiegħ fl-irkoppa u wara testijiet li saru sar magħruf li se jkollu jdum barra tliet xhur.
Ozil ta’ Arsenal mistenni jdum tliet xhur barra minħabba injury f’irkopptu
Barcelona u Espanyol jistgħu jitneħħew mill-kampjonat Spanjol FUTBOL
SPORT
Il-Programm Illum Grupp Ċ Belarus v Ukrajna Maċedonja v Lussemburgu Slovakkja v Spanja Grupp E Ingilterra v San Marino Litwanja v Estonja Slovenja v Żvizzera Grupp Ġ Liechtenstein v Montenegro Moldova v Awstrija Żvezja v Russja
www.maltarightnow.com
32
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2014
L-investituri barranin inqas interessati f’Malta
LOKALI
Simon Busuttil jappella għal viżjoni ekonomika aġġornata għal pajjiżna
F’temp ta’ tliet snin, l-investituri barranin li jaraw lil pajjiżna attraenti għall-investiment naqsu minn 91% tliet snin ilu, għal 79%. Filwaqt li anke dawk li jaħsbu li Malta se tibqa’ attraenti għallinvestiment barrani fit-tliet snin li ġejjin, naqsu wkoll, minn 63% għal 52%, li jfisser tnaqqis ta’ 11%. B’hekk, illum, huma biss ftit aktar min-nofs li jaħsbu li pajjiżna se jibqa’ attraenti għallinvestiment. Dan kollu joħroġ minn stħarriġ li sar mill-kumpanija Ernst and Young, li d-dettalji tiegħu ġew diskussi waqt konferenza nazzjonali li saret ilbieraħ.
attraenti għall-investituri barranin. Il-konferenza, bit-tema “50 years of FDI : Looking Forward”, analizzat l-investiment barrani dirett li sar f’Malta tul l-aħħar ħamsin sena, b’ħarsa lejn il-futur, u kienet indirizzata wkoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li qal li minkejja l-limitazzjonijiet ta’ daqs u riżorsi, tul is-snin Malta saret post speċjali fejn l-investituri jafu li jistgħu jibnu u jkabbru lintrapriżi tagħhom. Simon Busuttil enfasizza li dan żgur ma seħħx b’kumbinazzjoni, imma grazzi għal strateġija u viżjoni.
Dawk li jaraw lil Malta attraenti għall-investiment naqsu minn 91% għal 79%, u dawk li jaħsbu li se nibqgħu attraenti sa tliet snin oħra naqsu minn 63% għal 52%
Filwaqt li s-settur finanzjarju jibqa’ l-aktar settur li fih hemm ottimiżmu, mhux l-istess jista’ jingħad għal dak tal-manifattura, li jirriżulta li hu l-aktar settur li fih Malta saret inqas attraenti għall-investiment barrani, tul laħħar sena. It-tnaqqis fil-fiduċja talinvestituri barranin hu dovut laktar għall-fatt li fl-istħarriġ, naqsu dawk li rrispondew filpożittiv u żdiedu dawk li wieġbu li ma jafux, jew ma jistgħux jgħidu, jekk Malta hix se tibqa’
Pajjiżna, fl-aħħar ħamsin sena żviluppa, grazzi għat-tisħiħ talinfrastruttura u l-edukazzjoni. Ħamsin sena ilu ħafna ddubitaw li pajjiżna kien kapaċi jkampa waħdu ladarba jieħu lIndipendenza, mentri llum pajjiżna jispikka f’setturi bħall-ICT, ilgaming u s-servizzi finanzjarji, li l-pedamenti tagħhom bdew jitpoġġew għoxrin jew ħamsa u għoxrin sena ilu. Fid-diskors tiegħu Simon Busuttil ta wkoll importanza kbira lis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni
Ewropea - frott ta’ viżjoni ekonomika globali tal-mexxejja preċedenti ta’ pajjiżna. Dan wassal biex gvernijiet suċċessivi llum qed igawdu l-frott ta’ dik id-deċiżjoni. Madanakollu hu rrimarka li listess stħarriġ, minkejja li hu inkoraġġanti, jixgħel bozoz ta’ tħassib u appella lill-Gvern biex jagħti kas tat-twissijiet u jaġixxi qabel ikun tard wisq. Fost dawn it-twissijiet semma żżieda sinjifikanti fil-ħaddiema mal-Gvern u qal li din is-soluzzjoni biex titgħatta problema filpajjiż, hi biss waħda temporanja filwaqt li hemm bżonn pjan fit-tul. Il-Kap tal-Oppożizzjoni appella wkoll lill-Gvern biex joqgħod lura, u minflok jinvolvi ruħu direttament u jiddetta, jgħin u jħeġġeġ iktar lill-intrapriżi biex jinvestu. Fuq kollox, appella l-Kap talPartit Nazzjonalista, pajjiżna għandu bżonn viżjoni u strateġija ekonomika aġġornata għall-futur. Minkejja dan kollu, Busuttil xorta waħda fisser dan l-istħarriġ bħala wieħed pożittiv, u qal li jekk il-Gvern jagħraf jimmodernizza lekonomija biex iżomm mal-pass internazzjonali, pajjiżna kapaċi jkompli jġib ir-riżultati. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li kien propju għalhekk li attenda għal din il-konferenza nazzjonali, għax ried iwassal il-messaġġ li kemm il-Gvern u anke lOppożizzjoni jridu jaħdmu flimkien biex il-pajjiż ikompli javvanza u jattira lejh investiment barrani tant bżonnjuż għallekonomija Maltija.
Simon Busuttil jindirizza l-konferenza ta’ Ernst and Young (Ritratt: Paul Jones)
Matul din il-konferenza nazzjonali ta’ EY tkellem ukoll Alistair Campbell, l-eks Kelliem u Direttur tal-Komunikazzjoni taleks Prim Ministru Ingliż Tony Blair, li wissa lill-Gvern li partit politiku ma jmexxix lill-pajjiż għal dejjem. Fid-dawl ta’ dan, hu appella lillgvern biex iħares ‘il quddiem u jwettaq bidla li tħalli l-frott għassnin li ġejjin u mhux biss għallpreżent. Hu qal dan waqt li kien qed jitkellem fuq kemm id-dinja qed issir iktar globalizzata u allura kompetittiva. Fid-dawl ta’ dan, enfasizza li pajjiżna jrid isaħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu, it-taħriġ talħaddiema Maltin, u l-kultura rikka tiegħu, kif ukoll jiżgura stabbiltà politika u legali.
Il-Parlament jitlob spjegazzjoni dwar id-dewmien fil-bini l-ġdid L-Uffiċċju tal-Ispeaker jikteb lill-Ministru Mizzi u lill-GHRC Alex Attard
L-Uffiċċju tal-Ispeaker kiteb lill-Ministru Joe Mizzi, responsabbli mit-Trasport u lInfrastruttura, kif ukoll liċChairman tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port ilKbir (GHRC) Stefan Zrinzo Azzopardi, biex jinfurmahom li fil-Kumitat dwar ix-Xogħol talKamra li se jiltaqqa’ nhar itTnejn li ġej, trid tingħata spjegazzjoni dwar f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-binja lġdida tal-Parlament, kif ukoll biex jitwieġbu mistoqsijiet li jistgħu jsiru mill-membri talKumitat tal-Kamra. L-Iskrivan tal-Kamra, Ray Scicluna, informa b’dan lill-
Ministru Joe Mizzi biex jibgħat rappreżentant tiegħu biex jidher quddiem il-Kumitat tax-Xogħol tal-Parlament. F’ittra separata lill-GHRC, talab ukoll liċ-Chairman innifsu biex jidher quddiem il-Kumitat, u qallu li jista’ jkun akkumpanjat minn dawk l-uffiċjali li jidhirlu li huma f’pożizzjoni li jagħtu aktar informazzjoni lill-Kumitat dwar din il-materja. L-ittri mill-Iskrivan tal-Kamra ntbagħtu b’riżultat ta’ dak li kien diskuss u dwaru ntlaħaq qbil filKumitat tax-Xogħol tal-Kamra lġimgħa li għaddiet, fil-jum li fih il-Ministru Mizzi informa b’ittra lill-Ispeaker li l-bini talParlament il-ġdid fid-Daħla talBelt mhux se jkun lest saż-żmien
stipulat u saż-żmien li ntrabat miegħu l-Gvern. Għaldaqstant is-seduta tatTnejn li ġej, l-ewwel waħda wara l-waqfa għall-vaganzi tas-sajf, trid issir fil-bini attwali fil-Palazz tal-President, u mhux fil-bini lġdid kif kien ippjanat. L-Oppożizzjoni kienet insistiet fil-laqgħa tal-Kumitat taxXogħol tal-Kamra, li l-Gvern kellu jagħti spjegazzjoni għaliex ma ntlaħqux il-miri stabbiliti għall-ftuħ tal-Parlament il-ġdid dakinhar stess, kif kien wiegħed ukoll l-istess Ministru Joe Mizzi fl-ittra li kien bagħat lillIspeaker. Il-Ministru Mizzi kien qal li se jkun qed jinforma lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra dak-
inhar stess li żvela l-aħbar, u ammetta li l-bini l-ġdid talParlament ma kienx se jkun lest sas-seduta li jmiss ta’ nhar itTnejn li ġej. Minkejja li l-istess Ministru kien intrabat li se jkun qiegħed jagħti spjegazzjoni dakinhar stess lill-Kumitat tal-Parlament li kellu jiltaqa’ aktar tard filgħaxija, ħadd ma tfaċċa u ħadd ma kien dispost biex jagħti l-ispjegazzjoni mwiegħda mill-Ministru Mizzi lill-Kumitat dwar ixXogħol tal-Kamra. S’issa, il-Gvern għadu ma lissen ebda kelma u l-ebda spjegazzjoni ma ngħatat għar-raġuni li sa ftit talġimgħat ilu l-Ministru Joe Mizzi kien għadu qed jagħti l-assigurazzjonijiet li x-xogħlijiet jinsabu fi
Alistair Campbell tkellem ukoll dwar il-problema tal-immigrazzjoni rregolari u l-impatt tagħha fuq pajjiżna. Qal li din ilproblema ma tistax tibqa’ problema tal-Gvern Malti biss imma għandha tkun waħda Ewropea. Campbell tkellem ukoll dwar ix-xena internazzjonali, partikolarment dwar it-theddida talISIS. Qal li għall-pajjiżi Ewropej, l-iktar ħaġa inkwetanti mhix il-qtil barbariku tal-ostaġġi ta’ dan il-grupp terroristiku, imma l-impatt u r-riskji li dawn il-gruppi jpoġġu fuq l-ekonomiji u l-pajjiżi l-oħra. Campbell temm jgħid li Malta għandha potenzjal qawwi imma jrid isir iżjed biex dan il-potenzjal ikun sfruttat u pajjiżna jsir iktar magħruf lil hinn minn xtutna.
stadju avvanzat, u li l-Gvern se jilħaq il-miri li stabbilixxa. Tant il-Gvern kien ċert li se jilħaq il-miri li ntrabat magħhom hu stess, li f’Lulju li għadda ħa delegazzjoni Parlamentari mmexxija mill-Ispeaker tara lproġett, u saħansitra kien ukoll tlesta l-programm li kien imħejji għall-inawgurazzjoni tal-bini lġdid tal-Parlament permezz ta’ ċerimonja li kienet ippjanata li ssir nhar il-Ħadd li ġej.