In-Nazzjon: 16 ta' Ottubru 2014

Page 1

Nru 13,875

Il-Ħamis, 16 ta‘ Ottubru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Jixhdu quddiem il-Bord ta’ Governanza

Ara paġna 4

Laqgħa importanti għall-kredituri llum More Supermarket ta’ Ħaż-Żebbuġ, fejn kellu jintuża generator, provvdut mill-kumpanija Nexos, biex l-istabbiliment jibqa’ miftuħ wara li l-Enemalta qatgħetlu d-dawl (Ritratt: Martin Agius)

IS-SAGA TA’ MORE SUPERMARKETS

Diffikultajiet finanzjarji kbar qed iwasslu biex jitnaqqar is-servizz li qed toffri l-katina More Supermarkets Joe Mikallef

Il-futur tal-katina More Supermarkets mistenni jkun diskuss illum f’laqgħa importanti msejħa mis-sidien għall-kredituri kollha li jfornu xogħol lillkumpanija. F’din il-laqgħa, it-tmexxija ta’ More Supermarkets mistennija tfisser fid-dettall il-ħidma li qed twettaq il-kumpanija biex tkun

tista’ tkompli bl-operat tagħha wara li fl-aħħar ġimgħat għaddiet minn żminijiet mill-aktar diffiċli. It-tmexxija ta’ More Supermarkets mistennija tispjega wkoll il-pjan ta’ ristrutturar li għandha biex tkun tista’ tkompli għaddejja, u toħroġ mill-inkubu ta’ diffikultajiet finanzjarji li qed jikkawża diversi problemi interni.

Sorsi li lbieraħ reġgħu tkellmu ma’ ‘In-Nazzjon’ fissru li matul dawn l-aħħar ġranet, bosta kienu l-kredituri li ġrew wara lkumpanija biex jitħallsu taxxogħol li huma pprovdew minħabba l-biża’ li jistgħu jispiċċaw ma jieħdu xejn. Żiedu li fl-aħħar ġimgħat ukoll it-tmexxija ta’ More Supermarkets tat ordni lil min jieħu ħsieb l-ordnijiet fi ħdanha,

biex ix-xiri mingħand is-suppliers isir bl-aktar mod kawt u għaqli, u jinxtraw l-aktar dawk il-prodotti li jinbiegħu l-aktar. Fost l-oħrajn, il-katina More Supermarkets għandha lillKorporazzjoni Enemalta tiġri warajha biex tibda titħallas arretrati li ilhom jinġemgħu bosta xhur, u li llum jammontaw għal għexieren ta’ eluf ta’ ewro.

Dalli kellu jitressaq ma’ Silvio Zammit Ara paġna 2

għal paġna 4

– il-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà

L-Air Malta timpjega 300 f’sena

Ara paġna 8

Każ ieħor ta’ Ebola f’Dallas, l-Istati Uniti

Ara paġna 13


2

www.maltarightnow.com

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

John Dalli u Silvio Zammit kellhom jitressqu l-Qorti flimkien

Fl-opinjoni ta’ Michael Cassar, il-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà, John Dalli u Silvio Zammit kellhom jitressqu flimkien il-Qorti b‘akkużi kontrihom millPulizija. Michael Cassar esprima din ilfehma meta lbieraħ kien qiegħed jagħti x-xhieda tiegħu quddiem il-Kumitat Parlamentari talPrivileġġi fil-każ ta’ ksur ta’ privileġġ li l-Prim Ministru Joseph Muscat ressaq kontra l-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil b’rabta mal-investigazzjonijiet li kienu qed isiru f’pajjiiżna dwar l-eks Kummissarju Ewropew John Dalli. John Dalli kellu jirriżenja millKummissjoni Ewropea wara rrapport li ħejja l-uffiċċju talOLAF, b’rabta ma’ allegat każ ta’ tixħim. Fix-xhieda li ta Michael Cassar, li dak iż-żmien kien parti minn erba’ investigaturi li kienu qed jaħdmu fuq l-allegat każ ta’ tixħim, qal li mill-esperjenza tiegħu ma kienx ikun hemm każ fejn wieħed jista’ jinstab ħati, li kieku John Dalli tressaq waħdu lQorti. Għal diversi mistoqsijiet li għamlet matul din ix-xhieda, lOppiżizzjoni rappreżentata minn Chris Said u David Agius, Michael Cassar qal ukoll li wara li nbidel il-Gvern f’Marzu 2013, u nbidel ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija, Peter Paul Zammit – li kien inħatar flok John Rizzo – qatt ma kellmu dwar l-investigazzjonijiet u l-iżviluppi b’rabta ma’ John Dalli. Fisser ukoll li fir-rapport finali fi tmiem l-investigazzjonijiet talPuliizja, li kien iffirmat millIspettur Angelo Gafà, kien hemm

il-parir tal-Pulizija biex jitressqu, u jkun hemm akkużi fil-Qorti, kontra Silvio Zammit u John Dalli separatament. Dwar il-laqgħa tat-tim ta’ investigaturi li fiha ttieħdet din id-deċiżjoni fi tmiem l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, Michael Cassar qal li dakinhar ma kienx preżenti minħabba li kien Brussell fuq xogħol uffiċjali. Michael Cassar qal li wara li ngħata kariga ġdida wara l-bidla fil-Gvern, hu kien kellem lillKummissarju l-ġdid Peter Paul Zammit biex jawguralu u tingħata l-handover tar-responsabbiltajiet li kellu, iżda ma ssemma xejn dwar il-każ ta’ Dalli, u lanqas deher li kien hemm interess. Peter Paul Zammit qatt ma talbu informazzjoni, jew staqsieh fiex waslu l-investigazzjonijiet. Il-Kumitat tal-Privileġġi qabel ukoll fl-istess laqgħa lbieraħ, li littra li bagħat Giovanni Kessler, Kap tal-OLAF, lill-Ispeaker talParlament b’rabta mat-talba li kienet qed issir biex Kessler jigi Malta biex jidher quddiem il-

Kumitat, tkun meqjusa bħala xxhieda tiegħu, u li l-korrispondenza kollha bejn l-Ispeaker u Kessler tkun ippubblikata. Sadanittant, l-Oppożizzjoni se tipprepara abbozz ta’ suġġetti, mhux koperti fl-ittra ta’ Kessler, u li fiha jirreferi għall-investigazzjonijiet b’rabta mal-allegat każ ta’ Dalli, biex ikunu komunikati lil Kessler wara li jkun hemm qbil mill-Kumitat tal-Privileġġi biex il-Kumitat ikun jista’ jagħmel aktar mistoqsijiet lil Kessler b’rabta mal-każ. Il-Gvern, rappreżentat millViċi Prim Ministru Louis Grech, mill-Ministru Edward Zammit Lewis, mill-Ministru Owen Bonnici u mill-Avukat Pawlu Lia, ma qabilx mat-talba tal-Oppożizzjoni li l-Ispeaker jikteb lill-President talKummissjoni Ewropea biex jagħti l-awtorizzazzjoni lil Kessler biex ikun jista’ jiġi Malta u jidher quddiem ilKumitat tal-Privileġġi. Il-Kumitat qabel, fuq parir legali li ħa, li ma jistax jawtorizza persuna barranija tiġi Malta biex tixhed quddiemu.

LOKALI

Evidenza li Dalli kellu laqgħat privati u irregolari f’Malta

Giovanni Kessler, il-Kap talUffiċċju tal-OLAF fi ħdan ilKummissjoni Ewropea, f’ittra li bagħat lill-Ispeaker Anġlu Farrugia biex titqies bħala evidenza fil-każ li qed jisma’ lKumitat tal-Privileġġi dwar ilkaż ta’ Dalli, iddikjara li linvestigazzjonijiet tal-OLAF jipprovdu evidenza li Dalli kellu laqgħat privati u irregolari f’Malta ma’ rappreżentanti tal-industrija tat-tabakk li jirrigwardaw il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar it-tabakk. Dawn il-laqgħat saru f’Awwissu tal-2010 u f’Jannar tal-2012, u saru bl-involviment ta’ Silvio Zmmit, sid ta’ ristorant, li hu viċin ukoll talKummissarju John Dalli. L-OLAF uriet ukoll li wara dawn il-laqgħat, Silvio Zammit talab li jkun hemm tixħim millkumpanija Swedish Match biex tkun tista‘ tinfluwenza lproċess leġiżlattiv tal-UE u jkun hemm reviżjoni tadDirettiva li tirregola l-Prodotti tat-Tabakk, u biex jintuża lisem tal-Kummissarju u jittieħed vantaġġ mill-pożizzjoni privileġġjata li jgawdi. Kessler spjega fl-ittra lillIspeaker, li Dalli baqa’ f’kuntatt ma’ Silvio Zammit f’mumenti kritiċi tan-negozjati li tmexxew bejn il-partijiet involuti. Spjega wkoll li John Rizzo u żewġ investigaturi oħrajn Maltin, iltaqgħu ma’ uffiċjali tal-OLAF responsabbli millinvestigazzjonijiet f’Malta dwar John Dalli, u li pprovdew

l-għajnuna kollha neċessarja lill-Pulizija Maltija. Kessler qal ukoll li wara li kien tressaq il-Qorti Silvio Zammit fil-11 ta’ Diċembru tal2012, f’kuntatt li sar bit-telefon hu kien infurmat millKummissarju tal-Pulizija John Rizzo, li kellu l-intenzjoni li joħroġ akkużi kontra John Dalli – liema akkużi riedu jistennew biex jitressqu minħabba li John Dalli ma kienx f’Malta. Spjega wkoll fl-ittra lillIspeaker, li wara li kien hemm il-bidla fil-Gvern, u John Dalli rritorna Malta, tbiddel ilKummissarju John Rizzo, u lKummissarju ġdid tal-Pulizija Peter Paul Zammit qal li ma kienx hemm evidenza biex jitressqu akkużi kontra John Dalli. Dan wassal għall-konklużjoni li l-każ kontra Dalli f’Malta kien waqa’. Irrimarka wkoll li fi tliet okkażjonijiet separati lKummissarju Peter Paul Zammit ma ta ebda risposta meta ntalab jikkollabora f’investigazzjonijiet ġodda millUffiċċju tal-OLAF, minkejja li saħaq li Malta hi marbuta billiġi li tikkopera u tgħaddi linformazzjoni mitluba millOLAF Fl-aħħar punt li elenka fl-ittra tiegħu lill-Ispeaker, Kessler qal li fid-19 ta’ Ġunju ta’ din issena, sors li hu jaf, infurmah li f’laqgħa li saret f’dik l-istess ġurnata fi Brussell, Dalli talbu biex jgħaddilu l-messaġġ biex ma jmurx Malta minħabba li jista’ jiġi arrestat.

Joġġezzjona li d-dibattitu fuq il-mozzjoni tal-power station jixxandar fuq it-TV

Il-Gvern oppona u oġġezzjona li jixxandar fuq it-televiżjoni ddibattitu ta’ nhar it-Tnejn dwar ilmozzjoni tal-Oppożizzjoni biex ilParlament jiddiskuti l-aħħar żviluppi fil-proġett ta’ dan ilGvern li jibni power station fi żmien sentejn – liema proġett mhux se jitlesta kif wiegħed ilPrim Ministru Joseph Muscat. Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco, filbidu tas-seduta tal-bieraħ filgħaxija, ġibed l-attenzjoni tal-Kamra dwar it-talba li saret minn Media Link Communications biex NET TV ixandar id-dibattitu Parlamentari tat-Tnejn li ġej. Mario de Marco qal li fid-dawl

tal-korrispondenza li għaddiet ilbieraħ bejn il-Gvern, lOppożizzjoni u l-Uffiċċju talIspeaker dwar din it-talba, iż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom imorru lil hinn mill-prassi użati s’issa, anke fid-dawl tal-fatt li fil-bini lġdid tal-Parlament, se jkun hemm it-TV Parliamentary Channel. Mario de Marco qal li kieku qed niltaqgħu fil-bini l-ġdid talParlament kif kienu l-ħsieb u lmira tal-Gvern, ix-xandir viżwali tas-seduti parlamentari kien se jibda sa mill-ewwel seduta, u dwar dan kien hemm il-qbil filprinċipju, anke min-naħa talGvern. L-Oppożizzjoni diġà ddikjarat li taqbel max-xandir tas-sedu-

ti fuq it-televiżjoni. Għal din it-talba talOppożizzjoni, il-Gvern oppona, bil-Viċi Prim Ministru Louis Grech jirrimarka li hemm affarijiet li huma kumplikati u għadu mhux il-waqt li noħolqu eċċezzjoni. Mario de Marco spjega li lOppożizzjoni ma ssibx oġġezzjoni li jkun hemm l-istazzjonijiet tatteleviżjoni l-oħrajn li jkunu jridu jxandru d-dibattitu sħiħ, mill-bidu sal-aħħar. Fin-nuqqas tal-qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, lIspeaker qal li l-Ordnijiet talKamra huma ċari u jekk ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat, isseduta tat-Tnejn li ġej ma tistax tixxandar fuq it-TV.


www.maltarightnow.com

3

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

Pożizzjoni ċara mill-PN dwar l-elettriku

Il-pożizzjoni talOppożizzjoni hi waħda ċara – dik li kwalunkwe Gvern iħallas l-inqas possibbli biex jixtri lelettriku, sabiex fl-aħħar millaħħar, il-familji Maltin igawdu mill-irħas kontijiet possibbli. Dan jista’ jsir biss jekk ilGvern ta’ Joseph Muscat ma jintrabatx maċ-Ċiniżi li jixtri aktar elettriku mingħandhom milli għandu bżonn, bi prezz li kapaċi jkun ferm ogħla minn dak li jkun hemm fis-suq. Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’laqgħa li kellu mal-membri tal-Kumitati Sezzjonali tal-PN,

laqgħa li saret fid-Dar Ċentrali u li kellha attendenza numeruża. Simon Busuttil spjega kif ilPartit Nazzjonalista ma jistax jibqa’ kwiet quddiem dan l-aġir tal-PM Muscat, li mhu qed jemmnu ħadd. Il-falliment talwegħda tal-Power Station ilġdida huwa sintomu ta’ bosta wegħdiet oħra li għamel, u għadu qed jagħmel Muscat, sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Simon Busuttil tkellem ukoll dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, u rringrazzja lill-membri tal-Kumitati Sezzjonali tal-

appoġġ li sab fil-pożizzjoni li ħa, u li kienet b’saħħitha biżżejjed biex biddlet dik tal-Gvern dwar meta għandhom isiru lelezzjonijiet, jiġifieri s-sena ddieħla. “Din hija rebħa għal kull min għandu għal qalbu ddemokrazija lokali, jien lewwel wieħed”, qal Simon Busuttil, waqt li rringrazzja wkoll lill-membri tal-Kumitati tal-ħidma tagħhom fil-lokalitajiet, u ħeġġiġhom ikomplu jaħdmu, anke fid-dawl talewwel Konvenzjoni Ġenerali tal-PN, li se ssir bejn l-24 u s26 ta’ Ottubru.

Delegazzjoni Ċiniża se żżur il-power stations Bejn illum u għada, delegazzjoni Ċiniża se tkun f’Malta u se żżur il-power stations tal-Marsa u ta’ Delimara. Sorsi infurmati qalu lill-ġurnal In-Nazzjon li, dwar dan, diġa’ kienu avżati l-ħaddiema talEnemalta permezz ta’ memo li fih tħabbar ukoll li lKorporazzjoni se tkun qed iżżarma Boilers 3 u 4. Dawn il-boilers kienu twaqqfu jaħdmu fi żmien Gvern Nazzjonalista, meta kienet bdiet taħdem il-power station talBWSC. Il-ħaddiema ġew avżati biex ħadd minnhom, ħlief min hu awtorizzat, ma jkun fil-viċinanzi ta’ Boilers 3 u 4, u ħarġet twissija li jekk xi ħaddiem jinqabad filpussess ta’ materjal minn dawn il-boilers, jittieħdu passi severi kontrih. Il-kontroversja marbuta malpolitika tal-Gvern dwar l-enerġija u l-mod kif il-Gvern mhux se jżomm il-wegħda elettorali

tiegħu li jlesti l-power station ġdida tal-gass fi żmien sentejn, kompliet tikber hekk kif il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li kull Gvern għandu jkun liberu li jixtri l-elettriku bl-orħos prezz. Bil-ftehim tal-Gvern Malti mal-Gvern Ċiniż, l-impjant ilġdid tal-BWSC issa hu f’idejn iċ-Ċiniżi iżda jirriżulta li anki nnegozjati mal-kumpanija Shanghai Electric Power waqgħu lura minħabba li ċ-Ċiniżi qed jinsistu għal iktar spjegazzjonijiet mingħand il-Gvern. Jidher li ċ-Ċiniż qed jagħmlu kundizzjoni li jridu garanzija li lEnemalta dejjem tixtri d-dawl li jipproduċi l-impjant li se jgħaddi f’idejhom. Għall-Oppożizzjoni hu fundamentali li l-Gvern ma jintrabatx li l-pajjiż jixtri ż-żejt minn sors wieħed li tul is-snin jista’ jikun ogħla minn enerġija mixtrija minn sorsi oħrajn fosthom l-interconnector.

Kwistjoni oħra li qed jiffaċċja l-Gvern hi dik dwar x’se jagħmel tajjeb għall-fatt li se jibqa’ għaddej bl-istrateġija li jraħħas ilkontijiet tal-enerġija meta lpower station il-ġdida mhux se tkun lesta kif wiegħed Muscat. Bħalissa l-Gvern hu impenjat li jipprova jilħaq il-miri finanzjarji tiegħu mal-Unjoni Ewropea, fosthom dawk tal-izbilanċ. Kif zvelat In-Nazzjon, jirriżulta li l-Petroleum Division, li kienet l-unika taqsima talEnemalta li kienet qed tagħmel il-qligħ, issa għaddiet l-assi kollha tagħha lill-kumpanija li waqqaf il-Gvern, Enemed Co Ltd. B’din it-transazzjoni ta’ self ta’ aktar minn €80 miljun li nżammet moħbija, il-Gvern għamel tajjeb għall-fatt li lpower station il-ġdida mhux se titlesta fil-ħin, ħalli jkun jista’ jiffinanzja r-roħs fil-kontijiet taddawl, wara li fallietlu l-akbar wegħda elettorali li għamel.

Il-Konfederazzjoni tatTrejdunions Maltin (CMTU) fi stqarrija appellat lill-Gvern biex jispjega b’mod ċar kif se jiżgura s-sostenibbilità ekonomika firroħs tal-kontijiet tal-enerġija…fi kliem ieħor kif se jkun qed jiġi finanzjat ir-roħs tad-dawl. Dan hekk kif stqarret li huwa ċar li għal dawn l-aħħar sentejn lEnemalta m’għaddietx il-ħlas tas-SISA lill-Gvern, biex id-dejn

nazzjonali żdied b’€140 miljun. F’dan ir-rigward, is-CMTU qed tinsisti li min jaħdem u jħallas it-taxxa b’mod onest m’għandux jispiċċa jerfa’ hu l-piż tassussidju fuq l-enerġija b’iktar tnaqqis fit-tariffi li ma jkunx jiġġustifika zieda fl-effiċjenza. Is-CMTU qalet li tilqa’ lisforzi tal-Gvern biex jattira investiment privat f’dan ilqasam, imma ħeġġitu jkun

trasparenti fl-implimentazzjoni tal-ftehim milħuq ma’ dawn linvestituri billi jinvolvi lillimsieħba soċjali. Fl-aħħarnett, ilKonfederazzjoni laqgħet b’sodisfazzjon il-konferma li l-power station tal-Marsa se tingħalaq u minflokha, Malta se tingħaqad mal-grid Ewropew tal-enerġija permezz tal-interconnector.

Is-CMTU tistaqsi kif se jkun finanzjat ir-roħs

Ir-ritratti ta’ hawn fuq ittieħdu lbieraħ f’inħawi differenti tal-gżejjer Maltin, u juru l-konġestjoni tat-traffiku li qed ikun hemm fit-toroq (Ritratti: Martin Agius)

Il-Ministru tat-Traffiku tilef ir-roadmap Il-Ministru responsabbli mittraffiku Joe Mizzi jrid jerfa’ rresponsabbiltà politika għas-sitwazzjoni diżastruza li ġab fiha ttraffiku, sena u nofs wara li ħa ttmexxija ta’ dan il-qasam f’idejh. Dan imur kontra wegħda oħra elettorali tal-Partit Laburista li kien qal “nagħtu prijorità lillproblema tat-traffiku, li qed taffettwa l-kwalità tal-ħajja talfamilji u n-negozji Maltin u Għawdxin.” Fi stqarrija, il-Kelliem talOppożizzjoni għat-Trasport u lInfrastruttura Toni Bezzina qal li traġitti li normalment ma jeħdux aktar minn kwarta, sforz talinkompetenza tal-Ministru tattraffiku, illum qegħdin jieħdu aktar minn siegħa, u dan askapitu anke tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Barra minn hekk, dan qed ikun

ta’ piż kbir f’ħela ta’ ħin u spejjeż fuq ħafna familji. Anke t-tfal taliskola qed ibatu l-konsegwenzi billi qed idumu ħinijiet twal filmezzi tat-trasport li jwassluhom l-iskola, minbarra l-fatt li qed ikollhom jew iqumu kmieni biex imorru l-iskola, inkella jaslu tard għal-lezzjonijiet. Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll it-tniġġis tal-arja ta’ madwarna, li b’mod dirett taffettwa s-saħħa ta’ kull wieħed u waħda minna, qal il-Partit Nazzjonalista. Li Joe Mizzi tilef ir-roadmap żgur mhix perċezzjoni tal-poplu. Il-Ministru ma jistax jibqa’ jitkellem qisu għadu flOppożizzjoni u jekk mhux kapaċi jirranġa s-sitwazzjoni tattraffiku f’pajjiżna, għandu jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu.


www.maltarightnow.com

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

4

TA’ SANNAT

“Messkom tistħu” It-tliet kunsillieri Laburisti nisa f’Ta’ Sannat, li ressqu mozzjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku Laburista Philip Vella, fl-aħħar jiem dehru quddiem il-Bord ta’ Governanza Lokali, li qed jinvestiga l-każ fuq talba tasSindku. Dan wara li s-Sindku rrifjuta lmedjazzjoni tad-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela li mar Għawdex apposta biex jipprova jsib soluzzjoni biex din ilkwistjoni ma tkomplix tkarkar. Abela, li hu l-uffiċjal flamministrazzjoni tal-Labour inkarigat mill-Kunsilli Lokali, f’laqgħa taħraq li saret fil-każin Laburista tar-Rabat, Għawdex, kien talab lit-tliet kunsillieri nisa biex jirtiraw il-mozzjoni fil-konfront tas-Sindku, u dan min-naħa tiegħu, jirtira t-talba biex issir investigazzjoni. Imma filwaqt li l-Viċi Sindku Frances Galea, u l-kunsillieri Maria Cassar Sultana u Margaret Said kienu lesti jirtiraw il-mozzjoni, is-Sindku insista li l-każ ikompli. B’sorsi jistaqsu għaliex is-Sindku ried li l-każ ikompli jinstema’, daqslikieku hu ċert li se jingħata raġun. Il-laqgħa quddiem il-Bord saret fid-9 ta’ Ottubru, u dakinhar xehdu biss it-tliet kunsillieri Laburisti nisa, minkejja li anke s-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali huma msejħa biex jidhru quddiem l-istess Bord. Dan il-ġurnal jinsab infurmat li dakinhar, meta t-tliet kunsillieri nisa ħarġu għadd ta’ dokumenti biex juruhom lill-Bord, ħalli jissostanzjaw l-argumenti

LOKALI

– membru tal-Bord tal-Governanza, lit-tliet kunsillieri nisa li ressqu l-mozzjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku Laburista

tagħhom, wieħed mill-membri tal-Bord akkużahom li messhom jistħu. Is-sorsi tagħna qalulna li laffarijiet kif ġraw, sew qabel, kif ukoll waqt din il-laqgħa, juru b’mod ċar żbilanċ kontra l-argumenti tat-tliet nisa, u favur isSindku Laburista. Ħafna qed jieħdu d-deċiżjoni tal-Bord bħala waħda “for granted”…fi kliem ieħor, qed jingħad li l-eżitu diġà huwa deċiż u hu ċar li d-deċiżjoni se tkun waħda li tiskolpa lis-Sindku minn kwalunkwe irregolarità. Dan minkejja li l-konklużjoni ta’ din “l-investigazzjoni” għadha ma ġietx komunikata. Minkejja li dan il-Bord immexxi mill-Avukat Joe Mifsud bagħat għat-tliet kunsillieri Laburisti nisa biex jixhdu, u bagħat ukoll għas-Sindku nnifsu, waqt li saħanistra sejjaħ ukoll lis-Segretarju Eżekuttiv talKunsill, għal xi raġuni ħalla barra lill-kunsillier li jifdal – ilkunsillier tal-PN Joseph Bajada, li jidher li l-Bord mhux interessat li jisma’ l-verżjoni tiegħu wkoll. Il-Bord ta’ Governanza jinkludi wkoll lil Ronnie Pellegrini, Arthur Ellul u Ivan Buttigieg bħala membru sostitut. Ħafna qegħdin jistaqsu għaliex din il-kwistjoni spiċċat quddiem dan il-Bord, u ma ġietx trattata mill-Monitoring Unit tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, li f’dan il-każ jidher li lanqas biss ħass il-ħtieġa li jidħol f’din il-kwistjoni. Dan, minkejja li hu evidenti li f’Ta’ Sannat qed tinkiser il-liġi,

minħabba li l-kunsill issa ilu ma jiltaqa’ ferm aktar minn xahar, bi ksur tal-liġi tal-kunsilli lokali. Dan id-dewmien hu riżultat tal-fatt li s-Sindku qed ikaxkar saqajh, u qed ikompli jirrifjuta li jlaqqa’ lill-kunsill, appuntu

minħabba li hemm mozzjoni ta’ sfiduċja fih, li trid tiġi diskussa. L-aħħar laqgħa tal-kunsill saret fil-11 ta’ Awwissu, jiġifieri aktar minn xahrejn ilu, u jidher li s’issa għadha ma ġietx iffissata data għal-laqgħa li jmiss.

Minkejja dan, lanqas id-Direttur tal-Gvern Lokali jidher li ma ħa passi fuq din is-sitwazzjoni. Huwa s-Segretarju Eżekuttiv li għandu r-responsabbiltà li jiżgura li l-liġi ma tkomplix tinkiser, xi ħaġa li nifhmu li mhix qed issir f’Ta’ Sannat. Fost il-mistoqsijiet l-oħra li qed isiru hemm ukoll dik dwar kemm, fil-verità, huwa l-mertu tal-Bord ta’ Governanza li jiddeċiedi fuq mozzjoni ta’ sfiduċja. “Għaliex it-tliet nisa spiċċaw quddiem dan il-Bord, sempliċement għax ressqu mozzjoni ta’ sfiduċja? Kemm huwa kompitu ta’ bord bħal dan, li jiddeċiedi fuq tali mozzjoni? Mela issa dan il-Bord jiddeċiedi jekk titressaqx mozzjoni jew le?” Dawn huma wħud mid-dubji li qed iqumu dwar dak li qed jiġri f’dan il-każ. Is-sorsi tagħna qalulna li dak li qed jiġri f’Ta’ Sannat mhux xi ħaġa ġdida, waqt li fakkru f’dak li kien ġara aktar minn sena ilu, meta l-eks-Segretarju tal-Kunsill Arthur Bajada kien ressaq rapport lill-Pulizija fuq allegazzjoni ta’ korruzzjoni mill-istess Sindku. Dakinhar, minflok ittieħdu passi, wara tlett ijiem is-Sindku ressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fisSegretarju, u qaċċtu mill-kariga. Li jfisser li minflok ġie investigat min allegatament wettaq irregolarità, ġie kkastigat il‘whistleblower’. Dwar dan il-każ, ‘In-Nazzjon’ jinsab infurmat li issa, wara sena, il-Pulizija stenbħu, u bagħtu għas-Segretarju.

minn paġna 1

minn kumpanija lokali. U kif juri l-istess ritratt, il-kumpanija li pprovdietu hija l-kumpanija “Nexos”. Fil-fatt barra l-istabbiliment, sal-bieraħ kien għadu qed jidher mal-bankina l-ġeneratur li minnu kien qiegħed jittieħed id-dawl. ‘In-Nazzjon’, li qed isegwi mill-qrib ħafna l-iżviluppi f’din is-saga, ilbieraħ tkellem ukoll ma’ persuna viċin ħafna tattmexxija ta’ More Supermarkets, li qaltilna li dawn qed jagħmlu minn kollox biex fiċ-ċirkostanzi jsalvaw il-kumpanija, li tinsab

f’salib it-toroq. Id-daqqa l-kbira ngħatat blallegat frodi ta’ €40 miljun minn Ryan Schembri li sa ftit ilu kien involut direttament fit-tmexxija ta’ More Supermarkets, sakemm imbagħad ħareġ mill-kumpanija u eventwalment ħarab minn Malta flimkien mal-familja. Illum hu mfittex kemm millPulizija Maltija kif ukoll minn għadd kbir ta’ negozjanti u investituri Maltin li jridu mhux biss flushom lura, imma anki limgħaxijiet u l-profitti mwiegħda lilhom.

Fl-aħħar jiem, it-tliet kunsillieri Laburisti li ressqu l-mozzjoni kontra s-Sindku Philip Vella (fir-ritratt), xehdu quddiem il-Bord ta’ Governanza Lokali, b’sorsi qed jieħdu l-eżitu tal-“investigazzjoni” tal-Bord bħala “forgranted”

Nuqqas kbir ta’ cash flow biex jitħallsu l-kredituri

Fid-dawl tal-aħħar żviluppi u tal-fatt li t-tmexxija ta’ More Supermarkets iddikjarat li ma kinitx f’pożizzjoni li tagħmel pagament ta’ €50,000, lEnemalta nhar it-Tnejn issospendiet il-provvista taddawl f’More Supermarket talĦamrun, u f’dak ta’ ĦażŻebbuġ. Fir-rigward tal-istabbiliment f’Ħaż-Żebbuġ, kif juri r-ritratt t’hawn fuq, nifhmu li l-provvista terminata kienet sostitwita permezz ta’ ġeneratur ipprovdut


www.maltarightnow.com

QORTI

Id-dewmien tal-Parlament il-ġdid jispiċċa l-Qorti

Il-kumpanija Taljana Cff Filiberti, li hi fost il-kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini talParlament il-ġdid, qed tallega li kumpanija Maltija mhux biss qed tissuplixxi xogħol ħażin ta’ blokki tal-ġebel, iżda x-xogħol mhuwiex frekwenti kif kien miftiehem, u konsegwenza ta’ dan, hi qed tiġi mmultata millGvern Malti. Il-protest ġudizzjarju ġie ppreżentat fil-Prim’Awla talQorti Ċivili mill-kumpanija

Taljana bbażata f’Parma, kontra Stone Limited, li tipproċessa blokki tal-ġebel għal fuq binjiet u strutturi varji. Il-kumpanija Taljana qalet li hi ngħatat l-inkarigu biex tibni dan il-ġebel mal-faċċata tal-bini talParlament il-ġdid f’Bieb il-Belt. Il-kumpanija Taljana qalet li lkumpanija Maltija ġiet appuntata mill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) biex tforni 2,000m3 ta’ blokki tal-ġebel tal-kwalità

neċessarja. Ingħad li inizjalment dawn il-blokki kellhom jaslu salaħħar ta’ Marzu 2012 fil-kwantità ta’ 200m3 fix-xahar, u lkumpanija Maltija kienet intrabtet li tħallas penali ta’ €1,000 kuljum f’każ li tonqos milli tagħmel dan. Cff Filiberti qalet li mill-bidu, sabet problemi kbar fil-kwalità tal-ġebla fornuta, u anke filkwantità. Sad-data ta’ skadenza l-kumpanija Maltija kienet għadha lanqas irrilaxxat nofs il-kwan-

tità stipulata. Dan apparti li skont rapport li sar f’Lulju 2013, xi ġebel milli wasal kien problematiku, li jfisser li kien hemm bżonn ammonti ferm akbar ta’ ġebel biex jagħmel tajjeb għallġebel skartat. Il-protest jgħid ukoll li f’Novembru li għadda, il-BIB Joint Venture, li hija inkarigata mill-proġett tal-Parlament, intervjeniet bejn il-partijiet sabiex ilproġett jitkompla u tinstab soluzzjoni għad-dewmien fil-kunsinna

tal-materjal.Grazzi għal dan lintervent, fis-6 ta’ Novembru 2013, iż-żewġ kumpaniji ffirmaw ftehim intiż biex jiżblokka s-sitwazzjoni, imma minkejja dan, ma nbidel xejn min-naħa tal-kumpanija Maltija. Minħabba dan, il-proġett waqa’ lura. Għalhekk, il-kumpanija Taljana qed titlob lil dik Maltija sabiex minnufih u mingħajr aktar dewmien, tikkonsenja lblokki tal-ġebel li baqa’, b’riżerva għat-talba ta’ danni u penali.

ju, filwaqt li jinsab mixli wkoll bl-attentat ta’ qtil ta’ dik li kienet is-sieħba tiegħu, Simone Caruana, ta’ 27 sena, kif ukoll taż-żewġt ibniet tagħhom il-kbar, waħda ta’ tliet snin u l-oħra ta’ ħamsa. Jinsab akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi serji fuq Simone Caruana u binthom l-oħra ta’ tliet snin.

L-Avukat Stefano Filletti reġa’ għamel talba fil-Qorti biex lgħadam ta’ Matthew Zahra ta’ 27 sena, mill-Belt, li kien inqatel u nstab f’għalqa f’Birżebbuġa, jiġi sseparat u jingħata lill-familja biex issir id-difna. Zahra kien ġie rrappurtat nieqes f’Santa Marija tal-2012, u nstab f’Lulju 2013, flimkien ma’ Mario Camilleri ta’ 51 sena u ibnu, Mario Camilleri wkoll. It-talba saret hekk kif fil-Qorti

kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Jason Galea ta’ 39 sena minn Birżebbuġa, u Ronald Urry ta’ 50 sena minn Raħal Ġdid, li qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Zahra. Jason Galea jinsab mixli wkoll, f’kawża oħra, bil-qtil ta’ Mario Camilleri ta’ 51 sena, li kien magħruf bħala “l-Imnieħru” u ta’ ibnu. Ilbieraħ xehdu diversi membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu involuti fl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.

X’aktarx qala’ xebgħa senter f’rasu qabel inqatel Joseph Caruana, il-vittma tad-delitt li seħħ fil-Kalkara, f ’Ottubru tas-sena l-oħra, qala’ xebgħa f’rasu ftit qabel ma ġie sparat tir lejn dahru, li qatlu. Dan ħareġ mix-xhieda talespert mediku Mario Scerri, li tqabbad mill-Qorti fuq il-każ. Hu qal li x’aktarx li d-daqqiet li qala’ saru bis-senter li ntuża

5

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

fil-każ. Meta kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Gregorio Scicluna, ta’ 52 sena, li qed jiġi mixli bilqtil ta’ Joseph Caruana, ta’ 61 sena, ilbieraħ xehdu diversi esperti mediċi li tqabbdu millQorti fl-inkjesta. Scicluna qed jiffaċċa total ta’ 11-il akkuża, u l-aktar waħda serja hi dik ta’ omiċid-

Talba oħra biex l-għadam tal-vittma jiġi sseparat


www.maltarightnow.com

6

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

Importanti li Malta ma titlifx iktar il-kompetittività Il-Kamra tal-Kummerċ, lIndustrija u l-Intrapriża qed tappella lill-Gvern għal inċentivi biex il-pajjiż ma jitlifx iktar ilkompetittività ekonomika. Dan l-appell sar millPresident tal-Kamra David Curmi, waqt djalogu li l-Kamra tal-Kummerċ kellha mal-Prim Ministru Joseph Muscat filBelt. Fid-diskors tiegħu, ilPresident tal-Kamra ppropona li jinħargu visas speċjali għal ċittadini Libjani li jagħmlu negozju f’Malta. Hu appella wkoll lill-Gvern biex il-Ħadd issir ġurnata normali ta’ kummerċ, u biex ikun hemm reviżjoni fil-mod kif jitkejjel l-għoli tal-ħajja. Il-Prim Ministru tkellem dwar it-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl għall-industrija li se jsir

f’Marzu, u qal li dan se jseħħ mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm żieda fit-taxxi. Tkellem ukoll dwar il-Baġit li se jsir fil-gimghat li gejjin, u qal li fih se jkun hemm enfasi biex jitnaqqsu d-dipendenzi fis-settur socjali u biex jinqata’ l-abbuż. Dan bl-iskop li l-benefiċċji jittieħdu minn dawk li huma laktar fil-bżonn. Il-Prim Ministru sostna li inizjattivi oħra li se jitħabbru fil-Baġit se jkunu favur il-ħolqien ta’ iktar “public private partnerships”. Il-Gvern, sostna l-PM, se jkun qed iħabbar lista ta’ proġetti li fihom tista’ ssir sħubija ta’ dan it-tip. Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar it-traffiku u esprima nuqqas ta’ qbil ma’ min qal li lproblema tat-traffiku hi biss perċezzjoni. Joseph Muscat sostna li

– il-Kamra tal-Kummerċ

waħda mis-soluzzjonijiet huma proġetti ġodda bhal dawk li se jsiru fil-Kappara, fi Triq ilKosta u ħdejn iċ-Ċimiterju talAddolorata, iżda magħhom iridu jkunu introdotti wkoll sistemi

ġodda ta’ traffiku. Dwar ir-riformi fil-pensjonijiet, il-Prim Ministru esprima sodisfazzjon għall-qbil fil-Parlament dwar din il-liġi, iżda sostna li hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-

Riforma fil-MCCF Imnedija l-Istrina 2014

Il-President ta’ Malta qed tappella għall-fondi, għax il-Malta Community Chest Fund jista’ ma jkunx biżżejjed (Ritratt: Martin Agius)

Il-Malta Community Chest Fund qed tkun riformata bi pjan li din tlaħħaq iktar mat-talbiet li jsiru mill-pubbliku li jkun filbżonn, u tifrex iktar is-servizzi tagħha. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, 500 persuna ingħataw għajnuna mill-MCCF biex imorru għall-kura fl-Ingilterra minħabba l-marda tal-kanċer. Dettalji dwar din ir-riforma ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-President ta’ Malta Marie Lousie Coleiro Preca u l-Professur Karm Borg, li matulha tnidiet l-Istrina 2014. L-appell tal-President hu wieħed dirett biex il-ġbir jikber u l-benefiċċji jolqtu iktar nies. IlPresident sostniet li li jista’ jkun li

l-Fond ma jibqax ilaħħaq malħtiġijiet mitluba. Hi appellat biex din l-Istrina tkun ċelebrazzjoni tas-solidarjetà bejn il-poplu. Coleiro Preca tkellmet dwar limportanza tar-riformi fil-MCCF u qalet li s-sitwazzjoni hi waħda li fiha l-ispeċjalisti tal-onkoloġija stess qed jirreferu lill-pazjenti għand il-Community Chest Fund għall-kimoterapija. Il-poplu Malti, sostniet ilPresident ta’ Malta, hu uniku fiddinja għall-mod kif jesprimi s-solidarjetà ma’ min hu fil-bżonn. Dan hu appell urġenti biex il-poplu jikkontribwixxi, sostniet Marie Louise Coleiro Preca. Permezz tar-riformi, il-MCCF issa se tinbidel f’Fondazzjoni. Fil-

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Intrapriża David Curmi jindirizza d-djalogu fil-preżenza tal-PM Joseph Muscat (Ritratt: Martin Agius)

pożizzjoni li qed tieħu lOppożizzjoni dwar il-pensjoni attwali. Hu qal li l-Gvern ma jaħsibx li l-ekonomija Maltija tiflaħ żieda fir-rata tas-Sigurtà Nazzjonali.

kampanji ta’ ġbir mhux se jibqa’ jkun hemm lista tal-għaqdiet li se jibbenefikaw, iżda se jkunu identifikati setturi li fihom se jingħataw il-fondi. L-għaqdiet iridu japplikaw f’Jannar biex jibbenefikaw mill-fondi. Is-setturi identifikati għall-għajnuna huma t-trobbija, ittfulija, ix-xogħol, is-saħħa, ilfaqar, id-djalogu u l-ekoloġija. L-Istrina, intant, din is-sena se ssir bħas-soltu fis-26 ta’ Diċembru izda din id-darba, f’Jum il-Milied se ssir ukoll l-Istrina f’Għawdex, waqt li fil-ġimgħat ta’ qabel se jsiru diversi attivitajiet oħrajn fosthom fun run, irkant, bike ride, attività ta’ solidarjetà mill-istudenti, il-kampanja tal-Piggy Bank fost it-tfal, u “Paqpaqli għall-Istrina”.

Quddiem id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-isptar Mater Dei ttellgħet tinda kbira, hekk kif membri tal-istaff qed ikomplu jingħataw taħriġ fl-eventwalità li f’Malta jkun rappurtat xi każ ta’ Ebola. Di it-tinda speċjalizzata hi mgħammra b’showers apposta kontra l-kontaminazzjoni, u sistema li tista’ tintuża għall-kura ta’ pazjenti infettati. (Ritratt: Martin Agius)


www.maltarightnow.com

7

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

Titnieda l-Caritas Trail 2014

Il-pubbliku qed jiġi mistieden jingħaqad mal-Caritas Malta nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2014 f’mixja, ġirja jew dawra bir-roti. Il-Caritas Trail, li tnediet din ilġimgħa, hija attività maħsuba biex waqt li jinġabru fondi ħalli jissaħħu s-servizzi tal-Caritas, tagħti opportunità lil dawk li jieħdu sehem biex jagħmlu ftit eżerċizzju għal saħħa aħjar. Id-direttur il-ġdid ta’ Caritas Malta, Leonid McKay, qal li filwaqt li ninsabu f’soċjetà li qed tevolvi, ilCaritas ma tistax tibqa’ lura, u trid tibqa’ taġġorna ruħha bil-bżonnijiet

tas-soċjetà Maltija u tara li tibqa’ tkun ta’ servizz bla ħlas għal kull min iħabbat il-bibien tagħha. Il-Caritas trid tibqa’minn ta’quddiem fil-ġlieda tagħha kontra labbuż tad-drogi u tibqa’ tkun ta’ spalla għal dawk li jagħmlu programm fiċ-ċentri ta’ riabilitazzjoni tagħha. Anthony Scicluna, Chief Officer Human Resources tal-Bank of Valletta, qal li hu ta’ pjaċir għallBOV li għat-tieni sena konsekuttiva qed jerġa’ jagħti appoġġ lill-Caritas Trail. Scicluna ħa l-opportunità biex jir-

ringrazzja lil Monsinjur Victor Grech għal ħafna snin ta’ servizz li ta lill-Caritas Malta u awgura lil Leonid McKay għall-kariga ġdida tiegħu. Il-Caritas Trail hija mixja ta’ siegħa, jew ġirja ta’ ħamsa u erbgħin minuta, jew dawra bir-rota ta’ siegħa u tliet kwarti. It-tluq se jkun minn ħdejn Gianpula fl-10am. It-tliet attivitajiet jispiċċaw għall-ħabta ta’ nofsinhar f’San Blas fejn il-Caritas għandha wieħed miċ-Ċentri ewlenin tagħha għar-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga.

L-Anti-Poverty Forum Malta, li jiġbor fih għaqdiet volontarji, u li jifforma parti minn Network Ewropew, għamel studju dwar id-dħul tal-familji li jiddependu mill-benefiċċji soċjali f’pajjiżna. Ir-riżultati ġew diskussi f’konferenza li saret f’Dar l-Ewropa, fil-Belt Valletta. Il-ġurnal ‘InNazzjon’ tkellem mar-riċerkatur, Leonid Mckay, dwar ir-riżultati li ħarġu minn dan l-istudju. Mckay qal li minn din ir-riċerka ħareġ li l-benefiċċji soċjali f’Malta huma effettivi, u għandhom impatt fuq persuni li huma fil-faqar jew fir-riskju tal-faqar. Minn dan listudju, jirriżulta li fejn hemm familji li jirċievu l-benefiċċji soċjali, u għandhom kirja b’renta

kummerċjali, id-diffikultà tiżdied. Min-naħa l-oħra, fejn hemm familji li qed jgħixu ma’ ġenituri, jew jikru f’akkomodazzjoni soċjali, il-benefiċċji soċjali huma effettivi. Fejn hemm iktar spejjez ta’ kiri u mediċini, il-benefiċċji soċjali mhumiex biżżejjed. Preżenti għall-konferenza kien hemm il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia u l-Kelliem talOppożizzjoni għal dan il-qasam Clyde Puli. Puli nnota b’sodisfazzjon li rrapport juri li s-sistema ta’ benefiċċji soċjali ta’ pajjiżna mħaddma fl-aħħar snin kienet għodda effettiva kontra l-faqar assolut. Hu qal ukoll li l-istudji juru li

l-faqar relattiv f’pajjiżna żdied b’6,000 għal total ta’ 99,000 persuna fl-2013. Għaldaqstant, ilpajjiż għandu jaħdem biex ladegwatezza tal-benefiċċji soċjali, inkluż tal-pensjonijiet talirtirar, tiżdied biex tilħaq il-miri Ewropej. Hu żied li filwaqt li l-edukazzjoni u x-xogħol jibqgħu l-aħjar għodda fil-ġlieda kontra l-faqar, jeħtieġ li l-Gvern jiffinalizza listrateġija kontra l-faqar li ilha biex titlesta mill-bidu talleġiżlatura. Dan b’konsegwenza li diversi miżuri soċjali li qed jittieħdu ma jkunux neċessarjament qed jittieħdu fil-qafas ta’ din l-istrateġija, sostna Clyde Puli.

Studju dwar familji li jiddependu Seminar minn Breaking Limits mill-benefiċċji soċjali

Il-Caritas Trail tikkonsisti f’mixja, ġirja jew dawra bir-rota

L-NGO Breaking Limits se torganizza seminar bit-tema ‘Gaining Abilities’ f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan fil-15 ta’ Novembru li ġej. Dan is-seminar hu maħsub għall-ġenturi ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni ta’ kull età li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim. Breaking Limits ħasset ilbżonn li aktar persuni bi bżonnijiet speċjali jkollhom il-possibbiltà li jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti. “Biex dan isir, dawk ta’ madwarhom jeħtieġ li jagħtuhom l-opportunità li jieħdu deċiżjonijiet u jingħataw responsabbiltajiet bħal kull persuna

oħra tal-età tagħhom,” saħqet Solange Abela, is-Segretarju Ġenerali ta’ Breaking Limits. Fil-ħidma tagħha bħala NGO, Breaking Limits iltaqgħet ma’ każi fejn il-ġenituri, għax iħobbu lil uliedhom, jippruvaw jipproteġuhom iżżejjed, u dan joħnoq il-kreattività, il-kapaċitajiet u llibertà tal-individwi kkonċernati. Waqt is-seminar se jkunu mistiedna ħames kelliema minn oqsma differenti li se jitkellmu dwar is-suġġett tal-protezzjoni żejda tal-ġenituri fuq uliedhom b’diżabbiltà minn perspettivi differenti. Se jkunu organnizzati wkoll tliet workshops apposta.

Offerta ta’ €40 miljun fi stocks tal-Gvern Bi dritt li jiżdiedu għal €75 miljun

Il-konferenza tal-Anti-Poverty Forum Malta (Ritratt: Martin Agius)

Id-Dipartiment tat-Teżor ħabbar il-ħruġ ta’ €40,000,000 stocks tal-Gvern ta’ Malta, biddritt li jżid l-ammont b’massimu ta’ €35,000,000. L-offerta hi għal 4.1% stock tal-Gvern ta’ Malta 2034 (I) Fungibility Issue, u stock talGvern ta’ Malta 2020 (VI) b’rata ta’ mgħax li tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur + 75 basis points (bps), jew f’am-

monti miż-żewġ stocks b’valur nominali flimkien ta’ €40,000,000. L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti bi rkant għal minimu ta’ €250,000 u multipli ta’ €50,000 kull waħda jiftħu lĦamis 23 ta’ Ottubru 2014 fit8.30am, u jagħlqu l-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru 2014 f’nofsinhar, jew aktar kmieni, skont id-diskrezzjoni tal-Accountant General.


www.maltarightnow.com

8

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

PARLAMENT

Jumbo screen ħdejn is-Super One bla permess

Il-jumbo screen li ttella’ ħdejn l-istazzjon Laburista Super One fil-Marsa, hu bla permess u dan fl-istess waqt li baqa’ jintuża u jirreklamaw fuqu bi dħul ta’ flus. Dwar dan il-jumbo screen li jinsab quddiem l-istudios, u li jagħti għal fuq it-triq, saru diversi mistoqsijiet supplimentari millOppożizzjoni waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, u li fihom intalbet spjegazzjoni kif dan il-jumbo screen għadu jitħaddem, jintuża għar-reklamar, u qed jiddaħħlu flus minnu minkejja li sal-lum għad m’hemmx permess, Il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb billi qal li jekk Alla jrid, din l-anomalija wkoll tkun irranġata. Il-Mexxej Laburista kien qed iwieġeb mistoqsija li ressaq idDeputat Nazzjonalista Jason

Azzopardi. It-tweġiba bil-miktub għal din il-mistoqsija filParlament beda jweġibha sSegretarju Parlamentari Michael Falzon, minkejja li l-Prim Ministru Muscat kien preżenti filKamra tad-Deputati. Id-Deputati Nazzjonalisti Claudette Buttigieg u David Agius staqsew jekk dan hux ksur tal-liġi u jekk l-azzjonijiet ta’ infurzar mhux qed jittieħdu minħabba li hemm involuta lkumpanija tal-Partit Laburista filGvern. Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon qal li bħalissa hemm pendenti applikazzjoni għal sanzjonar fuq is-sit imsemmi, liema applikazzjoni titlob li tissanzjona “existing led advanced electronic billboard”. Is-Segretarju Parlamentari qal li

minħabba li jirriżulta li saret din lapplikazzjoni li sal-lum għadha pendenti, l-istat ta’ fatt hu regolat skont il-liġi b’mod li kull eżekuzzjoni li tista’ toħroġ minn Avviż tibqa’ bil-liġi sospiża, pendenti leżitu tal-applikazzjoni. Hu qal li dan il-prinċipju ġie affermat f’diversi deċiżjonijiet tat-Tribunal. Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon qal ukoll li minħabba li sal-lum għad m’hemmx permess, ma tista’ tiġi imposta ebda kundizzjoni jew limitazzjoni teknika li jirregolaw tali permess. Għal aktar mistoqsijiet talOppożizzjoni dwar jekk hux il-każ li kulħadd jista’ jtella’ billboards bħal dawn, imbagħad wara jara jekk joħroġx il-permess, Michael Falzon qal li f’dan il-każ, qed nitkellmu fuq kundizzjonijiet; għad

Il-jumbo screen bla permess fil-Marsa, ħdejn l-istazzjon Super One (Ritratt: Martin Agius)

m’hemmx il-permess iżda l-liġi titkellem ċar; u kien hemm diversi deċiżjonijiet tat-Tribunal dwar dan. Kien f’dan il-mument li l-Prim Ministru intervjena, u qal li kemm-il darba persuna ddaħħal

applikazzjoni biex tissanzjona xi ħaġa bħal din, kemm minħabba lliġi u deċiżjonijiet tat-Tribunal, lazzjoni ta’ infurzar tittieħed fiddawl ta’ deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu.

Il-Ministru Mallia ntalab iwieġeb dwar x’esiġenzi kien hemm biex uffiċjal f’Korp talPulizija li suppost qed jitmexxa b’serjetà, jingħata żewġ transfers fl-istess ġurnata. Mistoqsija oħra kienet fuq ilkaż ta’ membru fil-Korp li ngħata erba’ transfers f’ġimgħa waħda – miż-Żejtun għatTaqsima tat-Traffiku, għal San Ġiljan u wara għall-Ħamrun.

Anke f’dan il-każ, il-Ministru Mallia għażel li ma jweġibx dwar x’kienu l-esiġenzi. Il-Ministru Mallia ma kienx preżenti fil-Kamra biex jirrispondi għall-mistoqsijiet supplimentari tal-Oppożizzjoni. Minflok, wieġeb is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, li ma setax iwieġeb aktar minn dak li kien hemm fir-risposta li ta lMinistru Mallia bil-miktub.

Żewġ transfers f’ġurnata għal pulizija Għawdxi U erba’ transfers f’ġimgħa għal ieħor Il-Ministru tal-Intern Manuel Mallia ma weġibx mistoqsijiet speċifiċi fuq transfers fil-Korp tal-Pulizija, b’każ minnhom hu ta’ Għawdxi li ngħata żewġ transfers fl-istess jum. Għal erba’ mistoqsijiet li ressaq id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fil-Parlament lejn nofs ix-xahar ta’ Mejju li għadda, il-Ministru responsabbli mill-Pulizija, għażel li jwieġeb

f’nofs Ottubru. L-erba’ tweġibiet li ta lMinistru dwar każi ta’ transfers fil-Korp tal-Pulizija, kienu kważi identiċi għal xulxin, imma flebda każ il-Ministru ma wieġeb fuq il-każ li kien riferut lilu, u ma tax ir-raġunijiet wara t-transfers imsemmija. Minflok, ir-risposta talMinistru kienet tispjega li ttransfers tal-Pulizija jkunu ħarġu

mit-tmexxija tal-Korp skont ilbżonnijiet tal-Korp. Dan minkejja li l-mistoqsijiet kienu dwar każi speċifiċi. Każ minnhom jirrigwarda Għawdxi li ngħata transfer lejn Għawdex wara li kien diġà trasferit lejn Malta meta laħaq Maġġur, fejn filgħodu ngħata transfer lejn Għawdex, u sa filgħaxija ħareġ transfer ieħor biex jerġa’ jkun Malta.

L-Air Malta timpjega kważi 300 f’sena

In-numru ta’ impjegati ġodda li ddaħħlu malkumpanija Air Malta, minn Ottubru 2013 sax-xahar li għadda, kien ta’ kważi 300 persuna, li aktar minn nofshom, iddaħħlu b’kuntratt indefinit fuq bażi full-time jew part-time. Dawn l-impjiegi ġodda fi żmien li l-linja nazzjonali talajru għadha għaddejja bilproċess ta’ ristrutturar, kienu konfermati fil-Parlament mill-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis. Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo staqsa kemm daħlu impjegati f ’kull dipartiment tal-Air Malta f ’dawn l-aħħar 12-il xahar; kemm kienu full-time u kemm kienu part-time, u taħt liema

kundizzjonijiet ġew impjegati. Jirriżulta mill-informazzjoni li ta l-Ministru responsabbli mill-Air Malta, li ddaħħlu 18-il persuna fulltime b’kuntratt indefinit, u li kien hemm riżenja waħda. B’kuntratt definit kienu impjegati sitt persuni, li tnejn minnhom irreżenjaw; part-time b’kuntratt indefinit iddaħħlu 170 persuna li 74 minnhom irriżenjaw; u parttime b’kuntratt definit iddaħħlu erba’ persuni. B’dawn l-aħħar impjiegi flaħħar sena, sal-aħħar ta’ Settembru l-impjegati fulltime jlaħħqu 1,068 filwaqt li t-total ta’ ħaddiema filproċess ta’ ristrutturar jitla’ għal 1,113.

83 fostered u adozzjoni waħda f’Għawdex

Mil-2012 sa Ġunju ta’ din issena kien hemm 83 tifel u tifla li ġew fostered f’Għawdex ma’ 65 familja. Jirriżulta wkoll li kien hemm digriet wieħed ta’ adozzjoni għal familji li jgħixu Għawdex. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Michael Farrugia għal mistoqsijiet li għamel id-Deputat Nazzjonalista Chris Said. Fis-sena 2012, kien hemm 30 każ ta’ fostering ma’ 22 familja f’Għawdex; fl-2013 kien hemm 29 ma’ 22 familja; u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena 24 każ f’21 familja. Jirriżulta wkoll li fl-2012 ma kienx hemm digrieti ta’ adozzjoni minn familji li jgħixu Għawdex, filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm digriet wieħed ta’ adozzjoni f’Għawdex. L-istatistika għall-ewwel sitt xhur tal-2014 għadha trid tinġabar.


www.maltarightnow.com

9

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

X’NARA U X’NISMA’

X’Qalilna l-Għasfur Il-ħaruf tas-sagrifiċċju Sewwa jgħidu li l-forka għalliżvinturat u aktar ma tkun tajjeb, iktar taqla’ fuq wiċċek. “Hekk ġralu u qed jiġrilu l-ħaruf tassagrifiċċju, jiġifieri l-Ministru Anton Refalo,” qalilna l-għasfur. Minn dakinhar li laħaq Ministru, beda bl-inkwiet u ma tistax tiġih waħda tajba. “Lewwel,” fakkarna l-għasfur, “mill-portafoll tiegħu, Joseph ilbully neħħielu l-edukazzjoni u ssaħħa, biex ġabu bla saħħa ta’ xejn, qisu sindku ta’ kunsill lokali. Imbagħad beda jberraqlu bil-konsulenti u l-mistoqsijiet parlamentari fuq safar mogħti b’direct orders. Wara, bla ma jaf kif, deffes denbu x-xitan, vapur tal-Gozo Channel dar lura lejn iċ-Ċirkewwa u waqt li kumbinazzjoni kien hemm hu, rikeb lejn Għawdex. Imbagħad flokkażjoni tal-anniversarju tarRepubblika, stieden lillPresident u ħafna nies oħra, hu siefer u l-istaff tiegħu ħallew lil kulħadd mingħajr ikel għax ilcaterer ma marx. Imbagħad, Joseph il-bully bagħatlu lit-tron tal-għerf u l-kultura Joe Debono Grech biex jgħasses fuq il-ħaddiema Għawdxin. Sadanittant ivvinta l-korp Greener & Cleaner u daħħal fih ħafna nies għal ħames xhur. U l-lista tal-praspar tibqa’ sejra. Iżda dan l-aħħar,” komplielna l-għasfur, “wieħed mill-istaff tas-Segretarjat tal-istess ħaruf tas-sagrifiċċju, sparixxa mill-ministeru.” Kien hawn min ħaseb li forsi f’dawn l-aħħar ġimgħat, din il-persuna tinsab imħabbta b’waħda mill-opri li jsiru f’Għawdex, imma l-għasfur skopra li mar jaħdem il-MEPA fejn kumbinazzjoni daħlet dan laħħar ukoll il-mara tiegħu. “Imma veru li smajt jien?” staqsiena kurjuż l-għasfur. “Veru li l-ħaruf tas-sagrifiċċju dan laħħar qabżitlu b’xi ħadd fil-ministeru tiegħu jiftaħar b’rixu u li dan saħansitra wasal biex uża lfirma tal-istess Ministru? Għax allura, dan l-ex coordinator filMinisteru, telaq minn jeddu, jew il-ħaruf tas-sagrifiċċju xkanah ’il barra bid-daqq tal-banda?” temm l-għasfur ikkonfondut u bit-tama li xi ħadd jaqtagħlu dawn ilkurżitajiet. Żomm kelmtek! Kien ilu jidher u jinħass li se tkun impossibbli li l-Gvern tal-

Labour permezz ta’ Popeye, jiġifieri l-Ministru tas-Saħħa u lEnerġija Konrad Mizzi, ilesti l-

power station il-ġdida taħdem bil-gass sa Marzu li ġej. Iżda meta f’dawn l-aħħar ġranet liżgħar Prim Ministru li qatt kellha Malta, kien issikkat mill-ġurnalisti, ikkonfermalna li lfamuża power station tal-gass mhix se tkun lesta kif wegħidna

solennement hu, sa Marzu li ġej, imma r-roħs fil-kontijiet taddawl ma jiddependix biss millbini tal-power station. “Għax mill-kliem għall-fatti,” qalilna lgħasfur, “hemm baħar jikkumbatti. Qabel l-elezzjoni ta’ sena u nofs ilu, Joseph il-bully, li dakinhar kien fil-fażi li jwiegħed kollox lil kulħadd, kien qalilna li jekk dik il-power station ma tkunx lesta sa Marzu 2015, allura hu jirriżenja. Kollu ċajt, ried juri-

na kemm hu bully u kemm hu raġel tal-kelma.” Kellha raġun id-Deputat Laburista Marlene Farrugia dan l-aħħar targumenta u tgħid li jekk kif qal Joseph, irroħs tal-kontijiet ma jiddependix mill-bini ta’ power station ġdida taħdem bil-gass, allura għaliex se

tinbena? X’għandna bżonnha? Fuq kollox, il-power station talBWSC, li Joseph kellu l-wiċċ isejħilha fabbrika tal-kanċer, tista’ faċilment tinqaleb biex taħdem bil-gass u jkollna arja iżjed nadifa. “Iżda,” qalilna l-għasfur, “biex il-Labour ma jkun għamel xejn żgur, ħalla l-power station tal-BWSC taħdem bil-heavy fuel oil, meta setgħet faċilment tilqaleb u taħdem bid-diesel. Qed jiffranka l-miljuni tal-ewro

minnha, u taparsi jagħti xi ħaġa lura fil-kontijiet tad-dawl.” Imma b’min jaħseb li jrid jgħaddi ż-żmien dal-Prim Ministru? Mela ivvinta din tal-power station ġdida bla bżonn hu, rabat lilu nnifsu bi żmien hu, u biex jerġa’ jurina kemm hu bully, fis-

6 ta’ Marzu ta’ din is-sena meta kien intervistat fil-programm ‘Dissett’, reġa’ qal b’qawwa li għadu jintrabat maż-żmien stipulat, jiġifieri Marzu li ġej, u vilment meta mistoqsi hux se jirriżenja jekk ma titlestiex, irrisposta kienet li hu jżomm kelmtu u jirriżenja. “Issa ġej iżżmien tal-prova Sur Prim Ministru bully,” qalilna l-għasfur, “issa ma jista’ jwaħħal f’ħadd għax id-data hu ivvintaha u d-dikjarazzjoni hu għamilha. Issa għandu ċ-ċans li jagħtina prova li hu l-iżgħar Prim Ministru miż-żmien biss, imma għandu jżomm kelmtu u jirriżenja, ħalli jibda jgħodd mal-Prim Ministri l-kbar li dejjem kellu dan il-pajjiż. Iżda min tafu, tistaqsix għalih. Joseph mingħalih li l-poplu Malti u Għawdxi hu poplu baħnan li jista’ jbellagħlu kollox u dejjem. Ikber Joseph, u żomm kelmtek, imqar għal darba waħda biss.”

L-Ebola Il-Gvern tal-Labour jagħmel kollox bid-dilettantiżmu anke fejn tidħol is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin. Xhur ilu sSegretarjat Parlamentari tasSaħħa serrħilna rasna li pajjiżna jinsab armat f’każ li allaħares qatt jitfaċċa każ ta’ Ebola. Iżda meta dan l-aħħar il-Union talInfermiera ħarġet titkellem, ilGvern qabdu paniku u f’kemm ili ngħidlek ħareġ ordni biex jinġieb ilbies protettiv b’urġenza massima. “Tant qabadhom paniku,” qalilna l-għasfur, “li sSegretarju Parlamentari semma kumpanija tal-courier b’isimha mingħajr ma qagħad iqis li hawn oħrajn li jagħmlu l-istess xogħol. Imma l-isbaħ storja,” komplielna l-għasfur, “ġrat flIsptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn naturalment ħadd m’għandu l-ebda idea ta’ kif jaħdem f’eventwalità bħal din, aħseb u ara kemm hemm ilbies protettiv. Il-ġimgħa l-oħra fl-istess sptar f’Għawdex kien hemm każ suspettat, li iżda wara rriżulta li ma kien xejn serju. Naturalment l-infermiera, tobba u staff ieħor tal-isptar twerwru, meta kienu konxji li m’għandhomx lanqas ilbies protettiv. Xħin ipprotestaw mal-awtoritajiet tal-istess sptar, l-għorrief li bi flusna mħallsin biex imexxu l-isptar qalulhom biex jekk ikollhom xi każ suspettat hekk, ma jmissuhx, jibagħtuh id-dar u mbagħad jirranġaw biex jittrasferuh lejn Malta.” Mhux tajjeb hekk jew? Dik prevenzjoni biex il-virus ma jinxteridx! “U ħalluna,” temm lgħasfur, “u tibqgħux tgħaddu ż-żmien bin-nies!”


www.maltarightnow.com

10

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

OPINJONI

Il-fabbrika tal-mistoqsijiet Qabel l-Elezzjoni Ġenerali, Joseph Muscat bħala Kap talOppożizzjoni kien ċar ħafna fi kliemu. Gvern Laburista kien se jibni power station ġdida fi żmien sentejn minn meta jiġi elett sabiex l-msemmija power station tieħu post dak li Muscat sejħilha l-fabbrika talkanċer li kien hemm. Muscat mar pass oltre, u saħansitra rabat il-futur politiku tiegħu ma’ din il-wegħda fi żmien stipulat hekk kif wiegħed li jirriżenja jekk jonqos milli jilħaq din il-mira.

ta’ pajjiż demokratiku ħassu komdu li bla ebda sens ta’ mistħija, jikser wegħda elettorali li għenitu mhux ftit biex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali. Marzu 2015 se jfakkar kif f ’Malta għandna Prim Ministru li bl-eżempju tiegħu stess qiegħed jarmi l-baħar kull sens ta’ kontabbiltà hekk kif ibda bih innifsu, ma żammx ruħu kontabbli għal kliemu qabel l-elezzjoni ġenerali.

Anniversarju iswed Huwa għalhekk ferm inkwetanti li Joseph Muscat, issa Prim Ministru, qiegħed iħossu daqshekk komdu jmur kontra kelmtu u filwaqt li ma jlestix l-msemmija power station, blebda mod ma jindika xi forma ta’ impenn li jonora l-kelma tiegħu ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali ladarba issa huwa fatt li l-power station mhix se titlesta, kif imwiegħed qabel lelezzjoni. Marzu 2015 għalhekk, se jkun anniversarju iswed. Se jfakkar f’meta Prim Ministru

Tort ta’ min? Din id-darba, il-Prim Ministru m’għandux l-opportunità li jwaħħal dan il-falliment fil-gvern Nazzjonalista kif tant sar iħobb jagħmel dwar kull ħaġa oħra, minkejja li ilu kważi sentejn fil-gvern. Dan id-darba, il-proġett inkwistjoni kien konċeput, ippjanat u mibdi mill-Partit Laburista. Fejn kien hemm nuqqas fl-ippjanar u filproġettazzjonijiet, kif issa jirriżulta li huwa l-każ, it-tort huwa mija fil-mija tal-partit li jmexxi Joseph Muscat. Huma biss attentati patetiċi dawk talPrim Ministru li anke din id-

‘People get the government they deserve’ jgħidu. U x’aktarx hekk hu. Imma meta lpoplu jittama li qiegħed jivvota favur bidla fid-direzzjoni; jittama li qiegħed jivvota għal gvern li jwiegħed b’konvinzjoni li għandu direzzjoni, jew aħjar road map; jittama li verament, il-pajjiż jaqbad bidla fid-direzzjoni – bidla għall-aħjar, dik hi. Joseph Muscat Kap tal-Partit Laburista u Joseph Muscat Prim Ministru, mhumiex l-istess persuna! Meta l-Partit Laburista kien flOppożizzjoni, kien jitkellem b’ċerta kunfidenza li jekk ikun fit-tmexxija tal-pajjiż, se jagħmel dawk il-bidliet tant meħtieġa biex itejjeb il-qagħda ta’ Malta, jekk mhux jagħmilha l-aħjar fost lEwropej. Iżda f’inqas minn 24 xahar jiggverna, dal-gvern li ‘he calls a spade, a spade’, qiegħed jinbidel f’wieħed li qiegħed jipproduċi enerġija negattiva, enerġija li qiegħda tqajjem dubji jekk Joseph Muscat kienx qed jippjana li jiżvija mir-road map, jew jekk

hux qiegħed jitlifha minħabba li mhux kredibbli. Irrid immur direttament fuq ras il-musmar. U mill-ewwel tiġini f’rasi l-power station li, skont il-Partit Laburista waqt il-kampanja elettorali, jekk ikun fil-gvern, kellu jibniha fi żmien sentejn biex b’hekk, ikunu jista’ jiġi effettwat tnaqqis sostanzjali fit-tariffi tad-dawl u tal-ilma. Wegħda, wegħda kbira. Minkejja li lproġett kien jidher mill-ewwel li huwa impenjattiv, Joseph Muscat u (llum il-Ministru) Konrad Mizzi kienu konvinti li dan huwa possibbli, li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jgħaġġibha fil-kritika tat-timeframes li ta l-Labour... X’ġara? Xi ħaġa marret ħażin – konvintissimu – imma l-Gvern jibqa’ ma jitkellimx. Ftit ġimgħat ilu, iżda, wara pressjoni millmedia u l-Oppożizzjoni sabiex jitwieġbu l-mistoqsijiet, Joseph Muscat il-Prim Ministru jafferma li l-proġett mhux se jitlesta kif kien mistenni, imma se jitlesta fix-xhur ta’ wara d-data destinata. Minkejja dan – ma jimpurtax – it-tariffi tad-dawl u l-ilma jist-

Angelo Micallef

angelo.micallef@gmail.com

darba jsib skuża għaliex m’għandux ikun hemm kontabbiltà fil-konfront talPartit Laburista.

Mistoqsijiet Il-faċilità li biha Joseph Muscat għażel li jikser l-akbar wegħda elettorali tal-Partit Laburista tqanqal ukoll numru ta’ mistoqsijiet ta’ tħassib. Jekk saħansitra l-akbar wegħda nkisret b’faċilità hekk assoluta, kemm se tkun aktar faċli li jinkisru wegħdiet oħra iżgħar? Kemm se tkun aktar faċli biex garanziji mogħtija dwar dan l-istess proġett u wegħdiet b’rabta ma’ dan il-

Marzu 2015 se jkun anniversarju iswed. Se jfakkar f’meta Prim Ministru ta’ pajjiż demokratiku ħassu komdu li bla ebda sens ta’ mistħija jikser wegħda elettorali

proġett jinkisru b’faċilità? Jekk saħansitra wegħda ċara u espliċita ma tfisser xejn, kemm se jfissru inqas ilwegħdiet magħmula abbażi ta’ stqarrijiet li iżda ġew fl-isfond ta’ studji mhux pubblikati jew saħansitra mhux magħmula?

Il-misteru jkompli Joseph Muscat issa qal li lproġett se jittardja b’xhur u mhux bi snin. Naqas iżda, milli jagħti data ta’ meta wieħed jista’ jistenna li se jitlesta l-proġett. Donnu nnuqqas ta’ dati se jsir tipiki tal-gvern ta’ Muscat. Għandna gvern li tela’ bl-għajta ta’ ‘good governance’ u ‘accountability’ li iżda, qiegħed iħalli l-akbar wegħda elettorali

Il-poplu jistħoqqlu jkun ‘on track’

tiegħu u l-elezzjonijiet talKunsilli Lokali t-tnejn mingħajr data speċifika u sempliċement imdendla għas-sena d-dieħla.

Prosit Malta! Nhar it-Tnejn li għadda segwejt lit-tim nazzjonali Malti f’Ta’ Qali kontra l-qawwa tattim Taljan. Logħba li ċertament kienet tintemm b’mod aktar ġust li kieku ntemmet fi draw. Prosit lit-tim Malti li ta qalbu f ’wirja interessanti għan-nazzjon tagħna. Kienet ukoll wirja mill-aktar deludenti għat-tim nazzjonali Taljan li iżda bl-ebda mod ma tnaqqas il-mertu tal-ħidma tal-plejers Maltin. Forza Malta! Go Reds!

Meta jkunu meħtieġa r-risposti, nibqgħu mingħajrhom sakemm il-Gvern ma jkollux għażla oħra ħlief li joħroġ jiddefendi lilu nnifsu Justin Schembri

jstn.schembri@gmail.com

għu jorħsu skont kif imwiegħed, imma a skapitu ta’ xiex? U tweġibiet ftit li xejn, jekk xejn! L-istess, ma jingħatawx tweġibiet dwar il-futur tattrasport pubbliku. Il-Ministru Joe Mizzi jibqa’ ma jitkellimx dwar is-sussidju li l-Gvern biħsiebu jagħti, dwar in-nolijiet – jekk hux se jkunu ogħla jew le – dwar kif u għala ltaqa’ ma’ kumpanijia li bbiddjat għat-tender u li donnha hija destinata biex tkun hi li tirbaħ dan l-istess tender, dwar x’se jiġri mix-xufiera li attwalment qegħdin jaħdmu mal-Malta Public Transport u jekk hux

veru li l-kumpanija Spanjola tridx timpjega l-ħaddiema tagħha. Imbagħad, meta jkunu meħtieġa r-risposti, nibqgħu mingħajrhom, sakemm ilGvern ma jkollux għażla oħra ħlief li joħroġ jiddefendi lilu nnifsu u ġeneralment – raġunata hux? – iwaħħal fil-Gvern ta’ qabel. Hekk qiegħed jipprova jagħmel il-Ministru Joe Mizzi fil-konfużjoni li ħoloq dwar ittlestija tax-xogħol tal-bini talParlament il-ġdid. Wara xhur sħaħ jikkonferma li kollox ‘on track’ – dil-frażi issa ma tistax tittieħed aktar for granted – jistqarr li la x-xogħol ma tlestiex, kif effettivament ġara, il-Parlament ma kienx se jitlaqqa’ fil-bini l-ġdid. U dan jitħabbar biss ftit ġranet qabel

kellha ssir l-inawgurazzjoni skedata. Konferma li Joseph Muscat ma kienx favur dalproġett. Il-poplu vvota lill-Gvern Laburista għax ra fih miraġġ ta’ destinazzjoni li kienet promettenti, imma, wara biss ftit anqas minn sentejn, qiegħed jinnota li minkejja li kollox kellu jkun ‘on track’, mhux kollox huwa effettivament fuq dik id-direzzjoni. Ma nistax ngħid l-istess għaż-żamma talmeritokrazija, għall-umiltà filkonfront ta’ “tista’ ma taqbilx magħna, imma tista’ taħdem magħna”, għall-influss flimpjiegi – mal-Gvern dawn huma! – u ftit jew ħafna tentufiet oħrajn li fil-verità, jisfidaw l-idea li l-poplu Malti qiegħed jieħu gvern li jistħoqqlu!


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Meta twiegħed żewġ nisa li tiżżewwiġhom

Wiegħed kollox lil kulħadd u issa qed jiffaċċja l-konsegwenzi. Din hi fil-qosor il-kwistjoni kollha li nqalgħet fis-saga tażżewġ power stations li Joseph Muscat waħda biegħha liċ-Ċiniżi u l-oħra qal li se jibniha fi żmien sentejn imma lanqas biss beda. Wiegħed li jixtri l-elettriku kollu li tipproduċi l-power station tal-ElectroGas Joseph Muscat sa minn qabel l-elezzjoni ġenerali aċċetta offerta biex tinbena power station ġdida privata taħdem bil-gass u – kruċjali din – aċċetta li jintrabat li jixtri l-elettriku kollu li tipproduċi għal 18-il sena sħaħ bi prezz maqbul għal 5 snin biss.

Wiegħed liċ-Ċiniżi li jbegħelhom il-power station tal-BWSC Meta tela’ fil-Gvern, Joseph Muscat wiegħed ukoll liċ-Ċiniżi li se jbegħelhom il-power station tal-BWSC. Dik kienet power station li hu ma ried b’xejn u qal li hi ħażina, imma meta ġew iċĊiniżi qalulu, “Ara, dik irridu, il-power station effiċjenti li biha qed tiffranka 50 miljun ewro fis-sena.” U aċċetta li jbegħhielhom.

L-EneMalta mhijiex se tibqa’ tipproduċi elettriku Ladarba l-power station tal-BWSC se tkun f’idejn iċ-Ċiniżi, u ladarba l-power station ġdida tal-gass se tkun tal-privat, lEnemalta x’se tagħmel? L-Enemalta kulma se jibqagħlha hi lgrid tal-elettriku – il-wires li jwasslu d-dawl u l-interconnector, il-cable li se jkollna ma’ Sqallija grazzi għall-Gvern Nazzjonalista.

L-Enemalta se tispiċċa kumpanija tal-wires Kulma se tagħmel l-Enemalta hu li tixtri l-elettriku mingħand iċ-Ċiniżi jew mingħand l-ElectroGas jew mill-interconnector u tqassmu f’Malta. L-Enemalta se tkun biss kumpanija tal-wires. Imma issa hawn hu l-bużillis kbir. Iċ-Ċiniżi qed jgħidulu lillGvern, “Trid tassigurana li tixtri l-elettriku tagħna.” L-elettriku mhuwiex landa tal-kunserva, tista’ terfagħha, tista’ tbigħha għada. L-elettriku trid tipproduċih dak il-ħin stess li qed jintuża. U ħadd mhu se jixtri power station biex iħalliha mitfija.

Diġà marbut mal-ElectroGas b’katina Imma Muscat diġà ntrabat mal-ElectroGas li jixtri l-elettriku tagħhom. U l-elettriku tat-tnejn f’daqqa – tal-ElectroGas u talBWSC – hu d-doppju ta’ kemm Malta jkollha bżonn elettriku fi żminijiet normali. Dan hu l-bużillis. U għalhekk l-ElectroGas għadha ma ħallsitx il-kapparra ta’ €30 miljun li tant kien ftaħar bihom Muscat, u għalhekk il-proġett tal-ElectroGas għadu ma bediex, u għalhekk iċ-Ċiniżi qomsu. Wiegħed li jiżżewweġ żewġ nisa f’daqqa U dak li ġara issa hu storja tal-films. Qisu Muscat wiegħed żewġ nisa li jiżżewwiġhom, waħda minnhom organizzat it-tieġ, u l-oħra saret taf. Ix-xena – jew xenata – tal-għarusa li ndunat qiegħda sseħħ proprju issa, fil-kurituri tal-poter.

11

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

Jistennew lil tal-linja

Dan ir-ritratt, li ttieħed minn qarrejja ta’ ‘In-Nazzjon’, juri kju kbir ta’ persuni jistennew lil tal-linja fuq l-istage ta’ taħt Bieb il-Bombi, fil-Furjana. Għal xi raġuni, għal ħin twil m’għaddiet l-ebda karozza tal-linja, minkejja li minn hawn suppost jgħaddu varjetà sħiħa ta’ rotot differenti. Bil-konsegwenza li kien hemm min spiċċa tilef lectures, jew kien se jasal tard il-Junior College, l-Università, jew għaxxogħol. Malli, imbagħad, bdew jgħaddu tal-linja, dawn bdew jgħaddu kollha mimlijin, u allura jibqgħu sejrin.

Billboards skaduti

Ma nistax nifhem ir-raġuni għala ċerti billboards li jirreklamaw attività partikulari jibqgħu hemm, itellfu l-konċentrazzjoni tas-sewwieqa, li diġà għandhom biżżejjed xi jtellifhom, għal ġranet u ġimgħat sħaħ wara li tkun saret l-attività reklamata. Bħalissa, peress li ngħaddi minn quddiemu mill-inqas darbtejn kuljum, qed jiġini f’moħħi l-billboard fid-daħla ta’ Ħ’Attard jirreklama r-Rockestra, l-attività organizzata millPresident ta’ Malta b’risq ilMalta Community Chest Fund, li

ilha li għaddiet mit-28 tax-xahar li għadda. Possibbli xi ħaġa daqshekk kbira li dawn il-billboards jiżżarmaw hekk kif tgħaddi l-attività? Xi jgħidu l-permessi ta’ Transport Malta dwar dan? John Agius Ħ’Attard

Partit tal-gimmicks

B’min ħaseb li se jgħaddi żżmien Joseph Muscat meta taparsi ried jagħti l-impressjoni li hu sod mal-kaċċaturi li jiksru l-

25 sena ilu f’In-Nazzjon

liġi kif ifettlilhom, u ħanin malambjent u mal-għasafar meta ssospenda l-istaġun tal-kaċċa talħarifa? Bħallikieku mhux kulħadd kien jafha r-raġuni wara din iddeċiżjoni! Bħallikieku mhux kulħadd kien jaf li ftit jiem biss wara ssmigħ tal-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella, listaġun kien se jerġa’ jiftaħ. Il-Partit Laburista bidel ismu, imma mhux għemilu. Kemm flOppożizzjoni, kif ukoll filGvern, baqa’ l-istess. Partit talgimmicks. Claire Spiteri Ħal Balzan

“Glasnost bir-reverse”. Hekk ġiet deskritta lmewġa ta’ tkeċċijiet ta’ moderati mill-Partit Laburista, bl-iskuża ta’ riformi biex il-Partit jerġa’ jakkwista l-fiduċja tal-maġġoranza tal-elettorat. Riformi li kienu qed isiru proprju fl-40 anniversarju minn meta kienu keċċew mit-tmexxija lil Pawlu Boffa. Dan hekk kif żviluppi reċenti wrew li filLabour kienu qed jiksbu saħħa kbira dawk li ma jridux stil ta’ politika ġdida. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja tal-Punent indika li l-pajjiżi tal-Lvant kienu mħajrin ifittxu sħubija fil-Komunità Ekonomika Ewropea (illum l-Unjoni Ewropea) meta f’diskors fi Franza, tkellem dwar l-importanza li l-gvernijiet riformisti fil-Lvant tal-Ewropa jsiru soċji fil-Komunità Ewropea bil-possibbiltà li fil-futur isiru membri sħaħ. Il-Kappella fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata spiċċat fil-mira ta’ vandali li daħlu fiha matul il-lejl, u wettqu ħerba. B’xorti tajba t-tabernaklu ma ntmess xejn minnu, għalkemm infetaħ. Deher ukoll li sar attentat biex il-post jingħata n-nar.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

12

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

OPINJONI

Alice se tibqa’ f’Wonderland

Żgur li lkoll niftakru ddibattiti twal ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, bejn Konrad Mizzi u rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fuq il-famuż pjan tal-enerġija li kien qed jipproponi l-Partit Laburista. Biex niffriskaw ftit il-memorja, niftakru lil Konrad Mizzi jispjega kif il-Gvern kien beħsiebu jibda jixtri l-elettriku mingħand kumpanija privata li se tibni power station ġdida tal-gass. Mizzi kien spjega li l-ispiża tal-gass, ilqligħ biex il-privat iġib lura lispiża tiegħu, u l-profitt li se jkun qed jagħmel, kienu se jwasslu għal spiża inqas millelettriku li qed niġġeneraw miż-żejt. Biex inkunu eżatti, kien qal li l-Enemalta se tkun qed

tiffranka 187 miljun ewro fissena, u li se jkun qed juża 110 miljun ewro minnhom biex iħallas lura d-dejn talEnemalta, waqt li s-77 miljun ewro l-oħra se jkun qed jagħtihom lura lin-nies f’roħs fil-kontijiet. Kien wiegħed li biex dan il-pjan ikun suċċess, il-power station il-ġdida se tkun inbniet sal-2014 u bdiet taħdem sa Marzu 2015. Wiegħed li dan il-proġett jinkludi ‘power purchase agreement’ bi prezz fiss għal 10 snin, u li jinkludi ħażna ta’ gass ta’ żewġ tankijiet ta’ 60,000 metru kubu (daqs ilkoppla tal-Mosta darbtejn). IlPrim Ministru ta l-kelma tiegħu li se jieħu r-responsabbilità tal-proġett hu nnifsu, u li jekk ma jitlestiex fil-ħin, lest jirriżenja.

Għandna konferma li kif kien jgħid il-Partit Nazzjonalista, dan il-proġett kien ħrafa li ma tistax issir, u se jsir b’mod differenti ħafna u fi żmien differenti ħafna milli kien imwiegħed

Issa għandna konferma li kif kien jgħid il-Partit Nazzjonalista, il-power station ma tistax tkun lesta sa Marzu 2015

Mark Anthony Sammut markasammut@gmail.com

Issa li għaddiet l-elezzjoni, l-istorja nbidlet. Issa għandna konferma li kif kien jgħid ilPartit Nazzjonalista, il-power station ma tistax tkun lesta sa Marzu 2015. Għandna konferma li kif kien jgħid il-Partit Nazzjonalista, din ma tistax topera b’ħażna ta’ gass ta’ 60,000 metru kubu, imma b’ħażna tliet darbiet akbar u li se tkun maħżuna f ’tanker ankrat fil-Port ta’ Marsaxlokk. Għandna konferma li kif kien jgħid il-Partit Nazzjonalista, ma jistax isir ftehim ta’ prezz fiss għal 10 snin, imma se jsir ftehim għal ħames snin biss. Għandna konferma li kif kien jgħid il-Partit

Nazzjonalista, dan il-proġett kien ħrafa li ma tistax issir, u se jsir b’mod differenti ħafna u fi żmien differenti ħafna milli kien imwiegħed. Is-sabiħa mhix din. Issabiħa hi li l-Gvern xorta se jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma avolja mhux se jkun bena l-power station. Issabiħa hi li d-dejn talEnemalta mhux se jaqtgħu bilflus li se jiffranka bl-użu talgass, kif spjega Konrad Mizzi qabel l-elezzjoni, imma billi biegħ l-Enemalta liċ-Ċinizi, u din ma kienx qalhielna qabel l-elezzjoni. U allura qed jistaqsu n-nies: la l-kontijiet roħsu xorta mingħajr il-power station, la l-kontijiet għall-industrija se jorħsu xorta f’Marzu li ġej mingħajr il-power station,

Il-kompromessi ta’ Muscat u sħabu

Il-Gvern tal-lum qed ipinġi lilu nnifsu bħala gvern li jisma’, u li jilħaq il-kompromessi. Kellna diversi każi meta lGvern, mhux talli ma semax, talli webbes rasu. U f’iktar minn każ wieħed, il-Gvern kellu jmur lura minn kliemu għax jinduna li kien se jagħmel żball. Dan ma jfissirx li għax ikun sema’, imma għaliex ikun għaġġel fl-ewwel deċiżjoni li ħa u l-Oppożizzjoni (u l-poplu) ġegħlitu jirrealizza dan.

Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali Skont il-Gvern, il-proposta li ħarġet din il-ġimgħa hi kompromess. Dan meta l-Gvern mhu se jagħmel xejn ħlief iħalli d-dritt li jivvutaw lil nofs Malta fl2015, kif inhu dritt ta’ kull persuna f’pajjiż fejn suppost tirrenja d-demokrazija. Fl-istess waqt, se jċaħħad l-istess dritt

lin-nofs l-ieħor tal-pajjiż billi jneħħi l-elezzjonijiet tal-2017. Għall-Gvern, kompromess hu li dawk li n-nies eleġġew għal erba’ snin, issa se jibqgħu hemm għal sitta minflok.

Traffiku Iktar ma jmur, it-traffiku fittoroq Maltin qed jiżdied u wieħed qed iqatta’ dejjem aktar ħin jivvjaġġa. Il-kompromess tal-Gvern u l-entitajiet tiegħu kien li qed jipprova jbella’ lillpoplu li t-traffiku huwa biss perċezzjoni – bħallikieku lkarozzi ta’ quddiemek qed timmaġinahom. Mela hawn nistaqsi: jekk it-traffiku talbieraħ kien perċezzjoni, tal-lum jiġi déjà vu?

Trasport pubbliku Bla dubju, it-trasport pubbliku f’Malta hu waħda millikbar pjagi u qed jinfluwixxi

Il-poplu għadu fid-dlam f’dak li għandu x’jaqsam mas-sussidju li se jitħallas mit-taxxi tagħna u n-nolijiet il-ġodda

kellu raġun il-Partit Nazzjonalista jgħid li din ilpower station m’għandniex bżonnha? U la din il-power station m’għandniex bżonnha, għaliex se ssir? La m’għandniex bżonnha, għaliex se nagħtu monopolju tal-enerġija tagħna lill-privat għal 18il sena, u se nagħtu kontroll fuq l-assi tal-Enemalta lillGvern Ċiniż? X’kien miftiehem qabel l-elezzjoni mal-Partit Laburista li llum li qiegħed fil-Gvern qed jorbotlu jdejh? Dawn huma r-risposti li jrid il-poplu. U la Alice se tibqa’ f’Wonderland u mhix se ssir realtà kif imwiegħed, il-Prim Ministru se jżomm kelmtu? IlPrim Ministru se jirriżenja kif qal li se jagħmel?

Jekk dan hu l-mod li l-Gvern jara ‘kompromess’, allura l-poplu għandu problema, għaliex f’kull kompromess, l-uniku effett li qed ikollu fuqu l-poplu hu wieħed negattiv

Antonello Cuschieri

antonello.cuschieri@gmail.com

wkoll fuq l-ammont ta’ traffiku li qed naraw fit-toroq. Anke hawn, il-Gvern ġie b’kompromess mal-poplu. Tajjar lill-Arriva minn Malta biex imbagħad daħal għal piż ikbar f’sussidju sakemm bilkalma kollha, isib operatur ġdid. Operatur ġdid li jidher li se jkun Spanjol, li minkejja li għadu ma tħabbarx uffiċjalment, diġà fetaħ uffiċċju Malta u l-poplu għadu fiddlam f’dak li għandu x’jaqsam mas-sussidju li se jitħallas mit-taxxi tagħna u n-nolijiet il-ġodda.

Il-prezz tal-fuel Anke hawn, il-Gvern ried jilħaq kompromess f’April li għadda. Waqt konferenza talaħbarijiet li saret apposta biex jitħabbar tnaqqis miżeru ta’ 2c fuq il-petrol, il-Gvern ħabbar ukoll li l-prezz tal-fuel se jibqa’ fiss sal-aħħar tas-sena. Falza stikka oħra għaliex issa li għadna tliet xhur ’il bogħod millaħħar tas-sena, il-prezz tal-fuel qed jonqos mad-dinja kollha, imma għall-konsumatur Malti le, bis-saħħa tal-kompromess talGvern. Kompromessi li jweġġgħu Jekk dan hu l-mod li l-Gvern jara ‘kompromess’, allura lpoplu għandu problema, għaliex

f’kull kompromess, l-uniku effett li qed ikollu fuqu l-poplu hu wieħed negattiv. Kompromess li l-Gvern jipprova jimbotta bħala ħaġa pożittiva, bit-tama li l-poplu ma jindunax li dak li qed iwassal għal dawn il-kompromessi, mhu xejn ħlief deċiżjonijiet mgħaġġlin u ħżiena li jieħu l-Gvern, jew riżultat tan-nuqqas ta’ ppjanar u viżjoni li bih Joseph Muscat u sħabu qed imexxu lil dan ilpajjiż. Bl-istess mod li fit-triq, jekk tagħmel u-turn teħel u tħallas ċitazzjoni, il-Gvern ta’ kull uturn qed jeħel ċitazzjoni, u nħallsuhielu aħna mit-taxxi tagħhna. Il-Gvern ta’ Muscat jagħmel ‘il-kompromessi’ u lpoplu jħallas għalihom.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Tbassir ta’ 10,000 każ kull ġimgħa L-EBOLA

Uffiċjal tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) avża li jista’ jkun hemm sa 10,000 każ ġdid ta’ Ebola kull ġimgħa fixxahrejn li ġejjin, u stqarr li r-rata tal-imwiet issa żdiedet sa 70 filmija.

Bruce Aylward, l-assistent direttur ġenerali tal-WHO, f’konferenza tal-aħbarijiet qal li r-rata tal-imwiet ta’ 70 fil-mija kienet qed twassal għal “marda li qed ikollha mortalità għolja” f’kull ċirkostanza u li l-aġenzija

Każ ieħor f’Dallas L-ISTATI UNITI

It-tieni ħaddiem tas-saħħa fi sptar f’Texas marad bl-Ebola. Ilħaddiem kien wieħed minn 76 membru tal-istaff mediku li kkuraw lil Thomas Eric Duncan f’Dallas, l-ewwel persuna li mietet kawża tal-virus qattiel flAmerika. Il-ħaddiem infettat, li ismu ma xxandarx, kellu d-deni u spiċċa iżolat fl-isptar. Uffiċjali tassaħħa intervistaw lil dan il-pazjent sabiex jidentifikaw il-possibbiltà li jkunu segwiti persuni oħra li kellu kuntatt magħhom. B’kollox, qed ikunu segwiti 125 persuna – 11 li huma esposti b’mod definit u 114 li setgħu ġew infettati. Nina Pham, infermiera ta’ 26 sena, ukoll qed tingħata l-kura għall-Ebola wara li ġiet infettata bil-marda waqt li kienet qed tieħu ħsieb lil Duncan fl-istess sptar f’Texas. Din l-infermiera tinsab iżolata u kien rappurtata li tinsab f’qagħda stabbli. Nina Pham tinsab f’burdata tajba u anki kellmet lil ommha permezz ta’ Skype. L-infermiera kienet f’tim ta’ 70 membru tal-istaff mediku li ħa ħsieb Duncan, li għandu 42 sena, wara li kien instab li għandu lvirus, meta wasal fl-Istati Uniti mil-Liberja.

Minkejja li libset ilbies protettiv li inkluda ġagagi, ingwanti u maskri waqt li kienet qed tikkura lil Duncan, l-infermiera saret lewwel persuna li nħakmet millmarda fl-Istati Uniti. Thomas Frieden, id-direttur taċĊentri għall-Kontroll u lPrevenzjoni tal-Mard (CDC) kien waħħal f’“nuqqas fil-protokoll” fil-kontroll tal-infezzjoni li wassal biex Nina Pham ħadet l-Ebola. Thomas Eric Duncan wasal f’Texas mil-Liberja fl-20 ta’ Settembru u kien beda juri sintomi tal-Ebola tlett ijiem wara lwasla tiegħu tant li spiċċa rikoverat f’Texas Presbytarian Hospital fit-28 ta’ Settembru. Hu miet fit-8 ta’ Ottubru. Dan Varga, l-uffiċjal kliniku talisptar qal li l-ħaddiema kollha kienu segwew il-prekawzjonijiet rakkomandati waqt li taw il-kura lil Duncan. Is-CDC qalet li mument kritiku seta’ seħħ meta Nina Pham neħħiet it-tagħmir li kienet qed tuża. Thomas Frieden żied li l-każ se jkun qed ibiddel b’mod sostanzjali l-attitudni ta’ kif l-istaff mediku jikkontrolla l-virus u saħaq li “rridu naħsbu mill-ġdid kif għandna nindirizzaw il-kontroll tal-Ebola, għax anki infezzjoni waħda hi inaċċettabbli”.

tas-saħħa tan-Nazzjonijiet Uniti għadha ffukata biex tiżola lil dawk il-persuni infettati u kemm jista’ jkun tipprovdilhom il-kura. In-numru ta’ nies li mietu kawża tal-Ebola issa tela’ għal 4,447 u lmaġġoranza tagħhom kienu ġejjin

mill-Punent tal-Afrika. Barra minn hekk, in-numru ta’ każi suspettati kien ta’ 8,914. L-aktar pajjiżi milquta minn din il-marda qalila huma Sierra Leone, il-Guinea u l-Liberja. Lassistent direttur ġenerali tal-

13

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

WHO żied li l-organizzazzjoni tinsab imħassba dwar il-firxa talEbola fi tlett ibliet kapitali – Freetown, Conakry u Monrovia. Hu nnota li filwaqt li ċerti zoni qed jaraw tnaqqis fil-każijiet, ma jfissirx li dawn se jispiċċaw.

Tabib jilbes ilbies protettiv għal kontra l-Ebola fi sptar f’Basel fl-Iżvizzera (Ritratt: EPA)

Donazzjoni minn Zuckerberg L-ISTATI UNITI

Mark Zuckerberg, il-fundatur ta’ Facebook, u martu Priscilla Chan, taw $25 miljun b’donazzjoni lill-fergħa ta’ bla profitt fi

Mietu bil-marda

L-AFRIKA T’ISFEL

Tobba Bla Fruntieri, lorganizzazzjoni internazzjonali għall-għajnuna, qalet li 16 mill-ħaddiema tagħha kienu infettati bl-Ebola, u disgħa minnhom saħansitra mietu. Sharon Ekambaram, il-Kap ta’ Tobba Bla Fruntieri, f ’konferenza tal-aħbarijiet f ’Johannesburg qalet li ħaddiema tas-saħħa ma rċivewx għajnuna adegwata millkomunità internazzjonali. Hi qalet li filwaqt li kienu saru ħafna offerti, dawn ma tejbux il-qagħda tal-pajjiżi milquta.

ħdan iċ-Ċentri Amerikani għallKontroll tal-Mard sabiex tkun miġġielda l-marda tal-Ebola. Ilkoppja Zuckerberg qalet li

ħafna gvernijiet mhumiex qed jirrealizzaw li l-marda hi kritika u se tkun qed teffettwa ħafna pajjiżi.


14

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

Suspetti li l-ISIS għandu l-armi kimiċi L-IRAQ

www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Hemm suspetti qawwija li lgrupp militanti Iżlamiku tal-ISIS irnexxielu jikseb l-armi kimiċi. Dan wara li l-grupp ħa l-kontroll ta’ maħżen tal-Gvern Iraqi fejn kien hemm maħżuna 2,500 arma kimika. Uffiċjali Iraqin kienu kitbu linNazzjonijiet Uniti biex jinfurmawhom li dawn l-armi, li fihom il-gass velenuż Sarin, u li kienu maħżuna f’kumpless f’Muthanna, kienu spiċċaw f’idejn l-ISIS.

Il-kumpless kien jintuża fi żmien id-dittatura ta’ Saddam Hussien biex jipproduċi dawn larmi. Uffiċjali Iraqin ikkonfermaw man-NU li permezz talkameras tas-sigurtà, huma setgħu jikkonfermaw li dawn l-armi kif ukoll tagħmir ieħor fil-kumpless, kienu spiċċaw f’idejn l-ISIS. L-Ammirall John Kirby, kelliem tal-Pentagon, qal li sa fejn taf l-Istati Uniti, il-materjal li kien maħżun f’Muthanna kien pjuttost antik u diffiċli biex jin-

tuża. Kirby qal li l-każ ta’ Muthanna ma kienx ta’ tħassib partikulari għall-Istati Uniti u larmi kienu aktar ta’ periklu għallISIS stess, peress li huma antiki u għalhekk perikolużi. L-aħħar rapport min-NU dwar l-armi kimiċi fl-Iraq kien inħareġ madwar sena wara li l-ispetturi telqu f’Marzu tal-2003. Kien intqal li f’bunker kien hemm 2,500 rocket mimlija Sarin u li kienu nbnew qabel l-1991, kif ukoll 180 tunnellata ta’ sodium

syanide, kmika tossika ħafna li tintuża fil-bini ta’ arma kimika oħra. Intqal li ħafna mir-rockets li kien hemm kienet saritilhom ilħsara wara li l-kumpless kien ibbumbardjat fil-Gwerra tal-Golf tal-1991. B’rabta ma’ dan il-każ, in-New York Times żvelat li bejn l-2004 u l-2011, truppi Amerikani kienu sabu armi kimiċi fl-Iraq. Dan wara l-invażjoni tal-2003. Imma l-Pentagon kien għażel li kollox jinżamm mistur.

Il-ġurnal Amerikan qal li b’kollox kienu nstabu 5,000 arma kimika. Intqal li kollox kien inżamm mistur għaliex xi wħud kienu prodotti fl-Istati Uniti kif ukoll kienu ilhom hemm mill-bidu tas-snin tmenin u għalhekk ma kinux jappoġġjaw ir-raġunar tal-President George W. Bush biex jinvadi lIraq fl-2003. Dawn l-armi kienu hemm biex jintużaw fil-gwerra bejn l-Iraq u l-Iran bejn l-1980 u l-1988.

L-Istati Uniti u r-Russja, minkejja d-differenzi kbar li hemm bejniethom bħalissa, qablu li jikkooperaw flimkien rigward it-theddida mill-ISIS. It-tnejn qablu biex, fost affarijiet oħra, jibdew jaqsmu informazzjoni li għandhom is-

servizzi sigrieti dwar il-militanti Iżlamiċi. Id-deċiżjoni ttieħdet wara laqgħa ta’ tliet sigħat f’Pariġi bejn John Kerry, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, u Sergei Lavrov, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu.

Kerry qal li ż-żewġ pajjiżi kienu jaqblu li l-ISIS għandu jinqered. Ir-Russja hi mħassba ħafna minħabba l-preżenza ta’ ħafna Ċeċeni mal-ISIS u li dawn ladarba jirritornaw jistgħu jerġgħu jibdew jaqilgħu l-inkwiet għal

Moska. Sadattant, l-ISIS komplew jippruvaw javvanzaw lejn il-kapitali tal-Iraq, Bagdad, kif ukoll qed jippruvaw jieħdu l-kontroll ta’ Kobane, il-belt Sirjana li tmiss mal-fruntiera Torka. Hawn, il-ġellieda Kurdi qed

ikomplu jirreżistu minkejja li lmilitanti Iżlamiċi huma armati aħjar minnhom. Fl-istess ħin iżda, huma qed ikunu appoġġjati minn attakki mill-ajru minn diversi pajjiżi. Dawn l-attakki komplew ilbieraħ matul il-ġurnata.

Ir-Russja u l-Istati Uniti jingħaqdu kontra l-ISIS

Ġellied Kurd qrib il-bandiera Kurda li issa qed tperper minflok dik li kien hemm tal-ISIS fuq għolja fil-periferiji ta’ Kobane (Ritratt: EPA)

Ċipru mħasseb ħafna dwar l-ISIS Ioannis Kasoulides, ilMinistru tal-Affarijiet Barranin Ċiprijott, esprima tħassib kbir dwar l-ISIS b’mod partikulari minħabba l-iżviluppi fil-Libanu. Kasoulides qal li hemm theddida immedjata għal Ċipru jekk lISIS jistabbilixxu ruħhom hemm. Dan hekk kif truppi Libaniżi kellhom jintervjenu biex iwaqqfu lil militanti Iżlamiċi milli jieħdu l-kontroll ta’ zona strateġika tul il-fruntiera Sirjana mal-Libanu. Il-każ seħħ tul il-fruntiera fizzona ta’ Wadi Rafeq, f’Arsal. Ilmilitar Libaniż kien appoġġjat

minn ġellieda Xiiti tal-Hezbollah fil-ġlied li nqala’ mal-militanti Iżlamiċi. F’Awwissu li għadda, fl-istess inħawi ta’ Arsal, kien hemm inċidenti bejn truppi Libaniżi u militanti Iżlamiċi kemm tal-ISIS kif ukoll tal-Front al-Nusra. 19-il suldat Libaniż inqatlu f’dak ilġlied u 86 oħra ndarbu. Kasoulides insista li minħabba l-pożizżjoni ġeografika ta’ pajjiżu, Ċipru se jispiċċa bħala lewwel front tal-Unjoni Ewropea mal-ġellieda tal-ISIS. Hu appella wkoll biex l-Unjoni Ewropea żżid l-impenn tagħha

beix tgħin lil-Libanu għaliex jekk l-ISIS jilħqu l-kosta talLvant tal-Mediterran, dan se joħloq periklu immedjat għassigurtà ta’ Ċipru. Il-Ministru Ċiprijott żvela wkoll li Ċipru kien ta kwantità ta’ munizzjon lill-Armata Libaniża u qed jistenna li pajjiżi oħra jagħmlu l-istess. Hu żied li anki jekk il-periklu għal Ċipru bħalissa jista’ jidher remot, il-gvernijiet ma jaħdmux fuq il-bażi ta’ probabbiltajiet imma fuq possibbiltà u din ilpossibbiltà għal Ċipru hemm qiegħda.


www.maltarightnow.com

15

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Lest jillibera lil Bengażi IL-LIBJA

Il-Ġeneral irtirat Khalifa Haftar ħabbar li l-forzi militari tiegħu huma lesti li jilliberaw lil Bengażi minn gruppi armati oħrajn. F’diskors imxandar fuq stazzjon tat-televiżjoni nazzjonali, ilĠeneral Haftar qal li l-forzi tiegħu dalwaqt se jwettqu attakki kbar fuq il-ġellieda estremisti. Barra minn hekk, hu talab lir-residenti biex jiġġieldu lit-terroristi. Bengazi ilha zona ta’ gwerra minn Mejju, meta Haftar ingħaqad mal-armata u ddikjara gwerra fuq gruppi ta’ milizzji. Forzi leali lejn Haftar ma rnexxilhomx jaffrontaw gruppi armati rivali u dan l-aħħar tilfu l-

maġġoranza tal-bażijiet tagħhom f’Bengażi. Bħalissa, għadhom kif ħadu l-kontroll tal-ajruport internazzjonali ta’ Beinina f’Bengażi stess u z-zoni tal-madwar. Sadattant, dimostranti li qed jimblukkaw il-ħażna taż-żejt f’Abul Attifel heddew li jagħlqu ħażna oħra biex jisfurzaw lillkumpanija tal-istat li tmexxi żżejt biex tħaddem mijiet ta’ nies lokali. Il-ħażna taż-żejt, li hi inizjattiva konġunta bejn ilkumpanija Taljana Eni u lkumpanija tal-istat Libjan, ilha magħluqa għal sena sħiħa minn nies lokali li qed jitolbu għaxxogħol.

Truppi Russi jirtiraw mill-fruntiera L-UKRAJNA

John Kerry, is-Segretarju talIstat Amerikan iltaqa’ ma’ Sergei Lavrov, il-Ministru għallAffarijiet Barranin tar-Russja f’Pariġi. Iż-żewġ naħat iddiskutew l-irtirar tat-truppi mill-fruntiera Ukrena u l-qsim ta’ tagħrif sensittiv dwar l-ISIS Is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry u lMinistru Russu Sergei Lavrov iltaqgħu f’Pariġi biex jiddiskutu numru ta’ kwistjonijiet, fosthom il-kriżi fl-Ukrajna, li dgħajfet bil-kbir ir-rabtiet bejn Moska u Washington. Kerry qal li t-truppi Russi kienu qed jirtiraw mill-Ukrajna

– inizjattiva neċessarja biex jaqgħu s-sanzjonijiet millPunent. Qabel il-laqgħa li saret nhar itTlieta, il-President Russu Vladimir Putin – li se jiltaqa’ mal-President Ukren Petro Poroshenko – sejjaħ aktar minn 17,000 suldat li kienu ilhom stazzjonati mal-fruntiera Ukrena mis-sajf. Il-Ministru Russu pprova jikkonvinċi lis-Segretarju talIstat John Kerry biex ineħħi ssanzjonijiet kontra r-Russja, li kellhom impatt qawwi fuq lekonomija tal-pajjiż u jista’ jkollhom riperkussjonijiet fit-tul.

Dimostranti li ndarbu mill-Pulizija f’Hong Kong waqt li kienu qed jipprotestaw favur id-demokrazija f’din l-ekskolonja Ingliża (Ritratt: EPA)

It-tensjoni teskala wara li l-pulizija sawtu dimostrant HONG KONG

L-awtoritajiet ta’ Hong Kong qalu li membri tal-pulizija li kienu involuti f’każ ta’ swat filkonfront ta’ dimostrant favur iddemokrazija għandhom jitneħħew minn kull kariga. Dan wara li filmat tal-inċident iċċirkola fuq l-internet u qajjem kjass sħiħ minn uħud mill-politiċi u mill-pubbliku ġenerali. Il-Pulizija qalet li arrestat 45 dimostrant bl-użu tal-pepper spray fuq dawk li rreżistew. Dan hekk kif tneħħew il-barrikati minn arterja prinċipali fil-belt ikkontrollata miċ-Ċiniżi.

F’filmat li kien imxandar fuq listazzjon tat-televiżjoni TVB, diversi pulizija dehru jsawtu u jagħtu bis-sieq lil dimostrant li kien immanettjat għal diversi minuti wara li kaxkruh lejn rokna mdallma qrib sit fejn kienu qed isiru l-protesti. Lai Tung-kwok, is-Segretarju għas-Sigurtà ta’ Hong Kong, f’konferenza tal-aħbarijiet qal li l-Pulizija se tinvestiga l-allegat użu ta’ forza eċċessiva. Lai żied li l-pulizija li nqabdu fil-filmat, se jitneħħew temporanjament mis-servizz.

Ir-rabja kbir fuq dan il-każ ta’ swat tista’ tikkonsolida l-appoġġ għall-moviment favur iddemokrazija fl-ekskolonja tarRenju Unit, fejn wara aktar minn ġimagħtejn ta’ protesti fuq restrizzjonijiet miċ-Ċina dwar kif għandha tagħżel il-mexxej ilġdid fl-2017, in-numru ta’ dimostranti naqas minn 100,000 persuna għal fi ftit mijiet. Alan Leong, il-mexxej talPartit Ċiviku favur id-demokrazija, identifika lill-persuna fil-filmat bħala Ken Tsang Kin-chiu u qal li hu membru tal-partit.

Mistennija maltempata qawwija IR-RENJU UNIT

L-Ingilterra se tkun qed tħabbat wiċċha ma’ maltemp kbir filħamest ijiem li ġejjin u dan minħabba pressjoni baxxa ħafna madwar il-Baħar Atlantiku. Wara li x-xita ppredominat ilġurnata tal-bieraħ, il-pajjiż se jkun qed jesperjenza xita qalila u maltempati bir-ragħad segwiti b’aktar xita fi tmiem il-ġimgħa. It-temp bix-xita qed ikun ikkawżat minħabba arja instabbli u pressjoni baxxa li se tkun ikkonċentrata fil-Punent talIngilterra. Dan se jwassal għal

riħ qawwi u kundizzjonijiet oħrajn ta’ temp ħażin. Xita qalila se tkun qed tippersisti fil-Lbiċ tal-pajjiż u f’Wales illum, b’maltempati bir-ragħad f’xi nħawi. It-temp instabbli mistenni jbatti għada, qabel ma tinżel aktar xita u jqum riħ qawwi nhar isSibt. Skont l-uffiċċju meteoroloġiku, ix-xita se tinżel bl-aktar mod qawwi u frekwenti finNofsinhar ta’ Wales u fil-Lbiċ tal-Ingilterra.

SPANJA: Grupp ta’ immigranti jippruvaw jidħlu fit-territorju Spanjol ta’ Melilla tul il-kosta Afrikana. Madwar 200 immigrant ippruvaw jidħlu f’dan it-territorju li jmiss mal-Marokk – it-tieni sforz simili f’24 siegħa (Ritratt: EPA)


16

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

L-obeżità hi kundizzjoni li tista’ twassal għal mard serju

www.maltarightnow.com

SAĦĦA

Charles Muscat

L-obeżità, jew aħjar, il-ħxuna żejda, hi kundizzjoni li tista’ twassal għal mard serju, bħaddijabete tat-tip 2, mard tal-qalb, pressjoni għolja, artrite, diżordni fl-irqad u anke puplesija. Finnisa, jekk il-qies tal-qadd ikun ta’ 88 ċentimetru (35 pulzier) jew aktar, ikun hemm riskju akbar ta’ mard. Fl-irġiel, jekk il-qies ta’ qaddhom ikun ta’ 101 ċentimetru jew 40 pulzier jew aktar, ikun hemm riskju akbar ta’ mard. Għalhekk, importanti li wieħed inaqqas mill-piż, iżomm dieta tajba għas-saħħa, ma jpejjipx u jagħmel attività fiżika.

X’inhi l-obeżità? L-obeżità hi meta persuna jkollha tant xaħam żejjed filġisem li saħħitha tkun fil-periklu. Ix-xaħam iż-żejjed jista’ jwassal għad-dijabete tat-tip 2, mard tal-qalb, pressjoni għolja, artrite, diżordni fl-irqad u anke puplesija. Minħabba dawn irriskji kollha, importanti li wieħed inaqqas mill-piż żejjed anke jekk bħalissa wieħed iħossu tajjeb. Hu diffiċli li wieħed jibdel id-drawwiet tal-ikel u tal-eżerċizzju imma jista’ jagħmel dan jekk ifassal pjan tajjeb.

Fl-irġiel, jekk il-qies ta’ qaddhom ikun ta’ 101 ċentimetru jew 40 pulzier jew aktar, ikun hemm riskju akbar ta’ mard

Kif nista’ nkun naf jekk għandix piż żejjed?

Tista’ tuża dak li jissejjaħ il‘body mass index’ jew BMI,

flimkien mal-qies ta’ qaddek biex tkun taf jekk il-piż tiegħek hux perikoluż għal saħħtek. IlBMI hu kumbinazzjoni ta’ kemm

Tfal li huma ħoxnin iżżejjed huma wkoll f’riskju ta’ problemi ta’ saħħa matul ħajjithom

int twil u kemm tiżen. Jekk għandek BMI ta’ 30 jew aktar, tiekol ikel mhux tajjeb għas-saħħa u ftit li xejn tagħmel eżerċizzju fiżiku,

il-piż żejjed tiegħek qed ipoġġi lil saħħtek fil-periklu. għal paġna 17


www.maltarightnow.com

17

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

SAĦĦA

L-alkoħol żejjed, bħall-birra, l-inbid u xarbiet oħra, fih ħafna kaloriji u jista’ jwassal għall-obeżità minn paġna 16

Dawk li jkollhom ħafna xaħam madwar żaqqhom, aktar milli madwar kuxxtejhom, huma aktar f’riskju li jkollhom problemi ta’ saħħa. Fin-nisa, jekk il-qies tal-qadd ikun ta’ 88 ċentimetru (35 pulzier) jew aktar, ikun hemm riskju akbar ta’ mard. Fl-irġiel, jekk ilqies ta’ qaddhom ikun ta’ 101 ċentimetru jew 40 pulzier jew aktar, ikun hemm riskju akbar ta’ mard. Imma x’jikkawża l-obeżità? Meta wieħed jieħu aktar kaloriji minn kemm jaħraq, ikun qed iżid fil-piż. Il-mod kif tiekol, jekk intix attiv fiżikament u affarijiet oħrajn, jeffettwaw kif il-ġisem juża l-kaloriji u jekk iżżidx il-piż. Jekk il-membri talfamilja tiegħek huma ħoxnin iżżejjed, jista’ jkun li writt it-tendenza li żżid il-piż. Il-familja tiegħek ukoll tgħin biex tifforma d-drawwiet tal-ikel u l-mod ta’ għajxien, li jistgħu jwasslu għall-obeżità. Anke l-ħajja mgħaġġla tagħna tagħmilha iktar diffiċli biex nippjanaw u nsajru ikel tajjeb għas-saħħa. Għal ħafna minna, hu aktar faċli li mmorru għal ikel lest bħat-takeaway, li mmorru nieklu barra jew li nieklu ikel ippreparat minn qabel. Imma ħafna drabi, dan l-ikel ikun fih ħafna kaloriji u xaħmijiet, u l-porzjonijiet ikunu kbar iżżejjed. L-iskeda tax-xogħol tagħna, l-ivvjaġġar fit-tul jew ħinijiet twal fit-toroq u impenji oħra, ukoll inaqqsu l-ħin li jkollna għal attività fiżika.

L-obeżità kkawżata minn diversi fatturi L-obeżità hi kundizzjoni kkumplikata li għaliha m’hemmx kawża jew kura waħda biss. Din il-kundizzjoni hi kkawżata minn diversi fatturi fosthom jekk wieħed jiekol ikel li mhux tajjeb għas-saħħa jew jiekol iżżejjed, in-nuqqas ta’ attività fiżika bħallużu kontinwu tal-lifts, talkarozzi u anke r-remote control tat-televiżjoni. Fatturi oħra huma jekk xi wieħed mill-ġenituri tiegħek hu oħxon iżżejjed, inti aktar għandek riskju li tkun ukoll oħxon iżżejjed minn xi ħadd li lġenituri tiegħu għandhom piż tajjeb. Jekk wieħed jiekol ħafna ‘snacks’ li fihom ħafna xaħam saturat, jiekol f’ħinijiet irregolari u jaqbeż l-ikliet, u anke jekk ma jagħmilx attività fiżika, ukoll

ikun fir-riskju tal-obeżità. Meta wieħed ikun oħxon iżżejjed, jista’ jnaqqas il-fiduċja fih innifsu u jinfexx fl-ikel biex jissodisfa lilu nnifsu. Meta wieħed ikollu stress emozzjonali, ansjetà jew mard bħad-dipressjoni u wġigħ kroniku, jista’ jibda jiekol iżżejjed. Xi nies jieklu biex jikkalmaw lilhom infushom jew biex jippruvaw ineħħu emozzjonijiet negattivi. L-obeżità tista’ tkun ukoll kaġun ta’ xi ħaġa li tkun ħolqitlek tensjoni, bħal abbuż sesswali, fiżiku jew emozzjonali meta tkun żgħir jew problemi fil-familja jew problemi matrimonjali. Lalkoħol żejjed, bħall-birra, linbid u xarbiet oħrajn, fih ħafna kaloriji u jista’ jwassal għallobeżità. Xi kundizzjonijiet mediċi u mediċini wkoll jistgħu jwasslu għal żieda fil-piż. X’inhuma r-riskji tas-saħħa mill-obeżità Il-mod kif l-obeżità teffettwa lil saħħtek jiddependi minn ħafna affarijiet fosthom l-età, intix raġel jew mara, fejn għandek ixxaħam żejjed u kemm int attiv fiżikament. Jekk inti oħxon iżżejjed u għandek drawwiet ħżiena fl-ikel u ma tagħmilx attività fiżika, tinsab f’riskju akbar li jkollok il-ġebla, id-dijabete tat-tip 2, pressjoni għolja, kolesterol għoli, mard tal-qalb, puplesija u diżordni fl-irqad, fost kundizzjonijiet oħrajn. Tfal li huma ħoxnin iżżejjed huma wkoll f’riskju ta’ problemi ta’ saħħa matul ħajjithom. Jekk inti tnaqqas mill-piż, tagħmel l-attività fiżika u tiekol ikel tajjeb għas-saħħa, tkun qed tnaqqas ir-riskju tal-mard.

Il-benefiċċju għas-saħħa jekk tnaqqas il-piż Ir-riċerka turi li min għandu mard marbut mal-ħxuna żejda, speċjalment id-dijabete tat-tip 2, u jnaqqas il-piż, għandu ċans akbar li jgħix iżjed. Il-pressjoni fid-demm tonqos mat-tnaqqis filpiż. Dawk li għandhom id-dijabete tat-tip 2 u jnaqqsu l-piż, ikollhom inqas zokkor fid-demm u jkunu jistgħu jużaw inqas mediċini biex inaqqsu l-livelli taz-zokkor. Tnaqqis fil-piż sostnut jipprevjeni każi ġodda ta’ dijabete tat-tip 2 f’nies li għandhom ħxuna żejda. It-tnaqqis filpiż jagħmilha aktar faċli biex wieħed jieħu n-nifs. Dawk li għandhom diżordni fl-irqad u li jnaqqsu 10 fil-mija tal-piż tagħhom, itejbu l-irqad tagħhom matul il-lejl u jkollhom inqas nagħas matul il-ġurnata.

Il-mod kif tiekol, jekk intix attiv fiżikament u affarijiet oħrajn, jeffettwaw kif il-ġisem juża l-kaloriji u jekk iżżidx il-piż

Nisa bi ħxuna żejda huma f’riskju akbar li jkollhom problemi matul it-tqala, bħal pressjoni għolja u dijabete, u jista’ jkollhom ukoll problemi jekk ikollhom bżonn jagħmlu ċesarja Mediċini għat-tnaqqis fil-piż Ħafna mill-mediċini li huma maħsuba biex inaqqsu l-piż jaħdmu billi jnaqqsu l-aptit lil min jeħodhom jew billi jħossu mimli malajr. Dawn il-mediċini huma użati flimkien ma’ drawwiet tajbin fl-ikel u mal-eżerċizzju fiżiku. Il-mediċina ġeneralment tintuża biss għal dawk li għandhom BMI ta’ 27 jew ogħla u li huma f’riskju ta’ pressjoni għolja, kolesterol għoli, mard talqalb, dijabete tat-tip 2 u diżordni fl-irqad. Il-kirurġija għall-obeżità Il-kirurġija tista’ tkun għażla jekk wieħed ikollu BMI ta’ 40 jew iżjed u tista’ tkun ukoll pos-

sibbiltà għal min għandu BMI ta’ 35 u problemi oħra ta’ saħħa marbutin mal-piż żejjed, bħalma huma d-dijabete u l-artrite. Lesperti għadhom jiddiskutu jekk il-kirurġija hix tajba għat-tfal bi ħxuna żejda. Il-mira tal-kirurġija hi li wieħed inaqqas il-piż b’mod sinifikanti. Din għandha tnaqqas il-problemi tas-saħħa minħabba l-obeżità fosthom id-dijabete tattip 2 u l-pressjoni għolja. Ilkirurġija tista’ tgħinek titlef il-piż b’żewġ modi. Operazzjonijiet restrittivi bħalma huma tal-‘gastric band’, inaqqsu l-ammont ta’ ikel li tista’ tiekol billi jċekknu listonku. L-operazzjonijiet bħal ‘Roux-en-Y gastric bypass’, jagħmluha iktar diffiċli għallġisem biex jiddiġerixxi u jassorbi l-ikel. Hu importanti li wieħed

jiftakar li xorta jista’ jibqa’ b’piż żejjed wara l-operazzjoni. Barra minn hekk, wara l-operazzjonijiet, wieħed ikun jeħtieġ li jagħmel tibdil drastiku fil-mod kif jiekol bħalma huma li wieħed jiekol biss ftit grammi ta’ ikel f’daqqa minħabba li l-operazzjoni tkun ċekknet l-istonku.

Il-piż kif jeffettwa t-tqala? Ħafna min-nisa tqal ikollhom trabi b’saħħithom u dan jinkludi nisa li huma ħoxnin iżżejjed. Imma l-piż żejjed ikabbar iċċansijiet tal-problemi tant li trabi li jitwieldu lil ommijiet li għandhom piż żejjed, għandhom riskju akbar li jkollhom ċerti problemi, fosthom problemi fil-qalb. Anke l-fatt li mara tkun ħoxna żżejjed jista’ jwassal għal problemi waqt il-ħlas. Nisa bi ħxuna żejda huma f’riskju akbar li jkollhom problemi matul it-tqala bħal pressjoni għolja u dijabete u jista’ jkollhom ukoll problemi jekk ikollhom bżonn jagħmlu ċesarja. Jista’ wkoll ikollhom korriment jew ittarbija titwieled mejta. Nisa bi ħxuna żejda jista’ jkun aktar diffiċli għalihom li joħorġu tqal. Ilperjodu tat-tqala mhux iż-żmien ideali li fih mara tnaqqas mill-piż


www.maltarightnow.com

18

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Jittella’ ajruplan rari tat-Tieni Gwerra Dinjija IL-POLONJA

Ajruplan militari Amerikan ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, ittella’ minn qiegħ ilBaħar Baltiku. Ilu moħbi għal aktar minn 60 sena, ’il barra mill-kosta fit-Tramuntana talPolonja. Id-Douglas A-20 jinsab f’kundizzjoni tajba ta’ preservazzjoni, u kien instab għallewwel darba b’kumbinazzjoni f’Ġunju minn riċerkaturi li kienu qed janalizzaw qiegħ ilbaħar. Iżda l-maltemp biegħed lir-riċerkaturi milli jtellgħuh mill-ilma. L-Amerikani kienu mmanifatturaw xi 7,500 A-20s, iżda wara l-gwerra, dawn kienu twaqqfu milli jtiru. Sal-bidu tas-snin 60, kienu biss sitta li baqgħu jeżistu. Dawk il-persuni li kienu responsabbli biex itellgħu lajruplan minn qiegħ il-baħar irrifjutaw li jikkummentaw dwar jekk kienx hemm katavri abbord jew inkella dwar iċċirkostanzi tat-tiġrif. Rapport dettaljat kellu jkun ippreparat malli jintemm studju fuq l-ajruplan. Id-Douglas A-20 kien użat

mill-Alleati, inkluż millQawwa tal-Ajru Ingliża (RAF) u għalkemm ma kienx ajruplan li kellu veloċità kbira, kien kiseb reputazzjoni eċċellenti. Wara li ttella’ mill-baħar, lajruplan twassal fil-port ta’ Gdynia minn fejn se jintbagħat fil-Mużew tal-Avjazzjoni talPolonja fi Krakow, biex isirlu xogħol ta’ restawr u manutenzjoni. Sadattant, diversi oqfsa ta’ ajruplani ġew irkuprati millġungli ta’ New Guinea, kif ukoll minn siti ta’ tiġrif firRussja. Madankollu, l-esperti qed jgħidu li dak li ttella’ lil hinn mill-kosta Pollakka, għandu valur imprezzabbli. Iwona Pomian, kelliema għall-Mużew Nazzjonali dwar Affarijiet Marittimi fi Gdansk, qalet li minkejja li kien ilu aktar minn 70 sena fl-ilma, lajruplan baqa’ f’kundizzjoni tajba. Hi qalet li l-ajruplan baqa’ f’kundizzjoni tajba għaliex kien midfun fit-tajn u l-ħama, u baqa’ mistur għax iz-zona esperjenzat irjieħ u mewġ kbir.

L-ajruplan Douglas A-20 fil-port Pollakk ta’ Gdynia

Bdoti nisa jmexxu l-attakki mill-ajru kontra l-ISIS L-IRAQ

Il-Maġġur Mariam al Mansouri li mexxiet attakki mill-ajru kontra l-ISIS

Bdot mara tal-Qawwa talAjru Ingliża (RAF) mexxiet lewwel missjoni militari kontra l-Istat Iżlamiku fil-jiem li għaddew. Dan hekk kif l-RAF nediet żewġ attakki qliel kontra l-militanti Iżlamiċi. Il-fizzjal, li isimha ma xxandarx, tajret wieħed minn żewġ fighter jets armati li taru minn bażi sigrieta tal-RAF f’Ċipru fuq missjoni perikoluża f’territorju maħkum mill-Istat Iżlamiku fit-Tramuntana talIraq, qabel ma rritornat qawwija u sħiħa biex temmet vjaġġ li kien twil 2,000 kilometru. L-azzjoni militari, li damet diversi sigħat, kienet l-ewwel missjoni għal Operation Shader tal-RAF kontra l-militanti. Intant, meta ajruplani militari mill-Emirati Għarab Magħquda ħadu sehem f’attakki mill-ajru kontra l-Istat Iżlamiku fis-Sirja, il-missjoni kienet tmexxiet minn mara. L-Ambaxxatur tal-Emirati Għarab Magħquda fl-Istati

Ħafna militanti Iżlamiċi jemmnu li jekk jinqatlu minn mara, ma jmorrux il-ġenna Uniti qal li l-bdot, il-Maġġur Mariam al Mansouri, kienet fost l-ewwel nisa li ggradwaw mill-akkademja tal-qawwa talajru tal-Emirati wara li din bdiet iddaħħal in-nisa, u għalhekk al Mansouri saret lewwel fighter pilot femminili tal-pajjiż. L-Ambaxxatur Yousef al Otaiba fisser lill-Maġġur al Mansouri bħala bdot kwalifikata u mħarrġa ħafna. Meta bdoti Amerikani kkuntattjaw it-titjira biex isir irrefueling fl-ajru, l-

Ambaxxatur Otaiba qal li dawn waqfu għal madwar 20 sekonda, wara li bi tweġiba semgħu l-vuċi ta’ mara. Filwaqt li n-nisa jħabbtu wiċċhom ma’ ostakli fis-soċjetà konservattiva Iżlamika talEmirati Għarab Magħquda, lAmbaxxatur Otaiba qal li ddibattitu dwar ir-rwol tan-nisa fis-soċjetà wera differenza kruċjali fil-viżjonijiet opposti ta’ moderati u estremisti fiddinja Musulmana. Il-Maġġur al Mansouri, ta’ 35 sena, ingħatat prominenza f’The National, gazzetta f’Abu Dhabi. Hi qalet li riedet issir bdot meta kienet fl-iskola postsekondarja, iżda kellha tistenna sakemm in-nisa tħallew jidħlu fl-akkademja. Hi issa ttajjar il-mudell Block 60 talajruplan Amerikan F-16. Flintervista li tat lill-gazzetta, ilMaġġur tat xi pariri għal dawk in-nisa li riedu jimxu fuq ilpassi tagħha: “Kunu ppreparati, għax hu xogħol li jeħodlok ħafna ħin u li jeħtieġ passjoni kbira fl-avjazzjoni.”


www.maltarightnow.com

MADWARNA

Ċertifikazzjoni ISO għal Maltco Lotteries

Maltco Lotteries, li din is-sena tiċċelebra l-10 anniversarju minn meta bdiet taħdem f’Malta, ingħatat iċ-ċertifikazzjoni internazzjonali magħrufa ISO, li tirrikonoxxi l-management u loperat effiċjenti tal-kumpanija. Iċ-Ċertifikazzjoni ISO/IEC 27001:2013 ingħatat lillkumpanija bħala rikonoxximent tal-impenn strateġiku tagħha biex iżżomm ambjent ta’ sigurtà fl-operat tagħha u b’hekk kompliet iżżomm il-fiduċja tal-pubbliku fil-logħob u fis-servizzi li toffri. Iċ-ċertifikazzjoni, li hi rikonoxxuta internazzjonalment, tivverifika li Maltco Lotteries topera sistema msejħa Information Security Management System (ISMS) skont l-ogħla standards internazzjonali, kemm fil-mod kif titmexxa l-kumpanija, kif ukoll loperat kollu tagħha. Fl-industrija tal-gaming, dan

€20,028 b’risq il-Mission Fund

Somma ta’ €20,028 nġabret waqt maratona ta’ 50 siegħa snooker b’risq il-Mission Fund, li saret fil-Każin tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam fir-Rabat. Il-maratona saret bejn ilĠimgħa 10 u l-Ħadd 12 ta’ Ottubru. Din l-attività annwali li ilha ssir għal ħames snin konsekuttivi, tiġi organizzata kull sena mill-Kummissjoni Sport fi ħdan l-Għaqda Mużikali L’Isle Adam. Matul din il-maratona saru attivitajiet biex jinġabru fondi fosthom il-ftuħ minn Alex Borg u Duncan Bezzina, ‘Drum Workshop’ minn Peter Paul ta’ Tribali, attività mill-Girl Guides u Scouts tad-distrett tar-Rabat fil-bitħa tal-każin, żjara millPresident ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, quddiesa minn Patri Marcellino Micallef OFM, id-Direttur Siritwali tal-Mission Fund, ikla kbira fit-triq ta’ ħdejn il-każin bis-sehem ta’ diversi kantanti, kif ukoll il-band ta’ Mro Joe Brown u ‘DropOut Band’ bis-sehem ta’ Ritienne Azzopardi u Tiziana Calleja, wirja ta’ karate fi triq biswit il-każin, kif ukoll daqq ta’ marċi mil-Banda L’Isle Adam quddiem il-Knisja Ta’ Ġieżu. Il-Ħadd filgħaxija sar l-għeluq tal-ħames edizzjoni tal-maratona meta tħabbret is-somma ta’ €20,028 li nġabret, li hi rekord għal din l-għaqda.

ir-rikonoxximent għandu rwol kruċjali minħabba li jassigura li l-proċeduri kollha, il-policies u lkontrolli stabbiliti mill-kumpanija akkreditata, jilħqu l-ogħla livelli internazzjonali. Barra minn hekk, dan ir-rikonoxximent iservi bħala assigurazzjoni għal dawk kollha involuti, il-pubbliku u s-soċjetà li huma jistgħu jafdaw il-logħob u s-servizzi li toffri l-kumpanija minħabba li huma siguri u ta’ kwalità għolja. Ioannis Katakis, il-Kap Eżekuttiv ta’ Maltco Lotteries, spjega li biex il-kumpanija kisbet din iċ-ċertifikazzjoni, l-awdituri minn TUV NORD żaru lillkumpanija f’Malta u għamlu awditjar dettaljat tal-funzjonijiet kollha tal-kumpanija, evalwaw il-livelli tal-management, l-organizzazzjoni u l-operat talkumpanija, kif ukoll is-sistemi tal-logħob u tal-imħatri. Ioannis Katakis kompla li lawdituri spezzjonaw id-diparti-

menti kollha tal-kumpanija u analizzaw il-mod kif jaħdem kull dipartiment, inkluż dawk talcompliance legali, tas-sistemi ta’ informazzjoni, tal-operat, talbejgħ u l-marketing, tal-komunikazzjoni u tal-finanzi. L-awdituri intervistaw ħaddiema minn kull dipartiment biex jieħdu linformazzjoni li riedu. Il-Kap Eżekuttiv qal li

rikonoxximent importanti taċċertifikazzjoni ISO hu marbut mal-istudios tal-kumpanija fejn isir it-tlugħ dirett tal-lotteriji li kienu spezzjonati mill-awtoritajiet, kif ukoll il-proċeduri tal-management tat-tlugħ li ssegwi lkumpanija tal-logħob kollu tagħha. Dan kollu jassigura lintegrità tat-tlugħ u tal-logħob offrut li hu sigur u ta’ min jafdah.

19

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

Dan ir-rikonoxximent internazzjonali għal Maltco Lotteries se jkompli jimmotiva lillkumpanija biex tkompli taħdem biex timxi ’l quddiem u biex tikseb aktar suċċess fl-operat tagħha, li hu dejjem ibbażat fuq is-serjetà, is-sigurtà u ttrasparenza għall-benefiċċju talġugaturi u tas-soċjetà, temm Ioannis Katakis.


www.maltarightnow.com

20

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

ĊINEKRITIKA

Joe Calleja - jocal@me.com

THE MAZE RUNNER

Aktar l-effetti speċjali milli l-istorja Direzzjoni: Wes Ball; Ħin: 113-il minuta; Ċert.: 12A; KRS

B’kumbinazzjoni, aħna l-kritiċi ntwerejna dan il-film millKRS Releasing fl-istess jum malfilm ‘The Giver’ (li għad irridu narawh) li jixbhu ferm, imma filwaqt li dak il-film fih iżjed sustanza, il-producers u r-reġista ta’ dan ‘The Maze Runner’ għamlu aktar enfasi fuq l-effetti speċjali, milli fuq ir-rakkuntar tal-istorja bbażata fuq ‘young adult novel’ fantaxjentifika miktuba minn James Dashner. Il-labirint tal-isem tal-film jirregola l-ħajja ta’ komunità ta’ ġuvintur adolexxenti, ilkoll abbandunati hemm minn xi ħadd li ma jidhirx, imneżżgħin millmemorji tal-imgħoddi tagħhom. F’din il-komunità agrarja jasal Thomas (Dylan O’Brien minn ‘Teen Wolf’). Hemmhekk jgħinuh jiffamiljarizza ruħu l-mexxej tal-grupp Alby (Aml Ameen) u llogutenent tiegħu Newt (Thomas Brodie-Sangster). Kull filgħodu, uħud miżżgħażagħ kienu jmorru jiġru fillabirint minn passaġġ fil-ħitan għoljin tal-ħadid li kienu jagħlqu l-komunità, qabel dan il-passaġġ jingħalaq, bit-tama li jirnexxilu joħroġ mil-labirint, u b’hekk jaħrab.

PRIDE

Dan qatt ħadd ma rnexxielu jwettqu għax il-labirint kien jibdel is-sura kull darba, anki waqt li dak li jkun qed idur fih, bi ħsejjes u tisbit ta’ ħadid itarrxu. Barra minn hekk, minn mument għal ieħor jistgħu jitfaċċaw mostri tal-ħadid imsejħa ‘Grievers’ li jagħtu tingiż qattiel minn dnieb twal. L-ikbar biża’ tas-subien kien li jinqabdu maqfula barra ma’ dawn il-mostri, malli l-kuritur imnejn ħarġu jingħalaq għal matul il-lejl. L-affarijiet jikkomplikaw meta fil-komunità tasal l-ewwel tfajla, Teresa (Kaya Scodelaro), u jidher li hi u Thomas jafu lil xulxin. Dan sadanittant ikun deċiż li jsib tarf il-labirint, u jaħrab naturalment ma’ Teresa, u ma’ kull min kien lest jisfida lillkap Alby li dejjem kien jinsisti li huma kien jaqblilhom jibqgħu hemm u jadattaw ruħhom. Ir-reġista Ball ġej mid-qasam tal-effetti viżwali u, bħalma bdejt nikteb, dan jidher ċar għax hu aktar jagħti attenzjoni lil dawn milli lill-iżvilupp talistorja, li tixbah wisq lill-films bħal ‘The Hunger Games’.

Thomas (Dylan O’Brien) jipprova jikkonvinċi lil Teresa (Kaya Scodelaro) tafda lilu u lil sħabu f’The Maze Runner

Taħlita kurjuża ta’ affarijiet li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin Direzzjoni: Lasse Hallstrom; Ħin: 120 minuta; Ċert.: 15; KRS

Hemm qawl Malti li jfisser tħawwadx flimkien żewġ affarijiet li ftit għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin, bħalma appuntu għamel minn kiteb l-iskript ta’ dan il-film Ingliż tal-BBC u sponsorjat millBritish Film Institute, jiġifieri mill-flus tal-Lotterija Nazzjonali Britannika. Kien hemm min sejjaħlu biċċa propaganda oħra trejdunjonistika dwar episodju li kien seħħ firRenju Unit matul l-istrajk talħaddiema tal-minjieri fis-snin tmenin, meta l-gvern ta’ Thatcher ħabbar li kien se jagħlaq numru kbir ta’ minjieri tal-faħam, minħabba li l-pajjiż ma kienx jiflaħ għas-sussidji qawwija millgvern. Iżda n-National Union of Mineworkers waqqfet l-istrajk sena wara, u din tqieset daqqa kbira lill-poter żejjed trejdunjonistiku t’hemmhekk, u rebħa għal Thatcher.

Matul l-istrajk grupp ta’ omosesswali rġiel u nisa, li dak iż-żmien kienu vittmi ta’ ħafna preġudizzji, bdew jiġbru l-flus biex jgħinu lill-ħaddiema fuq strajk, u huwa f’dan l-isfond li jseħħ ir-rakkont ta’ dan il-film, li jwassal din it-taħlita kurjuża ta’ min kien qed jiġġieled għaddritt tax-xogħol ma’ min qed jiġġieled għall-gosti sesswali tiegħu. Kollox jitwassal minn ġuvnott, Joe (George MacKay) li dak iż-żmien kellu 20 sena, u allura kien għadu mhux meqjus adult. Ġurnata waħda dan jiżgiċċa biex ingħaqad ma’ marċ tal-‘gay pride’, immexxi minn żagħżugħ ribell, Mark (Ben Schnetzer) li tiġih l-idea li jibda jiġbor flus għall-ħaddiema talminjieri fuq strajk. Din ma tkunx ħaġa faċli, u barra minn hekk anki l-unjins qajla jkunu lesti jaċċettaw don-

Joe (George MacKay, fin-nofs) jingħaqad ma’ dimostrazzjoni tal-omosesswali

azzjonijiet ġejjin minn għaqda bħal ta’ Mark, għax anki fost ilħaddiema u l-mexxejja tagħhom kienu għadhom jeżistu preġudizzji kbar. Imma jkun hemm unjin lokali f’raħal f’Wales li taċċetta l-għajnuna tagħhom, għax jgħidulhom li l-omosesswali jifhmu xi jħossu meta jiġu abbużati mill-

pulizija, il-pubbliku u l-gvern. Il-film huwa miżgħud b’karattri bil-problemi personali tagħhom fl-isfond tal-istorja lkbira. Hekk kif, pereżempju, Joe jagħraf u jaċċetta l-identità tiegħu u jirrealizza li b’hekk qed jissogra jitlef lill-familja tiegħu, Mark ikun imwerwer mid-dell tal-marda tal-AIDS, filwaqt li l-

familji tal-minaturi jkunu maqsuma minħabba l-preġudizzji. Bħala film, dan huwa aktar wieħed li jġiegħel lil min qed jarah jaħseb u jirrifletti, milli jipprova ‘jipprietka’. Dan jagħmlu wkoll fl-isfond ta’ atmosfera ferriħija b’siltiet mużikali popolari f’dawk issnin.


www.maltarightnow.com

21

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

ĊINEKRITIKA

Nick (Ben Affleck, xellug) jibda jiġi interrogat mid-ditektiv Boney (Kim Dickens, lemin) f’Gone Girl

GONE GIRL

Sa fejn jasal il-moħħ djaboliku ta’ mara

Direzzjoni: David Fincher; Ħin: 149 minuta; Ċert.: 18; KRS

L-aqwa films f’Malta 1. 2. 3. 4. 5.

(–) (1) (2) (4) (–)

(Bejn it-8 u t-12 ta’ Ottubru – KRS) Dracula Untold The Equalizer Dolphin Tale 2 Lucy Let’s Be Cops

Dan hu biss l-għaxar film li dderieġa David Fincher, minkejja li ilu mdaħħal fil-qasam talfilms 30 sena. Iżda bħal f’kollox, mhix il-kwantità li tgħodd imma l-kwalità, u Fincher jista’ jiftaħar b’films bħal ‘The Girl with the Dragon Tattoo’, ‘The Social Network’, ‘Fight Club’ u ‘Zodiac’. Ma nafx jekk dan huwiex minħabba li Fincher għandu l-privileġġ li jista’ jagħżel x’films ikun reġista tagħhom, imma hu x’inhu, din ilġimgħa wasal fostna film ieħor tajjeb tiegħu, thriller li jżommok, u jekk mhux ma’ Hitchcock, hawn iħabbatha żgur ma’ Brian De Palma. Ir-rakkont hu mnebbaħ millktieb li ppubblikat xi sentejn ilu Gillian Flynn, li min qrah qalli li veru jżommok, minn dawk li blIngliż jgħidulhom “page turning plot”, u kienet l-istess Flynn li

adattat il-kitba tagħha għall-film, u li bidlet it-tmiem tar-rakkont, għalkemm xorta waħda dan iżommok. Nick (Ben Affleck) jasal lura d-dar, isib xi taqlib fid-dar, u martu Amy (Rosamund Pike) ma tidher imkien. Hu mill-ewwel jissuspetta li martu x’aktarx inħatfet. Imma għal liema skop? Il-koppja tkun telqet minn New York (ninsabu fl-eqqel tarreċessjoni) wara li t-tnejn tilfu limpjiegi tagħhom bħala kittieba, u filwaqt li hu jispiċċa jmexxi bar flimkien ma’ oħtu tewmija Margot (Carrie Coon), Amy tqatta’ l-ġurnata fid-dar ma tagħmel xejn. Id-ditektiv Boney (Kim Dickens) tibda tinvestiga l-għajbien, u tibda tiddubita jekk kienx imdaħħal Nick fih. L-istess suspetti għall-ewwel jibdew deħlin f’moħħ min qed

jara l-film, hekk kif Amy tibda tinstema’ taqra mid-djarju tagħha li jservi għal sensiela ta’ flashbacks fil-film, li jeħduna lura sa meta l-koppja ltaqgħu l-ewwel darba. Il-film ikompli jinqasam bejn l-imgħoddi u l-preżent. Għall-biċċa l-kbira tal-film, Amy ma tidhirx fil-preżent, imma biss fl-imgħoddi, u Fincher b’għaqal kbir juri li l-ebda perjodu ma jkun veru għalkollox. M’hemmx dubju li Pike kienet l-għażla perfetta għal dan it-tip ta’ film u hi interpretat il-parti b’mod metodiku u studjat għallaħħar. Ikolli ngħid li din hija fost l-aqwa, jekk mhux l-aqwa li ħadmet s’issa, b’Ben Affleck li ma jagħmlilhiex għajb. Jekk hemm x’wieħed jikkritika, dan hu li jekk wieħed irid ifittex, għandu jsib mumenti u żviluppi fir-rakkont li qajla jitwemmnu.


www.maltarightnow.com

MADWARNA

Grand Operatic Concert fl-Aurora Wara s-suċċess bl-Opra ‘Il Trovatore’, l-Aurora Operatic House tal-Belt Victoria issa qed tistieden lill-pubbliku għal lejla oħra ta’ divertiment taħt il-patroċinju talPresident tar-Repubblika, nhar is-Sibt 8 ta’ Novembru fis-7.30 p.m. Dakinhar ilClassique Foundation, taħt iddirezzjoni tal-fundatur u direttur mużikali tagħha Mro Joseph Debrincat, se tippreżenta serata ta’ mużika klassika bis-sehem talOrkestra Filarmonika Nazzjonali u s-solisti ta’ fama internazzjonali Norma Fantini – sopran, imwielda f ’Cuneo lItalja, u t-tenur Luciano Ganci li beda l-karriera tiegħu minn ħdan il-Kappella Sistina. Dawk preżenti fis-sala se jkunu jistgħu jgawdu arias u dwetti meħudin minn diversi opri popolari li ħarġu millpinna ta’ kompożituri magħrufa fosthom Verdi, Puccini, Boito, Donizetti, Giordano, Catalani, Ponchielli u oħrajn,

kif ukoll overtures u ballet music mir-repertorju operistiku ta’ Berlioz, Rossini, Bizet u Saint-Saens. Għalkemm il-Classique Foundation twaqqfet formalment fis-sena 2009, insibuha diġà attiva fis-sena 2000 meta kienet ippreżentat b’suċċess kunċert vokali u orkestrali, ‘Celebrity Concert’ fil-Knisja Katidrali fiċ-Ċittadella, u sena wara, kunċert ieħor, ‘Verdi in Concert’ fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-mewt tal-kompożitur Taljan Giuseppe Verdi. Minn dakinhar ’l hawn, dan il-kumpless mużikali qatt ma ħares lura u baqa’ jagħti lillpubbliku diversi kunċerti ta’ livell għoli li ntlaqgħu tant tajjeb min-nies tagħna. L-għan tal-Classique huwa li tippromwovi l-mużika klassika u jidher li dan qed jirnexxilha tagħmlu għax kull meta ppreżentat xi serata mużikali din dejjem intlaqgħet tajjeb, kemm millpubbliku, kif ukoll mill-kritiċi.

25

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

Il-Classique Foundation taħt id-direzzjoni tal-fundatur u direttur mużikali tagħha Mro Joseph Debrincat


www.maltarightnow.com

27

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

SPORT

It-tielet pre-season FIFA Seminar għal referees tal-Futsal Dan l-aħħar id-Dipartiment tar-referees tal-MFA organizza ttielet pre-season FIFA Seminar għal referees tal-Futsal li tmexxa mill-għalliem tal-FIFA u Kap talFutsal tal-UEFA, l-Ispanjol Pedro Angel Galan Nieto. Huwa ffoka fuq l-aħħar tibdil fir-regolamenti tal-logħba, il-personalità tar-referee u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tar-referee

mill-osservatur tal-logħba. Huwa mexxa wkoll żewġ sessjonijiet ta’ prattika. Fl-indirizz finali wara tliet ijiem seminar, Galan Nieto qal li din is-sena l-FIFA kienet approvat biss ħames talbiet minn 132 li kienu sottomessi għallorganizzazzjoni ta’ Seminar talFutsal tal-FIFA, wieħed minnhom dak li sar Malta.

Rebħa tennistika għaċ-Champions Xewkija FUTBOL F’GĦAWDEX KAMPJONAT MELITA I DIVIŻJONI

Oratory Y….............................2 Xewkija T ...................….........6 Oratory Y: E. Fenech, K. Farrugia, M. Gauci (J. Attard), C. Cardona (M. Mumford), J. Attard, T. Dos Santos, S. Attard, J. Chetcuti, M. Camilleri, K. Farrugia (F. Cini), J. Tabone. Xewkija T: A. Parnis, P. Buttigieg, J. Vella, D. Sakic, J. Cefai, G. Hili, A. Simoncic (J. M. Vella), P. Rapa (C. Camilleri), D. Bogdanovic, J. Camilleri, D. Shields (L. Portelli). Referee: Ismael Barbara Xewkija Tigers wieġbu għassuċċess ta’ Nadur meta huma wkoll akkwistaw it-tliet punti u baqgħu jillidjaw flimkien b’punti massimi. Partita li għamlu ċert minnha fl-ewwel taqsima b’ħames gowls vantaġġ. Strumentali f’din ir-rebħa tennistika kienu John Camilleri, Daniel Bogdanovic u Dene Shields b’doppjetta kull wieħed. IlYouths li għal din il-logħba iddebutta magħhom Jeffrey Chetcuti ftit sabu kaptu tal-grinta taċChampions Xewkin. Fis-7 minuta Xewkija fetħu liskor meta wara kross ta’ Shields, JOHN CAMILLERI b’xutt filbaxx għeleb lil Fenech. Fl-20 minuta rduppjaw meta John Camilleri xeħet lejn DANIEL BOGDANOVIC li kompla ġewwa mill-viċin. Żewġ minuti wara t-Tigers kabbru l-vantaġġ meta wara kross tal-istess Bogdanovic, JOHN CAMILLERI llobbja minn fuq Fenech. Man-nofs siegħa Xewkija ingħataw penalty wara fawl ta’ James Tabone fuq Daniel Bogdanovic u DENE SHIELDS għamilhom erbgħa. Huma baqgħu jiddominaw u fl40 minuta DANIEL BOGDANOVIC kiseb doppjetta wara azzjoni personali. Fit-tieni taqsima l-andament

baqa’ l-istess u Xewkija għaqqdu n-nofs tużżana meta DENE SHIELDS bidel ma’ Bogdanovic u wkoll doppjetta bħal shabu. Wara li Parnis salva mal-art ilkonklużjoni ta’ Shaun Attard, fid-39 minuta Oratory skurjaw minn penalty ta’ SHAUN ATTARD wara fawl ta’ Josmar Vella fuq Mark Camilleri. Erba’ minuti wara ingħataw penalty ieħor għal fawl ta’ Sakic fuq l-istess Camilleri u għal darb’oħra SHAUN ATTARD għeleb lil Parnis mill-11-il metru għal doppjetta personali.

Rebħa drammatika Kerċem A……………..............1 Nadur Y………………............2 Kerċem Ajax FC: L. Camilleri, P. Kyumyurdhziev, M. Mifsud, A. Buttigieg, K. Mifsud, J.P. Mizzi, J. Azzopardi, E.Vella (O. Spiteri), A. Mizzi, M. Vella (L. Meilak), A. Ribiero. Nadur Youngsters FC: M. Grima, J. Buttigieg, F. Camilleri, C. Debono (M. Hyzler), L. Dos Santos, J. Grima (J. Vella), C. Hili, B. Meilak, C. Mercieca (S. Attard), C. Antunes, M. Stojanovic. Referee: Clayton Pisani Nadur Youngsters kisbu rebħa ferm drammatika b’gowl erba’ minuti fuq il-ħin regolamentari biex b’hekk baqgħu jillidjaw ilklassifika. Kienet partita nteressanti minkejja li fl-ewwel fażi lazzjonijiet kienu pjuttost limitati. Wara l-mistrieħ il-logħob sar iktar movimentat biż-żewġ naħat jersqu viċin il-gowl tarrebħa. Kif jindika l-iskor il-partita baqgħet inċerta sal-aħħar tisfira. Bidu bilanċjat fejn wara sitt minuti minn korner ta’ Mario Mifsud, Malcolm Vella għolla lmira mill-viċin. Fit-38 minuta JOSEF BUTTIGIEG approfitta

minn indeċiżjoni fid-difiża talAjax u b’xutt nofs għoli minn pożizzjoni angulata ta l-vantaġġ lill-Youngsters. Risposta mmedjata tal-Kerċmin li żewġ minuti fuq il-ħin regolamentari Meilak xeħet kross fil-baxx lejn ANDERSON RIBIERO li millviċin għeleb lil Grima fil-baxx. Għat-tieni taqsima Kerċem ħarġu aħjar u mal-kwarta Grima ma żammx il-frikik ta’ Kyumyurdhziev, bid-difiża talYoungsters tkompli tbiegħed ilperiklu. Kien imbagħad erba’ minuti fuq il-ħin mogħti żejjed li Nadur kisbu l-gowl tar-rebħa meta frikik mit-tul ta’ Claudio Antunes kien imxellef għal ġewwa minn JOSEPH VELLA. Doppjetta ta’ Sanz Ortiz SK Victoria W …………...…. 2 Sannat L ……………....…......0 SK Victoria W: J. Xiberras, E. Bugeja (L. Dimech), D. Monday, J.P. Grima, J. Refalo, A. Adesina, N. Vella, J. Xuereb, P.Taracon Anton, A. Sanz Ortiz, O. Farrugia. Sannat Lions FC: A. Brignoli, J. Buttigieg, M. Muscat, J. Agius, A. Debono, P. Camilleri, N. Micallef, A. Williams, E. Nwankwo, E. Nkwocha (D. Borg), F. De Andrade. Referee: Philip Farrugia SK Victoria Wanderers kisbu rebġa mportanti kontra Sannat Lions u b’hekk avvanzaw filklassifika. Protagonista kien għal darb’oħra Adolfo Sanz Ortiz li skorja doppjetta oħra. Huma bdew tajjeb u mbagħad għarfu jikkontrollaw l-offensiva talLions. Sannat wettqu reazzjoni li kienet konfuża minkejja li fittieni taqsima kienu sfortunati li laqtu darbtejn il-lasta. Bidu mill-aqwa għar-Rabtin li wara żewġ minuti fetħu l-iskor

meta Oliver Farrugia żmarka lil ADOLFO SANZ ORTIZ li antiċipa f’lasti vojta l-ħarġa ta’ Brignoli. Sannat irrispondew fl10 minuta bi frikik ta’ Micallef salvat minn Xiberras. Imbagħad kienu l-Wanderers li fl-24 minuta rduppjaw meta l-istess attakkant Spanjol SANZ ORTIZ ħarab lid-difiża Sannatija b’azzjoni personali u kkonkluda fir-rokna. Għat-tieni taqsima Sannat ħarġu jattakkaw u kienu sfortunati meta Fernando De Andrade laqat sieq il-lasta. Sannat ipprovaw ikomplu bir-reazzjoni tagħhom u fil-41 minuta Nicholas Micallaf laqat il-mimduda b’xutt fuq il-girja. Eżatt mad-90 minuta l-istess Micallef kellu frikik salvat parzjalment minn Xiberras iżda Eric Nwankwo naqas li japprofitta.

Rebħa kbira Victoria H ………………...….5 St. Lawrence S. ………...…....2 Victoria Hotspurs FC: C. Mercieca, M. Buhagiar, F. Apap, M. Bamba, D. Mercieca (D. Bellotti), J. Bajada, R. Buttigieg, A. Camilleri (G. Sillato), D. Farrugia, J. Pace, O. Curmi (M. Bezzina). St. Lawrence Spurs FC: G. Micallef, F. Xuereb, F. Grima, W. Barbosa, C. cauchi, L. Buttigeiog, J. Thewma (J. Micallef), L. Grima, M. Boye, D. Micallef, S. Mizzi (M. Cutajar). Referee: Darko Stakovic Victoria Hotspurs kisbu lewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil St Lawrence Spurs li kienu fetħu l-iskor. Izda r-reazzjoni Rabtija kienet effikaċi u spiċċaw kisbu rebħa konvinċenti u b’hekk inqalgħu mill-aħħar post. Protagonisti kienu Jason Pace u Moussa Bamba li skurjaw

Kif jinsabu I Div

Xewkija T Nadur Y SK Victoria W Kercem A Oratory Y Victoria H Sannat L St Lawrence

L 4 4 4 4 4 4 4 4

R 4 4 2 2 2 1 0 0

D 0 0 0 0 0 0 1 1

T 0 0 2 2 1 3 3 3

F K Pt 16 5 12 9 3 12 8 7 6 7 6 6 5 5 6 1012 3 1 6 1 513 1

doppjetta kull wieħed. St Lawrence ħassew ferm innuqqas tal-gowlkiper Joseph Grima u bejn il-lasti lagħab iżżagħżugħ Godwin Micallef. Huma pprovaw jagħlqu kemm jistgħu fuq wara iżda sofrew hafna mis-set pieces, l-iktar millkorners mil-lemin ta’ Mark Buhagiar li minn hemm waslet liktar ħsara. Fl-10 minuta kienu St Lawrence li fetħu l-iskor meta minn frikik ta’ William Barbosa, SHAUN MIZZI xellef ġewwa mill-viċin. F’risposta ta’ Hotspurs fit-22 minuta kisbu ddraw meta minn korner ta’ Barbosa, MOUSSA BAMBA mill-viċin xeħet ġewwa. Fl-34 ninuta FERDINANDO APAP qaleb ir-riżultat meta birras għeleb lil Micallef wara korner ieħor ta’ Mark Buhagiar. Hawn komplew jagħfsu tant li fid-39 minuta JASON PACE bi frikik mit-tul issorprenda lil Micallef u kabbar il-vantaġġ. Żewġ minuti wara l-istess PACE b’xutt qawwi minn barra l-kaxxa wara azzjoni ta’ korner ieħor ta’ Buhagiar, kiseb doppjetta personali. Wara l-mistrieħ, St Lawrence fetħu tamiet ġodda meta wara għaxar minuti naqqsu l-iskor minn MAMBAYE BOYE. Imbagħad fis-26 minuta minn frikik ta’ Bezzina, Apap bir-ras kompla lejn MOUSSA BAMBA li mill-viċin kiseb ukoll doppjetta personali.


www.maltarightnow.com

28

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

Bonnici jirbaħ l-ewwel turnament POOL

Il-Malta Pool Association organizzat l-ewwel ranking turnament minn serje ta’ sebgħa li għandha programmati għal dan listaġun. Fil-kategorija tal-irġiel Wayne Bonnici, li jilghab ma’ Domus Kids, għeleb lil Johan Attard ta’ Top Gun Bar bl-iskor konvinċenti ta’ 9-5 u b’hekk kiseb post fit-tim nazzjonali Malti A li se jirrappreżenta lil pajjiżna fil-kampjonati Ewropej li se jsiru f’pajjiżna bejn il-15 u l20 ta’ Frar. Fil-kategorija taż-żgħażagħ ta’

taħt it-18-il sena ħareġ rebbieħ Christ Zaffarese ta’ Tarxien Bocci Club li fil-finali għeleb lil Owen Amato bl-iskor ta’ 7-5. Il-plejer ta’ Ħamrun Liberty, Dylan Cassar, rebaħ l-ewwel turnament tal-kategorija ta’ taħt it23 sena meta fil-finali għeleb 8-5 lill-plejer tat-tim tiegħu Ryan Pisani. Il-finali għal dawk il-fuq minn 50 sena laqqgħet żewġ plejers ta’ Top Gun Bar u kien Marcel Micallef li għeleb lil Alfred Attard 8-6.

Żebbuġ R. …………................1 Għajnsielem…………….........4 Għajnsielem komplew għaddejjin meta fl-aħħar logħba talewwel rawnd għelbu lil Żebbuġ Rovers bi skor konvinċenti. Madankollu sabu sfida denja mill-avversarji tagħhom flewwel taqsima, iżda mbagħad wara l-mistrieħ iddominaw u baqgħu jillidjaw b’punti massimi. Protagonisti għall-Blacks kienu Jason Portelli u Kenny Hili li skurjaw doppjetta kull wieħed. Żebbuġ ukoll temmew l-impenji tal-ewwel rawnd. Seba’ minuti u Żebbuġ sfortunati b’korner dirett ta’ Errol Grima jaħbat mal-mimduda. Fit38 minuta JASON PORTELLI b’xutt minn barra l-kaxxa ssorprenda lil Saliba. Eżatt mal-45 minuta Żebbuġ kisbu d-draw minn MANWEL CORDINA. Wara żewġ minuti fit-tieni taqsima Għajnsielem reġgħu marru minn fuq bi frikik ieħor ta’ JASON PORTELLI. B’Żebbuġ jonqsu li jwettqu reazzjoni Għajnsielem żammew l-inizjattiva tant li fit-22 minuta kabbru lvantaġġ permezz ta’ KENNY HILI wara azzjoni personali. Erba’ minuti wara l-istess HILI kiseb doppjetta personali. Mad90 minuta Franklee Galea f’iktar insistenza tal-Blacks, falla l-mira bi ftit b’xutt minn tarf il-kaxxa. Żebbuġ Rovers FC: B. Saliba, A. Tramboo, A. Zammit, P. Cardona, M. Zerafa, M. Cordina, O. Calleja (P. Frendo), G. Portelli (S. Galea), O. Saliba, E. Grima, C. Mifsud (F. Cassar). Għajnsielem FC: L. Buttigieg, D. Debattista, R. Grima, S. Sultana, M. Portelli (S. Azzopardi), K. Hili, J. Portelli, J. Attard (D. Azzopardi), C. Grima, C. Tabone (D. Hili), F.L. Galea. Referee: Ahmed Islem Madkour

Kif jinsabu

Wayne Bonnici u Johan Attard finalisti tal-kategorija tal-irġiel

Doppjetti ta’ Portelli u Hili GFA - KAMPJONAT MELITA II DIVIŻJONI

II Div

Għajnsielem Munxar F Għarb R Żebbuġ R Qala S Xagħra Utd

L 5 5 5 5 5 5

R 5 3 2 2 1 0

D 0 1 0 0 1 2

T 0 1 3 3 3 3

F K Pt 10 2 15 8 6 10 8 7 6 1112 6 6 11 4 4 9 2

Jirbħu b’żewġ penalties

Xagħra Utd……………..........0 Għarb Rangers…………........2 Fl-aħħar partita tal-ewwel rawnd Għarb Rangers kisbu tliet punti minn penalty f’kull taqsima. B’hekk waqqfu l-serje negattiva ta’ tliet telfiet. Xagħra kellhom il-mumenti tagħhom u anke laqtu l-lasti opposti darbtejn, iżda spiċċaw ma ħadu xejn u temmew l-ewwel rawnd fl-aħħar post mingħajr rebħa. Fit-42 minuta Xagħra setgħu fetħu l-iskor meta Sam Harland rebaħ ballun fid-difiża iżda t-tentattiv tiegħu spiċċa barra. Minuta wara kienu sfortunati meta konklużjoni ta’ Joseph Xerri spiċċat mal-mimduda. Eżatt mal-45 minuta Għarb ingħataw penalty wara fawl ta’ Emanuel Galea fuq Paul Anthony Attard u JUSTIN AZZOPARDI żblokka r-riżultat mill-11-il metru. Xagħra ħarġu għat-tieni fażi jfittxu li jerġgħu jidħlu fil-partita u fid-9 minuta kien Daniel Bartolo li xeħet barra u ftit wara sieħbu Sam Harland kien sfortunat li laqat il-mimduda u mirrebound Daniel Bartolo falla lmira bir-ras. Ta’ dawn iċ-ċansijiet ġew ikkastigati meta fis-16-il minuta Daniel Galea waqqa’ filkaxxa lil Frank Attard u wara ttkeċċija tal-gowlkiper, FRANK ATTARD irdoppja mill-11-il metru. Xagħra United FC: D. Galea, E. Galea, J. Bartolo (J. Scerri), J. Buhagiar, V.J. Saliba (C. Hili), S. Sultana, A. Farrugia, S. Harland, J. Xerri (J. Mercieca), A.

Bezzina. Għarb Rangers FC: D. Spiteri, C. Attard, M. Grech (T. Bartolo), C. Gafa, R. Vella, N. Borg, J. Azzopardi (J. Muscat), P.A. Attard, R. Vella (C. Mercieca), J. Muscat, F. Attard. Referee: Emanuel Calleja

Munxar isaħħu t-tieni post Munxar Falcons………...........1 Qala Saints……………….......0 Munxar Falcons spiċċaw lewwel rawnd fuq nota tajba meta minkejja li kisbu rebħa minima, kien jimmeritahom it-tliet punti għall-fatt li kellhom iktar millattakki u kienu mċaħħda wkoll mill-gowlkiper Buttigieg. Qala baqgħu jokkupaw il-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika. Munxar żblukkaw ir-riżultat fis-7 minuta meta minn korner ta’ Azzopardi, GARY HILI għeleb lil Buttigieg. Il-Munxarin komplew jinsistu u fl-10 minuta Meilak daħal tajjeb fil-kaxxa iżda l-konklużjoni tiegħu kienet salvata minn Franco Buttigieg. Minuta wara l-istess gowlkiper tas-Saints dawwar għal korner ix-xutt ta’ Stefan Farrugia. Qala wieġbu fit-28 minuta bi frikik tas-solitu Manuel Buttigieg li kien salvat minn Vella. Fuq innaħa l-oħra Munxar setgħu għalqu l-partita fid-39 minuta iżda t-tentattiv ta’ Ryan Meilak reġa’ kien salvat minn Buttigieg. Munxar Falcons: G. Vella, P. Parnis, D. Borg, M. Pace, G. Hili, M. Grech, R. Meilak, F.P. Azzopardi, A. Sacco (P. Said), S. Farrugia (M. Debrincat), O. Atzori (P. Falzon). Qala Saints: F. Buttigieg, M. Cefai, J. Rapa, C. Caruana (F. Mumford), M. Buttigieg, D. Cutajar, J. Attard, A. Cini, S. Muscat, J. Galea, M. Scerri. Referee: Joe Agius

FUTBOL

SPORT

Jibqa’ sospiż

Il-board tal-appell tal-MFA ikkonferma d-deċiżjoni li kien ħa board ieħor fil-konfront tal-eks gowlkiper Montenegrin ta’ Rabat Ajax Pavel Velimirovic li jissospendih għal sena wara li nstab ħati li kien qed jilgħab online betting fuq il-futbol Malti, inkluż partiti li lagħab fihom. Għalkemm ma nstabx ħati ta’ koruzzjoni, dak li għamel hu illegali u għalhekk fl-istadju ta’ appell is-sentenza kienet ikkonfermata għal sena sospensjoni. LMFA se tinforma l-FIFA u l-FA tal-Montenegro.

L-MFA lura fir-riforma tal-‘Players Status’

Il-ġimgħa l-oħra saret l-ewwel laqgħa bejn il-Premier League Standing Committee u l-għola uffiċjali tal-MFA dwar ir-riforma tal-Players Status li qed tmexxi lMFA. L-MFA tinsab sitt xhur lura mid-data li tat sabiex tippreżenta quddiem il-Kunsill tagħha stess din ir-riforma, deskritta minn diversi uffiċjali ta’ klabbs bħala waħda bżonnjuża u mistennija għall-futbol Malti. Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo, is-Segretarju Bjorn Vassallo u l-Viċi President tal-assoċjazzjoni responsabbli minn din ir-riforma, Chris Bonett iltaqgħu għall-ewwel darba malPremier League Standing Committee f’laqgħa deskritta bħala pożittiva. Madankollu l-

iktar punti jaħarqu minn din irriforma għad iridu jibdew jiġu diskussi fosthom is-suġġett talparametri. Fl-ewwel laqgħa l-klabbs tkellmu dwar il-kuntratti professjonali hekk kif jidher li l-maġġoranza tal-klabbs huma favur suq miftuħ u li jitneħħew il-famużi salary caps. Dan għandu jwassal sabiex klabb Malti m’għandux ikollu limitu ta’ kemm jista’ jħallas plejer Malti jew barrani iżda r-responsabbiltà tal-kuntratt għandha dejjem tkun tal-klabb u dan fid-dawl tal-fatt li issa hemm regolamenti stretti u ħorox millUEFA f’dak li issa qed jissejjaħ il-Financial Fair Play. L-MFA kellha tippreżenta din ir-riforma f’Ġunju iżda estendiet id-data sa Jannar.

Bejn it-30 t’Ottubru u l-5 ta’ Novembru, Stelmar Sports Federation, l-organizzazzjoni responsabbli mill-isport fi ħdan il-Kulleġġ Stella Maris, se tkun qed tilqa’ l-avveniment ‘Bridging Youth Through Sport’, proġett tal-programm Erasmus+ li hu ffinanzjat b’fondi millUnjoni Ewropeja. 60 żagħżugħ u żagħżugħa ta’ bejn it-13 u s-16-il sena minn 12il pajjiż, fosthom il-Bulgarija, lKroazja, ir-Repubblika Ċeka, lEstonja, Franza, l-Italja, lLitwanja, l-Palestina, rRumanija, Spanja, t-Turkija u Malta se jkunu qegħdin jieħdu sehem. Numru ta’ refuġjati li bħalissa jinsabu f’pajjiżna wkoll

mistennija jipparteċipaw. L-avveniment se jkun jinkludi sitt dixxiplini sportivi: bowling, chess, cross country running, cycling, pool u table tennis. Minbarra dan, il-partecipanti kollha se jkunu nvoluti f’ħarġiet kulturali kif ukoll diversi diskussjonijiet relatati maċ-ċittadinanza Ewropeja, l-importanza ta’ ħajja b’saħħitha kif ukoll ilġlieda kontra l-esklużjoni soċjali permezz tal-isport. Iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ se ssir nhar il-Ġimgħa 31 t’Ottubru fl10.30am fejn il-mistieden talunur se jkun is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius.

‘Bridging Youth Through Sport’ approvat għall-fondi tal-UE


www.maltarightnow.com

30

il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

SPORT

Il-logħba bejn is-Serbja u l-Albanija ġiet abbandunata minħabba ġlied bejn il-plejers u l-artitarji

Il-UEFA se tinvestiga l-inċidenti fis-Serbja EURO 2016

Ma ridniex inkomplu nilagħbu F’kummenti li ta l-captain talAlbanija Lorik Cana qal li hu u sħabu ma riedux ikomplu jilagħbu għax ġew attakkati fiżikament. “Ġejna hawn biex nilagħbu l-futbol u spiċċajna attakkati fiżikament mill-partitarji Serbi. Kien għalhekk li ma ridniex inkomplu nilagħbu. Aħna ridna li nneħħu l-bandiera

mill-grawnd u nkomplu nilagħbu b’mod normali,” qal Cana. Il-captain tas-Serbja Branislav Ivanovic esprima d-diżappunt tiegħu għal dak li seħħ. “Jien u lplejers tas-Serbja iddefendejna lill-plejers tal-Albanija. Ridna nkomplu nilagħbu imma l-plejers tal-Albanija ma riedux,” qal Ivanovic. Id-delegat tal-UEFA, Harry

Been qal li ma kienx f’pożizzjoni li jikkummenta dwar dak li seħħ. “Kulħadd ra x’ġara u jien mhu se nitfa’ tort fuq ħadd. Se ngħaddi r-rapport tiegħi lillUEFA u tittieħed deċiżjoni aktar tard,” qal Been. Rapporti mhux konfermati qed isostnu li Olsi Rama, ħu l-Prim Ministru tal-Albanija Edi Rama, kien il-moħħ wara l-pjan talħelikopter.

Il-UEFA ħabbret li se tinvestiga biex tara eżatt x’ġara fil-partita bejn is-Serbja u l-Albanija, mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 li ġiet abbandunata minħabba ġlieda bejn ilplejers. Bl-iskor għadu 0-0 ħelikopter żgħir (drone) għadda minn fuq il-pitch itajjar bandiera talAlbanija b’messaġġ. Kif ra dan, id-difensur Mitrovic ħataf il-

bandiera u mill-ewwel beda lġlied bejn il-plejers. Barra dan diversi partitarji qabżu filgrawnd biex jattakkaw lill-plejers u r-referee Ingliż Martin Atkinson kellu jabbanduna lpartita. Fi stqarrija pubblika lUEFA ħabbret li se tinvestiga dak kollu li ġara. Bejn dawn iż-żewġ pajjiżi hemm rivalità marbuta mil-lat politiku

“Il-punt li ħadna f’Gelsenkirchen hu punt importanti ħafna, speċjalment meta wieħed iqis li ħadnih kontra ċChampions tad-Dinja.” Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ tal-Irlanda Martin O’Neill wara li t-tim spiċċa fi draw 1-1 kontra l-Ġermanja li kienu marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Toni Kroos fil-71 minuta. Meta deher li l-Ġermaniżi kienu se jirbħu, d-difensur John O’Shea skurja u salva punt għallIrlanda. Dan kien it-tieni riżultat negattiv għall-Ġermaniżi fi spazju ta’ ftit jiem wara li s-Sibt tilfu 2-0 kontra l-Polonja. “Konna nafu li kienet se tkun logħba diffiċli. Skurjaw gowl mill-isbaħ u kellhom diversi ċansijiet fejn setgħu għalqu l-logħba. Aħna ma qtajna qalbna qatt u ppruvajna kemm stajna biex inġibu d-draw, anke jekk bdejna nħallu ħafna spazji u ssograjna li naqilgħu t-tieni gowl. It-tim kellu wirja mill-aqwa u kuntent ħafna bil-grinta li wrew il-plejers,” qal O’Neill. “S’issa ħadna seba’ punti minn tliet partiti, tnejn minnhom minn partiti diffiċli barra minn darna. Bħalissa

Cristiano Ronaldo skurja gowl fid-95 minuta biex ta rebħa ta’ 1-0 lill-Portugall kontra d-Danimarka (Ritratt: EPA)

Qatt ma qtajna qalbna – Martin O’Neill (kowċ tal-Irlanda) EURO 2016

ninsabu f’pożizzjoni tajba filgrupp,” temm jgħid O’Neill. LIrlanda bħalissa tinsab filquċċata tal-grupp flimkien malPolonja filwaqt li l-Ġermanja qegħdin fit-tielet post bi tliet punti taħthom. Il-kowċ tal-Ġermanja Joachim Low esprima d-diżappunt tiegħu, “Fl-aħħar minuti konna traskurati u kull meta kellna l-ballun f’saqajna ma żammejnihx. Lgħabna kontra tim diffiċli u kellna nkunu paċenzjużi sakemm skurjajna. Fit-tieni taqsima konna kemmx-

ejn aħjar imma sfortunatament ma ħadniex dak li ridna.”

Ifaħħar lil Ronaldo Il-kowċ il-ġdid tal-Portguall Fernando Santos faħħar lil Cristiano Ronaldo wara li skurja l-gowl deċiżiv biex tahom rebħa 1-0 kontra d-Danimarka. Il-gowl ta’ Ronaldo wasal fid-95 minuta. Għall-Portguall kienet l-ewwel rebħa fil-grupp wara li bdew limpenji b’telfa kontra l-Albanija. “M’hemm l-ebda aġġettiv li nista’ nuża biex niddeskrivi lil Ronaldo. Hu plejer li kapaċi jkun

deċiżiv f’mument kruċjali. Konna nafu li d-Danimarka hu tim diffiċli u jidhru li studjaw sew il-logħba tagħna kontra Franza. Madankollu fl-aħħar ksibna dak li ridna,” qal Santos li ħa post Paulo Bento li kien irriżenja wara t-telfa kontra lAlbanija. Fid-debutt tiegħu fuq il-bank tal-Portugall, Santos tilef 2-1 f’logħba ta’ ħbiberija kontra Franza.

Kuntent bid-draw Il-kowċ nazzjonali tal-Iskozja Gordon Strachan qal li kien ferm

sodisfatt bil-punt li kiseb it-tim tiegħu fi draw 2-2 kontra lPolonja. Il-Pollakki kienu marru fil-vantaġġ imma l-Iskozja skurjaw żewġ gowls u dawwru rriżultat. 10 minuti mit-tmiem Milik ġab id-draw għall-Polonja. “Kuntent b’ħafna affarijiet. Wara li morna 1-0 minn taħt għamilna reazzjoni tajba u kien ikun aħjar li kieku iddefendejna l-vantaġġ sal-aħħar. Madankollu draw hu riżultat ġust għax kien hemm mumenti fejn stajna anke nitilfu l-logħba,” qal Strachan.


www.maltarightnow.com

32

Il-Ħamis, 16 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

Triq ġdida

Riflessjonijiet mill-Isqof Mario Grech, il-President tal-Konferenza Episkopali Maltija, wara l-ewwel ġimgħa tas-Sinodu Straordinarju fuq il-Familja f’Ruma

Fid-dawl ta’ ħafna mill-interventi li saru fis-Sinodu talIsqfijiet matul din il-ġimgħa, u fil-linja tal-intervent li diġà għamilt fil-jiem li għaddew, nemmen li fix-xhur li ġejjin ilKnisja Kattolika għandha tfittex “triq ġdida” għal dawk ilmiżżewġin feruti li jixtiequ jgħixu fi Knisja li “mhix dwana, imma d-dar tal-Missier fejn hemm post għal kulħadd, kull wieħed bil-ħajja iebsa tiegħu”. Il-Knisja, dan tista’ tagħmlu wkoll billi tistudja bis-serjetà lprassi tal-Knejjes Ortodossi visà-vis id-divorzjati li jerġgħu jiżżewġu. Il-Knejjes Ortodossi kollha jħaddnu l-prinċipji tal-indissolubbiltà u tal-unità taż-żwieġ. Ngħid li jemmnu aktar minna lKattoliċi li l-ewwel żwieġ, li għalihom hu l-uniku żwieġ sagramentali, hu etern u ma jispiċċax lanqas bil-mewt. Filfatt, b’mod ġenerali, il-Knejjes Ortodossi jpoġġu t-tieni unjoni jew żwieġ li jidħlu fihom dawk li huma divorzjati, fuq l-istess livell tat-tieni unjoni jew żwieġ li jidħlu fihom dawk li huma romol. Waqt li jħaddnu l-ideal qaddis tal-Vanġelu, b’saqajhom ankrati mal-art, dawn il-Knejjes jafu wkoll li fil-vjaġġ uman talħajja, iż-żwieġ sagramentali u etern jgħaddi minn diversi maltempati. Fil-fatt, minkejja li hu etern, f’diversi każi jispiċċa jegħreq u “jmut” permezz ta’ ċirkustanzi bħalma huma lmewt naturali ta’ waħda millpartijiet, il-vjolenza domestika, l-adulterju, u fatturi oħrajn. Quddiem din it-traġedja umana li ġġib ħafna sofferenza u qtigħ ta’ qalb, il-Knejjes Ortodossi japplikaw il-prinċipju tal-“oikonomia”, biex jagħtu ċans mill-ġdid lil dawn il-persuni u ma jħalluhomx jegħrqu – jew, biex nużaw il-kliem talAppostlu Pawlu, “jinħarqu” (ara 1 Kor 7:9) – għalkollox flimkien maż-żwieġ tagħhom. Madankollu, il-Knejjes Ortodossi jqisu t-tieni jew ittielet rabta li titbierek millKnisja bħala waħda penitenzjali u mhux sagramentali, peress li l-ewwel żwieġ biss hu sagramentali u etern. Fit-Tradizzjoni Ortodossa, lapplikazzjoni ta’ dan ilprinċipju tixxebbah mal-flessibbiltà li titħaddem b’għaqal flarti tan-navigazzjoni. Tixbah lill-prattika għaqlija ta’ dak il-kaptan li, meta jin-

L-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech, hu u jindirizza s-Sinodu tal-Isqfijiet (Ritratt: Osservatore Romano)

qabad bil-ġifen tiegħu barra filmaltemp u fil-mewġ, jew meta jgħaddi minn ċerti postijiet kollha sikek moħbija, flok ma jwebbes rasu u b’riġidità jibqa’ jsalpa ’l quddiem fl-istess direzzjoni li kellu f’moħħu u bl-istess saħħa tas-soltu, jagħraf ikun flessibbli u jitlaq it-tmun f’ċerti mumenti, inaqqas is-saħħa talmoviment tal-ġifen u jarmi ttagħbija li mhix importanti biex fl-aħħar mill-aħħar, minkejja dawk l-ostakli kollha, jirnexxilu jsalva l-ġifen u dik it-tagħbija laktar prezzjuża. Fi kliem ieħor, permezz talprassi tagħhom mibnija fuq lapplikazzjoni tal-prinċipju tal“oikonomia”, il-Knejjes Ortodossi donnhom sabu dak ilbilanċ li s-Sinodu tal-Isqfijiet jixtieq isib: bilanċ bejn il-ġustizzja u l-ħniena ta’ Alla; bejn ir-rispett lejn l-ideal tar-regola u r-rispett lejn il-ġrajja u l-karba tal-persuna konkreta; bejn lattenzjoni għall-kliem ta’ Kristu u l-attenzjoni għall-imġiba profetika u kontroversjali tiegħu quddiem il-liġi u l-midinbin;

Nemmen li l-Knisja Kattolika għandha tfittex “triq ġdida” għal dawk il-miżżewġin feruti li jixtiequ jgħixu fi Knisja fejn hemm post għal kulħadd. Dan tista’ tagħmlu billi tistudja l-prassi tal-Knejjes Ortodossi dwar id-divorzjati li jerġgħu jiżżewġu

– l-Isqof Mario Grech

bejn il-legaliżmu fundamentalista li jpoġġi s-Sibt qabel ilbniedem (ara Mk 2:27) u rrelattiviżmu morali li jarmi kollox il-baħar; bejn l-ittra u lispirtu tal-liġi; bejn ir-rwol talKnisja bħala Għalliema li twiddeb u bħala Omm li ddewwi; bejn in-neċessità ġuridika talKnisja li tirregola l-“foro esterno” tar-realtà taż-żwieġ u nneċessità spiritwali tal-fidili li jerġgħu jwaqqfu għaqda malKnisja. Din il-perspettiva ġdida

għandha għeruqha fil-verità li lġustizzja ta’ Alla mhix imsejsa fuq dik umana. Kuntrarju għattwemmin komuni, il-ġustizzja ta’ Alla mhix kastig, imma ħniena. Il-ħniena hi l-oppost talkastig. In-natura tal-ġustizzja ta’ Alla hi l-ħniena u l-maħfra. Kif jafferma tant tajjeb il-Papa Franġisku, “m’hemmx limitu għall-ħniena li Alla joffri lil kulħadd”. Dan l-għarfien profond tannatura ta’ Alla żgur li jista’ jgħin

lill-Knisja tagħti tweġibiet ġodda lil dawk li, minħabba ssitwazzjoni kritika taż-żwieġ tagħhom, ikollhom jerfgħu tagħbija spiritwali, umana u soċjali xejn ħafifa. B’din il-viżjoni, il-Knisja tissokta tibqa’ fidila lejn il-bxara t-tajba ta’ Kristu dwar iż-żwieġ. Imma sadanittant, permezz talimħabba kollha ħniena, hi tesprimi mill-ġdid l-għożża u lattenzjoni tagħha għal dawk iddivorzjati li jinsabu fit-tieni ‘żwieġ’ u tgħinhom ikomplu jterrqu l-vjaġġ ta’ ħajjithom. Din il-“pastorali kreattiva” min-naħa tal-Knisja żgur li tiswa biex nistgħu nakkumpanjaw lill-persuni ta’ rieda tajba li jridu “joħolqu mill-ġdid” ilħajja tagħhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.