Nru 13,873
It-Tlieta, 14 ta‘ Ottubru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
Joe Mizzi ma jgħidx meta se jkun lest il-Parlament
TELFA MINIMA KONTRA LAZZURRI. Il-partita tant mistennija middilettanti tal-futbol lokali Malta kontra l-Italja ntemmet b’telfa minima għat-tim Malti li għat-tieni darba fi tliet partiti spiċċa l-partita bi plejer inqas. Il-gowl li ta r-rebħa lit-Taljani wasal mid-debuttant Pelle fl-ewwel taqsima. Fir-ritratt jidhru Michael Mifsud u Bonucci li t-tnejn spiċċaw imkeċċija f’żewġ deċiżjonijiet kontroversjali tar-referee Rumen. (Ritratt: Martin Agius)
Ara paġna 2
Mozzjoni mill-Oppożizzjoni dwar il-power station il-ġdida Ara wkoll paġna 31
Muscat jgħid li issa “għandu idea” meta se titlesta
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista lbieraħ filgħaxija ressqet mozzjoni fil-Parlament biex jiġu diskussi l-aħħar żviluppi dwar ilwegħda li kien għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat qabel lelezzjoni li għaddiet - dik li jibni power station sa Marzu li ġej. Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, li l-Kumitat dwar ix-Xogħol talKamra lbieraħ qabel li tkun diskussa nhar it-Tnejn li ġej, kienet ippreżentata mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għallĦidma tal-Parlament, Mario de Marco; mid-Deputat Nazzjonalista George Pullicino; u mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista
Il-Viċi Kap għall-Ħidma tal-Parlament Mario de Marco, flimkien mad-Deputat Nazzjonalista George Pullicino u l-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-PN David Agius, jippreżentaw il-mozzjoni lill-Ispeaker Anġlu Farrugia lbieraħ filgħaxija fil-Parlament
David Agius, ftit minuti biss qabel ma bdiet is-seduta talParlament tal-bieraħ, l-ewwel
waħda wara l-waqfa tas-sajf – waqfa li kienet ħafna itwal missoltu minħabba d-deċiżjoni tal-
L-ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI:
Gvern li jittrasferixxi lParlament għall-bini l-ġdid – mira li l-Gvern ma laħaqx bilParlament ilbieraħ kellu jkompli jiltaqa' fil-bini tal-Palazz. Il-mozzjoni kienet ippreżentata fid-dawl ta' dak li qal il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda f'Marsaxlokk, fejn pubblikament ammetta li l-power station ilġdida mhix se titlesta sa Marzu li ġej kif kien imwiegħed il-poplu Malti. Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni tfakkar li l-qasam tal-enerġija kien wieħed mill-kunsiderazzjonijiet ewlenin fil-vot tal-poplu għal paġna 4
IL-PARTIT NAZZJONALISTA KELLU RAĠUN Ara paġna 3
Rapport dwar immigranti tfal li jaslu waħedhom
Ara paġna 6
Il-Vatikan mill-ġdid fil-mira tal-ISIS
Ara paġna 13
www.maltarightnow.com
2
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
Il-Ministru Joe Mizzi ma jgħidx meta se jitlesta l-Parlament il-ġdid
LOKALI
Jgħid li ma kienx hu li ffissa d-data tal-Ħadd li għadda biex ikun inawgurat il-bini l-ġdid
Alex Attard Il-Ministru Joe Mizzi, responsabbli mit-tlestija tal-proġett talbini tal-Parlament il-ġdid fidDaħla tal-Belt, ilbieraħ filKumitat dwar ix-Xogħol talKamra baqa' ma jridx jgħid meta se jkun lest il-bini l-ġdid u meta l-Parlament jista' jibda jiltaqa' filbini l-ġdid. Minkejja l-mistoqsijiet ċari u ripetuti għal diversi drabi millmembri tal-Oppożizzjoni filKumitat dwar ix-Xogħol talKamra, il-Mnistru Joe Mizzi baqa' jirrifjuta li jagħti data indikattiva dwar meta jista' jitlesta l-bini tal-Parlament. Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma talParlament, Mario de Marco,
ġibed kemm-il darba l-attenzjoni tal-Ministru Mizzi – li fi stqarrija li ppubblika l-istess Mizzi meta ħabbar li l-proġett tal-Parlament mhux se jkun lest – kien informa lill-Ispeaker li fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra kienet se tingħata spjegazzjoni dwar fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini l-ġdid tal-Parlament u wkoll li kien se jagħti data indikattiva dwar meta se jitlesta l-bini l-ġdid talParlament.
Quddiem dawn il-mistoqsijiet ċari, il-Ministru Mizzi baqa' jirrepeti li hu mhux se jagħti dati, filwaqt li rrimarka li ma kienx hu li stabbilixxa d-data tat-12 ta' Ottubru li għadda bħala d-data li fiha jkun inawgurat ilbini l-ġdid tal-Parlament, ċerimonja li kellha ssir il-Ħadd li għadda.
Għal din id-dikjarazzjoni, kien hemm reazzjoni kemm millmembri tal-Oppożizzjoni li kienu jinkludu wkoll lill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius u dDeputat Nazzjonalista Toni Bezzina; kif ukoll mill-Ispeaker li għamel dikjarazzjoni u ċċara li kien fil-laqgħa tas-27 ta' Ġunju li għadda li d-deputat tal-Gvern Carmelo Abela kien qal li l-ħsieb tal-Gvern kien li l-Parlament jieqaf għas-sajf u jibda f'Ottubru bil-possibbiltà li l-Parlament jiltaqa' fil-bini l-ġdid fid-daħla talBelt. Il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni qal li mhux aċċettabbli li lMinistru Mizzi jitfa' t-tort fuq kulħadd ħlief fuqu nnifsu, filwaqt li rrimarka li l-pożizzjoni tal-Ministru Mizzi quddiem ilKumitat tax-Xogħol tal-Kamra hi li mhux kapaċi jagħti data dwar meta hu mistenni li jitlesta
l-bini l-ġdid tal-Parlament. Mario de Marco fisser li liskop tal-laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra kien li tingħata spjegazzjoni dwar fiex waslu x-xogħlijiet u data indikattiva ta' meta se jitlesta x-xogħol biex isir it-trasferiment talParlament. Filwaqt li l-Ispeaker waqqaf lill-Minsitru Mizzi biex ma jirrepetix dikjarazzjonijiet li kien diġà għamel quddiem il-Kumitat – fost l-oħrajn li hu għamel dak kollu li wiegħed li se jagħmel b'rabta mal-proġett tal-bini talParlament il-ġdid, il-Ministru Mizzi qal li se jistenna lill-kuntratturi biex huma jagħtuh data ta' meta se jlestu x-xogħlijiet. Dan minkejja li l-Ministru Mizzi qal li mill-1 ta' Ottubru 'l hawn għamel diversi laqgħat mal-Korporazzjoni tarRiġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) u mal-kuntratturi b'rab-
Fit-Telgħa t’Alla w Ommu fin-Naxxar, ilbieraħ filgħodu, għal xi ħin kien hemm konġestjoni tat-traffiku wara li xi ġebel li kien fuq trakk, spiċċa waqa’ f’nofs ta’ triq. It-trakk mgħobbi bil-ġebel kien tiela’ fid-direzzjoni tan-Naxxar. Il-ġebel tneħħa minn nofs it-triq minn xi nies li ħarġu jagħtu daqqa t’id lis-sewwieq.
ta max-xogħlijiet pendenti li għad fadal fil-proġett. Il-Ministru Mizzi lanqas ma wieġeb mistoqsijiet talOppożizzjoni dwar meta kien infurmat li x-xogħlijiet kienu qed jaqgħu lura. Il-Ministru Mizzi qal li hu stenna sad-data stabbilita li fiha kellhom ilestu x-xogħlijiet, it-30 ta' Settembru li għadda, biex ħa nota ta' dak li kien għad fadal x'jitlesta fil-proġett. Wara li Stefan Zrinzo Azzopardi, Chairman tal-GHRC, akkumpanjat minn Chris Paris, ta spjegazzjoni dettaljata talprogress li sar fil-proġett tal-bini l-ġdid tal-Parlament, li fissru bħala proġett ta' livell għoli li f'ħafna aspetti l-kuntratturi sabuha diffiċli biex jimplimentaw id-disinn ta' Renzo Piano, il-Ministru Mizzi fisser li fil-fehma tiegħu hemm ħafna aktar xogħol xi jsir minn dak li qed jiġbdu l-attenzjoni dwaru lkuntratturi. Iċ-Chairman tal-GHRC għamel preżentazzjoni dwar ilprogress tax-xogħol fuq ilproġett sa minn meta beda, kif ukoll daħal fid-dettall tax-xogħlijiet li fadal isiru fil-binja, bl-aktar xogħol li fadal hu dak marbutmal-aħħar fażi tal-kisi bil-ġebla ta' parti mill-faċċata tal-binja. Hemm ħafna wkoll xogħol xi jsir ta' għamara li għadha ma waslitx minn barra, u li l-kuntratturi li ordnaw il-materjal minn barra ma żammux lanqas mad-dati stabbiliti. Xogħol li għadu wkoll lura hu fil-plenarja, fejn tiltaqa' l-Kamra tadDeputati. Fi tmiem il-laqgħa, l-Ispeaker informa lill-Ministru Mizzi biex iżomm il-Parlament infurmat dwar l-iżviluppi fil-proġett.
www.maltarightnow.com
3
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
LOKALI
L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-2015 se jsiru … tal-2017 posposti L-ewwel darba li sar ċaqliq fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli mingħajr qbil mal-Oppożizzjoni
Il-Gvern iħabbar ċaqliq fiddati tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Waqt konferenza talaħbarijiet, il-Ministru talĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar li lelezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali skedati għas-sena d-dieħla se jsiru. Iżda l-elezzjonijiet skedati għall-2017 kienu posposti għall2019 flimkien mal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li fil-konsultazzjonijiet li għamel mal-istakeholders ewlenin, kien hemm qbil li l-elezzjonijiet talKunsilli Lokali jsiru kull ħames snin, li jsiru kollha f’daqqa u li jkunu flimkien mal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Qal li l-qbil kien wieħed kważi unanimu, bl-eċċezzjoni talOppożizzjoni. Din hi l-ewwel darba li sar ċaqliq fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali mingħajr qbil
mal-Oppożizzjoni, kif ikkonferma l-Ministru Owen Bonnici stess meta kien mistoqsi millġurnalisti. Id-data tiddependi mirreferendum dwar il-kaċċa Minbarra l-elezzjoni talKunsilli Lokali, hemm talba biex isir referendum abrogattiv biex tieqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa u rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali mressaq mill-
għaqdiet tal-kaċċaturi biex ir-referendum ma jsirx. Id-deċiżjoni mistennija tingħata f’Jannar li ġej. Il-Ministru Bonnici spjega li jekk il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi li r-referendum ma jsirx, l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ssir fid-data skedata f’Marzu li ġej, iżda jekk il-Qorti Kostituzzjonali twitti t-triq għarreferendum abrogattiv, dan isir flimkien mal-elezzjoni tal-
Il-Partit Nazzjonalista kellu raġun Joseph Muscat jagħmel u-turn oħra
L-insistenza tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li insista bis-saħħa li l-prinċipju tad-demokrazija m’għandux jintmess, wasslet biex l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla se jsiru kif suppost
Kunsilli Lokali. Madankollu, se jkun hemm ċaqliq fid-data tal-elezzjoni, li skont il-liġi tal-Kunsilli Lokali tista’ tkun sa massimu ta’ erba’ xhur. Owen Bonnici qal li r-raġuni għal dan iċ-ċaqliq hi biex il-kandidati u l-partiti politici jilħqu jħejju għall-elezzjoni u m’hemm l-ebda rabta mal-istaġun talkaċċa fir-rebbiegħa, li normalment jiftaħ f’April.
Wara tliet xhur ta’ kontroversja li ħoloqha Joseph Muscat bla bżonn, il-Partit Nazzjonalista jinnota b’sodisfazzjon li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel u-turn oħra u ta raġun lill-Partit Nazzjonalista. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista, maħruġa lbieraħ filgħaxija, tgħid li tliet xhur ilu Muscat ħoloq firda bla bżonn fil-pajjiż meta ddeċieda li jħassar l-elezzjonijiet talKunsilli Lokali li kien imisshom isiru f’nofs il-pajjiż issena d-dieħla. Wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil
insista bis-saħħa li l-prinċipju tad-demokrazija m’għandux jintmess, issa l-Prim Ministru daqq l-irtirata u ħabbar li lelezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali se jsiru s-sena d-dieħla, kif suppost. Il-Partit Nazzjonalista huwa sodisfatt li rebaħ is-sens komun. Dan jikkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista kellu raġun, tgħid l-istqarrija. Li kien għal Muscat, l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla ma jsirux. Kienet biss l-insistenza tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista li wasslet biex lelezzjonijiet tal-Kunsilli jsiru xorta.
Il-Partit Nazzjonalista jinnota wkoll li l-Gvern ħabbar li mill-2019, l-elezzjonijiet talKunsilli Lokali se jibdew isiru kull ħames snin mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Dwar dan il-Partit Nazzjonalista għandu riżervi. F’dan l-istadju jfakkar biss li għal dawn l-aħħar 27 sena, kull darba li ntmessu elezzjonijiet f’pajjiżna, dan dejjem sar b’kunsens bejn iż-żewġ partiti rappreżentati fil-Parlament. Il-Gvern ta’ Joseph Muscat m’għandux ikisser ukoll dan il-kunsens nazzjonali, ittemm tgħid l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista.
www.maltarightnow.com
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
4
Il-PN jikteb lill-PBS u lill-Awtorità tax-Xandir
Jilmenta dwar xandir żbilanċjat li jservi bħala forċina tal-Gvern Il-Partit Nazzjonalista ressaq ilment lill-Public Broadcasting Services (PBS) dwar il-parteċipazzjoni tal-uffiċjal tal-Gvern, Alex Muscat fuq l-istazzjon nazzjonali. Ilbieraħ filgħodu, waqt ilprogramm TVAM, Alex Muscat ġie mistieden fuq listazzjon tal-istat u ġie introdott bħala opinjonista, meta fil-verità huwa kelliem tal-Gvern. Alex Muscat jaħdem fisSegretarjat tal-Prim Ministru f’Kastilja, tant li akkumpanja lil Muscat fiż-żjara li għamel aktar tard matul il-ġurnata flAjruport Internazzjonali ta’ Malta. Huwa huwa wkoll ilminority leader tal-Partit Laburista fil-Mosta u kandidat tal-Partit Laburista.
Tul il-programm, Muscat iddefenda lill-Gvern u lill-Prim Ministru Joseph Muscat wara li tħabbar li l-Gvern Laburista se jikser il-wegħda li għamel hu stess li jibni l-power station il-ġdida fiż-żmien li kien qal qabel. L-uffiċjal fis-Segretarjat tal-PM ikkritika wkoll lillPartit Nazzjonalista f’intervista li la kienet oġġettiva u lanqas imparzjali, minkejja limpressjoni li pprova jagħti lPBS, tgħid stqarrija tal-PN. Il-PN iddeplora dan l-aġir li bih ix-xandir tal-istat qarraq bit-telespettaturi, filwaqt li talab rimedju u insista li xxandir nazzjonali ma jibqax għaddej b’din l-istrateġija. Kopja tal-ilment intbagħtet lillAwtorità tax-Xandir.
LOKALI
Id-dibattitu għat-Tnejn li ġej minn paġna 1
li bih ġie elett il-Gvern; uli lqasam tal-enerġija ngħata prijorità assoluta fil-programm talGvern kif imfisser fid-diskors talPresident fil-ftuħ tal-Parlament. Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li wiegħed kontabilità assoluta fil-Gvern tiegħu u trasparenza assoluta fil-Gvern tiegħu; Il-wegħda ewlenija tal-Prim Ministru qabel l-elezzjoni ġenerali kienet il-bini fi żmien sentejn ta' power station ġdida taħdem bil-gass, u li allura tipproduċi elettriku bi prezz orħos li kien se jagħmilha possibli biex lEnemalta traħħas il-kontijiet taddawl għall-konsumatur; Fil-mozzjoni, l-Oppożizzjoni innotat li x-xogħol fuq il-power station il-ġdida għadu ma bediex, u m’hemmx data ta’ meta se jibda x-xogħol u wisq anqas ta’ meta se jispiċċa; Sadattant, il-Gvern ma ppubblikax il-kuntratt għall-bini talpower station u li dan il-kuntratt għadu ma nġiebx għall-iskrutinju tal-Kamra tar-Rappreżentanti L-Oppożizzjoni qed tipproponi fil-mozzjoni, li l-Parlament jiddiskuti l-aġir tal-Prim Ministru u
tal-Gvern f'din il-kwistjoni, limpatt finanzjarju li se jkollu dan id-dewmien fuq l-Enemalta u lekonomija ta’ pajjiżna u d-dati li fihom mistenni jibda u jispiċċa dan il-proġett li skont il-Gvern stess huwa kruċjali għall-pajjiż. Quddiem il-falliment tal-aktar wegħda elettorali importanti – dik li jlesti power station ġdida fi żmien sentejn – il-Prim Ministru issa qed jindika li għandu roadmap ġdida, iżda jsostni biss li “għandu idea” meta se titlesta l-power station il-ġdida. Muscat ilbieraħ kien ikkonfrontat mill-ġurnalisti dwar ilkwistjoni tal-power station, il-każ tal-ismart meters għall-kmamar illegali fl-Armier u l-pjan ta’ristrutturar tal-Air Malta li waqa’ lura, tant li l-linja tal-ajru se tagħlaq issena b’telf ta’ €16-il miljun. Il-Prim Ministru qal li l-aktar deadline importanti kien dak li lkontijiet għall-familji jitraħħsu f’Marzu li għadda, u f’Marzu li ġej għan-negozji. “Għalkemm ilproġett tal-power station hu vitali, dan hu biss parti mill-pjan tagħna għall-enerġija, u mhux kollox,” qal il-PM. Muscat kompla jgħid li l-miri li ta l-Gvern kienu dwar it-
traħħis tal-kontijiet, u l-fatt li lpower station il-ġdida mhix se titlesta fil-ħin sa Marzu li ġej, kif imwiegħed qabel l-elezzjoni, mhux se jeffettwa l-pjan talGvern li jraħħas il-kontijiet, għalkemm it-traħħis kien jiddependi wkoll mill-bini tal-power station. Mistoqsi għandux data ġdida meta se titlesta l-power station, il-Prim Ministru qal li hu “għandu idea” meta se titlesta, iżda ddettalji se jitħabbru fil-mument opportun. Qal ukoll li nhar l-Erbgħa li ġej, il-Ministru Konrad Mizzi se jkun qed jagħmel Stqarrija Ministerjali fil-Parlament dwar id-dewmien fil-proġett ta’ Delimara. Il-Ministru tal-Enerġija, li fi tmiem il-ġimgħa kien hu li ammetta li l-proġett waqa’ lura, bħalissa jinsab fiċ-Ċina, fejn għaddej proprju b’taħditiet ma’ Shanghai Electric, il-kumpanija li se tixtri l-ishma fl-Enemalta. Mizzi qal li t-tlestija tal-power station mhux se ssir fil-ħin appuntu għax kellhom jerġgħu jinfetħu n-negozjati bejn din ilkumpanija Ċiniża, l-Enemalta u l-Electrogas, li se jibnu l-impjant tal-gass.
Dejjem fhimna li r-roħs fil-kontijiet se jkun sostnut minn power station ġdida
– il-UĦM
Anke l-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), qed tappella lill-Gvern biex ma jħallix aktar spekulazzjonijiet iċajpru lproġett tal-power station. Fi stqarrija, il-UĦM qalet li temmen li mill-aktar fis possibbli l-Gvern għandu jsejjaħ konferenza tal-aħbarijiet biex jispjega lillpubbliku kif dan il-proġett se jkompli, u x’inhuma l-pjani u lmiri.
Barra minn hekk, il-Union talbet biex il-Gvern jieħu ħsieb ifiehem lill-pubbliku dwar issostenibbiltà tat-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. IlUĦM qalet li hi dejjem fehmet li r-roħs tal-kontijiet tal-enerġija se jkun sostnut minn sistema ġdida ta’ power station li tkun iżjed “cost-effective” u li allura dan kien se jirrifletti fil-kontijiet.
Il-UĦM kompliet li qed tispera li s-sostenibbiltà fir-roħs teżisti, u l-Gvern għandu jispjega. “Nisperaw li r-roħs tal-kontijiet, kemm għall-konsumatur, kif ukoll għall-industrija, ma jispiċċax jinġarr mill-ħaddiema u l-familji tagħhom, f’xi forma moħbija ta’ taxxa,” qal isSegretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella.
B’kuntrast mal-istqarrijiet u ddikjarazzjonijiet li qed isiru għall-fatt li l-Gvern mhux se jkun qed iżomm il-wegħda elettorali prinċipali li għamel fuq ilpower station tal-gass, ilKumitat Konsultattiv għanNofsinhar ta’ Malta fi stqarrija qal li jilqa’ b’sodisfazzjon dak li qal il-PM Joseph Muscat dwar ilpjan tal-Gvern dwar l-enerġija. Iċ-Chairman tal-Kunsill Silvio Parnis innota b’sodisfazzjon li lGvern se jkun qed iżomm mal-
pjan tiegħu li jagħlaq il-power station tal-Marsa, għax wara tant snin ta’ wegħdi, fl-aħħar se tkun qed issir ġustizzja mar-residenti ta’ dawn l-inħawi. Silvio Parnis innota wkoll b’sodisfazzjon li wara n-negozjati tal-Gvern ma’ kumpanija Ċiniza, Malta issa se jkollha żewġ power stations jaħdmu bilgass. Parnis qal li dan huwa żvilupp sinifikanti għax ifisser li l-impjant tal-BWSC ukoll se jkun qed jieqaf iħaddem il-heavy
fuel oil, u minflok, jadotta teknoloġija ferm aktar nadifa, ibbażata fuq il-gass. Silvio Parnis qal li dawn liżviluppi għandhom jimlew lirresidenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta bil-kuraġġ. Imkien fl-istqarrija, iżda, ma ssir referenza għall-fatt li lpower station il-ġdida li qabel lelezzjoni l-Partit Laburista wiegħed li se tinbena fi żmien sentejn, issa mhix se titlesta filħin.
Silvio Parnis l-uniku wieħed sodisfatt
www.maltarightnow.com
5
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
QORTI
Għaxar xhur ħabs oħra għal raġel li qatel pulizija, din id-darba fuq droga Raġel ta’ 34 sena, li qed jiskonta piena ta’ għomor il-ħabs fuq ilqtil ta’ pulizija, intbagħat għaxar xhur ħabs oħra mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, wara li nstab ħati li fiċ-ċella kellu leroina. Andy Calleja ta’ 34 sena minn Ħaż-Żabbar, fl-2004 ntbagħat għomru l-ħabs wara li ammetta li fit-12 ta’ Novembru 2001 qatel lill-Kuntistabbli Roger Debattista waqt il-hold-up li hu u tlieta oħra wettqu fuq il-fergħa tal-BOV ta’ Ħal Qormi. Fil-każ dwar id-droga, Calleja kien mixli li fl-24 ta’ Jannar 2007 kellu fil-pussess tiegħu l-eroina, kif ukoll li kiser diversi sentenzi tal-Qrati. Kien waqt spezzjoni fiċ-ċella numru 130 f’Diviżjoni 6, li fiha kien hemm l-akkużat u ħabsi ieħor, li Calleja ntlemaħ
idaħħal idu x-xellugija fil-but. Kif kien se joħroġha, wieħed mill-gwardjani ħataflu idu u tefgħu fuq is-sodda. Il-gwardjan innota xi ħaġa taqa’ minn id Calleja, u xħin ġabarha rriżultalu li kienet borża tal-plastik b’materjal ta’ lewn griż. Fiċ-ċella nstabu wkoll biċċiet tal-karti miftuħin li kellhom ilforom u l-liwja tal-qratas, biċċiet tal-foil maħruqin ġo kaxxa talħadid li tintuża għas-sigarri, u biċċa pajp tal-kartun użat. Mill-analiżi tal-espert Godwin Sammut ħareġ li d-droga kienet eroina, kellha piż ta’ 3.07 grammi u purità ta’ 14 fil-mija. Calleja kien ċaħad li kellu d-droga fuqu u li remieha mal-art, u sostna li d-droga kienet ta’ Ronald Rotin, il-ħabsi li kien fiċ-ċella miegħu. Il-Qorti m’emmnitx il-verżjoni
Raġel minn Ħaż-Żabbar intbagħat sitt xhur ħabs, u kien immultat €600 mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, wara li nstab ħati li kellu fil-pussess tiegħu l-eroina u li ttraffikaha. Oscar Cassar, ta’ 61 sena, instab ħati li kellu din id-droga fl-2005. Il-każ seħħ fl-24 ta’ Marzu tal2005, għall-ħabta tas-1pm, meta l-Pulizija rċeviet telefonata anonima dwar teħid ta’ droga f’garaxx f’Ħaż-Żabbar. Pulizija millIskwadra ta’ Kontra d-Droga marru fil-garaxx, li jinsab fi Triq il-Kunvent, u raw lil Cassar dieħel fih. Huma daħlu fil-garaxx, fejn fuq mejda sabu siringa mimlija eroina, żewġ siringi użati, seba’ siringi ġodda ppakkjati, żewġ pakketti ‘citric acid’, mgħarfa, tissue bid-demm, biċċiet tal-foil u lighter. Fil-garaxx instab raġel ieħor li nżamm mill-Pulizija għal iktar investigazzjoni, anke jekk fuq ilpersuna tiegħu ma nstab xejn relatat mad-droga. Fl-istqarrija li kien ta lillPulizija waqt l-interrogazzjoni, Cassar qal li hu kien ilu jabbuża mill-eroina minn xahar jew xahrejn qabel, u li kien jeħodha bil-labra. Hu sostna li kien ilu jabbuża mid-droga mill-1979 meta kien ipejjep il-ħaxixa. Wara ftit, qabad il-vizzju tal-eroina u
għalkemm għamel perjodu ma jeħodhiex, reġa’ beda jeħodha minn dakinhar li nqabad. Cassar sostna li fil-jum ta’ qabel inqabad, kien ir-raġel lieħor li nstab fil-garaxx, li hu identifikah bħala Noel Fenech, li staqsieh biex jieħdu l-eroina flimkien, u kien għalhekk li mar Bormla biex jixtri ftit mingħand ġuvni li ra miexi fit-triq. Skont hu, dan il-ġuvni offrielu li jmur jixtri d-droga għalih u wara li ħallsu, il-ġuvni ġablu pakkett eroina, u mbagħad irritorna fil-garaxx fejn hu u Fenech ittaqqbu biha. Il-Qorti qalet li l-fatt li Cassar xtara d-droga għalih u għal Fenech, u mhux qasam id-droga ma’ Fenech, jagħmlu ħati ta’ traffikar. Dwar il-piena, kienet ikkunsidrata l-kondotta tiegħu li minnha jirriżulta li nstab ħati ta’ pussess ta’ eroina f’sitt okkażjonijiet u f’okkażjoni oħra nstab ħati ta’ pussess ta’ kannabis, u li tpoġġa taħt probation fi tliet okkażjonijiet, ingħata l-libertà kundizzjonata fi tliet okkażjonijiet oħra u ġie kkundannat għal piena f’okkażjoni oħra. Qieset ukoll li l-ammont ta’ droga li nstab kien wieħed minimu u għalhekk ikkundannatu sitt xhur ħabs u multa ta’ €600. IlProsekuzzjoni tmexxiet millIspettur Pierre Grech.
Sitt xhur ħabs għal raġel li kien instab f’garaxx bid-droga
tiegħu u rrimarkat li huwa biddel il-verżjoni ta’ x’ġara diversi drabi. Il-Qorti rrimarkat li ssib ilverżjoni tal-gwardjani tal-ħabs iżjed kredibbli u saħqet li m’għandhiex għaliex tiddubita minn dak li qalu li raw. Meta ġiet biex tagħti l-piena,
il-Maġistrat Galea Sciberras iddeskriviet il-kondotta ta’ Calleja bħala waħda “ikkulurita” li tinkludi diversi kundanni, fosthom fuq serq aggravat bi qtil volontarju, ħsara volontarja, korruzzjoni ta’ minorenni u pussess ta’ droga.
Qieset ukoll l-ammont taddroga li nstab, u l-fatt li din instabet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, u peress li l-liġi tgħid li jekk reat isir minn priġunier il-piena tiżdied bi grad jew tnejn, ikkundannatu 10 xhur ħabs.
Farrugia, ordnat lil psikologa tħallas lill-Fondazzjoni għasServizzi ta’ Ħidma Soċjali ssomma ta’ €9,608. Dan wara li żammitha responsabbli talli qabdet u tterminat il-kuntratt talimpjieg. Il-Fondazzjoni kienet bdiet proċeduri kontra Dr Anna Maria Laurenti biex din tħallas limsemmija somma bħala nofs ilpaga li għaliha kien ikollha jedd, kieku baqgħet fis-servizz għattul tal-kuntratt iffirmat fid-9 ta’ Frar 2001 li kien validu għal perjodu ta’ tliet snin. Mill-provi rriżulta li l-psikologa ġiet impjegata bħala konsulent biex tmexxi programm li permezz tiegħu kellhom jiġu megħjuna żgħażagħ irġiel bi problemi fl-imġiba tagħhom. Minkejja li l-kuntratt kien għal tliet snin, fit-28 ta’ Frar 2003 hija ssottomettiet ir-riżenja tagħha b’effett mis-26 ta’ Marzu tal-istess sena, u qalet li kellha raġunijiet validi biex titlaq mis-servizz. Hi kienet qalet li kellha problemi mal-Kap Eżekuttiv talFondazzjoni Joe Gerada għax ma kellhiex l-awtonomija fittmexxija, u anke għax ma qablitx mal-mod kif id-Dipartiment tarRiżorsi Umani indirizza żewġ inċidenti separati dwar allegat abbuż minn żewġ membri talistaff.
kellha terfa’ r-responsabbiltà tal-programm u tal-adoloxxenti, meta tneħħitilha kull awtorità, Dr Laurenti qalet ukoll li ma tatx raġuni għarriżenja, għax kienet iżżomm lil Gerada infurmat b’kollox, u għalhekk ma ħassitx il-ħtieġa li tagħti spjegazzjoni. Wara li rat il-kuntratt, fissentenza tagħha l-Qorti qalet li jidher ċar li kienu x’kienu ddmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħha, hi xorta kellha tirrispondi lill-Kap Eżekuttiv jew xi uffiċjal ieħor delegat minnu. Il-Qorti qalet li Dr Laurenti ma kinitx qed tkun raġonevoli jekk kienet qed tistenna li lKap Eżekuttiv ikun sempliċement “rubber stamp” u japprova kull kwotazzjoni li tippreżentalu. Il-Maġistrat Farrugia rrimarkat li l-ilmenti u d-diżgwid li kellha Laurenti mal-management tal-Fondazzjoni mhumiex raġuni tajba biżżejjed biex jiġġustifikaw li hi tittermina limpjieg. Il-Qorti temmet tgħid li lproblema tal-psikologa hi li ma fehmitx li trid taħdem f’ġerarkija, u li għalkemm kellha pożizzjoni għolja fi ħdan ilFondazzjoni, ma setgħetx toħloq stat għaliha fl-istess Fondazzjoni.
Żagħżugħ Albaniż kien ikkundannat sena ħabs, sospiżi għal sentejn, wara li ammetta quddiem ilMaġistrat Giovanni Grixti li kellu fil-pussess tiegħu passaport Taljan falz, biex bih imur lejn l-Ingilterra. Orgest Musta ta’ 22 sena, ammetta wkoll li uża karta tal-identità Taljana li kienet falza. L-Albaniż kien ġie arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li l-Pulizija Maltija kienet alertjata mill-awtoritajiet Ingliżi. Ir-raġel, li qal li jaħdem bħala ġardinar fil-Greċja, qal lill-Pulizija li ried imur lIngilterra imma peress li kellu biss passaport Albaniż, kellu bżonn dokument Ewropew biex ikun jista’ jidħol l-Ingilterra mingħajr visa. Kien għalhekk, qal lakkużat, li hu xtara dokument falz minn Parma għal €2,000. L-Avukat Noel Bartolo argumenta li sentenza sospiża hi l-aħjar piena f ’din iċċirkostanza, u dan meta l-istess ħati kien se jiġi deportat. L-Ispettur Darren Buhagiar mexxa l-Prosekuzzjoni.
Psikologa ordnata tħallas Jammetti nofs paga għax kisret li kellu il-kuntratt tax-xogħol passaport Il-Qorti tal-Maġistrati, ippreseWaqt li qalet li s-sitwazzjoni falz duta mill-Maġistrat Marseann kienet saret insostenibbli għax
www.maltarightnow.com
6
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
LOKALI
Rapport dwar immigranti tfal li jaslu waħedhom
Il-VIP Lounge fl-ajruport issa nfetħet ukoll għall-pubbliku li jkun jixtieq iħallas biex jagħmel użu minnha (Ritratt: MIA)
Investiment fil-VIP Lounge tal-MIA
Bl-iskop li ttejjeb il-faċilitajiet fil-Ministerial Lounge talAjruport Internazzjonali ta’ Malta, il-kumpanija MIA investiet €450,000 fi mmodernizzar talVIP Lounge. Minn kemm ilu li ġie pprivatizzat l-ajruport internazzjonali ta’ Malta, diġà sar investiment ta’ €59 miljun mill-operaturi barranin tal-MIA – ammont li jeskludi l-iSkyparks Business Centre.
Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, l-ajruport internazzjonali ta’ Malta rreġistra żieda ta’ 7.2 fil-mija fl-ammont ta’ passiġġieri, fuq is-sena li għaddiet. Din is-sena l-ajurport laqa’ total ta’ 3.38 miljun passiġġier. L-immodernizzar tal-VIP Lounge kien inawgurat millPrim Ministru Joseph Muscat, fil-preżenza tal-Ministru tatTuriżmu Edward Zammit Lewis. Il-VIP tal-ajruport jinsab ferm
viċin il-parkeġġ ewlieni tal-ajruplani, u b’hekk jipprovdi aċċess aktar mgħaġġel u fl-inqas distanza għat-titjira. Il-faċilitajiet jipprovdu biex il-proċeduri normali tal-ivvjaġġar isiru fil-VIP stess, mingħajr il-ħtieġa li l-persuni jistennew fil-kju. Il-Kap Eżekuttiv tal-MIA Markus Klaushofer qal li dan ilproġett hu importanti għallkumpanija, għax permezz tiegħu tista’ tipprovdi prodott tajjeb għall-klijenti, ibbażat fuq ilkumdità u l-konvenjenza. Fil-VIP Terminal issa jistgħu jsiru l-proċeduri kollha tal-ivvjaġġar, inkluż il-proċess ta’ sigurtà, iċ-check-in u l-proċess talbagalji u l-kontroll tal-passaporti.
Ir-realtà tat-tfal immigranti li jaslu Malta mingħajr ġenituri trid tiġi indirizzata u jkun hemm progress tanġibbli. Saħqet dwar dan ilPresident ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca waqt ittnedija ta’ rapport imħejji mill-Organizzazzjoni Internazzjonali talMigrazzjoni u lKummissjoni Għolja għarRefuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti, fuq inizjattiva tal-istess President ta’ Malta meta kienet Ministru għasSolidarjetà Soċjali. Ir-rapport janalizza s-sitwazzjoni preżenti u l-qafas legali u organizzattiv u jagħti seba’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi ta’ kif tittaffa t-tbatija ta’ tfal immigranti li jaslu pajjiżna waħedhom. Ir-Rakkomandazzjonijiet jinkludu l-ħolqien ta’ taskforce interministerjali li tinkludi wkoll aġenziji u NGO’s, titjib fil-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ tfal li jaslu Malta waħedhom, titjib filpjani ta’ kontinġenza għal meta jkun hemm wasliet kbar għal għarrieda u koperazzjoni ma’ pajjiżi oħra.
Matul is-sena li għaddiet, 2,008 persuni waslu Malta u talbu l-ażil. Minn dawn, 443 kienu tfal waħedhom. Fl-introduzzjoni tiegħu, id-Direttur Ġenerali talOrganizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni William Lacy Swing, qal li mal-50 miljun persuna kienu sfurzati jħallu djarhom matul is-sena li għaddiet, l-ikbar numru ta’ ċaqliq tal-massa sa mitTieni Gwerra Dinjija. Hu qal li l-migrazzjoni hi sfida li għandha tiġi indirizzata, speċjalment fil-klima ta’ opinjoni negattiva minħabba lpressjonijiet li jiffaċċjaw ċerti pajjiżi. L-Ambaxxatur Lacy Swing qal li azzjoni fil-konfront tattfal tista’ twassal għal proġett pilota li jista’ jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-immigranti b’mod ġenerali. Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia qal li l-minuri se jingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa mingħajr ma jonqsu l-obbligi talGvern mill-aspetti ta’ saħħa pubblika u sigurtà nazzjonali.
ASSEMBLEA DJOĊESANA 2014. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, tlaqqgħet l-Assemblea Djoċesana 2014 li din is-sena kellha t-tema ‘Knisja qaddejja tal-bniedem, qaddejja tal-ħajja’. Matulha kienu diskussi l-ministerjalità fil-Knisja, u l-ħidma favur il-ħajja umana. Matul din l-Assemblea, l-Arċisqof Pawlu Cremona ħabbar li wara snin ta’ riflessjoni u konsultazzjoni wiesgħa, wasal iż-żmien li jinbeda l-proċess biex fid-Djoċesi ta’ Malta jibdew jiġu ordnati Djakni Permanenti, u jibdew jingħataw Ministeri Lajċi. (Ritratt: Photocity, Valletta)
www.maltarightnow.com
7
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
LOKALI
Proposti għall-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ
Il-Partit Nazzjonalista qed jipparteċipa b’mod attiv fittfassil tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Waqt laqgħa li l-Kelliem talOppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Isport Robert Cutajar kellu dan l-aħħar mal-Kumitat imwaqqaf apposta biex imexxi l-proċess ta’ konsultazzjoni, ġew proposti numru ta’ punti. Għal din il-laqgħa, attenda wkoll il-President talMoviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) Matthew Agius. Filwaqt li jaqbel mal-maġġoranza tal-proposti indikati fid-
dokument imressaq għall-konsultazzjoni, il-PN ressaq ukoll numru ta’ prijoritajiet f’isem lOppożizzjoni biex il-Gvern jikkunsidrahom meta jiġi biex iħabbar id-dokument finali filġimgħat li ġejjin. Fost il-proposti li ressqet lOppożizzjoni, hemm dawk dwar il-qasam tax-xogħol, b’aċċenn fuq il-garanzija tażżgħażagħ li hemm bżonn li tibqa’ tingħata l-attenzjoni li jixirqilha. Proposta oħra li aċċenna għaliha l-Partit Nazzjonalista hija dwar il-parteċipazzjoni tażżgħażagħ, anke fuq livell ta’
Kunsilli Lokali. Il-Partit Nazzjonalista jemmen li lAġenzija Żgħażagħ għandha tibqa’ promotur ewlieni biex tkompli taħdem għal aktar parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà Maltija. Il-volontarjat fost iżżgħażagħ kien ukoll wieħed mis-suġġetti li l-Partit Nazzjonalista tkellem dwaru matul din il-laqgħa. Robert Cutajar għamel referenza wkoll għall-fatt li din listrateġija għandha tenfasizza limportanza tal-isport fost iżżgħażagħ, anke fl-iskejjel sekondarji u postsekondarji.
Sodisfazzjon mill-Gvern Malti Malala biddlet għall-impenn tan-NU fil-Libja is-soċjetà – il-MNPN
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin esprima s-sodisfazzjon tiegħu għaż-żjara li għamel is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki Moon fi Tripli nhar is-Sibt li għadda. Fi stqarrija, ilMinisteru awgura, f’isem ilGvern Malti, li din iż-żjara tasSegretarju Ġenerali tan-NU twassal għas-sigurtà u l-istabbiltà fil-Libja, u qal li hija xhieda tal-impenn tanNazzjonijiet Uniti f ’din iddirezzjoni. Matul iż-żjara tiegħu fil-kapitali Libjana, Ban Ki Moon iltaqa’ mal-mexxejja politiċi u parlamentari tal-Libja, u ħeġġiġhom jinnegozjaw qbil biex tkun solvuta l-kriżi politika u umanitarja fil-pajjiż. It-
Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki Moon fi tmiem il-ġimgħa l-oħra mexxa taħditiet fi Tripli
taħditiet ta’ Ban Ki Moon fi Tripli jsegwu dawk li saru f’Ghadames ix-xahar li għadda. F’din l-okkażjoni Malta kienet rappreżentata fillaqgħat mill-Mibgħut Speċjali tal-Gvern Malti għal-Libja Joseph Mangion u millAmbaxxatur Malti fil-Libja Mannie Galea. Il-Gvern Malti qal li din iżżjara ta’ Ban Ki Moon turi ddeterminazzjoni tal-komunità internazzjonali li tinstab soluz-
zjoni dejjiema għal dak li qed jiġri fil-Libja bi qbil. Fost loħrajn wieħed ifaħħar l-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU Bernardino Leon li qed jaħdem biex ikun hemm ftehim fuq pjan għall-waqfien mill-ġlied u rikonċiljazzjoni nazzjonali. Malta taqbel man-Nazzjonijiet Uniti li m’hemm l-ebda alternattiva għad-djalogu biex issitwazzjoni fil-Libja tinġieb taħt kontroll, ittemm tgħid listqarrija.
Malala Yousafzai, it-tifla Pakistana li rriskjat ħajjitha b’kampanja favur id-dritt tal-edukazzjoni għall-bniet, nhar il-Ġimgħa rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi (Ritratt: EPA)
Il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN) esprima s-sodisfazzjon tiegħu għallgħażla ta’ Malala Yousafzai, mill-Pakistan, għall-Premju Nobel tal-Paċi. Malala, tgħid stqarrija talMNPN, hi tfajla li għamlet ġlieda, b’riskju għal ħajjitha stess, favur l-edukazzjoni mhux biss għat-tfal, speċjalment il-bniet, iżda wkoll għat-tfal li qed jiġu sfruttati u mġiegħla jaħdmu minn età żgħira. Din hi tfajla li rnexxielha tqajjem kuxjenza mad-dinja kollha fuq x’inhuma d-drittijiet tal-bniedem, u fuq l-importanza taledukazzjoni biex ikollna soċjetà sostenibbli u mibnija fuq il-paċi. Malala għamlet bidla fis-soċjetà,
minkejja l-età u d-diffikultajiet tagħha. Hi tisħaq fuq il-fatt li l-edukazzjoni hi l-qawwa li tgħallem rispett u tolleranza, li twassal għall-ftehim u d-djalogu, u li flistess ħin tikkontrolla u tnaqqas il-faqar. Il-MNPN qal li hu kburi li tfajla ta’ 17-il sena, minkejja l-età u d-diffikultajiet tagħha, rebħet dan il-premju tant prestiġjuż, wara li ħames snin ilu Malala kienet bdiet kampanja favur ledukazzjoni u saħansitra sar attentat fuq ħajjitha. L-istqarrija ttemm tgħid li dan l-unur mogħti lil Malala juri li nnisa, fi kwalunkwe ċirkostanza u f’soċjetajiet differenti, jistgħu jkunu l-protagonisti tal-bidla.
GĦAD-DELL TAL-MITĦNA. Nhar il-Ħadd il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq organizza attività bl-għajnuna ta’ fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea. Waqt din l-attività kien hemm l-opportunità biex wieħed iżur il-Mitħna tax-Xarolla u l-inħawi. Kien hemm ukoll is-sehem tal-Orkestra taż-Żurrieq, u mużiċisti oħrajn bi strumenti tradizzjonali. Fost numru ta’ stands li kien hemm bi prodotti agrarji, kien hemm numru ta’ annimali, fosthom ħmir u sriedak. Ittellgħet ukoll parata minn suldati libsin kostumi tal-Medjuevu. Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina attenda għal din l-attività u faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-għaqdiet, fosthom l-Iscouts taż-Żurrieq.
www.maltarightnow.com
8
OPINJONI
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
Ġebla tax-xewka li saret mażżra
Ilkoll niftakru li Muscat kien wiegħed li jirriżenja jekk ma jkunx bena power station ġdida taħdem bil-gass sa sentejn wara li jkun tela’ fil-Gvern, jiġifieri sa Marzu li ġej
“Hypocrisy can afford to be magnificent in its promises For never intending to go beyond promise, It costs nothing” - Edmund Burke (Statista Irlandiż, 17291797)
Qatt ma niftakar gvern li fi żmien tant qasir, kif qed jiġri flaħħar ġimgħat u jiem, qed jinqabad li kien gideb tant b’dak li wiegħed qabel l-elezzjoni. Ġimgħa wara oħra, biex ma ngħidx jum wara jum, toħroġ ċara l-istampa ta’ gvern li bena d-dar tiegħu fuq ir-ramel ta’ wegħdi qarrieqa u tal-ingann diżonest. Gvern u kap ta’ gvern li rabat il-futur politiku tiegħu, l-istess eżistenza politika tiegħu, ma’ tant wegħdi li llum int u jien nindunaw li ma kinux jiswew tebaq fwiedhom. Ilkoll niftakru li Muscat kien wiegħed li jirriżenja jekk ma jkunx bena power station ġdida taħdem bil-gass sa sentejn wara li jkun tela’ fil-Gvern, jiġifieri sa Marzu li ġej. Meta għed-
nielu, u qalulu bosta, li dan ma setax ikun, daħak bina, mingħalih. Kien żeffen finnofs, fit-tieni jum tal-kampanja elettorali, lil GonziPN u niftakruh jgħid, meta qalulu li sentejn kienu qosra wisq, li “just as GonziPN had the political will to invest in a new Parliament building and start the construction process almost immediately, a Labour government will have the political will to deliver on its energy plan”. Anzi, it-Times kienu rrappurtawh jgħid, f’konferenza stampa ta’ sagħtejn: “...as Prime Minister he would personally take charge of the project’s implementation along with an energy minister.” Issa nafu lkoll li kien qed jigdeb. Kien jaf li qed jigdeb u ppersista jigdeb b’libsa ta’ xi ħadd li jaf x’qed jgħid u li qed jitkellem bis-serjetà. Basta jirbaħ il-voti għax kif kien qal hu stess fuq programm fuq l-istazzjon nazzjonali, il-fini fejn ried jasal kien jiġġustifika l-mezzi.
Illum nafu li l-ġebla tax-xewka tal-kampanja tal-Labour biex prinċipalment seraq l-elezzjoni saret mażżra m’għonqu
Jason Azzopardi
jason.azzopardi@gov.mt
L-aqwa li jasal jirbaħ il-poter, akkost ta’ kollox. Dan mhux gvern immorali, iżda gvern amorali, bla ebda sens ta’ kuxjenza jew ta’ riga ta’ x’inhu tajjeb jew ħażin. Dan mhux każ ta’ xi ħadd li ħa żball ġenwin f’kalkolu jew f’dikjarazzjoni mill-ftit informazzjoni li kellu, iżda każ klassiku ta’ gideb imkeffen b’libsa tleqq u moderna biex titwemmen, li tqum il-flus li ġewh frott il-kompromessi ta’ qabel l-elezzjoni, basta jirbaħ.
Tant kemm ma kienx żball ġenwin li kompla jirrepeti l-wegħda sa Marzu li għadda fuq ilPBS meta Muscat qal li kien “iva, konvintissimu” li tkun lesta sa Marzu li ġej. Kien jaf li qed jigdeb imma pprefera jigdeb għax kienu ġejjin l-elezzjonijiet ta’ Mejju 2014. Il-verità hi li r-roħs fil-kontijiet tad-dawl hu kollu, mija filmija, mertu tal-Gvern Nazzjonalista. Mertu tal-impjant effiċjenti tal-BWSC li sar bi kritika kbira u personali ta’ Muscat. U r-roħs li għad jingħata hu mertu tal-interconnector, il-cable li Gvern Nazzjonalista beda ma’ Sqallija biex nixtru d-dawl bi rħis mill-
grid Ewropew. Muscat m’għamel xejn biex iraħħas iddawl. Illum nafu li l-ġebla taxxewka tal-kampanja tal-Labour biex prinċipalment seraq l-elezzjoni saret mażżra m’għonqu. Illum int taf li meta Muscat jagħtik kelma, anke fuq ħaġa żgħira, ma tistax tafdah għax lanqas fuq l-ikbar wegħda tiegħu ma wasal u biex jgħatti xturu gideb u gideb b’mod ripetut. Int illum taf li Muscat u dan il-Gvern ma jaħsbuhiex darbtejn biex jigdbu apposta, u b’mod mirqum u bid-daħka ħa tiggustahom, basta jgħaddi l-jum fittama li int tinsa.
www.maltarightnow.com
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
Joseph Muscat bena xi ħaġa...bena magna tal-gideb
Joseph Muscat qabel l-elezzjoni ġenerali wiegħed pjan għallenerġija bbażat fuq il-bini ta’ power station ġdida sa sentejn wara li jitla’, u li jekk ma jibnihiex sa sentejn, jirriżenja. Joseph Muscat wiegħed fil-falz. U kompla jwiegħed fil-falz anke sa ftit xhur ilu. Imma ż-żmien jgħaddi u l-giddieb jinqabad – għomru qasir, jgħid l-għerf fil-qosor tal-qawl Malti. U l-gideb ta’ Joseph Muscat kien ħafna. ‘Fabbrika tal-kanċer’ Joseph Muscat gideb bil-kbir meta qal li l-power station talBWSC hi fabbrika tal-kanċer. B’mod tal-mistħija, uża familja li tbati mill-kanċer għall-gideb tiegħu. Issa, ħalla l-fabbrika talkanċer għaddejja. Gideb. Iffrankatlu €50 miljun Joseph Muscat għamel kampanja personali u feroċi kontra lpower station tal-BWSC. Qal li mhijiex effiċjenti. Illum dilpower station qed taħdem u l-EneMalta biha qed tiffranka 50 miljun ewro fis-sena; miljun ewro fil-ġimgħa, aktar mir-roħs li ta. Roħs mertu tal-Gvern Nazzjonalista Joseph Muscat mastru tal-ftaħir b’rix ħaddieħor. M’hawnx proġett wieħed li Muscat ftaħar bih li mhux tal-Gvern Nazzjonalista u bil-flus tal-Ewropa li hu tqabad biex ma noħduhomx. Ta roħs fid-dawl b’dak li għamel qablu l-Gvern Nazzjonalista.
Iċ-Ċiniżi jixtru proprju l-impjant tal-BWSC Joseph Muscat fetaħ ħanut biex ibigħ dak li ħallielu l-Gvern ta’ qabel. Fil-ħanut ġab liċ-Ċiniżi, u qalilhom, “Ara xi tridu tixtru.” U ċ-Ċiniżi, mill-ħanut kollu għażlu proprju l-power station talBWSC. Se jkollhom kontroll sħiħ fuqha. Daqshekk hi tajba lpower station tal-BWSC. Joseph Muscat mhux biss gideb, imma giddbuh ukoll iċ-Ċiniżi.
Liema elettriku se jixtri l-ewwel, tal-Electrogas jew taċ-Ċiniżi? Il-power station taċ-Ċiniżi kapaċi tipproduċi l-biċċa l-kbira talelettriku li għandna bżonn. Imma Joseph Muscat intrabat malkonsorzju li se jibni power station oħra, l-Electrogas, li tagħhom jixtri l-ewwel elettriku. Naturalment issa għandu problema. Liema elettriku se jixtri l-ewwel? Tal-Electrogas jew taċ-Ċina? Lelettriku mhux landa tal-kunserva, tipproduċiha u jekk ma tbigħhiex mill-ewwel, tista’ terfagħha.
X’se jgħid lill-credit rating agencies? Lill-media Maltija rnexxielu jigdbilha Joseph Muscat li “konvintissimu” li l-power station kienet on course. Imma liċ-Ċina u lill-Electrogas ma rnexxilux. U lanqas lill-credit rating agencies. Kollha żammew il-credit rating ta’ Malta basta Muscat jibni power station oħra saż-żmien li qalilhom. X’se jgħidilhom issa?
Proġett li lanqas biss beda Joseph Muscat f’Malta jibqa’ jigdeb. Għandu proġett li mhux qiegħed tard imma lanqas biss beda. F’sena u nofs m’għamilx ġebla fuq ġebla. Imma biex jigdeb lill-ġurnalisti bagħat jigger ħalli taparsi għaddej xi xogħol. Gideb. Joseph Muscat bena xi ħaġa f’das-sena u nofs: mhux fabbrika tal-elettriku imma magna tal-gideb.
9
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
Id-diżastru tal-Ministru Joe Mizzi
Jien kultant lanqas nemmen li nkun qed nisma’ fl-aħbarijiet ta’ kuljum. Mela kull filgħodu, biex tmur għax-xogħol, kulħadd igorr għax imwaħħal fit-traffiku, imbagħad tiġi din il-Perit Audrey Testaferrata de Noto, li skont kif fhimt, tirrappreżenta lillMinisteru għat-Trasport, u tgħidilna li din, tagħna, hija perċezzjoni. Din taf x’inhi tgħid, jew? Din f’Malta tgħix jew? Ara tiġix magħna tirkeb il-karozza tal-linja numru 120 li minn Ħaż-Żabbar tibqa’ sejra San Ġiljan, kull filgħodu, u ngħidilha tieħu l-ħin tal-vjaġġ…meta jirnexxilha tirkeb, għax ħafna drabi sa ĦażŻabbar jaslu mimlijin. Kull filgħodu nitlaq fis-7am biex nilħaq il-karozza tas7.15am, u taf xħin nasal San Ġiljan, għidilha lill-Perit Testaferrata de Noto? Fid-9am! Żabbar Road biss għandek xi tletin minuta, meta normalment tagħmilha f’ħames minuti. Ixxufiera stess jgħidulna li qegħdin xi siegħa tard minħabba t-traf-
fiku fit-triq, u nkunu qegħdin tajjeb – kantaliena ta’ garr fuq tallinja. Tibda l-ġurnata b’nervi straxxnati, povri xufiera. Darba, il-Ministru Joe Mizzi kellu jiġi hu wkoll fuq l-istages mal-passiġġieri biex jara b’għajnejh, imma s’issa ħadd qatt ma rah fuq xi stage jistenna magħna. Kieku jara kemm ikun hemm nies fuq l-istages jistennew u lkarozzi jibqgħu għaddejjin. Meta jogħġbok, Perit Testaferrata de Noto, ejja int ukoll. Inkella ieqfu għidu l-ħmerijiet għax ħadd ma jaqbel magħkom. Ħaġa oħra, l-argument ta’ kull filgħodu. Ċempilt kemm-il darba lil Transport Malta, imma qisek qed tkellem il-ħajt. Kieku xi ħadd jieħu ftit azzjoni! Stage 0402 “Lourdes” f’Raħal Ġdid, m’hemmx sticker bin-numru 120 fuq il-bus stop, u ħafna mixxufiera jirrifjutaw li jieqfu biex iniżżlu l-passiġġieri jew itellgħu oħrajn li jkunu jistennew. Imma skont il-kompjuter, jgħidlek li lwaqfa li jmiss hija proprju dan listage, “Lourdes”. Ħa nagħmel suġġeriment jien lil Testaferrata de Noto, forsi xi ħadd jisma’ fi Transport Malta. Ir-rotta 120 ġiet ippjanata għal min ikun irid imur l-isptar, jew jaqsam Malta biex imur San
25 sena ilu f’In-Nazzjon
Ġiljan jew Pembroke mingħajr ma jaqbad żewġ karozzi. Għalhekk mhux sew li din ilkarozza ta’ kull nofs siegħa timtela bi studenti li jinżlu Raħal Ġdid, u min, bħalna, ikun irid imur San Ġiljan, jibqa’ l-art. Għalhekk nissuġġerixxi li bejn is-7am u t-8am issir rotta oħra b’numru ġdid li tmur biss lMCAST u l-Università. Titlaq mix-Xgħajra, tieqaf biss it-terminus ta’ Ħaż-Żabbar, quddiem lHSBC fil-Fgura, u mbagħad tniżżel l-istudenti tal-MCAST f’Raħal Ġdid, u tibqa’ sejra lejn l-Università. L-istudenti jkunu jridu jmorru fuq dawn l-istages u x-xufiera ma jtellgħux studenti minn fuq stages oħrajn. L-ebda student mhu se jikser saqajh billi jimxi minn stage għal ieħor. Li qed ngħid għal din ir-rotta, ovvjament, jista’ jsir għal rotot oħrajn. Irrid nara x’ġej bil-kumpanija Spanjola fl-1 ta’ Jannar! Nistennew u naraw. Mhux xi diżastru ieħor tgħid?! Mizzi donnu sar l-espert tagħhom għax kulma mess hu, mar il-baħar – trasport pubbliku, Parlament ġdid eċċ...eċċ… Mario A. Farrugia Ħaż-Żabbar
Il-Parlament approva l-Liġi dwar il-promozzjoni ta’ prodotti lokali. Fi kliem is-Segretarju Parlamentari għall-Industrija John Dalli, din illiġi kienet importanti ħafna għall-istrateġija talindustrijalizzazzjoni u eventwalment għal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ. John Dalli qal li dan hu suġġett li jolqot lil kulħadd, għax il-poplu kollu hu ħaddiem u konsumatur fl-istess ħin. Inizjattiva ta’ Malta kienet imfaħħra minn xjenzjat Amerikan tan-NASA. Dr Bob Watson faħħar il-proposta li ressqet Malta biex ikun protett l-ozone layer waqt it-43 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Fl-okkażjoni tal-25 anniversarju talIndipendenza ta’ Malta, wasal f’pajjiżna lvapur Ġermaniż “Gorch Foch” – vapur talqlugħ Ġermaniż, li kien miftuħ għall-pubbliku waqt iż-żjara ta’ erbat ijiem f’Malta. .
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
10
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
OPINJONI
Ħidma fl-aħjar interess tal-anzjani fil-Belt Valletta Fil-Belt Valletta hemm ħafna anzjani li għad fadlilhom ħafna x’jagħtu f’dan ir-rigward u jridu jkunu parti minn dan il-kontribut lejn is-soċjetà tagħna
In-numru ta’ residenti anzjani li joqogħdu l-Belt Valletta qiegħed dejjem jikber u l-Kunsill Lokali u l-Gvern iridu jifhmu u jaċċettaw din ir-realtà. Hu importanti li l-anzjani jiġu integrati iktar fis-soċjetà bil-għan li dawn iħossuhom parti mill-ħidma li tkun qed issir, kemm fuq livell ta’ lokalità, iżda wkoll bħala pajjiż. Fid-dawl ta’ dan il-fatt, bħala Viċi Sindku tal-Belt Valletta nħoss li wasal iż-żmien li nindirizzaw diversi problemi li l-anzjani tagħna qed iħabbtu wiċċhom magħhom u li sal-lum għadhom ma ġewx indirizzati kif suppost. Sfortunatament mhux kollox jiddependi mill-Kunsill Lokali u f’ċerti sitwazzjonijiet jeħtieġ li jkun hemm l-intervent u l-għajnuna diretta tal-Gvern Ċentrali. Ladarba hu fatt li n-numru ta’ anzjani fil-Belt Valletta qed jiżdied, allura jeħtieġ li naġixxu biex ngħinu lill-anzjani u lillqraba tagħhom jgħixu ħajja aħjar fil-komunità. Nemmen li wasal iż-żmien li fil-Belt Valletta jkollna dar li tilqa’ lill-anzjani Beltin biex dawn jintegraw aktar u jibqgħu attivi biex ikollna soċjetà aktar b’saħħitha. Jien wieħed minn dawk li dejjem emmnu li pajjiż bħal tagħna għandu jkollu
l-kontribut ta’ kulħadd speċjalment tal-anzjani li għexu l-ħajja fit-totalità tagħha u għalhekk għandhom ħafna x’joffru lis-soċjetà tagħna. Pajjiżna għandu bżonn l-għerf, l-esperjenza u lvaluri tal-anzjani tagħna. Nistqarr magħkom li fil-Belt Valletta hemm ħafna anzjani li għad fadlilhom ħafna x’jagħtu f’dan ir-rigward u jridu jkunu parti minn dan il-kontribut lejn is-soċjetà tagħna. Jien nemmen bis-sħiħ li dawn l-anzjani għandhom jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ biex jgħixu ħajja indipendenti u ta’ kwalità filkomunità tagħna. Jekk tassew nemmnu f’soċjetà fejn l-anzjani jistgħu jagħtu lkontribut tagħhom biex lekonomija u s-soċjetà tagħna jkomplu jimxu ’l quddiem, allura rridu naħdmu biex inwaqqfu aktar ċentri għall-anzjani, b’wieħed minnhom ikun fil-Belt Valletta. Hi ħasra li l-belt kapitali ta’ pajjiżna m’għandhiex dar jew ċentru fejn tilqa’ lill-anzjani tagħha. Dan għandu jkun proġett importanti li permezz tiegħu nsaħħu dak li tassew nemmnu fih bħala pajjiż u noħolqu ambjent li fih persuna anzjana tkun tista’ tagħti l-kontribut tagħha lil-
L-anzjani għandhom jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ biex jgħixu ħajja indipendenti u ta’ kwalità fil-komunità tagħna
Christian Micallef
cmicallef@pn.org.mt lokalità u lil pajjiżna. Storikament, fil-Belt Valletta twieldu u għexu diversi nies ta’ fama kbira li kienu kruċjali u determinanti fil-progress ta’ pajjiżna f’diversi oqsma. Naċċerta lil kulħadd li preżentement għad hemm ħafna Beltin li fl-anzjanità tagħhom għad fadlilhom x’jagħtu u qed ifittxu li jikkontribwixxu lejn il-lokalità u l-pajjiż. Nemmen li l-Kunsill Lokali u l-Gvern għandna naħdmu flimkien biex dan iseħħ iżda lKunsill Lokali waħdu żgur li ma nistgħux naslu biex nilħqu dan ittragward. Hu fatt magħruf li l-ammont finanzjarju li l-Kunsilli Lokali
tagħna qed jirċievu hu ftit wisq biex inkunu nistgħu nagħmlu proġetti oħra lil hinn minn dak li l-Kunsilli diġà qed jagħmlu biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom lejn ir-residenti. Biex proġett bħal dan iseħħ, jeħtieġ li jkollna lintervent tal-Gvern u/jew tal-privat. Il-Gvern irid jassisti bilfors fit-tfassil ta’ proġett bħal dan għaliex preżentement hemm diversi postijiet abbandunati filBelt Valletta u li jistgħu jintużaw għal skopijiet aħjar. Nagħmilha ċara; bl-ebda mod ma jien qed ngħid li għandu jkollna post li l-anzjani jorqdu fih għaliex nifhem li dan jista’ ma jkunx possibbli minħabba raġunijiet loġistiċi, madankollu konvint li l-Kunsill Lokali u lGvern, flimkien mar-residenti, nistgħu nidentifikaw postijiet abbandunati fil-Belt Valletta li jista’ jkollhom użu biex l-anzjani jintegraw fihom.
Sfortunatament, illum l-anzjani fil-Belt Valletta qed jgħixu f’sitwazzjoni fejn jekk għandhom bżonn imorru f’ċentru tassaħħa, l-eqreb ċentru hu dak li hemm fil-Furjana. Nemmen li meta għandek lokalità, bħalma hi l-Belt Valletta, fejn għandek peċentwal għoli ta’ anzjani jgħixu, hemm bżonn li naġixxu u nwettqu proġetti fl-aħjar interess ta’ dawn in-nies. Għaldaqstant, wieħed minn dawn il-ħafna postijiet abbandunati fil-Belt Valletta jista’ jibda jintuża bħala ċentru tas-saħħa biex jagħti għajnuna u assistenza lill-anzjani fil-Belt Valletta. Nappella biex dawn l-ideat ma jaqgħux fuq widnejn torox u sabiex l-awtoritajiet jaġixxu flaħjar interess tal-anzjani tagħna. Dan hu mod ieħor kif nistgħu nħarsu lejn il-valur intrinsiku talbniedem.
www.maltarightnow.com
OPINJONI
Sena oħra ta’ ażma u kanċer
Mela fl-aħħar, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi fetħu għajnejhom u qraw il-kitba li kienet ilha fuq il-ħajt fejn kulħadd seta’ jaraha u jaqraha. Issa ammettew li lpower station ġdida tant imwiegħda li kellha tkun lesta sa Marzu li ġej, mhix se titlesta u trid tgħaddi mill-inqas sena oħra biex forsi titlesta. Lill-kuntratturi tal-bini talParlament il-ġdid, il-Gvern ħabbar li se jibda jwaħħalhom eluf ta’ ewro f’penali kuljum talli ma lestewx il-proġett fiż-żmien stipulat. Allura min se jħallas ilpenali għad-dewmien fit-tlestija tal-power station il-ġdida? Skont il-Prim Ministru Joseph Muscat, żgur li se jħallsu prezz qares ir-residenti ta’ Marsaxlokk u l-inħawi għax se jkollhom jagħmlu mill-inqas sena oħra b’“fabbrika tal-ażma u l-kanċer” qrib djarhom. Il-Prim Ministru jaf li kliemu jiġri warajh. Il-poplu ma jinsiex malajr. Dak li twiegħed, trid tagħtih. Kulħadd jaf li qabel lelezzjoni ġenerali, Joseph Muscat kien iddikjara li kien lest jirriżenja jekk il-Gvern ma jirnexxilux iwettaq il-wegħda li l-pajjiż ikollu power station ġdida sa Marzu tal-2015. Mattlestija ta’ din il-power station, ilPrim Ministru kien rabat ukoll wegħda oħra li jnaqqas b’25 filmija t-tariffi tad-dawl u l-ilma għall-industrija. Issa l-Prim Ministru qed jgħid li din l-aħħar wegħda xorta waħda se jwettaqha anke jekk ma jirnexxilux iwettaq l-ewwel waħda – dik tal-bini u t-tħaddim ta’ power station ġdida. B’dan qed jipprova jsalva wiċċu. Billi jżomm il-wegħda li għamel linnies tan-negozju. Iżda mar-residenti tal-lokal li werwirhom blimwiet bil-kanċer u mal-bqija tal-poplu Malti u Għawdxi ma jimpurtax li jerġa’ lura minn kelmtu. Ma ninsewx li dan hu gvern li wiegħed kontabbiltà. Jiġifieri li kulħadd irid iwieġeb għal għemilu jew għan-nuqqas ta’ għemil tiegħu. Nistennew u naraw. Il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-proġett mhux se jitlesta fil-ħin għax kien hemm bżonn ta’ aktar taħditiet bejn l-imsieħba kollha fil-proġett jiġifieri l-EneMalta li għaliha hu responsabbli hu nnifsu, Shangai Power Electric il-kumpanija Ċiniża li l-Gvern ta’ Muscat għażel mingħajr ebda sejħa għall-interess, u l-konsorzju Electrogas - il-kuntrattur responsabbli mill-bini tal-power station il-ġdida.
11
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
Mario Schiavone
mario.p.schiavone@gmail.com
Din mhix skuża aċċettabbli. IlGvern żgur kien jaf u seta’ jbassar li proġett tant kbir li se jinħadem bejn tliet imsieħba se jkollu bżonn taħditiet fit-tul bejn il-partijiet li waħda minnhom hi lGvern innifsu. Dawn huma skużi biex ilGvern jipprova jaħbi dan il-falliment kolossali fl-akbar wegħda elettorali tiegħu. Il-Gvern, u b’mod partikulari l-Ministru Konrad Mizzi sal-aħħar ta’ Lulju li għadda kienu għadhom jinsistu li l-proġett miexi kif suppost u li kien se jitlesta fil-ħin imħabbar u mwiegħed. X’ġara f’dawn laħħar xahrejn biex kollox mar żmerċ? Allura sa Lulju, iddiskussjonijiet li qed isemmi lMinistru Mizzi kienu għadhom ma bdewx? Jew inqalgħu kumplikazzjonijiet li ma kinux previsti? Il-poplu ma jistax jgħid għax ma rridux ninsew li l-Gvern qed jirrifjuta li jippubblika l-kuntratt dwar dan il-proġett u saħansitra lanqas irid ipoġġih fuq il-Mejda tal-Parlament. Dan il-Gvern tattrasparenza jrid jagħmel kollox bil-moħbi, ma jżommx kelmtu mal-poplu, jibqa’ jipprova jgħaddih biż-żmien u jippretendi li xejn mhu xejn. Dan mhux l-uniku proġett li fih il-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqa’ lura. Il-bini tal-Parlament il-ġdid, ir-riforma fit-trasport pubbliku, it-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija u lproġett tal-interconnector bejn Malta u Sqallija, huma ftit millproġetti l-kbar li l-Gvern ta’ Muscat ma wasalx għalihom. Min se jerfa’ r-responsabbiltà politika għal dawn in-nuqqasijiet? F’dawn l-aħħar sena u nofs, kull meta xi ħaġa marret żmerċ għall-Gvern, ir-responsabbiltà dejjem twaddbet fuq il-ħaddiema u ebda Ministru ma ħa r-responsabbiltà politika tan-nuqqasijiet li saru taħt għajnejh. L-istorja se terġa’ tirrepeti ruħha. Addijo kontabbiltà u trasparenza. L-aqwa li għandna sena oħra ta’ ażma u kanċer.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-proġett mhux se jitlesta fil-ħin għax kien hemm bżonn ta’ aktar taħditiet bejn l-imsieħba kollha fil-proġett, jiġifieri l-EneMalta - li għaliha hu responsabbli hu nnifsu, Shangai Power Electric - il-kumpanija Ċiniża li l-Gvern ta’ Muscat għażel mingħajr ebda sejħa għall-interess, u l-konsorzju Electrogas - il-kuntrattur responsabbli mill-bini tal-power station il-ġdida
www.maltarightnow.com
12
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
L-Ebola tista’ tkun katastrofika
Ħaddiema jiddiżinfettaw residenza f’Dallas fejn tgħix mara li taħdem fit-Texas Health Presbyterian Hospital u li issa nstab li hi wkoll mardet bl-Ebola. Hi kienet waħda minn dawk li ħadu ħsieb lil Thomas Eric Duncan, l-ewwel persuna li nstab li kellha l-Ebola fl-Istati Uniti (Ritratt: EPA)
IL-WHO
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) saħqet li lfirxa tal-Ebola fil-Punent talAfrika hi “l-aktar emerġenza tas-saħħa akuta” fiż-żmien modern tal-lum u żiedet li interruzzjonijiet ekonomiċi jistgħu jkunu kkontrollati jekk in-nies ikunu infurmati bl-aktar mod adegwat sabiex ikunu evitati ċaqliqiet irrazzjonali biex linfezzjoni ma tinfirixx. Margaret Chan, id-Direttur Ġenerali tal-WHO, hi u tikkwota ċifra tal-Bank Dinji, ilbieraħ
qalet li 90 fil-mija tal-ispejjeż ekonomiċi ta’ kull tixrid ta’ mard “jiġu minn sforzi irrazzjonali u diżorganizzati tal-pubbliku sabiex l-infezzjoni tkun evitata”. Uffiċjal prinċipali Amerikan dwar is-saħħa qajjem kontroversja wara li qal li hu “każ xokkanti” li infermiera f’Dallas ġiet infettata bl-Ebola waqt li kienet qed tieħu ħsieb pazjent, u argumenta li ħafna sptarijiet Amerikani mhumiex attrezzati biex jindirizzaw din il-marda.
Fl-ewwel test case fl-Istati Uniti biex l-Ebola tkun trattata ’l barra mill-Afrika, il-komunità medika Amerikana ma ħadmitx biżżejjed kif mistenni. Infermiera li ħadet ħsieb lil Thomas Eric Duncan, li wasal fl-Istati Uniti mil-Liberja f’Settembru, kienet l-ewwel persuna li ġiet infettata bilmarda fl-Istati Uniti. Tom Frieden, id-direttur taċĊentri għall-Kontroll u lPrevenzjoni tal-Mard (CDC), waħħal f’nuqqas fil-protokoll
bħala r-raġuni għal din ittrasmissjoni. L-agħar epidemija tal-Ebola fl-istorja, li diġà qatlet aktar minn 4,000 persuna, feġġet filPunent tal-Afrika f’Marzu. Minn dak iż-żmien ’l hawn, uffiċjali mediċi ilhom jallarmaw li l-marda tista’ tinfirex bħal leħħa ta’ berqa madwar iddinja. Sadattant, minkejja li kellha “kuntatt estensiv...f’diversi okkażjonijiet” ma’ Duncan, li miet f’taqsima iżolata fit-8 ta’
Ottubru, hu rappurtat li l-infermiera minn Dallas mhix fost ilkważi 50 individwu li qed ikunu segwiti dwar il-marda, li għandha perijodu ta’ 21 ġurnata ta’ inkubazzjoni. Il-kummenti ta’ Frieden qajmu kontroversja fost uħud mill-uffiċjali mediċi, li jargumentaw li t-trasmissjoni seħħet minħabba li ġrat xi ħaġa ħażina fis-sistema, u li li l-isptarijiet mhux kollha huma ppreparati biex jittrattaw każi severi bħal dawn.
L-orħos prezz taż-żejt f’erba’ snin L-ISTATI UNITI
Il-prezz taż-żejt mhux raffinat, magħruf bħala Brent Crude, illum niżel għal 88 dollaru l-barmil – lirħas prezz li qatt laħaq f’dawn laħħar erba’ snin. Dan wara li l-produtturi ewlenin taż-żejt fil-Lvant Nofsani qalu li kienu se jżommu livell għoli ta’ produzzjoni anki jekk dan ikun ifisser prezzijiet baxxi. L-Arabja Sawdija, l-ikbar produttur taż-żejt, hi kkwotata li qalet li lesta taċċetta li l-prezz ikun bejn it-80 u d-90 dollaru l-barmil. Losservaturi qalu li wieħed m’għandux jistenna aktar qtugħ fil-produz-
zjoni, li jista’ jwassal għal żieda filprezz, qabel is-27 ta’ Novembru meta jkun hemm laqgħa tal-OPEC (The Organization of the Petroleum Exporting Countries). Il-prezz taż-żejt ilu ma jkun irħis daqshekk minn Diċembru tal2010. Barra minn hekk, mhux qed ikun eskluż li l-prezz taż-żejt ikompli jorħos aktar. Skont Ali al-Omair, ilMinistru taż-Żejt tal-Kuwajt, mhux eskluż li l-prezz jinżel għal 76 dollaru l-barmil imma meta jilħaq dan il-livell, mhux mistenni jkompli jorħos.
www.maltarightnow.com
13
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Attakki minn marmalja armata bis-skieken HONG KONG
Każi ta’ vjolenza nqalgħu fil-qalba tal-aktar ċentru finanzjarju importanti fl-Asja lbieraħ hekk kif diversi rġiel b’wiċċhom mgħammad attakkaw lid-dimostranti favur id-demokrazija li kienu kkampjati fit-toroq ta’ Hong Kong. Nies li raw l-inċidenti jseħħu quddiem għajnejhom iddeskrivew ix-xeni kaotiċi hekk kif l-irġiel, li l-maġġoranza tagħhon kienu libsin maskri blu tal-kirurġija, dehru f ’sit importanti fejn qed isiru l-protesti qrib iddistrett kummerċjali prinċipali. Il-ġlied eskala meta l-irġiel ippruvaw ineħħu l-barrikati tal-metall li d-dimostranti qed jużaw biex jipproteġu lpożizzjoni tagħhom viċin ilkwartieri tal-gvern ta’ Hong Kong fl-Ammiraljat. Filmati tat-televiżjoni qabdu membru tal-grupp li kellu sikkina f ’idejh u websajt ta’ Apple Daily, ġurnal ta’ kuljum, stqarret li ħafna mill-marmalja kienu qed iġorru “armi bilponta u li jaqtgħu”. Kris Cheng, kittieb minn
Hong Kong li kien preżenti, qal li dimostranti favur iddemokrazija ffurmaw katina umana biex jipproteġu lilhom infushom mill-offensiva. “Ħadd ma jaf min huma dawn l-irġiel mgħammda, iżda ħafna qed jgħidu li huma membri ta’ gruppi kriminali,” qal Cheng lil The Telegraph. Aktar kmieni, il-Pulizija ta’ Hong Kong ammettiet li sa 200 membru ta’ gang minn tnejn mill-aktar gruppi kriminali kienu infiltraw il-kampijiet fejn kien hemm iddimostranti, possibbilment biex jaqilgħu l-inkwiet bliskop li jiskreditaw liddimostranti. Ħafna minn dawk il-persuni li huma kontra l-kawża taddimostranti tkellmu biċ-Ċiniż Mandarin – l-ilsien mitkellem fiċ-Ċina – aktar milli lKantoniż mitkellem f ’Hong Kong. Madankollu, hemm ukoll diversi ċittadini ordinarji ta’ Hong Kong, fosthom xufiera tat-taxi u oħrajn li jsuqu ttrakkijiet, li huma urtati ħafna minħabba l-impatt li ddimostranti qed iħallu fuq
Tfajla li qed tipprotesta kontra t-tixkil tad-demokrazija f’Hong Kong mill-awtoritajiet Ċiniżi tikkonfronta l-Pulizija b’mod paċifiku fiz-zona ta’ Wan Chai (Ritratt: EPA)
xogħolhom. Dawn għajtu slogans bħal “Iftħu t-toroq” u żammew kartelluni li kienu jgħidu “Ipproteġu l-impjiegi
Determinati li jaħtfu Bagdad L-IRAQ
Minkejja attakki mill-ajru millkoalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti, il-militanti tal-ISIS jinsabu f’pożizzjoni li jeqirdu lil Bagdad wara li għamlu kisbiet f’territorji fil-qrib, u b’hekk żiedu malassedju fil-belt kapitali tal-Iraq. Iżda xi esperti dwar il-militar jemmnu li l-grupp terroristiku, li issa jikkontrolla territorju mdaqqas tul il-fruntiera malIraq u s-Sirja, mhux se jkun kapaċi jegħleb il-forzi li huma magħqudin flimkien fil-kapitali. Madankollu, il-pożizzjoni lġdida tagħhom qed tagħtihom lok li jqajmu terrur fl-akbar belt fl-Iraq, b’attakki suwiċida u offensivi oħrajn, biex inaqqsu mill-fiduċja tal-gvern federali tal-Iraq u tat-truppi leali lejn ilgvern. Tant hu hekk li diversi suldati diġà ħarbu mill-avvanz qalil tal-ġellieda estremisti. “Għadu mhux ċert li wieħed jgħid li l-ISIS se jikkontrolla lil Bagdad fi żmien qasir, iżda lmilitanti jistgħu jagħmlu l-ħajja miżerabbli f’Bagdad, bil-leġittimità tal-gvern ċentrali li tkun
mhedda,” sostna Richard Brennan, espert dwar l-Iraq. Il-biża’ ta’ assedju kbir f’Bagdad qed iqum kawża talaħħar kisbiet li għamel l-ISIS f’dik li hi magħrufa bħala lIstrixxa ta’ Bagdad – l-aħħar medda ta’ art bejn il-provinċja ta’ Anbar, fejn il-grupp estremista kien għamel avvanzi f’Jannar, u Bagdad. Il-grupp kellu preżenza fl-Istrixxa ta’ Bagdad mir-rebbiegħa, sostnew uffiċjali Iraqini, imma l-aħħar avvanzi qajmu tħassib ġdid. Il-ġellieda estremisti allegatament infiltraw is-subborg ta’ Bagdad magħruf bħala Abu Ghraib, mhux ’il bogħod millperimetru tal-mitjar tal-ajruport internazzjonali ta’ Bagdad. Il-pożizzjoni tal-estremisti, ’l bogħod mill-ajruport, hi inkwetanti ħafna, peress li dawn issa huma armati b’missili sparati minn fuq l-ispalla u li jwasslu sa 20 mil. Skont il-Ministeru għad-Difiża tal-Iraq, bl-armi li rnexxielhom jiksbu flimkien mat-tankijiet, ilħelikopters u ajruplani tal-gwer-
ra, il-ġellieda jistgħu jwittu t-triq biex jaħtfu u jagħlqu l-ajruport. Sadattant, il-militar Amerikan qal li nhar is-Sibt hu wettaq attakki mill-ajru fit-Tramuntana tal-belt ta’ Tal Afar, b’riżultat li ntlaqtet taqsima żgħira tal-ISIS kif ukoll vettura armata. Intqal ukoll li żewġ azzjonijiet militari oħrajn fil-Majjistral ta’ Hit filprovinċja ta’ Anbar, laqtu u qerdu żewġ taqsimiet żgħar talmilitanti. Matul il-ġimgħa li għaddiet, ġellieda tal-ISIS ħatfu l-bliet ta’ Hit u Kubaisa, b’riżultat li suldati Iraqin ħarbu u telqu bażi militari fil-qrib mimlija armi, b’riskju kbir li jiġu f’idejn l-estremisti. Fin-Nofsinhar ta’ Bagdad, forzi tas-sigurtà qed jiġġieldu biex iżommu l-belt ta’ Jurf alSukr, u fit-Tramuntana, tribù tasSunni żamm il-kontroll ta’ Duluiyah minkejja offensiva qalila mill-ġellieda tal-ISIS. Madankollu, l-estremisti Iżlamiċi ħadu taħt il-kontroll tagħhom numru ta’ bliet fil-provinċja ta’ Diyala, fil-Lvant ta’ Bagdad.
tagħna,” “Tuna lura t-toroq,” u “Issa Daqshekk”. Id-dimostranti qed jittamaw li l-mexxejja Komunisti fiċ-
Ċina jħalluhom jagħżlu huma stess il-kandidati għall-elezzjoni dwar it-tmexxija ta’ Hong Kong fl-2017.
Il-Vatikan reġa’ jinsab filmira tal-ISIS hekk kif fl-aħħar ħarġa tar-rivista li tinħareġ mill-moviment militanti Iżlamiku, ‘Dabiq’, fil-qoxra kien ippubblikat ritratt talVatikan bil-bandiera tal-ISIS tperper fi Pjazza San Pietru Ir-ritratt hu marbut mat-tema tal-aħħar ħarġa tar-rivista blisem ‘The Failed Crusade’ b’rabta mal-kampanja internazzjonali li hemm bħalissa kontra l-moviment. F’din ilħarġa kif ukoll fit-tliet ħarġiet preċedenti tar-rivista, ir-referenza għall-Punent dejjem issir fil-kuntest tal-Kruċjati jew ir-Rumani. L-isem tar-rivista bl-Ingliż, ‘Dabiq’, hu wieħed simboliku ħafna. Dabiq kienet belt fisSirja li l-ISIS ħa taħt il-kontroll tiegħu f’Awwissu imma wkoll tissemma fi profezija li jingħad li saret mill-Profeta Muhammad bħala l-post fejn se jingħata bidu għall-battalja finali bejn il-Musulmani u r“Rumani”, li s-seġwaċi tal-
ISIS, jinterpretaw bħala n-nies tal-Punent jew l-Insara. Kif ukoll ta’ battalja deċiżiva fi żmien l-Imperu Ottoman. Din mhix l-ewwel darba li lVatikan kien fil-mira bil-kliem tal-ISIS. Fit-22 ta’ Settembru, Abu Muhammad al Adnani, ilkelliem tal-ISIS, hedded li jaħkem lil Ruma u jneħħi lkurċifissi.
Il-Vatikan lura fil-mira tal-ISIS
www.maltarightnow.com
14
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Għall-A-level wieħed se jibda jkollu jistudja lil Russell Brand u Dizzee Rascal IR-RENJU UNIT
Ir-regolatur tal-eżamijiet approva t-tagħlim fl-iskejjel għall-A-level fl-Ingliż, biex iss listudenti tas-Sixth Form iridu jistudjaw materjal konness malkomiku Britanniku Russell Brand, u r-rapper rinomat Dizzee Rascal. Il-kors partikulari se jibda jkun mgħallem minn Settembru li ġej skont il-bord tal-eżamijiet OCR li għen fit-tfassil flimkien malEnglish and Media Centre. Ix-xogħlijiet inklużi għall-
istudju f’dan il-kors jinkludu xxhieda li pprovda Russell Brand għall-politika konnessa maddroga u li kienet ippreżentata liddeputati tal-Parlament. Suġġett ieħor għall-istudenti hu t-transcript ta’ intervista ma’ Dizzee Rascal li kienet saret għall-programm Newsnight talBBC. Kelliema għall-bord tal-OCR qalu li l-inklużjoni ta’ taħlita ta’ kontenut interessanti – fosthom id-diskorsi ta’ Brand, li hu fost l-
aktar komiċi moderni famużi – għandha tispira u tqanqal ilparteċipazzjoni u l-kontribut xieraq tal-istudenti. L-istudenti li jieħdu dan il-kors iridu wkoll jistudjaw siltiet minn The Secret Footballer - l-istorja li kitbet persuna anonima u li, fost fatturi oħrajn, tiżvela ċerti aspetti tal-ħajja tipika ta’ persuna professjonali fid-dinja tal-isport. Suġġetti oħra f’dan il-kors huma t-tweets tax-xandara u artikolista Caitlin Moran u
numru ta’ memoirs, fosthom Twelve Years A Slave. Dawn se jkunu fuq text list, listess bħal-letteratura tradizzjonali li tinkludi l-poeżiji ta’ Emily Dickinson u William Blake u xxogħlijiet ta’ George Orwell, William Shakespeare u Charlotte Bronte. L-organizzazzjonijiet li fasslu s-sillabu jgħidu li l-A-level ilġdid jaħseb biex l-istudenti jiżviluppaw il-ħiliet ħalli janalizzaw kwalunkwe kitba, diskors
jew eżerċizzju letterarju bl-aktar mod xieraq. Ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet jgħidu li l-istudenti li jistudjaw id-drammi simili għaxxogħlijiet tal-awtur u l-poeta Oscar Wilde, iridu janalizzaw ilforma, l-istruttura u t-teknika drammatika tagħhom. Millbanda l-oħra, dawk li jaqraw transcript ta’ intervista mar-rapper Dizzy Rascal, iridu jevalwaw kunċetti li jinkludu l-iskop u ludjenza.
IR-RENJU UNIT: Impjegata tal-kumpanija tal-irkant ‘Christie’s’ tammira xogħol l-artista Ingliża Sarah Lucas bl-isem ‘Drag-On’ waqt il-wirja bl-isem ‘The Bad Shepherd The Brueghel Dynasty in Conversation with Contemporary Art’ li fetħet għall-pubbliku fi tmiem il-ġimgħa (Ritratt: EPA)
Trid tuża l-armi nukleari kontra l-asterojdijiet L-ISTATI UNITI
L-Istati Uniti qed twarrab provvista ta’ uranju superjuri għal dik użata f’armi nukleari biex teqred l-asterojdijiet bliskop li tiddefendi lid-Dinja. Rapporti mill-Wall Street Journal urew kif l-awdituri qed jeżaminaw kif in-National Nuclear Security Administration (NNSA) kienet qed tagħmel l-avvanzi biex
tneħħi eċċess fil-kapaċità, meta l-aġenzija tathom raġuni unika għal materjal żejjed. Provvista ta’ komponenti, magħrufin bħala canned subassemblies – il-kapsula talazzar fi ħdan il-bomba nukleari, li jkopru l-uranju superjuri, kienu intenzjonati biex jitwarrbu mis-servizz fl-2015. LNNSA qalet lill-investigaturi li
se tkun qed taħżinhom b’mod indefinit. Jay Melos, ġeofiżiku f’Purdue University, għandu teorija li lpjan jista’ jkun “skuża tajba biex il-ħażna nukleari tibqa’ intatta”. Melos u riċerkaturi oħrajn jemmnu li aktar għodda effettivi jistgħu jkunu żviluppati biex jidderieġu l-asterojdijiet. Fl-2005, vettura spazjali speċ-
jalizzata tan-NASA nediet apparat li kellu suċċess billi ħabat ma’ kometa u qalibha lil hinn mill-korsa tagħha. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ asterojdijiet li jkunu fid-direzzjoni tad-Dinja, ix-xjenzjati nukleari jistgħu jiddeċiedu li jużaw armi nukleari biex jinqerdu asterojdijiet żgħar, bħal dik li splodiet fuq Chelyabinsk fir-
Russja fl-2013, qabel ma dawn jidħlu fl-atmosfera tad-dinja. L-asterojdi, li kellha dijametru ta’ 65 pied, kienet saret meteorita malli daħlet fl-atmosfera tadDinja u ġġarrfet fil-Lag Chebarkul, li kien iffriżat. Aktar minn elf persuna kienu weġġgħu kaġun tal-isplużjoni, u dan minħabba l-ħafna ħġieġ li nfaqa’.
www.maltarightnow.com
15
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Inqatlu 331 persuna L-UKRAJNA
Rapport tan-Nazzjonijiet Uniti żvela li mill-inqas 331 mewta ġew rappurtati fil-Lvant talUkrajna mindu seħħ il-waqfien mill-ġlied, bejn is-separatisti favur l-unjoni mar-Russja u truppi Ukreni, f’Settembru. L-ostilitajiet qed jippersistu f’Donetsk, il-belt prinċipali kkontrollata mis-separatisti, kif ukoll madwar il-bliet ta’ Debaltseve u Schastye. L-ajruport ta’ Donetsk, li qed ikun fil-mira ta’ ħafna ġlied, m’għandu ebda sinifikat tattiku immedjat għall-forzi separatisti, li huma neqsin mill-qawwa tal-
ajru. Madankollu, il-kontroll talgvern fuq il-faċilità jagħtih pożizzjoni strateġiku biex ilqagħdiet tar-ribelli jkunu attakkati fil-belt. Skont estimi tan-Nazzjonijiet Uniti, jidher li mill-inqas 3,660 persuna nqatlu f’dawn l-aħħar sitt xhur ta’ ġlied. In-Nazzjonijiet Uniti qed tgħid li xi mwiet rappurtati mill-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied li sar fil-5 ta’ Settembru, jistgħu jinkludu individwi li nqatlu qabel dik id-data. Ir-ribelli u uffiċjali tal-gvern qed iwaħħlu f’xulxin il-ħin kollu għall-imwiet ta’ nies ċivili.
L-AFGANISTAN: Truppi Afgani u barranin jinvestigaw il-post fejn seħħ attakk suwiċida kontra konvoj tal-ISAF qrib bażi militari barra l-belt kapitali Kabul. Fl-attakk, inqatlu żewġ persuni u tlieta oħra ndarbu (Ritratt: EPA)
Ebda indikazzjoni ta’ trasferiment ta’ poter fil-Korea ta’ Fuq L-ISTATI UNITI
Susan Rice, in-National Security Adviser tal-Istati Uniti, qalet li l-Amministrazzjoni Obama ma rat l-ebda sinjal definittiv ta’ trasferiment ta’ poter fil-Korea ta’ Fuq, fejn ilmedia tal-istat fi Pyong Yang baqgħet siekta dwar fejn kien Kim Jong Un. Xi analisti qalu li n-nuqqas ta’ Kim jista’ jkun l-aħħar attentat biex jattira l-attenzjoni, hekk kif il-komunità internazzjonali qed tkun distratta b’avvenimenti dinjija oħrajn. Waqt li kienet intervistata filprogramm ‘Meet the Press’ fuq
l-istazzjon NBC, Susan Rice kienet mistoqsija jekk temminx li Kim Jong Un għandu jibqa’ lmexxej tal-Korea ta’ Fuq. “Ovvjament, qed nosservaw b’attenzjoni dak li qed jiġri filKorea ta’ Fuq. Hu pajjiż li aħna nimmonitorjaw b’attenzjoni kbira. Ma rajna ebda indikazzjoni ta’ trasferiment ta’ poter, f’dan l-istadju, fil-Korea ta’ Fuq, u li aħna naħsbu li hu definittiv. Iżda se nkomplu nosservawh b’attenzjoni,” qalet Rice. Matul il-ġimgħa li għaddiet, Jen Psaki, kelliema għad-
Dipartiment tal-Istat, kellha ftit xi tgħid dwar in-nuqqas ta’ Kim, għalkemm hi kienet konxja tarrapporti li kienu qed jidħlu, u żiedet li hemm xi ftit tal-informazzjoni ta’ min jorbot fuqha dwar ir-reġim mistur fil-Korea ta’ Fuq. Kim, maħsub li għandu fuq it30 sena, ilu ma jidher fil-pubbliku mit-3 ta’ Settembru u kien nieqes matul avveniment nhar ilĠimgħa li fakkar it-twaqqif talPartit tal-Ħaddiema tal-Korea ta’ Fuq. Il-media tal-istat qed tgħid li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq qed jesperjenza “ċerta skumdità”.
Tħassib dwar il-Ministru tas-Saħħa Maggie De Block, il-Ministru tas-Saħħa l-ġdid fil-Belġju
IL-BELĠJU
Maggie De Block, il-Ministru tas-Saħħa fil-Belġju, għandha piż żejjed u dibattitu dwarha qed jirrenja bla waqfien, għax hi persuna popolari u maħbuba ħafna. Mill-2011 sal-lum, hi żammet pożizzjonijiet importanti: Segretarju għall-Ażil u lImmigrazzjoni, Ministru għallĠustizzja u Viċi President talpartit li hi tirrappreżenta; issa hi Ministru tas-Saħħa fil-gvern ilġdid tal-Belġju. Din il-mara ta’ 52 sena, laħqet fejn riedet iżda llum tinsab fiċċentru tad-diskussjoni fil-ġurnali
u fil-media soċjali. Ir-raġuni ewlenija hi d-dehra fiżika tagħha u l-kredibbiltà tagħha meta jiġu biex ikunu diskussi kwistjonijiet marbutin mas-saħħa. Ġurnal partikulari staqsa jekk ministru responsabbli mis-saħħa u li għandha piż żejjed, għandhiex tkun kredibbli. Ġurnal ieħor iddeskriva lil Maggie De Block bħala ‘bulldozer’ li mhux faċli twaqqfu. Sadattant, hi trid tittratta ma’ oqsma marbutin mas-saħħa: lisptarijiet, il-pazjenti, il-kura, lapparat mediku, u l-virus talEbola.
L-INDJA: Mara f’Arnia turi bomba li kienet sparata min-naħa Pakistana tal-fruntiera f’Kashmir. Fi tmiem il-ġimgħa kien hemm skambju ta’ kliem iebes bejn l-Indja u l-Pakistan hekk kif it-truppi sparaw lejn xulxin tul il-fruntiera u eluf ħarbu minn djarhom (Ritratt: EPA)
www.maltarightnow.com
16
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
CASAL FORNARO
Qormi Bread Festival u Lejl f’Casal Fornaro 2014 Il-ħobża Maltija li għandha rabta kbira mal-lokalità ta’ Ħal Qormi
Minn Doris Zammit
Hekk kif tgħaddi l-festa ta’ San Sebastjan, il-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi tibda taħseb fl-attività li jkun imiss... dik nazzjonali, Lejl f’Casal Fornaro. Din is-sena, minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali talIndipendenza, kien meħtieġ li Lejl f’Casal Fornaro jerġa’ jsib ruħu aktar tard fil-kalendarju. Intant, nhar is-Sibt, 18 ta’ Ottubru se tittellgħa t-tmien edizzjoni ta’ Lejl f’Casal Fornaro. M’hemmx dubju li din l-attività saret wieħed mill-aktar avvenimenti kulturali mistennija filkalendarju Malti. Tabilħaqq li kif jixhdu l-eluf li jżuru din l-attività, f’Lejl f’Casal Fornaro d-drawwiet, tradizzjonijiet, kultura u storja jerġgħu jieħdu l-ħajja għal lejla waħda u l-Belt tal-Furnara tmur lura mijiet ta’ snin. Lejl f’Casal Fornaro jerġa’ jagħti opportunità kemm lir-residenti, Maltin u Għawdxin kif ukoll lit-turisti li jiġu jżuruna biex iduqu ftit u
jidħlu fl-atmosfera tal-Belt talĦobża Maltija, il-Belt Pinto, li fi żmien il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann kienet magħrufa bħala Casal Fornaro. Matul dan il-lejl inkantevoli, il-ħajja mgħaġġla tal-Belt Pinto u t-toroq Qriema jerġgħu jgħixu l-ħajja tal-passat.
Qormi Bread Festival Bħas-snin l-imgħoddija, din is-sena l-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi ħasbet biex lejlet Lejl f’Casal Fornaro, jiġifieri nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru, ittella’ t-13-il edizzjoni tal-Qormi Bread Festival, li se jiġi inawgurat mill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. Din is-sena, dan il-festival se jittella’ fil-pjazza ta’ San Pawl fi Triq il-Kbira, ’l isfel mill-għassa tal-pulizija ta’ Ħal Qormi. Fost lattrazzjonijiet waqt dan il-festival se jkun hemm forma kbira ta’ Salib ta’ Malta magħmul minn diversi tipi ta’ ħobż tradizzjonali (il-qligħ minn dan il-ħobż imur b’risq il-Malta Community
Chest Fund). Se jkun hemm ukoll kompetizzjoni tal-itjeb biskuttini tar-raħal. Il-formoli tal-applikazzjoni biex wieħed jipparteċipa jistgħu jinkisbu mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi jew minn fuq il-websajt www.casalfornaro.com. Kull min jipparteċipa jingħata ċertifikat, u r-rebbieħa, rikordju talokkażjoni. Il-biskuttini, wara li tkun saret l-għażla mill-ġurija, jinbiegħu, dejjem b’risq il-Malta Community Chest Fund. Waqt dan il-festival ukoll, filPalazz Narbona, is-sede tasSoċjetà Filarmonika Pinto se jittellgħu diversi wirjiet, fosthom dik tax-xogħlijiet tal-artist magħruf Qormi Mario Baldacchino, wirja interessanti ta’ ċeramika minn Caltagirone fi Sqallija u diversi esibizzjonijiet oħra. Ix-xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija se jkunu miftuħin għallpubbliku. F’dak ta’ taħt l-għassa tal-pulizija se jkun hemm rappreżentazzjoni teatrali filwaqt li dak ta’ fejn l-istatwa ta’ San Pawl se jkun armat b’diversi arranġa-
menti tal-fjuri li jirraffiguraw lera u l-kultura tal-passat f’Ħal Qormi. Ikun hemm ukoll mitħna tad-dqiq u diversi fran antiki miftuħa għall-pubbliku. Dawn jibqgħu għaddejjin anke s-Sibt 18 ta’ Ottubru. Sintendi, waqt din l-attività, id-divertiment ma jonqosx, bil-parteċipanti, żeffiena tal-folklor u kantanti stabbiliti u mużika tradizzjonali.
Lejl f’Casal Fornaro Intant, l-għada, nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru, tiftaħ it-tmien edizzjoni tal-attività Lejl f’Casal Fornaro, li mistennija toffri divertiment kulturali lill-viżitaturi ta’ kull età permezz ta’ bosta attrazzjonijiet. L-attività li ssir f’numru ta’ toroq, tħaddan identità folkloristika bħal bosta snajjiet jew drawwiet antiki sinonimi ma’ Ħal Qormi, fosthom ilkebbies tal-fanali, il-bejjiegħ talbigilla, il-bejjiegħ tal-ħaxix bilkarettun, il-furnar idur madwar it-toroq bil-kaxxa tal-ħobż, ilbejjiegħ tal-ħalib bil-mogħża miegħu u diversi fran miftuħin għall-pubbliku.
B’dankollu, bi prominenza, jiddomina s-sens ta’ kburija minn dawk kollha involuti fl-attività bil-produzzjoni tal-ħobża Maltija, provduta lill-konsumatur Malti, b’mod partikulari minn diversi fran f’Ħal Qormi. Dan wassal biex illum l-istess ħobża Maltija titqies mhux biss bħala prodott tradizzjonali talikel, iżda simbolu tal-istess lokalità li fiha se ssir din l-attività. L-organizzaturi ta’ din il-lejla li fil-parti l-kbira tagħhom huma żgħażagħ, qed jaħdmu lejl u nhar biex bħal snin oħra flimkien itellgħu diversi wirjiet ta’ interess. Din is-sena, fost dawn wieħed jista’ jżur wirja tal-artist Qormi Mario Baldacchino, kif ukoll esibizzjoni tal-armar minn diversi għaqdiet tal-festi Maltin. Għal dawk li huma dilettanti tal-baned, din is-sena se jingħaqdu diversi mużiċisti ta’ diversi baned madwar Malta li se jesegwixxu diversi marċi mat-toroq fejn tkun qed tittella’ l-attività. għal paġna 17
www.maltarightnow.com
CASAL FORNARO
Qormi Bread Festival u Lejl f’Casal Fornaro 2014 minn paġna 16
Ma jonqsux l-istands b’diversi tipi ta’ ikel u ħelu tradizzjonali Malti fosthom ħobż biż-żejt, platt Malti, pudina tal-ħobż, kannoli tal-irkotta, qubbajt u mqaret. Fil-fatt, f’diversi toroq u pjazez tal-attività dawk li jżuruna se jkunu jistgħu jsibu ‘IlForn tar-Raġel’ fejn wieħed isib varjetà kbira ta’ ħobż frisk, ‘Mill-Kċina tan-Nanna’ fejn wieħed isib platti tradizzjonali bl-ikel Malti bħal stuffat talmajjal, u patata l-forn u ‘Pjazza Ħelu Manna’ fejn wieħed isib ħelu tradizzjonali Malti, fosthom il-famuża pudina tal-ħobż. Importanti nsemmu li ladarba din l-attività tinkorpora identità folkloristika, tinżamm l-importanza għall-użu ta’ prodotti Maltin inkluż fl-ikel kollu servut. Għaldaqstant, l-attività mill-ewwel edizzjoni, kellha wkoll l-appoġġ sħiħ ta’ diversi raħħala u produtturi. L-impenn tal-organizzaturi għal din l-attività huwa li jagħtu kas sal-anqas dettall. Huma jħossu li ż-żminijiet ta’ dinja dejjem aktar globalizzata u b’ħajja mgħaġġla jistgħu joħolqu aljenazzjoni minn dawk kollha li huma tradizzjonijiet tal-poplu minn diversi aspetti. Għaldaqstant, permezz ta’ attivitajiet bħal Lejl f’Casal Fornaro, l-organizzaturi blappoġġ tal-komunità Qormija, dejjem jippromwovu li bħala ċittadini għadhom konxji u kburin b’dak li wirtu mingħand missirijiethom. Fi ftit kliem, din hija attività li tippromwovi dak kollu li jsawwar lilna l-Qriema u l-Maltin. Din is-sena m’għandhiex tkun eċċezzjoni. Ir-residenti wkoll, għad għandhom għal qalbhom l-identità tal-lokal u fattur importanti li l-viżitaturi josservaw hekk kif jaslu f’Ħal Qormi hu l-karatteristika tal-lokal: jiġifieri d-diversi fran antiki li oriġinarjament uħud kienu joperaw bil-bhejjem sabiex iħaddmu l-makkinarju marbut mal-għaġna, stalel u żwiemel bil-karettuni fit-toroq prinċipali, b’mod partikulari kull nhar ta’ Ħadd filgħodu, kif ukoll ħwienet oħra bħal dawk tradizzjonali tal-inbid li jmorru ħafna lura fiż-żmien. Ikun hemm ukoll mitħna tad-dqiq u diversi minn dawn il-fran antiki miftuħin għall-pubbliku. L-organizzaturi jemmnu li permezz tal-attività jistgħu jikkontribwixxu b’mod dirett lejn il-konservazzjoni u t-tisħiħ kulturali fl-identità tal-Belt Pinto.
17
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
Fost l-attrazzjonijiet prinċipali f’dan il-lejl uniku nsibu għall-wiri 1904 Siddeley, lewwel karozza reġistrata filgżejjer Maltin, esibizzjoni ta’ karozzi klassiċi u antiki, marċi minn banda kbira magħmula minn mużiċisti ta’ baned differenti minn madwar Malta, u armar tal-festi minn diversi rħula u bliet Maltin. Fin-naħa ta’ fuq ta’ Triq San Bastjan se ssir mixegħla b’aktar minn 700 xemgħa. L-ispettakli mużikali minn diversi gruppi u kantanti stabbiliti jkomplu jagħnu l-atmosfera filwaqt li jingħata spazju lil kantanti ta’ talent lokali. Ma jonqosx li jkun hemm ukoll żfin u kant folkloristiku minn diversi gruppi Maltin u Għawdxin u għana tradizzjonali. Din l-attività hi koordinata mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi, u tinkorpora l-parteċipazzjoni ta’ numru sabiħ ta’ għaqdiet li jvarjaw minn dawk mużikali kif ukoll kollezzjonisti, sportivi u pirotekniċi. L-organizzaturi tal-attività Lejl f’Casal Fornaro jemmnu bis-sħiħ li filwaqt li ma għandniex nippretendu li ngħixu fi ‘Presepju Ħaj’, madankollu bħala poplu għandna nipproteġu dak li writna mingħand missirijietna u li huwa tagħna. Dan ilwirt ivarja minn tradizzjonijiet, snajja’ li sfortunatament ħafna minnhom qed jiffaċċjaw theddida kontinwa biex jibqgħu jiġu prattikati, kif ukoll il-produzzjoni ta’ prodotti lokali bħalma hija l-ħobża Maltija. Permezz ta’ Lejl f’Casal Fornaro, dawn id-drawwiet u tradizzjonijiet qed nikkonservawhom. B’dan il-mod inkunu qed nassiguraw niċċa denja lil din ittradizzjoni li mhux biss hija xi ħaġa Maltija, iżda hija wkoll wirt kulturali Ewropew għalina, għal uliedna u wlied uliedna. Dawn il-punti kollha huma tiżwiqa kulurita minn fost dik li hija l-identità u l-għanijiet wara l-attività Lejl f’Casal Fornaro li kif semmejna, se ssir f’Ħal Qormi nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru 2014. Nemmnu sinċerament li attività bħal din, filwaqt li toffri lok ta’ divertiment soċjali u kulturali, tista’ wkoll twassal messaġġ ta’ kburija f’dak kollu li huwa Malti. B’hekk, importanti li l-poplu jikkonkorri u juri l-appoġġ tiegħu lill-organizzaturi talattività li bil-mod umli tagħhom qed jaħdmu biex l-attività terġa’ tkun suċċess.
Attività li kull sena tiġbed l-eluf lejn il-belt Qormija
Dawk kollha li għandhom aċċess għas-servizz tal-internet, jistgħu wkoll iżuru s-sit talattività www.casalfornaro.com u jkunu ggwidati dwar l-attrazzjonijiet varji u l-faċilitajiet ta’ parkeġġ permezz ta’ mappa interattiva fis-sit imsemmi. Issibuna wkoll fuq www.facebook.com/Casalfornaroqormi. Ringrazzjamenti jmorru għall-isponsors ewlenin fosthom il-kumpanija Maypole Ltd, membri parlamentari u entitajiet governattivi li tawna lappoġġ tagħhom biex stajna nippreżentaw dan il-lejl ta’ festa kulturali, fosthom il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, lAwtorità Maltija tat-Turiżmu, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u sSegretarju Parlamentari għallBiedja, Sajd u Drittijiet talAnnimali. Fl-aħħar u mhux l-inqas, ringrazzjament speċjali lir-residenti ta’ Ħal Qormi li tant jieħdu paċenzja bina, negozji u individwi li joffru donazzjonijiet finanzjarji, l-għaqdiet Qriema u għaqdiet oħra minn barra rraħal. Żgur li mingħajr dawn innies, il-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi ma tkunx tista’ tagħmel attività ta’ kwalità hekk għolja u tipprovdi lill-pubbliku preżenti attività kulturali hekk kbira li tinħtieġ tant ħidma u organizzazzjoni professjonali. M’għandniex dubju li se narawkom.
Biskuttini tar-raħal
U billi din is-sena, għallkompetizzjoni tal-Qormi Bread Festival qed nitolbu biex min jixtieq jipparteċipa jdaħħal sett ta’ mill-anqas 12-il biskuttin tar-raħal magħmula d-dar, qed ngħaddilkom irriċetta tal-biskuttini, biex nagħmilhielkom eħfef u nħajru lil xi ftit minnkom jipparteċipaw. Kif ktibt aktar ’il fuq, ilqligħ mill-bejgħ tal-biskuttini jmur għall-Malta Community Chest Fund. Temperatura tal-forn: 180ᵒC, 350F, Gas Mark 4 Toħroġ 20
Ingredjenti 250g dqiq plain mgħarbul 100g zokkor 2 bajdiet ¾ ta’ kuċċarina baking powder Niskata msiemer tal-qronfol mitħuna Niskata kannella mitħuna Niskata vanilla ¼ ta’ kuċċarina ħlewwa ¼ ta’ kuċċarina caraway seeds Il-qoxra maħkuka ta’ nofs lumija Mgħarfa smid
Metodu Fi skutella ħabbat flimkien il-bajd u z-zokkor sakemm ittaħlita tkun ftit magħquda u safra ċara. Żid l-ingredjenti kollha minbarra s-smid, u ħawwad tajjeb. Fuq pjanċa tal-forn ferrex ftit smid. Mit-taħlita ħu daqs mgħarfa u poġġiha fuq platt bid-dqiq. Rembel b’idejk. Poġġihom ftit imbegħdin minn xulxin fuq il-pjanċa tal-forn. Sajjar għal bejn 20 u 25 minuta. Ħallihom joqogħdu għal għaxar minuti.
Għall-ġelu tal-wiċċ Ingredjenti 3 uqijiet abjad tal-bajd 1 kuċċarina vanilla 4 kikkri icing sugar Metodu F’bieqja kbira ħallat flimkien l-abjad tal-bajd u l-vanilla u ħabbat sew. Żid l-icing bil-mod il-mod l-ewwel fuq speed baxx sakemm iz-zokkor jidħol kollu u t-taħlita tkun tleqq. Żid ilveloċità u ħabbat it-taħlita sakemm meta tgħolli ftit tibqa’ wieqfa. Bejn wieħed u ieħor tieħu madwar 5 jew 7 minuti. Żid il-kulur jekk tkun trid. Uża kif ikollok bżonn.
www.maltarightnow.com
18
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
LETTERATURA
Il-kontorn u l-qalba
Paolo Coelho jasal Ġinevra flIżvizzera mmexxi mis-sultan David, midneb u qaddis. F’Ġinevra, David jistqarr dnub. Ħa lil Batseba, mart Urija, u ra kif għamel biex neħħa lil dan min-nofs. Kalvinu ħakem fuq din il-belt ħafna żmien wara, ċappas idejh bid-demm u ġiegħel lil ta’ madwaru u lil ta’ warajh jagħmlu l-istess. Gwerra qaddisa skont dawk iż-żminijiet. (Dwar gwerer bejn il-Kattoliċi u l-Protestanti, il-qarrej jista’ jaqra ‘The Thirty Years War - A European Tragedy’ ta’ Peter H. Wilson). Ta’ David u Kalvinu baqa’ statwi għax nies kbar. Nisel wara nisel ammirawhom u nsew il-ħażin li għamlu għax listorja tinkiteb mir-rebbieħa u mhux mit-telliefa. Linda, li qabżet it-tletin sena, hi twila ħames piedi u tmien pulzieri, tiżen mija u ħamsin libbra, tilbes mill-aqwa għax flus għandha kemm trid. Tiftakar minn żmien l-iskola l-ġrajja ta’ David li dejjem tfakkarha f’bewsa li taw lil xulxin hi u tifel ieħor. Ir-raġel ta’ Linda, li mhux it-tfajjel li semmejt, għandu xogħol tajjeb waqt li hi hija ġurnalista ta’ gazzetta li tmexxi flIżvizzera ta’ lsien Franċiż. Għandha żewġt itfal, tifel u tifla, u ma jonqosha xejn. Imma x-xitan ma għandux ħalib. Darba fost l-oħrajn tintervista kittieb li jistqarr li ma għandux ħeġġa li jkun ferħan imma jixtieq li jgħix ħajtu b’ħeġġa kbira. Jaf li x-xewqa tiegħu hi perikoluża għax ma jafx x’jista’ jiġrilu fil-ġejjieni. Mill-għada tal-intervista, Linda tibda tħabbel rasha dwar ħajjitha. Kif għexet għaxar snin ta’ żwieġ? Kif qatt ma daħlet f’avventura ta’ mħabba? Jum wara jum taħdem, ma tara lebda bidla. Tgħix f’pajjiż kwiet, ċentru ta’ laqgħat, tħobb lil żewġha, ma għandhiex problemi, trabbi lil ulieda filProtestantiżmu kif trabbiet hi. Ħsieb iġib ħsieb. Minn mindu żżewġet, iż-żmien waqaf. Tista’ tiġri xi ħaġa li taqilbilha ħajjitha ta’ taħt fuq? Dak l-imbierek kittieb daħħlilha ħafna flieles f’rasha. “Bdiet tħossha beżgħana. Kellha ħila li tiġi wiċċ imb wiċċ mad-dinja waħedha jekk żewġha jiġi nieqes? Imma għedt lili nnifsi għaliex il-flus li jħalli kienu biżżejjed biex ikunu mirfed għal ħafna nsul. Żewġha għażiż. Żgur jerġa’ jiżżewweġ darb’oħra għax hu għani, jaf jiġbed in-nies u hu intelliġenti. Uliedha jsibu min jieħu ħsiebhom sew?”
Joe Cassar
stcassar@gmail.com
Wara x-xogħol tmur id-dar u tidħol “fis-saltna msaħħra talħajja. Kollox sew u sabiħ għal ftit sigħat sakemm kulħadd imur jorqod imma wara qisha qed tgħix ħmar il-lejl. Hekk ixxefaq donnu aktar ’il bogħod, lil hinn mis-sħab.” Tibda tmur għand it-tobba, imma l-pilloli ma jbiddlu xejn. Ma jistax jonqos li Coelho jieħu lill-protagonista għand Xaman mimli għerf. Jgħallimha: “Billejl biss għax huwa l-lejl, għandna l-ħila nqajmu millġdid il-beżgħat tat-tfulija. Imma jekk nistgħu negħlbu lil dawn lerwieħ, ikun ħafif għalina li negħlbu lil dawk li jishru matul il-jum. Ma nibżgħux mid-dlam għax aħna sħab id-dawl.” Dort dawra mar-rumanz ‘Adultery’. Hekk ktibt dwar ilkontorn, f’idejn il-qarrej ilqalba li barra ma’ David u Kalvinu se jiltaqa’ ma’ ‘Frankenstein’ u ‘Dr. Jekyll and Mr Hyde’. B’dan kollu, il-qarrej għandu jqawwi qalbu għax “Limħabba mhux biss ħass; hija arti. U bħal kull arti ma teħtieġx biss leħma, imma wkoll ħafna xogħol.” Paolo Coelho jikteb ħafna. Fil-ktieb ‘Inspirations Selections from Classic Literature’ jsibilna siltiet minn kittieba klassiċi li nebbħu xxogħol tiegħu. Min jikteb ma jistax ma jaqrax. Il-qodma kienu jemmnu fil-kelma mitħaddta għax dehrilhom li lkelma miktuba tjassar ir-ruħ. Għalina tal-lum il-kitba miktuba hija firxa tal-kelma mitħaddta. Bil-kitba nġeddu t-tifkiriet u nnaqqsu t-toqol tat-tifkira. Antoloġija hija ġabra ta’ ward jew bukkett ward. Rigal. Ilqodma emmnu f’erba’ elementi - l-Art, l-Ilma, l-Arja, in-Nar, ċwievet li jiftħu ħafna bibien, id-dinja kollha kemm hi, kif naraw, id-dinja li ngħixu fiha. Taħt l-erba’ elementi Coelho jqassam is-siltiet tiegħu. Ħajr lil Agenda Book Shop.
Iż-żewġ kotba ta’ Paolo Coelho
www.maltarightnow.com
MUSICAL
Il-preparamenti għal ‘Sebaħ Jum’ fl-aqwa tagħhom
19
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
Kampijiet opposti jargumentaw dwar l-Indipendenza bi żfin ritmiku simboliku
Pawlu (Ludwig Galea) jirċievi l-aħbar ħażina dwar il-ġenituri tiegħu meta jirritorna mill-Awstralja
Tereża (Deborah C) taħlef li tibqa’ tħobb lil Pawlu (Ludwig Galea) għalkemm dan se jkun ’il bogħod minn artna
www.maltarightnow.com
20
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
MADWARNA
Festival li jpoġġi lit-tfal fiċ-ċentru tal-attenzjoni
It-tema ta’ din is-sena ddur madwar l-identità, b’artisti bħal Trevor Żahra, Austin Camilleri, Simone Spiteri, Ruben Zahra u Vince Briffa, li jesploraw l-identità b’sensittività u immaġinazzjoni kbira
L-uniku festival f’Malta li jpoġġi lit-tfal u ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-attenzjoni jirritorna għar-raba’ edizzjoni li tidher li se ssaħħar kemm lil udjenzi tat-tfal kif ukoll lil dawk adulti.
Spettaklu li joħloq il-poeżija mill-boroż tal-plastik jittajru marriħ, produzzjoni bil-pupazzi li timxi minn sodda gћal oћra fi sptar u installazzjoni ta’ tpinġijiet tat-tfal fiċ-ċentru tal-Belt Valletta. Wasal iż-żmien għar-raba’ edizzjoni ta’ ŻiguŻajg, il-festival talArti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ, li jidher li se jkun mimli spettaklu, kulur u immaġinazzjoni. Mis-17 sat-23 ta’ Novembru, il-festival se juri 28 produzzjoni, li jinkludu 12-il produzzjoni internazzjonali minn seba’ pajjiżi differenti. Artisti minn Spanja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u lOlanda se jingħaqdu ma’ wħud mill-aħjar artisti Maltin biex joħolqu l-uniku festival f’Malta fejn it-tfal huma verament filqalba tal-attenzjoni.
It-tfal huma mistennija li se jmorru bi ħġarhom għall-festival li, din is-sena, mistenni jiġbed udjenzi ta’ madwar 12,000 – li nofshom jiġu mill-iskejjel – u li se jattendu 132 avveniment fuq medda ta’ ġimgħa. Mill-mużika għaż-żfin, millarti viżiva għall-pupazzi, u millmima għat-teatru, it-tfal jidħlu f’sensiela ta’ dinjiet paralleli fejn il-ħolm u l-memorji, il-foresti u l-ġonna, l-immaġinazzjoni u rrealtà jingħaqdu sabiex jirrakkontaw stejjer eċċitanti li ttfal żgur li se jirrelataw magħhom. Iżda minkejja li dawn id-dinjiet huma mimlijin għasafar, fjamingi, ġugarelli u ħwejjeg li jitkellmu, dan huwa festival li ma jfittixx li jaħbi dawk li huma l-
aspetti aktar tad-dwejjaq talħajja. Hemm ukoll stejjer dwar il-bullying u dwar il-mard – saħansitra anke proġett artistiku li jieħu spunt mill-idea tal-istessu. It-tema ta’ din is-sena fil-fatt iddur madwar l-identità, b’artisti bħal Trevor Żahra, Austin Camilleri, Simone Spiteri, Ruben Zahra u Vince Briffa, li jesploraw l-identità b’sensittività u immaġinazzjoni kbira. “L-artisti jifhmu r-responsabbiltà tagħhom – din tista’ tkun lewwel darba li tifel jew tifla jiltaqgћu mal-arti u għalhekk irridu nippreżentaw varjetà ta’ xogħlijiet artistiċi eċċellenti li joffru esperjenza kreattiva għal kulħadd,” stqarr id-direttur artistiku Toni Attard.
Il-festival ta’ ŻiguŻajg joffri programm vast b’artisti ta’ kalibru għoli ħafna, u li huma magħrufin għal numru ta’ produzzjonijiet kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Kull sena l-programm jittella’ b’attenzjoni kbira għall-preżentazzjoni, ġeneri, relevanza għal etajiet differenti u, fuq kollox, eċċellenza. Il-programm huwa riżultat ta’ proċess ta’ kkummissjonar li jdum gћaddej sena sħiħa, blartisti li jieħdu sehem joffru u jiddiskutu ideat u stejjer flimkien. Ir-riżultat huwa programm li huwa intelliġenti u artistikament rikk, li jipprovdi mumenti li nisperaw jibqgħu mat-tfal u forsi anke jikkontribwixxu għall-involviment mal-arti li tibqa’ magħhom tul ħajjithom.
ŻiguŻajg huwa mtella’ miċĊentru ghall-Kreattività talKavallier ta’ San Ġakbu bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u lGvern ta’ Malta. Huwa mtella’ wkoll bl-għajnuna tal-Mackintosh Foundation, MSV Life, l-Ambaxxata Ġermaniża u l-Fondazzjoni Valletta 2018 kif ukoll lAmbaxxata Awstrijaka, Malta Airport Shopping, Actavis u Pampers. Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn www.ziguzajg.org. Il-biljetti kollha għall-produzzjonijiet ta’ filgħodu għall-iskejjel huma bla ħlas. Biljetti għal dawk il-produzzjonijiet miftuħin għall-pubbliku jistgħu jinkisbu għal €2 ilwieħed.
www.maltarightnow.com
21
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
MADWARNA
F’saħħitna għal Pink October
Għall-ewwel darba, l-aġenzija tal-marketing communications integrati, JP Advertising, flimkien ma’ Europa Donna Malta, il-grupp li jappoġġja lħarsien tas-sider u l-Action for Breast Cancer Foundation, ingħaqdu flimkien biex jippromwovu kampanja sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tassider. Permezz ta’ varjetà ta’ għodod tal-media, inkluż reklamar fuq ittelevixin u l-gazzetti, flimkien ma’ midja soċjali, il-kampanja tippromwovi messaġġi ewlenin dwar l-importanza li wieħed imur għal check-up għall-kanċer tas-sider qabel ma jkun tard wisq. Il-kampanja se tkun għaddejja matul ix-xahar ta’ Ottubru. Matul il-kampanja, JP Advertising se tkun qed tissieħeb ma’ numru ta’ personalitajiet Maltin maħbuba mill-pubbliku biex jinkoraġġixxu lin-nies jagħmlu check-up għall-kanċer tas-sider, kif ukoll jagħmlu donazzjoni lejn din il-kawża tajba permezz ta’ www.pinkoctober.support. Il-flus kollha li jinġabru se jmorru għal
Europa Donna Malta, il-grupp li jappoġġja l-ħarsien tas-sider u lAction for Breast Cancer Foundation. Din il-kampanja li tqajjem kuxjenza se tilħaq il-qofol tagħha nhar is-Sibt, 25 ta’ Ottubru, 2014 waqt avveniment għall-ġbir ta’ fondi f’Cavalieri Hotel, San Ġiljan. Għal dan l-avveniment, JPA flimkien mal-management ta’ Cavalieri Hotel, se tkun qed toħloq atmosfera roża sabiħa li tirrifletti t-tema. Id-divertiment se jkun provdut minn Ira Losco u diversi personalitajiet oħra. Filwaqt li kienu qed jitkellmu dwar il-kampanja ta’ Pink October, id-diretturi ta’ JPA, Chris Bianco u Adrian Fabri, qalu: “Wara l-kampanja tas-sena l-oħra li kienet suċċess kbir, ridna noħolqu xi ħaġa li tkun edukattiva u li tiġbed l-udjenza lejha filwaqt li tippromwovi suġġett relatat mas-saħħa. Filfatt, il-moviment tal-Pink October jimmira li jeduka lillpubbliku ġenerali dwar il-kanċer tas-sider u jinkoraġġixxi lin-nisa u saħansitra anke lill-irġiel biex imorru għal screening tas-sider.”
Chris Bianco u Adrian Fabri żiedu li “matul il-ġimgħat li ġejjin, permezz tal-imsieħba tagħna fil-qasam tal-midja u lisforzi tagħna fuq il-midja soċjali, JPA se tkun qed toħroġ ukoll varjetà ta’ messaġġi relatati mas-
saħħa kif ukoll tħabbar numru ta’ sorpriżi ppjanati għal matul ilperjodu tal-kampanja.” Il-kanċer tas-sider huwa wieħed mill-iktar tipi ta’ kanċer komuni fost in-nisa madwar iddinja b’mara fost tmienja li
tiżviluppa l-marda matul ħajjitha. Minkejja dan, jekk jiġi skopert fl-istadji bikrin tiegħu, hemm ċans ta’ iktar minn 90 filmija li l-kanċer tas-sider jiġi trattat, u għalhekk jiġu salvati ħajjiet prezzjużi.
www.maltarightnow.com
SPORT
SPARAR
Alvin Vella jirbaħ il-Winchester Trophy
Obelix Molgard u s-sidien tiegħu rebbieħa tal-finali Premier u Gold
Obelix Molgard u Record Du Mexique jerġgħu jirbħu l-finali TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL
Il-Ħadd, li għadda fil-korsa ta’ Xħajma f’Għawdex għal darb’oħra quddiem folla numeruża, sar programm ta’ tiġrijiet tażżwiemel kif ukoll finali tat-Trott mill-aktar eċċitanti Il-programm beda b’żewġ tiġrijiet għall-ponijiet bl-ewwel waħda tintrebaħ minn Fiorella misjuqa minn Joseph Vella u fittieni waħda ħarġet rebbieħa debba oħra, Daniela misjuqa minn Jeanut Sciberras. Fl-ewwel tiġrija tat-Trott, kategorija Bronze u Copper, kien Warren Spiteri li temm rebbieħ fuq iż-żiemel Hotchemin. Fl-ewwel finali fil-kategorija
Bronze ħadu sehem 12-il kompetitur, biż-żiemel Banzai M.J. misjuq miż-żagħżugħ Daniel Hili jkollu tiġrija mill-aqwa u jirbaħ mingħajr diffikultà. It-tiġrija mill-kategorija Silver u Bronze, intrebħet minn Pacha De Sassy misjuq minn Omar Cauchi waqt li fil-finali għallkategorija Silver, kien Record Du Mexique misjuq minn Marvin Cauchi li ħareġ rebbieħ fost sitt finalisti oħra. Din hi ttieni finali li rebaħ dan l-istaġun dan iż-żiemel ta’ ‘Xiber Stables’ mix-Xewkija. Il-laqgħa kompliet b’tiġrija talPremier u Gold fejn hawn ħareġ
rebbieħ Petole de L’lton misjuq minn Marco Debono. Wara kien imiss il-finali prinċipali għall-kategorija Premier u Gold, fejn reġa’ kien iż-żiemel Obelix Molgard misjuq minn Salvu Vella li qasam il-linja finali l-ewwel u ħa l-premju ta’ €600. Din kienet ukoll it-tieni finali f’dan l-istagun li rebaħ dan iż-żiemel tal-familja tal-Malla mix-Xewkija. Wara kull finali, l-President tal-Gozo Horse Racing Association, Mary Mifsud Micallef ippreżentat il-premijiet lir-rebbieħa fost l-entusjażmu tas-sidien u l-partitarji preżenti.
Record Du Mexique misjuq minn Marvin Cauchi li rebaħ il-finali tal-klassi Silver
Alvin Vella kien ir-rebbieħ overall tal-Winchester Trophy tat-Trap li saret fi tmiem ilġimgħa fir-ranges talFederazzjoni Maltija filBidnija. Dan l-avveniment kien fuq 50 plattina bl-aħjar sitta jgħaddu għas-semifinali u mbagħad għall-midalji fuq żewġ rounds ta’ 15-il plattina.
Alvin Vella kien ir-rebbieħ meta laqat 44 minn 50 u mbagħad kellu rounds ta’ 12 u 13. Jason J. Aquilina temm it-tieni bi 43, 12 u 12 waqt li James Galea Jr temm it-tielet b’46, 12 u 12. Mir-raba’ sas-sitt post spiċċaw Paul Gatt, Nicky Carabott u Carmel Mallia.
Is-sewwieq tat-tim Malti talMalta Formula Racing Keith Camilleri, fi tmiem il-ġimgħa ħa sehem fis-7 u l-aħħar round talKampjonat Taljan tal-FIA talFormula 4 fl-Autodromo Enzo u Dino Ferrari f’Imola. Huwa temm fil-11-il post waqt l-aħħar tiġrija u dan minkejja bosta problemi li kellu jħabbat wiċċu magħhom fi tmiem ilġimgħa. Camilleri sofra minn ħsarat filmagna waqt it-tieni tellieqa tasSibt imma flimkien mat-tim wera determinazzjoni kbira u kien
kapaċi jħabbatha sew massewwieqa internazzjonali. Camilleri kien se jitlef dan irround bħalma tilef dawk f’Monza u Magione minħabba problemi finanzjarji. Imma wara l-wirjiet pożittivi li kellu, UPS u nvestitur barrani għamlu kuntatt mat-tim Malti u pprovdew lappoġġ meħtieġ biex seta’ jikkompeti f’dan l-aħħar round. Is-sewwieq l-ieħor fit-tim talMalta Formula Racing, Zack Dante, kien nieqes minħabba li qed jirkupra minn injury li sofra f’Vallelunga erba’ ġimgħat ilu.
It-tim tal-futbol tat-tfajliet taħt is-16-il sena ta’ Hibernians jinsab jokkupa l-ewwel post tal-klassifika wara żewġ partiti b’punti massimi wara li għeleb lil B’Kara 1-0 b’gowl ta’ Kayleigh Chetcuti. Warajhom hemm grupp ta’ ħames timijiet kollha bi tliet punti. Gozo li għelbu lil Tarxien 10-2 b’ħames gowls
jaslu minn Maria Farrugia, Mġarr United li ssuperaw lil Raiders 8-3 fejn Luana Vella skorjat ħamsa u hat-trick ta’ Angelique Schembri waqt li Mosta għelbu 4-0 lil Pembroke A b’doppjetta ta’ Francesca Zarb. It-timijiet l-oħra bi tliet punti huma Ħamrun u Kirkop li iżda lagħbu logħba waħda.
meta laqat il-wieqfa minn azzjoni ta’ short corner. It-tieni taqsima provdiet iktar okkażjonijiet ta’ gowls. Wara għaxar minuti Sliema ingħataw penalty li ma ġiex skorjat minn Shaun Grima. Meta t-timijiet bdew ibattu, l-logħba saret iktar miftuħa u kien hemm azzjonijiet ta’ gowl fuq iż-żewġ naħat. Rabat għal ftit ma skorjawx fil-
51 minuta iżda l-ballun spiċċa mal-ġenb tax-xibka. Imbagħad il-gowlkipers taż-żewġ timijiet wettqu żewġ interventi tajbin ħafna li żammew l-iskor 0-0. Ħames minuti mit-tmiem, Ryan George poġġa lil Sliema 1-0 minn fuq meta wasal l-ewwel fuq il-ballun wara rebound qasir u sat-tmiem l-iskor baqa’ ma nbidilx.
Keith Camilleri jtemm fil-11-il post FORMULA 4
FUTBOL – NISA U/16
Hibs b’punti massimi
Sliema jibdew b’rebħa fiċ-Challenge Cup HOCKEY
Hotsticks………............….1 Rabat…………............……0 Umpires: Paul Brincat u Luke Busuttil Leaver
Fi tmiem il-ġimgħa ngġata bidu għaċ-Chall;enge Cup talHockey bl-ewwel partiti millfażi tal-gruppi fejn Sliema kisbu rebħa minima fuq Rabat. Wara bidu ddominat minn
27
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
logħob f’nofs il-grawnd, Sliema kellhom l-ewwel ċans li jiftħu liskor minn Julian Zahra iżda lkonklużjoni tiegħu spiċċat fuq il-lasti. Sliema komplew jagħfsu u minkejja li rebħu short corner ma rnexxielhomx jippenetraw id-difiża Rabtija li kienet immexxija tajjeb minn Shawn Falzon. Rabat bdew deħlin fil-logħba
f’nofs l-ewwel taqsima meta rebħu ħames short corners iżda ma rnexxielhomx isarrfuhom f’gowls. Sliema bdew jaħarbu fuq il-kontrattakk u ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima kważi fetħu l-iskor iżda kien Falzon li salva minn fuq il-linja. Falzon reġa’ kien fl-azzjoni ftit wara iżda din id-darba kważi poġġa lit-tim tiegħu minn fuq
www.maltarightnow.com
28
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
SPORT
Suċċess ieħor fl-Mdina Grand Prix
Fi tmiem il-ġimgħa saret b’suċċess edizzjoni oħra talMdina Grand Prix fejn mijiet ta’ dilettanti setgħu jaraw karozzi antiki u oħrajn forsi aktar moderni jikkompetu fuq ċirkwit ta’ 2.2 km madwar is-swar tal-Belt siekta. Dawn il-karozzi li wħud minnhom imorru lura sa qabel
il-gwerra jinżammu f’kundizzjoni eċċellenti u 25 minnhom inġiebu mill-Italja u l-Ingilterra. Din is-sena kien hemm ukoll ilparteċipazzjoni ta’ żewġ sewwieqa nisa. Ir-rebbieħ overall kien Nikolai Degiorgio fuq Alfa Spyder 2000 u li kien qed jieħu sehem fi Grupp A5. Fil-kate-
gorija tal-karozzi modifikati, ħareġ rebbieħ overall Charlie Cutajar fuq Escort MK1. Ir-rebbieħa l-oħra ta’ kull grupp il-Ħadd kienu Ray Vella fuq MG B, Mauro Portelli fuq Alfa Giulia, John Drury fuq Austin Mini, Claire Beswick fuq Triump TR6, David Pisani fuq Alfa Spyder 2000 u Ermes
Formilan fuq FIAT 501ss rebaħ il-klassi riservata għall-karozzi ta’ qabel il-gwerra. Matul it-tiġrija uffiċjali li saret il-Ħadd wara l-provi ta’ kwalifikazzjoni s-Sibt ma setax jonqos li jkun hemm ukoll xi inċidenti żgħar li fortunatament iżda ma kienu xejn gravi u lanqas ma saret ħsara lill-karozzi.
Din is-sena wkoll għallewwel darba l-organizzaturi ħadu ħsieb ukoll jorganizzaw Hillclimb li saret il-Ħamis filMellieħa. Dawn ir-ritratti meħuda minn Roberto Runza juru mumenti differenti mit-tiġrija tal-Ħadd u l-emozzjonijiet li ġabet magħha.
www.maltarightnow.com
29
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
SPORT
Jibda s-smigħ dwar is-sentenza ta’ Pistorius
Fl-Afrika t’Isfel beda s-smigħ dwar is-sentenza li għandha tingħata lill-atleta, Oscar Pistorius, li f’Settembru instab ħati dwar il-qtil tat-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp. Pistorius, kien ingħata l-libertà proviżorja wara li l-Istat naqas milli jressaq provi konkreti li latleta, magħruf bħala Blade Runner, kellu tassew l-intenzjoni li joqtol lil Steenkamp. Filwaqt li Pistorius jista’ jeħel sa 15-il sena ħabs, teżisti wkoll il-possibbiltà li minflok, jingħata sentenza sospiża jew multa. Il-Prosekuzzjoni hi diżappuntata li Pistorius ma weħilx dwar qtil volontarju u talli l-verdett warrab l-element tal-akkuża li rrefera għal omiċidju premeditat. Madankollu, hu anki kien instab ħati li uża arma tan-nar b’mod traskurat li irriżultat fi sparatura f’ristorant. Iżda, ma
nstabx ħati b’konnessjoni ma’ akkuża oħra li kien spara arma fil-pubbliku u mis-sun roof ta’ karozza. L-atleta lanqas ma nstab ħati li kien fil-pussess illegali ta’ munizzjon li kien iżomm fl-istess dar (tiegħu) fejn inqatlet Steenkamp. Fis-smigħ talbieraħ, il-prosekutur, Gerrie Nel, iddeskriva bħala mhux xieraq is-suġġeriment ta’ uffiċjal tal-probation li deher għad-Difiża meta sostna li Pistorius għandu jiskonta lpriġunerija fir-residenza tiegħu minbarra li jagħti servizz filkommunità. L-Imħallef, Thokozile Masipa kienet qalet li filwaqt li Pistorius aġixxa b’mod ‘negliġenti’ meta spara għal Steenkamp minn bieb tat-toilet fir-residenza tiegħu, ġenwinament kien ħasibha aggressur li kien daħal fil-proprjetà tiegħu.
Il-psikoloġista ta’ Pistorius, fissritu bħala ‘bniedem li spiċċa mingħajr skop fil-ħajja’ wara lqtil ta’ Steenkamp. Loere Hartzenberg żvelat li l-atleta kien emozzjonat ferm waqt is-sessjonijiet tat-terapija biex jikkontrolla ssens qawwi ta’ dieqa li ħakmu wara t-traġedja u kemm il-darba spiċċa jolfoq bħal tarbija. Madankollu, il-prosekutur, Nel, qal li ma setax jifhem kif ilpsikoloġista evitat li twieġeb għall-mistoqsijiet dwar il-fatt li Pistorius illum, għandu relazzjoni ma’ mara oħra. Hartzenberg wieġbet li Pistorius ma tkellem qatt dwar it-tfajla ġdida tiegħu waqt is-sessjonijiet tat-terapija u li hi kienet semgħet b’din ir-relazzjoni mill-aħħar aġġornamenti tal-aħbarijiet. Is-smigħ kien aġġornat u mistenni li l-proċess fi Pretorja jdum għal diversi jiem.
Oscar Pistorius jitkellem fuq il-mowbajl wara l-ewwel jum tas-smigħ fi Pretoria (ritratt: EPA)
Fi tmiem il-ġimgħa ssir il-35 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race li hi waħda mill-akbar avvenimenti tal-ibburdjar offshore fil-Mediterran u meqjusa fuq l-istes livell ta’ tiġrijiet kbar bħar-Rolex Fastnet, ir-Rolex Sydney-Hobart u n-NewportBermuda. Dan tħabbar mill-Commodore tal-Royal Malta Yacht Club Godwin Zammit fil-preżenza ta’ Peter Dimech, Chairman talKumitat tat-tiġrija u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius. Zammit qal li din is-sena se jkun hawn rekord ta’ 123 jott għat-tellieqa ta’ 606 mili nawtiċi li se tibda s-Sibt 18 ta’ Ottubru fil-11 am. mill-Port il-Kbir u tintemm is-Sibt ta’ wara 25 taxxahar bil-preżentazzjoni lir-rebbieħa.
Hu qal li l-parteċipanti ġejjin minn 20 pajjiż differenti u jfissru żieda ta’ 24% fuq ir-rekord ta’ 99 parteċipant imwaqqaf is-sena loħra. Aktar minn 15-il jott se jkunu qed jieħdu sehem għallewwel darba. Matul din it-tiġrija l-parteċipanti jaqbdu rotta lejn Sqallija, għall-istrett ta’ Messina, il-gżira ta’ Stromboli u l-isfel lejn Pantelleria, Lampedusa u lura Malta. Bħal dejjem il-parteċipanti se jkollhom ċans iħejju bl-aħjar mod possibli bit-tiġrija li ssir madwar il-kosta Maltija llum u li sservi bħala preparazzjoni għattiġrija offshore. Fost il-favorti netti li jtemmu lewwel din is-sena hemm il-Maxi jott ta’ Igor Simic, Esimit Europa 2 immexxi mic-Champion Olimpiku u rebbieħ tal-
America’s Cup, Jochen Schumann. Dan il-jott ta’ 100 pied diġà kien l-ewwel jott li temm din ittiġrija għal tliet snin konsekuttivi bejn l-2010 u l-2012. Il-mira talekwipaġġ hi li din is-sena jerġgħu jkunu huma li jidħlu lewwel fil-port ta’ Marsamxett wara li ma ħadux sehem fl-edizzjoni tas-sena l-oħra minħabba ħsara fl-arblu prinċipali.
L-Uffiċini tal-Assoċjazzjoni tarReferees fil-kapitali Ċiprijotta, Nikosija, spiċċaw mira ta’ aggressjoni minn persuni mhux magħrufa u salbieraħ, kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet relevanti. Il-Pulizija kkonfermat li bomba żgħira – jew speċi ta’ pipe-bomb – splodiet barra l-bini talAssoċjazzjoni matul is-sigħat bikrin tat-Tnejn fejn irriżultaw
ħsarat minimi. Intant, jidher li ma saru l-ebda arresti b’konnessjoni malisplużjoni, li hi t-tieni attakk li seħħ dan ix-xahar kontra l-bini talAssoċjazzjoni tar-Referees f’Ċipru. Il-futbol f’Ċipru, kultant, ikun suġġett għall-vjolenza, bir-referees ta’ spiss jispiċċaw mira ta’ vandali jew aggressuri li jkunu jridu juru lgħadab għal xi deċiżjoni.
gowl wieħed biss biex jilħaq lil Jimmy Greaves (b’44 gowl) li hu t-tielet fil-lista tal-aqwa skorers Ingliżi ta’ kull żmien. Ir-rekord tal-gowls jinsab f’idejn Bobby Charlton li skorja 49 darba għall-Ingilterra. Intant, il-kowċ tar-Russja, Fabio Capello, jinsab diżappuntat bid-draw mal-Moldova 1-1 f’Moska, iżda sostna li kienu jafu li kellhom jikkonfrontaw avversarji insidjużi “u li dejjem jagħmlu sforz kbir biex jikbsu riżultat utli.” Dan ir-riżultat anki ġab fi tmiem ir-rekord perfett ta’ Capello fil-logħob tal-kwalifikazzjoni li r-Russja lagħbet f’darha. Din hi l-ewwel darba
f’seba’ logħbiet li r-Russi naqsu milli jieħdu t-tliet punti quddiem il-pubbliku tagħhom. “Kienet sfortuna li tlifna żewġ punti, iżda rajna lill-Moldova jiddefendu b’għaxra u anki rnexxielhom ikunu miċidjali filkontra-attakki,” ikkonkluda Capello. L-Iżvezja, avversarji tarRussja fi Grupp Ġ, kisbu l-ewwel rebħa 2-0 f’dan il-grupp kontra ttim modest ta’ Liechtenstein u lkowċ, Erik Hamren, faħħar ħafna lil Jimmy Durmaz, li skorja wieħed mill-gowls, u liżżgħażagħ l-oħra Nabil Bahoui, Emil Forsberg u Branimir Hrgota li qed jagħmlu progress minn logħba għall-oħra.
Rekord ta’ 123 parteċipant IBBURDJAR – ROLEX MIDDLE SEA RACE
Id-dilettanti u l-pubbliku inġenerali se jkollu spettaklu fil-Port il-Kbir nhar is-Sibt (ritratt: Kurt Arrigo)
Ir-referees f’Ċipru mill-ġdid fil-mira
Rooney jemmen fil-potenzjal taż-żgħażagħ EURO 2016
Għalkemm l-Ingilterra naqsu milli jimpressjonaw fir-rebħa 1-0 fuq l-Estonja, il-captain, Wayne Rooney, hu konvint mill-potenzjal taż-żgħażagħ Ingliżi li qed isibu posthom fit-tim nazzjonali u jinsisti li kienu jafu li kellhom jiffaċċjaw logħba diffiċli f’Talinn. “Il-fatt li għandna tim żagħżugħ u kompetittiv għandu jqawwilna qalbna u rnexxielna nikkontrollaw il-logħba kontra avversarji diffiċli”, sostna Rooney, li l-freekick tiegħu, fittieni taqsima, kien deċiżiv. B’din ir-rebħa, l-Ingilterra huma kmandi assoluti ta’ Grupp E u Rooney, li kien qed jirrappreżenta pajjiżu għad-99 darba, jonqsu
32
It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014
Il-proposti tal-Gvern dwar il-pensjonijiet mhumiex biżżejjed
L-Oppożizzjoni tappella lillGvern biex qabel idaħħal ir-riformi dwar il-pensjonijiet jibda diskussjonijiet magħha u malentitajiet involuti għaliex din hi riforma soċjali importanti li taffettwa l-ġenerazzjonijiet futuri. F’konferenza tal-aħbarijiet iddeputati tal-PN Tonio Fenech u Clyde Puli tkellmu dwar ilpożizzjoni tal-Oppożizzjoni quddiem il-proposti li se jressaq ilGvern. Tonio Fenech sostna li l-PN jaqbel mal-pensjonijiet volontarji iżda l-proposti li qed jagħmel il-Gvern huma ftit wisq biex dawn ikunu sostenibbli u adegwati. Il-Kelliem tal-PN ittratta l-proposti li se jressaq il-Gvern u spjega li dawn huma immirati biss għal min jista’ jinvesti sa E1000 bil-Gvern jagħti kreditu ta’ 15 filmija fuq it-taxxa bħala inċentiv. Tonio Fenech qal li d-dħul minn din il-proposta se jkun ftit wisq biex jimla l-vojt bejn ilpaga u l-ammont meħtieġ biex
LOKALI
volontarja u addizzjonali għandha tkun waħda li tikkumplimenta l-pensjoni ta’ bħalissa, Clyde Puli sostna li l-pensjoni volontarja u addizzjonali ma ssolvi xejn għal min ma jistax ifaddal minħabba s-sitwazzjoni tiegħu. Hu fakkar li l-PL wiegħed li f’dawn il-ħames snin jeradika lfaqar mill-pajjiż u li l-paga minima tkun ekwivalenti għal 60 filmija tad-dħul nazzjonali medju. L-aħħar stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wera li mill-105,000 anzjan li hawn filpajjiż, 21.7 fil-mija huma f’riskju ta’ faqar. Fl-2013 kien hemm tnejn filmija tal-anzjani ma jaffordjawx iħallsu spejjeż li jinqalgħu waqt li 23.5 fil-mija ma jaffordjawx Id-Deputati tal-PN Tonio Fenech u Clyde Puli waqt il-konferenza tal-a?barijiet tal-biera? isaħħnu djarhom. ikun eliminat il-faqar. tiequ jagħmlu skema ta’ pensjoni x’se jsir minnha l-pensjoni li Importanti jkun ikkunsidrat li Il-proposta tal-Gvern se tinklu- għall-impjegati tagħhom. hemm bħalissa fil-kuntest tal- fl-2005 kien hemm erba’ persuni di biss lil min jaħdem, sostna Id-deputat Nazzjonalista Clyde introduzzjoni tal-pensjoni addiz- jaħdmu li jsostnu pensjonant iżda Tonio Fenech, li kompla li l- Puli qal li meta kien fil-gvern, il- zjonali volontarja u enfasizza l- dawn tniżżlu għal żewġ persuni Gvern mhux qed jaħseb PN beda diskussjonijiet dwar ir- importanza li l-pensjonijiet ikunu jaħdmu biex isostnu pensjonant. f’kulħadd iżda f’dawk biss li riforma importanti fil-pensjoniji- sostenibbli fil-kuntest Fl-2013, sostna Clyde Puli, kien jaħdmu. Fost dawk li tħallew et iżda dak iż-żmien il-PL ma ekonomiku. hemm 6,000 persuna f’riskju ta’ barra hemm imprendituri li jix- kienx ħa sehem fiha. Hu staqsa Filwaqt li qal li l-pensjoni faqar.
Il-ġuri dwar il-hold-up u l-attentat ta’ qtil u serq minn bank fl-1996
Il-ġurati ma jaslux għall-verdett wara seba’ sigħat ta’ deliberazzjoni Wara seba’ sigħat ta’ deliberazzjoni, il-ġurati ma waslux għall-verdett fil-ġuri ta’ George Xuereb ta’ 49 sena mill-Marsa, mixli li f’Marzu ta’ 18-il sena ilu pprova joqtol żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija wara ‘hold-up’ li kien sar minn tliet irġiel fuq il-fergħa tal-MidMed Bank, illum HSBC, ta’ St Andrews. Kien għall-ħabta tan-12.30 p.m. li l-ġurati daħlu jiddeliberaw wara li l-indirizz talImħallef Michael Mallia ġie fi tmiemu. Il-ġurati Infurmaw lillImħallef li kienu għajjew u għalhekk kienu jippreferu li jkomplu t-Tlieta filgħodu. Xuereb qed jiġi akkużat b’ħames Kapi ta’ akkuża, blaktar gravi huma dawk talattentat ta’ qtil u attentat ta’ serq bi vjolenza mill-istess bank. Akkużi oħra huma dik ta’ serq ta’ vann u pistola, liema pistola kienet bla liċenzja tal-
www.maltarightnow.com
Kummissarju tal-Pulizija. Nhar is-Sibt li għadda ddifiża qalet li l-Prosekuzzjoni bniet il-każ tagħha fuq il-gideb ta’ Joe Polidano, li kien wieħed mill-persuni li wettaq il-‘holdup’ u l-attentat ta’ serqa meta dan għalkemm xehed quddiem il-ġurati, ma xehed xejn ‘viva voce’ peress li kellha tinqralu x-xhieda. Dan wara li ma bediex ikun konsistenti fuq dak li beda jgħid. L-Avukat Fenech Adami, li qed jidher għal Xuereb, qal li ma hemm l-ebda dubju li ma hemmx biżżejjed provi mingħajr dubju raġonevoli li lakkużat kien involut fil-każ. Kien hemm ukoll kunflitt filverżjoni tal-erba’ uffiċjali Prosekuturi, li investigaw ilkaż fl-1996. L-Avukat Lara Lanfranco, f’isem l-Avukat Ġenerali flimkien mal-Avukat Kevin Valletta mexxew il-każ tal-Prosekuzzjoni.
Promozzjonijiet minn taħt għal tal-qalba fl-ETC Joe Mikallef
Ħaddiema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) f’dawn il-jiem tkellmu mal-ġurnal In-Nazzjon u esprimew iddiżappunt tagħhom għall-fatt li permezz ta’ dokument dwar Pjan ta’ Ristrutturar fl-istess Korporazzjoni, li tqassam lilhom, saru jafu li ngħataw numru ta’ promozzjonijiet lil ħaddiema li huma meqjusa bħala tal-qalba. Dawk li tkellmu ma’ InNazzjon mhux biss fissru li huma sorpriżi b’dak li sabu f’dan ilPjan ta’ Ristrutturar talĦaddiema, imma baqgħu mgħaġġbin kif min imexxi lETC – naturalment f’sinerġija mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, li taħtu taqa’ l-ETC – orkestra dawn il-promozzjonijiet biex kienu aġevolati tal-qalba. Il-ħaddiema li tkellmu magħna fissru li fil-ġimgħat li għaddew fl-ETC ma ħarġet ebda sejħa interna għal promozzjonijiet, u għalhekk huma tassew perplessi bil-mod kif saru dawn il-ħatriet fil-livell ta’ management u fillivell ta’ Kapijiet ta’ Dipartimenti, mingħajr huma lanqas biss kienu infurmati.
Fl-ETC, numru ta’ ħaddiema, meqjusin bħala tal-qalba, ingħataw promozzjoni mingħajr lanqas biss inħarġet sejħa għal dawk interessati
Huma komplew li biex inqdew, u kienu aġevolati nies tal-qalba, mhux biss twarrbu persuni li għandhom esperjenza kbira u li huma kapaċi fix-xogħol tagħhom, imma sfaċċatament inqabżu oħrajn, mingħajr ebda ġustifikazzjoni. “Dan hu tassew inaċċettabbli,” qaltilna impjegata, li fissret li “b’dak li ġara mhux biss saret u qed issir diskriminazzjoni bejn listess ħaddiema fl-istess Korporazzjoni, iżda qed tinħoloq firda bla bżonn. Jekk ħassew il-ħtieġa li jimtlew ċerti pożizzjonijiet, allura messhom ħarġu sejħa għal dawk interessati, u mhux qabdu u aġevolaw lil tal-qalba.” Dwar dawn il-promozzjonijiet għal għarrieda, In-Nazzjon talab ir-reazzjoni ta’ Stephen Spiteri, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar
ix-Xogħol u l-Persuni b’Diżabbiltà, li wera t-tħassib tiegħu għall-mod kif saru għadd ġmielu ta’ promozzjonijiet filKorporazzjoni għax-Xogħol u tTaħriġ mingħajr lanqas biss ħarġet sejħa għall-intervisti. Hu żied li b’hekk qed naraw għal darba oħra sens ta’ diskriminazzjoni sfaċċata bejn l-istess ħaddiema f’din il-Korporazzjoni. Stephen Spiteri żied jgħid li dan ma jawgura tajjeb xejn għal ambjent san fil-post tax-xogħol f’Korporazzjoni bħal din.