Il-Mument 26 ta' Ottubru 2014

Page 1

www.maltarightnow.com

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru 2014

Nru 2238 €2

L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT

TRAFFIKU UMAN TA' ASJATIĊI LEJN MALTA

L-investigazzjoni bdiet minn Ħal Far fejn għadd ta’ Asjatiċi jitgħabbew fuq coaches u jittieħdu lejn il-lant tax-xogħol

Żgħażagħ Asjatiċi jiddaħħlu fi sqaq ta' sfruttament wara li jibilgħu lixka ta' xogħol attraenti bi qligħ tajjeb għalihom. Meqjus traffikar pulit ta' Ċiniżi, Vjetnamiżi u oħrajn lejn Malta biex jaħdmu f'fabbriki tat-tessuti fosthom waħda proprjeta` tal-Gvern Ċiniż. Rapport Investigattiv minn Joe Mikallef Ritratti: Martin Agius

Ara paġni 6-9

ĦIN TAX-XITWA

Il-ħin tas-sajf ntemm matul il-lejl li għadda u beda l-ħin tax-xitwa. Ħu ħsieb li ddawwar l-arloġġ siegħa lura

KOMPETIZZJONI PAĠNA 2

Irbaħ wieħed minn żewġ vouchers valur totali ta’ €1,000

Illum il-prezz ta’ il-mument hu

€2

Illum diskors mistenni tal-Kap tal-PN

Dalgħodu, Simon Busuttil, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jagħlaq l-ewwel Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bittema Idea Malta b’diskors mistenni u li se jkun qed jagħti ħarsa lejn dawk l-ideat kollha li ssemmew waqt ilKonvenzjoni Ġenerali li bdiet tiltaqa’ nhar il-Ġimgħa, waqt li fl-istess ħin, jagħti viżjoni kemm għall-Partit kif ukoll għall-pajjiż. Id-diskors tal-Kap tal-PN mistenni jkun iffukat fuq il-bidliet li l-Kap irid li jara fil-PN biex ikun aktar miftuħ kemm għall-individwi kif ukoll għall-ideat ġodda fil-politika. Is-sessjoni tal-Ġimgħa filgħaxija u dik tal-bieraħ filgħodu kienu importanti ħafna għall-PN għaliex matulhom tkellmu biss persuni 'l barra mill-partit li spjegaw l-ideat u lviżjoni tagħhom għall-pajjiż.

Permess residenzjali għall-familja ta’ Mahdi al-Harati

għal paġna 3

Ara paġna 11


2

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Lokali

Spiżeriji li se jiftħu llum

Valletta: Regent Pharmacy; Il-Ħamrun: Chemimart International Pharmacy; Ħal Qormi: St George’s Pharmacy; Birkirkara: Mackie’s Pharmacy; Il-Gżira: St Matthew’s Pharmacy; San Ġwann: Medical Plaza Dispensing Chemists; TasSliema: Mrabat Pharmacy; Ħal Lija: St Joseph’s Pharmacy; In-Naxxar: Brown’s Chemists; San Pawl il-Baħar: Parkes Pharmacy; Raħal Ġdid: St Monica’s Pharmacy; L-Isla: San Filippi Pharmacy; Marsaskala: St Anne’s Pharmacy; Il-Gudja: Medicaid Pharmacy; Ħal Kirkop: Prestige Pharmacy; Ħaż-Żebbuġ: De Rohan Pharmacy; L-Imtarfa: Make Over Pharmacy; Fontana: Fontana Pharmacy; Il-Qala: St Joseph Pharmacy.

Temp: Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab bil-possibilità ta’ xi ħalba xita iżolata Viżibilità: Tajba minbarra f’xi ħalbiet tax-xita Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Majjistral it-Tramuntana, li jsir ħafif għal moderat mill-Majjistral. Baħar: Moderat li jsir ħafif għal moderat Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru Temperatura tal-Baħar:25°C

IL-ĦADD L-ogħla 24˚C

IT-TNEJN L-ogħla 22˚C

IT-TLIETA L-ogħla 22˚C

L-ERBGĦA L-ogħla 22˚C

IL-ĦAMIS L-ogħla 23˚C

‘Inġusta u redikola’

IŻ-ŻIEDA TA’ €0.58 FIL-ĠIMGĦA GĦALL-GĦOLI TAL-ĦAJJA MILL-GVERN LABURISTA

Gejtu Vella, Konsulent Trejdunjonistiku, qal li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, dik ta’ €0.58 hi l-aktar waħda baxxa sa mill-bidu tas-snin 1980, meta lGvern Laburista għal numru ta’ snin kien impona wage-freeze. Hu spjega li maż-żmien limsieħba soċjali qablu dwar ilmetodu biex titkejjel iż-żieda fil-prezzijiet. Dan wassal biex il-kumpens u l-kejl saru trasparenti bis-sehem dirett ta’ imsieħba soċjali. “Il-kejl użat, li ħadem u li ta riżultati varji f’ċirkostanzi differenti ġab stabbilita ekonomika u fir-relazzjonijiet industrijali. B’hekk u b’miżuri oħra, ġew protetti impjiegi b’mod partikolari fil-privat waqt li kien ta’ sostenn biex inħolqu eluf ta’ postijiet produttivi.” Gejtu Vella rrimarka li listrument ta’ kejl dwar l-għoli tal-ħajja qatt ma kien attakkat b’mod qawwi, sakemm il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni ħass li dan l-istrument sensittiv jużah għall-gwadann politiku. Il-prezz ta’ dik id-deċiżjoni żbaljata hu għoli ħafna. Vella wissa li jkun żball, mhux biss għall-kredibbilta’ talPN iżda jkun ta’ ħsara għallpajjiż, jekk l-Oppożizzjoni tagħmel l-istess. “Iż-żieda flgħoli tal-ħajja għandha tkun opportunita’ fejn il-partiti politiċi u l-imsieħba soċjali jagħmlu sforz ġenwin ħalli jħarsu l-kompetittività tal-pajjiż u jagħmlu l-almu biex jagħtu kenn lil min għandu bżonn jitwieżen. Dan filwaqt li jipproponu u jieħdu miżuri biex jirfinaw dan il-kejl. Gejtu Vella stqarr li issa hu aktar minn evidenti li bejn ilwegħdiet fosthom dawk talPartit Laburista fl-Oppozizzjoni dwar il-living wage u ħlas aħjar lill-ħaddiema bil-paga minima hemm baħar jaqsam mal-fatti. Josef Vella, is-Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin qal li filwaqt li l-

formula ta’ kif tinħadem ilCOLA hi dik li hi, iż-żieda mhix ġusta, speċjalment għallħaddiema b’paga minima. Hu saħaq li l-union għandha tkun fuq il-bord tar-Retail Price Index li jiddeċiedi iż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Hu spjega li fl-2013, il-union kienet infurmata mill-Gvern li dan ilbord se jkun magħmul minn “grupp ta’ esperti”, u kienu ngħataw l-impressjoni li l-bord se jirrapporta lill-MCESD. Iżda dan ma ġarax. Josef Vella qal li l-imsieħba soċjali jixraqilhom aħjar u mhux ikunu jafu bit-58ċ mill-gazzetti. Hu sejjaħ lill-Gvern biex jagħti kumpens ta’ darba lil aktar familji vulnerabbli, meta diġa’ magħruf li l-għoli talhajja tas-sena d-dieħla se jiżdied kif ukoll iż-żidiet fi prezzijiet tal-fuels u n-nolijiet tat-trasport pubbliku. Carmel Mallia, il-Viċi President tal-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti, tkellem mil-lat personali. Hu spjega kif mil-lat teoretiku kull gvern irid jimxi mal-mekkaniżu tal-COLA. Iżda meta wieħed jiġi għall-prattika u r-realta’, sostna Carmel Mallia, issib li 58 ċenteżmu huma ‘redikoli’ u sostna li dan l-ammont hu ‘ċajta’ jew ‘daħka’ għax ma tista’ tixtri kważi xejn bihom u, għalhekk, m’huma validi għal xejn. Carmel Mallia qed jissuġġerixxi li meta l-COLA tinżel għal ċertu livell, eżempju taħt l-ewro, din tista’ ma tingħatax f’dik is-sena partikolari iżda tingħata fis-sena ta’ wara. Hu qal li l-problema talCOLA hi li f’Malta hawn ħafna professjonisti li qed joffru servizzi u li l-miżata għalihom togħla sena wara oħra. Dan b’riżultat li qed ibatu lpensjonanti għax ma jaffordjawx iħallsu spejjeż kbar. Hemm ukoll is-settur tal-

kostruzzjoni u snajja’ oħra marbutin miegħu fejn qed idaħħal flejjes kbar. Carmel Mallia qal li dan kollu qed jolqot lill-pensjonant fil-laħam il-ħaj. Hu semma wkoll li l-purchasing power qed jonqos sew fost ilpensjonanti. Dan ifisser li li nnies foqra se jiżdiedu u aktar nies se jispiċċaw fir-riskju talfaqar. Tony Zarb, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) qal li ż-żieda tal-għoli tal-ħajja ta’ din is-sena hi maħduma fuq mekkaniżmu li ilu jitħaddem snin twal. Hu qal li biex dan il-mekkaniżu jinbidel, trid issir diskussjoni bejn min iħaddem, il-unions u lgvern. Tony Zarb stqarr li lGWU trid li jkun hemm tibdil fil-mekkaniżmu. Il-GWU qed tipproponi wkoll li l-COLA tibda tingħata darbtejn fis-sena; f’Ġunju u f’Diċembru. X’kien jgħid il-Labour Joseph Muscat, meta kien Kap tal-Oppożiżżjoni, f’intervista fl-2010, kien qal li hu jrid li Malta tkun minn ta’ quddiem permezz ta’ kunċett ġdid, studjat madwar lEwropa: l-introduzzjoni talliving wage. Il-living wage hi kalkolu ta’ kemm persuna għandha jkollha biex tgħix diċenti. Edward Scicluna, meta kien Ewro Parlamentari Laburista, kien qal fil-programm L-MEP u Int fuq Smash TV fl-2010 li lkunċett tal-living wage japplika għal dak li hu diċenti – ma jaqax fejn hemm il-faqar assolut, imma fejn hemm ilfaqar relattiv. Hu qal li għandha ssir stima ta’ dik li hi paga diċenti biex familja tgħix biha, u jekk wieħed jaqla’ inqas minnha allura jaqa’ taħt il-faqar relattiv. Jekk wieħed imbagħad jaqa’ taħt il-paga minima allura jkun qed jagħmel parti millfaxxa tal-faqar assolut.


Eżerċizzju ta' partit miftuħ li jisma’ l-ideat u jfassal il-politika viċin in-nies

3

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Konvenzjoni Ġenerali PN

minn paġna 1

Fost dawk li għamlu indirizz matul il-Konvenzjoni Ġenerali hemm persuni differenti, fosthom ta' orjentazzjoni sesswali differenti, ta' kulur differenti, bi problemi fiżiċi, negozjanti, ġurnalisti, preżentaturi, ġurnalisti, akkademiċi. (ara rapporti f’paġni 4-5) Il-Konvenzjoni Ġenerali li hi lewwel waħda tax-xorta tagħha qed titmexxa minn Rosette Thake, li dalgħodu mistennija tagħmel analiżi ta' dak kollu li ġie diskuss waqt din ilKonvenzjoni Ġenerali. Din kienet lewwel darba għal Rosette Thake li tinvolvi lilha nnifisha b'mod dirett filPN. B'mod speċjali, hi se tkun qed issemmi numru ta' proposti li ġew diskussi waqt il-workshops li saru lbieraħ waranofsinhar. Mitliba tikkummenta minn ilmument, il-President tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-PN Rosette Thake qalet li din il-konvenzjoni ġenerali kienet eżerċizzju li fiha l-PN wera kemm bilfatti hu partit miftuħ għall-ideat ta' kulħadd, kemm tat-tesserati u l-membri tal-partit kif ukoll ta’ dawk li m'għandhom l-ebda rabta mal-partit. Rosette Thake spjegat kif il-qofol tal-konvenzjoni kienet proprju ddiskussjoni miftuħa li kien hemm u li fiha ħadu sehem dawk li attendew għall-Konvenzjoni. Il-konklużjoni ta'

Il-konklużjoni ta' dawn il-workshops se jgħaddu lill-policy fora tal-partit biex jintegrawhom fil-formazzjoni tal-politika tal-PN

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil flimkien ma’ Rosette Thake, il-President tal-Konvenzjoni tal-PN f’mument waqt wieħed mid-diskorsi li saru lbieraħ minn 13-il mistiedna tal-PN

dawn il-workshops se jgħaddu lillpolicy fora tal-partit biex jintegrawhom fil-formazzjoni tal-politika tal-PN. Il-President tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-PN sostniet li għal din ilKonvenzjoni, il-PN daħal b'mod miftuħ għaliex kien dispost li jisma. “Kien għalhekk li l-uffiċjali tal-partit ma tkellmux f'din il-Konvenzjoni iżda kienu mal-pubbliku jismimgħu linterventti. Se jkun biss il-Kap tal-PN Simon Busuttil li dalgħodu se jindirizza lill-konvenzjoni”. Rosette Thake sostniet li l-PN jemmen li dan hu l-mod kif tkun formulata l-politika. “Permezz ta' din il-Konvenzjoni l-PN ta l-opportunita lill-pubbliku biex ressaq il-proposti tiegħu u dawn ikunu mismugħa millpartit fil-proċess ta' aġġornamentt talpolitika tiegħu. Il-konvenzjoni tal-PN qed tisma, tiddiskuti u tkompli toħroġ il-proposti”, sostniet Rosette Thake.

Fis-sessjoni tal-bieraħ tal-Konvenzjoni tal-PN saru numru ta’ workshops li l-konklużjoni tagħhom se jitressqu fis-sessjoni ta’ dalgħodu


4

Il-minoritajiet għandhom bżonn lill-PN

Alex Mangion li rrakkonta d-diffikultajiet li jgħaddi minnhom bħala persuna transgender jekk kif ispira lil bosta minn dawk preżenti. Alex Mangion qal li jħossu “raġel f'ġisem ta' mara” u awgura li ħadd ma jkollu jgħaddi minn dak li jgħaddi minnu kuljum. Waqt li spjega li esperjenzi ordinarji bħal xi passiġġata jew żjara sal-bank huma

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Konvenzjoni Ġenerali PN

għalih ta' turment, minħabba l-mod kif is-soċjeta' tħares lejh, stqarr li dan jgħodd għal eluf ta' persuni f'Malta. L-appell ta' Alex kien ċar: il-minoritajiet f'Malta għandhom bżonn lill-PN, u dan jgħodd iktar issa li dalwaqt titressaq ilGender Identity Bill fil-Parlament. “Li partit jastjeni huwa differenti ferm milli jivvota favur u huwa għalhekk li l-PN għandu rwol

kruċjali x'jilgħab f'din id-diskussjoni”. Hu qal li bħala ċittadin, minkejja ssesswalita' tiegħu, jimpurtah millekonomija, l-edukazzjoni u mit-temi politiċi li jiġu diskussi. Fid-dawl ta' dan, hu jixtieq li persuni ta' sesswalita' bħal tiegħu għandhom ikollhom iċ-ċans jagħtu sehem iktar dirett fix-xena politika, mingħajr diskriminazzjoni.

Alex Mangion

“Kull Gvern għandu jaħdem biex lil Għawdex jixprunalu l-iżvilupp ekonomiku tiegħu, biex bħala reġjun dan igawdi minn opportunitajiet għar-residenti tiegħu”. L-avukat u imprenditur Joe Ellis qal dan hekk kif irrimarka li Għawdex bħala reġjun jingħata ħafna attenzjoni, iżda hemm bżonn ta' impenn reali biex l-iżvilupp iseħħ bl-istess ritmu ekonomiku bħal bqija ta' Malta. Dan il-fatt Ellis rabtu ma' statistiċi

riċenti li juru li l-ekonomija kibret imma dik ta' Għawdex baqa' fl-istess livell. “Dan il-fatt ikompli jikber fl-importanza meta wieħed josserva kif in-negozji qed jevitaw li jinvestu f'Għawdex”. L-istatistika turi wkoll li madwar 100 kopja Għawdxija kull sena tagħżel li tgħix 'il bogħod mill-gżira Għawdxija, minħabba nuqqas ta' opportunitajiet. Il-klassi politika għandha tieħu dan kollu f'kunsiderazzjoni, spjega Ellis, li qal

li l-Ministeru għal Għawdex għandu rwol li jixpruna l-ekonomija u mhux sempliċiment jaqdi funzjoni kożmetika fl-arkitettura amministrattiva. “Soluzzjoni għal dan hi li negozji jinvestu f'Għawdex u jużaw it-talent Għawdxi permezz talkomunikazzjoni diġitali, biex b'hekk jinħolqu mpjiegi ġodda mingħajr ma jpoġġi pressjoni fuq il-ħaddiem Għawdxi biex kuljum jinżel lejn Malta għaxxogħol”.

parlamentari qed isiru qishom tellieqa presidenzjali, bil-partiti jigglorifikaw lillmexxejja tagħhom u jitilfu ċ-ċentralita' tagħhom fil-ħolqien ta' ideat politiċi ġodda. Hu rrikonoxxa wkoll li l-partiti politiċi kultant jużaw l-interess kummerċjali bħala mezz biex jostru ċertu deċiżjonijiet u kuntratti li jkunu saru, mingħajr ma jagħmlu l-konsultazzjoni xierqa u meħtieġa. “Lanqas ma jista' jkollna politika li tevita l-kritika għax l-avversarju

politiku għamel agħar”, spjega Debono. F'dan ix-xenarju hu qal li qed naraw ukoll lil għaqdiet non-governattivi li qed iqumu għall-okkażjoni biex iwasslu l-bidla meħtieġa, fosthom f'dak li għandu x'jaqsam ma' suġġetti bħal kaċċa u l-ambjent. Filwaqt li tkellem dwar it-theddida għas-solidarjeta' soċjali jekk tkun introdotta l'hekk imsejjħa third pillar pension.

Marica Mizzi

“Bdejt il-ħidma tiegħi fl-NGOs blinvolviment fil-ħarsien tal-annimali u llum inħares lura u ninduna kemm ixxogħol volontarju għeni nikber bħala individwu”. Kien dan il-kliem ta' Marica Mizzi, PRO tal-Caritas u li tkellmet dwar il-futur ta' dawn lgħaqdiet fis-soċjeta'. “L-għaqdiet jagħtuk l-opportunita' li

tħossok involuta u proattiva fis-soċjeta', iżda wieħed jistaqsi kemm dawn għadhom sostenibli fil-ħajja tal-lum.” Hi qalet li l-burokrazija u l-isfida biex jinkisbu l-fondi huma żewġ ostakli kbar li l-għaqdiet qed ikollhom jaffaċjaw fuq bażi regolari. L-għaqdiet għad hawn ħafna bżonn tagħhom, tenniet Mizzi, waqt li semmi-

“Iċ-ċavetta għall-futur hija t-tmexxija tajba”. Dan kien il-kliem tal-imprenditur Jonathan Shaw, li fid-diskors tiegħu ħares lura lejn il-progress ta' pajjiżna u qal li huwa kruċjali li l-pajjiż jibbaża lilu nnifsu fuq il-kwalita' tax-xogħol, it-titjib tas-sistema edukattiva u l-ħarsien tal-ambjent. Hu qal li wasal iż-żmien biex il-politiċi jiffukaw fuq il-kwalita' tax-xogħol li

għandna f'pajjiżna, billi jindirizzaw kemm lil min jaħdem kif ukoll lil min iħaddem. Dan filwaqt li s-settur edukattiv għandu jkun diversifikat u msawwar b'identita' iktar multi-kulturali, li tħares bissħiħ lejn it-tessut soċjali ta' pajjiżna flintegrita' kollha tiegħu. Shaw talab ukoll lil dawk kollha preżenti biex iħarsu lejn l-ambjent ta'

madwarna daqs li kieku qed jarawh lewwel darba. “Jekk nagħmlu hekk, inkunu nistgħu napprezzaw iktar il-bidliet li hemm bżonn isiru”. Hu stqarr li ma nistgħux nistennew li lattitudni ħażina tagħna tinbidel waħedha. “Irridu nkunu aħna li nibnu l-futur ta' pajjiżna, bl-ideat tagħna, bi tmexxija tajba”, temm Jonathan Shaw.

Michael Briguglio

Is-soċjologu u eks-Chairperson talAlternattiva Demokratika qal li firrigward tal-ambjent, il-pajjiż jeħtieġlu jimxi lejn mentalita' sostennibli, li timxi id f'id mar-regolamenti Ewropej u li tilqa' l-isfidi ambjentali u tindirizzahom. Fost oħrajn, tkellem fuq l-isfida tal-enerġija, il-bini tal-power station u l-effetti tiegħu fuq l-ambjent, u l-ħarsien tal-ilma. “Fid-dawl ta' dawn

l-isifdi għandna bżonn inkunu ċittadini li nżewwġu drittijiet ma' responsabbiltajiet”. Michael Briguglio qal li filwaqt li lGvern jista' jintroduċi inċentivi biex ikunu introdotti skemi ta' pensjoni mal-privat, b’dik li tissejjaħ second pillar pension, jekk tkun introdotta lpensjoni volontarja – it-third pillar pensions, se toħloq sistema diskrimi-

Joe Ellis

Nuqqas ta’ opportunitajiet f’Għawdex

Bżonn ta’ reviżjoni tal-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza

James Debono, ġurnalist talMaltaToday qal li hemm bżonn li tkun reveduta l-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza għal dawk li ilhom żmien twil jgħixu f'Malta imma m'għandhomx il-miljuni biex jixtru l-passaport Malti. Hu tkellem dwar l-isfidi li qed joħonqu l-mudell Malti f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent, id-demokrazija u l-ġustizzja soċjali. Hu qal li f'pajjiżna qed ngħixu b'kultura li qed twassal biex l-elezzjonijiet

James Debono

Meħtieġ is-sostenn lill-għaqdiet volontarji

Il-futur jinbena bi tmexxija għaqlija

et kif il-PN għandu fergħat ibbażati fuq il-volontarjat. “Huwa għalhekk li rridu nrawwmu s-sabiħ tal-volontarjat fost iż-żgħażagħ, għax għad hawn min qed ibati, min jinsab f'minoranza”. L-appell tagħha għalhekk kien ċar: il-politiċi għandhom ifittxu mezz biex jgħinu lil dawn l-għaqdiet ikunu sostenibli.

Jonathan Shaw

Fl-ambjent meħtieġ mentalita’ sostenibbli

natorja li tippreferi lil dawk li jifilħu jħallsu u twarrab lil dawk li m'għandhomx il-mezzi finanzjarji meħtieġa. Briguglio qal li minkejja d-differenzi, l-antagoniżmu jaf ikun l xprun biex insaħħu lilna nfusna, spjega Michael Briguglio. Hu kkonkluda b'appell imqanqal biex l-avversarji politiċi japprezzaw id-diversita' ta' bejniethom.


5

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Kovenzjoni Ġenerali PN

Il-mutur ekonomiku m’għandux ikun il-Gvern L-ekonomista Maria Xuereb saħqet fuq l-importanza li l-mutur ewlieni talekonomija għandu jkun is-settur privat u mhux il-keazzjoni ta' impjiegi mal-Gvern, kif qed isir fl-aħħar xhur. Hi qalet li lekonomija Maltija għandha sfida kbira, dik li tkompli tikber. Hi tkellmet b'mod partikolari dwar is-settur tal-manifattura u

qalet li fil-passat dan is- kien jattira investimenti barranin li kienu jagħżlu lil Malta minħabba diversi ċirkostanzi, foshtom ilpagi baxxi. Filwaqt li kien pożittiv li setturi oħra tal-ekonomija ngħataw l-importanza meħtieġa, jeħtieġ li l-pajjiż jerġa' jinvesti bis-saħħa fil-manifattura, sostniet Marisa Xeuereb li kompliet li għandha

tingħata importanza lill-investiment firriżorsi u l-ħiliet tekniċi tal-ħaddiema. Tul is-snin is-settur tal-manifattura iddeterjora għall-fatt li l-pajjiż qatt ma pprova s-servizzi neċessarji marbuta miegħu. “Jeħtieġ ukoll li l-pajjiż iwettaq diversi bidliet oħra fosthom fit-trasport pubbliku u kif joperaw l-iskejjel Maltin.”

Marisa Xuereb

Ivan Bartolo

L-imprenditur Ivan Bartolo, id-Direttur Ġenerali tal-kumpanija 6PM, qal l-pajjiż għandu bżonn gvern li ċ-ċittadin ma jkunx jeħtieġu iżda joħloq l-għodda biex jitkattar l-investiment. Il-PN, sostna Ivan Bartolo, irid jibni fuq il-kisbiet u jiġġedded waqt li jsib bilanċ bejn li jkun gvern tal-pajjiż u gvern tan-nies. Tkellem dwar l-esperjenza tiegħu kif

minn xejn żviluppa l-kumpanija 6PM li llum iġġb mat-12-il miljun ewro fis-sena lejn il-pajjiż. Hu semma l-mod kif Gvern Nazzjonalista biddel l-ekonomija u nvesta fit-telekomunikazzjoni u t-teknoloġija fissnin 80 u 90. “Dan ġab indipendenza personali lill-Maltin biex investew u kabbru l-opportunitajiet anki barra l-pajjiż”. Ivan Bartolo qal li l-investiment fl-

edukazzjoni hu vitali għaliex hi l-bażi ta' kull ekonomija. Hu qal li jeħtieġ skemi biex l-istudenti jkollhom opportunitajiet fl-informatika, fosthom fis-settur tassaħħa. Hu semma li l-pajjiż jeħtieġ issaħħaħ is-servizzi ta’ konsulenza legali u imprenditorjali b’xejn minħabba li l-applikazzjonijiet għall-fondi Ewropej jiswew ħafna flus.

L-imprendtriċi Helga Ellul appellat biex ikun hemm iktar ftuħ fl-ekonomija u fl-edukazzjoni u biex titwaqqaf struttura ITMalta fuq l-istess linji ta' FinanceMalta. Helga Ellul tkellmet dwar l-iżvilupp tal-ekonomija u sostniet li kull gvern irid ikun konxju li l-uniku riżorsa talpajjiż hi dik umana. “Ma nistgħux

nibqgħu fejn aħna u rridu niftħu s-setturi tal-ekonomija u tal-edukazzjoni għaliex il-komeptizzjoni hi tajba u b'saħħitha.” L-imprenedtirċi Helga Elleul appellat biex in-negozjanti Maltin ma jkunux iżolati iżda integarti biex ikunu f'pożizzjoni iktar b'saħħitha fis-suq lokali u internazzjonali. “Iċ-ċavetta ta' kull

żvvilupp hi l-edukazzjoni”, sostniet Helga Ellul, li kompliet li l-istorja Maltija turi l-kapaċitajiet tal-Maltin biex jieħdu l-opportunitajiet li jkollhom. Helga Ellul tkellmet dwar il-mod kif żviluppa s-settur tat-teknoloġija talinformatika f'Malta u qalet li dan għandu jkun ta' eżempju għas-setturi l-oħra.

Helga Ellul

Roland Micallef Attard

“Hu meħtieġ li l-ħaddiema Maltin joħolqu iktar niċeċ ta' xogħol u opportunitajiet għaliex anki dan jista' jwassal biex jinqata' l-prekarjat.” Dan sostnieh is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni tal-Kooperattivi Roland Micallef Attard li saħaq kif bil-kooperattivi, ittalenti tan-nies jitpoġġew flimkien u jnħolqu opportunitajiet ġodda.

Hu appella liż-żgħażagħ biex jiffurmaw kumpaniji bl-iskop li jwettqu linizjattivi tagħhom. Appell ieħor sar lill-kunsilli lokali biex jinħolqu aktar kooperattivi bi skop soċjali fosthom biex jingħataw servizzi lill-anzjani filkomunita. Micallef Attard semma lbżonn ta’ bank tal-kooperattivi b’aktar impenn soċjali u li jgħin lill-imprendi-

turi anki fid-diffikultajiet. Roland Micallef Attard qal li f'Malta hawn 70 kooperattiva b'4,000 membru, bil-maġġoranza fis-settur agrikolu. Meta mqabbel ma' pajjiżi oħra, dan is-settur għadu mhux b'saħħtu biżżejjed u jeħtieġ li iktar ħaddiema jifhmu l-opportunitajiet li joffri.

Il-Viċi-Dekan tal-Fakulta tat-Tisħiħ tas-Soċjeta Jacqueline Azzopardi qal li lPN għandu jkun il-katalist tal-bidliet li jridu jsiru fis-soċjeta Maltija. “Tul is-snin il-PN tgħallem ħafna dwar kif żviluppat is-soċjeta u qalet li l-ebda persuna fissoċjeta m'għandha tiġġudika lil ħaddieħor. Hi appellat lill-PN biex ikompli

jaġġorna l-politika tiegħu u eqreb talfamilji Maltin. Hi tkellmet dwar id-drittijiet tal-persuni kollha fis-soċjeta' u qalet li l-valuri tad-Demokrazija Kristjana jibqgħu validi għaliex hija bbażata fuq l-imħabba, lgħożża, is-solidarjeta u l-appoġġ għallbniedem.

Hi qalet li l-partiti politiċi jridu jirrikonoxxu l-mod kif il-familja żviluppat waqt li spjegat kif it-tfal qed jgħixu f'dinja differenti minkejja t-trobbija li jkunu ngħataw mill-ġenituri. Iż-żgħażagħ, sostniet Jacqueline Azzopardi, qed jgħixu f'dinja fuq l-internet u f'dinja ta' multikulturaliżmu.

Jacqueline Azzopardi

Naomi Bugre

L-istudenta Maltija fil-Fakulta tal-Liġi Naomi Bugre saħqet fuq l-importanza li kull pajjiż u kull soċjeta' taċċetta l-multikulturaliżmu fi ħdanha għaliex hu element ta' għaqda li jsaħħaħ lill-istess soċjeta'. Naomi Burge tat l-esperjenza tagħha dwar kif tgħix b'missier mill-Ghana u

ommha Maltija u wara li l-familja għexet għal ħames snin fil-Belġju meta hi kienet żgħira. Bugre semmiet meta kienet tattendi skola fil-Belġju u d-differenza li din sabet meta ġiet Malta. Hi qalet li llum is-soċjeta’ Maltija hi iktar tolleranti u miftuħa minn dik meta hi rritornat mill-Belġju.

Hi qalet li l-kulturi differenti għandhom ikunu mezz kif iġibu iktar paċi u mhux mibgħeda. Hi semmiet dan fil-kuntest ta' dinja globalizzata. Naomi Bugre qalet li l-prinċipju għandu jkun wieħed ta' unita fid-diversita u qalet li d-divresita għandha tneħħi kull biża' li jista' jkun hawn fissoċjeta' minħabba t-taħlit tal-kulturi.

Il-persuni b'diżabilta għaddew mill-perijodu li jistennew karita biex itejbu l-kundizzjonijiet tagħhom għaliex is-soċjeta rrikonoxxiet id-drittijiet tagħhom. Amy Camilleri Zahra, professjonista fis-settur tal-persuni b'diżabilta, tkellmet kif id-drittijiet żviluppaw tul is-snin u ddiffikultajiet li l-persuni b'diżabbilta

ffaċċjaw biex integraw fis-soċjeta. Hi qalet li l-integrazzjoni ġabet l-indipendenza tal-persuna, element essenzjali għalliżvilupp tal-persuni b'diżabilta. Amy Camilleri Zahra semmiet l-importanza tal-ħolqien tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbilta u l-liġi dwarr il-persuni b'diżabilta u qalet li

dawn kienu fundamentali fl-iżvilupp talpersuni b'diżabilta. Hi kompliet li minkejja li baqa' diversi ostakoli, saru passi kbar 'il quddiem. “Dawn il-bidiet ġabu soċjeta' inklussiva li hi element fundamentali għall-persuni b'diżabilta. Dan flimkien ma attitudni pożittiva fil-konfront tal-persuni b'diżabilta.”

Amy Camilleri Zahra

Meħtieġa għodda li joħolqu l-investiment

Aktar ftuħ fl-edukazzjoni u fl-ekonomija

Il-kooperattivi... mezz kontra l-prekarjat

Il-PN għandu jkun katalist tal-bidliet soċjali

Il-multi-kulturaliżmu jsaħħaħ lis-soċjeta`

Aktar drittijiet mhux karita`


6

Il-Ħadd, 26 ta

L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT – Rapport ta’ Joe Mikallef Ritratti: Martin Agius

6.20 a.m. Ċittadini Asjatiċi jistennew fuq ix-xarabank qabel jittieħdu għal ġurnata xogħol

6.37 a.m. Xarabank oħra ffullata b’Asjatiċi f’Ħal Far

L-INVESTIGAZZJONI

Il-ġbir

tal-Asjatiċi minn Ħal Far;

Il-vjaġġ

bl-Asjatiċi minn Ħal Far lejn il-Qasam Industrijali ta’ Bulebel; Dħul

fil-post fejn jorqdu l-Asjatiċi u l-ambjent li jgħixu fih;

L-ambjent

fil-fabbrika fejn jaħdmu kemm Asjatiċi u anki Maltin. Fil-jiem li għaddew crew millKamra tal-Aħbarijiet ta’ media.link communications segwa mill-qrib informazzjoni li kienet daħlet filjiem ta’ qabel minn persuni Asjatiċi li litteralment huma mdejqa bl-allegat sfruttament tagħhom wara li ġew Malta bil-wegħda li se jaħdmu f’xogħol diċenti u jaqilgħu l-flus, iżda sabu trattament bħal qishom xi skjavi, tant li jgħixu f’ambjent xejn deċenti... imdawwar saħansitra b’ħafna skart u jorqdu fi kmamar gabubi u fl-aħħar millaħħar bi ħlas miżeru għal sigħat twal ta’ xogħol. Wara li tkellimna direttament ma’ numru ta’ persuni Asjatiċi li ltaqgħu magħna bil-moħbi u kemm għax ikkonfermajna wkoll informazzjoni ma’ terzi oħrajn – iddeċiedejna li mmorru ninvestigaw fiżikament. Il-kronaka tal-investigazzjoni:

5.30a.m. Iltqajna l-uffiċċju u erħejnilha lejn Ħal Far fil-post indikat.

6.00a.m. Mal-wasla fil-post, kulma stajna ninnotaw kienu ħaddiema ta’ kulur jibdew ifeġġu barra biex jistennew trasport ħalli jmorru għall-ġurnata tax-xogħol.

6.37a.m. Tliet coaches kbar, tnejn bojod bil-kliem Smart Transprot Ltd fuqhom u oħra ta’ kulur aħdar, waslu fid-direzzjoni fejn konna u waqfu wiċċhom ‘il barra. 6.37a.m. Għexieren ta’ Asjatiċi – aktar minn 240 – ħarġu minn kampus li jinsab bejn il-Barracks tal-

FAM f’Ħal Far u l-bini ta’ fejn hemm l-ETC.

6.46a.m. It-tliet coaches, wara xulxin, saqu ‘l barra minn Ħal Far fid-direzzjoni tal-Gudja.

6.55a.m. It-tliet coaches waslu fit-triq li minn Ħal Għaxaq tagħti lejn tal-Barrani.

7.02a.m. It-tliet coaches waslu fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel – minnhom niżlu l-persuni Asjatiċi kollha.

7.08a.m. Il-ħaddiema kollha – ġuvintur u tfajliet Asjatiċi – daħlu kollha fil-fabbrika Leisure Clothing li diġà kellha l-bibien miftuħa.

7.15a.m. Ilkoll kienu diġà fuq xogħlhom fil-bidu ta’ ġurnata ġdida ta’ xogħol.

Minn hawn il-crew ta’ media.link communications mar minnufih filbinja li minnha ħarġu l-Asjatiċi. Ir-ritratti ta’ x’rajna u x’sibna jitkellmu waħedhom... ħmieġ, skart u telqa enormi ddawwar il-bini residenzjali; twieqi mbarrati u fi kmamar ġewwa sodod fuq xulxin u ambjent xejn sabiħ; kamra bi provvista ta’ laned tal-ikel; il-binja prinċipali fuq tliet sulari għandha fuq in-naħa tagħha għadd kbir ta’ gabubi (kmamar żgħar) li fihom jorqdu l-ħaddiema Asjatiċi; uħud mill-bibien huma dekorati b’ornamenti Asjatiċi. Aktar ‘il ġewwa kien hemm żraben barra u ammonti kbar ta’ ħwejjeġ minxurin fl-għoli; dehra li tixbah slum.

Lo

6.55 a.m. Waħda mix-xarabanks bil-ħaddiema Asjatiċi fi triqitha lejn Bulebel

Sfruttar ta’ Asjatiċi b

Żgħażagħ Asjatiċi jitkellmu esklussivament ma’ il-mument Kienet esperjenza mhux tas-soltu dik li għaddejt minnha fil-jiem li għaddew meta klandestinament iltqajt ma’ numru ta’ Asjatiċi li jinsabu Malta biex jaħdmu f’fabbrika tat-tessuti u li matulha dawn, xi drabi bid-dmugħ f’għajnejhom, irrakkuntaw ġrajja ta’ swied il-qalb u ta’ sfruttament minn min qiegħed iħaddimhom f’Malta stess. “ Ġejt Malta biex naqla’ €600 fix-xahar – għalina hi somma kbira u sabiħa – iżda minn dan kollu mhu qed jiġri xejn għax fl-aħħar tax-xahar f’idi ningħata biss ftit għexieren ta’ ewro! Jgħidulna li nieħdu parti żgħira biss mill-paga għax jaqtgħulna biex jitħallas is-self li nkunu għamilna biex iffirmajna l-kuntratt biex stajna niġu Malta; jgħidulna li jaqtgħulna mill-paga biex inħallsu fejn qed noqogħdu f’Ħal Far; jgħidulna li qed jaqtgħulna mill-paga biex jitħallas l-ikel li jagħtuna... kieku jistgħu jħaddmuna u ma jagħtuna xejn...” Hekk irrakkontat persuna minn dawn lAsjatiċi li tkellmu magħna wara kuntatt li sar mal-kamra tal-aħbarijiet ta’ media.link communications. Ftehimna l-post fejn se niltaqgħu. B’ħafna biża’ biex ħadd ma jsir jaf u jaqbadna. Lajna kif miftiehem. Għall-ewwel, biża’ kbira, sakemm bdiet dieħla l-fiduċja. F’mument minnhom persuna minnhom għamel telefonata... tkellmu bil-lingwa Ċinża... ftit tal-ħin wara feġġew erba’ Asjatiċi oħra. Ħaduli b’idejja u nifhem li sħabhom diġà preżenti serħulhom rashom li setgħu jafdawni u jitkellmu b’mod liberu għax jien stajt ngħinhom. Ngħinhom billi nikxfu l-istorja ta’ swied il-qalb bl-iskop li jitwaqqaf dan l-abbuż sfaċċat li qed iwassal bosta jbatu ħafna. Huma fissru li kollox jibda minn avviż magħmul minn kumpanija li tħajjar linnies isibu mpjiegi barra pajjiżhom bi ħlasijiet attraenti. “Trid tifhem li f’pajjiżna l-pagi huma limitati ħafna. Ħaddiem jaħdem sigħat twal u fl-aħħar tal-ġimgħa jieħu d-dar paga fqira. Allura ħafna jitħajru jmorru jaħdmu lil hinn minn pajjiżna. Ħafna jħarsu lejha bħala fortuna. Trid kuraġġ biex titlaq il-familja u tmur tfittex avventura ta’ xogħol lil hinn minn art twelidek. Aktar u aktar żgħażagħ jidħlu għal din l-isfida u jfittxu fortuna f’kontinenti diversi, fosthom ukoll fl-Ewropa...

fosthom ukoll f’Malta.” Din il-persuna qaltilna li fid-dawl ta’ din ix-xewqa li ttejjeb il-kwalità tal-għajxien tiegħek, ikun hemm bosta li jwieġbu għal avviżi li jsiru, fosthom xi wieħed bħal dan: “We are manpower consultants from Vietnam. We supply Vietnamese workers/maids to manufacturing, construction and service sector. (Singapore, Malaysia, UAE, Romania..central of EU..etc). Should you have any demand, please feel free to contact us. Thank you.” Dak li jiġri mbagħad hu li min ikun imħajjar jagħmel kuntatt ma’ dik ilkumpanija/aġenzija biex jiskopri aktar dwar dak li jkun meħtieġ li jagħmel biex isib impjieg lil hinn minn pajjiżu. Isir lappuntament u sussegwentament illaqgħa fejn min ikun imħajjar imur jaħdem f’lista ta’ kumpaniji f’pajjiżi diversi. Hekk, kompliet il-persuna li tkellmet ma’ il-mument, tibda din l-avventura. Għall-bidu kollox faċli u kollox ward u żahar. Għall-bidu ssib għajnuna kbira. Jgħidulek ukoll biex terġa’ titkellem mal-familja tiegħek u tikkonsulta magħhom. Jgħidulek ukoll li meta tibda taħdem barra l-pajjiż, allura mill-paga ‘kbira’ ta’ €600 fix-xahar tkun tista’ mhux biss tgħix komdu u tfaddal, iżda tkun tista’ tgħin ukoll ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-istess qraba għax regolarment tkun tista’ tibgħatilhom il-flus biex anki huma jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-persuna li kienet qed titkellem – u li għandha livell aċċettabbli ta’ Ingliż – kienet segwitha f’dak kollu li kienet qed tgħid b’interess kbir minn sħabha preżenti li xi drabi bdew iwaqqfuha biex iżidu aktar dettalji u informazzjoni. Din il-persuna – u qed nuża t-terminu ‘persuna’ apposta biex ma nidentifikax issess tal-persuna li tkellmet magħna – kompliet li aktar ma’ jsiru laqgħat malkumpanija/aġenzija, aktar tibda ħierġa informazzjoni u f’mument minnhom dak li jkun jingħadlu li biex jintbagħat jaħdem fl-Ewropa jkollu bżonn il-visa ħalli ma jkollux problemi biex jidħol fiz-zona Schengen. Jingħadlu wkoll li jkun irid jiġi ffirmat kuntratt u jħallas mas-€6,000 li jagħmlu tajjeb għax-xogħol kollu


7

a’ Ottubru, 2014

okali

7.02 a.m Uħud mill-Asjatiċi deħlin fil-fabbrika

7.08 a.m. Waħda mill-ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol

7.15 a.m. Waħda mill-ħaddiema b’uħud mill-ħwejjeġ manifatturati f’Malta

’sigħat twal ta’ xogħol għal boqxiex

t u jistqarru li jinsabu f’ċirku perikoluż li ma jistgħux joħorġu minnu meħtieġ biex dak li jkun jintbagħat jaħdem. Fost l-oħrajn dawn il-persuni interessati li jaħdmu lil hinn minn pajjiżhom ikunu offruti wkoll impjieg f’fabbrika tat-tessuti f‘Malta. “Teħodhiex bi kbira li ħafna minn dawk interessati anqas biss ikunu qatt semgħu b’Malta u fejn tinsab, u jkun wara li jibdew jagħmlu xi tiftix dwarha u jsiru jafu li Malta hi pajjiż ċkejken, imma sabiħ fil-Mediterran. Dan ikompli jħajjar lil dak li jkun biex jidħol għal din l-avventura.” La darba dak li jkun jaċċetta, tibqa’ problema kbira ħafna – dik li mal-iffirmar tal-kuntratt ikollu jħallas €6,000 – ċifra enormi. Iżda l-kumpanija – ‘għax qalbha tajba’ – tistieden lil dak li jkun li tagħmillu arranġament biex jissellef dawk il-flus u mbagħad il-flus, eventwalment, jinqatgħu ftit ftit mill-paga li jibda jirċievi. “X’aktarx li l-kliem sabiħ u attraenti jwassal biex dak li jkun jidħol għaliha u jaċċetta li jissellef is-€6,000. Hawn ikun beda gwaj kbir... kważi kważi anki ttonalita mbagħad tinbidel u ma tibqax ta’ kliem kollu ħlewwa...” Il-vjaġġ lejn Malta jsir kif miftiehem u fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta dak li jkun isib min jilqgħu. Ftit wara jittieħed fir-residenza fejn ikun se joqgħod tul iż-żmien li se jdum Malta jaħdem. Ir-residenza hi binja f’Ħal Far – binja li tinsab feles bejn il-Barracks tas-Suldati f’Ħal Far u bejn il-kampus talKorporazzjoni Maltija għax-Xogħol u tTaħriġ (ETC). Binja li tinsab f’nofshom – tliet sulari mimlija b’ruxxmata ta’ kmamar żgħar li fihom joqogħdu għadd kbir ta’ Asjatiċi. Ma’ dawn il-kmamar, kmamar oħra li jservu ta’ toilets u fejn wieħed jinħasel. Ebda kumditajiet li wieħed jistenna. Anqas fejn tonxor il-ħwejjeġ... “Dak li jkun mal-wasla tiegħu millewwel qalbu teħbru li minn dak imwiegħed għal din ir-realtà hemm baħar jaqsam... u mill-ewwel titnissel dieqa filqalb... il-firda minn mal-familja, il-firda minn art twelidek... is-suspett li tkun ġejt milgħub... is-suspett li tkun blajt lixka perikoluża...” Din il-persuna kompliet li għall-bidu, anki jekk forsi lejn Malta ma tkunx ivvjaġġajt waħdek, tħoss il-ħtieġa li dawk diġà involuti qablek f’din l-avventura, isiru

“Dak li jkun mal-wasla tiegħu mill-ewwel qalbu teħbru li minn dak imwiegħed għal din ir-realtà hemm baħar jaqsam... u mill-ewwel titnissel dieqa fil-qalb...” - Minn rakkont ta’ waħda mill-Asjatiċi li tkellmet ma’ il-mument

Il-ħaddiema jintalbu l-passport u dokumenti oħra… miżura ta’ sigurta’ biex ma jaħarbux… waqt li l-pressjoni fuq ix-xogħol hija kbira, b’ħafna sigħat twal minn x’ħin jisbaħ sa x’ħin jidlam

parti mill-familja l-ġdida tiegħek. “Mhux faċli li ddub fi żmien qasir is-silġa li tkun dħalt fiha... tal-inqas hekk tkun ix-xewqa... li sħabek il-ġodda jaċċettawk malajr u li ssir wieħed minnhom. Naturalment kemm huma ma jafdawkx mill-ewwel u kemm int ma tafdahomx mal-ewwel konversazzjonijiet. Ċertu biża’ ta’ nuqqas ta’ fiduċja tinħass u tinħass sew. “Imbagħad tibda l-avventura tax-xogħol. Jgħallmuk tħaddem il-magni. Jgħallmuk dak kollu li hu mistenni minn kumpaniia li taħdem b’suċċess fil-qasam tat-tessuti. Ilkumpanija li magħha naħdem jien hi lkumpanija Leisure Clothing u tinsab filQasam Industrijali ta’ Bulebel. Hemm jaħdmu mijiet ta’ ħaddiema. Il-parti l-kbira huma Asjatiċi. Imma hemm ukoll għadd

ta’ Maltin. Nifhem li l-Maltin huma trattati b’mod differenti mill-Asjatiċi...” kompliet tfissrilna din il-persuna. Din il-persuna żiedet li “f’dan ix-xenarju kollu jitolbuk il-passaport u xi dokumenti oħra li jista’ jkollok biex jinżammu mill-kumpanija għal raġunijiet ta’ sigurtà... illum nifhem li dawn id-dokumenti jinżammu mill-kumpanija biex ikun ferm aktar diffiċli għal xi ħadd li jitwebbel jaħrab... Bla dokumenti fejn tista’ tmur?” Il-persuna kompliet li huma jaħdmu sigħat twal. Joħorġu mir-residenza fejn joqogħdu f’Ħal Far mas-6.40 ta’ filgħodu u jirritornaw meta jkun dalam sew. Sigħat twal ta’ xogħol u l-pressjoni fuq il-ħaddiema hi kontinwa. Filgħodu dawn lAsjatiċi jittieħdu l-fabbrika bi tleiet xara-

banks kbar. Filgħaxija jwassluhom lura fl-istess residenza. “Biex jaqilgħu xi ftit flus aktar, bosta Asjatiċi jaħdmu ħafna sigħat żejda. Xi drabi wkoll fi tmiem il-ġimgħa! “Xi kultant joħorġuna lkoll flimkien u jeħduna ngħumu jew naraw xi villaġġ jew forsi... Iġibulna wkoll f’Ħal Far xi tip ta’ divertiment... ma nafx... forsi xi ħadd idoqq il-mużika u jsir disco... imma... Ma jeħdux gost li noħorġu waħidna... anzi ma jkunux jixtiequ...” Il-konversazzjoni ma’ dawn l-Asjatiċi waqfet ħesrem hawn għax kien sarilhom il-ħin. Kulħadd telaq għal riħu... imma qabel ma ġara dan mill-ġdid talbuni li nserħilhom rashom, kif għamilt, li l-identità tagħhom tibqa’ mistura.


8

Il-Ħadd, 26 ta

L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT – Rapport ta’ Joe Mikallef Ritratti: Martin Agius

Binja bit-twieqi ssiġillati fiz-zona li fiha jinżammu l-Asjatiċi

Ħmieġ skart u telqa fl-inħawi tal-binja fejn jinżammu l-Asjatiċi

Ikel magħmul mir-ross u fdalijiet tal-ħaxix mormi fi spiera mhux imnaddfa

Imdaħħla f’allegat traffikar ta' Asjatiċi biex jitħaddmu għal ftit għexieren ta' ewro

LENTI FUQ IL-FABBRIKA LEISURE CLOTHING F'BULEBEL PROPRJETA’ TAL-GVERN ĊINIŻ

Il-Pulizija tal-Immigrazzjoni u tadDipartiment Investigazzjonijiet Kriminali (DIK) għandha rapporti li jallegaw li t-tmexxija tal-fabbrika Leisure Clothing Limited li tinsab filQasam Industrijali ta’ Bulebel hi involuta fi traffikar ta’ Asjatiċi lejn Malta. Sorsi li tkellmu ma’ il-mument fissru li r-rapporti li waslu lill-Pulizija jgħidu li tramite kumpaniji oħra fl-Asja, fosthom waħda fil-Vjetnam; Vihatico Vietnam Ha-Ha Tinh Join Stock Company, żgħażagħ Asjatiċi qed ikunu mħajra jiġu jaħdmu Malta u jaqilgħu ssalarju ta’ €600 fix-xahar. In vista li s-salarji li jaqilgħu dawn ilpersuni Asjatiċi huma ferm inqas, anki fid-dawl tat-tbatija li jgħaddu minnha u l-livell tal-għajxien ferm baxx meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra, inkluż dak f’Malta, is-salarju mwiegħed ta’ €600 iħajjar numru relattivament għoli ta’ persuni Asjatiċi biex jidħlu għal din lavventura. Waħda mid-destinazzjonijiet hi Malta, iżda dawk li jitħajjru, jkunu mġiegħla jiffirmaw kuntratt u joħorġu €6,000 li – skont ma jingħadilhom – jagħmlu tajjeb għal numru ta’ spejjeż

Fil-jiem li għaddew il-mument kellu l-opportunità li jżur din il-fabbrika u seta’ jinnota produzzjoni kontinwa. Leisure Clothing tinsab fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel, propjeta tal-Gvern Ċiniż. Malta hi fost id-destinazzjonijiet biex dawk li jitħajjru, jkunu mġiegħla jiffirmaw kuntratt u joħorġu €6,000

inizjali... fosthom il-vjaġġ lejn Malta, lispejjeż biex jinħarġu l-VISAs (li dwarhom tingħata garanzija totali), spejjeż oħra relatati ma‘ xogħol ta’ uffiċċju u spejjeż oħra. Dawn l-Asjatiċi jingħadilhom li din is-somma mislufa lilhom tibda titteħdilhom is-salajru kull xahar ftit ftit. F’Malta mis-€600 imwiegħda f’salarju, hu allegat li ħafna mill-

Bin Han, Direttur Maniġerjali ta’ Leisure Clothing waqt żjara fil-fabbrika minn delegazzjoni tal-Gvern Ċiniż

Asjatiċi jispiċċaw jingħataw mal-€150 biss għax il-kumplament tal-flus jinżammu mill-kumpanija bl-iskuża li dawn ma jaħarbux minn Malta, biex jitħallsu d-dejn, il-kera tar-residenza f’Ħal Far kif ukoll ikel li dawn jingħataw qabel ma jmorru għax-xogħol u wara meta jirritornaw fil-hostel. Nifhmu li l-Pulizija qed tinvestiga dan kollu u ferm aktar, fosthom ukoll numru ta’ kumpaniji li b’xi mod jew ieħor huma relatati jew jaqgħu taħt ilkumpanija Leisure Clothing, proprjetà tal-Gvern Ċiniż u f’Malta titmexxa minn Bin Han bħala Direttur Maniġerjali. Fittim ta’ tmexxija ta’ din il-fabbrika hemm aktar persuni Ċiniżi, fosthom James Liu li hu l-Kap tas-Sales Administration, Monica Zhao, il-Kap tal-Customer Care, Ping Tang li hu d-Design and Development Manager u Steven Liao li hu l-Accountant Assistant. Ma’ dawn fit-tmexxija ta’ Leisure Clothing hemm involuti wkoll numru ta’ pesuni Maltin. Leisure Clothing (factory) Limited bdiet topera f’Malta fl-1987 riżultat dirett ta’ kooperazzjoni bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż. B’effett minn

Awwissu tal-1996 din il-kumpanija saret kumpanija sussidjarja taċ-Chinese International Corporation (CICET) li hi bażata f’Chong Qing fiċ-Ċina. Dan l-investiment Ċiniż f’Malta wassal biex tul is-snin il-kumpanija rebħet ilfiduċja u l-kuntratti ta’ diversi ditti ta’ fama internazzjonali u mill-aktar prestiġġjużi, fosthom Hugo Boss, Emporio Armai, Austin Reed u Ted Baker. L-akbar persentaġġ ta’ negozju lkumpanija tagħmlu mas-suq fir-Renju Unit, madankollu l-kumpanija tesporta kunsinni kbar lejn il-Ġermanja, l-Italja u l-Fillandja. Volum konsiderevoli ieħor ta’ xogħol jintbagħat b’mod regolari ċ-Ċina. Il-linja vasta ta’ xogħlijiet f’din ilfabbrika – ilbiesi tal-irġiel u tan-nisa, kowtijiet u waistcoats, ġakketti u blazers, qliezet u dbielet u ħafna prodotti oħra – twassal biex ilproduzzjoni tlaħħaq għal volumi ta’ eluf ta’ units kull xahar. Filwaqt li b’mod dikjarat ilkumpanija tgħid li t-turnover tagħha jaqbeż il-€5 miljun fis-sena, nifhmu li l-għadd ta’ impjegati – Maltin u Asjatiċi jammontaw għal mijiet ta’ persuni.

Lo


9

a’ Ottubru, 2014

okali

Ħwejjeġ tal-Asjatiċi minxurin mas-saqaf ta’ wieħed mit-toilets

Żraben tan-nisa u l-irġiel imħallta ma’ xulxin barra mill-kmamar

Telqa f’dik li suppost hija sala fejn l-Asjatiċi suppost iqattgħu ħin ta’ mistrieħ... u dan meta jsibuh!

Erba’ tfajliet Vjetnamiżi jippruvaw jaħarbu u jinqabdu fl-ajruport …meta interrogati mill-Pulizija kixfu li mal-260 Asjatiku/a għaddejjin minn ġrajja ta’ sfruttament Pjan imfassal matul is-sajf li għadda, jew forsi ftit qabel ukoll, minn erba’ tfajliet Vjetnamiżi li kienu jaħdmu fil-fabbrika tat-tessuti Leisure Clothing, biex jaħarbu minn pajjiżna falla meta ppreżentaw lilhom infushom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex iħallu pajjiżna, iżda l-uffiċjali tas-Sigurtà, fosthom il-Pulizija talImmigrazzjoni, indunaw li d-dokumenti li kellhom kienu foloz. Dawn it-tfajliet mhux talli ma tħallewx jitilqu minn Malta, imma ntalbu biex jgħinu fl-investigazzjonijiet talPulizija mmexxija mit-Taqsima talImmigrazzjoni. Grazzi għal din l-investigazzjoni ntefa’ dawl mill-aktar importanti fuq dak li jidher li hu traffikar pulit ta’ Asjatiċi lejn Malta – ġuvintur u tfajliet miċ-Ċina u mill-Vjetnam fost l-oħrajn li jispiċċaw jinqabdu f’ċirku perikoluż li m’hux faċli joħorġu minnu. Nifhmu li f’dawn l-investigazzjonijiet dawn it-tfajliet kienu mgħejjuna minn Avukatessa li s-soltu tgħin f’każi relatati ma’ persuni miżmuma fiċ-ċentri taddetenzjoni. Sorsi li tkellmu ma’ il-mument qalu li dawn it-tfajliet fissru li huma ma set-

għux jibqgħu jissaportu dak kollu li kienu għaddejjin minnu – sigħat twal ħafna ta’ xogħol, residenza fejn kienu joqogħdu fi stat xejn tajjeb u sabiħ, kmamar żgħar mingħajr ebda kumdità, bi ftit flus mogħtija lilhom fl-aħħar tax-xahar minkejja li oriġinarjament kienu mwiegħda ħafna aktar, sikkatura tant li ma jħalluhomx jimirħu fejn iridu... Dan kollu u aktar wassalhom biex jippruvaw jaħarbu minn Malta b’dokumenti foloz. Huma qalu li dan kollu ma kien jammonta għal xejn għajr għal sfruttament tagħhom bħala ħaddiema. Lill-Pulizija huma rrakkontawlhom kif ġew Malta u x’kellhom jagħmlu biex jiġu Malta. Qalulhom ukoll li kemm-il darba jinvestigaw bis-serjetà dan il-każ x’aktarx li l-ħaddiema Asjatiċi f’din ilfabbrika ftit kienu se jikkollaboraw għax jibżgħu minn diversi fatturi, fosthom li qrabathom f’pajjiżhom jispiċċaw vittma huma wkoll. Madankollu dawn it-tfajliet jidher li qalu lill-Pulizija li hemm aktar persuni li kienu kapaċi jikkollaboraw u jgħinu fl-investigazzjonijiet billi jgħaddu aktar informazzjoni. Nifhmu li l-Pulizija tal-Immigrazzjoni u dawk tad-Dipartiment Investigazzjoni

L-ambjent li jgħixu fih l-Asjatiċi huwa ta’ stmerrija

Kriminali mxew sew ‘il quddiem flinvestigazzjonijiet u dawn it-tfajliet, għalkemm nifhmu li għadhom ma tressqux il-Qorti akkużati li ppruvaw jaħarbu minn Malta, qed iżommuhom f’wieħed miċ-ċentri ta’ detenzjoni. L-informazzjoni mgħoddija lillPulizija minn dawn it-tfajliet wasslet biex fil-jiem ta’ wara l-Pulizija għamlet numru ta’ investigazzjonijiet. Fost loħrajn marret issegwi informazzjoni kif tliet xarabanks filgħodu kmieni kienu jmorru għall-ħaddiema biex jeħduhom minn Ħal Far għall-fabbrika Leisure Clothing fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel. L-investigaturi żaru wkoll ir-residenza

– hostel – li fiha qed jinżammu dawn lAsjatiċi u xejn ma kienu impressjonati bil-kwalità tal-ambjent miżmuma fih. Il-Pulizija kienu baqgħu sorpriżi b’dan l-allegat ċirku ta’ traffikar pulit ta’ persuni minn pajjiż għall-ieħor... persuni li oriġinarjament kienu mwiegħda xogħol b’salarju tajjeb meta mqabbel ma’ dak f’pajjiżhom, iżda l-ħaddiema Asjatiċi sabu li qed ikunu sfruttati. Fost l-oħrajn il-Pulizija jafu kif dawn il-ħaddiema oriġinarjament kienu mwiegħda pagi ta’ €600 fix-xahar u li parti mill-flus se jkunu jistgħu jibagħtuhom lill-qrabathom f’pajjiżhom, imbagħad jispiċċaw b’xi €150 biss f’idhom fi tmiem ixxahar.


10

Muscat ma jwettaqx wegħda ewlenija… u jostor il-ftehim maċ-Ċina u mal-Electrogas

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Lokali

Alex Attard

alex.attard@media.link.com.mt

Fl-aħħar ġimgħa, filParlament irriżulta li quddiem ilwegħda lill-poplu qabel lelezzjoni – dik li tinbena power station ġdida f’sentejn – il-Prim Ministru Joseph Muscat ammetta li mhux se jwettaqha sa Marzu li ġej. Dan waqt li baqa’ jaħbi lkuntratti li ffirma fiċ-Ċina b’rabta mal-proġett tal-bini talpower station il-ġdida, u jirrifjuta li jgħid meta se jitlesta l-proġett. Nhar it-Tnejn li għadda, Muscat kellu okkażjoni unika fid-dibattitu dwar il-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni ħalli lParlament jiddiskuti l-aħħar żviluppi dwar din il-wegħda. Muscat ilu sena u nofs jgħid li fil-power station ilġdida kollox kien on track. Ħeba li għandu problemi biex jibni power station oħra waqt li l-proġett għadu lanqas beda.

Siltiet minn rappurtaġġ qabel u wara l-elezzjoni ġenerali li jorbtu lil Joseph Muscat kif personalment ħa responsabbiltà għall-bini ta’ power station oħra f’sentejn

Muscat jgħid mod u jagħmel il-kontra • Fil-programm‘Dissett’ fuq TVM fis-6 ta’ Marzu 2014, wiegħed li jirriżenja jekk ma jibnix power station oħra sa sentejn minn wara l-elezzjoni. Reno Bugeja: Konvint illi lproġett tal-power station talgass f’Delimara se jsir fit-timeframes li stabbilixxa l-Gvern qabel l-elezzjoni?

Joseph Muscat: Iva, konvintissimu. Reno Bugeja: U jekk ma jsirx hekk, għadek marbut li tirriżenja? Joseph Muscat: Jiena nżomm il-kelma tiegħi. • Joseph Muscat m’għamel xejn biex ta r-roħs. Dan hu jew mertu tal-Gvern Nazzjonalista bil-power station tal-BWSC li qed tiffranka €50 miljun fis-

sena; jew minn taxxi ġodda (bħall-petrol u d-diesel li żammu għoli minkejja li raħas bi 30% fis-swieq internazzjonali); jew bil-ħabi tad-dejn li qed jagħmel (billi biegħ il-Petroleum Division lil kumpanija oħra tal-Gvern u lEneMalta daħħlet 80 miljun ewro li l-kumpanija li xtrat ilPetroleum Division iddejnet minn bank kummerċjali). • Muscat dejjem qal li jraħħas biss jekk jibni power station oħra taħdem bil-gass... issa jgħid li r-roħs ma jiddependix minn power station oħra. • Intrabat maż-żmien ta’ sentejn. Ftaħar li qabel jibda lproġett, il-kumpanija privata kienet se tagħtih kapparra ta’ €30 miljun. Il-kapparra ma ġietx għax il-proġett ma bedix. • Il-Prim Ministru ntrabat ma’ sentejn anke billi neħħa millproġett it-tankijiet tal-gass fuq lart u flokhom qal li se jagħmel tanker tal-gass fil-Bajja ta’ Marsaxlokk biex jgħaġġel. Dan bla ma għamel studju dwar leffett fuq il-Port. Dan kollu biex jgħaġġel ilesti f’sentejn. • Muscat kien qal li l-power station tal-BWSC hi ‘fabbrika tal-kanċer’ u uża l-mard ta’ familja sħiħa biex isostni dak li kien qed jgħid... issa, ħallieha tkompli tipproduċi l-kanċer! • Muscat wiegħed li l-power station tal-BWSC l-għada stess li jitla’ jaqlibha għad-diesel. Minflok mar il-MEPA jitlob diversi drabi biex tagħtih permess iżomm il-heavy fuel oil. • Il-Prim Ministru qal li lpower station tal-BWSC tipproduċi enerġija maħmuġa... imma f’dokument lill-UE qal li lpower station tal-BWSC kienet pass importanti lejn enerġija nadifa. • Muscat ma riedx il-power station tal-BWSC... imma tant hi tajba li ċ-Ċiniżi lilha xtraw u se jkollhom kontroll sħiħ tagħha. • Qal li l-impjant tal-BWSC sewa €165 miljun għal power

station ma taħdimx... imma ċĊiniżi xtrawha u stmawha €215il miljun – qligħ ta’ €50 miljun għal Malta bis-saħħa tal-power station tal-BWSC (apparti l-€50 miljun fis-sena li ffrankat filġenerazzjoni tal-elettriku għax beda jaħdem l-impjant talBWSC). • Il-Prim Ministru kien qal li jorbot bi prezz fiss tal-elettriku lil power station oħra privata għal 10 snin... issa qed jgħid li lprezz se jkun għal ħames snin biss minn 18-il sena sħaħ, u fit13-il sena ta’ wara ħadd ma jaf x’se jiġri. • Muscat wiegħed trasparenza assoluta imma qed jibqa’ jaħbi l-kuntratt maċ-Ċiniżi biex jixtru l-power station tal-BWSC u lkuntratt mal-konsorzju privat għal power station oħra. • Il-Prim Ministru wiegħed li ma jipprivatizzax l-Enemalta, iżda se jbigħ liċ-Ċiniżi l-kontroll sħiħ tal-power station tal-BWSC u dak li jibqa’ mill-Enemalta se jbigħilhom terz minnu. • Lill-credit rating agencies, Muscat qalilhom li kollox jiddependi mill-bini ta’ power station oħra, tant li dawn żammew l-istess credit rating basta tinbena power station oħra sa ħames xhur oħra. • L-UE wkoll fit-tbassir dwar Malta, qalet li dan jiddependi fuq il-bini tal-power station oħra fiż-żmien imwiegħed minn Muscat.

Wiegħed kollox lil kulħadd Joseph Muscat intrabat ma’ konsorzju privat li jibni power station oħra u li jixtri għal 18-il sena l-elettriku tagħhom kollu li hu kważi biżżejjed għall-ħtiġiet ta’ Malta; biegħ liċ-Ċina lpower station tal-BWSC li diġà tipproduċi kważi l-ħtiġiet kollha tagħna tal-elettriku... issa nqabad fin-nofs u jrid jgħid liċ-Ċina u lill-Electrogas ta’ min se jixtri elettriku għax dawn qed jiġġieldu bejniethom. Ara wkoll paġni 17, 20-21


Jevitaw il-każ al-Harati

11

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Lokali

... sorsi jsostnu li l-Gvern Malti ħareġ permess residenzjali għall-familja ta’ Mahdi al-Harati waqt li niżvelaw dettalji ġodda kif dan il-militant assoċjat mal-al Qaeda ppjana attakki u ħarreġ jihadisti għall-konflitt fis-Sirja

Waqt li l-Gvern Malti, millPrim Ministru Joseph Muscat sal-Ministru responsabbli misSigurtà Nazzjonali Manuel Mallia, għad-Deputat Laburista Carmelo Abela, il-Kelliem Uffiċjali tal-Gvern, qed ikompli jevita jwieġeb mistoqsijiet dwar Mahdi al-Harati assoċjat mal-al Qaeda u gruppi militanti estremisti li kien f’pajjiżna aktar kmieni dan ix-xahar, minn stħarriġ li għamel il-mument teżisti testimonjanza li al-Harati huwa responsabbli mill-pjan talqtil tal-eks-Ministru tad-Difiża Sirjan Asef Shawkat, fost oħrajn. Ħafna qegħdin jistaqsu kif kien qiegħed f’pajjiżna u sorsi nfurmati anzi qed isostnu li nħariġlu residence permit għalih u membri oħra tal-familja. Punt li ġabar iktar attenzjoni għax minn statistika li ħarġet din ilġimgħa l-Gvern qed ikun liberali ħafna fl-għoti ta’ dawn ilpermessi nklużi nies li mhumiex intitolati u oħrajn li kif qed jingħad ħarġu bi pjaċir politiku. Minn informazzjoni li għandu il-mument jidher li d-delitt taleks Ministru Sirjan kien sar f’Ġunju tal-2012. Eksġellied Tuneżin, imlaqqam Abu Qussai, li kien ingħaqad mal-Armata għall-Ħelsien tas-Sirja żvela ma’ al-Tunisya, stazzjon televiżiv fitTuneżija, li dawk responsabbli mill-qtil ta’ uffiċjali u suldati talArmata Sirjana f’Jisr al Shughur, huma ġellieda Libjani membri tal-Libyan Islamic Fighting Group (LIFG). Leksġellied Tuneżin żvela li dawk il-militanti li ġġieldu fil-konflitt Sirjan, ingħataw taħriġ fil-Libja, fosthom f’Bengażi, u ddaħħlu fis-Sirja minn Idlib mit-Turkija mingħajr ma twaqqfu. Abu Qussai qal li hu nbagħat it-Turkija fl-2011, u qasam ilfruntiera lejn is-Sirja ma’ għexieren ta’ ġellieda oħra milLibja u mit-Tuneżija blgħajnuna ta’ kriminali. Huma ngħataw taħriġ f’kamp apposta f’Idlib imexxi minn al-Harati. L-eksġellied Tuneżin qal li dak li ppjana l-attakk f’Damasku li ħasad il-ħajja ta’ Asef Shawkat – li kien Ministru tad-Difiża Sirjan flimkien ma’ uffiċjali oħra – kien Mahdi alHarati. Skont rapporti internazzjonali, il-grupp militanti li waqqaf fis-Sirja alHarati għandu strateġija militari ta’ attakki suwiċida u oħrajn militari fuq il-front tal-konflitt. It-Tuneżin tkellem wara li skont hu rrealizza li l-gwerra fis-

Sirja għandha skop wieħed; li jinqerdu l-pajjiżi Għarab millGħarab stess f’isem il-pajjiżi lkbar. Hu semma kif l-armi u lfinanzjament kienu jaslu għand gruppi armati mingħand pajjiżi, għaqdiet u individwi, anki involuti fil-politika mir-reġjun tal-Golf Għarbi fosthom millBahrain, il-Kuwajt, il-Qatar u lAarabja Sawdija. Hu żvela kif ħafna armi Amerikani kienu jaslu għandhom mit-Turkija. Qussai qal li rnexxielu jaħrab wara li qatel 15-il ġellied li kienu miegħu. Minn Aleppo mar lejn Homs biex imbagħad wasal Talkalakh, u fl-aħħar daħal filLibanu; l-istess rotta minn oħrajn li jintużaw biex jiġu traffikati larmi. Mil-Libanu mar il-Libja biex daħal it-Tuneżija fl-2013. Al-Harati hu wkoll imfittex mill-awtoritajiet Spanjoli b’rabta mal-attakk terroristiku f’Madrid fl-2004 meta nqatlu 191 persuna u hu assoċjat ukoll mal-Al Qaeda tant li jirreferu għalih bħala Osama l-ġdid. Quddiem din is-sitwazzjoni li tkompli toħroġ fil-beraħ limplikazzjonijiet perikolużi talpreżenza ta’ Mahdi al-Harati f’Malta, il-mument baqa’ jinsisti għat-tweġibiet għal mistoqsijiet mibgħuta lill-Ministru Manuel Mallia. Il-mistoqsijiet baqgħu ma tweġbux mill-Ministru Mallia, u dil-ġimgħa sar tentattiv biex dawn il-mistoqsijiet isiru f’konferenza tal-aħbarijiet dwar is-sigurtà fil-Libja u filMediterran li saret nhar it-Tlieta li għadda fil-preżenza tal-Prim Ministru tal-Libja Abdullah alThinni u dak Malti. Iżda lanqas f’din il-konferenza ma tħallejna nagħmlu lmistoqsijiet. Il-Prim Ministru ħa biss mistoqsijiet minn tliet ġurnalisti, bil-koordinatur tal-komunikazzjoni tiegħu, Glenn Bedingfield, jinjora sinjali li lġurnalist tagħna għamel biex jingħata l-opportunità jressaq ilmistoqsijiet tiegħu. L-iskuża kienet li l-ġurnalisti l-oħra kienu infurmawh minn qabel li xtaqu jagħmlu l-mistoqsijiet. L-Erbgħa li għadda, fil-programm Iswed fuq l-Abjad fuq NET TV anke l-Kelliem Uffiċjali tal-Gvern Carmelo Abela ħarab milli jwieġeb ilmistoqsijiet dwar dan il-każ u li sarulu mill-preżentatur Frank Psaila. Abela qal biss li meta wieħed jitkellem dwar is-sitwazzjoni tal-Libja għandu jkun kawt fid-dawl tas-sitwazzjoni volatili ħafna li teżisti fil-pajjiż.

Manuel Mallia, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali

Joseph Muscat, il-Prim Ministru

Carmelo Abela, il-Kelliem Uffiċjali tal-Gvern Laburista

IL-MISTOQSIJIET LI MA JRIDUX IWIEĠBU

Il-Gvern offra xi forma ta’ sigurtà? Il-Gvern intalab biex ikollu għassa al-Hatari? Fuq liema bażi, il-Gvern stqarr li al-Hatari mhuwiex ta’ periklu għas-sigurtà nazzjonali ta’

Malta? Il-Gvern xorta jtenni li mhux ta’ periklu għal Malta meta al-Hatari għandu storja ta’ involviment f’attakki vjolenti u preżenza fi gruppi li għandhom rabta mal-al-Qaeda fosthom fis-Sirja u fil-Libja? Il-Gvern huwa konxju li al-Hatari huwa mfittex mill-awtoritajiet Spanjoli b’rabta mal-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Marzu 2004 li kienu saru f’Madrid? Hemm konnessjoni bejn al-Hatari u xi pazjenti Libjani li ddaħħlu Malta? Jekk iva, x’inhuma dawn ir-rabtiet? Al-Hatari kellu xi rwol biex inħeles iċ-ċittadin Malti li kien maħtuf fil-Libja is-sajf li għadda?


12

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Internazzjonali

Il-PN se jiġġieled l-akkwist tal-proprjeta' mil-Labour

Immigranti rrifjutaw li jiġu Malta

Il-Forzi Armati Maltin involuti f’ħidma ta’ salvataġġ ta’ 200 immigrant. Huma kellhom jaslu Malta lbieraħ filgħodu iżda qed jinsistu li jmorru lejn l-Italja

Grupp ta’ madwar 200 immigrant ilbieraħ irrifjutaw li jiddaħħlu Malta minkejja li kienu fl-ibħra territorjali finnaħa tan-Nofsinhar ta’ Malta. Il-grupp tal-immigranti li jinkludi nisa u tfal u li qed jgħidu li huma Sirjani saħqu mal-Forzi Armati Maltin li ħarġu biex isalvawhom li riedu jmorru l-Italja. Wara madwar għaxar sigħat ta’ negozjati li kienu jinvolvu l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani, ġie deċiz li l-grupp ta’ immigranti jittieħdu lejn l-Italja.

L-immigranti kellhom jaslu Malta lbieraħ filgħodu wara ħidma ta’ salvataġġ immexxija mill-Forzi Armati ta’ Malta. Stqarrija uffiċjali semmiet li l-Ħamis filgħaxija, iċ-Ċentru ta’ Ko-ordinazzjoni u Salvataġġ tal-Forzi Armati rċieva talba għall-għajnuna minn dgħajsa tas-sajd b’dawn il-200 persuna abbord u li kienet madwar 285 mil fix-Xlokk ta’ Malta. Il-Forzi Armati taw struzzjonijiet lilleqreb vapur tal-merkanzija Eleanora

Maersk biex jagħti l-ewwel għajnuna. Minħabba kundizzjonijiet ħżiena tattemp b’riħ qawwi li laħaq Forza 6 għal 7, ġie deċiż li l-immigranti jittellgħu abbord il-vapur li qabad id-direzzjoni lejn il-Majjistral ta’ Malta. Patrol boats tal-Forzi Armati Maltin kienu qegħdin jippjanaw li jiġbru lillimmigranti minn fuq il-vapur u jitwasslu fil-bażi tal-iskwadra marittima f’Xatt it-Tiben għall-ħabta tal-11.30a.m. talbieraħ.

Il-PN se jieħu l-passi kollha biex isewwi d-diskriminazzjoni politika li qed igawdi l-Partit Laburista blakkwist ta' proprjeta' pubblika. Dan qalu s-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said, fil-programm Għandi xi Ngħid, fuq Radju Malta. Chris Said qal li l-PN jaqbel filprinċipju mal-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti iżda bie tkun ġusta, il-partiti jridu jibdew fuq l-istess livell. Hu qal li sitt proprjetajiet li jinsabu filpussess tal-PL inkisbu wara li ġew esproprijati mingħand familji privati. Il-PL għandu jirritorna dawn il-proprjetajiet għand sidhom, saħaq Said. Mistoqsi dwar il-boathouses flArmier, Chris Said qal li l-PN lest li jieħu deċiżjonijiet iebsin, filwaqt li saħaq li kull każ għandu l-partikolarijiet tiegħu, b'sitwazzjoni li hi kumplikata. Hu kkritika d-deċiżjoni talGvern li jipprovdi smart-meters lissidien tal-boathouses, filwaqt li spjega li biex proprjeta' tingħata l-elettriku, skont il-liġi, irid ikollha compliance certificate. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma jistax ipoġġi lilu nnifsu fuq il-liġi u jinjorha, temm Chris Said.


L-Ewropa f’idejk Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Aħbarijiet mill-UE

Ingrid Brownrigg Opinjonista

L-investiment jista’ joħroġ lill-Ewropa mill-kriżi li tinsab fiha. Jekk ikun hemm ambjent tajjeb għall-investituri, bħal pereżempju anqas burokrazija u anqas taxxi, l-investitur jinvesti, jinħoloq ix-xogħol, u jkun hemm aktar flus fil-but tal-ħaddiem

Juncker bit-tmun tal-Ewropa f’idejh Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ottubru, il-Parlament Ewropew approva l-Kummissjoni Juncker, it-tim ta’ Kummissarji Ewropej li se jaħdmu taħt il-Presidenza tal-eks-Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Juncker. Juncker u t-tim tiegħu se jibdew il-mandat għall-ħames snin li ġejjin mill-1 ta’ Novembru li ġej. L-approvazzjoni ta’ din il-Kummissjoni żgur li ma kinitx xi sorpriża minħabba li, kif kont antiċipajt f’artikli preċedenti, iż-żewġ gruppi poltiċi kbar fil-Parlament Ewropew, il-Partit Popolari Ewropew (PPE) u s-Soċjalisti qed jaħdmu f’koalizzjoni f’din il-leġiżlatura. Il-Parlament Ewropew għandu 751 membru u meta jivvota jeħtieġ maġġoranza sempliċi biex jieħu xi deċiżjoni. IlKummissjoni ta’ Juncker kienet approvata b’423 vot favur, 209 kontra u 67 astensjoni. L-akbar grupp politiku filParlament Ewropew hu dak tal-PPE, b’221 membru u warajh hemm dak tas-Soċjalisti b’191 membru. Dawn flimkien jagħmlu total ta’ 412, jiġifieri għandhom il-maġġoranza filParlament u hekk fil-fatt jidher li se jkomplu jaħdmu f’din illeġiżlatura tal-Parlament. Għalhekk, ladarba ż-żewġ gruppi ħabbru li se jivvutaw favur il-Kummissjoni ta’ Juncker, deher ċar li din il-Kummissjoni se tkun approvata, minkejja lkritika li kien hemm ta’ diversi Kummissarji, inkluż dak Malti! Fl-1 ta’ Novembru jibda l-mument tal-prova għal Juncker. Hu għandu l-aktar pożizzjoni importanti fl-istituzzjonijiet talUE. Il-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea hi dik il-pożizzjoni li tagħti direzzjoni fit-tmexxija politika tal-UE, fil-veru sens tal-kelma hu se jkun it-tmun tal-Ewropa għallħames snin li ġejjin. Hu u t-tim tiegħu se jkunu qed jiffurmaw il-politika Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea hi dik l-istituzzjoni li għandha l-poter li tipproponi lleġiżlazzjonijiet. Fil-Parlament Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Juncker, iddefenda l-proposta tiegħu talformazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni, fejn il-Viċi Presidenti se jkunu qed jikkoordinaw ix-xogħol tal-Kummissarji. Għallewwel darba, kull Kummissarju se jkollu superviżjoni minn

Wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea mmexxija minn Jean-Claude Juncker...tibda l-ħidma fi ftit ġimgħat oħra. Minflok l-awsterità, Juncker jixtieq jara investiment mingħajr ma jiżdied id-dejn. Hu jrid jara li l-Ewropa terġa’ ssib postha ekonomikament, mingħajr ma tinjora l-prinċipji soċjali u l-ambizzjonijiet għall-protezzjoni tal-klima.

13

wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea. Din hi idea ta’ Juncker u għadu mhux magħruf eżatt kif din listruttura se taħdem u jekk hix se tkun effiċjenti. Hu fakkar fuq l-insistenza tiegħu biex ikollu nisa fil-Kummissjoni, iżda ammetta li disa’ nisa minn tim ta’ 28 xorta mhux biżżejjed. Juncker sostna li matul is-smigħ tal-Kummissarji ta kas talkritika tal-membri tal-Parlament Ewropew u għalhekk għamel xi tibdil fir-responsabbiltajiet li kienu ngħataw oriġinarjament lill-Kummissarji. Quddiem id-deputati talParlament Ewropew, Juncker irrefera għat-tim talKummissjoni tiegħu bħala ‘l-aħħar ċans’ biex l-Ewropa terġa’ tirbaħ il-fiduċja taċ-ċittadini. Hu qal li ‘jew jirnexxilna nġibu liċ-ċittadini Ewropej qrib l-Ewropa, inkella se nfallu’. Juncker – Ewropeista konvint! Bħala Prim Ministru ta’ wieħed mill-iżgħar pajjiżi tal-UE, il-Lussemburgu, għal kważi 20 sena u l-ewwel President talgrupp taz-zona ewro, il-popolarità ta’ Juncker hi indiskutibbli. Juncker hu, bla dubju, popolari fl-Ewropa u anke barra minnha. Ewropeista konvint u magħruf ukoll għall-umoriżmu tiegħu, li spikka anke fid-diskors tiegħu filParlament Ewropew din il-ġimgħa. Juncker hu wkoll ħabib ta’ Malta, jew inkella, aħjar, tal-PN, u kien qrib ħafna talPrim Ministri Maltin preċedenti, Lawrence Gonzi u Eddie Fenech Adami. Il-kariżma, il-popolarità u l-konvinzjoni Ewropea tiegħu, bla dubju jagħmluh mexxej rappreżentattiv tal-politika Ewropea. Juncker għandu diġà esperjenza politika fuq livell Ewropew, minħabba li kien l-ewwel President tal-grupp talewro u ffaċċja l-ewwel krizi taz-zona ewro. Hu jitkellem komdu bi tliet lingwi importanti fl-Ewropa, il-Franċiż, ilĠermaniż u l-Ingliż. L-għarfien tal-lingwi fl-istituzzjonijiet tal-UE, m’hemmx xi ngħidu, jagħtik vantaġġ filkomunikazzjoni, b’riżultat li jiffaċilita n-negozjati. U negozjati u kriżijiet se jkollu x’jiffaċċja Juncker fis-snin li ġejjin! L-akbar sfida li Juncker u l-Kummissjoni tiegħu se jkunu qed jiffaċċjaw hi dik ekonomika. L-Ewropa għadha qed tikkumbatti l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja li laqtitha fl2008-2009. Juncker hu kontra l-awsterità, li sfortunatament kienet l-għodda li ntużat f’ċerti pajjiżi, bħall-Greċja, b’konsegwenza li ġabet aktar faqar. Minflok l-awsterità, Juncker jixtieq jara investiment mingħajr ma jiżdied id-dejn. Hu jrid jara li l-Ewropa terġa’ ssib postha ekonomikament, mingħajr ma tinjora l-prinċipji soċjali u l-ambizzjonijiet għall-protezzjoni tal-klima.

L-investiment – iċ-ċavetta għas-soluzzjoni Juncker għandu l-viżjoni politika tipika tal-ideoloġija li hu jħaddan, dik tal-lemin. Hu jemmen li l-investiment jista’ joħroġ lill-Ewropa mill-kriżi li tinsab fiha. Jekk ikun hemm ambjent tajjeb għall-investituri, bħal pereżempju anqas burokrazija u anqas taxxi, l-investitur jinvesti, jinħoloq ixxogħol, ikun hemm aktar flus fil-but tal-ħaddiem, li min-naħa tiegħu jkun jista’ jonfoq u fl-istess ħin irendi dħul lillinvestitur li b’riżultat ta’ dan, jista’ jerġa’ jkompli jinvesti...u b’hekk ir-rota ddur! Għaliex Malta fl-agħar żmien ta’ kriżi flEwropa ma ntlaqtetx minn din il-kriżi? Anzi, fil-Gvern preċedenti, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, Malta u l-Ġermanja kienu l-uniċi żewġ pajjiżi li kibru fiz-zona ewro. Dan ma seħħx b’xi maġija, iżda minħabba lviżjoni ekonomika li kellu l-Gvern ta’ Gonzi, dik li joħloq ambjent pożittiv għall-investitur, kemm lokali kif ukoll barrani. Dan sar billi tnaqqsu t-taxxi, tnaqqset il-burokrazija u kienu introdotti diversi skemi ta’ għajnuna, kollha bil-ħsieb li l-investitur jinvesti u joħloq ix-xogħol. Dik il-viżjoni ssarrfet fi frott f’pajjiżna u issa nieħu gost nisma’ lil Juncker jitkellem fuq l-istess linji għall-Ewropa. Ikun ħażin jekk il-politiċi jeliminaw id-differenza ideoloġika li teżisti bejn ix-Xellug u l-Lemin għax dan hu proprju l-mod kif wieħed jaħseb. Il-politiċi tal-Lemin dejjem kellhom viżjoni ekonomika fit-tul, dik li toħloq ambjent favur l-investitur għax fl-aħħar mill-aħħar, huma dawn li jridu joħolqu x-xogħol. Is-Soċjalisti dejjem kellhom viżjoni qasira, dik li jirreaġixxu għall-problemi temporanji u ma jħarsux fil-bogħod. Araw x’qed jiġri fl-Italja, fi Franza u fuq kollox, araw x’qed jiġri f’Malta taħt Gvern Laburista – Gvern populist u bla viżjoni!


14

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Xaqq ta' dawl minkejja 10,000 każ ta' Ebola

Jidher li hemm xaqq ta' dawl fil-ġlieda kontra l-Ebola, hekk kif żewġ infermieri li ġew infettati bl-Ebola, waqt li kienu qed jieħdu ħsieb pazjent li kien qed imut f'Dallas, ġew iddikjarati ħielsa mill-virus. Waħda minnhom, Nina Pham, iltaqgħet mal-President tal-Istati Uniti Barack Obama fil-White House, sigħat wara li ħarġet mill-isptar. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO), in-numru ta' każi tal-marda tal-Ebola qabez l-10,000, b' 4,922 mewta. Maxdwar 27 każ biss seħħew 'il barra mit-tliet pajjiżi l-aktar milquta minn din l-epidemija, jiġifieri Sierra Leone, ilLiberja u l-Guinea. F'dawn it-tliet pajjiżi ġraw dawn l-imwiet kollha, għajr għaxra li seħħew f'pajjiżi oħrajn. Il-Mali sar l-aħħar nazzjon li rreġistra l-mewt ta' tifla ta' sentejn. Aktar minn 40 persuna li x'aktarx kellhom kuntatt ma' din it-tifla tqiegħdu fil-kwarantina. L-aħħar rapporti mill-WHO urew li lLiberja tibqa' l-agħar pajjiż affettwat,

b'4,665 mewta. Sierra Leone ġarrab 3,896 fatalita' u kien hemm 1,553 mewta mill-Guinea. In-Niġerja rreġistra tmien imwiet u kien hemm persuna li mietet fil-Mali u oħra fl-Istati Uniti. Fl-Amerika, il-gvernaturi tal-istati ta' New York u New Jersey ordnaw kwarantina mandatorja ta' 21 jum għat-tobba kollha u persuni oħrajn li kellhom kuntatti ma' vittmi tal-Ebola fil-Punent tal-Afrika. Kulmin qed jasal mill-pajjiżi fil-Punent tal-Afrika li huma milquta minn din ilmarda qerrieda u ma jikkonfermax li kellu kuntatt ma' vittmi tal-Ebola se jkun suġġett għal monitoraġġ minn uffiċjali tas-saħħa. L-ewwel persuna li tqiegħdet fi kwarantina skont ir-regolamenti kienet ħaddiema li taħdem fis-settur tas-saħħa fl-Ajruport Internazzjonali ta' Newark Liberty nhar il-Ġimgħa. Din il-mara ma kellha ebda sintomu iżda maż-żmien kellha d-deni u qed tkun monitorjata.

L-eżistenza tal-Eġittu mhedda Il-President tal-Eġittu Abdul Fattah alSisi qal li pajjiżu qed iħabbat wiċċu ma' theddida għall-eżistenza tiegħu mill-militanti wara li l-militar ġarrab l-akbar numru ta' imwiet f'attakki fis-Sinaj matul għexieren ta' snin. Mill-inqas 31 suldat inqatlu f'żewġ attakki nhar il-Ġimgħa, l-aktar wieħed fatali kawża ta' splużjoni ta' bomba qrib il-belt ta' El-Arish. Ġie ddikjarat stat ta' emerġenza għal tliet xhur f'partijiet mill-peniżola tas-Sinaj u Rafah fl-Eġittu li taqsam għall-Medda ta' Gaza ġiet magħluqa. Il-President al-Sisi qal f'indirizz linnazzjon li qed jitħejja kumplott kbir kontra l-Eġittu minn “forzi esterni”. “Dan ifisser theddida fuq l-Eġittu... lEġittu qed jiġġieled gwerra ta' eżistenza”. Ebda grupp ma qal li wettaq l-attakki, li seħħew hekk kif l-Armata ssoktat bloffensiva tagħha kontra l-militanti fitTramuntana tas-Sinaj. Iz-zona spiċċat f'anarkija mindu lPresident Iżlamiku Mohammed Morsi twaqqa' mill-Armata s-sena l-oħra fost protesti kbar ta' oppożizzjoni. Fl-aktar attakk imdemmi, 28 suldat inqatlu u ħafna oħrajn indarbu f'attakk suwiċida qrib checkpoint fejn El-Arish, il-

belt prinċipali fit-Tramuntana tal-peniżola. Tliet suldati oħrajn inqatlu fi sparatura separata f'checkpoint fil-belt innifisha. L-istat ta' emerġenza, li ġie skattat fissigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu, qed jiffoka fuq it-Tramuntana u ċ-Ċentru talpeniżola. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li lPresident al-Sisi sejjaħ laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali tad-Difiża sabiex jiddiskuti ssitwazzjoni tas-sigurta'. L-Eġittu jinsab f'luttu b'żigarelli suwed fuq l-iskrin tat-televiżjoni tal-istat, wara laħħar telfa ta' ħajjiet fil-peniżola tas-Sinaj fi stat ta' anarkija. L-infrastruttura talkomunikazzjoni nqatgħet filwaqt li ħelikopters u forzi speċjali issa qed ifittxu għal moħbiet fejn jinsabu l-militanti. Fl-offensiva fit-Tramuntana tas-Sinaj, forzi speċjali qatlu u ħatfu diversi membru suspettati ta' gruppi militanti. Sadattant truppi Lebaniżi attakkaw militanti Iżlamiċi armati li ġew ċirkondati fis-suq storiku fit-Tramuntana ta' Tripoli ilbieraħ. Dan wara li glied qalil ħasad lil din l-attrazzjoni li kienet imfittxija ferm mit-turisti. Kienet l-ewwel darba mindu faqqghet il-gwerra civili fis-Sirja fl-2011 li l-vjolenza fil-belt Lebaniza ta' Tripoli nfirxet fis-suq, li hu rregistrat minn UNESCO bhala sit ta' wirt dinji.

L-Istati Uniti qed tinvestiga jekk ilgrupp ta' militanti Iżlamiċi (ISIS) għamilx użu minn armi kimiċi fl-Iraq. Is-Segretarju ta' l-Istat Amerikan John Kerry qal li qed ikunu investigati allegazzjonijiet “serji ħafna” ta' azzjonijiet vjolenti mill-ISIS bl-użu ta' chlorine gas fuq pulizija Iraqini. Kerry, li kien għal żjara fil-Korea t'Isfel, qal li dawn l-allegazzjonijiet ma ġewx konfermati. F'Settembru, Franza, il-Ġermanja u rRenju Unit qalu li kien probabbli li l-ISIS użat il-chlorine gas. Is-Segretarju ta' l-Istat Amerikan John

Kerry qal li “l-użu ta' xi arma kimika hu att ta' min jistmerru; hu att li jmur kontra l-liġi internazzjonali”. Madankollu hu improbabbli li l-ISIS għandu fil-pussess tiegħu l-armi kimiċi bħal Sarin, VX gas jew mustard gas. Iżda rapporti persistenti mill-Iraq jgħidu li lISIS ilha tuża l-chlorine gas – gass klassifikat bħala wieħed letali. Intant ilbieraħ fil-belt Valletta saret dimostrazzjoni mill-komunita' Kurda li tgħix f'Malta bħala turija ta' solidarjeta' mal-Kurdi li qed ikunu ppersegwitati mill-ISIS fis-Sirja.

Internazzjonali

L-ISTATI UNITI: Il-President Amerikan Barack Obama jgħannaq lill-infermiera Nina Pham li ġiet dikjarata ħielsa mill-virus. L-infermiera ltaqgħet mal-President Amerikan sigħat wara li ħarġet mill-isptar. (Ritratt: EPA)

Tingħata l-forka

L-Iran eżekwixxa l-piena kapitali fuq mara li qatlet raġel għax hi qalet li pprova jabbużaha sesswalment. Reyhaneh Jabbari ta' 26 sena ġiet mgħallqa fil-ħabs ta' Tehran minkejja kampanja internazzjonali biex it-tfajla tingħata l-ħelsien. Jabbari kienet arrestata fl-2007 għall-qtil ta' Morteza Abdoli Sarbandi, eks impjegat ta' ministeru Iranjan. Amnesty International, il-grupp għad-drittijiet tal-bniedem qal li t-tfajla ngħatat il-forka wara investigazzjoni mimlija żballji. Kampanja li kienet qed issejjaħ għall-waqfien mill-eżekuzzjoni tnediet fuq Facebook u Twitter ix-xahar li għadda u dehret li waqfet, għalkemm

temporanjament, l-eżekuzzjoni. Madankollu, Jabbari ngħatat ilforka wara li l-qraba tagħha ma rnexxilhomx jiksbu l-kunsens millfamilja tal-vittma biex tħenn għat-tfajla. L-istqarrijiet tagħha li ddefendiet ruħha ma kinux ppruvati fil-Qorti. Omma Jabbari, Shole Pakravan, ikkonfermat il-qtil tagħha u qalet li marret fiċ-ċimiterju biex tara l-ġisem ta' bintha. Pakravan tħalliet tara lil bintha għal siegħa nhar il-Ġimgħa. Wara l-arrest tagħha, Jabbari tħalliet waħidha f'ċella għal xahrejn, fejn allegatament ma kellha ebda żjara minn avukat jew mill-familja tagħha. Hi ġiet ikkundannata għall-mewt minn qorti kriminali f'Tehran fl-2009.

Stħarriġ dwar użu ta' armi kimiċi mill-ISIS

IT-TURKIJA: Tfal refuġjati Sirjani jilgħabu f'kamp għar-refuġjati fid-distrett ta' Suruc f'Sanliurfa. Ir-ribelli Kurdi kkontrollaw mill-ġdid il-belt ta' Kobane fit-Tramuntana tas-Sirja mill-ISIS wara azzjonijiet militari mill-ajru mill-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti kontra l-grupp militanti. (Ritratt: EPA)


Sparatura fatali

15

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Internazzjonali

Studenta inqatlet u erba' studenti oħrajn indarbu fi sparatura li saret f'kafetterija fi skola fl-istat ta' Washington. Iż-żagħżugħ armat, li kien fil-klassi tal-istudenti, imbagħad qatel ruħu b'idejh. L-isparatura saret fl-Iskola Marysville Pilchuck qrib Seattle. L-erba' studenti li ndarbu, fosthom żewġ kuġini tal-aggressur, kellhom tiri sparati f'rashom u tlieta minnhom jinsabu f'qagħda gravi ħafna. Skont il-pulizija, iż-żagħugħ armat, identifikat bħala Jaylen Fryberg, miet fil-post. Il-pulizija ma identifikatx il-vittma u lanqas spekulat dwar xi mottiv wara dan l-att vjolenti. Awtoritajiet federali kkonfermaw li l-arma wżata fl-isparatura nxtrat legalment. Madankollu, student partikulari qal li Fryberg kien imċanfar minn waħda mill-istudenti vittmi, u jidher li l-isparatura seħħet minħabba ġlieda fuq tfajla. Ġenituri ta' studenti oħrajn qalu li kien hemm tilwima wara taħriġ fil-futboll u li wieħed mill-vittmi fl-isparatura kien involut.

Kien att terroristiku

Il-Pulizija fi New York qalet li l-attakk bil-mannara fuq żewġ membri tagħha kien att terroristiku mwettaq minn persuna radikali li kkonvertiet għall-Iżlam. Zale Thompson, ta' 32 sena, inqatel wara li darab żewġ pulizija, wieħed minnhom gravi, fi Queens nhar il-Ħamis. Il-Kummissarju tal-Pulizija William Bratton qal li Thompson apposta kellu fil-mira tiegħu liż-żewġ pulizija li kienu fuq ronda, assaltahom u ta daqqiet b'mannara fuqhom. Dwar l-aggressur, ilKummissarju Bratton qal li Thompson aġixxa waħdu fiwlaqt li rrefera għal dak li qal missier l-aggressur li ibnu kien “qatta' ħafna ħin waħdu f'kamartu u kien jiddedika ħafna minn ħinu dejjem waħdu”. Tagħrif ieħor li ħareġ dwar l-aggressur jgħid li Thompson serva fil-Qawwa Navali Amerikana u f'kitbiet li bagħat fuq il-media soċjali, Thompson kien fisser l-inġustizzji li kienu qed jirrenjaw fis-soċjeta' Amerikana u f'pajjiżi oħrajn iżda ma wera ebda affiljazzjoni ma' xi grupp terroristiku. Wieħed mill-pulizija, Kenneth Healy ta' 25 sena, qala' daqqiet f'rasu u jinsab f'qagħda kritika iżda stabbli fl-isptar. Il-kollega tiegħu ndarab f'idu. Il-pulizija sparaw diversi tiri, li qatlu lill-aggressur kif ukoll darbu mara li kienet qrib.

Għomorhom il-ħabs fuq tortura

L-ISTATI UNITI: Tifla tidher quddiem xemgħa mixgħula waqt vġili minn studenti u membri tal-komunita' ġewwa knisja wara l-isparatura li seħħet f'Marysville-Pilchuck High School f'Marysville, Washington. (Ritratt: EPA)

Eks kap tal-pulizija u eks ministru għall-intern flArġentina ngħataw sentenzi ta' għomorhom il-ħabs talli mexxew ċentru ta' detenzjoni u tortura fis-snin Sebgħin. Dawn kienu fost 19-il persuna li ġew mixlija bi ħtif, qtil u tortura ta' 128 persuna fil-belt ta' La Plata. Iċ-ċentru ta' detenzjoni wkoll iffunzjona bħala taqsima talmaternita' għal priġunieri li kienu qed jistennew tarbija u li mbagħad welldu qabel ma ġew maqtula. Għexieren ta' eluf ta' ċittadini mill-Arġentina kienu nħatfu jew inqatlu mill-ġunta militari ta' bejn l-1976 u l-1983.

L-imħallef li ta s-sentenzi qal li dawk ħatja kienu kompliċi f'ġenoċidju kontra attivisti żgħażagħ ta' twemmin politiku xellugi fl-Arġentina. L-imħallef sema' 130 xhud fuq perijodu ta' għaxar xhur kemm dam il-ġuri. Ħafna minn dawk li rnexxielhom jeħilsuha millmewt xehdu waqt il-ġuri li huma kienu trattati “bħal klieb”. “Konna ningħataq ilpilloli tal-irqad, kienu jgħattulna wiċċna u jżommuna għarwenin f'maħżen”, sostna wieħed mix-xhieda Alberto Alfio Cavalie. Iċ-ċentru ta' detenzjoni kien bini antik li serva bħala stazzjon tar-radju fil-viċinanzi ta'

La Plata, imlaqqam La Cacha wara saħħara tal-cartoons li kienet taħtaf lit-tfal żgħar. Fost il-priġunieri kien hemm bint il-kap tal-grupp bl-isem ta' Grandmothers of the Plaza de Mayo. Il-ġuri kien parti minn serje ta' azzjonijiet li ssoktaw kontra fizzjali Arġentini u uffiċjali oħrajn assoċjati mad-dittatura militari. Azzjoni legali bdiet tittieħed malli d-demokrazija rritornat fl-Arġentina fl-1983, iżda lPresident Raul Alfonsin ġab ittmiem tal-ġurijiet fl-1986, meta argumenta li l-pajjiż ried iħares 'il quddiem u mhux iħares lura lejn il-passat.


16

Patist Azzopardi ta’ 66 sena tilef ħajtu traġikament b’daqqa ta’ karozza waqt li kien qiegħed jgħid kelmtejn ma’ ħatnu fuq il-bank ta’ bus shelter tal-ġebel fl-Imtarfa. Mad-daqqa, il-bus shelter iġġarrfet bil-konsegwenza li s-saqaf spiċċa għattan kollox.

L-atleta paralimpiku Oscar Pistorius intbagħat ħames snin ħabs talli qatel lis-sieħba tiegħu, il-mudella Reeva Steenkamp, fl-14 ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Id-delitt kien sar fir-residenza tiegħu. Hu nstab ħati ta’ qtil involontarju

Il-Pentagon ikkonferma li qiegħed jinvestiga filmat li xxandar mill-estremisti tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u fis-Sirja ta’ armi li spiċċaw f’idejhom wara li dawn twaddbu millajru mill-qawwiet Amerikani u li kienu destinati għall-ġellieda Kurdi.

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Ġimgħa bir-ritratti

Il-katavru ta’ Francis Cauchi ta’ 54 sena minn Bormla li kien ilu rrappurtat nieqes għal dawn l-aħħar xahar u nofs instab f’Wied iċ-Ċawsli f’Ħal Qormi fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni. Mill-awtopsja li saret fuq il-katavru ma rriżultawx traċċi ta’ vjolenza.

Il-poplu Kanadiż jinsab taħt xokk qawwi wara li attakk terroristiku fl-inħawi u fil-bini tal-Parlament ħalla suldat mejjet fil-kapitali Ottawa. L-attakk twettaq minn Michael Zehaf-Bibeau li kkonverta għall-Iżlam u li kien meqjus li kien ta’ riskju biex jivvjaġġa barra mill-pajjiż.

Riħ qawwi ta’ aktar minn 100 mil fis-siegħa li laqat lir-Renju Unit, kien jagħmel parti mill-uragan Gonzalo li laħaq ukoll il-kontinent Ewropew fl-aħħar jiem. Dan il-maltemp qalil wassal biex l-ajruplani sabuha diffiċli biex jinżlu f’ajruporti bħal dawk ta’ Liverpool u Manchester waqt li tħassru għadd kbir ta’ titjiriet minħabba l-maltemp.


17

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Editorjal

Xi ntqal dil-ġimgħa

“Labour is a two-tier government that marries sheer incompetence with expediency for the faithful.” Ivan Fenech, Opinjonist, The Times of Malta, 21 ta’ Ottubru

“Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni bil-wegħda li jraħħas it-tariffi tad-dawl, imma wkoll li jibni power station fi żmien stipulat. U l-poplu vvota għal dan il-pakkett kollu... għalhekk issa li nbidel iż-żmien stabbilit, il-poplu bi dritt jistenna tweġiba dwar x’se jsir millproġett.” Id-Deputat Laburista Marlene Farrugia waqt id-dibattitu fil-Parlament, In-Nazzjon, 21 ta’ Settembru “Il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu minnufih iraħħas il-prezz tal-petrol u d-diesel fid-dawl talfatt li l-prezz internazzjonali taż-żejt qiegħed dejjem nieżel, u issa laħaq l-aktar livelli baxxi fl-aħħar erba’ snin.” Mario de Marco, Viċi Kap tal-PN Ħidma fil-Parlament, In-Nazzjon, 21 ta’ Settembru

“Il-falliment tal-Gvern li ma wettaqx il-wegħda ewlenija li jibni power station ġdida fi żmien sentejn jikkonferma kemm il-PN kellu raġun, meta kien jgħid lill-Partit Laburista li l-pjani tiegħu ma kinux vijabbli, u li ma setgħux jitwettqu.” Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni, In-Nazzjon, 22 ta’ Ottubru

“Libya oil and gas deal in limbo.” The Malta Independent b’rappurtaġġ talkonferenza konġunta bejn il-Prim Ministru Malti u dak Libjan, 22 ta’ Ottubru “Il-Gvern ta’ Joseph Muscat żied id-dejn fuq il-familji Maltin u Għawdxin bi 3 miljun kuljum fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.” Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista b’referenza għal statistika uffiċjali maħruġa mill-NSO, In-Nazzjon,23 ta’ Ottubru

“The European Commission is seeking clarifications on Malta’s Budget for next year.” The Times of Malta tikkwota sorsi qrib il-Kummissjoni Ewropea, 23 ta’ Ottubru

“Libya talks positive... no concrete results.” Bernardino Leon, Mibgħut Speċjali tanNazzjonijiet Uniti li ħa sehem f’laqgħat ma’ delegazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru Libjan waqt li kien f’Malta, The Times of Malta, 23 ta’ Ottubru

“Prime Minister Joseph Muscat and Education Minister Evarist Bartolo imposed a new tax on students when they hid the introduction of higher fees for students wanting to sit for Matsec and Sec examinations.” Joe Cassar, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, The Malta Independent, 24 ta’ Ottubru

Ma jitwemminx Fl-aħħar għaxart ijiem rajna u smajna l-kollass ta’ kwalunkwe idea li lill-Prim Ministru Joseph Muscat tista’ b’xi mod temmnu. Din il-ġimgħa rajna kif il-wegħda ewlenija li l-Prim Ministru Joseph Muscat rabat il-karriera politika magħha mhux biss se jwettaqha tard, imma għadu lanqas biss beda jwettaqha. U issa mhux iwettaq ilwegħda saħansitra aktar bażika tiegħu li jirriżenja jekk ma jibnix power station oħra fi żmien sentejn, jiġifieri sa ħames xhur oħra.

Iffrankar ta’ 187 miljun ewro fis-sena bil-bini ta’ power station privata oħra F’Jannar u Frar 2013, qabel l-elezzjoni ġenerali, Joseph Muscat – li kien dalwaqt se jsir Prim Ministru – qatta’ xahrejn jgħid li se jkun jista’ jraħħas il-kontijiet tad-dawl għax jibni power station oħra li tkun privata u li taħdem bilgass. Din qal li tinbena sa sentejn wara u li tiffranka lillpajjiż 187 miljun ewro fis-sena. Biċċa minn dawn il-187 miljun fis-sena wiegħed li jagħtihom roħs fit-tariffi u biċċa qal li jżommhom fl-EneMalta biex jissoda l-finanzi tagħha.

Proġett li għadu lanqas biss beda Joseph Muscat wiegħed ripetutament li din kienet l-akbar wegħda tiegħu u li jekk il-power station ġdida ma jibnihiex fi żmien sentejn, jiġifieri sa Marzu li ġej, jirriżenja. Din ilwegħda baqa’ jagħmilha wara, anke sa Marzu li għadda, meta fuq ‘Dissett’ – programm fuq ix-xandir ikkontrollat mill-Gvern stess – Muscat qal li kien “konvintissimu” li lpower station jibniha sa Marzu li ġej u li, jekk dan ma jseħħx, hu jżomm il-kelma tiegħu li jirriżenja, kif Reno Bugeja fakkru li wiegħed qabel l-elezzjoni. Il-Prim Ministru Muscat issa, wara li ma setax jaħrab aktar lill-ġurnalisti, ammetta li mhux se jlesti l-proġett li fuqu bbaża l-karriera politika tiegħu saż-żmien ta’ sentejn li rrepeta eluf ta’ drabi. Agħar minn hekk, ir-realtà hi li lproġett għadu lanqas biss beda. U Joseph Muscat ilu sena u nofs jgħid li fil-power station ġdida kollox kien on track. Kif qal tant tajjeb il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, fil-Parlament, kollox fil-fatt kien off track. Fuq kollox, il-Prim Ministru mhuwiex ikun accountable kif wiegħed meta qal li jiriżenja. Il-wegħda kbira tiegħu li jirriżenja ma żammhiex. Joseph Muscat ma jitwemminx f’ħafna milli qal u jgħid Dan hu tassew Prim Ministru li ma tistax temmnu f’ħafna milli qal dwar l-akbar wegħda tiegħu. Joseph Muscat ma jitwemminx li l-power station tal-BWSC

kienet ‘fabbrika tal-kanċer’ meta issa ħallieha tkompli tipproduċi l-‘kanċer’. Ma jitwemminx li se jġib trasparenza meta issa ħeba ż-żewġ kuntratti li għamel maċ-Ċina u mal-Electrogas. Joseph Muscat ma jitwemminx li l-power station tal-BWSC kienet ħażina meta ċ-Ċiniżi ġew jixtru proprju lilha. Il-Prim Ministru li dejjem qal li l-proġett kien on track ma jitwemminx meta l-proġett għadu lanqas biss beda.

Tanker kbir f’nofs il-Bajja ta’ Marsaxlokk biex jgħaġġel ilesti f’sentejn Joseph Muscat qala’ kwistjoni kbira bl-idea tiegħu li, flok tankijiet tal-gass, iġib il-gass fuq tanker permanenti u kbir f’nofs il-Bajja ta’ Marsaxlokk biex jgħaġġel ilesti f’sentejn. Imma mhux talli mhux se jlesti f’sentejn, talli għadu ma bediex. Il-Prim Ministru qal li m’għamilx studju tal-effett ta’ dan it-tanker fuq il-port ukoll biex jgħaġġel. Imma wkoll, dan il-proġett għadu lanqas biss beda.

Kapparra ta’ 30 miljun u t-tort kollu ta’ Muscat bla multi Fejnha l-kapparra ta’ 30 miljun ewro li Joseph Muscat ftaħar li kienet ġejja qabel jibda l-proġett? Il-kapparra ma ġiet qatt u l-proġett ma bediex. U l-fatt li l-kapparra ma ġietx juri li l-proġett lanqas biss beda fuq il-karta, aħseb u ara fuq il-post. Il-fatt li l-proġett għadu ma bediex hu kollu t-tort tal-Prim Ministru għax kieku Joseph Muscat żgur kien jara li jwaħħal il-multi lill-kuntratturi.

Muscat iġib lil Malta ma titwemminx anke mal-UE u mal-credit rating agencies Apparti li ma jitwemminx hu, l-agħar hu li Joseph Muscat qed jagħmel lil Malta ma titwemminx. U dan inbatuh aħna lkoll. Il-credit rating agencies kollha qalu li qed jibbażaw ittbassir għal Malta fuq il-fatt li l-power station il-ġdida tinbena bla ebda dewmien. L-istess qalet l-UE fit-tbassir ekonomiku tagħha għal Malta. Imma Muscat issa qed jgħid li r-roħs ma jiddependix fuq dan il-proġett. Li jfisser li r-roħs li ta, jew qed jiddependi fuq il-proġett tal-Gvern Nazzjonalista li jibni l-power station tal-BWSC li qed tiffranka 50 miljun ewro fis-sena, jew qed jieħdu minn xi mkien ieħor f’taxxi moħbijin bħal dawk fuq il-petrol u d-diesel li qed jorħos kullimkien barra f’Malta, jew qed iżid id-dejn ta’ Malta li filfatt sploda fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena b’dejn ta’ 519-il miljun ewro, jiġifieri 3 miljun ewro kuljum. Kif qal Simon Busuttil fil-Parlament, Joseph Muscat ma jistax jitwemmen. Il-kelma tiegħu – li qal li jżommha – fil-fatt ma tiswa xejn.

media.link communications, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà 1450 Korrispondenza: mument@media.link.com.mt Editur: Roderick Agius, tel. 25965263 • email: roderick.agius@media.link.com.mt Reklamar: advertising@media.link.com.mt Stampata: Progress Press, l-Imrieħel


18

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

1982 -1983... Ix-xhur tar-reżistenza (1)

Opinjoni

RIĦ TA’ SIEGĦA

Michael Falzon Opinjonist

Mintoff kien sabha skomda li l-Oppożizzjoni ma kinitx tattendi l-Parlament u ried li din is-sitwazzjoni ma tibqax hekk.

Il-Liġi kontra l-Indħil Barrani Wara l-episodju tal-Imnarja, il-pajjiż donnu daħal f’qoxortu. Il-mixja tal-PN biex jinstab żblokk għas-sitwazzjoni li hu ma kienx aċċetta donnha majnat xi ftit waqt li lgvern ta’ Mintoff baqa’ għaddej bħallikieku kollox normali meta dan ma kienx hekk. Saħansitra minħabba l-bojkott tax-xandir, anqas il-Fiera Internazzjonali ta’ Malta ma kienet organizzata fis-sajf tal1982 u l-PN kien minflok organizza dik li ssejħet ‘Fiera tasSolidarjetà’ f’Palazzo Parisio, in-Naxxar. Ma kienx hemm dubju li s-sitwazzjoni fil-pajjiż ma kinitx normali. Mintoff malajr fassal liġi kontra l-indħil barrani – riżultat tal-fissazzjoni tiegħu li l-PN kien kiseb il-maġġoranza talvoti għax kellu palata finanzjarja u anki morali minn barranin. Il-liġi fil-fatt kienet attakk fuq il-libertà tal-komunikazzjoni u d-dritt li l-Maltin ikollhom kuntatti ħajja ma’ politiċi barranin. Fost affarijiet oħra, b’din il-liġi drakonjana, biex barrani jitkellem f’Malta kien se jkollu bżonn permess millMinistru responsabbli. Tassew li Mintoff kien beda juri sinjali li kien adotta siege mentality – daħal fil-mentalità li jaħseb li jinsab assedjat il-ħin kollu minn kulħadd. Il-liġi kienet ippubblikata fis-sajf u malli reġa’ ltaqa’ l-Parlament (jew aħjar il-Parlawaħdu) fl-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu wara lbtajjel tas-sajf, sabet ruħha fuq quddiem tal-aġenda. Il-PN kien iddeskriva din il-liġi, Faxxista u ripressiva u ddikjara li kien lest jiksirha, b’mod partikulari għar-rigward tax-xandir minn barra.

Laqgħa mal-Awtorità tax-Xandir F’Lulju 1982, permezz ta’ persuna privata li għamlitha ta’ medjatur, kienet iffissata laqgħa bejn delegazzjoni tal-PN u lKap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir f’attentat biex naraw jekk kienx possibbli li s-sitwazzjoni fix-xandir tkun normalizzata. Din kienet laqgħa informali u suppost ħadd ma kellu jkun jaf biha għax il-pubbliċità dwar laqgħa bħal din kienet aktar tagħmel deni milli ġid fiċ-ċirkostanzi li kien jinsab fihom il-pajjiż. Konna Guido de Marco, Ugo Mifsud Bonnici, Louis Galea u jien. Malli wasalna ħdejn l-uffiċċji tal-Aworità tax-Xandir li kienu l-Blata l-Bajda –fuq showroom ta’ aġent tal-karozzi – intbaħt li kien hemm fotografu tal-Union Press lest għalina. Mill-ewwel fhimt li xi ħadd (li stajt nobsor minn kien) ma kienx żamm kelmtu u kien għadda l-informazzjoni dwar illaqgħa u l-ħin tagħha lill-Union Press – okkażjoni biex dawn ikollhom ritratt tad-delegazzjoni tal-PN dieħla bħala merħla nagħaġ fid-dar tal-lupu. Kien ikun ritratt li min jaf kemm kienu jagħmlu storbju bih u jirriproduċuh kull darba li tinqala’ xi kwistjoni dwar ix-xandir. Mill-ewwel ħsibt li nisfrattalhom il-pjan. Għedt lill-oħrajn biex jibqgħu sejrin u ersaqt lejn il-fotografu u mingħajr ma missejtu aċċertajt ruħi li quddiem il-lenti tal-kamera tiegħu ma kien hemm xejn ħlief idejja jew il-qmis tiegħi. U hekk ġara u r-ritratt li kien mar għalih ma setax jieħdu. Meta lmembri l-oħra kienu daħlu, ġrejt ġirja sal-bieb biex nidħol jien ukoll. Malli wasalt fil-bieb dort lejn il-fotografu u tajtu ssalut b’żewġ swaba’. Kien ġest daqsxejn pwerili u imprudenti li żgur ma kellhiex nagħmel – iżda tant kont ferħan li sfrattajt il-pjan biex jittieħed ir-ritratt, li waqajt fit-tentazzjoni.

Ritratt li baqa’ jissemma Il-fotografu kien wieħed bravu u jaf jagħmel xogħlu sew u mill-ewwel ġibidli ritratt nagħmel dik il-mossa. Dak il-ħin ma indunajtx. Wara f’qalbi għedt kemm kien tassew pront, mertu tal-kapaċità tiegħu, sintendi. Indunajt żgur l-għada meta fuq il-paġna ta’ quddiem ta’ lorizzont tas-27 ta’ Lulju 1982 nara ritratt tiegħi nagħti s-salut infami ma’ storja b’titlu li kien jgħid: ‘Mossi vulgari fiddeher mill-Perit M. Falzon’. U minn dak iż-żmien ’l hawn irritratt użawh kemm-il darba biex jikkritikawni, dejjem mingħajr ma jgħidu ċ-ċirkostanzi li fihom ittieħed. Kelli nara x’nagħmel biex ninġabar xi ftit u l-artiklu tiegħi f’il-mument tal-Ħadd ta’ wara kien it-tweġiba tiegħi. L-artiklu semmejtu ‘Għal darba fehmuni!’ u kien kollox ħlief apoloġija. Għedt li fl-aħħar kont ‘sibt il-mezz ta’ komunikazzjoni li huma jifhmu bih!’ Komplejt: ‘Qalu li għamilt ġesti vulgari li bihom urejt id-disprezz tiegħi. Veru. Mhux disprezz lejn il-fotografu li kien biss qed jobdi l-ordnijiet li tawh – dak xogħlu. Iżda disprezz lejn min bagħtu biex

Il-PN baqa’ jagħmel mass meeting kważi kull nhar ta’ Ħadd, b’Eddie dejjem jisħaq l-argument prinċipali tad-dritt talmaġġoranza.

mingħalih jagħmel scoop u jisserva bir-ritratt li xtaq ikollu. U disprezz għal min informa lil tal-Union Press bil-laqgħa minn qabel.’ Komplejt b’dan it-ton! Insomma b’xi mod kelli noħroġ mill-gażiba li kont dħalt fiha… Fil-laqgħa konna kellimna lil Frans Carbone, dak iż-żmien Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir u kienet ħela ta’ żmien kollha kemm hi. Kieku ma kienx għar-ritratt li ħaduli, dik illaqgħa anqas footnote tal-istorja ma ħaqqha tkun…

Il-PN baqa’ għaddej bil-meetings Il-PN baqa’ jagħmel mass meeting kważi kull nhar ta’ Ħadd, b’Eddie dejjem jisħaq l-argument prinċipali tad-dritt tal-maġġoranza. Niftakar li mir-rapport dwar l-attivitajiet politiċi li John Camilleri kien fassal għall-aħħar tas-sena kien irriżulta li fis-sena 1982 il-PN kien organizza 40 mass meeting – viċin ħafna ta’ wieħed fil-ġimgħa u jien bil-mod ċiniku tiegħi kont għedt li ta’ min jifraħ lill-Kap tagħna talli rnexxielu jgħid l-istess ħaġa b’40 mod differenti… Fost dawn il-meetings kien hemm dak kbir li sar fuq ilFosos tal-Furjana fil-21 ta’ Settembru wara ġranet ta’ attivitajiet li kienu jinkludu dimostrazzjoni kbira li kienet saret ilĦamrun, il-Ħadd ta’ qabel. Fid-diskors f’dak il-meeting, Eddie Fenech Adami saħaq li kien qed joffri l-id tal-irġulija biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi u l-pajjiż ikun jista’ jerġa’ jaqbad it-triq lejn il-progress. U l-għada recording tad-diskors ta’ Eddie kien ixxandar minn Sqallija bi ksur tal-Liġi dwar lIndħil Barrani!

Mossa biex KMB isir Leader Designate Sadanittant, ma kellniex dubju li Mintoff kien sabha skomda li l-Oppożizzjoni ma kinitx tattendi l-Parlament u ried li din is-sitwazzjoni ma tibqax hekk. Il-PN ma setax iċedi l-punt li minħabba fih kien ħa d-deċiżjoni li ma jattendix – kien stalemate klassiku. Fl-istess żmien, fil-MLP saret il-mossa li biha Mintoff imbotta l-idea li Karmenu Mifsud Bonnici jsir designate leader biex jilħaq warajh. Fil-fatt, f’rapport li deher f’l-orizzont tat-8 ta’ Ottubru 1982, f’laqgħa tal-Eżekuttiv u l-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista kien ġie deċiż b’vot unanimu li jipproponu lil Karmenu Mifsud Bonnici għall-ħatra ta’ designate leader. Il-baġit li ħabbar il-Ministru tal-Finanzi, Lino Spiteri, fis16 ta’ Novembru 1982 kompla poġġa lill-Gvern f’dawl ħażin. Mhux biss kien fih ammissjoni ċara li l-Gvern ma kienx laħaq il-miri ekonomiċi tiegħu, iżda kien jinkludi wkoll żewġ miżuri li ftit setgħu taw ħajra għal futur aħjar – l-iffriżar talpagi u l-waqfien ta’ kull ħlas għas-sahra. Il-Ministru kien ħabbar li s-sena 1983 kellha tkun ‘is-sena tal-impjiegi’ – profezija li qatt ma seħħet!


Minn Milan għal Malta

19

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Opinjoni

Aħbarijiet u kummenti mill-Italja u mill-Vatikan

Mons. Charles G. Vella Opinjonist

Fl-omelija tal-beatifikazzjoni ta’ Pawlu VI qal “Alla ma jibżax minn dak li hu ġdid,” imma mid-dehra xi Kardinali u Isqfijiet jibżgħu.

Kif ivvutaw l-Isqfijiet fis-Sinodu Il-Papa Franġisku qatt ma stenna li l-Isqfijiet fis-Sinodu se jkunu lkoll ta’ ħsieb wieħed. Anzi hu ħeġġiġhom biex ikunu “liberi” fil-ħsieb, anzi “audaci” u “kuraġġużi”. Fil-fatt “tkellmu ħafna”, qal osservatur, u “talbu ftit”. Huma kienu jirrappreżentaw kontinenti differenti, fosthom kien hemm 42 mill-Afrika, li kienu (bħalma ġara fil-Knisja Anglikana), iktar konservattivi. Anzi tinteressahom iktar il-poligamija, milli l-omosesswalità. Rajna ż-żewġ oqsma differenti mhux biss fid-diskorsi, imma anki fil-votazzjoni tar-relazzjoni finali tas-Sinodu, li nkitbet mill-Ungeriż il-Kardinal Peter Erdò u mis-Segretarju Ġenerali l-Kardinal Lorenzo Baldisseri, flimkien mat-Taljan l-Isqof Bruno Forte. Hu fuq din ir-relazzjoni li l-Kardinali xeħtu b’mod demokratiku l-vot. Il-Papa Franġisku wera ċar li hu kien jistenna bidliet, forsi mhux fid-duttrina, imma fil-pastorali. Dan speċjalment biex jiftaħ il-bieb u “jakkumpanja” lil dawk li huma barra lKnisja: divorzjati, koppji mhux miżżewġa, omosesswali eċċ. Anzi fl-omelija tal-beatifikazzjoni ta’ Pawlu VI qal “Alla ma jibżax minn dak li hu ġdid”, imma mid-dehra xi Kardinali u Isqfijiet jibżgħu. Il-Papa fl-omelija wera li l-Beatu Pawlu “kien għaraf is-sinjali taż-żmien”. Anzi kien hu li waqqaf wara sekli l-ewwel Sinodu. Id-dokument finali fih 62 paragrafu fuq diversi argumenti li ssemmew fis-Sinodu, imma fir-riżultat rajna li terz tal-votanti ma kinux jaqblu man-novità papali. Kien hemm oppożizzjoni iktar iebsa milli forsi stenna l-istess Papa, anzi din bdiet minn qabel is-Sinodu mill-Kardinal Muller, tal-eks-Sant’Uffizju, u dawk li miegħu kitbu fil-ktieb li ħarġu. Hu għalhekk li ma kienx hemm il-maġġoranza ta’ żewġ terzi. Dwar it-tqarbin ta’ divorzjati li reġgħu żżewġu, ilvotazzjoni kienet 104 “Iva” u 74 “Le”. Dwar l-omosesswali, il-votazzjoni kienet 118 “Iva” u 62 “Le”; aktar il-blokk Afrikan (kif smajna xi wħud) kien kontra. Anki għal dawk il-paragrafi fejn hemm il-ħsieb għażiż talPapa, dwar il-“Misericordia” (Ħniena Divina) fin-numri 14, 15, 35, 43, 45, 51, kien hemm dejjem bejn l-10 u 20 kontra. Ma nistax nifhem kif xi Isqfijiet ivvutaw kontra l-Ħniena ta’ Alla. L-istess ġara dwar l-“Apprezzamento” (l-apprezzament) ta’ knejjes u reliġjonijiet oħra: fejn hemm miktub li “l-Knisja ma teskludi lil ħadd”. Dejjem kien hemm bejn 10 u 20 kontra. Ma nistax nifhem għala dawn m’għandhomx sens ekumeniku.

Il-Papa ried iktar ftuħ Iżda s-Sinodu mhux importanti għall-voti u dawn mhumiex finali, għax issa hemm il-“half time” twil sa sena oħra, meta jsir is-Sinodu Ordinarju. Importanti huma l-kontenut u l-ħsibijiet mill-Kardinali, Isqfijiet u l-ftit lajċi li kien hemm. Iż-żewġ kwistjonijiet li qanqlu l-iktar dibattitu u ġibdu lattenzjoni tal-midja kienu t-tqarbin tad-divorzjati u l-“welcome” lill-omosesswali. Hemm differenza bejn l-ewwel rapport u t-tieni li nqraw mill-Kardinal Erdò. Dwar id-divorzjati, “Diversi insistew li tibqa’ sseħħ iddixxiplina attwali” (ma jistgħux jitqarbnu). Oħrajn “iridu li ma jkunx hemm” regola ġenerali ta’ ammissjoni) għallEwkaristija, f’sitwazzjonijiet ben preċiżi”. Intant, iridu li lkwistjoni tiġi iktar fit-tul bħala studju. Dan hu diżappunt u jidher li l-Isqfijiet huma prudenti u

beżgħana, mhux forsi kif xtaqhom il-Papa “audaci”. Fl-ewwel rapport hemm ħafna fissru li jixtiequ “Maggior Apertura” (iktar ftuħ). Intant, naraw l-Ispirtu Santu x’se jgħid fis-Sinodu tas-sena dieħla u fl-aħħar imiss lill-Papa li jiddeċiedi. Anki dwar l-omosesswali naraw differenzi, għalkemm hemm miktub li l-omosesswali għandhom “jiġu milqugħa b’rispett u delikatezza”. Fl-ewwel kien hemm anki dwar ittagħlim reliġjuż “ta’ tfal ulied koppji tal-istess sess”. Ma nistax nifhem għaliex din in-nota pastorali tħalliet barra.

Firda bejn il-Kardinali Mhux biss l-Isqfijiet Tedeski, imma Isqfijiet ta’ nazzjonijiet oħra (barra milli jidher l-Istati Uniti), huma favur il-bidliet. Sentejn ilu dibattitu daqshekk miftuħ ma kienx possibbli u wisq inqas, kif rajna, fi żmien il-Papa Gwanni Pawlu II. Din iddarba, il-Papa qal: “hawn tistgħu tiddiskutu bil-libertà kollha”. Fil-fatt, il-Kardinali Muller, Leo Burke u oħrajn, flimkien mal-Kardinali Taljani Scola (Milan), Caffarna (Bologna) u Banasca (Ġenova), ilkoll tkellmu kontra l-bidliet. Huma ħarġu apertament kontra t-teżi tal-Kardinal Walter Kasper, Ġermaniż, li l-Papa għażel biex xhur ilu jitkellem fuq iżżwieġ fil-Konċistorju tal-Kardinali. Ma naqbilx ma’ Kasper meta qal lill-ġurnal Il Mattino li xi wħud fis-Sinodu riedu “gwerra teoloġika”. Hu żied li “l-mira tagħhom mhix jien, imma l-Papa”. Ma naħsibx li dan hu l-każ, għax inħoss li l-Kardinali fl-oppożizzjoni huma in buona fede. Il-Papa u l-Kardinal Kasper, kif ukoll oħrajn, insistew fuq “il-Ħniena ta’ Alla”, “Alla qatt ma jieqaf jaħfer” u “Alla jaħfer lil kulħadd”. Dawn ħsibijiet evanġeliċi, imma lKardinal Muller sostna li “l-Ħniena ta’ Alla mhix dispersa mill-kmandamenti ta’ Alla” u “ma nistgħux immorru kontra l-indissolubbiltà taż-żwieġ”. Ma naħsibx u mkien ma qrajt li xi ħadd irid din, imma dak li l-maġġoranza tal-191 Isqof jixtiequ, hu mezzi pastorali biex nikkuraw il-feriti fil-kamp talgwerra”. Dawn huma miljuni ta’ familji, li jinsabu ’l bogħod mill-Knisja, minkejja li nippruvaw intaffu l-feriti billi ngħidulhom li “huma ġewwa l-Knisja”. Il-ftuħ tal-Kardinal Marx Għoġbitni ħafna intervista tal-Kardinal Marx, 61 sena, President tal-Konferenza tal-Isqfijiet tal-Ġermanja, lill-ġurnal La Repubblica (20.10.2014). Nagħti xi siltiet interessanti: “Hu veru li dwar ċerti kwistjonijiet għamilna żewġ passi ’l quddiem u wieħed lura. L-importanti hu li nkomplu nitkellmu; jiddeċiedi l-Papa”. “Fl-aħħar ftaħna triq. Jien inħares b’mod pożittiv. Irridu naraw kif se tkun il-qagħda tal-Knisja fi żmien sentejn u tliet snin oħra. Is-Sinodu ttratta kwistjonijiet diffiċli, li qatt ma saru diskussjonijiet b’daqshekk libertà”. “Jidhirli li nistgħu nimxu b’serenità lejn is-Sinodu ordinarju ta’ Ottubru 2015”. Hu ried li nkomplu niddiskutu fil-konferenzi tal-Isqfijiet u f’laqgħat, seminars, eċċ. “Mhux il-Kardinali tal-Kurja kien favur it-tqarbin. Kien hemm ukoll min hu favur li jkun hemm ftuħ”. Fl-aħħar, il-Kardinal Marx qal: “insomma, il-kwistjoni mhix magħluqa hawn. DAS DRAMA GEHT WEITER (Lispettaklu jkompli).

Id-dokument finali tas-Sinodu dwar il-Familja fih 62 paragrafu fuq diversi argumenti, imma fir-riżultat terz tal-votanti ma kinux jaqblu man-novità papali.


20

S

Il-moralità u x-xogħol

MORALITÀ U POLITIKA – (11)

Joe Camilleri Opinjonist

Hu immorali li dawk fil-poter jiddiskriminaw fl-għoti tal-postijiet tax-xogħol billi jaġevolaw lil tal-qalba anke meta dawn mhumiex kompetenti.

Opinjonist

Kummenti dwar kwotazzjonijiet li laqtuni

Opinjoni

an Tumas jagħti erba’ raġunijiet tax-xogħol. Ixxogħol jipprovdi l-għajxien ta’ kuljum, jevita lgħażż li hu l-għajn ta’ ħafna ħażen, irażżan il-ġibdiet tal-ġisem u jgħin lill-bniedem biex jagħmel karità miż-żejjed li jista’ jkollu. Axxetiċi tradizzjonali jżidu ma’ dawn il-penitenza u l-akkwist tal-grazzji. Illum dan kollu mhuwiex qed jiġi kkunsidrat bħala biżżejjed. Forsi l-esplorazzjoni u l-iżvilupp għaqlija tal-ħolqien, itteknika u l-arti m’għandhomx post fl-għan tax-xogħol? F’dan il-kuntest għandha importanza kbira l-kostituzzjoni pastorali fid-dinja moderna tal-Vatikan II, Gaudium et Spes, li tgħidilna ħafna affarijiet interessanti. Il-bniedem jissieħeb ma’ bnedmin oħra fil-ħidma tiegħu u dan għandu effetti soċjali kbar. Flimkien, il-bnedmin ħaddiema jaslu għal konkwisti importanti, ikabbru l-għerf tagħhom u jiżviluppaw it-teknika u l-kultura. B’hekk il-bniedem jiżviluppa lilu nnifsu u jħaddem bl-aħjar mod ir-riżorsi. Bix-xogħol tiegħu, il-bniedem iqiegħed lilu nnifsu għasservizz tal-proxxmu (Gaudium et, Spes, 57). Xogħol il-bniedem irid jitkejjel fil-parteċipazzjoni talħidma ta’ Alla fil-ħolqien. Meta Alla qal lill-bniedem biex jaħkem il-ħolqien, ried ifisser li l-bniedem għandu jara fixxogħol tiegħu aktar żvilupp tal-istess ħolqien (Gaudium et Spes, 34). Dan ikun bħal tkomplija tal-opra divina talħolqien u parteċipazzjoni fiha (Laborem Exercens, 25). Alla jistenna li l-bniedem, bix-xogħol għaqli tiegħu, ikompli jtejjeb il-ħolqien li ħareġ minn idejh. Ix-xogħol jgħin lill-bniedem ikun sieħeb ma’ Alla biex iġib il-ħolqien għall-perfezzjoni tiegħu (Gaudium et Spes, 67, 34, 57). Fil-kooperazzjoni mal-ħallieq toħroġ bil-qawwa kollha d-dinjità taxxogħol.

Għalkemm il-progress tad-dinja hu distint minn dak tassaltna ta’ Kristu, l-iżvilupp tal-bniedem hu vitali għas-saltna ta’ Alla (Gaudium et Spes, 39). Aktar ma l-bniedem jaħdem għall-ġid materjali tiegħu, fil-parametri li jsemmi Kristu (li ma nkunux miġbudin iżżejjed għall-ġid tad-dinja) aktar ikun jimxi skont il-pjan ta’ Alla għalih. Ix-xogħol hu għall-bniedem mhux il-bniedem għax-xogħol. L-għan u t-tifsira tax-xogħol iħaddnu fihom ukoll iddover li taħdem. Ix-xogħol hu l-mod normali kif wieħed jippreserva lilu nnifsu. Normalment huwa bix-xogħol li l-bniedem jissodisfa l-ħtiġijiet materjali tiegħu u jaqdi d-doveri tiegħu fil-ħajja għall-għajxien tiegħu u tal-familja. Gaudium et Spes tgħidilna li kull bniedem għandu d-dover jaħdem kif inhu xieraq (n.67). Dan għaliex kulħadd hu msejjaħ jaqdi lillproxxmu u li jikkopera ma’ Alla fil-ħolqien sakemm jista’ jagħmel dan. F’dan is-sens, b’xogħol ma nifhmux bilfors dak manwali. Fis-sens wiesa’ hawnhekk b’xogħol għandna nifhmu kull attività serja u bis-sens, inklużi l-adorazzjoni u listudju fil-ħajja kontemplattiva. F’dan is-sens wiesa’, ixxogħol hu dover universali, li jinkludi l-għonja li jistgħu jiddedikaw ħinhom għal ħidmiet volontarji ta’ ġid. Għax-xogħol li jagħmel, il-ħaddiem għandu jitħallas b’mod xieraq hekk li jkun jista’ jżomm lilu u lill-familja tiegħu. Imma għandu wkoll id-dover li jagħti l-ġurnata taxxogħol tiegħu. Il-ħaddiema għandhom id-dritt jissieħbu filunions biex itejbu lilhom infushom. Ta’ min wieħed jenfasizza li hu immorali li dawk filpoter jiddiskriminaw fl-għoti tal-postijiet tax-xogħol billi jaġevolaw lil tal-qalba anke meta dawn mhumiex kompetenti. Din hi mġiba li tmur kontra l-ġustizzja u l-imħabba. Biċċa ħobż kulħadd għandu d-dritt jaqlagħha.

“Fil-politika bilfors, darba jew oħra, trid tgħid il-verità.” Hekk irreaġixxa Joseph Muscat għal stqarrija li saritlu qabel l-elezzjoni. Qabel inkompli, irrid nagħmilha ċara li huwa aċċettabbli li hemm każi fejn il-politiku jkun kostrett li jigdeb, u dan speċjalment fl-aħjar interess tas-sigurtà tal-pajjiż jew dak tal-ġid komuni. Pereżempju nafu li John Major fl-1993 iddikjara li, li jitkellem mat-terroristi kien iqalliblu listonku, meta fl-istess waqt kien qed jinnegozja fis-sigriet ma’ Martin McGuinness, mexxej tal-IRA. Din il-gidba ta’ Major u ta’ McGuinness kienet il-bidu ta’ ftehim li baqa’ fis-seħħ fil-kwistjoni mdemmija tal-Irlanda ta’ Fuq. Il-punt ta’ veru hu li Joseph Muscat innifsu ddeċieda li jorbot lilu nnifsu mar-riżenja. Minn jeddu, bla pressjoni ta’ ħadd, qabel l-elezzjoni u wara sena li kien fil-gvern bit-tmexxija f’idejh. Sewwa li Simon Busuttil insista miegħu fil-Parlament li din tar-riżenja kienet ħabel li rabtu ma’ għonqu hu stess u ħadd aktar. Waqt li kont qed nisma’ d-diskors tajjeb tal-Kap talOppożizzjoni ftakart fix-xena ta’ Alfred Sant filParlament fil-kriżi tar-rebbiegħa tal-1998. Eddie Fenech Adami, li kien Kap tal-Oppożizzjoni, insista mal-Prim Ministru Sant ta’ dak iż-żmien biex ma jwebbisx rasu li jorbot vot ta’ fiduċja mal-każ tal-jott marina fil-Birgu. Dom Mintoff kien deċiż li jivvota kontra, u anki Mintoff stess għajjat miegħu biex ineħħi l-vot ta’ fiduċja għax hu kien se jilqa’ l-isfida u jivvota kontra, “int stess se twaqqa’ l-gvern u mhux jien” kien qallu. Imma Sant webbes rasu li jirriskja l-gvern tiegħu stess u l-kumplament huwa storja magħrufa. Mela Muscat, agħar minn Sant; rabat il-binja tal-power station mal-karriera tiegħu. Waħdu. Bla pressjoni ta’ ħadd. Għal Muscat, li politiku jigdeb huwa normali u aċċettabbli f’kull każ, mhux f’każi partikulari biss. Fil-fatt, firrisposta tiegħu implika li politiku mistenni li normalment jigdeb bl-eċċezzjoni li “xi darba jew oħra trid tgħid ilverità”. Bħallikieku jkun kostrett li jgħid il-verità f’każi eċċezzjonali. Simon Busuttil saħaq li: “Dan hu Prim Ministru li welled il-karriera tiegħu f ’gidba”.

Tant hu hekk li Muscat huwa wieħed minn dawk il-politiċi li mhux interessati tant fil-verità, jew għall-inqas fittfittxija tal-verità, imma biss interessat fil-poter. Biex jikkonsolidaw il-poter, politiċi ta’ dan it-tip jaraw li lpoplu bla tagħrif, u li jgħix fl-injoranza tal-verità. Harold Pinter jgħid li “What surrounds us therefore is a vast tapestry of lies, upon which we feed.” Dan il-qerq mhux aċċettabbli għall-poplu li jrid politiċi onesti. Mhux aċċettabbli li jkollna Prim Ministru li jinjora l-valuri u l-prinċipji, u xħiħ mal-verità.

Il-punt hu… Richard Muscat

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

“will keep supporting it with my vote until it’s no longer possible to do so.” Din hija l-pożizzjoni li ħadet Marlene Farrugia, deputata Laburista, wara d-dibattitu dwar il-mozzjoni talOppożizzjoni nhar it-Tnejn, 20 ta’ Ottubru. Marlene Farrugia għamlet numru ta’ mistoqsijiet lillgvern dwar il-falliment tal-pjan tal-power station u oħrajn dwar il-kuntratti konnessi mal-politika tal-enerġija talgvern tagħha stess. Dawn il-mistoqsijiet li, wara kollox, huma espressjoni ċara ta’ dak li jinteressa verament lin-nies u l-familji, għamlithom qabel u waqt id-dibattitu fil-Parlament. Farrugia vvutat favur il-gvern. Kienu diversi li kritikawha, u daħlilhom suspett fuq l-intenzjonijiet tagħha. Ma naqbilx ma’ dawk l-uħud. Anzi naħseb li Marlene qed timxi b’għaqal kbir, b’kuraġġ u skont prinċipji tagħha. Fil-fatt, hi ħasset li kellha tagħti r-raġunijiet tagħha dwar kif qed timxi bħala deputata fil-Parlament: “Marlene Farrugia explains why she still votes with the government in spite of her criticism.” Din fakkritni f’dak li kiteb Ron Suskind fil-ktieb tiegħu The Price of Loyalty: “being in a boat with twenty people, all rowing in one direction, except you. If the boat moves far downstream and you’re still in it, you have to ask yourself a hard question about the value of your presence, or about whether your presence in the boat, no matter which way you’re rowing, constitutes a compromise of your moral soundness. At some point, all that’s left for you to do is jump out.” Marlene Farrugia hi konxja li tinsab f’din il-pożizzjoni…


Il-gidba mhix demokratika Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Opinjoni

Carm Mifsud Bonnici Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin

Il-proġett Nazzjonalista kien u għadu tajjeb tant li ħaddieħor irid jixtrih, mhuwiex jikkaġuna ħsara fis-saħħa tal-bnedmin u qiegħed jiffrankalna b’miljuni tajba fil-konsum tad-dawl. Il-poplu għandu dritt għall-verità.

1. Pajjiżna fortunatament għandu sistema legali li fiha ddemokrazija hija l-ġebla tax-xewka tas-soċjetà. Sfortunatament mhux kull min iservi fl-istituzzjonijiet demokratiċi jifhem li għandu poter li jrid jutilizzah, mhux bħala dittatur iżda bħala serv fidil tas-soċjetà. Il-poter għandu verament dawn iż-żewġt uċuħ. Fuq naħa jservi ta’ ġid għannies, fuq l-oħra jkabbar ras dawk li jkollhom il-poter f’idejhom. Min għandu l-piż tar-responsabbiltà pubblika jrid jifhem li għandu kemm għandu poter f’idejh, ma jistax jaħseb li t-tmexxija demokratika qiegħda f’idejh biss.

2. Id-dibattitu li beda nhar it-Tnejn fil-Parlament dwar ilkuntratt tal-power station li suppost ġejja f’Delimara beda jagħti sinjali ċari ta’ dak li ilna fl-aħħar xhur nosservaw quddiemna. Il-Gvern jidher ċar li tilef triqtu bejn dak li qal li se jwettaq meta jkun fil-poter u dak li attwalment qiegħed jirnexxilu jagħmel. Hemm sinjali evidenti li min għandu lpoter ikkonċentrat f’idejh inqata’ sew minn żewġ partijiet determinanti fil-ħajja politika. L-ewwel inqata’ mill-poplu li vvutalu b’maġġoranza daqshekk qawwija, it-tieni mill-istess komponenti sħaħ tal-Partit Laburista. Il-fatt li hemm maġġoranza elettorali daqshekk qawwija, il-fatt li hemm maġġoranza parlamentari daqshekk sproporzjonata, qed iwasslu għal uħud biex jaħsbu li għandhom dritt divin imexxu u mhux qegħdin hemm għax poġġiehom il-poplu.

3. Id-demokrazija parlamentari titlob dejjem li jkun hemm mexxejja li jħarsu ’l quddiem, b’kapaċità li jgħaqqdu u jservu. Ma titlobx li jkollok persuna waħda jew ftit li jmexxu waħedhom u mingħajr il-kunsens tal-bażi u tal-membri loħra. Il-kawża interna ta’ dan qed nagħrfuha, iżda issa qed naraw aktar fil-beraħ l-effetti tagħha. Id-dibattitu parlamentari wassal għal żewġ punti. L-ewwel li l-Gvern ma jibżax jiċħad il-verità u anzi li jgħid il-kontra. It-tieni li jagħżel b’mod iktar gravi li jidħol f’kampanja ta’ attakki vili u personali fuq il-membri tal-bank tal-Oppożizzjoni biex ineħħi mill-attenzjoni pubblika. Huwa sintomu perikoluż talmonarkiji li meta ma jkollhomx raġun u daharhom ikun malħajt, jirrikorru għal dawn il-metodi.

Aħna bnedmin mhux magni u huwa min-natura tagħna stess li l-affarijiet ma jiġux jew ma jsirux kif wieħed irid. Biss hemm bżonn l-umiltà, l-għarfien u l-konoxxenza li wieħed jieħu żball u kulma jrid huwa li jammettih, jistqarru quddiem u f’isem min qiegħed imexxi l-pajjiż. Ngħid dan għax Gvern, mexxej politiku jikber mhux b’kemm għandu poter ikkonċentrat f’idejh iżda bil-mod miftuħ li jersaq lejn il-problemi billi jispjega lill-poplu.

5. Il-pajjiż bilfors li jagħti kas ta’ din il-power station kontroversjali għax kien il-Partit Laburista stess li ġibidlu kontinwament l-attenzjoni fuqha. Tlaqna b’kemm l-affarijiet se jsiru aħjar ladarba jkunu fil-Gvern għax se jibnu din il-power station. Wara qalulna li t-tanker tal-gass huwa meħtieġ ġewwa lBajja ta’ Marsaxlokk għax inkella ma jitlestiex fil-ħin ilproġett. Wara ġejna infurmati li l-Electrogas u konsorzju Ċiniż, it-tnejn li huma ngħataw x’jifhmu li se jkun tagħhom. Dan fl-isfond kontinwu li l-power station li saret mill-BWSC tħammeġ, li hija lura u li huma se jaraw kif jibdluha. Messaġġi nħarġu ħafna iżda nafu li qed jikkuntrastaw lil xulxin. Dak li sar mill-BWSC illum huwa aċċettat mill-istess Gvern li ma jħammiġġx, mhuwiex magna tal-kankru, anzi huwa fattur li għen biex jiġu ffrankati l-ispejjeż li l-Gvern qiegħed jonfoq fil-ġenerazzjoni tad-dawl u huwa anzi r-raġuni determinanti li se jwassal għall-għeluq tal-power station lantika tal-Marsa.

4. Il-poplu matul din il-ġimgħa għamel numru ta’ domandi li l-Gvern qiegħed jaħrab milli jwieġeb. Domandi li hemm bżonn li jingħataw risposti għax id-demokrazija hija bbażata fuq il-verità tal-fatti, fuq it-trasparenza ta’ dak li għaddej u dak li qiegħed iwassal lill-Gvern biex jimxi fi triq jew oħra.

6. Il-messaġġi u dikjarazzjonijiet varji li saru mill-Gvern flaħħar sentejn skorruti ħawdu l-atmosfera sew. Ħawduha għax illum ma nafux l-ewwel il-Gvern verament x’se jwettaq, f’kelma oħra se jibniha, it-tieni ma nafux meta se jwettaq dan jekk se tinbena, it-tielet ma nafux x’inhuma jew x’se jkunu lvantaġġi għalina f’bini ta’ power station ġdida. Kien hemm komplikazzjonijiet u konfużjonijiet li kontroversja politika ġġib qabel l-aħħar elezzjonijiet. Il-poplu fehem li dak li sar mill-PN kien ħażin, qed ikun kaġun tat-tnaqqis fis-saħħa tannies, li kien fattur ta’ żieda fil-kontijiet tat-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl. Illum sforz il-ħidma li saret mill-Oppożizzjoni qiegħed jirriżulta kompletament il-kontra. Il-proġett Nazzjonalista kien u għadu tajjeb tant li ħaddieħor irid jixtrih, mhuwiex jikkaġuna ħsara fis-saħħa tal-bnedmin u qiegħed jiffrankalna b’miljuni tajba fil-konsum tad-dawl. Il-poplu għandu dritt għall-verità. Il-PN bħala wieħed li jemmen fiddemokrazija huwa determinat li dan iseħħ għax il-gidba hija antidemokratika.

ija inkwetanti li sentejn wara li l-Gvern Laburista rebaħ il-fiduċja tal-poplu fuq għajta primarja li għandu roadmap għall-enerġija, ninsabu f’sitwazzjoni fejn kemm membri talGvern, l-Oppożizzjoni u l-poplu hemm barra għandhom aktar mistoqsijiet milli tweġibiet. Il-fatti huma magħrufa. • Xogħol fuq il-power station mhux qed isir; • Id-data tat-tlestija ta’ dan il-proġett mhix se tintlaħaq għalkemm din kienet marbuta ma’ wegħda tar-riżenja talPrim Ministru; • Il-kuntratt maċ-Ċiniżi ma ġiex offrut għal skrutinju u dan iħalli mistoqsijiet kbar fuq il-rabta futura li kwalunkwe Gvern Malti se jkollu maċ-Ċina għall-provvista tal-enerġija; • Il-Gvern ħabbar li t-tariffi se jonqsu xorta għan-negozju għalkemm ma qalx minn fejn se jagħmel tajjeb għad-differenza ladarba r-roħs kien imwiegħed b’rabta ma’ power station ġdida; • Qed jintqal li t-tariffi tad-dawl għal billejl proposti minn Gvern Nazzjonalista u redikolati minn Oppożizzjoni Laburista issa jista’ jkun li jagħmlu sens; • Il-BWSC tkompli topera bħala dik li ssejħet ‘fabbrika talkanċer’; • U dan kollu u aktar fi sfond fejn fuq pjattaforma internazzjonali, il-prezz ta’ barmil żejt dejjem nieżel! Dan ifisser inkwiet kbir għalina bħala nazzjon, għalina bħala Maltin u għall-futur tagħna u ta’ wliedna. Is-settur tal-enerġija hu pilastru ewlieni li fuqu jserrħu ħafna pilastri kruċjali oħra u

l-fatt li sentejn wara l-elezzjoni jeżistu tant u tant dubji jfisser problema għall-ekonomija, l-iżvilupp u l-progress tagħna. Għal sentejn sħaħ dawn l-investituri barranin kienu qed isegwu l-andament ta’ pajjiżna u aġenziji ta’ kreditu wasslu biex anke taw grading tajjeb fuq il-bażi tal-pjan tal-enerġija talGvern. Iżda jekk minn dak kollu li qal il-Gvern ma hemm xejn, allura żgur li dawn kollha se jbiddlu l-opinjoni dwar pajjiżna. Huwa issa ċar li l-Labour daħak bil-poplu meta qal li għandu roadmap tal-enerġija. Huwa wkoll ċar li l-Prim Ministru daħak bina għal darb’oħra meta wieġeb li kollox kien on track meta ġie mistoqsi dwar il-bini ta’ power station ġdida. Dan biex ma nsemmux l-ammont kbir ta’ mistoqsijiet li saru fil-Parlament mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista li baqgħu ma ġewx imwieġba mill-Ministru tal-Enerġija. Ladarba l-power station tal-BWSC se tkun f’idejn iċ-Ċiniżi u ladarba l-power station tal-gass il-ġdida se tkun tal-privat, x’se jsir mill-Enemalta u l-ħaddiema tagħha? X’viżjoni kellu l-Gvern Nazzjonalista li jinvesti f’interconnector ma’ Sqallija għax kieku l-Enemalta u l-ħaddiema tagħha kienu jispiċċaw litteralment bix-xejn! Muscat intrabat ma’ fazzjonijiet differenti qabel l-elezzjoni ġenerali u issa jinsab dahru mal-ħajt. Id-diffikultà hi li din mhix xi logħba tat-tfal u l-implikazzjonijiet għal pajjiżna huma kbar ħafna. Il-ħsara diġà saret u din il-ħsara se nħossuha lkoll. Hija ħasra li s-settur tal-enerġija, daqstant essenzjali, spiċċa bħala ballun politiku flok rajna proċess matur, bis-sens u bil-kunsens ta’ Gvern u Oppożizzjoni għall-ġid tal-pajjiż.

Roadmap u kollox on track Caroline Galea Opinjonista

Hija ħasra li s-settur tal-enerġija, daqstant essenzjali, spiċċa bħala ballun politiku flok rajna proċess matur, bis-sens u bil-kunsens ta’ Gvern u Oppożizzjoni għall-ġid tal-pajjiż.

21

H


Sajf ta’ riflessjonijiet 22

Kevin Cutajar

Il-politika hi magħmula minn ċikli... hi biss kwistjoni ta’ żmien. Dan jiddependi minn kemm il-PN se jkun kapaċi jaqra l-preżent u l-futur u jadatta għalihom

I

s-sajf li għadu kemm ħalliena, kien għalija sajf ta’ riflessjonijiet profondi dwar l-involviment tiegħi fil-politika u l-qagħda tal-PN. Wara l-kampanja impenjattiva għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u li fiha kelli lunur li nkun wieħed mill-kandidati f’isem il-PN, iddeċidejt li nibqa’ sieket għal ftit żmien, biex xejn xejn, nerġa’ nsib saqajja u nifhem eżattament x’kien il-pass li jmissni nagħmel. Fil-fatt, wara l-elezzjoni, din hi l-ewwel kontribuzzjoni tiegħi f’ġurnal. Naturalment, ma stajtx ma nitlaqx mir-riżultat tiegħi personali. Kull bniedem tad-demm u l-laħam, l-ewwel li jħares hu lejn dak li jikkonċerna lilu direttament. Ir-riżultat tiegħi, kważi 5,500 vot, ma kienx wieħed straordinarjament kbir, iżda lanqas kien wieħed li tarmih. Ovvjament, meta wieħed iqis li biex jiġi elett fil-Parlament Ewropew, dan irid iġib eluf u eluf ta’ voti, ir-riżultat tiegħi jista’ jidher mhux daqstant kbir, imma meta tieħdu waħdu, tirrealizzza li ċifra bħal dik mhix ċajta. Dan għamilli kuraġġ biex inkompli bl-involviment politiku tiegħi. Minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li għoġobhom jagħtuni l-appoġġ u għalkemm ma ġejtx elett, is-sodisfazzjon li fiċ-ċokon tiegħi, tajt daqqa t’id lill-PN jirbaħ it-tielet siġġu, emmnuni hu kbir ħafna. Apparti r-riżultat tiegħi però, kien ukoll sajf li fih irriflettejt dwar ir-riżultat globali tal-PN u l-PN innifsu. Issa, minkejja lkonkwista tat-tliet siġġijiet fil-Parlament Ewropew, żgur u żgur li ħadd ma jista’ jgħid li r-riżultat tal-PN kien wieħed tajjeb. Il-figura ta’ aktar minn 30,000 vot li bihom il-Partit Laburista għadda lill-PN kinsu kull dubju f’dan ir-rigward. Dan ifisser li għandna naqtgħu qalbna? Xejn affattu! Il-politika hi magħmula minn ċikli u f’xi ħin, żgur li jerġa’ jasal ċiklu favorevoli għall-PN. Hi biss kwistjoni ta’ żmien, iżda kemm se jkun twil dan iż-żmien, jiddependi minn kemm ilPN se jkun kapaċi jaqra l-preżent u l-futur u jadatta għalihom. Din hi sfida kbira għax biex tingħeleb hemm bżonn kuraġġ u forsi anke kompromessi dolorużi. Wieħed mill-aspetti ta’ din l-isfida ċertament hu l-għażla li l-PN irid jagħmel bejn it-triq tal-valuri u dik tal-populiżmu. Naturalment, jekk wieħed ikollu mqar ftit kuxjenza, żgur jifhem li t-triq tal-valuri hi t-triq it-tajba. Madankollu, it-triq it-tajba, biex timxi fiha, hu dejjem diffiċli u mhux neċessarjament tkun l-aktar waħda popolari. Anzi pjuttost ngħid li jekk teħodha, x’aktarx issib ħafna reżistenza. Id-diffikultà biex il-PN jagħżel din it-triq tkompli żżid meta wieħed iħares lejn kif qed jimxi l-gvern immexxi mill-Partit Laburista. Bil-għatx kif kien għall-gvern, il-Partit Laburista għażel li jwarrab il-valuri li tradizzjonalment kienu jiddistingwuh, eżempju d-drittijiet tal-ħaddiema u ċ-ċittadin iż-żgħir, u imbarka minflok, fuq populiżmu sfrenat. Dan fisser biss ħaġa waħda. Il-Partit Laburista pprova jingħoġob ma’ kulħadd, prinċipalment billi wiegħed kollox lil kulħadd. Kif mistenni, dan isseduċa l-elettorat li kif nafu vvutalu bi ħġaru. Min jisseduċi bil-populiżmu, x’aktarx li jidher sabiħ u allura, quddiem xenarju bħal dan, jekk xi ħadd jipprova jipproponi t-triq talvaluri, x’aktarx li jarawh ikrah. Dan m’għandux jaqta’ qalb il-PN li jagħżel bħal fl-imgħoddi t-triq tal-valuri għax il-populiżmu hu bħal triq li fil-bidu tkun sabiħa, iżda mbagħad tispiċċa sqaq bla żbokki ta’ xejn. Dan għaliex, fil-ħajja, qatt ma tista’ togħġob lil kulħadd u wisq anqas tista’ tagħti kollox lil kulħadd. Issa f’idejn il-PN biex jagħżel bejn it-triq ħafifa u perikoluża tal-populiżmu u ttriq diffiċli iżda soda tal-valuri. Aspett ieħor tal-isfida li għandu l-PN, hi jekk jieħux triq aktar liberali jew triq aktar konservattiva. Ninnota li fi ħdanu, il-PN għandu dawn iz-żewġt erwieħ. Mhuwiex faċli, la li tagħżel bejn waħda u l-oħra, u lanqas li ssib kompromess bejniethom. Riċentement, din dehret diversi drabi, partikolarment fil-każ tad-divorzju u dak tal-adozzjoni tat-tfal minn persuni omosesswali. Jidhirli li l-eżistenza tar-ruħ liberali u dik konservattiva fil-PN, mhix piż, iżda hi rikkezza. Iżda naħseb li dan il-fattur qed jiġi perċepit bħala piż u dan għax probabilment, mhux dejjem għarafna nutilizzawhom kif jixraq. Nistħajjilkom issaqsu, hemm xi soluzzjoni maġika għal dan jewilla? Le m’hemmx, iżda l-użu tajjeb ta’ dawn iz-żewġ filosofiji politiċi, jiddependi ħafna minn kemm il-PN ikollu politiċi ta’ viżjoni u li jagħrfu jaqraw is-sinjali taż-żminijiet. Frankament, ngħid li fl-aħħar snin, inħass nuqqas ta’ politiċi bħal dawn fil-PN. Mhux faċli li l-PN jibqa’ jħaddan b’effiċjenza t-triq liberali

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Opinjoni

Il-PN għandu diversi sfidi li jrid jindirizza, u bit-tmexxija l-ġdida ta’ Simon Busuttil, jidher li nqabdet l-aħjar direzzjoni li jkun hemm transizzjoni bl-inqas skossi

u dik konservattiva flimkien, u r-raġuni hi sempliċi. Il-kompetituri tagħna, il-PL, qabdu triq liberali għall-aħħar, almenu fid-dieher. Għamlu hekk purament b’konvenjenza. Il-PL induna li fis-soċjeta` Maltija, kien hawn għatx għal għażliet aktar liberali u induna wkoll li jekk jisqi s-soċjeta b’politika f’dan is-sens, seta’ jakkwista l-kunsens elettorali. Ġara u għad qed jiġri hekk u r-riżultat nafuh ilkoll. It-twissija tiegħi pero`, hi li m’għandniex nagħmlu bħall-PL, avolja dik it-triq tista’ tidher bħala t-triq tas-suċċess immedjat. Fil-politika, lelement liberali u dak konservattiv huma neċessarji t-tnejn u dan biex il-politika tkun bilanċjata. Jekk immorru fuq estrem wieħed b’detriment għall-ieħor, inkunu qed noffru politika żilanċjata u dan żgur mhux dak li għandna bżonn. Il-prova ta’ dan tinsab f’soċjetajiet oħrajn mhux ‘l bogħod minna, li għamlu għażliet simili u li qegħdin ipattu soċjalment u ekonomikament. Għal darb’ohra, l-għażla f’idejn il-PN. It-tielet aspett tal-isfida tal-PN, hu forsi l-aktar wieħed iebes, u dan għax imiss l-individwi direttament. Qed nirreferi għall-kwistjoni li tgħolli rasha kull meta partit politiku jkun minn taħt bħalma hu l-PN fil-mument, jigifieri l-kwistjoni jekk għandniex inżommu l-uċuh antiki bl-esperjenza kollha tagħhom, jew jekk għandniex nintroduċu wċuh kompletament ġodda. Kieku jkolli nimxi skond qalbi, it-tentazzjoni tkun li nagħżel uċuh ġodda. Ngħid dan għax hemm uċuh antiki li huma perċipiti min-nies bħala dawk responsabbli għas-sitwazzjoni li jinsab fiha l-PN llum u li minħabba f’hekk, qed iqanqlu rabja versu l-istess PN. Din il-perċezzjoni nista’ nixhed għaliha jien, minn dak li smajt u li nisma fizżjajjar li bħala kandidat għamilt u li għadni qed nagħmel fiddjar. Li tibdel l-uċuh antiki b’uċuh godda, żgur li jġib aktar arja friska fil-PN. Madanakollu, bidla bħal din, ġġib ukoll in-nuqqas ta’ esperjenza ta’ min hu ġdid u dan jaf jiswa lill-PN prezz għoli f’termini ta’ riżultati politiċi. Għalhekk, irridu nkunu għaqlin biex inwettqu tranżizzjoni bl-inqas skossi possibli, li tippermetti lill-uċuh il-godda u li fuq kollox huma ġenwini, jidħlu fil-PN u bil-mod il-mod, jibdlu lill-uċuh l-antiki. Jidhirli li din hi ħaġa li qed tipprova tagħmel it-tmexxija l-ġdida tal-PN u naħseb li hi l-aħjar direzzjoni. B’dan żgur li ħadd ma jrid ifisser li l-uċuh l-antiki huma għar-rimi. Xejn affattu! Dawn għandhom rwol, partikolarment fl-għoti tal-esperjenza tagħhom lill-PN u l-uċuh ilġodda. L-importanti hu li huma jgħarrfu dan u jaċċettaw b’serenita li l-irwol tagħhom issa inbidel. Għat-tielet darba, anke` hawn, l-għażla hija biss f’idejn il-PN. Għażilt li nikteb fuq dawn l-aspetti aktar politiċi li dwarhom naħseb li għad m’hemmx biżżejjed dibattitu. It-tama tiegħi, hi li dan iservi biex jitkattar dan id-dibattitu, u b’hekk, ir-riflessjonijiet Sajfin tiegħi jkunu xettlu u produċew il-frott li xtaqt.


Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Partit apert għas-sehem u l-ideat ta’ kulħadd Opinjoni

Dalgħodu se niltaqgħu biex nagħlqu l-ewwel Konvenzjoni Ġenerali tal-PN. Din il-Konvenzjoni, għandha sinifikat kbir għax tfisser fiha nnifisha t-triq li qabad il-PN meta għamel bidliet fl-istatut wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Din hi triq ta’ partit aktar miftuħ, apert għas-sehem u l-ideat ta’ kulħadd.

Therese Comodini Cachia Deputat Ewroparlamentari Partit Nazzjonalista

Il-PN kien pijunier tal-idea tas-soċjetà tad-djalogu... din l-idea trid tkompli tiżviluppa bis-sehem dirett tas-soċjetà ċivili anke fit-tfassil tal-viżjoni u l-policies tal-PN

Kummissjoni li rrevediet l-istatut tal-PN Jien għandi l-unur li kont parti mill-kummissjoni li rrevediet l-istatut tal-Partit u li kienet immexxija minn Francis Zammit Dimech. Ix-xogħol li dik il-kummissjoni għamlet kellu l-iskop prinċipali li jwessa’ l-firxa ta’ kontribut u ideat fil-PN biex anke fl-istrutturi tiegħu jkun partit apert li jilqa’ lil kull min irid jikkontribwixxi u min irid jara li l-ħajja pubblika u l-policies tal-partit jirriflettu x-xewqat u l-bżonnijiet ta’ kulħadd.

Istituzzjoni ġdida fil-PN – il-Konvenzjoni Ġenerali Waħda mill-proposti ewlenin li għamlet il-kummissjoni għar-reviżjoni tal-istatut tal-PN kienet li jkun hemm istituzzjoni ġdida li fiha jkollhom sehem dirett il-membri kollha tal-PN – Konvenzjoni Ġenerali li fiha jieħdu sehem bi dritt it-tesserati tal-PN. B’hekk, mal-fatt li t-tesserati jibqgħu jagħżlu kumitati fil-lokalitajiet li jagħżlu kunsillieri ġenerali li jiltaqgħu fil-Kunsill Ġenerali tal-PN, ikun hemm ukoll din l-istituzzjoni li tagħti kontribut dirett lit-tesserati tal-PN.

Idea Malta – l-ewwel Konvenzjoni Ġenerali Wara li l-istatut il-ġdid ġie approvat, il-Konvenzjoni Ġenerali ngħatat funzjonijiet importanti fil-Partit. Hi listituzzjoni li minn issa ’l quddiem teleġġi l-Kap tal-Partit u anke l-Viċi Kapijiet. Hi istituzzjoni li tiltaqa’ biex tiddiskuti l-politika u l-ideat tal-PN. U għalhekk kienet qed tiltaqa’ flaħħar tlett ijiem proprju bit-tema ‘Idea Malta’ biex tisma’ lideat u tintegrahom fil-politika tal-PN.

Sehem għal nies li mhumiex membri tal-PN ukoll Fil-Konvenzjoni Ġenerali li kienet qed tiltaqa’ minn nhar il-Ġimgħa ġew mistiedna jagħtu sehemhom il-membri tal-

pubbliku, is-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali. Il-PN kien pijunier tal-idea tas-soċjetà tad-djalogu fejn kulħadd ikun jista’ jagħti l-kontribut tiegħu fi djalogu mal-bqija. Il-PN ħadem ħafna wkoll biex jagħti leħen importanti fis-soċjetà lill-għaqdiet volontarji f’kull qasam. Il-PN welled u wettaq lidea ta’ soċjetà li fiha l-Gvern jissieħeb mal-għaqdiet volontarji f’ħafna ħidmiet tiegħu. Din l-idea trid tkompli tiżviluppa issa bis-sehem dirett tas-soċjetà ċivili anke fittfassil tal-viżjoni u l-policies tal-PN.

‘Idea Malta’ anke fid-diskors tal-Kap tal-PN, Simon Busuttil, dalgħodu Waqt li konna qed nisimgħu ħafna ideat nhar il-Ġimgħa u lbieraħ, dalgħodu se nisimgħu lill-Kap tal-PN, Simon Busuttil, jagħmel l-ewwel diskors ta’ Kap tal-Partit f’din lewwel Konvenzjoni Ġenerali. Kif nistennew, dan għandu jkun diskors importanti li jfisser il-viżjoni u l-ideat ewlenin li l-PN se jkun qed jaħdem fuqhom wara li sema’ u jkompli jisma’ lis-soċjetà ċivili, lill-għaqdiet volontarji u lil ħafna ħafna individwi li jridu jikkontribwixxu fil-ħajja pubblika Maltija. Simon Busuttil diġà beda jfassal il-linji li fuqhom ilPN se jkun qed jaħdem biex joffri viżjoni u ideat alternattivi għal Malta li lkoll nixtiquha tkompli tirnexxi għall-ġid talMaltin kollha.

Inwelldu u nwettqu ideat ġodda Is-sehem tiegħi fil-PN u anke fil-kummissjoni li rrevediet listatut tiegħu dejjem bnejtu fuq l-idea li l-PN irid jiġġedded kontinwament. L-esperjenza tiegħi anke issa bħala Membru tal-Parlament Ewropew qed turini kemm hu importanti li lpolitika twettaq l-ideat tal-ħafna. Fuq livell Ewropew hemm ħafna gruppi ta’ ħsieb u ideat li l-ħin kollu janimaw iddiskussjoni fl-istituzzjonijiet Ewropej. Dan hu xi rridu nagħmlu f’Malta wkoll biex il-politiċi jwettqu ideat maħsubin u mfasslin tajjeb bis-sehem ta’ ħafna nies. L-ewwel Konvenzjoni Ġenerali tal-PN li tagħlaq dalgħodu hi pass importanti f’din il-ħidma.

It-traffiku… perċezzjoni jew realtà? Toni Bezzina

Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Infrastruttura

Traġitt ta’ kwarta, qed jieħu aktar minn siegħa, u dan b’detriment għall-ekonomija. Il-familji Maltin qed ibatu minn aktar spejjeż u aktar ħela ta’ ħin.

Xi jiem ilu, kien dikjarat mill-Gvern li s-sitwazzjoni tattraffiku hija biss perċezzjoni: din hi biss immaġinazzjoni ta’ kull min ikun fit-traffiku. Traġitt ta’ kwarta, qed jieħu aktar minn siegħa, u dan b’detriment għall-ekonomija. Il-familji Maltin u Għawdxin qed ibatu minn aktar spejjeż kif ukoll aktar ħela ta’ ħin. It-tfal tal-iskola qed jgħaddu aktar ħin fil-mezzi tat-trasport li jwassluhom l-iskola. Dan minbarra li t-tfal qed jispiċċaw ikollhom iqumu kmieni biex forsi jaslu l-iskola fil-ħin, inkella jaslu tard għal-lezzjonijiet. Hemm ukoll iż-żieda fit-tniġġis tal-arja li qed jeffettwa ssaħħa ta’ kull wieħed u waħda minna.

Inkompetenza Il-problema tat-traffiku hi riżultat tal-inkompetenza konsistenti tal-Ministru responsabbli mis-settur. Kienu diversi l-proġetti u linizjattivi li wara li l-Ministru Joe Mizzi għamilhom tiegħu, irnexxielu jagħmel ħerba minnhom. Hemm l-aġġudikazzjoni tattender ta’ Triq il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq, li ħadet sena meta filfatt ma kellhiex tieħu aktar minn tliet xhur. Il-ħruġ tat-tender talKappara Junction, li għalkemm skont dikjarazzjoni li kien għamel fil-Parlament, din kellha toħroġ f’Settembru tal-2013, spiċċat ħarġet sena wara. Il-bini tal-Parlament il-ġdid, li għalkemm kien ta garanzija personali li dan ix-xogħol kellu jitlesta għall-ftuħ tal-Parlament wara l-vaganzi tas-sajf, ftit jiem qabel iddikjara li x-xogħol tant waqa’ lura li mhux kapaċi jagħti data meta se jiftaħ il-Parlament il-ġdid. Fir-rigward tat-trasport pubbliku għandna kollass totali tasservizz tant meħtieġ. Ammont ikbar ta’ nies jistennew fuq ilbus stops mimlija tama li xi darba l-karozza tal-linja tasal; iżda fir-realtà, din ma tasal qatt bil-konsegwenza li jkollhom, mingħajr ma jridu, jużaw il-karozza privata bir-riżultat li ssitwazzjoni tat-traffiku qiegħda tiggrava u tmur għall-agħar. Soluzzjonijiet Waħda mis-soluzzjonijiet li jistgħu jiġu applikati bla telf ta’ żmien hi li fil-Baġit li ġej il-Gvern joħloq inċentiv għal ħini-

23

jiet differenti xħin jibdew u jispiċċaw ix-xogħol diversi ħaddiema tal-gvern, entitajiet pubbliċi u privati, kif ukoll skejjel. Tista’ ssir ukoll kampanja qawwija favur is-sistema ta’ car pooling. Il-gvern jista’ jagħti wkoll inċentiv f’forma ta’ prijorità ta’ parkeġġi għal min juża l-car pooling biex hekk aktar ħaddiema jingħaqdu flimkien u jitħajru jużaw mezz ta’ trasport komuni. Inizjattiva oħra li tista’ tkun ta’ stimolu għat-tnaqqis talkarozzi fiċ-ċentri tal-irħula u l-bliet hi li jinħolqu zoni pedonali fejn l-użu tal-karozzi jkun ristrett inkella f’ċerti każi, eliminat. Jista’ jiġi wkoll reklamat l-użu tar-rota b’ mod aktar regolari u konsistenti billi jsir investiment qawwi fil-kostruzzjoni ta’ bicycle lanes madwar il-pajjiż kollu. Dan il-proġett jista’ jiġi inkorporat ukoll mal-ħolqien ta’ pedestrian priority zones billi r-roti f’dawn iz-zoni jkunu aktar aċċessibbli għal kulħadd. Xorta jibqa’ l-fatt li qabel ma l-poplu jerġa’ jkollu fiduċja fis-servizz tat-trasport pubbliku u jibda jużah b’mod regolari, il-problema tat-traffiku se tibqa’ magħna. Għalhekk nistenna bil-ħerqa Jannar tas-sena d-dieħla meta l-Gvern se jgħaddi loperat tas-servizz tat-trasport pubbliku lil kumpanija privata. Dan se jkun l-aħħar ċans li l-Gvern iwettaq dak li wiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet… u dan bi dritt u mingħajr spejjeż żejda, kemm għall-passiġġieri, kif ukoll għat-tax-payers. Wasal ukoll iż-żmien li l-Gvern flimkien malOppożizzjoni jibdew jaħdmu fuq proposti li jmorru lil hinn mill-mezzi eżistenti tradizzjonali tas-servizz tat-trasport pubbliku. Issemmew ħafna alternattivi bħal mini taħt l-art u proġetti oħra. L-importanti hu li jsiru l-istudji dettaljati, ilvijabbiltà f’termini ta’ finanzjament u li teknikament ikun possibbli. Nistieden lill-Ministru Joe Mizzi biex bħala Gvern u Oppożizzjoni, inpoġġu flimkien madwar mejda u nsibu soluzzjoni vijabbli għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha ħalli l-problema akuta tat-traffiku, minflok titħalla tikber, tissolva.


24

Ittri lill-Editur

Appoġġ lill-PN

Kritika għall-awtoritajiet li qalu li l-problema tat-traffiku hija perċezzjoni

Perċezzjoni jew realtà? Il-poplu Malti jinsab bejn ħaltejn lil min għandu jemmen. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie kkwotat f’dalġranet meta ammetta li t-traffiku fit-toroq qed jeffettwa lekonomija u li din mhix perċezzjoni. Filwaqt li xi jumejn qabel, il-Perit Audrey Testaferrata de Noto, il-Kap tar-Research & Development, Transport Malta, stqarret li problema fit-traffiku m’hawnx, iżda din hi biss perċezzjoni tas-sewwieqa. Testaferrata de Noto ġiet ikkritikata għal din l-istqarrija. Ir-realtà li jiltaqa’ magħha, mhux biss min ikun qed isuq iżda anke min ikun għaddej

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

fit-triq, hija differenti għalkollox. Kullimkien iġġammjat u biex tasal fil-ħin xi mkien, trid taħseb minn ħafna qabel. Wasalna fi stat, li biex anke twassal lit-tfal liskola f’distanza ta’ ftit kilometri biss, tieħu tliet kwarti jekk mhux siegħa. Il-Perit Testaferrata de Noto tatna x’nifhmu li hi, jew tivvjaġġa b’xi ajruplan privat, jew għandha xi flyover privat li l-poplu ma jafx biha, inkella ma toħroġx middar. Malta jixirqilha aktar serjetà. Emily Barbaro Sant Il-Mosta

Għadna ftit ’il bogħod millmaratona ta’ ġbir ta’ fondi li lPartit Nazzjonalista jagħmel ta’ kull sena qrib il-Milied. Imma rrid inħeġġeġ minn issa lillMaltin u l-Għawdxin kollha biex jikkontribwixxu ġenerożament biex il-partit tagħna jqum fuq saqajh u jkun alternattiva valida għal dan il-gvern kapriċċuż, inġust u diviżiv. Inħeġġeġ ukoll lid-deputati u l-kandidati kollha, inklużi dawk prospettivi biex jagħmlu l-ġabriet tagħhom minn issa, biex intellgħu somma kbira li tkun ta’ ġid għall-partit. Bil-ħerqa nistennew din ilmaratona ta’ din is-sena u naħdmu kemm nifilħu għassuċċess tagħha. G. L. Camilleri Il-Furjana

Mhux taċ-ċajt

Il-Pulizija tellgħet il-Qorti lil dawk il-kaċċaturi li offendew lill-Prim Ministru. Mela l-Prim Ministru ċajt?! Tant mhux ċajt li ftit xhur ilu kien għamel

Lill-ħaddiema tal-Enemalta

konferenza f’Kastilja biex iħabbar li l-gass li kien għola b’żewġ ċenteżmi xahar qabel kien raħħsu b’żewġ ċenteżmi u li l-prezz kien se jibqa’ fiss salaħħar ta’ Settembru 2014. Joseph Muscat mhux taċ-ċajt, anzi ta’ kelmtu. Il-prezz talgass hekk baqa’ sal-aħħar ta’ Settembru. Iżda issa beda Ottubru u l-prezz tal-gass għola b’90 ċenteżmu u se jibqa’ hekk sal-aħħar tas-sena, qal il-gvern, jiġifieri €18. Però issa Muscat ma għamel ebda konferenza f’Kastilja biex iħabbar dan l-għoli ta’ 80 ċenteżmu għax il-Prim Ministru mhux taċ-ċajt. Tant mhux taċ-ċajt Joseph Muscat li qed jingħad li se jżidna 16-il ewro ċenteżmu kuljum. SKAPIN Tas-Sliema

O ħaddiem tal-Enemalta, kemm f’Għawdex, kemm f’Malta Fi żmien in-Nazzjonalisti, Il-GWU kienet tinsisti, U kisbiet kbar ġabet, U lil kulħadd għaġġbet, Illum l-istorja nbidlet U l-GWU raqdet Qabel allaħares tinstema’ l-kelma riforma Illum il-GWU daħlet lill-ħaddiema fil-borma U qed tilqa’ b’mod tajjeb l-istess riforma Iżda lill-ħaddiema tonqos milli tinforma Kemm-il darba l-ħaddiema kellhom jistrajkaw? Iżda issa tal-GWU qegħdin jiskantaw Ix-xift jintilef? Il-Ħadd jitilef? Imma dan `minnu jew kollu ivvintat? Il-ħaddiem inkwetat! Ix-shopsteward xogħlu jikkalma lin-nies Waqt li hu bi promotion skala 5 jmiss X’se jigri mill-ħaddiem? Dak kunċett qadim! U fejn qabel kont tarġa għall-ħaddiem! Illum l-importanti Jien! Riforma? X’jimporta? Ħaddiem tal-Enemalta jgħidulek serraħ rasek! Il-GWU kienet tagħti kasek Iżda dan kollu passat Ħaddiem tibqax iċċassat Tistenniex il-bajtra taqa’ f’ħalqek, Jekk il-familja tiegħek hija għal qalbek. Ħaddiem tal-Enemalta plc inkwetat Il-Marsa


25

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Ittri lill-Editur

Kif kibret l-ekonomija

L-ekonomija ta’ Malta kibret. Hekk qed jipprova jwebbel lil kulħadd Joseph Muscat. Qal li kiber il-Prodott Gross Domestiku. Dan iżda jinkludi l-pagi tal-eluf ta’ ħaddiema żejda li ddaħħlu mal-gvern. Il-poplu Malti konvint, iżda, minn ħaġa waħda li żgur kibret. Konvint li qed tikber ras Joseph Muscat u ta’ ħafna mill-ministri tiegħu. C. Camilleri Marsaskala

Industrijalisti u ħaddiema mħassba

Erġajna… l-esportazzjoni reġgħet naqset. Din id-darba bi €42 miljun fix-xahar ta’ Awwissu 2014. Dan hu ta’ inkwiet għallindustrijalisti u għall-ħaddiema. Erġajna. L-iżbilanċ kummerċjali kiber b’iżjed minn €92 miljun, minn €153 miljun f’Awwissu 2012 għal €245 miljun f’Awwissu 2014. Imma l-gvern jgħidilna li lekonomija ta’ Malta kibret. Taf x’kiber żgur? Kiber id-dħul ta’ ċerti hekk imsejħa Laburisti li wħud minnhom qed jieklu b’ħafna ħluq. Mill-banda l-oħra, ilħaddiema u tan-negozji żgħar jitħabtu kuljum biex idawru rrota, uħud minnhom saħansitra jitħabtu biex iżommu l-post tax-xogħol tagħhom. Joe Farrugia Birkirkara

kemm kull wieħed u waħda minna għandna dejn imdendel fuq rasna u li dan id-dejn kienu se jbatuh uliedna u wlied uliedna wkoll. Dan meta d-dejn dak iżżmien kien ilaħħaq €90 miljun biss (1971). Fl-1971 il-Partit Laburista kien ħa l-gvern, kien ġab kera mingħand in-NATO għall-kiri tal-bażi militari iżda ġara li malli l-ftehim skada u l-flus tal-bażi nixfu, il-gvern ta’ Mintoff ma baqax sostenibbli u d-dejn nazzjonali beda jispara ’l fuq. Il-Labour kien nesa dak li kien iwerwer bih. Issa l-Labour reġa’ fil-gvern u d-dejn nazzjonali huwa ta’ €5,391 miljun ewro. Fi żmien tassew qasir ta’ 12il xahar (Awwissu 2013 sa Awwissu 2014) il-Labour filgvern żied id-dejn nazzjonali bi €324 miljun ewro. Ta’ min jgħid li d-dejn li għamlu l-gvernijiet Nazzjonalisti ssarraf fi proġetti infrastrutturali kbar, power stations, reverse osmosis, telekomunikazzjonijiet, terminal talajruport, toroq, edukazzjoni, turiżmu, sptar, saħħa, eċċ. Iżda d-dejn ta’ Muscat m’għandu xejn x’juri għalih. Agħar minn hekk, jirriżulta li qed jonfoq €50 miljun iżjed fis-sena fuq impjiegi ‘Tagħna Lkoll’. Ix-xjaten li bihom kien iwerwer il-Labour, għandu jkun saru anġli. A. Vella Birkirkara

Min iħallas Dejn li m’hemm bil-karawett stmerrija jiġbor xejn x’juri Fl-eqqel tas-sajf li għadda, għalih Malta sofriet l-agħar qtugħ

Mill-ħamsinijiet il-Labour kien iwerwer bid-dejn nazzjonali. Saħansitra kienu jgħidu

tad-dawl f’dawn l-aħħar 25 sena. L-aqwa tim iddeċieda li

jagħti kumpens ta’ €25 lil min sofra qtugħ ta’ dawl li dam aktar minn 12-il siegħa. Kumpens tal-karawett! Barra minn hekk, ma ngħata ebda kumpens lil ħafna li sofrew l-akbar dannu għax kellhom ħsarat f’apparat taddjar. Aktar minn hekk, dawk li sofrew danni ta’ eluf ta’ ewro fosthom negozji, ristoranti u lukandi, ukoll baqgħu b’xejn. Min iħallas bil-karawett stmerrija jiġbor! Joe Borg Il-Mosta

meta l-Kap Laburista Joseph Muscat, dak iż-żmien Kap talOppożizzjoni, lura f’Ottubru tal-2010 kien ħareġ biha u kemm dam itanbar dwarha. U John Bencini, eksFORUM, illum imexxi lKunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, dakinhar kien qal li dik il-proposta talliving wage kien jistħoqqilha tkun diskussa fil-Parlament. Bencini kien qal ukoll li “lmekkaniżmu li bih jiġi kkalkulat l-għoli tal-ħajja mhux qed jaħdem sew.” Issa jitħajjar Bencini jgħid xi ħaġa dwar dak li qal Edward Scicluna? Paul Camilleri Il-Belt Valletta

Muscat in Wonderland

Joseph Muscat kien wiegħed lill-poplu Malti li fi żmien sentejn minn meta

Edward Scicluna, il-Ministru talFinanzi

X’sar mil-living wage?

Il-Professur Edward Scicluna, il-Ministru talFinanzi, qal li l-Gvern ma kellu ebda pjan li jbiddel ilformula użata biex ikun ikkalkulat l-aġġustament ta’ kull sena tal-għoli tal-ħajja. U allura l-mistoqsija tiġi waħedha. X’sar minnha l-living wage? Il-Ministru Edward Scicluna għandu jiftakar kif kien appoġġja din il-proposta

jieħu l-gvern ikun bena power station ġdida taħdem bil-gass. Fil-verità, dik il-power station m’għandniex bżonnha u allura kienet saritlu kritika bħala li hu proġett ta’ ‘Alice in Wonderland’. Dwar dan, Muscat kien jieħu għalih ħafna iżda issa, wara 18-il xahar mill-elezzjoni u ħames xhur biss qabel jiskadi żżmien li fih kellu jkun lest il-proġett, qed jidher ċar kemm it-titlu ta’ proġett ta’ ‘Alice in Wonderland’ joqgħodlu. Il-fatt hu li Muscat raħħas id-dawl (almenu hekk qed jgħid) bis-saħħa tal-impjant tal-BWSC li qed jiffrankalna miljun ewro fil-ġimgħa fi fuel. Mhux ta’ b’xejn li lLabour kien għamel minn kollox biex itellef dak ilproġett. Xlukkajr Iż-Żejtun


‘Mhux veru li l-ISIS qed joqtlu li imma veru li riedu jikkonvertuho 26

Il-Ħadd, 26 ta

Fea

Amy Borg

amy.borg@media.link.com.mt

L-Imam Mohammed El-Sadi f’intervista ma’ il-mument iddikjara li l-konflitt ta’ bħalissa huwa bejn ilMusulmani stess u mhux bejn il-Musulmani u l-Insara. L-Imam stqarr dan f’intervista ma’ din il-gazzetta dwar dak li seħħ u għadu qiegħed iseħħ mill-ġellieda talIstat Iżlamiku fl-Iraq u fisSirja (ISIS) fil-konfront talInsara u komunitajiet oħra f’din il-parti tad-dinja. Fl-intervista huwa ddikjara li mhux veru li l-ISIS qed joqtlu lill-Insara. Dik hi l-verżjoni tal-media skont l-Imam ElSadi waqt li ammetta li ppruvaw iġiegħlu lill-Insara biex jikkonvertu għall-Iżlam. Meta kien mistoqsi għaliex l-ISIS qegħdin jippruvaw iġiegħlu lill-Insara jaqilbu għall-Iżlam, l-Imam qal “dawk qegħdin imorru kontra lKoran, mhux jimxu skont ittwemmin Iżlamiku. Għalkemm huma qed jaħsbu li qed jagħmlu dan f’isem l-Iżlam, dan jibqa’ li mhuwiex minnu.” L-Imam fisser kif ir-reliġjon mhix xi ħaġa ta’ bilfors. “Kulħadd jitwieled liberu u allura ma tistax iġġiegħel lil ħaddieħor isir Musulman.” F’dan l-isfond staqsejtu kif inħoloq il-grupp ISIS. Hemm ħafna raġunijiet għal dan, saħaq l-Imam. “Meta jkollok vojt ta’ governanza tistenna lħolqien ta’ dawn il-gruppi li japprofittaw mis-sitwazzjoni. Dan għaliex, pereżempju, hemm mibegħda bejn ix-Xiiti

Mara ta’ twemmin Nisrani fil-knisja ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù f’Telkaif, l-Iraq, qrib Mosul. Hija waħda minn ħafna li rrakkontaw it-theddida tal-ISIS li jinqatlu jekk ma jikkonvertux għall-Iżlam. u s-Sunniti. It-tnejn huma komunitajiet Iżlamiċi, imma dawk fl-Iraq u fis-Sirja huma Sunniti li qed joqtlu lix-Xiiti u minoranzi oħra bħall-Kurdi, kollha ta’ reliġjon Musulmana. Għalhekk nisħaq li sfortunatament l-Iżlam qed ikun attakkat mill-Musulmani stess!” L-Imam Mohammed El-Sadi spjega kif meta jara dan kollu jħoss ċerta diqa u anke mistħija għaliex dawn l-atti tal-ISIS qed itebbgħu lill-Iżlam bid-demm tal-innoċenti. Hu spjega kif anki lill-Musulmani f’Malta qed jagħmlulhom ilħsara. “Għaliex hawn min qed jaħseb li aħna ta’ theddida jew

naqblu ma’ dak li qed isir. Anzi nikkundanna din ilmoħqrija. U forsi issa, kontra qabel, jibda jkun hawn Maltin li jitrattawna ħażin! U dan jista’ jkun kollu tort tal-media li ma tgħidx kif inhi verament ir-realtà.” Hu qal ukoll li ma jfissirx li dawk li qed iwettqu l-attakki terroristiċi jew bħall-ISIS, li qed iwettqu atroċitajiet f’isem l-Iżlam, huma Musulmani tajbin, anzi qed iġibu diżgrazzja fuq l-Iżlam. LImam spjega li dan kollu jdur mal-kilba għat-territorju, għallpoter u għall-flus. Anke minnaħa tal-mexxejja, bħal pereżempju, fis-Sirja jew fl-

Iraq, il-gvernijiet ma jagħtux edukazzjoni xierqa lill-poplu. Hemm fejn joħorġu gruppi estremi aktar u aktar meta tingħata għajnuna lil ċerti pajjiżi u mhux oħrajn, minnaħa tal-Punent, bħall-Istati Uniti. Għall-mistoqsija jekk jaħsibx li l-Musulmani f’Malta jarawx lill-Insara bħala theddida, l-Imam stqarr “hawn perċezzjoni ħażina millMusulmani fil-konfront talInsara. Forsi din ġejja miżżewġ naħat għaliex jaħsbu li jekk iż-żewġ kulturi jintegraw, jitilfu dak li jagħmel lilhom. Forsi jaħsbu li jitilfu l-fidi jew id-drawwiet. Aħna nippruvaw

Fil-konflitt fl-Iraq... tfal armati, xi wħud lanqas qabżu t-tmien snin, isegwu militanti tal-ISIS f’mument meta qegħdin iħejju biex jinqatel ġellied Musulman ieħor permezz ta’ tiri f’rasu.


ill-Insara... om għall-Iżlam’

27

a’ Ottubru, 2014

ature

– L-Imam Mohammed El-Sadi

L-Imam Mohammed El-Sadi: “Kulħadd jitwieled liberu u allura ma tistax iġġiegħel lil ħaddieħor isir Musulman.” ngħallmu li m’hemm xejn billi tkun parti mis-soċjetà lokali. Mal-Imam El-Sadi tkellimt dwar dak li jidher element ta’ rabja li jeżisti fost ilMusulmani. Hu semma li minbarra li l-militanti Iżlamiċi mhumiex ambaxxaturi denji tal-Iżlam, tenna li fid-dinja Musulmana hemm injoranza kbira. “Il-gvernijiet iħallu linnies fl-injoranza biex jiddominawhom u jkollhom ċerti policies. Bħal fl-Iraq, fejn il-maġġoranza tan-nies huma Xiiti, li b’mod indirett il-Gvern jgħidilhom biex jippersegwitaw lil Musulmani oħra. Huma sitwazzjonijiet bħal dawn li welldu lill-ISIS. Militanti Iżlamiċi li jkunu jridu jirritaljaw lill-gvernijiet.” Hu semma wkoll kif tmexxija ta’ dan it-tip tkun ġejja minn mexxejja li huma estremisti u fanatiċi li minflok jagħmlu

rikonċiljazzjonijiet u jingħaqdu ma’ pajjiżi oħra, joħolqu lfirda u jsaħħuha, u anke jivvintaw ideoloġiji biex isaħħu u jiġġustifikaw iddiviżjonijiet. Mohammed El-Sadi qal ukoll li kieku għandna mexxejja tajbin mix-Xiiti u sSunniti (li huma komunitajiet Musulmani fejn is-Sunni huma l-akbar fl-Iżlam) il-mibegħda u l-biża’ li jeżistu, jieqfu. Huma jirraġunaw, ‘aħna t-tajbin u huma l-ħżiena’ u jridu jeliminaw lil xulxin. Mistoqsi xi jwassalhom biex ikunu estremisti, l-Imam stqarr “l-inġustizzja”. Hu żied li hawn fejn jidħlu l-Amerikani! Hu jistaqsi: għaliex l-Istati Uniti qed tiġġieled issa lillISIS u mhux tliet snin ilu meta beda l-konflitt fis-Sirja? Għaliex l-Istati Uniti tintervjeni fis-Sirja u fl-Iraq u

mhux f’xi pajjiż ieħor bħal filkwistjoni bejn il-Palestinjani u Iżrael? “Is-sens ta’ inġustizzja joħloq mibegħda lejn il-pajjiżi tal-Punent. U l-inġustizzja f’kull sens tista’ toħloq lestremiżmu u t-terroriżmu. Jekk ma ssirx ġustizzja dan kollu se jibqa’,” saħaq l-Imam. Hu rrefera wkoll għannuqqas ta’ edukazzjoni li hu kwistjoni fundamentali. ElSadi spjega kif pereżempju fisSirja ssib ġuvintur mingħajr xogħol li javviċinawhom talISIS u jgħidulhom li se jagħtuhom xi $1,000 filġimgħa jew fix-xahar jekk jaħdmu magħhom! U dak ilġuvni jaċċetta għax ma jkollux biex jgħix u ma jkollux għażla oħra! Il-mexxejja Musulmani u lmexxejja tar-reliġjon Musulmana li huma kontra lISIS ħarġu stqarrija jgħidu dan. Anki l-mexxejja Musulmani fl-Ewropa kkundannaw l-atti tal-ISIS. Iżda hemm minoranza li tappoġġjahom. Mistoqsi għaliex jaħseb li lIstati Uniti qisha dejjem f’konflitt ma’ xi pajjiż Musulman, l-Imam ta raġuni li “l-Istati Uniti hi pajjiż b’saħħtu, anzi hi wieħed millaktar pajjiżi b’saħħithom filPunent u għax huma meqjusa

bħala l-bullies! Huma mingħalihom li qed jagħmlu ġustizzja u libertà... imma fejn hi? Fejn jaqblilhom!” Hu staqsa għaliex ħadd millpajjiżi tal-Ewropa ma jgħin lill-Palestinjani. “Dan għaliex fil-kwistjoni hemm Iżrael u biex issir ġustizzja malIżraeljani, mal-Lhud, għal dak li sar fil-konfront tagħhom fitTieni Gwerra Dinjija. Imma ttbatija li għaddew minnha dawn in-nies, minħabba li nNażi ta’ Hitler ippersegwitawhom madwar lEwropa kollha, qed iġiegħlu lil ħaddieħor jgħaddi minnha.” Għalhekk, kompla jispjega lImam, issib terroristi Palestinjani, għaliex il-Gvern tal-pajjiż m’għandux leħen u b’hekk jirribellaw kontra lIżraeljani! Ma stajtx ma nistaqsix lillImam dwar l-ISIS u Malta. Jista’ jkun li f’pajjiżna hawn xi alleati tal-ISIS jew nies li jaqblu mal-aġir tagħhom? LImam qal li qatt ma sema’ li hawn xi fanatiċi tal-ISIS f’Malta jew membri tal-ISIS f’Malta. Dwar l-istorja pubblikata minn din il-gazzetta dwar xi nies li kienu f’Tas-Sliema jxejru bnadar suwed (li lPulizija Maltija qiegħda tinvestiga), l-Imam staqsa:

“din il-ġrajja, skont min raha, seħħet f’Ġunju. Għaliex issa nitkellmu? Għaliex ma marrux għand il-Pulizija? Hemm xi ritratti?” Hu rrefera wkoll dwar ilpreżenza tas-Sindku ta’ Tripli f’Malta u li għandu kuntatt mal-ISIS. L-Imam staqsa għaliex ħadd ma arrestah, u għaliex il-Gvern ħallieh jidħol. Għaliex ma intervjenewx lAmerikani jekk hu daqshekk perikoluż? Lejn tmiem l-intervista, lImam għadda messaġġ lillMusulmani f’Malta. “Kunu ambaxxaturi denji tar-reliġjon tal-Iżlam. Irrispettaw il-liġi tal-pajjiż u rrispettaw ilkultura Maltija u r-reliġjon Nisranija.” Hu għadda wkoll messaġġ lill-Insara f’Malta. “Hemm ħafna punti komuni bejnietna, esperjenza twila ta’ għajxien fil-paċi. Ejjew ma nħarsux lejn xulxin bħala għedewwa. U intom il-Maltin għandkom tiġġudikaw lill-Iżlam mhux skont l-aġir tal-Musulmani imma skont it-tagħlim talIżlam! Mhux kollha lMusulmani huma ħżiena u mhux kollha terroristi! Il-fatt li l-komunità Musulmana qed tikber anke f’Malta, jiġġenera biża’, iżda dan m’għandux ikun il-każ.”


28

Manarola… hu t-tieni l-iżgħar villaġġ miċ-Cinque Terre, bil-knisja ddedikata lil San Lawrenz li tmur lura għall-1338. Magħruf ukoll għall-produzzjoni tal-inbid.

Safar

Cinque Terre… il-ħames irħula pittoreski li jpaxxu l-għajn!

Vernazza… il-villaġġ li fih ma jgħaddix traffiku tal-karozzi. Hu magħruf għall-komunità ta’ sajjieda li jgħixu fih.

Euchar Mizzi

mizzieuchar@gmail.com

Iċ-Cinque Terre tagħmel parti millkosta tar-riviera Taljana. Tinsab firreġjun tal-Liguria fl-Italia, lejn ilPunent tal-belt ta’ La Spezia. “The five Lands” jikkonsistu f’ħames villaġġi, li huma Monterosso al Mare, Vernazza, Manarola u Riomaggiore. Il-kosta, il-ħames villaġġi u l-għoljiet tal-madwar, huma kollha parti miċCinque Terre National Park u hu sit ta’ wirt dinji dikjarat mill-UNESCO.

Il-mod naturali ta’ dawn il-postijiet iservi ta’ sfida kbira għal dawk li jħobbu jiskopru l-ħajja naturali permezz tal-mixi minn mogħdijiet apposta.

29

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Din iz-zona hi magħrufa għas-sbuħija tagħha. Matul is-sekli, il-bniedem bena b’attenzjoni blokok ta’ bini mtarraġ fuq l-għoljiet li jħarsu għal fuq ilbaħar. Parti mis-sbuħija hi li ma tara lebda żvilupp hekk imsejjaħ modern. Passaġġi, ferroviji u dgħajjes jgħaqqdu dawn il-villaġġi fejn il-karozzi ma jistgħux jilħquhom minn barra. Fl-1998 il-Ministeru tal-Ambjent Taljan iddikjara din iz-zona bħala Marina Naturali Protetta biex jipproteġġi l-ambjent naturali u jippromwovi żvilupp soċjo-ekonomiku kom-

Riomaggiore… imur lura għas-seklu 13. Il-villaġġ magħruf għall-inbid hu l-ewwel wieħed li t-turisti jżuru meta jkunu qegħdin jivvjaġġaw min-naħa ta’ La Spezia.

patibbli mal-pajsaġġ naturali talinħawi. Fl-1999, il-Park Nazzjonali taċ-Cinque Terre, kien imwaqqaf biex jikkonserva l-bilanċ ekoloġiku, jipproteġi l-pajsaġġ u jissalvagwardja l-valuri antropoloġiċi tal-post. Tren lokali li minn La Spezia jmur Ġenova, jgħaddi minn dawn il‘ħames artijiet’. Il-parti l-kbira ta’ din ir-rotta tgħaddi minn mini tul iddistanza bejn Riomaggiore u Monterosso. Meta t-tren joħroġ minn dawn il-mini, wieħed jista’ jagħti daqqa t’għajn ta’ malajr lill-

baħar Mediterran. Vapurett tal-passiġġieri, imur minn villaġġ għal ieħor, ħlief f’Corniglia. Id-dgħajsa tidħol fiċ-Cinque Terre mill-parti lantika ta’ Ġenova u La Spezia, Lerici jew Portovenere. Jeżisti wkoll passaġġ li jgħaqqad dawn il-villaġġi bil-mixi. Minn Riomaggiore sa Manarola tissejjaħ Via dell’Amore u tvarja bejn passiġġata fil-wita għal trejqa mħarbta li toffri sfida fiżika biex tagħmilha. Ilmixja minn Manarola sa Corniglia hija l-aktar faċli biex timxiha,

Is-sbuħija ta’ dawn il-villaġġi m’għandhiex taljena lil min iżur iċ-Cinque Terre, l-għadd ta’ ħwienet tal-ikel, minn affarijiet magħmulin miċ-ċitru, għall-ħut, anzi dawn jikkumplimentaw is-sbuħija tal-post bit-tjubija tagħhom

Monterosso al Mare… hu maqsum fi tnejn; il-parti l-qadima u n-naħa l-ġdida. Hu magħruf għas-siġar tal-lumi.

għalkemm il-wasla f’Corniglia tispiċċa b’taraġ ta’ 382 tarġa. Minn Corniglia sa Vernazza hija triq wieqfa f’ċerti postijiet. Il-medda li minn Vernazza twasslek Monterosso hija bil-bosta l-aktar waħda wieqfa u iebsa. Tikkonsisti f’dawrien fost ġonna ta’ siġar u frott u meded ta’ dwieli li f’xi nħawi huma iebsa ħafna u mħarrbta. Iżda dan il-passaġġ joffri l-aqwa dehra tal-bajja u xeni spettakolari hekk kif tavviċina lil Monterosso u Vernazza. Biex wieħed jagħmel użu mill-

mogħdija l-aktar popolari bil-mixi jrid iħallas, imma tista’ tuża t-triq l-inqas frekwentata bla ħlas. Dawn il-passaġġi kollha huma relattivament dojoq u matul listaġun turistiku dawn ikunu popolati ħafna. Il-park għandu mogħdijiet li jieħdu l-hikers sal-quċċata ta’ dawn l-għoljiet wieqfa. Minn ikun qiegħed iżur linħawi, l-ewwel għandu jagħti titwila lejn il-mappa biex jara x’mogħdija laħjar li jieħu. Mill-mappa jista’ jara kemm tkun jew ma tkunx iebsa dik

il-mogħdija. Għalkemm mogħdijiet iebsa joffru sfidi ikbar, dawn joffru xeni differenti mill-mogħdijiet l-oħra li huma aktar faċli. Il-villaġġi kollha għandhom lukandi żgħar jew djar tal-irqad li jservu matul is-sena kollha. Ħafna minnhom b’xeni sbieħ tal-Mediterran u talgħoljiet tal-inħawi. Hemm ukoll appartamenti li jvarjaw minn dawk tajbin ħafna għal oħrajn passabbli. Normalment anke fl-eqqel tal-istaġun turistiku, wieħed dejjem isib sodod fejn joqgħod.

Corniglia… il-villaġġ imur lura għal żmien ir-Rumani u għandu karatteristiċi partikulari mill-irħula l-oħra fejn tiddomina l-knisja ddedikata lil San Pietru.



Is-saħħa tal-mara

31

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Saħħa

Ħafna drabi ninqabdu f’rutina li jirnexxilna nieħdu ħsieb kollox minbarra saħħitna. Min jaf kemm sigħat twal inqattgħu fuq il-post tax-xogħol, nieħdu ħsieb kull bżonn li jkollha l-familja u saħansitra anki forsi nsibu ħin għallħbieb. Imma meta nieqfu naħsbu, ħafna minna jsibu li mhux qed jagħtu kas ta’ saħħithom. U sfortunatament b’nuqqas bħal dan bosta drabi nindunaw biss meta jkun tard wisq jew saħansitra tard wisq. Fl-artiklu tal-lum se nħarsu b’mod speċjali lejn is-saħħa tal-mara. Imma qabel naraw x’inhuma dawk it-testijiet li għandhom isiru b’mod regolari, tajjeb ninnutaw li l-ewwel ma rridu nkunu konxji hu tat-tip ta’ ħajja qed ngħixu. Qed nagħmel dak il-ftit eżerċizzju kuljum? U kemm huwa importanti likel li niekol? Kemm jista’ jeffettwa ssaħħa? Li persuna ssegwi dieta bilanċjata jfisser li awtomatikament qed tkun konxja tas-saħħa tagħha. Importanti li nkunu nafu dwar ilpressjoni, jekk għandniex xaħam fiddemm, kif ikun il-livell taz-zokkor fiddemm, u nagħmlu t-testijiet li jagħtuna stampa iktar ċara dwar saħħitna. Il-fatt li nqumu filgħodu u ma nħossu l-ebda wġigħ u nħossuna tajjeb, ma jfissirx li għandna kollox tajjeb u għalhekk il-ħtieġa li persuna jkollha t-tabib jew tabiba tagħha li tkun taf l-istorja tagħha biex minn żmien għal żmien

tkun tista’ ssegwi li minn dawk it-testijiet li qed tagħmel mhux qed tirriżulta xi ħaġa differenti li tkun trid attenzjoni immedjata biex l-affarijiet ma jilħqux jidħlu ’l ġewwa. Meta mara tmur għal check-up, għandha tipprepara xi affarijiet fostom notamenti ta’ kif inhu l-istat ta’ saħħitha, x’mediċina tkun qed tieħu, u tlesti xi mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi. Iċ-check-ups ta’ kull sena jvarjaw skont l-età u t-tip ta’ ħajja li tgħix. Importanti li jsir papsmear test. Dan ittest jgħin biex isib xi traċċi ta’ irregolaritajiet li jistgħu jwasslu għall-kanċer tal-għonq tal-utru. Dawn it-testijiet għandhom jibqgħu jsiru sal-età ta’ 70 sena anki jekk mara tkun ħadet ilvaċċin. Hemm testijiet oħra indikati jekk ikun hemm suspett ta’ mard trażmess permezz tas-sess. Pereżempju l-klamidja, għalkemm komuni ħafna, mhux dejjem timmanifesta sintomi. F’dan il-każ, kulma jkun hemm bżonn hu test talurina. Eżamijiet għall-kanċer tas-sider u talbone density huma importanti wkoll u l-mammografija hi rakkomandata għal nisa li jaqbżu l-40 sena. Filwaqt li lutrasound tas-sider hu rakkomandat għal nisa li għandhom inqas minn 40 sena. It-test tal-bone density jgħin biex jiġu eżaminati l-għadam u jaqbad każi ta’

Il-mammografija hi rakkomandata għal nisa li jaqbżu l-40 sena

tmermir jew osteoporosi li jistgħu jitfaċċaw fil-menopawsa. L-HPV huwa mikrobu trażmess permess tas-sess. Dan il-virus huwa luniku virus li jwassal għall-kanċer talgħonq tal-utru u għalhekk huwa rakkomandat li mara li hija attiva sesswalment tagħmel smear test mill-inqas darba f’sena għax jekk dan il-virus jirriżulta li jkun trażmess u jintlaħaq filbidu, jista’ jiġi kkurat. Illum tista’ tittieħed tilqima li tibni immunità fis-saħħa tal-mara li jekk jolqotha dan il-virus, il-ġisem tagħha jkun jista’ jiġġelidlu mingħajr ma jkollha bżonn trattament. Problemi oħra li l-mara tista’ tiltaqa’ magħhom meta tagħmel it-testijiet

huma ċesti fl-utru jew fibromi. Jista’ wkoll ikun hemm xi qarnit jew felul li jistgħu jiġu ttrattati meta jsiru dawn ittestijiet. Ħafna drabi nittraskuraw saħħitna għax kollox ikun sejjer tajjeb, iżda viżta regolari għand it-tabib flimkien ma’ stil ta’ ħajja san, jgħinu lill-mara mhux biss għall-preżent iżda wkoll għall-ġejjieni. Ma ninsewx li saħħitna m’għandniex bżonnha għal-lum biss imma rridu nibqgħu nibżgħu għaliha sal-aħħar nifs ta’ ħajjitna għax minnha jiddependi mhux biss l-istil ta’ ħajja tagħna imma tkun affettwata wkoll saħansitra l-ħajja ta’ dawk ta’ madwarna, partikolarment il-persuni l-aktar għeżież għalina.

L-eżerċizzju fiżiku u l-għażla ta’ ikel tajjeb għas-saħħa huma fost l-aktar elementi importanti għall-prevenzjoni mill-mard u allura għal stil ta’ ħajja aħjar


32

It-Tradiment Infami

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Kotba

It-tieni ktieb mis-sensiela ‘Indri, is-Sajjied Malti’ Reċensjoni ta’ Mario Griscti

It-tieni ktieb mis-sensiela ‘Indri, is-Sajjied Malti’

Minn sensiela ta’ sitt kotba dwar l-avventuri u esperjenzi ta’ Indri, is-Sajjied Malti, għadu kemm ħareġ it-tieni ktieb li jismu IT-TRADIMENT INFAMI li jkompli mal-kullana ta’ intriċċi u avvenimenti mżewqa, li daqskemm jimxu paralleli viċin ta’ xulxin, daqstant ieħor jitwaħħdu u jsiru ġrajja waħda kumplessa b’soluzzjoni fil-bogħod, li tħalli lillqarrejja mesmerizzati, kurjużi u mikluba għall-verità. Dan it-tieni ktieb jiftaħ b’Indri bħala s-salvatur ta’ Dorotea, għaliex jeħlisha minn grupp ta’ kavallieri li riedu jwaqqgħulha ġieħha u lil-lavrant maġġur tiegħu Pietru jgħidlu li jrid iwarrabha minn San Ġiljan. Huwa jibgħat lil Pietru jaqdih lImdina għand il-Baruni Ġanni Dingli u għand ilĦakem, biex jagħtuh xi ħaġa

tal-flus, madankollu hemm is-“sorpriżi” jistennew. Pietru jħebb għall-Ħakem… Arturo Caruana, il-kittieb oriġinali ta’ dawn ir-rakkonti, juża l-element vjolenti mhux biss biex juri t-tirannija ta’ min f’qalbu kellu biss għatx għall-vendetta imma bħala reżistenza ġusta min-naħa talvittma. Bl-adattament tal-kittieb Charles B. Spiteri ta’ dawn ir-rakkonti, il-qarrejja jistgħu jifhmu aktar il-kif u l-għaliex ta’ dawn l-azzjonijiet u x’riżultati, fl-aħħar millaħħar, joħorġu minnhom. Ġużeppi l-ilsir tal-Baruni Ġanni Dingli għadu infatwat għal Marija, bint Indrì s“Sajjied”, mhux talli hekk, talli din l-infatwazzjoni tikber Fit-triq, Ġużeppi jkun xhud ta’ attentat ta’ omiċidju minn kavallieri. Wara li lBaruni Dingli jisma’ mingħand Ġużeppi b’dan lattentat ta’ qtil jerħilha għal għand il-Gran Mastru u jissemma isem Indrì. L-iskantament tal-Gran Mastru ma jkunx żgħir. Bis-sabiħ u likrah tiegħu, id-destin jibqa’ jdellel ħajjet Indrì, protagonist ċentrali u b’saħħtu ħafna li għalkemm immanuvrat mill-għedewwa tiegħu, jirnexxilu bosta drabi jġibhom fejn irid hu. L-impenn aħħari ta’ Indrì jibqa’ dak li jikxef l-abbużi sfrenati tal-awtoritajiet b’poter oskur f’idejhom li kienu jaħsbu ma jista’ għalihom ħadd. Donnhom insew ilpotenzjalità ta’ Indrì. Insibu kakofanija ta’dubji, ħsibijiet ħżiena wieħed fuq l-ieħor, għira, gideb fuq xulxin, tnassis u studju ta’ vendetta, wieħed kontra l-ieħor. Indrì kien il-konfondiment primarju tal-kbarat. Niltaqgħu maż-żjara li lĦakem u n-Nutar Salvu Gatt għamlu lil Pietru, ikkalzrat minħabba r-reat vjolenti tiegħu kontra l-istess Ħakem. Pietru ddubita bir-raġun millħlewwa żejda fl-imġiba talĦakem. Indrì refa’ jdejh fuq il-Ħakem u n-Nutar u issa kien qiegħed jistenna l-konsegwenzi. Minn hawn ’il quddiem, ħidmet Indrì kellha tkun biex ifisser lil Roberto x’tip ta’ bniedem malinn kien il-Ħakem missieru. Mal-Kavallier Goffredo, Indrì ma riedx jammetti ħtijietu. Madalen, mart Indrì, kienet preokkupata ħafna minħabba żewġha. Tereża bint il-Ħakem kienet qed iddur b’missierha. Roberto jaqbel illi flimkien ma’ oħtu

Tereża jwarrbu mid-dar għal jumejn. Pietru meħlus mill-arrest imur il-Furjana biex millġdid jingħaqad mal-familja tiegħu. Ġużeppi, iben Indrì, ijwassal fil-Palazz lil Dorotea bint in-Nutar Salvu Gatt. IlKavallieri qatlu lin-namrat ta’ Dorotea, il-Franċiż Segond. Il-Kmandant ried lil Dorotea l-Palazz biex tiġi interrogata. Il-Baruni Dingli ried b’kull mezz jeħles minn Indrì. Il-kavallieri, ħbieb ta’ Indrì, iridu jsalvawh mill-konġuri kollha. Il-Ħakem kien qiegħed bil-vjatku. Imma lBaruni Dingli kien għadu jipprova jikkonfoffa mal-Gran Mastru biex darba għal dejjem jeħles minn Indrì. Il-patt li verbalment sar bejn Indrì u Roberto kellu jibqa’ sigriet sat-twettiq tal-pjan innifsu. Il-Ħakem jaqleb ftit għallaħjar, niżel mis-sodda u ried imur għand il-Gran Mastru jagħti palata fil-konfoffa kontra l-“imsejken” Indrì. Fl-aħħar Indrì sab min jieqaf miegħu u jħarsu. Roberto bit-tama li Indrì jirranġalu ma’ Beatrice, ma nqalax minn ma’ djulu. Marija bint Indrì, tifraħ tisma’ lil missierha jgħidilha li għandha żżurha Dorotea u tħossha inqas imnikkta. Il-ħbiberija ta’ Indrì ma’ xi kavallieri, kienet ta’ konfondiment għall-Granmastru. Il-Kavallier Spanjol Ruy y Zingo Travas iżur lin-Nutar Salvu Gatt. Il-Kavallier Roy y Zingo Travas u Eugenio Mazzacani wrew li huma lprotetturi ta’ Indrì. In-Nutar Salvu Gatt “imut”. U l-katavru tal-mara ta’ Salvu Gatt xi jsir minnu? Is-Sultan Don Emmanuele de Rohan ried ikun jaf il-kif u l-għaliex tat-taħwid u ttgerfix kollu, kommess fi żmienu. X’seħħ tabilħaqq filkannierja ta’ San Duminku? Mela n-Nutar Salvu Gatt ma kienx mejjet? Bil-konoxxenza tal-innoċenza tiegħu, Indrì kien ferħan se jtir. Roberto jidher li sab l-imħabba ta’ Beatrice u sussegwentement jiżżewġu fil-knisja tal-Porto Salvo. Oħtu Dorotea qrib ħafna f’imħabbitha malFranċiż Segond. Indrì ġie milqugħ ta’ eroj minn sħabu l-Kavallieri filPalazz tal-Fatati u bħala Ferdinandu-Konti ta’ Bubaqra. Wara li Indrì jistieden lill-Ħakem u lillBaruni fil-katakombi, jagħtihom xebgħa sew. U l-vendetta tagħhom kontra Indrì, tikbes mill-ġdid…


33

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Arti

Xogħol fil-wirja bid-dehra sabiħa tal-bajja ta’ San Ġiljan fil-fond

Arti Ġappuniża fil-Cavalieri Art Hotel ‘JAPANESE ART WIND’

E.V. Borg

Sensittività, sensibbilità, delikatezza, eleganza, grazzja u ħlewwa u doża qawwija ta’ minimaliżmu huma l-essenza jew aħjar l-elementi vitali ta’ wirja kbira ta’ arti Ġappuniża fil-Cavalieri Art Hotel inawgurata mill-Ministru Owen Bonnici tTnejn 29 ta’ Settembru. Wirja rikka u varjata minn 18-il artist li sebgħa minnhom u l-kordinatur Yoko Kitano kienu magħżula jiġu Malta biex jattendu għall-ftuħ tagħha. Il-wirja tinkludi pittura, skultura fil-ħġieġ ikkulurit, kalligrafija, inċiżjoni fir-ram blużu ta’ diversi ‘media’ fil-figurattiv u lastratt u wkoll fi stil ‘naïve’. Il-kwantità ta’ xogħlijiet u l-kwalità filfinezza u r-rikkezza tax-xogħol joħolqu lpossibbiltà li l-viżitatur jintlaqat minn xi artist jew artisti. Ix-xogħol huwa mseddaq b’ċertu mistiċiżmu u spiritwalità orjentali, dak il-mistiċiżmu, misteru u maġija li kienu nieqsa fl-Ewropa wara li l-Enċiklopedisti fittxu r-raġuni xjentifika f’kull ħaġa li xtaqu jiddeskrivu u jinterpretaw. Biss bil-miġja ta’ Kandinski fl-Ewropa mir-Russja u bl-influwenzi tal-arti Ċiniża u Ġappuniża l-arti, tal-punent reġgħet kisbet dik l-ispiritwalità li kienet tilfet. Kandinski kien ikkwotat li qal li l-arti trid tkun mimlija bl-ispirtu minn ġewwa. Naturalment il-libertà li jagħti l-mistiċiżmu huwa stimulu għall-poeżija li hija l-isperanza tal-bniedem. Mingħajr ilpoeżija il-bniedem qajla jista’ jikkrea. Ilpoeżija tagħti lill-bniedem il-possibbiltà li jgħix u mhux biss jeżisti. Waħda mill-iprem xogħlijiet hija ‘Resound 1’ ta’ Yoko Kondo, xogħol astratt ta’ bilanċ u armonija perfetta

għalkemm ġeometriku, b’tessitura millifjen u rikka. Masaru Oya jimpressjona bl-iskultura fil-ħġieġ ikkulurit, bis-sempliċità ta’ forom u kompożizzjoni, xogħol meqjus u artistiku minimalista. Yukinobu Takahata juri suġġetti figurattivi neo-realisti bi frott li ħafna ħasbu ritratt għax ġew imqarrqa bil-veriżmu qawwi li jikseb. Akiko Hasegawa, b’xogħol mitbugħ bħala inċiżjoni fir-ram, hija ispirata mirriħ u kienet strumentali biex il-wirja ħadet it-titlu: ‘Japanese Art Wind’. Xogħol ispirat u sensittiv. Yoshiko Nishimura jirrappreżenta il-kalligrafija fil-wirja waqt li Junko Funada turi xogħol ‘naïve’ f’sens umoruż u ferrieħi. Mikako Watanabe turi xogħol delikat u ġentili ta’ grazzja u eleganza massima b’paesaġġi ħelwin ta’ għolijiet ondeġġjanti ripetuti f’ritmu mużikali. Hiroko Yamashita timpressjona bil-fjuri delikati li tpitter. Kazuyuki Sakamoto jippreżenta xogħol astratt flimkien ma’ Shozaburo Kawai, influwenzati mill-arti Amerikana, dik minimalista ta’ Rothko. Koichi Sumi jaħdem bil-għan li joħloq tessituri astratti metalliċi waqt li Kyoko Suekane toħloq astratti geometriċi b’ilwien solidi, profondi. Il-wirja tinkludi xogħol ta’ Lucie Lacroix ‘guest artist’ mill-Kanada (Expoculture Quebec & Japan). Il-wirja hija edukattiva għax hija riżultat ta’ studju, ta’ esperiment, ta’ riflessjoni. Listudju huwa l-ħajja u l-esperjenza talħajja li l-bniedem, bil-memorja, bil-fantasija u l-immaġinazzjoni, jibdel f’espressjoni. L-aqwa motivazzjoni għall-bniedem biex jikkrea hija l-poeżija, l-isperanza li għada x-xemx tkun isbaħ u tibbrilla fejjedija.

‘Frott’, xogħol ta’ Yukinobu Takahata, f’realiżu qawwi

L-artisti Ġappuniżi flimkien ma’ Yoko Kitano (il-kordinatur) maġeNb il-Ministru Owen Bonnici, Rin Terada u Joeph Barbara (xellug fuq wara) u Gabriella Mallia (wara lemin)

Xogħol fil-ħġieġ ta’ Masaru Oya


Iva, jien fiduċjuża li mmorru tajjeb 34

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Mużika

– Federica Falzon

Se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir f’Malta f’Novembru Charles Muscat

charles.muscat@media.link.com.mt

Nhar is-Sibt 15 ta’ Novembru, f’Malta se jsir il-Junior Eurovision Song Contest wara li s-sena li għaddiet dan is-song contest għat-tfal li sar fi Kiev, l-Ukrajna, intrebaħ mill-kantanta Maltija, Gaia Cauchi. Malta issa se tkun rappreżentata mill-kantanta promettenti Maltija, Federica Falzon, li għandha 11-il sena. F’intervista ma’ ilmument, Federica Falzon titkellem dwar il-preparamenti tagħha għallJunior Eurovision Song Contest u dwar il-karriera tagħha sal-lum. Akkumpanjata mill-ġenituri tagħha, Federica Falzon dehret fiduċjuża u għall-mistoqsija dwar x’tistenna millJunior Eurovision Song Contest, qalet li tinsab fiduċjuża li għandha tmur tajjeb.

Min hi Federica Falzon? Jien għandi 11-il sena, ġejja mir-raħal ta’ Ħal Safi, għandi ħija żgħir jismu Ferdinand u ngħix ma’ ommi u missieri, u ma’ ħija ż-żgħir, immur liskola ta’ Ħal Kirkop, Kulleġġ San Benedittu. Nieħu gost inkanta, inpinġi u noħroġ ma’ sħabi, u jien bniedma ta’ karattri ferrieħi. Kif bdejt il-karriera tal-kant tiegħek u kif komplejt tiżviluppa l-vuċi? Bdejt il-karriera tiegħi billi għallewwel, in-nannu beda jeħodni filkaraoke bars u minn hemm bdew jgħiduli biex immur nitgħallem inkanta, u meta kelli seba’ snin bdejt inkanta lmużika country, imbagħad biddilt lgħalliem u mort għand Gillian Attard u bdjet inkanta l-klassiku minn hemm. Aktar ma għadda ż-żmien, aktar bdejt niżviluppa l-vuċi.

Xi preparamenti qiegħda tagħmel għall-Junior Eurovision Song Contest li se jsir f’Malta dalwaqt? Bħalma jafu ħafna nies, id-diska u lvideo tad-diska huma lesti. Hawn ħafna nies li d-diska għoġbithom u ħafna nies tawna l-pariri x’nistgħu nirranġaw u apprezzajthom għax jgħinuni wkoll. Nispera li d-diska togħġob lil iżjed nies biex jivvutawlna. Training qed nagħmel kuljum, baqgħalna l-aħħar ftit irqaqat x’nirranġaw u kważi lesti. Fil-Junior Eurovision Song Contest se nkun qiegħda nkanta live.

Xi tgħidli dwar il-kanzunetta Diamonds? Il-kanzunetta Diamonds kienet miktuba bħala mużika minn Elton Zarb fuq kliem ta’ Muxu, u bħala għalliema tal-vuċi għandi lil Gillian Attard. Il-kanzunetta verament sabiħa u għandha kliem li jgħid li jekk temmen fiha l-ħaġa, tkun tista’ tagħmilha. Bosta qed ixebbhu l-istil talmużika tal-kanzunetta mal-istil tal-mużika tal-films ta’ James Bond. X’inhi l-mira ewlenija tiegħek għall-Junior Eurovision? Naf li għandi kompetizzjoni qawwija

Malta issa se tkun rappreżentata mill-kantanta promettenti Maltija, Federica Falzon, li għandha 11-il sena

għax il-kompetituri l-oħrajn għandhom vuċi sabiħa immens u huma kantanti bravi, u hemm ħafna kanzunetti ta’ livell għoli din is-sena, imma xorta nagħmel l-almu kollu tiegħi biex nagħmel ġieħ lil pajjiżi u lill-Maltin. Jien nemmen li l-kanzunetta għandha potenzjal tajjeb ħafna u ninsab fiduċjuża li għandna mmorru tajjeb.

Se nagħmel l-almu kollu tiegħi biex nagħmel ġieħ lil pajjiżi u lill-Maltin

Nixtieq ħafna li l-poplu jgħinni f’din lavventura billi jidħol fis-sit soċjali tiegħi ta’ Facebook www.facebook.com/EurovisionSongMal ta u jagħfas Like u jaqsam l-informazzjoni dwari ma’ sħabu f’Malta kif ukoll ma’ ħbieb barra minn xtutna.

Kif inhi r-relazzjoni tiegħek ma’ Gaia Cauchi li s-sena li għaddiet rebħet il-Junior Eurovision Song Contest? Peress li noqogħdu daqsxejn’il bogħod minn xulxin ma tantx naraha, imma meta jkolli xi lezzjoni niltaqgħu għand l-għalliema tal-kant. Aħna ħbieb, Gaia hi tifla veru simpatika, għandha vuċi sabiħa wkoll, taf tkanta ħafna u veru brava. Is-sena l-oħra għamlet suċċess ukoll fil-Junior Eurovision Song Contest u lilna l-Maltin għamlitna kburin. Aħna nikkomunikaw permezz tal-Facebook u social networks oħra.

Gaia tgħidli kif tkun l-esperjenza u għeniti wkoll għal Ti Lascio Una Canzone għax kienet marret hi wkoll. Hi tgħinni fl-esperjenzi. Gaia ħabiba mill-aqwa, tifla umli ħafna u brava.

għamilna ħbieb ġodda wkoll u Taljan ma tantx kont naf ħafna dak iż-żmien, imma peress li din kienet l-ewwel darba li kantajt barra minn Malta, kienet esperjenza sabiħa u memorabbli.

Int irrappreżentajt ukoll lil Malta f’Sanremo Doc fi Frar tas-sena li għaddiet. Xi tgħidli dwar din ilparteċipazzjoni? Kienet l-ewwel darba li kantajt barra minn Malta, veru konna ħadna gost u kont ġejt l-ewwel bid-diska La Voix. San Remo kien veru post sabiħ u

X’inhuma l-ambizzjonijiet tiegħek fil-karriera tal-kant u minbarra lkant, x’tixtieq tagħmel meta tikber? Għalissa ma nafx x’se nsir meta nikber. Għalissa għaddejja fuq il-kant u għad irrid niskopri lili nnifsi. Bħala studji nħobb l-istudju tal-kant u bħala skola nħobb l-aktar is-suġġetti fejn ikun hemm il-prattika bħax-xjenza, l-arti u d-designer technology. Il-lingwi jogħġbuni wkoll, u din is-sena għażilt lIspanjol u forsi fil-Form 3 inżid lingwa oħra.

Waħda mill-isbaħ esperjenzi filkarriera bikrija tiegħek kienet ilparteċipazzjoni f’Ti Lascio Una Canzone li xxandar fuq Rai Uno. Kif tiddeskrivi din l-esperjenza? Dik l-esperjenza kienet verament sabiħa għalija u kienet l-ewwel darba li kantajt quddiem miljuni ta’ telespettaturi, u anke kien hemm udjenza. Ħafna drabi ommi u missieri kienu jkunu iżjed eċċitati milli kont inkun jien u kont nieħu gost ħafna nagħmel ir-rehearsals, kien hemm sħabi u għamlit ħafna ħbieb ġodda. Tgħallimt ftit minn lingwa ġdida u l-esperjenza tgħallmek tant li ma bqajtx nistħi ħafna fuq il-palk. Dik l-esperjenza veru għoġbitni għax tgħallimt inkanta live ma’ orkestra u veru kienet esperjenza sabiħa. Il-programm kien mifrux fuq tliet xhur, tlajna l-Italja għal 12-il darba kull nhar ta’ Ħamis. Għalhekk kien hemm ċerti spejjeż, imma sibna l-għajnuna. Imma wara kollox kienet worth it għax għamlit suċċess.

Irnexxielek ukoll tieħu sehem f’kunċert ma’ Leona Lewis u mattenur magħruf Malti, Joseph Calleja. Kif tiddeskrivi din l-esperjenza? Kienet sorpriża għalija għax kienet ġimgħa wara l-finali ta’ Ti Lascio Una Canzone meta kellna l-Coppa delle Coppe. Meta bagħtuli dak il-messaġġ, bdejt inħossni eċċitata u ferħana. Meta waslet il-ġurnata, bl-eċċitament ma stajtx norqod imma mbagħad ħadt ħafna gost kif ukoll ma’ Leona Lewis u lmistednin l-oħra kien hemm fosthom Claudio Baglioni, Claire Ghigo u Bryn Terfel. It-tenur Malti Joseph Calleja veru bniedem dħuli u anke d-diska li għażlulna kienet verament sabiħa. Ilpubbliku Malti laqagħni tajjeb, faħħarni ħafna u għamilli ħafna kuraġġ.


35

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

‘Sebaħ Jum’ – musical li jpoġġi lill-poplu Malti rebbieħ f’dak li kiseb permezz tal-Indipendenza Mużika

Noel D’Anastas ndanastas@gmail.com

Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fitTeatru tal-Istitut Kattoliku fil-Furjana, ittella’ l-musical ‘Sebaħ Jum’, produzzjoni tal-Partit Nazzjonalista flokkażjoni tal-50 anniversarju tal-kisba tal-Indipendenza. ‘Sebaħ Jum’ huwa musical oriġinali miktub minn Joe Chircop u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas b’direzzjoni ta’ Charles Stroud. L-awtur ippoġġi lill-poplu Malti rebbieħ f’dak li kiseb permezz talIndipendenza, vjaġġ twil ta’ snin u tbatijiet, mill-Illuminiżmu ta’ Vassalli, għall-komplott anti-Franċiż ta’ Dun Mikiel Xerri u sħabu, għall-vuċijiet aktar reċenti ta’ Ugo Mifsud, Nerik Mizzi, Dom Mintoff u Ġorġ Borg Olivier fejn l-awtur jittratta l-fatti storiċi b’mod sempliċi iżda effettiv mingħajr ma jdaħħal element politiku partiġjan. L-Indipendenza hija għallpoplu Malti kollu. Il-kuntest hu bbażat f’xenarju soċjokulturali tas-snin 60, il-pass għallIndipendenza fl-istorja ta’ konfronti li għaddiet minnha l-ġenerazzjoni li għexet dak il-mument. Il-musical jittratta b’mod tajjeb u ċar il-kwistjoni talIntegration tal-1956 u l-klima politika; id-diffikultajiet li ħabbtu wiċċhom magħhom il-bosta familji li l-għajxien tagħhom kien mill-ħakkiema kolonjali u t-tarzna fiż-żmien meta din tat is-sensja lill-eluf. ‘Sebaħ Jum’ jiffoka fuq ilpolz tal-Knisja, kif kienet qed taħsibha fuq l-Indipendenza u r-riżultat talewwel snin – l-iżvilupp tal-industrija u t-turiżmu. Bla dubju, dan ix-xogħol mużikali tratta l-firda u l-uġigħ familjari u romantiċi fl-emigrazzjoni meta eluf ta’ żgħażagħ Maltin marru jfittxu futur ġdid, imbiegħed mill-għeżież tagħhom. Il-musical joħloq aspetti kommoventi fit-tluq, il-qtugħ ta’ qalb u r-ritorn lura lejn artek meta l-pajjiż kien beda jwarrad il-progress. Hija storja li ddur madwar familja tipika Maltija tas-snin sittin b’familjari mal-Knisja. L-awtur ipoġġi lil Pawlu, il-karattru prinċipali bħala eżempju li bil-ħiliet, bid-determinazzjoni u lkuraġġ ħa l-‘Indipendenza’ u kiseb suċċess f’ħajtu, hekk ukoll pajjiżna. Mużikalment, Mark Spiteri Lucas wassal 24 silta bi stil tal-epoka, il-ħoss tas-sittinijiet bħal rock, funk u oħrajn. L-element orkestrali u l-kulur mużikali

Mal-aspetti mużikali, il-parlant kompla ta xenarju ħaj tal-artistrija tal-atturi u l-kantanti bravi – Ludwig Galea, Roger Tirazona, Neville Refalo, Laura Bruno, Debbie Scerri, Ivan Spiteri Lucas, Kaya, Marilena, Janvil, Deborah C, Gaia Cauchi, Aidan Jay Drakkard, Joseph Borg u numru mdaqqas ta’ atturi oħra li interpretaw diversi partijiet matul il-musical

versatili espona l-bosta burdati fl-istorja li jagħmilha aktar eċċitanti u interessanti. Tajjeb li wkoll wieħed jagħti mertu lil Philip Vella u Sean Vella li kienu responsabbli mill-arranġamenti u mirrecording ta’ dan ix-xogħol. Mal-aspetti mużikali, il-parlant kompla ta xenarju ħaj tal-artistrija tal-atturi u l-kantanti bravi –Ludwig Galea,

Roger Tirazona, Neville Refalo, Laura Bruno, Debbie Scerri, Ivan Spiteri Lucas, Kaya, Marilena, Janvil, Deborah C, Gaia Cauchi, Aidan Jay Drakkard, Joseph Borg u numru mdaqqas ta’ atturi oħra li interpretaw diversi partijiet matul il-musical. Il-musical kellu palk u dwal effettivi li jdaħħluk fl-istorja. Il-korjografija

minn Roxanne Gauci, li wkoll kellha lambitu tal-passat, ħolqot mumenti espressivi f’waqtiet delikati tal-musical. ‘Sebaħ Jum’, sagħtejn ta’ storja, mużika u spettaklu, iħallik issegwi b’attenzjoni l-ġrajja ta’ dak li sawwarna f’nazzjon. Prosit lil kull min ta sehmu biex din kienet suċċess fit-tliet rappreżentazzjonijiet li saru.


Fury (KRS – 15) 36

Dan huwa film tal-gwerra maħdum tajjeb b’sekwenzi ta’ azzjoni qawwija, partikularment dawk tal-battalji tat-tankijiet. Brad Pitt jagħti interpretazzjoni oħra tipika tiegħu, li hawn għandu ‘kompetizzjoni’ mhux żgħira miżżagħżugħ Logan Lerman bħala suldat li ma jkollux stonku joqtol dubbiena, aħseb u ara lill-għadu. L-għadu hawn ikun IlĠermaniżi, għax il-film hu ambjentat matul it-Tieni Gwerra Dinjija fil-Ġermanja fl-aħħar jiem ta’ dik il-gwerra, meta sSurġent Don (Pitt) qed jiggwida tank tal-gwerra li hu laqqam ‘Fury’ (għalhekk l-isem tal-film) u li l-uniku skop tiegħu jkun li joqtol kemm jiflaħ Nażisti, minbarra, naturalment, isalva ġildu u dik ta’ sħabu, l-iskwadra tattank. Din tkun tinkludi lil Norman

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Ċinema

(Lerman), żagħżugħ fl-ewwel missjoni tiegħu fil-kamp talgwerra, il-magħmudija verament tad-demm, u li ma jdumx ma ‘jrabbi’ l-istonku, l-aktar wara li n-Nażisti jibbumbardjaw dar fejn hu jkun għadu kemm kellu x’jaqsam ma’ tfajla Ġermaniża li tinqatel fl-attakk. Fury ismu miegħu: huwa film miżgħud b’rabja kbira, brutali, grafiku fil-mod kif iwassal ilħruxija tal-gwerra, fejn jew toqtol jew joqtluk, għax appuntu hekk jiġri fi gwerra. Dan kollu fehmuh dawk li kienu responsabbli mill-kitba, mill-ambjentazzjoni, mill-fotografija impressjonanti u realistika u, fuq kollox, mill-interpretazzjoni, fuq quddiem nett Pitt u Lerman, li nemmnu li jipprometti. Bħalma nemmnu li l-film huwa materjal għall-Oscars.

Teenage Mutant Ninja Turtles (KRS – 12A.)

The Riot Club

Kważi sagħtejn ta’ mġiba deplorevoli u kundannabbli minn grupp ta’ żgħażagħ, ġejjin mill-klassi għolja u sinjura li jaħsbu li bil-flus jistgħu jagħmlu li jridu. Dawn huma studenti privileġġjati flUniversità ta’ Oxford, razzisti, kburin bihom infushom, bi ftit rispett lejn in-nisa li diżgrazzjatament ħafna minnhom għad jispiċċaw imexxu s-soċjetà Ingliża, l-aktar fil-kamp politiku u tan-negozju. Suppost, għalhekk, dan kellu jkun kritika kontra s-sistema klassista Britannika, imma minn dan il-lat huwa tassew fqir u ma jżommokx. Hawn jaslu żewġ studenti ġodda, Alistair u Miles (Sam

Claflin u Max Irons) li millewwel jitqiesu bħala eliġibbli biex isiru membri tal-klabb esklussiv imsejjaħ ‘The Riot Club’ … ismu miegħu. Dan għaliex dawn kultant żmien kienu jorganizzaw ikla li fil-fatt dejjem kienet tispiċċa bihom f’sakra nobis u taħt leffetti tad-drogi, u jibdew ifarrku r-ristorant, u wara jħallsu l-ħsara kollha li jagħmlu. Imma din id-darba, minbarra l-abbużi verbali u żebliħ ieħor kontra l-istaff tal-lokal, anki kontra bint is-sid tar-ristorant, meta dan tal-aħħar jipprotesta, iduru għalih kollha. Karattri viljakki, imma mwassla minn interpretazzjonijiet tajbin.

Għal ma nafx kemm-il darba, film ieħor jintemm bil-karattru ħażin filquċċata ta’ bini ferm għoli jħares lejn it-twajbin imdendlin b’id waħda f’periklu imminenti li jispiċċaw neżlin b’ħeffa kbira lejn mewt ċerta, imfarrkin f’mitt biċċa f’għadajjar taddemm. Il-film jimxi b’ritmu mgħaġġel flisfond tal-‘mitoloġija’ magħrufa, fejn l-protagonista Spril O’Neill issir aktar importanti għall-ħajja tan-Ninja Turtles, aktar minn qatt qabel. F’dan il-film, li qed jittanta jerġa’ jqajjem il-ġenn li kien hemm snin ilu wara sensiliet animati u żewġ films, insibu lil April (Megan Fox) qed tipprova tirnexxi bħala ġurnalista filqasam kriminali mal-istazzjon televiżiv lokali. Iżda l-uniku bniedem li jagħmlilha kuraġġ ikun il-cameraman kollega

(KRS – 15)

tagħha Vern (Will Arnett). Hi tinvestiga l-każ ta’ gang kriminali, il-Foot Clan, u tispiċċa tagħmel kuntatt mat-Turtles u lmexxej tagħhom Splinter – ġurdien li bħall-fkieren, ikun ta’ daqs uman – li kienu jitfaċċaw minn imkien jisfrattaw l-atti kriminali tal-Foot Clan. Dawn ma jkunu jriduha tirrapporta xejn dwarhom, u hi taċċetta, aktar u aktar meta ssir taf li l-bniedem li kienet bdiet tgħidlu b’dak li sabet, Sachs (William Fichtner), kien lest jittradiha u jaqbad lit-Turtles fil-pjan faħxi tiegħu li jiddomina lill-belt ta’ New York u lill-Amerika kollha. Bħalma qed taraw, ftit li xejn oriġinali bħala rakkont, imma l-karattri talfkieren, il-ġurdien u l-ġellied Shredder huma tassew eżempju, għal darb’oħra, tal-bravura tal-artisti grafiċi esperti fis-CGI.


37

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Media

Albert Spiteri af.spiteri@gmail.com

Cyberspace

Il-pjaċir fis-sempliċità Kif jiena għidt kemm-il darba hawn, l-eleganza hi wieħed mill-elementi li hekk jolqtuni fix-xogħol televiżiv. Din hi dixxiplina, u bħala tali titlob lordni. U ħaġa ordinata hi – jew talanqas tidher – sempliċi. Is-sempliċità tagħti l-impressjoni ta’ serħan ilmoħħ, ta’ trankwillità, ta’ pjaċir. It-tlaqqigħa ta’ dawn l-ingredjenti flimkien naħseb li tinsab fl-aħjar tagħha fil-materjal li jippreżenta minn ġimgħa għal ġimgħa, minn jum għal jum l-istazzjon Deutsche Welle. IlĠermaniżi jibbrillaw f’dan il-qasam, fil-fehma tiegħi. U wieħed mill-programmi tassew sempliċi, li ma fih, biex ingħidu hekk, moviment ta’ xejn għaliex jikkonsisti minn żewġ persuni bil-qiegħda, faċċata ta’ xulxin jitkellmu bejniethom, hu Insight Germany. Minnek, bħala t-telespettatur, mhu mitlub xejn għajr li bħall-persuni li jidhru fil-programm, toqgħod bilqiegħda mistrieħ fuq pultruna jew fuq siġġu komdu u tiggodi l-esperjenza li toħroġ mit-taħdita ppreżentata lilek. Dejjem ikun tajjeb dan il-programm; imma drabi jolqot iżjed minn oħrajn. Il-preżentatur hu Robin Merrill, mużiċist u kantant li jdoqq l-oboe u lpjanu. Huwa studja l-mużika u t-teatru f’Londra u għamel parti mill-ewwel kast tal-famuża Evita. Ħadem bħala preżentatur mal-BFBS Radio f’Berlin u wara mad-DW. Ilu jippreżenta dan it-talkshow mill-2012. Fil-programm ta’ xi ġimagħtejn ilu, Robin Merrill kellu mistieden lill-kittieb ta’ rumanzi, novelli, poeżiji u drammi, meqjus mal-kbar Amerikani, Michael Lederer. Dan twieled f’Lulju tal-1956, minn familja Lhudija li

Salvu Felice Pace sfelicep@go.net.mt

Kummenti dwar websajts li żort

toriġina mill-Kroazja. Ippubblika laħħar ktieb tiegħu, Cadaqués, fi Frar li għadda.

Persunaġġ li ġibidni Kif qed ngħidu, Michael Lederer hu Amerikan, imma ilu midħla tal-kontinent Ewropew sa minn meta kellu sentejn. Fil-fatt, issa ilu joqgħod f’partijiet varji tal-Ewropa għal aktar minn erbgħin sena. Bħalissa, huwa qed imexxi x-Shakespeare Festival f’Dubrovnik – belt Kroata ta’ ġmiel naturali kbir – u qed joqgħod Berlin. Imma dan ir-rumanz li qed insemmu hawn hu mogħti l-isem ta’ dan il-villaġġ li saħħar lill-awtur – Cadaqués, fin-Nord ta’ Spanja. Jekk wieħed jidħol fis-sit elettroniku tal-awtur, isib filmat tal-introduzzjoni tal-ktieb għall-pubbliku. “Cadaqués hu villaġġ inkredibbli,” jgħid l-awtur b’ċertu tqanqil. “Hemm ħafna raġunijiet għaliex dan il-post hu speċjali. Meta wieħed iqis kif il-kosta Spanjola tista’ tgħid inqerdet mill-bini li tiela’ ma’ kullimkien, dan il-villaġġ ħelu hu moħbi, u trid tfittxu u ddur biex issibu, u meta tidħol fih tara lħlewwa naturali tiegħu, imma wkoll id-djar, mibnijin baxxi, u l-blat bħal maqtugħ b’mod partikulari u li tant ta l-ispirazzjoni lill-artisti li żaru u għexu dan il-villaġġ.” U jsemmi xi wħud minnhom: Marcel Duchamp, Salvador Dali, Picasso. X’hemm isħeħ mid-determinazzjoni? Imma għaliex qed toqgħod Berlin, jistaqsih Robin Merrill? Berlin ma hix xi belt partikularment sabiħa. “Berlin kienet u għadha l-epiċentru ta’ ħafna Storja, ta’ ħafna ħajja dinamika. Tul ħajja ta’ bniedem, din il-belt għaddiet mill-Weimarer Republik għan-Naziżmu, għal gwerra li kissret il-pajjiż, u mbagħad għallwaqgħa tal-Ħajt. U issa, f’dawn l-

Soċjeta’ Storika ta’ Malta Xtaqt li nsib il-ħin biex niġbor f’index l-isem tal-websajts kollha li żort f’dawn l-aħħar għaxar snin. Iżda l-ħin qatt ma sibtu. Xi kultant naqra xi ħaġa dwar xi websajt u niftakar li xi darba kont żortha, mela wasal żmien li nerġa’ nagħtiha titwila. Din hija sena ta’ anniversarji importanti għal pajjiżna u s-Soċjeta’ Storika ta’ Malta fost attivitajiet oħrajn organizzat serje ta’ lectures dwar lIndipendenza ta’ Malta, f’għeluq ilħamsin sena li ċċelebrajna ftit aktar minn xahar ilu. Il-bidu ta’ din isSoċjeta’ jmur lura għas-snin 50 tasseklu li għadda. Artiklu li kien kiteb ilMgr Professur Arthur Bonnici filLeħen is-Sewwa dwar il-bżonn li listorja tiġi mgħallma b’mod sew fuq kull livell ta’ studju kien wassal għalllaqgħa ta’ persuni interessati fis-

aħħar snin, il-Ġermanja qed tintegra ruħha mal-idea ta’ Ewropa waħda.” Allura, meta mar joqgħod Berlin, Michael Lederer beża’ li l-belt kienet tilfet dak l-element ta’ tensjoni li jinħoloq minn tant moviment fil-mixja tal-ħajja. “Meta wasalt hawn fl-1998 u bdejt noqgħod bil-mod il-mod, kelli ħajja ħelwa u kwieta. U niftakar li ktibt artiklu – forsi b’xi ftit tal-arroganza, u bluha wkoll – li kont qed inħossni daqsxejn imdejjaq minħabba f’hekk.” Imma Berlin hija belt dinamika u dan l-awtur jgħid li l-ġrajjiet storiċi jolqtuh, u hi l-Istorja – anki dik li sseħħ minn jum għal ieħor – li tgħinu jibni l-kitba u l-karattri tiegħu. Mela, ukoll jekk ir-rumanzi tiegħu ma humiex storiċi, hu ma jistax ma jitqanqalx b’dak li jkun qed jiġri madwaru – hekk hu l-każ li qed jiżvolġi fl-Ukrajna bħalissa, jgħid Michael Lederer lil Robin Merrill. Dan ir-rumanz, Cadaqués, hu r-riżultat ta’ esperjenzi persunali li l-awtur għadda minnhom u li ried joħroġhom minnu. Huwa kellu parti sewwa minn ħajtu meħuda mis-sokor u mit-tipjip tal-marihwana. U ma hux jitkellem fuq sena u tnejn – għadda 35 sena, mill-età ta’ 12-il sena sas-47, mitluf; ħajtu kienet mingħajr direzzjoni. “U f’Cadaqués iltqajt ma’ persuni oħrajn li kellhom u li kienu għadhom jgħixu din l-esperjenza.” Ir-rumanz jirrakkonta dwar dan lawtur Amerikan li qed jissara ma’ din is-sitwazzjoni – l-istess kif fil-fatt ġara lilu – fil-kuntest ta’ dan il-villaġġ tas-sajjieda bis-sempliċità u bilħlewwa naturali tiegħu. Mhux ta’ b’xejn li ġibed lejh numru hekk kbir ta’ artisti li fasslu, tista’ tgħid, is-seklu għoxrin. Huma ħallew l-impatt tagħhom fuq il-villaġġ, kif ilvillaġġ u l-ħajja sempliċi tiegħu influwenzaw lilhom. Dan il-karattru fir-rumanz qed jipsuġġett. B’hekk kienet twieldet isSoċjeta’ Storika ta’ Malta li l-websajt tagħha ssibha f’www.maltahistory.eu

Sittin sena ta’ ħidma Wara aktar minn sittin sena ta’ ħidma x-xogħol li twettaq f’dan il-qasam huwa tassew impressjonanti. Żjara fissit turi li d-determinazzjoni li wrew ilfundaturi tas-Soċjeta’ tat il-frott. Saru attivitajiet ta’ kull sena. Fis-sit issib lista ta’ x’seħħ mill-2011 ’il quddiem u parti mill-programm għas-sena ddieħla. Illum il-President tal-Kumitat Maniġerjali huwa l-Imħallef Giovanni Bonnello. F’taqsima waħda ssibu l-pubblikazzjonijiet li nħarġu taħt l-isem ta’ Melita Historica. Listi ta’ awturi b’isem xogħolhom u reviews informattivi. Issibu wkoll tagħrif dwar il-Premju li s-Soċjeta’ waqqfet biex tirrikonoxxi

Il-kuraġġ u t-twemmin fina nfusna jmexxuna

prova jibni lilu nnifsu mill-ġdid filmezz’età tiegħu. U qed ixebbah lilu nnifsu mal-belt ta’ Berlin li ma tiqafx tinbidel. “U għalhekk għalija hu ta’ unur u pjaċir li qed noqgħod Berlin, din il-belt li kisbet għaliha dak li jiena ħdimt biex nikseb għalija.” L-awtur jitkellem dwar is-snin sittin u t-tibdil li ġabu magħhom u kif dan laqat b’mod negattiv il-ħajja tal-familja kollha tiegħu. Hekk li minn familja stabbilita, finanzjarjament komda u kuntenta, spiċċaw biex sfrattaw. Nanntu kienet arkitett u nannuh avukat. Missieru speċjalizza fidDiplomazija u fl-1965 aċċetta li jimpjega ruħu bħala professur tal-Liġi flUniversità ta’ Stanford. U minn hemm bdew id-diżastri. Huma marru Kalifornja fi żmien ta’ taqlib kbir filpajjiż. Il-ġenituri tiegħu iddivorzjaw, hu kien fl-età tal-pubertà, sab id-droga qribu, u ġara dak li ġara. Ommu qabdet il-vizzju tax-xorb. U għaddew minn żminijiet diffiċli tassew. Illum li reġa’ qam u tnaddaf għalkollox mix-xorb u mid-droga, Michael Lederer iħossu mwieled millġdid. Huwa jgħid lil Robin Merrill li fil-Ġermanja hemm madwar żewġ miljun persuna li huma għaddejjin minn din il-problema – u ma’ dawn trid ukoll tinkludi li n-nies li jdawruhom, għaliex dawn ibatu ħafna magħhom ukoll. Laqatni dan il-programm għaliex – apparti li laqqagħna ma’ awtur importanti – qabad suġġett li jolqot lil kulħadd kullimkien. U tara li l-problemi jistgħu jaħkmu lill-individwu f’kull età ta’ ħajtu. Imma l-lat pożittiv hu li wieħed jista’ joħroġ minn kull sitwazzjoni ta’ diffikultà. Nistgħu qatt naqtgħu qalbna? ASTERISKA, għaliex hawn jitressqu punti lill-qarrejja biex flimkien nagħrfu aktar kemm dak li jiġri madwarna hu parti sħiħa minn ħajjitna xogħol storiku ta’ eċċellenza. Fl-2010 dan il-premju kien ingħata lil Mgr Ġwann Azzopardi, arkivista ta’ nota. Mis-sit tista’ tissieħeb f’din is-Soċjeta’ u tista’ wkoll iġġedded sħubitek jekk diġa’ membru. Hemm links ma’ Din lArt Ħelwa, mal-Fondazzjoni Patrimonju Malti u mal-Malta Classics Association. Kull kuntatt jista’ jsir b’email jew ittra lis-Segretarju, b’dettalji fis-sit.

Prosit Santa Luċija, Għawdex Il-hamlet ta’ Santa Luċija għandu lKunsill Amministrattiv tiegħu li jaħdem sew mal-Kunsill ta’ Ta’ Kerċem. Nhar il-Ġimgħa fil-pjazzetta ttellgħet serata ta’ mużika varja, bi dwal elettroniċi u wirja ta’ nar fit-tmiem. Kollox organizzat b’mod professjonali u xxogħol wara din il-ħidma kien ippremjat b’attendenza tassew numeruża.


38

L-imħabba

Il-paraguni li saru bejn it-Tieni Konċilju Vatikan u dawk ta' qablu kienu ħafna. Intqal li l-aħħar konċilju kien ekumeniku mhux biss għax kien universali bħall-oħrajn kolla, iżda għaliex kellu lekumeniżmu jew l-għaqda tal-Insara bħala l-għan ewlieni tiegħu. Intqal ukoll li, waqt li l-Ewwel Konċilju Vatikan kien il-Konċilju tal-Papa, dan tal-aħħar kien il-Konċilju tal-Isqfijiet u ta' warajh għad ikun il-Konċilju tas-saċerdoti u taddjakni. Jekk hemm xi ħaġa li hi tassew karatteristika ta' dan il-Konċilju, hi li dan kien Konċilju pastorali, għaliex l-għan ewlieni tiegħu kien it-tiġdid aġġornat, jiġifieri adattat għall-ħtiġiet tal-lum skont is-sinjali taż-żminijiet. Biex dan it-tiġdid mixtieq u mistenni bħala frott tal-Konċilju jkun tassew effikaċi, jeħtieġ li jitwettaq u jseħħ f'kull qasam tal-ħajja Nisranija, u mhux f'wieħed biss. Għalhekk mhux biżżejjed li kull individwu jfittex li jfassal ħajtu iktar bir-reqqa fuq it-tagħlim talVanġelu kif dan hu mfisser mill-Knisja, iżda jeħtieġ ukoll li l-ħajja Nisranija talindividwu tirrifletti ruħha fil-ħajja pubblika tal-pajjiż kemm fl-istituzzjonijiet ċivili u kemm fil-ħajja soċjali taċ-ċittadini Nsara. Wara introduzzjoni daqsxejn twila, nidħlu issa fis-suġġett tagħna: il-problema tal-moralità fi żminijietna, li aħjar insejħulha problematika billi f'dan ilqasam għandna diversi problemi marbutin ma' xulxin. Hawn se nagħmlu biss xi riflessjonijiet fuq xi wħud minn dawn il-problemi kif jidhru llum fid-dawl talKonċilju, li ilu li għalaq iktar minn ħamsa u għoxrin sena.

ĦSIEB

Etika u morali Nisrani Meta ngħidu moralità ġeneralment nifhmu dak kollu li għandu x'jaqsam mal-aġir responsabbli tal-bniedem bħala persuna ħielsa. L-imġiba tal-bniedem, ta' kull bniedem, hi moralment tajba jew morali meta tkun skont il-liġi naturali magħrufa u tkun moralment ħażina jew immorali meta ma tkunx skont il-liġi naturali. F'dan tikkonsisti, bi ftit kliem, ilmoralità naturali, li tissejjaħ ukoll etika. Issa n-Nisrani minbarra l-ħajja naturali, għandu wkoll il-ħajja sopranaturali. Bilmagħmudija hu twieled mill-ġdid u sar Iben Alla mogħni bil-grazzja santifikanti u b'fakultajiet sopranaturali permezz tarrivelazzjoni li tah Alla nnifsu. Għalhekk minbarra l-liġi naturali, in-Nisrani għandu wkoll il-liġi sopranaturali biex tmexxih, liġi mogħtija lilu minn Alla u mfissra minn Kristu u mill-Knisja tiegħu. Din il-liġi sopranaturali, waqt li tipperfezzjona l-liġi naturali, trid ukoll it-triq li fuqha għandu jimxi ħalli jilħaq il-għan tiegħu bħala Nisrani, bħala Iben Alla. Għalhekk mhux biżżejjed li n-Nisrani jgħix ħajja moralment tajba fis-sens naturali biss kif jgħixha l-pagan tajjeb. Biex il-ħajja tan-Nisrani tkun moralment tajba, jeħtieġ li din tkun imfassla fuq ilprinċipji tal-morali Nisranija kif insibuhom fil-Vanġelu u kif tfissirhomlna lKnisja mogħnija b'din is-setgħa minn Kristu. Il-liġi tal-imħabba Semmejna d-distinzjoni bejn il-moralità Nisranija u l-moralità sempliċement naturali. Fil-prattika, liema hi d-differenza bejniethom?

Il-Perseveranza hi li tfalli 19-il darba u jirnexxilek fl-20. (Julie Andrews)

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Reliġjon

ILLUM IL-ĦADD It-30 Ħadd Matul is-Sena

Ħobb mingħajr limiti!

Eżodu 22:20-26; Salm 17; Tessalonkin 1:5c-10; Mattew 22:34-40

Il-Ħsieb Kemm nisimgħu fuq l-imħabba! Kemm ħarġu diski, kartolini eċċ! Kemm insibu gadgets fi ħwienet bi qlub! Qisu aktar mad-dinja tisfrutta u tikkummerċjalizza l-imħabba, aktar id-dinja titlef il-veru sens talimħabba. Ġesù qed jgħidina biex inħobbu lil Alla b'qalbna kollha, b'ruħna kollha u bil-qawwa tagħna kollha u nħobbu lil għajrna bħalna nfusna. Hu stess jagħti eżempji xi tfisser l-imħabba, għax issallab għalina. Din hi l-imħabba, din hi l-akbar imħabba. Kemm s'issa fil-ħajja tagħna għexna tassew l-imħabba? Kemm tassew ħabbejna bl-għemil tagħna? L-imħabba tfisser li tgħix il-ħajja tiegħek b'sens ta' sagrifiċċju, għaliex fis-sagrfiċċju joħroġ laltruwiżmu u jinħonoq l-egoiżmu. Hu għal dan il-għan li l-Mulej iridna wkoll inħobbu lil għajrna bħalna nfusna. It-tnejn huma importanti, kemm li tħobb lill-proxxmu tiegħek, anki lil dak li ma jaqbilx miegħek, kif ukoll li tħobb lilek innifsek. Hu ferm importanti li wieħed ma jittraskurax l-istess ħajja tiegħu, ilfamilja tiegħu. L-imħabba hi avventura ta' sagrifiċċju u impenn kull ħin.

Il-Kelma L-Ewwel Qari tal-lum hu meħud mill-Ktieb tal-Eżodu. Hemm jingħad li Alla jrid li nħobbu lillbarrani u lill-proxxmu tagħna. Alla hu ħanin u jisma' l-għajta talmaħnuq. Aħna rridu nagħmlu l-istess. Fis-Salm responsorjali, meħud minn Salm 17, għandna l-għajta lejn il-Mulej li hu l-qawwa u lħelsien tagħna. L-imħabba lejh irridu nuruha fil-proxxmu tagħna. Fit-Tieni Qari, mill-Ewwel Ittra lit-Tessalonkin, San Pawl ifaħħar lin-nies ta’ Tessalonika li kkonvertew u qed jgħixu bħala komunità Nisranija. Fil-vanġelu ta' San Mattew, Ġesù juri li l-akbar kmandament hu l-kmandament talimħabba li jiġbor il-kmandamenti kollha.

Il-Ħajja 1. Taf min hu l-proxxmu tiegħek: Kif qed turih imħabbtek? 2. X'tip ta' mħabba turi mal-ambjent familjari tiegħek u ma' dawk taxxogħol jew skola? 3. Qiegħed tgħix l-imħabba ta' Alla anki fil-persuna tiegħek? Id-Djalogu Mulej, għallimni nħobb bis-serjetà.


Sir Edgeworth David Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Opinjoni

Dun Pawl Camilleri pauca43@gmail.com

D

avid (28.01.1853 – 28.08.1934) kien ġeologu magħruf Awstraljan, imma ta' nisel Welsh. Kien ukoll esploratur tal-Antartiku. Proprjament ismu sħiħ kien Tannat William Edgeworth David. Kien ġa magħruf ħafna f'ħajtu. L-ikbar kisba tiegħu kienet is-sejba tal-minjiera tal-faħam imsejħa Hunter Valley, fi New South Wales. Mexxa wkoll l-ewwel spedizzjoni fis-South Magnetic Pale. Serva wkoll, u ddistingwa ruħu, fl-Ewwel Gwerra Dinjija (1914 – 1918). Fl-1920 ġie maħtur Knight Commander of the Order of the British Empire proprju għasservizzi tiegħu f'din il-Gwerra. David għen biex twaqqaf lAustralian National Research Council u kien l-ewwel President tiegħu. Fl-1931 ippubblika l-Geological Map of the Commonwealth.

Aneddotu Waqt l-ispedizzjoni tas-South Pole, l-assistent ta' Sir Edgeworth Douglas Mawson (1882 – 1958) – ġeologu kbir ieħor – darba kien taħt it-tinda tiegħu jistrieħ. F'daqqa waħda sema' leħen: għandek x'tagħmel? Mason induna li kien David, imma qallu: iva, xi trid? Għandek x'tagħmel ħafna? Iva, imma x'għandek bżonn? Wara ftit skiet, David qallu: ninsab imdendel ma' ħabel fi preċipizju, u naħseb li ma nistax indum hekk għal ħin twil!

Kummenti Titħajjar issir esploratur? Mhux bħal Edgeworth David ta! Imma esploratur tal-Vanġelu. Xi ħadd qal: ‘fil-Knisja tal-lum iktar hemm teoloġija milli Vanġelu’. U jien inżid li kultant iktar jimpurtana minn x’qed jgħidu t-teologi milli x’qalilna lVanġelu. It-teologi għandhom funzjoni importanti ħafna. U tajjeb naqraw x’qed jgħidu. Imma wasal iż-żmien li nerġgħu nduru għall-Vanġelu direttament. Qatt qrajt l-erba’ Vanġeli sħaħ u kollha? Għandek id-drawwa li taqra u tirrifletti dwar silta millVanġelu kuljum? Issegwi għajnuna bħal Kliem il-Ħajja? Għandek missalin ta’ kuljum, biex tkun tista’ ssegwi s-silta talġurnata, u titlob ftit fuqha? Issegwi xi sit fuq l-internet bħal

G

X’għerf mis-skiet! Patri Mario Attard OMF Cap

F’dinja fejn kulħadd irid jgħid tiegħu l-għaliex kulħadd sar bravu f’daqqa waħda, l-għaliex għandi niskot?

ħadni kemm ħiereġ mill-irtir tas-sena li aħna lPatrijiet Kapuċċini nagħmlu lejn l-aħħar xhur tagħha. Din is-sena kelli l-grazzja li nagħmel dan l-irtir fil-Kunvent tagħna tal-Madonna talGrazzja fil-gżira sabiħa Għawdxija. IlProvinċjal, għaliex konxju ħafna minn dak li tgħallem ilBibbja, jiġifieri li Alla jieħu lir-ruħ fid-deżert biex hemmhekk lilha jkellem (Ħos 2:16), ħeġġiġna fuq li ħeġġiġna biex waqt likel ta’ nofsinhar nieklu fis-skiet. U hekk kien! Għaliex, f’nofsinhar bum, il-Gwardjan daqqilna s-sinn u sikta kbira li taqtagħha biss b’sikkina saltnet fir-refittorju. U f’dik is-sikta, li kienet tibda eżatt wara l-kelma konventwali Buon Apetito! jew l-Ikla t-tajba! Alla jibqa’ jkellem lir-ruħ tal-Patri! Fis-skiet wieħed jinnota ħafna affarijiet. L-ewwel nett, ilħsejjes tal-imgħaref u l-platti juruk li l-bniedem, minkejja xxewqa kbira li Alla tah biex ikun magħqud miegħu fit-talb, xorta waħda jaqbdu l-ġuħ! Ħeqq! L-ispirtu jikkonsma ħafna petrol tal-enerġija tafux! Trid tikollu u torqodlu! Inkella x’tisma’ tisma’ lill-Mulej! U mhux għalhekk miskin dak ilPatri, fi żmien l-umli u t-twajjeb Franġisku, li tant kemm ma felaħx għal dak is-sawm aħrax li f’nofs ta’ lejl instema’ jibki kemm jiflaħ bl-uġigħ ta’ stonku! U x’għamel il-qaddis Franġisku? Isbaħ din! Qam u beda jiekol miegħu ħalli ma jġagħlux jistħi! Dik imħabba! Imsieħeb mela mill-banda tal-ħsejjes tat-tazzi, il-frieket, limgħaref, is-skieken, u l-bqija bdejt inħares ’l hemm u ’l hawn fir-refittorju. F’moħħi ġie l-maħbub Fra Baskal. Il-qaddej ta’ Alla miż-Żebbuġ! Il-post fejn kont bilqiegħda kien l-istess post fejn kien ipoġġi hu. Tgħid għalhekk kont inħossni daqshekk fil-paċi? Ħlewwiet il-qdusija u l-umiltà tat-twajjeb Fra tgħidx kemm ħeġġewni biex nibqa’ nitgħallem fis-skiet! Anzi! Tawni l-qawwa li nara, nifhem, napprezza biex ... ngħix! L-ewwel ħaġa li laqtitni bil-bosta kienet il-kitba Latina nnaħa l-oħra fejn ipoġġi l-gwardjan. Silentium Custos Est Religiosus. Huwa s-silenzju li jagħmel lir-reliġjuż! Tajba din! F’moħħi, f’dak il-ħin, ġiet it-tifkira għażiża tal-qaddis Fra Kapuċċin minn Sardegna, San Nikola minn Ġesturi. Is-silenzju

39

evangeli.net? Ipprova! Int tallab arroganti jew prudenti bħal Sir David? Jien dejjem sostnejt li min jagħti servizz jew jagħti karità, m’għandu juri ebda sens ta’ superjorità, jew b’xi mod jumilja lil min jirċievi sservizz jew il-karità. Imħabba Nisranija ġenwina ma tippermettihx dan. Iżda ftit nismagħha tintqal li min jitlob servizz jew karità m’għandux ikun arroganti. Għax issir din il-ħaġa. U servizz jista’ jiġi bżonnu kulħadd. Anke jien u int. Forsi l-prudenza ta’ Sir David kienet eċċessiva. Imma żgur li hi eżemplari. Prudenza miż-żewġ naħat tirrendi s-servizz aktar uman u Kristjan u utli. Ilprudenza, meta hi vera u ġenwina, qatt m’għamlet ħsara lil ħadd. Anzi! Tisma x’qalu fuq il-prudenza? Democritus: “tafdax lil kulħadd imma biss nies ta’ stoffa – jekk le tkun iblah, jekk iva tkun prudenza” Seneca: “Ġenju jagħti l-aħjar fil-bidu, il-prudenti fl-aħħar.” Omar N. Bradley: “jekk inkomplu niżviluppaw itteknoloġija bla għerf u prudenza, is-seftur tagħna jsir il-bojja tagħna.” Charles Colton: “m’hemm xejn iżjed imprudenti minn prudenza eċċessiva”. Henry Fielding “il-prudenza tal-aqwa mħuħ spiss tiġi megħluba mid-dgħufija tal-aqwa qlub”. John K. Lavater: “min jagħmel użu malajr tal-mument hu ġenju tal-prudenza.” Sophie Segur: “L-għerf u l-prudenza jkunu dejjem imħallsa”. Cicero: “Aħjar prudenza siekta minn bluha li tpaċpaċ”. Tbissima Żewġ novizzi xtaqu li jpejpu waqt li kienu qed jitolbu. U ddeċidew li jitolbu l-permess tas-superjuri tagħhom. Mar lewwel wieħed, u l-permess ma ġabux. Ftit wara ra lil sieħbu jpejjep fil-ħin tat-talb u ried jaf għaliex. “Dak kif is-superjur ta lpermes lilek u lili ma tahulix?” “Għax int staqsejtu tistax tpejjep waqt li tkun qed titlob u jien saqsejtu biex nitlob waqt li nkun qed inpejjep.” – Kemm int sinċier fil-ħajja Nisranija tiegħek?

Ħsieb Żwieġ suċċess ma jseħħx biss billi ssib il-persuna t-tajba imma iktar billi tkun int il-persuna t-tajba. Tfittex li tagħmel hekk?

ta’ dan il-Fra tant kemm kien kbir li n-nies kienu qalgħuhielu Frate Silenzio! Issa, ngħid jien, f’dinja fejn kulħadd irid jgħid tiegħu l-għaliex kulħadd sar bravu f’daqqa waħda, l-għaliex għandi niskot? U int kun omm għal dak li jkun bħall-Frajiet! Ara dawk kienu jisimgħuk! U mhux juruk kemm studjaw! U wara li ddum tgħid u tgħid u tibqa’ tgħid, kienu jgħidulek kelma li biha jsammruk! Bħalma jagħmel il-Mulej! Mela isma’ ħafna u tkellem ftit! Imbagħad, fuq ras il-gwardjan, kien hemm kitba oħra. Non Regit Qui Non Corrigit! Ma jistax jimxi ’l quddiem min ma joqgħodx għall-korrezzjoni! Mela, fil-ħajja, huwa mitqlu deheb li jkolli lil xi ħadd li tassew jieħu ħsiebi billi mhux toqgħod ittaptapli fuq spallti l-ħin kollu ħa tinħabb miegħi. Lanqas billi ssemmili d-difetti tiegħi minn filgħodu sa filgħaxija. Imma billi tikkoreġini. Tinkoraġġini. F’ħinu u f’waqtu! BħallGwardjan fil-Fraternità Franġiskana. U mhux billi jħeġġeġ u jiftaħ għajnejn dak li jkun li jista’ l-gwardjan tassew janima fraternità! Fl-aħħar nett, il-bużillis ta’ kollox. Mhux bogħod minni, sewwasew daqs tefgħa ta’ ġebla, kien hemm quddiemi l-kitba tal-magħruf Santu Wistin. Christianus Homo Comedit Ut Vivat Non Vivat Ut Comedat. In-Nisrani jiekol biex jgħix u mhux jgħix biex jiekol! Parappapam! Din żgur għalija! Għax l-ikel inħobbu! Mela żomm il-brejkijiet Patri Mar! Kompli agħmilha dik in-nofsiegħa mixja ta’ kuljum. Imma rażżanlu mill-ikel. Għax int Nisrani u kkonsagrat ukoll! L-ewwel li għandek tgħix hu bil-Kelma ta’ Alla. Imma stenna ftit ħej! Din mhux għallPatri biss tgħodd! Tgħodd għalik ukoll! Temmen jew ma temminx! Għax jekk tibqa’ għaddej tibla’ kulma tara mhux talli ma tikbirx fil-virtù talli tant kemm tikber fis-simna li attakk talqalb u tgħidilna bye bye! Inkella ssib ruħek f’qiegħ ta’ sodda u tispiċċa ħaxixa! X’għerf ħareġ ħej mill-irtir ta’ din is-sena! Is-skiet! Il-korrezzjoni! Ir-rażan fl-ikel! Tliet tagħlimiet kbar li jgħinuna ngħixu ta’ bnedmin l-ewwel. Imbagħad, hu x’inhu t-twemmin tagħna, ikabbruna u jsaħħuna fih! Eħ ħija! Oħti! Huwa s-skiet omm ilgħerf!



41

Il-{add, 26 ta’ Ottubru, 2014

Passatemp

Mimdudin> 1. :abra ta’ xi [add mill-pulizija (6) 3. Taf li wara l-[ut, jitfa//aw l-g[asafar? (6) 7. U nikber b’xi mod g[at-tieni grad wara serafin? (7) 8. ?a[da tal-ikel g[al /ertu ]mien (5) 9. Re/ipjenti kbar tal-fu[[ar li fihom jin]amm l-ilma (5) 10. L-iben biss (anagramma) – ta’ qalb ]g[ira li tolqot is-sensi (9) 11. Wie[ed li jirre/ta u jda[[ak (5) 13. Sittin sekonda biex tfarrak munita? (6) 15. Tie[u ;urament (6) 17. Bi//a jew frazzjoni (5) 21. Li ji;ri sikwit, kwa]i regolarment (9) 23. Il-kompo]itur tal-opra La Traviata (5) 24. Bniedem av]at, nofsu hekk (5) 25. Ming[ajr dg[ajsa ma ja[dimx (7) 26. G[afset il-grillu (6) 27. Tg[id u tibqa’ tinsisti li mhux veru (6)

Weqfin 1. Biex l-ir;iel jaraw il-[in, dari kienu jo[or;uh mill-but tas-sidrija bilkatina (6) 2. Ra ras maqluba u tfa//aw [wejje; mi;burin f’pakketti! (5) 3. Qalbu taz-zokkor, ng[idu (5) 4. Tag[tini nixrob? (7) 5. Hekk tista’ tag[mel ladarba t[obbu (5) 6. O;;ett hekk ]gur li mhux komuni (6) 7. Wie[ed trijonfali narawh fl-isfilata tal-Karnival (5) 12. Ming[ajru ma tag[milx bigillata (3) 14. Min jilg[ab mieg[u jin[araq (3) 15. T[oss hena, gost u pja/ir (6) 16. Kwart madwar l-UE jag[tik is-sinjal imma;inarju li jaqsam id-dinja fi tnejn (7) 18. Trabijiet g[al wi// in-nisa (5) 19. Grati lejn dan l-annimal fero/i? (5) 20. Hekk trid tmur tag[mel biex taqbad [uta (6) 22. Sponta mill-[amrija (5) 23. Jixbah lill-kelb, mhux mans u makakk (5)

Soluzzjoni tat-Tisliba li dehret il-{add li g[adda Mimdudin> 1. Skarsi; 3. Kattiv; 7. Kolonna; 8. Etern; 9. Vaski; 10. Iddeverta; 11. Xatba; 13. Infern; 15. Pa/pa/; 17. Telqa; 21. Pronostku; 23. Safar; 24. ?assi; 25. Majnata; 26. Parata; 27. Pulmun. Weqfin> 1. Skjavi; 2. Soldi; 3. Kmand; 4. Tvenvin; 5. Antik; 6. Ingann; 7. Kes[a; 12. Tip; 14. Fil; 15. Papo//; 16. Atomika; 18. Qafla; 19. Furja; 20. Trapan; 22. Tomna; 23. Sfaru.

pin PUBLICATIONS

Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà Tel> 25965412

3

2

1

4

5

6 8

7

10

9

11

12

15

pin

13

14

18

17

16

20

19

21

22

24

25

26

23

27

IRBA{… voucher ta’ €15 li jissarraf f’g[a]la ta’ kotba tal-PIN (Pubblikazzjonijiet Indipendenza), Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà (Tel. 25965463). Indirizzaw is-soluzzjoni, flimkien mal-indirizz u n-numru tat-telefon tag[kom, hekk: TISLIBA il-mument, Stamperija Indipendenza, Triq Herbert Ganado, Pietà PTA1450. G[andkom ]mien sa nhar is-Sibt li ;ej. Ir-rebbie[ ikun mitlub iwie;eb mistoqsija sempli/i fuq it-telefon. Ir-rebbie[ tat-Tisliba tal-{add 12 ta’ Ottubru 2014 hu: C. Micallef, ‘Rustica’, Triq Dun Manwel Zammit, Si;;iewi S:W 3017. KUR}ITÀ

L-ikbar akkwarju

Liema plagg^ Liema ritratt^

Liema plagg, a, b, / jew d irid iqabbad biex i[addem il-hoover?

Wie[ed mill-iktar akkwarji kbar u rikki hu dak li jinsab fil-bajja ta’ Monterey, f’California: filvaski tag[hom, li jesg[u iktar minn [ames miljun litru ta’ ilma ba[ar, hemm jg[umu fil-libertà kollha mat-300,000 kreatura talba[ar u mal-550 pjanta, kollha ta’ spe/i differenti. B[ala medja, dan l-akkwarju jmorru jarawh kwa]i ]ew; miljuni kull sena.

Liema minn dawn it-tliet ritratti kien ]viluppat min-negattiva?

Soluzzjonijiet

X’annimal hu^

3 u 10

Buqari identi/i

Dak bl-ittra ‘a’

It-tewmin xtaqu jixtru ]ew; buqari xorta. Qed i[arsu lejn tnax-il buqar. Liema tnejn ta[seb li xtraw?

Liema ritratt^

}ew; buqari identi/i

In-Nru. 2

Bil-lapes ibda mit-tikka [dejn in-Nru. 1 u mur fuq in-numri lo[ra wara xulxin sakemm tasal fuq in-Nru. 64.

Liema plagg^

X’annimal hu^


Il-{add, 26 ta’ Ottubru, 2014

42

Televi]joni # Radju

NET TELEVISION

..................................................................................

07:00 08:15 09:00 10:00 12:30 14:00 14:05 14:35 16:30 17:10 18:00 18:05 18:40 19:30 20:15 20:40 21:40 21:45 23:15

NET News The Client G[al Kul[add Konvenzjoni :enerali 2014 Telebejg[ NET News Sajjarli Telebejg[ Sport Extra Wheelspin NET News Flusek What’s For Dinner NET News G[alik fl-Ewropa Becky NET News Replay NET News

RAIUNO ........................

08:18 UnoMattina in famiglia (Jinkludi t-Tg1 fit-8am u fid9:30am) 10:00 Buongiorno benessere Tutti i colori della salute 10:30 A sua immagine 10:55 Santa Messa dalla Chiesa Maria SS. della Murgia in Castelnuovo della Daunia (Foggia) 11:50 A sua immagine 12:00 Recita dell’Angelus 12:10 A sua immagine 12:20 Linea verde 13:30 Telegiornale 14:00 L’Arena 16:30 Tg1 16:35 Domenica In 18:50 L’Eredità 20:00 Telegiornale 20:35 Affari tuoi 21:25 Carosello Reloaded 21:30 Il restauratore 2 - Verità sepolte - Il prezzo della verità 23:38 Tg1 60 Secondi 23:40 Speciale Tg1 00:45 Tg1 notte

RAIDUE ........................

07:00 Jake e i pirati dell’Isola Che Non C’è 08:15 Avengers Assemble A proposito di Odino 08:35 Il nostro amico Charly - Il Ballo dei Prìncipi 09:13 Il falco ferito 10:00 Anaconda 10:45 Cronache animali 11:30 Mezzogiorno In Famiglia 13:00 Tg2 giorno 13:45 Quelli che aspettano 15:30 Quelli che il calcio 17:05 Tg2 L.I.S. 17:10 Stadio Sprint 18:10 90* minuto 19:35 Squadra Speciale Cobra 11 Prova generale 20:30 Tg2 20.30 21:00 N.C.I.S. 21:45 Hawaii Five 22:40 La Domenica Sportiva 01:00 Tg2 01:20 Protestantesimo 01:55 Appuntamento al cinema 02:00 Omicidio in 3 atti.

TVM ........................ 07:30 08:30 09:00 09:30 10:00 10:30 12:00 12:10 15:05 18:00 18:15 18:45 20:00

20:50 21:50 21:55 23:00 23:20

Alexander’s Lost World Madwarna Il-Gwerra l-Kbira Gadgets House Hunt Malta u lil hinn minnha A[barijiet# rapport tat-temp {add G[alik {bieb u G[edewwa A[barijiet G[awdex illum L-Irkant A[barijiet# sports# rapport tattemp# rapport finanzjarju X-Factor UK Headline news X-Factor UK A[barijiet Rajt ma Rajtx.

06:00 08:30 09:00 10:15 11:15 12:30 13;00 13:30 14:00 14:30 15:00

17:00 17:30 18:00 18:30 19:00 19:30 20:00 20:30

20:40 21:00 23:00 23:15

Euronews Vatican Magazine Quddiesa tal-{add Kurrenti Luxdesign Valletta Househunt Gadgets Ti;rijiet biss 3 Pointer Football. BOV Premier League GFA roundup Valletta Pellikola Venere G[awdex illum Drifting Il-Gwerra l-Kbira A[barijiet g[al dawk neqsin mis-smig[ Madwarna Kontrattakk Sport News News in English

ONE ........................ 06:30 07:15 08:00 08:30 10:00 10:30 11:30 12:30 12:40 13:00 14:00 14:30 16:55 17:30 17:40 18:15 18:45 19:30 20:15 20:20 21:30 22:55

ONE News Pink Panther Flimkien ma’ Nancy Anali]i tal-:urnali Tlaqna sal-Belt Aroma Kitchen Gaxin ONE News Telebejg[ In the House D Change Arani Issa Top Model ONE News On the Road Esperti Joe’s Kitchen ONE News Samsara It-Tfal L-Argument Fresh & Funky.

RAITRE ........................

07:00 Ai confini dell’Arizona Fuoco di luna 07:50 Il produttore 08:00 È permesso maresciallo? Film 09:30 Metropoli 11:10 Tgr Estovest 12:55 Timbuctu - I viaggi di Davide 13:05 Colpo di Scena 14:00 Tg Regione 14:15 Tg3 14:30 In 1#2 ora 15:00 Tg3 LIS 15:05 Kilimangiaro Il borgo dei borghi 15:45 Kilimangiaro Ci divertiremo un mondo 18:55 Meteo 3 19:00 Tg3 20:00 Blob 21:45 Report 23:30 Tg3 23:45 Raire Gazebo 00:45 Il candidato Zucca Presidente 00:55 Tg3 # Meteo 3 01:05 In 1#2 ora 01:35 Fuori orario. Cose (mai) viste

CANALE ................5........ 06:00 07:58 08:50 10:00 11:00 13:00 14:00 18:45 20:00 20:40 21:12 23:30 00:20 01:20 01:49

Prima pagina Tg5 # Traffico Meteo.it # Tg5 Le frontiere elo spirito The chef Le storie di melaverde Tg5 # L’arca di Noe Domenica live Avanti un altro Tg5 # Meteo.it Paperissima sprint I cesaroni Maurizio Costanzo show X-style Tg5 # Rassegna Meteo.it # Paperissima sprint domenica 02:25 Se sei cosi’.

Il magco tesoro di Loch Ness – Italia 1, 16>00

TVM ..........2..............

PTre scapoli e un bebe – Rete 4, 14>45

RETE ..........4 .............. 07:00 07:30 08:10 09:05 10:00 10:50 11:30 12:00 13:00 13:56 14:45

16:47 18:55 19:35 21:30 00:44 01:39 02:34 02:00

Televendita media shopping Super partes Mondo sommerso Terra! Santa messa I grandi della fede Tg4 # meteo.it I grandi della fede Pianeta mare Donnavventura Tre scapoli e un bebe. Film ’87 Pesce d’aprile Tg4 # Meteo.it Tempesta d’amore Giu’ la testa Amigos Tg4 night news Django 2. Film ’87 Ogni volta che te ne vai.

ITALIA .............1........... 07:00 07:35 08:35 10:30 12:25 13:00 14:00 16:00

18:00 18:30 19:00 19:30

21:30 00:15 01:05 01:30 01:45

Super partes Super Car A-Team Spot-supercane anticrimine Studio aperto # Meteo.it Sport mediaset I pompieri Il magico tesoro di Loch Ness. Film Tom and Jerry Studio aperto # Meteo.it Love bugs Il signore degli anegli. Film 2001 (it-II parti) Adam kadamon Surviving disaster Sport mediaset Studio aperto Televendita media shopping.


Il-{add, 26 ta’ Ottubru, 2014

43

Televi]joni # Radju

Becky – NET Television, Il-{add 20.40

Fl-a[[ar wasal il-festin g[al g[eluq snin Anne (Josephine Zammit Cordina). Mistednin il-[bieb tal-qalb, dawk li [admu mag[ha fil-passat u l-;irien.

I]da minkejja x--xewqat sbie[ li jag[tuha dawk li jmorru, ikun hemm min g[andu intenzjonijiet ferm ’il bog[od... Kitba u firezzjoni ta’ Eileen Montesin

Il-Papa Fran;isku li ta’ spiss jag[mel diskorsi dwar l-im[abba u r-rispett li g[andu jkollna lejn xulxinj

G[al Kul[add – NET Television, Il-{add 09>00

Replay – NET Television, Il-{add 21>40

G[al darb’o[ra matul tmiem il-;img[a se jkun qed jintlg[ab konfront dirett bejn tnejn millisfidanti g[ar-reb[ talKampjonat Premier: Hibernians, li attwalment jinsabu l-ewwel u B’Kara li jsegwu fit-tieni post tal-klassifika. Il-programm se jkun qed jag[ti prijorità lil din il-partita i]da se jkun hemm ukoll a//enn g[all-konfronti l-o[ra ta’ tmiem il-;img[a mill-Kampjonat Premier.Fl-istudio se jkun hemm ]ew; Presidenti ta’ klabbs tal-Premier – George

Galea ta’ Mosta u Redino Apap ta’ Qormi. Mag[hom se jkun hemm ukoll il-Vi/i President ta’ Hibernians Duncan Borg Myatt. Il-mistiedna residenti ta’ Replay g[al din il-;img[a se jkunu Robert Micallef u Kris Scicluna. Apparti l-andament talKampjonat Premier, flimkien mag[hom se jkunu qed ji;u diskussi su;;etti o[ra topi/i marbuta mal-futbol Malti. Replay hu ippre]entat minn Christian Micallef u Sarah Agius (fir-ritratt).

Illum fuq Radio 101 .......................................................

06:00 07:55 08:00 08:02 09:00 10:30 11:55 12:00 12:15 15:00 15:05 17:00 17:03 17:55 18:00 18:20 20:30 22:30 22:40 22:45 00:10

Fidi u {ajja Avvi]i tal-Mejtin u l-An;elus A[barijiet Mar/i u Bandalori - Joe Chetcuti Focus 101 # Anali]i tal-gazzetti Mag[kom - David Thake Avvi]i tal-Mejtin # An;elus A[barijiet Skor - Joe Vella A[barijiet Skor - Gordon Pace Editorjal Skor - Gordon Pace Avvi]i tal-Mejtin A[barijiet Slow Down - Mark Garrett Allegro Andante G[ada fl-Istampa Editorjal Italomix Mu]ika matul il-lejl

Mariella Catania se titkellem dwar omelija li gpamel il-Papa fil-Knisja ta' Santa Martha fil-bidu ta' Ottubru, fejn il-Papa tkellem dwar ir-rispett u l-im[abba li kull bniedem g[andu jkollu g[al [addie[or. Waqt il-programm se jkun hemm ukoll silta ddrammatizzata fejn naraw xeni mill-[ajja Maltija, mill-[ajja tal-familja. Tony Micallef jitkellem dwar l-importanza li wie[ed jag[ti d-demm. L-importanza li

wie[ed jirrealizza li g[andu jag[mel dan il;est sabi[. Se jkun hemm intervista ma’ patri tasSo/jetà Missjunjarja ta' San Pawl li li qed ja[dem il-Pakistan. Dan hu Fr Pierre Bonnici, li b[alissa jinsab f’Malta g[all-btala. Produzzjoni e_ekuttiva ta' ?AM Productions int. Pre]entazzjoni ta’ Massimiliana De Martino. Direzzjoni ta ' Fr Louis Mallia mssp.

Sport Extra – NET Television, Il-{add 16>300

Charles Camenzuli jlaqqag[na ma’ Anna Calleja (fir-ritratt, id-Direttri/i ta’ Special Olympics Malta u mal-kow/ tal-atletika Frace Micallef biex insiru nafu aktar dwar atleti Maltin li qed

jit[ejjew g[al dan l-avveniment li fih pajji]na spiss jaqta’ figura tajba. F’servizz ie[or Pierre Vella jitkellem dwar il-mawra f’Malta li g[amel dan l-a[[ar Stefano Domenicali tal-Ferrari.


44

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ

Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bilbitħa, dawl, ilma u toilet. Bilpermess Class B. Ċemplu 77200983.

Il-Qawra MAISONETTE bi tliet kmamar tas-sodda, kċina kompluta u dining/lounge area. Ċemplu 99426126.

Ir-Rabat, Malta DAR b’ħames kmamar tassodda bil-ġnien u bitħa u garaxx kbir 13.5m x 18.76m bla ċens. Prezz €320,000. Ċemplu 99256740.

Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. AVVIŻI

Ftuħ ta’ drenaġġ BIL-power wash (bowser). Prezz minn €25. Ċemplu 99282014.

Niżbarazzaw – Furniture Transport – Lifting Services ALL Clearance and Transport jiżbarazzaw djar eċċ. mill-kontenut. Jiġbru kwalunkwe skart goff u żgħir anke tal-kostruzzjoni,

Klassifikati

innaddfu ġonna minn ħaxix u qtugħ ta’ siġar, tindif ta’ bjar, qlugħ ta’ madum tal-art u kmamar tal-banju. Nagħmlu trasport ta’ għamara u servizzi ta’ lifter u high-up. Ċemplu 79081719, 21433352 jew 99499619. www.allclearancemalta.com

Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Tiswijiet TA’ magni tal-ħjata. Għal service u tiswijiet fil-pront. Ċemplu 99422268 jew 21416705.

Toilet seats NAGĦMEL xogħol ta’ toilet seats ġodda li jkunu maqsumin jew li ma ssibux tixtru bħalhom, ta’ kull tip bilkuluri li jaqblu u kif tixtiquhom intom, għall-kamra tal-banju kompluti bil-fittings. Għal aktar informazzjoni ċemplu 21675053 jew 79675053.


Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Klassifikati JINĦTIEĠU

ieħor fuq il-vetturi skont ilbżonn. Għarfien aġġornat dwar teknoloġija fuq l-isprej u ttaħlit taż-żebgħa jkun meqjus bħala vantaġġ. Ċemplu lil Burmarrad Commercials għal appuntament immedjat fuq 99429020.

Jekk se ssuq?! Tixrobx

Sprayer MIN japplika għandu jkun kapaċi jisprejja kull tip ta’ vettura bl-ogħla standards, u jipprepara l-karozzi u tagħmir ieħor għall-ixkatlar u xogħol

45


Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Klassifikati

Jinħtieġ Sprayer Min japplika għandu jkun kapaċi jisprejja kull tip ta’ vettura blogħla standards u jipprepra l-karozzi u tagħmir ieħor għall-ixkatlar u xogħol ieħor fuq vetturi skont il-bżonn. Għarfien aġġornat dwar teknoloġija fuq l-isprej u taħlit taż-żebgħa jkun meqjus bħala vantaġġ. Ċemplu lil Burmarrad Commercials għal appuntament immedjat fuq 99429020.

45


46

SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. flUffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 79990757.

SANTA VENERA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u nofsinhar se jkun hemm uffiċjal biex jiltaqa’ miegħek fl-Uffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys, Santa Venera. Tista’ tikkuntattjana wkoll billi ċċempel 21441438 / 21441682 jew tibgħat e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt. ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634.

AVVIŻI SOĊJALI

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Avviżi PN

ROBERT ARRIGO. Il-Ħbieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw Pasta Lunch, Te u Tombla f’Villa Arrigo, in-Naxxar illum il-Ħadd 26 ta’ Ottubru. Prezz 8 ewro. Trasport jibda f’12pm. Għall-bookings ċemplu 23285000.

ROBERTA METSOLA. Il-Ħbieb ta’ Roberta Metsola se jorganizzaw Coffee Morning għall-kostitwenti ta’ mill-ewwel sas-sitt distrett elettorali, nhar it-Tlieta 28 ta’ Ottubru, filLukanda Vivaldi f’San Ġiljan. Prezz 7 ewro, bit-trasport provdut fit8:30am. Għall-bookings ċemplu 99240514. THERESE COMODINI CACHIA. Il-Ħbieb ta’ Therese Comodini Cachia se jorganizzaw Breakfast nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ottubru, fil-Lukanda Soreda, ilQawra. Prezz 10 ewro, bit-trasport provdut. Għall-bookings ċemplu 79425907.

IS-SIĠĠIEWI. Il-Kumitat Sezzjonali PN Siġġiewi se jorganizza diskussjoni politika malEwroparlamentari Therese Comodini Cachia bit-tema: LEdukazzjoni u l-Impjiegi għażŻgħażagħ nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ottubru fil-Każin tal-Partit fis-7pm.

JASON AZZOPARDI. Il-Ħbieb ta’ Jason Azzopardi se jorganizzaw Coffee Morning nhar il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, fir-Razzett l-Antik, f’Ħal Qormi. Prezz 6 ewro. Trasport fid-9am. Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 21666737 jew ċempel 99841333.

ROBERTA METSOLA. Il-Ħbieb ta’ Roberta Metsola se jorganizzaw Coffee Morning għall-kostitwenti ta’ mis-seba’ sat-tnax-il distrett elettorali, nhar il-Ħamis 30 ta’ Ottubru, fil-Lukanda Vivaldi f’San Ġiljan. Prezz 7 ewro, bit-trasport provdut fit-8:30am. Għall-bookings ċemplu 99240514.

EDWIN VASSALLO. Il-Ħbieb ta’ Edwin Vassallo se jorganizzaw Coffee Morning nhar il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru f’St. Martin’s Bar and Restaurant, il-Baħrija. Prezz 7 ewro bit-trasport inkluż. Għal aktar

informazzjoni jew għat-trasport ċemplu 21433869.

ĊENSU GALEA u GRAZIELLA GALEA. Il-Ħbieb ta’ Ċensu Galea u Graziella Galea se jorganizzaw Buffet Dinner, nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru, fil-lukanda Seabank, lGħadira. Prezz 23 ewro li jinkludi buffett dinner, soft drinks, birra u nbid. Tfal sa 12-il sena 12-il ewro. Ibbukkja fuq 99470538 / 99423149 jew fuq censugraziella@gmail.com.

IN-NAXXAR. Il-Kumitat Sezzjonali PN Naxxar se jorganizzaw Pasta Night fis-sala talkażin, nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru fit-8:30pm. Prezz 10 ewro. Biljetti mill-każin jew billi ċċemplu 79603401.

IS-SIĠĠIEWI. Il-Kumitat Sezzjonali PN Siġġiewi se jorganizza ikla fil-Każin tal-Partit, fil-Pjazza tas-Siġġiewi b’risq ilproġett tal-binja tal-Każin nhar ilĠimgħa 31 ta’ Ottubru fis-7pm. Prezz 10 ewro. Għal aktar dettalji ċemplu 79461207.

TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw diskussjoni

politika bit-tema Semma’ Leħnek...dwar it-Traffiku nhar itTnejn 3 ta’ Novembru fil-Każin talPartit Nazzjonalista fiż-Żurrieq fis7pm. Kulħadd mistieden jattendi.

CLYDE PULI. Il-Ħbieb ta’ Clyde Puli se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta, 4 ta’ Novembru firRazzett l-Antik, Ħal Qormi. Prezz 6 ewro. Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 21490643 jew 99579389.

TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw diskussjoni politika bit-tema Semma’ Leħnek...dwar it-Traffiku nhar itTlieta 4 ta’ Novembru fil-Każin talPartit Nazzjonalista f’M’Xlokk fis7pm. Kulħadd mistieden jattendi. ANTOINE BORG. Il-Ħbieb ta’ Antoine se jorgaizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa 5 ta’ Novembru fid-9am, fil-Lukanda Alexandra, f’San Ġiljan. Bookings billi ċċemplu 79092845 jew mingħand il-helpers tas-soltu.

BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza Konferenza Politika fil-Każin talPartit nhar il-Ħadd, 9 ta’ Novembru fl-10:30am. Jitkellmu Charlot Cassar, kandidat għall-elezzjoni ġenerali, id-deputati Toni Bezzina u Stephen Spiteri kif ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għallAffarijiet tal-Parlament Mario de Marco. Kulħadd mistieden jattendi.

TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw diskussjoni politika bit-tema Semma’ Leħnek...dwar it-Traffiku nhar itTnejn 10 ta’ Novembru fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fl-Imqabba fis-7pm. Kulħadd mistieden jattendi.

MARIO DE MARCO. Il-Ħbieb ta’ Mario de Marco se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta, 11 ta’ Novembru fit-8:30am fl-Imperial Hotel, Tas-Sliema. Tluq bil-privates mill-postijiet tas-soltu. Biljetti 6 ewro. Għall-biljetti ċemplu 21247049 / 99450902 / 21223911.

TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru f’Ferretti Restaurant, Birżebbuġa. Prezz 5 ewro inkluż ittrasport. L-attività tibda fid-9:30am. Trasport jitlaq fid-8:45am.

DAVID CASA. Il-Ħbieb ta’ David Casa se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta 18 ta’ Novembru filBuskett Roadhouse, ir-Rabat fid9:30am. Prezz 6 ewro u trasport provdut. Għall-biljetti ċemplu 25965316.


Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Teatru

Edizzjoni differenti ta’ ‘Kantanapoli’ fit-teatru tal-Istitut Kattoliku

Il-Valletta Dramatic Company se jippreżentaw edizzjoni oħra ta’ Kantanapoli nhar il-Ħadd 9 ta’ Novembru fit-teatru talIstitut Kattoliku, il-Furjana fis-6.30 p.m. Id-

direzzjoni artistika ta’ dan il-kunċert, li se jkun qed joffri tliet sigħat ta’ mużika millaqwa, hi ta’ George Micallef. Għal din l-edizzjoni l-Valletta Dramatic

Company ħasbet li twassal edizzjoni differenti li qed tissemma Kantanapoli: Encore fejn jitwasslu uħud mill-aħjar siltiet mużikali li Kantanapoli wassal fis-snin li għaddew.

47

Il-booking hu miftuħ u tistgħu ċċemplu 21234555 jew 99429447 għal aktar informazzjoni jew b’imejl fuq biljetti2012@gmail.com


48

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Sport

Il-jockey Kieren Fallon għall-Istati Uniti TROTT U GALOPP

Kenneth Vella

Is-sitt darbiet Champion jockey tarRenju Unit, l-Irlandiż Kieren Fallon ħabbar li fil-jiem li ġejjin se jħalli l-Ingilterra u jmur ikompli jaħdem bħala jockey professjonali fl-Istati Uniti. Fallon, li għandu 49 sena, żied jgħid li qed jippjana li din ixXitwa jmur jgħix għal kollox f’California, bit-tama li jżid in-numru ta’ suċċessi. F’Mejju fil-korsa ta’ Newmarket, Fallon kien anki rebaħ il-famuża 2000 Guineas permezz ta’ Night Of Thunder. Il-jockey Irlandiż stqarr ukoll li flaħħar ġimgħat kien anki ħaseb li jirtira iżda issa ddeċieda li jidħol għal sfida ġdida fl-Istati Uniti. Hu ddeskriva California bħala belt sabiħa li tista’ ttih stimolu ġid u fuq kollox tgħinu jinsa xi ftit id-diżappunti li kellu fit-tieni fażi tal-istaġun fl-Ingilterra. Hu rringrazzja wkoll lit-trainer mill-Emirati Għarab Magħquda u tal-istalel Godolphin Saeed Bin Suroor li fl-aħħar ġimgħat wera fiduċja fih billi fdalu xi żwiemel xi jsuq f’tiġrijiet ewlenin.

Il-jockey Irlandiż Kieren Fallon li issa mistenni jkompli bil-karriera tiegħu fl-Istati Uniti

Tmut wara waqgħa Fl-Awstralja tħabbret il-mewt taljockey Carly Mae Pye wara ksur u ġrieħi gravi li ġarrbet wara waqgħa li kellha fiċ-ċentru tat-taħriġ ta’ Rockhampton Callaghan Park. Pye, ta’ 26 sena, kienet qed tagħmel eżerċizzju ta’ bidu uffiċjali ta’ tiġrija minn gaġġa tat-tluq, iżda waqgħet u sofriet ġrieħi gravi wara li ż-żiemel li kienet fuqu waqa’ u kiser saqajh. Aktar tard iżżiemel ukoll kellu jitraqqad. Darren Condon, iċ-Chief Executive taċ-ċentru Racing Queensland iddeskriva lil Pye, li fil-passat kellha wkoll suċċess fl-isport ta’ dressage, bħala persuna ħabrieka b’karattru sinċier.

Encke jkollu jitraqqad Encke, propjetà tal-istalel Godolphin u r-rebbieħ tal-edizzjoni 2012 tat-tiġrija St Leger, kellu jitraqqad wara li sofra

Jispikkaw is-semifinali Gold Iż-żiemel popolari Encke li kellu jitraqqad wara li weġġa’ waqt sessjoni ta’ taħriġ

LOKALI

Fil-korsa tal-Marsa llum wara nofsinhar ikunu magħrufa l-għaxar żwiemel finalisti tal-kampjonat Johnnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold. Dan wara li jsiru ż-żewġ semifinali fuq distanza qasira ta’ 2140m u li se jagħmlu parti mill-34 laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott ukoll fuq distanza qasira. Minn kull semifinali Gold ħames żwiemel jikkwalifikaw għall-finali. Lewwel semifinali se tkun il-ħames waħda tal-programm u tibda fit3.10pm. Wara l-karozza tat-tluq se nsibu lil Panda Des Fleches, Pepito Flash, P.A. Surprise, Sigurd Speed, Veiko Hornline, Mission Di Poggio, Orion Du Vaumicel, Carnegie Hall, Pro Shop u Markus Klipp. Din għandha tkun semifinali ferm bilanċjata speċjalment għax se tlaqqa’ flimkien tliet

żwiemel li ġejjin minn suċċess fil-fażi tal-heats. Dawn huma Markus Klipp (Tyler Mifsud), Carnegie Hall (Darren Mizzi) u Pepito Flash (Michael Ellul). Min-naha l-oħra t-tieni semi finali tkun is-seba’ tiġrija u tibda fl-4pm. Anki f’din it-tiġrija se jipparteċipaw għaxar żwiemel li huma Oscar Mati, Magic De Assigny, Quirio Charm, Quito De Femisson, Obelix Molgard, Reader JYL, Wies Buitenzorg, New Star D.K., Argus Hanover u Sirocco De Digeon. Misjuq minn Salvu Vella d-Daniż Obelix Molgard jibda fost il-favoriti li jieħu t-tieni rebħa tas-sena minn New Star D.K. (Noel Baldacchino) u Oscar Mati (Rodney Gatt). Il-kumplament tat-tiġrijiet se jkunu riservati għal żwiemel tal-klassi Gold, Silver, Bronze u Copper, bl-ewwel tiġrija tal-klassi Copper tibda fis-1.30pm.

Tbassir I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. Win – Oscardo Du Val. Place – Nevada Sun, Nox Blue. II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Neo De Mira. Place – Missionimpossible, Reve Du Solnan. III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. Win – Notice As. Place – Otas Fighter, Orio De Marancourt. IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Pacha De Sassy. Place – Quaid Tejy, Zizazimoko. V Tiġrija. Semi Finali Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. Win – Markus Klipp. Place – Pepito Flash, Carnegie Hall. VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – New Style. Place – Paolin De Bannes, Mind Your Head. VII Tiġrija. Semi Finali Tazza

ksur gravi f’waħda minn saqajh. Issena li għaddiet dan iż-żiemel kien sospiż sitt xhur mill-ġiri wara li t-trainer tiegħu, Mahmood Al Zarooni kien instab ħati ta’ abbuż ta’ drogi projbiti. Charlie Appleby, li ħa post Al Zarooni bħala trainer tal-istalel propjetà taxSheikh ta’ Dubai Mohammed Al Maktoum, ikkummenta li hu u sħabu kienu dispjaċuti u maħsuda bil-mewt ta’ Encke. Dan iż-żiemel jibqa’ mfakkar bħala dak li ċaħħad lill-istabbilit Camelot milli jirbaħ it-Triple Crown Ingliża meta għelbu fit-tiġrija St Leger fil-korsa ta’ Doncaster. Encke, ta’ ħames snin, kien irritorna għall-ġiri aktar kmieni din is-sena wara li għaddietlu wkoll is-sospensjoni. Iżda dan laħħar weġġa’ serjament waqt sessjoni ta’ taħriġ li wassal għal ċertu kumplikazzjonijiet u infezzjoni tant li kellu jitraqqad.

Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. Win – Obelix Molgard. Place – New Style D.K., Oscar Mati. VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. Win – Quoly. Place – Quid Pierre, Quome D’Avignere.

Laqgħa oħra f’Għawdex Illum wara nofsinhar il-Gozo Horse Racing Association se torganizza programm ta’ tiġrijiet fil-korsa ta’ Xħajma bit-tema Gozo Sprinter Masters. Illaqgħa se tinkludi fost kompetizzjoni fuq distanza ta’ mil bil-finali ssir illum stess. Il-kumplament tat-tiġrijiet tattrott tal-lum se jkunu fuq distanza twila ta’ 2640m filwaqt li l-laqgħa se tinkludi wkoll tiġrijiet għal ponijiet shetland u ponijiet oħra ta’ diversi razez. L-ewwel tiġrija tal-lum ukoll se tibda għal ħabta tas-1.30pm.


49

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Sport

Il-Marussia u l-Caterham mhux se jikkompetu fl-Istati Uniti FORMULA 1

Il-Kap tal-Formula 1 Bernie Ecclestone żvela li t-timijiet talMarussia u tal-Caterham mhux se jieħdu sehem fil-GP talIstati Uniti li se jsir fit-2 ta’ Novembru. Il-Caterham fallew u ingħataw permess biex ma jikkompetux ukoll fil-Grand Prix tal-Brażil filwaqt li l-Marussia għandhom diffikultajiet finanzjarji kbar. Ta min jiftakar li bħalissa s-sewwieq talMarussia għandhom lis-sewwieq Jules Binachi li qed jirkupra minn injury serja f’rasu, injury li sofra f’inċident li kellu waqt il-Grand Prix tal-Ġappun li sar fil-5 ta’ Ottubru. Rapporti qed isostnu li l-Marussia se jitilfu wkoll il-Gp tal-Brażil, il-GP ta’ qabel tal-aħħar dan l-istaġun. Din l-aħbar tfisser li fl-Istati Uniti se jkunu qed jieħdu sehem biss disa’ timijiet u 18-il karozza. Riċentament, waqt ilGrand Prix tar-Russja l-Marussia ħadu sehem b’karozza waħda bħala rispett lejn Bianchi. Is-sewwieq riserva tal-Marussia, lAmerikan Alexander Rossi mhux se jkun qed jieħu sehem quddiem il-pubbliku tiegħu stess. Bonus kbir għall-ħaddiema tal-Mercedes Rapporti fil-ġurnali Ingliżi qed jgħidu li s-700 ħaddiem talMercedes, inklużi ż-żewġ sewwieqa Lewis Hamilton u Nico Rosberg se jirċievu madwar 10,000 lira sterlina kull wieħed wara li t-tim rebaħ it-titlu tal-kostrutturi. B’kollox it-tim se jirċievi s-somma ta’ 40 miljun lira sterlina. It-titlu intrebaħ fl-aħħar Grand Prix, dak tar-Russja meta Hamilton rebaħ it-tellieqa u Rosberg daħal it-tieni. Bil-565 punt li ġabu l-Mercedes dawn rebħu t-titlu tal-kostrutturi għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Dan l-istaġun kienu disa’ d-drabi li ż-żewġ sewwieqa spiċċaw fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet u minn 16-il Grand Prix, 13 minnhom intrebħu minn Hamilton jew Rosberg. La darba t-titlu hu deċiż, issa lattenzjoni hi kollha fuq min se jirbaħ it-titlu mondjali bejn Hamilton u Rosberg. Hamilton għandu 291 punt filwaqt li Rosberg għandu 274 u għal tmiem il-kampjonat fadal tliet Grand Prix. Il-GP li jmiss hu dak tal-Istati Uniti u se jsir fit-2 ta’ Novembru.

Michael se jitlaq lill-McLaren Sam Michael ħabbar li fi tmiem l-istaġun se jirreżenja millkariga ta’ Direttur Sportiv tal-McLaren. Michael ilu 21 sena jaħdem fil-Formula 1 fejn tul il-karriera tiegħu kien ma’ diversi timijiet fosthom il-Lotus, Jordan u l-Williams. Michael kien ilu tliet snin jaħdem mal-McLaren.

Pole għal Marquez MOTOGP

Iċ-champion tal-Honda Marc Maqruez kiseb il-pole position għall-Grand Prix tal-Malasja hekk kif irreġistra l-aħjar dawra f’ħin rekord ta’ 1.59.791’. Il-Grand Prix ta’ llum se jkun l-aħħar wieħed dan l-istaġun. Marquez, li rebaħ it-titlu ftit tal-ġimgħat ilu se jibda millewwel post quddiem sieħbu Dani Pedrosa wkoll fuq Honda filwaqt li mit-tielet post se jibda Jorge Lorenzo talYamaha. Għal Marquez din kienet it-13-il darba dan listaġun li kiseb pole position. Din is-sena Marquez kiseb 11il rebħa.


50

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Sport

Is-Sibt filgħodu, f’Dar il-Mediterran, il-crew tal-jott Malti Artie ta’ Lee Satariano ġie ippreżentat bit-trofew tar-rebbieħ tal-35 edizzjoni tar-Rolex Middlesea Race. Bil-ħin ikkoreġut, Artie għamel id-distanza ta’ 608 mili nawtiċi f’erbat ijiem, 23 siegħa u seba’ minuti. Artie spiċċa quddiem Xp-Act Banks Sails Racing u Neo Bank Sails Racing li spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament fl-overall. Din hi t-tieni darba li Artie rebaħ dan l-unur wara li kien kiseb suċċess fl-2011.

Is-Serbja u l-Albanija se jappellaw mid-deċiżjoni tal-UEFA EURO 2016

L-FA tas-Serbja kif ukoll tal-Albaija ħabbru li t-tnejn li huma se jappellaw middeċiżjoni tal-UEFA wara linċidenti li seħħew fil-partita tal-14 ta’ Ottubru bejn iżżewġ timijiet f’Belgrade.

Nhar il-Ġimgħa l-UEFA ħabbret li s-Serbja ingħataw rebħa ta’ 3-0 fuq il-mejda wara li l-partita kontra lAlbanija, partita mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għallEuro 2016 ġiet abbandunata.

Fl-istess ħin il-UEFA naqqset tliet punti lill-istess Serbja u ordnat biex iż-żewġ partiti li jmiss jilagħbu f’darhom ikunu fi grawnd vojt. Il-logħba bejn is-Serbja u l-Albanija ġiet abbandunata

TENNIS

meta helikopter tar-remote control ixejjer bandiera talAlbanija għadda minn fuq ilgrawnd f’Belgrade u s-Serb Stefan Mitrovic ġebbed idu, laħaq il-bandiera u qattagħha. Kien hawn fejn

beda l-ġlied bejn il-plejers kif ukoll kien hemm partitarji li qabżu fil-grawnd biex jiġġieldu. Il-UEFA immultat liż-żewġ Federazzjonijiet is-somma ta’ €100,000.

Nadal jirtira mill Masters ta’ Pariġi It-tennista Spanjol Rafael Nadal mhux se jieħu sehem filMasters ta’ Pariġi minħabba ‘raġunijiet’ personali. Din laħbar tfisser li Nadal x’aktarx mhux se jieħu sehem fil-fażi finali tat-Tour tal-ATP ix-xahar li ġej. Minbarra Nadal, Marin Cilic, rebbieħ tal-US Open u Ernests Gulbis ukoll ħabbru li

mhux se jikkompetu f’Pariġi. It-tnejn li huma irtiraw minħabba injury u minflok dawn it-tliet tennisti se jieħdu sehem Pablo Andujar ta’ Spanja, Jerzy Janowicz talPolonja u Vasek Pospisil talKanada. Nadal, li qieged fit-tielet post f’dak li huma rankings mond-

Sport lokali għal-lum MFA Victor Tedesco Std – 3pm. BOV Premier. Valletta v Naxxar L., 5.15pm. BOV Premier. Sliema W v Balzan Centenary Std – 3pm. FA Trophy. Melita v Żejtun C., 5.15pm. FA Trophy. Msida SJ v Marsa Charles Abela Std – 3pm. FA Trophy. Qrendi v St Venera L., 5.15pm. FA Trophy. Mqabba v Senglea A. Gozo Std – 4pm. FA Trophy. SK Victoria W v Kirkop Utd Luxol Std – 3pm. FA Trophy. Fgura Utd v Nadur Y., 5.15pm. Pembroke A v Rabat A. Sirens Std – 3pm. FA Trophy. Mellieħa v Victoria H., 5.15pm. FA Trophy. Sirens v San Ġwann YFA Sirens Std – 9am. U15. St Andrew v Cottonera., 10.45am. U15. Valletta v St Venera Luxol Grd- 9am. U17. Sliema W v Kirkop., 10.45am. U17. Qormi v Dingli Żabbar Grd- 9am. U15. Pembroke v Mtarfa., 10.45am. U15. Rabat v Attard Rabat Std – 1pm. U15. Żabbar SP v Tarxien., 2.45pm. U15. Paola H v Luqa., 4.30pm. U15.

jali xorta waħda qed jikkompeti f’Basel matul din ilġimgħa. Ta min jiftakar li Nadal, ftit tal-ġimgħat ilu kien ħabbar li fi tmiem is-sena se jkun operat minħabba appendiċite. Matul is-sena Nadal kellu diversi problemi fiżiċi u tilef diversi turnaments minħabba injury fil-polz.

San Ġwann v Qormi Siġġiewi Grd – 1pm. U17. Mosta v Mqabba., 2.45pm. U17. Ħamrun v B’Kara., 4.30pm. U15. Floriana v Naxxar IASC Santa Lucia Grd – 8.30am. Mġarr F v Gżira Utd., 9.45am. Rovers Utd v Safi AFC., 11am. B’Kara SJ v Żurrieq W. HOCKEY Kordin – 9am. Challenge Cup. White Hart v Floriana YS., 11am. Rabat v Qormi. BASKETBALL Ta’ Qali – 11am. St James Hospital Shield. (N). Depiro v Hibs., 1pm. St James Hospital Shield (I). Virtus v Luxol., 2.45pm. St James Hospital Shield. (N). Luxol v Athleta., 4.30pm. . St James Hospital Shield (I). Depiro v Athleta WATERPOLO Tal-Qroqq - Malta International Waterpolo Cup. 10.30 a.m. Malta v Żvizzera SPARAR Bidnija – 10am. Kompetizzjoni Trap TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Marsa - 1.30pm. Semi finali tal-Kampjonati Johnnie Walker.


51

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Sport

Il-penalties jikkwalifikaw lill-Bormliżi FA TROPHY

ST.GEORGE’S …................. 2 ST.ANDREW’S .................... 2

St.George’s – C. Carbonaro, R. Tanti, R. Vella, A. Bonello, N. Oleuote Ojuola, Liam Mallia (A. Hales), E. Amaira, D. Zerafa, T. Caruana (G. Okechukwu), W. Ofeunyi, Larson Mallia (M. Tanti). St.Andrew’s – J. Galea, C. Cumbo, E. Grech (K. Nwoko), M. Ivanovic, J. Farrugia, J. Falzon (D. Camilleri), N. Vella Petroni (J. Walker), B. Said, E. Lattes, T. Grozev, M. Desira Buttigieg. Referee – Stefan Pace (St.George’s 5-4 bil-penalties)

Il-logħba bejn iż-żewġ timijiet talewwel diviżjoni, St.George’s u St. Andrew’s kellha tkun deċiża bil-penalties wara li ż-żewġ naħat baqgħu fi draw wara 120 minuta. Finalment kienu l-Bormliżi li kkwalifikaw wara serje ta’ seba’ penalties. St.Andrew’s ħarġu iktar aggressivi flewwel minuti u Lattes kellu xutt imur ftit għoli. Iżda fl-ewwel azzjoni tagħhom kienu St.George’s li marru filvantaġġ meta minn freekick ta’ Liam Mallia, kien NOAH OJOULA li antiċipa lil kulħadd u b’daqqa ta’ ras stupenda xeħet fix-xibka. Minuta wara il-Bormliżi għal ftit ma skurjawx it-tieni gowl meta Thomas Caruana rċieva ballun mid-difiża iżda waħdu quddiem il-goalkeeper Galea ixxuttja b’mod ċentrali biex falla ċans tad-deheb. St. Andrew’s ħadu kontroll tal-logħba

u bdew jippressaw lill-avversarji tagħhom fil-kaxxa u fil-25 minuta resqu verament viċin li jiksbu l-gowl taddraw b’daqqa ta’ ras stupenda ta’ Trayo Grozev u risposta brillanti ta’ Carbonaro li dawwar f’korner b’diffikulta. Fit-tieni taqsima kienu St.George’s li bdew tajjeb u fil-50 minuta resqu qrib b’azzjoni mibdija minn Liam Mallia li qassam lejn Larson Mallia li x-xutt tiegħu destinat għal ġewwa kien imblukkat mid-difensur Marko Ivanovic. St.Andrew’s kisbu l-gowl tad-draw fit-73 minuta meta Desira Buttigieg qassam ballun preċiż mix-xellug lejn TRAYO GROZEV li waħdu bir-ras mill-viċin xeħet il-ballun fix-xibka. Kif beda l-ħin barrani, fit-12-il minuta tal-ewwel taqsima taħwida fil-kaxxa ta’ St Andrew’s mitmuma b’xutt filbaxx ta’ Ojoula li mar ftit barra. Żewġ minuti wara St. Andrew’s imorru għallewwel darba fil-vantaġġ meta minn freekick ta’ Joseph Farrugia kien Grozev li kompla lejn MARKO IVANOVIC li minn tarf il-kaxxa venven xutt li spiċċa fir-rokna ta’ fuq taxxibka. Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima tal-ħin barrani, St George’s għamlu liskor indaqs meta GABRIEL OKECHUKWU għadda tajjeb fuq ixxellug u minn qagħda angolata għeleb lil Galea b’xutt fil-baxx. Waqt l-għoti tal-penalties kineu St

Il-logħba bejn St George’s u St Andrews kellha tiġi deċiża bil-penalties

George’s li rebħu 5-4.

Kollox seħħ fl-ewwel taqsima

ŻABBAR SP. ..................................... 2 ST.LUCIA .......................................... 1 Żabbar SP – J. Pisani, N. Zerafa, J. Vella, N. Filipov, S. Buhagiar, S. Diacono (K. Degiogio), D. Pace (C. Camilleri), D. Cutajar, J. Cesare (R. Cassar), R. Galea, C. Magro. St. Lucia – J. Vella, C. Pisani, J. Fenech, J. Galea, B. Chetcuti, A. Sciortino (O. Toutoungi), C. Farrugia (G. Desira), M. Farrugia, S. D’Amato (C. Bugeja), M. Sanussi, S. Lanzon. Referee – Daryl Agius Żabbar St Patrick avvanzaw għattielet rawnd tal-FA Trophy b’rebħa meritata fuq il-leaders tal-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni Santa Lucia bilgowls kollha jaslu fl-ewwel taqsima.

Żabbar dehru aħjar mill-avversarji flewwel mumenti tal-logħba u ħadu linizzjattiva f’idejhom, inizzjattiva li tat il-frott fis-26 minuta meta minn azzjoni ta’ korner id-difiża ta’ Santa Lucia ikklerjat qasir u JEAN CLAUDE CESARE b’xutt bid-dawra fil-baxx sab ix-xibka. Żabbar kabbru l-iksor sitt minuti wara meta wieħed mill-aħjar elemnti tagħhom NIKOLAY FILIPOV skorja b’daqqa ta’ ras. Il-logħba dehret mitmuma iżda Santa Lucia daħlu fil-logħba b’gowl ta’ MOHAMMED SANUSSI fis-36 minuta. Fit-tieni taqsima Żabbar ikkontrollaw tajjeb lill-avversarji tagħhom u kienu wkoll sfortunati li ma kabbrux l-iskor meta għal darba darbtejn laqtu l-lasta tal-avversarji.


52

Luis Suarez ta’ Barcelona (xellug) fi dwell għall-ballun ma’ Sergio Ramos ta’ Real

Real jirbħu l-‘El Clasico’ u jġibu fixxejn lil Barcelona

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

LA LIGA

Sport

Real Madrid wettqu rimonta f’darhom biex għelbu lir-rivali Barcelona bi skor ta’ 3-1. Għal Barcelona din kienet l-ewwel telfa li sofrew dan l-istaġun u issa l-vantaġġ tagħhom f’ras ilklassifika niżel għal biss punt fuq l-istess Real. Wara biss tliet minuti NEYMAR poġġa lil Barcelona filvantaġġ meta skurja b’xutt firrokna wara li kien irċieva mingħand Luis Suarez li beda mal-ewwel 11. Dan tal-aħħar kien qed jiddebutta ma’ Barcelona wara li skonta sospensjoni ta’ erba xhur talli waqt partita mit-Tazza tadDinja gidem lil Giorgio Chiellini tal-Italja. Fit-35 minuta l-Merengues ingħataw penalty meta d-difensur Gerard Pique deher imiss

il-ballun b’idu u mill-11-il metru s-solitu Cristiano RONALDO ma żbaljax biex għamel l-iskor 1-1. Fit-tieni taqsima Real ħarġu aggressivi u fil-50 minuta dawn marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ. Kien id-difensur PEPE li f’azzjoni ta’ corner, żmarka ruħu u b’daqqa ta’ ras poġġa lit-tim ta’ Ancelotti filvantaġġ. Bir-reazzjoni tal-Katalani ma tasalx, Real għamluhom tlieta. Minn azzjoni ta’ corner, Barcelona tilfu l-pussess u f’kontra attakk ta’ Real Ronaldo għadda l-ballun lejn Rodriguez li qassam lejn BENZEMA li ma żbaljax biex għamel l-iskor finali dak ta’ 31. Ta min jinnota li t-tliet gowls li qalgħu l-bieraħ kontra

Real, kienu l-ewwel gowls li sofrew fil-kampjonat wara li kienu sofrew biss gowls kontra Ajax fiċ-Champions League.

Roma u Sampdoria kienu involuti fi draw kumbattut, 00, fi Stadio Marassi, bilGiallorossi issa jilħqu lil Juventus f'ras is-Serie A b'19 il-punt – u bil-Bianconeri jkunu impenjati illum ma' Palermo fil-Juventus Stadium. Intant il-Blucerchiati ikkonfermaw il-mument pożittiv tagħhom meta jinsabu t-tielet, tliet punti biss wara l-istess Roma u Juventus u fejn għadhom ma sofrewx telfa millbidu tal-istaġun. Roma, li din il-ġimgħa kienu umiljati f'darhom minn Bayern Munich fiċ-Champions League, ħarġu jfittxu gowl kmieni u marru qrib darbtejn minn Gervinho li sab lillgowlkiper Sergio Romero attent biex jimblokka ż-żewġ tentattivi. Il-Giallorossi kellhom ħafna

pussess iżda Sampdoria kienu perikolużi diversi drabi u fittieni taqsima kellhom 'gowl' ta' Manolo Gabbiadini imħassar għal offside. Il-logħba baqgħet pjaċevoli, bi Stefano Okaka jfalli bi ftit għal Sampdoria u b'Roma jwieġbu minn Davide Astore li ra d-daqqa ta' ras tiegħu salvata minn Romero. Fl-aħħar ħinijiet, Alessandro Florenzi seta' kiseb it-tliet punti għal Roma iżda Romero millġdid kien attent biex ibiegħed il-periklu. Intant, kompla l-istaġun diżastruż ta' Parma li tilfu f'darhom 1-3 kontra Sassuolo biex baqgħu ankrati fl-aħħar post tas-Serie A, bi tliet punti biss minn tmien logħbiet. Sassuolo niżlu determinati fit-Tardini fejn fetħu vantaġġ 2-0 wara 23 minuta, minn Sergio Floccari u Francesco

Acerbi. Fit-tieni taqsima, inNeroverdi għamluhom tlieta minn Saphir Taider, b'Antonio Cassano jiskorja konsolazzjoni għal Parma fit-78 minuta. Cagliari kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 barra minn darhom fuq Empoli b’gowls ta’Sau, Avelar (doppjetta) u Ekdal.

Illum MFA BOV Premier Pieta H v Żebbuġ R 1-0 Hibernians v B’Kara 1-0 Qormi v Tarxien R 1-0 Floriana v Mosta 3-2 FA Trophy St George’s v St Andrews 2-2 (St.George’s 5-4 bil-penalties) Żabbar SP v Santa Lucia 2-1 Dingli S v Żurrieq 2-1

(fil-ħin barrani) Mtarfa v Gudja Utd 0-4 Għargħur v St Laurence 2-1 Gżira Utd v Għaxaq 8-0 Lija A v Oratory Y 7-0 Birzebbuga v Kerċem A 3-2 (fil-ħin barrani) HANDBALL Sayitmalta v Kavallieri 22-32 Luxol v Swieqi P 21-26 La Salle R v Aloysians 23-24 SWAN

Riżultati Almeria v A. Bilbao 0-1 R. Madrid v Barcelona 3-1 Valencia v Elche 3-1 Illum Malaga v R.Vallecano Espanyol v D. La Coruna Sevilla v Villarreal Getafe v A.Madrid Bundesliga Augsburg v Freiburg 2-0 Dortmund v Hannover 0-1 E. Frankfurt v Stuttgart 4-5 H. Berlin v Hamburg 3-0 Hoffenheim v Paderborn1-0 Leverkusen v Schalke 1-0 Illum Wolfsburg v Mainz 05

Roma miżmuma SERIE A

Riżultati Serie A Empoli v Cagliari Parma v Sassuolo Sampdoria v Roma Serie B Avellino v V.Lanciano Catania v Vicenza Crotone v Cittadella Entella v Frosinone Latina v Brescia Livorno v Spezia Pescara v Carpi Pro Vercelli v Perugia Varese v Bari

Riżultati lokali

0-4 1-3 0-0

1-1 3-1 2-2 1-0 1-1 0-1 0-5 0-0 2-1

I Div Senglea G v Għargħur B 1-0 Ta’ Ġiorni W v Mrieħel 1-2 Lija-Iklin v Cospicua D 4-2 Valletta SP v Dingli E. 2-0 II Div Marsa SM v Tarxien 1-0 San Ġwann K v Baħrija 3-0 BASKETBALL II Div Phoenix v Starlites 70-53 Mellieħa v Hibs 62-75


Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Sport

Żelqa minn Man City f'Upton Park FUTBOL INGLIŻ

L-ambizzjonijiet ta' Manchester City li jiddefendu t-titlu ta' Champions ħadu daqqa ta' ħarta wara li, ilbieraħ, tilfu 2-1 f'Upton Park kontra West Ham United. B'hekk, is-Citizens niżlu fittielet post tal-Premiership, ħames punti taħt il-liders Chelsea, li llum huma impenjati ma' Manchester United f'Old Trafford, għall-aktar logħba mistennija tal-programm. It-telfa anki tfisser ittieni diżappunt għal Man City f'ħamest ijiem wara ddraw sorpriża ma' CSKA Moscow fiċ-Champions League li ħalliethom jistennew l-ewwel rebħa f'dik ilkompetizzjoni. West Ham qed juru logħob tajjeb taħt il-gwida ta' Sam Allardyce u marru fil-vantaġġ kontra City wara biss 20 minuta, meta Morgan Amalfitano skorja mill-viċin fuq issuġġeriment ta' Enner Valencia. Sergio Aguero u Yaya Toure it-tnejn laqtu l-lasta għal City qabel Diafra Sakho reġa' sab ix-xibka għall-Hammers, blunika tweġiba tas-Citizens tasal minn David Silva, żewġ minuti wara. Il-Hammers, b’hekk, jinsabu r-raba' fil-klassifika wara li rebħu l-aħħar tliet impenji fil-kampjonat. Southampton komplew jissorprendu u jinsabu t-tieni filPremiership wara rebħa diffiċli, 1-0, fuq Stoke City f'St Mary's Stadium. Is-Saints għadhom bla telfa f'darhom mill-bidu tal-league, iżda l-Potters tawhom sfida denja, anki jekk l-aħħar rebħa tagħhom għand l-avversarji tas-South Coast tmur lura

għall-1980. Il-gowl li ddeċieda l-konfront skurjah Sadio Mane, fl-ewwel taqsima b'dan ikun anki l-ewwel gowl għasSenegaliż fil-Premier Ingliż. Arsenal għelbu lil Sunderland 2-0 f'The Stadium of Light u li jfisser li l-Black Cats issa qalgħu 10 gowls fl-aħħar żewġ impenji. Alexis Sanchez sfrutta backpass ħażin ta' Wes Brown biex żblokka r-riżultat u wara lmistrieħ, il-gowlkiper ta' Sunderland, Vito Mannone, irregala gowl lill-eks-klabb tiegħu meta wettaq żball fuq backpass ieħor u b'Sanchez, mill-ġdid, ma jaħfirx. Sadanittant, Mario Balotelli kellu ħarġa deludenti oħra għal Liverpool li kellhom jikkuntentaw bi draw, 0-0, ma' Hull City f'Anfield Road. Balotelli, li għadu jistenna l-ewwel gowl fil-kampjonat, kellu ċans kbir li jsir l-eroj, iżda falla banalment minn taħt il-lasta fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima u wara li spiċċa waħdu quddiem il-gowlkiper, Eldin Jakupovic. Aktar qabel, Dejan Lovren kellu ballun maqlugħ minn fuq il-linja għal Liverpool, b’Hull ífallu l-bersall minn Jake Livermore u Tom Huddlestone. Il-logħba f'The Hawthorns bejn West Bromwich Albion u Crystal Palace żvolġiet f'waħda eċċitanti, bl-Eagles jissorprendu meta, fl-ewwel taqsima, fetħu vantaġġ doppju minn Brede Hangeland u Mile Jedinak (minn penalty). Iżda, il-Baggies ma qatgħux qalbhom u fit-tieni taqsima, is-sostitut Victor Anichebe naqqas id-distakk fuq il-cross ta' Chris Brunt. Imbagħad

West Ham Utd v Man City 2-1: Il-midfielder tal-Hammers, Alex Song (fin-nofs), waqt azzjoni fuq il-lasta ta' City, difiża minn Gael Clichy u l-gowlkiper, Joe Hart (ritratt: EPA)

kien imiss lil Saido Berahino li jsalva punt drammatiku għal West Brom meta għeleb lillgowlkiper sostitut, Wayne Hennessey, mill-ħdax il-metru għall-penalty li ngħata għal fowl fil-kaxxa fuq Anichebe. Swansea City irritornaw għar-rebħ fil-Liberty Stadium kontra Leicester City, 2-0, blattakkant Wilfried Bony jiddeċiedi r-riżultat b'żewġ gowls, wieħed f'kull taqsima.

Jitkeċċa Milanic Leeds United, li jinsabu fit18 il-post ta' The Championship, keċċew lillmanager, Darko Milanic, wara t-telfa kontra Wolves, 1-2, f'Elland Road. Milanic kien ilu fit-tmun ta' Leeds għal sitt logħbiet biss u l-klabb iddeċieda li jerġa' jafda t-tim f'idejn Neil Redfearn, li mistenni jibda għada fil-kariga proviżorja.

Neill isejjaħ l-iskwadra RUGBY

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tar-Rugby Damian Neill ħabbar l-iskwdra finali għal partit importanti ta’ nhar is-Sibt li ġej f’Kordin kontra lKroazja. Din se tkun logħba minn Diviżjoni 2A tal-talKampjonati Ewoprej. Minn għada t-tim Malti se jibda jitħarreġ bi tħejjija għal din illogħba fil-Marsa. Bla dubju din se tkun logħba diffiċli kontra tim li żgur se jkun irid ipatti għat-telfa li sofra kontra Malta fl-aħħar darba li dawn it-tnejn iltaqgħu kontra xulxin. L-iskwadra finali hi:

Daniel Apsee (Bridgend Athletic), Rhodri Apsee (Bridgend Athletic), Jack Basher (Gosport and Fareham), Rodrick Borg (Swieqi Overseas), Aaron Borg (Falcons) Ryan Borg (Falcons), Calvin Briffa (Sliema Stompers), Dominic Busuttil (Barry), Clayton Cassar (Swieqi Overseas) , Dragan Cerketa (Sliema Stompers), Marvin Cordle (Bridgend Athletic), Joseph Cutajar (Kavallieri), Mark Davey (Tunbridge Wells RFC), Thomas Davey (Bromley/University of South Wales), Luke Debattista (Sliema

53

Stompers), Darren Deguara (Bridgend Athletic), Kaine Dimech (Medway), John Ellul (Sliema Stompers), Julian Galea (Falcons), Daniel Holliday (Sliema Stompers), Rob Holloway (Sedgley Park) Thomas Holloway (Waterloo), James Kirk (Hull RUFC), Kyle Mason (RoyalNavy), James Morris (Rhiwbina RFC), James O’Brien (Waterloo), Toby Quarendon (Stade Montois), Christian Schranz (Sliema Stompers), Vince Stivala (Swieqi Overseas) u Luke Watts (Morley RFC).

Riżultati u klassifiki

Premiership Ingliż West Ham v Man City Liverpool v Hull Southampton v Stoke Sunderland v Arsenal West Brom v C.Palace Swansea v Leicester Illum Burnley V Everton Tottenham v Newcastle Man Utd v Chelsea Għada QPR V Aston Villa Kif Jinsabu

L Chelsea 8 Southampton 9 Man City 9 West Ham 9 Arsenal 9 Swansea 9 Liverpool 9 Man United 8 Hull City 9 Tottenham 8 Stoke 9 West Brom 9 Aston Villa 8 Everton 8 C.l Palace 9 Leicester 9 Sunderland 9 Newcastle 8 Burnley 8 QPR 8

R 7 6 5 5 3 4 4 3 2 3 3 2 3 2 2 2 1 1 0 1

D 1 1 2 1 5 2 2 3 5 2 2 4 1 3 3 3 5 4 4 1

T 0 2 2 3 1 3 3 2 2 3 4 3 4 3 4 4 3 3 4 6

2-1 0-0 1-0 0-2 2-2 2-0

(14.30) (14.30) (17.00)

(21.00) F 23 20 19 17 15 13 13 15 13 10 8 12 4 16 13 11 8 8 4 6

K 8 5 10 12 11 10 12 12 13 11 10 13 12 16 16 15 17 14 13 18

League One Barnsley v Bristol C Coventry v Peterboro Crewe v Sheff Utd Doncaster v MK Dons Gillingham v Crawley Oldham v Bradford Port Vale v Leyton O Preston v Fleetwood Scunthorpe v Notts Co Swindon v Colchester Walsall v Chesterfield Yeovil v Rochdale League Two

AFC Wimbledon v Tranmere Cambridge v Hartlepool Carlisle v Oxford U Luton v Northampton Newport v Accrington Plymouth v Cheltenham Shrewsbury v Portsmouth Southend v Bury Stevenage v Burton Wycombe v Dag & Red York v Mansfield

Pt 22 19 17 16 14 14 14 12 11 11 11 10 10 9 9 9 8 7 4 4

2-2 3-2 0-1 0-0 1-1 2-1 3-0 3-2 0-1 2-2 1-0 0-3 2-2 2-1 2-1 1-0 1-1 3-0 2-1 1-1 1-0 1-1 1-1

The Championship Millwall v Cardiff Birmingham v B’mouth Bolton v Brentford Brighton v Rotherham Derby v Wigan Ipswich v Huddersfield Leeds v Wolves M'boro v Watford Nottm Forest v Blackburn Reading v Blackpool Sheff Wed v Norwich Kif Jinsabu

Derby Co. Watford Wolves Bournemouth M’’brough Norwich Nottingham Blackburn Charlton Ipswich Cardiff C Sheffield W Brentford Reading Millwall Rotherham Huddersfield Leeds Utd Wigan Fulham Brighton Bolton Birmingham Blackpool

L 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14

R 7 7 7 7 7 6 5 6 5 5 5 4 5 5 4 4 4 4 3 4 2 3 2 1

D 5 5 5 3 3 5 7 4 7 6 4 7 4 3 5 5 5 4 6 2 7 2 5 3

T 2 2 2 4 4 3 2 4 2 3 5 3 5 6 5 5 5 6 5 8 5 9 7 10

Premiership Skoċċiż Dundee v Hamilton Inverness v Dundee U Partick v St Johnstone St Mirren v Ross Co Illum Celtic V Kilmarnock

1-0 0-8 3-1 1-1 1-2 2-2 1-2 1-1 1-3 3-0 0-0

F K 24 12 26 15 21 15 28 14 19 12 22 12 23 16 21 20 16 15 20 16 18 17 11 11 16 19 18 23 14 16 15 18 19 25 14 18 14 15 19 25 13 16 13 24 12 28 8 22

Championship Skoċċiż Dumbarton v Rangers Falkirk v Cowdenbeath Livingston v Queen of Sth Raith v Alloa Illum Hibernian v Hearts I Div Ayr v Brechin Dunfermline v Morton Forfar v Stranraer Stenhousemuir v Peterhead Stirling v Airdrie II Div Albion v Berwick 2-1 Annan v East Stirling Clyde v Elgin 2-1 Montrose v Arbroath Queen's Park v East Fife

Pt 26 26 26 24 24 23 22 22 22 21 19 19 19 18 17 17 17 16 15 14 13 11 11 6

2-0 1-0 0-0 2-2

0-3 6-0 2-2 1-1 0-2 1-2 1-1 1-2 2-2

4-3

1-5 3-0


54

Floriana jwettqu rimonta u jegħlbu lil Mosta

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Sport

KAMPJONAT BOV PREMIER

Roderick Vella FLORIANA……………...............…. 3 MOSTA………………….........…...... 2 FLORIANA: V.Senatore, A.Scicluna, R.Aguiar, D.Cobo, S.Pisani, C.Borg, V.Plut, C.Borg, A.Samb, B.Farrugia, N.Spiteri. Sost: 36min Piciollo flok Aguiar. MOSTA: O.Borg, T.Farrugia, M.Micallef, K.Magro, R.Ekani, A.Borg, K.Frendo, P.Calcado, B.Kaljevic, N.Milovanovic, S.Jovanovic. Sost: 58min R.Grech flok K.Magro, 62min Bueno flok Jovanovic, 82min K.Zammit flok K.Frendo. Imwissija: Aguiar, Samb, Piciollo (F) K.Magro, Calcado, K.Frendo, O.Borg (M) Tkeċċa: 72min R.Grech Skurjaw: 20min Jovanovic, 33min Micallef (M), 47min, 52min Plut (F) 73min Farrugia (F) Referee: Marco Borg il-mument plejer tal-logħba - V.Plut (F)

F’partita b’żewġt uċuh, Floriana rritornaw għar-rebħ meta fit-tieni taqsima dawru telfa f’rebħa biex taw ir-raba’ telfa konsekuttiva lill-Mosta. Kien tid-

her li ġejja rebħa faċli għall-Blues wara vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima, imma wara l-mistrieh, Floriana kien tim ieħor. L-ewwel azzjoni mal-kwarta logħob ġiet minn freekick inżidjuż ta’ Calcado devjat f’korner. Fl-20 minuta Mosta fetħu l-iskor. Minn freekick ieħor ta’ Calcado, laqat bir-ras JOVANOVIC li tefa’ fix-xibka. Floriana ippruvaw irreazzjoni immedjata, minuta wara, b’daqqa taż-żgħażugħ Conor Borg li llum beda mil-bidu l-partita, imma ma sabx il-lasta. Fit-33 minuta Mosta rduppjaw. Ekani qassam lil MICALLEF li quddiem Senatore ma żbaljax għallgowl tal-eks. Minuta qabel l-intervall Mosta kellhom azzjoni oħra b’daqqa ta’ ras ta’ Frendo li fil-baxx salva Senatore. Il-kowċ Tedesco daħħal lil Piciollo biex Floriana pruvaw ikunu iżjed perikolużi fl-attakk u l-mossa ħalliet il-frott għax kien proprju s-sostitut Taljan żewġ minuti biss wara l-mistrieħ li qassam lil Vito PLUT li bir-ras mill-viċin skurja u reġa daħħal lill-Greens fil-partita. Floriana dehru tim mibdul. Għaddew ftit minuti u fit-52 minuta ġabu l-gowl tad-dro. Reġa kien Piciollo li qassam lil PLUT li wara azzjoni personali bi dribbling qabeż anki l-gowlkiper Borg u kkonkluda fix-xibka. Il-partita ġiet waħda sabiħa u setgħet marret fuq iżżewġ naħat.

Mosta sofrew ir-raba’ telfa konsekuttiva meta tilfu 3-2 kontra Floriana

Fl-64 minuta Piciollo prova x-xutt minn tarf il-kaxxa li għadda għoli, waqt li minuta wara prova Kaljevic, b’Senatore li salvalu b’diffikulta. Ilkowċ Mosti Piccioni daħħal jilgħab lil Bueno fl-attakk u mill-ewwel kien perikoluż meta daqqa ta’ ras tiegħu ħabtet mal-lasta. Ir-rimonta Furjaniża ġiet kompletata ftit wara. Fit-72minuta Mosta spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers

It-tielet rebħa konsekuttiva għal Qormi

QORMI………….........................…1 TARXIEN R…….........................…0 QORMI: M.Farrugia, J.Bondin, M.Mazzetti, S.Agius, D.Pisani, A.Santos, J.Chetcuti, Z.Levnaic, B.Bondin, A.Effiong, F.Temile Sost: 82min E.Vella flok D.Pisani, 86min C.Farrugia flok J.Chetcuti, 91min A.Bruce flok F.Temile TARXIEN R.: S.Cini, K.Farrugia, M.Caruana, A.Branquinho, C.Barbosa, T.Caruana, R.Sammut, A.Cini, M.Xerri, A.Lopes, J.Santos Silva Sost: 46min L.Zahra flok Xerri, 48min A.Chetcuti flok K.Farrugia, 71min L.Aquilina flok M.Caruana. Imwissija: Z.Levnaic, B.Bondin (Q) Santos Silva, A.Branquinho (T) Tkeċċa: 46min S.Cini (T) Skurjaw: 49min A.Effiong (Q) Referee: T.Farrugia Cann il-mument plejer tal-logħba A.Effiong (Q)

Qormi kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva u qabżu diversi timijiet fosthom lillistess Tarxien fil-klassifika. It-tim ta’ Mansueto għalkemm ma kellux xi partita ta’ barra minn hawn, għamlu biżżejjed biex jissuperaw lir-Rainbows b’di-

Alfred Effiong ta’ Qormi (xellug) fi dwell għall-ballun ma’ Cleber Viana ta’ Tarxien. (Ritratt:Trevor Sollars)

versi plejers neqsin fosthom Wesley, Bugeja, Tabone, Aboulezz u Hevia. Għal Qormi għamel ir-ritorn Temile li kien strumentali għat-tliet punti bilpenalty mirbuħ. Fl-ewwel taqsima kien

hemm iżjed nervożiżmu u karti sofor milli azzjonijiet denji ta’ nota. Tarxien kienu iżjed fuq id-difensiva, bil-Qriema li pruvaw jiftħu d-difiża Tarxiniża imma ftit kellhom suċċess. L-iktar

wara ħamra diretta għal fawl mis-sostitut R.Grech fuq Conor Borg. Il-Greens mill-ewwel approfittaw u minuta wara, minn freekick ta’ Pisani id-difiża Mostija ma ħelsitx, il-ballun ġie għand FARRUGIA żmarkat li ma hafirx. Gowl li hasad lill-Mostin li pruvaw għallgowl tad-dro minn Bueno u Calcado imma Senatore laqa’ u Mosta sofrew telfa oħra.

perikolużi kienu fin-nofsiegħa logħob b’xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa żżgħira ta’ Anderson Santos imma kienet daqstant tajba r-risposta tal-gowlkiper Cini li salva. Fl-40 minuta prova Joseph Chetcuti b’xutt li ma sabx illasta. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima il-logħba mill-ewwel ħadet xejra differenti għax wara biss ftit sekondi, il-gowlkiper Cini waqqa’ lil Temile fil-kaxxa u r-referee Farrugia Cann saffar il-penalty u wera l-karta ħamra diretta lil Cini. Fid-49 minuta, mill-ħdax-il metru Alfred EFFIONG ma żbaljax u għeleb lis-sostitut gowlkiper żgħażugħ Chetcuti. B’ragel inqas u b’gowl minn taħt irRainbows sabuha iżjed iebsa biex joħolqu attakki perikolużi, waqt li t-tim ta’ Mansueto prova jikkontrolla u jiskurja il-gowl tas-serħan. L-iktar perikoluż kien il-plejer tal-partita, Effiong, li wara konklużjoni li għaddietlu barra fis-67 minuta, reġa prova erba’ minuti wara bix-xutt salvat minn Chetcuti. Tarxien ma rnexxilhomx iwettqu reazzjoni u l-unika xutt li taw kien fl-84 minuta minn Santos Silva li għadda għoli biex b’hekk kompla l-perjodu pożittiv tal-Qriema b’rebħa oħra.


55

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Sport

Hibs jiftħu vantaġġ ta’ seba’ punti KAMPJONAT BOV PREMIER

George Cassar

HIBERNIANS……………........…..1 BIRKIRKARA…………...........…..0 HIBERNIANS: H. Bonello, R. Soares, A. Agius, R. Gomes, T. Tabone Desira, C. Failla, B. Kristensen, J. Lima, A. Cohen (J. Pearson 86’), Jorginho (J. Degabriele 92’), Tarabai B’KARA: J. Haber, Z. Muscat, N. Vukanac, A. Mendoza, E. Herrera, R. Camenzuli (E. Agius 72’), M. Bissi (H. Shola 30’), P. Fenech, R. Scicluna (L .Grech 84’), R. Ledesma, Liliu Skurja: Tarabai 9’ (H) Imwissija: C. Failla, Tarabai (H); Z. Muscat (B) Il-mument plejer tal-partita - Tarabai (H)

Hibernians komplew jiddominaw ilkampjonat Premier meta rebħu l-konfront dirett kontra l-iktar tim qribhom, Birkirkara b’gowl kmieni fil-partita. B’hekk il-Pagun kompla jiftaħ rixu u issa t-tim immexxi minn Branko Nisevic fetaħ vantaġġ ta’ seba’ punti fuq l-istess Birkirkara. F’din il-partita reġgħet ġiet ikkonfermata s-saħħa flattakk u l-kombinazzjoni kważi perfetta ta’ Jorginho u Tarabai, b’tal-aħħar jerġa’ jkun deċiżiv. Fuq in-naħa l-oħra, il-Karkariżi ma żammewx il-livell tal-aħħar konfront kontra Valletta u ma rnexxielhom blebda mod jippenetraw id-difiża soda talleaders. Kuntrarju għal Hibernians, lattakk ta’ Birkirkara huwa ‘l bogħod minn dik tal-istaġun li għadda, anki jekk f’dawn l-aħħar żewġ partiti rritona Shola Shodiya.

Hibernians rebħu l-konfront dirett kontra B’Kara b’gowl ta’ ‘’Tarabai’

PIETA H………..……………….…1 ŻEBBUĠ R…………………….….0 PIETA H.: D. Cassar, C. Cassar, J. Pisani, C. Grech, O. Anonam, N. Tasic, C. Attard, R. Rodrigues, K. Cesare (L. Micallef 75’), J. Gabriel (D. Agius 40’), R. Xavier (M. Licari 90’) ŻEBBUĠ R.: F. Rapchan, Y. Camilleri, M. Gauci (M. Ciantar 85’), L. Galea, R. Mandic, T. Paris, M. Mucchiardi, M. Bartolo (M. Farrugia 79’), C. Monti (B. Mamic 75’), J. Nwoba, M. Britto Skurja: J. Pisani 75’ (P) Imwissija: O. Anonam, C. Attard (P); Y. Camilleri (Ż) Il-mument plejer tal-partita - R. Xavier (P)

Wara biss erba’ minuti, Żebbuġ marru ferm viċin li jiftħu l-iskor meta l-korner ta’ Monti, kien segwit minn daqqa ta’ ras ta’ Camillieri bil-ballun jaħbat mallasta. Pieta ħadu ftit inqas min-nofs siegħa biex ikkonkludew lejn il-lasti għallewwel darba, meta Xavier tefa’ ftit għoli bir-ras wara li rċieva kross mixxellug tal-ħabrieki Pisani. Ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima, kien hemm ftit trikki trakki fuq il-bankina ta’ Pieta hekk kif il-kowċ Coleiro ddeċieda li jaqla’ lil Gabriel relattivament kmieni fil-partita, bil-Brażiljan xejn ma jeħodha tajjeb. Il-partita baqgħet ibbilanċjata anki fittieni taqsima sakemm ħames minuti fuq is-siegħa logħob, Pieta kissru l-bilanċ, meta minn kontrattakk mibdi minn Jurgen Pisani, dan qassam lil Xavier li reġa kkrossja lejn l-istess PISANI li tefa’ f’xibka vojta wara li l-ballun għadda minn fuq Rapchan. Żebbuġ heddew biss għall-gowl tad-

Wara seba’ minuti, iż-żewġ timijiet kienu ferm viċin li jiskorjaw darba kull wieħed. Hibernians laqtu l-lasta minn kross ta’ Failla, filwaqt li Birkirkara kellhom freekick dirett ta’ Bissi li għadda ftit barra. Hibernians tefgħu mill-ewwel ilpressjoni fuq Birkirkara meta wara biss disa’ minuti, minn pass ta’ Jorginho, TARABAI tefa’ wara Haber. Man-nofs siegħa logħob, Bissi weġġa’ u ma setax ikompi jilgħab. Ilkowċ Karkariż Paul Zammit bidel din is-sostituzzjoni sfurzata f’waħda tattika billi żied is-saħħa fl-attakk bid-dħul ta’ Shola li għal darb’oħra kien milqugħ b’applaws mill-partitarji Karkariżi. Qabel intemmet l-ewwel taqsima,

freekick ta’ Cohen ħoloq paniku iktar milli mistenni fid-difiża Karkariża li b’xi mod salvat is-sitwazzjoni. Madankollu l-iktar azzjonijiet perikolużi baqgħu jaslu mingħand ittim ta’ Raħal Ġdid. Mas-siegħa logħob, minn korner ta’ Failla, Tarabai xtaq joffri iktar spettaklu lill-partitarji Pawlisti li kienu f’festa kontinwa, iżda r-revoxxjata tiegħu tmur għoli. Ħames minuti mit-tmiem kien imiss lil Jorginho li x-xutt bid-dawra tiegħu ħabat mal-lasta l-mimduda wara li ġie salvat minn Haber. Is-suffara finali ġabet ewforija sħiħa fost il-partitarji ta’ Hibernians li fil-grawnd tagħhom stess iċċelebraw bil-kbir u f’mument minnhom anki ddikjaraw lilhom infushom

Kif jinsabu

Hibernians Birkirkara Balzan Qormi Mosta Sliema W. Tarxien R. Floriana Valletta Pieta` H. Naxxar L. Żebbuġ R.

L 9 8 8 9 9 8 9 9 8 9 8 9

R 8 6 4 4 4 3 2 2 3 2 0 0

D 1 0 3 1 1 3 5 4 1 2 4 3

T F 0 24 3 16 1 15 4 12 4 9 2 11 2 12 3 14 4 13 5 7 4 8 4 11

K Pt 6 25 8 18 11 15 12 13 14 13 11 12 11 11 18 10 8 10 13 8 15 4 25 3

bħala champions, unur li b’dawn ilwirjiet u b’din il-konsistenza li kellhom s’issa, m’għandhomx ifallu milli jiksbuh.

Gowl ta’ Pisani jħalli lil Żebbuġ bla rebħa

Pieta Hotspurs kisbu t-tieni rebħa talistaġun u t-tielet riżultat utli konsekuttiv meta b’gowl ta’ Jurgen Pisani f’nofs ittieni taqsima għelbu lit-tim li tela’ magħhom mill-Ewwel Diviżjoni Żebbuġ Rangers.

Il-logħba bejn iż-żewġ timijiet promos spiċċat 1-0 favur Pietà

dro, kwarta mit-tmiem meta Nwoba għadda bit-takkuna lejn Britto iżda lBrażiljan ikkonferma l-ġurnata kwieta tiegħu u kkonkluda għoli.

Il-partita ntemmet f’rebħa minima għall-Hotspurs iżda biżżejjed għalihom biex tbegħidhom ftit iktar mill-aħħar żewġ pożizzjonijiet fatali tal-klassifika.


Tfittxija għal raġel mill-Guinea 56

... fl-isfond tal-prekawzjonijiet dwar il-marda tal-Ebola Raġel mill-Guinea daħal lura Malta wara numru ta’ ġimgħat mal-familja fil-Guinea u spiċċa għosfor miċ-ċrieki li s-soltu jiffrekwenta, tant li l-anqas mar jiġbor somma flus dovuta lilu wara xogħol ta’ kostruzzjoni li għamel. F’dawn il-jiem, ir-raġel millGuinea daħal lura f’pajjiżna, u wara li wieħed minn sħabu, Malti, ġibidlu l-attenzjoni jekk kinux sarulu testijiet dwar ilmarda tal-Ebola – u dan dejjem minħabba li l-Guinea hi fost ilpajjiżi Afrikani milquta serjament minn din il-marda – dan ir-raġel, ħabta u sabta, ma deherx aktar fiċ-ċrieki frekwentati minnu. Sorsi li tkellmu ma’ il-mument fissru li kollox beda meta dan irraġel mill-Guinea qabel it-Tazza tad-Dinja kien għamel xogħol ta’ kostruzzjoni fuq residenza fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Għal xi raġuni ma baqax għaddej b’dak ix-xogħol u min kien talbu jagħmel dawk ix-xogħlijiet

skopra li fil-fatt dan kien irritorna pajjiżu biex isegwi ledizzjoni tat-Tazza tad-Dinja minn hemmhekk flimkien malfamilja tiegħu. Sa hawn ma ġara xejn ta’ barra minn hawn għajr li xxogħol miftiehem li kellu jagħmel ma kienx għamlu kollu u l-flus miftehma li jingħata, baqgħu ma ngħatawlux. Fil-jiem li għaddew seħħew żviluppi interessanti hekk kif dan ir-raġel irritorna Malta millbtala twila f’pajjiżu. Fost loħrajn hu ltaqa’ ma’ sħabu tassoltu u ċempel ukoll lil dak ilMalti li kien għamillu x-xogħol biex jitħallas tax-xogħol li kien għamel. Meta dawn iltaqgħu u ftehmu dwar il-flus dovuti lilu ftehmu wkoll li jerġgħu jiltaqgħu biex il-Malti jgħaddilu l-flus bħala ħlas. Sadattant bejniethom żviluppat konversazzjoni dwar dak li qed jiġri b’rabta malebola. Jidher li dan ir-raġel millGuinea xejn ma ħassu komdu b’din il-konversazzjoni. Is-sorsi li tkellmu ma’ ilmument komplew li meta l-

Skont rapport Ewropew, Malta għandha fost l-ogħla rati ta’ abbuż mill-eroina; droga meqjusa bħala fost l-aktar perikolużi u li twassal għallmewt. Ir-rapport imħejji millEuropean Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, u jkopri l-etajiet bejn 15 u 64 sena, jibbaża ħafna mill-informazzjoni li tinġabar mill-Gvern tal-pajjiż. Fil-każ ta’ Malta jirriżulta li pajjiżna għandu 7.5 każi ta’ abbuż mill-eroina għal kull elf persuna tal-popolazzjoni. Dan hija t-tieni l-akbar fost il-pajjiżi Ewropej, bir-Renju Unit klassifikat fl-ewwel pożizzjoni bi 8.2 każi għal kull elf persuna. Ir-rapport Ewropew li jpoġġi lil Malta minn ta’ quddiem flabbuż mill-eroina ngħata importanza minn rivista pubblikata

ġimgħa ilu minn The Sunday Times ta’ Londra. Ir-rapport huwa parti minn investigazzjoni dwar ir-rabta li hemm mit-tkabbir, għat-traffiku u l-abbuż taleroina mill-Afganistan salEwropa u l-Afrika kif ukoll lAsja. Dan biex jinġabru biżżejjed fondi għall-finanzjament ta’ gruppi terroristiċi. Skont l-investigazzjoni, għal kull kilogramma opju mhux proċessat, it-traffikanti tad-droga jħallsu €570 lill-bdiewa Afgani. Sakemm l-eroina tasal lIngilterra, il-valur jitla’ għal kważi €26,000 biex fis-suq meta tkun qed tiġi traffikata, il-valur jitla’ għal €96,000. L-eroina tibqa’ kawża ewlenija tal-imwiet marbuta mal-abbuż mid-droga, u l-aktar talbiet għattrattament minn fost dawk li jieħdu d-drogi jsiru minn dawk li jabbużaw mill-eroina.

Joe Mikallef joe.mikallef@media.link.com.mt

Malti, kif kien miftiehem, mar biex jiltaqa’ ma’ dan ir-raġel, dan baqa’ ma tfaċċax. Il-Malti, ripetutament ipprova jagħmel kuntatt miegħu, iżda f’daqqa waħda ntemm kull kuntatt. Il-Malti jidher li mar ifittxu wkoll f’fond fil-Marsa fejn kien ikun, iżda ma kellu l-ebda eżitu pożittiv. Fid-dawl ta’ dan kollu dan il-Malti ħass li kellu jirrapporta l-każ lill-Pulizija kif ukoll lill-awtoritajiet sanitarji biex jagħmlu linvestigazzjonijiet meħtieġa. Fil-fatt il-Pulizija marru jfittxu lil dan ir-raġel f’diversi postijiet indikati lilhom mill-Malti, imma ma kellhom l-ebda riżultati pożittivi. Kemm-il Pulizija kif ukoll lawtoritajiet sanitarji Maltin xtaqu li jkellmu lil dan ir-raġel mill-Guinea biex iserrħu rashom li ma kien qiegħed iġorr l-ebda mard fuqu. Aktar u aktar meta kien ġej mill-Guinea. Dan l-aħħar komplew jittieħdu aktar miżuri millawtoritajiet lokali. Għalkemm ma jeżistux titjiriet diretti għal Malta mill-pajjiżi milquta fl-

Afrika tal-Punent, minħabba li ż-żmien ta’ inkubazzjoni huwa ta’ 21 ġurnata, hemm possibbiltà li passiġġieri jaslu Malta b’mod indirett. Għalhekk fuq kull titjira lejn Malta, kull passiġġier qed jintalab jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub, fuq passenger cards apposta, jekk kienx fil-Liberja, fil-Guinea jew fi Sierra Leone fl-aħħar 21 jum. Min jinqabad jagħti informazzjoni mhux korretta se jkun suġġett għal passi kriminali. Il-passiġġieri li jkunu ġew minn dawn il-pajjiżi se jsirilhom test u jinżammu taħt osservazzjoni jew kwarantina. Din il-proċedura se tkun addottata wkoll għall-passiġġieri li jaslu Malta bil-katamaran li wkoll se jintalbu jimlew ilpassenger card. Baħħara fuq bastimenti merkantili li jkunu vjaġġaw mill-pajjiżi affettwati se jkunu kollha sottomessi għal eżami mediku mal-wasla f’Malta. Persuni li jaslu Malta b’mod irregolari se jkompli jkunu eżaminati medikalment, u fejn ikun hemm bżonn se jinżammu wkoll fi kwarantina.

Fost l-aħjar fl-Ewropa… bl-eroina!

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, 2014

Lokali

Brad Pitt u Angelina Jolie

Brangelina jimblokka lill-bdiewa

Bdiewa li għandhom lgħelieqi fl-inħawi ta’ Mġarr ix-Xini, fejn bħalissa qed jinġibed il-film ‘By the Sea’ ta’ Brad Pitt u Angelina Jolie, mhux qegħdin jitħallew jaħdmu l-għelieqi tagħhom. Persuni li tkellmu ma’ ilmument spjegaw kif sa ftit jiem ilu huma kienu jistgħu jaċċessaw l-għelieqi tagħhom billi juru l-karta tal-identita lill-pulizija jew uffiċjal tas-sigurta li jkun għassa. Madankollu skont laħħar deċiżjonijiet li ttieħdu bla ma kienu konsultati l-bdiewa, din il-gazzetta kisbet tagħrif minn bidwi li għandu l-għalqa fl-inwawi ‘Tal-Gruwa’ li nżamm milli jgħaddi mill-inħawi biex imur jaħdem l-għalqa. Il-Pulizija li kien għassa spjegalu li dawk huma lordnijiet li waslulu. Fl-aħħar xhur dan il-film ħoloq problema anke’ lil ċentri tal-għaddasa li kellhom iħassru l-impenji tagħhom minħabba lgħeluq tal-inħawi ta’ Mġarr ix-Xini u Ta’ Ċenċ.

media•link COMMUNICATIONS

It-tabella pubblikata minn The Sunday Times ta’ Londra l-Ħadd li għadda


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.