In-Nazzjon 30 ta' Ottubru 2014

Page 1

Nru 13,887

Il-Ħamis, 30 ta‘ Ottubru, 2014

Arrestat id-Direttur Maniġerjali tal-Leisure Clothing

www.maltarightnow.com

L-investigazzjoni ta’ In-Nazzjon dwar l-allegat ċirku ta’ traffikar uman ta’ Asjatiċi f’Malta twassal biex fis-sigħat li għaddew kien arrestat Bin Han, id-Direttur Maniġerjali ta’ Leisure Clothing, il-kumpanija tat-tessuti f’Malta proprjetà tal-Gvern Ċiniż Rapport investigattiv minn Joe Mikallef

Żvilupp ferm importanti flinvestigazzjonijiet tal-Pulizija filkaż tal-allegat abbuż ta’ traffikar umana ta’ Asjatiċi fil-fabbrika Leisure Clothing (factory) Limited seħħ matul is-sigħat li għaddew, meta l-Pulizija arrestat lil Bin Han, id-Direttur Maniġerjali ta’ din il-kumpanija, li ilu Malta għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena. Nifhmu li l-Pulizija qed tieħu dan il-każ żvelat minn Media Link Communications bl-akbar serjetà, u jidher li hemm determinazzjoni biex dawn l-

allegat abbużi jitwaqqfu għax ma jagħmlux isem sabiħ għal pajjiżna. Jidher ukoll li l-pulizija wettqet rejd fil-fabbrika f’Bulebel biex tara x’kundizzjonijiet tax-xogħol qed jaħdmu fihom dawn ilħaddiema. Il-fabbrika timpjega mat-300 ħaddiem li allegatament ġew attirati lejn Malta meta wegħduhom pagi għoljin. Ilkumpanija hija sussidjarja talGvern Ċiniż. In-Nazzjon illum tista’ tiżvela wkoll li anke fil-preżent, hemm uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija li xxaħħam. Imma aktar dwar dan, fl-istorja separata li qed nippubblikaw f’Paġna 4.

€0.80

L-Oppożizzjoni mħassba serjament dwar il-futur tal-Air Malta

Ara paġna 3

Il-Baġit 2015 se jitressaq it-Tnejn 17 ta’ Novembru

Ara paġna 5

Bin Han, iċ-Ċiniż li jmexxi l-kumpanija Leisure Clothing fil-qasam industrijali ta’ Bulebel

Floriana FC jistgħu jiftħu proċeduri kontra Johan Said

Ara paġna 30

Tiżdied il-kera tal-Akkomodazzjoni Soċjali

Ara l-istorja f’Paġna 6


2

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

Vandalizzati sinjali tat-traffiku Sinjali tal-immaniġġjar tattraffiku li kienu għadhom kif twaħħlu fi Triq Santa Katerina, f’Ħal Għargħur, fil-jiem li għaddew ġew vandalizzati, u wħud minnhom saħansitra nsterqu. Fi stqarrija, Transport Malta qalet li dawn is-sinjali kienu twaħħlu wara li saru bidliet filmod kif jimxi t-traffiku f’din ittriq, li saru possibbli wara li

ngħalqet il-Kamra tan-Nar li kien hemm fl-inħawi. Is-sinjali kellhom l-iskop li jiżguraw immaniġġjar aħjar tat-traffiku li jgħaddi minn din it-triq. L-Awtorità qalet li għamlet rapport mal-pulizija dwar dan il-vandalizmu, u appellat lillpubbliku biex min jara atti vandali bħal dawn jitwettqu, jirrapporta lill-pulizija.

www.maltarightnow.com

LOKALI

34 sena mill-mewt ta’ Borg Olivier

Bħall-bieraħ 34 sena, fid-29 ta’ Ottubru 1980, miet Ġorġ Borg Olivier, eks-Prim Ministru u eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-funeral ta’ Borg Olivier jibqa’ mfakkar bħala l-akbar wieħed li qatt sar f’pajjiżna, tislima xierqa lil statista, kif fil-fatt kien Missier Malta Indipendenti. F’dan l-anniversarju, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, akkumpanjat mill-Viċi Kapijiet tal-PN Mario de Marco u Beppe Fenech Adami, poġġa kuruna tal-fjuri f’riġlejn il-monument ta’ Ġorġ Borg Olivier f’Misraħ Kastilja. L-anniversarju tal-mewt ta’ Borg Olivier, din is-sena tista’ tgħid li hu wieħed speċjali, għax qed infakkru wkoll il-50 sena mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista jpoġġi fjuri fuq ilmonument ta’ Ġorġ Borg Olivier (Ritratt: Martin Agius)

Stock tal-Gvern b’rata ta’ mgħax li tvarja It-Teżor ħabbar li r-rata ta’ mgħax tal-bidu tal-Istock talGvern ta’ Malta 2020 (VI) b’rata ta’ mgħax li tvarja, u marbuta malEuribor tas-sitt xhur, mibjugħa bi rkant fl-24 ta’ Ottubru 2014, għallperjodu bejn id-29 ta’ Ottubru

2014 u t-28 ta’April 2015 (iż-żewġ dati inklużi) hi ta’ 0.939% pa. Ir-rata ta’ mgħax tal-bidu hija bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tassitt xhur fis-seħħ, kif ippubblikata nhar it-Tnejn, 27 ta’ Ottubru 2014 b’0.189%, flimkien ma’ spread ta’

75 basis point. Dan l-avviż, qal it-Teżor, qed jinħareġ skont Paragrafu 7(a) talProspett li ġie ppubblikat filGazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Ottubru 2014 taħt in-Notifika talGvern Numru 1028.

B’riferenza għall-kummenti li dehru fil-paġna ‘X’Qalilna lGħasfur’ fil-ħarġa ta’ ‘InNazzjon’ tat-23 ta’ Ottubru li għadda, Wirt Għawdex, f’ittra li bagħtitilna, ippreċiżat li dawk

kollha li huma impenjati fuq proġetti tas-soċjetà tagħha, qed jaħdmu taħt is-superviżjoni kontinwa ta’ restawraturi kwalifikati. Kull xogħol ta’ restawr li tidħol għalih l-NGO Wirt

Għawdex hu konformi matteknoloġija moderna tar-restawr, u jirrispetta l-ogħla livell etiku tar-restawr, qal il-Kumitat ta’ Wirt Għawdex, fl-ittra li bagħat lil dan il-ġurnal.

Wirt Għawdex tippreċiża

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca attendiet għall-kommemorazzjoni tal-100 anniversarju millInvażjoni tal-Belġju mill-Ġermanja u l-Vjolazzjoni tan-Newtralità Belġjana, fuq stedina tar-Re tal-Belġju. Iċċerimonja, maqsuma fi tnejn, saret fi Nieuwpoort u f’Ypres. Wara, il-Kapijiet ta’ Stat u Gvern kienu mistiedna għal ċena offruta mir-Re Philippe u l-Prinċipessa Mathilde. (Ritratt: DOI, Jeremy Wonnacott)


www.maltarightnow.com

3

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

L-Oppożizzjoni mħassba dwar il-futur tal-Air Malta

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan waqt laqgħa li kellu mal-uffiċjali tal-Federated Association of Travel & Tourism Agents (FATTA). Simon Busuttil saħaq li l-Partit Nazzjonalista għandu kull intenzjoni li jżomm djalogu ħaj u miftuħ mal-għaqdiet tal-komunità ċivili. Fl-istess waqt, hu kburi b’dak li pajjiżna kiseb f’dawn l-aħħar snin u

taħt gvernijiet immexxija millPartit Nazzjonalista stess fil-qasam tat-turiżmu. Madankollu, hemm affarijiet li qed jinkwetaw lill-Oppożizzjoni fosthom l-Air Malta. Simon Busuttil tkellem dwar limportanza li l-Pjan ta’ Ristrutturar tal-linja nazzjonali tal-ajru jkun wieħed ta’ suċċess għaliex jekk le, dan se jwassal għal inkwiet kbir għall-ekonomija u t-turiżmu ta’ pajjiżna. Hu fakkar kif mit-turiżmu jiekol kulħadd, mhux biss il-ħaddiema u lqraba ta’ min jaħdem fl-Air Malta iżda eluf ta’ eluf ta’ familji oħra. IlKap tal-Partit Nazzjonalista żied jgħid li l-Oppożizzjoni hi mħassba serjament dwar id-dikjarazzjoni li għamel il-Prim Ministru dwar il-privatizzazzjoni tal-Air Malta. Hu appella lill-Gvern biex jagħmel laffarijiet b’mod trasparenti aktar u aktar minħabba l-fatt li minn dan issettur jiddependu setturi oħra importanti għall-pajjiż. Iain Tonna, il-President tal-FATTA,

L-Air Malta fi stqarrija ppreċiżat li fil-kummenti li għamlet iċChairperson tagħha Maria Micallef waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali, bl-ebda mod ma implikat li kien hemm xi ndħil politiku. Dan mhux il-każ, qalet l-Air Malta, waqt li kompliet li fid-diskors tagħha Micallef riedet tiżgura li aktar milli tiġi politiċizzata s-sitwazzjoni, il-Bord u l-Management igawdu mill-appoġġ ta’ kulħadd – Gvern u Oppożizzjoni – fil-ħidma biex ikomplu jġibu lill-kumpanija fuq saqajha. L-Air Malta qalet li hi impenjata li tilħaq il-miri tal-Pjan ta’ Ristrutturar biex sal-2016 issir vijabbli. Sadanittant, waqt il-preżentazzjoni tar-rapport annwali u finanzjarju talkumpanija tal-ajru, iċ-Chairperson talAirMaltaċaħdetukollrapportifil-media internazzjonali li l-linja nazzjonali talajru laħqet ftehim biex tibda ttir lejn Mitiga fil-Libja, wara li kienet issospendietit-titjirietkollhalejnil-Libja. Micallef qalet li l-kumpanija għandha tim ta’ esperti li ta’ kuljum janalizzaw is-sigurtà ta’ zoni li fihom ittir l-Air Malta. Dawn l-istudji wrew li għalissa lLibja għadha mhix pajjiż sigur, u għalhekk l-Air Malta mhix se ttir lejn dan il-pajjiż fl-Afrika ta’ Fuq sakemm tingħata l-‘clearance’ lillkumpanija.

Il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta tilfet ir-rotta, u m’għadhiex miexja skont il-Pjan ta’ Ristrutturar maqbul malKummissjoni Ewropea. Dwar is-sitwazzjoni finanzjarja attwali tal-Air Malta – l-għada talLaqgħa Ġenerali Annwali talkumpanija li fiha kien ikkonfermat li ma ntlaħqux il-miri għall-2014 – tkellmu f’konferenza tal-aħbarijiet id-Deputati Nazzjonalisti Robert Arrigo u Kristy Debono, Kelliema tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu, u għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, rispettivament. Robert Arrigo qal li l-pożizzjoni li tinsab fiha l-Air Malta llum, tagħti raġun lill-PN fil-kritika tiegħu meta dan isostni li ddeċiżjonijiet li qed jittieħdu filkumpanija qed iwasslu biex l-Air Malta ma tibqax miexja skont ilPjan ta’ Ristrutturar. Arrigo appella lill-Gvern biex jieqaf jilgħab bil-futur tal-impjegati tal-Air Malta, u jkun onest magħhom. Filwaqt li qal li l-Air Malta issa ammettiet li sa Marzu 2015, se tkun tilfet €16-il miljun, Robert Arrigo sostna li r-raġunijiet li qed iġġib il-kumpanija għal din issitwazzjoni mhumiex validi, iżda huma biss skużi. L-Air Malta qed issostni li dan it-telf hu dovut għal żieda filkompetizzjoni internazzjonali tul is-sajf, u għall-kwistjoni tal-Libja.

Il-Partit Nazzjonalista mħasseb serjament dwar il-futur tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta. It-telf li qed tagħmel din il-kumpanija mhuwiex konformi mal-Pjan ta’ Ristrutturar maqbul mill-Gvern Malti mal-Kummissjoni Ewropea. Taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, ma kienx hemm indħil politiku millGvern kif qed isir illum, fejn fost oħrajn għandna sitwazzjoni li flaħħar xhur kien hemm żieda ta’300 impjieg ġdid mal-Air Malta, u dan f’perjodu li fih din il-kumpanija suppost għaddejja bi Pjan ta’Ristrutturar.

Il-laqgħa tal-Kap tal-PN Simon Busuttil mad-delegazzjoni tal-FATTA (Ritratt: Martin Agius)

irrikonoxxa x-xogħol kbir li sar f’dawn l-aħħar snin u li wassal biex illum pajjiżna qed igawdi minn industrija turistika b’saħħitha. Hu qal li llum qed ingawdu frott ilħidma li saret fil-passat. Tonna

esprima t-tħassib tiegħu u talAssoċjazzjoni li hu jmexxi dwar dak li qed jiġri preżentement fl-Air Malta u tenna t-tama tiegħu li din ilkumpanija timxi mal-Pjan ta’ Ristrutturar kif miftiehem.

Preżenti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm ukoll ilKelliem tal-Oppożizzjoni għatTuriżmu RobertArrigo, u l-kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali Graziella Schembri.

Robert Arrigo qal li dawn iż-żewġ kwistjonijiet kienu preżenti wkoll fi żmien Gvern Nazzjonalista, biddifferenza li Gvern immexxi mill-PN għaraf jittrattahom. Il-Kelliem talPartit Nazzjonalista għat-Turiżmu sostna li l-fatti jikkonfermaw li sal2012, il-Pjan ta’ Ristrutturar kien miexi skont kif ippjanat. Fost ir-raġunijiet ewlenin elenkati minn Robert Arrigo, li

pagi, ta’ madwar €230,000 fissena, fl-Air Malta. Id-Deputat Nazzjonalista kkritika wkoll ilmod kif qed titmexxa l-kumpanija u sostna li anki ċ-Chairperson stess appellat lill-Gvern biex ma jkunx hemm indħil politiku filkumpanija. Robert Arrigo insista li l-Gvern għandu jwieġeb jekk għandux pjani li l-Air Malta tinbiegħ, jew

biddel diversi Chairpersons u Kapijiet Eżekuttivi tal-Air Malta. Id-Deputata Nazzjonalista Kristy Debono, min-naħa tagħha, qalet li lGvern irid dejjem jikkunsidra li lAir Malta għandha rwol fundamentali fit-turiżmu u flekonomija tal-pajjiż, u għalhekk iddeċiżjonijiet iridu dejjem jittieħdu b’mod li jikkunsidra dawn l-aspetti. Il-Gvern, sostniet id-Deputata tal-PN, għandu obbligu li jispjega x’mar ħażin biex l-Air Malta issa mhix miexja ‘on track’. Meta trattat iċ-ċifri finanzjarji, Kristy Debono qalet li l-mira skont ilPjan ta’ Ristrutturar kienet li din issena l-Air Malta tagħmel qligħ ta’ €3.2 miljun, iżda fil-fatt għamlet telf ta’ €16-il miljun. Id-Deputata Nazzjonalista enfasizzat l-importanza li l-Air Malta tibqa’ sostenibbli, u qalet li quddiem din is-sitwazzjoni, ilGvern hu obbligat li jkun trasparenti u jagħti d-dettalji dwar kif qed topera l-kumpanija. Filwaqt li kkritikat deċiżjonijiet maniġerjali li ttieħdu, Debono qalet li l-Gvern għandu jikkunsida wkoll l-għajxien tal-ħaddiema u lfamilji tagħhom. Kristy Debono insistiet li lGvern m’għandux mandat elettorali biex ibigħ l-Air Malta. Preżenti għall-konferenza talaħbarijiet kien hemm ukoll ilkandidat tal-PN Aaron Micallef.

Tiċħad li L-Air Malta tilfet ir-rotta tal-Pjan ta’ implikat Ristrutturar Minn profitt proġettat ta’ €3.2 miljun għal telf ta’ €16-il miljun indħil politiku

Ir-raġunijiet li qed tagħti l-Air Malta għall-fatt li ma laħqitx il-miri, huma biss skużi (Ritratt: Martin Agius)

wasslu biex l-Air Malta tinsab f’din is-sitwazzjoni, hemm it-300 impjieg ġdid li nħolqu filkumpanija kemm ilu li tela’ lGvern Laburista. Dawn l-impjiegi mhumiex meħtieġa, u qed jingħataw lil persuni viċin il-GWU u viċin il-Partit Laburista biex jinżammu wegħdi li l-Labour għamel, qabel l-aħħar elezzjoni. Minbarra dan, hemm ukoll numru ta’ promozzjonijiet li qed iwasslu għal żieda fl-ispiża tal-

jekk hux qed jippjana li jbigħ partijiet minnha. Tkellem ukoll dwar il-mod kif f’ċerti aspetti, l-Air Malta għad għandha tariffi ferm ogħla mill-kompetituri tagħha. Fost dawn, hemm il-Ground Handling, li hu ogħla minn Franza. Fil-fatt, jirriżulta li l-Ground Handling tal-Air Malta hu l-ogħla fl-Ewropa, spjega Robert Arrigo. Kritika oħra li għamel idDeputat Nazzjonalista kienet dwar il-mod kif il-Gvern Laburista


www.maltarightnow.com

4

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

Anki fil-preżent hemm uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija li xxaħħam Joe Mikallef

Wara li l-ġurnal In-Nazzjon ilbieraħ żvela kif matul is-snin li għaddew kien hemm numru ta’ persuni f’pożizzjonijiet importanti u influwenti li xxaħħmu biex dawru ħarsithom mill-allegat sfruttament ta’Asjatiċi fil-fabbrika Leisure Clothing (factory) Limited, illum dan il-ġurnal jinsab f’pożizzjoni li jiżvela li anki filpreżent hemm Fizzjal fil-Korp talPulizija li allegatament jixxaħħam għall-favuri li jagħmel lill-istess kumpanija. Sorsi li tkellmu ma’ In-Nazzjon għaddewlna numru ta’ fatti u ċirkostanzi dwar kif dan il-Fizzjal, talli jgħin billi jħaffef ċerti proċeduri u joħroġ minn triqtu biex jakkomoda lit-tmexxija ta’ Leisure Clothing, ikun ikkumpensat, kemm b’ilbiesi sbieħ ta’ ċerti ditti, kif ukoll b’rigali oħra. Is-sorsi żiedu li ma jeskludux ilpossibbiltà li awtoritajiet ogħla filKorp jafu tajjeb min hu dan ilFizzjal. Kemm-il darba dan hu minnu, allura l-mistoqsija hi sempliċi ħafna – kif ma jitteħdux passi biex abbużi bħal dawn jitwaqqfu minnufih? Madanakollu, nifhmu li dan ilFizzjal ma kellu x’jaqsam xejn mal-fatt li lejn tmiem is-sajf li għadda l-Pulizija waqfu jew twaqqfu milli jkomplu jinvestigaw dan il-każ – xi ħaġa li l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija,

anki permezz ta’ korrispondenza uffiċjali li qed nippubblikaw aktar ‘l isfel f’din il-paġna, jiċħad li ġara. Kif żvelajna fil-jiem li għaddew kollox żbroffa meta erba’ Asjatiċi ppruvaw jaħarbu minn Malta permezz ta’ dokumenti foloz. Dawn inqabdu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u bdew

aħħar tax-xahar jaqilgħu biss ftit għexieren ta’ ewro. Kien fid-dawl ta’ dawn linvetigazzjonijiet u ta’ bosta oħrajn mill-Pulizija li linvestigaturi fl-aħħar sigħat intervjenew fil-fabbrika Leisure Clothing u arrestaw lid-Direttur Maniġerjali. Aħna nfurmati li saħanistra saru

ikunu investigati. Waqt linterrogazzjoni huma żvelaw ilmottiv għaliex kienu qed jippruvaw jaħarbu minn Malta. Żvelaw ukoll fejn kienu jaħdmu u kif huma, flimkien ma’ madwar 260 ħaddiem Asjatiku ieħor, kienu qed ikunu sfruttati f’dak li huma ddeskrivew bħala traffikar uman pulit ta’ Asjatiċi lejn Malta. Għallbidu dawn jiġu mwiegħda xogħol fl-industrija tat-tessuti b’salarju ta’ €600, iżda imbagħad isibu realtà kompletament differenti fejn fl-

diskussjonijiet mal-Aġenzija Appoġġ dwar fejn kienu se jinżammu dawn l-Asjatiċi – 260 fin-numru u li allura hu numru kbir ħafna – ladarba l-Pulizija tieħu dan il-pass. Sa kien suġġerit ukoll li għall-mument, biex dawn ma jibqgħux jinżammu fil“hostel” dilapitata li qed jinżammu fiha –li hi proprjetà talprivat – jinżammu f’xi ċentru ta’ detenzjoni sakemm l-awtoritajiet jiddeċiedu dwar il-futur tagħhom. Sors importanti ħafna f’NGO li

Minn aktar investigazzjonijiet li In-Nazzjon qed tkompli tagħmel dwar l-allegat ċirku ta' sfruttament ta' Asjatiċi fil-fabbrika Leisure Clothing, jirriżulta li hi prattika komuni li Asjatiċi li jiġu Malta biex jaħdmu fl-industrija tat-tessuti eventwalment isibu ruħhom jaħdmu f'industriji oħra, fosthom dik tal-Catering

Il-Gvern qed jinvestiga

Stqarrijiet ta’ kundanna għal dak li qed jiġri fil-Leisure Clothing Il-Gvern fi stqarrija qal li l-każ tal-isfruttar ta’ impjegati milLeisure Clothing Ltd imur lura għall-2007, imma dak iż-żmien wara investigazzjonijiet li kienu saru mid-Dipartiment talImpjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, ma kienu rriżultaw l-ebda irregolaritajiet. Din is-sena, tkompli l-istqarrija, l-istess Dipartiment investiga każi relatati ma’ allegat abbuż mill-ħaddiema, u wara dawn linvestigazzjonijiet ġodda deherlu li kien hemm ksur talLiġi tax-Xogħol, u għalhekk ipproċeda b’żewġ każi separati fil-Qorti kontra l-kumpanija. IlMinisteru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u lLibertajiet Ċivili qal li bħalissa għaddejjin aktar investigazzjonijiet dwar dak li qed jiġi allegat fil-ġurnali.

Dwar din l-istorja esklussiva li żvelaw il-gazzetti ta’ Media Link Communications, ħarġet ukoll stqarrija l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA), li kkundannat il-kundizzjonijiet tax-xogħol indiċenti u l-isfruttament li allegatament qed iseħħu filkumpanija tal-Gvern Ċiniż, filkonfront tal-ħaddiema Asjatiċi. L-MEA qalet li affarijiet bħal dawn mhumiex aċċettabbli f’pajjiż ċivilizzat bħal Malta, speċjalment jekk verament ilhom iseħħu, u żiedet li ma tifhimx kif l-awtoritajiet jieħdu azzjonijiet drastiċi kontra kumpaniji li jħaddmu fuq irregolaritajiet żgħar, imbagħad f’każ bħal dan, ma tittieħed l-ebda azzjoni. U anke l-Moviment Nisa talPartit Nazzjonalista (MNPN), fi stqarrija separata, esprima lgħadab tiegħu għall-fatt li

f’Malta qed isir traffikar ta’ nies Asjatiċi, li fil-parti kbira tagħhom huma nisa. L-MNPN qal li jidher li dawn in-nies qed jiġu trattati bħal skjavi, kemm fuq il-post taxxogħol kif ukoll fl-ambjent li jgħixu fih. Il-Moviment qal li jħoss li din hi sitwazzjoni inaċċettabbli u diżumana, aktar u aktar meta dawn jaħdmu f’fabbrika ta’ Gvern barrani li qed jikser blaktar mod ċar il-liġijiet ta’ pajjiżna, kif ukoll qed jimponi kundizzjonijiet li jmorru kontra d-drittijiet fundamentali talbniedem. Il-MNPN ikkundanna wkoll is-skiet min-naħa tat-trejdunions lokali, ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu favur id-drittijiet talbniedem, u tal-awtoritajiet lokali.

taħdem fil-qrib ta’ dan is-settur spjegat lil In-Nazzjon li ħafna drabi dawn il-persuni abbużati jibżgħu jiftħu ħalqhom u jitkellmu. Anzi hi prattika komuni li ladarba xi ħadd jinterrogahom u jipprova jieħu mingħandhom ilverità, dawn jispiċċaw jinnegaw kull forma ta’ tbatija u abbuż li għaddejjin minnu. Fuq nota kompletament differenti mill-investigazzjonijiet li qed nagħmlu, qed jirriżulta li bosta minn dawk li jiġu Malta bil-ħsieb oriġinali li jaħdmu fil-qasam tattessuti, eventwalment qed jispiċċaw jaħdmu f’industriji oħrajn. Jirriżulta li bosta minn dawn ilpersuni qed jispiċċaw jaħdmu f’industriji bħall-catering. InNazzjon hi nfurmata li meta fissnin li għaddew bdew jiftħu numru konsiderevoli ta’ ristoranti u stabbilimenti tal-ikel, persuni Asjatiċi li bdew jaħdmu fihom

kienu proprju ġejjin mil-Leisure Clothing. Sors infurmat tajjeb ħafna qalilna li fil-catering l-abbuż ta’ dawn l-Asjatiċi kien jissokta fuq diversi livelli. Kien hemm ristoranti li kienu jħaddmu fil-kċina persuni Asjatiċi li għandhom esperjenza tajba talkċina Asjatika u jafu jsajru tajjeb l-ikel Asjatiku. Iżda dawn ilpersuni, imsejħa Chefs u kliem ieħor tekniku – meta fil-verità ma kienu kwalifikati xejn biex imexxu kċina – xorta waħda kienu jingħataw salarji miżeri, għalkemm forsi xi ftit aħjar missalarju li kienu jaqilgħu meta ħadmu fil-fabbrika tat-tessuti. Oħrajn, żiedu s-sorsi li tkellmu ma’ In-Nazzjon, spiċċaw jaħdmu u jservu f’xi djar ta’ nies sinjuri, fosthom ukoll ta’ persuni direttament involuti fit-tmexxija ta’ din il-fabbrika.

Ġurnalisti ta’ In-Nazzjon ilbieraħ wara nofsinhar ma tħallewx jaqdu ddoveri tagħhom minn membri, probabbilment tas-sigurtà, tal-fabbrika tal-Gvern Ċiniż (Ritratt: Martin Agius)

Ebda pressjoni minn fuq biex iwaqqaf l-investigazzjoni F’ittra li bagħtilna bid-dritt għal risposta, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija ċaħad li saret xi pressjoni fuqu biex linvestigazzjoni li kienet għaddejja fuq il-każ tat-traffikar uman ta’ Asjatiċi lejn Malta titwaqqaf, jew li ngħatat xi ordni lill-uffiċjali investigattivi biex jieqfu milli jkomplu jinvestigaw. B’riferenza għall-artiklu li ppubblikajna fil-ħarġa ta’ nhar itTnejn li għadda, 27 t’Ottubru,

bit-titlu “L-investigazzjonijiet tal-Pulizija jitwaqqfu ħesrem wara pressjoni minn fuq”, lAġent Kummissarju tal-Pulizija qal li mhux veru li saret pressjoni biex il-Pulizija ma tkomplix tinvestiga l-każ. Skont l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija, l-artiklu kien fih allegazzjonijiet, li assolutament mhumiex veri, u huma ntiżi biss biex joskuraw l-operat tal-Korp tal-Pulizija.


www.maltarightnow.com

LOKALI

Il-kuxjenza għandha tikkmanda lill-ġudikant “Il-kuxjenza għandha tikkmanda lill-ġudikant, u rresponsabbiltà hija kbira. Filpassat kien hemm mumenti meta mxejt kontra l-kurrent, ħallejt l-kuxjenza tiggwidani, u ta’ dan ħallast prezz qares, iżda qatt ma iddispjaċieni”. Kliem l-Imħallef ġdid Wenzu Mintoff, fl-ewwel diskors tiegħu bħala Mħallef, li matulu qal li ltaqa’ ma’ mumenti diffiċli fil-karriera tiegħu, meta ma setax għajr iħalli l-kuxjenza tmexxih. Qal li qed issemmi dan bħala sfond, hekk kif jemmen li fil-qadi tad-dmirijietu kull ġudikant għandu jkollu kuxjenza li tikkmanda ddeċiżjonijiet tiegħu. Preżenti għad-diskors f’waħda mill-awli tal-Qorti kien hemm għadd ta’ Avukati u Mħallfin, kif ukoll l-Aġent President Dolores Cristina, ilPresidenti Emeriti Eddie Fenech Adami u George Abela, il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, l-Avukat Ġenerali Peter Grech, il-Ministru għallĠustizzja Owen Bonniċi u lIsqof t’Għawdex Mario Grech. Preżenti wkoll kien hemm

5

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

għadd ta’ qraba ta’ Wenzu Mintoff, fosthom Patri Dijonisju Mintoff, martu Geraldine u bintu. Mintoff spjega kif il-ġudikatura indipendenti u imparzjali hija istituzzjoni tal-ogħla valur f’kull soċjetà demokratika, u ġudikatur indipendenti għandu jagħti servizz lis-soċjetà. L-Imħallef Mintoff kompla jgħid li minkejja li għandha tiġi mħarsa d-diskrezzjoni ta’ kull ġudikant fl-applikazzjoni talliġi, għandu jkun hemm linji gwida li jġibu aktar konsistenza u uniformità kif jitfasslu il-kundizzjonijiet għall-ħelsien millarrest u fejn għandu jkun hemm divjet fil-publikazzjoni tal-isem tal-akkużati. Mintoff qal li d-dokument dwar ir-Riforma tal-Ġustizzja għandu l-għan li jikseb titjib f’dan ir-rigward. Tenna wkoll li d-dewmien fil-kawżi iġib tbatija u ansjetà. Il-lingwa li tintuża fil-Qorti hija diffiċli għallpubbliku biex jifhimha. Mhux dejjem faċli li wieħed jadotta llingwa Maltija, iżda l-Imħallef għandu jkun hemm biex jispjega lill-poplu. L-Imħallef

– l-Imħallef Wenzu Mintoff

L-Imħallef ġdid Wenzu Mintoff

Mintoff kompla jgħid li għandu jkun hemm linja gwida fuq

varjetà ta’ aspetti tal-Qorti, bħall-pleġġ u l-pubblikazzjoni

tal-ismijiet. Tkellem ukoll dwar is-sensazzjonaliżmu min-naħa tal-media, li qal, m’għandux ikun. Finalment hu rringrazzja lil kulħadd taħt il-kappa tax-xemx, inkluż l-għalliema tal-primarja u s-sekondarja, lil nanntu, lillġenituri, lil martu u bintu, u lil dawk kollha li m’għadhomx ħajjin. Tkellem ukoll il-Viċi President tal-Kamra talAvukati, Ian Spiteri Bailey, li semma l-kwalitajiet li għandu jkollu ġudikant. Fosthom semma l-integrità, il-kapaċità li jikkomunika, u s-sens uman. Hu għamel referenza għaddiskors tal-ħatra ta’ Mintoff li wiegħed li se jżomm mal-kwalitajiet tal-onestà, imparzjalità, ġustizzja u ugwaljanza. Hu awgura li Mintoff jimxi ma’ dak li wiegħed. “Bħala ġudikant, m’għandux iħares lejn uċuh, kulur, twemmin, razza jew sess”, stqarr Bailey. “Imħallef integru huwa wieħed li ma jiġix influwenzat millpassat u l-preżent tiegħu, jew miċ-ċirkostanzi soċjo-politiċi”.

Carmelo Abela jikkonferma li għandu dħul minn tlett ibnadi differenti F’sena jdaħħal flus aktar mill-Prim Ministru

Il-Kelliem tal-Gvern Carmelo Abela kkonferma li hu għandu dħul minn tlett ibnadi differenti. Waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Baġit 2015, li matulha kkonferma li l-Baġit se jitressaq fil-Parlament fis-17 ta’ Novembru, Carmelo Abela qal li hija gidba li hu jaqla’ tliet pagi differenti, u qal li saħansitra ngħata Ruling filParlament dwar dan. Hu qal li lunika paga li jaqla’ hi dik bħala Kelliem għall-Gvern, wara li anke rriżenja mix-xogħol professjonali tiegħu. Iżda lanqas laħqu għaddew ftit minuti li l-Kelliem tal-Gvern ma kkonfermax li hu għandu dħul minn tlett ibnadi differenti – lOnorarja bħala Deputat talParlament, dħul bħala Whip talGvern, u dħul ieħor talli hu lKelliem għall-Gvern. Id-Deputat Laburista Abela qed jaqla’ €30,000 fis-sena talli hu Kelliem tal-Gvern, iżda waqt listess konferenza stampa qal li apparti x-xogħol ta’ Kelliem, jagħmel xogħol ieħor li jqabbdu Joseph Muscat.

Mistoqsi minn dan il-ġurnal x’inhu x-xogħol li qed iqabbdu jagħmel il-Prim Ministru biex jimmerita €30,000 fis-sena, Carmelo Abela ħarab milli jwieġeb u qal li wara kull biċċa xogħol li jagħmel, hu jirrapporta lill-Prim Ministru, u mhux lillġurnalisti. B’kollox, bid-dħul millOnorarja bħala Deputat talParlament, bħala Whip tal-Gvern u Kelliem għall-Gvern, Carmelo Abela idaħħal iktar flus fis-sena minn kemm jaqla’ l-Prim Ministru. Filwaqt li Carmelo Abela jdaħħal madwar €58,000 fis-sena, kien hu stess li ħabbar li l-poplu Malti se jkun qed jirċievi 58 ċenteżmu tal-ewro bħala żieda għall-għoli tal-ħajja. Dwar dan, Carmelo Abela qal li ż-żieda tinħadem b’mekkaniżmu stabbilit u l-Gvern ikun irresponsabbli jekk imiss dan il-mekkaniżmu. Waqt il-konferenza talaħbarijiet, il-Kelliem għall-Gvern qal li l-Baġit għas-sena d-dieħla se jitressaq nhar it-Tnejn 17 ta’

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kelliem tal-Gvern Carmelo Abela ħabbar li l-Baġit 2015 se jitressaq fil-Parlament fis-17 ta’ Novembru

Novembru mill-Ministru talFinanzi Edward Scicluna, bittweġiba tal-Kap tal-Oppożizzjoni ssir ġimgħa wara. Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar it€13-il miljun addizzjonali li Malta ntalbet tikkontribwixxi lill-Unjoni Ewropea u jekk il-Gvern hux se jiġġieled biex din iċ-ċifra tonqos, Carmelo Abela qal li l-Gvern Malti talab kjarifiki dwar din iċ-ċifra, imma indika li l-Gvern mhux se jkun qed jinsisti biex inaqqas dan l-ammont, filwaqt li qal li sa ċertu punt, din iċ-ċifra għolja hija pożittiva, għax tfisser li t-tkabbir ekonomiku qed iħalli r-riżultati. Aktar kmieni lbieraħ ilKummissjoni Ewropea indikat li se tkun qed tapprova l-Baġit ta’ Malta, wara li qalet li m’hemm xejn li jista’ serjament iwassalha biex tagħti opinjoni negattiva dwar l-Abbozz li ressaq il-Gvern Malti. Dwar il-kontenut tal-Baġit, Carmelo Abela qal li se jitraħħsu ttariffi tad-dawl u l-ilma għannegozji u li l-mira ta’ dan il-Baġit hija li l-manifest elettorali tal-Partit Laburista jkompli jitwettaq.


6

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

Mill-Awtorità tad-Djar qalulhom li l-inqas ħlas issa sar €49

Diversi persuni li jgħixu f’appartamenti tal-Gvern, u li jħallsu l-kera lill-Awtorità tad-Djar kull ftit xhur, ikkuntattjaw lil dan ilġurnal biex jinfurmawna li flaħħar jiem, meta rċivew il-kont li kien imiss tal-kirja, kif jagħmlu regolarment, sabu li għoliet ilkera tal-proprjetà tagħhom. ‘In-Nazzjon’ investigat dawn ir-rapporti u sabet li kienu diversi dawk il-familji, f’numru ta’ każi anke koppji anzjani – li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, b’mod partikolari fi flats talAwtorità tad-Djar – li l-aħħar kont li rċivew kien ogħla minn tas-soltu. Ħafna minn dawn il-familji jirċievu l-kont tal-kera kull tliet xhur, u f’ċerti każi, din id-darba sabu li l-kont kien irdoppja, waqt li kien hemm min il-ħlas dovut saħanistra żdiedlu b’aktar middoppju. Fost dawk li kkuntattjaw lil dan il-ġurnal, kien hemm min malli rċieva l-avviż tal-ħlas, ikkuntattja mill-ewwel lillAwtorità tad-Djar biex jiċċekkja x’kien qed jiġri, u minn

Familji milqutin miż-żieda qed jistaqsu kif il-Gvern qabad u għolla l-kera mingħajr ma sar means-test

hemmhekk ikkonfermawlu li lkera kienet għoliet. Mara li kellmitna qaltilna li millAwtorità qalulha li issa l-inqas ammont ta’ kera li wieħed se jibda jħallas hu ta’ €49, fil-każi kollha, immaterjalment minn kemm kien iħallas qabel. Inkwilini li tkellmu magħna spjegaw li ma setgħux jifhmu kif il-Gvern qabad u għolla l-kera mingħajr ma avża lil ħadd, għax ħadd minnhom ma rċieva avviż minn qabel li se jiżdiedlu l-ħlas, u saru jafu biż-żieda mill-kont li

rċivew id-dar. Oħrajn esprimew ruħhom sorpriżi kif il-Gvern żied il-kera mingħajr ma sar l-ebda tip ta’ “means-testing”. “Sa fejn naf jien, ma żdiedli lebda dħul, u allura ma nistax nifhem kif il-Gvern jaqbad u jżidli l-ammont li nħallas. Ma nafx fuqiex ibbaża din iddeċiżjoni,” sostniet magħna mara li tgħix f’wieħed minn dawn l-appartamenti tal-Gvern. L-istess mara spjegatilna li minn €24 kull tliet xhur, issa, b’daqqa

ta’ pinna u mingħajr l-ebda preavviż, se jkollha tibda tħallas €50, jiġifieri aktar mid-doppju. Spjegatilna wkoll kif persuni oħrajn li tkellmet magħhom, u li bħalha jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, ukoll irċivew kontijiet ogħla, u anke fil-każ tagħhom qed jistaqsu kif ladarba l-mezzi ma żdidulhomx, għaliex qed jintalbu jħallsu iżjed. Każ bħal dan, bla dubju ta’ xejn, jolqot ħażin l-aktar lill-anzjani u lil dawk li jgħixu fuq ilpensjoni, li minkejja li ma kell-

www.maltarightnow.com

LOKALI

hom l-ebda żieda fi flus, jew assi, li forsi tista’ twassal biex jiżdied l-ammont tal-kirja, xorta m’għandhomx triq oħra ħlief li jħallsu l-kont ogħla mis-soltu li se jibda jaslilhom id-dar. Ħafna familji oħrajn li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali ta’ dan it-tip, jinkludu wkoll persuni bi bżonnijiet speċjali – sitwazzjonijiet li inizjalment ikunu poġġewhom f’pożizzjoni vantaġġjata biex jikkwalifikaw għad-diversi skemi ta’ Housing Soċjali, imma li issa, qed jaraw l-ispejjeż tagħhom jiżdiedu b’dan il-mod. Din hija t-tieni żieda fi ftit ġimgħat li ġiet imposta fuq ilfamilji Maltin, bil-moħbi, u mingħajr l-ebda ġustifikazzjoni, wara ż-żidiet u l-ħlasijiet ilġodda li ddaħħlu fuq l-applikazzjonijiet għall-eżamijiet talMATSEC dan l-aħħar. Il-persuni li tkellmu magħna kkummentaw, b’ton sarkastiku li filwaqt li qed togħlielhom b’mod sostanzjali l-kera, il-Gvern filBaġit li ġej se jagħtihom 58 ċenteżmu fil-ġimgħa bħala kumpens!

Fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, ittella’ kunċert mill-Banda tal-Pulizija ta’ Malta b’risq il-Malta Community Chest Fund (MCCF). Il-kunċert sar taħt il-patroċinju tal-Aġent President ta’ Malta Dolores Cristina (Ritratt: DOI, Reuben Piscopo)


www.maltarightnow.com

LOKALI

Il-kwistjoni tal-boathouses titqajjem ukoll waqt il-quddiesa Il-kwistjoni li nqalgħet wara li lGvern iddeċieda li jagħti s-servizz tal-elettriku lir-residenti talboathouses illegali fl-Armier, tqajmet ukoll waqt il-quddiesa li ssir fl-istess post kull nhar ta’ Sibt fis-6.30pm. Persuna li tkellmet magħna, u li ġimagħtejn ilu inzertat attendiet għall-quddiesa tas-Sibt, spjegatilna kif meta wasal il-ħin għall-avviżi, tkellem il-President ta’Armier Developments Limited, Tarcisio Barbara, li ħabbar dan liżvilupp. “Fil-ħin tal-avviżi tal-parroċċa, tela’ l-President tal-Kumitat talBoathouses tal-Armier u qal li għandu l-pjaċir iħabbar li l-Gvern kien se jagħtihom id-dawl,” qaltilna din il-persuna.

Skont l-istess persuna li tkellmet magħna, Barbara ta x’wieħed jifhem ukoll li wara l-meters taddawl, jaf ikun imiss ukoll l-ilma. “Semma li din hi fuq dawl biss, għalissa mhux bl-ilma wkoll. Imma uża l-kelma għalissa li tista’ tfisser ħafna,” qaltilna din il-persuna. Fl-istess avviżi tħabbar li kienu se jsiru laqgħat biex ir-residenti jiġu ggwidati kif għandhom jimlew il-formoli b’rabta malgħoti tal-elettriku lil dawn ilbinjiet illegali. Imma l-avviżi ma waqfux hawn, bil-kelliem iwissi lil dawk preżenti għall-quddiesa biex ikunu kawti u joqogħdu attenti f’dak li jgħidu. Il-persuna li tkellmet ma’ ‘InNazzjon’ kompliet tgħidilna li Barbara talab ukoll il-

Djamanti Mużikali

koperazzjoni tas-sidien għaliex ilmedia kienet se tattakkahom. Hu qal li ġie mistieden biex jattendi għal programm dwar din ilkwistjoni, u fi kliemu qal “jien irrifjutajt, għal raġunijiet ovvji, għaliex mhux sew li nesponu ruħna f’dan l-istadju.” Dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li jagħti l-elettriku lir-residenzi illegali bħal dawk fl-Armier kien tkellem ukoll il-Kap talOppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li għamilha ċara li l-Oppożizzjoni ma taqbilx ma’ dan il-pass talGvern Laburista. Simon Busuttil qal li mhux sew li ċittadini jagħmlu minn kollox biex jobdu l-liġi, waqt li oħrajn qed jitħallew jagħmlu li jridu.

Żewġ kumpaniji magħżula għall-ftuħ ta’ casinos

Il-Gvern għażel lill-kumpaniji Eden Leisure Group Limited u Dragonara Gaming Limited biex magħhom jibda n-negozjati għallftuħ ta’ żewġ casinos f’Malta. Dan hekk kif intemm il-proċess immexxi mill-Unit talPrivatizzazzjoni, li beda b’sejħa għall-proposti għal konċessjoni għall-ftuħ u l-operat ta’ casinos f’Malta, sejħa li ħarġet fil-31 ta’ Lulju 2013. Stqarrija tal-Gvern qalet li l-Unit identifika lil Eden Leisure Group bħala l-proponent favorit, u lil Dragonara Gaming bħala t-tieni laktar proponent favorit. Din il-konklużjoni ntlaħqet f’rapport li sar minn Kumitat ta’

Evalwazzjoni u Aġġudikazzjoni li nħatar apposta. Il-Gvern qal li esprima x-xewqa tiegħu li jidħol f’negozjati b’mod immedjat maż-żewġ kumpaniji bil-għan li jingħataw żewġ konċessjonijiet separati għall-ftuħ u l-operat ta’ casinos f’Malta mingħajr dewmien. Dan għaliex jemmen li t-tieni konċessjoni, skont it-termini proposti minn Dragonara Gaming Limited, tkun ukoll ta’ benefiċċju għall-ekonomija Maltija. Issa, tgħid l-istqarrija, il-proċess ikompli b’perjodu ta’ diskussjonijiet u negozjati biex ikun finalizzat il-ftehim maż-żewġ kumpaniji separatament.

“Identità” huwa l-isem ta’ esibizzjoni artistika li għaddejja bħalissa fiċ-Ċentru ta’ Studji Politiċi tal-Fondazzjoni AŻAD flokkażjoni tal-anniversarji speċjali li qed jiċċelebra pajjiżna din issena, jiġifieri l-50 sena talIndipendenza, l-40 sena tarRepubblika, il-35 sena millĦelsien u l-għaxar snin minn meta Malta saret membru talUnjoni Ewropea. Il-wirja tiġbor fiha biċċiet talarti li saru fl-aħħar 70 sena bil-

għan li dawn jieħdu lill-viżitaturi fuq mixja tul dawn is-snin. Mixja li turi kif l-arti f’pajjiżna żviluppat – minn arti tradizzjonali għal skultura, arti astratta, fotografija u arti diġitali. Nhar it-Tlieta filgħaxija żar din il-wirja, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li ddawwar mal-wirja minn Mariella Pisani Bencini, preżentatriċi tal-programm “Meander” fuq NET TV. Il-wirja tibqa’ miftuħa sa għada l-Ġimgħa.

Wirja fl-AŻAD

Iż-żewġ teatri ta’ Għawdex jingħaqdu biex itellgħu kunċert

Preċiżament f’Jum Għawdex, tnieda l-kunċert “Djamanti Mużikali” li permezz tiegħu se jingħaqdu ż-żewġ teatri li hemm f’Għawdex, bl-ewwel parti talkunċert issir fid-29 ta’ Novembru fit-Teatru Astra, u t-tieni parti ssir fit-Teatru Aurora fis-6 ta’ Diċembru. Dan il-kunċert hu organizzat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FĊN) flimkien malMinisteru għal Għawdex, u se tkun l-ewwel darba fl-istorja ta’dawn iż-żewġ teatri Għawdxin se jkunu qed jikkollaboraw flimkien biex itellgħu kunċert wieħed. Flimkien se jkunu qed ifakkru avvenimenti li sawru l-istorja ta’ pajjiżna, l-Indipendenza u rRepubblika – ukoll l-ewwel darba li dawn iż-żewġ kisbiet importanti se jiġu mfakkra flimkien. F’konferenza tal-aħbarijiet li

matulha tnieda l-kunċert, il-produttur David Borg spjega li l-isem hu fergħa mill-aktar kanzunetta popolari li qatt inkitbet għal Għawdex, “Inti Djamant”, kif ukoll jirrifletti l-kontenut ta’ mużika u melodija Għawdxin u Maltin li tnaqqxu fl-istorja mużikali ta’ dawn il-gżejjer. Borg qal li wara s-suċċess kbir li għamel il-kunċert “50 Years of Maltese Music” fi SmartCity f’Malta, kien xieraq li dan jiġi estiż lejn Għawdex. Kif sar f’Malta, id-dħul għal dan ilkunċert f’żewġ partijiet se jkun b’xejn, fuq bażi first-come, first-served. Preżenti, minbarra l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, kien hemm ukoll iċ-Chairman tal-FĊN Albert Marshall, il-Kompożitur Paul Abela, u l-Presidenti taż-żewġ soċjetajiet mużikali ta’ Għawdex.

7

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

“Djamanti Mużikali” se jittella’ fuq żewġ Sibtijiet – fid-29 ta’ Novembru u fis-6 ta’ Diċembru 2014 fis-7.30pm (Ritratt: DOI, Reuben Piscopo)


www.maltarightnow.com

8

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

PARLAMENT

Il-Gvern ivvettja lil Gasol plc ...stampa finanzjarja xejn feliċi

L-aħħar rapporti finanzjarji tal-kumpanija Gasol plc, li tifforma parti mill-konsorzju Electrogas li għandu f’idejh il-bini tal-power station il-ġdida, juru stampa ta’ tħassib serju dwar il-futur tal-kumpanija

Ebda sejħa għal prodotti li jinbiegħu fil-mużewijiet ta’ Heritage Malta

Il-Gvern ma ħareġ ebda expression of interest għax-xiri ta’ souvenirs u prodotti simili oħra li qed jinbiegħu mill-ħwienet talmużewijiet ta’ Heritage Malta. Dan ikkonfermah il-Ministru Owen Bonnici, responsabbli millĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali, fi tweġiba li ta fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, li staqsa jekk inħarġitx sejħa biex jinstabu u jintgħażlu suppliers sabiex jissupplixxu lillkumpanija ta’ Heritage Malta, b’oġġetti, souvenirs u xarbiet minerali fost l-oħrajn sabiex jinbiegħu mill-ħwienet tal-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta. Staqsa wkoll lill-Ministru jispjega għaliex ma saritx expression of interest. Il-Ministru Bonnici wieġeb li s-

sejħa ma nħarġitx għaliex Heritage Malta qed tuża din l-ewwel sena li qed tmexxi l-ħwienet bħala prova, u biex ukoll takkwista l-esperjenza meħtieġa biex tmexxi ħwienet bħal dawn, u għalhekk baqgħet tuża suppliers li kienet ilha taħdem magħhom għal numru ta’ snin. F’kull każ m’hemmx esklussività u meta xi suppliers ikollhom xi proposta x’jagħmlu, dawn jiġu kkunsidrati. Spjega wkoll li prodotti bħal dawn ma jistgħux sempliċement jintgħażlu fuq bażi ta’ prezz biss, iżda wkoll fuq awtentiċità artistika u fuq il-fatt li huma prodotti Maltin. Issa li għaddiet l-ewwel sena, qal il-Ministru Bonnici, expression of interest formali se tiġi ppubblikata aktar tard din is-sena.

Fost dawk li saru Maġġuri filKorp tal-Pulizija bejn Ottubru u Novembru tas-sena l-oħra, kien hemm tnejn li kienu reinstated filKorp tal-Pulizija wara Marzu 2013. Dan ikkonfermah il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia, fi

tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Matul din is-sena wkoll iddaħħlu 30 ekspulizija lura filKorp, li kienu reinstated wara li kienu rriżenjaw aktar minn 15-il sena ilu.

Daħlu lura fil-Korp u saru Maġġuri

Il-Gvern iddikjara fil-Parlament li vvettja s-saħħa finanzjarja talkonsorzju Electrogas, b’rabta malproġett tal-power station il-ġdida, konsorzju li jinkludi lillkumpanija Gasol plc, li mill-aħħar rapporti finanzjarji tal-kumpanija Gasol plc, ippubblikati, juru stampa xejn feliċi tal-istat finanzjarju tagħha u fejn lawdituri juru tħassib serju dwar ilfutur tal-kumpanija. Fi tweġiba li ta fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista George Pullicino, ilMinistru tas-Saħħa u l-Enerġija Konrad Mizzi qal li l-konsorzju kien ivvettjat għas-saħħa finanzjarja tiegħu. Id-Deputat Nazzjonalista staqsa lill-Ministru Mizzi jekk fid-dawl

tal-pubblikazzjoni tal-aħħar rapporti finanzjarji tal-kumpanija Gasol plc, li tifforma parti millkonsorzju Electrogas – li juru stampa xejn feliċi tal-istat finanzjarju tagħha u fejn l-awdituri juru tħassib serju dwar il-futur talkumpanija – jistax jgħid x’inhi lpożizzjoni tal-Gvern fuq din laħbar. Il-Ministru Mizzi ntalab ukoll jgħid jekk l-istat finanzjarju u pożittiv tal-bidders u lkomponenti individwali ta’ joint ventures jew konsorzja, kienx u għadux rekwiżit biex l-istess bidder jibqa’ jitqies eliġibbli. It-tweġiba tal-Ministru Konrad Mizzi kienet li l-kuntratt ingħata abbażi tal-kriterji stipulati filproċess tax-xiri.

parlamentari, Ċensu Galea qal li risposti bħalma huma dik li “risposta tingħata f’xi seduta oħra”, huma ta’ insult. Fost sensiela ta’ mistoqsijiet u tweġibiet li rrefera għalihom u li ngħataw dan l-aħħar, Ċensu Galea rrefera għal mistoqsija dwar residenti fl-inħawi ta’ San Pawl ilBaħar bl-ilment dwar ħafna qtugħ ta’ ilma, bir-risposta kienet li filpostijiet imsemmija kellhom pressa baxxa. Ċensu Galea appella lillMinistru Konrad Mizzi li wieġeb

jintbagħat mingħand Kajfa għal għand Pilatu. Bħalma kien fil-każ ta’ mistoqsija dwar fuq liema bażi twaħħlet speed camera fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, bir-risposta kienet li l-policy tista’ tinstab fuq il-websajt tal-Awtorità tatTrasport. Fid-diskors tiegħu, Ċensu Galea rrefera wkoll għall-aħħar diskors ta’ Karmenu Vella bħala Deputat f’din il-leġiżlatura. Filwaqt li feraħlu għall-post il-ġdid li se jibda jaqdi fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, irrefera għall-appelli u l-

il-mistoqsija, biex jara x’qalu rresidenti anke fuq il-media soċjali, u li saħansita kien hemm min qal li dam ħafna sigħat twal mingħajr isservizz. Eżempju ieħor tratta mistoqsija oħra parlamentari dwar Triq itTuristi, f’San Pawl il-Baħar, minħabba li teħtieġ manutenzjoni urġenti, bl-informazzjoni fittweġiba tittratta partijiet oħra ta’ triq li ma saritx riferenza għaliha, filwaqt li ntqal ukoll fl-istess tweġiba li “mhux il-każ li nirrispondi”. Id-Deputat Nazzjonalista qal ukoll kif f’ħafna okkażjonijet oħra, il-Membru Parlamentari li jkun qiegħed jagħmel xogħlu jressaq ilmistoqsijiet parlamentari,

messaġġi li għamel, fosthom dwar l-umiltà li tkellem dwarha, kif ra lbidliet iseħħu f’pajjiżna u limportanza tar-rispett lejn xulxin fil-Parlament u lejn il-kariga ta’ Membru Parlamentari. Ċensu Galea qal li dawn huma “appelli u messaġġi li kull membru tal-Parlament għandu josserva u jirrifletti dwarhom, u fuq kif nagħmlu d-doveri bħala Membri Parlamentari lejn l-elettorat mingħajr ma nkunu ta’ għedewwa lejn xulxin meta xi deputat jaħseb li jrid jagħmel ħsara lill-kamp politiku oppost.” Appella lill-media tagħraf twassal il-messaġġ li jkun qed iwassal kull Membru Parlamentari.

Appell għal aktar serjetà u impenn mill-Gvern fit-tweġibiet parlamentari

Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea appella għall-impenn u sserjetà fil-mod kif il-Ministri talKabinett tal-Gvern qegħdin jirrispondu l-mistoqsijiet parlamentari hekk kif irrefera għal sensiela sħiħa ta’ domandi li qed jitwieġbu b’mod mhux proprju, u f’okkażjonijiet ukoll b’informazzjoni żbaljata u mhux tajba. Meta tkellem fil-ħin talAġġornament, id-Deputat Nazzjonalista qal li xogħol fundamentali tal-Parlament hu wkoll il-mistoqsijiet parlamentari, li jirriflettu problemi tan-nies u talpoplu. Dan ukoll hu dmir talMembru Parlamentari li jressaq ilmistoqsijiet tal-poplu u tan-nies fil-Parlament. F’dan ir-rigward, id-domandi parlamentari huma għodda f’idejn il-membri parlamentari filwaqt li lMinistri kultant ma jħossuhomx komdi bil-mistoqsijiet li jsiru. Id-domandi mhumiex kurżitajiet, saħaq Ċensu Galea, iżda mistoqsijiet li għandhom lintenzjoni u l-ħsieb li jaqdu wkoll il-bżonnijiet tan-nies għaliex jirriflettu l-ħtiġiet tan-nies. Appella lill-media biex meta jisiltu informazzjonijiet jirrikonoxxu li dik l-informazzjoni hi riżultat tal-mistoqsijiet parlamentari għaliex dan jagħti wkoll kuraġġ lill-membri parlamentari biex ikomplu bilħidma f’isem il-poplu li jirrappreżentaw. Dwar il-mod kif qed jingħataw ir-risposti għall-mistoqsijiet

Id-domandi mhumiex kurżitajiet iżda mistoqsijiet li jirriflettu l-ħtiġiet tan-nies


www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Partit Laburista fil-Gvern paxxut igawdi l-frott ta' abbuż ta' poter li sar fil-passat Il-Gvern Laburista qed iressaq fil-Parlament liġi dwar ilfinanzjament tal-partiti meta lPartit Labrista li hu fil-Gvern, illum hu paxxut igawdi l-frott ta' abbuż ta' poter li sar fil-passat u li permezz ta' din l-attitudni ta' dan il-Gvern qed tingħatat daqqa ta' ħarta kbira liddemokrazija. Fid-dibattitu fil-Parlament dwar il-liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti, id-Deputat Nazzjonalista Charlò Bonnici appella lill-Gvern li jekk iridna nemmnuh li hu ġenwin, li verament irid jibda paġna ġdida, għndu jagħmel l-ewwel pass u jħallas il-valur reali ta' dak li ħa l-Partit Laburista biex b'hekk ilpartiti politiċi kollha jitilqu millistess punt ta' tluq. Biex partit politiku modern jaħdem b’effiċjenza, jeħtieġ finanzjament sostanzjali u konsistenti u ma jimxix biss bil-ftit mingħand il-ħafna. U dan filkuntest ukoll ta’ partiti politiċi wkoll li għandhom il-media tagħhom li jirrikjedu finanzjament qawwi. Charlò Bonnici qal li l-abbozz ta' liġi li jirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi hu meħtieġ. Matul is-snin saru bosta tentattivi biex il-partiti jaslu għal ftehim kif ikunu regolati, u kif jirregolaw sistema trasparenti ta' kif jaħdmu l-partiti. Iżda tali tentattivi dejjem sfumaw fixxejn. Bażi għal ftehim kien hemm, iżda r-rieda lejn il-pass li jmiss ma kienx hemm. Għamel riferenza għar-rapport 'Galdes' ta' Mejju 1995, kif ukoll għallKumitat magħżul tal-Kamra fl2008 , fejn fiż-żewġ okkażjonijiet l-isforzi sfumaw fix-xejn wara li l-Oppożizzjoni Laburista ta’ dak iż-żmien irtirat middiskussjonijiet fuq prinċipju li ma kellux x’jaqsam mas-suġġett tal-finanzjament tal-partiti. Appella biex inħarsu 'l quddiem għaliex fil-prinċipju hemm qbil bejn kulħadd dwar il-bżonn li jkunu regolati l-partiti, u dan anke fid-dawl ta’ aktar trasparenza u aktar demokrazija politika fil-pajjiż. Semma l-perċezzjoni fil-mod kif il-poplu jħares lejn il-politika u l-politiċi, u qal li hi ħasra li l-ħażin tal-ftit itebba’ isem ilpolitiċi kollha. Charlò Bonnici qal li hu żvilupp importanti li jkollna status kostituzzjonali ċar dwar trattament ugwali li għandu jingħata lill-partiti politiċi kif ukoll dixxiplina tal-partiti politiċi, li

9

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

Il-Partit Laburista mar tajjeb finanzjarjament mhux biss bl-Australia Hall, iżda wkoll bit-tpartit ta' bini li sar fi żmien Gvern Laburista biex gawda mill-eks fabbrika tal-Interprint, u bidilha fi stazzjon tat-televiżjoni u r-radju għalih. Il-Partit Laburista ċeda proprjetà b'daqs ta' 8,835 metru kwadru u akkwista proprjetà b'daqs ta' 14,000 metru kwadru.

hu importanti mhux biss għallpartiti iżda wkoll għaddemokrazija. Għaldaqstant, hawn semma kif ma jistax jifhem kif il-Gvern Laburista għażel li f'din il-liġi li qed jipproponi, iwarrab il-

Sejjaħ bħala att egoistiku minn dan il-Gvern li jaf li llum qed igawdi minn frott ta' proprjetà li ħa jew mingħand il-pubbliku jew minn persuni privati li kieku llum għadhom igawdu minn dik il-proprjetà.

għall-każini tiegħu u ħadu proprjetajiet oħra fil-Furjana, filBirgu, f'Bormla, f'Ħal Għaxaq, fil-Gudja, fl-Imsida, f'Ħal Qormi, fir-Rabat u fis-Siġġiewi – 22 post tal-Gvern b'kollox. Semma kif għall-każini tan-

prinċipju tal-għajnuna mill-istat biex il-partiti jkunu megħjuna finanzjarjament u jiffunzjonaw kif għandhom jiffunzjonaw. U dan fid-dawl tar-realtà wkoll li lpartiti lanqas ma jiddependu biss minn din l-għajnuna talistat. Hu sejjaħ din il-pożizzjoni li ħa l-Gvern, li sejħilha bħala ta' konvenjenza politika, bħala irresponsabbli. Din il-pożizzjoni tal-lum hi ferm differenti minn deċiżjonijiet li ħa l-Partit Laburista fis-snin preċedenti, meta kien hemm qbil dwar għajnuna finanzjarja mill-istat għal aktar effiċjenza u aktar partiti ħielsa minn kull influwenza ta’ xi kontribuzzjonijiet oħrajn. L-għajnuna mill-istat tagħmel sens ukoll fil-konfront ta’ partiti żgħar fejn ħafna drabi ma jkunux rappreżentati filParlament, iżda jkunu qed jaħdmu wkoll f’livelli ta’ politika lokali bħall-gvernijiet lokali.

Saħaq li trid tkun verament ma tistħix biex illum tressaq filParlament liġi u fiha tgħid li listat m'għandux jagħti l-għajnuna lill-partiti politiċi filwaqt li jaf li qed igawdi minn frott misruq jew meħud għax uża l-poter ħażin, b'mod abbużiv u ħafna drabi wkoll krudili. Irrefera wkoll għall-mod kif il-Partit Laburistra ħa f'idejh parti minn fabbrika tal-Gvern, lInterprint, biex bidilha fi stazzjon tat-televiżjoni u r-radju għalih, meta ċeda proprjetà b'daqs ta' 8,835 metru kwadru u akkwista proprjetà b'daqs ta' 14,000 metru kwadru. Dan, filwaqt li biex il-Partit Nazzjonalista fetaħ stazzjon tarradju u t-televiżjoni, kellu jidħol fi spejjeż kbar. Anke lAlternattiva kellha toħroġ spejjeż kbar għal ftit faċilitajiet minn fejn taħdem. Il-Partit Laburista qed igawdi minn kirjiet baxxi u redikoli

Naxxar, ir-Rabat f'Għawdex u f'Santa Venera kienu jħallsu kuljum 64 ċenteżmu ta' lira Maltija, jew ewro u nofs. Dawn il-postijiet ħaduhom mingħajr ma ħarġu tenders jew sejħiet għall-interess għal kwotazzjonijiet. Ħafna minn din il-proprjetà ngħatat b'direct order bħalma sar fil-każin fitTokk fir-Rabat Għawdex, li nkera b'direct allocation lillPartit Laburista permezz ta' skrittura privata fi Frar tal-1974. Charlò Bonnici semma wkoll kif meta l-Partit Laburista ħa lproprjetà f'idejh, l-ewwel sarilhom spejjeż kbar minn fondi pubbliċi mbagħad għaddew għand il-Partit Laburista. Semma kif fil-Gudja, il-post kellu jkun klinika tas-saħħa u minfok ħadu l-Partit Laburista, bħalma ħa postijiet irrekwiżizzjonati minn familji Maltin finNaxxar, f'Raħal Ġdid, f'Santa Venera, f'Tal-Pietà, fil-Kalkara u

Trid tkun verament ma tistħix biex illum tressaq fil-Parlament liġi u fiha tgħid li l-istat m'għandux jagħti l-għajnuna lill-partiti politiċi filwaqt li jaf li qed igawdi minn frott misruq jew meħud għax uża l-poter ħażin, b'mod abbużiv u ħafna drabi wkoll krudili

f'San Ġiljan. Semma wkoll l-Australia Hall u l-artijiet ta' madwarha li b'valur ta' €10 miljun il-Gvern Soċjalista ta lill-Partit Soċjalista, biex suppost intużaw bħala kwartieri tiegħu meta ċeda x-Shipbuilding. Minflok ma użah għal dan l-iskop, kera partijiet minnu u daħħal ħafna flus u wara ħalla l-post jiġi żdingat. U fit-22 xahar li l-Partit Laburista ggverna bejn l-1996 u l-1998 saret pressjoni kbira malMEPA biex tnaqqas mill-protezzjoni li kellu l-bini u kif reġa' tela' fil-Gvern is-sena l-oħra, waqqa' l-kawża fil-Qorti kontra l-Partit Laburista dwar lAustralia Hall biex il-Partit Laburista jgawdi mill-massimu ta' din il-proprjetà. Il-Partit Laburista mar tajjeb ukoll minn negozji li kienu sostnuti u protetti minn gvernijiet Soċjalisti bħalma kien il-każ talMIB, kumpanija tal-assigurazzjoni b'interessi sostanzjali talPartit Laburista u l-GWU. Tkellem ukoll dwar numru kbir ta' billboards li rajna millGvern u li wara ntużaw millPartit Laburista, u kkummenta li dan iwassal għal ħafna mistoqsijiet dwar min ħallas ta’ xiex u għalxiex. Dwar aspetti oħra tal-liġi proposta, Charlò Bonnici qal li lprinċipju li wieħed jikkontribwixxi finanzjarjament favur partit politiku hu xi ħaġa pożittiva għaliex hu mezz ieħor kif wieħed jipparteċipa fil-politika.


www.maltarightnow.com

10

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

OPINJONI

Ejja nitkellmu dwar kollox minbarra d-dunque Il-proġett tal-power station kien mill-aktar ċentrali fil-kampanja elettorali tal-Partit Laburista. Kien proġett li dwaru l-Partit Laburista flOppożizzjoni xtaq jitkellem ilħin kollu, mingħajr waqfien, u prattikament f’kull okkażjoni li kellu l-opportunità biex jagħmel hekk. Kellu jkun l-akbar proġett ta’ dan il-gvern għan-naħa t’isfel ta’ Malta. Il-proġett li kellu jsolvi elf problema. Il-proġett li għalih il-Partit Laburista talab il-fiduċja tan-nies u ngħata din il-fiduċja bil-kbir. Huwa wkoll il-proġett li blaktar mod ċar qiegħed jimmarka falliment mill-aktar grass ta’ dan il-gvern. Proġett li fih, ilgvern bl-aktar mod ċar falla f’mira ewlenija minn tiegħu, hekk li saħansitra ġie żvelat bħala gvern inkonsistenti fi kliemu fejn illum jgħid verżjoni u għada jagħti oħra totalment differenti. Gvern li bl-aktar mod ċar m’għandu ebda roadmap iżda qiegħed jimxi bil-politika tal-crises management. Mistoqsijiet bir-raġun Huwa bir-raġun għalhekk li ssitwazzjoni qanqlet bosta mistoqsijiet u anke kritika fil-kon-

front tal-gvern Laburista. Ċertament li f’soċjetà demokratika l-Partit Laburista ma seta’ qatt jistenna li ma jiffaċċjax mistoqsijiet u kritika filkonfront ta’ falliment hekk spettakolari. U ma kienx il-Partit Nazzjonalista li staqsa l-mistoqsijiet. Anke nies mingħajr ebda interess politiku partiġjan u lmedia indipendenti ressqu lmistoqsijiet u l-kritika tagħhom.

Kollox minbarra d-dunque Ir-rispons tal-Gvern kien wieħed prevedibbli. Il-Gvern beda jitkellem dwar kollox minbarra d-dunque. Minflok wieġeb il-bosta mistoqsijiet dwar il-proġett tal-power station ilGvern ħassu aktar komdu jixħet l-allegazzjonijiet u jipprova jdawwar s-suġġett taddiskussjoni fuq dawn l-allegazzjonijiet. Ħarsa ta’ malajr lejn il-media Laburista u l-forċina numru wieħed tagħha l-General Workers Union malajr turik blaktar mod ċar. Fuq kollox, kif fuq il-power station f’daqqa skiet perfett? Tgħid għaliex? Tgħid x’ġara biex f’daqqa lpower station m’għadhiex

Angelo Micallef

angelo.micallef@gmail.com

suġġett li rridu nitkellmu dwaru l-ħin kollu?

Il-mistoqsijiet hemm kienu u għadhom Idur kemm idur u jipprova joħloq stejjer kemm jipprova joħloq, il-mistoqsijiet dwar ilproġett tal-power station hemm kienu, għadhom u sfortunatament jidher li se jibqgħu. IlGvern jista’ jagħżel li jagħmel dak li jagħmlu gvernijiet responsabbli u jibda jagħti ttweġibiet, jew jista’ jagħżel li jkompli jinħeba. Jekk jagħżel li jinħeba, kif s’issa qiegħed jagħmel, ikun qiegħed biss juri diżrispett lejn l-istess elettorat li inqas minn sentejn ilu wera tant fiduċja fih.

Minflok wieġeb il-bosta mistoqsijiet dwar il-proġett tal-power station, il-Gvern ħassu aktar komdu jixħet l-allegazzjonijiet u jipprova jdawwar is-suġġett tad-diskussjoni fuq dawn l-allegazzjonijiet

Favur il-ħajja bil-provi Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Partit Nazzjonalista organizza l-Konvenzjoni Ġenerali li kienet miftuħa għal kulħadd u għal kull fehma. Fost is-suġġetti li dawk li attendew qajmu kien hemm il-ħtieġa ta’ diskussjoni informattiva dwar l-abort. Ħa nkun ċar hawnhekk, l-abort fl-opinjoni tiegħi hu wieħed mill-aktar atti vili li jseħħu b’mod komuni fl-umanità. Huwa att barbarbu ta’ qtil tal-innoċenti u bl-ebda mod ma jista’ qatt jiġi ġustifikat. Il-pożizzjoni tiegħi kontra l-abort hija kategorika u biħsiebni nżomm magħha b’mod mill-aktar sod. Iżda dak li ġie diskuss filKonvenzjoni Ġenerali kien ilħtieġa ta’ diskussjoni informattiva

u mhux bidla fil-politika tal-partit. Li tinforma ruħek huwa dejjem tajjeb; anke dwar dak li miegħu veru ma taqbilx għaliex itik l-għodda meħtieġa biex f’sens demokratiku tikkumbatti lil min huwa ta’ fehma oħra dwar is-suġġett inkwistjoni. Il-pożizzjoni tal-PN ma kien ebda ċaqliq fiha; kien u għadu favur ilħajja u fl-ebda punt ma ġie suġġerit mod ieħor. Ħasra għalhekk li l-għaqda Gift of Life, li normalment tant tagħmel ħidma sfiqa, f’din lokkażjoni ħasset il-ħtieġa ta’ għaġla żejda u nuqqas grass ta’ verifikar tal-fatti fil-forma ta’ stqarrija dwar il-politika tal-PN. F’ġieħ il-kawża mill-aktar nobbli favur il-ħajja li jien tant nemmen fiha nispera li fil-futur Gift of Life turi aktar għaqal u maturità.

Malta: Oppożizzjoni b’viżjoni u Gvern moħħu fl-Oppożizzjoni

Tisma’ diversi diskorsi talGvern u l-esponenti tiegħu, u ma tistax ma tinnutax li dan il-Gvern, iktar jagħmel referenza għall-Partit Nazzjonalista milli għal Malta. Għandna Gvern li poġġa fil-mira tiegħu iktar lill-Oppożizzjoni milli l-iżvilupp ta’ pajjiżna. Din il-ġimgħa kellna xempju tad-differenza li hemm bejn iżżewġ partiti. Filwaqt li Joseph Muscat iffoka d-diskors politiku tiegħu biex jattakka lill-Partit Nazzjonalista, anke fuq livell personali f’ċerti ċirkostanzi, u lGvern preċedenti, fl-istess waqt, kellna lil Simon Busuttil jagħmel diskors eċċellenti li juri li l-Partit Nazzjonalista jrid jagħti viżjoni lill-partit u lil pajjiżna.

Konvenzjoni Ġenerali L-ewwel konvenzjoni ġenerali kienet opportunità li turi t-timbru ta’ bidla li qed isseħħ fil-Partit Nazzjonalista. Kunċett differenti li ġab flimkien viżjonijiet u opinjonijiet differenti. Tkellmu nies li qatt ma tkellmu qabel u li forsi

minkejja li ppruvaw jitkellmu, ma tħallewx, jew ma ħassewhomx komdi jitkellmu. Illum anke dawn huma parti mill-Partit Nazzjonalista u din il-konvenzjoni wriet li l-Partit Nazzjonalista jrid jisma’ lil dawn in-nies sabiex il-viżjoni u l-politika tal-Partit tindirizza d-diffikultajiet li ħafna nies jesperjenzaw – diffikultajiet li ġew fuqhom mhux b’għażla tagħhom, li iżda jagħmluha diffiċli għalihom. Laqtitni l-ewwel ħaġa li għamel Simon Busuttil il-Ħadd li għadda meta tela’ fuq il-palk. Simon Busuttil neħħa l-glekk u xammar – u din għandha sinifikat enormi. Mingħajr ma nidħol filmertu ta’ kinitx intenzjonata jew le, għalija din turi li ibda millKap u ibqa’ nieżel, kulħadd għandu jxammar il-kmiem u jmidd idejh għall-ħidma biex naħdmu sabiex nerġgħu nirbħu l-fiduċja tan-nies. Dan hu biss il-bidu Il-Konvenzjoni Ġenerali kienet

Din il-konvenzjoni wriet li l-Partit Nazzjonalista jrid jisma’ lil dawn in-nies biex il-viżjoni u l-politika tal-Partit tindirizza d-diffikultajiet li ħafna nies jesperjenzaw Antonello Cuschieri

antonello.cuschieri@gmail.com

biss il-bidu. Kienet opportunità biex jingħata bidu għall-iżvilupp tal-Partit Nazzjonalista, taħt tmexxija ġdida – minn hawn tibda t-triq tal-Partit lejn ittmexxija ta’ pajjiżna. Konvenzjoni li tagħti l-messaġġ li l-Partit ħa t-tagħlima, li l-Partit sema’ l-weġgħat u fehem li għandu jkun verament viċin tan-nies – u li issa lest jaħdem bis-sħiħ biex jerġa’ jkun l-għażla tal-poplu. Laqgħa miftuħa għat-tesserati

kollha mhux biss għall-kunsilliera. Laqgħa fejn tesserati setgħu jipparteċipaw fit-tfassil talviżjoni tal-Partit Nazzjonalista – laqgħa li b’mod ċar uriet, li lbibien tal-Partit miftuħin għal kull min verament irid jaħdem għall-ġid u t-tkabbir tal-Partit Nazzjonalista. Xi jmiss? Imiss issa li dak li nbeda filKonvenzjoni, jiġi żviluppat biex jindirizza realment ilbżonnijiet li ġabu magħhom ittibdiliet tul iż-żminijiet. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jżomm

u jħaddan il-valuri li hu mibni fuqhom, jaġġorna ruħu sabiex kull individwu jħoss li hu parti minn dan il-Partit u jħossu li jista’ jagħti sehem fil-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista hu l-partit li fih wieħed għandu jħossu kburi jgħid li jagħmel parti minnu u jkun konvint li l-għażla li jissieħeb fil-Partit Nazzjonalista kienet waħda tajba għalih u se naħdmu biex bħalma l-Partit Nazzjonalista kien għażla tajba għall-individwu, eventwalment il-Partit Nazzjonalista jkun lgħażla t-tajba għal Malta.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Sfruttament ta’ ħaddiema Asjatiċi f’kumpanija tal-Gvern Ċiniż f’Malta Kemm-il darba fl-aħbarijiet ta’ barra smajna b’fabbriki li jħitu l-ħwejjeġ f’pajjiżi foqra u li jisfruttaw lill-ħaddiema b’mod oxxen b’sigħat twal ħafna ta’ xogħol, pagi miżeri u sigurtà ta’ xejn. Wara inċidenti li seħħew f’fabbriki, fosthom filBangladexx, fejn mietu ħafna ħaddiema, id-ditti rinomati dinjin li għalihom iħitu ħwejjeġ dawn il-fabbriki qablu fuq kundizzjonijiet tax-xogħol umani u sigurtà għal dawn il-ħaddiema.

Aħbar li tixxokkja d-doppju Dawn huma aħbarijiet li f’pajjiżi bħal Malta donnu narawhom xi mkien ieħor ‘il bogħod, tiġina ftit ħasra, u nkomplu nqallbu. Imma issa kellna aħbar fil-gazzetta tal-Ħadd ilmument u li kompliet f’dan il-ġurnal; aħbar li tixxokkja lillqarrej id-doppju: tixxokkja bid-deskrizzjoni tal-isfruttament f’fabbrika partikolari, u tixxokkja għax din il-fabbrika mhix qiegħda f’xi pajjiż ‘il bogħod tat-tielet dinja imma f’Malta.

Rappurtaġġ investigattiv u riċerkat b’informazzjoni awtentika Ir-rappurtaġġ investigattiv u riċerkat tajjeb ħafna bl-informazzjoni awtentika tal-ħaddiema f’din il-fabbrika u bir-ritratti ta’ fejn jaħdmu u fejn qed jinżammu żvela r-realtà tal-fabbrika Leisure Clothing fil-qasam industrijali ta’ Bulebel. Din hi fabbrika tal-Gvern Ċiniż. Fiha qed jitħaddmu żgħażagħ mill-Asja, fosthom mill-Vjetnam. Dawn jiġu mħajrin bil-wegħda ta’ paga ta’ 600 ewro fix-xahar, li għalihom hi paga għolja. Imma jinżammu – għax hekk trid tgħid – f’hostel li hemm Ħal Far effettivament imsakkrin fi swali tal-irqad wara twieqi mbarrati.

Miżmumin imsakkrin f’taparsi hostel Ngħidu swali tal-irqad għax filgħodu kmieni jittieħdu bilprivates fil-fabbrika tal-Gvern Ċiniż f’Bulebel u, wara sigħat twal ta’ xogħol, jittieħdu lura fis-suppost hostel biex jorqdu f’gabubi żgħar b’ħafna żgħażagħ fuq xulxin. Fil-hostel hemm arja ta’ telqa u ħmieġ liema bħalha u dawn il-ħaddiema sfruttati jaħdmu anke fi tmiem il-ġimgħa.

Jitħallsu 150 ewro fix-xahar jew anqas u jżommulhom il-flus ħalli ma jaħarbux Il-wegħda li jaqilgħu 600 ewro fix-xahar malajr tgħib meta jiġu Malta għax min iħaddimhom inaqqsilhom mill-paga ħlas għoli għal-lodging fil-hostel, għat-trasport u għall-ikel u xxorb hekk li jibqagħlhom forsi 150 ewro fix-xahar. U jżommilhom mill-paga ammont ta’ flus li jibqa’ ma jagħtihomlhomx ħalli ma jaħarbux. Imma żewġ tfajliet ippruvaw jaħarbu u din l-istorja li tixxokkja b’hekk spiċċat f’idejn il-Pulizija. Il-Gvern Malti għandu jgħin lill-Pulizija tinvestiga u tieħu passi Il-liġijiet dwar il-ħarsien tal-ħaddiema f’Malta jgħoddu għal kulħadd f’Malta, hu min hu. Huma ta’ tħassib ir-rapporti li lPulizija l-ewwel bdew jinvestigaw dal-każ imbagħad waqfu għax waslet ordni minn xi mkien. Il-Gvern Malti għandu obbligu kbir jgħin lill-Pulizija tinvestiga u tieħu passi biex Malta tagħti sinjal lil kulħadd, hu min hu, li l-isfruttament talħaddiema hawn Malta mhux naċċettawh imma niġġildulu.

11

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

Il-Beata Adeodata Pisani

Nirreferi għall-kitba tasSinjura Emily Barbaro-Sant li dehret fil-ħarġa ta’ ‘In-Nazzjon’ tat-Tlieta, 28 ta’ Ottubru, 2014, dwar dak li hemm fil-Memorji tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca dwar ilBeata Marija Adeodata Pisani O.S.B. Din il-kitba tas-Sinjura Barbaro-Sant hija ripetizzjoni, mill-bidu sal-aħħar, ta’ dak li kitbet 12-il ġurnata qabel, fil-ġurnal l-Orizzont, jiġifieri nhar is-16 ta’ Ottubru, 2014, u li dwaru jien weġibt fl-Orizzont tal-Ħamis, 23 ta’ Ottubru, 2014. L-ispjegazzjoni tiegħi dwar dak li rrepetiet kelma b’kelma f’In-Nazzjon, minkejja l-kjarifika diġà ppubblikata tiegħi, tibqa’ listess waħda li dehret fl-Orizzont tat-23 ta’ Ottubru, 2014. Niċċara kif ġej: Qabel ma ktibt dwar l-eżumazzjoni tal-fdalijiet tal-Beata Pisani, jiena ċċekkjajt mat-Tribunal Ekkleżjastiku tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. F’dan il-kuntatt, jiena ġejt

infurmat li d-dokumentazzjoni li hemm fl-Arkivju tat-Tribunal, filBelt Valletta, turi li l-eżumazzjoni saret fl-4 ta’ Mejju, 2001. Jiena mxejt ma’ din l-informazzjoni. Dakinhar jiena ma kontx naf dwar l-eżumazzjoni tas-6 ta’ Frar, 1991, li s-Sinjura Barbaro Sant semmiet fil-kitba tagħha. Wara li rajt il-kitba tas-Sinjura Barbaro-Sant f’l-Orizzont, jien erġajt iċċekkjajt mat-Tribunal Ekkleżjastiku. Ikkonfermawli li fl-Arkivju tat-Tribunal m’hemm xejn dwar l-eżumazzjoni tal1991. Biss wara aktar iċċekkjar min-naħa tat-Tribunal, ġejt infurmat li kien instab li d-dokumentazzjoni dwar l-eżumazzjoni tal1991 tinsab fl-Arkivju tal-Kurja tal-Arċisqof, fil-Furjana. Irriżulta li l-persuna li oriġinarjament, f’isem it-Tribunal, kien weġibni dwar id-data tal-eżumazzjoni, dakinhar ma rrealizzax li kien hemm dokumentazzjoni addizzjonali fl-Arkivju tal-Kurja, fil-Furjana. Nifhem li fl-Arkivju tat-Tribunal m’hemm xejn dwar l-eżumazzjoni tal-1991 għaliex dak iż-żmien l-atti ta’ eżumazzjonijiet kienu qed jinżammu flAtti Ċivili tal-Kurja. Nassigura li hu għal dawn irraġunijiet aċċidentali, u għalhekk biss, li l-eżumazzjoni tal-1991

25 sena ilu f’In-Nazzjon

ma tissemmiex f’dak li jiena ktibt fil-Memorji ta’ Mons. Mercieca. Jiddispjaċini li ġrat din il-ħaġa. Fil-kitba tagħha, is-Sinjura Barbaro-Sant semmiet ukoll li filktieb tal-Memorji tal-Arċisqof Mercieca m’hemmx ċertu tagħrif li hija stenniet li jkun hemm dwar il-mixja twila għall-beatifikazzjoni tal-Beata Pisani. FilMemorji, però, jiena ma dħaltx f’ċerti oqsma rigward din ilmixja. Bħala eżempju nista’ nsemmi li fil-Memorji m’hemmx miktub li nhar il-15 ta’ Settembru, 1998, Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca ħatar lil Monsinjur Carmel Zammit bħala Koordinatur Djoċesan għallKawża tal-Beatifikazzjoni talVenerabbli Pisani. Lanqas m’hemm imsemmi it-tagħrif addizzjonali li ħarġet il-Kurja talArċisqof fl-istess jum. Żgur li la kienet u lanqas hi lintenzjoni tiegħi li b’xi mod innaqqas mill-mertu ta’ kull min ħadem, kien min kien, biex, b’ferħ kbir għal kulħadd f’dawn il-gżejjer, il-Venerabbli Pisani għall-grazzja ta’ Alla ġiet beatifikata. Charles Buttigieg Ħal Tarxien

Kumitat li kien twaqqaf biex jeżamina s-sitwazzjoni fl-għoli tal-prezzijiet sab li lisplużjoni fil-prezzijiet kienet seħħet qabel Mejju tal-1987. F’dan il-Kumitat kien hemm ukoll il-General Workers Union (GWU) u meta tkellem dwar il-konklużjonijiet ta’ dan ilKumitat, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami qal li minkejja l-kampanja tas-Soċjalisti dwar lgħoli tal-ħajja u n-nuqqas ta’ kontroll talprezzijiet, il-poplu issa jista’ jdur fuq il-Partit Soċjalista u jgħidlu li l-ħajja għoliet fi żmienu. Saret l-ewwel laqgħa, u kienet suċċess kbir, tal-Assoċjazzjoni Pensjonanti Anzjani Nazzjonalisti (APAN) li kienet għadha kif twaqqfet bħala fergħa ġdida fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Fl-indirizz tiegħu lill-anzjani f’din l-ewwel laqgħa, il-PM u Kap tal-PN Eddie Fenech Adami qal li l-Gvern hu impenjat bis-sħiħ li jkompli jtejjeb is-settur tal-anzjani, kif għamel b’diversi miżuri, tul is-sentejn u nofs ta’ qabel. “Hu dmir tas-soċjetà li tagħti dinjità sħiħa lillanzjani,” saħaq Eddie Fenech Adami.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

12

X’NARA U X’NISMA’

gżira Għawdxija. Fl-espressjoni ta’ interess, li kien ħareġ ilGvern tal-Labour fuq il-casino

litteralment ma applika ħadd. Ħadd ma kien interessat li jiftaħ casino f’Għawdex taħt ilLabour ta’ Joseph il-bully. X’mistħija!” Dan kien żvelat mill-Ministru Chris Cardona filParlament f’risposta lid-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea. “Chris Cardona,” qalilna l-għasfur, “qallu li dan ma jfissirx li ħadd mhu interessat fil-casino, għax hemm ħames expressions of interest f’Malta, imma bħalis-

tal-poplu u kollox sagrosant.” Idumu ż-żgħażagħ Għawdxin jistennew biex jaraw lilhom infushom libsin is-sidrija u ċċoff jaħdmu fil-casino f’Għawdex li wegħidhom ilLabour. Dak l-aqwa li ħadilhom il-vot. Issa jieħdu paċenzja lGħawdxin u jekk iridu jaħdmu, iqumu mal-vapur tas-sitta ta’ filgħodu u jaraw fejn isibu xogħol Malta, la ma jkunux tal-qalba ta’ ġewwa nett biex forsi l-ħaruf

f’Għawdex, kien hemm wieħed biss interessat u naturalment, għall-inqas il-Labour kellu ddiċenza li jerġa’ jiftaħ lespressjoni ta’ interess għattieni darba. “Iżda t-tieni darba,” qalilna l-għasfur, “il-Gvern talLabour mar lura għax did-darba

sa, billi qegħdin taħt il-Labour ma jkunx għaqli nitkellmu fuqhom għax qegħdin fi stadju sensittiv u delikat ħafna. Għax il-Labour dejjem hekk,” komplielna l-għasfur, “qisna qegħdin il-Korea ta’ Fuq, kollox sigriet, kollox mhux fl-interess

tas-sagrifiċċju, jiġifieri Anton Refalo, jivvintalhom xi ħaġa mod ieħor, la l-famuż korp Greener & Cleaner kien biss gimmick kif jaf jagħmel ilLabour biex jisirqilhom il-vot tal-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew.

X’Qalilna l-Għasfur Il-wegħda Fil-bidu ta’ dan ix-xahar kellu jiftaħ il-Parlament u skont ilwegħda ta’ Joseph il-bully kellu jibda jiltaqa’ fil-binja l-ġdida li ppjana u bena l-Gvern Nazzjonalista. Għada l-aħħar ta’ Ottubru u l-Parlament sallum għadu lanqas biss resaq lejn il-binja l-ġdida aħseb u ara kemm beda jagħmel użu minnha. “Dak li jinbaħ dejjem, jiġifieri l-Ministru Joe Mizzi,” qalilna l-għasfur, “kien wegħidna solennement li f’Ottubru lParlament se jibda jiltaqa’ filbini l-ġdid, iżda meta induna li ħa falza stikka, qalilna li xxogħol se jkun lest fi ftit żmien ieħor. Iżda,” komplielna l-għasfur, “ta Ministru Laburista li hu, dak li jinbaħ, ma riedx jgħidilna meta se jibda jiffunzjona l-bini l-ġdid.” L-istess ġralu lMinistru Popeye, jiġifieri Konrad Mizzi tas-Saħħa u lEnerġija. L-ewwel tgħidx kemm wegħdi solenni li l-power station ġdida tal-pika u l-gass se tkun lesta sa Marzu li ġej, imbagħad, waqa’ fil-muta. “Biex tgħaxxaqha,” qalilna lgħasfur, “ma’ Popeye għamel ilwegħdi solenni Joseph il-bully, dak li ma jiżbalja qatt u li ħadd ma jista’ għalih għax għandu maġġoranza storika! Dak,” kompla jgħidilna l-għasfur, “mar pass oltre. Dak, ta’ bully u eroj li hu, qalilna li jekk ma jkunx hekk, hu kien se jirriżenja. U jista’ jdum jgħidilna li mhux hekk qal tafux, għax aħna la aħna boloh u lanqas torox, bir-rispett kollu lejn il-persuni neqsin mis-smigħ. L-aħħar li smajnieh jgħidilna fuq il-programm dissett kien: JIEN INŻOMM IL-KELMA TIEGĦI......Imma stenna naqra,” temm jgħidilna l-għasfur, “dan jaf jagħmel distinzjoni bejn tkun ta’ kelma u tkun ta’ paroli? Jekk Joseph hu persuna ta’ kelma għandu jirriżenja, imma jekk hu persuna tal-paroli, miskin il-poplu Malti li fettillu jafdah darba. Għal għeluq sninu se niddedikalu d-diska ta’ Mina, ‘Parole Parole Parole’.”

Il-casino f’Għawdex Fost il-ħafna wegħdi ma jispiċċaw qatt fuq kollox u lil kulħadd kien hemm il-famużi xogħol f’Għawdex għallGħawdxin u casino ġdid fil-

Il-platt sħun Dan l-aħħar, f’risposta għallmistoqsija parlamentari tadDeputat Nazzjonalista Mario Galea, il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, dak li sadd it-toqba ta’ Godfrey Farrugia wara li Joseph il-bully ried jeħles minnu, qalilna li tliet mija u ħamsa u ħamsin persuna qed jagħmlu użu misservizz tal-meals on wheels li kien ħoloq il-Gvern Nazzjonalista. Barra minn dawn, kompla l-Ministru Michael Farrugia, hemm tlitt mija u wieħed u sebgħin li qed jistennew l-istess servizz. “Tiftakru,” staqsiena l-għasfur, “kemm tal-Labour, meta kienu fl-Oppożizzjoni kienu jippruvaw jirredikolaw lill-Gvern Nazzjonalista, billi jgħidulna li qed nipprovdu l-famuż platt sħun? Staqsu lill-anzjani li jgħixu waħidhom kemm japprezzaw dak il-famuż platt sħun li introduċielhom f’darhom ilGvern Nazzjonalista?” staqsiena l-għasfur. “Għax għalLabour dak li fi żmien Gvern Nazzjonalista kien redikolu, illum sar sagrosant u dak li kien sagrosant, illum sar dagħwa. Imma dawn b’min jaħsbu li qed jgħaddu ż-żmien? Għaddew iżżmien b’kulħadd qabel l-aħħar elezzjoni, għax wiegħdu l-ilma jiżfen lil kulħadd, imma issa żżmien jagħtina parir ta’ min hu l-aktar ċuċ, jekk hux il-poplu Malti u Għawdxi, jew Joseph ilbully bil-Labour tiegħu.” Ħalli jasal il-baġit u niġu għaż-żieda ta’ tmienja u ħamsin ċenteżmu. Hemm irridu naraw kemm lanzjani tagħna, li l-Labour użahom tant biex jitgħajjar bilfaqar, se jlaħħqu mal-ħajja li suppost bil-bakketta maġika ta’ Joseph u l-Labour ma togħliex. “U bilħaqq,” reġa’ fakkarna lgħasfur, “fejn hu dak id-dilettant taċ-ċikkulata li kien jgħajjat: ‘Issa Daqshekk’? Mhux se jorganizza protesti fit-toroq u jkun prima filliera jgħaqqad ilponnijiet? Possibbli li Toni Zarb se jikkuntenta bi tmienja u ħamsin ċenteżmu fil-ġimgħa? Jaf Toni li lanqas ċikkulata ta’ veru ma jixtri b’daqshekk?” Imma sewwa jgħidu li l-Labour dejjem hekk kien. MillOppożizzjoni jwiegħed ilmediċina Mintoff għall-għoli tal-ħajja, u mill-Gvern joffrilna l-qamel tal-bulk buying. Issa għandna lil Joseph il-bully li wiegħed is-sema fl-art lil kulħadd u issa jaħrab lill-ġurnalisti, u dak li jkun qal jgħid li ma qalux filwaqt dak li ma qalx jipprova jbellagħhulna bħallimzazen. “Viva l-Labour tagħna lkoll,” qalilna l-għasfur, “U min xarrbu kielu l-bakkaljaw!”


www.maltarightnow.com

13

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

OPINJONI

Sebaħ Jum – Musical li wassal l-emozzjonijiet ta’ poplu

Ġranet ilu, fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku, ittella’ l-musical Sebaħ Jum, miktub biex ifakkar il-50 anniversarju mill-kisba talIndipendenza għal pajjiżna. Irrid minn hawn nifraħ lit-tim kollu li kien involut fl-organizzazzjoni ta’ dan il-musical għal-livell ogħli li nkiseb fl-aspetti kollha tiegħu: reċtar, mużika, kant, effetti viżwali u loġistika. B’mod partikulari nifraħ lil Marc Spiteri Lucas tal-kompożizzjoni mexxejja li kienet tqanqal, tferraħ u temozzjona skont dak li kienet qed twassal ix-xena, u lil Joe Chircop tal-lirika mirquma, qatt ripetittiva, li wriet l-istorja tal-Indipendenza mil-lenti taċ-ċittadin komuni u mhux mil-lenti tal-politiku jew tal-istoriku. L-istorja ħajja taddemm u l-laħam tal-poplu li 50 sena ilu wasal jiddeċiedi li jieħu rajh f’idejh. U forsi kien dan l-aspett li għamel il-musical wieħed aktar emozzjonanti u li mar lil hinn mill-aspettattivi ta’ ħafna li stennew li se jaraw l-istorja li ġa kienu jafu. Għax minflok it-tlel-

lix tal-istorja miktuba, raw ilbiżgħat u l-emozzjonijiet ta’ min dik l-istorja għexha. B’mod intelliġenti, il-musical dar malħajja ta’ familja ordinarja u kif lIndipendenza effettwathom u bidlitilhom ħajjithom. Millmissier li kien għex ħajtu kollha jaqla’ x’jiekol mis-servizzi Ingliżi u li ma setax jimmaġina kif Malta indipendenti kienet qatt se tkampa, għat-tfal li waqt li kienu qed jisimgħu l-argumenti tal-adulti ma setgħux jifhmu għaliex dawn il-battibekki u “ġlied”. Interessanti ħafna kienet listorja tal-iben il-kbir, li ġabar fih l-esperjenzi li għexu ħafna Maltin. Ħaddiem tat-Tarzna li spiċċa bis-sensja waqt ir-rundown tas-servizzi Ingliżi, u li spiċċa kellu jemigra minn pajjiżu u jmur isib futur ’il bogħod minn pajjiżu, flAwstralja. Esperjenza li għexu ħafna Maltin fil-ħamsinijiet u ssittinijiet, tant li l-ewwel gvern ta’ Mintoff bejn l-1955 u l-1958 kellu anke Ministru għallEmigrazzjoni. Pass li ftit Maltin

Il-musical ħareġ tajjeb ħafna x’kienu l-biżgħat ta’ dawk li kienu kontra l-idea tal-Indipendenza, u l-aspirazzjonijiet ta’ dawk li iġġieldu għaliha

Mark Anthony Sammut għamluh ta’ bilfors wara li grazzi għall-Indipendenza, Malta bniet industriji oħra bħat-turiżmu u sservizzi li impjegaw fihom eluf ta’ nies. Anzi, huwa pass li llum ħafna Maltin saru jagħmlu biss b’għażla għax grazzi għal kisba oħra, is-sħubija ta’ Malta flUnjoni Ewropea, infetħulhom opportunitajiet kbar f’pajjiżi oħra barra minn xtutna. Karattru li laqatni ħafna f’dan il-musical kien dak tal-qassis, izziju. Politikament ftit kien jaqbel mar-raġel t’oħtu, li kien jappoġġja lil Mintoff u l-idea tal-

integration, iżda ħareġ sew lumanità tiegħu hu u jitkellem fuq id-dilemmi li poġġieh fihom l-interdett. Maqbud bejn lubbidjenza lejn l-Isqof tiegħu, u l-ħniena lejn dawk li għalkemm ma jaqbilx magħhom fl-ideal politiku, huma wkoll ulied Alla, u fuq kollox ħbieb u qraba tiegħu stess. Dilemma li żgur laqtet lil ħafna familji Maltin, u li tibqa’ tebgħa kerha fl-istorja ta’ dan ilpoplu. Il-musical ħareġ tajjeb ħafna x’kienu l-biżgħat ta’ dawk li kienu kontra l-idea talIndipendenza, u l-aspirazzjonijiet ta’ dawk li ġġieldu għaliha. Iżda fuq kollox, ħarġu l-kuraġġ, id-determinazzjoni, u l-viżjoni tal-istatista li wassal lill-poplu għal dan il-pass: Ġorġ Borg

Olivier. L-eloġju kantat millkarattru ta’ Malta lejn dan ilviżjonarju ma setax ħlief iwassal għall-emozzjoni ta’ dawk kollha preżenti, imfissra b’applaws estensiv. Għal ħafna fissret ġustizzja mal-istorja, li fi snin passati żebilħitu u ppruvat tnessi din il-kisba mill-memorja tal-poplu. Nifraħ lill-kast kollu tal-interpretazzjonijiet ħajjin li taw, u nerġa’ nifraħ u nirringrazzja lil dawk kollha involuti biex ittella’ dan l-ispettaklu. Jalla nispiraw ruħna mill-kuraġġ ta’ dawk li b’viżjoni wasslu lill-poplu għalliżviluppi li ngawdu llum, biex aħna wkoll ma nibżgħux naħdmu għal dak li hu sewwa, għal dak li hu ġust, għal dak li hu xieraq, biex il-poplu Malti jkompli jikber fil-ġid u fil-libertà.


www.maltarightnow.com

14

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Ebda ħjiel għal waqfien mill-ġlied u djalogu politiku IL-LIBJA

Skont il-mibgħut speċjali għan-Nazzjonijiet Uniti, il-ġlied bejn id-diversi fazzjonijiet filLibja se jibqa’ jippersisti, blisforzi biex ikun hemm waqfien mill-ġlied u djalogu politiku ma juru ebda riżultat. Ir-rata ta’ mwiet wara ġimagħtejn ta’ ġlied fit-toroq bejn forzi favur il-gvern u gruppi armati Iżlamiċi f’Bengażi telgħet għal 170. Skont it-tobba f’din il-belt fil-Lvant tal-pajjiż, seba’ persuni nqatlu nhar itTlieta. Dan il-pajjiż fl-Afrika ta’ Fuq kellu żewġ gvernijiet u parlamenti mindu grupp armat

minn Misrata ħataf il-kapitali Tripli f’Awwissu, fejn waqqaf ilkabinett tiegħu kif ukoll assemblea. Il-gvern rikonoxxut millkomunità internazzjonali talPrim Ministru Abdullah alThinni kellu jiċċaqlaq xi elf kilometru lejn il-Lvant fejn ilKamra tar-Rappreżentanti eletta issa wkoll qed taħdem bl-aktar mod effettiv. F’Settembru, il-mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Bernardino Leon nieda inizjattiva sabiex iġib flimkien iż-żewġ naħat għal djalogu u waqfien mill-ġlied. Iżda l-ġlied

qliel fl-aħħar ġimagħtejn f’Bengażi kif ukoll fil-Punent tal-Libja. Il-pajjiżi tal-Punent jinsabu mħassba li l-produttur taż-żejt flOPEC riesaq lejn gwerra ċivili għax l-awtoritajiet huma dgħajfa wisq biex jikkontrollaw leksribelli li għenu biex iwaqqgħu mill-poter lillKurunell Muammar Gaddafi fl2011. Iżda issa dawn qed jisfidaw lill-awtorità tal-istat biex jaħtfu l-poter u sehem middħul finanzjarju fiż-żejt. Leon naqas milli jagħti indikazzjoni ta’ żmien biex isiru taħditiet tan-Nazzjonijiet Uniti

bejn il-Kamra tarRappreżentanti u membri f’Misrata li bbojkottjaw issessjonijiet tagħha. It-taħditiet qed ibatu minn nuqqas ta’ fazzjonijiet armati minn Misrata jew milizzja rivali mill-belt ta’ Zintan li tqatlet kontra forzi ta’ Misrata fi Tripli għal aktar minn xahar matul issajf qabel ma ġiet sfurzata ’l barra mill-belt kapitali. Iżda d-diplomatiċi qed jittamaw li peress li membri minn Misrata mill-Kamra tarRappreżentanti għandhom rabtiet indiretti mal-parlament rivali fi Tripli, it-taħditiet, fl-

aħħar mill-aħħar, se jwasslu għal djalogu aktar wiesa’. Is-sitwazzjoni fi Tripli ħżienet minn konflitt separat bejn forzi favur il-gvern u brigati Iżlamiċi f’Bengażi – il-belt prinċipali filLvant. Il-ġlied qed iseħħ fis-subborg ta’ Bengażi f’Benina qrib lajruport, zona li l-armata kienet iddikjarata “ħielsa” minn Ansar al-Sharia il-ġimgħa li għaddiet. Ansar al-Sharia kienet ikkundannata minn Washington għall-attakk fuq il-konsulat Amerikan fl-2010 – attakk li fih kien inqatel l-ambaxxatur Amerikan.

IT-TURKIJA: Truppi Torok għassa mal-fruntiera Sirjana fl-inħawi ta’ Sanliurfa. Ilbieraħ il-Kurdi li qed jirreżistu l-militanti Iżlamiċi tal-ISIS f’Kobane ssaħħu. Dan wara li madwar 150 ġellied Sirjan u 150 Kurd mill-Iraq qasmu mit-Turkija lejn il-belt biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-ISIS f’Kobane. Barra minn hekk, l-Istati Uniti qalet li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa wettqet sitt attakki mill-ajru kontra l-ISIS madwar Kobane. (Ritratt: EPA)

Biża’ ta’ attakki terroristiċi fiċ-ċentru ta’ Londra IR-RENJU UNIT

Suldati armati ġew stazzjonati f’Whitehall fost ħafna biża’ li wara l-isparatura li seħħet filKanada, it-terroristi jippruvaw jattakkaw lill-gwardji ċerimonjali. Is-suldati, li qed ikunu armati b’assault rifles, intbagħtu fiddħul għal Horse Guards Parade, fejn eluf ta’ turisti jinġabru kuljum biex jaraw iċ-Changing of

the Guard. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li kien inqatel suldat f’Ottawa, filKanada, waqt li kien qed jaqdi dmirijiet ċerimonjali f’attakk li x’aktarx kien wieħed terroristiku. Uffiċjali għolja tal-Pulizija u membri parlamentari Ingliżi qalu li mistenni jkun hemm żieda finnumru ta’ pulizija armati matul Jum it-Tifkira u l-

kommemorazzjonijiet ta’ Jum lArmistizju f’Novembru. Qed jingħad ukoll li se jkun hemm numru ikbar ta’ pulizija pajżana fl-avvenimenti fejn se jkunu qed iġorru armi tat-tip Heckler und Koch. Kmieni din is-sena, il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qal li aktar pulizija armati se jkunu fuq rondi fit-toroq sabiex

jipprevjenu attakki minn estremisti Iżlamiċi li jirritornaw mill-Iraq u mis-Sirja. Wara l-isparatura fil-Kanada, il-Prim Ministru Cameron żvela li l-kapijiet ta’ M15 u ta’ Scotland Yard kellhom taħditiet ta’ emerġenza dwar il-possibbiltà ta’ xi theddida terroristika fuq ilParlament u fuq binjiet prinċipali oħrajn fiċ-ċentru ta’ Londra.

Il-preżenza ta’ suldati f’Horse Guards Parade timmarka wieħed mill-iktar sinjali viżibbli ta’ livelli għoljin ta’ sigurtà f’Londra. Horse Guards Parade hi parti mis-sit fejn hemm Buckingham Palace u dan is-soltu jkun mgħasses minn żewġ gwardji ċerimonjali fuq iż-żwiemel u tnejn oħra fit-triq.


www.maltarightnow.com

15

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Ikomplu l-protesti kontra t-taxxa fuq l-internet L-UNGERIJA

Hu stmat li madwar 100,000 persuna niżlu fit-toroq ta’ Budapest matul il-lejl tat-Tlieta biex jieħdu sehem fi protesta kontra taxxa fuq l-użu tal-internet. Din il-protesta qed titqies bħala lakbar waħda f’diversi snin. Minbarra Budapest, kien hemm protesti kbar f’sitt ibliet ewlenin oħra fl-Ungerija. Din hi wkoll lewwel darba li l-partiti kollha flOppożizzjoni ngħaqdu flimkien favur kawża komuni. Il-Gvern ippreżenta abbozz ta’

liġi fejn se tibda titħallas taxxa fuq kull gigabyte li jintuża fuq linternet. L-Unjoni Ewropea wkoll ikkundannat dan bħala idea ħażina u li jmur kontra l-libertà politika. Il-protesti bdew il-Ħadd u kull ġurnata li tgħaddi qed jikbru. IlGvern tal-Prim Ministru Viktor Orban qed isostni li dan sar biex jissaħħu l-finanzi tal-Gvern imma ħafna jemmnu li dan hu sforz biex titrażżan il-libertà tal-espressjoni u l-politika.

Isostnu li kien operat fl-għaksa

Mument mill-protesta li saret it-Tlieta filgħaxija f’Budapest (Ritratt: EPA)

IL-KOREA TA’ FUQ

FRANZA: Mudella waqt is-Salon du Chocolat, fiera taċ-ċikkulata li fil-ftuħ tagħha spikkat sfilata ta’ lbiesi magħmulin miċ-ċikkulata (Ritratt: EPA)

Jinħatar mexxej Afrikan abjad IŻ-ŻAMBJA

Wara l-mewt ħesrem talPresident Michael Sata, ilPresident taż-Żambja, waqt li kien għall-kura fir-Renju Unit, Guy Scott inħatar Aġent President – l-ewwel mexxej

abjad Afrikan minn żmien F.W. de Klerk fi żmien l-Apartheid fl-Afrika t’Isfel. Hu se jmexxi sakemm issir lelezzjoni presidenzjali fi żmien 90 ġurnata. Sata, li kien magħruf bħala “King Cobra” minħabba lkliem iniggeż li kien juża, kellu 77 sena u kien mar Londra għall-kura imma qatt ma kien żvelat għaliex mar. Sata kien ilu jmexxi mill-2011. Qabel hu kien ħadem bħala pulizija u saħansitra bħala kennies f’Londra. Hu kien mar Londra għall-kura fid-19 ta’ Ottubru imma t-tħassib dwar saħħtu ilu minn Ġunju meta għeb mixxena pubblika u mar Iżrael għall-kura.

Skont l-aġenzija tal-ispjunaġġ filKorea t’Isfel, il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un kien operat biex titneħħielu ċesta mill-għaksa. Fi briefing li sar lid-deputati parlamentari tal-Korea t’Isfel, intqal li tabib barrani opera fuq Kim Jongun f’Settembru jew matul dan ixxahar. Dan l-aħħar, id-dittatur Korean naqas milli jidher fil-pubbliku għal kważi sitt ġimgħat u dan wassal għal spekulazzjoni li kien marid serjament. Hu kien ilu jimxi permezz ta’ bastun f’ritratti uffiċjali reċenti. Ritratt partikulari, użat mill-

media tal-Korea ta’ Fuq, wera lil Kim juża bastun fl-14 ta’ Ottubru hekk kif kien qed jispezzjona distrett residenzjali ġdid. Kim Jon-un kien ilu ma jidher filpubbliku minn Settembru. Laġenzija sigrieta tal-Korea t’Isfel qalet li ċ-ċesta tista’ terġa’ tfeġġ għax il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq ipejjep ħafna u jgħix ħajja mgħaġġla. Il-politiċi tal-Korea t’Isfel ingħataw tagħrif li tobba barranin twasslu lejn Pyongyang u neħħewlu ċ-ċesta mill-għaksa taxxellug. Jidher li t-tim mediku kien Ewropew.

IL-ĠAPPUN: Żewġ tfajliet mir-Russja jirreċtaw il-parti tal-karattri favoriti tagħhom waqt il-World Cosplay Summit fis-27 edizzjoni tat-Tokjo International Film Festival f’Tokjo (Ritratt: EPA)


www.maltarightnow.com

16

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

SAĦĦA

Id-dijabete tolqot lil 10 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija Id-dijabete f’Malta twassal għal waħda minn kull erbat imwiet li jseħħu b’mod prematur qabel l-età ta’ 65 sena

Charles Muscat

Bħalissa madwar 10 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija għand-

ha l-kundizzjoni tad-dijabete u din hi rata ferm ogħla millpajjiżi ġirien Ewropej fejn irrata ta’ dijabete hi ta’ bejn 2 u 3

fil-mija. Id-dijabete f’Malta twassal għal waħda minn kull erbat imwiet li jseħħu b’mod prematur qabel l-età ta’ 65 sena.

Ix-xjenzjati jemmnu li l-impatt tas-soft drinks biz-zokkor fuq ir-riskju tad-dijabete jista’ jkun wieħed dirett

L-akbar kawża ta’ mwiet f’Malta hi l-mard tal-qalb. Studji juru li 1 fil-mija talpopolazzjoni Maltija tbati mid-

Dijabete tat-Tip 1 u 9 fil-mija mid-Dijabete tat-Tip 2. Minn previżjonijiet madwar id-dinja hemm probabbiltà li l-inċidenza tad-Dijabete tat-Tip 1 se tiżdied.

Id-dijabete b’mod globali Is-sena li għaddiet hu kkalkulat li aktar minn 382 miljun persuna madwar id-dinja kellhom id-dijabete. Fil-każ tadDijabete tat-Tip 1, il-ġisem ma jipproduċix insulina u madwar 10 fil-mija tal-każi kollha taddijabete huma tat-Tip 1. FidDijabete tat-Tip 2, il-ġisem ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jiffunzjona tajjeb. Hu kkalkulat li madwar 90 fil-mija tal-każi kollha tad-dijabete madwar id-dinja huma ta’ dan it-tip. Dik imsejħa Gestational Diabetes teffettwa lin-nisa matul it-tqala tagħhom. Kull sena madwar 4 miljun mewt ikunu kkaġunati ma’ kumplikazzjonijiet marbutin maddijabete u dan ifisser 9 fil-mija tal-imwiet kollha fid-dinja.

għal paġna 17


www.maltarightnow.com

17

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

SAĦĦA

Madwar id-dinja hemm it-tendenza li d-dijabete tiżdied minn paġna 16

Is-sintomi tad-dijabete L-aktar sintomi komuni taddijabete jinkludu li wieħed jgħaddi l-urina sikwit, għatx u ġuħ intensiv, żieda fil-piż, tnaqqis fil-piz mhux tas-soltu, għejja, feriti li ma jfiqux, nuqqas ta’ funzjoni sesswali mill-irġiel, wieħed iħoss partijiet tal-ġisem imtarrxa u tingiż fl-idejn u fis-saqajn. Min ikollu d-Dijabete tat-Tip 1 u jimxi ma’ pjan ta’ ikel tajjeb għassaħħa, jagħmel eżerċizzju adegwat u jieħu l-insulina, jista’ jgħix ħajja normali. Il-pazjenti li jkollhom id-Dijabete tat-Tip 2 iridu jieklu ikel tajjeb għassaħħa, ikunu attivi fiżikament u jittestjaw il-glucose fid-demm. Jistgħu wkoll jieħdu xi pilloli u/jew, insulina biex jikkontrollaw il-livelli tal-glucose fiddemm. Minħabba li r-riskju talmard tal-qalb hu iktar għoli f’min għandu d-dijabete, hu kruċjali li l-pressjoni u l-livelli tal-kolesterol jkunu monitorjati b’mod regolari. Minħabba li ttipjip jista’ jkollu effett serju fuq is-saħħa tal-qalb, min għandu d-dijabete jrid jieqaf mittipjip. Id-Dijabete tat-Tip 1 Fid-Dijabete tat-Tip 1 il-

ġisem ma jipproduċix insulina tant li xi nies jirreferu għaliha bħala dijabete li tiddependi mill-insulina, dijabete tażżgħażagħ jew dijabete bikrija. In-nies ġeneralment jiżviluppaw din it-tip ta’ dijabete qabel jagħlqu l-40 sena, sikwit kmieni wara li jsiru adulti jew fis-snin bejn 13 u 19-il sena. IdDijabete tat-Tip 1 mhix komuni daqs id-Dijabete tat-Tip 2 u madwar 10 fil-mija biss ta’ każi tad-dijabete huma tat-Tip 1. Ilpazjenti li jkollhom id-Dijabete tat-Tip 1 jeħtieġ li jieħdu injezzjonijiet tal-insulina għallkumplament ta’ ħajjithom. Huma jridu jiżguraw ukoll li jkollhom livelli tajbin ta’ glucose fid-demm billi jagħmlu testijiet tad-demm regolari u jimxu ma’ dieta speċjali.

Id-Dijabete tat-Tip 2 Fil-każ tad-Dijabete tat-Tip 2, il-ġisem ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jiffunzjona tajjeb jew iċ-ċelloli filġisem ma jirreaġixxux għallinsulina. Madwar 90 fil-mija tal-każi kollha tad-dijabete fiddinja huma tat-Tip 2. Xi nies ikunu jistgħu jikkontrollaw issintomi tad-Dijabete tat-Tip 2 billi jnaqqsu l-piż, jimxu ma’ dieta tajba, jagħmlu ħafna eżerċizzju fiżiku u jimmonitor-

Dieta bilanċjata tgħin biex tkun miġġielda din il-kundizzjoni

Is-sintomi li jindikaw li dak li jkun jista’ jkun qed ibati mid-dijabete

jaw il-livelli tal-glucose fiddemm. Madankollu, idDijabete tat-Tip 2 hi marda tipikament progressiva u bilmod il-mod tmur għall-agħar u l-pazjent probabbilment jispiċċa jkollu jieħu l-insulina, normalment permezz ta’ pilloli. Nies li għandhom piż żejjed għandhom riskju ferm akbar li

jiżviluppaw id-Dijabete tat-Tip 2 meta mqabbla ma’ min ikollu piż tajjeb. Nies li jkollhom xaħam żejjed madwar żaqqhom, huma l-aktar firriskju. Meta wieħed ikollu piż żejjed iwassal biex il-ġisem joħroġ kimiki li jistgħu jiddistabbilizzaw is-sistemi kardjovaskulari u metaboliċi. Meta

wieħed ikollu piż żejjed, ma jkunx attiv fiżikament u jiekol ikel li mhux tajjeb għas-saħħa, jikkontribwixxi għar-riskju li jiżviluppa d-Dijabete tat-Tip 2. Riċerkaturi mill-Imperial College London irrappurtaw li meta wieħed jixrob bott soda mhux tad-dieta kuljum ikun qed iżid ir-riskju li jiżviluppa dDijabete tat-Tip 2 bi 22 filmija. Ix-xjenzjati jemmnu li limpatt tas-soft drinks bizzokkor fuq ir-riskju tad-dijabete jista’ jkun wieħed dirett, aktar milli sempliċement jeffettwa l-piż tal-ġisem. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa d-Dijabete tat-Tip 2 ikun akbar aktar ma nixjieħu. L-esperti mhumiex ċerti għaliex, imma jgħidu li aktar ma nikbru, aktar għandna tendenza li nżidu filpiż u nnaqqsu l-attività fiżika. Dawk li kellhom xi ħadd jiġi minnhom mill-qrib li kellu dDijabete tat-Tip 2 kif ukoll nies mil-Lvant Nofsani, mill-Afrika u min-naħa t’isfel tal-Asja huma f’riskju akbar li jiżviluppaw din il-kundizzjoni. L-irġiel li l-livelli tat-testosterone tagħhom huma baxxi, instab li għandhom riskju akbar li jiżviluppaw id-Dijabete tatTip 2. Riċerkaturi millUniversità ta’ Edinburgh qalu li livelli baxxi ta’ testosterone huma marbutin mar-reżistenza tal-insulina.


www.maltarightnow.com

18

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Jimblokka l-websajts biex jipproteġi lill-ħaddiema IL-PARLAMENT EWROPEW

Li wieħed jimblokka l-websajts hi xi ħaġa normalment assoċjata ma’ reġimi awtoritarji fiċ-Ċina jew fl-Iran, aktar milli mal-Unjoni Ewropea. Iżda ħaddiema fil-Parlament Ewropew il-ġimgħa li għaddew irċivew messaġġ meta ppruvaw jiksbu aċċess għas-sit Reddit għal-links u l-aħbarijiet. Il-messaġġ kien jgħid: “Imblokkajna din il-websajt biex nipproteġuk”. Il-messaġġ mibgħut lill-ħaddiema tal-Parlament Ewropew

żied li l-websajt hi magħrufa li tiddistribwixxi messaġġi ħżiena jew hi parti minn inċident ta’ sigurtà jew theddida fuq l-internet kif rapportat mill-Computer Emergency Response Team (CERT). Wara valangi ta’ messaġġi u aktar minn 500 kumment dwar il-websajt Reddit innifisha, iddipartiment tal-IT tal-Parlament Ewropew ammetta li għażel li jiżbalja apposta u jimblokka lwebsajts kollha li huma mifnija bis-CERT.

X’aktarx kienet fil-mira tal-hackers L-ISTATI UNITI

Is-sistema tal-kompjuters filWhite House setgħet intlaqtet minn attakk fuq l-internet. Attività suspettuża fuq l-internet inqabdet fuq il-qafas kompjuterizzat użat millWhite House u numru ta’ miżuri ttieħdu biex tkun indirizzata. Uffiċjal fil-White House ma riedx jgħid min kien responsabbli għal din l-attività fuq dak li kien deskritt bħala qafas kompjuterizzat mhux klassifikat użat mill-impjegati talUffiċċju Eżekuttiv tal-President. Il-ġurnal The Washington Post

ikkwota sorsi li qed jgħidu li lhackers li x’aktarx qed jaħdmu għall-gvern Russu kisru l-qafas kompjuterizzat mhux klassifikat f’dawn l-aħħar ġimgħat. L-uffiċjal qal li miżuri tekniċi biex jindirizzaw l-attività wasslu għal aċċess limitat lil xi servizzi fuq ilqafas. Uħud mill-kwistjonijiet kienu solvuti, iżda x-xogħol qed ikompli. Il-White House, bħal entitajiet tal-gvern oħrajn f’Washington, xi kultant iħabbat wiċċu ma’ theddid fuq l-internet.

Il-Papa Franġisku hu l-eroj ta’ Elton John L-ISTATI UNITI

Il-kantant popolari Elton John sejjaħ lill-Papa Franġisku “l-eroj tiegħu” minħabba l-kompassjoni u l-ħeġġa biex jaċċetta lil persuni omosesswali fil-Knisja Kattolika. Waqt li kien qed jindirizza attività annwali tal-fondazzjoni dwar l-AIDS fi New York, Elton John qal li l-Papa Franġisku kien qed iwarrab l-ostakli fil-Knisja u qal lill-folla quddiemu: “Agħmluh qaddis issa, OK?” Elton John żied li “għaxar snin ilu, wieħed mill-akbar ostakli fil-

ġlieda kontra l-AIDS kienet ilKnisja Kattolika. Illum għandna Papa li jitkellem dwarha,” sostna l-kantant popolari, fost ċapċip kbir min-nies f’Cipriani li jinsab f’Wall Street. L-isqfijiet Kattoliċi eliminaw it-talbiet mill-omosesswali fissinodu li seħħ kmieni dan ixxahar, u ħolqu diviżjonijiet wiesgħa fi tmiem laqgħa ta’ ġimagħtejn imsejħa minn Papa Franġisku sabiex ifassal attitidni aktar adattata għall-familji Nsara tal-lum.

L-AWSTRIJA: Ors polari fit-Tiergarten Schoenbrunn fi Vjenna jiekol qargħa ħamra bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Halloween (Ritratt: EPA)

Il-kostumi ta’ Halloween għan-nisa tilfu l-kunċett oriġinali IR-RENJU UNIT

L-aħħar riċerka f’dan il-pajjiż sabet li mal-51 fil-mija talBritanniċi jaħsbu li l-ħwejjeġ ta’ Halloween għan-nisa jibbażaw wisq fuq ‘l-aspett sesswali’, bi ftit anqas minn sebgħin fil-mija jemmnu li lkostumi partikolari qed jinbiegħu mingħajr kunsiderazzjoni ta’ età. Lanqas mhi sorpriża li 58 filmija tal-irġiel intervistati ma jaħsbux li ċerti kostumi ta’ Halloween qed jisfruttaw lin-nisa mill-aspett tad-dehra – u bħalma qed jinsistu żewġ terzi tan-nisa intervistati għall-interessi tal-istħarriġ. L-avveniment ta’ Halloween u lmod kif adottawh l-Amerikani introduċa mewġa ta’ kummerċjaliżmu li jitqies bħala kważi inkontrollabbli. Osservaturi jaqblu li, fl-aħħar snin, numru ta’ temi għal

Halloween b’mod partikulari lmudelli ta’ ċerti kostumi qed jintużaw għall-isfruttament tal-mara u dan mhux biss fil-każ ta’ kostumi speċjali ‘għall-adulti’. Madankollu, artisti u atturi nisa bħal Kelly Brook, Miley Cyrus, Paris Hilton u Stephanie Pratt, flaħħar snin, libsu l-kostumi għal Halloween li ħallew ftit li xejn għall-immaġinazzjoni. Hu minnu li l-opinjonijiet dwar x’inhu xieraq u x’mhux fejn jidħol ilbies ta’ Halloween ivarjaw skont l-età tal-persuna intervistata. Il-maġġoranza (76 fil-mija) talpersuni li għandhom ‘il fuq minn 50 sena jemmnu li l-kostumi ta’ Halloween adatti għat-tfal mhumiex xierqa għal din l-età, iżda tmintax fil-mija fost in-nies bejn it-18 u l-24

sena m’għandhomx il-problemi b’dan it-tip ta’ ħwejjeġ għat-tfal. Fl-istess ħin, il-ġenituri, b’mod ġenerali, mhumiex impressjonati bil-kostumi ta’ Halloween li hemm għall-bejgħ illum, bi 83 fil-mija jsibuhom ‘mhumiex xierqa’ għallkategoriji jew etajiet indikati. Mark Pearson, il-fundatur ta’ My Voucher Codes li kkummissjona dan l-istudju, qal li Halloween hu ż-żmien meta n-nies jilbsu l-kostumi b’temi tal-biża’ u mhux biex jidhru attraenti għassess oppost. Ir-riżultati tal-istħarriġ juru wkoll li ħafna nisa jemmnu li l-għażla tal-ħwejjeġ (għalihom) bil-kunċett ta’ Halloween, fil-parti l-kbira, ma tirrispettalhomx id-dinjità – kuntrarju għall-għażliet ta’ ħwejjeġ għall-irġiel.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Arrestat it-tifel ta’ Johnny Cash talli neża’ għarwien IL-KANADA

John Carter Cash, iben ilkantant popolari tal-mużika Country Johnny Cash u li għandu 44 sena, kien arrestat fi Newfoundland, il-Kanada, wara li neża’ għarwien fit-terminal talajruport waqt li kien qed jistenna biex isiefer lejn id-dar. Cash, l-uniku iben tal-

leġġenda mużikali u tat-tieni mara tiegħu June Carter, kien qed jirritorna lejn id-dar f’Tennessee wara li qatta’ ftit tażżmien għall-kaċċa. Malli l-awtoritajiet lokali waslu fil-post, il-persuni tassigurtà kkonvinċew lil Cash biex jilbes mill-ġdid u hu ammetta li

kien xurban. John Carter Cash inżamm arrestat sakemm ġie f’tiegħu iżda tilef it-titjira u kellu jibbukkja oħra. Il-Pulizija arrestat lil Cash talli ddisturba l-paċi pubblika u talli kien xurban, iżda mhux se jittella’ l-Qorti peress li kkoopera u ma kellu ebda passat kriminali.

L-INDONESJA: Żeffien f’Bali waqt parata kulturali f’Badung bħala parti mill-ħidma favur it-turiżmu lejn Bali (Ritratt: EPA)

Referendum dwar il-bandiera NEW ZEALAND

New Zealand se jagħmel referendum li fl-2016 jorbot dwar jekk il-pajjiż għandux ibiddel il-bandiera nazzjonali. IlPrim Ministru John Key qed jittama li jwaqqa’ d-disinn preżenti li juri l-Union Jack Ingliż u ma’ pjanta tal-fidda.

Il-Prim Ministru ta’ dan ilpajjiż lbieraħ ħabbar skeda għaċċittadini biex jivvutaw fuq din ilkwistjoni, u stqarr li wasal iżżmien għall-ekskolonja Ingliża biex tadotta bandiera li tingħaraf aktar wara iżjed minn seklu taħt il-bandiera eżistenti.

“Il-bandiera tagħna hi l-aktar simbolu importanti tal-identità nazzjonali tagħna u nemmen li dan hu l-aktar żmien opportun għaċ-ċittadini sabiex jikkunsidraw id-disinn għal wieħed li jirrifletti aħjar l-istat tagħna bħala nazzjon modern u indipendenti,” sostna l-Prim Ministru John Key. Hu qabel kien qal li hu jrid jara bandiera ġdida bil-pjanta fern kulur il-fidda fuq sfond iswed, simili għal dik użata minn ħafna timijiet ta’ New Zealand bħattim nazzjonali tar-rugby, All Blacks. Il-mexxej taċ-Ċentru-Lemin saħaq li se jkun qed jagħmel pressjoni fuq pjani għal bidla wara li rebaħ, b’mod konvinċenti, it-tielet terminu f’elezzjoni ġenerali x-xahar li għadda, minkejja oppożizzjoni minn xi kwartieri, bħal gruppi ta’ veterani. Il-Prim Ministru John Key qed jistma li ċ-ċansijiet li tinkiseb bidla jkunu ugwali iżda stħarriġ dwar l-opinjoni pubblika juri li lmaġġoranza taċ-ċittadini ta’ New Zealand iridu jżommu l-bandiera eżistenti.

19

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

Il-Frontex b’ħafna offerti għal aktar apparat L-UNJONI EWROPEA

L-aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntieri rċeviet aktar offerti għal apparat milli għallħtiġiet tagħha hekk kif qed joqrob it-tmiem ta’ ġimgħa fissorveljanza għall-immigranti illegali fil-Mediterran. Izabella Cooper, il-kelliema ta’ Frontex, stqarret li l-aġenzija nediet sejħa għal parteċipazzjoni u rċeviet tweġiba eżorbitanti, għal ħafna iżjed apparat milli tista’ tuża. Triton, kif qed tissejjaħ il-ħidma ta’ Frontex, issa se jkollha żewġ bastimenti, li jistgħu jibqgħu fuq il-baħar għal diversi ġranet. Għandha wkoll żewġ patrol boats, żewġ ajruplani, ħelikopter kif ukoll ħames timijiet ta’ esperti. Il-missjoni se tkun qed taħdem fi ħdan l-ibħra territorjali tal-Italja u parzjalment fiz-zoni għat-tiftix u ssalvataġġ tal-Italja u ta’ Malta. Madankollu, ir-Renju Unit irrifjuta li jikkontribwixxi filmissjoni, fejn se jkun għassa għal eluf ta’ immigranti li jaqsmu lbaħar biex isibu ħajja aħjar flUnjoni Ewropea. Il-Barunessa Joyce Anelay, ilMinistru għall-Affarijiet Barranin,

qalet li r-Renju Unit ma jappoġġjax il-ħidmiet pjanati ta’ tiftix u salvataġġ fil-Mediterran u żiedet li l-pajjiż jemmen li tali ħidmiet iwasslu, fost oħrajn, għal aktar imwiet traġiċi. Hi qalet li, minflok, ir-Renju Unit se jkun qed jiffoka fuq min ikun involut f’attivitajiet ta’ kuntrabandu. Sadattant, il-ħidma tal-Italja fittiftix u s-salvataġġ, minkejja xi sinjali kontradittorji, mistennija tissokta pari passu. L-ammirall Taljan qed iħeġġeġ lill-istati membri biex jikkunsidraw li jinvolvu ruħhom f’ħidmiet konġunti ’l barra fl-ibħra internazzjonali fejn iseħħ ħafna mis-salvataġġ u fejn il-kriminali huma aktar attivi. L-ammirall ukoll xejjen l-idea li Mare Nostrum ġibdet lejha aktar attività illegali. Matul ix-xahar li għadda, madwar 450 persuna tilfu ħajjithom ’il barra mill-kosta Maltija meta traffikanti ta’ persuni farrku apposta d-dgħajsa li kienu fuqha wara li rrifjutaw li jitilgħu abbord bastiment iżgħar minn dak li kienu fuqu.


www.maltarightnow.com

20

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

MADWARNA

Siti ta’ wirt storiku mmaniġġjati minn Din l-Art Ħelwa

It-Torri Sant’Agata (It-Torri l-Aħmar) fl-Aħrax tal-Mellieħa Minn Stanley Farrugia Randon – Din l-Art Ħelwa

Għandna ħafna postijiet storiċi żgħar li huma prezzjużi għalina. Xi wħud jinsabu fil-qalba ta’ xi raħal, iżda oħrajn ħuma mwarrba u mitluqa u għalhekk jispiċċaw vittma tal-vandaliżmu. Din l-Art Ħelwa dejjem kienet lesta li tieħu ħsieb postijiet bħal dawn. L-assoċjazzjoni sabet ħafna għajnuna minn kumpaniji privati u organizzazzjonijiet oħra lokali. Ħafna mit-torrijiet madwar ilkosta tagħna nbnew fi żmien ilKavallieri ta’ San Ġwann biex jiddefendu l-gżejjer Maltin jew biex jgħassu fuq l-ibħra. Fl-1610, ilGran Mastru, Alof de Wignacourt ħallas minn butu l-bini tat-Torri ta’ San Pawl. Torrijiet oħra li bena dan il-Gran Mastru kienu dawk ta’ San Luċjan f’Marsaxlokk, it-Torri ta’ San Tumas fil-bajja ta’ San Tumas, dak ta’ Santa Maria Delle Grazie f’Ħaż-Żabbar u t-torri fuq Kemmuna. Il-Gran Mastru, Jean Paul Lascaris li laħaq wara Wignacourt, bena t-torrijiet tal-Lippija filĠnejna, Sant’Agata fil-Mellieħa, it-Torri ta’ Għajn Tuffieħa, it-Torri tal-Qawra, it-Torri fil-bajja ta’ San Ġorġ, it-Torri tan-Nadur, it-Torri ta’ Xiutu u t-Torri ta’ Blat ilMogħża. Dawn inbnew minn flus il-poplu. Il-Gran Mastru de Redin li laħaq wara Lascaris, bena 13-il torri f’qasir żmien. Dawn kienu tTorri ta’ Għajn Ħadid, it-Torri talGħallis, it-Torri Qalet Marku, itTorri tal-Madliena, it-Torri f’San Ġiljan, it-Torri l-Abjad, it-Torri Bengħajsa, it-Torri ta’ Xorb ilGħaġin, it-Torri tal-Imwieġel, itTorri f’Delimara, it-Torri Żonqor, it-Torri tal-Ħamrija u t-Torri Bubaqra. Il-Gran Mastru ħallas għalihom minn butu u swewlu xi 6,428 scudi. It-Torri l-Aħmar jinstab flAħrax tal-Mellieħa. Minnu wieħed jista’ jara l-bajja talGħadira, ir-riserva naturali u ssantwarju tal-għasafar, kif ukoll ilfliegu bejn Kemmuna u Għawdex. Fit-torri kien hemm kappella

ddedikata lil Sant’Agata. Din kienet tinsab fit-tieni kamra, fuq il-lemin tat-tieqa tan-nofs. It-torri hu magħruf ukoll bħala t-Torri lAħmar għaliex inżebagħ aħmar, iżda jista’ jkun ukoll għaliex ilġebla li ntużat għall-bini tiegħu hi ħamranija. Jingħad li ngħata dan il-kulur biex jidher aktar minNaxxar u mill-Imdina. Inbena fl-1649 fi żmien il-Gran Mastru, Jean Paul Lascaris Castellar. Dan il-Gran Mastru Franċiż ma tantx kien popolari u għalhekk nużaw l-espressjoni ‘wiċċ laskri’ għal min hu buruż. Ittorrijiet li nbnew waqt dan il-Gran Mastru saru bil-flus li nġabru mittaxxi tal-Maltin, waqt li dawk ta’ qabel ħallas għalihom Wignacourt innifsu. Id-disinn sar mill-inġinier Blaise Francoise, Comte de Pagan u l-assistent tiegħu Blondel des Croisettes. Dan tal-aħħar baqa’ jsegwi l-proġett waħdu. Fl-1614 sar attakk mit-Torok mill-baħar. F’dan iż-żmien l-unika difiża li kienet teżisti fitTramuntana tal-pajjiż kienet itTorri Wignacourt. Il-flotta li kienet dieħla San Pawl il-Baħar dawret ir-rotta lejn il-Mellieħa li ma kinitx imħarsa. Dan l-episodju wera l-bżonn ta’ difiża tajba f’dan il-post. Ix-xogħol fuq it-Torri lAħmar beda fil-5 ta’ Diċembru 1647 u ntemm fl-20 ta’ Novembru tal-1648. F’April tal-1649 it-torri ġie armat b’erba’ kanuni u kien lest biex jintuża. Skrizzjoni fuq ittorri turi din id-data. L-iskrizzjoni fuq il-plakka bilLatin tgħid: “Lil dawk li jridu lgwerra, jiena l-martri Sant’Agata, b’sidri maqtugħ qiegħda hawn. Dan it-torri bla biża’ u ta’ sigurtà li huwa xkiel għall-għedewwa li huma magħrufa mad-dinja kollha. Taħt il-ħarsien tal-GM Paul Lascaris Castellar, Fra Balthassaris de Mandols u lġurati tal-komun, Vincentio Casteletta, Gregorio Mamo u Marco Cassar fis-sena 1649.” F’Ġunju tal-1722, il-kongregazzjoni tal-gwerra ordnat li t-torri

It-torri hu magħruf ukoll bħala t-Torri l-Aħmar għaliex inżebagħ aħmar, iżda jista’ jkun ukoll għaliex ilġebla li ntużat għall-bini tiegħu hi ħamranija

jiġi armat b’ħames xkubetti u jkollu erba’ għassiesa. It-torri sar importanti għall-gżira. Tant hu hekk, li l-kongregazzjoni ddeċidiet li l-aktar żewġ torrijiet li għandhom ikunu armati biex jirreżistu lgħadu, għandhom ikunu dawk ta’ San Luċjan li nbena fl-1610 u ta’ Sant’Agata. Dak ta’ San Luċjan kien armat b’40 raġel u dak ta’ Sant’Agata bi 30. Kienu armati b’armi u ikel biex jifilħu attakk ta’ 40 ġurnata. L-ordni żammet 400 xkubetta u bajjunetta bħala riserva. Waqt li torrijiet oħra spiss kienu jkunu bla għassiesa u armi, it-Torri l-Aħmar kien dejjem armat. Fis-seklu 18, inbniet trunċiera baxxa, forma ta’ stilla, biex tiżdied aktar id-difiża tattorri, speċjalment min-naħa ta’ wara. It-torri baqa’ jintuża bħala difiża fi żmien l-Ingliżi. Meta telqu l-Ingliżi, il-Forzi Armati ta’ Malta użaw it-torri bħala stazzjon tar-radar. It-taraġ tal-ġebel jagħti għallbieb ewlieni, fejn kien hemm pont qasir bejn it-taraġ u l-bieb. It-torri huwa kwadru u għandu bażi ta’ 3.5 metri għoli. Għandu sular wieħed u hemm erba’ turretti. Minn ġewwa hemm żewġ kmamar bis-saqaf troll. Il-ħitan għandhom ħxuna ta’ xi erba’ metri. Ġewwa din il-ħxuna nqatgħu twieqi żgħar. Is-suldati kienu jitilgħu minn garigor tal-ġebel fuq il-bejt, minn fejn kienu jisparaw il-kanuni u jibagħtu sinjali f’każ ta’ xi attakk

mill-għadu. Meta l-garigor talġebel tkisser, bdew jużaw skaluni tal-ħadid. Dawn għadhom jidhru. Illum insibu taraġ tal-injam. It-torri kien jikkomunika ma’ dawk ta’ Selmun, ta’ Żnuber u ta’ Kemmuna. Il-bejt għandu parapett ta’ żewġ piedi u erba’ turretti li huma għolja xi tliet metri. Filgarigor hemm żewġ aperturi minn fejn jidħol id-dawl. Minn nofs talgarigor wieħed jista’ jidħol f’gallerija fejn hemm żewġ twieqi. Man-naħa l-oħra tal-kmamar hemm żewġ twieqi oħra. Taħt it-torri nbniet ċisterna talilma li tista’ tidher minn żewg ċangaturi fuq il-lemin tal-ewwel kamra. Tiflaħ xi 42 metru kubu ta’ ilma li jinġabar mis-saqaf fejn hemm sistema ta’ pajpijiet li jagħtu għaliha. B’hekk is-suldati kellhom provvista tal-ilma. Meta Din l-Art Ħelwa ħaditu f’idejha, kien hemm bżonn ħafna finanzi għar-restawr tiegħu. F’Lulju tal-1999, il-kumpaniji M. Demajo Group of Companies, Playmobil Malta Limited u Toly Products Limited offrew l-għajnuna finanzjarja tagħhom. Irrestawr kellu jitqassam f’fażijiet differenti. Kien hemm xi dewmien minħabba s-sħana qawwija fis-sajf u x-xita fix-xitwa. It-turretti kellhom bżonn l-aktar attenzjoni. Waħda minnhom kienet imwaqqa’ u kellha terġa’ tinbena. Xi ġebel li kien mikul ħafna kellu jinbidel. Il-ħaxix ħażin inqala’ mill-ħitan u l-imsiemer tal-

ħadid inqalgħu. Fuq parir tad-Dipartiment talMużewijiet, il-ħajt inżebagħ aħmar kif kien. Il-ħitan minn ġewwa tnaddfu u nżebgħu. Ilgarigor kien ilu mkisser u s-suldati kienu jitilgħu fuq il-bejt bl-għajnuna ta’ skaluni tal-ħadid imwaħħla mal-ħajt. Għalhekk inħadem garigor tal-injam. Matul is-sena 2000 inkixfet l-art oriġinali u tqiegħdu ċangaturi fit-turretti. Sar xogħol fuq is-sistema talpajpijiet tal-ilma u tal-elettriku u twaħħlu bibien u twieqi tal-injam. Dan ir-restawr sar u tlesta b’sodisfazzjon kbir fl-2001 u t-Torri Sant’Agata reġa’ nfetaħ minn Guido de Marco, il-President ta’ Malta. Fl-2013 ittellgħu żewġ kanuni fuq il-bejt tat-torri u saritilhom karreġġjata apposta għalihom. Biex ma jagħmilx ħsara lillġebla Maltija, il-kisi tal-ħitan ta’ barra dejjem isir bil-ġir u dan ma jdumx snin kbar biex jibda jitfarfar. Għalhekk ikun hemm bżonn manutenzjoni regolari li tqum ħafna flus. Din l-Art Ħelwa hi organizzazzjoni ta’ voluntiera li x-xogħol tagħha hu li tħares il-wirt kulturali u naturali tal-gżejjer Maltin. Biex wieħed isir membru ta’ din l-organizzazzjoni jew għal aktar tagħrif fuq siti oħra għandu jidħol fis-sit elettroniku www.dinlarthelwa.org, iċempel 21220358/21225952 jew jikteb lil Din l-Art Ħelwa, 133, Triq Melita, il-Belt Valletta.


www.maltarightnow.com

ĊINEKRITIKA

21

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

minn Joe Calleja - jocal@me.com

THE JUDGE

Taħwid legali, iżda wkoll familjari

Direzzjoni: David Dobkin; Ħin: 141 minuta; Ċert.:15; KRS Id-drammi ambjentati fi swali tal-qorti forsi mhumiex fost l-aktar films popolari, iżda kultant joħroġ wieħed li jirnexxilu jżomm anki lil dawk li jfittxu l-aktar azzjoni, għax dan hu mħawwar bi drammi mhux biss legali, imma wkoll familjari, hekk kif għandna prova oħra tat-talenti drammatiċi ta’ Robert Downey Jr. u Robert Duvall. Fil-parti ta’ avukat diżonest Hank Palmer, li jispeċjalizza f’li jikseb sentenzi ħfief lil klijenti sinjuri li wettqu reati anki serji, għax skont hu “nies innoċenti ma jistgħux jaffordjaw li jħallsu”, Downey huwa lkuntrarju eżatt ta’ Atticus, lavukat onest u nobbli li kien interpreta Gregory Peck fil-film To Kill a Mocking Bird li The Judge jfakkar ferm fih. Duvall kien ħadem parti f’dak il-film tal-1962, u hawn huwa attur ewlieni. Hu jinterpreta l-parti ta’ missier Hank, lImħallef Joseph Palmer. Imma meta Hank isib ruħu fil-belt fejn twieled għall-funeral ta’ ommu, ikollu wkoll jibda jiddefendi lil missieru, hu jkollu jaf-

fronta mhux biss l-imgħoddi tal-familja tiegħu, imma anki listess eżistenza tiegħu, meta jkun se jiddivorzja lil martu li bidlitu, u wkoll il-fatt li kien spiss jittraskura lil bintu. Missieru jiġi mixli li tajjar bil-karozza u qatel lil wieħed li hu kien iġġudikah snin qabel wara li kien għerreq tifla. Sadanittant l-imħallef ikollu karattru kemxejn żorr u aħrax, anki ma’ Hank li kien qabad u telaq mill-belt għal għarrieda. Issa jidher li qed jitlef il-memorja, x’aktarx il-bidu tad-dimensja jew xi marda fatali bħallkanċer. Issa Joe, imħallef ferm rispettat fil-komunità, irid jiddeċiedi jużax il-ħila ta’ ibnu biex jiskansa l-ħabs, inkella jkun raġel biżżejjed li jispjega d-dettalji ta’ dak li seħħ f’dak li għall-pulizija lokali jidher każ ċar ta’ delitt. The Judge seta’ kien sempliċi courtroom drama ieħor, iżda hawn għandna wkoll reġista, Dobkin, li jrid juri l-ħila tiegħu mhux biss f’kummiedji bħal Wedding Crashers u Fred Craus.

Hank (Robert Downey Jr.) iħejji d-difiża ta’ missieru (Robert Duvall) f’The Judge

Dan jagħmlu b’attenzjoni speċjali anki għad-dettalji u

laqtiet żgħar komiċi wkoll, f’dik li tiżviluppa f’saga sodis-

THE BOOK OF LIFE

faċenti ta’ fidwa personali u familjari.

Kreattività f’ġieħ il-kultura Messikana

Direzzjoni: Jorge Gutierrez; Ħin: 95 minuta; Ċert.:U; KRS

Maria f’sekwenza ta’ kant u żfin f’The Book of Life

L-aqwa films f’Malta

1. 2. 3. 4. 5.

(Bejn it-22 u s-26 ta’ Ottubru – KRS)

(–) (–) (1) (2) (3)

Teenage Mutant Ninja Turtles Fury The Maze Runner Dracula Untold Gone Girl

Din l-animazzjoni grafika kompjuterizzata hija produzzjoni tal-Messikan Guillermo del Toro u sseħħ matul id-Dia de los Muertos (Jum il-Mewt), li hija vaganza Messikana, avventura għall-familja kollha, li tiċċelebra l-kultura Messikana bħalma jidher li ried jagħmel del Toro hawnhekk. Dawk li ma jafu xejn, jew kważi (bħali), dwar din il-kultura, dan il-film żgur li jagħtina idea u dan, hekk kif del Toro u r-reġista Gutierrez, jagħmluh fl-isfond ta’ ġrajja li għandha ssaħħar lit-tfal b’immaġinazzjoni u kreattività li żgur li l-kbar li jmorru jakkumpanjawhom se japprezzaw ferm. Il-ħrafa ta’ Book of Life sseħħ fi tliet saltniet mistħajla differenti: l-Art tal-Ħajjin, l-Art ta’ dawk Miftakra u l-Art tal-

Minsijin. Jekk int tqabbel dawn mad-Dinja, mal-Ġenna u malInfern, allura x’aktarx li ssegwi aħjar il-kunċetti, jew it-tifsira tar-rakkont. L-Art tal-Ħajjin tinkludi l-belt żgħira ta’ San Angelo, li skont il-Ktieb tal-Ħajja, hija ċ-ċentru tal-univers. L-Art tal-Miftakra hija post ta’ ferħ kulurit u dejjem f’festa, speċjalment f’Jum ilMejtin. Hemmhekk tirrenja ‘lalla tal-mewt’, liebsa kostumi Messikani li jagħmluha tixbah lil żeffiena sabiħa tal-flamenco, b’wiċċha miżbugħ bħal maskri sbieħ taz-zokkor, li huma ħaġa waħda ma’ dik il-vaganza. L-Art tal-Minsijin hi dominata mill-ħajjen Xibaba (b’leħen Ron Perlman) u fejn jgħixu l-erwieħ ta’ dawk minsijin minn qrabathom, fejn il-fotografija, kif jixraq hija ta’ diqa u bla kulur. Imma ttliet saltniet huma miżgħuda

b’arkitettura fantastika. Fir-rakkont hemm tlett itfal ħbieb kbar jgħixu f’San Angelo, Maria, Joaquin u Manolo (b’leħen Diego Luna), li hu lprotagonist ewlieni tal-film. Huma dejjem flimkien, iżda Maria ma tafx li t-tnejn li huma mġienen fuqha! Il-qafas tar-rakkont huwa li Xibaba jrid jiddomina wkoll lart ta’ dawk Miftakra, u jagħmel imħatra ma’ La Muerte dwar lil min Maria se tiżżewweġ. Hu jagħżel lil Joaquin u hi lil Manolo. Imma Xibaba jagħti lil Joaquin midalja msaħħra li suppost tagħmlu invinċibbli u kuraġġuż. Bħalma ktibt, il-film hu miżgħud b’immaġinazzjoni u seħer, u jinkludi għadd ta’ kanzunetti diġà popolari, għalkemm mhux film mużikali bħal Frozen jew Tangled.


www.maltarightnow.com

Il-{amis, 30 ta’ Ottubru, 2014

22

TV#RADJU

06>00

Radio 101 Breakfast Club b’waqfiet g[al Sports News fis-06>45, A[barijiet fis-07>00 u fit-08>00< 0740 Anali]i tal-:urnali< Avvi]i tal-Mejtin u Angelus fit-07>55)

08>00 08>05 09>00 09>05

A[barijiet fil-Qosor (ikompli) 101 Breakfast Club A[barijiet fil-Qosor Magazine 101 (b’waqfa g[all-A[barijiet fil-Qosor fl-10>00)

11>00 11>03 11>55 12>00 12>15 14>30 15>00 15>05

Editorjal Club 101 Avvi]i tal-Mejtin A[barijiet The Big Show Hitsteria A[barijiet fil-Qosor (ikompli) Hitsteria (b’waqfa g[all-A[barijiet fil-Qosor fl-16>00)

17>00 17>55 18>00 19>20 20>30 21>30 22>30 22<40 22>45

Newsdesk Avvi]i tal-Mejtin A[barijiet Lura d-Dar Qawwi u S[i[ Talktime G[ada fl-Istampa Editorjal Music for the Night

G[at-tfal fuq il-Cable Disney Channel 07:05 - Good Luck Charlie 07:30 - Sonny With a Chance 07:55 Sonny With a Chance 08:15 - The Suite Life on Deck 08:40 - The Suite Life on Deck 09:05 - That’s So Raven 09:25 - That’s So Raven 09:50 - A.N.T. Farm 10:15 - A.N.T. Farm 10:35 - Good Luck Charlie 11:00 - Good Luck Charlie 11:25 Jessie 11:45 Jessie 12:10 - Austin & Ally 12:35 - Win, Lose or Draw 13:00 - My Babysitter’s a Vampire 13:25 - My Babysitter’s a Vampire 13:50 - My Babysitter’s a Vampire 14:10 – Violetta 15:00 - Dog With a Blog 15:20 - Jessie 15:45 - Hannah Montana 16:10 - Wolfblood 16:30 – Wolfblood 16:55 - Gravity Falls 17:20 - Violetta 18:05 - PrankStars 18:20 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 18:45 - Spooksville 19:10 - I Didn’t Do It 19:35 - I Didn’t Do It 20:00 - Good Luck Charlie 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 - Wolfblood 21:35 Wolfblood 22:00 - Violetta 22:45 The Hive 22:50 - Art Attack. Nickelodeon 07:55 - SpongeBob SquarePants 08:20 - Dora the Explorer 08:45 Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 - PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 - Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 Totally Spies! 12:05 - T.U.F.F. Puppy 12:30 - iCarly 12:55 Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 – iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 - Victorious 20:05 - iCarly 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar: The Legend of Aang 21:20 - Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 The Penguins of Madagascar 22:35 The Penguins of Madagascar 23:00 – iCarly.

Jim Jam 07:30 -

Fluffy Gardens 07:40 Noksu 07:45 - Jarmies 08:00 Kipper 08:10 - Shapes 08:20 What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 - Gazoon 08:35 - Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 - Lots & Lots Of... 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 – Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 - Hip Hip Hurray 13:05 Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 Woody Buddies 14:10 – Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 - Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 – Noksu 15:15 - Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 - Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 - Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 Monkey See, Monkey Do 17:45 Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 - Noksu 19:20 - Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam.

Indibate

- NET Television, 22>30

Il-programm tal-lum se jiddiskuti l-mod kif il-libertà u d-demokrazija fil-pajji] ]viluppaw wara l-Indipendenza, kif ukoll il-mod kif l-Indipendenza kienet fattur importanti biex il-poplu kiseb u sa[[a[ il-valuri tal-libertà u d-demokrazija. Flimkien mal-mistieden, l-eks Ministru Michael Falzon, Indibate se ji]viluppa l-argument dwar it-theddid li g[addew minnhom il-libertà u d-demorazija fil-parjji]. Michael Falzon jittrata l-mod kif fissnin sebg[in u tmenin (ir-ritratt hawn fuq jidher il-Ka]in tal-N ta’ Santa Venera kif kien tkisser f’Settembru 1976), il-pajji] iffa//ja theddida qawwija g[ad-demokrazija u l-mod kif il-poplu rnexxielu j]omm dawn il-valuri bla ma jitlifhom. Jippre]enta Matthew Paris. TVM 07:00 - TVAM 08:30 - Realta' 09:30 - Malta u lil hinn minnha 11:00 - Valletta 11:30 - Teleshopping 12:00 - A[barijiet 12:10 - TVPM 15:00 - A[barijiet 15:05 - {bieb u G[edewwa 15:45 Teleshopping 16:30 - Secret Show 16:45 - Deadly Art 17:00 - Secret Show 17:15 - Me and My Monsters 17:50 Nis;a Maltija 18:00 - A[barijiet 18:15 Teleshopping 18:45 - Dissett 20:00 A[barijiet 20:50 - Katrina 21:50 A[barijiet punti ewlenin 21:55 - Paq Paq Lifestyles 22:30 - Gadgets 23:00 - A[barijiet. 23:20 - {bieb u G[edewwa. TVM 2 08:30 – TVAM 10:00 – Ultimate Journey 11:00 – It-Triq # Twelid 11:15 – Luxdesign 12:30 – MEA 13:00 - Realtà 14:00 – Ultimate Journey 15:00 – 16:45 – It-Triq # Twelid 15:10 – TVPM 18:00 – Venere 18:30 – GFA roundup 19:00 Pellikola 19:30 - Ultimate Journey 20:30 - A[barijiet g[al dawk neqsin missmig[ 20:40 – Dwarna 21:40 - Sports News 21:45 - Kultema 22:15- Kurrenti 23:15 - A[barijiet Sportivi 23:30 – A[barijiet Finanzjarji 23:35 – News in English. One

06:30 - ONE News 07:00 – ONE Breakfast 08:45 – Telebejg[ 09:00 – Sieg[a }mien 10:00 – Telebejg[ 11:00 – S41 12:10 – Ieqaf 20 minuta 12:30 - ONE News 12:40 – Kalamita 16:20 – Zona Sport 16:55 - Telebejg[ 17:10 - Telebejg[ 17:30 - ONE News 17:40 – Aroma Kitchen 19:30 - ONE News 20:20 – Samsara 20:30 - Rifless 21:30 – Ilsien in-Nisa 23:00 – Is-Sess 23:30 - ONE News. Smash 07:40 - Er;a’ Lura 08:40 – A[barijiet 09:00 – {abbejtek 10:00 - Fil-K/ina ma’ Farah (r) 10:50 - TSN Teleshopping 13:00 - A to Z Teleshopping 14:20 – Ma’ Majsi 16:10 - Fil-K/ina ma’ Farah (r) 17:50 - Foreign news 18:00 - A[barijiet

ta’ Barra 18:15 - Bingo 75 18:40 – Teleshopping 19:00 – A[barijiet 19:30 – Documentary 20:30 – Il-Parlament tal-poplu 21:30 – CNI 22:00 – A[barijiet 22:30 - Motordrome. Raiuno 07:10 - Unomattina (jinkludi t-Tg1 fis7:30 am, fit-8 am, fid-9 am u fil-11 am) 10:00 - Storie Vere 11:10 - A conti fatti 12:00 - La prova del cuoco 13:30 Telegiornale 14:00 - Tg1 Economia 14:05 - Dolci dopo il Tiggì 14:40 - Torto o ragione? Il verdetto finale 16:00 - La vita in diretta 16:27 - Che tempo fa # Tg1 16:40 - La vita in diretta 18:50 L’Eredità 20:00 - Telegiornale 20:30 Affari tuoi 21:10 - Carosello Reloaded 21:15 - Che Dio ci aiuti 3 23:31 - Tg1 60 Secondi 23:35 - Porta a Porta 01:10 Tg1 notte 01:40 - Che tempo fa 01:45 Sottovoce 02:15 - StoriE della LetteraturA Poeti italiani 02:45 - Le

avventure Molière.

galanti

del

giovane

Raidue 06:00 - Detto Fatto 07:10 - Heartland 08:35 - Le Sorelle McLeod 10:00 - Tg2 Insieme 11:00 - I Fatti Vostri 13:00 Tg2 giorno 14:00 - Detto Fatto 16:15 Castle La cospirazione 17:00 SuperMax TV 17:45 - Parlamento Telegiornale 17:55 - Tg2 Flash L.I.S. 18:50 - N.C.I.S. Los Angeles 20:30 Tg2 20.30 21:00 - Impazienti 21:10 Virus Il contagio delle idee 23:50 - Tg2 00:05 - Obiettivo Pianeta Australia sconosciuta 01:00 - Hawaii Five-0 01:45 - Meteo 2 01:50 - Iqbal. Raitre 07:00 - Tgr Buongiorno Italia 08:00 Agorà 10:00 - Mi manda RaiTre 11:00 Elisir 11:10 - Tg3 Minuti 11:13 - Elisir 11:55 - Meteo 3 12:00 - Tg3 12:45 Pane quotidiano 13:10 - Il tempo e la Storia Fiume 14:00 - Tg Regione 15:10 - Terra nostra 2 15:55 - Aspettando Geo 19:00 - Tg3 20:00 - Blob 20:15 -

Sconosciuti La nostra personale ricerca della felicità 20:35 - Un posto al sole

21:05 - A.C.A.B. - All Cops are Bastards 23:05 - Extant Stanno arrivando 23:45 Blob 00:00 - Tg3 Linea notte 01:05 Parlamento Telegiornale 01:15 Cortoreale Gli anni del documentario italiano - Ennio Lorenzini 01:45 La Musica di Raitre Dall’Auditorium Rai Arturo Toscanini di Torino 02:35 Fuori Orario. Cose (mai) viste. Canale 5 06:00 - Prima pagina Tg5 # Traffico 07:56 - Borse e monete # Traffico 07:58 - Meteo.it 07:59 - Tg5 08:45 - Mattino cinque 11:00 - Forum 13:00 - Tg5 # Meteo.it 13:41 - Beautiful 14:15 Centovetrine 14:45 - Uomini e donne 16:15 - Il segreto 17:00 - Pomeriggio cinque 18:45 - Avanti un altro 19:57 Tg5 prima pagina 20:00 - Tg5 # Meteo.it 20:40 - Striscia la notizia 21:10 - Zelig 23:30 - Matrix 01:31 - Tg5 # Rassegna 02:00 - Meteo.it 02:01 - Striscia la notizia 02:35 - Uomini e donne. Rete 4 06:50 - Zorro

07:10 - Hunter 08:05 Cuore ribelle 09:30 - Carabinieri 10:35 - Sai cosa mangi? 10:45 - Ricette all’italiana 11:30 - Tg4 # Meteo.it 12:00 Detective in corsia 13:00 - La signorain giallo 14:00 - Lo sportello forum 15:30 - Hamburg disrettor 21 16:39 - La regina delle piramidi 18:55 - Tg4 # Meteo.it 19:35 - Il segreto 20:30 - Tempesta d’amore 21:15 - Life 00:30 Bellinfreschi. Film ’87 01:20 - Tg4 night news 02:29 - E se domani. Italia 1 07:05 -

La vita secondo Jim 07:30 Mike & Molly 08:25 - Psych 10:25 The closer 12:25 - Studio aperto # Meteo.it 13:02 - Sport mediaset 14:05 I Simpson 14:35 - Futurama 15:00 - 2 broke girls 15:50 - Big Bang Theory 16:45 - Chuck 18:30 - Studio aperto # Meteo.it 19:20 - C.S.I. New york 21:10 - The Scorpion King 3. Film 2012 23:20 - Tiki taka 01:20 - Sport mediaset 01:45 - Studio aperto 02:00 Trasformat.


www.maltarightnow.com

Il-{amis, 30 ta’ Ottubru, 2014

23

TV#RADJU F Living 07:00 – Teleshopping 08:30 – Nintrefa ’l Fuq 10:00 – Madagascar 12:00 - Teleshopping 13:00 - F Living Magazine 16:00 - Teleshopping 20:30 – VS 22:30 - Fuq it-Tara; taz-Zuntier 24:00 - F Living Show. Xejk 07:00 -

Love and Romance 07:30 – Just for Laughs 08:00 – All Time Hits 09:45 – Simpati/i 10:45 – Teleshopping 11:45 - Just for Laughs 12:00 Magazine 20:30 (r) 13:30 – Idoli italiani (r) 14:30 - Simpati/i 15:30 - Tele-shopping 16:30 – All Time Hits 17:00 – Maltese Music 18:00 – Teleshopping 18:15 - Teleshopping 20:00 – Just for Laughs 20:30 – Magazine 20:30 22:00 – Local Anglei 23:00 – Teleshopping 24:00 – Video Clips. GO stars 07:00 - The Way Way Back 08:45 The King and I 11:00 - The Office 11:25 - Snitch 13:15 - Diana 15:05 The Pirates! Band of Misfits 16:30 Oblivion 18:35 - The Impossible 20:25 - Warehouse 13 21:10 - Gangster Squad 23:00 - Powder Room 00:25 - The Way Way Back 02:05 - Oblivion. Mediaset Italia 06:00 -Casa Vianello 06:30 - Casa Vianello 07:00 - Non e la Rai 08:20 Nonno Felice 08:45 - I Cesaroni IV 09:25 - Torte d’Autore 09:50 - La sai l’ultima? 10:01 - La sai l’ultima? 10:15 - Centovetrine 10:40 - Uomini e donne 11:50 - Avanti un altro 12:40 - Vivere III 13:05 - I Cesaroni II 14:00 - Casa Vianello 14:25 - Casa Vianello 14:50 – Carabinieri 15:40 - Ricette all’Italiana 16:10 - Forum 17:35 - Centovetrine 18:00 - Tg5 18:35 - I Cesaroni II 19:35 - Le tre rose di Eva 20:25 - Uomini e donne 21:25 - Colorado 22:20 - Vite In Apnea 22:45 - Torte d’Autore 23:10 Avanti un altro. BBC Entertainment 06:00 – Jollywobbles 06:10 Bobinogs 06:20 - Mr Bloom’s Nursery 06:40 - Show Me Show Me 07:00 Nina and the Neurons: In the Lab 07:15 – Jollywobbles 07:25 - Bobinogs 07:35 - Mr Bloom’s Nursery 07:55 - Show Me Show Me 08:15 - The Weakest Link 09:00 - The Omid Djalili Show 09:30 -

Me and Mrs Jones 10:00 – EastEnders 10:30 - Doctors 11:00 - New Tricks 11:50 - Tough Guy Or Chicken? 12:40 Absolutely Fabulous 13:10 - Me and Mrs Jones 13:40 - The Omid Djalili Show 14:10 – EastEnders 14:40 Doctors 15:10 - New Tricks 16:00 Tough Guy Or Chicken? 16:55 - Me and Mrs Jones 17:25 - The Weakest Link 18:10 - EastEnders 18:40 - Doctors 19:10 - New Tricks 20:05 - Gates 20:30 - Absolutely Fabulous 21:00 - The Secret of Crickley Hall 21:50 - Hitler on Trial 23:15 - Hebburn 23:45 - Hotel

Secrets With Richard E Grant

TCM 08:30 - Skyjacked 10:10 - Ocean’s Eleven 12:15 - The Left Handed Gun 14:00 - Destination Tokyo 16:15 - The Wreck of the Mary Deare 18:00 - All the Fine Young Cannibals 20:00 - The Wild Bunch 22:25 Day of the Evil Gun. MGM Movie 07:05 - Maxie 08:40 - The In Crowd 10:15 - For Better or for Worse 11:50 Tom Sawyer 13:30 - Man of La Mancha 15:35 - A Shot in the Dark 17:15 MGM’s Big Screen 17:30 - French Kiss 19:20 - What’s the Worst That Could Happen? 21:00 - From Beyond 22:25 The Resurrected. Diva Universal 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s Poirot 09:35 - Movie 09:50 Kojak 10:50 - Quincy, M.E. 11:50 Agatha Christie’s Marple 13:35 - Great Women 13:50 - Law & Order 14:50 Agatha Christie’s Poirot 15:50 Quincy, M.E. 16:50 - Agatha Christie’s Marple 18:38 - Great Women 18:50 Agatha Christie’s Poirot 19:50 Quincy, M.E. 20:50 - Great Women 21:00 - Agatha Christie’s Marple 22:48 - Great Women 23:00 - Murder, She

Wrote

Discovery Channel 06:50 - Auction Hunters: Ton Voyage 07:15 - Extreme Fishing With Robson Green: At the Ends of the Earth: Ascension Island 08:10 - Man, Woman, Wild: Louisiana Firestorm 09:05 Alaska: The Last Frontier: Spring Delicacy 09:55 - Gold Divers: The Bitter End 10:50 - Mega Builders: Sheikh Zayed Bridge 11:40 - Wheeler

Dealers: Lincoln Continental 12:35 Rise of the Machines: Heavyweight Helicopter 13:30 - James May’s Man Lab: Christmas Special 14:25 Tethered: Pacific Islands, Panama 15:20 - Tethered: Kodiak Archipelago, Alaska 16:15 - Tethered: El Camino Real Jungle, Panama 17:10 - Container Wars: Fishy Business 17:40 - Storage Hunters: Fasten Your Seatbelts 18:05 - Auction Hunters: Off the Deep End 18:35 Auction Kings: Homemade Hot Rod; Zebra Drum 19:00 - How It’s Made 19:30 - How It’s Made: Liquor Jugs; Deli Meats; NASCAR Engines 20:00 Baggage Battles: Dino-Mite 20:30 Baggage Battles: Big Boy Bucks 21:00 - What’s in the Barn?: Davenport Swap 21:30 - Garage Gold: Disaster and Dolls 22:00 - Close-Up Kings: Miami 23:00 Game of Stones: Million Dollar Gamble Discovery World 07:15 - Chasing Classic Cars 07:40 Chasing Classic Cars 08:05 - Greatest Human Achievements 08:55 - Prophets of Science Fiction 09:45 - Secrets of... 10:35 - I’m Alive 11:25 - Extreme Machines 12:15 - Beyond Survival With Les Stroud 13:05 - Chasing Classic Cars 13:30 - Chasing Classic Cars 13:55 - North America 14:45 Lost Ship of Venice 15:35 - Secrets of... 16:25 - I’m Alive 17:20 - Hell on High Water 18:15 - Extreme Machines 19:10 - Beyond Survival With Les Stroud 20:05 - Chasing Classic Cars 20:30 Chasing Classic Cars 21:00 - Hell on High Water 21:55 - True Horror 22:50 - American Greed 23:45 - Chasing Classic Cars.

07>00 08>30 09>00 09>30 12>00 12>45 14>00 14>05 15>45 16>00 16>05 16>45 18>00 18>05 18>30 19>00 19>30 19>50 20>40 21>40 21>45 22>30 23>00

NET News Klinika Telebejg[ Eli & I Telebejg[ Xift NET News (ikompii) Xift Telebejg[ NET News Big Time Malta Llejla NET News (ikompli) Malta Llejla Klinika News Feed NET News (ikompli) News Feed Mitqlu Deheb NET News (ikompli) Mitqlu Deheb Indibate NET News

Sport fuq il-Cable

Discovery Science 06:50 - Human Body: Ultimate Machine 07:40 - How Tech Works 08:05 - How It’s Made 08:30 - Penn & Teller Tell a Lie 09:20 - Sport Science 10:10 - Mega Builders 11:00 MythBusters 11:50 - Stephen Hawking Biography 13:30 - How Tech Works 13:55 - How It’s Made 14:20 Unchained Reaction 15:10 - Sport Science 16:00 - Mega Builders 16:50 Stephen Hawking’s Universe 18:30 Body Invaders 19:20 - Creatures Inside Us 20:10 – MythBusters 21:00 - Body Invaders 21:50 - Creatures Inside Us 22:40 - Stephen Hawking’s Universe 23:30 Penn & Teller Tell a Lie

Malta Llejla – NET Television, 16>45

Joanne Galea (firritratt), ir-rebbie[a tal-Miss World Malta, flimkien ma’ Claudia Calleja li hi wa[da mill-organizzatturi ta’ dan l-avveniment, se jkunu fost il-mis-tednin ta’ Stephanie Spiteri waqt il-programm tal-lum. Ukoll fl-edizzjoni tal-lum, se jkun hemm il-kontribut talpsikjatra Anton Grech dwar is-sa[[a mentali, kif ukoll rappre]entant millGhana Mission Foundation li se jitkellem dwar ixxog[ol siewi li qed iwettqu ff’dan il-pajji] Afrikan.

Fox Sports Europe 06:00 - MLB Whiparound 07:00 NASCAR Race Hub 08:00 - PGA EuroPro Tour Golf 10:00 - MLB 162 10:30 - Major League Baseball 13:00 - MLB Whiparound 14:00 NASCAR Race Hub 15:00 - Major League Baseball 17:30 - MLB Whiparound 18:30 - NASCAR Race Hub 19:30 - Speedmakers 20:30 MLB Whiparound 21:30 - Live: Major League Baseball. GO sports 1 09:00 - Trans World Sport #1435 10:00 - Premier League World #11 10:30 - ATP Masters 1000. BNP Paribas Masters, Paris. Last 16 (live) 23:00 - Premier League Match Pack. Week 12 23:30 - The Ligue 1 Show. Round 12 00:00 Barclays Premier League. Week 11. Tottenham H v Newcastle Utd 02:00 - Serie A. Round 9. Genoa v Juventus. GO sports 3 20:45 - Serie

A. Round 9. Hellas Verona v Lazio (live) 22:45 - Inter Channel.

GO sports 7 07:00 - Serie A.

Round 8. Napoli v Hellas Verona 09:00 - PGA European Tour. ISPS Handa Perth International. Day 4 13:00 - Trans World Sport #1435 14:00 Netbusters. Week 11 14:30 - PGA European Tour. BMW Masters. Day 1 19:30 - Premier League Match Pack. Week 12 20:00 - The Ligue 1 Show. Round 12 20:30 ATP World Tour 500. Swiss Indoors Basel. Semi Finals 01:30 - FIFA Futbol Mundial #493 02:00 - Barclays Premier League. Week 11. Liverpool v Hull City. GO sports 8 09:00 - Serie A.

Round 8. Napoli v Hellas Verona 11:00 - PGA European Tour. ISPS Handa Perth International. Day 4 15:00 - Trans World Sport #1435 16:00 Netbusters. Week 11 16:30 - PGA European Tour. BMW Masters. Day 1 21:30 - Premier League Match Pack. Week 12 22:00 - The Ligue 1 Show. Round 12 22:30 ATP World Tour 500. Swiss Indoors Basel. Semi Finals.


www.maltarightnow.com

Il-{amis, 30 ta’ Ottubru 2014

TA{BIL IL-MO{{ U TAG{RIF

TISLIBA

24 1

2

5

3

4

Rapport tat-temp

6

7

UV INDEX

8

4

9

10

11

IT-TEMP Firxa ta arja instabbli tinsab fuq i/-/entru tal-Mediterran se tippersisti VI}IBBILTÀ :eneralment tajba IR-RI{ {afif u varjabbli li jsir il-bi//a l-kbira mitTramuntana [afif g[al moderat BA{AR {afif IMBATT Baxx mill-Grieg il-Lvant li jsir ftit li xejn TEMPERATURA L-og[la 22˚C XITA FL-A{{AR 24 SIEG{A 4.1 mm XITA MILL-1 TA’ SETTEMBRU 61.4 mm IX-XEMX titla’ fis-06.21 u tin]el fit-17.10

Il-[amest ijiem li ;ejjin 12

13

14

15

16

17

Mimdudin> 5. Werriet (5) 6. Kompetenti (5) 7. Kanzunetta titkanta bejn tnejn (5) 10. Hekk g[amilt bil-fer[ (5) 11. Jirra;una min ikollu dan is-sens (5) 12. Bxiekel (5) 14. Bi//a mil-log[ba ta/-?ess (5) 16. G[osfor (5) 17. Tislima (5) 18. :ebla kbira u iebsa (5).

18

Weqfin> 1. Frott sajfi (6) 2. Wi// imb wi// (6) 3. Il-mara tieg[ek (6) 4. Miljun g[al miljun darba (6) 8. Qrib (5) 9. G[a;ina li ttalla’ l-[ob] (5) 12. U]aw l-imqass (6) 13. Ma nesiex (6) 14. Pupu ta/-/raret. Kien jin[araq nhar il-festa ta’ San :wann (6) 15. QARNIT (Anagramma) (6).

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-biera[ Mimdudin> 5. Makku: 6. {atfa; 7. Xraba;10. Tahan; 11. Twalu; 12. Saram; 14. Qaleb; 16. {rara; 17. Mejju; 18. Nimxu. Weqfin> .1 1. Amment; 2. Turrun; 3. T[abat; 4. Gangmu; 8. M[ara; 9. Salla; 12. Sarima; 13. Mer]uq; 14. Qerqni; 15. Buffun.

Sudoku : qieg[ed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali talkwadru l-kbir. Kull numru g[andu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru ]g[ir ta’ tliet kaxxi bi tlieta. Fa/li

Soluzzjoni Sudoku

IL-{AMIS L-og[la 22˚C L-inqas 15˚C

IL-:IMG{A L-og[la 21˚C L-inqas 15˚C

IS-SIBT L-og[la 21˚C L-inqas 15˚C

IL-{ADD L-og[la 21˚C L-inqas 16˚C

IT-TNEJN L-og[la 21˚C L-inqas 16˚C

UV

UV

UV

UV

UV

4

4

3

3

3

Temperaturi fi bliet barranin It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar [in ta’ Malta) lbiera[ kienet: Malta 22˚ ftit imsa[[ab, Al;eri 27˚C ftit imsa[[ab, Amsterdam 14˚C imsa[[ab, Ateni 18˚C imsa[[ab, Li]bona 20˚C xemxi, Berlin 10˚ ftit imsa[[ab, Brussell 11˚C xita, il-Kajr 26˚C ftit imsa[[ab, Dublin 11˚C imsa[[ab, Kopen[agen 11˚C imsa[[ab, Frankfurt 10˚C imsa[[ab, Milan 14˚C xemxi, Istanbul 18˚C imsa[[ab, Londra 13˚C xita, Madrid 21˚C xemxi, Moska 11˚Cxemxib, Pari;i 13˚C imsa[[ab, Bar/ellona 23˚C ftit imsa[[ab, Ruma 20˚C imsa[[ab, Tel Aviv 26˚C xemxib, Tripli NA, Tune] 25˚C ftit imsa[[ab, Vjenna 9˚C imsa[[ab, Zurich 14˚C xemxi, Munich 11˚C imsa[[ab, St. Petersburg 14˚C ftit imsa[[ab.

Tag[rif JAG{LQU SNINHOM ILLUM Biagio Vella (79 sena) studju] tal-era klassika u dik Bi]antina; Dion Vincent Buhagiar (70 sena) kompo]itur u mexxi l-Kor Collegium Musicum li hu l-kor residenti tal-Konkatidral ta’ San :wann u tal-Katidral tal-Imdina; Twanny Darmanin (63 sena) pittur; Peter Micallef (49 sena) tabib tal-familja u eks Membru Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista; Sergio Grech (39 sena) u eks Direttur E]ekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali talKtieb; Malcolm Schembri (39 sena) editur ta’ Storja u Kultura {a]-}abbar; Arnold Buttigieg (36 sena) plejer tal-football; Mathieu Cilia (34 sena) kien imexxi l-Grupp tal-Armar tal-PN; Alessandra Fiott (29

sena) attri/i u pre]entatri/i televi]iva. FIERA TALARTI::JANAT MALTI G[ada l-:img[a, 31 ta’ Ottubru fil-parti ta’ fuq ta’ Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-09:00 u l-14:00 se ssir fiera tal-arti;;janat Malti.

Fost o[rajn se jkun hemm g[all-bejg[ xog[ol mid-drapp,

bizzilla, filugranu, costume jewellery, pitturi, rakkmu, xog[ol tal-makrame, xog[ol flinjam u g[asel. Din l-attivita qed tkun organizzata mid-Dipartiment talKummer/ fi [dan il-Ministeru g[all-Ekonomija, Investiment u Negozji }g[ar u l-Awtorità Maltija g[atTuri]mu. KUN?ERT MINN ORKESTRA :DIDA L-Orkestra tal-Public

Broadcasting Services li twaqqfet dan l-a[[ar se tkun qed tag[ti l-ewwel kun/ert tag[ha s-Sibt, l-1 ta’ Novembru fl-MFCC f’Ta’ Qali fit-20:30. It-titlu ta’ din is-serata hu A Night at the Theatre. Se jindaqqu g[a]liet millmusicals The Phantom of the Opera, Grease, Evita, Masquerade, Fiddler on the Roof. Les Miserables u Ta[t Tliet Saltniet. Fost il-kantanti li se jie[du sehem hemm Roger Tirazona, Georgina, Ryan Abela, Nadia Vella, Martha Vella, Renato, Luke Dalli, Tiziana Calleja, Francesco Nicodeme, Eleonor Spiteri, Joseph Zammit u Renato.


www.maltarightnow.com

25

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

MADWARNA

Impjegati tal-HSBC esperjenzaw id-diversità u l-inklużjoni

Waqt l-attivitajiet li saru matul il-ġurnata annwali ta’ ‘Diversità u Inklużjoni’, il-membri tal-istaff tal-HSBC ħadu pjaċir jitgħallmu u japprezzaw id-diversità li teżisti fuq il-post tax-xogħol

HSBC Bank Malta organizza ‘Ġurnata ta’ Diversità u Inklużjoni’ fl-Operations Centre f’Ħal Qormi biex jiċċelebra d-diversità u lkulturi differenti, kemm talimpjegati kif ukoll tal-klijenti. Din il-ġurnata kienet imfassla blappoġġ tal-Fondazzjoni Richmond Malta u hi parti minn inizjattiva talGrupp HSBC biex jiffoka fuq kwistjonijiet ta’ diżabbiltà. L-enfasi kienet fuq l-għarfien tas-saħħa mentali u l-importanza ta’ post ta’ xogħol li hu bilanċjat u sostenibbli. L-impjegati kienu mħeġġa jibnu relazzjonijiet aktar effettivi malklijenti u ma’ xulxin, billi japprezzaw l-abbiltajiet u lperspettivi differenti ta’ kulħadd. Fil-bidu, il-parteċipanti ngħataw xenarji stressanti u wara kienu murija metodi li jnaqqsu l-istress u jgħinu s-saħħa mentali u l-għarfien personali. Imbagħad, l-impjegati setgħu jesperjenzaw tipi differenti ta’ messaġġi, inklużi messaġġi fuq is-saqajn, u setgħu wkoll jippruvaw il-meditazzjoni u l-joga.

Is-Senior Managers ħadu sehem fl-attivitajiet, inkluż fil-maratona tas-saħħa mentali li saret fil-gym li hemm fl-Operations Centre stess. Fuq plasma screen armat firreception wieħed seta’ jara kif impjegati differenti jittrattaw lisfidi u jegħlbu l-ostakli. Mandy Garner, il-Kap tar-Riżorsi Umani ta’ HSBC Bank Malta qalet, “aħna nagħtu ħafna importanza lissaħħa mentali, għaliex l-HSBC jemmen fid-diversità u fl-inklużjoni u l-impjegati kollha huma mħeġġa japprezzaw id-diversità.” Hi qalet li “problemi ta’ saħħa mentali jistgħu jeffettwaw lil kull wieħed minna, fi kwalunkwe ħin. Irridu li l-impjegati tagħna jkunu aktar konxji tas-saħħa mentali tagħhom u konxji wkoll talimpatt li l-istress jista’ jkollu fuqhom u fuq il-klijenti tagħna.” HSBC Bank Malta stabbilixxa numru ta’ inizjattivi biex jgħin lapprezzament tad-diversità u linklużjoni fil-bank. Dawn ilprogrammi jirrikonoxxu n-natura unika tal-ħaddiema tiegħu,

jippromwovu d-diversità fost ilfornituri u jinkoraġġixxu aktar sħubija fi ħdan il-komunità. Antoinette Shah, il-Kap Eżekuttiv ta’Richmond Foundation Malta qalet, “Din l-attività serviet biex tgħaqqad flimkien nies bi sfond differenti, il-moħħ għandu kapaċità inkredibbli biex ilaħħaq mal-istress u l-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum. Aħna nittamaw li l-pariri li ngħataw matul din il-ġurnata ta’ diversità se jgħinu lill-parteċipanti jgawdu ħajja tax-xogħol aktar trankwilla u aktar kalma.” Il-Bank jirrikonoxxi wkoll id-diversità bi programmi formali u informali kif ukoll b’policies speċjali u taħriġ. L-HSBC għandu aktar minn 50 Employee Resource Groups li jipprovdu appoġġ u jservu ta’ gwida biex jinħoloq ambjent inklużiv fejn kulħadd jista’ jaħdem u jiżviluppa, u jsegwi karriera li tissodisfah. Dan jgħin lill-HSBC biex jissodisfa l-ħtiġiet ta’ kollegi differenti u ta’ klijenti minn kull pajjiż u kultura.


www.maltarightnow.com

Il-{amis, 30 ta’ Ottubru, 2014

26

KLASSIFIKATI AVVI}I

Tiswijiet fil-pront u fil-post

TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, e//. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-ir[as prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts g[al kull tip ta’ appliances. ?emplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront.

Tiswijiet

TA’ magni tal-[jata. G[al service u tiswijiet fil-pront. ?emplu 99422268

jew 21416705. PROPRJETÀ G{ALL-BEJG{

Il-{amrun

GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bilbit[a, dawl, ilma u toilet. Bilpermess Class B. ?emplu 77200983.

Paola

MAISONETTE arju] [afna f’area kwieta b’]ew; kmamar tas-sodda, salott, k/ina, kamra tal-banju u bit[a. ?emplu 99428000.


www.maltarightnow.com

27

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

SPORT

Bonello u Aquilina Champions MOUNTAIN BIKES

L-istaġun tal-Mountain Bike intemm dan l-aħħar bl-aħħar tiġrijiet li kienu jagħmlu parti millkampjonati nazzjonali tal-cross country li saru fil-Gudja. Din il-kompetizzjoni tant mistennija offriet eċċitament kbir għal dawk kollha preżenti. Filkategorija tal-irġiel l-isfida kienet sa mill-ewwel metri b’Maurice Formosa (The Cyclist), Mark Bonnici (Agones) u Etienne Bonello (Team Greens) imorru mill-ewwel fuq quddiem fil-parti ta’ Ħas-Saptan u fetħu vantaġġ fuq iċ-Champion renjanti Jason Vella (Pash Racing) u Paul Zarb (The Cyclist). Fit-tielet dawra Formosa qata’

lura minħabba tyre baxx waqt li Bonnici kellu problemi mekkaniċi u kien sfurzat jirtira. Dan ħalla lil Bonello waħdu flewwel post hekk kif Formosa beda jitħabat bir-rota u waqaf flaħħar dawra. Madankollu Bonello kompla jippersisti u spiċċa waqqaf rekord tal-korsa ta’ 1:09.11 biex rebaħ ittitlu nazzjonali tal-Mountain Bike għall-għaxar darba. Vella spiċċa ttieni u Paul Zarb it-tielet. Intant Marie Claire Aquilina (Team Greens) rebħet il-kategorija tan-nisa f’57:30 minuti. Hija kienet segwita minn Lara Buttigieg (Agones) u Catherine Halpin.

It-tim tat-tmien tfajliet Maltin

Deheb għal Mairangas GĦAWM SINKRONIZZAT

It-tim Malti tal-għawm sinkornizzat tal-ASA li jikkonsisti fi tmien tfajliet ta’ 11-il sena ħa sehem b’suċċess fil-kompetizzjoni internazzjonali Little Frogs fi Bratislava, li saret fi tmiem ilġimgħa. B’kollox ħadu sehem 200 parteċipant minn ħames pajjiżi differenti.

Ix-xogħol iebes u d-dedikazzjoni tat-tfajliet taħt id-direzzjoni ta’ l-kowċ Saho Harada wasslet għal riżultati eċċellenti. Vanessa Mairangas temmet l-ewwel overall waqt li Gayley Camilleri rebħet il-midalaj tal-bronż. Neeve Cauchi, Charlotte Spencer u Victoria Pace spiċċaw mir-

raba’ sas-sitt post rispettivament u ngħataw ċertifikat. It-tim ta prestazzjoni millaqwa fl-għawm sinkronizzat ta’ rutina bil-kowċ Harada tgħid li kienet esperjenza mill-isbaħ għal kulħadd. L-għawwiema l-oħra kienu Mata Galea, Kristina Camenzuli u Hanna Rizzo.

Il-Kampjonat Joseph Sammut Co Ltd tas-SWAN kompla fi tmiem il-ġimgħa b’erba’ logħbiet mill-Ewwel Diviżjoni, fejn ċChampions Valletta St. Pauli issuperaw ostaklu diffiċli meta taw l-ewwel telfa 2-0 lil Dingli Eagles u issa għandhom punti massimi flimkien ma’ Senglea u Lija/Iklin. Għal ħafna ħin l-Eagles kienu kostretti jiddefendu l-pressjoni Beltija fejn l-gowlkiper Mark Abela iddistingwa ruħhu bosta drabi b’saves stupendi. Kien fis-26 minuta li l-Beltin marru fil-vantaġġ meta Glenn Barry b’daqqa ta’ ras sab ixxibka. Fit-tieni taqsima Valletta St. Pauli ħarġu aktar aggressivi ifittxu li jkabbru l-iskor u wara li marru viċin bosta drabi fil-

51minuta żiedu l-vantaġġ permezz ta’ Glenn Barry li wara li ikkontrolla pass preċiż ta’ Zvezden Vukovic ma kellux diffikultà jpoġġi l-ballun fir-rokna tax-xibka għal doppjetta personali. Fl-aħħar minuta Valletta ngħataw penalti u mill-11ilmetru x-xutt ta’ Glenn Barry kien salvat bi bravura mill-gowlkiper tal-Eagles Mark Abela. Senglea Gunners għelbu lil Għargħur Bushwackers 1-0 u żammew il-pass mal-Beltin f’ras il-klassifika. Għargħur taw laħjar wirja tal-istagun u bi ftit aktar attenzjoni setgħu ħadu xi ħaġa minn din il-partita. Fit-tieni taqsima Għargħur setgħu marru fil-vantaġġ, imma kienu traskurati u ta’ dan pattew qares għax fil-61minuta lGunners żblukkaw ir-riżultat

meta minn free-kick dirett George Frendo tefa’ fis-saqaf tax-xibka għal rebħa 1-0. Lija/Iklin AFC pattew għalleliminazzjoni fis-semi finali tarRay Bartolo Memorial Cup kontra l-istess Cospicua Dynamos biex telgħu qassmu l-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Valletta St. Pauli u Senglea Gunners b’disa punti minn tliet logħbiet. Il-bidu kien kollha ta’ Lija/Iklin u sa l-ewwel 20 minuta kienu skurjaw tliet darbiet mingħajr risposta permezz ta’ doppjetta ta‘ Mark Cremona u gowl ta’ Christopher Pace. IlBormliżi għamlu reazzjoni u naqqsu l-iskor permezz ta’ Melchior Farrugia. Fit-tieni taqsima Cospicua Dynamos komplew jiġru wara r-

Maurice Formosa, Etienne Bonello u Mark Bonnici (ritratt> Miriam Abela Orland)

Tliet timijiet fl-ewwel post fl-Ewwel diviżjoni SWAN

riżultat u komplew inaqqsu liskor permezz ta’ Charlot Mamo għal 3-2, Imma Lija/Iklin fit-68 minuta għalqu l-logħba 4-2 permezz ta’ Darren Sammut. Fl-aħħar partita mill- Ewwel Diviżjoni Mrieħel Juventude għelbu lil Ta’ Ġiorni Wolves 2-1 u ħadu l-ewwel rebħa staġjonali fl-ewwel esperjenza tagħhom dan l-istaġun fl-ogħla diviżjoni. Ta’ Giorni Wolves sofrew ittielet telfa konsekuttiva u jinsabu ankrati fl-aħħar post tal-klassifika flimkien ma’ Għargħur Bushwackers u Cospicua Dynamos mingħajr punt minn tliet ħarġiet. Kienu Mriehel Juventude li marru fil-vantaġġ meta l-eksplejer tal-Wolves Ryan Fenech irċieva pass fit-tul u tefa’ fir-rokna.

Fit-tieni taqasima Mrieħel Juventude kabbru l-iskor permezz tal-istess Ryan Fenech, imma l-isforzi tal-Wolves ġew ippremjati fil-65 minuta meta naqqsu liskor permezz ta’ Kurt Cutajar għal 2-1. Mill-kampjonat ta’ Tieni Diviżjoni saru żewġ logħbiet fejn il-liders San Gwann Knights komplew bil-mixja pożittiva tagħhom meta għelbu lil Baħrija 3-0 u komplew ikkonsolidaw posthom f’ras il-klassifika b’punti massimi minn erba’ logħbiet fejn jidher li se jkunu sfidanti serji għar-rebħ tal-promozzjoni. Fl-aħħar partita fil-programm Marsa St. Micheal’s irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Tarxien 1-0,u telgħu fit-tieni post ħames punti taħt il-liders b’seba’ punti.


www.maltarightnow.com

28

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

Għadab kbir fl-Afrika t'Isfel

TRIATHLON

L-AFRIKA F’LUTTU

L-istaġun lokali tat-Triathlon tal-2014 intemm dan l-aħħar b’ finali mill-aktar entusjażmanti fil-Kampjonati Nazzjonali organizzati mill-Federazjoni Maltija tat-Triathlon fiċ-ċirkwit ġdid talMarfa u l-Aħrax tal-Mellieħa. F’dawn il-Kampjonati ħadu sehem numru rekord ta’ 98 parteċipanti, b’numru mdaqqas minnhom barranin. Madanakollu, l-atleti Maltin sfidaw għall-unuri u rnexxilhom jakkwistaw is-sitt postijiet kollha tal-podju fit-tellieqa prinċipali tad-distanza normali. Fil-kategorija tan-nisa deher ċar li l-battalja kienet ristretta għall-tlieta. Għalkemm Hannah Pace ħarġet mill-għawma flewwel post, Danica Bonello Spiteri u Margaret Seguna kienu qed isegwuha mill-viċin hekk kif it-tlieta li huma daħlu għallewwel tanżizzjoni f’inqas minn 30 sekonda minn xulxin. Waqt ir-rota li kienet fuq rotta teknika u diffiċli, Bonello Spiteri marret fl-ewwel post u daħlet għat-tieni bidla bi 30 sekonda vantaġġ fuq Pace. Bonello Spiteri kellha ġirja perfetta u fetħet vantaġġ insuperabbli biex rebħet dak li kellu jkun it-12-il titlu Nazzjonali tagħha f’sagħtejn, 18-il minuta u 21 sekonda. Hannah Pace żammet soda fittieni post u rebħet il-Kategorija ta’ taħt it-23 sena, b’ Margaret Seguna tispiċċa t-tielet. Fit-tellieqa tal-irġiel, Keith Galea mill-ewwel qadfiet flgħawma wera li kien determinat li jiddefendi t-titlu u ħareġ mill-ilma b’vantaġġ enormi ta’ 180 sekonda fuq l-eqreb rivali tiegħu, Rudolph Agius. Fuq iċ-ċirkwit tar-rota, Fabio Spiteri kellu wirja impressjonanti hekk kif irreġistra vantaġġ ta’ minuta u nofs fuq kulħadd mar fit-tieni post. Waqt

Il-qtil, kiesaħ u biered, ta' Senzo Meyiwa, il-captain tat-tim tal-futbol nazzjonali tal-Afrika t'Isfel u wieħed mill-aqwa gowlkipers li qatt ipproduċa lpajjiż, qanqal xokk u dieqa fost id-dilettanti tal-logħba -- blisportivi u r-rappreżentanti minn kull qasam soċjali jinsistu għallbidliet konkreti fl-Afrika t'Isfel li għandha waħda mill-ogħla rati ta' kriminalita fid-dinja. Meyiwa, li kellu 27 sena u kien jilgħab ma’, Orlando Pirates, inqatel minn ħallelin armati li, nhar il-Ħadd, daħlu fid-dar tattfajla tiegħu u sparawlu qabel ħarbu minn fuq il-post. L-aħbar dwar id-delitt ġriet bħal leħħa ta' berqa, bil-qtil ta' Meyiwa jdawwar l-attenzjoni mill-ġdid fuq il-liġijiet li jirregolaw ilpussess tal-armi fl-Afrika t'Isfel. Dan meta l-istatistika turi li, 'il fuq minn 17,000 persuna spiċċaw vittma ta' omiċidju bejn April tal2013 u Marzu li għadda – żieda ta' 5% fuq is-sena ta' qabel. Intant, il-qtil ta' Meyiwa – li kkundannawh numru ta' personalitajiet distinti, fosthom ilPresident tal-Afrika t'Isfel, Jacob Zuma u l-eks-plejer internazzjonali Ingliż, Gary Lineker – jista', jservi bħala d-'doċċa kiesħa' li tixpruna inizjattivi ġodda kontra l-kriminalita u blAfrika t'Isfel tgħaddi mill-kliem għall-fatti. L-omiċidju seħħ ġimgħa wara li l-atleta tal-Paralimpiku, Oscar Pistorius, kien kundannat ħames snin ħabs dwar il-qtil tat-tfajla tiegħu, Reeva Steenkamp. Iżda, forsi, l-aktar kumment sinifikanti kien ta' Darren Keet, il-gowlkiper riserva ta' Meyiwa mat-tim nazzjonali, li qal li 'issa hu mxebba mill-każi (kriminali) li ma jaqtgħu xejn u jrid li l-bidla sseħħ tassew fl-Afrika t'Isfel'.

Bonello Spiteri u Galea jibqgħu jiddominaw

TENNIS

Danica Bonello Spiteri u Keith Galea konfermati Champions nazzjonali

il-ġirja, il-ħinijiet ta’ Galea u Spiteri kienu viċin, iżda l-vantaġġ li kien kabbar Galea aktar kmieni kien biżżejjed biex rebbħu ir-raba’ titlu nazzjonali tat-triathlon li jikkumplimenta t-titli tadDuathlon u Aquathlon aktar kmieni fl-istaġun. Spiteri spiċċa fit-tieni post u rebaħ il-Kategorija tal-Over 40 filwaqt li Rudolph Agius żamm it-tielet post. Il-premjijiet tal-Kategorija intrebħu minn Jude Zammit u Suzanne Farrugia fl-Over 50, Donatelle Camilleri u David Galea fl-Over 40 u Neil Markham fil-kategorija ta’ taħt it-23 Sena. Fit-tellieqa Sprint li saret fl-istess ħin, Michelle Scott tar-Renju Unit għelbet l-isfida tażżagħżugħa Nina Zammit li daħlet it-tieni u Johanna Galea fit-tielet post. Fit-tellieqa Sprint tal-irġiel, Cliff Sultana spiċċa rebbieħ, b’Marlon Mallia fit-tieni post u Michael Bongailas fit-tielet.

Barbara tirbaħ fil-VLTC

Dan l-aħħar fil-Vittoriosa Lawn Tennis Club intemm irRennie Tonna Samsung Team Turnament (RTSTT) li ntlagħab bejn sitt timijiet. Fil-fażi round robin, it-tim ta’ Frans Ellul spiċċa fl-ewwel post b’84 set iżda fis-semifinali kien eliminat mit-tim ta’ Grace Barbara. Fis-semifinali l-oħra it-tim ta’ Stuart Rutter għeleb lit-tim ta’ Christine Scerri. Fil-finali t-tim ta’ Grace Barabra rebaħ kontra dak ta’ Stuart Rutter 9-5.

It-tim kien iffurmat minn Jesmond Pule’, Peter Aquilina, Lawrence Cassar, Ivan Cassar, Simon Micallef, Chris Bugeja, Charles Micallef, Neville Cassar, Mark Scerri, Mario Morales, George Grech, John Falzon, Martina Cuschieri, Josanne Cassar, Elaine Azzopardi, Natasha Headley, Annabelle Cilia, Josette Cassar, Ruth Micallef, Joyce Scerri u Claire Genovese u kienu ppreżentati bit-trofew tal-kompetizzjoni.

Il-Kategoriji intrebħu minn Jem Lawson tar-Renju Unit flOver 60, Michele Granger talKanada u Pawlu Brincat fl-Over 50, Kelving Goodwin u Lucy Cutler tar-Renju Unit fl-Over 40, filwaqt li Shaun Galea u Lara Buttigieg daħlu l-ewwel filKategoriji ta’ taħt it-23 sena. Il-premjazzjoni saret immedjatament wara t-tellieqa, filpreżenza ta’ Mario Micallef, Direttur tal-Isport tal-Kumitat Olimpiku Malti. Il-Federazzjoni Maltija tatTriathlon esprimiet sodisfazzjon kbir għall-iżvolġiment ta’ dan lavveniment u ferħet lill-parteċipanti kollha, speċjalment dawk li rebħu l-unuri. In-numru dejjem jikber ta’ triatleti f’Malta kif ukoll il-parteċipazzjoni numeruża ta’ atleti minn barra lpajjiż, flimkien mal-livell dejjem jogħla huwa sinjal ċar li dan lisport qiegħed jibker u jimmatura f‘ pajjiżna.

SPORT

Illum, il-poplu fl-Afrika t'Isfel qed isellem lil Senzo Meyiwa bħala eroj tal-futbol u bniedem umli li nħasad fil-fjur ta' ħajtu, bil-Ministeru għall-Isport fi Pretoria jistqarr li l-pajjiż ġie misruq minn 'simbolu' u 'atleta li kellu jassumi status leġġendarju li ma kienx għad-destin kiefer'. Ilu biss xahar li Meyiwa kien ikkonfermat captain tat-tim nazzjonali Afrikan, u nhar is-Sibt, Orlando Pirates għelbu lil Ajax Cape Town, 4-1, fis-semi finali tal-League Cup tal-Afrika t'Isfel. Din kellha tkun l-aħħar logħba tiegħu qabel l-inċident traġiku tal-Ħadd, fir-residenza tat-tfajla tiegħu, il-kantanta Afrikana, Kelly Khumalo, li tinsab flinħawi ta' Vosloorus, qrib Johannesburg. L-omiċidju tal-gowlkiper qajjem ukoll l-għadab, b'folol ta' Afrikani rrabjati jinġabru quddiem id-dar ta' Meyiwa u bilpulizija tħeġġeġ għall-kalma u twiegħed li se jsir minn kollox biex jinqabdu l-qattiela. Fil-preżent, il-ħbieb, id-dilettanti tal-football u b'mod partikolari l-plejers ta' diversi klabbs – Afrikani u Ewropej -- qed iroddu ġieħ lill-gowlkiper maqtul fuq Twitter. Sadanittant, spiċċa pospost idderby ta' tmiem il-ġimgħa bejn Orlando Pirates u Kaizer Chiefs, li l-plejers tagħhom, nhar ilĦadd, inġabru fi stat ta' xokk barra l-isptar fejn kien ittieħed Meyiwa, ftit wara l-isparatura. Iċ-Chairman ta' Orlando Pirates, Dr Ivin Khoza, qal li lfatt li l-plejers u diriġenti ta' Kaizer Chiefs insew ir-rivalita kbira bejn il-klabbs u wrew solidarjeta sħiħa magħhom f'dan ilmument diffiċli, 'jissimbolizza ttelfa kbira għall-Afrika t'Isfel u lfutbol in-ġenerali.'

It-tim ta’ Grace Barbara rebbieħ tar-Rennie Tonna Samsung Team Turnament


www.maltarightnow.com

29

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

SPORT

It-tliet astronawti fl-ispazju jiżvelaw il-logo tal-2018

Ir-Russja tippreżenta l-emblema tal-2018 TAZZA TAD-DINJA

L-emblema tat-Tazza tadDinja tal-FIFA li se ssir firRussja fl-2018 kienet żvelata abbord l-istazzjon spazjali internazzjonali minn tliet awstronawti. Id-disinn kien ispirat mit‘tradizzjoni artistika sinjura tarRussja u l-istorja ta’ suċċess tagħha fl-innovazzjoni.’ L-immaġini tal-emblema kienet projettata wkoll fuq itteatru storiku Bolshoi f’Moska. Ir-Russja rebħet id-dritt li torganizza t-turnament għallewwel darba wara li għelbu lisfida tal-Ingilterra, Spanja u lPortugall u l-Olanda u l-Belġju fil-votazzjoni tal-2010. Saru wkoll posters għal kull belt li se torganIZza l-logħob li jinkludu lil Rostov-on-Don u Samara. Is-serata li kienet trasmessa

b’mod dirett fuq it-televiżjoni kienet dedikata kollha għallfutbol. L-istudio inbidel fi stadium u l-grupp ‘Fruits’ libsu t-shirts tat-tmien pajjiżi li rebħu t-Tazza tad-Dinja fl-istorja. Preżenti wkoll mal-preżentatur Ivan Urgant kien hemm ilPresident tal-FIFA Sepp Blatter u ċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv Russu, Vitaly Mutko flimkien mal-captain tal-Italja Champions fl-2006, Fabio Cannavaro li mistoqsi dwar min jaħseb huma l-aqwa tliet plejers ta’ kull żmien qal bi tbissima, “Cannavaro nnumru 1 ovvjament, imbagħad Maradona u Messi.” Għalkemm fadal tliet snin u tmien xhur għat-Tazza tadDinja fir-Russja, bis-saħħa ta’ din l-emblema r-Russja issa għandha wkoll profil.

DIXXIPLINA

Ryan Grech sospiż tliet partiti

Il-plejer ta’ Mosta Ryan Grech ġie sospiż tliet partiti millKummissarju tad-Dixxiplina talMFA wara li fi tmiem il-ġimgħa tkeċċa kontra Floriana. Il-Greens approfittaw mittkeċċija tiegħu u rebħu l-konfront 3-2 wara li kienu 2-0 minn taħt. B’hekk, Grech se jitlef il-partiti kontra Hibs, Tarxien u Valletta. Huwa kien wieħed fost sitt plejers tal-Premier sospiżi. Orlando Serrano (Balzan), Matteo Picciolo (Floriana), Alejandro Reano (Naxxar), Sean Cini (Tarxien) u Hugo Miguel Pires (Valletta) kollha ġew sospiżi logħba kull wieħed. Serrano u Pires se jitilfu l-konfront ta’ nhar is-Sibt bejn Balzan u Valletta filwaqt li Picciolo u Cini

se jitilfu l-partita bejn Tarxien u Floriana, li wkoll se tintlagħab isSibt. Reano se jitlef il-logħba kontra Pietà. Intant wara l-partiti tat-Trophy ta’ tmiem il-ġimgħa ġew sospiżi logħba kull wieħed Keith Fedele (Għargħur), Josef Buttigeg (Nadur), Eman Bugeja (Sk Victoria Wanderers), Jotham Adeniran (Kirkop), Tobias Terpougoff (Melita) u Gilbert Martin (Vittoriosa). Samuel Vella (Siġġiewi) u Jonathan Pace (Dingli S) kienu sospiżi tliet partiti. Il-plejers li t-tim tagħhom ġie eliminat fit-tieni rawnd tat-Trophy issa jiskontaw is-sospensjonijiet fid-diviżjoni rispettiva li jilagħbu fiha.

L-immaġini tal-emblema tal-2018 projettata fuq it-teatru Bolshoi waqt spettaklu mill-isbaħ

Hosszu u Le Clos jibqgħu jispikkaw Għawm

Għall-ħames sena konsekuttiva iċ-ċentru akwatiku internazzjonali ta’ Tokyo qed jilqa’ fih il-laqgħa mit-Tazza tad-Dinja tal-FINA li hi s-serje ta’ qabel l-aħħar minn seba’ laqgħat fejn qed jieħdu sehem uħud mill-aqwa għawwiema fosthom l-Ungeriża Katinka Hosszu u Chad Le Clos tal-Afrika t’Isfel li t-tnejn komplew jiddominaw. L-Ungeriża kienet rebħet 39 midalja tad-deheb fil-ħames laqgħat preċedenti u waqqfet ukoll ħames rekords tad-dinja, kollha fil-medley fil-100m u l-200m u wieħed fl-400m. L-uniku rekord fost l-irġiel s’issa twaqqaf mill-kompatrijott ta’ Hosszu, Daniel Gyurta fil-200m Breaststroke. Fit-800m Freestyle ir-rebħa marret għand l-Ispanjola Mireia Belmonte f’8:08.57 quddiem Hosszu u l-Amerikana Alizabeth Beizel. B’hekk Belmonte laħqet lil Hosszu bi tliet midalji tad-deheb kull wieħed f’din id-dixxiplina. Imma Hosszu bdiet il-ġurnata tad-deheb tagħħa meta rebħet l-40 midalja tad-deheb fil-200m Free quddiem l-Awstraljana Emma McKeon u l-Amerikana Katherine Drabot. L-istess Ungeriża kompliet tirbaħ ukoll fil-200m IM blAmerikana Caitlin Leverenz ittieni u l-Ingliża Sjobhan-Marie O’Connor it-tielet u mbagħad kif mistenni rebħet ukoll il-200m Back quddiem l-Awstraljana Madison Wilson. Kienet is-sitt rebħa konsekuttiva f’din it-tiġrija

L- Ungeriża Katinka Hosszu fi triqtha lejn ir-rebħa fil-200m IM GĦAWM

u t-42 midalja tad-deheb f’dawn is-serje. Il-100m Fly intrebħet għas-sitt darba mill-Olandiża Inge Dekker b’Hosszu ttemm it-tieni u lAmerikana Felicia Lee tieħu lbronż. Kienet l-20 midalja għal Dekker f’dawn is-serje. Il-Ġappuniż Daiwo Seto kellu rebħa komda fl-400m IM, it-tieni waħda wara dik f’Beijing u Ġappuniż ieħor, Katsumi Nakamura ssorprenda meta rebaħ il-100m Free quddiem ir-Russu Sergey Fesikov u l-Ġermaniż Steffen Deibler. Fil-100m IM ukoll kien hemm deheb oħra għall-Ġappun permezz ta’ Kosuke Hagino f’52.03 sek. Imma forsi l-isbaħ għawma kienet l-isfida tal-200m Fly talirġiel fejn iċ-Champion Olimpiku Chad Le Clos u l-Ġappuniż Daiyo Seto kellhom sfida mill-aktar interessanti. Finalment kien lgħawwiem mill-Afrika t’Isfel li

rebaħ fl-aħjar ħin tas-sena ta’ 1:49.20 min. L-istess Chad Le Clos rebaħ ukoll il-50m Fly wara taqtiegħa oħra mal-konnazzjonal Roland Schoeman. Kienet is-sitt rebħa konsekuttiva għal Le Clos f’din ittiġrija u t-23 midalja għalih fisserje. Deheb oħra għall-Afrika t’Isfel waslet fl-400m Free minn Myles Brown waqt li l-Ungeriż Daniel Gyurta li kien l-uniku għawwiem mhux Ġappuniż fil-finali tal-200m Breast, rebaħ f’2:02.12 min. Fil-4x50m Medley d-deheb marret għand il-Ġappun fejn erba’ klabbs ħadu l-ewwel erba’ postijiet quddiem l-Istati Uniti u rRussja. Għall-ewwel darba qed ikun użat apparat elettroniku ġdid li jgħodd id-dawriet u li tpoġġa flart ta’ kull lane. Dan qed ikun pruvat fuq distanzi medji ta’ 800m u l-1,500m freestyle.


www.maltarightnow.com

30

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

Floriana jistgħu jiftħu proċeduri kontra Said Floriana ngħataw il-permess biex jiftħu proċeduri fil-konfront tal-eks President tagħhom Johan Said. Dan kien wieħed mill-ħafna suġġetti deċiżi fillaqgħa tal-Kunsill li saret qabel il-Laqgha Ġenerali Straordinarja tal-MFA. Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, fetaħ ilKunsill billi talab minuta silenzju b’rispett lejn omm Carmel Farrugia, membru tal-Kunsill f’isem Qrendi FC, missier Alvin Grech, President tal-GFA u Alfred Ancilleri, eks-plejer ta’ Vittoriosa Stars, li ħallew din iddinja matul l-aħħar xahar. Darmanin Demajo radd ħajr u rringrazzja lil Joe Baldacchino, President ta’ Marsaxlokk FC, u preżentalu tifkira bħalma dejjem sar talli kien qiegħed jattendi lKunsill għall-ewwel darba f’isem il-klabb tiegħu. Floriana talbu lill-MFA biex jingħataw permess li jiftħu investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-operat tal-klabb taħt ilPresidenza ta’ Johann Said fittmexxija tal-klabb Furjaniż. Skont ir-regoli tal-MFA, ladarba Said m’għadux involut fil-futbol, Floriana m’għadhomx bżonn permess tal-Kunsill u jistgħu jipproċedu. Madankollu lmembri tal-Kumitat taw is-sapport tagħhom filwaqt li lPresident tal-MFA Norman Darmanin Demajo faħħar lillamministrazzjoni kurrenti ta’

SPORT

Ħamrun iridu jħallsu €28,130 Matthew Mamo

Ivan Zammit co-opted fil-kumitat Belti Valletta F.C. infurmaw lillMFA li Ivan Zammit, is-Sej, ġie co-opted fil-kumitat tal-klabb. Iktar kmieni dan ix-xahar ilklabb Belti kien ħatar lil Zammit bħala Direttur Tekniku biex jassisti lill-kowċ Gilbert Agius fittmexxija tat-tim. Zammit li għandu 42 sena Kien ukoll plejer tal-istess Valletta fl-istess era tad-deheb mal-kowċ preżenti Gilbert Agius. It-tnejn li huma kienu wkoll plejers tal-iskwadra nazzjonali.

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo qal li flEżekuttiv ġie deċiż li l-klabb ta’ Ħamrun Spartans irid iħallas issomma ta’ €28,130, spejjeż li huma marbutin mal-każ tal-plejer Sylvano Comvalius. Demajo qal lill-membri talKunsill li wasal iż-żmien li jinbidlu l-kategoriji tar-reġistrazzjoni tal-plejers biex b’hekk jitnaqqsu r-riskji u l-problemi marbuta mal-kumpens tat-taħriġ. Din il-kwistjoni inqalgħet wara li l-klabbs kienu qed jirrikorru għal ħafna kumplikazzjonijiet u modi oħra biex huma jevitaw li jħallsu l-kumpens tattaħriġ. Fl-aħħar snin kemm Ħamrun Spartans u Birkirkara kienu ntalbu jħallsu kumpens marbuta mal-plejers Frank Temile u Silvano Comvalius rispettivament. Ħamrun Spartans kien lewwel klabb li spiċċa vittma ta’ din is-sitwazzjoni u kienu f’riskju li jispiċċaw iħallsu €155,000 lil tliet klabbs Olandiżi. Fl-aħħar mill-aħħar Ħamrun ma ħallsux dan ilkumpens imma l-ispejjeż legali ammontaw għal dawk ta’ ta’ €28,000. Il-Kumitat Eżekuttiv iddeċieda li l-flus kollha jridu jitħallsu minn Ħamrun stess, madankollu se jkun il-Kunsill li jiddeċiedi sa meta Ħamrun iħallsu dawn lispejjeż.

Dan qajjem ir-rabja tal-uffiċjal ta’ Ħamrun Victor Cassar li qal li l-klabb tiegħu ma jiflaħx iħallas dawn il-flus u talab biex l-ispejjeż jinqasmu mal-MFA għax kienet l-MFA stess li iggwidat lill-klabb b’mod ħażin. "Ħadd ma qal lill-klabb tagħna li jekk nirreġistraw lil dan ilplejer kellna nħallsu kumpens daqstant kbir. Dan il-każ kważi kisser klabb," qal Cassar. Cassar qal li l-istituzzjoni u min kien immexxiha (b’riferenza għall-MFA u għall-eks President tal-MFA, Dr. Joe Mifsud, bniedem b’tant esperjenza fil-UEFA u membru fl-Ezekuttiv tal-istess UEFA) kellhom l-għarfien kollu biex jiftħu għajnejn ilklabb Malti dwar iċċirkostanzi ta’ reġistrazzjoni

ta’ dan it-tip. Il-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, qal li grazzi għall-involviment tal-MFA u l-esperti legali, quddiem il-CAS intrebaħ ilkaż li l-klabb Malti kien tilef quddiem il-FIFA. Darmanin Demajo qal ukoll li l-MFA kienet diġa’ ħafret €6000 lillklabb Ħamruniż li kienu spejjez mħallsa dwar konsulenza legali privata qabel ma tressaq il-każ quddiem il-Qorti talArbitraġġ Sportiv (CAS) u saħaq li hu bħala President ma kellux l-awtorita’ jaħfer dawn il-flus ukoll. Wara li inqalgħet kontroversja sħiħa, ittieħed vot u finalment il-membri tal-klabbs iddeċidew li Ħamrun kellhom iħallsu dan l-ammont.

Restaurants Sports Association li jkollha rappreżentant fil-Kunsill tal-MFA wara li s-sena li għaddiet din l-Assoċjazzjoni m’għaddietx id-dokumenti kollha meħtieġa mill-MFA; - Il-Laqgħat Eżekuttivi talKumitat issa se jibdew isiru darba kull tliet xhur, sa mhux inqas minn sitt laqgħat fi staġun; - Is-Segretarju Ġenerali biss, u mhux iktar l-Eżekuttiv, għandu ddritt li jirreferi każi ta’ logħob li ma jkunux intlagħbu jew li ġew abbandunati lill-Bord tal-Kontroll u d-Dixxiplina. L-istess f’każi ta’ plejers jew uffiċjali li jkollhom permess ikunu fuq il-bank tassostituti u li jkunu jridu jiġu riferuti lill-Kummissarju tadDixxiplina; - Biex Bord tal-Finanzi jimxi b’mod aħjar, is-sena finanzjarja tal-MFA li jmiss se tibda fl-1 ta’ Ġunju u tagħlaq fil-31 ta’ Marzu filwaqt li mis-sena ta’ wara tibda

mill-1 t’April sal-31 ta’ Marzu; - Awdituri Esterni talAssoċjazzjoni issa jistgħu jibdew jiġu milqugħa mhux biss millKumitat Eżekuttiv imma wkoll mill-Kunsill; - L-ewwel reġistrazzjoni ta’ plejer mal-MFA mhux se tibqa’ ssir iktar mill-eta’ ta’ għaxar snin imma tnax-il sena. Kull kwistjoni jew mistoqsija li tqum b’rabta mar-reġistrazzjoni ta’ plejers taħt it-18-il sena issa se tibda tiġi deċiża mill-Players’ Status Committee u mhux iktar millKumitat Eżekuttiv; - Fil-każ tar-reġistrazzjoni ta’ plejers ma’ klabbs membri talMFA u klabbs/tims ta’ Assoċjazzjonijiet Membri, se jkun is-Segretarju Ġenerali u mhux iżjed il-Kumitat Eżekuttiv li jiddeċiedi l-format u l-kontenut tal-formoli ta’ reġistrazzjoni; - Il-formoli ta’ reġistrazzjoni ta’ Assoċjazzjonijiet Membri, li

skont l-istatut tal-MFA jiġu stabbiliti mill-istess assoċjazzjonijiet, issa jridu jiġu approvati misSegretarju Ġenerali u mhux iżjed mill-Eżekuttiv; - Plejer li jaqa’ taħt l-MFA u li jkun jixtieq jilgħab barra minn pajjiżna m’għadx għandu bżonn lapprovazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv biex jagħmel dan; - Is-Segretarju Ġenerali, u mhux iżjed l-Eżekuttiv, se jibda jistabbilixxi l-formoli li jintużaw mill-klabs fil-każ ta’ trasferiment permanenti jew b’self ta’ plejer lil klabb barrani; - Se jkun is-Segretarju Ġenerali, u mhux l-Eżekuttiv li jiddeċiedi jekk raġuni mogħtija minn plejer li jirrifjuta li jilgħab jew jattendi għal sessjoni ta’ taħriġ organizzat mill-MFA tkunx suffiċenti jew inkella għandu jiġi penalizzat; - Klabbs, assoċjazzjonijiet membri, affiljati jew membri tal-

MFA għandhom id-dritt li jistiednu klabb barrani għal logħba jew logħob f’pajjiżna sakemm jakkwistaw awtorizzazzjoni misSegretarju Ġenerali; - F’każ ta’ aġir mhux sportiv minn partitarji, plejers jew uffiċjali u li l-uffiċjali tal-logbħa ma jkunux indunaw biha, imma li dwarha tkun tista’ tittieħed deċiżjoni permezz ta’ evidenza minn filmati jew inkella minn rapport tal-Match Inspector, isSegretarju Ġenerali (u mhux iktar il-Kunsill jew l-Eżekuttiv) għandu d-dritt jindika lill-Prosekutur biex jieħu azzjoni fuq il-mezzi loħra disponibbli; - Biex jibdew azzjonijiet legali minn awtorita’ jew persuna taħt ilġurisdizzjoni tal-MFA fuq materji relatati mal-futbol irid ikun hemm l-ewwel permess bil-miktub millKunsill u b’hekk tneħħiet l-għażla li jista’ jkun l-Eżekuttiv li jagħti dan il-permess.

Johan Said

Floriana li ddeċidew li jieħdu passi ladarba huma għandhom dubji.

WARA L-LAQGĦA ĠENERALI STRAORDINARJA TAL-MFA

Ħamrun se jkollhom iħallsu €28,130 biex ikopru l-ispejjeż relatati mal-każ tal-plejer Sylvano Comvalius

Approvati numru ta’ emendi fl-istatut tal-MFA

Waqt il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-MFA li saret eżatt wara l-Kunsill tal-istess Assoċjazzjoni, ġew approvati numru t’emendi fl-istatut talMFA. Dawn l-emendi ġew approvati b’mod unanimu millmembri tal-Kunsill preżenti. L-emendi li kienu proposti u ġew approvati:

- Is-Segretarju Ġenerali għandu d-dritt li jappunta jew ikeċċi impjegati tal-Assoċjazzjoni wara lapprovazzjoni tal-President. B‘din l-emenda b’hekk tneħħa dan id-dritt mill-Kumitat Eżekuttiv, li s’issa kien hu li kellu l-jedd jimpjega jew ikeċċi impjegati tal-Assoċjazzjoni; - Is-Segretarju Ġenerali issa għandu d-dritt li japprova l-formoli rikjesti mill-Istatut, kif ukoll ir-regoli, bye-laws u regolamenti tal-Assoċjazzjoni; - Tneħħa d-dritt tal-Hotels and


www.maltarightnow.com

32

Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

L-ISTATI UNITI: Il-mument meta lbieraħ sploda r-rocket ‘Antares’ tan-NASA, mibni mill-Orbital Sciences Corporation, bil-vettura spazjali ‘Cygnus’ (ritratt żgħir), sitt sekondi mit-tluq mill-Wallops Flight Facility f’Virginia. Abbord kien hemm kważi 3,000 kilogramma ta’ provvisti ta’ kull tip destinati għas-sitt astronawti tal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident (Ritratt: EPA)

Raħħala urtati dwar fondi li mhux se jingħatawlhom

Raħħala li wettqu investiment qawwi f’tined għall-irziezet talbaqar jinsabu urtati bil-kbir għall-fatt li l-Gvern Laburista ma żammx kelmtu magħhom, u issa mhux se jgħaddilhom miljuni ta’ ewro f’fondi mill-UE biex isostnu l-investiment li huma diġà wettqu. Jirriżulta li l-Gvern Nazzjonalista kien ftiehem ma’ dawn il-bdiewa biex jitwettaq investiment ta’ madwar €4 miljun f’dawn it-tined għallbaqar. Għar-raħħala, dan linvestiment kien wieħed vitali għall-industrija tal-baqar, u hu kkunsidrat bħala wieħed importanti għas-sostenibbiltà tar-raħħala involuti f’dan issettur. Qabel l-aħħar elezzjoni, ilPartit Laburista kien ipprova jagħmel kapital politiku minn dawn ir-raħħala, tant li f’Għawdex kien saħanistra organizza laqgħa fil-kumpless ‘City Pearl’ fir-Rabat, li fiha lkelliema Laburisti Anthony Agius Decelis, Anton Refalo, Justyne Caruana u Franco

Mercieca kienu wiegħdu lil dawn ir-raħħala li Gvern Laburista kien se jwettaq linvestiment imwiegħed lil dawn ir-raħħala. Għal din il-laqgħa, kienu attendew kemm raħħala, kif ukoll bdiewa u sajjieda. Imma issa qed jirriżulta li lpożizzjoni espressa mill-Partit

Laburista fl-Oppożizzjoni, qabel l-aħħar elezzjoni, kienet mibdula mill-Gvern Laburista meta xi ġimgħat ilu, is-Segretarju Parlamentari responsabbli millFondi Ewropej Ian Borg, informa lir-raħħala li l-wegħda Laburista mhix se tinżamm, u li l-fondi mhumiex se jittieħdu mir-raħħala.

Is-Segretarju Parlamentari Borg talab lir-raħħala jiffirmaw li huma ma kinux se jieħdu lfondi mwiegħda lilhom, għax dawn l-€4 miljun, minflok, se jiġu mgħoddija lill-Kunsilli Lokali. Għal-laqgħa li kienet organizzata mill-Partit Laburista qabel l-elezzjoni, kien hemm

Ir-raħħala qed jiġu sfurzati jirrinunzjaw għal €4 miljun li ġew imwiegħda biex jinvestu f’tined għall-irziezet tal-baqar tagħhom

preżenti wkoll rappreżentanti tal-Koperattiva tal-Majjali, u tal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib. Quddiem din is-sitwazzjoni, u quddiem din il-wegħda mhux miżmuma, ir-raħħala li ngħataw din l-aħbar ħażina mill-Gvern, oġġezzjonaw għall-pożizzjoni meħuda mis-Segretarju Parlamentari Ian Borg, u sostnew li huma jippretendu li lwegħda li kienet saret lilhom, titwettaq. Iffaċċjat b’dawn loġġezzjonijiet tar-raħħala, ilpożizzjoni tas-Segretarju Parlamentari Ian Borg kienet li anke jekk huma ma jiffirmawx biex dawn il-fondi jiġu rilaxxati, il-Gvern kien se jibqa’ għaddej bid-deċiżjoni li ħa, li l€4 miljun jingħataw lillKunsilli Lokali.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.