www.maltarightnow.com
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru 2014
Nru 2239 €1
L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT
Rapport Investigattiv minn Joe Mikallef
IL-KOBBA MĦABBLA LI DAĦAL FIHA L-GVERN LABURISTA DWAR IL-BINI TA’ POWER STATION ĠDIDA U X-XIRI TAL-ELETTRIKU
L-AIR CHINA LESTA TIBLA’ L-AIR MALTA Il-Gvern jinsab f'paniku jfittex soluzzjoni politika wara li għandu problemi kummerċjali kbar mal-Gvern Ċiniż dwar ix-xiri tal-elettriku mingħand il-kumpanija Shanghai Electric. Minħabba f’hekk qiegħed
jipprova jsib soluzzjoni ta' natura politika biex hekk jintlaħaq kompromess mal-Gvern Ċiniż. Il-Ministru Konrad Mizzi mar Beijing għal taħditiet ta' natura politika mal-Gvern Ċiniż meta
Fil-ħarġa ma’
TKOMPLI L-INVESTIGAZZJONI FUQ IT-TRAFFIKAR UMAN TA’ ASJATIĊI
Nisa fil-morsa tal-prostituzzjoni
l-kumpanija Shanghai Electric tinsab f’Shanghai u d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela wkoll mar Beijing għal taħditiet ma' rappreżentanti tal-Gvern Ċiniż.
Ara paġna 56
12-il paġna Suppliment ‘It-Tieġ Tiegħek’
Ara paġni 2-4
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
2
L-INVESTIGAZZJONIJIET TA’ IL-MUMENT
Spiżeriji li se jiftħu llum
Il-Belt Valletta: Collis Williams Pharmacy, 15 Triq ir-Repubblika: ilĦamrun: Brown’s Pharmacy, 706 Triq il-Kbira San Ġużepp: Ħal Qormi: Tal-Ħlas Pharmacy, Triq ilĦelsien: Birkirkara: Pharmaplus, Triq Ganu: Tal-Pietà: Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa: Pembroke: San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar: Tas-Sliema: Chemimart Ltd, 4-6 Il-Piazzetta, Triq it-Torri: Ħ’Attard: St Mary Pharmacy, 2 Triq Antonio Schembri: Ħal Għ ħargħ ħur: Medicine Crest Pharmacy, Triq Demetriju Farrugia: Buġibba: St Simon Pharmacy, Dawret il-Gżejjer: Paola: Distinction Pharmacy, 32 Pjazza Antoine De Paule: Il-Birgu: Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera: Ħaż-Żabbar: St James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu: Birżebbuġa: Blossoms Pharmacy, Triq il-Ġurġier: Iż-Żurrieq: Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja: IsSiġġiewi: Menelo Pharmacy, Triq itTabib Nikol Zammit: Ħad-Dingli: Spiżerija Carmen, 1 Triq Misraħ isSuffara: Victoria: Castle Pharmacy, 2 Misraħ l-Indipendenza: In-Nadur: Vella Pharmacy, 16 Triq it-13 ta’ Diċembru.
Temp: Imsaħħab b’ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad għallewwel, li jsir ftit jew wisq imsaħħab b’ħalbiet tax-xita iżolati. Viżibilità: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita Riħ: Ħafif għal moderat mill-Grieg ilLvant kultant ikun moderat għall-ewwel, u bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad. Baħar: Moderat Imbatt: Baxx mil-Lvant lokalment baxx għal moderat Temperatura tal-Baħar:23°C
Il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed jippjana li jinvolvi direttament lill-kumpanija tal-ajru Ċiniża Air China fl-operat tal-Air Malta.
Sa fejn jista’ jasal l-involviment tal-Air China Joe Mikallef
joe.mikallef@media.link.com.mt IL-ĦADD L-ogħla 21˚C L-inqas 15˚C
IT-TNEJN L-ogħla 21˚C L-inqas 15˚C
IT-TLIETA L-ogħla 22˚C L-inqas 16˚C
L-ERBG{A L-ogħla 24˚C L-inqas 17˚C
Ħinijiet tal-vapur t’Għawdex
IL-ĦAMIS L-ogħla 25˚C L-inqas 20˚C
Mid-29 ta’ Settembru 2014 sat-2 ta’ Novembru 2014 Tluq mill-Imġarr Għawdex: 01.30, 3.30, 05.00, 06.00, 06.45, 07.30, 08.15, 09.00, 09.45, 10.30, 11.15, 12.00, 12.45, 13.30, 14.15, 15.00, 15.45, 16.30, 17.15, 18.00, 19.30, 21.00, 22.30, 23.45. Tluq miċ-Ċirkewwa Malta: 02.00, 04.00, 05.45, 06.45, 07.30, 08.15, 09.00, 09.45, 10.30, 11.15, 12.00, 12.45, 13.30, 14.15, 15.00, 15.45, 16.30, 17.15, 18.00, 18.45, 20.15, 21.35, 23.05, 00.20.
Lokali
Hemm numru ta’ possibbiltajiet dwar il-grad ta’ involviment mill-Air China – li hi proprjetà tal-Gvern Ċiniż – fil-kumpanija nazzjonali talajru l-Air Malta. Jista’ jagħti l-każ li l-Gvern ibiegħ il-maġġoranza talishma tal-kumpanija Air Malta lill-Air China kif għamel fil-Korporazzjoni Enemalta, meta din prattikament għaddiet kważi kollha kemm hi lill-kumpanija Ċiniża Shanghai Electric. Hemm imbagħad ilpossibbiltà li l-Air China tingħata biss parti – kbira jew żgħira - mill-ishma tal-Air Malta. Dwar dan nifhmu li qed ikunu studjati numru ta’ possibbiltajiet, fosthom dwar
kemm il-Gvern Malti lest iċedi mit-titlu assolut li għandu bħalissa fil-kumpanija Maltija bil-konsegwenzi u rriperkussjonijiet kollha li ħaġa bħal din iġġib magħha. Possibbiltà oħra li qed tkun studjata mill-Gvern flimkien mal-esperti tiegħu hi dik li jsib forom oħra ta’ arranġamenti biex l-Air China tidħol u ġġorr hi l-piż finanzjarju tal-kumpanija talajru Maltija. Fosthom ilpossibbiltà li dan il-ftehim ikun wieħed għal ammont ta’ snin biss. Sorsi li tkellmu ma’ ilmument fissru li deċiżjoni politika bħal din mhix faċli u ġġib numru kbir ta’ responsabbiltajiet kbar. Żgur li l-Gvern ikollu jiffaċċja mhux biss lillħaddiema tal-Air Malta u lill-
familji tagħhom, imma lillpajjiż kollu, għax f’daqqa waħda dik li minn dejjem kienet kumpanija direttament tiegħu, issa ma tibqax tiegħu. Dwar dan, l-argument ippreżentat lilna mis-sorsi tagħna kien li l-Gvern ma damx wisq jomgħoda biex għadda l-Korporazzjoni Enemalta lill-kumpanija Ċiniża Shanghai Electric. Għaldaqstant ħadd m’għandu jeħodha b’sorpriża kbira kemm-il darba l-Gvern jerġa’ jirrepeti xi ħaġa bħal din anki fir-rigward tal-Air Malta. Hu fatt magħruf li l-Gvern immexxi minn Joseph Muscat ħafna drabi jinteressawh biss il-kalkoli kummerċjali u x’se jdaħħal f’termini finanzjarji fl-iqsar perijodu possibbli. Ilviżjoni fit-tul kważi ma teżistix!
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Lokali
3
L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT: RAPPORT TA’ JOE MIKALLEF
L-Air Malta u l-Enemalta f’kobba mħabbla ta’ problemi li daħal fihom il-Gvern
Hu fatt li fil-preżent ir-relazzjonijiet bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż m’humiex fl-aqwa tagħhom minħabba diversi fatturi li jvarjaw fin-natura tagħhom. Hemm min iqabbel dawn ir-relazzjonijiet bħal qishom xi bastiment li fil-preżent qed jagħmel l-ilma... bil-konsegwenzi fl-aħħar mill-aħħar jafu jkunu fatali.
Ix-xiri tal-elettriku u l-bini ta’ power station Fuq quddiem nett hemm il-problema tal-Gvern Malti mal-Gvern Ċiniż dwar il-kwistjoni tax-xiri tal-elettriku u l-bini ta’ power station ġdida. Sa minn qabel l-elezzjoni, Joseph Muscat, dak iż-żmien Kap talOppożizzjoni, kien wiegħed li darba jkun fil-Gvern, kien se jibni power station ġdida biex tieħu post dawk li diġà għandha, fosthom dik ta’ Delimara li kien fissirha ‘fabbrika tal-kanċer’. Joseph Muscat, ripetutament, kien qal li din il-power station ġdida kien kapaċi jibniha fi żmien sentejn, meta dan ma kienx possibbli. Konrad Mizzi kien jagħmel konferenza tal-aħbarijiet wara oħra biex jipprova jipperswadi lin-nies jemmnu kif Gvern Laburista kien kapaċi jagħmel il-mirakli u hekk pajjiżna jkollu power station ġdida. Dakinhar kienu ħafna l-argumenti talamministrazzjoni preċedenti biex ixejnu u jfiehmu lil kulħadd li dak imwiegħed minn Joseph Muscat u sħabu ma kien xejn għajr gimmick u qerq. Bosta belgħu dik il-lixka u taw il-vot lill-Partit Laburista għax emmnu dak li qal Joseph Muscat. Illum li għaddew għadd sew ta’ xhur minn meta l-Partit Laburista tela’ fil-Gvern, kulħadd qed jirrealizza l-verità x’inhi. Problemi finanzjarji kbar għal Gasol Iżda l-problemi għall-Gvern immexxi minn Joseph Muscat imorru lil hinn minn hekk. Fil-Gvern qed jiffaċċja problemi kbar fuq diversi binarji dwar ix-xiri tal-elettriku għall-gżejjer Maltin. Hemm il-problema kbira li l-Gvern ftehim mal-kumpanija ElectroGas dwar il-bini ta’ power station ġdida li għandha taħdem bil-gass. Dan hu proġett li waqa’ lura sew u qiegħed jammettih il-Gvern Laburista stess.
Fil-jiem li għaddew faqqgħet l-aħbar li l-kumpanija Gasol, li hi l-akbar shareholder fil-konsorzju ElectroGas li tqabbdet biex tibni l-power station ilġdida, għandha problemi finanzjarji kbar u l-probabbiltà li hi wkoll falluta. Il-kumpanija Gasol hi s-sieħeb prinċipali minn fost l-erba’ kumpaniji li jiffurmaw il-konsorzju Electro-Gas, tant li hi l-akbar shareholder b’ishma li jammontaw għal 30%. Il-kumpaniji loħra huma Siemens Projects Ventures tal-Ġermanja li għandhom 20% talishma; SOCAR Trading SA talAżerbajġan b’20% tal-ishma u GEM Holding – li hi grupp iffurmat millinvestituri Maltin Gasan u Tumas Group – li għandha 30% tal-ishma. Rapport finanzjarju f’Settembru li għadda jiżvela li l-Gasol m’għandiex flus u assi likwidi adegwati biex jagħmlu tajjeb għall-ħlasijiet li għandha tagħmel fix-xhur li ġejjin. Minn investigazzjonijiet ta’ ilmument jirriżulta wkoll li skont dan irrapport finanzjarju l-kumpanija m’hix f’pożizzjoni li tidħol għal proġetti ġodda, inkluż dak tal-power station li suppost hi proġettata li tinbena f’Malta bi spiża ta’ €370 miljun. F’dan ix-xenarju jidher li l-Gvern Malti jinsab dahru mal-ħajt u lmistoqsija hi jekk il-Gvern Malti, filproċess tal-aġġudikazzjoni tal-proġett, analizzax sew il-qagħda finanzjarja talGasol u x’impatt finanzjarju dan kollu jista’ jkollu fuq il-proġett tal-bini talpower station. B’rapport finanzjarju li juri li lqagħda finanzjarja tal-Gasol tinsab fi stat imwiegħer, allura kif se tkun f’pożizzjoni li tmexxi ‘l quddiem il-bini tal-power station? Mistoqsija oħra hija jekk is-sitwazzjoni tal-Gasol għandhiex x’taqsam mal-fatt li l-pagament ta’ €30 miljun li kellu jitħallas, fil-fatt għadu ma tħallasx. Dan dejjem fid-dawl jekk
Il-gvern ta’ Muscat jinsab dahru mal-ħajt din il-qagħda finanzjarja mwiegħra ta’ Gasol hux se jaffettwa l-proġett tal-bini tal-power station. Skiet taqtgħu b’sikkina mill-Gvern Laburista Fl-isfond ta’ dan ix-xenarju inkwetanti ħafna, jibqa’ jispikka s-skiet perfett tal-Gvern Malti li jaf li d-destin tiegħu jista’ jkun marbut ħafna ma’ din il-wiegħda li qed tfalli ma’ kull jum li jgħaddi. Il-Gvern hu konxju li n-nies qed jistaqsu aktar dwar x’inhu għaddej u x’qed isir b’rabta mal-bini tal-power station il-ġdida kif imwiegħed lilu qabel l-elezzjoni. Dan fl-isfond ukoll li qed jikber ixxenarju li l-investituri direttament marbuta mal-proġett kulma jmur qed isiru aktar xettiċi dwar kemm ilkumpanija Gasol hi f’qagħda li tista’ tidħol għall-proġett sostenibbli u fattibbli. Hu fatt ċert li qiegħed joħroġ ukoll mir-riċerki ta’ awdituri li dak li qed jiddomina f’Gasol hu li din għandha aktar dejn milli assi likwidi. Dan hu ta’ tħassib kbir.
F‘din is-saga kollha qed tkompli tiddomina wkoll in-nuqqas ta’ trasparenza mill-Gvern u dan qiegħed iwassal għal spekulazzjonijiet oħra, fosthom ukoll jekk l-istat finanzjarju tal-bidders u l-komponenti individwali l-oħra kinux analizzati qabel ma ngħata l-proġett lil dan il-konsorzju ElectroGas. Il-Gvern kien ftiehem mal-kumpanija ElectroGas, li darba l-power station tinbena u tkun lesta, allura l-Gvern Malti kien se jixtri d-dawl kollu li tipproduċi din il-power station. L-insistenza tal-Gvern Ċiniż Hemm imbagħad il-kwistjoni li għandu l-Gvern fir-rigward talkumpanija Ċiniża Shanghai Electric. Hawn xenarju ieħor perikoluż għax anki maċ-Ċiniżi, il-Gvern ftehim li darba dawn jidħlu għall-piż talKorporazzjoni Enemalta u jixtru limpjant tal-BWSC, il-Gvern jixtri ddawl kollu li tipproduċi din ilkumpanija... basta tingħalaq il-power station ta’ Delimara.
għal paġna 4
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
4
L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT: RAPPORT TA’ JOE MIKALLEF
Lokali
Il-Gvern Laburista għarkuptejh ifittex soluzzjoni politika maċ-Ċiniżi
Nifhmu li l-impenn tal-Gvern Malti bin-negozjar kemm mal-ElectroGas kif ukoll ma’ Shanghai Electric ma wasslu mkien u issa qed jifhem tajjeb li mhux biss is-soluzzjoni ma nstabitx u jinsab ‘il bogħod milli tinstab, iżda talli lprobabbiltà l-kbira hi li din is-soluzzjoni ma teżistix. Is-sorsi li tkellmu ma’ il-mument spjegaw li kollox jindika li l-Gvern Malti abbanduna l-impenn li jsib soluzzjoni kummerċjali u twebbel li jasal billi jsib soluzzjoni politika, l-aktar mal-Gvern Ċiniż. Biex jagħmel dan, il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-jiem li għaddew bagħat Beijing, il-kapitali Ċiniża, lillMinistru Konrad Mizzi biex hemmhekk ikollu taħditiet tal-ogħla livell malogħla awtoritajiet Ċiniżi. Dan meta ssede uffiċjali tal-kumpanija Shanghai Eletric ma jinsabux f’Beijing, imma filbelt ta’ Shanghai. Qabel ħalla Malta għal Beijing, Konrad Mizzi m’għamel lebda konferenza tal-aħbarijiet dwar liskop ta’ din iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina. Fl-istess waqt, anki fuq livell ta’ Partit, jidher li fil-jiem li għaddew Joseph Muscat bagħat ukoll f’Beijing delegazzjoni għolja tal-Partit Laburista biex ikollha laqgħa ma’ rappreżentanti tal-Gvern Ċiniż. Din id-delegazzjoni talPartit Laburista hi mmexxiija minn Toni Abela li hu d-Deputat Mexxej għallAffarijiet tal-Partit. Il-Gvern għandu f’moħħu li jinvolvi l-Air China Is-sorsi li tkellmu ma’ il-mument fissru li s-soluzzjoni politika li Muscat jista’ jwassal biex tgħin biex tinstab issoluzzjoni mixtieqa jista’ jkun li tinsab fl-Air Malta. L-Air Malta reġgħet, taħt lamministrazzjoni preżenti, mhi sejra tajjeb xejn u diversi huma l-problemi finanzjarji kbar. Dil-ġimgħa, f‘konferenza tal-aħbarijiet mill-Air
relazzjonijiet mal-Gvern Ċiniż li bosta jemmnu li hu l-id moħbija wara diversi issues marbutin mhux biss mal-Gvern immexxi mill-Partit Laburista, iżda saħansitra anki mal-Partit Laburista nnifsu.
...Muscat jibgħat f’Beijing lil Konrad Mizzi u lil Toni Abela Malta ntqal li l-kumpanija tilfet ir-rotta tal-pjan ta’ ristrutturar u li minn profitti proġettati ta’ €3.2 miljun, se tirreġistra telf ta’ €16-il miljun. Dak li hu inkwetanti ħafna fir-rigward tal-Air Malta hu li l-miri maqbula malKummissjoni Ewropea m’humiex se jintlaħqu. Huma diversi l-fatturi li wasslu għal din is-sitwazzjoni prekarja fl-Air Malta, fosthom id-deċiżjonijiet flAir Malta taħt l-amministrazzjoni Laburista. Dawn huma deċiżjonijiet li min jaħdem fl-Air Malta jistqarr blaktar mod ċar li qed jikkontribwixxu biex il-kumpanija ma tibqax miexja skont il-pjan ta’ ristrutturar. Is-sorsi li tkellmu ma’ il-mument, filwaqt li appellaw lill-Gvern biex ma jibqax jaħbi l-verità fl-Air Malta, urew ukoll il-preokkuppazzjoni li l-Gvern mhux jiddejjaq jilgħab bil-futur tal-Air Malta. Il-fatt li l-Gvern għandu f’moħħu li jinvolvi l-Air China fl-Air Malta hu ta’ tħassib kbir ħafna. Bla dubju ta’ xejn li għall-kumpanija Ċiniża Air China rrotot li tgawdi l-Air Malta fl-Ewropa huma ta’ attrazzjoni kbira ħafna. Il-fatt li l-Air China jkollha l-opportunità li tidħol fl-Ewropa jġib miegħu numru ta’ benefiċċji kummerċjali għall-istess
kumpanija Ċiniża. Imbagħad jidħlu fin-nofs il-code shares li l-kumpanija Air Malta għandha ma’ numru ta’ linji tal-ajru oħra u kemm-il darba dawn ikunu assorbiti wkoll mill-kumpanija Air China, allura l-potenzjal ikompli jikber u jinfirex. B’sitwazzjoni li sa Marzu li ġej, l-Air Malta hu proġettat li tagħmel €16-il miljun f’telf, il-kumpanija qed iġġib numru ta’ skużi għal dan il-falliment, fosthom li m’hix qed topera lejn Tripli. Madankollu dawk involuti fl-industrija tal-avjazzjoni mhux biss jikkontradixxu dawn ir-raġunijiet, iżda jfakkru wkoll kif fil-passat l-Air Malta għamlet żmien konsiderevoli ma ttirx lejn Tripli u rriżultati li kienet kisbet dakinhar kienu għal kollox differenti minn dawk tallum. Meta llum l-Air Malta tinsab f’xifer ta’ kollass totali, il-Gvern ta’ Muscat qed jemmen li hu għaqli għalih li b’ġebla waħda jolqot tliet għasafar: lewwel li ‘jsalva’ kummerċjalment lillAir Malta billi jagħtiha f’idejn kumpanija kbira Ċiniża; it-tieni li jsib soluzzjoni politika għall-kwistjoni kbira mal-Gvern Ċiniż dwar ix-xiri talElettriku; u t-tielet li b’hekk ikun qiegħed jerġa‘ jirrestawra r-
Il-Gvern Ċiniż jitlob lil dak Malti jżomm il-kelma minn paġna 3
Joseph Muscat kemm-il darba ddeskriviha bħala “fabbrika tal-kanċer”, iżda li sa llum għadha hemm! Fl-isfond ta’ dak li qed jesiġi l-Gvern Ċiniż fis-sens li l-Gvern Malti jixtri lelettriku kollu li tipproduċi l-power station tal-BWSC, qed toħroġ fil-beraħ l-insistenza tal-Gvern Ċiniż li jserraħ rasu li darba jkun investa fl-impjant talBWSC, allura ma jkunx jagħmel sens għalih li jħalli din il-power station mitfija. L-argument tiegħu hu li jħaddem kemm jiflaħ din il-power station u l-produzzjoni kollha tal-
elettriku tkun garantita li tinxtara millGvern Malti.
Żewġ ftehim ma’ żewġ kumpaniji differenti Dan kollu jfisser li simultanjament ilGvern Malti se jkun daħal għal żewġ ftehim ma’ żewġ kumpaniji differenti. Ftehim mal-kumpanija ElectroGas li se jixtri l-produzzjoni kollha tal-elettriku u ftehim separat mal-kumpanija Shanghai Electric li wkoll se jixtri l-provvista kollha tal-elettriku li tipproduċi. Is-sorsi li tkellmu ma’ il-mument fissru li dan kollu ma jagħmilx sens kummerċjali. Hi sitwazzjoni mill-aktar
perikoluża dik tal-Gvern Malti li ta kelma lill-konsorzju ElectroGas u kelma oħra lill-kumpanija Ċiniża li se jixtri l-elettriku kollu li se jipproduċu b’mod separat. Dan ifisser li l-Gvern Malti se jkun qiegħed jixtri elettriku bil-wisq aktar milli fil-fatt għandu bżonn il-pajjiż. Allura x’se jagħmel il-Gvern ta’ Joseph Muscat bilprovvisti li se jixtri matul is-sena kollha? Dan kollu qed iseħħ meta għaddej ilproġett l-ieħor tal-interconnector – investiment ta’ €200 miljun. Hemm min qiegħed jistaqsi jekk hux dan linvestiment li se jkun qiegħed isir għalxejn!
Tħassib għall-ħaddiema tal-Air Malta Dan kollu hu wieħed ta’ tħassib kbir għall-ħaddiema tal-Air Malta. Ilħaddiema tal-Air Malta żgur li jkunu mħassba ħafna li l-Gvern Malti mhux biss qed jilgħab bil-futur tagħhom, iżda mhi xejn sabiħa li issa l-employer jista’ jispiċċa jkun il-Gvern Ċiniż tramite lkumpanija Air China. Dan it-tħassib ikompli jikber qatigħ meta inċidentalment f’dawn il-jiem ilgazzetta il-mument u l-ġurnal InNazzjon żvelaw l-istorja tal-allegat sfruttat ta’ ħaddiema Asjatiċi millkumpanija Leisure Clothing (factory) Limited li hi proprjetà tal-Gvern Ċiniż. Il-ħaddiema tal-Air Malta, anki ma’ dawk tal-Korporazzjoni Enemalta diġà direttament milquta mid-deċiżjonijiet xejn konsultati tal-Gvern Malti, żgur li huma mħassba kif jistgħu jkunu trattati meta impjegati oħra, din id-darba Asjatiċi, qed jilagħbu f’idejn il-Gvern Ċiniż tramite l-kumpanija li tmexxi lLeisure Clothing (factory) Limited fejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol huma fqar u abbużivi. Il-ħaddiema tal-Air Malta żgur li jemmnu li kemm-il darba l-Gvern Malti jrid tassew isalva l-Air Malta, allura għandu jikkonsidra sew il-parir mogħti lilu mill-MHRA li reġgħet saħqet li kemm-il darba l-Gvern jipprivatizza din il-kumpanija, allura għandu jutilizza lmudell li bih il-Bank of Valletta kien ipprivatizzat. Dan ikun ifisser li din ilkumpanija tmur direttament f’idejn ilMaltin kif ġara fir-rigward tal-Bank of Valletta.
Dan kollu juri bl-aktar mod ċar kif ilGvern ta’ Joseph Muscat inqabad f’morsa perikoluża ħafna u mhux faċli li joħroġ minn din is-sitwazzjoni delikata. Il-Gvern, konxju minn dan kollu, flaħħar xhur u ġimgħat, għamel ħiltu kollha biex jipprova jsib soluzzjonijiet kummerċjali għal din il-kobba mħabbla. Madankollu aktar ma’ għadda ż-żmien aktar ħareġ li din is-soluzzjoni kummerċjali kien diffiċli ħafna li tinstab, anki għaliex il-kumpanija Ċiniża Shanghai Electric jidher li ma kinitx lesta ċċedi pulzier mill-kelma li oriġinarjament taha l-Gvern Malti.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Intervista
6
‘Kull policy li ħareġ il-Gvern, b’xi mod tiffavorixxi lill-ispekulaturi’
– Astrid Vella, Flimkien għal Ambjent Aħjar
Astrid Vella, il-koordinatur tal-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li kull policy li ħareġ il-Gvern preżenti, b’xi mod tivvantaġġja lill-ispekulaturi. Fl-intervista tikkritika l-impatt li se jkollhom policies dwar żvilupp f’zoni barra mill-iżvilupp u l-bini għoli fost oħrajn. Hi tikkritika wkoll il-fatt li l-Gvern ħalla lid-Direttorat tal-Ambjent u tal-Infurzar fil-MEPA bla Direttur u bla direzzjoni. Hi titkellem ukoll dwar ir-rabta bejn l-ambjent u s-saħħa, u l-problema serja tal-konġestjoni tat-traffiku. Charles Muscat
charles.muscat@media.link.com.mt
Il-Baġit baqgħalu ġimgħatejn oħra, u meta kien ippreżentat id-dokument ta’ qabel il-Baġit, Flimkien għal Ambjent Aħjar uriet it-tħassib li ma fihx proposti dwar l-ambjent. Dan x’jindika? Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna stess ammetta li l-ambjent intesa kompletament fid-dokument ta’ qabel il-baġit. Din hi ħaġa li tinkwetana għax tirrifletti llivell ta’ importanza li qed tingħata lillambjent u l-pożiżżjoni tal-MEPA. Il-MEPA ilha xi sena u nofs mingħajr Direttur tal-Ambjent u kważi sena mingħajr Direttur tal-Infurzar. L-uniku Direttur mit-tliet Direttorati li hemm hu d-Direttur tal-Ippjanar, jiġifieri d-direttur tal-bini, tal-iżvilupp. Għalina dan jirrifletti fejn il-Gvern preżenti qed jagħti limportanza. Iż-żewġ direttorati l-oħra li semmejt huma totalment mingħajr direzzjoni u nħossu li huma ħafna inqas effettivi milli għandhom ikunu.
Fix-xhur li għaddew il-Gvern nieda policy dwar żvilupp f’zoni ‘l barra mill-iżvilupp għal skop ta’ agrituriżmu. Għaliex ikkritikajtu din il-policy? Aħna m’aħniex kontra policies li jgħinu lil dawk il-bdiewa li huma ġenwini, anzi l-oppost u minn dejjem konna nisħqu li lbdiewa għandhom bżonn iżjed għajnuna. Imma qed naraw li din il-policy mhux immirata biss għall-bdiewa kif ingħad. Meta tara li dawn il-postijiet li qegħdin jippjanaw bħala agri-turiżmu jistgħu jkunu mikrijin mingħand il-bdiewa u ddimensjonijiet minimi għalkemm intqal li hu diffiċli ħafna biex jilħqu dawk iddimensjonijiet, dawn jistgħu jinkrew minn bdiewa differenti u jistgħu jinkrew minn imprenditur jew żviluppatur. Għal dik irraġuni aħna kontra l-idea li l-kampanja tinfirex b’ħafna affarijiet differenti għax il-pubbliku qed jara biss l-agri-turiżmu, imma hemm ħafna u ħafna affarijiet oħrajn f‘dawn il-policies. Eżempju dawk li jipproduċu l-inbid u lgħasel, biex insemmilek tnejn biss millħafna affarijiet li ssemmew. Hemm ukoll il-farmshops... issa aħna hawn Malta kemm nistgħu nissapportjaw il-produtturi tal-inbid. Hemm ukoll stalel taż-żwiemel. Xi snin ilu l-gvern ta’ dakinhar, kienu ammettew li l-policy li fetħet il-kampanja għall-istalel, kien żball kbir għax f’ħafna postijiet kienu qed jibnew vilel bl-iskuża tal-istalel. Dakinhar il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien wegħdna li kienu se
jirrevedu din il-policy biex jeskludu u biex jirrevokawha. Iżda issa qegħdin naraw li mhux stalel biss se jkollna, imma ħafna u ħafna affarijiet oħrajn li se jkunu impossibbli biex ilMEPA timmonitarjahom. Il-MEPA tammetti hi stess li mhix f’pożizzjoni timmonitorja l-affarijiet kollha preżenti, aħseb u ara dawn l-iżviluppi kollha li se jinbnew fil-kampanja.
Saru wkoll akkużi li l-policies il-ġodda tal-MEPA huma motivati politikament biex jaġevolaw lill-ispekulaturi. Tista’ tikkwalifika din l-akkuża? Minn Jannar li għadda għamilna sitt xhur bil-policies ġodda ħerġin kull tliet ġimgħat. Lanqas l-assoċjazzjonijiet professjonali, bħall-Kamra tal-Periti, ma setgħu jlaħħqu magħhom, jirrispondu u jagħtu l-veduti tagħhom, aħseb u ara aħna l-NGOs li m’għandniex ir-riżorsi li għandhom huma. Dawn il-policies dejjem taw vantaġġ lil ispekulaturi. Għandek per eżempju l-Height Policies tal-lukandi li l-ewwel smajna li huma biss il-lukandi 5 Star li se jkunu jistgħu jibnu żewġ sulari oħra issa f’daqqa’ waħda il-policy finali qegħda li anke l-lukandi 3 Star jistgħu jżidu u l-lukandi 5 Star issa jista’ jkollhom żieda bla limitu. Dwar il-high rise li nistgħu ntellgħu flibliet, sitt sulari, tmien sulari, imbagħad f’ċerti postijiet 14-il sular u diġa ħriġna permessi għal 40 sular. It-turisti ma jiġux f’Malta għax iridu jaraw Singapore oħra jew Dubaj, għax kieku kienu jmorru direttament f’dawn il-postijiet. Huma jiġu Malta għall-karatteristiċi Maltin. Għalhekk dawn huma żbalji kbar. Il-proviżjoni tal-bini għoli kienet ilha fuq il-kotba tal-MEPA mis-sena 2007, ftit ftit kienet ġiet imwarrba u qisha kien hemm il-fehma mhux bil-miktub li din m’għandhiex isseħħ. Issa f’daqqa waħda narawha leġislata kontra l-parir ta’ kull espert li ġie f’Malta għax dan hu l-qofol ta’ kollox. Il-MEPA tħallas esperti bilfondi tal-pubbliku, biex jiġu Malta, joħorġu dawn ir-rakkomandazzjonijiet li mbagħad il-Gvern jinjora. Dan hu t-tħassib tagħna. Allura dawn mhux affarijiet li jiffavorixxu lil ispekulatur? Ir-risposta hi iva, kull policy li ħareġ il-Gvern, b’xi mod jew ieħor iffavoriet lill-ispekulaturi.
L-istudji juru rabta bejn l-ambjent u l-problemi tas-saħħa. Dan l-aħħar bdiet tinħass aktar il-problema talkon;estjoni att-traffiku. X’inhi din ir-rabta, forsi t-traffiku jorbot mas-saħħa wkoll? It-traffiku hu kaġun primarju tal-prob-
“Id-Direttorati tal-Ambjent u tal-Infurzar huma bla Direttur u bla direzzjoni” - Astrid Vella
lemi fis-saħħa u fil-fatt is-sena l-oħra lOrganizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħarġet stqarrija fejn għal ewwel darba stqarret li hemm rabta diretta bejn it-tniġġiż tal-arja kawża tad-dħaħen mill-karozzi u mard bħal ażma, il-kanċer, il-problemi tal-qalb. F’Malta ma napprezzawx il-fatt li 25 filmija tal-imwiet minħabba problemi ta’ mard huma dovuti għat-tniġġiż tal-arja. Dan joħroġ minn studji xjentifiċi. Hemm rabta wkoll bejn l-ambjent u l-mard talalzheimers u d-dimensja. Bħalissa kulħadd qed jgħid li d-dimensja saret qisha epidemija f’daqqa waħda. Din hija dovuta mhux biss għall-fatt li nnies qed jgħixu aktar u jixjieħu, imma minħabba li partiċelli irqaq ħafna li joħorġu mid-dħaħen, jidħlu fil-ġisem u jitilgħu sal-moħħ tal-bniedem. Sfortunatament qed naraw każi ta’ dimensja f’nies li huma żgħar fl-eta’, jiġifieri qabel il-waqt. Aħna imħassbin ħafna u luniku mezz immedjat li naraw biex tonqos il-problema tat-tniġġiż tal-arja huma s-siġar. Is-siġar huma importanti immens għax jżommu t-tniġġiż, jibilgħu l-karbonju li jintefa’ fl-arja u għandhom benefiċċji kbar għar-residenti. Dan hu wkoll ippruvat xjentifikament u għalhekk qed niġġiledu kontra kull sforz biex jinqalgħu s-siġar mit-toroq.
L-FAA qed tisħaq ukoll dwar l-importanza li jkun hemm żoni bis-siġar li jservu bħala pulmun l-aktar f’postijiet żviluppati ħafna. Għaliex? Hawn Malta sfortunatament ma napprezzawx il-benefiċċji tas-siġar għax dawn mhux biss inaqqsu r-rata ta’ mard bħallkanċer, l-ażma li hi problema enormi, problemi tal-qalb, tal-alzheimers u taddimensja, imma s-siġar itaffu wkoll problemi psikoloġiċi u mard mentali. Din hi ppruvata xjentifikament mill-istudji li saru barra minn Malta, allura għal dik ir-raġuni aħna nħossu li s-siġar huma ħafna iżjed bżonnjużi fl-abitat milli fil-kampanja. Hawn Malta l-kampanja Tree4U u lkampanji l-oħra kienu dejjem immirati għall-kampanja. Sadattant, siġar jinqalgħu dejjem mill-ibliet u kważi kull
ġimgħa tisma b’siġar li qed jinqalgħu u laħħar każ kien fin-Nadur, Għawdex. Issiġar jipproteġu lir-residenti mill-mard u anke mit-tniġġiż tal-istorbju u jservu wkoll biex itaffu s-sħana fuq il-bankini u fid-djar permezz tad-dell li jagħmlu u dan ifisser tnaqqis fil-kontijiet tal-elettriku. Issiġar inaqqsu l-effett tad-dħaħen talpower stations li jikkontriwixxu għat-tibdil fil-klima. Is-siġar għandhom importanza tremenda anki għall-ħwienet għax fejn ikun hemm is-siġar, in-nies jinġabru għax huma attirati għas-siġar. Fit-Tokk Għawdex ukoll hemm proġett li qed jibda bħalissa li jinkludi t-tneħħija tas-siġar kollha li hemm. Immaġina tTokk bla dawk is-siġar sbieħ. Aħna qegħdin niġġieldu kontriha, imma nixtiequ wkoll li n-nies jiftħu ftit għajnejhom għall-benefiċċji tas-siġar u ma jaħsbux biss għal ftit weraq li jwaqqggħu, imma għal benefiċċji għas-saħħa ta’ uliedhom. Is-siġar bħalissa huma l-uniku mezz li għandna biex jonqos it-tniġġiż tal-arja u għalhekk nibżgħu għalihom.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien ma’ erba’ għaqdiet ambjentali oħra f’April li għadda, inti għidt li l-Gvern qed jieħu lil Malta lura fil-qasam ambjentali. Għaliex? Għamilna ħabta fejn ftit, ftit konna mexjin fit-triq it-tajba, speċjalment rigward il-MEPA, aċċess għall-informazzjoni u dwar id-drittijiet ta’ min joġġezzjona. Issa nħossu li sejrin lura għax per eżempju f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-wirt storiku, saret proposta li l-protezzjoni li tingħata bħal skedar, li qabel kienet assolutament solida u wara li toħroġha jkun hemm ċans għall-appell, u mbagħad i-bini storiku jkun protett għal dejjem. Issa qed jipproponu li jżarmaw din ilprotezzjoni li tant hi importanti u prezzjuża għal Malta. Din hi xi ħaġa li nħossu li jkun żball mhux biss għall-identita’ talMaltin imma wkoll għall-ekonomija. Tinsiex li l-ekonomija tiddependi ħafna mill-ambjent u l-barranin ma jiġux Malta biex jaraw bini għoli.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Lokali
7
Il-kumpens ta’ 58ċ mhux biżżejjed
“Lanqas tibda mal-ħajja, qatt ma stennejtha, naħseb l-inqas li tagħna, l-oħrajn tawna iktar.”
“Lanqas in-Nazzjonalisti ma tawhomna... taħt gvern tiegħi kollox għal ta madwarhom, mhux veru Malta Tagħna Ilkol...”
“Mhux biżżejjed għalija għax malajr imorru.”
“Jien pensjonant... mhux biżżejjed għalija.”
“Mhux biżżejjed, għax il-ħajja dejjem togħla mhux kif qegħdin jgħidu!'
“Daż-żgur li mhux biżżejjed; l-aktar għal nies batuti.”
“Tal-mistħija, tal-mistħija!”
“Lanqas pakkett ħalib ma tixtri bihom.”
“Ftit naħseb għaż-żminijiet tal-lum.”
“Għalija li jien pensjonant, mhix biżżejjed.”
Amy Borg amy.borg@media.link.com.mt
Nies bil-familja, ġenituri li għadhom qegħdin irabbu lill-uliedhom kif ukoll anzjani u pensjonanti jinsabu rrabjati għall-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat wara li lejn tmiem ix-xahar li għadda, il-Prim Ministru stess ikkonferma li għas-sena d-dieħla se jkun qiegħed jagħti żieda ta’ 58 ċenteżmu tal-ewro biex jikkumpensa lill-ħaddiema u lill-familji Maltin u Għawdxin biex jagħmel tajjeb għall-għoli talħajja. Din iż-żieda baxxa se tingħata millGvern Laburista meta huwa magħruf li dawk l-aktar vulnerabbli minn Jannar
ġej se jinqarsu minn żieda biss, biss fin-nolijiet tas-servizz tat-trasport pubbliku kif ikkonferma l-Gvern stess, waqt li l-familji li jużaw il-karozza privata tagħhom qegħdin jinsterqu millGvern minħabba li qegħdin iħallsu prezzijiet għolja għall-fuel meta l-prezz internazzjonali jinsab fl-inqas livelli għal dawn l-aħħar erba’ snin. Din iż-żieda minimina ta’ 58ċ, linqas waħda mis-snin 80, minn meta lGvern Laburista kien iffriża l-pagi talħaddiema għal ħames snin, intlaqgħet ħażin ħafna minn għadd ta’ nisa tad-dar u anzjani kif jikkonfermaw il-kummenti li ħa il-mument fl-aħħar jiem flinħawi ta’ Bormla u Raħal Ġdid. Għaqdiet li jirrapreżentaw lill-ħad-
diema u lill-anzjani fissru ma’ din ilgazzetta li l-58ċ żieda hija “inġusta, redikola u ċajta.” Madankollu, il-Gvern jaħsed mod ieħor, u mhux qiegħed fuq l-istess linja ta’ ħsieb. Il-Kelliem Uffiċjali tal-Gvern Carmelo Abela lbieraħ meta kien waqt programm fuq Radju Malta qal li żżieda għall-għoli tal-ħajja ta' 58ċ ma għandhiex tittieħed b'mod negattiv. U dan filwaqt li dil-ġimgħa stess f’artiklu fuq l-orizzont, il-Ministru talFinanzi Edward Scicluna kiteb li żżieda li tingħata għall-għoli tal-ħajja, laktar li tolqot huma lill-pensjonanti, dawk fuq il-benefiċċji u oħrajn bilpaga minima.
Il-Ministru tal-Finanzi kiteb f’l-orizzont u ammetta li n-nies vulnerabbli huma l-aktar li jħossu l-effett taż-żieda għall-għoli tal-ħajja
Gidba oħra minn Konrad Mizzi ... waqt li ma jgħidx meta se jibda l-bini tal-impjant il-ġdid
Iffaċċjat bi kritika tal-opinjoni pubblika u bil-mistoqsijiet filprogrmam Xarabank tal-Ġimgħa li għadda, il-Ministru responsabbli millEnerġija Konrad Mizzi nqabad f’gidba oħra. Il-pożizzjonijiet espressi millMinistru Konrad Mizzi kienu trattati fi stqarrija mid-Deputat Nazzjonalista George Pullicino li qal li filprogramm Xarabank, il-Ministru Konrad Mizzi, bl-appoġġ sħiħ ta’ Joseph Muscat, kompla bis-sensiela ta’ gideb. “Dak li qal Konrad Mizzi fl-ittri li ġew ippublikati ma jgħidu xejn ġdid. Dak li ntqal fl-ittri kien diġa ntqal mill-eks Segretarju Permanenti filMinisteru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali Chris Ciantar, fi stqarrija maħruġa l-ġimgħa li għaddiet. Nirrepeti li jien, kuntrarju għal dak li
qed isir mill-Ministri ta’ llum, qatt ma nvolvejt ruħi fil-proċess tal-għażla”, sostna George Pullicino. Jirriżulta li meta George Pullicino ppreżenta rapport li l-Gvern ta lill-UE li fih jingħad li l-BWSC tipproduċi enerġija nadifa, Konrad Mizzi daħal fin-nofs u beda jgħid li hi gidba. Konrad Mizzi reġa’ qed jigdeb, qal George Pullicino, hekk kif il-fatti huma li r-rapport jispeċifika li: “a number of supply side infrastructural investments were undertaken to diversify the energy mix and shift towards clean energy such as the building of a new 144MW generating plant and a 200MW submarine electricity interconnector.” George Pullicino semma kif irreferenza għall-impjant ġdid huwa dak tal-BWSC u r-rapport jispeċifika li saru investimenti u mhux kif
ipprova jgħid Konrad Mizzi. Fil-programm Xarabank, Konrad Mizzi ppreżenta żewg ittri, waħda talKap Eżekuttiv tal-Awtorita Maltija għar-Riżorsi u l-oħra mid-Direttur Ġenerali tal-Kumitat tal-Kuntratti. Ilfatti huma qal Pullicino, li dan kien diġa’ żvelah Chris Ciantar fl-istqarrija tal-gimgha li ghaddiet. Chris Ciantar kien qal: “Following the clarification period with the preferred bidder and the finalisation of negotiations with other government entities, the drafting of the contract was completed. At this point my team and I made a presentation to MRA to approve or otherwise the Feed-InTariff (FIT) that we had received through the public call. The Board of MRA approved the FIT following a meeting of the Board on Wednesday 21st November 2012. No concern
about the letter of intent that had been issued by the Ministry was raised by MRA during this meeting.” Dan ifisser li ma kien hemm ebda oġġezzjoni mill-MRA, tant li approvat il-FIT. Fil-programm, il-Ministru Konrad Mizzi kien iffaċċjat ukoll b’mistoqisjiet dwar ir-raġunijiet li wasslsu biex il-Gvern Laburista ma żammx kelmtu dwar is-sentejn li fihom kellha tinbena l-power station il-ġdida. Mistoqsi biex jagħti data speċifika, il-Ministru Mizzi ħarab milli jwieġeb u qal li sa tmiem dan ixxaharm il-Gvern se jkun qed jagħti dak li sejjaħ deadlines ġodda dwar kif se jitlesta l-proġett. Il-Ministru Mizzi ma kienx f’pożizzjoni li jispeċifika kemm il-gvern qed jiffranka flus bilpower station tal-BWSC mibnija minn Gvern Nazzjonalista.
Il-Ħadd, 2 ta’ N
Lo
8
ANALIŻI TAD-DISKORS LI GĦAMEL SIMON BUSUTTIL, IL-KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA FL-EW
SILTIET EWLENIN MID-DISKORS TA’ SIMON BUSUTTIL, IL-KAP TAL-PN L-ambizzjoni tal-PN Aħna għandna fiduċja fikom: li intom kapaċi taslu għal ħajja aħjar... nemmnu li għandna “nagħtuk il-poter f’idejk“ biex “issarraf il-potenzjali tiegħek“ …rridu nagħtuk l-indipendenza personali tiegħek.” Partit qrib in-nies “Il-PN għadda minn żmien ta’ riflessjoni. Importanti li nuru li fhimna rraġunijiet għaliex ma rbaħniex.” “Bdejna t-tiġdid bi tmexxija ġdida. Biddilna l-istatut u qed inkompu nibnu fuq is-sisien ta’ dawk kollha li jaħdmu għall-PN u niftħuh għal nies ġodda: ilKonvenzjoni Ġenerali, miftuħa għattesserati kollha, Kunsill Ġenerali ftaħnieh minn 900 kunsillier għal kważi 1,400 kunsillier; Fergħat ġodda; Tiġdid tal-media tal-partit; 12-il kandidat ġdid għall-elezzjoni ġenerali; 30 kandidat ġdid għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali; 10 Policy Fora li se jġeddu l-politika talpartit; CEO biex imexxi l-interessi kummerċjali u finanzjarji tal-partit.” “Il-Konvenzjoni Ġenerali tat bidu għall-proċess li fih il-PN se jisma’ x’għandhom xi jgħidu n-nies, li se nwettquh bil-Policy Fora; Se mmorru għand in-nies, niltaqgħu mas-setturi differenti u niddjalogaw mal-imsieħba soċjali u mal-għaqdiet tas-soċjetà ċivili.” “Wegħda ċara tal-PN għall-elezzjoni ġenerali… il-kwistjoni li ninqatgħu min-nies tispiċċa darba għal dejjem. Limpenn tiegħi huwa li nkunu viċin innies minn issa.” Stil ġdid kif issir il-politika “Għalija l-verità hija importanti u biħsiebni nibqa’ ngħid il-verità. Għandi fiduċja sħiħa li n-nies japprezzaw min qiegħed jgħid il-verità u jirrikonoxxu lil min qiegħed jgħid il-verità u mhux lil min jigdeb.” “Għandna Prim Ministru li jħaddem politika ta’ nepotiżmu sfrenat… Għax tista’ twiegħed l-istess job jew promotion lil kulħadd iżda ma tistax tagħti listess job u l-istess promotion lil kulħadd.” “Nemmen f’politika fejn in-nies ma jkunux jiddependu mill-politiċi għal kull ħaġa imma jingħataw dak li hu dritt b’servizzi effiċjenti u ġusti bla bżonn li jilagħqu jew jittallbu. Bla bżonn li jixtru jew jinxtraw. Bla bżonn li jxaħħmu jew jixxaħħmu.” “In-nies għajjew b’żewġ partiti dejjem jiġġieldu u jitgħajru. Kontribut kbir li nistgħu nagħtu fil-politika huwa biex naqtgħu l-firda darba għal dejjem.” Edukazzjoni u ekonomija “Aħna nkejlu l-ħidma politika tagħna: opportunitajiet għal kulħadd; naħdmu biex min hu vulnerabbli ngħinuh, u li nħarsu l-ġid komuni.” “Hemm setturi li mhuma sejrin tajjeb xejn: staqsu li tal-ħwienet, lil tal-fabbriki, li qed inaqqsu l-produzzjoni industrijali, l-esportazzjoni u l-importazzjoni fejn irreġistraw l-akbar tnaqqis fl-UE kollha.” “X’ideat ekonomiċi ġodda ħareġ bihom il-Gvern? Waħda; li nbigħu ċ-
ċittadinanza tagħna. Imma din tagħti valur miżjud lill-ekonomija?” “F’sena waħda biss, dal-Gvern daħħal mal-Gvern 3,700 ruħ. Dan huwa allarmanti għaliex l-ammont kbir ta’ nies impjegati mal-Gvern u mħallsa mit-taxxi tagħna, mhuwiex sostenibbli.” “Fi żmienna l-pagi kienu jiżdiedu b’medja ta’ €500 fis-sena. Fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista żdiedu b’€100 biss. Issa fil-baġit se joħroġ b’żieda ta’ 58ċ fil-ġimgħa.” “Fl-ewwel sitt xhur, il-Gvern żied iddejn b’nofs biljun, jiġifieri €3 miljun kuljum dejn. Gvern li jaf jonfoq. Però lbravura mhix li tkun taf tonfoq il-ġid. Il-bravura hi li tkun taf toħloq il-ġid.” “Prezzijiet tal-fuel… hawn ukoll għandna Gvern li qed jgħix f’gidba. Filwaqt li naqqas il-kontijiet (għalkemm ħafna qed jiskopru li l-kontijiet mhux vera raħsu daqskemm qed jgħid il-Gvern), flistess ħin il-prezz tal-petrol u d-diesel inżamm għoli meta suppost niżel.” Saħħa u żvilupp soċjali “Faqar… il-ġimgħa l-oħra dħalt f’dar ta’ waħda li tgħix waħedha maż-żewġt itfal tagħha; post żgħir; bi problemi ta’ saħħa; ma tistax taħdem; spiċċat fil-faqar; x’għamlu? Qatgħulha r-relief; din hi lgħajnuna soċjali li jemmen fiha l-Gvern?... fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista l-faqar ma naqasx. Żdied bl-eluf.” “Saħħa… tmur l-isptar u ssib kju ma jispiċċa qatt; iddum sigħat tbati l-uġigħ u għadu ma daħħlek ħadd; fl-aħħar idaħħluk l-isptar u tispiċċa f’kuritur fuq stretcher.” “Anzjani… il-Gvern sab riforma fejn aħna wettaqna l-ewwel fażi. Se jgħaddi għat-tielet fażi; sistema volontarja fejn min irid iħallas minn issa biex itejjeb ilpensjoni tiegħu għal għada. Hija tajba għal min jiflaħ iħallas. X’se jiġri minn min ma jiflaħx iħallas? Se jispiċċa b’pensjoni li ma sservix?” “Illum m’hawnx biżżejjed djar talanzjani u min għandu l-flus jista’ jmur f’dar privata u min m’għandux jispiċċa b’xejn. Din qed toħloq inġustizzja soċjali fi żmien meta l-aktar tkun vulnerabbli. Dawn huma l-affarijiet li rrid lillPolicy Fora dwar is-Saħħa u l-Iżvilupp Soċjali jħares lejhom.” It-triq ’il quddiem “Illum kulħadd jidħak meta jisma’ lfrażi ‘Malta Tagħna Lkoll’ għax għandna Gvern li jagħmel bil-maqlub. Hemm bosta affarijiet li huma tagħna lkoll: illibertà u d-demokrazija, l-ambjent bħall-kwalità tal-arja; il-kultura u isem pajjiżna li għandna naraw li nibqgħu kburin bih għax ikun rispettat barra minn Malta.” “Irridu nirbħu lura l-qlub u l-imħuħ tan-nies. Se nisimgħu u li jkollna laħjar ideat għal Malta… irridu nemmnu li nistgħu nagħmluh… u naħdmu flimkien biex naslu… b’hekk inkunu nistgħu li nerġgħu nagħmluh partit talmaġġoranza.” “Fil-ħajja ma tasalx billi tkun cool. Fil-ħajja tasal billi tkun smart. U min hu smart se jfittex lill-PN.”
Il-kelma ta’ Busuttil
Andrew Azzopardi Sr. Lecturer Università ta’ Malta “Żewġ ingredjenti li ħadt gost li daħlu fid-diskors huma, il-kunċett tal-‘Ġid Komuni’, li nemmen ħafna fih għax jekk ma jiggvernaniex dan il-prinċipju nkomplu niżmantellaw il-komunitajiet tagħna u l-kunċett tal-‘Ġustizzja Soċjali’, element importanti u kruċjali fid-dibattiti politiċi.”
Wieħed ma setax ma jinnutax lisforz mill-PN biex il-Konvenzjoni Ġenerali fil-kontenut u fid-dehra tittanta tagħti impronta fuq il-bidu ġdid tal-Partit. Għad-diskors tal-Kap tal-Partit saru sforzi akbar biex jiġi kkreat mill-ġdid il-mudell ‘Steve Jobs’ li biex iniedi prodott ġdid, dan tal-aħħar, kien jipprova jipperswadi bi still informali imma business like waqt it-tnedija. U dan ġie emulat fil-mod kif ġie muri Simon Busuttil. Il-mod irpużat, ilqmis imxammra, l-ippassiġġar fuq ilpalk (kultant kien se jaqbad jisturdini), palk kważi vojt ħlief għal skrin li beda jtella’ l-key words – insomma, il-messaġġ li pprova jagħti Busuttil kien li ‘dan jien, lest għax-xogħol, lest biex nisma’ u lest biex niddeċiedi’. Għalkemm il-Konvenzjoni Ġenerali ‘Idea Malta’ kienet anke maħsuba biex bħall-Partit Laburista tipprova tattira nies li mhux normalment ikunu fil-limelight politiku però l-focus bla ebda dubju kien id-diskors ta’ Busuttil tal-Ħadd li xi wħud ħadu gost jisimgħu imma kien hemm ħafna kritika wkoll minn esponenti u kummentaturi viċin tal-PN. Il-problemi li nara u li l-partit għadu jiffaċċja, huma tnejn; l-ewwel li l-politika ma saret xejn ħlief kontestazzjoni bejn żewġ mexxejja (issa anke l-Alternattiva Demokratika sparixxiet) u allura hija sfida diretta fejn Simon Busuttil irid jiġi attrezzat biex jikkompeti lil Joseph Muscat. It-tieni hemm diffikultà kbira ideoloġika li lPN li għadu ma sabx mod kif iżewweġ il-fazzjonijiet tal-ħsieb li hemm fi ħdanu b’nies fuq kull naħa jissaraw bejniethom. Dawn il-pożizzjonijiet kontrastanti (kif rajna fiddibattitu dwar l-Unjoni Ċivili pereżempju) ħalla membri tal-partit f’kolliżjoni diretta li fissret balbuljata fil-prodott finali kif ġie ppreżentat l-
argument fil-Parlament. Għalija ssoluzzjoni biex dawn il-konservattivi u l-liberali jikkonverġu fi ħdan il-partit hi ‘sempliċi’, Busuttil irid jikber fl-istatura tiegħu fil-partit biex dak li jgħid iżomm u xxeba’ egos li hemm jisktu – u biex jagħmel dan irid jibda jirbaħ. Dan kien il-mudell li applika Fenech Adami u rebbħu l-elezzjonijiet u rebbħu s-simpatija u r-rispett. Anke jekk kien hemm min ma qabilx ma’ ħafna minn dak li jgħid, they toed the line. Inkwetanti mhux ftit meta Busuttil qal li l-PN qed jiġġedded għax għandu CEO, media anqas imgerfxa, u xi ftit kandidati godda. Dak mhux biżżejjed. Min-naħa l-oħra, Busuttil f’ħafna mill-ħin ipprova jfassal argument (anke jekk xi kultant tilef il-linja talħsieb minħabba li ma kellux l-iscript Simon Bu quddiemu) – argument infilsat fuq ilil-verità u persuna. Iffoka fuq l-individwu, fuq il-kwalità tal-ħajja, fuq dak li verament jgħodd għall-Maltin, il-familja u x-xogħol. Tajjeb. Ried jipprova bil-mod il-mod joħloq il-kuntatt, l-inkontru mhux aktar mil-lat ideoloġiku (għax iżżewġ partiti qishom tewmin konġunti), imma hija l-metodoloġija ta’ kif issir il-politika li donnu enfasizza laktar fid-diskors tiegħu. Tajjeb. Però dan huwa biss il-bidu u kif kelli opportunità ngħid fil-blog tiegħi, inutli jkun hemm il-fixfixo f’postu jekk in-nies li jixtiequ jikkonsidraw il-PN bħala alternattiva fit-tmexxija tal-pajjiż għadhom ma jafux x’pożizzjoni se jieħu l-partit dwar issues bażiċi; il-kaċċa fir-rebbiegħa, il-boat houses illegali, ladozzjoni ta’ tfal minn koppji gay u l-lista tkompli. In-nies mhumiex stupidi, altru minn hekk, imma ma jfissirx li ma jixtiqux gwida, ma jixtiqux direzzjoni biex imbagħad mill-menu jagħżlu. Kien hemm mumenti meta kien diskors ta’ clichés dak ta’ Busuttil li n-nies semgħu u xebgħu minnhom: ‘L-impenn tiegħi huwa li nkunu viċin in-nies minn issa’, ‘il-PN irid jibdel il-mod ta’ kif issir il-politika’, ‘għalija l-verità hija importanti u biħsiebni nibqa’ ngħid il-verità, ‘opportunitajiet għal kulħadd’. Iżda żewġ ingredjenti li ħadt gost li daħlu fil-komputazzjoni tad-diskors huma, il-kunċett tal-‘Ġid Komuni’, kunċett li nemmen ħafna fih għax jekk ma jiggvernaniex dan ilprinċipju nkomplu niżmantellaw ilkomunitajiet tagħna, u l-kunċett tal‘Ġustizzja Soċjali’, element verament importanti u kruċjali fid-dibattiti kollha li għandna nkunu qed nagħmlu filpolitika. Simon Busuttil għad fadallu x’jaqdef, imma din il-Konvenzjoni jaf tatu l-ewwel spinta.
Novembru, 2014
okali
WWEL KONVENZJONI ĠENERALI TAL-PN
9
Bidu tajjeb… diskors ta’ sustanza
usuttil: Għandi fiduċja sħiħa li n-nies japprezzaw min qiegħed jgħid u jirrikonoxxu lil min qiegħed jgħid il-verità u mhux lil min jigdeb.”
Iħares ’il quddiem
Grace Attard Membru Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew “Il-Kap tal-PN elenka l-oqsma kruċjali li bihom il-pajjiż għandu jimxi ’l quddiem biex jitkattar ix-xogħol u tissaħħaħ l-ekonomija.” Kien diskors mhux tas-soltu – diskors li indirizza lil kull ċittadin, li jħares ’il quddiem anki jekk ġej minn telfa elettorali. Fi kliem li jista’ jifhmu kulħadd, il-Kap talPN elenka l-oqsma kruċjali li bihom ilpajjiż għandu jimxi ’l quddiem biex jitkattar ix-xogħol u tissaħħaħ l-ekonomija. Il-frażi ‘nagħtuk l-indipendenza personali’ tfisser ħafna u tiġbor fiha l-kunċett tal-ħsieb li fuqu hu mibni dan id-diskors – li kull individwu se jkollu l-għodda u lopportunità biex jieħu r-riedni f’idejh, ‘biex inti tgħix aħjar’ fejn iċ-ċentru hu lindividwu u mhux il-massa. Huwa mod uman, f’qafas soċjali ta’ kif il-politika għall-futur, wara snin ta’ awsterità qed tissawwar anki fuq livell Ewropew; politika li tiffoka fuq kull settur tal-popolazzjoni mill-għeruq ’il fuq sew jekk int f’riskju ta’ faqar, sew jekk int selfemployed, ħaddiem fiċ-Ċivil jew fil-privat, tmexxi kumpanija kbira jew żgħira politika li tipprovdi l-qafas biex kull ċittadin jimxi ’l quddiem. B’mod sempliċi, Busuttil juri stil ġdid
ta’ tmexxija li tagħti kuraġġ bla ma tipprova tnessi l-iżbalji li saru fil-passat – toħloq sens ta’ fiduċja b’viżjoni li qed tagħti direzzjoni għas-snin li ġejjin Minn viżjoni d-diskors imur għall-fatti konkreti, li ħarġu mid-diskussjoni li saret f’diversi workshops u r-rakkomandazzjonijiet li naraw fir-rapport finali – rakkomandazzjonijiet mhux li jimponu ideat, imma li jindirizzaw il-bżonnijiet talMaltin, f’soċjetà li kulma jmur qed tinbidel – bit-tema IdeaMalta. Simon Busuttil spjega numru ta’ oqsma li huma l-bażi ta’ soċjetà soda li hemm bżonn jingħataw prijorità: fosthom żviluppi fl-edukazzjoni, taħriġ biex ikollna aktar ħaddiema mħarrġa skont il-bżonnijiet talpostijiet tax-xogħol, l-ugwaljanza, lesportazzjoni, l-importazzjoni, is-settur ekonomiku, sħabna bi bżonnijiet speċjali, ir-rwol tal-anzjani fis-soċjetà, l-ambjent u l-enerġija, fost oħrajn. Dawn l-oqsma kienu proprju l-qofol tat-temi li l-parteċipanti tal-workshops iddiskutew dwarhom – binarju wieħed li fuqu se jimxi sew min imexxi kif ukoll iċ-ċittadini parteċipi fittmexxija – is-soċjetà ċivili. Il-Konvenzjoni kienet miftuħa għal kulħadd – trasparenti, kif għandu jkun, f’atmosfera fejn tħossok komdu titkellem anki fejn ma taqbilx u bla biża’. Kien il-PN li ġab l-‘Indipendenza’ għal Malta, 50 sena ilu u f’dan il-mument storiku l-PN reġa’ qiegħed isawwar viżjoni għall-pajjiż fejn il-kunċett ta’ ‘indipendenza’ qed jgħaddih lil kull ċittadin. Waqt id-diskors Simon Busutil kien ħaġa waħda man-nies fis-sala kif ukoll man-nies kollha li segwewh bit-televiżjoni. Id-diskors mhux lakemm tinsieh; hu diskors li jqajjem riflessjoni u li jkompli fil-ħsieb tagħna, fit-taħditiet li jkollna fil-familja, fil-post tax-xogħol, mal-ħbieb. Il-politika għandha sens jekk tirrifletti ħsibijietna, fil-ħajja ta’ kuljum u mhux biss f’kampanja elettorali.
Il-Konvenzjoni Ġenerali tal-PN fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kellha l-iskop li tibda xxellel tifsila ta’ libsa politika ġdida. Libsa politika ġdida li għall-PN hi evidenti li hi meħtieġa. Partit politiku li jkun qed jitħejja għal meta l-elettorat jerġa’ jitolbu biex jieħu t-tmun tal-pajjiż ikun meħtieġ li jisma’ ilħna u vuċijiet differenti fis-soċjetà. Jisma’ kemm lil dawk b’leħen qawwi u sod iżda fid-dover li jisma’ wkoll lil dawk li bilkemm għandhom leħen. F’dan iż-żmien partit politiku hu mistenni li mhux biss jifhem linnies iżda jifhem ukoll l-aspirazzjonijiet tas-soċjetà li qed tinbidel b’pass mgħaġġel. Dan il-proċess mhu faċli xejn, anzi hu iebes u li jinħtieġ attenzjoni partikolari. Dan biex ma jsirux wegħdi artifiċjali u fiergħa. Partit politiku, bħall-PN, li bħalissa qed jistrieħ mir-responsabbiltà tat-tmexxija u l-amministrazzjoni tal-pajjiż, jagħmel sew li juża dan il-perjodu bl-aħjar mod. Id-diskors tal-Kap tal-PN Simon Busuttil fl-ewwel Konvenzjoni Ġenerali kien balzmu. Kien ukoll sinjal ċar li beda proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni, ta’ djalogu miftuħ u dibattitu serju fl-istrutturi interni kollha tal-partit u barra. Busuttil kien ċar. Sejjaħ biex listrutturi u l-organi tal-partit ikunu disposti jisimgħu lin-nies u li jkunu verament impenjati fit-tifsila tal-libsa politika ġdida li l-PN jinħtieġ. Il-wegħda li se jibqa’ viċin in-nies hi importanti u ta’ valur kbir. Partit politiku li jitlef is-sostenn mill-għeruq hu destinat li ma jibqax riflessjoni tajba talbżonnijiet tan-nies. Il-konsegwenzi huma naturali. Nieqes mit-trijonfaliżmu tradizzjonali, il-Kap tal-Partit għażel li jagħmel diskors li fih wera li kien qed jieħu kmand assolut tal-Partit f’idejh. Kmand ta’ partit li qed jaġġorna l-politika tiegħu u jerġa’ jpoġġi lin-nies fiċ-ċentru ta’ kull azzjoni politika. Politika bħala strument effettiv li sservi, maħsuba biex il-kwalità tal-ħajja tan-nies tkompli titjieb. L-għażla li jagħti spazju u li jisma’ firxa ta’ nies minn oqsma differenti wasslet biex fid-diskors tiegħu Busuttil ma żammx lura milli jpoġġi linji ċari ħafna għal kulħadd. Il-politika ma għandhiex
Gejtu Vella Opinjonist “Id-diskors tal-Kap tal-PN Simon Busuttil fl-ewwel Konvenzjoni Ġenerali kien balzmu. Kien ukoll sinjal ċar li beda proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni, ta’ djalogu miftuħ u dibattitu serju fl-istrutturi intern kollha tal-partit u barra.” tkun mibnija fuq il-gideb. Minkejja li t-tentazzjoni tista’ tkun kbira, din għandha tkun megħluba. Daqstant ieħor, l-onestà hi valur importanti. B’diskors ċar, Busuttil ma ħalla ebda lok għall-interpretazzjoni, ħadd mhu protett inkluż eksMinistri. Stqarr li jekk jinstab u jiġu ppruvati allegazzjonijiet, hu bħala Kap tal-Partit se jieħu l-passi kollha meħtieġa. Sfortunatament ilklassi politika diġà tiġbed fuqha immaġni kemxejn ħażina blallegazzjonijiet vojta li jagħmlu wħud mill-politiċi stess fil-konfront ta’ xulxin biex jgħattu n-nuqqas tagħhom. Il-Konvenzjoni Ġenerali laħqet ilmilja tagħha mhux biss bid-diskors ta’ Simon Busuttil li permezz tiegħu għamel li l-ewwel ħżuż biex il-PN jaġġorna l-politika tiegħu. Kien hemm ukoll għemejjel żgħar naturali li għenu l-Konvenzjoni Ġenerali tilħaq l-għan tagħha. Tilħaq lin-nies. Fosthom il-bewsa qasira lis-sieħba tiegħu, il-preżenza tat-tfal tiegħu,viżibbilment skomdi meta missierhom għamel referenza għalihom fid-diskors, flimkien malpreżenza tal-ġenituri tiegħu. Din hi wkoll parti mill-messaġġ tal-PN. Partit politiku m’għandux jagħmel ġudizzju fuq in-nies iżda għandu ddover li jagħti kenn u spalla lin-nies b’tifsila ta’ politika li tkun ta’ servizz għan-nies. Bidu tajjeb, diskors ta’ sustanza, nistennew il-pass li jmiss.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
10
ID-DISKUSSJONI FIL-PARLAMENT TAL-LIĠI DWAR IL-FINANZJAMENT TAL-PARTITI
Parlament
‘Il-Partit Laburista għandu jrodd lura t-28 proprjeta` li ħa lill-pubbliku’ Alex Attard u Matthew Mamo
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista taqbel li jkun hemm liġi li tirregola l-operat talpartiti politiċi kif hemm fl-abbozz dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi ppreżentat fil-Parlament. Madankollu, illiġi għandha titkellem ukoll dwar ilfinanzjament tal-istat lill-partiti politiċi biex dawn itejbu l-operat tagħhom u b’hekk tkompli tissaħħaħ id-demokrazija.
L-Istat għandu jiffinanzja lill-partiti politiċi Dan iddikjarah is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said f’intervista ma’ il-mument hekk kif filjiem li ġejjin il-Parlament se jkompli jiddiskuti din il-liġi. Hu spjega li l-partiti politiċi għandhom rwol importanti ħafna fis-soċjeta’ u allura jridu jiġu regolati imma wkoll imsaħħa biex jaħdmu aħjar permezz tal-finanzjament tal-istat. “Partiti politiċi m’għandomx jinħakmu minn ftit li jagħtu donazzjonijiet kbar. Inkella partit politiku ma jkunx jista’ jitkellem f’isem is-soċjeta’,” sostna Chris Said, filwaqt li kompla li rridu nassiguraw li l-partiti politiċi jkunu b’saħħithom b’sistema’ li qed tgħinhom. Madankollu l-abbozz li ressaq il-Gvern jaħseb biss li jirregola l-finanzjament talpartiti, xi ħaġa li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista mhux biss taqbel magħha imma wkoll ħadmet għaliha fil-leġiżlatura li għaddiet, imma jħalli barra kompletament il-finanzjament tal-istat lill-partiti. “Li l-istat jiffinanzja l-partiti politiċi hi realta kważi fil-pajjiżi kollha tal-UE,” fakkar Chris Said. Fil-maġġoranza assoluta tal-pajjiżi fl-UE, il-finanzjament tal-istat lill-partiti politiċi hu kontrollat b’liġi li taħseb kif l-istat jgħin b’mod ġust u ekwu. Chris Said kien tkellem fil-Parlament dwar dawn is-sistemi fejn uża eżempji ta’ pajjiiżi differenti fejn il-liġijiet ivarjaw u l-għotjiet tal-gvernijiet normalment huma bbażati fuq il-voti fl-aħħar elezzjoni elettorali jew rappreżentanza filParlament. Madankollu wera kif dejjem jeżisti prinċipju bażiku u ugwali. “Qed ninsistu ħafna fuq dan ilprinċipju għax la qed nagħmlu liġi dwar il-finanzjament tal-partiti, nagħmlu liġi
tajba mhux waħda nofs leħja,” spjega Chris Said. Hu fakkar kif pajjiżna ilu ħafna jħoss il-bżonn ta’ din il-liġi u flaħħar leġiżlatura kien twaqqaf anke’ select committee. Madankollu dak iżżmien Oppożizzjoni mmexxija minn Joseph Muscat waqfet tipparteċipa fiddiskussjonijiet għal raġuni mhux magħrufa.
Il-PL kien jaqbel mal-finanzjament tal-partiti mill-Istat Chris Said fakkar kif fil-passat Joseph Muscat kien wiegħed għotja ta’ €5 għal kull vot li jakkwista partit politiku. “Partit Laburista kien jaqbel mal-għotjiet ta’ fondi mill-istat lill-partiti. Dwar dan kien tkellem Jimmy Magro, Michael Falzon, Alfred Sant u dak li llum hu l-Prim Ministru ta’ Malta.” Madankollu issa, il-Partit Laburista biddel id-diska u qed jipprova jgħid li lOppożizzjoni trid din il-ħaġa biex jissolvew il-problemi finanzjarji tal-PN. “Dan mhux minnu assolutament għax aħna qed inħarsu lejn il-futur u mhux ilpassat biex fil-futur il-partiti politiċi jibqgħu b’saħħithom, jagħtu servizz aħjar u ma jsibux ruħom f’diffikulta’ biex jaqdu d-doveri tagħhom f’demokrazija,” kompla Chris Said. Hu spjega kif dak li akkwista l-pajjiż mill-Indipendenza sa llum hu kollu frott tal-partiti politiċi, l-ideat li ħarġu bihom, attwaw u taw riżultati tajbin. Il-finanzjament tal-istat lill-partiti politiċi għalhekk jassigura li pajjiżna jkollu partit fil-Gvern li jkun preparat u Oppożizzjoni b’saħħitha li toħroġ bl-ideat u tikkritika fejn hemm bżonn. Il-kwistjoni tar-regolatur Jeżisti wkoll nuqqas ta’ qbil fuq min għandu jkun ir-regolatur tal-finanzjament tal-partiti politiċi hekk kif l-Oppożizzjoni qed tinsisti li ma tkunx il-Kummissjoni Elettorali. Dan minħabba li lKummissjoni hi magħmula minn disa’ persuni, erbgħa nominati mill-Kap talOppożizzjoni, erbgħa nominati direttamment mill-Prim Ministru bħalma hu ċ-Chairperson. “Kif tista’ tkun regolatur tal-partit li innominak stess?” staqsa Chris Said. Hu fakkar kif irregolatur se jkollu l-iktar dokumenti sensittivi dwar l-operat ta’ partit politiku. L-Oppożizzjoni qed tissuġġerixxi li
Chris Said, Segretarju Ġenerali Partit Nazzjonalista
Partiti politiċi m’għandomx jinħakmu minn ftit li jagħtu donazzjonijiet kbar. Inkella partit politiku ma jkunx jista’ jitkellem f’isem is-soċjeta’
għandu jkun il-Kummissarju talIstandards tal-Parlament li jieħu r-rwol ta’ regolatur. Dan kien twaqqaf fuq proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u jiġi nominat jew jitneħħa b’żewġ terzi talParlament, u mhux minn partit wieħed. Dwar dan il-punt jaqblu mhux biss lAlternattiva Demokratika u diversi istituzzjonijiet oħra imma s’issa l-Gvern mhux jaqbel dwar dan. Diskriminazzjoni politika L-emendi li qed jissuġġerixxi l-PN huma maħsuba biex ikun assigurat level playing field bejn il-partiti politiċi differenti. Dan s’issa ma jeżistix bi Chris Said ifakkar kif kull meta kien fil-Gvern, “Partit Laburuista seraq, iffanga, mela butu u ħaseb fih innifsu tant li għadu jgawdi sa llum.” Ħarsa lejn il-propjetajiet tal-Partit Laburista turi li l-Partit illum igawdi minn 22 każin li huma propjeta’ pubblika, talpoplu Malti u Għawdxi kollu. “Krihom bissoldi, bix-xejn u minnhom qed jaqla’ l-flus mill-kirja, u mill-operat tagħhom. Taħt illiġi tar-requisition order, il-Partit Laburista seraq sitt każini mill-privat meta suppost
dawn ittieħdu għal akkomodazzjoni soċjali,” kompla Chris Said. Wieħed irid ifakkar ukoll li l-Partit Laburista ħa kumpless enormi f’Ħal-Ferħ f’Għajn Tuffieħa, l-Australia Hall u l-art tal-madwar, ir-Raffles u l-art tal-madwar kif ukoll is-Super One li jinsab f’fabbrika tal-Gvern. Kontra dan, Net Television u Radio 101 jinsabu fuq art akkwistata bil-miljuni, filwaqt li l-każini kollha li għandu xtrahom bl-għaraq tal-partitarji tiegħu, bil-flus kif suppost u b’tenders pubbliċi wara sejħa pubblika. “Għalhekk nagħmlu sfida ċara lillPartit Laburista biex jrodd lura t-28 propjeta’ li ħa lill-pubbliku u l-każini li għandu jixtrihom bħalma għamel il-PN tul is-snin,” saħaq Chris Said. Hu appella lill-Partit Laburista biex irodd lura lkażini lil dawk is-sitt familji, lill-pubbliku jew inkella lill-Gvern biex jintużaw għal skop pubbliku. “Jekk se jżommhom, kif jidher li se jiġri, lil ħaddieħor irid jagħtih l-istess għaliex din hi diskriminazzjoni politika li skont il-liġi tagħna hi illegali.” Hu għalhekk li l-PN hu determinat li jiġġieled din id-diskriminazzjoni politika l-ewwel fil-Parlament u wara wkoll b’pass oltre skont il-poteri li toffri l-liġi. Il-PN se jkun qed jipproponi wkoll emenda li kull partit politiku mhux biss jiddikjara x’donazzjonijiet qala’ imma wkoll jippreżenta lista ta’ proprjetajiet pubbliċi li għandu, kemm qed iħallas tagħha u xi dħul kellu minnha. Emenda oħra se tkun qed titlob ekwiparazzjoni tal-għajnuna li l-partiti differenti jieħdu mingħand il-Gvern. Dan għaliex li partit ikollu proprjeta’ pubblika għall-gwadann tiegħu, indirettament ikun qed jiġi megħjun mill-istat. Chris Said indirizza wkoll il-kritika talPartit Laburista li akkuża lill-PN li qed jinsisti għall-finanzjament tal-istat lill-partiti politiċi biex tissolva l-kwistjoni finanzjarja tal-Partit. “Din assolutament mhix ġustifikata għaliex aħna qed nagħmlu dan għax irridu li l-partiti politiċi jkunu b’saħħithom biex iservu lil ħafna. Qed nitolbu għajnuna trasparenti u qed nitkellmu fuq il-futur. Dak li ġara lill-PN filpassat diġa’ qed nindirizzawh,” tenna Chris Said filwaqt li qal li din il-kritika tal-Partit Laburista qed issir għaliex qed jipprova jgħatti d-diskriminazzjoni li teżisti.
Il-Partit Laburista ħataf taħt idejh postijiet li kienu għal skopijiet soċjali u bidilhom f’każini tiegħu waqt li għamel negozju minn proprjeta’ stmata l-miljuni
L-Ewropa f’idejk Il-Ħadd, 2 ta’ Novembrer, 2014
Aħbarijiet mill-UE
Ingrid Brownrigg Opinjonista
L-UE ddiskutiet l-enerġija, u trid li l-pajjiżi membri jkunu lkoll konnessi, inkluż Malta. Biex dan isir, hemm fondi allokati għal proġetti li jinħtieġu li jitwettqu u minn dan, Malta għandha tibbenefika.
Qbil fuq il-miri tagħha tal-enerġija Fl-aħħar laqgħa tal-Kapijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, intlaħaq qbil li sal-2030 il-gassijiet serra jinqatgħu b’40 %. Dan hu pjan ambizzjuż li jindirizza b’mod dirett il-problema tat-tibdil tal-klima. Dawn il-miri ta’ tnaqqis ta’ 40% tal-gassijiet serra huma kkalkulati skont il-livelli talgassijiet serra tal-1990, is-sena li qed tintuża fuq livell internazzjonali bħala benchmark. L-UE hi impenjata biex 27% tal-enerġija tagħha tkun ġejja minn enerġja rinnovabbli, u li tista’ titla’ għal 30% wara l-2020. Dan il-qbil intlaħaq wara diskussjonijiet twal minħabba li lpajjiżi membri lkoll għandhom l-aġenda tagħhom u jridu jiddefendu l-interessi tagħhom. Għad hemm pajjiżi bħall-Polonja li huma dipendenti fuq il-faħam u dan il-ftehim ifisser impenn kbir min-naħa tagħhom. Il-Polonja qed tinkwieta li din iddeċiżjoni tista’ teffettwa t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżha. Kien hemm gruppi ambjentalisti li laqgħu din id-deċiżjoni iżda mhumiex sodisfatti; riedu jaraw aktar impenn mill-pajjiżi talUE. Il-World Wide Fund for Nature (WWF) esprimiet iddispjaċir tagħha li ntilfet opportunità biex jinbena futur aħjar għaċ-ċittadini Ewropej. Skont huma, il-Kapijiet tal-Ewropa ppreferew jissagrifikaw il-futur tagħna minħabba l-politika, biex ikunu jistgħu jakkomodaw l-interessi ta’ ċerti pajjiżi. Bħal dejjem, biex jintlaħaq kompromess fi Brussell mhux faċli. Meta għandek unjoni ta’ natura unika fid-dinja, bħal dik tal-UE, hemm bżonn ta’ ħafna impenn u flessibbiltà minn kull naħa biex jintlaħaq kompromess. Għalhekk nifhem li għaqdiet ambjentali ma kinux sodisfatti iżda nifhem ukoll l-aġenda nazzjonali li kull pajjiż għandu u hu obbligat li jiddefendiha. Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mit-Tibdil tal-Klima Connie Hedegaard qalet li tinsab kburija b’dan il-ftehim. Fl-aħħar laqgħa tagħha tal-Kunsill, Hedegaard esprimiet is-sodisfazzjon li l-kapijiet tal-pajjiżi membri setgħu jingħaqdu flimkien fuq din ittema daqshekk importanti tat-Tibdil tal-Klima. In-Nazzjonijiet Uniti laqgħet il-ftehim fuq l-enerġija u l-klima tal-UE. Dan il-ftehim hu bidu tajjeb għad-diskussjoni u bażi tajba għal xi tip ta’ ftehim li jista’ jintlaħaq fil-laqgħa internazzjonali f’Diċembru 2015 li se ssir f’Pariġi. Skont Christiana Figueres, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Konvenzjoni tanNazzjonijiet Uniti responsabbli mit-Tibdil tal-Klima, il-fatt li 28 pajjiż qablu fuq kif għandhom jimxu ’l quddiem, jista’ jkun bażi tajba biex iwassal għall-kompromess għall-pajjiżi kollha s-sena d-dieħla. Minbarra t-tnaqqis tal-gassijiet serra, il-pajjiżi membri ddiskutew ukoll l-enerġija u kif l-UE trid li l-pajjiżi membri tagħha jkunu lkoll konnessi, inkluż Malta. Sabiex dan isir, hemm fondi allokati biex ikunu żviluppati l-proġetti li jinħtieġu li jitwettqu u minn dan, Malta wkoll għandha tibbenefika. Din laħbar mhix ġdida għal Malta. Kien il-Gvern Nazzjonalista preċedenti li beda jaħdem fuq pipeline tal-gass taħt il-baħar li għandu jgħaqqadna mal-grid tal-Ewropa... iżda issa l-Gvern preżenti għadu konfuż fuq x’se jagħmel u jekk tabilħaqq se jagħmel xi ħaġa fuq l-enerġija!
11
Għaliex il-ħtieġa li jonqsu l-gassijiet serra? Hi evoluzzjoni naturali li l-klima tinbidel gradwalment. Hu xjentifikament ippruvat li l-bniedem bl-azzjonijiet tiegħu qed jgħaġġel dan il-proċess tat-tibdil tal-klima. Rajna kif fis-snin reċenti qed nesperjenzaw estremitajiet, daqqa nixfa kbira u daqqa għargħar, u dan qed jiġri f’kull parti tad-dinja. Id-dannu qed insofruh aħna stess għax dawn l-estremitajiet ġieli jħallu mwiet b’mod immedjat, u jħallu impatt negattiv fit-tul fuq lagrikultura għax meta jiġru dawn il-fenomeni, tonqos drastikament il-provvista tal-ikel u jkun hemm pressjoni fuq issuq internazzjonali tal-ikel, li twassal għal żieda fil-prezzijiet talikel. Għalhekk hemm ħtieġa biex dan il-pass mgħaġġel tat-tibdil tal-klima jonqos u dan billi nnaqqsu dawk il-gassijiet, magħrufin bħala l-gassijiet serra li qed joħolqu instabbiltà fil-klima. Biex jonqos dan l-effett tat-tibdil tal-klima, il-komunità internazzjonali qablet li ż-żieda fit-temperaturi globalment għandha tkun anqas minn 2 ºC. Għalhekk hemm bżonn li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li huma xjentifikament ippruvati li qed iwasslu għal żieda fit-temperaturi, b’impatt ta’ instabbiltà tal-klima. Il-Kapijiet tal-UE kienu qablu li sal-2050, l-Ewropa tkun trasformata f’Ewropa li tuża aktar enerġija rinnovabbli, enerġija aktar effiċjenti u fuq kollox, ekonomija b’livell ta’ karbonju baxx. L-Ewropa hi impenjata li tnaqqas lemissjonijiet tal-gass bi 80%-95% sal-2050. Adeus Barroso! Ilbieraħ l-1 ta’ Novembru mmarka l-bidu tal-mandat talKummissjoni Juncker u t-tmiem ta’ Barroso, jew aħjar, tal-era Barroso. Jose Manuel Barroso kien appuntat għal żewġ mandati bħala President tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri 10 snin. Hu kien l-aktar President li dam f’din il-kariga. Matul dawn l-10 snin, ippresieda 444 laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji – laqgħa li ssir kull nhar ta’ Erbgħa filgħodu tal-Kummissarji Ewropej kollha li fiha jittieħdu d-deċiżjonijiet. Matul il-mandat tiegħu, l-UE espandiet, minn 15-il pajjiż għal 28 pajjiż. Fl-aħħar konferenza stampa tiegħu din il-ġimgħa hu esprima ssodisfazzjon tiegħu li dan seħħ u qal li li kieku dan ma seħħx, wisq probabbli llum ma nkunux qed nitkellmu fuq l-Ukrajna, iżda nkunu qed nitkellmu fuq il-Bulgarija u l-pajjiżi Baltiċi, b’referenza għall-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna. It-tkabbir tal-UE, regoli aktar ibsin għall-baġit u t-twaqqif tal-Unjoni Bankarja, li tissorvelja l-banek tal-pajjiżi taz-zona ewro se jibqgħu sinonimi ma’ Barroso. Iżda matul iż-żmien tiegħu, l-Ewropa waqgħet fi kriżi ekonomika kbira li rat ilqgħad jisplodi ’l fuq u l-Ewropa għadha qed tikkumbatti dan. Kellna sistemi fuq livell nazzjonali li kkrollaw. Kif dejjem saħaq Barroso, ‘l-Ewropa mhix il-problema, iżda ssoluzzjoni’. Barroso dejjem ħadem fuq din il-linja u ra kif nistgħu nsibu s-soluzzjoni flimkien, iżda bosta drabi jkunu lpajjiżi membri li jostakolaw dan. Brussell mingħajr Barroso u l-entourage tiegħu mhux se jkun l-istess. Adeus Barroso! Muito obrigada!
Kien il-Gvern Nazzjonalista preċedenti li beda jaħdem fuq pipeline tal-gass taħt il-baħar li għandu jgħaqqad lil Malta mal-grid tal-Ewropa... iżda issa l-Gvern preżenti għadu konfuż fuq x’se jagħmel u jekk tabilħaqq se jagħmel xi ħaġa fuq l-enerġija!
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Internazzjonali
12
Tintemm il-ħidma ta’ Mare Nostrum Intemmet uffiċjalment ilħidma Taljana magħrufa bħala Mare Nostrum. Din il-ħidma bdiet bħal dan iż-żmien sena b'konsegwenza tat-traġedji kbar li missew limmigranti fuq il-laneċ madwar il-gżira ta’ Lampedusa. Se tieħu post dan l-impenn l-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea, imlaqqma Triton, iżda l-iskala tagħha se tkun ferm iżgħar. Filwaqt li l-ħidma Mare Nostrum intemmet, uffiċjalment, ilbieraħ, uffiċjali qalu li hemm bżonn tal-anqas xahrejn oħra sakemm tibda taħdem il-ħidma tal-UE li hi koordinata mill-aġenzija Frontex. Matul dan il-perijodu ta’ tranżizzjoni ir-ronda se tkompli xorta waħda, iżda fuq skala iżgħar, u bħala proċess kontinwu anki matul il-ħidma Triton. Intant, il-Ministru talIntern Taljan, Angelino Alfano, wissa li s-soluzzjoni għall-kriżi tal-immigrazzjoni ma kenitx bir-rondi filMediterran iżda fil-kontinent Afrikan, waqt li sostna li lpajjiżi membri tal-Unjoni
Ewropea jridu jibdew jaqsmu l-piż. Il-ħidma Mare Nostrum kienet qed tiswa lill-Istat Taljan mad-9 miljun ewro kull xahar u wasslet għal 558 intervent. Matul il-ħidma kienu salvati 100,250 immigranti, iżda kien hemm ukoll 499 li tilfu ħajjithom u 1,446 oħra li għebu u aktarx mietu. Minbarra dawn hemm 192 katavru li għadd iridu jkunu identifikati. Apparti dan kien hemm 728 persuna li kienu arrestati għaliex organizzaw il-vjaġġi u tmien bastiment li kienu qed jintużaw bħala bażi għal dawn il-vjaġġi. Il-ħidma Triton se tkun differenti minn dik ta’ Mare Nostrum. Filwaqt li Mare Nostrum kienet topera tul firxa ta’ baħar ta’ aktar minn 43,000 kilometru kwadru, ilħidma Triton se tkun qed tkopri sa madwar 50 kilometru 'l hinn mill-kosta Taljana. Il-ħidma ta’ Triton se tkun tiswa madwar 2.9 miljun ewro – madwar terz ta’ dak li nefqet l-Italja.
L-ISTATI UNITI: Fir-ritratt il-kbir jidhru l-fdalijiet tas-SpaceShipTwo, l-ewwel vettura spazjali kummerċjali, tal-kumpannija Virgin Galactic li ġġarraf fid-deżert tal-Mojave f’Kalifronja. Il-bdot miet u assistent tiegħu hu gravi l-isptar. L-ajruplan kien fuq l-ewwel titjira ta’ prova f’dawn l-aħħar disa’ xhur u t-tir kien li s-sena d-dieħla jibdew l-ewwel vjaġġ fix-xifer tal-ispazju. Imma issa b’dan l-inċidenti l-pjanijiet tħarbtu. Diġa hemm madwar 700 persuna li ħalsu deposit ta’ 200,000 dollaru għall-vjaġġ ta’ ftit minuti. (ritratti EPA)
Isostni li kkonvertew għall-Iżlam
Abubaker Shekau, il-mexxej tal-grupp militanti Iżlamiku talBoko Haram, sostna, permezz ta' filmat, li 200 tifla li kienu nħatfu mill-grupp tiegħu issa kkonvertew għall-Iżlam. Apparti minnhekk, hu qal, li dawn issa kienu żżewġu lill-ġellieda tal-Boko Haram. Intant, Shekau qal ukoll li ma kienx minnu li l-grupp tiegħu kien qabel rigward waqfien millġlied. F’dawn l-aħħar ġimgħat, ilGvern Niġerjan ħabbar li kien int-
laħaq waqfien mill-ġlied malBoko Haram u li l-bniet kienu se jinħelsu dalwaqt. Iżda Shekau qal li anki li kieku kien hemm waqfien mill-ġlied, ma kienx minnu li l-grupp kellu l-intenżjoni li jieqaf jiġġieled – alemnu sakemm jitwaqqaf kalifat Iżlamiku. Shekau kompla li l-grupp Boko Haram ma ried jinnegozja ma ħadd u li l-ġellieda tiegħu qed iżommu ċittadin Ġermaniz ostaġġ. Hu mifħum li dan lostaġġ hu għalliem li kien inħataf f’Lulju li għadda.
F’April ta' din is-sena, il-grupp Boko Haram ħataf 219 il-tifla taliskola fl-inħawi ta' Chibok fl-Istat ta’ Borneo. Il-ħtif kien qanqal kritika kbira għall-Gvern Niġerjan minbarra kampanja internazzjonali biex il-bniet jinħelsu. Il-ġimgħa li għaddiet, ilHuman Rights Watch ħabbar li – skont il-kalkoli -- hemm madwar 500 mara u tifla miżmuma kontra r-rieda tagħhom millBoko Haram u li ta' ikunu sfurzati biex jiżżewwġu lill-militanti tal-grupp.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Internazzjonali
13
Ġlied qalil f’Bengażi
Tal-anqas 13-il persuna huma stmati li nqatlu fi ġlied qalil bejn militanti Iżlamiċi u truppi tal-Gvern Libjan. Dan hekk kif qed tkompli l-battalja għat-tieni l-akbar belt Libjana. Truppi taħt il-kmand tal-eks Ġeneral Libjan Khalifa Haftar qed imexxu offensiva kontra lmilitanti Iżlamiċi biex jieħdu lura l-kontroll tal-belt. Matul il-ġurnata tas-Sibt, ilġlied kien lokaliżat l-aktar flinħawi ta’ al-Sabri, Gar Younis u al-Selmani f’Bengazi. Jidher li l-ġlied beda wara militanti Iżlamiċi mill-grupp Majlis al-Shura ppruvaw jieħdu lura qagħdiet f’idejn it-truppi
ta’ Haftar u fil-ġlied intervenew ajruplani militari Libjani li lbdoti tagħhom ingħaqdu malforzi ta’ Haftar. Rapporti minn Bengażi qalu li ġellieda minn diversi partijiet tal-Libja ngħaqdu mal-forzi ta’ Haftar f’Bengażi u bis-saħħa tagħhom irnexxielhom jieħdu lkontroll tad-distrett ta’ alMajuri. Sorsi qalu li l-ġlied f’Bengażi hu qalil ħafna, bilġlied isir bieb bieb f’ċerti toroq u diversi zoni residenżjali qed jintlaqtu minn bombi u rockets li qed jintużaw waqt il-ġlied. Ġlied li wassal biex mijiet ta’ nies ikomplu jaħarbu mill-belt.
Hu stmat li fil-ġimgħatejn ta’ ġlied f’Bengażi madwar 200 persuna nqatlu Sadattant rapporti qalu wkoll li f’Kikla, fin-Nofsinhar ta’ Tripli reġa’ kien hemm ilkalma, wara ġlied qalil, għalkemm matul il-ġurnata tasSibt kien hemm rapporti ta’ xi bombi li niżlu fuq il-belt. Sorsi qalu li ġellieda millgrupp magħruf bħala Fajr Lija li qed tipprova tieħu l-kontroll ta’ Kikla mit-truppi ta’ Haftar, poġġiet ġellieda tul żewġ toroq ewlenin fil-Lvant tal-belt. Intqal ukoll li ġewwa l-belt hemm ħafna nies midruba li għandhom bżonn il-kura.
Ġellied Iraqi Kurd bil-bandiera Kurda waqt ġlied f’Zumar kontra ġelleida tal-ISIS (Ritratt: EPA)
L-Ingliżi mwissija li jistgħu jkunu fil-mira
IT-TAJLANDJA: Parteċipant fil Harmony World Puppet Carnival Parade f’Bangkok. Dan bħala parti mill-World Puppet Carnival. Aktar minn 160 persuna minn 80 pajjiż qed jieħdu sehem f’din l-attivita li bdiet il-bieraħ u tkompli sal-10 ta’ Novembru (Ritratt: EPA)
Iċ-ċittadini Ingliżi madwar id-dinja kienu mwissija li jistgħu jkunu fil-mira ta’ militanti Iżlamiċi bħala tpatija għallparteċipazzjoni Ingliża flattakki kontra l-ISIS. It-twissija mill-Foreign Office nħarġet tard il-Ġimgħa filgħaxija u tgħodd għallIngliżi madwar id-dinja. Ittwissija ħeġġet lill-Ingliżi kollha biex ikunu b’seba’ għajnejn imma ntqal li t-twissija nħarġet minħabba theddida ġenerali u mhux waħda speċifika. F’Awwissu, Theresa May, is-Segretarju tal-Intern Ingliż, ħabbret li l-livell ta’ allert minħabba possibbilta ta’ attakk terroristiku fir-Renju Uniti poġġiet għal livell għoli ħafna, livell fejn il-forzi tassigurta qed iqiesu li hemm
possibbilta kbira li jkun hemm attakk fir-Renju Unit. Ix-xahar li għadda, ilParlament Ingliż ta lapprovazzjoni tiegħu biex irRAF twettaq attakki kontra lISIS fl-Iraq u bdew ukoll jingħataw armi lill-ġellieda Kurdi li qed jiġġieldu kontra l-ISIS. Sadattant ġellieda Kurdi mill-Iraq irnexxielhom jaqsmu lejn is-Sirja biex jappoġġjaw il-Kurdi Sirjani li qed jiddefendu l-belt ta’ Kobane. Belt li tmiss mal-fruntiera Torka. Kobane ilha taħt assedju millISIS sitt xhur f’battalja li s’issa swiet il-ħajja ta’ 800 persuna u waslet biex 200,00 persuna jaħarbu lejn it-Turkija. B’kollox madwar 150 Kurd mill-Iraq issa qasmu mitTurkija lejn Kobane.
‘Wannabe’ tas-Spice Girls l-aktar kanzunetta tal-widna Il-kanzunetta tal-grupp Ingliż Spice Girls “Wannabe” kienet ivvutata bħala l-aktar kanzunetta tal-widna fl-istorja moderna tal-mużika fir-Renju Unit. Dan wara li aktar minn 12,000 persuna ħadu sehem f’esperiment biex jara liem kanzunetta l-aktar baqgħet f’moħħ in-nies. Esperiment li fih intużaw aktar minn 1,000 silta ta’ mużika li jibdew middiski tas-snin Erbgħajn. In-nies għarfu l-kanzunetta “Wannabe” li biha s-Spice Girls għamlu d-debutt fl-1996, f’medja ta’ 2.3 sekonda filwaqt li l-medja għall-kanzunetti loħra fl-istħarriġ kienet ta’
ħames sekondi. Dan sar bħala parti minn stħarriġ biex ikun magħruf għaliex kanzunetta ssir popolari mill-Museum of Science and Industry (MOSI) u li kien marbut mal-logħba “Hooked on Music” u li tħabbar ilbieraħ waqt il-Manchester Science Festival. Fit-tieni post kienet klassifkata l-kanzunetta “Mambo No 5” ta’ Lou Bega b’medja ta’ 2.48 sekonda u wara “Eye of the Tiger” ta’ Survivor b’medja ta’ 2.62 sekonda. Fir-raba’ post kien hemm “Just Dance” ta’ Lady Gaga u wara “SOS” talABBA.
IL-POLONJA: Fjuri għall-bejgħ quddiem iċ-ċimiterju ta’ Brodno f’Varsavja għal Jum il-Qaddisin kollha (Ritratt: EPA)
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Internazzjonali
14
L-attakki fil-Kanada jixħtu dawl akbar fuq l-estremiżmu
Membri tar-Riġment tal-Argyll and Sutherland Highlanders waqt is-servizz funebri għal seħibhom, Nathan Cirillo, li spiċċa vittma tat-terroriżmu f'Ottawa (ritratt: EPA)
Iż-żewġ attakki li laqtu simboli ewlenin tal-ħajja pubblika fil-Kanada u li ngħataw prominenza kbira mill-istampa barranija urew, fuq kollox, li dan ilpajjiż jista' qed jiffaċċja problema akbar bl-estremiżmu. Dan meta ħafna Kanadiżi qed jistaqsu jekk il-każi jinvolvux 'vjolenza ta' darba' ispirata millgrupp terroristiku Stat Iżlamiku (ISIS) jew jekk, fil-fatt, teżistix tassew problema akbar fil-qalba ta' pajjiżhom. Il-Kanada sofriet żewġ attakki terroristiċi f'perijodu ta' tlett ijiem bil-każi jwasslu għal analiżi tassitwazzjoni minn kull perspettiva. Fl-ewwel attakk, is-suldat, Patrice Vincent, inqatel meta ntlaqat b'karozza fl-inħawi ta' StJean-sur-Richelieu fi Quebec. Ilpulizija li waslu fuq il-post, imbagħad, sparaw għal raġel, identifikat bħala Martin Rouleau, u qatluh, bir-rapporti aktar tard jirreferu għal Rouleau bħala 'persuna radikali li beda jemmen flideoloġija terroristika'. Iżda l-aktar każ famuż ta' terroriżmu kellu jseħħ jumejn wara, f'Ottawa, meta r-radikali Michael Zehaf-Bibeau spara u qatel lillKapurall, Nathan Cirillo, li kien għassa mat-Tifkira tal-Gwerra Nazzjonali, f'Ottawa. Zehaf-Bibeau, imbagħad, spiċċa maqtul mis-Surġent Kevin Vickers meta daħal fil-bini talParlament f'din il-belt bl-intenzjoni li joqtol numru ta' deputati. Mhux eskluż li Zihaf-Bibeau – Kanadiż ta' dixxendenza Alġerin -- seta' kien jihadist (gwerrier għall-kawża Iżlamika) li spiċċa ossessjonat bil-propaganda vjolenti u qattiela tal-ISIS – il-grupp terroristiku li qed jokkupa l-artijiet fl-Iraq u sSirja, u fejn, fl-aħħar xhur, wettaq massakri ta' innoċenti. Intant, u waqt li persuni bħal
Martin Rouleau u Zihaf-Bibou huma l-minoranza, il-Kanada, fl-aħħar snin, laqgħet numru ta' estremisti li qed jippromwovu ideoloġiji radikali u intolleranti. Dawn l-estremisti anki ħolqu fora li qed jixprunaw il-vjolenza bħala 'xi ħaġa aċċettabbli' filKanada u 'l hinn minnha. Żmien ilu, kien hemm il-każi fejn l-elementi estremisti filKanada – fosthom uħud b'rabtiet suspettati mal-Al-Qaida -- tkellmu 'favur il-ħtieġa tal-jihad' filpajjiżi barranin filwaqt li sostnew li 'l-vjolenza fil-Kanada kellha tkun evitata'. Iżda dan ix-xenarju, issa, inbidel, u meta fl-aħħar snin numru ta' Kanadiżi żgħażagħ telqu lejn il-Lvant Nofsani biex jaġixxu ta' terroristi suwiċida jew militanti mal-grupp ISIS. Il-Pulizija Kanadiża, illum, żvelat li għandha 63 każ marbutin mat-terroriżmu u li jinteressaw lis-sigurta nazzjonali. Il-każi jinvolvu mad-disgħin suspettat, fosthom persuni li qed jaħsbu biex jiġġieldu l-jihad barra lKanada u gwerriera Iżlamiċi li rritornaw fil-provinċji Kanadiżi. Il-Kanada – l-istess bħar-Renju Unit u pajjiżi oħra tal-Ewropa – ippermettiet l-infiltrazzjoni ta' individwi (f'artha) b'fehmiet estremisti u li għandhom il-fondi sinifikanti. L-elementi inkwistjoni qed jippromwovu anki l-ideoloġiji intolleranti u ta' mibgħeda li jixprunaw l-azzjonijiet qattiela. Dawn l-individwi ilhom missnin tmenin qed iwaqqfu u jiżviluppaw entitajiet – fosthom lorganizzazzjonijiet karitatevoli -- li jservu bħala front biex huma jwettqu l-vera ambizzjonijiet tagħhom. Tul dawn l-aħħar snin, lawtoritajiet Kanadiżi rtiraw listatus ta' erba' minn dawn lorganizzazzjonijiet karitatevoli għal paġna 15
Pulizija Kanadiżi jgħinu fl-investigazzjoni tal-isparatura, jiem ilu, fl-inħawi tal-Monument tal-Gwerra fil-belt ta' Ottawa (ritratt: EPA)
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Internazzjonali
15
Mara tiffirma bandiera tal-Kanada fil-belt ta' Hamilton, fil-provinċja ta' Ontario, waqt li fir-ritratt jispikkaw il-bukketti tal-fjuri li tpoġġew min-nies bħala qima lis-suldati li nqatlu taħt idejn estremisti (EPA)
Ħtieġa li l-Kanadiżi jiffaċċjaw il-firxa tal-intolleranza u l-ideoloġiji li jqanqlu l-mibgħeda
minn paġna 14 talli ffinanzjaw it-terroriżmu. F'dawn iċ-ċentri għall-estremiżmu jeżistu s-sistemi li jferrxu u jkattru l-ideoloġiji radikali fost iżżgħżagħ vulnerabbli li faċilment ikunu sfruttati u li – bħala konsegwenza -- iwieġbu għall-messaġġ ta' gruppi qattiela bħall-ISIS, l-Al-Qaida, il-Hamas u oħrajn. Eżempji ta' dawn kienu żewġ żgħażagħ – Xristos Katsiroubas u Ali Medlej – it-tnejn residenti f'Ontario, li kienu prominenti flattakk fuq il-faċilita tal-gass flAlġerija li kien seħħ f'Jannar tal2013. Il-Kanada, illum, qed tiffaċċja r-realta ta' kif tirreaġġixxi għallfirxa u l-kultivazzjoni tal-ideoloġiji estremisti fi ħdanha. Ideoloġiji li kapaċi jkattru u jqanqlu sens ta' mibgħeda akbar u inċidenti terroristiċi għallgħarrieda bħalma seħħew diġa fl-inħawi ta' Quebec u Ontario. Esperti dwar it-terroriżmu bħal Tom Quiggin – membru tat-TSEC (Terrorism and Security Experts Canada network) -- jemmnu li l-awtoritajiet Kanadiżi jistgħu jkomplu jeliminaw l-istatus ta' 'entita karitatevoli' għal numru ta' gruppi fil-Kanada. Dan ukoll meta lawtoritajiet inkwistjoni diġa qed jidhru li għamlu l-progress rig-
ward l-issue. F'April li għadda, entita lokali bl-isem International Relief Fund for the Afflicted and NeedyCanada kienet identifikata bħala entita terroristika wara akkużi li hi serviet biex tgħaddi l-flus lillmilitanti Iżlamiċi tal-Hamas. Grupp ieħor li rtirawlu l-istatus karitatevoli kien l-Islamic Society of North America Development Foundation, blAġenzija Kanadiża inkarigata mill-Ġbir tat-Taxxi takkuża lil din is-soċjeta dwar id-distribuzzjoni ta' fondi lil grupp partikolari b'rabtiet ma' moviment ieħor li l-Unjoni Ewropea u l-Indja jafuh bħala organizzazzjoni terroristika. Madankollu, fil-Kanada fadal aktar minn għoxrin organizzazzjoni li qegħdin jaħdmu għallkarita u li jaħsbu qed iservu bħala 'fronti għall-estremiżmu'. Ir-Renju Unit għadu kemm beda studju dwar il-Fratellanza Musulmana biex ikun jaf aktar 'in-natura ta' dan il-grupp' u llum, il-Kanada teħtieġ taddotta s-sistemi – fuq livell nazzjonali – għall-investigazzjoni ta' estremisti ( tat-tipi vjolent u mhux) li qed ikattru l-valuri kuntrarji għall-Kostituzzjoni tagħha u ċ-Charter tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Ġimgħa bir-ritratti
16
Tul din il-ġimgħa beda jsir xogħol biex tiżżarma l-power station tal-Marsa. Dan sar possibbli wara li l-amministrazzjoni Nazzjonalista bdiet taħdem fuq l-interconnector bejn Malta u Sqallija, li issa jinsab fi stadju avvanzat u investiet fl-impjant tal-BWSC fil-power station ta’ Delimara. Dawn iż-żewġ investimenti jippermettu li tiżżarma l-power station tal-Marsa.
Il-Gvern Laburista kompla jdaħħal aktar taxxi indiretti li jolqtu lil dawk fost l-aktar vulnerabbli hekk kif għolla l-kera lil dawk li jgħixu f’appartamenti tal-Gvern, u li jħallsu l-kera lill-Awtorità tad-Djar.
Nies isegwu l-isplużjoni tar-rocket Antares tan-NASA ftit wara t-tluq. Abbord kien hemm mat-3,000 kilogramma ta’ provvisti għal sitt astronawti li jinsabu fl-Istazzjon Spazjali Internazzjonali.
Mal-100,000 persuna ħarġu jipprotestaw fit-toroq tal-Budapest kontra taxxa fuq l-użu tal-internet li wara ġiet irtirata mill-Gvern. L-UE wkoll ikkundannat il-miżura tal-Gvern Ungeriż li fissritha bħala ‘idea ħażina u li tmur kontra l-libertà politika’.
Pulizija kien attakkat waqt il-qadi ta’ dmirijietu f’Tas-Sliema wara li arresta sewwieq li kien qiegħed isuq b’mod perikoluż
F’Burkina Faso, l-irvellijiet ħadu żvolta vjolenti ħafna hekk kif dimostranti tal-Oppożizzjoni attakkaw u taw in-nar lil diversi vetturi kif ukoll il-bini tal-Parlament. Huma qegħdin jipprotestaw minħabba li l-President Blaise Compaore, li ilu fil-poter mill-1987 wara li wettaq kolp ta’ stat, irid jestendi t-tmexxija tiegħu għal terminu ieħor.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Editorjal
17
Xi ntqal dil-ġimgħa
“58ċ għall-għoli tal-ħajja mhix biżżejjed.” Il-Prim Ministru Joseph Muscat, l-orizzont, 27 ta’ Ottubru
“Government will not increase the 58c cost of living adjustment.” Il-Prim Ministru Joseph Muscat, The Malta Independent, 28 ta’ Ottubru
“The contamination of grain by heavy metals present in cement would negatively affect the health of the Maltese, particularly breastfeeding mothers and their babies.” Id-Deputat Laburista Godfrey Farrugia dwar il-kundizzjonijiet ħżiena tas-silos, The Times of Malta, 28 ta’ Ottubru
“Despite the company’s (Enemalta) ongoing restructuring and the progress achieved under the energy reform, it is too early to assess whether the new framework will allow the company to become viable.” Rapport tal-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Moody’s, The Times of Malta, 29 ta’ Ottubru
Id-dragun Ċiniż li jaħraq u jaħqar lill-ħaddiema
“Malta taqa’ 15-il pożizzjoni fl-ugwaljanza bejn is-sessi.” Global Gender Gap Report maħruġ mill-Forum Ekonomiku Dinji, In-Nazzjon, 29 ta’ Ottubru
L-istorja investigata b’rapport esklussiv li il-mument żvela nhar il-Ħadd li għadda, u li kompliet tiġi segwita minn In-Nazzjon u media oħra, dwar traffiku uman u ħaddiema Asjatiċi fil-parti l-kbira tagħhom Ċiniżi u Vjetnamiżi, ilkoll vittmi ta’ sfruttament mill-kumpanija tat-tessuti Leisure Clothing proprjetà tal-Gvern Ċiniż, ixxukkjat hekk kif ħaddiema Vjetnamiżi nqabdu waqt li kienu se jaħarbu wara esperjenza ta’ moħqrija... sigħat twal ta’ xogħol, ħlas baxx u kundizzjonijiet miżeri ta’ għajxien.
“It-theddida tal-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manwel Mallia li jieħu passi dixxiplinarji kontra min jikxef labbuż hija theddida serja u għandha tqajjem tħassib kbir.” Jason Azzopardi, Kelliem talOppożizzjoni għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, In-Nazzjon, 31 ta’ Ottubru
Il-każ tal-Leisure Clothing għandu jiftaħ l-għajnejn Iżda fl-isfond ta’ dak li qiegħed iseħħ f’pajjiżna, ma nistgħux nieqfu hawn u ninjoraw dak li qiegħed iseħħ. Din l-istorja għandha daqstant ieħor tiftaħ għajnejn dawk kollha li huma f’responsabbiltà u f’awtorità dwar issitwazzjoni krudili, ħarxa u bla ħniena li jesperjenzaw dawn il-ħaddiema Asjatiċi. Qegħdin ngħidu dan minħabba li min hu fil-poter illum f’pajjiżna jidher li tefa’ l-ankri sew biex jinnegozja, jiftiehem u jissieħeb fi proġetti li jiswew miljuni kbar li warajhom hemm il-Gvern Ċiniż. U dan bla ma jagħmilhom pubbliċi, anzi jibqa’ jaħbihom.
“68% tal-Maltin iqisu l-UE bħala xi ħaġa tajba.” Stħarriġ mill-Eurobarometer, l-orizzont, 30 ta’ Ottubru
“Figura inkwetanti hi li nofs l-impjiegi li nħolqu f’Malta matul din is-sena marru għand nies mhux imwielda Malta.” Evarist Bartolo, Ministru għallEdukazzjoni u x-Xogħol, l-orizzont, 31 ta’ Ottubru
“Fiscal measures to restrict private car use have to be considered in any plan for better traffic management.” Manfred Boltze, Konsulent Ġermaniż dwar it-traffiku f’Malta, The Times of Malta, 31 ta’ Ottubru
“Mater Dei is not equipped to treat (Ebola) victims.” Id-Deputat Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, The Malta Independent, 31 ta’ Ottubru
“New conditions of service undermine the Police’s independence and integrity.” L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija, maltatoday.com.mt, 31 ta’ Ottubru
Iċ-Ċiniżi u l-ħaddiema tal-Enemalta Din diġà rajnieha sseħħ bl-involviment dirett taċ-Ċina fl-Enemalta. Ftit tax-xhur ilu, il-mument kien żvela li flewwel żjara li kienet għamlet id-delegazzjoni talkumpanija statali Ċiniża fl-Enemalta, l-ewwel dikjarazzjonijiet kienu li “l-pagi tal-ħaddiema Maltin flEnemalta kienu għoljin wisq.” Din id-dikjarazzjoni qatt ma ġiet miċħuda. Sal-lum, il-mijiet kbar ta’ ħaddiema Maltin fl-Enemalta għadhom miżmuma fl-għama mill-Gvern Laburista dwar jekk humiex se jibqgħu jgawdu mill-pakkett finanzjarju u mill-kundizzjonijiet li qegħdin igawdu minnhom wara lftehim li kien sar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Iċ-Ċiniżi u l-ħaddiema tal-Air Malta Wara l-Enemalta, kif qiegħed jiżvela il-mument illum,
issa jmiss liċ-Ċiniżi li jibilgħu wkoll lill-Air Malta. U qiegħda tintuża l-istess tattika. Kif sar fil-każ tal-Enemalta, in-negozjati minn wara dahar il-poplu u bil-moħbi tal-ħaddiema, issa qegħdin isiru wkoll fil-konfront tal-linja nazzjonali tal-ajru. Iżżjara f’Beijing tal-Ministru Konrad Mizzi x-xahar li għadda u dik ta’ din il-ġimgħa, tad-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela, ma sarux b’kumbinazzjoni. U llum il-mument qiegħda tiżvela l-manuvri tal-Gvern Laburista mal-Gvern Ċiniż minn wara dahar il-poplu u bil-moħbi tal-ħaddiema tal-Air Malta. Dan iħasseb serjament lill-istess ħaddiema u lill-familji tagħhom minħabba li qegħdin jiffaċċjaw ġejjieni inċert għall-ħobża ta’ kuljum tagħhom. X’se jiġri lill-ħaddiema tal-Air Malta, ladarba l-linja nazzjonali tal-ajru Ċiniża mmexxija millGvern Ċiniż tibla’ lill-Air Malta?
Pajjiżna qed jitpoġġa fil-periklu Dawn il-manuvri li qegħdin isiru mill-Gvern Malti qegħdin jipperikolaw sew ir-reputazzjoni, il-fama u ddehra ta’ pajjiżna. Il-komunità internazzjonali qiegħda ssegwi b’reqqa dak li qiegħed jagħmel il-Gvern Laburista u dak li qiegħed iseħħ f’Malta. Min hu fdat bit-tmexxija tal-pajjiż m’għandux jagħmel kompromessi li jrendu lill-pajjiżna mhux fdat jew li dak li jkun jaħseb ħażin fih. Qegħdin ngħidu dan għax dak li qiegħed jagħmel il-Gvern, iqanqal mistoqsija partikolari: X’qiegħed jinċentiva lill-Gvern immexxi mill-Partit Laburista biex jasal għal kompromessi maċ-Ċina? Illum għandna Gvern Laburista li jibgħat Ministru jew imur il-Prim Ministru nnifsu, u saħansitra uffiċjal għoli tal-Partit, jitkellmu maċ-Ċiniżi fiċ-Ċina iżda dawn illaqgħat qatt f’Malta. Kollox bil-moħbi. Jiġu lura Malta daqslikieku ma kkonkludew xejn. Iżommu kollox mistur u jħallu lill-poplu Malti u agħar minn hekk lil dawk li jistgħu jintlaqtu direttament f’inċertezza kbira. Nifhmu għaliex qiegħed isir dan. Qabel l-elezzjoni, ilPartit Laburista imbarka fuq il-politika tal-kompromessi. Mill-Gvern kompla jifrixha... u ta’ dan għad jasal żmien li l-pajjiż u l-poplu Malti jħallsu prezz qares sew għalih!
media.link communications, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà 1450 Korrispondenza: mument@media.link.com.mt Editur: Roderick Agius, tel. 25965263 • email: roderick.agius@media.link.com.mt Reklamar: advertising@media.link.com.mt Stampata: Progress Press, l-Imrieħel
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
1982 -1983... Ix-xhur tar-reżistenza (2)
Opinjoni
18
RIĦ TA’ SIEGĦA
Michael Falzon Opinjonist
Fil-Parlament ma dħalniex għalxejn. Il-vot tal-Membri Parlamentari Nazzjonalisti kien biżżejjed biex nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju ma kienx approvat l-ewwel qari tal-Abbozz ta’ Liġi dwar id-devoluzzjoni ta’ ċerta proprjetà tal-Knisja.
L-uniku Baġit ta’ Lino Spiteri Il-Baġit li tħabbar f’Novembru 1982 kien l-uniku baġit li qatt għamel Lino Spiteri u minn dan il-lat forsi l-istorja kienet daqsxejn kiefra miegħu. Il-pagi baqgħu ffriżati sakemm inbidel il-Gven fl-1987 u s-sahra flok titħallas kienet suppost tingħata bħala ‘time off in lieu’. Billi ħadd ma kien jitħallas, din is-sistema fetħet possibbiltajiet kbar għall-abbużi b’kulħadd jiffirma kemm taparsi għamel sahra u bil-kont tattime off in lieu dejjem jikber – sitwazzjoni li kellu jiffaċċja lgvern ġdid tal-PN wara l-elezzjoni tal-1987. Billi l-pagi kienu ffriżati, ivvintaw metodu kif dak li jkun tiżdiedlu l-paga billi jingħata promozzjoni għal grad ogħla filwaqt li jibqa’ jagħmel l-istess xogħol. Apparti l-fatt li din kienu jgawdu minnha l-Laburisti biss, din kienet il-kaġun tal-pretensjoni li trawmet fis-servizz ċivili fis-sens li promozzjoni saret tfisser żieda fil-paga u mhux żieda fir-responsabbiltajiet ukoll. U fil-Parlament, flok il-Baġit diskuss mal-Oppożizzjoni kellna numru ta’ uffiċjali għolja taċ-ċivil iwieġbu għall-mistoqsijiet tal-membri tal-Gvern – xeni li dehru fuq it-televiżjoni u kkonfermaw in-nuqqas ta’ normalità f’pajjiżna.
Storja li involviet lill-messaġġier ta’ Mintoff F’Jannar il-mument kien ġab storja dwar negozju ta’ art f’Birkirkara li fiha kien involut Victor Pace – messaġġier flUffiċċju tal-Prim Ministru. Din l-art saret tajba għall-bini b’daqqa ta’ pinna tal-Ministru Lorry Sant. Apparti l-kawżi ta’ libell li saru, Mintoff kien irreaġixxa bil-goff. Nemmen li Mintoff ma kienx jaf bl-involviment ta’ Pace – persuna fdata minnu – qabel ma kienet ġiet pubblikata l-istorja u r-rabja tiegħu kienet kbira għax permezz ta’ Victor Pace żviluppat ħolqa bejn l-uffuċċju tiegħu u l-abbużi ta’ Lorry Sant. Victor Pace mill-ewwel iddobba transfer u ntbagħat Dar ilMediterran għall-Konferenzi. Mintoff imbagħad fi Frar daħħal liġi dwar il-permessi talbini – l-Att dwar Zoni għall-Iżvilupp tal-Bini – biex mingħalih jikkontrolla l-abbużi ta’ Sant. Minn dan il-lat il-liġi kienet falliment għax Sant xorta ra kif baqa’ jabbuża mis-setgħat tiegħu bħala Ministru, apparti li l-liġi neħħiet kull idea ta’ ppjanar fiżiku tal-art b’mod tekniku u maħsub. Kuntatti minn wara l-kwinti Tul dan iż-żmien, minn wara l-kwinti kien qed ikun hemm il-kuntatti u bdew għaddejjin il-messaġġi, l-aktar bejn Guido de Marco u l-President Agatha Barbara. Ħafna kienu skantaw meta fl-1 ta’ Jannar 1883, Eddie Fenech Adami, Guido de Marco u Ċensu Tabone marru jagħtu l-awgurju tal-Ewwel tas-Sena lill-President Barbara f’isem ilPN. Dak kien l-uniku sinjal fid-deher ta’ dawn il-kuntatti. Imbagħad fi Frar 1983 sar qbil li Guido jikteb ittra lil Barbara li fiha jsir suġġeriment kif jista’ jkun hemm żblokk. Essenzjalment l-ittra ma kien fiha xejn ġdid rigward dak li kien qed jiġġieled għalih il-PN. Iżda marret oltre. L-ittra żiedet li l-PN jifhem li l-MLP jaqbel mal-prinċipju li min ikollu l-maġġoranza tal-voti għandu jkun fil-gvern u lest biex jasal fi ftehim ħalli jsiru l-bidliet li hemm bżonn isiru biex dan ikun possibbli. U kkonkludiet li mingħajr ebda kundizzjoni, ilgvern jieħu l-passi favur dawn it-tibdiliet filwaqt li lOppożizzjoni tkun lesta tidħol fil-Parlament. Barbara għaddiet din l-ittra lil Mintoff li weġibha li minkejja r-rabtiet li għandu ma’ sħabu fil-partit u fil-GWU, hu kien lest li jieħu responsabbiltà personali biex qabel elezzjoni oħra jsiru t-tibdiliet kostituzzjonali li dwarhom ikun hemm qbil.
Id-deċiżjoni li d-deputati Nazzjonalisti jidħlu lura fil-Parlament kienet approvata fil-Kunsill Ġenerali li kien sar fis-6 ta’ Marzu 1983. Kien ittieħed vot sigriet u r-riżultat kien 489 favur u 35 kontra.
Biċċa xogħol għal Eddie Hawnhekk Eddie kellu l-biċċa xogħol li jipperswadi lillEżekuttiv u lill-Kunsill Ġenerali tal-PN biex tittieħed iddeċiżjoni li konna lesti nidħlu fil-Parlament. Mhux kulħadd kien persważ. Ħafna ħasbu li din kienet nassa ta’ Mintoff biex nidħlu fil-Parlament u mbagħad ma jsir xejn. Id-deċiżjoni li nidħlu fil-Parlament kienet approvata fil-Kunsill Ġenerali li kien sar fis-6 ta’ Marzu 1983. Kien ittieħed vot sigriet u rriżultat kien 489 favur u 35 kontra. Fis-seduta tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu 1983, Mintoff ressaq mozzjoni biex id-deputati eletti tal-PN ikunu kooptjati membri tal-Parlament. F’dikjarazzjoni pubblika, il-PN stqarr li dan kien ‘pass tajjeb’ fit-triq biex isseħħ id-demokrazija sħiħa u b’hekk insalvaw lill-pajjiż. Mintoff kien qal li din kienet ‘rebħa għad-demokrazija’. F’artiklu li kont ktibt li deher f’ilmument il-Ħadd ta’ wara kont għedt: ‘Jien m’iniex ottimist daqshekk. Ngħid, iżda, li d-demokrazija qed nagħtuha ċans li tirbaħ.’ Donnu li qalbi ħebritni li t-taqbida ma kinitx għadha għaddiet mill-eqqel tagħha. Il-Ħadd 13 ta’ Marzu kien sar meeting ieħor fuq il-Fosos tal-Furjana li fih Eddie spjega liżviluppi li kienu seħħew filwaqt li sostna li l-ġlieda għaddemokrazija vera kienet se tkompli.
Il-PN lura fil-Parlament Il-ġurament ħadnieh fid-29 ta’ Marzu 1983, tlett ijiem qabel il-Ġimgħa l-Kbira u għalhekk mill-ewwel bdejna bil-vaganzi tal-Għid! Kienet atmosfera stramba. Barra nġabru xi partitarji Nazzjonalisti biex jagħmlulna kuraġġ. Ġewwa, is-skiet kont taqtgħu b’sikkina, bid-deputati Laburisti ma jgħidu xejn għalkemm fuq wiċċhom kien hemm arja ta’ vittorja… Aktar tard kienu koopjati sitt membri oħra billi sitta mill-membri eletti kienu telgħu minn żewġ distretti. Għal xi żmien konna nattendu l-Parlament bla ma nieħdu sehem attiv fid-dibattiti u bla ma nitkellmu fuq il-mozzjoni tal-Aġġornament. Is-sabiħa hi li fid-29 ta’ Marzu fuq l-aġenda kien hemm dibattitu dwar mozzjoni dwar ir-relazzjonijiet ta’ Malta masSuq Komuni li fiha kien hemm anki t-theddida li Malta tirtira l-ambaxxatur tagħha lis-Suq Komuni. Minħabba f’hekk tlaqna ’l barra malli ħadna l-ġurament – mossa li biha l-Ispeaker kien ġie infurmat minn qabel permezz ta’ ittra li kienet tispjega lpożizzjoni tal-Grupp Parlamentari tal-PN. Kienet deċiżjoni li pprovokat storbju fl-iStranger’s Gallery u biex l-affarijiet ikunu ċċarati dak il-ħin stess il-PN sejjaħ konferenza stampa biex jagħti l-isfond tad-deċiżjoni tiegħu. Fil-bidu ta’ April inqala’ inċident meta l-Pulizija arrestat deputati u kandidati tal-PN li kellhom imorru jagħmlu żjara f’Bonn biex jattendu seminar dwar kampanji elettorali… u dan għaliex kienu suspettati li qed jiksru l-liġi kontra l-indħil barrani. Eventwalment dawn marru u ma tteħdux passi.
Skuża biex it-taħditiet jieqfu ħesrem Wara bdew isiru laqgħat bejn rappreżentanti tal-gvern u talPN, taħt il-Presidenza tal-President Barbara biex jinstab qbil dwar x’kellu jinbidel fil-Kostituzzjoni u l-liġijiet elettorali. Fil-Parlament ma dħalniex għalxejn. Il-vot tal-Membri Parlamentari Nazzjonalisti kien biżżejjed biex nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju ma kienx approvat l-ewwel qari tal-Abbozz ta’ Liġi dwar id-devoluzzjoni ta’ ċerta proprjetà tal-Knisja. Minnaħa tal-gvern kien hemm erba’ membru neqsin u l-gvern tilef il-vot 31-30! Kienet ‘rebħa’ simbolika għax il-gvern kellu ddritt jerġa’ jressaq dan l-ewwel qari f’okkażjoni oħra. Meta eventwalment il-liġi għaddiet, il-Knisja – permezz talArċisqof Mercieca – kienet fetħet kawża u rebħitha billi lQorti ddikjarat li l-liġi kienet tikser il-Kostituzzjoni. Fl-istess żmien il-pajjiż baqa’ sejjer lura bil-qgħad jiżdied minn xahar għall-ieħor u l-kontrolli fuq l-importazzjoni saru dejjem aktar drakonjani tant li l-konsumatur Malti spiċċa bla għażla. Kien żmien meta biex wieħed jixtri biċċa ċikkulata kellu jmur mawra sa Siracusa… It-taħditiet bejn l-Gvern u l-Opożizzjoni twaqqfu unilateralment mill-Gvern fid-29 ta’ Ġunju 1983 – suppost għal tliet xhur. Aħna sirna nafu bid-deċiżjoni bi stqarrija tadDipartiment tal-Informazzjoni wara li saret bomba mal-faċċata tar-residenza taċ-Chairman tal-Air Malta, Albert Mizzi. Il-PN kien ipprotesta kontra dik li evidentement kienet skuża fjakka ta’ Mintoff li kellu pressjoni kbira minn sħabu biex jieqaf kollox.Kienet bdiet fażi oħra tat-taqbida – kif kien iħobb jgħid Eddie Fenech Adami.
Minn Milan għal Malta Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Opinjoni
Aħbarijiet u kummenti mill-Italja u mill-Vatikan
Mons. Charles G. Vella Opinjonist
Il-prostituzzjoni… hemm bosta aspetti li jridu jiġu studjati u għalhekk hemm bżonn White Paper, wara konsultazzjoni mal-Knisja, mal-istituzzjonijiet u l-għaqdiet.
Mhux prostituti imma sex workers Anki Ġesù bil-Vanġelu sejħilhom bl-isem li nafu llum, ‘prostituti’. Hu kien kollu ħniena għalihom u anzi qalilna li dawn jidħlu fis-Saltna minn tal-ewwel. Il-prostituzzjoni hi pjaga globali u toħloq problemi morali, soċjali u iġjeniċi. Illum mhux qed jissejħu ‘prostituti’ imma sex workers, u fl-Ewropa ta’ Fuq iħallsu t-taxxa bħal kull xogħol ieħor. FlItalja, li l-għadd tagħhom jilħaq mal-10,000, fil-maġġoranza huma mill-Afrika u l-Amerika ta’ Isfel u jdaħħlu mal-miljuni bla ma qatt iħallsu taxxa u bla kontroll tas-saħħa. Dan minn meta saret il-Legge Merlin fis-snin 60 u d-djar tal-prostituti (bordelli) saru illegali. Il-prostituzzjoni fl-Italja hi illegali, imma taħdem iktar kontra n-nisa, jew l-irġiel prostituti, milli kontra l-klijenti. Il-Ministru Helena Dalli qalet li l-Gvern qed jistudja lproblemi. Qed nikteb dan għax rajt f’ġurnal lokali inkjesta b’votazzjoni. Il-mistoqsija kienet jekk wieħed hux favur li jiġu legalizzati l-briedel għall-prostituzzjoni. Ma niskanta xejn bit-tweġibiet għax mat-80 fil-mija wieġbu li huma favur. Jidher li din l-inkjesta saret wara li xi każi reċenti ta’ prostituzzjoni u vjolenza tressqu l-qorti. Illum anki f’ċerti nħawi li fi żmien l-Ingliżi kienu magħrufa għall-barmaids, tara nisa bojod u suwed fit-toroq biex jaqbdu xi klijenti. Mhix xena sabiħa. Din saret pjaga soċjali li ma tagħmel ebda ġieħ lill-pajjiż. Għadu kemm ħareġ ktieb (li nammetti li qrajt biss artiklu dwaru), bl-isem Vendere e Comprare (Ed Il Mulino) ta’ Giulia Garofalo Geymonat, li hi riċerkatriċi tal-Università ta’ Lund fl-Iżvezja, li fih teżamina b’mod xjentifiku s-sex workers u l-liġijiet. Ktieb li l-politiċi għandhom jaqraw jekk jiddiskutu din il-kwistjoni.
Ktieb fuq l-esperjenza tal-Iżvezja Il-bejgħ tas-sess hu xogħol li spiss hu sfruttat u diskriminat, tant li qatt mhu għażla libera imma spiss għażla furzata minħabba ċ-ċirkostanzi. Hekk kitbet din ir-riċerkatriċi. Furzata minħabba li ġieli l-mara tiġi f’ċirkostanzi ta’ bżonnijiet materjali (flus, dar, tfal, eċċ) li tispiċċa fit-toroq. Hawn lItalja hawn każi ta’ minorenni sfruttati f’dak li nsejħulu white slavery, min-nies bla ġieħ u b’mod vjolenti. Kien hawn il-każ tal-minorenni ta’ familji ta’ klassi filParioli, Ruma, li ġew sfruttati minn raġel diżonest. F’każ minnhom omm spiċċat il-ħabs għax kienet kompliċi. Fil-ktieb u f’intervista fil-ġurnal Corriere della Sera (5.10.2014), bejn il-ħamsa u l-għaxra fil-mija tal-immigranti f’sitwazzjonijiet diffiċli fl-Ewropa jbigħu s-sess. Dan illum ma sarx biss fit-toroq, imma żdied u sar iktar mistur permezz tal-internet u s-social network. Geymonat kitbet li llum is-servizz jista’ jissejjaħ ċar u tond prostituzzjoni. Min jixtri s-sess hu lest li jħallas (anki leluf), għax ħafna klijenti huma ta’ klassi u għandhom professjoni. Il-projbizzjoni, skont l-awtriċi, li hawn fl-Italja, u anki firRenju Unit, Franza u d-Danimarka, fit-teorija tikkastiga lil
Il-prostituzzjoni hi ħsara lill-dinjità tal-persuna, il-persuna tintuża bħala strument għall-pjaċir sesswali u l-prostituzzjoni hi pjaga soċjali
19
min jisfrutta l-prostituzzjoni u mhux lill-prostituti, meqjusa bħala vittmi li jeħtieġu l-għajnuna. Il-famuża Liġi Merlin qed tgħin biex toħloq kundizzjonijiet ta’ sfruttament, ta’ vjolenza u profitti kriminali. Fl-Iżvezja fil-1999 saret liġi ta’ kriminalizzazzjoni tal-klijenti, liġijiet milħuqa mill-maġġoranza tal-popolazzjoni li uffiċjalment jikkundannaw kull xorta ta’ prostituzzjoni bħala vjolenza tal-irġiel kontra n-nisa. Hekk hu, fil-fatt kif spiss nisimgħu mill-qrati. L-awtriċi tammetti li minkejja kollox, il-prostituzzjoni tibqa’ moħbija iktar minn qabel u żżid dwar l-isfruttament tas-sex workers. Il-ktieb jeżamina l-qagħda ta’ xi pajjiżi, bħall-Ġermanja u l-Olanda li jħarsu d-drittijiet ta’ min ibigħ is-sess. Ir-riżultati dwar is-saħħa, il-mard u l-emarġinazzjoni naqsu. L-awtriċi tqis l-aħjar il-mudell ta’ New Zealand, li jaċċetta li s-sex workers jiffurmaw anki koperaturi legali b’kontrolli għattaxxa, is-saħħa, in-nuqqas ta’ vjolenza, eċċ.
Il-ftuħ ta’ djar għas-sex workers Imma niġu issa għall-mistoqsija tal-ġurnal fejn ilmoġġoranza huma favur. Mhix problema faċli għaliex ilkwistjoni fiha ħafna wċuħ: legali, morali, soċjali u etiċi. F’Malta nara wkoll problemi ġejjin mill-kultura u tradizzjonijiet Insara. Għalhekk mhux faċli anki għall-gvern liberali (kif rajna s’issa) jaċċetta l-ftuħ ta’ djar bis-sex workers. Irridu naraw is-sensibbiltà tal-poplu f’Malta u Għawdex. Dawn id-djar (li nafu li diġà jeżistu għalkemm mhux legalment), jispiċċaw djar ta’ rifuġju u għajnuna soċjali għal min forsi hu obbligat li jsir sex worker. Min-naħa l-oħra, hemm kontroll għas-saħħa għax illum bosta mard inkluż l-AIDS jittieħed mill-prostituzzjoni, kontroll għall-iġjene (indafa), u kontroll għat-taxxa u għall-ambjent (ġirien, eċċ). Jispiċċaw mit-toroq, imma d-dnub, avolja mistur, jibqa’. Fl-Italja kont naf lil Don Oreste Benzi, li beda l-proċess għall-beatifikazzjoni. Saċerdot qaddis, umli, sempliċi u li salva eluf ta’ nisa (Taljani u barranin) mill-prostituzzjoni blopra li waqqaf Giovanni XXIII. Madankollu, ħafna teologi u social workers Kattoliċi jridu li jsiru djar għall-prostituti. Kien għamel ħoss fl-Italja Ġiżwita li tkellem favur il-ftuħ ta’ djar-kenn għan-nisa, għattravestiti u l-irġiel sex workers, bħala monor male. Il-Gvern jistudja l-problema f’Malta Qrajt f’gazzetta lokali li l-Ministru Helena Dalli qalet li lGvern qed jistudja diversi mudelli. Id-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela staqsa jekk hux il-każ li jkun hawn briedel li jkunu regolati b’liġi. Min-naħa l-oħra, id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg għamlet distinzjoni tajba jekk hux il-każ li dawn jiġu regolati jew li tillegalizza lprostituzzjoni. Il-kliem sex industry (Abela) u trade (Buttigieg) mhux floku. Nittama li l-Gvern se jikkunsidra sewwa l-aspett morali u dak tal-etika soċjali biex naraw jekk dan hux għall-ġid komuni. Hemm bosta aspetti li jridu jiġu studjati u għalhekk hemm bżonn li ssir White Paper, wara konsultazzjoni malKnisja, mal-istituzzjonijiet u l-għaqdiet. Minn issa, dawn imisshom jibdew jistudjaw x’inhu l-aħjar għall-ġid komuni u mhux iktar ’il quddiem. Bid-diskussjoni kif xtaq il-Papa fisSinodu, nistgħu noħolqu djalogu xieraq u ekwilibrat dwar ilkwistjoni bla ma nistennew qatt barka mill-Knisja. Nissuġġerixxi lill-Gvern u lill-politiċi kollha jaraw bħala gwida l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika (it-tielet parti: sezzjoni tnejn. It-tieni kapitlu. Art 6). Il-prinċipji huma ċari għaliex il-prostituzzjoni hi ħsara lill-dinjità tal-persuna, ilpersuna tintuża bħala strument għall-pjaċir sesswali u l-prostituzzjoni hi sourge (pjaga) soċjali (no.2355). Hu dejjem dnub gravi li wieħed jipprattika l-prostituzzjoni, li bosta drabi twassal għall-pressjoni soċjali u rikatt, fost affarijiet oħra. Fin-nofs hemm il-ġieħ ta’ Malta, il-valuri tal-familja, u lħarsien ta’ drittijiet speċjalment tat-tfal u l-ġenerazzjonijiet futuri. Bħal Kristu fil-Knisja tal-Ħniena Divina tal-Papa Franġisku, qatt ma nikkundannaw lill-prostituti imma rridu naħdmu biex dawn jimxu fit-triq ta’ Kristu. Nagħmlu dejjem distinzjoni lejn il-midneb u d-dnub.
I
Il-moralità u l-ġid komuni
20
MORALITÀ U POLITIKA – (12)
d-drittijiet taċ-ċittadin għandu jgawdihom. Dak li hu tiegħu bi dritt jista’ u għandu jieħdu. L-imħabba tagħna nfusna, meta hi fil-qafas tal-liġi, il-ġustizzja u l-imħabba xierqa, hi tajba u trid tkun.
Joe Camilleri Opinjonist
Hu immorali li l-awtoritajiet politiċi, flok jaħdmu għall-ġid komuni, jaħsbu biss għall-ġid tal-ħbieb jew dawk li jappoġġjawhom politikament.
Imma l-Papa Benedittu XVI, fl-enċiklika tiegħu Caritas in Veritate (2009) ifakkarna wkoll li hemm il-ġid komuni: “Li tixtieq il-ġid komuni u li tirsisti għalih hi esiġenza mitluba millġustizzja u mill-imħabba” (Caritas in Veritate, 7). U x’nifhmu b’ġid komuni? Id-definizzjoni li jagħtina l-Konċilju Vatikan II hi klassika: il-ġid komuni hu “l-ġabra ta’ dawk il-kundizzjonijiet tal-ħajja soċjali li jippermettu kemm lill-għaqdiet kemm lillmembri wieħed wieħed li jiksbu l-perfezzjoni tagħhom aktar sħiħa u aktar malajr” (Gaudium et Spes, 26). Il-ġid komuni jolqot ukoll id-doveri tal-individwu u lillgruppi. Hekk, ngħidu aħna, l-individwu għandu jaċċetta ttrasferiment ta’ xi proprjetà tiegħu għall-użu pubbliku, proprju minħabba l-ġid komuni (Gaudium et Spes, 71), naturalment b’kumpens ġust skont iċ-ċirkustanzi. Il-familja wkoll għandha responsabbiltajiet f’dan ir-rigward bħalma hi l-edukazzjoni tal-ulied, għax minn dan jiddependi l-ġid tas-soċjetà. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jgħidilna ħafna aktar: jgħidilna li l-ġid komuni jitlob li l-individwu għandu jħallas ittaxxi (ġusti), juża l-vot biex jeleġġi l-aħjar nies possibbli li lesti li jaħdmu għall-ġid komuni, u jkun lest ukoll li jiddefendi lilloħrajn, lill-familja u lill-pajjiż (KKK 2240; 2265). Il-ġid komuni jesiġi li jinżamm l-ordni pubbliku u kulħadd jgħix fis-sigurtà. (KKK 2267). Fejn jidħlu l-mezzi ta’ komunikazzjoni, il-ġid komuni (mhux l-interessi politiċi ta’ min hu fil-poter) jista’ jitlob li aħbar tiġi mxandra imma jista’ jitlob ukoll li ma tixxandarx. Hemm ukoll il-ġid komuni universali, kif isejjaħ Il-
Il-punt hu… Richard Muscat Opinjonist
Kummenti dwar kwotazzjonijiet li laqtuni
“Il-partit irid juri lin-nies li fehem ir-raġunijiet li minħabba fihom tilef l-elezzjoni.” Dan qalu Simon Busuttil, il-Kap tal-PN, fid-diskors li għalaq il-Konvenzjoni. Hu saħaq li llum kulħadd jaf x’kienu r-raġunijiet tat-telfa kbira li ġarrab il-partit. Saru rapporti, opinjonijiet u mitt ħaġa oħra. Iżda fl-aħħar mill-aħħar, il-PN irid juri lin-nies li warrbuh mill-poter li fehem tassew dawk ir-raġunijiet li minħabba fihom il-PN twarrab. Dan narah punt fundamentali mid-diskors tassew tajjeb, mimli kontenut u ppreżentat b’mod spontanju u dirett lejn kull individwu li kien qed jisimgħu. Għax inutli li ssir taf x’kienet il-kawża tal-marda jekk ma turix lit-tabib li inti bħala pazjent fhimt u se tieħu l-miżuri meħtieġa biex tfiq. Simon Busuttil stqarr li ż-żmien fl-Oppożizzjoni m’għandux jinħela, iżda fih għandu jaħdem biex jiġbed l-ideat tannies. Niftakar tajjeb meta waqt konversazzjoni bejn Louis Galea, li kien Ministru tal-Edukazzjoni, u Michael Woods, li kien Ministru tal-Edukazzjoni tal-Gvern Irlandiż, u li jien kont preżenti bħala Ambaxxatur, kien waqa’ d-diskors fuq ilPN. Lil Louis niftakru jgħid li “kienet sfortuna li l-partit kellu leġiżlatura qasira (1996-98) għax b’hekk tilef l-opportunità li jiġġedded.” Infatti għall-pajjiż kien tajjeb li gvern Nazzjonalista reġa’ ħaddem l-applikazzjoni tas-sħubija fl-UE, iżda ma kienx ta’ ġid għall-partit. Qbilt miegħu. U ż-żmien tah raġun. Bħalma għandi fiduċja kbira li ż-żmien għad jagħti raġun lil Simon Busuttil li hu determinat li s-snin flOppożizzjoni jdawwarhom fi snin ta’ investiment politiku flinteress tal-partit u mhux anqas dak tal-pajjiż. Nifhem li l-PN ikun investa tajjeb biss u jekk jikkonvinċi li fehem x’kienu l-iżbalji li saru, u jagħmel proposti li juru biċċar li huma frott ta’ djalogu sinċier u fil-livelli kollha tas-soċjetà Maltija.
“Darba waħda bidwi ħareġ jiżra’…” Hekk tibda l-parabbola tal-bidwi li ħareġ jiżra’… Id-diskors eċċellenti ta’ Simon Busuttil fl-aħħar talKonvenzjoni tal-PN fakkarni f’din il-parabbola. Il-Kap talPN kien qed jislet uħud minn dawk l-ideat li ħarġu tul tlett ijiem ta’ diskussjonijiet u suġġerimenti. U kkummenta dwarhom. Simon kien tassew skjett u sinċier fil-pożizzjonijiet li ħa dwar uħud minn dawk is-suġġetti.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Opinjoni
Katekiżmu tal-Knisja Kattolika; dak il-ġid komuni li jolqot ilkomunità internazzjonali (KKK 1911). Dan hu hekk minħabba li l-bnedmin qed jiddependu dejjem aktar minn xulxin. Fuq livell nazzjonali, imbagħad, huwa xogħol il-komunità politika li tħares il-ġid komuni. Hawn jidħol is-sehem tal-partiti politiċi. “Il-partiti politiċi għandhom imexxu ’l quddiem dawk il-ħwejjeġ li skont il-ħsieb tagħhom, jeħtieġu għall-ġid komuni: imma qatt m’għandhom iqiegħdu l-vantaġġi tagħhom qabel il-ġid ta’ kulħadd” (Gaudium et Spes, 75). Min hu kapaċi għandu jagħti s-servizzi tiegħu fil-politika. Ukoll minħabba l-ġid komuni, liġijiet inġusti m’għandhomx jiġu obduti. Dak tal-libertà reliġjuża mhuwiex dritt bla limiti, imma jrid jitħaddem skont il-ġid komuni. Kollox jiddependi mill-għaqal tal-mexxejja politiċi (KKK 2109). Dan l-għaqal jgħodd ukoll fejn jidħlu drittijiet politiċi li għandhom jingħataw jew jinżammu skont il-bżonn veru. Biex tassew ifittex il-ġid komuni, il-politiku għandu jħarreġ etika personali, ifittex il-konverġenza f’kulma jagħmel, jappartjeni lill-massa u jkun leħen l-aktar ta’ dawk li m’għandhomx vuċi, jipprattika politika ta’ gradwalità, u jfittex il-ġid ta’ kulħadd anke tal-avversarji tiegħu. In-Nisrani, speċjalment dak li jagħżel li jservi lill-komunità bħala politiku, għandu jħaddem il-prinċipji tal-Vanġelu. Min-naħa loħra, politiċi Nsara li ma jaħdmux għall-ġid komuni skont ittagħlim soċjali tal-Knisja Kattolika, ikunu ta’ skandlu kbir għall-poplu kollu, waqt li jaqtgħu qalb dawk l-Insara ġenwini li jkunu jridu jaqdu lill-poplu fil-politika. F’dan l-isfond, għandu jingħad li hu immorali li l-awtoritajiet politiċi, flok jaħdmu għall-ġid komuni, jaħsbu biss għallġid tal-ħbieb jew dawk li jkunu jappoġġjawhom politikament. Politiċi bħal dawn ikunu qed jużurpaw is-setgħa.
Kien ikun f’waqtu kieku Simon għamilha ċara mill-ewwel li ż-żerriegħa tal-abort u l-ewtanasja waqgħet fil-ġenb tat-triq u kiluha l-għasafar. Il-PN ma jilgħabx ma’ din iż-żerriegħa. Huwa tkellem tajjeb fuq iż-żerriegħa li waqgħet fuq art tajba ħalli tkompli tiġi msoqqija u tikber fi ħdan il-PN. Bħad-djalogu, it-tfittxija għall-verità, il-korrettezza fl-imġiba politika u dik ta’ tmexxija, kontra l-klijenteliżmu, u tant żerriegħa tajba oħra li tikber b’saħħitha fil-kuntest tal-prinċipji u filvaluri politiċi u umani demokratiċi li jħaddan il-PN bħala bażi tiegħu.
“Aħbar li tixxokkja d-doppju” Hawn John Zammit kien qed jikkummenta tajjeb ħafna dwar l-istorja xokkanti li żvelat il-gazzetta il-mument l u kompliet In-Nazzjon tul il-ġimgħa. Din hija storja ta’ sfruttament u skjavitù li ħadet lill-qarrejja b’sorpriża mhux tas-soltu. Jiġifieri li jkollok fabbrika ta’ gvern barrani (Ċiniża) topera billi ġġorr ħaddiema bil-moħbi, tħaddimhom bħala skjavi bla drittijiet u tisfruttahom billi tħallashom paġi miżerabbli, tħaddimhom ħinijiet esaġeratament twal u jkunu akkomodati fi swali (dormitorji) ffullati, hija ġrajja ta’ inumanità, mistħija u ta’ kundanna liema bħalha. Huwa ta’ għajb għal Malta tagħna, pajjiż ċivilizzat, liberu u demokratiku, u membru fl-UE, li tippermetti dan l-abbuż skandaluż iseħħ bil-moħbi. John Zammit qalilna li din l-istorja tixxokkja doppjament: “bid-deskrizzjoni tal-isfruttament f’fabbrika partikulari, u tixxokkja wkoll għax din il-fabbrika tinsab f’Malta”. Il-Gvern qal li dan il-każ imur lura għall-2007, imma wara investigazzjonijiet mid-Dipartiment tal-Impjiegi u rRelazzjonijiet Industrijali ma kienet irriżultat l-ebda irregolarità. Iżda wara r-rapport ta’ il-mument tal-Ħadd li għadda jidher li f’xi żmien wara l-2007, l-affarijiet kienu qalbu għall-agħar għal dawn il-ħaddiema Asjatiċi. Allura kellna l-unions kollha ċiċċi bilqiegħda bla ma ħadu azzjoni kif kien dmir tagħhom biex l-isfruttament jieqaf? Fejn kienu l-awtoritajiet konċernati? il-mument għamel sew li żvela dan l-abbuż, anki jekk forsi seta’ kien hemm xi pressjoni biex din l-informazzjoni ma toħroġx. Iżda l-istorja ma waqfitx hawn…u wieħed jistenna li nkomplu naqraw sakemm joħroġ kollox f’isem it-tfittxija talverità.
Minn ġewwa t-torri tar-renju Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Opinjoni
Carm Mifsud Bonnici Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin
Diversi fehmu li vot lill-Gvern Laburista jfisser żieda qawwija fil-paga. Minflok illum l-affarijiet huma proprju l-kontra.
1.Il-klima politika ħadet bixra interessanti fl-aħħar jiem li beda jiltaqa’ mill-ġdid il-Parlament. Nifhmu dejjem iktar għala l-maġġoranza ma ddejqitx li taġġorna għal żmien twil fis-sajf. Il-verità hija li għall-ewwel darba u meta tikkonsidra kollox malajr, il-Prim Ministru qiegħed isib ruħu f’pożizzjoni mhux komda ħafna. Fit-torri ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja ma ħadmux biżżejjed tajjeb biex jifhmu dak li kien ġej fuqu. Għax sija l-kwistjoni taż-żieda tal-għoli tal-ħajja setgħu pprevedew kif ukoll dik marbuta mal-bini ta’ power station ġdida. Kien inevitabbli li se jaslu fuq dik il-venda. Ħasbu biss meta qamu kif għadhom għaddejjin irwiefen qawwija fi ħdan il-poplu. It-tgergir li kien qiegħed jinstema’ f’kantuniera u oħra, issa ħareġ iktar u iktar għall-beraħ.
2. Id-difiża għal dan kollu kien u għadu wieħed reazzjonarju. Attakk infami, żbaljat u mmorali fuq membri parlamentari tal-Oppożizzjoni. Nifhmu dan bis-sħiħ. Għax jekk ma tkunx l-Oppożizzjoni li tqajjem dawn il-punti allura fil-baħar politiku kollox jibqa’ kalm u staġnat. Il-linja ta’ difiża mhix dik li tagħti spjegazzjoni ċara u tara dak li l-bnedmin li qed jgħixu fuq dawn il-gżejjer qed jgħaddu minnu imma li tipprova żżomm ħalq il-membri tal-Oppożizzjoni magħluq. Il-Gvern irid jiggarantixxi l-istabbiltà tiegħu billi ma jidħolx għallproċess ta’ djalogu u kkritika li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda titlob u tippretendi li ssir. Il-politika li biha l-Prim Ministru qiegħed jiġi mpitter bħala l-kap invjolat tar-renju hija żbaljata għalkollox.
Dan hu partit li meta kien fl-Oppożizzjoni kien qal li għandu roadmap għal meta jkun fil-gvern. Din ir-roadmap s’issa donnha fiha biss toroq ma jinfdux li ma jwasslu mkien.
5. Il-Gvern kien konxju xhur ilu li b’dak li kien qiegħed jagħmel kien se jġib din il-konsegwenza. Dan barra millwegħdi li saru, huwa iktar gravi meta wieħed jara li l-gvern Nazzjonalista li tneħħa qabel kellu d-diċenza li jżomm iżżiediet ferm ogħla minn dan. Niftakru kif il-Prim Ministru attwali deherlu li għandu jdaħħal feles u sejf fuq żieda ferm differenti. Niftakru li ħass li dak li kien qiegħed jiġi stabbilit fi kriżi finanzjarja ferm iktar qawwija, diffiċli u komplikata minn dik tal-lum jimmerita li jniżżel in-nies fit-triq jipprotestaw. Il-kuntrasti huma ċari. Ċari iktar u iktar meta issa ġej b’mod dirett pożizzjoni fejn il-paga tal-ħaddiem se tiġi effettivament iffriżata. Għall-ewwel darba f’25 sena l-ħaddiem se jibqa’ fejn kien.
4. Hemm iktar f’din il-linja, il-kwistjoni taż-żieda ta’ 58ċ fil-ġimgħa bħala żieda għall-ħaddiema. M’hemmx dubju li l-
Qabel l-elezzjoni, il-Partit Laburista u l-Kap tiegħu Joseph Muscat wiegħdu lill-poplu li meta jkunu fil-gvern kienu se jibnu power station taħdem bil-gass fi żmien sitt xhur. Imbagħad xħin raw li din kienet missjoni impossibbli kienu qalu li l-power station kienet se tkun lesta sa Marzu 2015. Illum qegħdin kważi fi tmiem l-2014 u mhux talli ma bediex ix-xogħol fuq il-power station imwiegħda, talli lanqas għadna biss naraw lill-Ministru Konrad Mizzi fil-pubbliku, għaliex jistħi jwieġeb lill-ġurnalisti dwar is-suġġett tal-power station ilġdida. Suppost li kellu wkoll isir studju importanti biex jiġi assigurat li l-unit tal-ħażna tal-gass li se jsir fil-bajja ta’ Marsaxlokk ma joħloqx periklu għas-sigurtà tar-residenti talirħula tal-inħawi. Minn dawn il-wegħdi kollha ma sar xejn ħlief li taparsi sar roħs fil-kontijiet tad-dawl li hu ferm anqas minn dak imwiegħed. Sadattant, qatt ma kien hemm sena fl-aħħar snin li fiha l-poplu kellu jitqanna bi qtugħ tad-dawl għal sigħat twal. Dan hu partit li meta kien fl-Oppożizzjoni kien qal li għandu roadmap għal meta jkun fil-gvern. Din ir-roadmap s’issa donnha fiha biss toroq ma jinfdux li ma jwasslu mkien. Kif jgħid il-Malti, bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti. Id-deċiżjoni tal-poplu fl-elezzjoni li għaddiet ma tteħditx għaliex Muscat ipprova lilu nnifsu u li kapaċi jagħmel dak li wiegħed imma għax wiegħed ħafna affarijiet li l-Gvern Nazzjonalista ma wegħedhomx, għax il-PN ma jqarraqx bilpoplu. Dak iż-żmien l-Oppożizzjoni rikbet fuq ċerti deċiżjonijiet li setgħu ma ntlaqgħux tajjeb mill-poplu, u fuq kwistjonijiet li l-
PN fil-gvern seta’ għamilhom aħjar. Fir-rikba tagħhom wiegħdu kollox lil kulħadd, imbasta jiskbu l-poter, imbagħad wara naraw! Dan hu l-istil ta’ politika li qed jadotta l-Partit Laburista ta’ Muscat. Għad irridu naraw xi skuża se jsibu Joseph Muscat u Konrad Mizzi meta jasal Marzu 2015 u minflok naraw power station ġdida taħdem bil-gass, nistgħu nsibu ma’ wiċċna aktar ġranet mingħajr is-servizz essenzjali tal-elettriku minħabba ppjanar ħażin minn dan il-Gvern. Biex jikkumplimenta lil Konrad Mizzi għas-suċċess li qed jagħmel fil-qasam tal-enerġija, il-Prim Ministru tah promozzjoni u għamlu wkoll Ministru tas-Saħħa biex dik l-enerġija tgħaddi wkoll fl-isptarijiet tagħna. U x’qed naraw? More of the same, kif jgħidu l-Ingliżi. Minkejja li l-Ministru issa għandu segretarju parlamentari biex jgħinu, is-sitwazzjoni fil-qasam tas-saħħa għadha ma tjibitx. Issa dan l-aħħar smajna bl-idea li lpoplu jibda jħallas assigurazzjoni dwar saħħtu ħalli dak li jingħata b’xejn mill-isptar tal-gvern jibda jieħdu mill-isptarijiet privati, jekk ikun qed iħallas din l-assigurazzjoni. Mela dan ifisser li l-ħsieb tal-gvern hu li indirettament jintroduċi l-ħlas għas-servizz tas-saħħa taħt forma oħra, minkejja lħafna wegħdi li ġie bihom qabel l-elezzjoni. Il-PN mhux kontra li jkun hemm xi tip ta’ assigurazzjoni dwar is-saħħa. Iżda din għandha tikkumplimenta dan is-servizz u mhux titqies bħala soluzzjoni biex jissolvew il-problemi. M’għandu qatt jidħol xi kunċett li b’xi mod jista’ joħloq żewġ livelli ta’ servizzi tassaħħa. Min ma jiflaħx iħallas għandu d-dritt li jkollu servizz ta’ livell għal saħħtu daqs wieħed li m’għandux il-mezzi biex iħallas għal assigurazzjoni għal saħħtu.
Enerġija trasparenti Opinjonist
Gvern ilu jaf biha u ma sabhiex ma’ wiċċu. Seta’ ħadem minn qabel biex jibdilha iżda ħallieha għall-aħħar u issa qiegħed jiffaċċja l-kritika. Dan huwa gravi għax il-Partit Laburista tela’ fil-Gvern bl-għajta li issa s-salarji tal-ħaddiema kienu se jsiru tajbin daqs ta’ pajjiżi Ewropej oħra. Smajnieha diversi mumenti msemmija. Ma’ kull Baġit, ma’ kull diskors marbut mal-klassi tal-ħaddiema, din il-frażi, dan il-messaġġ kien joħroġ ċar. Diversi fehmu li vot lill-Gvern Laburista jfisser żieda qawwija fil-paga. Minflok illum laffarijiet huma proprju l-kontra.
6. Dan jista’ jkun li m’għandux relevanza għal min issa għalaq lilu nnifsu fit-torri ta’ Kastilja. Iżda għall-klassi talħaddiema, għal min qiegħed minn taħt, dan għandu. Għandu direttament fl-ammonti u issa jkollu l-effett negattiv l-ieħor li l-mobilità tonqos u l-valur fis-suq tax-xogħol jinżel fiddinamiċità tiegħu. Ħaddiem se jsibha iktar diffiċli biex jidħol fid-dinja tax-xogħol jekk mhux b’kundizzjonijiet dettati minn suq wieqaf. Mhux biss se jkollu iktar komplikazzjonijiet biex jipprova jinnegozja pakketti ta’ salarji differenti. Li huwa żgur hu li tul is-sena li ġejja pajjiżna se jara tnaqqis ieħor filkamp ekonomiku li jolqtu l-ewwel lill-ħaddiem u dawk li huma minn taħt. Dan iktar u iktar meta minn dak li qed nifhmu ż-żiemel tal-battalja tal-Gvern se jkun kif jaqla’ ’l barra dawk li jirreġistraw. Hawn issa żvilupp iktar komplikat. Żgur mhux forsi min qiegħed minn taħt se jibqa’ iktar hemm. Mhux biss imma iktar ċert li min qiegħed ġewwa t-torri tarrenju se jinteressah iktar kif ma jgħidx u ma jiffaċċjax ilverità tal-istat attwali tal-affarijiet u minflok iħares li jipperswadi n-nies kemm kollox huwa tajjeb.
3. Il-kwistjoni tal-power station u dak kollu marbut magħha laqtet lil diversi persuni li qegħdin jifhmu biċċa biċċa dak li mhuwiex ċar fiha. Anzi agħar minn hekk għaddemokrazija tagħna hemm iktar evidenti li l-proċess ta’ trasparenza u verità li mhumiex jiġu prattikati kif għandhom u kif pajjiż daqshekk żviluppat bħal tagħna jimmerita. Għax il-mekkaniżmu tal-amministrazzjoni qiegħed flok jersaq u jressaq għad-dawl dak li għandu u dak li sar, qiegħed minflok jinħeba. Kull min imexxi pajjiż, poplu, jaf li għandu dmir li jagħti stampa ċara u jispjega biċċa biċċa dak li għamel. Ħadd ma jippretendi l-perfezzjoni però nippretendu li l-verità tingħad. Il-poplu għandu dritt li jsir jaf il-verità u ħadd ma għandu jċaħħadhielu.
Mario Rizzo Naudi
21
‘L-edukazzjoni l-ewwel… edukazzjoni aqwa…’ 22
Rebecca Micallef Kandidata PN Elezzjonijiet Lokali
Is-settur tal-edukazzjoni fil-politika tal-Gvern Laburista ġie l-ewwel… mhux biex isir aqwa iżda sab ruħu l-ewwel fil-mira ta’ taxxi indiretti.
D
an huwa kliem mill-manifest elettorali tal2013 tal-Partit Laburista, kliem li jqanqal ċerta tama fin-nies, u li jimplika wegħdi ċari. Illum, sena u seba’ xhur wara li lPartit Laburista ngħata l-mandat biex jiggverna, inħarsu lura lejn il-manifest u filwaqt li naqraw ilħafna wegħdi li kien għamel il-Partit Laburista biex jikseb il-fiduċja tan-nies, nibdew nistaqsu x’sar minnhom dawn il-wegħdi. Intesew? Jew forsi kien biss paroli dak u li qatt ma kien hemm il-ħsieb li jitwettaq?
Gvern li jaħrab mit-tweġibiet Diversi mistoqsijiet jiġu f’moħħ il-persuna li tħares lura lejn il-manifest elettorali tal-2013 tal-Partit Laburista iżda dawn il-mistoqsijiet m’hemmx min iweġibhom. Dawk li suppost qegħdin iwieġbu dawn id-diversi mistoqsijiet, qegħdin jagħżlu li jew ma jweġbux il-mistoqsijiet kompletament, inkella jaraw xi skuża se jsibu biex jiġġustifikaw il-fatt li dawn il-wegħdi sfaxxaw fix-xejn.
Wegħdiet fl-edukazzjoni li taru mar-riħ Is-settur tal-edukazzjoni hu wieħed importanti ferm għal kull soċjetà u huwa d-dmir ta’ kull gvern li jieħu ħsieb biex ikompli jibni fuq it-tajjeb li tkun għamlet l-amministrazzjoni preċedenti u li jkompli jsaħħaħ dan is-settur bilfatti u mhux biss bil-paroli. Dan il-gvern kien qalilna biex niġġudikawh fuq il-fatti u llum għandna diversi fatti fuqiex niġġudikawh! L-amministrazzjoni preċedenti, fost diversi proġetti li wettqet, wettqet il-proġett tal-bini ta’ skola ġdida kull sena. Dan biex l-iskejjel ikunu moderni, attrezzati bl-aħħar teknoloġija u jkunu ta’ ambjent aħjar għall-istudent. Issa li dan il-gvern jinsab biss ħames xhur bogħod milli jagħlaq sentejn fil-gvern, il-poplu għandu dritt ikun jaf x’sar
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Opinjoni
minnu dan il-proġett u l-poplu ma jridx jisma’ aktar skużi. Il-famuż proġett tal-‘one tablet per child’ ukoll tilef ittriq u żvija mir-roadmap li qabel l-elezzjoni dan il-Gvern kien tant għajjat biha. Ir-roadmap intilfet, jew forsi ma eżistiet qatt u dan il-proġett ġie pospost għas-sena 2016.
Taxxi indiretti fuq l-istudenti u l-ġenituri L-aħħar aħbar fir-rigward tas-settur tal-edukazzjoni kienet dik taż-żieda fil-miżati tal-MATSEC. Huwa dan ilmod li bih il-Gvern irid idaħħal il-flus? Billi jpoġġi f’riskju l-futur ta’ kull żagħżugħ u żagħżugħa? Dan ilGvern kien wiegħed li jkompli jinvesti fis-sistema talistipendji li huwa fattur importanti ħafna f’dan is-settur iżda meta wieħed jagħmel daqsxejn kalkoli, malajr jinduna li l-Gvern, għalkemm ma naqqasx l-istipendji, qed idaħħal taxxi indiretti f’dan is-settur u qed jitfa’ piż enormi fuq ilġenituri. Id-differenza fil-miżati hija waħda pjuttost drastika meta wieħed iqis li għal student li se jagħmel żewġ eżamijiet f’livell avvanzat u erbgħa f’livell intermedju, iżżieda hi ta’ €42.91, u dan jekk iż-żewġ eżamijiet f’livell avvanzat ma jkunux tal-kimika u l-bijoloġija, għaliex f’dak il-każ iż-żieda tkun ta’ €68.93. Meta wieħed ikun se jagħmel għaxar eżamijiet f’livell ordinarju, iż-żieda hi ta’ €73.55. Din iż-żieda fil-miżati ma turi xejn ħlief taxxa indiretta għall-ġenituri fis-settur tal-edukazzjoni. Hekk kif wieħed jaqbad il-manifest elettorali tal-2013 tal-Partit Laburista, jista’ jinnota li s-settur tal-edukazzjoni jinsab l-ewwel wieħed fil-lista u fil-politika tal-Gvern Laburista dan is-settur verament ġie l-ewwel iżda ma ġiex biex isir aqwa iżda sab ruħu l-ewwel fil-mira ta’ taxxi indiretti. Il-Gvern għandu jittratta dan is-settur ferm aħjar u għandu jara li aktar ma jgħaddi żmien, aktar iż-żgħażagħ ikomplu bl-istudju tagħhom u hekk verament ikollna ‘edukazzjoni aqwa’!
Nemmen fil-Partit Nazzjonalista (1) Edwin Vassallo
Partit miftuħ ifisser li persuni ta’ ideat differenti jkunu kapaċi jargumentaw flimkien u waqt it-teħid tad-deċiżjoni, tintrefa’ r-responsabbiltà u tittieħed deċiżjoni għall-ġid kollettiv.
Nemmen fit-tolleranza, fid-diversità u l-inklużjoni Nemmen fil-Partit Nazzjonalista. Partit li jemmen fillibertà li temmen fit-tolleranza lejn id-diversità, fejn persuni ta’ ideat differenti kapaċi jgħixu u jaħdmu flimkien, fejn it-tolleranza tad-diversità hija valur. Fejn ħadd ma għandu dritt li f’isem il-liberaliżmu jgħid dan ma jistax jgħix hawn jew jgħid dawn biss jistgħu jkunu hawn. Nemmen f’partit fejn persuni li jemmnu f’ideat differenti jistgħu tassew jaħdmu flimkien għall-ġid ta’ soċjetà. Nemmen fil-PN bħal partit li jemmen fl-inklużjoni u dak li huwa kapaċi jwettaq f’daru mill-Oppożizzjoni jkun jista’ jwettqu fil-pajjiż meta jkun fil-Gvern. Ħadd ma għandu jimponi fuq ħadd; għandna nemmnu fil-libertà bħala valur, għax jekk le, din tkun falza. Nemmen fil-libertà responsabbli iżda mhux libertà individwalista li tagħmel kapital mill-egoiżmu .
Nemmen fil-libertà Bħala Nisrani fil-politika, nemmen li persuna li ma taqbilx mal-viżjoni ta’ kif jien nara l-ħajja, għandha dritt bħali li taħdem għall-ġid ta’ soċjetà u tkun fi ħdan il-PN daqskemm għandi dritt naħdem jien. Nemmen fil-libertà ta’ dak li ma jaqbilx miegħi u lest li nagħmel minn kollox biex huwa jkollu l-istess drittjiet bħali u jien bħalu. Il-PN mhux razza esklussiva ta’ nies, iżda partit politiku miftuħ għal ideat differenti; għandu listatut tiegħu li jgħid li bħala partit iħaddan valuri demokristjani iżda dan il-prinċipju ma jagħmilx lill-partit każin magħluq tal-Kristjani. Bil-kuntrarju, bħala partit jemmen fil-prinċipji demokristjani u għalhekk huwa partit miftuħ għaliex dawn huma valuri umani li jemmnu fil-lib-
ertà u fit-tolleranza. Nemmen fil-libertà mhux tiegħi biss iżda wkoll ta’ dak li ma jaqbilx miegħi. Lest li naħdem biex min ma jaqbilx miegħi, ikollu l-istess drittijiet bħali. Ma nemminx flesklussività jew li nwarrab li min ma jaqbilx miegħi.
Il-PN… huwa partit miftuħ Bl-iktar mod sempliċi nippreferi ngħid “nemmen fil-PN li huwa partit miftuħ”. Il-Kap Simon Busttil iħobb jgħid: “il-PN huwa partit sekulari, huwa partit miftuħ”. Nifhem x’qed jgħid u naqbel miegħu għall-istess raġunijiet li stqarrejt. Nemmen li l-PN huwa partit sekulari iżda konxju wkoll li aktar minn qatt qabel, u għada aktar mil-lum, ċerti kelmiet saru diffiċli jintużaw għaliex jistgħu jfissru differenti. Meta tgħid partit sekulari, wieħed jista’ jifhem ħafna affarijiet u żgur li se jagħti l-aħjar interpretazzjoni skont lesperjenza tiegħu jew kif jifhimha hu. Għalhekk nippreferi ngħid “nemmen fil-PN bħala partit miftuħ”. Dan ifisser li ħadd m’għandu jaħseb li jkollu xi preferenzi jew predominanza. Partit miftuħ ifisser li persuni ta’ ideat differenti jkunu kapaċi jargumentaw flimkien u waqt it-teħid tad-deċiżjoni, tintrefa’ r-responsabbiltà u tittieħed deċiżjoni għall-ġid kollettiv. Nifhem li kull deċiżjoni tittieħed demokratikament. Kull persuna għandha dritt li tieħu deċiżjoni skont il-kuxjenza tagħha. Hekk għandu jsir iżda mhix tolleranza jekk jien jew oħrajn għaliex jixhdu dak li jemmnu fih bħala Nsara fil-politika, xi ħadd jista’ jinstema’ jgħid li ma nistgħux niddeċiedu bil-kuxjenza tagħna. Il-PN bħala partit miftuħ irid ikun tassew partit favur ittolleranza ta’ ideat differenti... fuq kollox, għalhekk huwa meqjus bħala partit miftuħ.
Enerġija ġdida Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Opinjoni
Alessia Psaila Zammit Kandidata PN
Lill-PN se noffrilu enerġija ġdida biex flimkien nerġgħu nagħmluh il-partit tan-nies.
I
lqajt l-istedina tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil biex nikkontesta kemm l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi s-sena d-dieħla kif ukoll l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Dan għamiltu għax nemmen li huwa f’dan il-mument li l-partit u l-pajjiż l-aktar li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ enerġija ġdida u demm ġdid. Dan hu mument ta’ sfidi kbar għall-PN. Simon Busuttil qed jerġa’ jibni aspetti tal-PN mill-ġdid. Mhix faċli – dan partit li għamel kważi 25 sena fil-Gvern u tilef l-aħħar elezzjoni generali b’distakk qawwi. Wara l-kisbiet kbar li l-PN għamel għal pajjiżna wasal żmien li l-poplu ma riedx jaf bih aktar. Il-poplu ried bidla – min riedha biex ikun bidel, min twebbel li mil-Labour ‘se jakkwista’ u minn dawn kienu ħafna, oħrajn ħassewhom diżappuntati u mweġġgħin bil-PN; għalhekk riedu jibagħtuh fl-Oppożizzjoni biex iġedded lilu nnifsu. Kemm ilu Kap tal-Partit, Simon Busuttil qed jagħmel ħiltu biex jerġa’ jagħmel mill-PN partit tan-nies. Partit li jimpurtah mill-ħtiġiet u l-aspirazzjonijiet tan-nies; partit tan-nies għax ifassal il-politika tiegħu fuq il-ħtiġiet u laspirazzjonijiet tan-nies. Mhix triq faċli – għaliex il-fiduċja ma tintrebaħx lura mil-lejl għan-nhar. Iżda jien u l-kandidati l-ġodda determinati li f’dan il-mument ta’ sfidi nagħtu kontribut sħiħ biex ngħinu lill-PN isir il-vuċi u lpartit tan-nies. Ikun komdu li f’dan l-istadju ta’ sfidi kbar għall-PN noqgħod inħares minn barra iżda nħoss li d-dover jitlob minni li nkun protagonista u mhux spettatriċi. Mill-esperjenza li għandi fl-istrutturi tal-partit, fuq bażi lokali, filKumitat Sezzjonali tas-Siġġiewi, fis-soċjetà ċivili għal numru ta’ snin bħala uffiċjal u President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll bħala avukat u ġurnalista, inħoss li għandi x’nikkontribwixxi lill-PN u lil pajjiżi. Se nkun qed nikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, fejn qattajt iż-żgħożija tiegħi u fejn għadha tgħix familti. Se nikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali fuq isSitt Distrett elettorali, jiġifieri Ħal Qormi fejn qattajt tfuliti, is-Siġġiewi fejn qattajt żgħożiti, u Ħal Luqa fejn ir-
raġel tiegħi, Frank, trabba u kien ukoll kunsillier f’din illokalità. Din ir-rabta diretta ma’ dawn il-lokalitajiet tagħtini l-enerġija biex naħdem mill-qalb f’kull lokalità fejn se nkun kandidat għaliex ir-relazzjoni tiegħi ma’ dawn l-irħula hija iktar profonda minn sempliċement relazzjoni marbuta ma’ kandidatura. F’kull wieħed minn dawn l-irħula għandi memorji sbieħ , stejjer li għext mal-komunitajiet tagħhom u qraba u ħbieb li r-relazzjoni magħhom inbniet b’mod ġenwin. Issa wasal iż-żmien li nagħti servizz politiku lill-familji Qriema, Siġġiwin u Luqin. Determinata li nkun viċin tagħhom – determinata li nwassal il-vuċi tagħhom fl-ogħla livelli tal-Partit. Fl-aħħar ġimgħat bdejt indur id-djar tal-familji fis-Sitt Distrett. Bdjet nisma’ l-uġigħ ta’ Nazzjonalisti li jħossu li l-Partit weġġagħhom; l-uġigħ ta’ min ħass li għall-ewwel darba jista’ jafda il-Labour u issa jħossu diżappuntat u luġigħ ikkawżat minn realtajiet diffiċli tal-ħajja bħal mard u sfidi li jiffaċċjaw il-familji. Qed niltaqa’ wkoll ma’ Laburisti ġenwini li għalkemm ta’ fehma politika differenti, qed nitgħallem mingħandhom ukoll. Qed niltaqa’ wkoll ma’ esperjenzi sbieħ – ġenituri ferħanin għax uliedhom se jiggradwaw ftit tal-ġimgħat oħra, ma’ koppji żgħażagħ iffukati fuq is-suċċess fil-karriera tagħhom u fuq l-aspirazzjoni li jibnu familja u ma’ stejjer ta’ suċċess fix-xogħol, fin-negozju u fl-oqsma l-oħra ta’ ħajjitna. Wara kull bieb li nħabbat hemm familja li għandha l-ħtiġiet u l-aspirazzjonijiet tagħha – is-sehem tiegħi se jkun li ngħinhom mill-aħjar mod li nista’ bl-enerġija u b’ħidma mill-qalb. Qed inħares lejn iż-żmien li ġej b’entużjażmu għaliex nemmen fl-iskop li għandu l-PN li jwettaq politika li tirrifletti l-aspirazzjonijiet u l-bżonnijiet tan-nies u ta’ pajjiżi. Se naħdem, flimkien mal-kandidati u d-deputati tad-distrett għax f’dan il-mument il-partit tagħna jeħtieġ tim ta’ nies li jiġbdu l-istess ħabel. Dan hu żmien ta’ sfidi għallpartit tagħna, iżda żmien sabiħ ukoll. Lill-PN se noffrilu enerġija żagħżugħa u ġdida biex flimkien nerġgħu nagħmluh il-partit tan-nies.
l-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Gvern Malti jispjega nuqqasijiet fil-Baġit tiegħu. Ma’ Malta hemm erba’ pajjiżi oħra – l-Italja, Franza, is-Slovenja u lAwstrija – li jidher li se jiksru r-regoli tal-UE. IlGvern qal li ma jafx b’din il-problema, iżda lerbgħa l-oħra jafu. Li gvernijiet Laburisti fl-istorja Maltija bl-iskuża ta’ Malta l-ewwel u qabel kollox ħammrulna wiċċna mal-barranin diġà nafuha. Madankollu, illum mhux se mmur lura fil-passat nirrakkonta kif u meta Malta waqgħet għaż-żuffjett fil-komunità internazzjonali tort tal-kutrumbajsi frott lopportuniżmu ġeopolitiku tal-Gvern Malti li jqabbel fejn jaqbillu u jinsa r-regoli kollha tal-irġulija. Insemmi biss laspettattivi kbar li għandhom għax Joseph Muscat meta Malta tieħu l-Presidenza tal-UE se jkun l-iżjed President żagħżugħ! L-ekonomisti iżda moħħhom fis-serjetà tal-ekonomija Maltija. Kemm daħku bl-għajta ‘Finanzi fis-Sod’ u kien jarawha qerq biex tgħatti l-qerq u l-korruzzjoni! Biex issa min tkaża waqa’ fil-każa. Il-kwistjoni finanzjarja tabilħaqq hi kruċjali aktar u aktar fi żmien ta’ inċertezza kbira internazzjonali. Ripetizzjoni tal-kriżi finanzjarja ta’ ftit snin ilu hi dejjem wara l-bieb u huma bosta l-ekonomisti li jiktbu f’The Financial Times, l-Economist u oħrajn li jsostnu kemm għadna ma tgħallimniex biżżejjed mill-kriżi ta’ dawk is-snin. Joseph Muscat iżda, kollox jaf u kollox jifhem. Min jaf, tgħid sakemm Malta tieħu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea hu se jkun daħħalna fil-klabb tal-pajjiżi morda ekonomikament fl-Ewropa? Insemmi xi wħud. Franza, li għandha problemi kbar taħt il-President Soċjalista Hollande b’investiment dejjem nieżel, fabbriki
jagħlqu u ħerġin ’il barra minn Franza, inflazzjoni qawwija u President bl-inqas appoġġ fl-istħarriġ tal-fehma pubblika għal dawn l-aħħar deċennji. L-Italja, f’qagħda mwiegħra fejn reġjuni bħal Sqallija, Kalabrija u Campagna għandhom qgħad fost iż-żgħażagħ li jlaħħaq għal 50% u aktar. Inkredibbli taħseb kif pajjiż jista’ jieħu r-ruħ meta ż-żgħożija hi demoralizzata. Mhux ta’ b’xejn li Matteo Renzi qed jieħu r-riformi bis-serjetà li qed jibdew joqorsu u qed ikollu jiffaċċja voti ta’ fiduċja fil-parlament Taljan, wieħed wara l-ieħor. Is-Slovenja mbagħad, hi pajjiż fallut minħabba tberbiq esaġerat. Nistaqsu, Joseph Muscat se jdaħħalna fil-klabb tal-pajjiżi morda? Pajjiżi bħall-Irlanda, il-Greċja u Spanja kellhom problemi kbar biex ikollhom baġit bilanċjat li jerġa’ jixħet ’il quddiem l-ekonomija u bil-mod il-mod b’sagrifiċċji kbar qed jirnexxilhom għalkemm b’pass wieħed falz jistgħu wkoll jitilfu kollox għax għadhom dgħajfin. X’għamlu dawn il-pajjiżi biex il-finanzi tagħhom ġew fis-sod? Għamlu eżatt l-oppost ta’ dak li qed jagħmel illum il-Gvern Malti! Dawn il-pajjiżi kellhom jgħaddu minn sagrifiċċji kbar fejn tnaqqset in-nefqa pubblika u trażżan l-indħil tal-Gvern. Ħadmu biex naqqsu l-ħaddiema li jiddependu fuq iċ-ċivil għall-ħobża ta’ kuljum tagħhom, għażlu investiment li jkun fi ħwejjeġ pożittivi u mxew skont il-gwidi tal-UE. Iżda Malta, il-Gvern reġa’ tefa’ ħarstu fuq iċ-ċivil, b’ħafna ħaddiema ‘Tagħna Lkoll’ li se jkunu piż kbir, li x’aktarx isallab lillpajjiż u li se jdaħħalna fi sqaq għax viżjoni enerġetika u strateġika m’hemmx, ħlief waħda: kif ‘Tagħna Lkoll’ ipappuha. Nagħmlu mħatra? Meta Malta tieħu l-Presidenza tal-UE, il-Gvern Malti jkun laħaq daħħalna fil-klabb tal-morda.
It-tbeżbiża minn Brussell Ivan Bartolo
Kandidat PN Elezzjonijiet Lokali
Il-kwistjoni finanzjarja tabilħaqq hi kruċjali aktar u aktar fi żmien ta’ inċertezza kbira internazzjonali.
23
I
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Ittri lill-Editur
24
L-Istitut tal-ICT fl-MCAST għan-niżla Ġejna l-aħħar xi tliet darbiet Tiftakruh lil Joseph Muscat jgħid li jrid jagħmel lil Malta laqwa fl-Ewropa? Il-fatt hu li ilna x-xhur nispiċċaw l-aħħar fost kulħadd. F’ġimgħa waħda biss (bejn l14 u t-18 ta’ Ottubru 2014) spiċċajna l-aħħar fi tliet setturi importanti: 1. L-esportazzjoni reġgħet naqset. Din id-darba 10%. 2. L-importazzjoni kkrollat b’24%. 3. Il-produzzjoni industrijali wkoll naqset. Issa b’7%. Dan hu tnaqqis saħansitra agħar minn tal-Greċja. Muscat ferħan jiftakar li mexjin ’il quddiem. Dik tgħodd biss għal tal-qalba! Mario Borg Il-Ħamrun
Mhux billi t-tmexxija talMCAST dejjem tkun pronta tikteb fuq dak li jkun deher filgazzetti Nazzjonalisti, ċerti affarijiet fl-Istitut tal-ICT sejrin ħażin u dak fatt. Pereżempju l-lecturers qegħdin taħt pressjoni żejda, il-klassijiet huma numerużi wisq (30 flok 20 student) u ħaġa ta’ għajb l-għalliema qed jingħataw messaġġ biex ma jirrikorrux għand l-MUT. In-numru ta’ kompjuters mhux biżżejjed u l-istudenti ntalbu jieħdu l-laptops tagħhom. Mela dawn iddaħħlu fi spiża żejda ta’ kompjuter u software. Kien hemm każi fejn studenti ntbagħtu d-dar għax ma kienx hemm lecturers jew għax il-lecturers ma kellhomx biex jaħdmu. Dan kollu qed idejjaq lillistudenti. Diġà hemm min qed jaħsibha jitlaqx mill-kors. Filkompetizzjoni li ssir barra minn Malta għall-istudenti talICT din is-sena waqajna lura minkejja li fis-snin ta’ qabel
konna nkunu minn tal-ewwel. Imma għal min imexxi flMCAST kollox miexi b’mod trankwill u kalm! Nistennew u naraw x’inhu ġej fiż-żmien li ġej Nagħma In-Naxxar
dar imbagħad wara jittieħed lejn Malta. Affarijiet li ma jitwemmnux! Anki l-MUMN esprimiet iddubji tagħha dwar kemm aħna mħejjijin għal dak li jista’ jinqala’. Iżda s-Segretarju Parlamentari reġa’ assigurana għax qalilna li l-ilbies protettiv li jista’ jkollhom bżonn il-ħaddiema tas-saħħa kien bagħat għalih bil-courier urġenti. Aħjar tard milli xejn! M. Agius Raħal Ġdid
Serq ta’ art Ippreparati? u ta’ elettriku Issa ilna x-xhur nisimgħu
bit-theddida tal-Ebola. Iżda minkejja li s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa ilu li serrħilna rasna li ninsabu ppreparati, jidher li l-affarijiet mhumiex daqshekk f’posthom. Dan l-aħħar, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qam paniku sħiħ meta kien hemm każ suspettat ta’ din il-marda. Il-ħaddiema (tobba, infermiera u oħrajn) skoprew li ma kellhomx biex jaħdmu. Meta qalu b’dan lil min imexxi, qalulhom biex lill-pazjent jibagħtuh id-
Dwar il-kmamar illegali flArmier, Joseph Muscat, jekk ma tridx Prim Ministru ta’ Malta, qal li ma tistax tħalli lil min jiġi jgħidlek li qed jisraq id-dawl għax il-Gvern ma jridx jagħtih il-meter. Skużi, lil min jgħidlek li qed jisraq id-dawl tellgħu l-Qorti u agħmel mezz li ma jibqax jisraq id-dawl. Iżda ftakart li Muscat diġà ta amnestija lil min xaħħam biex ibagħbsulu l-meter biex jaqra anqas fejn jidħol konsum.
Mela qed jiġri li fir-realtà min abbuża se jibqa’ fuq l-art li okkupa, la titlu ta’ xejn, u issa se jkollu smart meter ukoll. Xi jridu iżjed? Din l-attitudni tal-Gvern qed turta bil-kbir lil kull min hu onest. Anzi, qed titfa’ dubji fuq kemm jaqbel li tkun onest. Frans Farrugia Tas-Sliema
L-iżveljarin ta’ Muscat Fil-kampanja ta’ Joseph Muscat qabel l-elezzjoni, dwar il-kontijiet tal-elettriku kien ipprova jirredikola lproposta ta’ Lawrence Gonzi tar-roħs fit-tariffi matul illejl. Biex idaħħak, kien qal li Gonzi kien se jqassam liżveljarini biex inqumu nixegħlu l-magni tal-ħasil billejl. Issa l-iżveljarin kellu bżonnu hu għax skappalu ż-żmien li fih kien wiegħed li se jibni power station ġdida. Aktar minn hekk, issa donnu li lgvern Laburista miexi lejn dik il-proposta wara kollox. J. Tabone San Pawl il-Baħar
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Ittri lill-Editur
Taħwid fl-Air Malta
Lura f’Marzu 2013, l-Air Malta kienet fl-aqwa tal-isforzi biex tirranġa l-pożizzjoni finanzjarja tagħha skont kif maqbul mal-UE. Wara ftit, il-Gvern ġdid Laburista beda litteralment ibagħbas fit-tmexxija tagħha. Tajjar lil min deherlu u laħħaq lil min għoġbu. Qam taħwid kbir. Fi żmien 18-il xahar biss kellna tliet kapijiet eżekuttivi. Fit-top management tpoġġew nies mhux kompetenti. Postijiet oħra ta’ tmexxija tħallew vakanti. IċChairperson il-ġdida ma riditx li Louis Giordmaina, dak iżżmien Kap Eżekuttiv jattendi l-laqgħat tal-Bord. Giordmaina telaq.
25 Dawk li jappartjenu għal ‘Malta Tagħna Lkoll’ bdew jaħtfu l-impjiegi u l-promozzjonijiet, uħud minnhom mhux ġustifikati u mhux produttivi. Issa dawn kienu jikkritikaw lil Peter Davies għax qalu li nefaq flus fuq uniformijiet ġodda (spiża ta’ darba). F’sitwazzjoni bħal din, ilfinanzi tal-kumpanija bilfors imorru lura. F’sitwazzjoni kaotika bħal din kien naturali li l-laqgħat li kienu jsiru regolarment bejn ilmanagement u l-ħaddiema ma jsirux aktar. Issa l-familji ħabrieka Maltin u n-negozji żgħar li jħobb isemmi Joseph Muscat iridu jagħmlu tajjeb għal dan kollu. Dan barra li dan ma jawgurax tajjeb għat-turiżmu u dawk kollha li jaħdmu fih. Joe Camilleri Iż-Żejtun
L-Enemalta għandha xi tbigħ!
L-Enemalta mhix falluta. Għandha assi kbar xi tbigħ. Minn power station, artijiet f’pożizzjonijiet mill-aqwa fosthom fuq il-Port il-Kbir,
Studenti, faqar u Soċjaliżmu
proġetti ta’ inġinerija, mini taħt l-art, faċilijiet kbar ta’ ħażna, eċċ. Fil-fatt dal-Gvern biegħ ilpower station ġdida u effiċjenti tal-BWSC għal 300 miljun ewro liċ-Ċiniżi u issa baxx baxx issellef 80 miljun ewro biex xtara l-kumpanija li tagħmel profitt, il-Petroleum Division mingħand lEnemalta biex ikun jista’ jissussidja r-roħs fl-elettriku. Bil-gideb dwar iż-żejt u dwar il-kontijiet tad-dawl u lilma, Muscat rebaħ l-elezzjoni iżda issa din il-kwistjoni kollha qed iddur kontrih. Issa qed ikollu jgħawweġ aktar il-verità u jmur kontra dak li kien wiegħed hekk kif qed jirrikorri għall-ħabi biex jostor id-dnub oriġinali! F. Caruana Il-Marsa
Ftit ilu, il-Gvern ħareġ jiftaħar li għen lill-istudenti għax żiedhom ftit ċenteżmi ta’ ewro fl-istipendji. Issa faqqgħalhom żiedet ibsin fil-ħlasijiet għall-eżamijiet tal-MATSEC. Żdiedu wkoll il-ħlasijiet fejn isiru eżamijiet tal-prattika. Dan kemm fil-livell ordinarju, kif ukoll f’dak avvanzat. Żdiedu wkoll il-ħlasijiet għal dawk li jitolbu l-istampar mill-ġdid tar-riżultati, dawk li jkunu jridu kopja taċċertifikat tal-passat, kif ukoll għal dawk li japplikaw tard għal xi eżami. Insomma, is-Soċjaliżmu ta’ Joseph Muscat jispikka fejn jidħlu wlied il-ħaddiema, u dan meta wieħed jiftakar x’kien wiegħed qabel l-aħħar elezzjoni li kien se joffri edukazzjoni aqwa lill-istudenti Maltin u Għawdxin. U qed insemmi lil ulied ilħaddiema, għax huma jkunu li jħossu ħafna dawn iż-żidiet. Ch. Farrugia Il-Mosta
Ħaddiema tal-BOV
Il-ħaddiema tal-BOV jinsabu mifrudin dwar liema union se tirrappreżentahom. Il-ftehim kollettiv ilu li skada u kollox jinsab wieqaf. Pereżempju Miguel Borg, lAssistent taċ-Chairman Cassar White, ingħata żieda ta’ 13,000 ewro fis-sena. Iva, żieda ta’ 1,083 ewro fix-xahar. Pereżempju Horace Laudi, f’inqas minn sena, ingħata promozzjoni oħra. Din id-darba għal Executive Head 2. Nappella lill-ħaddiema jrabbu l-għaqal. Kieku baqgħu magħqudin kif kienu qabel, kieku l-ftehim kollettiv ġdid probabbli li diġà lest bi gwadann għal kulħadd. Il-Proletarju Il-Ħamrun
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Maratona
27
L-ispirtu tal-Milied fil-qofol tal-Maratona tal-PN – Robert Cutajar
Christmas Markets fit-tliet sulari tad-Dar Ċentrali matul l-erbat ijiem tal-Maratona
L-ispirtu tal-Milied se jkun il-qofol tal-maratona ġbir ta’ fondi li se jorganizza l-Partit Nazzjonalista fil-5, 6, 7 u 8 ta’ Diċembru hekk li din is-sena se jinbidel il-kunċett ta’ kif tittella’ din l-attività. Għalhekk, il-Partit mar għal idea li jagħmel Christmas Market fejn tliet sulari sħaħ tad-Dar Ċentrali se jinbidlu fi Christmas Markets li se joffru attrazzjoni għall-familja kollha. Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar li qed jikkordina l-maratona li issa se tkun daħlet fil-15-il edizzjoni tagħha, qal dan f’intervista ma’ ilmument dwar il-Maratona Ġbir ta’ Fondi ta’ Diċembru. Hu qal li se jkun hemm ukoll l-element reliġjuż li se jkollu parti importanti għax dan hu l-ħsieb ewlieni tal-Milied. Għall-ewwel darba fid-Dar Ċentrali se jkun hemm sular li se jinbidel f’esibizzjoni ta’ presepji u hemm ammont kbir ta’ presepji li se jkunu esibiti, ta’ kull għamla u qies. Se jkun hemm soft opening biex tingħata attenzjoni lil din ilwirja mill-isbaħ ta’ presepji li se jsir ilĦamis, ġurnata qabel tibda l-maratona. Robert Cutajar qal li l-attivitajiet talMaratona se jibdew il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru u matul l-erbat ijiem tal-maratona l-protagonisti ewlenin se jkunu ttfal u ż-żgħażagħ. Fid-daħla tad-Dar Ċentrali se jkun hemm stage apposta fejn kuljum se jkun hemm madwar 40 parteċipant li jinkludu kantanti, żeffiena u mużiċisti tfal u żgħażagħ. Se jkun hemm diversi attrazzjonijiet għat-tfal fosthom l-area tat-tfal, irrakkont ta’ stejjer u se jkun hemm anke Christmas Tree partikulari li mhix se tkun armata b’ornamenti tas-soltu, imma kull tifel u tifla li jiġu fid-Dar Ċentrali se jsibu disinn ikkulurit u se jiktbu messaġġ fuqu u jkunu huma stess li jdendluh malChristmas Tree. Għalhekk wieħed se jkun qed jara x’kitbu t-tfal fil-messaġġi tagħhom. Din is-siġra tal-Milied se tibqa’ fis-sala tad-Dar Ċentrali sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar. Robert Cutajar qal li l-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru mis-6 ta’ filgħaxija ’l quddiem se jkun hemm ukoll il-Battle of The Bands fid-Dar Ċentrali fejn is-sala ewlenija se tinbidel fi pjazza u l-kompetizzjoni bejn il-baned se ssir fuq il-palk prinċipali. Permezz tal-Battle of The Bands iż-żgħażagħ se jkollhom xi ħaġa ġdida wkoll fid-Dar Ċentrali. Normalment f’dik is-sala iktar imdorrijin naraw il-Kunsilli Ġenerali tal-PN, imma din id-darba l-politika se nħalluha fil-ġenb, qal Robert Cutajar, Hu qal li f’kull sular se jkun hemm affarijiet tal-ikel sinonimi mal-Milied fejn in-nies se jkunu jistgħu jiġu u mhux biss jieklu, imma wkoll se jkunu jistgħu jixtru biex joħduhom magħhom id-dar. Se jkun hemm prodotti bħal mulled wine, mince pies u qastan li se jkun qed jiġi inkaljat fil-post stess. Se jkun hemm ukoll stand kbira bil-ponzjetti fejn innies se jkunu jistgħu jixtru mhux biss ponzjetti imma wkoll kotba li se jkunu qed jinbiegħu bi prezzijiet speċjali.
Silta mill-maratona ta’ ġbir ta’ fondi tas-sena li għaddiet
Robert Cutajar qal li s-Sibt 6 ta’ Diċembru ukoll mis-6 ta’ filgħaxija ’l quddiem se jkun hemm serata li se tkun iddedikata għal korijiet. Qed ikunu mistiedna numru ta’ korijiet biex jipparteċipaw u jekk għad hemm min għadu ma semax b’din l-attività se jkun jista’ jċempel fid-Dar Ċentrali biex ikun jista’ jipparteċipa. Il-Ħadd 7 ta’ Diċembru minn nofsinhar ’il quddiem fid-Dar Ċentrali se jkun hemm attività kontinwa fejn se jkun hemm uffiċjali tal-Partit, Deputati, kandidati, kunsilliera u anke d-Deputati Ewroparlamentari tal-PN li kollha se jkunu qed jagħtu l-kontribut tagħhom. Il-format tal-maratona se jkun differenti u se jkun hemm numru ta’ intervisti matul dawn is-sigħat tal-maratona kif ukoll clips u features li se jkunu qed jitħejjew minn barra d-Dar Ċentrali. Fil-maratona se jitfakkar ukoll David Chircop l-ex cameraman ta’ Net TV li miet ftit ġimgħat ilu fl-età ta’ 41 sena, u li kien dejjem jagħti sehem kbir filMaratona b’risq il-PN. Robert Cutajar qal li matul ilmaratona se jkun hemm ukoll attrazzjoni internazzjonali minn Vjenna. Fil-Palazz ta’ Schonbrunn fiċ-ċentru ta’ Vjenna jsir show partikulari tal-apple strudel li hi tip ta’ deżerta partikulari sinonima malAwstrija. Il-pastry chef li taħdem f’dan il-post se tiġi Malta u matul l-erbat ijiem tal-maratona se tkun qed tagħti wirjiet u anke se tinvolvi lin-nies preżenti u tispjega kif issir din id-deżerta. Din se tkun attrazzjoni kemm għal dawk li jkunu ddar minħabba li se tintwera fuq it-televiżjoni u imma aktar u aktar għal dawk li jiġu d-Dar Ċentrali. Matul il-maratona se jkun hemm bosta attivitajiet għaddejjin kemm ġewwa kif ukoll barra u t-tfal dejjem se jibqgħu l-
Attività li se tinvolvi numru kbir ta’ nies u esibizzjonijiet li mhux ta’ min jitlifhom protagonisti hekk li se jkunu jistgħu jieħdu ritratti ma’ Father Christmas, u se jkun hemm illużjonista kif ukoll ilplay area. Fuq il-palk se jipparteċipaw kantanti stabbiliti kif ukoll se jkunu mistiedna lkantanti kbar u żgħar li ħadu sehem filKonkors Kanzunetta Indipendenza biex jerġgħu jsemmgħu l-kanzunetti tagħhom. Robert Cutajar qal li se jieħdu sehem numru mhux żgħir ta’ kumpaniji taż-żfin u se jkun hemm ukoll siltiet mill-musical ‘Sebaħ Jum’ li jfakkar il-50 anniversarju ta’ Malta indipendenti u li tant kiseb suċċess. Għal ewwel darba, il-ħaddiema kollha ta’ media.link communications se jkunu mistiedna flimkien biex titnieda kanzunetta partikulari li se titkanta millħaddiema kollha flimkien. Il-lirika talkanzunetta hi ta’ Joe Chircop u l-mużika ta’ Mark Spiteri Lucas li wkoll kellhom sehem importanti fil-musical ‘Sebaħ Jum’. Fil-kanzunetta se jkun hemm messaġġ li se jitwassal lill-poplu Malti u Għawdxi biex kif kien dejjem, jerġa’ jkun ġeneruż. Għalhekk din il-kanzunetta b’għan filantropiku se tkun qed tiftaħ il-kampanja biex fil-jiem ta’ wara jkunu megħjuna wkoll l-organizzazzjonijiet li jaħdmu b’risq is-soċjetà Maltija. Robert Cutajar qal li se jkun hemm diversi modi kif il-pubbliku jagħti d-donazzjoni tiegħu u diġà bdiet l-iskema 10x10 fejn il-Kumitati Sezzjonali kollha tal-PN f’Malta u f’Għawdex għaddejjin
b’din l-iskema li tnediet mill-PN sena ilu fuq inizjattiva tal-Viċi Kap tal-PN għallĦidma tal-Partit, Beppe Fenech Adami. Il-Kumitati kollha u l-Kunsillieri kollha se jkunu qed jieħdu t-telefonati tal-pubbliku għad-donazzjonijiet u għalhekk ilparteċipazzjoni se tkun aktar wiesgħa. Se jkun hemm ukoll numru ta’ rigali kbar li jistgħu jintrebħu minn dawk li jagħtu ddonazzjoni tagħhom fosthom vjaġġi għal bliet ewlenin fl-Ewropa, kompjuters u affarijiet oħra. Dawk li jiġu fid-Dar Ċentrali u jagħtu d-donazzjoni tagħhom se jingħataw ktieb kommemorattiv tal-50 Sena Indipendenti li se jinkludi l-proġetti kbar li twettqu f’pajjiżna fil-50 sena li għaddew. Il-Kap tal-Partit flimkien mal-Viċi Kapijiet u Uffiċjali tal-Partit se jkunu preżenti matul is-sigħat kollha tal-maratona. Il-pubbliku se jkun jista’ jiltaqa’ mal-Kap u mal-Uffiċjali tal-Partit u anke mal-artisti li ħadu sehem fil-musical ‘Sebaħ Jum’. Għaż-żgħażagħ u t-tfal se jkun hemm area ddedikata għal playstation fejn se jkun hemm l-aħħar mudell u huma jkunu jistgħu jikkompetu bejniethom. Se ssir ukoll kompetizzjoni tal-itjeb u talisbaħ kejk tal-Milied. Robert Cutajar qal li għal dawn lattivitajiet kulħadd hu mistieden jiġi fidDar Ċentrali u jgawdi minn ambjent mill-isbaħ fl-ispirtu tal-Milied. Dawk li se jsegwu mid-dar permezz ta’ Net TV u Radio 101 se jkunu jistgħu jaraw u jisimgħu links diretti mid-Dar Ċentrali nhar il-Ġimgħa u s-Sibt. Imma l-Ħadd se jkun hemm transmissjoni diretta għal madwar 12-il siegħa sħaħ tal-maratona. Robert Cutajar spjega li l-Christmas Markets u l-attivitajiet l-oħra se jkunu fuq ġewwa u għalhekk mhux se jkun hemm problema f’każ ta’ maltemp.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Safar
28
29
Il-Katidral iddedikat lil Kristu Re li jinsab fi Pjazza Ewropa
Mill-Port ta’ Lerici wieħed jista’ jammira l-Kastell ta’ San Ġorġ, li wieħed jista’ jżur waqt li japprezza l-ħitan għoljin li jdawru ċ-ċentru tal-belt il-qadima
La Spezia… il-belt port li s-sbuħija tagħha ġibdet lejha numru ta’ poeti magħrufa minn madwar id-dinja
La Spezia… sabet postha f’xogħol il-poeti frott is-sbuħija tagħha Il-Palio del Golfo jkun organizzat fl-ewwel Ħadd ta’ Awwissu ta’ kull sena, u joffri taħlita ta’ spettaklu u tradizzjoni
Dehra pittoreska fil-belt La Spezia b’rabtiet kbar mal-ħajja marittima
Euchar Mizzi mizzieuchar@gmail.com La Spezia hija belt fir-reġjun tal-Ligurja fit-Tramuntana tal-Italja, u l-belt kapitali talprovinċja ta’ La Spezia. Din il-belt hija waħda mill-portijiet maġġuri, militari u kummerċjali tal-Italja, li tinsab bejn Ġenova u Pisa. La Spezia għandha klima tipikament Mediterranja, bis-sjuf sħan ħafna, xtiewi
mhux li tgħid kesħin, u rebbiegħa u ħarifa b’xita kontinwa. Hija l-belt li sabet postha fix-xogħlijiet ta’ poeti ċelebri internazzjonali, bis-saħħa tas-sbuħija spettakolari li toffri… minn Dante għal Petrarcha u Boccaccio. Ilpoeta Ingliż Percy Bysshe Shelley għadda laħħar xahrejn ta’ ħajtu f’wieħed mill-irħula tal-inħawi. Poeti oħra għażlu wkoll li jqattgħu xi żmien f’dawn l-inħawi. Fi żmien ir-Rumani, l-aktar ċentru importanti kien Luni, li llum jinsab qrib Sarzana (belt żgħira viċin La Spezia). Bejn is-snin
F’dan iż-żmien tkun fl-eqqel tagħha l-fiera tal-antikità magħrufa bħala Cercantico… li tfisser ‘it-tfittxija għall-oġġetti antiki”
1250 u 1280 La Spezia kienet esperjenzat ittmexxija Ligurjana. Din l-influwenza għadha tidher sal-lum fil-parti urbana kif ukoll flgħamla ta’ bini u dekorazzjonijiet. Il-Kastell San Ġorġ bla dubju huwa l-aktar monument li jġib l-emblema tal-istorja storika ta’ La Spezia. Fuq għolja msejħa Poggio, li tiddomina lbelt il-qadima, xogħol ta’ kostruzzjoni baqa’ għaddej bla ma jaqta’ xejn u huwa dokumentat, tal-anqas sa mit-tieni nofs tas-seklu XIV, it-torri enormi li llum parti mill-pedamenti
tiegħu biss għadha tidher. Hemm ukoll partijet mill-ħitan tal-belt li jagħtu ’l isfel mill-kastell, għall-użu tal-armi, filwaqt li saru xogħlijiet kbar fuq il-parti ta’ fuq tal-bini li saru mitt sena wara dan iżżmien fl-1554. Fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, La Spezia kienet saret punt ta’ tluq għal dawk li rnexxielhom isalvaw mill-kampijiet ta’ konċentrament tan-Nażi. Mis-sajf tal-1945 sar- rebbiegħa tal-1948, aktar minn 23,000 Lhudi rnexxielhom jitilqu mill-Italja bil-
moħbi u jmorru lejn Iżrael. La Spezia hi wkoll port kummerċjali, li fih industrija tat-tiswija tal-vapuri, jiġu manifatturati magni, prodotti tal-metall u jiġi rraffinat anke ż-żejt. L-avvenimenti prinċipali ta’ matul is-sena huma tlieta. Dawn huma San Ġużepp, festa tal-Qaddis Patrun tal-belt fid-19 ta’ Marzu, ilPalio del Golfo, li jsir fl-ewwel Ħadd ta’ Awwissu, u Cercantico, fiera tal-antikità li tkun fl-ewwel Ħadd ta’ kull xahar barra Lulju u Awwissu.
La Spezia hi magħrufa wkoll għal numru sabiħ ta’ mużewijiet li jirriflettu l-istorja ta’ din il-belt Ligurjana… minn dawk b’tema marittima u marbutin mat-trasport, għall-arti kontemporanja kif ukoll reliġjuża
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Kultura
30
Edizzjoni differenti ta’ Kantanapoli l-Ħadd li ġej fl-Istitut Kattoliku Mistieden speċjali t-tenur Taljan Attilio Sanna
Il-Valletta Dramatic Company se jippreżentaw edizzjoni oħra ta’ Kantanapoli nhar il-Ħadd li ġej, 9 ta’ Novembru, fit-teatru tal-Istitut Kattoliku, il-Furjana fis-6.30 p.m. b’direzzjoni artistika ta’ George Micallef. Għal din l-edizzjoni lValletta Dramatic Company ħasbet li twassal edizzjoni differenti li qed tissemma Kantanapoli: Encore fejn jitwasslu wħud mill-aħjar siltiet mużikali li Kantanapoli wassal fis-snin li għaddew. Għaldaqstant f’din l-edizzjoni, fost oħrajn, se nassistu għal siltiet bħal La Piccinina, La Panse, O’ Sarracino, Non
Ti Scordar di Me, Piove u La Zarella fost oħrajn. It-tenur Joseph Aquilina, kif ukoll il-kantanti Laura Bruno u Debbie Scerri, se jwasslu dawn is-siltiet u magħhom il-mistieden speċjali mill-Italja, ittenur Attilio Sanna. Il-kantanti se jkantaw live akkumpanjatti mill-orkestra mmexxija mis-Surmast Arcibald Mizzi. Jagħti sehmu wkoll il-kor tal-Valletta Dramatic Company. Il-booking hu miftuħ u tistgħu ċċemplu 21234555 jew 99429447 għal aktar informazzjoni jew b’email fuq biljetti2012@gmail.com.
Uħud mill-protagonisti fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ ‘Kantanapoli’
Kunċert ieħor fl-Aurora mill-Fondazzjoni Classique L-atturi Antonella Galea Loffreda, Monika Attard u Mario Micallef, tliet atturi stabbiliti fid-dramm ‘Il-Kuluri tal-Perlini’
Il-Kuluri tal-Perlini Dramm ta’ Żep Camilleri fit-Teatru Manoel
F’għeluq il-mitt sena mittwelied tad-drammaturgu Ġużè Chetcuti, il-kumpanija Talent’, flimkien mat-Teatru Manoel, se tippreżenta d-dramm ‘IlKuluri tal-Perlini’, kitba ta’ Żep Camilleri, addattata middramm Imħuħ Morda, ta’ Ġużè Chetcuti. Dan id-dramm f’żewġ atti se jkun preżentat fl-14, 15 u 16 ta’ Novembru, fit-Teatru Manoel, fit-8.00pm.
Ċert. 12+. Dan it-thriller jidentifika lproblemi soċjali li wieħed jiltaqa’ magħhom kuljum, u ta’ dejjem – imħabba, tradiment, suspetti, spjunaġġ u elementi oħrajn koroh u ftit pjaċevoli li l-kundizzjoni umana fl-agħar waqtiet tagħha taf tigglorifika. Jieħdu sehem: Mario Micallef, Monika Attard, Antonella Galea Loffreda,
Anthony Ellul, Marvic Cordina, Larissa Bonaci, Mario Spiteri (Snits), Clive Piscopo u Nico Micallef. Id-direzzjoni sa tkun f’idejn Żep Camilleri. Il-booking jinsab miftuħ mill-booking office tat-Teatru Manoel, tel: 21246389. Email: bookings@teatrumanoel.com. mt Jew online: www.teatrumanoel.com.mt.
Wara s-suċċess kbir li kiseb il-kunċert Grand Operatic Concert fis-sena 2011, ilFondazzjoni Classique se tippreżenta kunċert ieħor f’din is-serje – Grand Operatic Concert 2014. Dan il-kuncert ser jittella’ sSibt 8 ta’ Novembru fis7.30pm fiit-Teatru tal-Opra Aurora, Victoria, Għawdex, u se jkun taħt il-patroċinju talPresident ta’ Malta, MarieLouise Coleiro Preca. Il-management talFondazzjoni ħaseb sabiex jingaġġa żewġ kantanti ta’ fama internazzjonali: issopran Norman Fantini u ttenur Luciano Ganci. It-tnejn
li huma kantaw f’teatri importanti madwar id-dinja fosthom il-Metropolitan Opera House (New York), ROH Covent Garden (Londra), Wiener Staatsoper (Vjenna), u Teatro alla Scala (Milan). Se tieħu sehem ukoll l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali li għal darb’oħra se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Joseph Debrincat. F’dan il-kunċert se jiġu esegwiti arji u dwetti mill-aktar opri famużi ta’ Verdi, Puccini, Boito, Donizetti, Giordano, Catalani, u Ponchielli. Se jiġu interpretati wkoll mużika orkestali millopri, sinfoniji u ballet.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Saħħa
31
L-obeżità
Waħda mill-akbar sfidi ta’ dan is-seklu Matul din il-ġimgħa se jitressaq filParlament għat-tieni qari l-abbozz ta’ liġi dwar l-obeżità mressaq millMembru Parlamentari Robert Cutajar, li għandu jkun imsejjaħ l-att dwar stili ta’ ħajja sana (biex titnaqqas lobeżità). Dan l-att għandu jistabbilixxi u jassigura approċċ interministerjali u tul il-ħajja li jaħdem favur l-edukazzjoni fiżika u dieti sani u bilanċjati għattnaqqis tal-livell ta’ obeżità fost ilgruppi kollha ta’ etajiet differenti. Id-definizzjoni ta’ obeżità hi persentaġġ żejjed ta’ xaħam fil-ġisem li jista’ jikkawża riskju fis-saħħa talpersuna. F’April tal-2006, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa nediet standards ta’ kejl għal tfal sa ħames snin u dawk bejn il-ħames snin u d-dsatax-il sena. Dawn l-istandards huma magħrufin bħala the growth reference data. Biss, jibqa’ l-fatt li għalkemm jista’ jvarja minn persuna għal oħra, il-BΜΙ, jew kif inhu magħruf il-body mass index, hu l-aktar mod komuni li bih jitkejjel l-ammont ta’ xaħam fil-ġisem. L-obeżità hi waħda mill-akbar sfidi ta’ dan is-seklu. F’pajjiżi fir-reġjun Ewropew, mill-1980 sal-lum, ir-rata tal-obeżità ttriplat u n-numri qegħdin dejjem jiżdiedu. L-obeżità tammonta għal bejn tnejn u tmienja fil-mija tannefqa fuq is-saħħa u tikkawża l-mewt ta’ bejn għaxra u tlettax fil-mija f’diversi partijiet tal-Ewropa. F’Malta, 35 fil-mija tat-tfal huma ħoxnin ħafna (obese), bil-probabbiltà
li jibqgħu ħoxnin meta jikbru, u b’ċans kbir li ta’ età żgħira jkollhom mard relatat bħad-dijabete, pressjoni għolja, puplesija u problemi oħra finnifs. Il-kawża tal-obeżità hi sempliċement id-diskrepanza bejn l-ammont ta’ kaloriji li wieħed jikkonsma u dawk li wieħed jaħraq. Ħafna drabi, dan ikun ġej minn ikel aktar mimli b’xaħam u kaloriji żejda u minħabba l-effett ta’ ħajja sedentarja. Fatturi oħra huma l-ġenetika u kif il-ġisem jaħżen ix-xaħam u kif jaħraq ilkaloriji waqt l-eżerċizzju.
Minflok jirrassenja ruħu, importanti li wieħed jitlob għajnuna kif jista’ joħroġ mill-problema tal-obeżità
Il-problema ta’ tfal ‘obese’ hi kbira ħafna. F’Malta dawn jammontaw għal 35 fil-mija
Kif jgħid il-Malti, l-eżempju jkaxkar u l-probabbiltà hi li t-tfal ikollhom l-istess dieta u stil ta’ ħajja bħall-ġenituri. Hi sfortuna kbira li
Fil-pajjiżi Ewropej mill-1980 sal-lum ir-rata tal-obeżità ttriplat u n-numri qegħdin dejjem jiżdiedu
minħabba nuqqas ta’ ħin, ġenituri li jaħdmu t-tnejn, ħafna drabi jispiċċaw ma jkollhomx ħin jippreparaw ikel nutrittiv, u l-ikel tagħhom jagħżlu li jixtruh minn xi ħanut tal-fast food. Dawn l-istess tfal ukoll, jitħallew fil-kustodja tan-nanniet u hi l-kultura ta’ ħafna minn dawn in-nanniet li għalihom hi importanti li lit-tfal jagħtuhom jieklu u b’abbundanza. F’dawn il-każi ma tantx japplika lkunċett tal-ftit u spiss imma jkun ilħafna u spiss. Barra minn hekk, it-tfal saru jgħaddu ħafna sigħat bilqiegħda. Kif jiġu mill-iskola, minflok ma jagħmlu jew jattendu sessjonijiet ta’ xi attività fiżika, jispiċċaw quddiem il-kompjuter għal ħafna aktar ħin. Waqt it-tqala, mara se żżid il-piż b’mod naturali, iżda xi drabi tkun diffiċli li wara t-twelid titlef il-piż li tkun tellgħet waqt it-tqala, b’mod speċjali jekk waqt id-disa’ xhur tattqala, il-mara ma tkunx għamlet
dieta bilanċjata u tkun abbużat billi kielet ukoll ikel xaħmi u li jikkonsisti f’ħafna kaloriji. Dan sfortunatament iwassal għall-obeżità f’dawn lommijiet. In-nuqqas ta’ rqad jew irqad żejjed jista’ jeffettwa l-ormoni li b’hekk jiżdied l-aptit ta’ ikel mimli kaloriji u karboidrati. Persuni li t-thyroid gland tagħhom ma tkunx qed tiffunzjona tajjeb, se jkollhom jirreferu għat-trattament għax jippruvaw kemm jippruvaw inaqqsu mill-ikel, xorta ma jnaqqsux mill-piż u għalhekk isir test tad-demm biex tiġi ċċekkjata t-thyroid u tingħata l-mediċina. L-età wkoll hi fattur determinanti. Iktar ma tikber persuna, iktar jista’ jkollha t-tendenza li żżid il-piż u għalhekk l-ikel importanti li jkun moderat. Li tiġi inkluża attività fiżika fid-djarju tal-persuna jgħin biex jingħeleb dan l-ostaklu tal-età. Madankollu, l-obeżità hi kundizzjoni li anki bi ftit telf ta’ piż u attività fiżika, wieħed mill-ewwel jibda jara d-differenza f’saħħtu. Minbarra dieta u eżerċizzju, illum hemm bosta rimedji oħra bħala mediċina u wkoll interventi permezz ta’ operazzjonijiet. Importanti li meta wieħed jagħmel id-dieta, din tkun bażata l-aktar fuq bdil ta’ stil ta’ ħajja. Għax bil-ħafna dieti li bihom titlef ħafna piż fi żmien qasir, minbarra li ma tkunx qed tagħmel ġid lis-saħħa tiegħek, taf terġa’ żżid dak il-piż jew ħafna iktar miegħu fi żmien qasir ukoll. Għalhekk, bdil ta’ stil ta’ ħajja għandu jinkludi li tippjana l-ġurnata tiegħek b’dak l-ikel li se tiekol ftit u spiss, u wkoll li tinkludi fil-ġurnata tiegħek b’mod regolari xi attività fiżika.
Importanti li meta wieħed jagħmel id-dieta, din tkun bażata l-aktar fuq bdil ta’ stil ta’ ħajja
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Mużika
32
Noel D’Anastas – ndanastas@gmail.com
Al Bano – dalwaqt fostna b’żewġ kunċerti f’Dar il-Mediterran
Ftit ġimgħat oħra dawk li jħobbu lmużika Taljana wisq aktar is-segwaċi talkantant Albano Carrisi se jerġa’ jkollhom l-opportunità li f’pajjiżna jaraw lil dan ilkantant ċelebri f’żewġ kunċerti oħra kbar li se jagħti fis-Sala tal-Konferenzi, f’Dar il-Mediterran, il-Belt. Għal Al Bano, kif inhu aktar magħruf, dan il-kunċert se jerġa’ jġedded ilmemorji ta’ kunċerti oħra li kien ta f’Malta matul is-snin li għaddew, kunċerti li għalihom dejjem ġibed lattendenzi kbar, is-simpatija fl-artistrija tal-vuċi impekkabbli, kariżma u fuq kollox l-interpretazzjonijiet brillanti tassuċċessi kbar tiegħu u oħrajn fir-ripertorju vast tiegħu. Iż-żewġ kunċerti live se jsiru nhar is-7 u 8 ta’ Diċembru li ġej. Oriġinarjament, Al Bano kellu jagħti kunċert wieħed iżda minħabba rispons qawwi mill-pubbliku li ma laħaqx biljetti għall-ewwel serata, lorganizzaturi CMC Promotions ħasbu għal kunċert ieħor l-għada, festa pubblika. Matul dan ix-xahar, Al Bano se jagħti sensiela ta’ kunċerti fil-Lvant tal-Ewropa, fosthom dak ta’ nhar l-Erbgħa li ġej f’Bucharest fir-Rumanija, segwit b’sitt kunċerti fir-Russja fosthom f’Moska, Minsk u St Petersburg. Al Bano wiegħed li se jagħti ż-żewġ kunċerti f’Malta b’rispett u mħabba lejn l-ammiraturi segwaċi tiegħu. Huwa ġej b’kumpless ta’ 10 mużiċisti, fosthom ibnu Yari Carrisi, kittarista, u 4 vokalisti nisa. Bla dubju, Al Bano se jwassal uħud millaqwa kanzunetti li kisbulu suċċess, vjaġġ ta’ karriera twila ta’ aktar minn 40 sena. Al Bano, li twieled fl-20 ta’ Mejju, 1943, fil-belt ta’ Cellino San Marco, fi Brindisi, provinċja tal-Puglia, fin-naħa t’isfel tal-Italja, iddebutta fl-1966 meta ħa sehem fil-Festival delle Rose fuq itteleviżjoni Taljan. Fl-1968 kien rebaħ il-festival ‘Un disco
Al Bano – żewġ kunċerti oħra f’Malta fis-7 u t-8 ta’ Diċembru li ġej f’Dar il-Mediterran
per l’estate’ bil-kanzunetta Pensando a te. Kompla kabbar il-popolarità b’kanzunetti li għadhom imfittxija sal-lum, fosthom Nel sole li fi tliet xhur biss biegħet 600,000 kopja u eventwalment qabżet ilmiljun kopja. Suċċess ieħor kbir kienet La siepe. Il-fama li kisbulu dawn is-suċċessi wassluh biex laqqgħuh ma’ Romina Power, bint l-attur Amerikan Tyrone Power. Kienu żżewġu fl-1970 u għamlu 30 sena jkantaw flimkien fejn ukoll kienu rebħu l-festival ta’ Sanremo fl-1984 bilkanzunetta Ci Sarà. Tul dawn is-snin, żejnu r-repertorju tagħhom bil-kanzunetti Sharazan, Nostalgia Canaglia u Libertà. Kien fl-1996 li Al Bano rega’ beda jkanta bħala solista, l-ewwel b’È la mia vita, imbagħad b’Verso il Sole u fl-1999 ħareġ il-kanzunetta Ancora in Volo. F’dik is-sena ntemm iż-żwieġ bejn Al Bano u
Romina, għalkemm fis-sajf tas-sena loħra kienu ngħaqdu flimkien biex taw kunċert f’Moska, ir-Russja. Al Bano għandu wkoll passjoni qawwija għall-mużika operistika. Fil-fatt, huwa ħareġ bosta albums klassiċi, bl-akbar suċċess kisbu bl-album ‘Concerto Classico’ li inkluda l-Va Pensiero, La nostra serenata, iI mio concerto per te, u l-Ave Maria. Kemm-il darba ħa post Luciano Pavarotti flimkien maż-żewġ tenuri l-oħra ta’ fama, Placido Domingo u Josè Carreras. Imprenditur Barra l-kant u l-mużika, Al Bano rnexxielu jistabbilixxi oqsma oħra li ħallewlu suċċess. Din hija l-kumpanija ‘Tenuta Al Bano Carrisi’ li tiġbor fiha 4 kumpaniji li huma: razzett, fabbrika tal-inbid, Casa Carrisi u d-dar tad-diski. Bl-iżvilupp li
wettaq u bl-inizjattivi li ħa fil-qasam talbiedja – li tieħdu għal tfulitu – Al Bano ħoloq xogħol għal għexieren ta’ persuni. Naturalment biex it-‘Tenuta Al Bano Carrisi’ f’Cellino tinżamm għaddejja huwa meħtieġ finanzjament qawwi. Al Bano jistqarr li għalissa dan il-finanzjament ġej mill-kant tiegħu. Għalissa din ma tistax tfendi għal rasha iżda Al Bano jinsab determinat li dan il-proġett jibqa’ għaddej. Huwa jargumenta li kieku ried jagħmel il-flus kien jinvesti f’xi ħaġa oħra iżda għalih huwa ta’ sodisfazzjon li qed jgħix f’inħawi qalb is-siġar taż-żebbuġ u ddwieli. “Dan l-ambjent inħossni nkanta miegħu,” jistqarr Al Bano. Għarfien għal din il-ħidma ngħatalu meta ġie nominat Ambaxxatur ta’ Rieda Tajba għall-Organizzazzjoni Dinjija talIkel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti.
NO LILIES IN AUTUMN
Mużika rock u post-progressive fil-Kavallier ta’ San Ġakbu
Dawk kollha li jħobbu l-mużika rock u post-progressive għandhom jixtru l-biljetti għal No Lilies in Autumn – kunċert ta’ mużika oriġinali li se jittella’ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu nħar is-7 u t-8 ta’ Novembru. Bi produzzjoni u kitba ta’ Karl Spiteri, l-avveniment jikkombina ġeneri differenti bħall-art rock, postprogressive, ambient u mużika klassika. Influwenzat minn artisti kontemporanji bħal No-Man, Porcupine Tree, Steve Wilson u Blackfield, il-kunċert hu vjaġġ ta’ żewġ persuni li jiltaqgħu b’kumbinazzjoni u jimxi lejn l-imħabba, it-telfa u t-tama. Il-mużiċisti ta’ No Lilies mhumiex ġodda fix-xena lokali – Daniela
Cassar (vuċi), Karl Spiteri (keyboards, pjanu, elettronica u vuċi), Jeremy de Maria (kitarra u narrattiva)u Joe Zammit (perkussjoni). Maħluqa biex tindaqq f’post intimu, No Lilies in Autumn tinvolvi l-udjenza fuq livelli differenti billi apparti mill-mużika se tintuża wkoll ilfotografija, l-arti u video. Ir-riżultat aħħari se jkun wieħed delikat imma fl-istess ħin qawwi li se tqanqal lil dawk kollha li se jaqsmu din l-esperjenza. No Lilies in Autumn se tittella’ lĠimgħa u s-Sibt li ġejjin fit-8.00pm fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. Il-biljetti jiswew €12. L-avveniment għandu lappoġġ tal-Pure Concepts.
L-erba’ membri tal-band bl-aħħar preparamenti għall-kunċert mużikali ‘No Lilies in Autumn’
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Kotba
33
Politika bi tbissima
Ktieb ġdid ta’ rakkonti b’laqta umoristika minn Tonio Borg – pubblikazzjoni KITE Tonio Borg għandu lkapaċità li jirrakkonta bl-aktar mod serju u jifqa’ lil kulħadd bid-daħq. Tul is-snin irrakkonta aneddoti politiċi fil-kurituri talParlament, waqt laqgħat u mumenti ta’ tensjoni … u issa qed jaqsamhom mal-qarrejja permezz tal-ktieb “Nidħqu Bina Nfusna – Politika bi Tbissima”. Il-ktieb jista’ jiġi ordnat minn fuq www.kitegroup.com.mt b’offerta ta’ qabel il-pubblikazzjoni jew inkella permezz talposta fl-indirizz 296, Naxxar Road, Birkirkara. Dan hu l-ewwel ktieb taxxorta tiegħu fejn politiku – Tonio Borg – jirrakkonta inċidenti u ġrajjiet li seħħew tassew. Jirrakkonta ż-żelqiet, sitwazzjonijiet imbarrazanti u skomdi tal-politiċi, li ħafna drabi jiddejqu jirrepetuhom … Iżda f’dan il-ktieb ħadd ma jeħlisha: minn Dom Mintoff u Lawrence Gonzi bix-xwabel u t-twapet li ġabu magħhom miċ-Ċili għal inċidenti li kellu Eddie Fenech Adami, inkluż fuq iz-zuntier tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, mis-
superstizzjonijiet ta’ Ġorġ Borg Olivier għall-qdusija ta’ Joseph u Simon, mill-waqgħat minn fuq il-palk għal-loverbirds fuq l-irjus, mis-sejħa ta’
anzjana li waqgħet mis-sodda f’nofs ta’ lejl u ċemplet liddeputat tad-distrett għat-tindif tad-dentaturi mill-kandidat li ried iqaxxar kull vot.
Ħafna politiċi jaħsbu li kulħadd jafhom u li kulħadd jitkellem dwarhom. Imma mhux il-kas. Kien hemm deputat li ħasbuh il-parker ta’ Pjazza San Ġorġ, ieħor ħasbuh xufier u ieħor ħasbuh ilFather li jidher fuq it-television! Ma hemmx tidwir mallewża u min żelaq – ministri u deputati miż-żewg naħat talkamra – jissemmew b’isimhom u kunjomhom! Naturalment Tonio Borg jirrankkonta wkoll ġrajjiet li ġraw lilu stess. Il-ktieb fih aktar minn 120 anedottu u 30 illustrazzjoni oriġinali tal-artist Mark Schembri. Nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru bejn il-11.00am u n-12.30pm Tonio Borg se jkun qiegħed jiffirma l-kotba waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li se jsir f’Dar ilMediterra, il-Belt. Tonio Borg okkupa diversi karigi f’pajjiżna, fosthom kien deputat ghal 20 sena, Ministru tal-Intern, tal-Ippjanar u talAffarijiet Barranin u fl-aħħar sentejn kien Kummissarju Ewropew responsabbli missaħħa.
Ostagg tat-Tielet Reich – Fey von Hassell
Traduzzjoni ta’ Tony C. Cutajar
Horizons u Tony C. Cutajar daħlu għal din il-biċċa xogħol ewlenija biex joffru lill-qarrej Malti wieħed mix-xogħlijiet laktar imsemmija fejn jidħlu ġrajjiet li seħħew realment. Hija l-aħħar sena tat-tieni gwerra dinjija, waqt li l-Ġermanja ta’ Hitler tinsab ħuġġieġa waħda. Il-mexxej infami tal-SS, Himmler, iżomm fil-kampijiet talmewt, bħala waħda mill-kundizzjonijiet għal ftehim, numru ta’ nies prominenti u l-familji tagħhom. Kollha huma meqjusa bħala għedewwa tat-Tielet Reich, għalhekk jinżammu bħala ostaġġi ta’ Himmler u ta’ Hitler. Din hi l-istorja personali ta’ waħda minn dawn l-ostaġġi, issbejħa Fey von Hassell, ta’ ħamsa u għoxrin sena. Missierha, l-ambaxxatur Ġermaniż għallItalja, jiġi maqtul għax kien involut f’attentat fuq ħajjet Hitler.
L-SS jieħdu ż-żewġt itfal żgħar ta’Fey f’post sigriet meta jarrestaw lil ommhom. Filwaqt li żewġha Detalmo jingħaqad mar-Reżistenza, Fey tittieħed f’vaguni tal-bhejjem mill-Ġermanja sal-Polonja u lura, tinżamm f’kampijiet ta’konċentrament u tispiċċa fil-kampijiet talmewt ta’Dachau u Buchenwald. Kien miraklu kif Fey ħarġet ħajja minn din l-esperjenza talbiża’. Iżda mbagħad tgħaddi minn taqtigħ il-qalb kbir hi u tfittex għal uliedha żgħar. Tkun ommha li fl-aħħar jirnexxilha ssibhom f’istitut tan-Nazi flAwstrija, b’kunjom differenti. Dan huwa rakkont storiku li jqanqal iżda wkoll li jwaħħax; rakkont ta’ kuraġġ u determinazzjoni minkejja l-ostakli u l-inkejja tan-Nazisti. Hi storja dwar iddinjità tan-natura umana kontra l-atroċitajiet ta’ nies ambizzjużi u ddisprati.
Il-ktieb li jirrakkonta l-kuraġġ ta’ omm maqbuda min-Nazi u li damet ix-xhur tfittex lil uliedha żgħar
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Net Television
34
Claudia Calleja (l-ewwel mix-xellug), flimkien mal-kumplament tat-tim tagħha tal-programm ‘The Client’ – Net Television kull nhar ta’ Tlieta filgħaxija. Neqsin mir-ritratt il-fotografu Matt Hush u l-advertising handler Sara Schembri
Programm li qed jattira udjenza taż-żewġ sessi Fost il-programmi li qed jattiraw udjenza tajba u kummenti pożittivi fuq Net Television, hemm il-programm The Client, li qed jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fl-9.45 b’ripetizzjoni l-Ħadd filgħodu. Claudia Calleja, wiċċ familjari malmoda u sbuħija, għamlet ir-ritorn tagħha fuq Net TV mill-bidu ta’ dan ix-xahar permezz ta’ dan il-programm. L-eks mudella u organizzatriċi ta’ diversi avvenimenti konnessi mal-moda, għal din l-iskeda ngħaqdet mat-tim professjonali tagħha u flimkien qed iwasslu lit-telespetatturi ta’ Net TV programm mimli tagħrif u informazzjoni li jittratta aspetti relatati ma’ sbuħija u b’hekk matul il-programm qed insegwu grupp ta’ esperti jippreparaw mudelli diversi skont ix-xewqa tal-klijenti li jkunu qed jiltaqgħu magħhom kull ġimgħa.
Ta’ kull ġimgħa Claudia qed tiltaqa’ ma’ klijent minn kull qasam li jixtieq jirreklama l-prodott tiegħu u li jixtieq iħalli f’idejn it-tim ta’ The Client biex joħorġu bl-aqwa idea u l-aktar waħda addattata għax-xewqat tiegħu. Wara diskussjoni bejn it-tim biex jintgħażlu l- mudelli addattati u tkun ħarġet l-idea ta’ kif jixtiequ li jittieħed ir-ritratt finali, it-telespettaturi jistgħu jsegwu pass pass il- making of ta’ kull reklam permezz tal-esperti waqt li dawn ikunu qed jagħtu informazzjoni professjonali sakemm jaħdmu fuq ilmudelli magħżula. Nispiċċaw biex naraw il-fotografu jieħu r-ritratt biex imbagħad naraw ilprodott finali u l-klijent jirċievi r-reklam lest mit-tim ta’ The Client. Dawn irritratti qed narawhom jiġu aġġustati għal reklamar ta’ diversi brands għal kull verżjoni għall-istampar.
F’kull programm Diane Nikolic minbarra li tkun qed tapplika l-make up fuq kull mudella, qed tkun qed taghti skin care tips li jafu jkunu t-tweġibijiet ta’ problemi ta’ ħafna mit-telespettaturi li jieħdu ħsieb il-kura tal-ġilda tagħhom. Il-persuni li jiffurmaw it-tim ta’ The Client huma kollha professjonisti magħrufa u li kull persuna żgur tixtieq li tkun qed tqatta’ ftit sigħat taħt l-idejn maġiċi tagħhom. Diane Nikolic, make up artist, Marielle Calleja, stilista tax-xagħar li għadha kif ingħatat il-Hair Stylist Award fil-MFWA li għaddiet, Sue Caruana, il-master nail technician, diversi fashion stylists u l-fotografu Matt Hush, huma l-persuni li qed jiffurmaw it-tim ta’ The Client. B’aktar minn 15-il sena esperjenza fil-moda u sbuħija, Claudia qed tmexxi
l-programm u toħloq il-mistoqsijiet lillesperti biex b’hekk it-telespettaturi jkunu qed jsegwu l-proċess ta’ kif iseħħ kull trattament skont it-tema ta’ kull ġimgħa. Dan il-programm minbarra lihu segwit minn ħafna telepettaturi femminili, qed ikun ukoll ta’ interess għal dawk maskili. Permezz ta’ dan il- programm se nkunu qed insegwu sitta u għoxrin making of ta’ adverts diversi b’filmati mill-aktar professjonali u innovattivi taħt tmexxija ta’ persuni dedikati għallaħħar. The Client huwa produzzjoni ta’ Pink Communications taħt id-direzzjoni ta’ Claudia Calleja. Għal aktar dettalji tistgħu tikkomunikaw ma’ claudia@pinkcommunications.tv jew FB page: The Client Tv Show.
Il-{add, 2 ta’ Novembru, 2014
35
Net Television
Becky...
-
’ binha Owen li hu gay
L istorja ta Illum il-;urnata, i]jed minn qatt qabel, qed nisimg[u lkelma ‘inklu]joni’. Imma xi tfisser e]att li tkun inklu]iv? Tfisser li ta//etta lil dak li jkun... hu kif inhu... u hi kif inhi... Tfisser li dak li fl-opinjoni tieg[ek ikun differenti, ikollu drittijiet daqskemm g[andek int. Fl-istorja ta’ Becky qed nistennew lil Owen jg[id lil ommu li hu gay. Becky mara b’mo[[ha miftu[ u dejjem evolviet ma]]minijiet. Emmnet f’Andre, ittifel ta’ Martin u Cecille, meta dan ]vela li hu trans. (Lura fl-istejjer ta’ UC5) Imma xorta tibqa’ l-mistoqsija dwar kif se tie[u l-a[bar ta’ binha. Wie[ed jista’ jg[id u jissu;;erixxi [afna affarijiet lil [addie[or imma meta s-sitwazzjoni tkun fuq dak li jkun, jista’ jirra;una b’mod differenti. Dak hu l-bi]a’ ta’ Owen. Kif se tirrea;ixxi mieg[u Becky meta ssir taf? In-nanna Anne (parti ma[duma minn Josephine Zammit Cordina) dejjem riedet li n-neputijiet tag[ha ji]]ew;u u jkollhom familja. G[aliha dik kienet il-[ajja perfetta. Imma Jeremy, it-tifel il-kbir ta’ Becky (parti ma[duma minn Aaron Fenech) mi]]ewwe; lil Scarlet (parti ma[duma minn Sarah Crystal) u g[adhom bla tfal. G[a]la tag[hom? Le. Sera, it-tifla li rabbiet Becky wara li din kienet tilfet lill;enituri tag[ha (parti ma[duma minn Christine Haber), mi]]ew;a lil Zak (parti ma[duma minn Sean Vella) u dawn minn wara
Brandon Terribile u Chris Micallef (fir-ritratt hawn fuq u anki dak ta’ ta[t) f’xena minn ‘Becky’
dahar kul[add qed jippreparaw ru[hom g[al separazzjoni bonarja. U ]-]g[ira Maria Gayle (parti ma[duma minn Gayle Colombo) hi tifla spe/jali li g[andha b]onn [afna attenzjoni. ’Il bog[od [afna minn dak li xtaqet innanna fil-verità. Minn din id-deskrizzjoni, wie[ed jinduna li l-familja ta’ Becky hi ferm ’il bog[od minn familja perfetta. Imma minkejja dan kollu, kull individwu jibqa’ g[addej b’[ajtu u bl-ambizzjonijiet tieg[u. U l-lenti ter;a’ taqa’ fuq Owen li dejjem irid i]jed.
Ag[ar minn hekk, dejjem irid dak li g[andu [addie[or u g[alhekk iqabbel ru[u ma’ [uh Jeremy u ma’ Sera. U din ir-rg[iba ]ejda twasslu biex jag[mel kollox. Imma [afna drabi, il-bniedem jispi//a jitlef dak li jkollu f’idejh g[ax ming[alih ikun se jakkwista aktar. Hekk ji;ri lil Owen li f’daqqa wa[da jossessjona ru[u fuq ix-xog[ol u g[al mument jabbanduna r-relazzjoni tieg[u ma’ Glen, li j[obbu verament u jrid li xi darba r-relazzjoni tag[hom twassal g[al ]wie; bejn ]ew; ;uvintur li jkunu lesti
jqattg[u [ajjithom flimkien sal-mewt. Huwa possibbli li din ixxewqa ta’ Glen (parti ma[duma minn Chris Micallef) issir realtà? Wie[ed irid jistenna u jara x’se ji;ri. Din l-istorja ]gur li tista’ tkun ta’ ispirazzjoni g[al dawk il-;enituri li minkejja li qeg[din fis-sena 2014 u minkejja li kuljum nis[qu
dwar l-inklu]joni, g[adhom mhumiex lesti ja//ettaw lil uliedhom g[al dak li verament huma u dak li jista’ jag[milhom kuntenti f’din il-[ajja qasira li g[andna f’din id-dinja.
Becky - Kull nhar ta’ {add fid-8.40pm b’ripetizzjoni s-Sibt fis-1pm. Kitba u direzzjoni ta’ Eileen Montesin
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Ċinema
36
The Judge (KRS – 15) Is-sens ta’ déjà vu (jew meta tħoss li għaddej minn xi ħaġa li tkun diġà għaddejt minnha) se jkun hemm min iħossu fost dawk li jaraw dan il-film. Mhuwiex xi dramm tipiku ta’ xi Tennessee Williams, jew xi thriller al la John Grisham, imma aktar inkunu eżatti jekk inqisuh bħala wieħed minn dawk li bl-Ingliż insejħulhom “What Daddy Did”, jiġifieri li matul il-film jinkixef limgħoddi sigriet ta’ xi missier. Hawn il-missier huwa Joe Palmer (Robert Duvall fl-aqwa tiegħu) li ilu 42 sena mħallef f’belt żgħira fin-Nofsinhar talIstati Uniti ferm rispettat, minkej-
ja l-imgħoddi bi problemi mal-alkoħol. Proprju meta tmutlu martu b’kanċer u ibnu Hank (Robert Downey Jr.) jasal lura – wara li snin qabel kien qabad u telaq biex sar avukat bla skrupli jiddefendi lill-ħatja – Joe jiġi mixli li tajjar wieħed, qatlu u baqa’ sejjer. Hank joffri li jiddefendih, imma missieru ma jkunx irid, iżda Hank xorta waħda jibda jgħin lil avukat bi ftit esperjenza, u li jingħata l-każ ta’ missieru f’idejh. L-istess bħal Duvall, anki Downey jikkonvinċi ferm, minkejja script li seta’ inkluda aktar “sorpriżi”.
The Book of Life (KRS – U)
Ħrafa animata xalata ta’ immaġinazzjoni, li tiġi rakkuntata fi żmienna, iżda ambjentata fil-mitoloġija Messikana, imwassla minn żewġ Messikani, il-producer Guillermo del Toro u d-direttur Jorge Guitierrez, li jwasslu dak kollu li jkun għaddej b’attenzjoni u ċerta attenzjoni għad-dettalji, iżda m’hemmx għalfejn ikollok xi diploma fil-folklor Messikan biex tapprezza l-istorja u l-karattri. Kulma għandek tagħmel hu li tintasab bilqiegħda fil-pultruna taċċinema u tgawdi l-vjaġġ fi tliet renji: ir-Renju tal-Ħajjin, dak ta’ dawk Miftakra u l-ieħor talMinsijin. Dan tal-aħħar ikun dominat mill-ħajjen Xibaba u dan ikun
irid jaħkem ukoll dak tal-Miftakra. Għalhekk idaħħal fi mħatra lil Le Muerte li tmexxi dik l-art, u min jitlifha jkollu jċedi r-renju tiegħu. Ikun hemm tlett itfal ħbieb kbar jgħixu f’San Angelo, Maria, Joaquin u Manolo (b’leħen Diego Luna), li hu l-protagonist ewlieni tal-film. Huma dejjem flimkien, iżda Maria ma tafx li t-tnejn li huma mġienen fuqha. L-imħatra tkun lil min mit-tnejn se tispiċċa tiżżewweġ Maria, imma Xibaba jibda jgħin lil Joaquin, li jkun għażel hu, jirbaħ. Għadd ta’ atturi jisilfu l-ilħna tagħhom lill-karattri, fosthom, minbarra Luna, Zoe Saldana, Chaning Tatum u Ice Cube.
Il-LUX Film Festival 2014 L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta b’kollaborazzjoni mal-Euro Media Forum u l-AEDE Malta se jippreżentaw il-LUX Film Days 2014 – festival tal-films imqassam fuq tlett ijiem fil-5, is-7 u d-9 ta’ Novembru fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt. Din issena, il-films se jintwerew ukoll f’Għawdex fit-12 u fl-14 ta’ Diċembru fl-Oratorju ta’ Don Bosco, fil-Belt Victoria. (għal aktar dettalji ara l-iskeda t’hawn taħt) Dan il-festival se juri t-tliet films finalisti fil-kompetizzjoni għall-premju prestiġjuż LUX li jingħata mill-Parlament Ewropew kull sena. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi u jipparteċipa billi jivvota għallaħjar film. Id-dħul għall-festival huwa b’xejn u se jkunu kollha sottotitolati bl-Ingliż. Ittliet films iwasslu temi kontemporanji Ewropej b’enfasi speċjali fuq iż-żgħażagħ. It-tliet films finalisti li se jintwerew
huma dawn: Class Enemy (12) (Razredni sovražnik) by Rok Biček, isSlovenja. Minħabba differenza enormi fil-mod kif l-istudenti jaraw ilħajja, ir-relazzjoni bejn l-istudenti u l-għalliem il-ġdid tagħhom tal-Ġermaniż issir difficli. Meta waħda mill-istudenti tikkommetti suwiċidju, il-klassi tagħha takkuża lill-għalliem li huwa responsabbli għall-mewt tagħha. Ir-realizzazzjoni li laffarijiet mhumiex daqshekk ċari tiġi tard wisq. Girlhood (12A) (Bande de filles) by Céline Sciamma, Franza. Oppressata mill-familja tagħha, prospetti ta’ edukazzjoni u l-liġi l-kiefra tas-subien fil-lokal, Marieme tibda ħajja ġdida wara li tiltaqa’ ma’ grupp ta’ tlett ibniet liberali. Marieme tibdel l-isem tagħha, l-istil talilbes tagħha, u tilaq l-iskola biex tiġi aċċettata minn dan ilgrupp, bit-tama li dan kollu se
jwassalha għal-libertà vera. Ida (12A) by Paweł Pawlikowski, il-Polonja u dDanimarka. Il-Polonja 1962 - Anna hija novizza, orfni mrobbija minn sorijiet fil-kunvent. Anna tixtieq tara lil Wanda, l-unika persuna li tiġi minnha li għadha
ħajja, qabel ma ssir soru. Wanda tiltaqa’ ma’ Anna u tgħidilha li hi Lhudija. Iż-żewġ nisa jibdew vjaġġ biex isiru jafu l-verità dwar il-familja tagħhom, u fejn huma jappartjenu. Fil-proċess ta’ dan kollu, jistaqsu mistoqsijiet fuq irreliġjon u l-ideat tagħhom.
Biex tirriżerva post, ċempel liċ-Ċentru għall-Kreattività Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta, fuq 2122 3200 jew żur is-sit www.sjcav.org. Biex tirriżerva post għall-EP LUX Film Days f’Għawdex ċempel 99456851 jew ibgħat email fuq aedemalta@gmail.com.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Media
Albert Spiteri af.spiteri@gmail.com
Cyberspace
Produzzjoni valida Wieħed mill-programmi interessanti li qed jippreżenta bħalissa s-CNN jittratta l-Gwerra l-Bierda – appuntu jismu ‘Cold War’. Din hi sensiela ta’ 24 u li xxandret għall-ewwel darba fl-1998 u qed terġa’ tixxandar issa f’għeluq il-25 sena millwaqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin. L-episodju ta’ din il-ġimgħa (il-programmi jidhru kull ħmistax) kellu t-titlu ‘Spies’. Il-Gwerra l-Bierda immarkat ittieni nofs tas-Seklu Għoxrin, ġlieda bla waqfien bejn il-kapitaliżmu u l-komuniżmu, li riedet bilfors tintrebaħ minn naħa jew minn oħra. U għaldaqstant iżżewġ naħat għamlu minn kollox biex kull waħda tkun fil-vantaġġ fuq l-oħra. U l-aħjar metodu, naturalment, kien lispjunaġġ. Id-dokumentarju jibda bl-arrest millKGB ta’ Dimitri Polyakov, Ġeneral Sovjetiku li ħadem ħafna, għal millanqas 25 sena, fi ħdan is-CIA u l-FBI, li kienu jafuh bħala Bourbon jew Tophat, u li kien meqjus bħala wieħed mill-aktar spiji importanti għall-Istati Uniti. Huwa jidher miżmum minn għonqu, imħaddan minn wieħed mill-aġenti Sovjetiċi biex jevitaw li jibla’ xi velenu. Din kienet gwerra bla ħniena u bla waqfien. Fis-16 ta’ Lulju tal-1945 saret l-ewwel prova tal-bomba atomika, wara tant snin ta’ xogħol fis-sigriet, u li għaliha kien preżenti l-iżgħar xjenzat f’dan il-proġett, Ted (Theodore) Hall, li kien għadda linformazzjoni, sena qabel, lill-Unjoni Sovjetika għaliex emmen li jekk iż-żewġ naħat ikollhom l-istess informazzjoni, ikunu bbilanċjati u jitbiegħed il-periklu ta’ attakk nukleari. U hekk, fl-1949 is-Sovjetiċi splodew l-ewwel bomba atomika tagħhom. Fl1951 Ted Hall kien interrogat mis-CIA, imma ma kien akkużat b’xejn minħabba
Salvu Felice Pace sfelicep@go.net.mt
Kummenti dwar websajts li żort
37
li ma kienx hemm biżżejjed provi kontra tiegħu. Fid-19 ta’ Ġunju tal-1953, ingħataw il-mewt Julius u Ethel Rosenberg talli għaddew xi informazzjoni dwar il-bomba atomika lisSovjetiċi. Huma kienu l-uniċi li nqatlu fl-Istati Uniti fi żmien ta’ paċi.
CIA mhux tant intelliġenti Imma jidher li l-Amerikani kienu neqsin ħafna mit-tagħrif ta’ x’kien verament qed jiġri għand ir-Russi. “Innuqqas ta’ informazzjoni dwar kif kienet taħdem is-sistema Sovjetika ħabbtitna tul il-Gwerra l-Bierda kollha, sew jekk qed nitkellmu dwar l-Unjoni Sovjetika infisha u sew jekk dwar is-sattelliti tagħha,” jgħid David Murphy, aġent tasCIA. Spija ieħor: Horold Adrian Russell (magħruf bħala Kim) Philby. Dan ġie flattenzjoni tal-pubbliku minħabba żewġ aġenti doppji oħra, Guy Burgess u Donald Maclean. Id-dokumentarju jislet parti minn konferenza stampa li ta Philby biex jiċħad pubblikament li hu kellu x’jaqsam mal-għajbien ta’ dawn ittnejn. Il-ġurnalist jistaqsih: “Jekk kien hemm tassew it-tielet raġel involut, kont inti dan it-tielet raġel?” “Le, ma kontx,” iwieġeb Philby. “Taħseb li kien hemm it-tielet raġel?” “No Comment.” “Mr Philby, l-għajbien ta’ Mr Burgess u Mr Maclean hu misterju llum daqs kemm kien dakinhar li dawn ma dehrux aktar, xi erba’ snin ilu. Tista’ tgħidilna xi ħaġa dwar dan?” “Le, ma nistax,” iwieġeb Kim Philby waqt li jiċċaqlaq minn naħa għal oħra tas-siġġu li fuqu jkun bilqiegħda. Xogħlu kien li jagħti l-informazzjoni dwar il-missjonijiet li kienu jsiru millAmerikani fl-Unjoni Sovjetika – dettalji bħal meta u x’ħin u jekk l-aġenti kinux se jidħlu mill-baħar jew inkella bilparaxut. Ħafna minn dawk li jinqabdu kienu jibqgħu siekta. “U b’hekk kienu qed jiffirmaw is-sentenza tal-mewt tagħhom,” jgħid Yuri Modin, li kien jig-
IdeaMalta Segwejt kemm stajt il-Konvenżjoni Ġenerali IDEAMALTA fi tmiem ilġimgħa li għaddiet. Iltqajt ma’ persuni li staqsewni għala ma tantx jarawni f’attivitajiet tal-partit Malta. Iċ-ċirkustanzi personali ma jippermettulix inkun ’il bogħod mid-dar. Din l-ewwel konvenzjoni wriet kemm il-Partit Nazzjonalista tassew ħares lura wara t-telfa li ġarrabna, iżda ħares ukoll lejn il-futur li beda bl-elezzjoni tat-tmexxija l-ġdida. IlPN irid jagħti s-saħħa lin-nies biex huma stess jfasslu s-suċċessi tagħhom f’ħajjithom. Dan konna għamilnieh b’suċċess f’diversi leġislaturi Nazzjonalisti. Għax konna bnejna l-politika tagħna fuq id-djaloġu. Din il-konvenzjoni ġenerali bdiet fażi ġdida, li trid tassigura li noħolqu mekkaniżmu li kemm jekk fl-
gwida lil Philby bħala aġent Sovjetiku. L-istorja ta’ Mikhail Kudriavtsev: Fl1953 daħal bil-paraxut fl-Unjoni Sovjetika, u malli rifes l-art qabżu fuqu l-KGB. Malajr wasal l-investigatur minn Moska. “Anzi, malajr ħafna,” jgħid Kudriavtsev. Jiena ħadt l-impressjoni li kollox kien qisu mħejji minn qabel, jiġifieri li kien jafu bina.” Imma hu salva ġildu għaliex qalilhom kulma talbuh, u mbagħad qabel ukoll li f'konferenza stampa mħejjija apposta kellhom, hu u sħabu, jistudjaw bl-amment skritt ta’ dak li kellhom jgħidu. Fil-konferenza stampa hu qal li kien żball kbir li qatt ħaseb ħażin dwar l-Unjoni Sovjetika, aħseb u ara li jipprova jwaqqagħha. “Ma kienx faċli għalija li ngħid dawk il-ħwejjeġ. Imma ma stajtx nagħmel ieħor, għax kienu jerġgħu jitfgħuni ġewwa.” Is-Sovjetiċi qishom kienu l-ħin kollu kullimkien. “Ma jaqax għasfur mis-sema li ma jkunux jafu bih,” jikkummenta mqarras David Murphy tas-CIA. “Nafu li ħafna mill-operazzjonijiet tagħna kienu kompromessi minn persuni bħal Kim Philby.” Ma kienx jonqos li Berlin tkun ċentru importanti tal-komunikazzjoni fil-Blokk Sovjetiku. Minn taħt l-art tul il-belt kollha kienu għaddejjin mijiet ta’ linji tattelefon u tat-teleprinter. L-Amerikani u l-Ingliżi riedu jkunu jafu x’kien għaddej, u għalhekk bnew mina taħt l-art li baqgħet tinfed sew ’il ġewwa fis-settur Sovjetiku. “L-iskop kien li nispijjaw fuq dak kollu li kien għaddej fil-Ġermanja tal-Lvant u fil-Polonja, u kif din l-informazzjoni kienet tgħaddi għal Moska. Ilwires kienu jinżlu għal gol-mina, konna namplifikaw is-sinjali li nirċievu u mbagħad dawn jgħaddu għall-uffiċċji tagħna fejn kellna mijiet u mijiet ta’ recorders li kienu jaħdmu lejl u nhar biex jirreġistraw sal-anqas nifs.” Imma anki din l-operazzjoni kienet kompromessa għaliex inkixfet minn aġent doppju, il-Britanniku George oppożizzjoni u aktar w’aktar jekk filgvern, qatt ma ninqagħtu mill-poplu. Fuq kollox kif qalilna Simon Busuttil, irridu nibnu dejjem fuq ilverita’ u l-onesta’. Joseph Muscat wara sena u nofs fil-poter diġa’ falla f’dawn iż-żewġ oqsma kruċjali filpolitika u fil-ħajja pubblika. Il-kummenti fuq il-forum f’timesofmalta.com dwar IDEAMALTA u d-diskors tal-Kap kienu fil-maġġoranza tagħhom pożittivi ħafna. Komplu ssegwu f’www.maltarightnow.com ix-xogħol li issa ser jibdew jagħmlu l-fora li ser ifasslu lpolitika PN tal-futur. Mill-ideat se ngħaddu għall-fatti.
150 sena djoċesi Dan l-aħħar kelli l-opportunita’ li nisma’ lill-Professur tal-Istorja Mons. Dun Joseph Bezzina jitħaddet dwar
Khrushchev, Kennedy u Castro – żgur li l-Kriżi tal-Missili f’Kuba, fl-1962, kienet l-iktar mument ta’ tensjoni tul il-Gwerra l-Bierda kollha
Blake. Dan eventwalment inkixef fl1961, ingħata sentenza ta’ 42 sena ħabs, imma ħarab ħames snin wara u telaq lejn l-Unjoni Sovjetika.
“Jiena kont is-segretarju fil-laqgħa li kellna biex bdejna nitkellmu fuq din ilmina; u allura stajt faċilment nagħmel taħżiża sempliċi tagħha biex stajt nuri kif kienet ġejja u x’kien se jitqiegħed fiha.” Blake kien uffiċjal f’Seul waqt ilGwerra tal-Korea. Inqabad priġunier u hekk seta’ jara l-attakki tal-Punent fuq in-nies ċivili. “Rajt dawn l-ajruplani Amerikani enormi jtiru fil-baxx fuq ilvillaġġi sempliċi Koreani. U jiena ħassejtni nistħi; ħassejt li kont fuq in-naħa lħażina u li allura kelli nagħmel xi ħaġa dwar dan.” U hekk mar għand isSovjetiċi. X’osservazzjonijiet għandna nagħmlu? Din hija sensiela mill-aktar interessanti li jiena nissuġġerixxi lil kulħadd jaraha, speċjalment iż-żgħażagħ – l-istorja tas-seklu għoxrin hi mimlija niket, gwerer, theddid, ukoll jekk f’dawn ilmitt sena sar ħafna progress u l-bniedem, grazzi għal dan, qed jgħix ħafna aħjar illum. Min jiċħdu dan? Imma hu importanti li nagħrfu f’liema żmien Malta ħadet l-indipendenza tagħha u kif dan il-kunflitt bejn il-Punent u l-Lvant affettwa l-politika tagħna tul l-erbgħin sena li segwew. Illum ma nistgħux ngħidu li qed ngħixu fil-paċi bil-problemi kbar li hawn fid-dinja. Min jaf, forsi fil-verità, il-Gwerra l-Bierda kienet biss sospiża għal żmien qasir?
ASTERISKA, għaliex hawn jitressqu punti lill-qarrejja biex flimkien nagħrfu aktar kemm dak li jiġri madwarna hu parti sħiħa minn ħajjitna il-waqfien tad-Djoċesi ta’ Għawdex proprju 150 sena ilu. L-intriċċi politiċi bejn Malta, Londra u l-Vatikan li seħħew fis-snin qabel l-1864 meta ħarġet il-bulla tal-Papa Beatu Piju IX bl-isem ‘Bi mħabba liema bħalha’ kienu tassew ta’ interess. Kienet idea sabiħa l-wirja ta’ dokumenti u artifatti relatati mal-waqfien tad-djoċesi li saret fis-Sala tal-Ministeru. Kif kiteb dwar id-djoċesi, Joseph W. Psaila l-editur ta’ Il-Ħajja f’Għawdex, rivista maħruġa mid-Djoċesi “Iva, għadha hawn!” Kultant naqraw li żmienha għadda u għandha ssir parti mill-Knisja ta’ Malta. Min jemmen fl-Għawdxin u min iqis il-ġid li twettaq f’150 sena, ma jlissinx jew jikteb f’din il-vena. Żuru www.dioceseofgozo.org għal aktar tagħrif fit-taqsimiet: Bishops u Offices.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Reliġjon
38
L-Erwieħ kollha
Din il-ġurnata hi maħsuba kull sena minn Ommna l-Knisja Mqaddsa biex tfakkarna fil-valur intrinsiku li niftakru fl-għeżież li ħallewna, fl-erwieħ tal-purgatorju biex nitolbu għas-serħan ta' ruħhom. Il-festa ġiet imwaqqfa fis-sena 998 minn San Odilo, l-ewwel Abbati ta' Clunmy, biex tgħin lill-patrijiet tiegħu jagħmlu talb u talb speċjali għall-erwieħ. Din il-prattika ta' dawn il-patrijiet qabdet popolarità bil-mod u infirex mal-Ewropa u l-Amerika Latina. Din id-data li saret prattikament waħda universali sal-aħħar tat-tlettax-il seklu ġiet magħżula biex tkun eżattament lgħada tal-Qaddisin Kollha. B'hekk wara li jkunu ġew onorati t-Trijonfanti Tagħha fil-Ġenna fl-1 ta' Novembru, il-Knisja Militanti fuq din l-art bi tħassib, iddawwar ħarsitha lejn il-membri sferenti tagħha fil-purgatorju biex b'hekk turi mingħajr dubju, l-għaqda sopranaturali mall-Komunjoni tal-Qaddisin. Il-Kunsill ta' Trento kien iddikjara li l-erwieħ filpurgatorju jibbenefika minn talb u attijiet ta' karità tal-insara kollha għax dawn jgħinu spiritwalment biex fl-aħħar tingħeleb il-firda spiritwali tagħhom minn Alla. Il-festa tal-Qaddisin Kollha, tiffoka fuq it-twemmin illi għalkemm bnedmin li mietu bħalissa jistgħu jkunu qed isofru, madankollu jesperjenzaw il-ferħ meta
jkunu jafu li xi darba se jkunu ħaġa waħda mal-Ħallieq fil-Glorja u kuntentizza tiegħu. Għaldaqstant, il-Knisja saħħet iddrawwa li wieħed iżur lill-qraba mejtin fiċ-ċimiterju billi tat Indulġenza Plenarja lil dawk li jmorru waqt l-ottava ta' Novembru, jiġifieri mill-ewwel sattmienja tax-xahar, u tat Indulġenza Parzjali lil dawk li jmorru fil-kumplament tal-ġranet. Barra minn hekk, fittieni ta' Novembru, Indulġenza Plenarja waħda, tista' tkun akkwistata mill-mjtin taħt il-kundizzjonijiet normali ( li żżur Knisja, tirċievi s-Sagramenti u titlob għall-intenzjoni tal-Papa). Biex tassisti lil numru kbir ta' nies li mietu waqt l-ewwel gwerra dinjija, ilPapa Benedittu XV, b'digriet tal-10 ta' Awwissu 1915, ta lil kull qassis il-privileġġ imqaddes li jikkonċelebra tliet quddisiet f'din il-ġurnata – waħda għallintenzjonijeit tiegħu, waħda għall-erwieħ tal-purgatorju ut-tielet waħda għall-intenzjonijiet tal-Papa. Fl-aħħarnett, din il-ġurnata ta' tama għall-knisja kollha għax tiffoka fuq ilmilja tal-Misteru tal-Għid li tgħaqqad lil kll min jemmen fit-tħaddin tal-fidwa. Riflessjoni: 'Hi ħaġa b'saħħitha u qaddisa li wieħed jitlob għall-mejtinbiex dawn jinħallulhom dnubiethom' (2 Mac 12-46).
ILLUM IL-ĦADD Il-31 Ħadd Matul is-Sena
Mejtin għal dejjem?
Għerf 3:1-9; Salm 22; 1 Korintin 15:51-57; Ġwanni 11:17-37 Il-Ħsieb Il-mewt hi suġġett li kulħadd jipprova jaħrab, mhux biss li jitkellem fuqu iżda wkoll li jaħseb dwaru. Ilmewt li tiżra' iket profond meta tolqot lilna mill-qrib. Il-mewt tant iġġiegħel nies isofru u jibku. Ilmewt hi kundanna. Iżda hija kundanna? Huwa mument li fih ilKnisja turina li hemm rabta kbira bejn dawk li mietu u aħna li għadna ħajjin. Hemm rabta kbira spiritwali tant li nistgħu nibqgħu solidali ma' xulxin permezz tat-talb. Fit-tifkira tal-lum li tiġi ċelebrata l-Ħadd, għandna diversi siltiet tal-Kelma ta' Alla li jistgħu jintgħażlu għal-lum. Siltiet li mhux biss jimlewna bittama iżda bħala rebħa u bidla. Rebħa u bidla li kisbilna Kristu bil-qawmien fuq l-istess mewt u billi fetħilna l-bieb tal-ġenna beraħ għattieni parti tal-pellegrinaġġ tagħna. Ilfesta tal-lum mhix biss tifkira u rispett lejn l-għeżiez tagħna iżda wkoll mument li fih niftakru li aħna wkoll irridu ngħaddu minn dan ilpassaġġ u jeħtieġ li nippreparaw bissħiħ għalih.
ĦSIEB
Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ jaħsdu fil-ferħ (Salm 126)
Il-Kelma Fl-Ewwel Qari tal-lum, meħud mill-Ktieb tal-Għerf, naraw li lmewt mhix qerda iżda l-kisba tassliem etern. Il-Mulej mhux se jitlaq lil dawk li fil-ħajja tagħhom għamlu l-għażla tiegħu. Din hi l-kisba talverità eterna. Is-Salm Responsorjali jkompli jurina kemm il-Mulej jieħu ħsiebna f'din il-ħajja, għaliex fisSalm 22 insibu li huwa r-Ragħaj u s-
Salvazzjoni tagħna. Fit-Tieni Qari tal-lum San Pawl, fl-Ewwel Ittra lill-Korintin, itenni li aħna nqumu mir-raqda li nagħmlu fil-mewt. Hu mument misterjuż ta' bidla, bidla li turi n-nuqqas ta' taħsir. San Pawl itenni li l-unika niggieża għall-mewt hi d-dnub. San Pawl jirringrazzja lil Alla għar-rebħa li ksibna permezz ta' Kristu fuq il-mewt. Fil-Vanġelu nsibu r-rakkont talqawmien mirakoluż ta' Lazzru. IlMulej joħroġ lil Lazzru mill-qabar. Il-mewt iċċedi għall-kmand qawwi tal-kelma ta' Kristu.
Il-Ħajja 1. Il-Mulej beka wkoll fil-mewt ta' Lazzru. Iżda l-Mulej bil-kelma tiegħu qajjem lil Lazzru. 2. Il-Mulej jibki wkoll quddiem ilmewt li nwettqu kuljum meta nabbandunawh. Bil-kelma tiegħu qawwija lest li joħroġna mill-qabar li naqgħu u ningħalqu fih bid-difetti tagħna kuljum. 3. Il-qawwa tar-rebħa ta' Kristu fuq il-mewt għandha timliena b'kuraġġ. Iżda f'din il-ħajja rridu nagħmlu l-għażliet, mingħajr kompromessi, li jridna nagħmlu Kristu. 4. Kemm tassew aħna ppreparati issa, il-lum f'dan il-ħin, biex niltaqgħu mal-Mulej jekk isejħilna? Id-Djalogu Ħienja l-Mejtin li jmutu fil-Mulej; huma jistrieħu mit-taħbit tagħhom għax l-għemejjel tagħhom jissieħbu magħhom
Ferdinand Foch Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Opinjoni
Dun Pawl Camilleri pauca43@gmail.com
F
och (02.10.1851 – 20.03.1929) kien Franċiż (minn Tarbes, ħdejn Lourdes). Beda suldat u studjuż militari, u spiċċa Generalissimo talAlleati, fl-ewwel gwerra dinjija. Iggradwa bħala uffiċjal tal-artillerija imbagħad laħaq għalliem fi staff College. Ipparteċipa fl-invażjoni tal-Ġermanja (1914). Meta kien kmandant tal-French Ninth Army, kellu rebħa f'Marna ma' l-Armata Franċiża. Mal-Alleati, kellu rebħtiet f'Ypres (1915). Bħala Comanader in Chief tal-Armati ta' lAlleati, Foch mexxa l-moviment deċiżiv li ġiegħel lillĠermaniżi jirtiraw lejn ix-xmara Rhine, u jċedu. Innegozja tTrattat ta' Versailles. Qal: 'Din mhix paċi vera, imma speċi ta' ftehim li forsi jdum 20 sena'. Fil-fatt it-Tieni Gwerra bdiet 20 sena wara. Aneddotu Tqis li kien fil-mestier tal-ġlied u l-battalji u l-gwerer. Foch kien ukoll sensitiv ħafna għas-suldati tiegħu. Darba nduna li suldat żagħżugħ kien ġie dixxiplinat mill-Kurunell superjur tiegħu għax wera biża' fil-battalja. Flok ħataf lis-suldat, kif wieħed forsi jistenna, Foch ħataf lill-Kurunell. Bagħat għalih u qallu: 'min hu ġifa biss jossogra jiftaħar li ma jafx x'inhu biża!'
Kummenti Inti temmen fil-korrezzjoni? Tagħmilha? Kif teħodha? Kif tagħmilha? Dejjem laqatni l-mod kif il-Madonna kkoreġiet lil Ġesù meta ntilfilhom. Darba wieħed qalli li tkellmet hi, għax Ġużeppi tant kien irrabjat li qaltlu jħalliha f'idejha. L-ewwelnett għamlilha l-korrezzjoni. Kif? Bl-ikbar ħlewwa u prudenza, għalkemm qaltlu kollox. Ħallietlu spazju biex iweġibha. Weġibha u ma weġbitux lura. U hu niżel magħhom u kien jobdihom, igħid il-Vanġelu. Speċi l-korrezzjoni ħalliet l-effett tagħha. Korrezzjoni mogħtija u milqugħa l-aħjar spirtu. U x'jidhirlek mill-korrezzjoni ta' Ġesù lil Ġuda li ġie jbusu u lillqaddej tal-Qassis il-Kbir li tah daqqa ta' ħarta. Korrezzjoni għandha ssir b'imħabba u tiġi milqugħa b'umiltà.
N
Ftakart fik! Patri Mario Attard OMF Cap
Madankollu, anki jekk kont xwejjaħ u xwejħa, raġel u mara, żagħżugħ u żagħżugħa, tifel jew tifla ċkejkna, kellek it-tajjeb tiegħek ukoll
iftakrek tiġġieled mal-marda tiegħek. Titqanżaħ biex tieħu n-nifs misluf lilek. Niftakrek tħares lejja. Donnok trid tgħidli xi ħaġa. L-aħħar kelma li għalija kienet tfisser ħafna. U min jaf x’kienet tfisser għalik? Imma ma stajtx. Kellek iċċedi. Il-minġel tal-mewt ma ħafirhilekx! Inħares lejn martek. Żewġek. Uliedek. Ħutek. Iz-zijiet. Saħansitra n-nanniet tiegħek. Inħares lejhom u niftakar fik! Għax tixbahhom. Ibda mill-fattizzi tiegħek. Xagħrek. Għajnejk. Fommok. Tbissimtek. U anki kliemek. Dak kliemek li kien il-balzmu għal uħud. U għal oħrajn, għax int kont bniedem u bniedma tad-demm u l-laħam, kien velenu wkoll. Imma, għidli ftit, min ma jiżbaljax taħt ir-raġġi sħan tax-xemx? Min ma jieħux falza stikka fil-ħajtu? F’ħajjitha? Madankollu, anki jekk kont xwejjaħ u xwejħa, raġel u mara, żagħżugħ u żgħażugħa, tifel jew tifla ċkejkna, kellek it-tajjeb tiegħek ukoll. Bħalissa, waqt li qiegħed inħares ‘il bogħod ‘il bogħod, lejn ix-xefaq mingħajr tmiem, ta’ sema imdallam jew magħqud bis-sħab mimli ilma, għax bħalissa sirna talba waħda “biex artna ma ċċaħħadniex mill-frott tagħha”, qiegħed inġib quddiem għajnejja l-ġid li wettaqt. Min kien jitolbok pjaċir kont tagħmilhulu. Kemm issallabt biex tara lil dak li jkun moqdi! Illum tassew nifhmek! Mhux hekk sabiħa l-ħajja? Inkella issagrifikajt ruħek għall-familja tiegħek! L-aktar f’dawk iż-żminijiet imwiegħra fejn l-istess żarbun kontu tilbsuh int, ħuk ta’ warajk u forsi ta’ warajk ukoll! Kienu żminijiet fejn l-għażiż missierek ipprova jittanta xortih l-Amerika jew lAwstralja. Għaliex ħaseb li hemmhekk kien se jkollu futur! Ħalliha li meta mortu għall-eżami ma għaddewkomx u kellkom tibqgħu tgħixu f’artna. Maqfulin fi tlett ikmamar żgħar. Li aktar issejħilhom gebbubi milli djar. Fejn id-dawl tax-xemx jidħol, imqanżaħ imqanżaħ, minn dik it-twejqa li taparsi qiegħdha fil-kamra ċkejkna li sejjaħtulha kċina. Anki jekk kienet aktar passaġġ milli kamra fejn persuna tista’ ssajjar billibertà tagħha. Kif qiegħed bilqiegħda, bil-kurdun jistrieħ ħelu ħelu fuq riġli l-lemini, kif nista’ ma niftakarx fil-ħajja ħelwa tiegħek. Ġuvni
39
Trid taqra ftit milli qalu dwar il-korrezzjoni? John Wooden: 'kowċ tajjeb hu dak li jikkoreġi mingħajr ma jantagonizza'. Goethe: 'il-korrezzjoni tagħmel ħafna, imma l-inkoraġġiment jagħmel iktar.' Benny Hinn: ' billi aħna nikbru kontinwament fil-Mulej, predikaturi u lajċi għandhom ikunu miftuħin għallkorrezzjoni tal-Mulej.' Hosea Ballou: 'qosor u ċokon huma lġenituri tal-korrezzjoni'. Myles Munrae: 'tkun miftuħ għall-korrezzjoni jfisser tkun vulnerabbli u ħafna mhux lesti għal dan.' Dejan Stojanovic: ' billi kien igħallem lill-oħrajn, kien jikkoreġi lilu nnifsu', Bibbja: min jinjora d-dixxiplina jistmerr lilu nnifsu, imma min jaċċetta l-korrezzjoni jsir iktar għaref'. (Prov. 15, 32). Int sensittiv/a xejn ma' l-oħrajn kif kien Foch mas-suldati tiegħu? Bdejna bil-Madonna, u nispiċċaw biha. Is-sensitività tagħha wrietha speċjalment f'Karim, fejn marret għand Eliżabetta u f'Kana fen daħlet għal żewġ għarajjes. Meta lAnġlu qalilha li hi se ssir omm u li anki Eliżabetta kienet ġa tqila. L-ewwel ħaġa li għamlet kienet li ħasset il-bżonnijiet ta' Eliżabetta u telqet malajr isseftrilha għal tliet xhur. Meta f'Kana rriflettiet fuq il-kisra li kienu se jġarrbu l-għarajjes f'nofs il-festa tagħhom, iprovokat l-intervent ta' Ġesù. Umanità kbira min-naħa tal-Madonna, li għandha tixpruna lilna biex inkunu ferm iżjed sensittivi għall-bżonnijiet tal-oħrajn. Tbissima Raġel deher sa jaqbeż mnn fuq bini għoli fi New York. Tela' jiġri għalih pulizija ta' nisel Irlandiż. 'Taqbiżx! Aħseb f'missierek!' 'Ma nafx min hu missieri: se naqbeż.' U l-pulizija semmielu lil ommu, ħutu, zijiet.... u kull darba jwieġeb l-ieħor u jgħidlu: 'Ma nafhomx: se naqbeż.' Mela aħseb fil-Verġni Marija', qallu l-pulizija. 'Din min hi?' staqsa r-raġel. La int Protestant tista' taqbeż għax qed iżżomm it-traffiku.' Fl-imġiba tiegħek kemm timxi bil-preġudizzji? Ħsieb finali 'Tbissem... u wiċċek isir jiswa ħafna iżjed.' Int tqila ħafna biex titbissem? Tfittex li ġġib tbissima fuq wiċċ l-oħrajn?
u tfajla fl-aħjar tagħkom. Kemm ħlomtu u fassaltu pjanijiet! Kemm ridtu ssiru affarijiet. Ridtu tivvjaġġaw fl-ibgħad pajjiżi tal-pjaneta. Ridtu tagħmlu l-isbaħ dar. Ridtu, saħansitra, taqilgħu l-belli tal-ewro! Basta wliedkom ma jbatux! Basta dak li ħlomtu għalih iseħħ! Imma x’ġara? Naqra għafisha tal-pedala tal-gass aktar milli kien imisskom. Inkella dawra għal għarrieda li l-karozza ma stennithiex. Jew żelqa fuq l-art imżellqa biddħaħen tal-petrol jew id-diesel. U x’sibtu? Il-ħajt! Is-siġra! Iscentral strip! It-trakk il-kbir! Il-karozzi! L-inċident! It-tbatija! Il-mewt! Jew inkella kont fl-aħjar ta’ tfulitek. Kont l-għaxqa ta’ ommok u missierek. Kont il-fessud u l-fessuda! Kemm fasslu proġetti għalik! U min riedek issir avukat. U min perita. U min ħaddiem tal-id. Ħallieha li, meta urejt ix-xewqa li tmur Patri, Qassis jew Soru, qamu l-irwiefen kontrik! Tieħux għalihom ħi! Dawk sa mneħirhom jaraw! U xi ġralek? Il-marda qalila ħasditek fil-fjur ta’ ħajtek! U n-nies li dewdu l-Knisja, f’jum talfuneral tiegħek, ma waqfux jibku u jgħidu: “Jaħasra! Miskin! Miskina!” Imma, apparti l-ġenituri u ħutek, li qalbhom ħarġet bid-dulur, kien hemm ukoll it-teddy bear li tant kont tgħannaq ma’ qalbek qabel torqod. U tant kemm frixt imħabbtek fuqu li, saħansitra, kont traqdu miegħek! Nifhmek! Dak qatt ma weġġgħalek qalbek! Ara n-nies, li jafu jirraġunaw, dawk iweġġgħuk jafu! Imma jiswa’ li mħabbtek tajtha lil teddy bear? U mela s-suf, iċ-ċarruta, il-ħajt u l-plastik jistgħu qatt jimlewlek qalbek għax jitolbuk taħfrilhom? Mhux bniedem taddemm u l-laħam jista’ jagħmilhielek talba bħal din? Biddmugħ niedem ta’ għajnejh? Safejn naf jien min iħobb lillbniedem se jsalva u mhux min jintilef wara iċ-ċarruta li toqgħod fejn tpoġġieha! Għax il-Mulej mhux bniedem sar? Mhux lill-bniedem feda? Niftakar fikom. Nanniet. Zijiet. Aħwa. Ulied. U trabi. Niftakar fikom. Fix-xahar ta’ Novembru. Ix-xahar fejn intom sifirtu biex tissuktaw ħajjitkom f’realtà oħra. Int min int, noffrilek il-quddiesa tiegħi ta’ kuljum. Ħa titnaddaf. Ħa tinħeles mit-tbatija tal-purgatorju. Ħa tistrieħ fis-sema għal dejjem. Niftakar fik... Nitolbok biss minn qalbi ... Ftakar fija!
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Tagħrif
40
Serje ta’ kunċerti ta’ RIDT
Il-kwartett tal-kordi tal-OFM ser jagħti l-ewwel kunċert f’din is-serje
Il-mużika se tiltaqa’ mal-arti f’serje ġdida ta’ kunċerti nhar ta’ Ħadd waranofsinhar, bl-isem “L-Oratorju – Mużika u Arti”, hekk kif il-Fond għar-Riċerka tal-Università ta’ Malta (RIDT) iżid fl-impenn biex jtitqawwa s-sehem talkomunità f’għotjiet għar-riċerka. Il-kunċerti ta’ mużika klassika, barokka u chamber music se jsiru fl-atmosfera barokka talOratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti, Ħadd iva u Ħadd le. Jibdew fl-4.30pm. L-ewwel kunċert se jsir il-Ħadd 16 ta’ Novembru. Il-qligħ mill-kunċerti se jmur għal diversi
attivitajiet ta’ riċerka fl-Università, permezz ta’ RIDT. Dħul għall-kunċerti jkun b’għotja rakkomandata ta’ €10. L-ewwel kunċert se jingħata mill-kwartett talkordi tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (OFM) u jinkludi Clepsydra ta’ Christopher Muscat u String Quartet no. 4 op18 ta’ Ludwig van Beethoven. Il-kwartett tal-kordi tal-OFM hu magħmul minn Marcelline Agius u Klara Nazaj idoqqu lvjolin, Nadia Debono l-vjola u Akos Kertesz iċ-ċello.
Il-koordinatur tal-proġett SAĦĦTEK Dr Sarah Cuschieri tispjega l-benefiċċji ewlenin ta’ dan l-istudju għall-ippjanar tas-saħħa f’Malta
Studju nazzjonali fuq id-dijabete
L-Università ta’ Malta nediet stħarriġ bl-isem “SAĦĦTEK – is-Saħħa u lBenessri” fl-Iskola talMediċina tal-Università ta’ Malta li tinsab fl-Isptar Mater Dei. L-istudju tnieda filpreżenza tar-Rettur talUniversità ta’ Malta, ilProf. Juanito Camilleri, u numru ta’ uffiċjali għolja tal-organizzazzjonijiet li qed jisponsorjaw l-istudju. Il-koordinatur tal-proġett Dr Sarah Cuschieri u ċchairman tal-kumitat talproġett Dr Julian Mamo, taw deskrizzjoni dwar lobjettivi u l-benefiċċji talistudju għal parteċipanti u għall-ippjanar tas-saħħa f’Malta. Il-proġett SAĦĦTEK se jiffoka fuq waħda mill-iktar mardiet li taffettwa parti kbira tal-popolazzjoni Maltija – id-dijabete. L-għan aħħari hu li jkunu studjati aktar mill-qrib ilfatturi kollha relatati marriskju. Dan hu mistenni li jikkumplimenta l-istħarriġ ġeneriku tas-saħħa li qed isir bħalissa mid-Direttorat talInformazzjoni dwar isSaħħa u Riċerka fi ħdan ilMinisteru tal-Enerġija u Saħħa, u li jifforma parti mill-isħarriġ European Health Interview Survey.
41
Il-{add, 2 ta’ Novembru, 2014
Passatemp
Mimdudin> 3. Jg[idulek qisek dan l-annimal, min[abba l-ikel kollu li qed tiekol! (6) 7. G[andna lilu biex jie[u [sieb dak kollu li jsir f’kull belt u ra[al (7) 8. :rajja li wie[ed isegwi waqt lirqad? (5) 9. Nuqqas ta’ dawl g[al ftit ta]-]mien (5) 10. G[a;ina li b’wa[da ma tag[milx timpana (9) 11. Dik ta’ Malta forma ta’ [uta u dik tal-Italja forma ta’ ]arbuna tawwalija (5) 13. Isem fil-qosor g[al Dominic (6) 15. Tittawlu biex taraw (6) 17. Parti interna tal-;isem (5) 21. Ikun Mosti (Anagramma) – nies xellugin [omor (9) 23. Il-bi//a ]gur li mhix ta/-/ajt (5) 24. Annimali, ng[idulhom vapuri tadde]ert (5) 25. Antikità ta’ [afna snin minn fuq o;;ett (7) 26. Mhux fi stat likwidu (6) 27. Ridikolu u bla sens (6)
Weqfin 1. {ass rasu ddur bih (6) 2. Tg[idx kemm turi b’[afna bozoz (5) 3. G[a;in forma ta’ /rieki ]g[ar filbrodu (5) 4. Nitilqu ni;ru b’kemm g[andna sa[[a minfejn inkunu (7) 5. Li hu ta’ Alla jew ;ej minnu (5) 6. Ming[ajru ma tpejjipx (6) 7. Hawn g[andna b]onn wa[da b’[ames ittri (5) 12. Mhux im[allat fil-bidu tal-purgatorju! (3) 14. 1760 jarda g[and Emilio? (3) 15. Jibda jidher fuq il-;isem, effetti taxxju[ija (6) 16. Jitkellem bihom il-mutu (7) 18. Fjura sabi[a (5) 19. Il-;isem miksi b’[afna xag[ar irqiq (5) 20. Fejn imur ja[dem i;orr mieg[u slielem u pniezel (6) 22. Artab jew iebes, fuqu torqod (5) 23. Ta’ sikwit (5)
Soluzzjoni tat-Tisliba li dehret il-{add li g[adda Mimdudin> 1. Arrest; 3. {uttaf; 7. Kerubin; 8. Sawma; 9. :arar; 10. Sensibbli; 11. Buffu; 13. Minuta; 15. Ta[lef; 17. Parti; 21. Frekwenti; 23. Verdi; 24. Armat; 25. Barklor; 26. Sparat; 27. Ti/[ad. Weqfin> 1. Arlo;;; 2. Sarar; 3. {anin; 4. Tisqini; 5. Tbusu; 6. Rarità; 7. Karru; 12. Ful; 14. Nar; 15. Tifra[; 16. Ekwatur; 18. Terer; 19. Tigra; 20. Tistad; 22. Nibet; 23. Volpi.
pin PUBLICATIONS
Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà Tel> 25965412
3
2
1
4
5
6 8
7
10
9
11
15
12
pin
13
14
18
17
16
20
19
21
22
24
25
26
23
27
IRBA{… voucher ta’ €15 li jissarraf f’g[a]la ta’ kotba tal-PIN (Pubblikazzjonijiet Indipendenza), Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà (Tel. 25965463). Indirizzaw is-soluzzjoni, flimkien mal-indirizz u n-numru tat-telefon tag[kom, hekk: TISLIBA il-mument, Stamperija Indipendenza, Triq Herbert Ganado, Pietà PTA1450. G[andkom ]mien sa nhar is-Sibt li ;ej. Ir-rebbie[ ikun mitlub iwie;eb mistoqsija sempli/i fuq it-telefon.Ir-rebbie[ tat-Tisliba tal-{add 19 ta’ Ottubru 2014 hi: Dolores Mallia, 25, Philmar, Fl 5, Triq il-Kappella tal-Lunzjata, Salina, Naxxar NXR 6031.
RIDDLE-MEREE
My first is in BISMARCK and also in TROTSKY, My second is seen in both LENIN and ATTLEE, My third’s in STALIN as well as in NIXON, My fourth is in both PERON and NAPOLEON, My fifth is in NEHRU and also in EISENHOWER, My sixth’s in GANDHI and in ADENAUER, My seventh’s in GREY but not in REAGAN, My whole is the name of a late American statesman.
Soluzzjonijiet Fir-raba’ xena t-‘tripod’ li fuqu jinsab it-teleskopju g[andu erba’ saqajn {a;a li tistona
In-Nru. 3
Liema ritratt^
Liema ritratt^ Liema minn dawn it-tliet ritratti kien ]viluppat minnegattiva?
Riddle-Me-Ree
F’wa[da minn dawn l-erba’ xeni hawn xi [a;a li qed tistona. Fix-xena Nru. 3 l-mara rat brimba fitteleskopju u tg[idx kemm wer]qet g[ax be]g[et minnha. Imma, mhux din hi l-[a;a li qed tistona. Osservahom tajjeb u g[andek issib liema hi.
KENNEDY
Hawn xi [a;a li qed tistona
Il-{add, 2 ta’ Novembru, 2014
42
Televi]joni # Radju
NET TELEVISION
..................................................................................
07:00 08:15 09:00 10:00 10:45 12:30 14:00 14:05 15.35 16:30 17:10 18:00 18:05 18:40 19:30 20:15 20:40 21:40 21:45 23:15
NET News The Client G[al Kul[add Quddiesa mis-Santwasrju Ta’ Pinu Se Ni]]ewwe; Telebejg[ NET News Telebejg[ Iswed fuq l-Abjad (r) Sport Extra Wheelspin (r) NET News Flusek What’s For Dinner NET News G[alik fl-Ewropa Becky NET News Replay NET News
RAIUNO ........................
07:05 UnoMattina in famiglia (Jinkludi t-Tg1 fit-8am, fid9am u fid-9:30am) 10:00 Buongiorno benessere Tutti i colori della salute 10:30 A sua immagine 10:55 Santa Messa 11:50 A sua immagine 12:00 Recita dell’Angelus 12:10 A sua immagine 12:20 Linea verde I Colli Euganei 13:30 Telegiornale 14:00 L’arena 16:40 Tg1 16:45 in diretta dal Teatro San Ferdinando di Napoli Le voci di dentro 18:50 L’Eredità 20:00 Telegiornale 20:25 Gran Premio Stati Uniti di Formula 1 - Pole Position 23:00 Tg1 60 Secondi 23:05 Canzone: Emma in Le strade di Emma 00:05 Speciale Tg1 01:10 Tg1 notte 01:35 Applausi 02:50 Settenote Musica e musiche
RAIDUE ........................
07:00 Jake e i pirati dell’Isola Che Non C’è Jake - Il diamante del faro 07:49 Il pirata misterioso - Scambio di pirati 08:15 Avengers Assemble I numeri non mentono mai 08:35 Il nostro amico Charly - Lilly, Felix e il lupo 09:16 Motivi familiari 10:00 In Eurovisione dalla Chiesa Evangelica Metodista di Gorizia Culto Evangelico 11:00 Cronache animali 11:45 Mezzogiorno In Famiglia 13:00 Tg2 giorno 13:45 Quelli che aspettano 17:05 Tg2 L.I.S. 17:10 Stadio Sprint 18:10 90* minuto 19:35 Squadra Speciale Cobra 11 20:30 Tg2 20.30 21:00 N.C.I.S. 21:45 Hawaii Five - 0 22:40 La Domenica Sportiva 01:00 Tg2 01:20 Sorgente di vita 01:55 Appuntamento al cinema 02:00 The New Daughter
TVM ........................ 07:30 08:30 09:00 09:30 10:00 10:30 12:00 12:10 15:05 18:00 18:15 18:45 20:00
20:50 21:50 21:55 23:00 23:20
Alexander’s Lost World Madwarna Il-Gwerra l-Kbira Gadgets House Hunt Malta u lil hinn minnha A[barijiet# rapport tat-temp {add G[alik {bieb u G[edewwa A[barijiet G[awdex illum L-Irkant A[barijiet# sports# rapport tattemp# rapport finanzjarju X-Factor UK Headline news X-Factor UK A[barijiet Rajt ma Rajtx.
06:00 08:30 09:00 10:15 11:15 12:30 13;00 13:30 14:00 14:30 15:00 16:00 17:00 17:30 18:00 18:30 19:00 19:30 20:30
20:40 21:00 23:00 23:15 23:20
Euronews Vatican Magazine Quddiesa tal-{add Kurrenti Luxdesign Valletta Househunt Gadgets Ti;rijiet biss 3 Pointer Dwarna Pellikola GFA roundup Valletta Kultema Venere G[awdex illum Alexander’s World A[barijiet g[al dawk neqsin mis-smig[ Madwarna Kontrattakk Sport News News in English Raw WWE.
ONE ........................ 06:30 07:15 08:00 08:30 10:00 10:30 11:30 12:30 12:40 13:00 14:00 14:30 16:55 17:30 17:40 18:15 18:45 19:30 20:15 20:20 21:30 22:55
ONE News Pink Panther Flimkien ma’ Nancy Anali]i tal-:urnali Tlaqna sal-Belt Aroma Kitchen Gaxin ONE News Telebejg[ In the House D Change Arani Issa Top Model ONE News On the Road Esperti Joe’s Kitchen ONE News Samsara It-Tfal L-Argument Fresh & Funky.
RAITRE ........................
06:55 Ai confini dell’Arizona In cerca di pace 07:45 L’angelo bianco 09:20 Metropoli 11:10 Tgr Estovest 12:55 Geo 13:10 Colpo di Scena 14:00 Tg Regione 14:30 In 1#2 ora 15:00 Tg3 LIS 15:05 Kilimangiaro Il borgo dei borghi 15:45 Camila Raznovich Conduce Kilimangiaro Ci divertiremo un mondo 18:55 Tg3 20:00 Blob 21:45 Report 23:30 Tg3 23:45 Gazebo 00:45 Il candidato Zucca Presidente - Talk Show 00:55 Tg3 01:05 In 1#2 ora 01:35 Fuori orario. Cose (mai) viste 02:30 Je vuos salue, Marie Baaria – Canale 5, 21>10
CANALE ................5........ 07:00 07:55 07:59 08:50 10:00 11:00 13:00 13:40 14:00 18:45 19:57 20:00 20:40 21:10 00:05 01:05 01:55 02:24 02:25
La giusta causa – Rete 4, 23>40
TVM ..........2..............
Prima pagina Tg5 Traffico Tg5 # Meteo.it Le frontiere dello spirito The chef Le storie di melaverde Tg5 # Meteo.it L’arca di Noe’ Domenica live Avanti un altro Tg5 prima pagina Tg5 # Meteo.it Paperissima sprint Baaria. Film 2009 X-style Maurizio Costanzo Show Tg5 # Rassegna Meteo.it Paperissima sprint Domenica
RETE ..........4 .............. 07:00 07:30 08:00 09:00 10:00 10:50 11:30 12:00 13:00 13:56 14:45
17:35 18:55 19:35 21:30 23:40 01:50 02:14
Televendita mediashopping Zorro Mondo sommerso Terra! Santa messa I grandi della fede Tg4 # Meteo.it I grandi della fede Pianeta mare Donnaavventura L’inferno di cristallo. Film ’74 Lucky Luke - Chi è Mr Josephs? Film ’91 Tg4 Tempesta d’amore Colpevole d’innocenza La giusta causa. Film ’95 Tg4 night news Mortacci.
ITALIA .............1........... 06:35 08:35 10:30 12:25 13:00 14:00 14:25
Super Car A-Team Il Maggiore Payne. Film ’95 Studio aperto # Meteo.it Sport Mediaset I Simpson Missione Eroica - I pompieri 2. Film ’87 16:30 GP Superbike Qatar 17:50 Fuori giri 18:05 - Mike & Molly 18:30 Studio aperto # Meteo.it 19:00 Love Bugs 19:30 GP Superbike Qatar 21:00 Adam Kadmon 00:15 Surviving Disaster 01:05 Sport Mediaset 01:30 Studio aperto 02:00 King of New York. Film ’90.
Il-{add, 2 ta’ Novembru, 2014
43
Televi]joni # Radju
’
What s For Dinner – NET Television, Il-{add 20.40
Manuel Xuereb (fir-ritratt hawn ta[t) wqt il-programm tallum se jiffoka fuq ikel tradizzjonali Malti. Hekk kif it-temperatura issa tibda bil-mod il-mod tkun aktar kies[a, wie[ed jibda jfittex
aktar il-la[am bl-istuffat. Se naraw dwar ikel b[al ;bejniet u bra;oli mimlijiet bizzalzett Malti. B[ala de]erta llum se ting[ata r-ri/etta ta’ souffle bil-vanilla u /-/ikkulata.
Il-kopre]entatur Mark Spiteri Lucas flimkien mal-mistiedna Geraldine Baldacchino
Se Ni]]ewwe; – NET Television, Il-{add 10>45
L-importanza tal-fotografija, id-dehra talg[arusa dakinhar tat-tie;, aktar dwar il-cocktail bar set up, il-kejk tat-tie;, il-;ojjelli, u l-moda huma lkoll fatturi importanti li se jiddiskuti l-programm tal-lum. Bi pre]entazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri u produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment, minbarra l-informaz-
zjoni, waqt il-programm ikun hemm ukoll il-mu]ika bil-parte/ipazzjoni ta’ Spiteri Lucas Band u l-kantanti mistiedna Chiara u Ivan Spiteri Lucas. Geraldine Baldacchino tag[ti tag[rif siewi dwar il-pro/eduri kollha involuti f’tie; /ivili u uIl-programm se joffri wkoll i/-/ans lil kulmin jipparte/ipa permezz ta’ SMS jista’ jirba[ rigali sbie[.
G[al Kul[add
Sport Extra
– NET Television, Il-{add 09>00
– NET Television, Il-{add 16>30
Fr Andrew Galea se jwie;eb g[al mistoqsijiet li tag[mel il-pre]entatri/i Massimiliana De Martino dwar is-silta ddrammizzata li tintwera. Din id-darba ]ew; kollegi tax-xog[ol, qed jitkellmu bejniethom g[ax wie[ed minnhom reba[ weekend break G[awdex. Wei[ed mi]]ewwe;, u l-iehor li reba[ il-voucher staqsih biex imur mieg[u, allavolja jkollu l-mara wa[edha d-dar. X'ji;ri, imur jew le? Kemm
a[na kapa/i nin;arru mal-kurrent u nag[mlu dak li jkun jaqbel lilna f'dak il mument? Ikun hemm ukoll servizz dwar il-Papa, li dwaru jitkellem Richard Muscat. Naraw ukoll lesperjenza ta’ Mario Grech, li llum jag[mel parti minn Dr Clown , grupp ta' nies li jmorru jferr[u lit-tfal li jkunu morda fl-isptar. Produzzjoni ezekuttiva ta' CAM Productions int. Direzzjoni ta' Fr louis Mallia mssp.
Replay – NET Television, Il-{add 21>40
Il-programm, b[as-soltu, se joffri diskussjoni matura bog[od mis-sensazzjonali]mu dwar dak li g[addej fil-futbol Malti. Il-mistiedna fl-istudio se jkunu s-Segretarju tal-klabb talFloriana Dione Borg u l-kow/ ta’ Sliema Wanderers Stephen Azzopardi. Dawn jing[aqdu mal-mistiedna residenti Robert Micallef u Kris Scicluna. Ma tonqosx id-diskussjoni dwar il-partiti li jkunu ntlag[bu fi tmem il-;img[a, i]da wkoll dwar konfronti li se jintlag[bu t-Tnejn filg[axija. Se jkun hemm ukoll servizz
spe/jali dwar ir-referee ]ag[]ug[ Etienne mangion, li ;img[a ilu kien aggredit minn partitarju fid-dressing rooom. Ferm mistennija dejjem tkun ir-roka rajna u Smajna li tkun mi]g[uda b’a[barijiet millkamp lokali. Replay hu ippre]entat minn Christian Micallef u Sarah Agius, u fit-tim tal-produzzjoni g[andu wkoll lil roderick Vella (fir-ritratt), Matthew Mamo, george cassar, stewart said u Elena Muscat. Munta;; ta’ Stephen Chircop u direzzjoni ta’ Steve Psaila.
Illum fuq Radio 101 .......................................................
06:00 07:55 08:00 08:02 09:00 10:30 11:55 12:00 12:15 15:00 15:05
Fidi u {ajja Avvi]i tal-Mejtin u l-An;elus A[barijiet Mar/i u Bandalori - Joe Chetcuti Focus 101 # Anali]i tal-gazzetti Mag[kom - David Thake Avvi]i tal-Mejtin # An;elus A[barijiet Skor - Joe Vella A[barijiet Skor - Gordon Pace
17:00 17:03 17:55 18:00 18:20 20:30 22:30 22:40 22:45 00:10
Editorjal Skor - Gordon Pace Avvi]i tal-Mejtin A[barijiet Slow Down - Mark Garrett Allegro Andante G[ada fl-Istampa Editorjal Italomix Mu]ika matul il-lejl
Charles Camenzuli fil-programm tal-lum se jittratta laktar l-isport tal-powerboats u tal-bodybuilding. Fost il-mistednin ewlenin se jkun hemm Aaron Ciantar (fir-ritratt hawn ta[t) li f’terracina l-Italja reba[ ilKampjonat tal-Ewropa V1 tal-Powerboats u li g[adu wie[ed mill-favoriti g[arreb[ tal-Kampjonat Dinji tal-istess kategorija. G[al dak li hu bodybuilding, il-mistednin se jkunu Blanche Coppola u Ralph
deceles li f’Montreal reb[u l-Mixed Pairs fil-Kampjonat tad-dinja IFBB talBodybuilding. Ukoll waqt il-programm tal-lum se jkun hemm servizzi dwar is-su//es tattim nazzjonali Malti talwaterpolo meta reba[ tournament internazzjonali li sar f’pajji]na, dwar il-handball, il-hockey u l-basketball. Il-programm g[andu munta;; ta’ Julie Zammit u filmati ta’ Noel Zammit u Roberto Runza.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Klassifikati
44 PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bilbitħa, dawl, ilma u toilet. Bilpermess Class B. Ċemplu 77200983.
Il-Ħamrun
MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000.
Paola
VETTURI Hyundai Accent MUDELL 1996, 1498cc, f’kundizzjoni tajba ħafna. Prezz negozjabbli. Ċemplu 79460359. AUTOMATIC 125cc ekonomiku, kollox imħallas u ġdid, qatt ma ntuża. Jiswa €1,800, talba €1,300. Ċemplu 99039564 jew 21695721.
Mutur
AVVIŻI Ftuħ ta’ drenaġġ BIL-power wash (bowser). Prezz minn €25. Ċemplu 99282014.
Niżbarazzaw – Furniture Transport – Lifting Services ALL Clearance and Transport jiżbarazzaw djar eċċ. millkontenut. Jiġbru kwalunkwe skart goff u żgħir, anke talkostruzzjoni, innaddfu ġonna minn ħaxix u qtugħ ta’ siġar, tindif ta’ bjar, qlugħ ta’ madum tal-art u kmamar talbanju. Nagħmlu trasport ta’ għamara u servizzi ta’ lifter u high-up. Ċemplu 79081719, 21433352 jew 99499619. www.allclearancemalta.com
Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. TA’ magni tal-ħjata. Għal service u tiswijiet fil-pront. Ċemplu 99422268 jew 21416705.
Tiswijiet
Toilet seats NAGĦMEL xogħol ta’ toilet seats ġodda li jkunu maqsumin jew li ma ssibux tixtru bħalhom, ta’ kull tip bilkuluri li jaqblu u kif tixtiquhom intom, għall-kamra tal-banju kompluti bil-fittings. Għal aktar informazzjoni ċemplu 21675053 jew 79675053.
JINĦTIEĠU Ħaddiema TAL-kostruzzjoni, meħtieġa għal xogħol manwali u xogħlijiet żgħar f’siti ta’ kostruzzjoni. L-applikanti jridu jkunu motivati u lesti jaħdmu bl-overtime kultant. Età preferibbli bejn 25 u 45 sena. Applika billi tibgħat CV fuq jamie@finishingprojects.com jew ċempel 79429441.
Agħti rigal... agħti d-demm!
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Tagħrif
45
It-tim tal-Banif f’ġita fuq Kemmuna
F’bidla ta’ xenarju mill-ambjent tal-uffiċċju, l-impjegati ta’ Banif Bank, flimkien mal-familji u l-ħbieb tagħhom, qattgħu l-ġurnata tal-Ħadd jimxu fin-natura tal-iżgħar gżira talarċipelagu Malti – Kemmuna! Il-mixja kienet pjaċevoli kif ukoll
ta’ sfida, b’rotta li ħadet lit-tim f’esplorazzjoni ta’ għerien mimlijin blilma u fl-ogħla biċċa ta’ Kemmuna. Tul it-triq it-trekkers kellhom iċ-ċans iżuru diversi postijiet ta’ interess, bħallBatterija ta’ Santa Marija, it-Torri ta’ Santa Marija u l-Kappella tal-Madonna
fuq il-Blat, filwaqt li jammiraw il-flora u l-fawna u l-karatteristiċi ġeoloġiċi tal-gżira. It-temp kien pjaċevoli b’sema blu u żiffa ħelwa. Xi wħud għażlu li jtemmu lġurnata b’għawma fil-Blue Lagoon qabel jaqbdu l-lanċa lura lejn Malta.
Jekk se ssuq tixrobx!
It-trek kienet l-aħħar minn sensiela ta’ avvenimenti ppjanati mill-iSports & Social Committee tal-Bank, bil-għan li l-impjegati jkollhom opportunità joħorġu flimkien filwaqt li japprezzaw ukoll il-wirt u sbuħija naturali talgżejjer tagħna.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Avviżi PN
46
SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 79990757.
SANTA VENERA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u nofsinhar se jkun hemm uffiċjal biex jiltaqa’ miegħek fl-Uffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys, Santa Venera. Tista’ tikkuntattjana wkoll billi ċċempel 21441438/21441682 jew tibgħat email fuq pnsantavenera@pn.org.mt. ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634.
AVVIŻI SOĊJALI
Ħ’ATTARD. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħ’Attard se jorganizza t-Tazza Indipendenza, kompetizzjoni tas-Subbuteo għal dawk kollha dilettanti llum ilĦadd 2 ta’ Novembru f’FX Dingli Club, Main Street, Ħ’Attard fl-10am. TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw diskussjoni politika bit-tema Semma’ Leħnek...dwar itTraffiku għada t-Tnejn 3 ta’ Novembru fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fiż-Żurrieq fis7pm. Kulħadd mistieden jattendi.
CLYDE PULI. Il-Ħbieb ta’ Clyde Puli se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta, 4 ta’ Novembru fir-Razzett l-Antik, f’Ħal Qormi. Prezz 6 ewro.
Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 21490643 jew 99579389.
TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw diskussjoni politika bit-tema Semma’ Leħnek...dwar itTraffiku nhar it-Tlieta 4 ta’ Novembru fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’M’Xlokk fis7pm. Kulħadd mistieden jattendi.
ANTOINE BORG. Il-Ħbieb ta’ Antoine se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru fid-9am, fil-Lukanda Alexandra, f’San Ġiljan. Bookings billi ċċemplu 79092845 jew mingħand ilhelpers tas-soltu. IS-SWIEQI. Il-Kumitat Sezzjonali tas-Swieqi se jorganizza Buffet Breakfast nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru filLukanda Bella Vista, il-Qawra. Prezz 11-il ewro u t-trasport se jkun provdut fit-8:30am. Għallbiljetti ċemplu 79845867 jew 99837585.
BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza Konferenza Politika fil-Każin tal-Partit nhar il-Ħadd, 9 ta’ Novembru fl-10:30am. Jitkellmu Charlot Cassar, kandidat għall-elezzjoni ġenerali, id-deputati Toni Bezzina u Stephen Spiteri kif ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament Mario de Marco. Kulħadd mistieden jattendi.
TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw diskussjoni politika bit-tema
Semma’ Leħnek...dwar itTraffiku nhar it-Tnejn 10 ta’ Novembru fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fl-Imqabba fis7pm. Kulħadd mistieden jattendi.
MARIO DE MARCO. IlĦbieb ta’ Mario de Marco se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta, 11 ta’ Novembru fit-8:30am fl-Imperial Hotel, Tas-Sliema. Tluq bil-privates mill-postijiet tas-soltu. Biljetti 6 ewro. Għall-biljetti ċemplu 21247049/99450902/21223911.
TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru f’Ferretti Restaurant, Birżebbuġa. Prezz 5 ewro inkluż it-trasport. L-attività tibda fid-9:30am. Trasport jitlaq fid-8:45am.
DAVID CASA. Il-Ħbieb ta’ David Casa se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta, 18 ta’ Novembru fil-Buskett Roadhouse, ir-Rabat fid-9:30am. Prezz 6 ewro u trasport provdut. Għall-biljetti ċemplu 25965316.
ROBERT ARRIGO. Il-Ħbieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw kunċert mill-Puse u l-band tiegħu fit-teatru tas-Sależjani Tas-Sliema, nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fis-7:30pm. Prezz 6 ewro. Għall-bookings ċemplu 23285000.
RYAN CALLUS. Il-Ħbieb ta’ Ryan Callus se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fir-Razzett lAntik, Ħal Qormi għallkostitwenti tas-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa. Prezz 6 ewro
bit-trasport provdut. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99804142 jew 21 461002.
KRISTY DEBONO. Il-Ħbieb ta’ Kristy Debono se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fil-lukanda Alexandra Palace, Paceville fit-8:30am. Prezz 6 ewro bit-trasport inkluż. Biljetti jistgħu jinxtraw billi ċċemplu 99473932 jew 99993707 jew permezz tal-email fuq info@kristydebono.com . Ilqligħ kollu minn din l-attività se jmur b’risq il-Creche talUrsolini, f’Tas-Sliema.
FRANCIS ZAMMIT DIMECH. Il-Ħbieb ta’ Francis Zammit Dimech se jorganizzaw Buffet Dinner fl-okkazjoni ta’ għeluq sninu, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru fil-Lukanda Excelsior, il-Furjana fit-8:30pm. Prezz 25 ewro. Għall-biljetti ċemplu 99337322.
TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw Buffet Dinner nhar is-Sibt 29 ta’ Novembru fil-lukanda Soreda, ilQawra fit-8:30pm. Prezz 15-il ewro għall-kbar u 7.50 ewro għat-tfal. Trasport provdut.
CLYDE PULI. Il-Ħbieb ta’ Clyde Puli se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta, 2 ta’ Diċembru fil-Każin tal-PN fisSiġġiewi. Biljetti mingħand ilhelpers jew ċemplu 21490643 jew 99579389. Prezz 6 ewro. ANTOINE BORG. Il-Ħbieb ta’ Antoine Borg se jorganizzaw Christmas Buffet Dinner nhar isSibt, 6 ta’ Diċembru fil-Lukanda Soreda, il-Qawra fit-8pm. Prezz 20 ewro għall-kbar u t-tfal sa 12il sena jħallsu 12-il ewro. Għallbiljetti ċemplu 79092845 jew mingħand il-helpers tas-soltu.
CLYDE PULI. Il-Ħbieb ta’ Clyde Puli se jorganizzaw Christmas Buffet Dinner Dance nhar is-Sibt, 13 ta’ Diċembru filLukanda Santana, il-Qawra. Prezz 20 ewro għall-adulti u 10 ewro għat-tfal. Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 21490643. Ħ’ATTARD. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħ’Attard se jorganizza Christmas Cup għal dawk kollha dilettanti tasSubbuteo nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru f’FX Dingli Club, Main Street, Ħ’Attard fis6:30pm. Wara, fit-8:30pm ikun hemm Christmas Get Together għall-prezz ta’ 10 ewro.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Tagħrif
47
MSV Life ċċertifikata li tħaddem impjegati bi drittijiet indaqs Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni talUgwaljanza (NCPE) reġgħet iċċertifikat lill-MSV Life, li toffri assikurazzjoni fuq ilħajja, bl-Equality Mark bħala rikonoxximent għall-impenn tal-kumpanija li tiżgura drittijiet indaqs bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol u filprodotti u s-servizzi li toffri. L-MSV Life ilha tħaddan lEquality Mark minn Lulju tal-2012 u ċ-ċertifikat ġdid huwa validu għal tliet snin oħra. David G. Curmi, il-Kap Eżekuttiv tal-MSV Life, qal: “Aħna onorati li l-isforzi tagħna li nipprovdu ambjent tax-xogħol li huwa ħieles minn kull tip ta’
diskriminazzjoni għallimpjegati eżistenti u prospettivi tagħna huma rikonoxxuti. L-Equality Mark
tirrikonoxxi r-responsabbilta’ tal-kumpanija li tipprovdi aċċess indaqs għallopportunitajiet u żviluppi filkarriera skont il-potenzjali tal-impjegati, irrispettivament mis-sess, l-eta’, l-istatus jew fatturi oħra tagħhom.” Iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-MSV hija bbażata fuq evidenza li l-kumpanija
żammet l-impenn tagħha li timplimenta policies u prattiċi rilevanti li jikkonċernaw l-ugwaljanza bejn is-sessi u miżuri favur il-familja fuq il-post taxxogħol u fil-provvista talprodotti u s-servizzi tagħha. Il-kumpanija wriet ukoll li għandha r-rieda u l-ħila li tkompli b’dawn il-prattiċi tajba fis-snin li ġejjin. “Inizjattivi li jassistu lillimpjegati jsibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja jsaħħu l-impenn tal-MSV Life lejn lugwaljanza u jżidu r-raġuni għaliex in-nies jagħżlu li jaħdmu mal-MSV,” qal Norman Mifsud, Chief Officer għar-Riżorsi Umani u s-Servizzi Korporattivi.
Matul il-ġurnata ta’ ‘Diversità u Inklużjoni’ l-impjegati ta’ HSBC ingħataw xenarji stressanti, u wara kienu murija metodi li jnaqqsu l-istress u jgħinu s-saħħa mentali
Irbaħ rigali tal-Apple mal-Kinnie Impjegati tal-HSBC Ix-xarba favorita tal-Maltin, il-Kinnie, u lFonitur Awtorizzat tas-Servizz tal-Apple, liCentre, ingħaqdu flimkien biex joffru lillkonsumaturi tal-Kinnie ċ-ċans li jirbħu mijiet ta’ rigali tal-Apple inkluż il-MacBook Air, liPad mini, l-iPod Shuffle u l-iPod Touch. Għal matul dil-promozzjoni, inħarġet ukoll edizzjoni limitata b’dehra differenti għallfliexken tal-Kinnie. Il-konsumaturi jistgħu jidħlu fis-sit www.kinnie.com/icentre u jipparteċipaw billi jiktbu l-kodiċi li jsibu taħt ittikketta tal-fliexken ta’ din il-promozzjoni. Barra minn hekk, kull min jieħu sehem jidħol fiċ-ċans li jirbaħ wieħed minn tliet MacBook Air, li huma l-premjijiet grandjużi. Lara Filletti, Brand Executive għal Kinnie qalet li l-fatt li ditta ewlenija Maltija qed tikkollabora ma’ ditta rikonoxxuta mad-dinja kollha, żgur li joffri lill-konsumaturi proposta attraenti. “Din il-promozzjoni, fil-fatt, qed toffrilhom iċ-ċans li jirbħu prodotti tal-Apple li huma mfittxija ħafna.” Antoine Galea Salomone, id-Direttur Eżekuttiv tal-iCentre qal li r-rigali li qed jingħataw żgur li se jinteressaw lill-konsumaturi tal-Kinnie, “u b’din l-inizjattiva qed nagħtu ċċans lill-istess konsumaturi biex jużaw ilprodotti eċċellenti tal-Apple li huma l-aqwa fitteknoloġija u d-disinn.” Il-Kinnie hu prodott, reklamat u mqassam minn Simonds Farsons Cisk plc, membru talGrupp Farsons.
esperjenzaw id-diversità u l-inklużjoni L-HSBC Bank Malta organizza “ġurnata ta’ Diversità u Inklużjoni“ flOperations Centre f’ Ħal Qormi biex jiċċelebra ddiversità u l-kulturi differenti, kemm tal-impjegati kif ukoll tal-klijenti. Din il-ġurnata kienet imfassla bl-appoġġ talFondazzjoni Richmond Malta u hija parti minn inizjattiva tal-Grupp HSBC biex jiffoka fuq kwistjonijiet ta’ diżabbiltà. L-enfasi kienet fuq lgħarfien tas-saħħa mentali u limportanza ta’ post ta’ xogħol li hu bilanċjat u sostenibbli. L-impjegati kienu mħeġġa biex jibnu relazzjonijiet aktar effettivi mal-klijenti u ma‘ xulxin, billi japprezzaw labbiltajiet u l-perspettivi differenti ta’ kulħadd. Fil-bidu, il-parteċipanti ngħataw xenarji stressanti, u wara kienu murija metodi li
Vodafone tħabbar li l-4G hu disponibbli għall-klijenti
F’Novembru tas-sena l-oħra Vodafone wriet mill-ġdid li għandha l-aqwa network f’Malta billi kienet l-ewwel kumpanija li ġabet il-4G f’Malta. Bdiet b’lokalitajiet bl-ogħla
domanda għal data fuq ilmobile, bħall-Belt Valletta, Tas-Sliema u San Ġiljan u sa Settembru ta’ din is-sena lkopertura kienet żdiedet għal aktar minn 15-il post. Illum Vodafone ħabbret li l-
kopertura 4G issa hi disponibbli għall-klijenti kollha li huma fuq prepaid jew kuntratt, billi tagħtihom l-opportunità li jesperjenzaw il-ħafna vantaġġi li l-4G għandha x’toffri.
In-nies issa qed jużaw linternet f’kull qasam tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum u l-vantaġġ tal-4G hu li d-data tinżel aktar malajr. Vodafone qed tintroduċi żewġ data bundles tal-4G:
jnaqqsu l-istress u jgħinu ssaħħa mentali u l-għarfien personali. Imbagħad, limpjegati setgħu jesperjenzaw tipi differenti ta’ massaġġi u setgħu wkoll jippruvaw ilmeditazzjoni u l-yoga. Is-Senior Managers ħadu sehem fl-attivitajiet, inkluż fil-maratona tas-saħħa mentali li saret fil-gym li hemm flOperations Centre stess.lasma screen armat fir-reception wieħed seta’ jara kif impjegati differenti jittrattaw bl-isfidi u jegħlbu l-ostakli. HSBC għandu aktar minn 50 Employee Resource Groups li jipprovdu appoġġ u jservu ta’ gwida biex jinħoloq ambjent inklussiv fejn kulħadd jista’ jaħdem u jiżviluppa u jsegwi karriera li tissodisfah.Dan jgħin lillBank biex jissodisfa l-ħtiġiet ta’ kollegi differenti u ta’ klijenti minn kull pajjiż u kultura.
Bundle ta’ 500MB għal €5 fix-xahar, disponibbli fuq prepaid plans, Red lite, RED u RED Basic, u Bundle ta’ 1GB għal €9 fix-xahar, disponibbli fuq RED Basic, RED u RED Premium.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Sport
48
TROTT U GALOPP
Tnaqqis fl-imħatri u l-qliegħ mit-tiġrijiet fi Franza Kenneth Vella
Bħalissa fi Franza, l-isport tattiġrijiet taż-żwiemel mhux sejjer tajjeb daqs kemm kien fl-aħħar snin. Xahar wara xahar qed ikun hemm tnaqqis sostanzjali mill-qliegħ fuq limħatri u dan qed iwassal biex lassoċjazzjonijiet ewlenin tat-tiġrijiet Le Trot u France Galop jibdew jaħsbu sabiex joħolqu strateġija ġdida u nnovattiva li tista’ twassal għal titjib u żieda fl-imħatri. Id-diriġenti ta’ dawn iż-żewġ assoċjazzjonijiet huma inkwetati li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ hekk tista’ twassal biex ikun hemm tnaqqis filpremijiet u fin-numru ta’ tiġrijiet. Is-sitwazzjoni ta’ bħalissa waslet ukoll għar-riżenja dan l-aħħar talgeneral manager tal-kumpanija ewlenija tal-imħatri PMU Phillippe Germond. Ħafna wkoll baqgħu sorpriżi kif it-tiġrija famuża Prix De l’Arc De Triomphe, li saret ix-xahar li għadda, għalkemm kienet segwita minn aktar minn seba’ mitt elf telespettatur u kien hemm aktar minn 51,000 spettatur fil-korsa, xorta rat tnaqqis ta’ madwar 24% f’imħatri meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Ħafna raw din is-sitwazzjoni bħala konferma li dan l-isport fi Franza issa wkoll dieħel f’riċessjoni. Sat-30 ta’ Settembru 2014, l-ammont ta’ mħatri kien diġà naqas b’7.1% meta mqabbel massena ta’ qabel. Ma’ dan wieħed irid isemmi li sena ilu kien hemm diġà tnaqqis ta’ 5.2% fuq il-logħob meta mqabbel mal-2012. Ħafna ġurnalisti u analisti Franċiżi jemmnu li din is-sitwazzjoni waslet minħabba diversi raġunijiet fosthom il-kriżi ekonomika li bdiet tolqot il-pajjiż taħt it-tmexxija tal-President soċjalista Francois Hollande; il-kompetizzjoni qawwija li għandu issa dan l-isport minn imħatri fuq sport ieħor; u l-logħob
LOKALI
tal-azzard online li kompla jiżdied fl-aħħar xhur. Ta’ min ifakkar ukoll li ftit taxxhur ilu madwar il-pajjiz kienu ġew organizzati sensiela ta’ protesti minn sidien u breeders taż-żwiemel minħabba ż-żieda fit-taxxi imposti mill-gvern soċjalista Franċiż, blakbar protesta ssir fil-kapitali Pariġi fejn anki tniżżlu żwiemel fit-toroq. Dawk li pprotestaw sostnew li Hollande u l-ministri sħabu kienu se joqtluhom bil-ġuħ u jwasslu għallmewt ta’ aktar minn 80,000 żiemel. Fost id-deċiżjonijiet meħuda minn Hollande kien hemm dik ta’ żieda fir-rata tal-VAT minn 7% għal 20% fuq ċentri ekwestri. Il-president Franċiż iġġustifika din id-deċiżjoni billi qal li kellu jwettaqha minħabba pressjoni u wara deċiżjoni mill-qorti Ewropea tal-ġustizzja. Serge Lacomte, president talFederazzjoni Ekwestri Franċiża żied jgħid li din is-sitwazzjoni taf twassal għall-egħluq ta’ elfejn ċentru taż-żwiemel u telf ta’ sitt elef impjieg assoċjat ma’ dan l-isport. Estimate nieqsa mill-Melbourne Cup Estimate, id-debba tar-Reġina Elizabetta t-Tieni mistenni titlef ittiġrija prestiġjuza tal-Melbourne Cup li se ssir fil-korsa ta’ Flemington l-Awstralja nhar itTlieta. Hu mistenni li din id-debba ta’ ħames snin, li hija mħarrġa minn Sir Michael Stoute, se tibda tintuża għat-tagħmir. Din l-aħbar ingħatat minn John Warren li hu l-konsulent personali tar-Reġina fuq it-tiġrijiet. Din is-sena l-Melbourne Cup se tidħol fil-154 edizzjoni tagħha u fost iż-żwiemel miktuba għaliha nsibu lil Admir Rakti, Red Cadeaux, Cavalryman, Protectionist, Au Revoir u Willing Foe.
L-isport tat-tiġrijiet fi Franza dieħel f’riċessjoni bi tnaqqis fl-imħatri u żieda fit-taxxi fuq min hu involut. Dan wassal għal protesti kontra l-gvern soċjalistà ta’ Francois Hollande
Estimate, id-debba tar-Reġina Elizabetta li se tkun nieqsa mill-Melbourne Cup nhar it-Tlieta.
Programm imżewwaq b’finali Gold u semifinali Premier
Programm imżewwaq b’finali Gold u semifinali Premier Is-36 laqgħa tas-sena li se ssir illum wara nofsinhar fil-Marsa se tkun fost l-aktar interessanti. Dan minħabba li d-disa’ tiġrijiet tat-trott, se jinkludu l-finali tat-Tazza Johnnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold u tliet semi finali mill-kampjonat annwali għat-Tazza tal-President riservat għal żwiemel tal-ogħla klassi Premier. Dawn it-tiġrijiet se jsiru kollha fuq distanza qasira ta’ 2140m. Il-finali tal-klassi Gold se tkun isseba’ tiġrija u tibda fl-4pm. Għaxra se jkunu ż-żwiemel li se jibdew f’din it-tiġrija wara l-karozza tat-tluq. Dawn huma New Star DK, Panda Des Fleches, Sigurd Speed, P.A. Surprise, Markus Klipp, Reader JYL, Quito De Femisson, Argus Hanover, Obelix Molgard u Veikko Hornline. Għalkemm se jibdew bl-aħħar żewġ
pożizzjonijiet matul il-bidu ufficjali, Veikko Hornline (Julian Farrugia) u Obelix Molgard (Salvu Vella) xorta għandhom jibdew fost l-aktar kwotati. It-tnejn ġejjin minn rebħa fil-fazi tas-semifinali, b’Veikko Hornline jkollu wkoll rebħa anki filfażi tal-heats. Mit-tliet semi finali Premier 12-il żiemel iridu jgħaddu għall-finali. Flewwel waħda li tibda fis-2.20pm se jiġru 12-il żiemel fosthom id-debuttant Taljan ta’ tmien snin Mint Kronos. Vanmaker Limburgia (Charles Camilleri), Pedro Vici (Johan Axisa) u Power Of Love (Michael Ellul) jibdew fost l-aktar kwotati. Fit-tieni semi finali Premier li tibda fit-3.10pm, nistennew taqtiegħa nteressanti bejn Pat De Fontaine (Noel Baldacchino) u Wiss Roadrunner (Mario Farrugia). Nieqes
hawnhekk se jkun hemm il-popolari Prieure li ġie skraċċjat fl-aħħar jiem. Attenzjoni speċjali se tingħata flaħħar semifinali lil Made In Hoff (Charles Camilleri), Ohime Mag (Ronald Cassar) u Quillian Joyeux (Andrew Farrugia). F’din it-tiġrija, li tibda fl-4.30pm, se jiddebutta f’Malta l-Iżvediż Pacific Joy. L-ewwel tiġrija tal-klassi Copper tibda fis-1.30pm. Tbassir I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. Win – Stormy Sand. Place – Dreamed Victory, Claude Carnevale. II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Red Love. Place – Wonderofyou, Quaroldo. III Tiġrija. Semifinali Tazza talPresident. Klassi Premier. Dist – 2140m. Win – Vanmaker Limburgia. Place – Pedro Vici, Power Of Love.
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Roi Du Solat. Place – Milionarios, Rapide Du Matin. V Tiġrija. Semifinali Tazza talPresident. Klassi Premier. Dist – 2140m. Win – Pat De Fontaine. Place – Wiss Roadrunner, Original Blue. VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. Win – Rex Rose. Place – Ostheo d’Havetot, Norfolk De Gouerie. VII Tiġrija. Finali Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. Win – Veikko Hornline. Place – Obelix Molgard, P.A. Surprise. VIII Tiġrija. Semi Finali Tazza talPresident. Klassi Premier. Dist – 2140m. Win – Made In Hoff. Place – Quillian Joyeux, Ohime Mag. IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. Win – Absolutelymeadow. Place – Uranos, Louise Wood.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Sport
49
TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL
Rio Du Gers, Paleo De La Dives u Hotchemin jirbħu l-finali Il-35 programm tas-sena li sar ilĠimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa inkluda tliet finali ta’ Condition Races għal żwiemel mill-klassijiet Silver, Bronze u Copper fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn intrebħu minn Rio Du Gers, Paleo De La Dives u Hotchemin. L-aktar finali mistennija kienet dik Silver. Din kienet waħda bilanċjata u kumbattuta sat-tmiem. Kien Rio Du Gers (Julian Farrugia) li temm rebbieħ wara li fid-dritta finali kien involut fi dwell missielet ma’ All American Class (David Ellul). Quent De Combourg (Noel Baldacchino) u Joss Q.C. (Nicholas Bonello) kellhom ukoll wirja pożittiva. Għal Rio Du Gers din kienet it-tieni rebħa nfila. Fil-finali Bronze, Rodney Gatt talab lill-Franċiż Paleo De La Dives biex iżid fil-pass ftit aktar minn dawra mit-tmiem. Dan qasam il-linja finali l-ewwel bla tbatija, b’tul u nofs minn Meadow Dancer (Noel Baldacchino) u Picabia Des Audins (Brian Hili). Ogor (Anton Cassar) temm warajhom fir-raba’ post. Olifant Du Puoy (Frans Tanti), li kien għal ħafna ħin quddiem matul ilfinali Copper, naqqas mill-ġiri hekk kif iż-żwiemel qabdu d-dritta finali. Hu nqabeż fost l-oħrajn mill-favorit Hotchemin li f’idejn iż-żagħżugħ Għawdxi Warren Spiteri ħa t-tieni rebħa nfila u t-tielet waħda staġjonali minn Punch EM (Shawn Portelli) u Syllabub (Rodney Gatt). My Danover (Frank Portelli) temm ir-raba’. Il-programm inkluda wkoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza qasira. Din intrebħet mid-debuttanta Żvediza Nova Kebell f’idejn Redent Magro wara sprint fid-dritta finali. Ir-riżultati kollha I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Rower (C. Camilleri) Ħin – 2.47.8” (1.18.4”) 2. Magnum (K. Galea) 3. Snubbelduns (M. Refalo) 4. Loustic d’Anjou (J. Farrugia) II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Reflexe De Crennes (R. Magro) Ħin – 2.50.1” (1.19.5”) 2. Quick Et Rare (J. Pace) 3. Diamond Hallinck (J. Farrugia) 4. Prince November (C. Cauchi) III Tiġrija. Finali Condition Race Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hotchemin (W. Spiteri) Ħin – 2.52.4”
Rio Du Gers misjuq minn Julian Farrugia jirbaħ il-finali tal-klassi Silver (ritratt: Dylan Caruana (Pinkish Line Ltd)
(1.20.5”) 2. Punch EM (S. Portelli) 3. Syllabub (R. Gatt) 4. My Danover (F. Portelli) IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Quermes Rush (N. Baldacchino) Ħin – 2.47.5” (1.18.3”) 2. Nico Oland (J. Farrugia) 3. Quintet (B. Zammit) 4. Troy Boshoeve (S. Vella) V Tiġrija. Finali Condition Race Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Paleo De La Dives (R. Gatt) Ħin – 2.48.4” (1.18.7”) 2. Meadow Dancer (N. Baldacchino) 3. Picabia Des Audins (B. Hili) 4. Ogor (A. Cassar) VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nova Kebell (R. Magro) Ħin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Wee Catch Diamond (J. Farrugia) 3. Ourasi Diams (A. Fenech) 4. Utah Hornline (R. Clifton) VII Tiġrija. Finali Condition Race Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Rio Du Gers (J. Farrugia) Ħin – 2.47” (1.18”) 2. All American Class (D. Ellul) 3. Quent De Combourg (N. Baldacchino) 4. Joss Q.C. (N. Bonello) VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Qurieux Du Ponchet (N. Baldacchino) Hin - 2.45.9” (1.17.5”) 2. Nitesco d’Antony (D. Ellul) 3. Presidential (B. Hili) 4. Purple Hall (C. Camilleri)
Sport lokali għal-lum MFA Victor Tedesco Std – 2pm. BOV Premier. Tarxien R v Floriana., 4.15pm. BOV Premier. Mosta v Hibernians Centenary Std – 2pm. I Div. Fgura Utd v Gżira Utd., 4pm. I Div. St George’s v Gudja Utd Charles Abela Std – 2pm. III Div. Kirkop Utd v Qrendi., 4.15pm. III Div. Kalkara v Attard Luxol Std – 4pm. III Div. Mġarr Utd v Marsaskala., 6.15pm. III Div. Marsaxlokk v Ta’ Xbiex Sirens Std – 2pm. III Div. Mtarfa v Santa Lucia., 4.15pm. III Div. Mdina K v St Venera L. YFA Rabat Grd – 9am. U17 Valletta v Mġarr., 10.45am. U17 Sliema W v Balzan Y., 12.30pm. U15 Sliema v Fgura Żabbar Grd – 9am. U17 Floriana v B’Kara., 10.45am. U17 Żebbuġ v Mellieħa, 12.30pm. U15 Mosta v LijaIklin Siġġiewi Grd – 1pm. U15 B’Kara v Mqabba., 2.45pm. U17 Paola H v Qrendi, 4.30pm. U15 Msida v Għaxaq Mġarr Grd – 1pm. U17 St Andrew v Qormi, 2.45pm. U17. Gżira v Żejtun, 4.30pm. U15 Gżira v Sirens
GFA Gozo Std – 1pm. I Div. Kerċem A v St Lawrence SP, 3pm. I Div. Victoria H v Sannat L. IASC Santa Lucia Grd – 8.30am. Ħamrun L v Burmarrad AFC, 9.45am. Mosta G v Marsa T, 11am. Senglea Y v Msida RS BASKETBALL Ta’ Qali – 11.15am. St James Hospital. Lig (N). Depiro v Hibs., 1pm. St James Hospital Shield (I). Luxol v Siġġiewi, 2.45pm. St James Hospital Lig (N). Phoenix v Athleta, 4.30pm. St James Hospital Shield. (I). Depiro v Floriana. HANDBALL Università – 9am. MHA Cup. La Salle U v Luxol, 10.30am. Kavallieri RS2 v Swieqi TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Marsa – Issir is-36 laqgħa tal-istaġun li se tkun fuq disa’ tiġrijiet tat-trott u tinkludi lfinali tat-Tazza Johnnie Walker SPARAR Bidnija – 10am. Sparatura Skeet u Double Trap. B’Bugia – 10am. Sparatura Trap
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Sport
50
Stephen Keshi jirritorna jmexxi lin-Niġerja
Stephen Keshi reġa’ nħatar uffiċjalment kowċ nazzjonali tan-Niġerja mill-Federazzjoni tal-Futbol Niġerjan (NFF). Keshi kien sorprendentement mibdul ma’ Shaibu Amodu wara li n-Niġerja għelbet lis-Sudan 3-1 f’logħba ta’ kwalifikazzjoni mitTazza Afrikana tal-2015 fis16 ta’ Ottubru. Dan bil-mira li l-quddiem it-tim ikun fdat f’idejn kowċ barrani. Imma Keshi li għandu 52 sena se jkun qed imexxi littim fiż-żewġ partiti ta’ kwalifikazzjoni li jmissu kontra lCongo u l-Afrika t’Isfel dan ix-xahar wara li Amodu talab għar-ritorn tiegħu. Amodu talab biex Keshi
jerġa’ jitpoġġa fit-tmexxija tat-tim wara li ħass li żżmien li kellu ma kienx biżżejjed biex jibni liskwadra mill-ġdid. Il-President tal-NFF Amaju Pinnick, il-Ġimgħa qal li Keshi, li mexxa lin-Niġerja fit-Tazza tad-Dinja fil-Brażil, se jirritorna fir-rwol tiegħu mat-tim li jinsab it-tielet fi Grupp A tliet punti taħt iżżona kwalifikazzjoni. Pinnick qal li hu dejjem kellu fiduċja f’Keshi u ma xtaqx li jbiddel il-kowċ imma peress li hemm il-ħsieb li filfutur in-Niġerja jkollha kowċ barrani ma kienx offrielu kuntratt permanenti biex jibqa’ fil-kariga.
David Farrugia fl-azzjoni quddiem għajnejn ħuh Reno (xellug)
RAFFA
It-tim Malti fit-Turkija It-tim nazzjonali tar-Raffa qed jirrappreżenta lil Malta flInternational Open Turnament tat-Turkija li qed isir f'Kemer. It-tim Malti huwa magħmul mill-aħwa David u Reno Farrugia - żewġ atleti b’bosta esperjenza f'din id-dixxiplina u jinsabu assistiti minn Yacine Kafi.
Is-sena li għaddiet f'dan lInternational Open turnament laħwa Farrugia kienu rebħu lmidalja tad-deheb fit-timijiet u kif ukoll David Farrugia kien rebaħ il-midalja tad-deheb flindividwali. Il-parteċipazzjoni tat-tim Malti kienet possibli bl-għaj-
nuna tal-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kunsill Malti għallisport (KMS). Il-kit ta’ l-atleti Maltin ġie sponsorjat mill-Fullmarks Sporting tal-Fgura bid-ditta JOMA u kif ukoll b'għajnuna mill-kumpanija Accounting Services Ltd.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Sport
51
BOV L-EWWEL DIVIŻJONI
Rabat Ajax jegħlbu lil-leaders MELITA…………..........…...1 RABAT AJAX……..........…..2 Rabat Ajax sorprendentement għelbu lil-leaders Melita, wara taqsima tajba anke jekk Melita tilfu xi okkażjonijiet faċli ta’ skor. Kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għar-Rabat, li bil-mod bdew jinqalgħu mill-aħħar postijiet tal-klassifika. Rabat ipproduċew wirja millisbaħ fl-ewwel taqsima meta kienu huma li kellhom aktar mill-logħob u azzjonijiet lejn illasti. Wara biss tliet minuti Lawrence Chiedozie, ħarab wara li lagħab il-ballun ma’ Adam Smeir, in-Niġerjan kien iffortunat li kien hemm devjazzjoni, bil-ballun jispiċċa quddiemu, iżda x-xutt tiegħu ġie salvat minn Schranz. Tliet minuti wara Aidan Azzopardi ttanta xortih minn barra l-kaxxa, bil-gowlkiper Schranz isalva, hekk kif irRabtin bdew juru l-vena tajba tagħhom. Ma kenitx sorpriża li fetħu l-iskor meta fit-tmien minuta, Rudi Alinho, mess ilballun b’idu fil-kaxxa wara cross ta’ Wayne Borg. Ġustament ingħata l-penalty, bix-xutt ta’ Adam Smeir jiġi salvat parzjalment minn Schranz, imma daħal fil-kaxxa bħal sajjetta AIDAN AZZOPARDI li xeħet ġewwa. It-tim ta’ Joey Falzon għamilhom 2-0 fil-15-il minuta meta meta Adam Smeir u LAWRENCE CHIEDOZIE bidlu l-ballun tajjeb, binNiġerjan jixħet ġewwa minn minn quddiem il-lasta. Melita rrispondew żewġ minuti wara meta Julian Galea waħdu xeħet barra wara clearance ħażin mid-difiża Rabtija. Żewġ minuti wara Chiedozie ra daqqa ta’ ras tiegħu minn “throw-in” ta’ Scicluna, iġġiegħel lil Schranz jagħmel save tajjeb u erba’ minuti qabel il-mistrieħ Melita kellhom fejn inaqqsu l-iskor imma Luke Sammut naqas li jolqot wara kross meqjus ta’ Julian Galea. It-tieni taqsima naqqset mirritmu bir-Rabat moħħhom aktar biex jiddefendu l-vantaġġ filwaqt li Melita baqgħu isibuha diffiċli jinfdu d-difiża Rabtija, u meta rnexxielhom, tilfu xi ċansijiet faċli ta’ skor. Fit-52 minuta, reġgħu rmew ċans ieħor ta’ skor meta Nigel Rizzo xeħet barra minn żewġ passi bogħod wara clearance ħażina ta’ Etienne Scicluna. Fil-75 minuta Melita reġgħu tilfu ċans tad-deheb minn Nigel Rizzo u tliet minuti wara JULIAN GALEA daħħal lil Melita fil-logħba meta xeħet ġewwa minn fuq it-tieni last wara kross ta’ Luke Bianco.
Erba’minuti mit-tmiem Luke Sammut xeħet ftit barra minn qagħda tajba. Melita: P. Schranz, N. Micallef, L. Bianco, E. Cornago, R. Alinho, M. Valenzia (M. Fenech), F. Mennini Righini, J. Galea, L. Sammut, J.P. Attard (A. Borg Olivier), N. Rizzo (A. Attard) Rabat A.: J Azzopardi, J. Caruana, S. Gauci, W. Borg (S.Abela), D. Falzon, L. Chiedozie, A. Smeir, K. Muscat (L. Cauchi), E. Scicluna, D. Azzopardi, A. Azzopardi (D. Galea) Referee: Matthew Degabriele
Kif Jinsabu L Melita 7 Gudja U 6 St. Andrew’s 7 Lija A 7 Mqabba 7 Vittoriosa S 7 Pembroke A 7 Gżira Utd 6 Żurrieq 7 Rabat A 7 Fgura Utd 6 St. George’s 6 Msida SJ 7 B’Buġa SP 7
R 5 4 4 4 4 3 3 3 3 2 1 2 2 0
D 0 2 1 0 0 2 2 1 0 2 3 0 0 1
T F 2 12 0 17 2 17 3 13 3 14 2 11 2 15 2 9 4 10 3 5 2 4 4 7 5 6 6 7
K Pt 8 15 4 14 15 13 7 12 11 12 7 11 7 11 9 10 15 9 10 8 6 6 11 6 19 6 21 1
Illum 2 p.m. Fgura U v Gżira U 4 p.m. St. George’s v Gudja U
Żurrieq għelbu lill-Birgu minkejja li kienu gowl minn taħt u b’ragel anqas (ritratt: Joseph Galea)
Żurrieq jumiljaw lill-Ġirbin VITTORIOSA S..............…..1 ŻURRIEQ..............................4 Żurrieq ħolqu l-akbar sorpriża tal-istaġun meta b’għaxra għelbu lil Vittoriosa Stars b’għaxra u wara li sabu ruħhom gowl minn taħt. Huma anke tilfu kmieni fil-partita lil Osi Lucky Agbeobina li weġġa’. Il-partita kienet waħda fejn minkejja li Vittoriosa kellhom ħafna mill-pussess Żurrieq kienu miċidjali fil-kontrattakki. Il-partita bdiet f’waħda ferm monotona b’Żurrieq isofru daqqa ta’ ħarta kmieni meta lattakkant Agboebina ġibed ilhamstring u kellu jinbidel wara biss 12-il minuta. Madankollu kien biss f’nofs l-ewwel taqsima li kien hemm l-ewwel azzjoni lejn il-lasta meta Anthony Eviparker għadda bejn żewġ plejers, qassam lura lejn Clive Spiteri li ra x-xutt mill-viċin devjat għall-korner. Fis-26 minuta kien għal darba oħra Eviparker, li qassam
lejn Liam Gauci fil-kaxxa u dan ra x-xutt tiegħu devjat għall-korner. It-tim ta’ Brian Spiteri, mar fil-vantaġġ fit-33 minuta meta ANTHONY EVIPARKER xeħet ġewwa mill-viċin, fuq kross mill-isbaħ ta’ Liam Gauci. Imma l-Ġirbin ma tantx damu jifirħu għaliex 44 sekonda wara Żurrieq ġabu d-draw, li kien simili għal dak li skorjaw Vittoriosa. JOSEPH OGUNNUPE, xeħet ġewwa kross ta’ Matthew Schembri. Vittoriosa għal ftit ma reġgħux marru fil-vantaġġ fil41 minuta meta minn kross ta’ Luke Vella Critien, Eviparker għola mal-gowlkiper, il-ballun ġie f’saqajn Carlos Compganoli, li ra x-xutt devjat minn Karl Sacco. Vittoriosa appellaw għal penalty. Żewġ minuti wara risposta ta’ Żurrieq meta s-sostitut Daniel Zammit ra d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata mill-gowlkiper Karl Magri wara kross ta’ Raimi Bakare. Man-nofs siegħa Żurrieq
sofrew daqqa ta’ ħarta wara li Raimi Bakare ġie muri t-tieni karta s-safra biex it-tim ta’ Jojo Bajada kellu jkompli l-partita b’għaxra. Madankollu kienu ż-Żrieraq li għal ftit ma marrux fil-vantaġġ meta Ogunnupe, ħarab minn tliet kwarti ta’ grawnd, ta pass preċiż lejn Dylan Darmanin, li raha lillgowlkiper Magri jsalva. Minkejja li kienu b’għaxra, Żurrieq baqgħu perikolużi bilkontrattakk u minn wieħed minnhom fl-74 minuta Daniel Zammit wara ħarba, twaqqa’ mill-gowlkiper Magri. Inkariga mill-penalty JOSEPH OGUNNUPE, li għeleb lil Magri. Fis-77 minuta il-Ġirbin kienu sfortunati li ma ġabux il-gowl tad-draw meta Vittorio Di Maggio laqat il-mimduda millviċin. Żewġ minuti wara Federico Santaguida mattar saqajh fuq azzjoni ta’ freekick, bil-gowlkiper Magri, jsalva in extremis, bil-ballun salvat minn
fuq il-linja fatali wara li l-istess Magri litteralment qabeż fuq ilballun. Żurrieq għamlu ċert mill-partita erba’ minuti mittmiem meta KARL SACCO tefa’ ġewwa mill-viċin u temm azzjoni ta’ kontrattak li bdiet minn Dylan Darmanin u tkompliet minn Ogunnupe. Minuta fuq il-ħin Żurrieq għamluhom 4-1 meta f’ħarba oħra Matthew Schembri sab lis-sostitut GABRIEL GHIGO, li waħdu għeleb lil Magri. Vittoriosa: K. Magri, K. Scicluna, C. Spiteri, L. Gauci, C. Sammut, L. Vella Critien, V. Di Maggio, M. Buttigieg, A. Evi Parker, C. Compagnoli (F. Santaguida), J. Camilleri (S. Grech) Zurrieq: C. Caruana, K. Sacco, S. Giglio, S. Wellman, M. Mifsud, D. Darmanin (G. Ghigo), R. Bakare, M. Schembri, J. Ogunnupe, A. Agius, O.L. Agboebina (D. Zammit) Referee: Marco Borg
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Sport
52
FUTBOL FIS-SERIE A
Juve jieħdu vantaġġ mit-telfa ta' Roma Riżultati Serie A Napoli v Roma 2-0 Empoli v Juventus 0-2 Parma v Inter 2-0 Illum Chievo v Sassuolo (1500) Sampdoria v Fiorentina (1500) Torino v Atalanta (1500) Udinese v Genoa (1500) Milan v Palermo (2045) Għada Cesena v Verona (19.00) Lazio v Cagliari (21.00) Serie B Avellino v Catania Crotone v Perugia Livorno v Bologna Pescara v Spezia Pro Vercelli v Bari Ternana v Cittadella Trapani v Brescia V.Entella v Lanciano Carpi v Vicenza Illum Latina v Frosinone Varese v Modena
1-0 2-1 3-2 1-2 3-0 1-1 3-2 0-0 1-0
BUNDESLIGA
.Juventus għelbu lil Empoli barra minn darhom biex millġdid fetħu vantaġġ ta' tliet punti fil-quċċata ta' Serie A, b'Roma jsofru t-tieni telfa tal-istaġun kontra Napoli, 2-0, fis-Stadio San Paolo. Juventus kienu determinati li jpattu għat-telfa ta' nofs ilġimgħa ma' Genoa, b'Andrea Pirlo jagħtihom il-vantaġġ minn freekick wara siegħa. Fit-72 minuta, Carlos Tevez għadda ballun lil Alvaro Morata li aċċerta mill-punti għal Juve meta mill-ġdid għeleb lill-gowlkiper Davide Bassi għat- 2-0 finali. Napoli taw l-aħjar wirja talistaġun ma’ Roma, b'Gonzalo Higuain isib ix-xibka b'akrobazija wara tliet minuti. Napoli iddominaw għal ħinijiet twal u ħames minuti mit-tmiem, il-prolifiku Jose Maria Callejon irdoppja meta rċieva mingħand Higuain. Il-Partenopei issa qabżu t-tielet fil-klassifika, bi 18
Jose Maria Callejon (tieni mix-xellug) jaċċerta mir-riżultat kontra Roma, tard fit-tieni taqsima (ritratt: EPA)
il-punt – erba' anqas minn Roma. Fil-logħba li ntlagħbet tard, Parma għelbu lil Inter 2-0 fitTardini għat-tieni rebħa talistaġun, u għal riżultat li jnaqqas
ftit mill-pressjoni fuq il-kowċ, Roberto Donadoni. Parma kienu determinati li jiksru s-sekwenza ta' riżultati negattivi u marru fil-vantaġġ minn Paolo De Ceglie wara biss
ħames minuti. Inter ippruvaw iwettqu reazzjoni iżda rari heddew u kienu Parma li rduppjaw, kwarta mit-tmiem, minn De Ceglie, bl-istess plejer imur viċin il-hat-trick fl-aħħar ħinijiet.
Penalty ta' Robben deċiżiv għal Bayern
Arjen Robben, l-eroj ta' Bayern, waqt azzjoni fuq il-lasta ta' Borussia Dortmund (ritratt: EPA)
Formula 1
Bayern Munich dawwru telfa f'rebħa ma' Borussia Dortmund b'żewġ gowls flaħħar ħinijiet minn Robert Lewandowski u Arjen Robben -- b'talaħħar jiskorja penalty deċiżiv, erba' minuti mit-tmiem ta' dan il-konfront missielet fl-Alleanz Arena. B'din ir-rebħa Bayern pattew għat-telfa li sofrew ma' Dortmund fis-Super Cup waqt li kompla l-perijodu negattiv għat-tim ta' Jurgen Klopp li jinsab it-tielet millaħħar fil-Bundesliga, b'seba punti biss minn għaxar logħbiet. Intant, Borussia Dortmund kienu qrib li jagħtu l-ewwel telfa lil Bayern fil-kampjonat
meta fetħu l-iskor b'gowl ta' Marco Reus f'nofs l-ewwel taqsima. Huma żammew dan il-vantaġġ sat-72 minuta meta Lewandowski sab ix-xibka wara xogħol tajjeb ta' Franck Ribery – bl-istess Ribery jitwaqqa' fil-kaxxa minn Nevan Subotic għal penalty ċar. Inkariga ruħu Robben li tefa' lill-gowlkiper Roman Weidenfeller in-naħa l-oħra għal 2-1, bir-riżultat ma jinbidilx. Sadanittant, Wolfsburg impressjonaw b'rebħa 4-0 għand Stuttgart b'gowls ta' Ivan Perisic (2), Robin Knoche u Kevin de Bruyne, biex ikkonsolidaw it-tieni
Pole position għal Rosberg
Is-sewwieq Ġermaniż, Nico Rosberg, kiseb il-pole position filkwalifikazzjoni għall-Grand Prix tal-Istati Uniti fejn irreġistra ħin aħjar minn Lewis Hamilton, issewwieq l-ieħor ta' Mercedes li rebaħ l-aħħar erba' Grand Prix u li għandu 17- il punt vantaġġ fuqu f'ras il-klassifika tas-sewwieqa. Il-vantaġġ ta' Rosberg fuq Hamilton fiċ-ċirkwit ta' Austin kien ta' 0.376 sekonda, u wara lBritanniku, fit-tielet post,se jibda Valtteri Bottas, tal-Williams. Felipe Massa, ukoll talWilliams, kiseb ir-raba' post quddiem Daniel Ricciardo tarRed Bull u Fernando Alonso talFerrari.
Jenson Button tal-McLaren spiċċa s-seba’, segwit mill-kollega, Kevin Magnussen, iżda leks-Champion tad-Dinja se jkollu jċedi ħames postijiet peress li bidel il-gearbox. B'hekk, Rosberg qed ikompli jisfida lil Hamilton sal-aħħar u ammetta li ''ma jistax ifalli punt'' fl-aħħar tliet tlielaq tal-kampjonat jekk irid jissupera lirrivali tiegħu f'ras il-klassifika. Fil-fatt, Rosberg irnexxielu jikseb pole position minkejja li temm l-aħħar dawra taċ-ċirkwit b'veloċita ta' 0.8 sekondi anqas minn ta' Hamilton u fejn qal li 'jinsab kuntent ħafna bil-karozza tiegħu'.
Il-Mercedes ta' Nico Rosberg waqt il-provi ta' kwalifikazzjoni fiċ-ċirkwit ta' Austin (ritratt: EPA)
Riżultati Mainz 05 v W.Bremen Hamburg v B. Leverkusen Hannover v E. Frankfurt Stuttgart v Wolfsburg B. Munich v B. Dortmund Illum B. M’bach v Hoffenheim Cologne v Freiburg Paderborn v Hertha B
1-2 1-0 1-0 0-4 2-1
post, b'erba' punti anqas minn Bayern. Lejn in-naħa t'isfel tal-klassifika, Hamburg kisbu rebħa importanti, 1-0, fuq Bayer Leverkusen li jinsabu l-ħames fil-Bundesliga. Ilgowl ta' Hamburg wasal minn penalty skurjat fl-ewwel taqsima mill-internazzjonali Olandiż Rafael van der Vaart.
WATERPOLO
Telfa kbira
It-tim Malti tal-Waterpolo li qed jikkompeti fi Grupp B mittieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro Cup 2014-15 tal-LEN taħt l-isem ta’ Valletta, ġarrab telfa oħra kbira kontra t-tim qawwi Kroat ta’ Split 5-23. It-tim Malti mmexxi minn Karl Izzo żamm il-pass biss flewwel sessjoni li tilef 3-4 għaliex imbagħad ġie dominat u tilef is-sessjonijiet l-oħra 1-6, 0-9 u 1-4. Għat-tim Malti skorjaw Clint Mercieca, Matthew Zammit, Zachary Mizzi, Marc Grech u Dino Zammit waqt li l-aħjar skorer ta’ Split kien Jerko Marinic Kragic b’ħames gowls.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Sport
53
FUTBOL FIR-RENJU UNIT
Chelsea jirbħu mill-ġdid, b'Liverpool fi kriżi
Chelsea żammew mal-pronostiku u kisbu t-tliet punti mill-konfront ma' Queens Park Rangers fi Stamford Bridge, waqt li Southampton – it-tim revelazzjoni tal-istaġun – komplew isegwuhom fit-tieni post wara li għelbu lil Hull City barra minn darhom. Fil-verita, il-Blues ta' Jose Mourinho kellhom jitħabtu aktar milli mistenni kontra Rangers li reġgħu urew titjib kbir fillogħob wara r-rebħa ta' nhar itTnejn fuq Aston Villa u fejn ħolqu mhux ftit tal-problemi għal-liders tal-Premiership. Intant, l-internazzjonali Brażiljan Oscar irritorna għal Chelsea wara nuqqas ta' erba' logħbiet u żblokka r-riżultat wara nofs-siegħa fuq suġġeriment ta' Cesc Fabregas. Fit-tieni taqsima, Charlie Austin skorja l-ħames gowl tiegħu tal-istaġun għal 1-1 u b'Chelsea joħorġu mill-ġdid ifittxu l-gowl tar-rebħa li wasal minn penalty xi ftit kontroversjali wara li r-referee iddeċieda li ddifensur ta' QPR Eduardo Vargas kien ikkommetta foul fil-kaxxa fuq Eden Hazard. L-attakkant Belġjan inkariga ruħu mill-ħdax il-metru u fejn ma ta l-ebda ċans lill-gowlkiper Robert Green. B'din ir-rebħa, Chelsea fetħu vantaġġ temporanju ta' disa' punti fuq iċ-Champions Manchester City li llum, wara nofsinar, huma impenjati fid-derby ma' Manchester United fl-Etihad Stadium. Southampton ħarġu bit-tliet punti ma' Hull City fil-KC Stadium, bil-gowl ta' Victor Wanyama wara tliet minuti logħob ikun biżżejjed għasSaints biex jikkonsolidaw posthom bħala sfidanti ta' Chelsea, bi 22 punt mill-ewwel għaxar impenji.Wanyama sab ix-xibka b'chip minn 25 metru wara l-clearance żbaljat talgowlkiper ta' Hull, Eldin Jakupovic. Is-Saints, b'hekk, kisbu seba' rebħiet mill-aħħar tmien logħbiet fil-kampjonat. Sadanittant, Newcastle United komplew bir-rimonta impressjonanti tagħhom fejn
kisbu r-raba' rebħa konsekuttiva fil-league għall-ispejjeż ta' Liverpool. Ir-Reds, issa, jinsabu fi kriżi wara riżultat ieħor deludenti u meta qed jiffaċċjaw ġimgħa importanti, fejn, nhar it-Tlieta, jilgħabu l-impenn taċ-Champions League kontra Real Madrid fisStadio Bernabeau, waqt li, nhar isSibt, jilqgħu lil Chelsea f'Anfield Road. Newcastle niżlu għall-konfront f'St James Park friski mis-suċċess (2-0) fuq Manchester City filCapital One Cup u ħadu l-inizjattiva sa mill-bidunett, bl-attakkanti tal-Geordies, Remy Cabella u Papiss Cisse ikunu ta' wġigħ ta' ras kontinwa għal Liverpool. Intant, il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal tard fit-tieni taqsima, meta s-sostitut Ayoze Perez sab ixxibka mill-viċin wara li l-cross ta' Paul Dummett qabad id-difiża ta' Liverpool fuq sieq waħda. IlGeordies anki fallew ċans faċli biex jirduppjaw, b'ħarba ta' Cabella li ra x-xutt tiegħu milqugħ b'diffikulta minn Simon Mignolet. Arsenal ħallew għall-aħħar 20 minuta biex jegħlbu lil Burnley 3-0 fl-Emirates Stadium, bilgowls jaslu minn Alexis Sanchez (2) u Callum Chambers. B'hekk, il-Gunners kisbu żewġ rebħiet konsekuttivi fil-league għallewwel darba f'dan l-istaġun, waqt li Burnley għadhom jistennew għall-ewwel rebħa, fejn jinsabu flaħħar post tal-Premiership, b'erba punti biss minn għaxar logħbiet. Everton u Swansea spiċċaw fi draw, 0-0, f'Goodison Park, bisSwans ikollhom jikkuntentaw b'punt wara li, fit-tieni taqsima, tkeċċielhom Jonjo Shelvey li ntwera tieni karta safra fit-72 minuta. Din kienet il-200 logħba ta' Roberto Martinez (eks-Swansea) bħala manager fil-Premier League, iżda Everton naqsu milli jiċċelebraw l-okkażjoni bittliet punti, fejn rari ħabbtu lillgowlkiper Lukasz Fabianski. Qabel it-tkeċċija ta' Shelvey, isSwans kellhom ukoll għajta valida għal penalty meta x-xutt talattakkant deher milqugħ fil-
FUTBOL FL-IŻVIZZERA
kaxxa minn Antolin Alcaraz, birreferee iħalli l-logħob għaddej. Leicester City spiċċaw megħluba minn West Bromwich Albion fil-King Power Stadium, b'awtogol ta' Esteban Cambiasso jiddeċiedi lkonfront fil-bidu tat-tieni taqsima. Il-mument deċiżiv seħħ mill-cross ta' Saido Berahino, bil-ballun jixxellef mad-difensur tal-Foxes, Wes Morgan, għal fuq Cambiasso li komplih għal ġewwa b'sidru. B'din it-telfa, Leicester jinsabu punt wieħed biss fuq iz-zona lħamra u fejn skurjaw darbtejn biss fl-aħħar ħames logħbiet tal-league. Stoke City raw vantaġġ ta' żewġ gowls ma' West Ham United jisfuma f'nofs it-tieni taqsima, bil-Hammers iwettqu reazzjoni qalbiena biex isalvaw punt kontra kull mistenni. L-ewwel taqsima kienet kollha ta' marka Stoke, b'Victor Moses, li hu misluf mal-Potters minn ma' Chelsea, ipoġġihom fil-vantaġġ sal-mistrieħ, bit-tieni gowl jasal minn Mame Biram Diouf, fis-56 minuta. Minn dak il-ħin, West Ham bdew jilgħabu aħjar u Enner Valencia naqqas id-distakk b'daqqa ta' ras. Għaxar minuti wara, l-internazzjonali Ekwadorjan għadda ballun preċiż lil Stewart Downing li ma żbaljax għal 2-2 finali.
Plejer sospiż 50 sena
Ricardo Ferreira, plejer talfutbol amateur mat-tim Portugiż Futebol Clube, spiċċa sospiż mil-logħba għal 50 sena wara li xxuttja ballun f'wiċċ ir-referee u anki waddablu l-ilma. Qabel l-inċident, Ferreira, difensur ta' 28 sena, kien skonta sospensjoni ta' 45 logħba talli aggredixxa membru ta' tim ieħor. Meta talbuh jikkummenta qal li kien sor-
priż ħafna b'din id-deċiżjoni għaliex kien qed jistenna sospensjoni ta' mhux aktar minn sentejn. Il-Portugal Futebol Clube hu tim tar-raba' livell filKampjonat Żvizzeru u meta rrefera għal Ferreira, l-avukat tal-league, Robert Breiter, qal li “ma jridux li plejer bħal dan jieħu sehem aktar fil-logħob.” Breiter, li kien qed ikellem lill-gazzetta Blick, qal li, sfor-
tunatament, jiltaqgħu ma' inċidenti “bħall-każ tar-referee darba f'sena” – b'Ferreira, li kien fuq il-bank tas-sostituti għall-konfront kontra SC Worb fil-league ta' Bern, jattakka lir-referee eżatt mat-tisfira finali. Is-sospensjoni tfisser li Ricardo Ferreira jista' jirritorna għal-logħob tal-futbol fil-5 ta' Ġunju tal-2064 – fl-eta ta' 78 sena.
Newcastle Utd v Liverpool 1-0: Il-captain ta' Liverpool, Steven Gerrard, jiddefendi l-ballun waqt li ssikkat minn Mehdi Abeid (lemin) u Jack Colback (EPA)
Riżultati u klassifiki Premiership Ingliż Newcastle v Liverpool 1-0 Arsenal v Burnley 3-0 Chelsea v QPR 2-1 Everton v Swansea 0-0 Hull v Southampton 0-1 Leicester v West Brom 0-1 Stoke v West Ham 2-2 Illum Man City v Man Utd (14.30) Aston Villa v Tottenham (17.00) Għada Crystal Palace v Sunderland (21.00)
The Championship Wolves v Birmingham Blackburn v Reading Blackpool v Ipswich Brentford v Derby Cardiff v Leeds Charlton v Sheff Wed Huddersfield v Nottm F Rotherham v M'boro Watford v Millwall Wigan v Fulham Bournemouth v Brighton
Kif Jinsabu
Kif Jinsabu
L Chelsea 10 Southampton10 Man City 9 Arsenal 10 West Ham 10 Swansea C 10 Liverpool 10 Man United 9 Everton 10 West Brom 10 Newcastle 10 Stoke City 10 Hull City 10 Tottenham 9 Aston Villa 9 Crystal P 9 Leicester C 10 Sunderland 9 QPR 10 Burnley 10
R 8 7 5 4 5 4 4 3 3 3 3 3 2 3 3 2 2 1 2 0
D 2 1 2 5 2 3 2 4 4 4 4 3 5 2 1 3 3 5 1 4
T 0 2 2 1 3 3 4 2 3 3 3 4 3 4 5 4 5 3 7 6
F 26 21 19 18 19 13 13 16 19 13 11 10 13 11 4 13 11 8 9 5
K 10 5 10 11 14 10 13 13 17 13 15 12 14 13 14 16 16 17 20 19
Pt 26 22 17 17 17 15 14 13 13 13 13 12 11 11 10 9 9 8 7 4
League One Bradford v Doncaster Bristol City v Oldham Chesterfield v Yeovil Colchester v Port Vale Crawley v Crewe Fleetwood v Gillingham Leyton O v Coventry MK Dons v Swindon Notts Co v Walsall Peterboro v Scunthorpe Rochdale v Preston Sheff Utd v Barnsley
1-2 1-0 0-0 1-2 1-1 1-0 2-2 2-1 1-2 1-2 3-0 0-1
League Two Burton v Plymouth Bury v Cambridge Cheltenham v York Dag & Red v Shrewsbury Exeter v Luton Hartlepool v Newport Mansfield v Southend Northampton v Wimbledon Oxford Utd v Wycombe Portsmouth v Carlisle Tranmere v Stevenage
1-1 2-0 0-1 1-2 1-1 2-2 1-2 2-0 1-2 3-0 2-2
Watford Bournemouth M’Boro Wolves Derby County Norwich City Blackburn R Ipswich Town Charlton A Nottingham F Cardiff City Brentford Sheffield Wed Huddersfield Reading Millwall Rotherham Wigan A Leeds Utd Fulham Brighton Birmingham Bolton W Blackpool
L 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15 15
R 8 8 8 7 7 7 7 6 5 5 6 6 4 5 5 4 4 3 4 4 2 2 3 1
D 5 3 3 6 5 5 4 6 8 7 4 4 8 5 3 5 5 7 4 3 7 6 2 3
T 2 4 4 2 3 3 4 3 2 3 5 5 3 5 7 6 6 5 7 8 6 7 10 11
0-0 3-1 0-2 2-1 3-1 1-1 3-0 0-3 3-1 3-3 3-2
F K 29 16 31 16 22 12 21 15 25 14 24 13 24 21 22 16 17 16 23 19 21 18 18 20 12 12 22 25 19 26 15 19 15 21 17 18 15 21 22 28 15 19 12 28 14 26 8 24
Pt 29 27 27 27 26 26 25 24 23 22 22 22 20 20 18 17 17 16 16 15 13 12 11 6
Premiership Skoċċiż Celtic v Inverness CT Dundee Utd v St Mirren Hamilton v Partick Thistle Kilmarnock v Dundee Għada Ross County v Aberdeen
1-0 3-0 3-3 1-3
Tazza Skoċċiża Hurlford v Stirling Linlithgow R v Raith Annan v Livingston Arbroath v Nairn Co Ayr v Alloa Dumbarton v Rangers East Fife v Berwick Edinburgh C v Brora Elgin v Bo'ness Utd Forfar v Cowdenbeath Morton v Airdrie Peterhead v Stranraer Queen's Park v Albion Spartans FC v Clyde Stenhousemuir v Brechin
1-1 0-2 3-2 2-1 1-1 0-1 2-3 2-3 4-4 1-3 0-0 0-1 1-2 2-0 1-2
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Sport
54
RUGBY – NATIONS CUP DIV 2A
O’Brien jispikka f’rebħa mill-isbaħ MALTA ..............................31 KROAZJA .........................26 (HT:19-12) It-tim nazzjonali Malti tarRugby fetaħ l-impenji tiegħu fl-ewwel logħba f’Diviżjoni 2A tan-Nation Cup b’rebħa 31-26 kontra l-qawwa tal-Kroazja bleroj tal-logħba jkun James O’Brien li spikka b’total ta’ 16il punt. B’hekk it-tim immexxi min Damien Neill kompla fejn ħalla l-istaġun li għadda meta fl-istess ground kien għeleb lill-istess Kroazja 37-18. Preżenti għal din il-partita biex jagħtu l-appoġġ lit-tim nazzjonali Malti fost pubbliku numeruż kien hemm ukoll ilKap tal-Partit Nazzjonali Simon Busuttil, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius u l-kelliem talOppożizzjoni għall-Isport Robert Cutajar. B’għadd ta’ plejers ta’ esperjenza li jilagħbu fi New Zealand, il-Kroati, li jinsabu fid-59 post tar-ranking mondjali, dehru aħja rmis-sena loħra imma reġgħu sabu tim Malti determinat ferm. Kien is-solitu James O’Brien li minn penalty fetaħ l-iskor għal Malta ftit qabel il-ħames minuti, bil-Kroati jfallu lewwel penalty tagħhom sekondi wara. L-istess O’Brien imbagħad skorja żewġ penalties oħra għal Malta, wieħed minnhom minn angolu ferm diffiċli u għamilhom 9-0 sal-11-il minuta. Mat-18-il minuta wara nuqqas ta’ attenzjoni wasal lewwel try tal-logħba min-naħa Kroata li mbagħad skorjaw ukoll il-conversion u malajr għamlu l-iskor 9-7. Dawn il-punti għamlu kuraġġ lill-Kroati li bi plejer aktar wara li James Morris intwera l-karta s-safra, għamlu try oħra u marru għall-ewwel
It-tim Malti ta wirja mill-aqwa kontra l-Kroazja fejn baqa’ jissielet sal-aħħar għal rebħa meritata (ritratti: Joseph Galea)
Riżultati lokali
Il-Kap tal-PN Simon Busuttil (it-tieni mix-xellug) flimkien mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-isport Robert Cutajar, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius u l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kienu fost dawk li marru jappoġġjaw lit-tim Malti kontra l-Kroazja
darba fil-vantaġġ 9-12. Eżatt qabel Morris tħalla jirritorna fil-pitch, O’Brien għamel ir-raba’ penalty minn erbgħa għal 12-12. Fis-26 minuta ħarba millisbaħ għal Malta wasslet lil Vince Stivala li minn mal-linja għamel l-ewwel try għat-tim ta’ Damien Neill u O’Brien għalkemm angolat skorja lconversion biex it-tim Malti daħal jistrieħ 19-12 minn fuq. It-tim Malti kellu bidu eċċellenti fit-tieni taqsima meta
minn kontra-attakk veloċi kien James Morris li patta għallgħaxar minuti li kien għamel imkeċċi fl-ewwel taqsima u għamel try wara azzjoni millisbaħ. O’Brien għamel il-conversion u kabbar il-vantaġġ 2612. L-istess O’Brien imbagħad falla l-ewwel penalty tiegħu għal darb’oħra minn pożizzjoni ferm diffiċli. Fil-61 minuta l-Kroati naqqsu d-distakk bi try u conversion oħra għal 26-19 imma erba’ minuti wara Luke Watts żmarka lil Vince Stivala li b’ħarba mal-linja għamel try oħra għal 31-19 wara li O’Brien falla lconversion.
Tliet minuti mit-tmiem ilKroati għamlu try oħra għal 31-26 imma sat-tmiem it-tim Malti rnexxielu jżomm ilħames punti vantaġġ li kellu biex issa minn 10 konfronti kontra l-Kroazja ż-żewġ naħat rebħu ħames partiti kull wieħed. Nhar il-Ħamis it-tim Malti jmur ir-Repubblika Ċeka biex jilgħab it-tieni logħba tiegħu minn dan il-grupp kontra ċĊeki li kienu relegati minn Diviżjoni 1B. Din se tkun lewwel darba li Malta se tilgħab kontra ċ-Ċeki. F’dan il-grupp hemm ukoll, l-Iżvizzera u lIżrael.
BOV Premier Naxxar L v Pieta H 4-0 Balzan v Valletta 0-2 I Div. Melita v Rabat A 1-2 Vittoriosa S v Żurrieq 1-4 II Div. San Ġwann v Dingli S 3-1 Żabbar SP v Għaxaq 2-2 Żejtun C v Marsa 1-0 Swieqi Utd v Siġġiewi 2-2 Mellieħa v Xgħajra T 0-1 Sirens v Senglea A. 2-1 GFA I Div. SK Victoria v Oratory Y 0-0 Xekwija T v Nadur Y. 1-2 SWAN Final RBMC Valletta SP v Cospicua D 6-1 II Div Luqa J v Marsa SM 0-3 FDL v San Ġwann 0-6 Baħrija AFC v Tal-Qroqq 2-2 Tarxien AFC v Ħamrun T. 0-4 ISA Baxter v Toly P. 0-5 Aurobindo v Trelleborg 0-3 HANDBALL MHA Cup Sayitmalta v Luxol 21-22 Kavallieri v La Salle R 21-29 Swieqi P v Aloysians VT 16-27 RUGBY Malta v Kroazja 31-26
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
Sport
55
BOV PREMIER
Valletta jilħqu lil Balzan fit-tielet post Kif jinsabu
Roderick Vella
Hibernians Birkirkara Valletta Balzan Qormi Sliema W. Mosta Tarxien R. Floriana Pieta` H. Naxxar L. Żebbuġ R.
BALZAN………….................................0 VALLETTA.……..............................….2 BALZAN: S.Sultana, J.Grioli, S.Bezzina, F.Odebe, E.Zarate, I.Goubadia, S.Arab, C.Brincat, O.Guerrero, J.Mifsud Triganza, G.Piccioni. Sost: 46min L.Sciberras flok Odebe, 61min L.Micallef flok J.Mifsud Triganza, 69min R.Darmanin flok J.Grioli VALLETTA: N. Vella, J. Caruana, I. Azzopardi, S. Borg, R. Camilleri, R. Fenech, R. Kooh Sohna, R. Briffa, L. Alliyu, H. Barry, A. Nafti. Sost: 66min L. Cremona flok Kooh Sohna, 72min S. Bajada flok A.Nafti, 81min L. Dimech flok H.Barry
Illum Victor Tedesco Stadium 1400 Tarxien R. - Floriana 1615 Mosta - Hibernians Għada Hibs Stadium 1800 Żebbuġ R.- Qormi 2000 B’Kara - Sliema W.
Imwissija: O.Guerrero, J.Grioli (B) R.Briffa, Nafti, Kooh Sohna (V) Tkeċċa: 84min I. Guobadia Skurjaw: R. Briffa 34’, R. Fenech 85’ Referee: Adrian Azzopardi Il-Mument Plejer tal-logħba: S. Sultana (B)
F’rebħa konvinċenti Valletta skurjaw gowl f’kull taqsima u laħqu lill-istess Balzan fit-tielet post tal-klassifika. Valletta kienu l-aħjar tim u l-iskor seta’ kien ferm ikbar li kieku ma kienx għallgowlkiper Balzaniż Sultana, li wettaq diversi interventi u kien ukoll ivvutat bħala l-plejer tal-partita. Fit-23 minuta l-ewwel ċans tal-partita, ħolqu Abdelkarim Nafti li pprova l-gowl tal-istampi billi jqabbeż fuq Sultana, xutt li għadda ftit barra. Żewġ minuti wara, minn korner tal-istess Nafti, Hamza Barry
L R D T F K Pt 9 8 1 0 24 6 25 9 6 0 3 16 7 18 10 5 1 4 17 8 16 10 4 4 2 15 13 16 9 4 1 4 12 12 13 9 3 4 2 11 11 13 9 4 1 4 9 14 13 9 2 5 2 12 11 11 9 2 4 3 14 18 10 10 2 2 6 7 17 8 10 1 4 5 12 17 7 9 0 3 6 11 25 3
Roderick Briffa ta’ Valletta jaħrab mill-morsa ta’ Balzan (Ritratti: Joseph Galea)
kien se japprofitta minn geġwiġija quddiem il-gowlkiper Sultana, imma finalment id-difiża ta’ Balzan ħelset. Fit-32 minuta Guerrero b’azzjoni personali konkluża b’xutt fil-baxx impenja għall-ewwel darba lil Vella u fl-34 minuta Valletta fetħu l-iskor. Minn kross ta’ Barry, Nafti niżżel il-ballun lejn BRIFFA li minn quddiem Sultana ma żbaljax. Flaħħar azzjoni tal-ewwel taqsima Kooh
Sohna għal ftit ma skurjax it-tieni gowl Belti imma b’diffikultà d-difiża ta’ Balzan rnexxiela teħles. Għalkemm wara l-mistrieħ Balzan ħarġu aktar fuq l-offensiva, Valletta baqgħu jkunu l-iżjed perikolużi. Briffa pprova f’darbtejn fil-55 minuta imma Sultana salvalu fil-baxx. Imbagħad kien Kooh Sohna imma reġgħet kienet tajba r-risposta ta’ Sultana.
Mument tajjeb Belti li ppressaw għattieni gowl, imma Sultana reġa’ salva fuq Kooh Sohna. Balzan resqu l-aktar viċin il-lasta ta’ Vella fit-73 minuta b’xutt tas-sostitut Darmanin li mpenja serjament lillgowlkiper Belti. Daqstant ieħor kienu tajbin ir-risposti ta’ Sultana minuti wara fuq xuttijiet ta’ Briffa u Camilleri. Fit-83 minuta partita magħluqa. Goubadia wettaq fawl f’tarf il-kaxxa u rreferee wrih il-karta ħamra. Mill-freekick Ryan FENECH xeħet fix-xibka għat-tieni gowl Belti li fisser it-tieni rebħa konsekuttiva għal Valletta.
Tasal l-ewwel rebħa għal Naxxar NAXXAR L. ……..........................…. 4 PIETA’ H. ………..........................…..0 NAXXAR L.: J. Azzopardi, A. Buhagiar, R. Cassar, Gilmar, M. Del Negro, I. Edet, Eminike, D. Falzon, S. Da Silva, P. Gueye, A. Scicluna. Sost: 17min P. Doffo flok S.Da Silva, 66min V. Bellia flok Del Negro, 78min T. Vella flok P. Gueye PIETA’ H.: D. Casar, C. Cassar, C. Grech, L. Fortunato, J. Pisani, N. Tasic, C. Attard, R. Rodrigues, K. Cesare, Joao Gabriel, R. Zacarias. Sost: 57min C. Frances flok N. Tasic, 60min L. Micallef flok N. Tasic, 77min M. Licari flok L. Fortunato Imwissija: C.Attard (P) P.Doffo (N) Skurjaw: D. Falzon 45’, Eminike 52’, 82’, T.Vella 79’ Referee: Trustin Farrugia Cann Il-Mument Plejer tal-logħba: Eminike
Sa fl-aħħar waslet l-ewwel rebħa talistaġun għal Naxxar Lions li meritatament għelbu lill-Pietà b’rebħa komda 4-0. Il-protagonista prinċipali għal-Lions kien il-plejer tal-logħba Eminike li kellu sehem fil-gowls kollha Naxxarin. L-ewwel tliet punti għat-tim ta’ Jesmond Zerafa wasslu biex issa ġew biss punt inqas mill-istess Pietà fil-klas-
Id-difiża ta’ Naxxar tikklerja f’attakk ta’ Pieta Hotspurs
sifika għalkemm għadhom f’pożizzjoni prekarja. Bidu kwiet bl-ewwel azzjonijiet ikunu fis-17-il minuta, b’Rodrigues iqassam lil Gabriel, imma l-kross kien fit-tul u l-ist-
ess ukoll l-ewwel attakk Naxxari bilkross ta’ Eminike u Pape Gueye ma jasalx għal ftit. L-aħjar ċans għallHotspurs fl-ewwel taqsima wasal fit-42 minuta, meta minn kross mil-lemin ta’
Joao Gabriel, Rafael Zacarias minn ħalq il-lasta spara għoli. Pietà pattew qares għal dan iċ-ċans mitluf għax eżatt qabel il-mistrieħ qalgħu l-gowl. Minn throw-in ta’ Eminike, Ibok Edet qassam lejn Daren FALZON li bir-ras mill-kaxxa żżgħira poġġa lill-Lions fil-vantaġġ. It-tieni taqsima bdiet b’gowl wara biss seba’ minuti. Kontrattakk Naxxari, ħa lballun minn barra l-kaxxa EMINIKE li avanza u b’xutt b’saħħtu mix-xellug għeleb lil Cassar għat-tieni darba. Naxxar għatxana għal rebħa ma waqfux, u fit-62 minuta Gilmar ipprova birras wara korner imma ftit kien perikoluż. Imbagħad s-sostitut Frances ipprova jivvinta xi ħaġa għall-Hostpurs u xxuttja mid-distanza imma ma sabx illasta. Fl-aħħar minuti tal-partita r-Reds komplew jiskurjaw. Il-protagonist baqa’ jkun Eminike li fid-79 minuta daħal filkaxxa u qassam lejn VELLA li skurja ftit sekondi biss wara li daħal jilgħab. Tliet minuti wara reġa’ kien EMINIKE, li tul il-partita għamel li ried fuq in-naħa xellugija, approfitta mid-difiża xejn attenta ta’ Pietà u skurja r-raba’ gowl tal-Lions. Kienet rebħa meritata hekk kif issa ttim wara l-bidla fil-kowċ beda jara lewwel xaqq dawl.
Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014
56
IL-MUMENT IKOMPLI JINVESTIGA T-TRAFFIKU UMAN TA' ASJATIĊI LEJN MALTA
Lokali
Transitu ta' kontejners fil-Leisure Clothing bil-barka ta' Fizzjali tad-Dwana Joe Mikallef
joe.mikallef@media.link.com.mt
Matul din il-ġimgħa il-mument kompla jinvestiga rapporti li waslu b'rabta malallegat sfruttar ta' ħaddiema Asjatiċi filfabbrika Leisure Clothing (factory) Limited. Skont sorsi li għal snin twal kienu jaħdmu fl-istess fabbrika jirriżulta li fil-kampus tal-fabbrika tul is-snin kienu jiddaħħlu kontejners magħluqa bħala transitu. Numru ta' persuni huma l-moħħ wara l-movimenti ta' dawn il-kontejners li wara li jinbidlulhom il-manifattura u ddokumenti relatati – jitilqu f'destinazzjonijiet oħra. Dawn il-kontejners, li s-sors tagħna ma kienx jaf minn fejn kienu jiġu, kienu jitħallew numru ta' sigħat jew jiem. F'dan il-perijodu l-kontejners ma kinux jinfetħu u jibqgħu msakkra. Iżda kienu jiġu Fizzjali mid-Dwana ta' Malta u jinbidlu d-dokumenti kollha relatati malkontejners. Mhux biss, iżda kienu jbiddlu wkoll il-manifattura. Darba jsir dan ilproċess, il-kontejners kienu jaqbdu destinazzjonijiet lil hinn minn xtutna. “Kollox kien isir b'segretezza kbira ħafna. Konna naraw il-wasla talkontejners, naturalment kultant żmien, u konna nistaqsu kif ma jinfetħux. Kienu
jinżammu magħluqa u wara jiġu Fizzjali tad-Dwana u konna nosservawhom jibdlu d-dokumenti u l-manifattura talistess kontejners. Darba dan il-proċess isir b'suċċess, allura jinħarġu minn pajjiżna,” qal is-sors. Is-sors żied “konna nosservaw biss segretezza kbira... dejjem fl-isfond ta' diskorsi li kienu jingħadulna biex ħadd ma jiftaħ ħalqu dwar xejn u ħadd ma jitkellem xejn dwar dak li kien jiġri filfabbrika.” “Din kienet prattika li ssir minn żmien għal żmien. Fil-verità, ma kinitx tagħti fil-għajn għax għandna l-kontejners ġejjin u sejrin ta' spiss. Daqqa ġejjin bilpezez tad-drappijiet, jew b'materja prima oħra, daqqa b'makkinarju... jiġifieri konna dejjem għaddejjin. Barra minhekk kienu jiġu wkoll kontejners biex jitgħabba x-xogħol fihom. Il-produzzjoni dejjem kienet sabiħa ħafna u allura lmoviment tal-kontejners hu spiss. “Iżda aħna konna nagħrfu minn wieħed għal ieħor– kontejner li jkun ġie jew sejjer bix-xogħol, għal oħrajn li kienu jiġu, jibqgħu magħluqa u mbagħad jingħataw il-barka ta' xi Fizzjali tad-Dwana u jitilqu 'l hemm,” qal is-sors. Fil-konversazzjoni ġew mgħoddija lilna wkoll ismijiet ta' persuni suspettati
Minbarra traffiku ta’ ħaddiema Asjatiċi, il-fabbrika Leisure Clothing hija magħrufa wkoll għal mod kif kontejners kienu jinbidlulhom id-dokumenti uffiċjali u jinħarġu minn Malta
bis-sehem fil-movimenti ta' dawn ilkontejners. Dan is-sors qal li l-persuni li għaddielna l-isem tagħhom huma fiċ-ċert involuti direttament għax kemm-il darba rahom fis-sular ta' fuq f'uffiċċju
partikolari ta' min imexxi l-fabbrika Leisure Clothing. Żgur li wieħed millMaltin involuti għandu saħħa kbira ħafna. Jiġi wkoll minn persuna importanti, qalilna dan is-sors.
Mill-isfruttar fuq ix-xogħol għall-prostituzzjoni fit-toroq
L-istess sors ikkonferma lmod ta’ trattament tal-persuni Asjatiċi fil-post tax-xogħol. “Iva, nikkonferma li kienu jittieħdu fil-fabbrika filgħodu kmieni – mas-7 a.m. ikunu hemm – u jdumu xogħol sa tard filgħaxija. Kienu jitħaddmu wkoll fis-Sibtijiet u fil-Ħdud...” Dan is-sors fissrilna kif ta' kuljum fil-fabbrika kien jasal vann bl-ikel għax dawn l-Asjatiċi kienu jingħataw porzjon tal-ikel erba’ darbiet kuljum. “Xejn ta' barra minn hawn... ħafna drabi kien ikollu bażi ta' ross... Is-sors fisser li hu kien josserva kif dawn l-Asjatiċi mhux biss kienu jibżgħu ħafna mis-supervisors għax jirrappurtawhom lil Bin Han, id-Direttur Maniġerjali tal-fabbrika, iżda kienu mdejqa ħafna, anki għax appena kienu jaslu fil-fabbrika, il-passaport u d-dokumenti l-oħra tagħhom daqshekk kienu jarawhom. “Dawn il-passaporti kienu għamlu żmien maqfula f'post firreception area tal-fabbrika. Nistiednek jien biex tmur tistaqsi lil dawn l-Asjatiċi u titlobhom juruk fejn jinsab il-passaport tagħhom?!” Meta staqsejna dwar il-paga li
Bosta Asjatiċi maqbuda mhux biss fl-allegat sfruttar ta' traffiku uman lejn Malta u huma allegatament sfruttati fil-post tax-xogħol, iżda huma wkoll maqbuda fi ċrieki ta' prostituzzjoni
kienu jingħataw l-Asjatiċi – Ċiniżi, Vjetnamiżi u mill-Korea ta' Fuq – qal li hu kien sema' li jingħataw paga miżera ħafna flaħħar tax-xahar. “Għalhekk bosta minnhom kienu jagħmlu aktar u aktar sigħat. Barra minhekk hemm problema oħra – bosta mit-tfajliet Asjatiċi kienu jispiċċaw jipprostitwixxu barra l-hostel f'Ħal Far,” qal s-sors. Dwar dan il-mument investiga u sibna konferma ta’ dan. Sa Ġunju/Lulju li għadda kien
komuni ħafna li fit-triq ta' Ħal Far – bejn il-Barracks tasSuldati u l-Kwartieri talKorporazzjoni Maltija għaxXogħol u t-Taħriġ (ETC) – kien ikun hemm tfajliet Asjatiċi jipprostitwixxu lilhom infushom. Karozzi jieqfu u jgħabbu tfajliet u dawn jerġgħu jirritornaw aktar tard. Kienet prattika komuni ħafna. Jidher li dan l-abbuż tnaqqas, iżda minn ritratti li għandu il-mument, jidher ċar li dan l-abbuż għadu għaddej.
Persuna professjonali f'waħda mill-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi li taħdem fil-qrib ħafna dwar każi ta' traffikar ta' persuni, qalet lil il-mument li dawn sfortunatament jidħlu fi ċrieki perikolużi u ma jkunux jistgħu joħorġu minnhom. “Għax biex iħallsu s-self li jkunu għamlu hu prattikament impossibbli... bis-salarju li jirċievu ma jagħmlu xejn. Għalhekk ikun hemm min jittanta jaqla' aktar flus billi jidħol fiċ-ċirku
tal-prostituzzjoni bil-perikli kollha li dan iġib miegħu.” Din il-persuna kompliet li fuq kollox hemm problema kbira oħra ... dik li dawn il-persuni jibżgħu immensament u jkunu lesti li jitkellmu bil-moħbi, iżda kemm-il darba jkunu ffaċċjati minn min iħaddimhom ibqa' ċert li jgħidulek kollox bil-kontra. Jgħidulek li huma ferħanin u kuntenti... m'għandhomx alternattiva. Jibżgħu mhux biss għal ġildhom, imma anki għax jibdew jemmnu li l-familja tagħhom lura f'pajjiżhom tista' tisfa' fil-mira bħala twissija jew tpattija. Ilbieraħ fil-programm Għandi xi Ngħid li jixxandar fuq Radju Malta, Carmelo Abela, ilKelliem Uffiċjali tal-Gvern qal li każ bħal dak tat-traffikar uman tal-Asjatiċi lejn Malta m’għandhomx jitperrċu fil-gazzetti.
media•link COMMUNICATIONS