il-mument 9 ta' Novembru, 2014

Page 1

www.maltarightnow.com

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru 2014

PROĊESS IVVIZZJAT

Nru 2240 €1

L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT DWAR L-GĦOTI TAL-KONĊESSJONI TA’ CASINO IEĦOR F’MALTA LILL-GRUPP EDEN LEISURE

Diversi indikazzjonijiet juru bl-aktar mod ċar li l-proċess imniedi mill-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat f'April tas-sena li għaddiet u li wassal biex fil-jiem li għaddew il-kumpanija Eden Leisure Group tingħata l-konċessjoni biex tiżviluppa casino f'Malta kien wieħed mhux biss ivvizzjat imma wkoll mħawwar b'irregolaritajiet li joħolqu tħassib serju ħafna. Dwar dan il-każ, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Gvern waqt li esprimiet tħassib għall-aħbar li l-Qorti ordnat li jieqaf il-proċess tal-għoti ta' liċenzja għal casino minħabba s-suspetti ta' irregolaritajiet. Dan kien proċess ilu għaddej sena u nofs, u fejn kulħadd jaf li l-kumpanija li kellha l-aħjar offerta, sa issa rriżulta li ma ntgħażlitx.

Rapport investigattiv ta’ Joe Mikallef Ara paġni 2-4

Is-sim card tal-mobile użat fl-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta hija kruċjali fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Ara paġna 5

Kevin De Cesare, wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija Eden Leisure Group li ngħatat konċessjoni mill-Gvern biex tiżviluppa casino f’Malta

Niżvelaw kif il-Partit Laburista ‘seraq’ proprjetà f’Ħal Qormi biex bidilha f’każin. Jitkellmu s-sidien.

Ara paġna 9


2

Spiżeriji li se jiftħu llum

Il-Furjana: Vilhena Pharmacy, 3, Ħamrun: Fra Triq Sant’Anna; Il-Ħ Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa; Santa Venera: Fatima Pharmacy, Triq iż-Żonqor; Santa Venera: St. Bartholomew Pharmacy, 30, Fleur-De-Lys; L-Imsida: Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri; San Ġwann: Spiżerija Kappara, Żbibu Lane; Tas-Sliema: Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tignè; Ħal Balzan: Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk; L-Imġarr: Mġarr ħa: Pharmacy, Triq Vitale; Il-Mellieħ Brown’s Village Pharmacy, Triq ilKbira; Paola: Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid; Bormla: Verdala Pharmacy, 57, Triq ilGendus; Ħaż-Żabbar: May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja; IżŻejtun: Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii; Ħal Safi: Safi Pharmacy, Triq Bieb il-Ġarra; ĦażŻebbuġ: Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia; Ir-Rabat: Central Pharmacy, Triq Għajn Kajjet; Victoria: Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis; Ta’ Kerċem: Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor.

Temp: Ftit jew wisq imsaħħab bil-possibilta’ ta’ xi ħalbiet iżolati tax-xita li jsir ftit imsaħħab. Viżibilità: Tajba. Riħ: Ħafif laktar mit-Tramuntana li jdur mill-Punent għal-Lbiċ. Baħar: Moderat għal qawwi li jsir ħafif għal moderat. Imbatt: Baxx għal moderat mill-Punent Majjistru li jsir baxx. Temperatura tal-Baħar:23°C

Niket

B'niket inħabbru l-mewt ta' Lina Schembri fl-età ta' 76 sena li toqgħod iżŻurrieq u li ġrat fit-8 ta' Novembru 2014 ikkonfortata bis-Sagramenti Mqaddsa. Ħalliet jibku t-telfa tagħha lil żewġha Joe, uliedha Gertrude u żewġha Evan Buttigieg, Bernardette u żewġha Joseph Borg, in-neputijiet Alexander u Nicholas, ħutha, ħut żewġha u l-familji tagħhom, qraba u ħbieb. Il-funeral se jsir nhar it-Tlieta 11 ta' Novembru fit-2:45 p.m. mill-Isptar Mater Dei għall-Knisja Arċipretali taż-Żurrieq fejn fit-3:30 p.m. issirilha quddiesa praesente cadevere u wara ssir id-difna fiċ-ċimiterju ta' San Leone fiż-Żurrieq. Hu mitlub li flok fjuri jintbagħtu għotjiet ta' karità lil Hospica Movement. Il-familja jiddispjaċiha li ma tistax tilqa' nies id-dar. Agħtiha O’ Mulej il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi lilha, tistriħ fis-sliem. Amen

Rebbieħa tal-kompetizzjoni

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tas-26 ta' Ottubru huma Valerie Mifsud minn Haż-Żebbug Malta li rebħet Long Weekend Break għal żewġ persuni f’Costa Blanca, Spanja grazzi għal Eurotours, u Lydia Vella minn Ħal Qormi li rebħet Samsung 10 Inch Tablet grazzi għal Sound Machine.

Proċess li beda bl-indħil minn ‘fuq’ u kompla b’riżenja

L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT DWAR L-GĦOTI TAL-KONĊESS

Is-Segretarju Parlamentari ta’ dak iż-żmien Edward Zammit Lewis jaħtar Kumitat biex tintagħżel il-kumpanija legali li kellha tgħin fil-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerta

Joe Mikallef

joe.mikallef@media.link.com.mt

Matul il-jiem li għaddew ilmument investiga bir-reqqa ilproċess li permezz tiegħu, ilkumpanija Eden Leisure Group tingħata l-konċessjoni biex tiżviluppa casino. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa lQorti ordnat li jieqaf il-proċess tal-għoti tal-liċenzja lill-Eden Leisure Group minħabba xamma qawwija ta’ irregolaritajiet u għaliex hemm suspetti serji wkoll li l-affarijiet ma sarux b’serjetà.

Mandat mid-Dragonara Gaming Limited L-allegazzjonijiet talkumpanija Dragonara Gaming Limited huma serji ħafna u filmandat ippreżentat minnha filQorti tefgħet dawl mhux biss fuq għadd ta’ irregolaritajiet, imma wkoll spjegat kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat bl-għażla li għamel wera li aktar jinteressah li jixtri l-ħut fil-baħar milli li jieħu l-aħjar offerta li saritlu li hi bil-wisq akbar minn dik li għażel.

Muscat iħabbar it-tnedija tas-sejħa għall-Espressjoni ta’ Interess L-investigazzjoni ta’ ilmument tmur lura għal xahar preċiż wara r-rebħa elettorali talPartit Laburista f’Marzu tal2013. Dakinhar il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qiegħed jagħmel diskors konness mal-preżentazzjoni tal-Baġit għall-kumplament tas-sena 2013, ħabbar li l-Gvern immexxi minnu kien se jniedi proċess ta’ sejħa għall-espressjoni ta’ interess għal investiment ta’

Il-Ministru Chris Cardona joġġezzjona għar-rapport mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni tal-Privisation Unit u ordna tibdil fl-għażla tal-konsulenti legali

Emmanuel Ellul, iċ-Chairman tal-Privitisation Unit jirriżenja riżultat tad-deċiżjoni meħuda mill-Ministru Cardona

żewġ casinos fil-gżejjer Maltin – wieħed biex ikun stabbilit f’Għawdex u ieħor biex jinfetaħ ma’ dawk li diġà jeżistu f’Malta. Il-Prim Ministru Joseph Muscat dakinhar ikkommetta lilu nnifsu li l-proċess ta’ evalwazzjoni għal din is-sejħa kellu jkun wieħed mgħaġġel u trasparenti bl-iskop li dawk interessati jintgħażlu mingħajr ħala ta’ żmien u hekk pajjiżna jkun f’pożizzjoni li joffri żewġ casino ġodda oħra ma’ li għandu. Fl-14 ta’ April tal-2013 kien finalizzat l-ewwel abbozz għassejħa tat-tender u dan ingħata lil Edward Zammit Lewis, fdat ħafna mill-Prim Ministru Joseph Muscat, li kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari filMinisteru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar bl-iskop li dan jevalwaha, illum Ministru responsabbli mitturiżmu. L-istess Ministeru ħatar Kumitat bl-iskop li tintagħżel ilkumpanija legali li kellha tgħin fil-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerta.

kienu interessati li joffri sservizzi legali tagħhom. Il-Ministru Chris Cardona oġġezzjona għall-mod kif kienet saret l-evalwazzjoni u ordna biex il-klassifikazzjoni tinbidel mill-ġdid. Id-deċiżjoni tiegħu kienet waħda finali.

Il-Ministru Cardona ma jaqbilx Fil-ġranet ta’ wara saru diversi attentati mill-Awtorità għalLogħob u l-Lotteriji u mill-Unit tal-Privatizzazzjoni li bdew jitolbu lill-Ministeru talEkonomija biex jagħtihom ilkriterji gwida fuq kif kienu se jevalwaw l-għażla tal-konsulenti legali għal dan il-proċess. Fis-6 ta’ Mejju tal-2013, wara li ma kienu rċevew l-ebda risposta mingħand il-Ministeru, il-Kumitat tal-Evalwazzjoni bagħat ir-rapport tiegħu lillistess Ministeru u fih taw linformazzjoni kollha dwar kif kienu klassifikati l-kumpaniji li

Riżenja Dan wassal biex iċ-Chairman tal-Unit tal-Privatizzazzjoni – Emmanuel Ellul – jirriżenja mill-kariga, filwaqt li ftit taxxhur wara membri talOppożizzjoni talbu lill-Awditur Ġenerali, tramite l-Public Accounts Committee, biex jinvestiga dan il-proċess. Nifhmu li għalkemm Emmanuel Ellul kien qal li kien qiegħed jirriżenja mill-kariga li kellu għal raġunijiet ta’ saħħa, fil-verità il-mument jista’ jiżvela li din ir-riżenja kienet direttament marbuta maddeċiżjoni tal-Ministru Chris Cardona li hu (Emmanuel Ellul) ma kien qabel assolutament xejn magħha.

Ordnijiet diretti Fir-rapport tal-Kumitat Nazzjonali ta’ Awditjar li kien pubblikat f’Marzu ta’ din issena, dan il-Kumitat kien ikkonkluda li l-proċess li bih kienet magħżula l-azjenda legali biex toffri s-servizzi legali tagħha f’dan il-proċess, kellha numru ta’ nuqqasijiet u dawn kienu attribwiti lill-Ministeru tal-Ekonomija. F’dan ir-rapport il-Kumitat Nazzjonali ta’ Awditjar kien ikkonkluda wkoll li l-fatt li lMinistru biddel l-għażla oriġinali tal-Kumitat b’ordni diretta, kien qiegħed ixekkel u jimmina t-trasparenza kollha talproċess.


Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Lokali

SJONI TA’ CASINO IEĦOR F’MALTA RAPPORT TA’ JOE MIKALLEF

Pjan bizzilla li jqanqal ħafna suspetti u mistoqsijiet Is-sejħa għall-konċessjoni ta’ żewġ casinos Meta llum wieħed janalizza u jevalwa l-proċess li nieda l-Gvern ta’ Jospeh Muscat għall-għoti ta’ konċessjoni ta’ casino ieħor fil-gżejjer Maltin lil kumpanija u mhux lil oħra, jislet konklużjoni waħda – proċess bizzilla li iżda jqanqal ħafna suspetti u mistoqsijiet. Kien fl-24 ta’ Mejju tal-2013 li lGvern ta’ Muscat, tramite l-Unit talPrivatizzazzjoni, ħareġ is-sejħa għallkonċessjoni ta’ żewġ casinos – wieħed f’Għawdex u l-ieħor f’Malta. Dan il-proċess kien konkluż fil-31 ta’ Lulju tal-2013 hekk kif il-Unit talPrivatizzazzjoni stiednet lill-ħames parteċipanti interessati fis-sejħa biex jibdew il-proċess ta’ dak li hu magħruf bħala Request for Proposals (RFP). F’dan il-proċess għall-konċessjoni tal-casino f’Malta kienu ipparteċipaw

ħames kumpaniji, fosthom Dragonara Gaming Limited, IHI Corinthia, Polidano, Eden Leisure Group u Sea Bank Hotel. Għal skop ta’ korrettezza mal-fatti, li fl-istadju tal-Espressjoni ta’ Interess (EOI), kien hemm kumpanija waħda biss li kienet uriet interess filkonċessjoni ta’ ftuħ ta’ casino f’Għawdex. Eventwalment ħadd ma tefa’ offerti għal din il-konċessjoni.

L-evalwazzjoni u l-kriterji għall-għażla Il-ħames parteċipanti kienu ngħataw l-opportunità li jissottomettu lmistoqsijiet kollha li kienu jixtiequ lill-Unit tal-Privatizzazzjoni biex hekk ikunu jistgħu jissottometti l-pjani finali tagħhom sat-13 ta’ Settembru tal-2013 bl-iskop aħħari li l-ftehim għall-konċessjoni l-ġdida f’Malta tingħalaq fil-31 ta’ Ottubru tal-2013.

għal paġna 4

Il-Gvern ta’ Joseph Muscat f’April 2013 beda proċess biex fil-jiem li għaddew il-kumpanija Eden Leisure Group ingħatat konċessjoni biex tiżviluppa casino. Fl-istess jiem il-Qorti ordnat li jieqaf il-proċess tal-għoti tal-liċenzja minħabba suspetti ta’ irregolaritajiet.

3


4

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Suspetti serji ta’ irregolaritajiet li waslu sal-Qorti

Lokali

L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT DWAR L-GĦOTI TAL-KONĊESSJONI TA’ CASINO IEĦOR F’MALTA RAPPORT TA’ JOE MIKALLEF

minn paġna 3

Nifhmu li qabel ma kienu sottomessi l-offerti għall-konċessjoni tal-casino ta’ Malta, uħud mill-kumpaniji interessati mill-ħamsa oriġinali, kienu għamlu numru ta’ mistoqsijiet lill-Unit talPrivatizzazzjoni, fosthom biex jistaqsu kif kienu se jiġu evalwati l-offerti u jekk kienx hemm mekkaniżmu diġà stabbilit għall-kriterji li kien hemm fl-RFP. Fost dawn il-kumpaniji kien hemm idDragonara Gaming Limited li kienet talbet bl-aktar mod speċifiku informazzjoni dwar kif il-kriterji msemmija fl-RFP kienu se jkunu meqjusa mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni u Aġġudikazzjoni. Fir-risposti tiegħu l-Unit talPrivatizzazzjoni kien vag ħafna fuq ilmetodu li kien se jintuża biex ikunu evalwati s-sottomissjonijiet tal-kumpaniji. Ħames kumpaniji jitfgħu l-offerta rispettiva Fit-13 ta’ Settembru tal-2013 il-ħames kumpaniji ssottomettew l-offerti tagħhom lill-Unit tal-Privatizzazzjoni. Aktar minn xahar wara – preċiżament fil-21 ta’ Ottubru tal-2013 – il-ħames kumpaniji kienu mistiedna mill-Unit talPrivatizzazzjoni biex quddiem in-Nutar tal-Gvern jinfetħu l-offerti finali tagħhom. Jirriżulta li d-Dragonara Gaming Limited kellha l-aqwa offerta ta’ €4,376,505, waqt li l-offerta tal-Eden Leisure Group kienet irriżultat ir-raba’ fost il-ħames offerti, b’offert ta’ €1,250,000. Fi Frar tal-2014, tliet xhur wara li kellu jingħalaq il-proċess kollu, il-Unit talPrivatizzazzjoni kien informa lidDragonara Gaming Limited u lill-Eden Leisure Group li kienu ġew short listed minn fost il-ħames kumpaniji u talbithom biex jissottomettu preżentazzjoni lillKumitat Tekniku. Din il-preżentazzjoni kellha ssir fil-21 ta’ Frar tal-2014. Konflitt ta’ interess Jirriżulta li fi ħdan il-Kumitat Tekniku

kien hemm, fost l-oħrajn, David Marshall. Dan hu persuna li kellu konflitt ta’ interess fil-proċess u wkoll kien qiegħed ikun investigat għal frodi f’casinos internazzjonali oħra, fosthom f’Ċipru fejn jidher li kien imexxi casino ewlieni li spiċċa falla. F’dan ir-rigward id-Dragonara Gaming Limited kienet oġġezzjonat immedjatament għall-għażla ta’ David Marshall f’dan il-Kumitat u kienet talbet lill-Unit ta’ Privatizzazzjoni biex dan jitneħħa u minfloku jinħatar persuna oħra. Żvilupp ieħor importanti seħħ fl-1 ta’ Marzu tal-2014, meta f’ittra l-Unit talPrivatizzazzjoni nfurmat lil Dragonara Gaming Limited li David Marshall kien tneħħa mill-inkarigu li kellu f’dan ilKumitat Tekniku. Ta’ min jgħid li l-Kumitat Tekniku kien stabbilit biex jevalwa l-kredibbiltà talviżjoni li ż-żewġ kumpaniji kienu qed jissottomettu fl-offerta tagħhom dwar kif kienu qed jaħsbu li se jikber is-suq fissnin ta’ wara – jiġifieri fl-għaxar snin li kien imiss. Preżentazzjoni miż-żewġ kumpaniji li kienu ġew short-listed Iż-żewġ kumpaniji – id-Dragonara Gaming Limited u l-Eden Leisure Group – għamlu preżentazzjoni quddiem ilKumitat Tekniku, li kien immexxi millImħallef Emeritu Jeffrey Valencia. F’din il-preżentazzjoni ż-żewġ kumpaniji kienu nfurmati li r-rapport konklussiv ta’ dan ilKumitat kien se jitlesta sal-31 ta’ Marzu tal-2014.

ma rċeviet l-ebda risposta għat-talbiet tagħha.

L-ittri mibgħuta lid-Dragonara Gaming Ltd. Nhar it-28 ta’ Ottubru tal-2014, ħamest ijiem biss wara li kienet approvata millMEPA l-applikazzjoni għall-iżvilupp infrastrutturali tal-lukanda Intercontinental f’San Ġiljan, il-Unit talPrivatizzazzjoni informa b’żewġ ittri separati lid-Dragonara Gaming Limited li: 1. L-offerta tal-Eden Leisure Group kienet superjuri għal dik ta’ Dragonara Gaming Limited abbażi tat-taxxa tallogħob li kienet proġettata li titħallas mill-Eden Leisure Group. 2. Li l-offerta tad-Dragonara kienet tajba biżżejjed biex il-Gvern jikkonsidra li jiftaħ diskussjonijiet mad-Dragonara Gaming Limited bl-eventwalità li kemmil darba jintlaħaq ftehim, allura tingħata konċessjoni għal casino ieħor f’Malta – jiġifieri apparti mill-konċessjoni oriġinali f’Malta, ikun hemm konċessjoni oħra żejda.

Xhur jitħallew fl-agħma Fix-xhur sussegwenti, hekk kif ma kien hemm l-ebda informazzjoni min-naħa talUnit tal-Privatizzazzjoni tant li ż-żewġ kumpaniji nifhmu li ma kienu rċevew lebda informazzjoni mingħand il-Unit talPrivatizzazzjoni, id-Dragonara Gaming Limited bagħtet bosta ittri lill-Unit talPrivatizzazzjoni biex tkun aġġornata bissitwazzjoni li kienet qed tiżviluppa. Id-Dragonara Gaming Limited baqgħet

Mistoqsijiet u dubji serji... bil-każ jispiċċa l-Qorti Fid-dawl ta’ dan kollu il-mument illum jistaqsi lill-awtoritajiet konċernati biex jgħidu min kienu l-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni u wkoll biex jgħidu jekk hux minnu li dan il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni kellu l-membri tiegħu, jew uħud minnhom, mibdula b’mod ripetut. Dan kollu wassal biex id-Dragonara Gaming Limited, li kellha offerta ta’ tliet darbiet u nofs aktar minn dik tal-Eden, tagħmel Mandat ta’ Inibizzjoni fil-Qorti ta’ Malta kontra l-Ministru tal-Finanzi, ilMinistru tal-Ekonomija u kontra l-Unit tal-Privatizzazzjoni. F’dan il-Mandat, id-Dragonara Gaming Limited qed issostni li l-proċess talgħażla tal-Eden Leisure Group bħala lpreferred bidder kien wieħed ivvizzjat għaliex il-Ministeru tal-Ekonomija ma kienx osserva r-rekwiżiti mandatorji proċedurali fit-twettieq tal-għażla billi

u Malta huwa wieħed mill-aħħar pajjiżi li m’għamilx dan. Il-Kelliema tal-PN spjegat ukoll li lfondi allokati għall-2007-2013 iridu jintużaw sal-2015, u l-Gvern għandu jara li l-proġetti ppjanati bl-użu ta’ dawn il-fondi għandhom jitwettqu, għax inkella jintilfu. Dwar it-tħassib għall-mod kif ilGvern għadu ma qalx lill-UE kif se juża l-biljun ewro f’fondi assigurati mill-Gvern Nazzjonalista għall-perjodu 2014-2020, tkellem ukoll ilKelliem tal-PN għall-Presidenza talUE u l-Fondi Ewropej Antoine Borg. Hu qal li Malta għandha Gvern bla

prioritajiet, li jippreferi jonfoq il-fondi Ewropej fir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru minflok fl-edukazzjoni u f’taħriġ biex jonqos il-qgħad. Antoine Borg spjega li l-UE tagħti lflus wara li l-proġetti jiġu sottomessi, approvati u wara li jitwettqu. “Jekk ilGvern se jdum biex jgħid lill-UE x’se jagħmel, il-pajjiż se jdum ħafna aktar biex jirċievi dawn il-fondi b’riskju li jintilfu.” Hu qal li dawn il-fondi huma importanti għax il-fatti juru li wiċċ pajjiżna nbidel grazzi għall-fondi Ewropej. “Ikun irresponsabbli l-Gvern jekk ma jagħtix l-importanza li hemm bżonn.”

David Marshall kellu jitneħħa mill-Kumitat Tekniku wara oġġezzjoni tal-kumpanija Dragonara Gaming Ltd minħabba konflitt ta' interess fil-proċess. Hu kien qiegħed ikun investigat għal frodi f'casinos internazzjonali oħra, fosthom f'Ċipru

naqas milli japplika l-prinċipji tattrasparenza, tal-proporzjonalità, ittrattament ugwali u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni. Il-fatt li d-Dragonara għamlet offerta ta’ €4.37 miljun waqt li l-Eden għamel offerta ta’ €1.25 miljun, juri biċ-ċar limpenn tad-Dragonara Gaming Limited u kemm-il kumpanija emmnet fit-twettiq b’suċċess ta’ dan il-proġett. Is-sorsi li tkellmu ma’ il-mument urew it-tħassib tagħhom li allaħares il-Gvern jibda jaġġudika t-tenders pubbliċi li jkollu quddiemu fuq bażi tal-proġettazzjonijiet futuri, fosthom proġettazzjonijiet li jridu jsiru għal perijodu ta’ għaxar snin millum. Barra minhekk ta’ min isemmi wkoll li s-suq tal-casino f’Malta fl-aħħar 20 sena kiber b’rata ta’ mhux aktar minn erba’ filmija. Dan mingħajr ma wieħed jieħu lfattur tal-inflazzjoni f’dan l-istess perjodu għax inkella t-tkabbir ikun wieħed insinifikanti. Għaldaqstant il-fatt li l-għażla talpreferred bidder hi bażata fuq proġettazzjoni futura, hi nkwetanti, filwaqt li hemm dubji serji kemm dawn listess proġettazzjonijiet humiex fattibbli.

Il-Gvern rieqed dwar il-fondi Ewropej Il-Gvern Laburista qed ikaxkar saqajh biex jagħmel użu mill-fondi Ewropej għall-perijodu 2014 u l-2020. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar il-Fondi Ewropej Marthese Portelli qalet li minkejja għaddew 11-il xahar minn din is-sena, il-Gvern għadu ma ressaqx il-Programm Operattiv ta’ kif se jintużaw il-fondi. Dan il-Programm hu lista ta’ proġetti li l-Gvern għandu ħsieb iwettaq bil€1,128 miljun negozjati mill-amministrazzjoni Nazzjonalista. Portelli qalet li 24 minn 28 Stat Membru tal-UE, diġà ssottomettew il-Programmi Operattivi,

Il-Kelliema tal-PN saħqu fuq innuqqas ta’ serjeta’ tal-Gvern li għadu ma ppreżentax il-Programm Operattiv, kontra dak li għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti li kienu jippreżentaw listess Programmi minn sena u nofs qabel iż-żmien stipulat. Il-Fondi Ewropej taħt l-amministrazzjoni preċedenti kellhom rata ta’ 91% fl-allokazzjoni u l-użu tagħhom. Iż-żewġ Kelliema tal-PN fakkru kif il-PN fl-aħħar jiem bagħtu sett ta’ proposti lill-Gvern dwar il-mod kif dan jista’ jalloka bl-aħjar mod il-Fondi Ewropej fosthom fl-edukazzjoni, issaħħa u l-ekonomija.


Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Lokali

5

Is-sim card tal-mobile użat fl-isplużjoni tista’ tkun kruċjali fl-investigazzjonijiet ĦAMEST IJIEM WARA T-TQEGĦID TA’ BOMBA QAWWIJA MAR-RESIDENZA TA’ SPETTUR TAL-PULIZIJA FIŻ-ŻURRIEQ

Joe Mikallef joe.mikallef@media.link.com.mt

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-isplużjoni qawwija mad-dar talIspettur Geoffrey Azzopardi aktar kmieni din il-ġimgħa s’issa jidher li ma taw l-ebda eżitu pożittiv u linvestigaturi għad għandhom problema biex jaslu jidentifikaw x’kienet irraġuni li lil dan l-Ispettur tpoġġietlu din il-bomba qawwija. Madankollu fil-kors talinvestigazzjonijiet jidher li kienu stabbiliti numru ta’ fatturi, fosthom li min għamel il-bomba ilu sew isegwi lill-Ispettur Geoffrey Azzopardi. Jaf tajjeb meta dan joħroġ għax-xogħol. Jaf tajjeb il-ħin li hu joħroġ ipoġġ l-borża taż-żibel barra. Dan l-itenerarju tiegħu jidher li kien studjat sew u fid-dettall fuq numru ta’ ġranet. Jidher li kien studjat ukoll il-passi tiegħu. Fil-fatt sa jum qabel il-familja Azzopardi kienet qed toqgħod f’residenza oħra li għandha filMellieħa. Dak li l-investigaturi qed jippruvaw jistabbilixxu hu jekk min għamel dan lgħadd kodard fil-fatt riedx ibeżża’ lillIspettur jew kellux l-intenzjoni li joqtlu. Jidher li t-tieni ipotesi m’hix qed tingħata importanza daqs l-ewwel waħda għax kieku min għamillu lbomba ried joqtlu u jeħles minnu darba għal dejjem, allura kien jagħmillu lbomba taħt il-karozza u darba hu jirkeb fiha u jsuqha ttajjru b’kollox u ftit kien ikollu ċ-ċans li jeħlisha ħafif. Is-sorsi fissrulna li jidher min għamillu l-bomba x’aktarx li għamilhielu biex ibeżbżu waħda sew – fi ftit kliem biex iwerwru. Madankollu l-mistoqsija tal-investigaturi hi jekk lIspettur Geoffrey Azzopardi hu daqstant kwiet u tal-affari tiegħu, allura min issogra u għamillu din il-bomba għaliex għamillu ħaġa daqstant kbira? Sadattant l-esperti maħtura millMaġistrat Natasha Sciberras fil-jiem li

...fil-jiem li għaddew il-Pulizija tkellmet ma’ diversi persuni li jistgħu jgħinu fl-investigazzjonijiet inkluż mal-Ispettur Geoffrey Azzopardi. Madankollu l-istħarriġ qed jitqies diffiċli ħafna u l-ħsieb li wassal għal dan ir-reat għadu mhux ċar

għaddew komplew blinvestigazzjonijiet tagħhom. Hemm minnhom min kompla janalizza filmati miġbura mhux biss direttament mirresidenza tal-familja Azzopardi, imma wkoll oħrajn fil-viċinanzi. Kif kien żvelat minn In-Nazzjon, l-għada tattqegħid tal-bomba, il-Pulizija kienet qed tinvestiga l-waqfa ta’ karozza Toyota tat-tip Fun Cargo li minnha niżel raġel mill-bieba ta’ wara. Dan ġara ftit minuti biss qabel ma splodiet il-bomba jiġiferi ftit tal-ħin wara l-4.15 sbieħ il-jum tat-Tlieta. Dawn il-filmati qed jitqiesu bħala importanti ħafna filkors tal-investigazzjonijiet u l-Pulizija huma ottimisti li jistgħu javvanzaw aktar fl-indaġni li qed jagħmlu. Esperti oħra sadattant qed ikomplu janalizzaw id-debris miġbur mill-post tal-isplużjoni, fosthom biex ikun

Il-Baġit għandu jindirizza s-settur tal-manifattura

Il-Baġit li jmiss għandu jinkludi inizjattivi li jagħtu spinta lissettur tal-manifattura, li jħaddem aktar minn 30,000 persuna. Mario de Marco, Viċi-Kap PN għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u Intrapriżi Żgħar qal fi stqarrija li l-inizjattivi għandhom jgħinu mhux biss jilqa’ għallisfidi iżda biex jattira aktar investiment li joħloq impjiegi produttivi. Filwaqt li sentiment ta’ tħassib kien prevalenti fl-aħħar xhur fost industrijalisti ewlenin kif ħareġ fl-istħarriġ ta’ Ernst & Young, Mario de Marco semma li dan il-bżonn ġie kkonfermat f’żewġ stqarrijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. L-NSO kkonferma li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, l-esportazzjoni naqset b’10%,; tnaqqis ta’ nn €158 miljun. Fil-qasam talproduzzjoni industrijali, it-tnaqqis kien ta’ 7.1% meta mqabel mal-istess xahar fl-2013, biex kompla t-tnaqqis konsistenti flaħħar sena.

stabbilit x’ingredjenti kien fiha l-bomba – x’aktar mhux biss splussiv użat fillogħob tan-nar, imma anki splussiv ieħor użat għal affarijiet oħra. Ħidma oħra importanti minn esperti oħra qed issir fir-rigward tal-mobile użat fl-isplużjoni. Nifhmu li dan ilmobile, wara li tfarrak bl-isplużjoni, inġabru partijiet minnu u dan jista’ joffri informazzjoni importanti. Forsi aspett ferm importanti hu ġej mis-sim card li bla dubju ta’ xejn iġġorr magħha ħafna informazzjoni mill-aktar importanti. Dak li jifdal f’dan ir-rigward hu jekk dan il-bomba ħaditx għax xi ħadd ċempel fuq dan il-mobile jew inkella għax il-mobile daqqx minħabba li kellu attivata s-sistema tal-alarm tiegħu. Jista’ jagħti l-każ li l-bomba ħadet għaliex xi ħadd moħbi wara t-tqegħid

tagħha, wara li poġġiha fid-daħla tarresidenza tal-familja Azzopardi saq lil hinn u mill-bogħod ċempel in-numru ta’ dan il-mobile u seħħet l-isplużjoni. Min-naħa l-oħra jista’ jagħti l-każ ukoll li min poġġa l-bomba saq lil hinn u stenna l-alarm iddoqq u appena seħħet l-isplużjoni u serraħ rasu li l-bomba kienet ħadet, telaq minn fuq il-post fejn kien qed jistenna biex jara l-bomba hix se tieħu jew le. Sadattant fil-jiem li għaddew ilPulizija tkellmu aktar minn darba ma’ Geoffrey Azzopardi li iżda min-naħa tiegħu jidher li ma kienx kapaċi jidentifika r-raġuni partikulari għal din l-azzjoni. Mistoqsi wkoll jekk kienx xi darba mhedded minn xi ħadd jew inkella jekk kellux xi argumenti ma’ xi persuna partikulari, jidher li hu wieġeb fin-negattiv.

Rekord għal maltarightnow.com

Fil-jiem li għaddew, il-portal tal-aħbarijiet ta’ media.link Communications – maltarightnow.com qabeż iċ-ċifri kollha reġistrati minn meta beda jopera. Hekk kif aktar kmieni din issena, maltarightnow.com fakkar l-10 sena millftuħ tiegħu bit-tnedija tad-disinn il-ġdid, ilĦamis li għadda laħaq rekord ta’ aktar minn 122,000 click f’jum wieħed. Il-mira ntlaħqet wara numru ta’ jiem li fihom iċ-ċifri dehru jiżdiedu regolarment. Ir-rekord tal-Ħamis wasal wara li maltarightnow.com kompla jkun fuq ta’ quddiem u immedjat blistejjer ewlenin fosthom il-Ħamis li għadda meta żvela żviluppi mis-sejba tal-katavru ta’ anzjana f’Birżebbuġa. Dakinhar ukoll, ħafna mill-viżitaturi żammew kuntatt mal-Kamra tal-Aħbarijiet b’num-

ru ta’ ritratti u filmati dwar il-maltemp li għadda minnu pajjiżna fl-aħħar jiem. Ma’ dawn, kien hemm numru ta’ stejjer oħrajn li oriġinaw minn e-mails mibgħuta mill-qarrejja u oħrajn mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ media.link Communications. L-impenn kollettiv tal-Kamra tal-Aħbarijiet u t-tim tekniku tal-fotografi, il-cameramen u lvideo editors jibqa’ essenzjali biex ikomplu jinkisbu aktar riżultati pożittivi għal dan is-sit elettroniku tal-aħbarijiet. Il-qarrejja ta’ il-mument huma mistiedna biex kulmin għandu profil fuq Facebook, jagħfas LIKE għall-paġna ta’ maltarightnow.com fuq www.facebook.com/maltarightnow, filwaqt li jgħin biex ikomplu jinxterdu l-aħbarijiet tbilli jagħfas fuq SHARE għall-posts li jittellgħu.


6

Il-Gasol f’sitwazzjoni finanzjarja prekarja

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Lokali

Il-Gasol plc, il-kumpanija bbażata fil-Punent tal-Afrika u li hija parti mill-konsorzju Electrogas li kien ivvettjat mill-Gvern ta’ Joseph Muscat u saħansitra għażlu biex jibni l-power station il-ġdida f’Delimara, hi f’qagħda finanzjarja prekarja. Dikjarata bla cash suffiċjenti u mingħajr assi likwidi biex din il-kumpaniji tkun tista’ tonora l-impenji u l-kuntratti li daħlet għalihom għat-12-il xahar li ġejjin. Alex Attard

alex.attard@media.link.com.mt

Fl-isfond ta’ dan kollu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jibqa’ jirrifjuta u ma jippubblikax il-ftehim mal-konsorzju li kellu jlesti l-bini talpower station ġdida sa Marzu li ġej. Data li kien intrabat biha l-Prim Ministru Muscat innifsu. Muscat kien wiegħed li se jlesti lpower station sa sentejn mill-elezzjoni – wiegħda li l-istess Prim Ministru ddikjara li mhux se jkun qed iwettaq hekk kif fadal erba’ xhur għal Marzu. Ir-realtà llum hi li għadu ma nbena xejn fis-sit fejn għandha ssir il-power station il-ġdida. Minkejja li kien qal ukoll iswed fuq l-abjad li jirriżenja jekk ma titwettaqx din il-wiegħda.

Il-Gasol għarkuptejha Iżda r-rapporti finanzjarji minn awdituri indipendenti li tħejjew u kienu ppubblikati ftit tal-ġimgħat ilu, juru l-istampa reali li qed tiffaċċja lGasol, kumpanija li hija parti millkonsorzju fdat mill-Gvern ta’ Muscat biex jibni l-proġett ewlieni mwiegħed qabel l-elezzjoni – dik li jibni power station li taħdem bil-gass. Dan meta kien jaf li l-investiment li l-gvern preċedenti kien għadu kif għamel blimpjant tal-BWSC, jista’ jiġi konvertit għall-gass kif kien ukoll programmat mill-amministrazzjoni preċedenti. (Iżda minflok, l-impjant tal-BWSC li kien isejjaħlu fabbrika tal-kanċer, Muscat biegħu liċ-Ċiniżi.) Il-Gasol tilfet aktar minn 10.5 miljun sterlina fl-aħħar sena finanzjarja. Iddeċidiet li ma tibqax kumpanija pubblika – deċiżjoni li waqqfet l-obbligu li tippubblika lprezz tal-ishma tagħha. Kumpanija li għandha kapital limitat u li ftit hemm informazzjoni dwaru. Kumpanija wkoll li sa Ġunjui li għadda, ilprezzijiet tal-ishma tagħha kienu waqgħu bi kważi 59% fl-aħħar sena. Id-dawl ikreh li tinsab fih il-Gasol, jiddikjarawh ukoll l-awdituri li f’Settembru li għadda ffinalizzaw irrapporti finanzjarji tagħhom dwar ilkumapnija. L-istampa hi mdallma. M’hemm ebda garanzija li l-finanzjament li l-kumpanija qed tgħid li tista’ tattira minn investituri barranin, se jimmaterjalizzaw. M’hemm ebda garanziji lanqas dwar il-futur ta’ din il-kumpanija. Linċertezza tiddomina fid-dikjarazzjonijiet imniżżla fir-rapport talawdituri. Id-dubji dwar kemm ilGasol tista’ tkompli bl-attivitajiet kummerċjali tagħha huma kbar.

Il-Gvern jgħid li ma sab xejn ħażin fil-Gasol L-aħħar dikjarazzjoni li għamel il-

Ir-rapport tal-Awdituri li juri kif il-kumpanija Gasol m’għandhiex biżżejjed cash u mingħajr assi likwidi biex tlaħħaq mal-impenji li daħlet għalihom għas-sena li ġejja

L-opinjonista Joe Ellis jikteb li huwa ċar daqs il-kristall li l-kumpanija (Gasol) li tiddetjeni 30% fil-konsorzju Electrogas hija zoppa finanzjarjament, anzi teknikament insolventi u li hija mdawra b’inċertezzi kbar jekk hux se jkollha finanzjament adekwat sabiex tkompli topera.

Gvern ta’ Muscat, permezz talMinistru Konrad Mizzi fil-Parlament, hi daqstant inkwetanti. Il-Gvern, flgħażla li għamel għall-konsorzju li jinkludi fih lil Gasol li se jkun qed jibni l-power station il-ġdida b’tanker b’ħażna ta’ gass sorġut fil-bajja ta’ Marasaxlokk, ma sab xejn ħażin. Jista’ jkun il-każ li l-Gvern għalaq għajnejh għad-dawl ikreh li tinsab fih waħda mill-kumpaniji li tifforma lkonsorzju u li għandha 30% talishma mill-proġett tal-impjant ilġdid.

Il-Gvern jibqa’ ma jippubblikax il-ftehim Fuq in-naħa l-oħra tal-munita ta’ dan in-negozju mal-konsorzju li jinkludi lill-Gasol (meta dan il-Gvern stess seta’ kiseb il-frott tal-pipeline tal-gass ma’ Sqallija b’finanzjament mill-UE kif kien ippjanat millamministrazzjoni preċedenti), hemm is-silenzju tal-Gvern ta‘ Muscat. IlGvern baqa’ ma ppubblikax il-kuntratti dwar in-negozju li ftiehem dwaru b’rabta ma’ ammonti sostanzjali qawwija, minn flus u mit-taxxi tal-poplu, li se jkunu qed ilaħħqu mal-€400,000 biex tinbenda din ilpower station ġdida. Preokkupanti wkoll hu l-fatt li lGvern għadu ma ħax is-somma inizzjali ta’ €30 miljun li qal li se jkun qed jirċievi mal-iffirmar tal-ftehim mal-konsorzju Electrogas. U preokkupanti u nkwetanti issa hu wkoll id-dikjarazzjoni li għamel ilGvern fi tweġiba li ta bil-miktub għal mistoqsija parlamentari l-ġimgħa li

għaddiet, li vvettja l-konsorzju li jinkludi lill-Gasol, u ma ra xejn ħażin u ta l-approvazzjoni tiegħu.

‘Daħal fi sqaq’ Fil-gazzetta Illum, l-opinjonista Joe Ellis għamel din l-analiżi: “Fil-ħajja, qatt mhu għaqli li wieħed jidħol fi sqaq. Jekk wieħed jinzerta li jispiċċa f ’wieħed, ikun ukoll għaqli wkoll li wieħed jara kif joħroġ minnu minnufih. Bla dubju, min jirnexxielu joħroġ mill-isqaq huwa kapaċi kważi daqs min jevita li jidħol fih. Imma gwaj għal min la jirnexxielu jevita li jidħol f ’wieħed jew lanqas jindenja jipprova joħroġ minnu imma jibqa’ għaddej mingħalih li f ’xi ħin jew ieħor l-isqaq se jiżbokka f ’xi pjazza wiesgħa. Sfortunatament, ħafna drabi l-ħajt jibqa’ mbarrat bla ebda żbokk.” L-opinjonista temm jikkummenta dwar din is-saga b’din l-osservazzjoni: “Huwa ċar daqs il-kristall li lkumpanija li tiddetjeni 30% fil-konsorzju Electrogas hija zoppa finanzjarjament, anzi teknikament insolventi u li hija mdawra b’inċertezzi kbar jekk hux se jkollha finanzjament adekwat sabiex tkompli topera. Iddiretturi tagħha kellhom jagħmlu sforz qawwi sabiex jiċċertifikawha bħala “going concern”. Mhux ta’ b’xejn li Electrogas ma kinitx kapaċi tħallas id-depożitu ta’ €30 miljun kif suppost għamlet meta ffirmat il-kuntratt u jidher li dan id-depożitu għadu ma tħallasx. Kif kumpanija f ’dan l-istat finanzjarju prekarju

tmexxi konsorzju li ntgħażel sabiex tibni power station li suppost se tiswa aktar minn €400 miljun iqanqal bosta mistoqsijiet leġittimi li l-gvern mhux qiegħed jindirizza. Il-pajjiż jixraqlu aħjar: qed nitkellmu fuq settur wisq delikat biex jibqa’ jiġi mmexxi b’dan il-mod.” Hu evidenti li s-skiet tal-Gvern u lpożizzjoni li qed jibqa’ jieħu li ma jippubblikax il-ftehim iffirmat b’rabta ma’ dan in-negozju, hu ta’ tħassib serju. Skiet li qed joħloq ħafna mistoqsijiet, kif għamlet l-Oppożizzjoni li sfidat lill-Gvern iwieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet dwar wieħed mixshareholders tal-konsorzju Electrogas, il-Gasol.

Il-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni lill-Gvern ●Il-fatt li l-Gasol, li hi shareholder prinċipali tal-konsorzju Electrogas, u li mhux se jkollha flus biżżejjed, huwiex se jkollu impatt fuq il-proġett tal-power station? ●Jekk il-Gvern għamilx financial due dilligence ta’ Gasol? ●Min kien responsabbli għal dan id-due dilligence? ●X’impatt l-istat finanzjarju preżenti ta’ Gasol jista’ jkollu fuq dan il-proġett? ●Jekk il-problema finanzjarja ta’ din il-kumpanija hijiex marbuta malfatt li ma tħallasx id-depożitu lillGvern Malti? ●Jekk illum, l-investituri talproġett humiex qed jemmnu li dan ilproġett hu sostenibbli u fattibbli kif kien jgħid li hu l-Partit Laburista?


Il-kumpens ta’ 58ċ mhux biżżejjed biex jinxtraw oġġetti essenzjali Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Lokali

7

Minn eżerċizzju li għamel il-mument din il-ġimgħa jirriżulta li l-kumpens ta’ 58 ċenteżmu fil-ġimgħa li se jagħti l-Gvern Laburista minħabba l-għoli tal-ħajja mhux biżżejjed għall-familji u għall-anzjani biex ikopru l-ispiża ta’ xirja ta’ oġġetti bażiċi li jinxtraw ta’ kuljum jew kull ġimgħa. F’dan l-eżerċizzju żammejna kemm jista’ jkun mal-orħos prezzijiet li wieħed jista’ jsib. Prezzijiet ta’ oġġetti essenzjali ogħla mill-kumpens ta’ Muscat F’dan l-eżerċizzju, il-mument mar f’wieħed mis-supermarkets ewlenin, u ra l-prezzijiet ta’ għadd ta’ oġġetti essenzjali li kull familja teħtieġ kull ġimgħa. Uħud mill-oġġetti li kapaċi jservu aktar minn ġimgħa, xorta waħda għandhom prezz li huwa ferm ogħla miż-żieda li se jkun qiegħed jagħti l-Gvern Laburista biex jagħmel tajjeb għall-għoli tal-ħajja. Anki meta wieħed jikkunsidra ċerti oġġetti essenzjali li qegħdin jinbiegħu bl-offerta, xorta waħda ż-żieda ta’ 58ċ li se jagħti l-Gvern mhu se tkun qed tagħmel xejn tajjeb biex għallinqas ilmara tad-dar jew xi anzjan/a jixtru dan il-prodott partikolari. F’dan l-eżerċizzju, il-mument żamm strett mal-oġġetti li ġenituri bi tfal

jew anzjani bilfors ikun jeħtieġilhom jixtru kuljum jew kull ġimgħa.

58ċ ma jiswew xejn! F’kummenti li kien ta lil ilmument, Carmel Mallia, il-Viċi President tal-Għaqda Nazzjonali talPensjonanti kien fisser il-kumpens ta’ 58ċ bħala ‘redikolu’ u kien sostna li dan l-ammont hu ‘ċajta’ jew ‘daħka’ għax ma tista’ tixtri kważi xejn bihom, u għalhekk m’huma validi għal xejn. F’kummenti li ġabar il-mument flaħħar ġimgħa, in-nies tkellmet u qalet li l-kumpens ta’ 58ċ li se jagħti l-Gvern mhux biżżejjed. Ilkummenti li kwalifikaw stqarrija bħal din varjaw: ‘lanqas tibda malħajja’, ‘malajr imorru’, ‘il-ħajja dejjem togħla’, ‘ftit’. Filwaqt li mill-Oppożizzjoni, il-

Partit Laburista permezz ta’ Joseph Muscat, illum Prim Ministru u b’Edward Scicluna, illum Ministru tal-Finanzi, kien jitkellem dwar illiving wage – kalkolu ta’ kemm persuna għandu jkollha biex tgħix ħajja diċenti – issa mill-Gvern, ilPartit Laburista raqad fuq din ilproposta, u agħar minhekk, il-Prim Ministru ddikjara li “58ċ għall-għoli tal-ħajja mhumix biżżejjed.” F’intervista ma’ Leonid Mckay, idDirettur il-ġdid tal-Caritas Malta, li il-mument ippubblika f’Ottubru li għadda, kien qal li anki meta għandek persuna li anki bilbenefiċċji soċjali, bil-pensjoni jew bil-paga minima, tagħmel l-aħjar management, jirriżulta li xorta ddħul tagħha ma jkunx biżżejjed. Leonid Mckay appella biex f’dawn is-sitwazzjonijiet l-Istat għandu

jerfa’ r-responsabbilta fil-ġlieda kontra l-faqar.

Kwart tal-popolazzjoni f’riskju tal-faqar Skont rapport maħruġ millEurostat dil-ġimgħa, kważi kwart tal-popolazzjoni Maltija tinsab f’riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali. Dan ifisser li dawn qegħdin jesperjenzaw dħul finanzjarju baxx, qegħdin jiġu mċaħħda minn affarijiet materjali fosthom li jsibu diffikultajiet biex iħallsu l-kontijiet. Filwaqt li l-Gvern jgħid li huwa impenjat biex inaqqas il-faqar, skont l-istatistika uffiċjali, il-faqar f’Malta qiegħed ikompli jiżdied minn sena għal oħra. Pajjiżi fl-UE agħar minn Malta huma l-Bulgarija, irRumanija, il-Greċja, il-Latvja u l-Ungerija.


8

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Lokali

Sostenn għall-ħidma politika tal-PN biex ikun il-vuċi tal-poplu

MARATONA ĠBIR TA’ FONDI PARTIT NAZZJONALISTA

Chris Said, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista f’intervista ma’ il-mument stqarr li l-maratona annwali li se ssir f’Diċembru li ġej mifruxa fuq erbat ijiem hija stedina mill-partit biex aktar nies isiru parti mill-PN, waqt li jinġabru fondi biex il-partit ikompli jsostni l-ħidma politika u l-media tiegħu.

Alessia Psaila Zammit alessia.zammit@media.link.com.mt

X’inhu l-messaġġ politiku fl-edizzjoni ta’ din is-sena? Il-maratona kull sena isservi biex jingabru fondi ħalli jgħinu lill-Partit filħidma politika tiegħu. Biex il-Partit jkun jista’ jsostni din il-ħidma kontinwu għandu bżonn l-għajnuna tal-membri tiegħu u ta’ dawk li jridu li l-PN ikun partit b’saħħtu anke fl-Oppożizzjoni. Iżda lmaratona sservi wkoll biex nkomplu Mument fil-maratona f’Diċembru tas-sena li għaddiet b’telefonati kollha nwasslu l-messaġġ u din is-sena rridu nuru li l-PN huwa l-Partit tiegħek, huwa donazzjonijiet għall-PN l-Partit Viċin tiegħek. Irridu li l-PN ikun dħul biex ikun jista’ jippjana u jsostni lment annwali. Ħarġu b’diversi idejat il-vuċi tal-ħafna, li jkun eqreb lejn nħidma tiegħu tul is-sena. Il-proċess ta’ ġodda fosthom li ssir attività fid-Dar nies... jerġa’ jsir il-partit viċin tan-nies u tiġdid jinvolvi wkoll spejjeż u għalhekk Ċentrali mifruxa fuq erbat ijiem; milljirbaħ il-fiduċja tan-nies. Għalhekk ukoll għandna bżonn l-għajnuna tal-membri u Ġimgħa 5 ta’ Diċembru sat-Tnejn 8 ta’ li għall-ewwel darba fil-ġranet ta’ qabel u ta’ dawk li jixtiequ jaraw il-PN Diċembru. Din qed tissejjaħ Misraħ ilwara l-maratona, għal erbat ijiem se ssir jissaħħaħ. Biex nagħti eżempju; biex Milied u se tikkumplimenta l-maratona attività kbira fid-Dar Ċentrali marbuta intejbu l-media tagħna hemm bżonn li għall-ġbir ta’ fondi li se ssir il-Ħadd 7 ta’ ma’ żmien il-Milied li għaliha huwa nkomplu ninvestu f’teknoloġija u apparat Diċembru li se tixxandar dirett fuq NET mistieden kulħadd. Attivita’ li tolqot iliżjed modern. Il-pass li jmiss huwa li nte- TV bejn nofsinhar u l-11 p.m. M’hemmx gosti tal-familja kollha u li għandha jbu l-maltarightnow li fl-aħħar ġimgħat dubju li kull min se jżur id-Dar Ċentrali tiġbed lejn id-Dar Ċentrali ħafna nies. rajna żieda qawwija immens fin-nies li se jsib divertiment garantit. Nirringrazzja qed jidħlu fiha. lin-numru kbir ta’ volutniera li qed jaħdIl-maratona kif tinkwadra mu bla waqfien biex din l-attività tkun fit-tiġdid li għaddej minnu X’differenza se jkun hemm suċċess. l-PN? fil-programm ta’ din is-sena? Il-maratona se tgħin biex inkomplu lSe tingħata bixra ġdida u Il-Liġi tal-Finanzjament proċess ta’ tiġdid. Hija okkażjoni fejn differenti. Ftit xhur ilu waqqafna grupp tal-Partiti għaliex hija nilqgħu fid-Dar Ċentrali eluf ta’ ta’ voluntiera mmexxija minn Robert meħtieġa? nies. Okkażjoni li tagħti wkoll lill-Partit Cutajar li beda jħejji għal dan l-avveniIl-PN jaqbel li għandu jkun hawn liġi

li tirregola l-partiti politiċi u li taħseb għall-finanzjament tal-partiti. L-abbozz li għandna quddiem il-Parlament jitratta kif l-partiti politiċi għandhom jiġu regolati u dan naqblu miegħu. Hemm bżonn ukoll li l-istess liġi taħseb għall-finanzjament tal-partiti biex nassiguraw li l-parititi politiċi jkunu l-vuċi tal-ħafna u mhux maħtufa mill-ftit. Fil-pajjiżi kollha talUE u ħafna pajjiżi oħra għandhom liġi li taħseb għal dan. Għalhekk insostnu li f’Malta għandu jkollna dan il-qafas legali. Qed insostnu wkoll li l-partiti kollha jkollhom level playing field u għalhekk dawk li għandhom assi tal-istat jew misruqa mill-privat għandhom jagħtuhom lura. X’inhu l-appell tiegħek għall-parteċipazzjoni fil-maratona? Nappella lill-pubbliku biex jgħin kif jista’ f’din il-maratona. Nixtiequ li kulmin jista’, jiġi d-Dar Ċentrali. Ikollu lokkażjoni li jieħu sehem fl-attività Misraħ il-Milied u jagħti d-donazzjoni tiegħu. Kull min jiġi d-Dar Ċentrali u jagħti donazzjoni, se jingħata bosta rigali u pubblikazzjoni dwar il-kisbiet li għamel il-pajjiż bis-saħħa tal-PN millIndipendenza sal-lum. Il-Kap tal-Partit u l-uffiċċjali flimkien mad-deputati u kandidati jixtiequ jiltaqghu mal-akbar ammont ta’ nies possibbli f’dawn il-jiem.

Jaħtaf ajruplan wara li ħarab mill-ħabs ta’ Kordin

Waħda mill-aktar ħarbiet li baqgħet tissemma’ f’pajjiżna hi dik ta’ Louis Bartolo li ħareġ flimkien ma’ priġunier ieħor. Din il-ħarba kienet suġġett ta’ kontroversja kbira minħabba li gwardjan tal-ħabs kien implikat li assista f’din ilħarba. Madanakollu, il-ħarba u dak li kellu jiġri wara kienu pjanti sew, tant li ż-żewġ priġunieri li ħarbu mill-ħabs; Louis Bartolo u Ahmed Khalil Habib kienu mistoħbija fil-qalba tan-nies, iżda l-pulizija qatt ma sabuhom. Fil-ktieb li se jitnieda nhar il-Erbgħa fil-Fiera tal-Ktieb Terror’s Footprints, Shadows of International Terrorism over Malta, miktub minn Joe Mifsud u editjat minn Martin Bugelli hemm fatti ġodda dwar din il-ħarba u l-implikazzjonijiet tagħha fuq it-terroriżmu internazzjonali. Waqt li kien qiegħed jaħrab Louis Bartolo, kiser saqajh, iżda minħabba li kien maħrub ma setgħax imur l-isptar u għalhekk qatta’ xahrejn f’appartament f’San Ġwann fejn kien imur iżuru tabib biex idewwih. Wara li kien f’pożizzjoni li jimxi, hu ħarab flimkien ma’ Habib lejn

Silta mid-dokument tal-FBI b’dettalji dwar kif seħħet il-ħarba mill-ħabs u minn Malta

Sqallija. Ir-rabta ta’ Malta u t-terroriżmu f’dan il-każ mhix marbuta ma’ Louis Bartolo iżda ma’ Habib li aktar tard kien

involut f’attentat terroristiku internazzjonali. F’Malta Habib kien wettaq delitt u qatel negozjant Libaniż, fil-Gżira. Fil-

ktieb qed jiġu pubblikati d-dettalji dwar kif il-pulizija għamlet l-assoċjazzjoni biex ġie stabbilit li wara li Habib ħarab minn Malta għamel attakk terroristiku kbir. Kien maħsub li Habib kien miet, iżda lpjan tiegħu kien differenti. Il-ktieb jiżvela kif Habib kien vjaġġa b’isem falz biex setgħa jwettaq att terroristiku. Louis Bartolo u Habib kienu ħarbu minn Malta permezz ta’ dgħajsa minn tas-Sliema u marru Sqallija fi vjaġġ li ħa erba’ sigħat. Wara lejl li għamlu fi Sqallija qabdu ferrovija għal Ruma. Minn hemm huma infirdu biex Louis Bartolo mar l-Ingilterra u Habib mar lura fl-organizazzjoni ta’ Abu Nidal, li kien membru ta’ din l-organizazzjoni terrorista. Il-ktieb ta’ 440 paġna pubblikat minn Kite Group, jinkludi dokumenti millFBI. Il-ktieb ikopri l-hijacks kollha li saru f’Malta, in-negozji fit-torri tal-kontroll kif ukoll atti terroristiċi oħra bħalma huma l-qtil ta’ Fathi Shqaqi. Nhar il-Ġimgħa l-awtur u l-editur se jkunu qed jiffirmaw kopji tal-ktieb bejn is-6.30pm u t-8.00pm waqt il-Fiera talKtieb.


‘Il-proprjetà serquhielna’

9

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Lokali

– Il-familja sidien tal-proprjetà f’Ħal Qormi meħuda mill-Partit Laburista biex bidilha f’każin Dione Borg dione.borg@media.link.com.mt

Il-familja proprjetarja tal-post li llum hu okkupat mill-Partit Laburista u bidilha f’każin Laburista iddikjarat ma’ il-mument li din ġiet misruqa lilhom mill-Partit Laburista. Dan filwaqt li Joseph Muscat kien qiegħed ukoll iwiegħed li l-Partit Laburista kien se jsolvi l-problema iżda ma żammx kelmtu kif qegħdin niżvelaw f’numru ta’ emails li qegħdin nippubblikaw. Bħalissa l-PL jinsab taħt pressjoni dwar it-28 proprjetà li qed jokkupaha mingħand il-Gvern jew mingħand ilprivat fejn dawn qegħdin jintużaw bħala każini Laburisti. 22 minn dawn ilproprjetajiet huma mikrija mingħand ilgvern fi żminijiet ta’ amministrazzjoni Laburista waqt li sitt proprjetajiet oħra huma rekwiżizzjonati jew meħduda mingħand il-privat. Fost dawn il-proprjetajiet hemm dik ta’ Ħal Qormi bi storja twila u li fl-aħħar ġimgħa l-proprjetarji bdew proċeduri legali kontra l-Labour biex jieħdu lproprjetà lura.

l-

mal-PL biex tinstab soluzzjoni u resqu lgħażliet li jixtru l-proprjetà, jew jirritornawha nkella l-kera togħla skont is-suq tal-lum.

Muscat jitkellem u jwiegħed Il-familja Mizzi qalet li bl-iskop li tinsab soluzzjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent legali hi kkomunikat malMexxej Laburista Joseph Muscat b’diversi korrispondenza elettronika. Din il-komunikazzjoni bdiet minn qabel lelezzjoni, sostniet il-familja Mizzi li spjegat kif kull meta l-familja ppruvat titkellem mal-Kumitat Lokali Laburista ta’ Ħal Qormi, il-kumitat ipprova jirredikola t-talbiet tal-familja. Fl-emails lill-Mexxej Laburista, ilfamilja Mizzi talbet laqgħa biex ilproblema tkun riżolta. Għal din il-laqgħa Joseph Muscat kien akkumpanjat middepuat Mexxej Laburista Toni Abela, li filPL hu responsabbli mill-każini tal-Partit. Il-familja Mizzi saħqet mal-Mexxej Laburista li l-pożizzjoni tal-familja hi li lPL jixtri l-proprjetà, jew jirritornaha lillfamilja inkella jħallas kirja ogħla li tirrispetta l-valur tal-proprjetà. Lill-familja proprjetarji tal-każin, Muscat kien wegħdhom li sa Frar laffarijiet ikunu rranġaw u aktar tard ilfamilja kienet informata li l-kwistjoni għaddiet f’idejn Toni Abela.

L-ewwel protest ġudizzjarju Fl-aħħar ġranet u wara snin twal siekta kif huma l-proprjetarji l-oħra f’Malta ta’ postijiet li huma okkupati mill-Partit Laburista, il-familja sidien tal-każin Laburista ta’ Ħal Qormi ressqu protest ġudizzjarju biex il-kwistjoni tkun riżolta. L-avukat u deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jirrappreżenta lill-familja sidien tal-proprjetà okkupata mill-PL f’Ħal Qormi. il-mument iltaqa’ mal-familja Mizzi minn Ħal Qormi proprjetarji tal-post. Kien il-missier Pawlu Mizzi li mingħandu fl-1951 il-PL kien kera lproprjeta fiċ-ċentru ta’ Ħal Qormi. L-istorja ta’ din il-proprjetà tmur sal1951 meta l-post ħdejn il-knisja l-antika ta’ San Bastjan kienet isservi ta’ ċinema; St.George’s Cinema. Kien fi Frar tal-1951 li l-post inkera għal sentejn bil-ftehim li jekk ikun hemm qbil, jiġġedded għal sentejn oħra. Il-kera kienet ta’ €198 fissena u titħallas miċ-Ċentru Lokali Laburista ta’ Ħal Qormi. Iżda l-ftehim qatt ma ntlaħaq u minkejja dan, il-PL baqa’ jokkupa l-post kbir. L-aħwa proprjetarji tal-post fejn illum hemm il-każin Laburista sostnew ma’ ilmument li mas-snin ippruvaw jitkellmu

Ma jaċċettax il-proposti F’laqgħat li Abela kellu mal-familja, id-Deputat Mexxej Laburista qallhom li lPL ma jistax jaċċetta l-proposti għaliex ma kellux flus iżda kellu biss assi. Lil Toni Abela, il-familja Mizzi qaltlu li lassi jistgħu jinbidlui fi flus. L-aħwa Mizzi spjegaw li Toni Abela kien informa lill-familja li l-PL kien lest jagħtihom żieda ta’ €52 fis-sena fil-kera. Din il-proposta ma kinitx aċċettata millfamilja proprjetarja tal-każin ta’ Ħal Qormi għax mhix ġusta u ma tirrispettax il-valur tal-proprjetà fis-suq. Aktar ‘il quddiem, komplew l-aħwa Mizzi, Toni Abela qal lill-familja li lanqas il-€52 ma setgħu jagħtu għaliex jekk jagħtuhom, il-każ jaqa’ taħt liġi ġdida bilpossibiltà u l-konswegwenza li l-PL jista’ jitlef il-proprjetà. Fuq din il-proprjetà, li minnha prattikament il-familja sid mhi ddaħħal kważi xejn, l-istess familja qed ikollha tħallas is-suċċessjoni u ċ-ċens ta’ €140 fis-sena.

Silta mill-korrispondenza mibgħuta minn Joseph Muscat u Toni Abela fejn il-Partit Laburista iwiegħed mod, iżda t-tmexxija tal-partit ma żammitx kelmtha

Il-finanzi tal-Kunsilli Lokali jistgħu jiżdiedu billi persentaġġ mill-ħlas li jsir talLiċenzji tal-Karozzi u vetturi oħra jinżamm mill-Kunsilli Lokali. Dan qalu l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali David Agius waqt Laqgħa għas-Sindki u Viċi-Sindki organizzata mil-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali f’Għawdex. Dwar din il-proposta, David Agius semma li l-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu

jieħdu persentaġġ ta’ 10% tal-valur talliċenzja fl-ewwel sena u jkompli jiżdied kull sena b’1% sa massimu ta’ 15%. Ilħlas tal-Liċenzji tal-Karozzi jkun jista’ jsir fil-Kunsilli Lokali. Għal min iħallas il-liċenzja b’mod ieħor, il-Kunsill Lokali tal-lokalità li fiha tkun reġistrata l-Liċenzja tal-Karozza, xorta jingħata lpersentaġġ imsemmi. David Agius ippropona wkoll li fil-Baġit li

ġej, il-Gvern għandu jżid il-flus li jingħataw il-Kunsilli Lokali għax dan sa llum huwa anqas minn 1% tan-nefqa tal-Gvern u mhux biżżejjed biex ikopri x-xogħol, il-kuntratti u l-obbligi tal-Kunsilli Lokali. David Agius ippropona wkoll li lKumitati Amministrattivi jingħataw allokazzjoni diretta mill-Gvern biex ikunu jistgħu jaħdmu. Din l-allokazzjoni tkun aktar mill-allokazzjoni li jingħataw il-

Il-każin Laburista f’Ħal Qormi, li skont Toni Abela, il-Partit Laburista ma kellux flus biex jixtrih!

L-Oppożizzjoni bi proposti konkreti biex jissaħħu l-Kunsilli Lokali

Kunsilli Lokali biex jużawha fiz-żoni rappreżentati mill-Kumitati Amministrattivi. David Agius staqsa lill-Gvern fejn waslet ir-Riforma fis-Sistema tal-Infurzar Lokali u staqsa ukoll jekk il-Gvern jemminx fis-sistema tar-reġjuni. Hu appella wkoll lill- Gvern biex jgħid jekk jaqbilx li l-Ombudsman jkollu fi ħdanu Kummissarju responsabbli minn dak kollu marbut mal-Kunsilli Lokali.



L-Ewropa f’idejk

11

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Aħbarijiet mill-UE

Ingrid Brownrigg Opinjonista

Juncker qed jintroduċi sistema ġdida li tagħti aktar responsabbiltà lill-Viċi Presidenti, qisu qed jiddelega x-xogħol tiegħu bħala President.

L-ewwel ġimgħa ta’ Juncker Din kienet l-ewwel ġimgħa fil-kariga ta’ President talKummissjoni Ewropea għal-Lussemburgiż Jean-Claude Juncker. Juncker jaf ikun ‘charming’ u jiċċajta ma’ kulħadd, assertiv dejjem u hemm min jikkritikah li jaf ikun xi ftit arroganti. F’dawn l-ewwel ġranet, fi Brussell kulħadd għajnejh fuqu, speċjalment il-ġurnalisti. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Novembru kellu l-ewwel laqgħa talKulleġġ tal-Kummissarji Ewropej. Din hi laqgħa li ssir kull nhar ta’ Erbgħa u fiha jittieħdu deċiżjonijiet politiċi f’diversi setturi. Kif isir dejjem, wara din il-laqgħa, il-President tal-Kummissjoni Ewropea jinforma lill-ġurnalisti preżenti fil-bini talKummissjoni Ewropea fuq dak li kien diskuss. Hekk għamel Juncker, li ħa sehem għall-ewwel darba f’din it-tip ta’ konferenza stampa. Madankollu hu ħabbar mill-ewwel li mhux se jkun hu, bħala President li se jinżel kull nhar ta’ Erbgħa biex ikellem lill-ġurnalisti, iżda jista’ jkun wieħed mis-seba’ Viċi Presidenti tal-Kummissjoni. Juncker qed jintroduċi sistema ġdida li tagħti aktar responsabbiltà lill-Viċi Presidenti, qisu qed jiddelega x-xogħol tiegħu bħala President. Għadu mhux magħruf kif din is-sistema se tiffunzjona, iżda diġà ħabbar li dak li qabel kien appuntament ta’ kull ġimgħa bejn il-ġurnalisti u l-President tal-Kummissjoni, dan mhux se jibqa’ jsir. Il-ġurnalisti mhumiex daqstant kuntenti b’din id-deċiżjoni għax minkejja li Viċi President jista’ jitkellem f’isem il-Kummissjoni, ma jista’ qatt jissostitwixxi r-rwol u limportanza tal-President! Għall-ewwel laqgħa tiegħu mal-Kummissarji Ewropej kien hemm diversi temi għad-diskussjoni. L-aġenda ta’ dawn illaqgħat jippreparaha l-President stess. Huma ddiskutew l-isfidi ekonomiċi fl-Ewropa wara li saret preżentazzjoni mill-Viċi President Katainen u l-Kummissarju Moscovici. Iddiskutew ukoll is-sitwazzjoni tal-Ebola u ġie deċiż li jkun hemm emerġenza koordinata fuq livell Ewropew, fuq proposta tal-Kummissarju responsabbli mill-Għajnuna Umanitarja u Ġestjoni ta’ Kriżijiet Christos Stylianides. Stylianides hu wkoll il-koordinatur Ewropew għall-kriżi tal-Ebola. Hu ta ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni fil-Punent tal-Afrika. Ta d-dettalji ta’ kif l-UE tista’ twieġeb għal din is-sitwazzjoni bil-mezzi li għandha bħal għajnuna umanitarja, żvilupp, diplomazija, riċerka għall-vaċċin u koordinazjoni. L-UE rnexxielha ssib aktar minn €900 miljun għal dan.

Juncker… Cameron u Renzi. Id-diżgwid mal-Italja jidher li hu fuq il-baġit għas-sena d-dieħla. Filwaqt li l-problema tal-Ingilterra hi minħabba €2 biljun li għandha tikkontribwixxi fil-baġit tal-UE.

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron (fuq) u dak Taljan Matteo Renzi.

Problemi ma’ Renzi u Cameron? Fil-konferenza stampa l-President Juncker qal li l-akbar biża’ li għandu fir-rwol il-ġdid tiegħu hu dak li jista’ jiddiżappunta. Għamel appell lill-ġurnalisti biex ikunu fuq in-naħa tiegħu u jisimgħu sew u fejn hemm bżonn jikkritikawh. Juncker ammetta li mhux tajjeb fl-awtokritika. Hekk kif qal hekk, mill-ewwel ġurnalist Taljan għamel referenza għal dak li qal Juncker lill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi, il-ġurnata ta’ qabel fil-Parlament Ewropew. Il-ġurnalist ikkritika lil Juncker li fl-ewwel opportunità li kellu biex jilqa’ awtokritika, hu rrifjutaha. Iżda Juncker mill-ewwel iddefenda lilu nnifsu u lill-Kummissjoni Ewropea u qal li dejjem se jiddefendi l-istituzzjoni li hu jirrappreżenta billi ma jaċċettax ‘kritika inġusta’ ġejja mill-mexxejja tal-pajjiżi membri. Hu qal li l-kritika ta’ Renzi ma jaċċettahiex. Hu fisser ukoll li ma jkunx ġustifikat li tgħid li l-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinterferixxi f’oqsma li huma parti mill-ekonomija tal-Ewropa. “Li tgħid li m’intix qed taċċetta lezzjonijiet mill-burokratiċi, dan hu mod li ma joġgħobniex biex tiddiskrivi l-Kummissjoni. Jien m’iniex xi kap ta’ xi gang ta’ burokratiċi, iżda aħna lkoll politiċi.” Dan kien il-kliem ta’ Juncker fil-konferenza stampa b’risposta għal dak li qal Renzi. Id-diżgwid bejn il-Prim Ministru Renzi u anke l-Prim Ministru Ingliż David Cameron beda meta l-President Juncker fil-Parlament Ewropew ikkritika l-mod kif dawn il-Prim Ministri, skont hu ‘amplifikaw il-problemi’ fis-summit u ma ġabux ruħhom sew. Renzi kien pront iħalli messaġġ fuq Twitter fejn talab ‘rispett’ lejn pajjiżu minħabba l-istorja ta’ pajjiżu. Iżda Juncker wera biċ-ċar li ma tiċċajtax miegħu. Hu fakkar li tTrattati u r-regoli huma hemm miktubin mill-pajjiżi membri stess! F’dan il-kuntest, Juncker, li għandu esperjenza twila ta’ Prim Ministru tal-Lussemburgu, fisser kif fil-passat ġieli ħa noti ta’ dak li jkun qed jintqal fil-kamra tad-diskussjoni bejn ilKapijiet tal-Istati Membri, iżda malli l-politiċi joħorġu fil-pubbliku, il-kliem jinbidel! Ewropeista konvint u żgur li ma tagħmilx il-bżar fuq imnieħer Juncker! Id-diżgwid mal-Italja jidher li hu fuq il-baġit għas-sena ddieħla. Iżda bil-kummenti tiegħu, Renzi kompla aggrava s-sitwazzjoni. Filwaqt li l-problema tal-Ingilterra hi minħabba €2 biljun li għandha tikkontribwixxi fil-baġit tal-UE u li Cameron qed jirreżisti li jħallas. Fuq dan, fil-konferenza stampa Juncker qal li l-problema ta’ Cameron mhix miegħu, iżda mal-Prim Ministri tal-pajjiżi l-oħra, li lkoll ħallsu dak li huma dovuti jħallsu skont regoli deċiżi flimkien! Id-differenza bejn l-eks-President tal-Kummissjoni Jose Manuel Barroso u Jean-Claude Juncker diġà bdiet tinħass. Juncker jidher li mhux se jkun intimidat minn xi Prim Ministru ta’ pajjiż membru biex jitwettaq dak li għandu jseħħ fuq livell Ewropew. Bla dubju din hi d-determinazzjoni li l-Ewropa għandha bżonn biex timxi ’l quddiem. Mhux l-ewwel darba li Prim Ministri ostakolaw jew fixklu deċiżjonijiet importanti! Jidher li se jkunu ħames snin interessanti għall-Ewropa!


12

Il-MESSIKU: Studenti jġorru strixxun b'uħud mir-ritratti tat-43 student li kienu rappurtati nieqsa f'Settembru, f'każ li ħasad lill-pajjiz. (Ritratt: EPA)

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Jammettu li qatlu lill-istudenti

Membri suspettati ta' grupp kriminali ammettew il-qtil ta' aktar minn 40 student li ilhom rappurtati nieqsa għal dawn laħħar sitt ġimgħat. Jesus Murillo, l-Avukat Ġenerali tal-Messiku qal li tliet membri ta' allegat grupp kriminali stqarrew li l-pulizija kienu bagħtu lill-istudenti għandhom sabiex jeliminawhom. Huma żiedu li wħud mill-istudenti kienu sfaw fgati filwaqt li sparaw fuq il-kumplament, qabel ma l-katavri tagħhom inħarqu. B'kollox 43 student kienu rappurtati nieqsa wara li tqabdu kontra l-pulizija fil-belt ta' Iguala fis-26 ta' Settembru. Kelliem għall-familji tal-istudenti qal li huma ma kinux se jaċċettaw li huma mejta wara li jkunu

konfermati uffiċjalment minn xjenzati tal-forensika mill-Argentina li qed jaħdmu fuq il-każ. Is-suspettati mill-grupp kriminali Guerreros Unidos kienu arrestati fil-jiem li għaddew b'rabta mal-għibien tal-istudenti. Il-qraba tal-għeżież tagħhom qalu li huma ngħataw informazzjoni li sitt boroż bi fdalijiet umani mhux identifikati nstabu ħdejn xmara fejn kienu għebu listudenti. L-Avukat Ġenerali talMessiku saħaq li se jkun kemmxejn diffiċli biex ikunu identifikati l-fdalijiet u żied li lawtoritajiet se jkomplu jikkunsidraw lill-istudenti bħala mitlufa sakemm it-testijiet tad-DNA jikkonfermaw l-identitajiet tagħhom.

Internazzjonali

Tfittxijiet li kienu saru filġimgħat li għaddew żvelaw oqbra tal-massa fiz-zona, iżda l-ewwel testijiet issuġġerew li ma kienx hemm il-fdalijiet tal-istudenti. Jesus Murillo, l-Avukat Ġenerali tal-Messiku wera lissuspettati jammettu li kienu ġiegħlu lill-istudenti jitilgħu abbord trakkijiet għar-rimi taliskart, u ħaduhom f'miżbla f'Cocula, belt qrib ta' Iguala. Skont is-suspettati, madwar 15 mill-istudenti kienu diġa' mejta meta waslu fil-miżbla u lkumplament tal-istudenti nqatlu b'tiri ta' arma tan-nar. Murillo qal li l-katavri mbagħad inħarqu bil-petrol, roti, injam u plastik f'ħuġġieġa kbira li damet taqbad għal 14-il siegħa.

Il-korruzzjoni tifni liċ-Ċina

Aktar mhu qed jgħaddi żżmien aktar qed jidħlu rapporti dwar każi ta' korruzzjoni fiċ-Ċina. F'dak li jidher li hu attentat miċ-Ċina biex din il-pjaga tkun miġġielda, il-President Ċiniz Xi Jinping ippropona li għandu jitwaqqaf qafas, fost il-pajjiżi Asjatiċi u oħrajn filbaħar Paċifiku, sabiex tinqasam l-informazzjoni dwar il-korruzzjoni. Membri mill-Kooperazzjoni Ekonomika fl-Asja u filPaċifiku (APEC) qalu li liskop tal-ftehim, hu biex jiċċaħħad il-kenn lil min ikun korrott. Dan il-ftehim seħħ wara sforzi mill-President Ċiniż biex jinqabdu uffiċjali Ċiniżi korrotti, fosthom dawk li jippruvaw jaħarbu mill-pajjiż.

Jitwaqqaf fond kontra l-Ebola

Negozjanti u korporazzjonijiet Afrikani waqqfu fond ta' emerġenza sabiex tingħata għajnuna lil dawk il-pajjiżi milquta mill-marda tal-Ebola. F'laqgħa li saret f'Addis Ababa, l-Etjopja ġabret $28.5 miljun sabiex jintbagħtu aktar minn elf ħaddiem tas-saħħa fil-Guinea, fi Sierra Leone u fil-Liberja. L-esperti qed jgħidu li jekk il-marda għandha tinqered mill-aktar fis, trid tkun kontrollata f'dawn it-tliet pajjiżi. S'issa kważi 5,000 persuna, minn madwar 14,000 każ, mietu kawża ta' din l-epidemija li qed tħasseb lillpajjiżi internazzjonali.


Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Aktar truppi Amerikani fl-Iraq kontra l-ISIS Internazzjonali

L-Istati Uniti se tibgħat 1,500 suldat ieħor fl-Iraq sabiex jgħinu lill-forzi Iraqini li qed jiġġieldu l-militanti Iżlamiċi. Dawn it-truppi, li mhumiex se jaraw l-azzjoni, se jkunu qed jirdoppjaw ilpreżenza Amerikana f'dan ilpajjiż fil-Lvant Nofsani. Il-Pentagon qal li t-truppi se jkunu qed iħarrgu u jassistu lissuldati Iraqini. Il-President Barack Obama awtorizza żżieda ta' aktar suldati Amerikana wara talba li kienet saret mill-gvern tal-Iraq. L-1,500 suldat Amerikan ieħor se jingħaqdu ma' 1,600 konsulent militari li diġa' jinsabu fl-Iraq biex jgħinu lill-armata Iraqina. Stqarrija mill-Pentagon qalet li t-truppi se jkunu qed jistabbilixxu diversi siti sabiex iħarrġu disa' brigati Iraqini u tliet brigati Peshmerga tal-Kurdi. Il-militar Amerikan ukoll se jkun qed iwaqqaf sa żewġ “ċentri dwar ħidma ta' konsulenza u ta' għajnuna” 'il barra minn Bagdad u mitTramuntana ta' Irbil. Josh Earnest, kelliem għallWhite House saħaq li t-truppi

Amerikani mhux se jkunu involuti f'azzjonijiet militari, iżda se jkunu pożizzjonati aħjar sabiex jappoġġjaw forzi ta' sigurta' Iraqini kontra l-ġellieda estremisti. Hu qal li l-President Obama wkoll se jkun qed jitlob lillKungress Amerikan għal $5.6 biljun ħalli jkunu appoġġjati lazzjonijiet militari kontra l-ISIS, kemm fl-Iraq kif ukoll fis-Sirja. L-aħbar ħarġet sigħat wara li l-President Obama ltaqa' ma' membri tal-Kungress f'Washington għall-ewwel darba wara li r-Repubblikani rebħu lkontroll tas-Senat fl-elezzjonijiet li saru nhar it-Tlieta. L-Ammirall John Kirby qal li l-espansjoni tal-programm ta' taħriġ fit-Tramuntana, finNofsinhar u fil-Punent tal-Iraq qed tkun disinjata biex ikompli jinbena fuq il-progress li diġa' sar. Iżda ħaddieħor qed jara żżieda ta' aktar truppi minn lenti oħra. Hemm dawk li jikkritikaw kif kmieni din is-sena, ilforzi armati Iraqini li kienu mħarrġa mit-truppi Amerikani, sfaw eliminati mill-militanti Iżlamiċi.

L-IŻRAEL: Żgħażagħ Palestinjani jilqgħu kontra t-taqbid ma' pulizija Iżraeljana ta' mal-fruntiera fil-Kamp tar-Refuġjati Shuafat, fix-Xatt talPunent fit-Tramuntana mal-fruntiera ta' Ġerusalemm. (Ritratt: EPA)

Tħassib dwar it-tielet ‘intifada’

It-tensjoni qed teskala bejn lIżrael u l-Palestinjani, u l-kelma qed tiġri dwar il-possibbilta' li tfaqqa' it-tielet intifada. Il-paċi għad baqagħlha biex tirrenja bejn iż-żewġt iġnus: fi spazju ta' ġimagħtejn, żewġ Palestinjani saqu fuq gruppi ta' nies ċivili li kienu qed jistennew fejn linji ta' ferrovija f'Ġerusalemm. Tliet persuni nqatlu u ħafna oħra sfaw midruba. Ftit qabel dawn l-inċidenti, suldati Iżraeljani qrib Ramallah sparaw u qatlu tifel Palestinjan ta' 14-il sena. Ġimgħa qabel dan il-każ, suldati Iżraeljani sparaw u qatlu tfajjel Palestinjan ta' 13-

il sena fi protesta kbira. U flaħħar ta' Ottubru, Yehuda Glick, li hu rabbi radikali u attivista, indarab fi sparatura li saret minn raġel armat. Din il-vjolenza kollha u t-tensjonijet politiċi qajmu l-biżgħa ta' intifida ġdida – jew aħjar rewwixta kbira Palestinjana fixXatt tal-Punent, fil-Lvant ta' Ġerusalemm u fil-Medda ta' Gaza. Fiz-żewġ intifadi preċedenti, ta' bejn l-1987 u l-1993 kif ukoll bejn l-2000 u l-2005, kien hemm ħafna mwiet. Fittieni intifada waħidha, madwar 500 Iżraeljan u kważi 3,600 Palestinjan kienu nqatlu.

L-IRAQ: Suldat Amerikan juri Suldat Iraqi kif juża arma waqt sessjoni ta' taħriġ minn suldati Amerikani f'bażi militari f'Karbala. (Ritratt: EPA)

13


25 sena ilu waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin 14

L-istorja tal-Ħajt ta’ Berlin – il-Purtiera tal-Ħadid li qasmet lEwropa f’entitajiet komunisti u ‘tal-kapitalisti’ – għadha tqanqal l-emozzjonijiet kbar f’għeluq il25 sena mit-twaqqigħ tiegħu. Dan irrispettivament mill-fatt li llum fadal biss il-biċċiet talkonkrit u barbed wire minn dan il-monument lill-intolleranza li kien inbena mill-komunisti fl1961 u ‘twaqqa’, effettivament, f’Novembru tal-1989. Illum hemm sezzjonijiet talĦajt li jiffurmaw parti minn latrina ġo Las Vegas, fl-Istati Uniti, inkella parti minn kumpless pubbliku fl-Afrika t’Isfel. Oħrajn huma inkorporati fil-kamra tal-ikel tal-Microsoft waqt li biċċiet tal-Ħajt oħra jistgħu jinxtraw fuq Ebay, iżda f’dan il-każ il-problema hi aktar

1986

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Internazzjonali

waħda ta’ wirt milli ta’ valur għall-kollezzjonista.

Interpretazzjonijiet differenti Id-dinja ma tistax taqbel, preċiżament, għalfejn waqa’ lĦajt inkella għaliex ikkrolla lkomuniżmu fl-Ewropa, bilGwerra Bierda tasal fi tmiem. Intant, qed jiddominaw erba’ spjegazzjonijiet differenti — u kontradittorji – mill-Istati Uniti, ir-Russja, l-Ewropa u ċ-Ċina u li ma jinvolvux sempliċi dibattitu akkademiku. Fil-fatt, il-mod kif il-potenzi politiċi jifhmu l-passat jaffettwa direttament l-istrateġiji tagħhom għall-futur. Hu minnu wkoll li versjoni jew interpretazzjoni konfliġġenti ta’ ġrajja komuni tista’ tifaħ għall-

instabbilta’ fil-qasam internazzjonali.

Il-verżjoni Amerikana L-Amerkani, fil-parti kbira, jirreferu għat-tmiem tal-Gwerra Bierda f’termini ta’ trijonf. Wara status quo ta’ snin bejn l-Istati Uniti u l-eks Unjoni Sovjetika – bħala l-potenzi ewlenin – l-eks President Amerikan, Ronald Reagan, kien ħareġ id-direttiva ‘biex iwaqqgħu l-Ħajt ta’ Berlin’, u l-Kremlin ta’ Moska, ladarba induna li ma setax jirbaħ it-tellieqa għall-armi, għamel proprju hekk, ftit tas-snin wara. Għall-Amerikani, it-teorija li s-Sovjetiċi ‘ċedew’ u r-riformi demokratiċi storiċi fl-ekssatelliti tal-Unjoni Sovjetika flEwropa tal-Lvant issimbolizzaw id-dominju tal-Istati Uniti.

1989

2014

Sensiela ta’ ritratti li juru l-Ħajt ta’ Berlin (fuq nett) quddiem il-Kanċell ta’ Brandenburgu fil-21 ta’ Lulju tal-1986, fin-nofs fl-10 ta’ Novembru tal-1989 u l-istess post f’Ottubru ta’ din is-sena. (ritratti EPA)

Dominju li mhux talli kienet aċċettata iżda li għen biex jitfa’ dawl aktar qawwi fuq il-valuri tal-Amerikani bħala ‘l-aktar valuri prominenti għallkumplament tad-dinja’. Il-Mexxejja Amerikani ħasbu li l-popli ppersegwitati talEwropa tal-Lvant ‘riedu jkunu bħalhom’ u li l-aktar teorija valida kienet li ‘kollox jirnexxi u huwa possibbli bil-liberta’. Il-versjoni tal-Amerikani inkludiet ir-reġimi tal-Ewropa li kienu qed jirriformaw ruħhom bħala parti minn moviment wieħed lejn id-demokrazija. Flistess ħin, il-verżjoni tippreżenta spjegazzjoni sempliċi u, fl-istess ħin, qawwija dwar it-tmiem talGwerra Bierda – f’dan is-sens li ‘d-dritt jiġi mis-saħħa u li rraġun dejjem kien talAmerikani’. L-istess bħall-verżjonijiet kollha tal-avvenimenti ewlenin fl-istorja, il-fatt li din il-versjoni Amerikana tista’ mhix daqstant preċiża mhux importanti daqs lelement tal-popolarita. Dan waqt li l-versjoni toffri ‘programm ovvju’ għas-suċċess, bil-kunċett li ‘dment li l-Istati Uniti tibqa’ b’saħħitha biex tilqa’ għal kull theddida – filwaqt li tirrispetta lvaluri tagħha — id-dinja għandha taddotta l-istess proċessi u politika’. Dejjem skont it-twemmin Amerikan, il-kapaċita tal-Istati Uniti biex tonfoq aktar u turi li hi superjuri għall-avversarju fuq il-kamp tal-battalja (l-istess bħal fil-każ tal-Gwerra Bierda) suppost li sservi biex lAmerikani, tul is-snin, jilliberaw mill-oppressjoni dawk il-popli li jridu biss l-opportunita biex igawdu l-istil tal-ħajja Amerikan. Dan is-sens ta’ trijonfaliżmu hu komuni għall-Partit Demokratiku fil-Gvern u daqstant ir-Repubblikani Amerikani fl-Oppożjoni. L-eks-President Amerikan ( Repubblikan) George W. Bush, fl-2003, qal li t-twaqqigħ talistatwa tal-eks-dittatur Iraqi Saddam Hussein, f’Bagdad, ‘għandu jibqa’ rikonoxxut bħala mument simboliku fl-istorja talliberta, l-istess bħal meta waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin’. Ħames snin wara, il-President (Demokratiku) attwali Amerikan, Barack Obama, kien organizza avveniment internazzjonali f’Berlin biex ifakkar li ‘s-sistema Amerikana rnexxiet’ anki fi żmien ta’ kriżi finanzjarja. Obama, dakinar, ħeġġeġ biex l-Amerikani jiftakru fl-istorja tagħhom, iwieġbu għad-destin ‘u jibnu ddinja mill-ġdid għal darb’oħra’. Il-verżjoni Ewropea Iżda l-Ewropej m’humiex konvinti minn din l-istorja u l-

ispjegazzjoni tagħhom dwar ilkroll tal-komuniżmu ma tirreferix għas-saħħa u l-ideali tal-Istati Uniti bħala r-raġuni. LEwropej isostnu li ‘lkomuniżmu ma nqerditx bilqawwa’, anzi, in-nuqqas talforza ppermettiet għallmoviment tar-rivoluzzjoni magħruf ‘tal-ħarir’ fl-Ewropa tal-Lvant. Skont l-istrateġisti Ewropej, il-fatt li rnexxielhom jevitaw gwerra għal aktar minn żewġ ġenerazzjonijiet ( pjuttost għattul taż-żmien ladarba wieħed iqis l-era u s-snin preċedenti) ippermetta għal żmien biżżejjed biex ‘il-komunisti jiġu f’sensihom’. Din il-verżjoni Ewropea tesiġi li l-paċi ma seħħitx bi żball u, fil-fatt, kienet ġejja millistituzzjonijiet transnazzjonali u l-impenji għall-integrazzjoni. Integrazzjoni li għenet biex ittaffi d-differenzi u ddiviżjonijiet li, fil-passat, kienu kaġun għat-tixrid tad-demm. L-Ewropa kważi kkommettiet suwiċidju bl-Ewwel u t-Tieni Gwerrer Dinjija u, wara, ftit ħasbu li l-kontinent seta’ jidħol għal ‘tielet attentat’ fl-Era Atomika. Għaldaqstant, ilMexxejja Ewropej fasslu kontinent fuq bażi komuni u li jinkorpora l-pajjiżi, l-ekonomiji, r-reliġjonijiet u l-kulturi bħala parti minn soċjeta li ma tippermettix it-theddid bil-forza. Sa’ tmiem is-snin tmenin, kollox kien jindika li l-pajjiżi rrispettaw id-dikjarazzjoni ta’ wara l-1945 (meta ntemmet itTieni Gwerra) ‘biex l-ebda pajjiż Ewropew ma jidħol fi gwerra kontra l-ieħor’. Spikka wkoll ittwemmin li ‘l-Ewropa sabet ilmezz biex twaqqaf il-gwerrer’, għalkemm it-teorija hi miftuħa għal diversi interpretazzjonijiet. Il-fatt li l-Ewropa temmen daqstant bis-sħiħ fil-politika ta’ konsensus jiżvela, fil-parti kbira, ir-raġuni għalfejn il-Mexxejja Ewropej ikkritikaw daqstant ilpolitika aggressiva tal-Istati Uniti tul l-aħħar għoxrin sena. Il-ġenerazzjonijiet ta’ wara tTieni Gwerra dejjem insistew li l-użu tal-forza ‘jeqred lil kulħadd’ u li dment li pajjiż ma jimponix bilfors il-valuri tiegħu fuq pajjiż ieħor, l-avversarji ‘jistgħu, eventwalment, jaraw id-dawl u jissieħbu mal-Ewropej għall-paċi u l-progress’. Lezzjoni għar-Russi Intant, il-lezzjoni tal-1989 għar-Russi kienet bil-wisq aktar ħarxa u meta malajr sfumaw ittamiet tal-eks-President Sovjetiku, Mikhail Gorbachev, għal integrazzjoni akbar malEwropa. Dan waqt li, fis-snin ta’

għal paġna 15


15

Minn Berlin għal Tienanmen Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Internazzjonali

minn paġna 14

wara, l-Alleanza tan-NATO kibret u żviluppat, bl-Unjoni Ewropea tilqa’ fi ħdanha lPolonja, ir-Repubblika Ċeka, isSlovakkja u l-Ungerija – darba pajjiżi suġġetti għat-tirannija tan-Nażi u fejn anki damu s-snin bħala s-satelliti ta’ Moska komunista. L-ekonomija tar-Russi wara lera Sovjetika kkrollat, bl-ikel jonqsilhom, l-istess bħar-rati talħajja medja – bil-mortalità tiżdied fost it-trabi u bl-alkoħoliżmu jiżviluppa fi pjaga kbira għassoċjeta. Il-ġuħ u l-umiljazzjoni għar-Russja kompla jikber wara lera Sovjetika, bl-Istati Uniti turi ssaħħa militari fil-Balkani, lAfganistan u l-Lvant Nofsani, u bl-interventi tar-Russja fiċĊeċenja, Georgia u l-Ukrajna jintlaqgħu b’sens ta’ għadab kbir. Ir-Russi – bħala potenza militari tradizzjonali – kellhom jissapportu ċ-ċanfir tal-Amerikani talli ppruvaw jirristawraw ilkalma u l-ordni f’zoni perikolużi bħaċ-Ċeċenja. Dan ukoll waqt li l-Istati Uniti kienet lesta biex tibgħat it-truppi ‘san-naħa l-oħra tad-dinja’ għall-iċken provokazzjoni li seta’ kien hemm. Il-President tar-Russja, Vladimir Putin, iqis l-1989 u lwaqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin, f’termini traġiċi u għalih, ilkollass tal-Unjoni Sovjetika kien ‘l-akbar katastrofi ġeopolitiku tas-seklu’. Putin jemmen li lwiegħdiet tal-Punent ma jiswew xejn u li r-Russja tgawdi rrispett biss ladarba l-pajjiżi loħra jibżgħu minnha. Vladimir Putin ma ssugrax jikkompeti mal-Istati Uniti fuq bażi militari, iżda minflok sab kawża komuni ma’ pajjiżi oħra li jikkunsidraw lill-Amerikani bħala ‘poplu arroganti’. Fl-istess ħin, Putin qed juża rriżorsi tal-enerġija, ilkapaċitajiet fil-qasam ċibernetiku u d-dritt tal-veto filKunsill tas-Sigurta tanNazzjonijiet Uniti biex ikattar linteressi tar-Russja. Putin, fil-fatt, jirraġuna li ‘hu dejjem lest jieħu l-azzjoni waqt li l-Amerikani joħorġu bittheddid u l-Ewropej jintilfu fiddjalogu.

L-effett fuq iċ-Ċina Iċ-Ċina hu l-pajjiż bl-akbar sens introspettiv f’dak li jirrigwarda lwirt tal-Ħajt ta’ Berlin. Dan meta s-sena 1989 tqajjem mhux memorji ta’ Berlin iżda ta’ Pjazza Tiananmen, fejn listudenti u l-attivisti favur iddemokrazija tgħaffġu taħt ittankijiet tar-reġim, f’Beijing. Ir-rivoluzzjoni fl-Ewropa talLvant inkwetat lill-Mexxejja

Ċiniżi u l-uffiċjali komunisti f’Beijing, li, f’Marzu tal-1989, qalu li ‘kellu jsir kull sforz biex il-bidliet fl-Ewropa ma jinfluwenzawx l-iżvilupp intern taċ-Ċina’. Intant, l-awtoritajiet Ċiniżi ittolleraw id-dimostrazzjonijiet ta’ April tal-1989, f’pajjiżhom, iżda d-dimostranti Ċiniżi li ħarġu xahar wara ikkonfrontaw il-qawwiet tas-sigurta billembubi u l-gass tad-dmugħ. Ixxahar traħiku ta’ Ġunju, imbagħad, issarrfu fi ‘tweġiba oħra’ mir-reġim – fil-forma ta’ machine-guns u tankijiet għal kontra l-poplu. Ir-reġim taċ-Ċina biss għadu fil-poter fost is-sistemi komunisti li ffaċċjaw id-dimostrazzjonijiet popolari, fl-1989. Ir-raġuni ewlenija għal dan hu li r-reġim partikolari ma wera l-ebda ħniena man-nies tiegħu. L-Uffiċjali fl-eks-Ġermanja tal-Lvant komunista ma kellhomx l-istonku li jisparaw fuq id-dimostranti, bl-estremisti komunisti li wettqu l-kolp ta’ stat tal-1991 f’Moska (fir-Russja) iddeċidew biex ma jużawx ilvjolenza fuq in-nies fit-toroq. Iżda Deng Xiaoping, ilMexxej komunista taċ-Ċina fl1989, ma inkwetax daqstant dwar il-ħajja taċ-Ċiniżi u insista biex l-awtoritajiet ‘jieħdu ħsieb is-sitwazzjoni peress li n-nies talPunent huma disposti li jinsew’. Il-lezzjoni mill-1989 – minn aspett kollettiv u ġenerali – ma tħallix lok għall-ottimiżmu, b’kull waħda mill-potenzi (lIstati Uniti, ir-Russja, iċ-Ċina u l-Ewropa) jippersistu bilversjonijiet rispettivi tal-passat. L-Ewropa tibqa’ impenjata għall-ideali komuni fejn tispikka nuqqas ta’ ħerqa fil-każi fejn ikollha tiffaċċja aggressur fuq livell ġeopolitiku. L-Istati Uniti tibqa’ impenjata biex toħroġ l-aktar militar b’saħħtu fid-dinja, irrispettivament mill-prezz ekonomiku waqt li r-Russja qed ‘tibla’ artijiet tal-ġirien (fosthom il-Krimea) qisha qed taħseb biex ‘tibdel il-mappa tal-Ewropa bħalma kienet fis-seklu dsatax’ u minkejja s-sanzjonijiet. Sadanittant, iċ-Ċina għadha intolleranti għad-dissens u ddritt tal-individwu, anki waqt li qed timmanipula l-yuan u tvara proġetti mhumiex neċessarji biex taċċerta l-impjiegi. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet f’Beijing ma jiddejjqu qatt irawwmu s-sens ta’ nazzjonaliżmu bħala kawża kulment jemmnu li qed jonqsilhom l-appoġġ domestiku u meta l-prezz ta’ din il-kawża, tul is-snin, kellha titħallas biddemm tal-għexieren tal-eluf ta’ Ċiniżi.

Il-Ħajt ta’ Berlin fis-17 ta’ Ġunju tal-1986 bit-tabella li twissi “Attenti! Qed tħallu Berlin tal-Punent”. (Ritratt: EPA)

Gwardji tal-Ġermanja tal-Lvant mifxula fuq il-Ħajt fil-11 ta’ Novembru tal-1989. (Ritratt: EPA)

Parti mill-Ħajt ta’ Berlin quddiem il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu. (Ritratt: EPA)


16

L-ewwel twelid ta’ Alpaca seħħ dil-ġimgħa f’razzett fis-Siġġiewi. Din hija speċi domestika li toriġina mill-Amerika t’Isfel, għalkemm dawn l-annimali nġiebu wkoll fl-Ewropa, fosthom f’Malta. (Ritratt: Roberto Runza)

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Ġimgħa bir-ritratti

Il-maltemp li beda l-Ħamis li għadda ħalla ħerba kbira f’Għawdex u f’Malta hekk kif ċiklun ħakem iċ-ċentru tal-Mediterran li wassal biex tliet persuni kienu salvati wara li nqabdu fl-ilmijiet tax-xita bil-karozza, kien hemm 33 inċident u djar mgħarrqa li kienu jeħtieġu l-intervent tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-ritratt ta’ Joe Meilak juri tromba kbira riesqa lejn in-Nadur.

Il-grupp terroristiku Hamas assuma r-responsabbiltà għal attakk terroristiku f’Ġerusalemm li ħalla pulizija mejjet u diversi midruba hekk kif saq vann fin-nies waqt li kienu mexjin. Brittany Maynard, ta’ 29 sena, nhar l-1 ta’ Novembru li għadda ħadet mediċina terminali biex qatgħet ħesrem dik li kellha tkun ġlieda kontra kanċer akut f’moħħha.

Fl-Istati Uniti, ir-Repubblikani kisbu rebħa fis-Senat waqt li żiedu wkoll il-maġġoranza fil-Kamra tar-Rappreżentanti. Is-Senatur Repubblikan Mitch McConnel isellem lis-sostenituri tiegħu flimkien ma’ martu Elaine Chao waqt iċ-ċelebrazzjoni tar-rebħa Repubblikana.

Rapport pubblikat mir-rivista internazzjonali Globe li l-Prinċep William ċeda t-tron lil missieru biex jagħti aktar attenzjoni lil martu Kate hekk kif qed tbati ħafna waqt it-tieni tqala tagħha, kien miċħud minn sorsi qrib Buckingham Palace.


17

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Editorjal

Xi ntqal dil-ġimgħa

“Aktar ma jkompli jitkellem, aktar ikompli jigdeb.” Il-PN dwar il-Prim Ministru Joseph Muscat, In-Nazzjon, 3 ta’ Novembru

“It is unacceptable for the Church to take eight years to investigate allegations of priestly abuse.” Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, The Times of Malta, 4 ta’ Novembru “Busuttil is growing in stature and his leadership skills are slowly beginning to become known.” Hermann Schiavone, The Times of Malta, 4 ta’ Novembru

“Excessive direct appointments in civil service leading to lack of transparency and accountability.” L-eks Prim Imħallef Joseph Said Pullicino, Ombudsman, The Malta Independent, 4 ta’ Novembru

“Meta l-Parlament ikun qed jilleġiżla, u dan ukoll b’rabta mal-liġi li qed tiġi diskussa dwar il-finanzjament tal-partiti, ikun ċert li dak li jkun qed jilleġiżla jkun ġust.” Id-Deputat Laburista Marlene Farrugia fil-Parlament, maltarightnow.com, 4 ta’ Novembru

“Despite the restrictions on recruitment envisaged by the 2014 Budget, public sector employment increased... goverment expediture is expected to rise, partly due to higher than expected transport subsidies... government debt will remain high at 71% of GDP.” Rapport tal-Kummissjoni Ewropea, The Times of Malta, 5 ta’ Novembru “Bi 58ċ se ngawdu mill-ġid tal-pajjiż.” Edward Scicluna, Ministru tal-Finanzi, In-Nazzjon, 6 ta’ Novembru

“L-aħbar li l-Gvern għolla l-kera tal-appartamenti tal-Gvern allokati għall-akkomodazzjoni soċjali ħasdet lill-bosta familji li għandhom dħul baxx. F’dawn l-appartamenti, hawn jgħixu madwar 15,000 familja.” Clyde Puli, Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, InNazzjon, 6 ta’ Novembru

“Reveal your plans for gas plant... can the PM please tell us how he is going to finance the shortfall resulting from the new tariffs.” Mario de Marco, Viċi-Kap PN Ħidma fil-Parlament, The Times of Malta, 7 ta’ Novembru

“Governement has no steering wheel, let alone a road or a map.” Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni, The Malta Independent, 7 ta’ Novembru

Immaniġġjar u rwejjaħ jintnu Issa li l-Gvern Laburista qiegħed jgħodd l-20 xahar tiegħu fit-tmexxija tal-pajjiż, nistgħu nibdew niflu sew irritmu fl-istil ta’ tmexxija li qabad il-Gvern ta’ Joseph Muscat, u nqabbluh ma’ dak li kien jgħid millOppożizzjoni. Għajta partikolari li kien iħambaq fuqha Joseph Muscat fil-kampanja elettorali kienet ‘it-trasparenza’ u ‘lkontabbiltà’ fit-tmexxija – elementi li kien jgħid kif ilpajjiż u l-poplu Malti jeħtieġ biex ikompli jimxi ’l quddiem. Żewġ kelmiet li jikkumplimentaw ħafna lil xulxin! Iżda llum ħafna huma dawk li qegħdin jistaqsu jekk listil ta’ tmexxija li qiegħed jadotta l-Gvern ta’ Muscat flimkien mal-Ministri tiegħu jikkumplimentax dak li kien jisħaq fuqu Joseph Muscat tul il-kampanja elettorali. U lmistoqsijiet li qegħdin isiru bir-raġun, għax il-poplu qiegħed jgħaddi minn storja għal oħra, minn każ għal ieħor, li ddum kemm iddum iddur magħhom, ixxomm riħa tinten u forom ta’ manuvrar u mmaniġġjar minn min huwa fit-tmun. Minn dan l-istil ta’ politika, hemm każi li jirrigwardaw wegħdiet elettorali li kien għamel Muscat. Iżda hemm oħrajn li ma kinux imwiegħda, u ħalla biex jitkellem fuqhom meta jsib ruħu mill-Gvern għax basar li kien se jsib oppożizzjoni qawwija u daqstant ieħor skrutinju fuq dak li jkun se jagħmel. Il-ħabi... riżultat tal-immaniġġjar u azzjonijiet li jintnu Il-kwistjonijiet marbuta mal-enerġija, max-xiri talpassaporti u mal-problemi tat-trasport pubbliku kienu u għadhom fost l-aktar issues li ddominaw s’issa din illeġiżlatura. Din faċli tinftiehem. Ilkoll għandhom fatturi komuni. Jew kienu mwiegħda fil-programm elettorali Laburista, u l-kelma ma nżammitx, jew inkella nżammew moħbija qabel l-elezzjoni, u l-karti (mhux kollha) bdew jinkixfu wara. Dan kollu jdur mal-fattur tal-ħabi, karatteristika tal-Gvern immexxi minn Joseph Muscat.

Il-ħabi...fil-provvista tal-enerġija Fost dawk l-aktar li jiddominaw hemm il-kwistjoni talġenerazzjoni tal-enerġija. Delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Prim Ministru titla’ ċ-Ċina, tgħid li kien iffirmat ilftehim, il-ftehim jibqa’ mistur mill-poplu, jinħolqu problemi ġodda għall-Gvern maċ-Ċiniżi minħabba li Muscat ftiehem ukoll ma’ konsorzju privat ieħor, il-Gvern jgħid li ma jridx jgħid xi ftiehem mal-konsorzju privat (Electrogas) biex iċ-Ċiniżi ma jkunx jafu x’ġie negozjat. Politika tal-ħabi riżultat tal-immaniġġjar u azzjonijiet li jintnu. Il-ħabi... fil-bejgħ tal-passaporti Maltin Kwistjoni oħra li għadha tiddomina hija dik marbuta

max-xiri taċ-ċittadinanza Maltija u tal-passaporti. Il-Gvern ta’ Muscat jibqa’ jaħbi l-kuntratt li ffirma mal-kumpanija Henley & Parners waqt li minn xahar għal ieħor jilbes ilkappell ta’ salesman u jmur jitkellem barra minn Malta biex ibigħ iċ-ċittadinanza u l-passaporti Maltin. Dan waqt li l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru konċernat Manuel Mallia qegħdin iħallu fl-għama lill-poplu dwar dak li kien diskuss ma’ H&P, saħansitra meta l-Partit Laburista kien għadu fl-Oppożizzjoni u xi ftehim kien iffirmat meta tela’ fil-Gvern. Dan mhu xejn, għajr każ ieħor ta’ stil ta’ politika tal-ħabi mnebbħa minn immaniġġjar u azzjonijiet li jintnu.

Il-ħabi... fis-servizz tat-trasport pubbliku L-istess irridu ngħidu għas-settur tat-trasport pubbliku. Il-Gvern ta’ Muscat mill-ewwel ried juri l-bieb ta’ barra lill-kumpanija Arriva, u hekk għamel! Iżda s-serjetà ta’ dan il-Gvern wasslet biex saħansitra l-Ministru Joe Mizzi responsabbli mit-trasport pubbliku, is-sajf li għadda mar Spanja fejn iltaqa’ mal-kumpanija Spanjola Autobus de Leon, li se jagħtiha €25 miljun f’sussidji – id-doppju u nofs ta’ dak li kien jagħti l-Gvern Nazzjonalista lill-Arriva. Dan kontra dak li kien hemm stipulat fl-Espressjoni talInteress li ħareġ il-Gvern Laburista stess! Waqt li l-€25 miljun f’sussidji se jinħarġu minn flus ilpoplu, il-Gvern ta’ Muscat ikompli jaħbi xi ftiehem ma’ din il-kumpanija Spanjola, fejn issa huwa dikjarat b’ċertezza li l-poplu se jkollu jħallas aktar biex juża sservizz tat-trasport pubbliku – kemm għax se jiżdied biddoppju u nofs is-sussidju kif ukoll għax se jogħlew innolijiet. Hawn ukoll teżisti politika tal-ħabi bi żjara tinten fi Spanja u li tqanqal suspetti għax dwarha nżamm kollox mistur! Il-ħabi huwa bla limitu Dan il-Gvern għandu stil li jmexxi bil-politika tal-ħabi. M’għandhiex limitu! Dil-ġimgħa stess il-Qorti ordnat li jieqaf il-proċess fl-għoti tal-liċenzja għal casino minħabba suspetti ta’ irregolaritajiet. Illum il-mument qiegħda tiżvela aktar dettalji dwar dan il-każ. Il-Gvern ma ħax l-aħjar offerta li saritlu, qed issostni l-kumpanija li għamlet ilmandat. F’dan il-każ ukoll, il-Gvern Laburista u l-Ministru Chris Cardona hu mitlub jispjega għax qegħdin nitkellmu fuq proċess li kien ilu għaddej sena u nofs, u kulħadd kien jaf li l-kumpanija li kellha l-aħjar offerta, s’issa rriżulta li ma ntgħażlitx. U waqt li l-Gvern jibqa’ sieket u jaħbi... infakkruh li hemm barra l-poplu jrid ikun jaf x’qiegħed jiġri. Muscat għandu jifhem li l-vot ta’ 20 xahar ilu jgħabbih bil-piż li ma jibqax imexxi bil-politika tal-ħabi iżda bi trasparenza u b’kontabbiltà kif kien wiegħed hu stess. Nittamaw li issa huwa “konvintissimu” li jżomm kelmtu!

media.link communications, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà 1450 Korrispondenza: mument@media.link.com.mt Editur: Roderick Agius, tel. 25965263 • email: roderick.agius@media.link.com.mt Reklamar: advertising@media.link.com.mt Stampata: Progress Press, l-Imrieħel


18

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Settembru – Diċembru 1983: KMB jgħolli rasu (1) RIĦ TA’ SIEGĦA

Michael Falzon Opinjonist

KMB beda jħejji għall-ġlieda ‘qaddisa’ li kien wikkielu Mintoff u kien ħareġ bl-għajta: ‘jew b’xejn jew xejn’!

KMB isir Membru tal-Parlament Fit-2 ta’ Mejju 1983, Karmenu Mifsud Bonnici (KMB) kien sar Membru tal-Parlament billi kien ko-optjat wara li Pawlu Xuereb għamillu l-wisa’ billi rriżenja. Madankollu, wara, Pawlu Xuereb kien inħatar Speaker. Kien żmien meta deher xaqq ta’ dawl billi t-taħditiet bejn il-gvern u l-PN kienu reġgħu bdew, anki jekk il-progress reġistrat fihom kien ftit li xejn. Għall-bidu, KMB kien inħatar Ministru responsabbli mix-xogħol u s-servizzi soċjali, iżda f’Settembru kien sar reshuffle tal-Kabinett wara r-riżenja ta’ Reno Calleja minn Ministru tat-Turiżmu u KMB inħatar Ministru talEdukazzjoni. Dan apparti milli kien ukoll Deputat Prim Ministru Anzjan, dejjem fi tħejjija għal meta jieħu ttmexxija tal-pajjiż u tal-partit minn idejn Mintoff. Interessanti li f’din ir-reshuffle Lorry Sant reġa’ ntbagħat Ministru tax-Xogħlijiet u ma baqax Ministru tal-Intern. Kien iż-żmien meta faqqgħet il-kwistjoni mal-iskejjel talKnisja li permezz tagħha Mintoff ried jgħaddi lil Karmenu mit-test tan-nar qabel ma jkun denju li jilħaq floku. Hu evidenti li lil Karmenu Mintoff kien ħatru Ministru talEdukazzjoni, proprju biex ikun fuq quddiem f’din il-ġlieda ġdida.

KMB f’taħditiet mal-Knisja Il-passi preliminari tal-ġlieda kienu diġà ttieħdu. Bħala Kap Suċċessur tal-MLP, KMB kien mar għal taħditiet malKnisja fuq il-kwistjonijiet tal-proprjetà u l-iskejjel talKnisja, iżda ma kienx sar progress. Sadanittant, kienu ttieħdu passi biex it-tfal edukati fl-iskejjel tal-gvern kienu ngħataw 20 punt extra biex ikollhom vantaġġ fuq dawk edukati fl-iskejjel tal-Knisja meta japplikaw għal ftit postijiet offruti f’dik li kien baqa’ mill-Università. Kien ħareġ ukoll Avviż Legali li ffriża l-miżati tal-iskejjel tal-Knisja u pprojbixxa d-donazzjonijiet għalihom. Iżda dan kien bidu, u l-kbir kien għadu ġej… u ‘l-kbir’ Mintoff riedu jsir b’KMB fuq quddiem! Iffaċċjati b’din it-theddida, il-ġenituri u l-għalliema tattfal fl-iskejjel tal-Knisja waqqfu l-Federazzjoni talAssoċjazzjonijiet tal-Ġenituri u l-Għalliema (FPTA – Federation of Parent Teacher Associations) li eventwalment kienet l-akbar tarka tal-iskejjel tal-Knisja. Kien għaqli li din kienet indipendenti mill-PN għax kien jagħmel sens li din ma tkunx kwistjoni oħra bejn iż-żewġ partiti politiċi, aktar u aktar għax fl-iskejjel tal-Knisja kien hemm ukoll ħafna tfal ġejjin minn familji Laburisti. Mintoff ma kienx intebaħ li meta għolla l-livell tal-

Ritratt li jmur lura għall-1982… Karmenu Mifsud Bonnici jsellem lid-delegati Laburisti wara li rċieva l-appoġġ biex ikun is-suċċessur ta’ Mintoff

għajxien tal-familji ‘tal-ħaddiema’, dawn għollew l-aspettattivi u l-aspirazzjonijiet tagħhom u resqu aktar lejn ilklassi medja, tant li bdew jibagħtu t-tfal tagħhom fl-iskejjel tal-Knisja li għal Mintoff kienu skejjel ‘elitisti’. Ironikament, meta fetaħ il-ġlieda kontra dan l-‘elitiżmu’, Mintoff beda jiġġieled ma’ wħud minn dawk li kienu saru ‘elitisti’ (biex nibqa’ nuża l-kelma ta’ Mintoff) bis-saħħa tiegħu stess! F’laqgħa ġenerali straordinarja tal-FPTA li saret fl-20 ta’ Lulju 1983, il-membri tagħha insistew li kellhom jibdew isiru taħditiet biex il-kwistjoni tkun riżolta. Iżda Mintoff mhux isolvi l-kwistjoni li kien ħoloq hu stess ried. Ried jara lil KMB ifarrak l-iskejjel tal-Knisja.

Battalja bil-petizzjonijiet Fis-sajf tal-1983, qabel ma reġgħu fetħu l-iskejjel wara lbtajjel tas-sajf, l-FPTA ppreparat petizzjoni li kellha tintbagħat lill-gvern u għaliha organizzat il-ġbir tal-firem talġenituri li kellhom it-tfal jattendu fl-iskejjel tal-Knisja. Din il-petizzjoni kienet tesprimi s-solidarjetà mal-pożizzjoni tal-FPTA u tenfasizza l-appoġġ tal-ġenituri għal din lgħaqda. Il-firem kellhom jibdew jinġabru mis-27 ta’ Awwissu. Madankollu, fit-23 ta’ Awwissu, qabel ma beda l-ġbir talfirem, Karmenu Mifsud Bonnici li kien għadu ‘aġent’ Ministru tal-Edukazzjoni, bagħat ittra lill-ġenituri tat-tfal fl-iskejjel privati li fiha qalilhom: ‘Nafu li ġejtu sfurzati tiffirmaw petizzjoni mħejjija mill-Federazzjoni talAssoċjazzjonijiet tal-Ġenituri Għalliema tal-Iskejjel Privati. Intom iffirmajtuha biex ma ssirx ħsara lil uliedkom. Dawk li kellhom jagħmlu dan kontra qalbhom u jaqblu mal-ittra hawn mehmuża għandhom jiffirmawha u jibagħtuhieli flenvelope diġà indirizzat, mingħajr bżonn ta ‘ bolla.’ Din iddikjarazzjoni kienet tikkonferma li dak li jkun kien iffirma l-petizzjoni kontra qalbu biex ma ssirx ħsara lil uliedu u xorta waħda titlob li jkomplu jittieħdu passi ħalli jeħilsu mill-piż tal-ħlas tal-miżati u biex it-tagħlim fl-iskejjel privati jkun b’xejn. Wieħed mill-ġenituri li kienu rċivew din l-ittra kien proprju Eddie Fenech Adami li kellu t-tfal jattendu skejjel talKnisja. Fenech Adami kien ippubblika t-tweġiba tiegħu lil KMB. Eddie ma qagħadx ilaqlaqha. Qallu hekk: ‘Jien, li nafek sew personalment għax ħdimna flimkien għal ħafna żmien fis-snin 50 fi ħdan il-Catholic Social Guild, ninsab miblugħ kif int kellek l-ardir tiktibli li taf li l-ġenituri tattfal fl-iskejjel privati ġew ‘sfurzati jiffirmaw’ il-petizzjoni msemmija biex ma ssirx ħsara lil uliedhom.’ Fenech Adami ddeskriva l-manuvra tal-ittra li KMB bagħat qabel il-ġbir tal-firem bħala ‘sforz imqanżah biex tbeżża’ lill-ġenituri milli jiffirmaw il-petizzjoni msemmija.’ Qal lil KMB li linsinwazzjoni li min ma jiffirmax il-petizzjoni tal-FPTA kien se jsofri xi ħsara għal uliedu, kienet ‘inġustizzja kbira ma’ tant reliġjużi li jiddedikaw ħajjithom għall-ġid ta’ wliedna u tal-poplu Malti. Jidher li flok b’moħħok, qed tkejjel b’xiber il-partit tiegħek li llum kulħadd jaf b’liema diskriminazzjoni u vendikazzjoni jimxi kontra min ma jaqbilx miegħu.’ Mhux il-każ li nirriproduċi l-ittra kollha ta’ Fenech Adami, li spiċċat b’appell biex il-gvern ma joħnoqx id-drittijiet tal-iskejjel tal-Knisja.

L-għajta ‘Jew b’xejn jew xejn’ Minkejja l-‘lixka’ tal-ħlas b’xejn, it-tweġiba tal-ġenituri għal din it-talba ta’ KMB kienet fqira ħafna. Madankollu, KMB beda jħejji għall-ġlieda ‘qaddisa’ li kien wikkielu Mintoff u kien ħareġ bl-għajta: ‘jew b’xejn jew xejn’! Intant meta tkellem fuq il-Ministeru tiegħu filBaġit ta’ Novembru 1983, id-diskors ta’ KMB dwar l-iskejjel tal-Knisja ma kienx konfrontazzjonali, iżda pjuttost mans - immaġini li kien ukoll ipproġetta meta hu kien naqqas il-famużi 20 punt għal għaxra. Infatti, l-artiklu tiegħi dwar dan is-suġġett li deher f’il-mument tas-27 ta’ Novembru kont semmejtu ‘KMB idoqq l-irtirata’! Illum naħseb li ma qrajtx sew x’kien qed jiġri għax wara deher ċar li l-pożizzjoni mansa li adotta KMB f’dik l-okkażjoni kienet falza u kienet biss il-preludju tat-tempesta. Ironikament, ma nafx kemm kien inqara dak l-artiklu għax il-mument tas-27 ta’ Novembru kienet ħarġet tard minħabba ċirkostanzi oħra!


L-MNPN fl-Ewropa... sehem in-nisa u x-xejriet fis-suq tax-xogħol Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Marion Pace Asciak President MNPN

Qed tintalab aktar flessibbiltà fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u fil-parental leave. Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali jwassal għal benefiċċji kbar għall-familji iżda wkoll għall-ekonomija.

Fil-jiem li għaddew, l-MNPN ipparteċipa permezz talPresident u t-Teżoriera tal-Eżekuttiv, għall-Board Meeting u għall-Kungress dwar il-politika barranija organizzati millEPP Women, f’Zagreb. Minn meta twaqqaf l-Eżekuttiv ilġdid f’Marzu li għadda, il-preżenza tal-Moviment Nisa f’fora internazzjonali qiegħda tkun regolari, b’board meeting tal-EUW fi Brussell f’Ġunju u Summer Academy tal-EPP Women f’Zingst fil-Ġermanja f’Lulju. Għall-Board Meeting, immexxi mill-President tal-EPPW, Doris Pack, attendew nisa minn pajjiżi bħall-Albanija, ilBelarus, il-Belġju, il-Bosnja Herzegovina, il-Bulgarija, lEstonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ingilterra, l-Italja, il-Kosovo, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Norveġja, l-Olanda, il-Portugall, ir-Rumanija, isSlovakkja, Spanja, l-Iżvezja, l-Ukrajna u Malta. Kien hemm ukoll MEPs minn pajjiżi membri tal-UE. Il-President Doris Pack tkellmet dwar is-sitwazzjoni politika attwali fl-Ewropa u l-attivitajiet tal-EPPW. Ingħataw ukoll rapporti dwar żviluppi reċenti f’pajjiżi bħall-Ukrajna, il-Kosovo u lAlbanija, kif ukoll dwar l-elezzjonijiet tal-MEPs ta’ Mejju li għadda. Waħda mit-temi prinċipali tal-laqgħa kienet ir-riżoluzzjoni ‘How women are renewing market patterns’ li permezz tagħha qed tintalab aktar flessibbiltà fil-kundizzjonijiet taxxogħol u fil-parental leave għaliex bilanċ bejn ix-xogħol u lħajja personali jwassal għal benefiċċji kbar mhux biss għallfamilji Ewropej iżda wkoll għall-ekonomija f’sens wiesa’. Din ir-riżoluzzjoni hi maħsuba li tiġi ppreżentata kemm lillistati membri kollha kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea. Ittellgħet quddiem il-Bord l-applikazzjoni talorganizzazzjoni femminili tas-Slovakkja, IDEA, biex isiru membri tal-EPPW. Din l-applikazzjoni ġiet aċċettata u minn issa anke IDEA, bħall-MNPN, hi membru tal-EPPW. Fl-aħħar tal-laqgħa saru pjani għall-attivitajiet tal-2015. F’April, il-Board Meeting li jmiss se jsir f’Varsavja, ilPolonja, għax hu l-post ideali għat-tema magħżula ‘Politika internazzjonali’ minħabba li l-Polonja hi qrib tal-Ukrajna u biex tiġi diskussa din it-tema, jista’ jkun hemm xhieda ħajja ta’ dak li qed jgħaddi minnu dan il-pajjiż. Għas-Summer Academy li se ssir f’Ġunju, hemm il-possibbiltà li din issir f’Malta u għalhekk l-MNPN se jaħdem biex dan lavveniment ta’ importanza Ewropea jsir f’pajjiżna. Wara l-Board Meeting, attendejna wkoll għall-Kungress dwar il-politika barranija. L-ewwel diskors sar minn Kolinda Grabar-Kitarovic, preżentement Assistent Segretarju

Il-laqgħa tal-Bord tal-EPPW indirizzata mill-President Doris Pack

19

Ġenerali għad-Diplomazija Pubblika tan-NATO waqt li filpassat kienet Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kroazja u f’Diċembru li ġej se tikkontesta l-elezzjoni presidenzjali ta’ pajjiżha. Hi tkellmet dwar ‘The role of Nato today’. It-tieni diskors sar mill-Ambaxxatriċi tal-UE għar-Repubblika Libaniża, Angelina Eichhorst u tkellmet dwar ‘Tensions in the Middle East’. Fl-aħħar saret diskussjoni mmexxija millPresident tal-EPPW Doris Pack li trattat it-tema ‘Towards a new EU Foreign Policy’. Dawn il-laqgħat internazzjonali huma ta’ benefiċċju kbir għall-MNPN għaliex permezz tagħhom inkunu nistgħu niddiskutu ma’ sħabna Ewropej li għandhom l-istess viżjoni u jħaddnu l-istess valur u prinċipji. Minkejja li l-pajjiżi huma ġeografikament ’il bogħod minn xulxin, l-UE tagħti sens ta’ għaqda li mingħajr ma trid, tħossok fil-qrib ma’ nisa li ġejjin minn realtajiet differenti. It-temi li kienu trattati f’dan il-Kungress jitkellmu fuq kif irridu nressqu aktar nisa lejn il-politika, kif noħolqu aktar opportunitajiet tax-xogħol għalihom, kif noħolqu aktar sens ta’ fiduċja fina nfusna u fil-kapaċitajiet tagħna, kif il-familja għandha tkun il-qofol tal-politika tagħna; temi li aħna dejjem niddiskutu wkoll fuq livell ta’ Partit u fuq livell ta’ Moviment. Ħaġa li żgur ma kinitx sempliċi impressjoni imma stat ta’ fatt hi li ħafna mit-temi diskussi waqt dan ilKungress huma temi li aħna mhux biss diġà ddiskutejna, imma li dwarhom ittieħdu passi konkreti fis-snin li għaddew biex il-mara jkollha ħafna aktar opportunitajiet u biex irrwol tagħha jkun rikonoxxut dejjem aktar. Bla dubju ta’ xejn, il-bidla li saret din is-sena fl-Istatut talPN ġabet bidliet fl-istrutturi tal-Partit u diġà qed jidher ilfrott ta’ dan b’parteċipazzjoni akbar min-nisa fil-Partit. Ilfatt li fl-elezzjonijiet tal-MEPs, il-kandidati eletti f’isem ilPN, kif ukoll f’isem il-PL kienu f’maġġoranza nisa, hu indikatur ta’ bidla anke fil-mentalità tal-poplu Malti li qed japprezza dejjem aktar il-kapaċitajiet tal-mara Maltija. Naħseb mhix ħaġa komuni fil-pajjiżi Ewropej li bħala MEPs għandhom żewġ terzi minnhom nisa. Dawk li tkellimna magħhom huma infurmati sew dwar ilPartit Nazzjonalista u dwar dak li sar fuq livell ta’ Gvern minn meta sirna membri tal-UE. Jidher ċar li x-xogħol li sar mill-MEPs Maltin ġie apprezzat ħafna, u b’mod speċjali kien ta’ unur kbir għalina nisimgħu tifħir kemm fuq l-MEPs eletti f’isem il-PN, kif ukoll fuq il-Kap tal-Partit Simon Busuttil, li ħafna jafuh mill-qrib għax-xogħol siewi tiegħu bħala MEP.


20

I

Il-moralità u l-ambjent

MORALITÀ U POLITIKA – (13)

Joe Camilleri Opinjonist

L-awtoritajiet politiċi jkunu qed iġibu ruħhom b’mod immorali u li jmur kontra l-ġid komuni meta jagħmlu mill-ambjent mezz biex iħallsu lil min ikun jiffavorihom

Opinjonist

Kummenti dwar kwotazzjonijiet li laqtuni

Opinjoni

l-bniedem għandu jħobb il-ħolqien kollu. Naturalment din l-imħabba għandha gradi differenti skont il-ġerarkija tal-valuri tal-istess ħlejjaq. Hekk il-bniedem għandu jħobb lill-bnedmin ħutu aktar milli jħobb lill-annimali u l-ħxejjex għalkemm dawn tal-aħħar għandu xorta jirrispettahom kif jixraq (ara Gaudium et Spes, 37). Il-moralisti, meta jiktbu dwar il-ħolqien, jitkellmu mirrispett li l-bniedem għandu jkollu lejn in-natura. Mingħajr din l-attitudni ta’ rispett għal dak kollu li għandu l-eżistenza, id-dinja tagħna ma ssibx it-triq tal-fejqan mill-egoiżmu li qed jiddominaha. Ir-rispett għan-natura jiġbor fih obbligu ċar. Dan lobbligu, li ġej mir-rispett lejn il-ħajja u l-eżistenza, huwa lelement ta’ stagħġib, element li joħodha kontra l-użu utilitaristiku u egoistiku tan-natura mill-bniedem; stagħġib li jnissel min-naħa tiegħu attitudni ta’ protezzjoni. Din il-protezzjoni ġġib magħha moderazzjoni u kontroll mill-bniedem fuqu nnifsu. Il-bniedem ma jistax jieħu fuqu nnifsu libertà assoluta fuq il-ħolqien bl-iskuża tar-riċerka xjentifika u sperimentazzjoni. L-awtoritajiet politiċi jkunu qed iġibu ruħhom b’mod immorali u li jmur kontra l-ġid komuni meta jagħmlu millambjent mezz biex iħallsu lil min ikun jiffavorihom politikament, u meta, biex jgħidulu ‘grazzi’ jagħtuh permessi oxxeni biex jiżviluppa art li mhux suppost tintmess. Din hu aġir li jkażbar lil Alla u lill-bniedem. Ħafna drabi ssib li, min ma jirrispettax lil Alla ma jirrispettax il-ħolqien u fih ma jarax id-divin imma mezz biex idaħħal il-flus. Min-naħa l-oħra trid ssir attenzjoni li lħolqien ma jiħux post Alla. Fil-ħolqien għandna naraw il-

preżenza divina u l-imħabba tal-Ħallieq għall-bnedmin li pprovdielhom ambjent daqshekk meraviljuż. Nies bħallqaddisin Franġisku ta’ Assisi u Hildegarde ta’ Bingen juruna kif għandna ngħożżu u napprezzaw dak kollu li ħalaq Alla. Il-kelma ‘ekoloġija’ ġejja mill-kelma Griega oikos li tfisser dar. Bil-mod ġiet tfisser ir-responsabbiltà morali li lbniedem għandu biex jippreserva l-ambjent naturali u nnatura ġenerali, li wara kollox, hi tabilħaqq ‘dar’ il-bniedem. Hu fatt magħruf li l-bniedem għandu t-tendenza jabbuża mid-dominju tiegħu fuq esseri oħrajn u dan jagħmlu għall-vantaġġ u l-interessi tiegħu. Ma ninsewx l-interessi ekonomiċi tal-bniedem u x-xewqa li jipproduċi iżjed b’inqas spejjeż u profitt ogħla, u dan jista’ jnessih mill-obbligi dwar in-natura. U l-politiċi, ħafna drabi, li jinteressahom hu t-tkabbir tal-ekonomija. Meta l-bniedem iħares biss lejn il-qligħ immedjat, faċli jinjora l-ambjent u l-bżonnijiet tiegħu. Ċerti riżorsi, bħaż-żejt, gass naturali u faħam, darba kkunsmati, ma jistgħux jiġġeddu, u għalhekk għandhom jiġu użati kemm jista’ jkun b’mod ikkontrollat. Riżorsi oħra, bħall-foresti, huma rinnovabbli (jista’ jerġa’ jkollna minnhom), imma l-konsum tagħhom hu wisq kbir u m’aħniex inlaħħqu miegħu biex nissostitwuh. L-istess ilħut. Tniġġis tal-arja u tal-ilma, rimi ta’ fdalijiet kimiċi, fallout radjuattiv u esplojtazzjoni ta’ riżorsi komuni bħalma hu l-qbid tal-baleni, kollha għandhom effetti globali. In-natura għandha l-limiti tagħha. Il-bniedem ma jistax jagħmel li jrid bin-natura. Hu parti minnha. Meta jagħmel ħsara lilha jkun jagħmel ħsara lilu u lill-eżistenza tiegħu. Il-ħolqien hu proprjetà ta’ Alla. Fih hemm il-preżenza tiegħu.

“Willkommen in der Freedom” (Merħba ‘l-Libertà)” Din kienet l-għajta li dwiet ma’ dik li kienet il-Ġermanja Komunista meta fid-9 ta’ Novembru 1989 ir-reġim talĠermanja tal-Lvant ċeda għall-pressjoni popolari u fetaħ beraħ il-passaġġi tal-Ħajt ta’ Berlin. Il-folla ta’ Ġermaniżi tal-Lvant li daqet il-libertà għall-ewwel darba wara 40 sena ta’ dittatura iebsa Komunista nfexxet f’dellirju ta’ ferħ u festeġġjamenti li jibqgħu fl-istorja reċenti talEwropa. Tajjeb għalhekk li niftakru f’dawk l-avvenimenti ta’ 25 sena ilu li saħħru lill-popli tad-dinja kollha libera. Fis-snin 70 u l-bidu tat-80, kont organizzajt żjarat f’Bonn jew Berlin għall-attivisti fil-politika tal-PN u dawk fit-trade unions liberi. Dan kien isir permezz talAŻAD bħala mistednin tal-Konrad Adenauer Foundation li kienet tagħtina opportunità kbira li nattendu seminars ta’ ġimgħa dwar temi politiċi u żjarat f’postijiet ta’ interess kbir bħall-Ħajt ta’ Berlin u ġewwa n-naħa ta’ Berlin Komunista. Bla dubju li dawk kollha li kellhom ix-xorti jagħmlu din lesperjenza fil-korsijiet tal-AŻAD li jaraw mill-viċin il-Ħajt tal-firda; u jieħdu ritratti ħdejn oqbra li fihom hemm midfunin nies innoċenti maqtulin, waqt li, biex joħorġu mid-disperazzjoni tar-reġim Komunista, jissugraw ħajjithom billi jegħlbu l-ostakli terribbli u jgħaddu bil-moħbi lejn Berlin tal-Punent; dawk kollha li anki biex jgħaddu mid-dwana ta’ Checkpoint Charlie kienu jiġu interrogati qabel jingħataw ilpermess biex iżuru n-naħa Komunista; dawk kollha li rnexxielhom iżuru Alexander Platz u z-zona ċentrali tannaħa Komunista u jaraw id-differenza kbira fl-istil ta’ ħajja bejn il-Punent u l-Lvant, kollha jżommu rikordju kbir li ma jinsewh qatt. Il-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin fetħet sensiela ta’ avvenimenti li sa dakinhar kienu inkredibbli: ħadd ma kien jobsor li dittaturi Komunisti kienu qatt jistgħu jaqgħu. Iżda matul dawk il-ftit snin rajniehom jaqgħu bħas-suldati tal-logħob, wieħed wara l-ieħor. Pajjiżna kellu x-xorti f’dan id-destin li, fl-istess żmien li kienu qed iseħħu l-avvenimenti ta’ Berlin, jilqa’ fostna linkontru daqstant ieħor storiku bejn Bush u Gorbacheov, eks-Presidenti taż-żewġ superpotenzi. Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien kburi li, f’isem il-poplu Malti, jara t-tmien tal-Gwerra l-Bierda fi xtutna.

Importanti li ma ninsewx dik l-għajta tal-libertà li welldet Ewropa ġdida u popli u familji Ewropej magħqudin f’ideal wieħed.

Il-punt hu... Richard Muscat

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

“Id-dragun Ċiniż li jaħraq u jaħqar lill-ħaddiema” L-editorjal ta’ il-mument kien iddedikat għal dak li għaddej fostna fir-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina. U b’mod speċjali għall-istorja skandaluża li żvelat l-istess gazzetta bi prominenza kbira dwar traffikar uman ta’ ħaddiema Asjatiċi vittmi ta’ sfruttament mill-kumpanija Leisure Clothing, li hi proprjetà tal-Gvern Ċiniz. Din l-istorja ġiet segwita minn midja oħrajn u kuljum toħroġ xi aspett jew jiġru każi marbutin mal-istorja oriġinali. L-implikazzjonijiet huma ħafna. Fosthom hemm dawk umani u politiċi. Huwa tassew gravi l-fatt li f’pajjiżna għamilna snin twal ngħixu waqt li povri innoċenti kienu qed jiġu umiljati bi drittijiethom imkażbrin, prattikament jgħixu ta’ skjavi. U ħadd ma tkellem. Tal-mistħija. Ta’ għajb. Aktar u aktar meta llum għandna gvern li jiżfen biss malgvern Ċiniz. F’kollox. Kullimkien. Ċiniżi biss. U peress li anki dan l-abbuż tal-Leisure Clothing, hu kollu kemm hu suġġett tal-gvern Ċiniż li ma kellu qatt jeżisti f’pajjiżna. U issa li dan l-iskandlu ħareġ fid-dawl tax-xemx, irridu nafu l-verità kollha, u għandu jieqaf minnufih u ssir ġustizzja. Hemm ukoll implikazzjonijiet politiċi. Mhux qed nifhem li m’għandux ikun hemm relazzjonijiet u skambji mal-gvern Ċiniż. Qed isaħħu relazzjonijiet maċ-Ċina, pajjiżi Ewropej ferm akbar minna, u s’hawn kollox jista’ jinżamm fin-normalità. Il-gvernijiet Nazzjonalisti dejjem żammew relazzjonijiet bilaterali sani u kostruttivi maċ-Ċina, li bihom qatt ma tfaċċaw suspetti u xamma ħażina. Il-punt tiegħi hu li l-gvern ta’ Muscat ntefa’ b’ruħu u ġismu jinnamra mad-dragun Ċiniż b’mod li jista’ jirriskja ħafna l-interessi ta’ pajjiżna. Ngħid hekk għar-raġuni wkoll li Muscat qed iżomm mistur kull ftehim maċ-Ċiniżi. Mistur mill-Parlament u għalhekk mistur mill-poplu li bi dritt għandu jkun jaf kollox. Il-ħaddiema tal-EneMalta, dawk tal-AirMalta għandhom interess dirett għax fin-nofs hemm il-ħobż tal-familji tagħhom. Meta se toħroġ il-verità kollha dwar dan in-namur maċĊiniżi? Pajjiżna ma jixraqlux jitpoġġa fil-periklu għall-ebda raġuni.


Libertà assoluta Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Carm Mifsud Bonnici Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin

Il-pajjiż jixraqlu aħjar. Jixraqlu tmexxija tajba li tieħu ħsieb iżżomm bilanċ bejn il-libertà u r-responsabbiltà. Waħda li tikkontrolla l-abbuż u tikkonforma mal-verità.

1. Kull sistema politika u legali li tħaddan prinċipji sodi li jirbħu l-problemi soċjali u ekonomiċi ta’ poplu, titlob u tippretendi li dak li jsir ikun ibbażat fuq bilanċ bejn il-libertà u r-responsabbiltà ta’ kull ċittadin. Meta dan jintilef, allura wieħed jibda jara l-ħmerijiet. Sejrin lejn iktar fruntieri żbaljati fejn kull min irid xi ħaġa jsib lil ħaddieħor li malajr jidentifika dan bħala dritt. Il-valuri li fuqhom inbniet is-soċjetà qed jitneħħielhom mill-melħ li fuqhom inbnew preċedentement. Il-pilastri tas-soċjetà nbnew fuq il-valuri Nsara tal-ġustizzja, u tal-ħniena. Issawru hekk mhux b’kumbinazzjoni iżda bi proċess twil ta’ sekli, ta’ esperjenzi umani.

2. Id-demokrazija tagħna hija frott dan. Frott ta’ dak kollu li għaddejna minnu bħala poplu b’mod qawwi; dak li l-Ewropa sfortunatament għaddiet minnu fl-aħħar seklu. Meta bdew jitressqu ’l quddiem prinċipji u valuri li kienu kompletament ilkontra ta’ dawk Insara. Dawk li neħħew il-bilanċ bejn l-libertà u r-responsabbiltà, dawk li neħħew id-dinjità tal-bniedem, li neħħew id-drittijiet fundamentali ta’ kull persuna waslu finalment għal diżastru. L-iżball fundamentali ta’ diversi mexxejja f’dawn is-sekli jibqa’ dak li jaħsbu li minnhom tibda d-dinja. Jaħsbu li dak li ġie skartat għax żbaljat minn ġenerazzjonijiet passati, jistgħu jerġgħu jitqabbad u jiġi implimentat minnhom. L-istorja taċ-ċiviltajiet turi diversi mumenti meta dittaturi kissru u tkissru wara huma stess. L-estremiżmu jiġi taħt forom varji. Meta tintilef it-triq tan-nofs tas-sewwa u r-raġuni, naslu f’dawn il-pożizzjonijiet.

3. Pajjiżna qabad deċiżament jitħajjar jimxi fuq dawn ittoroq. Wara 25 sena ta’ tmexxija tal-PN, ir-reazzjoni għaliha hija dik li tmur kontra dak li twettaq biex ikun hemm differenza. Ebda Gvern Nazzjonalista ma kien perfett iżda bena biċċa biċċa eżempji tajba ta’ kif wieħed jiggverna, b’ġustizzja u b’rettitudni morali. Dan il-Gvern Laburista nifhmu li għandu l-argument li ma jafx biżżejjed, li m’għandux esperjenza iżda dan ma jfissirx li wieħed għandu jaċċetta dak kollu li għaddej minnu. Hemm ministri li jippruvaw jaraw dak li sar u kif jistgħu jibnu fuq dan. Oħrajn qabdu t-triq għal rashom bħallikieku l-passat ma eżistiex. Kull min qiegħed f’din il-kariga għandu l-libertà, anzi, illum għandu l-libertà assoluta jagħmel li jrid iżda fl-aħħar tal-ġurnata hemm il-konsegwenzi, hemm responsabbiltajiet li jaqgħu fuq kulħadd.

Opinjonista

Rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji rigward l-avvanz tal-mara ma tantx kien ta’ ġieħ għall-progress li suppost kellna nwettqu bl-amministrazzjoni Laburista.

bidla fil-Gvern illum qed isibu ruħhom f’pożizzjonijiet diffiċli. Jifhmu li altru dak li ħasbu li se jiġri u altru dak li ġara u qed jiġri llum. Hemm min aċċetta dan u mexa, u hemm diversi oħrajn li għadhom fi stat ta’ ċaħda. Jippreferu jagħlqu għajnejhom u ma jiktbux jew ma jikkritikawx kif għandhom. Qisu f’ċerti mumenti naħseb li tant ħlew enerġija kontra ħafna minna għax konna qed nagħmlu dmirna bl-aħjar mod possibbli, li għal-lum m’għadx għandhom iktar din id-determinazzjoni. Meta taqbad dak li qiegħed jiġri mill-ministeri varji, illum wieħed irid jgħid verament li tant hemm nuqqasijiet li diffiċli tlaħħaq magħhom. Iżda l-verità hi żgur li hemm differenza filmod kif aħna ġejna ttrattati minn ċerti kittieba u kif qed jittrattaw illum l-affarijiet.

5. Ħafna llum qed jaċċettaw b’ċerta rassenjazzjoni li dan ilGvern jista’ jagħmel dak kollu li jrid mingħajr ħadd ma jkellmu. Ix-xalata, iż-żifna ta’ wħud fuq l-imwejjed, ilha għaddejja issa 21 xahar. Il-poter jikkorrompi iżda iktar ma jkun qawwi, iktar iżid fil-mod ta’ kif wieħed iġib ruħu. Qabel l-elezzjoni ħafna għamlu lezzjonijiet pubbliċi fuq komportament politiku eżemplari fejn ma naqsux illustrazzjonijiet ta’ meritokrazija u trasparenza iżda llum dan kollu ħareġ barra mill-aġenda politika. Ladarba huma fil-Gvern u ladarba l-elettorat daħal għaliha, allura m’hemmx iktar bżonn li wieħed jipprova jimxi f’dik ittriq. Il-libertà politika hija assoluta iktar u iktar b’maġġoranza qawwija parlamentari u elettorali. Tant hija qawwija, tant hemm sakra li anki hemm libertà qawwija mill-bżonn li wieħed jgħid il-verità. Il-Gvern, jum wara jum, qiegħed jinqabad jgħid affarjiet li mhumiex minnhom.

4. M’hemmx dubju li diversi persuni li kitbu u ħeġġew għal

6. Tul din il-ġimgħa, wara stħarriġ li wera kif numru ta’ ministri bdew inaqqsu mill-popolarità tagħhom, il-Gvern qiegħed jidher li jrid jirreaġixxi. Iżda dan se jkun diffiċli ħafna. Meta tidħol fil-poter bil-ħsieb li tagħmel li trid, bla ma tirrispetta lvaluri li fuqhom is-soċjetà hija mibnija, fejn kull min irid xi ħaġa, anki jekk m’għandux dritt għaliha u anki jekk hija kontra r-regoli tal-pajjiż, allura ma tistax iġġib il-pożizzjoni fl-ordni. Il-ġimgħat li ġejjin se jkunu iktar determinanti. Fuq naħa, ilBaġit li se jagħti soluzzjonijiet li jidhru diġà li mhumiex adegwati, u fuq l-oħra l-ħidma ta’ kuljum li qed issir. Xejn mhu se jkun adegwat, anzi se mmorru ferm iktar ’l isfel. Il-pajjiż jixraqlu aħjar. Jixraqlu tmexxija tajba li tieħu ħsieb iżżomm bilanċ bejn il-libertà u r-responsabbiltà. Waħda li tikkontrolla labbuż u tikkonforma mal-verità.

awn Malta ħadd m’għandu l-iċken dubju li lmara għamlet progress kbir fis-soċjetà, kemm fid-dinja tax-xogħol, fid-dinja tal-edukazzjoni, kif ukoll f’dik tan-negozju. Fl-aħħar 20 sena rnexxielna nbiddlu ħafna liġijiet biex dawn jagħtu aktar drittijiet lill-mara bħal, ngħidu aħna, dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ proprjetà, żwieġ u anke liġijiet li jħarsu l-impjieg tan-nisa. Dan kollu għamel bidla radikali għall-perspettiva tagħna tar-rwol tal-mara fis-soċjetà Maltija. Għalkemm mhux faċli toħroġ b’raġuni waħda għaliex għadna lura fis-sehem tal-mara fid-dinja tax-xogħol, sabiħ li tara li b’ħidma kwieta u sfiqa din l-isfida wkoll kienet qed tintrebaħ. Rapport ippubblikat ftit tal-jiem ilu mill-Forum Ekonomiku Dinji rigward l-avvanz tal-mara f’142 pajjiż ma tantx kien ta’ ġieħ għallprogress li suppost kellna nwettqu bl-amministrazzjoni Laburista. F’sena waħda, ir-rapport ikkonkluda li fejn jidħol l-avvanz tal-mara, Malta marret lura xejn anqas minn 15-il post biex issa ninsabu fid-99 post fost il-pajjiżi mistħarrġa. Messna nistħu! Ir-rapport ma qal xejn ġdid fuq il-mara Maltija. L-isfidi għallmara dejjem kienu kbar. Mgħammra bijoloġikament biex tirriproduċi, il-mara dejjem kellha taħdem iktar biex issaħħaħ ir-rwol tagħha fis-soċjetà. Jekk hux ġlieda għall-vot jew taqbida kbira għall-ugwaljanza fil-post tax-xogħol, l-isfidi qatt ma naqsu. Bla dubju, sar ħafna xogħol u l-qagħda tal-mara fis-soċjetà moderna ma tixbah assolutament xejn lil dik tal-bużnanna. Allura, ksibna dak li xtaqna? Nieqfu niġġieldu għad-drittijiet tagħna? Dan ir-rapport jikkonferma mod ieħor. Sar ħafna u ħafna iżda l-iżvilupp kontinwu tal-ħajja ta’ madwarna jfisser li dan qatt mhu biżżejjed. Jekk taqbad faxxa ta’ nisa ta’

età differenti, ta’ livell ta’ edukazzjoni differenti u twemmin politiku differenti, tinduna li għad hemm diversi kwistjonijiet fil-ħajja tal-lum li qed ixekklu lil dawn in-nisa milli jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar jew li jagħmlu progress akkademiku jew professjonali. Għalhekk l-għajta tagħna ma tistax tieqaf hawn! Hawn organizzazzjonijiet sħaħ jaħdmu flimkien bla heda biex ikunu ta’ appoġġ u jedukaw f’każi ta’ vjolenza domestika, abbuż sesswali u diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol. Iva, hemm min qed ibati dawn ir-realtajiet u jixraqlu l-għajnuna u l-appoġġ tagħna. Barra minn hekk, ta’ min wieħed isemmi wkoll realtà li ma tafx età jew distinzjoni politika, u din hija fejn jidħol ilmard tal-mara bħall-kanċer tas-sider u l-kanċer tal-għonq tal-utru. Għandna nibqgħu nisħqu wara l-awtoritajiet tas-saħħa biex insaħħu l-iscreening tagħna u b’hekk nikkontrollaw jew innaqqsu l-inċidenza ta’ dan il-mard. Iżda fuq nota strettament politika, dan ir-rapport jerġa’ jikkonferma n-nuqqas ta’ sinċerità li wera Joseph Muscat qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Muscat kien wiegħed li Gvern Laburista ġdid ikun xprun għad-drittijiet tan-nisa. Kemm qal li rwol tal-mara taħt ilGvern Laburista kien se jieħu spinta ’l quddiem! Prosit Sur Prim Ministru, tassew ġara kif għedt int! Sfortunatament għall-mara Maltija, u kull min għandu għal qalbu l-avvanz tal-mara fis-soċjetà Maltija, din il-leġiżlatura se tħalli wirt xejn sabiħ fejn jidħlu d-drittijiet tan-nisa. Kemm ilu li laħaq Muscat fil-Gvern, sfortunatament rajna tnaqqis fin-numru ta’ nisa fuq bordijiet u f’karigi ta’ tmexxija. Bla dubju, kienet ħaġa sabiħa li ġiet nominata mara għal President iżda għalkemm din bla dubju se tkun ta’ ‘role model’ sabiħ għan-nisa Maltin, żgur li lisforzi tal-Gvern mhumiex biżżejjed u li l-avvanz tal-mara f’pajjiżna m’għadux jingħata l-prijorità li kien imdorri biha!

H

Meritokrazija tat-tafal Caroline Galea

21


D

Il-Ministru tat-Traffiku jiddiskuti waħdu 22

Toni Bezzina

Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Transport u Infrastruttura

Fir-rigward tan-nolijiet, baqa’ jinsisti li jaħbi kemm se jkunu l-prezzijiet li se jkollhom iħallsu dawk li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku.

in il-ġimgħa, waqt programm fuq it-televiżjoni tal-Istat; dak imħallas mit-taxxi tal-poplu, ilMinistru tat-Traffiku Joe Mizzi ddeċieda li jmur jiddiskuti waħdu l-problemi tat-traffiku u tat-trasport pubbliku. Ma kellux lil min imerih. L-aqwa li l-Oppożizzjoni ma kinitx mistiedna ħalli b’hekk ikun jista’ jgħid dak li jrid u dak li jaqbillu. Mingħajr ma ried, irnexxielu jikkonferma l-inkompetenza u lfalliment totali ta’ dan il-Gvern fil-qasam tat-traffiku kif ukoll dak relatat miegħu, tat-trasport pubbliku. Għalkemm iddiskuta waħdu, mingħajr oppożizzjoni, xorta rnexxielu jagħmel autogoal wieħed wara l-ieħor.

Il-kawża tat-traffiku Skont il-Ministru tat-Traffiku Joe Mizzi, il-problema tat-traffiku qed tinħoloq għax hawn ħafna karozzi privati u għax m’hawnx infurzar fit-toroq. Skont hu, dan mhux tort tiegħu. Bħallikieku kemm ilu fil-gvern il-Partit Laburista, in-nies bdew jixtru l-karozzi. Lanqas li m’ilnix niġbidlu l-attenzjoni mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura li jekk il-problema tat-traffiku mhux se jieħu ħsiebha, se teskala b’mod u manjiera li tiġi inkontrollabbli. Din hi xiehda ta’ mentalità ta’ min għalkemm jinsab fit-tmexxija, għadu ma jistax jirrealizza li m’għadux fl-Oppożizzjoni. Minflok jipprova jsib is-soluzzjonijiet, moħħu biss biex jipprova jsib l-iskużi għall-mod inkompetenti li bih qiegħed imexxi dan is-settur tant importanti – soċjalment, ekonomikament u anki flinteress tal-ambjent. Jgħaffeġ hu, tħallas int Il-poplu tista’ tagħtih tort li m’għandux fiduċja fil-Ministru tat-Traffiku Joe Mizzi? Wara li ilu xhur jgħaddi biż-żmien lil kulħadd, il-Ministru ddeċieda li jagħmel ‘scoop’ waqt dan ilprogramm u ħabbar lill-poplu Malti u Għawdxi li għabbieh bi €23 miljun f’sussidju lill-kumpanija Spanjola li kien għamlilha żjara tinten fis-sajf li għadda biex din tħaddem is-servizz tattrasport pubbliku f’pajjiżna. Iżda dan mhux biżżejjed. Għalkemm ilu kważi sentejn iwiegħed lill-passiġġieri ta’ dan is-servizz, li mill-bidu ta’ Jannar tas-sena d-dieħla se jidħlu fis-seħħ rotot ġodda, issa reġa’ mmissja: qalilna li dawn se jidħlu gradwalment fl-ewwel tliet xhur. Mhux ta’ b’xejn li l-fiduċja tal-poplu, hu ta’ liema kulur politiku hu, f’dan il-Ministru u fl-uffiċjali ta’ Transport Malta, li huma responsabbli minn dan is-settur, marret il-baħar.

J

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Fl-aħħar mill-aħħar, li nafu hu li sas-sena l-oħra l-ammont ta’ sussidju li kien jitħallas mill-Gvern ma kienx jaqbeż l-€10 miljun u dan kellu jonqos b’€2.5 miljun wara erba’ snin mid-dħul tarriforma. Iżda t-timbru ta’ dan il-Gvern jibqa’ l-ħabi. Meta mistoqsi jekk dan is-sussidju hux fiss għal perjodu ta’ żmien, kien pront wieġeb li s-sena d-dieħla mbagħad jara. Qishom flus ilpoplu huma flusu. Din hi s-serjetà fit-tmexxija ta’ dan il-Gvern. Fir-rigward tan-nolijiet, baqa’ jinsisti li jaħbi kemm se jkunu lprezzijiet li se jkollhom iħallsu dawk li jużaw is-servizz tattrasport pubbliku. Bħallikieku dan mhux fl-interess tal-poplu. Għalhekk il-poplu ddejjaq b’dawn il-maniġġi u logħob tat-tfal iż-żgħar. Issa wasal ż-żmien li l-Ministru jkun ċar: kemm se jibdew iħallsu dawk li jużaw dan is-servizz? Nittama li dawn jibqgħu affordabbli bħalma huma bħalissa, fejn passiġġier iħallas għal ġurnata sħiħa €1.50 u €0.50 għall-anzjani u t-tfal. Għal ġimgħa sħiħa passiġġier iħallas €6.50 waqt li l-anzjani u t-tfal iħallsu €2.30 biss. Għalkemm il-Gvern jista’ jagħti xi ħaġa lura lill-poplu u jraħħaslu n-nolijiet wara li żied is-sussidju b’aktar mid-doppju. X’se jsir mill-ħaddiema Iżda mistoqsija importanti li l-poplu għadu bla tweġiba għaliha hi dwar x’se jsir mill-ħaddiema. Qed jgħid li se jkun hawn bżonn ta’ aktar xufiera. Madwar 1,200 ħaddiem li hemm jaħdmu malMalta Public Transport Services mhumiex xufiera biss, għalkemm dawn huma hekk fil-maġġoranza tagħhom. Jaf ilMinistru li l-kumpanija Spanjola diġà bdiet toħroġ sejħa għallapplikazzjonijiet għall-ħaddiema Spanjoli biex jiġu jaħdmu Malta? Kien fid-dmir tiegħu li jimponi fuq il-kumpanija Spanjola li żżomm lill-ħaddiema kollha Maltin u Għawdix li bħalissa qegħdin jaħdmu f’dan il-qasam, iżda b’nuqqas ta’ responsabbiltà m’għamilx dan. Ara l-Ispanjoli, hekk kif ftaħar hu stess, qed jiflu l-kuntratt klawsola klawsola. Dan mhux nuqqas ta’ responsabbiltà minn min suppost qiegħed ipoġġi fuq quddiem nett l-interessi ta’ pajjiżna u tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin? Huwa dmir ta’ dan il-Gvern li l-interessi ta’ pajjiżna jitpoġġew fuq quddiem nett tal-aġenda tiegħu. Min juża dan isservizz b’mod regolari, bi dritt, qed jistenna li dan is-servizz jilħaq l-aspettattiva tiegħu fosthom puntwalità, kwalità ta’ servizz, karozzi tal-linja tal-ogħla livell, kif ukoll servizz aċċessibbli għal kulħadd. Dan wiegħed il-Partit Laburista filManifest Elettorali tiegħu, u dan qed jistenna l-poplu mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena d-dieħla.

Il-Partit tan-Nies u l-Partit tal-Populiżmu Angelo Micallef Kandidat PN Elezzjoni Ġenerali

Partit tan-nies huwa dak il-partit li filwaqt li jirrifletti l-polz tal-poplu, iżomm sod ma’ dan il-ħsieb politiku.

ekk il-Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li saret kellha kisba notevoli b’mod immedjat kienet dik li qanqlet interess nazzjonali fil-PN, fil-politika tal-PN u f’fejn wasal il-proċess ta’ tiġdid tal-PN. Interess li bla dubju ta’ xejn ixejjen għalkollox limpressjoni li spiss tipprova tagħti l-media tal-Partit Laburista u l-alleat ewlieni tagħha, dik tal-General Workers’ Union li lpoplu m’għandu ebda interess fil-PN u li l-PN jinstab imwarrab f’rokna minsija fejn ħadd ma jimpurtah.

Xi jfisser li tkun partit tan-nies? L-għajta li l-PN irid ikun il-partit tan-nies hija għajta li bdiet tidwi minn ftit minuti wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2013. Għajta li aktar ma nfetaħ il-bieb tad-diskussjoni, aktar issaħħet. Iżda li tkun partit tan-nies ifisser li tkun populist? Li tkun partit tan-nies ifisser li titlef kull sens ta’ valur u prinċipju? Li tkun partit tan-nies ifisser li titlef kull sens ta’ identità? Xejn minn dan! Partit bi prinċipji sodi mhuwiex partit li ma jinbidilx jew li jirrifjuta li jisma’ l-polz tal-poplu. Anzi, laktar partit sod huwa dak il-partit li għandu l-ħila jilqa’ fi ħdanu qawsalla sħiħa ta’ ideat filwaqt li jżomm sod lispirazzjoni politika tiegħu. Partit tan-nies huwa dak il-partit li filwaqt li jirrifletti l-polz tal-poplu, iżomm sod ma’ dan ilħsieb politiku. Dan huwa dak li qed jagħmel il-PN. Partit li filwaqt li blebda mod mhu jiċħad l-identità tiegħu jew jiċħad lispirazzjoni politika tiegħu bl-iskop tal-aqwa ġid komuni qiegħed jiftaħ il-bibien tiegħu biex jirifletti b’mod effettiv ilpolz tal-poplu filwaqt li jgħożż il-qawsalla ta’ ideat fi ħdan ilPN.

Xi jfisser li tkun populist? Mhux diffiċli tara d-differenza mal-populiżmu. Bejn Triq Herbert Ganado u Triq Mile End hemm jifred biss il-kampus tal-Iskola Marija Reġina, fiżikament. Iżda d-differenzi l-oħra huma enormi. Il-Partit Laburista, prattikament ma’ kull pass li jagħmel, ikejjel kollox f’termini ta’ rebħ u telf ta’ voti. Lunika politika hija l-politika tar-rebħa elettorali. L-unika idea hija ż-żamma tal-poter, ikun xi jkun il-metodu li bih dan isir. Il-prinċipju waħdani huwa l-vot u xejn iżjed. Faċli jkun hawn min jgħid li l-PN messu jagħmel l-istess biex iħaffef it-triq tiegħu lura lejn Kastilja. Faċli jkun hawn min jgħid li wieħed għandu jikkopja mija fil-mija r-riċetta ta’ Joseph Muscat. Aktar kuraġġuż huwa dak li filwaqt li jinfetaħ għattibdil meħtieġ, ma jiħux ir-riċetta l-faċli iżda r-riċetta l-ġusta u ttajba bl-iskop tal-aqwa ġid komuni fuq quddiem.

It-tifsira ta’ ‘Is-sewwa jirbaħ żgur’ Fil-passat, l-eks-Mexxej tal-PN Eddie Fenech Adami kien ħareġ bl-għajta ‘Is-sewwa jirbaħ żgur’. Il-messaġġ ta’ din l-għajta huwa ċar. Mhuwiex li s-sewwa jirbaħ il-ħin kollu jew li s-sewwa se jirbaħ illum qabel għada. Huwa li s-sewwa, fl-aħħar millaħħar, se joħroġ rebbieħ. Messaġġ li għandu jqawwi qalb kull min jemmen fl-aqwa ġid nazzjonali u jemmen li huwa l-PN, laqwa vettura għall-aqwa ġid nazzjonali. Messaġġ li għandu jsaħħaħ id-determinazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna li anke jekk it-triq tidher diffiċli u għat-telgħa, nibqgħu fit-triq ittajba. Il-gideb għal ħaddieħor forsi fil-qasir qiegħed jaħdem u ta xi riżultati. Fit-tul iżda, il-verità bdiet ħierġa. Iż-żejt beda tiela’ f’wiċċ l-ilma u jum il-kontijiet mal-poplu jasal ukoll għal min ħa t-triq il-qarrieqa.


I

Il-politika tal-libertà Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Therese Comodini Cachia Deputat Ewroparlamentari Partit Nazzjonalista

Kull min tkellem fil-Konvenzjoni tal-PN ta l-ideat tiegħu... kull min tkellem kellu l-libertà kollha jikkritika lill-PN, u l-partit semgħu.

l-Konvenzjoni Ġenerali tal-PN li ltaqgħet ġimagħtejn ilu kienet ta’ sodisfazzjon għal dawk kollha li kienu involuti fiha u li, bħali, ħadmu biex jitwieled dan ilkorp ġdid fil-PN. Meta kont fil-kummissjoni li rrevediet l-istatut tal-Partit u ddiskutejna t-twaqqif talKonvenzjoni Ġenerali, dan kien l-iskop tagħna: li lKonvenzjoni tagħti leħen u forum lil kull min irid jikkontribwixxi l-ideat tiegħu fil-politika u jiddiskutihom ma’ ħaddieħor bil-libertà.

Kontribut liberu fil-politika Jiena dħalt tard fil-politika wara li diġà kont bnejt karriera bħala avukata u għalliema fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Kont naħseb li ftit nies setgħu jagħtu kontribut fil-politika, iwasslu l-ideat fil-ħajja pubblika u jaħdmu biex dawn jitwettqu. Il-bidliet li xtaqt fil-politika kont naħseb li kienu ħolm li ma jistax jitwettaq jekk ma nkunx involuta kompletament flistrutturi tal-partit politiku li deherli li l-aktar kapaċi jwettaq bidliet tajbin. Għalhekk ħdimt biex kull min jixtieq jikkontribwixxi l-ideat tiegħu fil-politika, ikollu fejn jagħmel dan u jiddiskuti ma’ mexxejja politiċi u ma’ oħrajn laspirazzjonijiet li jkun irid ipoġġi quddiemhom.

Konvenzjoni li laħqet l-iskop tagħha Kull min kien mistieden u attenda seta’ jesperjenza l-libertà li biha kulħadd seta’ jitkellem u jinstema’. Ma kien hemm l-ebda muntaġġ – kif issa drajna naraw lill-Partit Laburista jagħmel – biex jinġiebu n-nies miftehmin minn qabel biex ifaħħru jew jitpoġġew sewwa għall-kameras ħalli jaqbduhom iċapċpu u japprovaw. Kull min tkellem fil-Konvenzjoni, ta l-ideat tiegħu lil partit politiku li qed juri li jisma’. Aktar minn hekk, kull min tkellem kellu l-libertà kollha jikkritika lill-PN, u l-partit semgħu. Bil-Konvenzjoni, il-PN ta sinjal qawwi ta’ ftuħ: partit apert għal nies ġodda u għal kull min irid jiddiskuti miegħu, bi kritika u b’ideat ġodda. Il-policy fora jżidu l-ideat Mat-twaqqif tal-Konvenzjoni Ġenerali, hemm ukoll il-policy fora li se jgħinu lill-PN jaġġorna l-policies f’ħafna oqsma. Nies minn barra partit politiku, oħrajn interessati fil-qasam u oħrajn esperti fis-settur se jkunu qed jiddiskutu bil-libertà l-bżonnijiet

23 u x-xewqat tan-nies fis-snin li ġejjin. Dan hu l-mod kif irridu nħarsu ’l quddiem. Hemm ħafna li għamel il-PN biex bena lpajjiż fuq bażi moderna u Ewropea. Imma dan jista’ jkompli jagħmlu jekk iħares ’il quddiem u jifhem il-bżonnijiet u laspirazzjonijiet tan-nies fil-futur. U joffri policies studjati sew għall-implikazzjonijiet kollha tagħhom u li fil-fatt jistgħu jitwettqu għall-ġid tal-Maltin.

Ritmu ġdid Issa, wara l-Konvenzjoni u waqt li qed jiltaqgħu l-policy fora, il-PN jeħtieġ iżomm ir-ritmu. Irid janalizza l-ideat li ħarġu millKonvenzjoni u dawk li ħerġin fil-policy fora. Imbagħad irid ifassal minnhom programm ta’ azzjoni politika. Irid jgħaqqadhom fi pjan koerenti li jkun verament jista’ jitwettaq. Dan hu r-ritmu li qabad il-PN fil-Konvenzjoni u permezz talpolicy fora: partit li qed jaġġorna u li jisma’ lil kulħadd.

Il-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin bħal-lum 25 sena Dan il-ftuħ li qed nitkellmu fuqu hu dak li kull bniedem jixtieq: il-libertà li jitkellem u li jinstema’ f’soċjetà miftuħa li tkun għal ħafna u mhux għal ftit, li tkun għall-kotra u mhux għal dawk li jkunu qed jikkmandaw. Illum qed infakkru ġrajja li wettqet ix-xewqa għall-ftuħ u għal-libertà ta’ ħafna popli. Qed infakkru l-25 sena mindu waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin, is-simbolu ta’ soċjetajiet magħluqin fejn is-sistema li kienet taħdem biss għal dawk li kienu fil-partiti Komunisti faqqret nofs l-Ewropa u għalqitha wara dik li Winston Churchill kien laqqamha ‘lpurtiera tal-ħadid’. Mis-sajf tal-1989 ’il quddiem, ir-reġimi li anke f’Malta fissnin 80 kien hawn min jgħid li kienu reġimi li ta’ min nikkupjawhom, bdew jaqgħu qishom dominoes. Il-popli li kienu taħt il-madmad tal-Komuniżmu qamu b’mod paċifiku u neħħew lill-ħakkiema li kienu jaħkmu taparsi f’isem ilħaddiema imma li fil-fatt kienu jmexxu ’l quddiem ideoloġija falluta li jassret, faqqret u qatlet il-miljuni. Il-ftuħ u l-libertà li ġabet il-waqgħa tal-Komuniżmu għaqqdu lill-Ġermanja u mbagħad lill-Ewropa bil-pajjiżi li sa ftit snin qabel kienu Komunisti li daħlu magħna u warajna l-Maltin fl-UE. Irrivoluzzjoni paċifika tal-libertà ma kinitx bla skossi imma kienet waħda mill-akbar ġrajjiet fl-istorja ta’ Ewropa miftuħa u tal-libertà. Għalhekk, illum ta’ min infakkruha u niċċelebrawha.

Nemmen fil-Partit Nazzjonalista (2) Edwin Vassallo

Il-PN għandu jkun partit li jiddefendi l-libertà aktar milli wieħed li jinteressah li jirbaħ il-poter akkost ta’ kollox.

K

ull deċiżjoni tittieħed wara li ssir diskussjoni fejn kulħadd jgħid tiegħu, l-istrateġisti jgħidu tagħhom, l-oħrajn jgħidu tagħhom, iżda l-valur tal-libertà huwa li nirrispettaw it-tolleranza talideat differenti. Id-deċiżjoni għandha tkun talmaġġoranza iżda dan ma jfissirx li l-maġġoranza għandha dritt li ġġib fix-xejn il-minoranza. Il-vot tal-minoranza għandu jkun rispettat u mhux redikolat jew imkisser. Jekk is-suġġett ikun wieħed ta’ kuxjenza, kull idea għandha tkun rispettata u ħadd m’għandu jkun sfurzat biex jeħodha kontra l-kuxjenza tiegħu għaliex li tixhed għal dak li temmen fih huwa dritt fundamentali ta’ kull persuna. Dan id-dritt għandu jkun rispettat. Lest li ngħix f’minoranza iżda d-dritt li nixhed għal dak li nemmen fih huwa dritt fundamentali tiegħi u niddefendi dan id-dritt.

Min jgħid li hu liberali ma jemminx fit-tolleranza F’gazzetta lokali kien hemm artiklu relevanti miktub minn Mark Anthony Sammut. Nikkwota silta: “As for Beppe Fenech Adami, he is a proven conservative. Nothing unpardonable about that, of course, except he’s in the wrong country at the wrong time”. L-interpretazzjoni li nagħti hija li skont l-awtur, Beppe Fenech Adami mhux tajjeb biex ikun mexxej tal-PN, għaliex huwa evidenti li Beppe huwa magħruf bħala konservattiv. Hawn mhux qed niddefendi lil Beppe u nargumenta favur il-kwalitajiet tiegħu ta’ mexxej. Dik it-tiġrija hija magħluqa u mhux dak linteress tiegħi, iżda qiegħed nuża l-argument ta’ Sammut biex nuri li donnu l-awtur wasal għall-konklużjoni li Beppe mhux materjal tajjeb għal mexxej għaliex huwa konservattiv. L-argument tiegħi huwa li llum, skont diversi li jsostnu li huma liberali, li tkun konservattiv ifisser li qiegħed fi żmien ħażin u f’pajjiż ħażin. Għalhekk m’hawnx post u hekk nara lil dawk li huma liberali li jargumentaw li dawk li jidhru konservat-

tivi, kważi għandhom jitwarrbu. Ħudu bħala eżempju lil Joseph Muscat. Araw x’kien għamel waqt il-vot tad-divorzju. Kien għamel mod li ħadd ma kien jista’ jivvota differenti minn dak li kien ried hu u min baqa’ jinsisti, twarrab. Dan l-argument qed nagħmlu għaliex dawk li jsejħu lilhom infushom liberali għal skop ta’ rebħa tal-poter, hemm biss populiżmu, ir-rebħ tal-poter akkost ta’ kollox.Dan il-Gvern hekk qed iġib ruħu; jew taqbel miegħu inkella m’hemmx post għalik. M’hemmx tolleranza lejn min huwa differenti minnhom. Għandhom biss l-intolleranza għat-tolleranza. Meta jkun hemm dawn ir-realtajiet fil-politika, ikun hemm id-dritt totalitarju, li huwa ċaħda tal-libertà.

Il-PN ma jistax ikun partit totalitarju Il-PN ma jista’ qatt iħaddan il-prinċipju ta’ totalitariżmu fittfassil tal-politika tiegħu. Il-PN għandu jkun partit li jiddefendi llibertà aktar milli wieħed li jinteressah li jirbaħ il-poter akkost ta’ kollox. Partit politiku totalitarju, u ta’ dan għandna eżempju ċar f’pajjiżna, ladarba jirbaħ il-poter, għal skop ta’ rebħ mill-ġdid talpoter, kulma jkun lest li jiddefendi hu l-libertà individwalista li tagħmel kapital mill-egoiżmu tan-nies. Għalija hija l-agħar forma ta’ arroganza. Nemmen li l-PN ma jistax jaqa’ vittma tal-populiżmu li huwa l-egoiżmu fil-politika. Il-PN irid juri lis-soċjetà li huwa partit politiku li tassew jirrispetta l-libertà billi jirrispetta d-diversità, linkużjoni soċjali u l-minoranzi. Nemmen li l-pajjiż jeħtieġ li l-PN ikun il-partit politiku li tassew jemmen fil-libertà u r-rispett lejn il-persuna. Min hawn nibdew it-triq lejn partit li juri li jemmen fis-serjetà u li kapaċi jasal biex jiggverna bi tmexxija serja, onesta u nadifa – u hekk se nkunu differenti iżda wkoll billi naħdmu flimkien għall-ġid tan-nies.


24

Qatt m’aħna se nimmaturaw?

Veru kont iddiżgustat waqt li smajt l-intervista li ngħatat fuq il-mezzi tax-xandir minn Mons. Charles Scicluna dwar il-każ talqassis imsemmi fil-każ ta’ preżunt abbuż sesswali. Ma nafx kif xi ħadd jista’ jħoss li dan hu xi materjal serju jew edukattiv għal xi programm televiżiv. Kont daqstant ieħor imdardar bir-rapporti fil-ġurnali li donnhom ħadu gost jagħmlu dramm minn dan il-każ u ma naqsux milli jidħlu fid-dettalji intimi u saħansitra moqżieża tiegħu. X’interess għall-pubbliku kien dan? Fejn hi l-etika ġurnalistika li tant niftaħru biha? Normalment qatt ma nsegwi programmi li personalment inqishom stupidi, iżda meta ntbaħt bil-preżenza ta’ Monsinjur (f’moħħi kelli l-possibbiltà ta’ xi aħbar wara r-riżenja talArċisqof), waqaft nisma’ fuqiex kienet l-intervista. Nixtieq millewwel ngħid li la nixtieq niskolpa u lanqas nakkuża lil xi ħadd. Dak hu xogħol tal-awtoritajiet responsabbli. X’kien hemm bżonn li Mons. Scicluna jidher u jesprimi ruħu b’dak il-mod? Għaliex waqa’ għal dik it-tentazzjoni? X’ġid ħaseb li għamel? Ċertament li l-poplu għandu jkun jaf bil-każ, bħalma għandu jkun jaf b’kull tip ta’ abbuż ieħor. U jmissu ħafna ilu, xi tmien snin ilu, li l-poplu kellu jkun jaf! Saret xalata mid-debbolizzi talproxxmu, ħażin jew tajjeb! Tgħaġġlux, almenu stennew sakemm tisimgħu l-istorja kollha! Min għandu xi dritt, u dan jgħodd għall-preżentaturi u anki l-mistiedna, li jagħmel spettaklu b’daqshekk pompa fuq ġrajja ta’ daqshekk dwejjaq u jxandruha mal-erbat irjieħ? Nafu x’inhi prudenza? Insewha l-parabbola tar-rix mitfugħ minn fuq għolja f’ġurnata bir-riħ? X’ġiegħel lil Mons. Scicluna indirettament jesprimi dubju fuq il-ġenwinità ta’ mard min-naħa tal-kollega tiegħu? Trid wisq biex tifhem it-trawma li dan ilproxxmu għaddej minnha? U dan ma jistax jiġi interpretat bħala nuqqas ta’ fiduċja fil-professjoni medika li ċċerifikat dan l-istat? Xi ngħidu għall-familja, qraba u ħbieb tal-indagat, li filwaqt li jħossu d-dwejjaq ta’ din id-diżgrazzja, qed isofru innoċentement mid-dell ikrah ta’ din ittraġedja? Mons. Scicluna, taf xi tfisser il-kelma ‘empathy’? Ngħidlek is-sewwa xejn ma għoġobtni! Personalment, qatt ma nasal li nikkundanna lil xi ħadd, u wisq anqas lill-Knisja fuq xi aġir talmembri tagħha. Dawk huma individwi bħalna lkoll. Imma sinċerament inħoss li xejn mhu

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Ittri lill-Editur

ta’ aġir Kristjan jew Nisrani li persuna ekkleżjastika jew ċivili tiġi esposta għall-ġudizzju pubbliku. U fejn hi l-Ġudikatura? Ma nafx, imma ma tħossux li dan laġir jista’ joħloq u jimponi xi tip ta’ preġudizzju min-naħa talopinjoni pubblika fil-każ tat-trattament eventwali ta’ dan il-każ? Il-ħtija jew l-innoċenza għandhom biss jiġu ġġudikati mill-Qrati Ċivili, għalkemm din ma tkunx bilfors il-ġustizzja, imma almenu deċiżjoni studjuża. X’se jiġri jekk il-Qorti Ċivili ma ssibx lil dan l-indagat ħati ta’ xi att kriminali fuq kunsiderazzjoni ta’ ‘consenting adults’ u tirreferi l-każ lura lill-Kurja Arċiveskovili biex tieħu lazzjoni meħtieġa taħt il-Liġi Kanonika? U f’dan il-każ, min se jiġbru r-rix? Joseph M. Cachia Il-Birgu

Aldo Busuttil

Kunċert tal-Milied fid-Dar Ċentrali

Is-sena l-oħra fis-sala ewlenija tad-Dar Ċentrali xi ġimagħtejn qabel il-Milied, kien sar kunċert tal-Milied mit-tenur Aldo Busuttil u l-kor tiegħu. Kien irnexxa ħafna. Kulħadd kien ħareġ sodisfatt u kien sar aktar minn darba. Nixtieq li dis-sena jirrepeti dan il-kunċert forsi fil-ġranet wara l-maratona talPartit. Jekk wara l-kunċert tkun provduta ikla bil-ħlas fidDar Ċentrali bħalma kien sar fi tmiem il-Kunsill Ġenerali talPN ikun ħafna aħjar ħalli nkomplu ngawdu l-atmosfera tal-Milied flimkien. Korista Bormliż Bormla

Nota Editorjali: Din is-sena dan il-kunċert ta’ Aldo Busuttil se jerġa’ jsir u daqt joħorġu ddettalji.


25

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Ittri lill-Editur

L-Arċipriet, il-Ministru u l-pjazza t’Għajnsielem

Dan l-aħħar fuq il-bullettin tal-parroċċa t’Għajnsielem tfaċċat kaxxa skura u li permezz tagħha, l-Arċipriet Dun Frankie Bajada, qiegħed jaġġorna lillpoplu dwar il-proġett tal-pjazza. Hekk pereżempju, il-Ħadd li għadda qrajna kif bl-għajnuna t’Alla, inħarġet il-pjanta għal dan il-proġett. Hi ħaġa tassew sopranaturali hux veru, li wieħed isib pjanta tal-Kunsill Lokali fil-files tal-Ministeru preċedenti, jirtukkaha ftit u jagħmilha tiegħu. Għandna verament għaliex inkunu grati għal dan. Skont dawn l-istess avviżi, dan il-proġett miexi b’ritmu tajjeb, nassumu bil-ġirja u dalwaqt se jkunu qegħdin jintlaqgħu s-suġġerimenti talpoplu. Ċajta tajba. Il-poplu t’Għajnsielem mhux suġġeriment għandu bżonn, iżda spjegazzjoni u tweġibiet għallmistoqsijiet li ilhom isiru flaħħar tmien snin. Fost pompa kbira u kameras tal-aħbarijiet, il-poplu t’Għajnsielem ġie infurmat li ntlaħaq ftehim bejn il-parroċċa u l-Ministeru biex dan il-proġett ikun jista’ jsir. Kien irrappurtat li l-għotja li l-Ministeru kien se joffri kienet ta’ madwar mitt elf ewro. X’fih aktar dan il-ftehim ħadd ma jaf, għax dan sar minn persuni barranin u minn wara dahar il-poplu t’Għajnsielem. Ittajba hi li l-parroċċa aċċettat bla tlaqliq din l-għotja, meta skont lavviżi fil-bullettin tagħha stess, il-pjani għal dan il-proġett għadhom qegħdin jinħadmu u ħadd ma jaf l-ispiża finali kemm se tkun. Fil-ħarġa tal-gazzetta “Illum” tal-Ħadd 7 ta’ Settembru, John Busuttil qalilna li l-Kurja mistennija toħroġ is-somma ta’ €200,000 fuq dan il-proġett. Wieħed hawn jassumi li l-istess John Busuttil, bniedem sportiv u dan l-aħħar midħla wkoll ta’

Għajnsielem FC, jaf li l-istess Kurja, f’laqgħa mad-diriġenti ta’ Għajnsielem FC f’Mejju tal2011, iddikjarat li għandha problemi finanzjarji kbar u sfurzat lil Għajnsielem FC stess biex jintrabat b’kuntratt għal 30 sena u li permezz tiegħu jibda jħallas €3,000 fis-sena għall-użu tal-grawnd t’Għajnsielem. Dan il-grawnd kien ingħata millIsqof Nikol Cauchi għall-użu sportiv tat-tfal t’Għajnsielem. Forsi kien ikun aktar għaqli li kieku dan ir-rappurtaġġ daħal aktar fid-dettall u spjega kif u minn fejn il-Kurja se toħroġ dawn il-flus. Intant, l-istess rappurtaġġ ta importanza lill-enfasi li lMinistru Anton Refalo għamel dwar il-fatt li din il-pjazza ilha fi stat ħażin għal dawn l-aħħar snin...u waqaf hemm. Kemm hu bravu l-Ministru. Tipikament tal-Labour – nofs verità. Naturalment, il-Ministru ma qalx li l-pjanta li kien hemm quddiemu fuq il-mejda, hi listess pjanta li l-Kunsill Lokali t’Għajnsielem ilu s-snin li għamel u li l-Arċipriet Dun Frankie Bajada ilu jiċħad u joġġezzjona għaliha għal dawn is-snin kollha. Il-Ministru naqas milli jsemmi li l-Kunsill Lokali flimkien mal-Ministeru preċedenti, ċedew għal kull talba li għamel l-Arċipriet f’tentattiv li jintlaħaq ftehim, iżda l-Arċipriet joġġezzjona kien u joġġezzjona baqa’. Minn fuq, il-Ministru aktarx qiegħed jippretendi li l-poplu t’Għajnsielem jgħidlu grazzi u prosit għal din il-pantomima li laħqet il-qofol tagħha fuq l-artal, nhar il-Ħadd tal-festa waqt ilquddiesa pontifikali. Dan ir-rappurtaġġ ta limpressjoni għarrieqa f’sens li problemi ta’ tmien snin, ilMinistru Anton Refalo kien kapaċi jsolvi kollox f’temp ta’ ftit xhur. Allura wieħed jistaqsi jekk dan il-ftehim kien daqstant faċli li jintlaħaq, x’kien il-mottiv veru wara l-oġġezzjonijiet insensati li l-Arċipriet Bajada għamel għal tmien snin sħaħ fuq il-pjani tal-Kunsill Lokali u talMinisteru preċedenti, meta lofferta ta’ dawn iż-żewġ entitajiet kienet tammonta għal madwar €350,000 u mingħajr il-

bżonn li l-Kurja toħroġ sold? Kif issa l-Arċipriet intrabat biex il-Kurja toħroġ il-bqija talispejjeż, rappurtati li se jkunu €200,000? U tgħid din ilwegħda tal-Kurja tixbah lil wegħda vojta tal-Arċipriet Bajada fuq l-arloġġ li suppost għandu jsir fil-kampnar u li għalih kellu joħroġ l-ispejjeż kollha hu “minn butu” meta filfatt kellu jkun il-poplu t’Għajnsielem li jħallas għal dan l-arloġġ permezz taddonazzjonijiet tiegħu? Aktar minn hekk, waqt ilprogramm tal-banda fil-ġranet tal-festa, smajna lill-Ministru Anton Refalo jgħid li minn dejjem kienet il-ħolma tiegħu li jara dan il-proġett isir. X’għamel il-Labour qabel l-elezzjoni ħadd ma jaf, iżda jidher li l-affarijiet ma sarux għalxejn u kollox kien

premeditat. Iż-żejt għad jitla’ f’wiċċ l-ilma u l-verità xi darba jew oħra tinkixef. F’dan listadju, il-poplu t’Għajnsielem irid joqgħod attent ħafna, speċjalment għall-appelli li minn hawn u ftit ieħor se jsirulu, għax ħelu ħelu u mingħajr lanqas biss jinduna, jaf ikun qiegħed jiffinanzja manuvri makkjavelljani ta’ qabel lelezzjoni mill-Partit Laburista.

Lorenzo Valla Għajnsielem

Il-kelma ta’ PM

L-irġiel ta’ dari tgħidx kemm kienu jgħiru għall-kelma li jkunu taw.

Għalihom kienet daqs l-aqwa kuntratt miktub. Qabel l-elezzjoni ta’ Marzu 2013, Joseph Muscat kien ta kelma li sa sentejn wara, jiġifieri sa Marzu 2015 ikun bena power station ġdida taħdem bilgass. Sena wara, fis-6 ta’ Marzu 2014, Muscat qal li jinsab konvintissimu li l-power station issir sa dak iż-żmien. Mistoqsi wkoll waqt programm fuq l-istazzjon nazzjonali jekk kienx għadu jħossu marbut li jekk il-power station ma ssirx sa dak iż-żmien, huwa kien jirriżenja, il-Prim Ministru wieġeb ‘Jien inżomm il-kelma tiegħi’. Għadni nistenna! Macchiavelli Il-Mosta


25

Il-Ħadd, 2 ta’ Novembru, 2014

Ittri lill-Editur

L-Arċipriet, il-Ministru u l-pjazza t’Għajnsielem

Dan l-aħħar fuq il-bullettin tal-parroċċa t’Għajnsielem tfaċċat kaxxa skura u li permezz tagħha, l-Arċipriet Dun Frankie Bajada, qiegħed jaġġorna lillpoplu dwar il-proġett tal-pjazza. Hekk pereżempju, il-Ħadd li għadda qrajna kif bl-għajnuna t’Alla, inħarġet il-pjanta għal dan il-proġett. Hi ħaġa tassew sopranaturali hux veru, li wieħed isib pjanta tal-Kunsill Lokali fil-files tal-Ministeru preċedenti, jirtukkaha ftit u jagħmilha tiegħu. Għandna verament għaliex inkunu grati għal dan. Skont dawn l-istess avviżi, dan il-proġett miexi b’ritmu tajjeb, nassumu bil-ġirja u dalwaqt se jkunu qegħdin jintlaqgħu s-suġġerimenti talpoplu. Ċajta tajba. Il-poplu t’Għajnsielem mhux suġġeriment għandu bżonn, iżda spjegazzjoni u tweġibiet għallmistoqsijiet li ilhom isiru flaħħar tmien snin. Fost pompa kbira u kameras tal-aħbarijiet, il-poplu t’Għajnsielem ġie infurmat li ntlaħaq ftehim bejn il-parroċċa u l-Ministeru biex dan il-proġett ikun jista’ jsir. Kien irrappurtat li l-għotja li l-Ministeru kien se joffri kienet ta’ madwar mitt elf ewro. X’fih aktar dan il-ftehim ħadd ma jaf, għax dan sar minn persuni barranin u minn wara dahar il-poplu t’Għajnsielem. Ittajba hi li l-parroċċa aċċettat bla tlaqliq din l-għotja, meta skont lavviżi fil-bullettin tagħha stess, il-pjani għal dan il-proġett għadhom qegħdin jinħadmu u ħadd ma jaf l-ispiża finali kemm se tkun. Fil-ħarġa tal-gazzetta “Illum” tal-Ħadd 7 ta’ Settembru, John Busuttil qalilna li l-Kurja mistennija toħroġ is-somma ta’ €200,000 fuq dan il-proġett. Wieħed hawn jassumi li l-istess John Busuttil, bniedem sportiv u dan l-aħħar midħla wkoll ta’

Għajnsielem FC, jaf li l-istess Kurja, f’laqgħa mad-diriġenti ta’ Għajnsielem FC f’Mejju tal2011, iddikjarat li għandha problemi finanzjarji kbar u sfurzat lil Għajnsielem FC stess biex jintrabat b’kuntratt għal 30 sena u li permezz tiegħu jibda jħallas €3,000 fis-sena għall-użu tal-grawnd t’Għajnsielem. Dan il-grawnd kien ingħata millIsqof Nikol Cauchi għall-użu sportiv tat-tfal t’Għajnsielem. Forsi kien ikun aktar għaqli li kieku dan ir-rappurtaġġ daħal aktar fid-dettall u spjega kif u minn fejn il-Kurja se toħroġ dawn il-flus. Intant, l-istess rappurtaġġ ta importanza lill-enfasi li lMinistru Anton Refalo għamel dwar il-fatt li din il-pjazza ilha fi stat ħażin għal dawn l-aħħar snin...u waqaf hemm. Kemm hu bravu l-Ministru. Tipikament tal-Labour – nofs verità. Naturalment, il-Ministru ma qalx li l-pjanta li kien hemm quddiemu fuq il-mejda, hi listess pjanta li l-Kunsill Lokali t’Għajnsielem ilu s-snin li għamel u li l-Arċipriet Dun Frankie Bajada ilu jiċħad u joġġezzjona għaliha għal dawn is-snin kollha. Il-Ministru naqas milli jsemmi li l-Kunsill Lokali flimkien mal-Ministeru preċedenti, ċedew għal kull talba li għamel l-Arċipriet f’tentattiv li jintlaħaq ftehim, iżda l-Arċipriet joġġezzjona kien u joġġezzjona baqa’. Minn fuq, il-Ministru aktarx qiegħed jippretendi li l-poplu t’Għajnsielem jgħidlu grazzi u prosit għal din il-pantomima li laħqet il-qofol tagħha fuq l-artal, nhar il-Ħadd tal-festa waqt ilquddiesa pontifikali. Dan ir-rappurtaġġ ta limpressjoni għarrieqa f’sens li problemi ta’ tmien snin, ilMinistru Anton Refalo kien kapaċi jsolvi kollox f’temp ta’ ftit xhur. Allura wieħed jistaqsi jekk dan il-ftehim kien daqstant faċli li jintlaħaq, x’kien il-mottiv veru wara l-oġġezzjonijiet insensati li l-Arċipriet Bajada għamel għal tmien snin sħaħ fuq il-pjani tal-Kunsill Lokali u talMinisteru preċedenti, meta lofferta ta’ dawn iż-żewġ entitajiet kienet tammonta għal madwar €350,000 u mingħajr il-

bżonn li l-Kurja toħroġ sold? Kif issa l-Arċipriet intrabat biex il-Kurja toħroġ il-bqija talispejjeż, rappurtati li se jkunu €200,000? U tgħid din ilwegħda tal-Kurja tixbah lil wegħda vojta tal-Arċipriet Bajada fuq l-arloġġ li suppost għandu jsir fil-kampnar u li għalih kellu joħroġ l-ispejjeż kollha hu “minn butu” meta filfatt kellu jkun il-poplu t’Għajnsielem li jħallas għal dan l-arloġġ permezz taddonazzjonijiet tiegħu? Aktar minn hekk, waqt ilprogramm tal-banda fil-ġranet tal-festa, smajna lill-Ministru Anton Refalo jgħid li minn dejjem kienet il-ħolma tiegħu li jara dan il-proġett isir. X’għamel il-Labour qabel l-elezzjoni ħadd ma jaf, iżda jidher li l-affarijiet ma sarux għalxejn u kollox kien

premeditat. Iż-żejt għad jitla’ f’wiċċ l-ilma u l-verità xi darba jew oħra tinkixef. F’dan listadju, il-poplu t’Għajnsielem irid joqgħod attent ħafna, speċjalment għall-appelli li minn hawn u ftit ieħor se jsirulu, għax ħelu ħelu u mingħajr lanqas biss jinduna, jaf ikun qiegħed jiffinanzja manuvri makkjavelljani ta’ qabel lelezzjoni mill-Partit Laburista.

Lorenzo Valla Għajnsielem

Il-kelma ta’ PM

L-irġiel ta’ dari tgħidx kemm kienu jgħiru għall-kelma li jkunu taw.

Għalihom kienet daqs l-aqwa kuntratt miktub. Qabel l-elezzjoni ta’ Marzu 2013, Joseph Muscat kien ta kelma li sa sentejn wara, jiġifieri sa Marzu 2015 ikun bena power station ġdida taħdem bilgass. Sena wara, fis-6 ta’ Marzu 2014, Muscat qal li jinsab konvintissimu li l-power station issir sa dak iż-żmien. Mistoqsi wkoll waqt programm fuq l-istazzjon nazzjonali jekk kienx għadu jħossu marbut li jekk il-power station ma ssirx sa dak iż-żmien, huwa kien jirriżenja, il-Prim Ministru wieġeb ‘Jien inżomm il-kelma tiegħi’. Għadni nistenna! Macchiavelli Il-Mosta


Mad-900 persuna f’Malta li jabbużaw mid-droga eroina 26

Bħalissa f'Malta hawn talinqas madwar 900 persuna li jabbużaw jew li kienu jabbużaw mid-droga eroina u qed imorru għall-kura talmethadone b'mod regolari fiċĊentru Detox. Dan joħroġ minn intervista mal-Assistent Kummissarju Norbert Ciappara li jmexxi tTaqsima tal-Pulizija ta' Kontra d-Droga, u dan wara li filjiem li għaddew il-European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction (MCDDA) poġġa lil Malta fittieni post fl-Ewropa f'dak li jirrigwarda l-abbuż milleroina, li hi meqjusa bħala fost l-aktar drogi perikolużi u li tista' twassal għall-mewt.

Ir-rapport tal-MCDDA Dan ir-rapport ikopri nies ta' bejn il-15 u l-64 sena. Ir-rapport juri li pajjiżna għandu rata ta' 7.5 każi ta' abbuż milleroina għal kull 1,000 persuna tal-popolazzjoni. L-eroina tibqa kawża ewlenija talimwiet marbutin mal-abbuż mid-droga u l-aktar talbiet għal trattamenti ta' kura minn fost dawk li jieħdu d-drogi, isiru proprju minn dawk li jabbużaw mill-eroina. Dwar dan ir-rapport, Norbert Ciappara spjega li dan ir-rapport ikun ippubblikat kull sena u l-Pulizija Maltija tgħaddi l-informazzjoni lil Focal Point u viċi versa, li min-naħa tiegħu jgħaddiha lil MCDDA. Hu qal li wieħed irid jara l-pożizzjoni ġeografika ta' Malta fejn ittrattament tal-methadone hu

Feature

– L-Assistent Kummissarju Norbert Ciappara

Charles Muscat

charles.muscat@media.link.com.mt

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

parti mill-Iskema Nazzjonali tas-Saħħa u għalhekk kulħadd hu intitolat għalih. Id-Detox Centre fejn jingħata t-trattament hu wieħed ċentrali u Malta hi pajjiż żgħir. Għalhekk dawk li għandhom il-vizzju tad-droga eroina f'pajjiżna kważi kollha huma magħrufa u aċċessibbli. Għalhekk f'Malta nkunu qed naraw persentaġġ għoli ta' persuni li għandhom il-vizzju tal-eroina li jmorru għat-trattament, imma dan ma jfissirx li Malta għandha fost l-ogħla rati ta' persuni li jieħdu leroina. Il-fatt li f'Malta narawhom kważi kollha kemm huma u f'pajjiżi kbar ma jidhrux kollha, il-każi ta' dawk li jieħdu l-eroina f'pajjiżna jidhru akbar meta mqabbel mal-popolazzjoni, għalkemm dan ma jkunx ilfatt. Fil-fatt f'pajjiżi kbar ikun hemm nies bil-vizzju taleroina li jkunu qed jieħdu self medication u ma jkunux reġistrati bħala addicts tal-eroina. Norbert Ciappara qal li biex wieħed jara l-pożizzjoni ta' dawk li jieħdu l-eroina, jidher li l-pożizzjoni tal-addicts f'pajjiżna stabbilizzat fl-aħħar tliet snin. Hu qal li hawn madwar 900 li qed imorru għallkura b'mod regolari fiċ-Ċentru tad-Detox u dawn huma nies li jużaw jew li kienu jużaw iddroga eroina. Dawn ikunu eżaminati mit-tobba taċĊentru u wara jingħataw ilmethadone biex inaqqsu ddipendenza fuq l-eroina u eventwalment jieqfu mill-vizzju. Uħud minn dawk il-per-

L-eroina hi meqjusa fost l-aktar drogi perikolużi

suni jibdew programm ta' riabilitazzjoni mill-vizzju taddroga jew permezz ta' programmi tal-Aġenzija Sedqa, tal-OASI jew tal-Caritas.

Il-ħidma tad-Drug Squad Dwar il-ħidma tad-Drug Squad tal-Pulizija, l-Assistent Kummissarju Norbet Ciappara qal li l-iskwadra hi ffurmata minn ħames spetturi, Officer in-charge u minnu bħala Assistent Kummissarju.

Dawk li għandhom il-vizzju tad-droga eroina f’pajjiżna kważi kollha huma magħrufa u aċċessibbli

B'kollox din it-Taqsima għandha ftit iktar minn 50 membru u għandha l-istruttura tagħha. Iżda għad hemm xi elementi neqsin. Imma permezz tar-reklutaġġ il-ġdid, dawn il-postijiet qed jimtlew. LIskwadra kif inhi komposta bħalissa, tiffunzjona, u tiffun-

zjona tajjeb. Hemm elementi fl-Iskwadra li jkunu qed jassistu lill-Ispetturi fl-investigazzjonijiet u hemm elementi li jkunu qed jaħdmu barra u jiġbru l-informazzjoni u lintelligence. Ix-xogħol primarju tagħhom hu li jaqbdu

għal paġna 27

STATISTIKA DWAR QABDIET TA’ DROGA JANNAR-SETTEMBRU 2014 Kokaina Kokaina crack Eroina Resina tal-kannabis Ħaxixa tal-kannabis Żerriegħa tal-kannabis Pjanti tal-kannabis Ecstasy Khat Mephedrone (meaw) Amfetamina Cutting agent GBL Kannabis Legal Highs

2,047.33 gramma 0.2 grammi 392.8 grammi 39,113.7 grammi 45,420.07 grammi 376 grammi 8 212-il pillola 622.6 grammia 9.06 grammi 1.1 grammi 7 grammi 500 millilitru 35 ġonta 2.4 grammi


27

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Feature

F’sena nqabdu 104 każi ta’ traffikar ta’ droga

Dwar id-droga kokaina, l-Assistent Kummissarju Ciappara qal li fl-aħħar snin kienet qed tkun id-droga li jagħżlu dawk li jkunu qegħdin jiddevertu

minn paġna 26

persuni jew gruppi ta' persuni li jkunu involuti fit-traffikar tad-droga. Hu qal li l-policy tal-iskwadra hi li hemm lgħanqbuta u hemm il-brimba. Hu tajjeb li wieħed imur għal qabda tad-droga, imma meta tagħmel dan jista' jkun li ssib il-messaġġier (courier) biss. Ikun tajjeb li wieħed jindirizza l-investigazzjoni tiegħu fuq l-individwu jew l-individwi li jkunu qegħdin jorganizzaw dak it-traffikar tad-droga.

Suċċess fil-konfront ta' traffikanti Taljani Hu qal li din is-sena liskwadra kellha diversi suċċessi fil-konfront ta' xi Taljani li qed jittraffikaw ilkannabis f'Malta. Jiġifieri l-

Iskwadra tkun qed tindirizza l-ħidma tagħha f'dawk iddirezzjonijiet. Għalhekk ilmira tal-iskwadra hi li lewwel tipprova taħdem maddwana biex twaqqaf id-droga qabel tidħol f'pajjiżna. Hu qal li wieħed mhux se jkollu suċċess totali f'din il-ħidma u għalhekk l-iskwadra taħdem ukoll biex tnaqqas kemm tista' s-supply tad-droga mit-triq. Għalhekk isiru wkoll investigazzjonijiet fil-konfront ta' street trafficking.

Id-droga waqt il-parties Norbert Ciappara spjega li meta l-Pulizija mit-Taqsima ta' Kontra d-Droga tmur f'post fejn ikunu qed jiġi organizzat xi party kbir, tagħmel dan biex kemm jista' jkun tipprova tnaqqas kemm l-abbuż

Din is-sena l-iskwadra kellha diversi suċċessi fil-konfront ta’ xi Taljani li qed jittraffikaw il-kannabis f’Malta

minħabba s-sigurtà ta' dawk li jattendu u biex ma tħallix li jsir traffikar ta' droga f'dak ilpost. Għalhekk ix-xogħol taliskwadra waqt party jkollu żewġ għanijiet, l-ewwel li ma jsirx traffikar fil-post u t-tieni biex ma jkunx hemm abbuż fejn ikun hemm nies li qegħdin jiddevertu u jista' jkun hemm alkoħol u droga, u jista' jkun hemm il-fatalitajiet. Il-preżenza tal-Pulizija waqt attivitajiet bħal dawn tista' sservi wkoll bħala deterrent. Hu qal li meta wieħed jagħmel investigazzjoni, anke investigazzjoni dwar traffikar fit-triq, wieħed se jiltaqa' ma

dawk li jieħdu droga li jkunu qed jixtruha u jkun qed jibni l-investigazzjoni minn hemm.

Is-sitwazzjoni tad-droga kokaina Dwar id-droga kokaina, lAssistent Kummissarju Ciappara qal li fl-aħħar snin kienet qed tkun id-droga li jagħżlu dawk li jkunu qegħdin jiddevertu. Hu qal li minn intelligence tal-Iskwadra ta' Kontra d-Droga ma jidhirx li hawn xi żieda fis-suq għalkemm dan ma jfissirx li m'hawnx kokaina fis-suq. Likbar enfasi bħalissa qiegħda fuq il-kannabis u fil-fatt dan

joħroġ mill-qabdiet li saru din is-sena mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga.

Il-ħidma internazzjonali tal-Pulizija Il-Pulizija Maltija kontinwament taħdem mal-Pulizija barranin permezz talInternational Relations Unit li jikkordina l-korrispondenza u l-koordinazzjoni mal-Pulizija internazzjonali. Kemm itTaqsima ta' Kontra d-Droga u anke taqsimiet oħrajn, permezz tal-laison officer li lPulizija għandhom filEuropol, jikkomunikaw u anke jiltaqgħu u jagħtu evidenza lil xulxin. Norbert Ciappara qal li r-relazzjoni mal-Pulizija internazzjonali hi tajba ħafna u jkun hemm koperazzjoni reċiproka.


28

29

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Safar

Dehra mill-isbaħ ta’ Riomaggiore, li torbot ħafna mal-attività marittima li wieħed isib f’dan ir-raħal firreġjun tal-Ligurja

Riomaggiore… sbuħija naturali f’kull staġun

Il-kastell li jmur lura għall-perjodu ta’ bejn is-seklu 15 u 16 iħalli timbru storiku f’Riomaggiore li mill-għolja fejn jinsab, kull turist jista’ jgawdi veduta impressjonanti tal-villaġġ bi lwien varji li jsebbħu d-djar li jikkontrastaw mal-ħdura naturali li joffri l-post

Euchar Mizzi mizzieuchar@gmail.com

Il-knisja ddedikata lil San Ġwann il-Battista, mibnija fl-1340 hija fost l-aktar postijiet reliġjużi mfittxija fiċ-Cinque Terre

L-esperjenza tal-produzzjoni tal-inbid u mhux inqas li wieħed iduq tipi differenti ta’ nbid hija fost l-aktar imfittxija minn min iżur Riomaggiore

Riomaggiore huwa villaġġ filProvinċja ta’ La Spezia, li jinsab filwied żgħir fil-Ligurja, reġjun tal-Italja. Huwa l-ewwel post miċ-Cinque Terre li tiltaqa’ miegħu inti u ġej mid-direzzjoni ta’ La Spezia. Il-villaġġ imur lura għall-bidu tas-

seklu 13 u huwa magħruf għall-karattru storiku u l-inbid li jipproduċi middwieli tal-belt. Riomaggiore huwa fir-reġjun tarRiviera di Levante u għandu x-xtajta fuq il-Golf ta’ Ġenova fil-Mediterran, bi xtajta żgħira u b’moll żgħir imdawwar b’bini għoli. F’Riomaggiore hemm waħda jew żewġ toroq fejn jiltaqgħu ħafna nies u jiddevertu fihom.

Riomaggiore huwa l-villaġġ l-aktar lejn in-Nofsinhar taċ-Cinque Terre, li jingħaqdu permezz ta’ mogħdija dejqa. L-ilma u l-ġenb tal-muntanja kienu ddikjarati bħala park nazzjonali. Riomaggiore għandu zona ta’ madwar 10 kilometri kwadri, filwaqt li l-popolazzjoni tlaħħaq madwar 1,800 ruħ. Il-qaddis protettur ta’ Riomaggiore huwa San Ġwann il-Battista u l-festa tiegħu tkun iċċelebrata fl-24 ta’ Ġunju.

F’raħal bħalma huwa Riomaggiore li għandu rabta mal-baħar, ma jonqosx li fost l-aktar ikel imfittex ikun hemm għamliet differenti ta’ ħut

Via dell’Amore hi mfittxija ħafna mit-turisti għall-mixja spettakolari li toffri u li tgħaqqad lil Riomaggiore ma’ Manarola

Riomaggiore… huwa attrazzjoni kbira għat-turisti biex iżuru l-inħawi dikjarati bħala park nazzjonali minħabba li jlaqqgħu lit-turist mal-attività li wieħed isib f’dan ir-raħal pittoresk


30

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Teatru

Il-Kuluri tal-Perlini

Fiż-żewġ ritratti ta’ fuq jidhru wħud mill-atturi protagonisti fid-dramm ‘Il-Kuluri tal-Perlini’. Mix-xellug: Anthony Ellul u Antonella Galea Loffreda u Mario Micallef u Larissa Bonaci

F’għeluq il-100 sena mit-twelid tad-drammaturgu Ġużè Chetcuti...Dramm b’kitba ta’ Żep Camilleri fit-Teatru Manoel fl-14, 15 u 16 ta’ Novembru

F’għeluq il-mitt sena mit-twelid taddrammaturgu Ġużè Chetcuti, ilkumpanija Talenti, flimkien mat-Teatru Manoel, se jippreżentaw d-dramm IlKuluri tal-Perlini, kitba ta’ Żep Camilleri, addattata mid-dramm Imħuħ Morda, ta’ Ġużè Chetcuti. Dan iddramm f’żewġ atti, se jkun preżentat fl14, 15 u 16 ta’ Novembru, fit-Teatru Manoel, fit-8.00pm. Ċert. 12+. F’raħal ċkejken qrib il-baħar tinġabar il-familja ta’ Anton, awtur ta’ rumanzi u poeżiji, u bniedem b’ideat partikulari, għall-btajjel tal-karnival. Miegħu jieħu ’l martu Lizette, li darba kienet żeffiena tal-ballet, artista Franċiża miġjuba f’Malta ħafna snin qabel, minn oħt

Anton, l-impreżarja Emilia. Binthom Suzanne, ta’ 18-il sena, tkun diġà bdiet tifforma ideat ftit strambi, l-effett talqari tal-kotba ta’ missierha. Il-ġrajja kollha sseħħ f’misraħ ċkejken fil-qalba tar-raħal fejn jiddomina ħanut tipiku raħli tax-xorb, proprjetà ta’ Netta. Parruċċan frekwenti f’dan ilħanut ikun Totinu, ġardinar li fih tidher arja ta’ sinjur fallut, għalkemm moħħu dejjem jhewden fuq il-flus u l-ġid. Ma’ dawn jiżdiedu Dr Alex Calamatta, psikjatra u ħabib mit-tfulija ta’ Anton, li jkun imqabbad jieħu ħsieb lil Lizette għax Anton ikun qed jissuspetta ħażin fiha, u Oswald, il-maħbub ta’ Suzanne, ġuvni bi problemi familjari.

Id-dramm jittratta dwar il-problemi ta’ kull karattru. Dik ċentrali tkun ta’ Anton li minn xi żmien ikun tilef ilfiduċja ta’ martu Lizette lejh, u tiegħu fiha. Iżda l-intriċċi bejn il-karattri ta’ dan ix-xogħol ma jonqsux, l-aktar meta nsiru nafu li żmien qabel Alex Calamatta kellu ġibda kbira lejn Lizette għad-dispett ta’ żewġha u ħabibu Anton. X’relazzjoni kellu Alex ma’ Emilia, oħt Anton? Xi jkun sew għall-moħħ ħafif ta’ Totinu? Kemm għandha tkun fdata Netta? Kif jaffettwaw il-problemi familjari ta’ Oswald? Dan it-thriller jidentifika l-problemi soċjali li wieħed jiltaqa’ magħhom

kuljum, u ta’ dejjem – imħabba, tradiment, suspetti, spjunaġġ u elementi oħrajn koroh u ftit pjaċevoli li l-kundizzjoni umana fl-agħar waqtiet tagħha taf tigglorifika. Jieħdu sehem: Mario Micallef, Monika Attard, Antonella Galea Loffreda, Anthony Ellul, Marvic Cordina, Larissa Bonaci, Mario Spiteri (Snitz), Clive Piscopo u Nico Micallef. Id-direzzjoni sa tkun f’idejn Żep Camilleri. Il-booking jinsab miftuħ mil-booking tat-Teatru Manoel, tel: 21246389. Email: bookings@teatrumanoel.com.mt Jew online: www.teatrumanoel.com.mt.


Is-sistema respiratorja Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Saħħa

Kull ċellola f’ġisimna għandha bżonn l-ossiġnu biex tgħix, u dawn iċ-ċelloli jarmu l-carbon dioxide. Irrwol tas-sistema respiratorja flimkien mas-sistema taċ-ċirkolazzjoni hi li twassal l-ossiġnu mill-pulmun għaċċelloli, tneħħi l-carbon dioxide u terġa’ lura lejn il-pulmun u tinħareġ ’il barra kull meta narmu n-nifs ’il barra. Din hi sistema effiċjenti ħafna speċjalment meta wieħed iqis id-daqs tal-wiċċ tal-pulmun li hu 40 darba akbar minn ġisimna kollu u l-fatt li ddemm kollu ta’ ġisimna jgħaddi millpulmun darba kull minuta. Pulmun f’saħħtu jdaħħal u joħroġ madwar 500ml ta’ arja madwar tnax u ħmistax-il darba fil-minuta. Li nieħdu n-nifs hu proċess naturali u nagħtu kas tiegħu biss meta jkun diffiċli biex nieħdu n-nifs, pereżempju waqt leżerċizzju. Fil-pulmun, l-ossiġnu mill-arja jgħaddi fil-vini u l-arterji, hemmhekk jitħallat maċ-ċelloli ħomor tad-demm. Dan id-demm mimli bl-ossiġnu jimxi mill-pulmun lejn il-qalb fejn jitqassam mal-kumplament tal-ġisem. Fl-istess ħin il-carbon dioxide jinġabar mad-demm u jispiċċa filplażma, li hi l-parti likwida taddemm. Dan il-carbon dioxide jirritorna fil-pulmun minfejn jintrema permezz tan-nifs. Xi drabi organiżmi oħra jidħlu f’ġisimna meta aħna nieħdu n-nifs. Ittunsilli u l-adenoids iservu ta’ protezzjoni minn xi organiżmi u infezzjonijiet u ma jitħallewx jidħlu fil-pulmun. Partiċelli fl-arja jistgħu jiġu ffiltrati permezz tal-mucus u jitwarrbu ’l bogħod mill-pulmun minn xagħar żgħir imsejjaħ cilia. Fl-aħħar dawn l-organiżmi jintremew millġisem permezz tal-għatis jew sogħla. Il-pulmun jista’ jiġrilu l-ħsara minn bosta fatturi. Pereżempju b’duħħan u trab, infezzjonijiet u allerġiji. Dawn jistgħu jikkawżaw kundizzjonijiet li jvarjaw fis-severità tagħhom, minn sogħla sa kanċer fil-pulmun. Waħda mill-aktar kundizzjonijiet komuni hi l-ażma li tkun ikkawżata meta jiffjamma l-passaġġ tal-arja u għalhekk ikun aktar diffiċli biex wieħed jieħu n-nifs. Hawn min ikollu attakki ħfief ta’ darba kultant u min ikollu attakki ta’ kuljum li jagħmlulu ħajtu diffiċli. Wieħed dejjem għandu jieħu l-attakki tal-ażma bis-serjetà għaliex jekk jiġu traskurati u ma jinghatawx il-kura meħtieġa jistgħu jwasslu saħansitra għall-mewt. Ħafna drabi l-ażma tibda fit-tfal, laktar is-subien, iżda meta titfaċċa fladulti nsibu li hi aktar komuni finnisa. F’Malta għandna waħda mill-

31

Importanti li min ibati bl-ażma jkollu inħejler fil-qrib, li jgħinu jnaqqas ir-riskji tal-qtugħ ta’ nifs

Illum hu ppruvat b’ċertezza li l-‘passive smokers’ – dawk li jibilgħu d-dħaħen ta’ ħaddieħor intortament għax jinzertaw fil-qrib – isofru konsegwenzi negattivi f’saħħithom, partikolarment dawk li jbatu bl-ażma. F’dan is-sens hu aktar u aktar irresponsabbli min ipejjep qrib it-tfal, meta nafu kemm hu kbir il-persentaġġ ta’ tfal li jbatu bl-ażma. Il-konsegwenzi fuq it-tfal, f’dan il-każ, huma aktar gravi minn dawk tal-adulti.

ogħla rati tal-ażma u nsibu li madwar 15 sa 20 fil mija tat-tfal ibatu b’din il-kundizzjoni filwaqt li fil-kbar irrata hi ta’ madwar 10 fil-mija. Xi fatturi li jikkawżaw l-ażma huma lpollen, id-dust mites, moffa u xi annimali domestici. Hemm ukoll xi pilloli li jistgħu jqabbdu attakk talażma. L-ażma tista’ tippreżenta ruħha b’dawn is-sintomi: tisfir fis-sider, tħoss sidrek jingħafas, in-nifs jinqata’, diffikultà biex tarmi n-nifs, sogħla xotta, paniku u jxoqq l-għaraq għalik. Ħafna drabi dawn is-sintomi jkunu aktar persistenti mal-lejl u kmieni filgħodu. Madankollu l-ażma tista’ tiġi kkontrollata permezz ta’ mediċina li taħdem mill-ewwel u billi nżommuha kkontrollata permezz ta’

mediċina li tittieħed għal tul ta’ żmien, dejjem b’konsultazzjoni mattabib tiegħek. Wieħed jista’ jevita u jnaqqas irriskju ta’ attakk, jew li jnaqqas issintomi meta jkun hemm attakk billi:Ma jpejjipx u ma joqgħodx f’postijiet bid-duħħan.

Iżid l-eżerċizzju, speċjalment lgħawm. Jevita sustanzi li jistgħu jikkawżaw attakk. Dejjem iżomm inħejler fuqu. Jekk l-attakk ikun ġej minn stress jipprova jipprattika eżerċizzju ta’ rilassament.


32

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Kotba

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Dar il-Mediterran se tinkludi fiha madwar 50 attività għall-pubbliku. Fuq ix-xellug jidher il-poster ta’ din l-edizzjoni tal-Festival.

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ħabbar il-programm tal-avvenimenti tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li se jseħħ fuq perjodu ta’ ħamest ijiem, bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta. Il-Festival tal-Ktieb hu miftuħ għal kulħadd bla ħlas u bi programm li jinkludi madwar ħamsin avveniment miftuħa għall-pubbliku. Pubblikaturi u awturi lokali se jkunu qed iniedu u jbigħu x-xogħlijiet ġodda

tagħhom filwaqt li l-parteċipazzjoni internazzjonali din is-sena hija mmarkata permezz ta’ għaxar pubblikaturi Taljani rappreżentati minn “Editore Morrone”, grazzi għall-Istitut Kulturali Taljan u ħanut tal-kotba Franċiż malawtur ċelebri Pierre Assouline, bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata Franċiża. It-tfal tal-iskola li se jattendu fil-ħinijiet ta’ filgħodu se jingħataw voucher ta’ kotba ta’ €2 u se jgawdu minn teatru animat mid-Drama Unit tadDipartiment tal-Edukazzjoni.


Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Kotba

Il-Ħaġar għadu ħabib tal-Imnajdra

‘Temenos’ – Charles Briffa – Rumanz poetiku fuq l-Imnajdra li jinseġ il-ġrajja mistħajla tal-ispirtu erojku tal-Malti ħieles bi qlubitu Temenos hija l-ġrajja mistħajla tal-bini talImnajdra li tifrex il-valuri tradizzjonali li jsawru lilleroj Malti – valuri li jgħoddu għal dejjem, ukoll għal żmienna. Wara l-bini tal-Imnajdra, issir funzjoni biex tagħti qima lill-allat. Imma waqt din il-funzjoni jinqatel Ħattar (ilqassis-mexxej tal-komunità), u mad-daqqa li toqtlu t-taqtigħa ewlenija tibda bejn Għaqli (il-protagonist fuq in-naħa tal-forzi prudenti) u Għakri (it-tirann fuq in-naħa tal-forzi egoistiċi). Il-ġrajja hija mfawra blazzjoni u l-avventuri, u fl-

istħajjil tara (fost oħrajn): – it-tajfa ewlenija li waslet fuq dawn il-gżejjer; – x’wassal għall-bini tal-maqdes; – il-ħidma tal-bini bikri; – l-imħabba tal-eroj u martu; – it-trawwim sod talulied; – il-ħsieb għall-invenzjonijiet bikrin; – iż-żjara fid-dinja ta’ taħt għall-għarfien; – il-ġlied għall-ħelsien. Hija ġrajja mwettqa birrikkezza espressiva u kulturali tal-ilsien Malti biex tagħti ġieħ lill-moħħ indipendenti li jfittex ilħelsien tal-ħsieb u tal-

Storja ta’ Malti li jivvjaġġa fiż-żmien – Darren Agius

‘L-istorja tiegħi’ (Pubblikazzjoni Horizons) hi storja pjaċevoli ta’ Malti li jkollu x-xorti li jivvjaġġa fiżżmien, iżur avvenimenti storiċi importanti fl-istorja tagħna, uħud magħrufin bħall-Assedju l-Kbir u s-Sette Giugno u oħrajn inqas magħrufin bħall-ħbit tal-1429 u dak tal-1614 u jir-

rakkuntalek l-effetti tagħhom fuq missirijietna. ‘L-istorja tiegħi’ jipprova permezz ta’ storja avvinċenti, iqajjem kuxjenza fuq ir-rebħ u t-telf li ġarrab il-poplu tagħna. ‘L-istorja tiegħi’ hi l-istorja tagħna lkoll. L-istorja tagħna parti minna u aħna nagħmlu parti mill-istorja tagħna.

għemil. Għax l-eroj Malti huwa l-qalbieni li, b’sidru quddiem, iħabbat wiċċu mal-ħażen: huwa l-bniedem attiv għas-sewwa li ma jaħrabx il-ħażen imma jipprova jegħlbu. Meta naqraw il-ġrajja tal-ħaġar imtella’ maqdes nagħrfu lilna nfusna bħala ġens u allura l-ġrajja tqim l-idea tal-indipendenza u kulma tħaddan f’isem ilħelsien prudenti. Temenos huwa ktieb iehor ta’ kwalità ta’ Horizons u jinsab għallbejgħ mill-ħwienet ewlenin tal-kotba u minn Dar ilMediterran waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fi tmiem il-ġimgħa.

33



Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Mużika

Noel D’Anastas ndanastas@gmail.com

“#together”, fl-akbar avveniment mużikali f’pajjiżna – Awguri Malta JESC 2014

L-aħħar irtokki mill-Public Broadcasting Service (PBS) għallakbar manifest mużikali internazzjonali organizzat f’pajjiżna jinsabu flaqwa tagħhom biex fostna jittella’ lJunior Eurovision Song Contest, it-12il edizzjoni, wara li sena ilu l-kantanta brava Gaia Cauchi kienet rnexxielha tirbaħ dan il-konkors mużikali tat-tfal u ġġib dan l-avveniment f’pajjiżna għall-ewwel darba. L-istennija għal dan l-avveniment hija waħda kbira tant li l-biljetti għas-serata finali nbiegħu kollha u wieħed għad għandu l-opportunità li jkun preżenti fl-ispettaklu tal-‘Jury Final’ li se jsir nhar il-Ġimgħa, lejlet il-lejla finali tas-Sibt, 15 ta’ Novembru. Il-‘Jury Final’ hija l-aħħar prova, spettaklu identiku għal dik tal-għada, fejn il-ġurija rispettiva tal-pajjiżi parteċipanti ssegwi b’interess l-avveniment u tagħti l-voti tagħha. Dawn ilvoti jingħaddu mal-voti tal-pubbliku li jkunu ngħataw fis-serata finali tasSibt biex b’hekk joħroġ ir-riżultat finali u r-rebbieħ. “#together” hija t-tema mużikali ewlenija tal-Junior Eurovision Song Contest 2014 li tnediet matul il-jiem li għaddew fl-iskola ta’ San Franġisk f’Tas-Sliema. Il-kanzunetta kienet interpretata għall-ewwel darba filpubbliku mill-kantanta rebbieħa tassena l-oħra, Gaia Cauchi. Din hija komposta minn Elton Zarb u Gordon Bonello, u miktuba minn Matt (Muxu) Mercieca.

Il-palk Dik li darba kienet ix-shipbuilding tal-Marsa se tkun trasformata fl-arena tal-ispettaklu li fuq palk ġgantesk ta’ madwar 28 metru wiesgħa armat b’508 metri kwadru ta’ LED Screens, żewġ catwalks, u aspetti oħra ta’ mekkaniżmu għall-effetti spettakolari se joffri s-sensazzjoni tal-avveniment. Id-disinn ġie mnebbaħ mill-forma u l-kuluri tal-logo tal-JESC 2014, magħmul minn serje ta’ trijangoli mitwija biex jiffurmaw origami ġgantesk f’biċċa arkitettura kontemporanja b’enfasi biex jippromwovu l-involviment

Federica Falzon u Gaia Cauchi, żewġt itfal b’vuċi tad-deheb li diġà għamlu unur kbir lil Malta fil-qasam mużikali. Huma wkoll l-akbar żewġ protagonisti fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir f’Malta s-Sibt li ġej.

sħiħ tal-udjenza fil-preżentazzjoni. Biex tkompli tinħoloq atmosfera ħajja u ferrieħa, madwar 800 tifel u tifla minn 16-il iskola madwar Malta se jkunu fuq quddiem tal-palk jagħtu s-sapport lill-pajjiżi differenti. Ilpreżentattriċi u l-producer għall-bosta stazzjonijiet televiżivi lokali, Moira Delia, se tkun qed tippreżenta dan lispettaklu televiżiv. Il-kartolini tal-pajjiżi parteċipanti se jkollhom tema komuni, dik ta’ sports mhux daqshekk prattikat. Ilproduzzjoni hija lokali minn tim ta’ tliet membri, Charles Ahar, Rodney Gauci u Daniel Chircop li bl-esperjenza u immaġinazzjoni f’400 siegħa ta’ filmati, 600 shots u 300 artist f’lokazzjoni li twassal l-identità ta’ Malta f’dik li hija storja, kultura u tradizzjoni flimkien mal-attivitajiet sportivi, bajjiet u xenarju rilassanti, jagħtu dimensjoni eċċelenti għal promozzjoni turistika. Fil-Junior Eurovision Song Contest 2014 se jieħdu sehem 16-il pajjiż –

Armenja, Belarus, Bulgarija, Kroazja, Ċipru, Ġeorġja, Italja, Malta, Montenegro, Russja, San Marino, Serbja, Slovenja, Żvezja, Olanda u Ukrajna.

L-awgurju għal Federica Falzon Federica Falzon, il-kantanta li matul ix-xhur li għaddew spikkat, se tirrappreżenta lil Malta wara għażla awtomatika. Federica Falzon, imwielda fi Frar 2003, tippossedi vuċi kbira, impresjonanti għall-età tagħha, li żgur għad irridu nkomplu nisimgħu biha. Bdiet tkanta f’qasam country-pop iżda ġiet skoperta għall-passjoni mużikali operistika mill-għalliema tagħha, Gillian Attard ta’ La Voix Academy, l-istess għalliema li wasslet lil Gaia Cauchi għal suċċessi kbar. Fedrica ħadet sehem f’Sanremo D.O.C. kif ukoll rebħet ‘Ti lascio una canzone’ 2014 preżentat fuq ir-RAI. Hi rebħet ukoll l-‘Ghanja Ġmiel is-

‘Bizzilla’ – ġabra ta’ kanzunetti folkloristiċi Maltin fl-album ta’ Christabelle Curmi

Christabelle Curmi għadha kemm nediet CD ġdida bl-isem ta’ ‘Bizzilla’ li hu ġabra ta’ kanzunetti folkloristiċi Maltin. ‘Bizzilla’ jiġbor fih 15-il kanzunetta, l-ewwel tnax huma kollha kanzunetti popolari ta’ bosta kompożituri u awturi Maltin, fosthom Frank O’Neil, New Cuorey (Anthony Fenech/Joe S. Grech, Paul Abela), The Tramps (Dominic Grech), Alfred C.

Sant, Paul Caruana, Albert Friggieri u Freddie Portelli. L-aħħar tliet kanzunetti huma ‘bonus tracks’ li huma kanzunetti oriġinali ta’ kompożituri u awturi Maltin li Christabelle Curmi kienet ipparteċipat bihom fil-festival L-Għanja tal-Poplu, u li wkoll flimkien ma’ Frank O’Neil ġew fit-tieni post darbtejn. Ir-recording tal-ewwel 12-il kanzunetta, li ġew irrekordjati

kollha ‘live’, sar fl-istudio ta’ Freetime Productions, b’arranġament tal-mużiċisti stess li huma Ernest Caruana (mandolina), Kevin Spiteri u Mario Gambin (kitarri), Karen Camilleri (accordion) u Robert Calleja (flawt). Dan is-CD se jkun jista’ jinkiseb mill-ħwienet ta’ Anthony D’Amato kif ukoll dirett mingħand il-kantanta.

35

Seba’ Noti’ f’Novembru tas-sena loħra. Federica se tkanta l-kanzunetta Diamonds miktuba minn Elton Zarb, Matt (Muxu) Mercieca, Gillian Attard u Federica Falzon. Diamonds qed tkun kumplimentata b’vidjo miġbud f’Malta li toħroġ l-ambizzjoni immaġinativa tal-kantanta li laħqet ilviżjoni tagħha. L-istil huwa wieħed surreali, astratt u kreativ. Il-vidjo ttieħed f’żewġ lokazzjonijiet, bl-ewwel lokazzjoni tara lil Federica f’kamra bajda li tippreżenta l-moħħ tat-tifla. It-tieni lokazzjoni tidher f’bajja bit-tifla tħares lejn il-ħolm tagħha. Id-djamanti huma metafori li jissuġġerixxu li biex wieħed jara lħolm isir realtà jrid jemmen fih innifsu. Il-vidjo għandu direzzjoni ta’ Nadya Cachia, produzzjoni u direzzjoni ta’ VSquared Media and Entertainment għal PBS Ltd. Awguri Federica! Awguri Malta! Il-biljetti għall-Jury Final talĠimgħa, 14 ta’ Novembru huma €10 bilwieqfa, €15 Deheb u €30 Platinum. Dawn qed jinbiegħu minn fuq is-sit http://ooii.com.mt/ticketing/Ticket.aspx?EventID=c038347b6f74-4a12-a601-1d546ea0aa41, Aktar tagħrif jista’ jinkiseb permezz ta’ freephone 8007 4117 jew jikteb support@ooii.com.mt jew iċċempel +356 21420234.


The Best of Me (KRS – 12A) 36

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Ċinema

Darba kienu jinħabbu meta kienu adolexxenti, iżda bħal Romeo u Ġuljetta dik l-imħabba ma kellhiex tiffjorixxi minħabba rivalitajiet familjari, anzi ta’ klassi. Imma issa għaddew snin twal u nsibu lil Dawson (James Marsden) meta jirritorna minn xogħol fuq rig taż-żejt fejn b’miraklu ħelisha minn splużjoni kbira. Hu ma fittixx nisa oħra, iżda Amanda (Michelle Monaghan) issa miżżewġa u omm, għalkemm mhix kuntenta minħabba li żewġha kien jixrob iżżejjed. Iżda d-destin ried li Dawson u Amanda jiltaqgħu meta ħabib kbir tagħhom imut u n-nutar tiegħu jsejħilhom biex jaqralhom it-testment tiegħu, li fih iħalli l-proprjetà tiegħu lilhom biex jiddisponu minnha kif jiftiehmu, għalkemm f’ittri separati li jħalli mat-testment, iħeġġiġhom biex jibqgħu jgħixu fiha u jibdew mill-ġdid irrelazzjoni għax kien konvint li kienu destinati għal xulxin. Dan hu l-qafas ta’ dan id-dramm sentimentali li jekk mhux diġà kontu tafu, hu mnebbaħ minn rumanz ta’ Nicholas Sparks. Għalhekk min se jmur jarah, jew ikollu jakkumpanja lis-sieħba tiegħu, jaf eżattament x’jista’ jistenna. Nisa: Lestu limkatar u t-tissues!

The Giver (KRS – 12A)

Dan il-‘young adult novel’ hu maħsub strettament għas-suq ta’ films bħal Hunger Games u Divergent, għalkemm bħala tema aktar jixbah lis-sensiela ‘cult’ fantaxjentifika tas-snin sebgħin Logan’s Run li wara Michael York interpreta f’film. Il-film jibda b’sekwenzi bla kulur (iżda taqbdux u titilqu ’l barra miċ-ċinema għax il-film ma jdumx hekk, u wara żgur jiddispjaċikom). Hawn naraw lil Jonas (Brenton Thwaites) jgħix ħajja f’soċjetà “protetta” fejn l-anzjani jiġu rtirati f’“Elsewhere”, jew aħjar jitneħħew middinja. Iċ-ċittadini f’din il-komunità ta’ dawk li kien fadal ħajjin wara ssoltu katastrofi li qered id-dinja, jilbsu l-istess ilbies u jobdu ordnijiet bħal li josservaw il-curfew billejl, qatt ma jigdbu, jużaw kliem preċiż, jaċċettaw l-impjieg li jagħtuhom għal tul ħajjithom kollha u jrabbu ttfal li jiddeċiedu “l-għorrief”. Meta jagħlaq 18-il sena, Jonas jingħata l-kariga tar-“Receiver of Memory”, li xogħlu hu li jitgħallem, l-istorja tal-bniedem u d-dinja qabel il-katastrofi, biex imbagħad jagħti pariri lill-għorrief biex dawn jevitaw l-iżbalji ta’ dawk ta’ qabilhom. Hawn jibda jitħarreġ minn anzjan li kien wasal biex jirtira (Jeff Bridges), iżda issa hu jibda jirrealizza kemm il-ħajja li kienu qed jgħixu kienet nieqsa mill-ħajja naturali, mill-varjetà, mill-kuluri differenti tal-ħajja….


37

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Media

Albert Spiteri af.spiteri@gmail.com Ir-rakkont li m’għandu jxebbagħna qatt “Din hija l-istorja ta’ ħajt. Hija l-istorja ta’ dittatura u tal-bini u tal-waqgħa tas-sistema.” Hekk jibda dan id-dokumentarju interessanti, prodott mill-History Channel dwar il-bini u, eventwalment, il-waqgħa ta’ din il-binja li ħadet l-isem fl-Istorja ta’ ‘Il-Ħajt ta’ Berlin’. “Dam wieqaf 28 sena u twaqqa’ f’daqqa u malajr, eżatt kif inbena,” tkompli l-introduzzjoni ta’ dan iddokumentarju msejjaħ ‘The Rise and Fall of the Berlin Wall.’ It-Tieni Gwerra Dinjija għalqet bid-dħul tal-Armata Sovjetika f’Berlin – u din irrebħa swietha aktar minn 200,000 suldat minn tagħha – Stalin ried iżommha f’idejh bħala l-midalja tar-rebħa. Imma rRussja kellha taqsam il-belt mal-alleati tagħha. Hekk, il-Ġermanja bdiet titmexxa f’erba’ partijiet – fuq in-naħa tal-Punent minn Franza, il-Gran Britannja u l-Istati Uniti, u fil-Lvant, l-Unjoni Sovjetika. Filqalba taz-zona Sovjetika kien hemm separazzjoni oħra – Berlin inqasmet bl-istess mod. Eventwalment, dan irriżulta filĠermanja tal-Punent u l-Ġermanja talLvant (jew ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja). Din il-qagħda ġabet sens ta’ tensjoni qawwija bejn iż-żewġ naħat hekk li lUnjoni Sovjetika fuq in-naħa l-waħda u lIstati Uniti fuq l-oħra, ikkonċentraw ‘ilkunflitt’ bejniethom madwar Berlin fittaqtigħa biex jikkontrollaw l-Ewropa.

Cyberspace

Esodu għal-libertà L-unika fruntiera li baqgħet miftuħa kienet f’Berlin. Bejn l-1949 u l-1960 telqu mill-Ġermanja tal-Lvant mat-3 miljun persuna permezz ta’ dan ‘il-passaġġ’. Fl1960 ħarbu 200,000 oħra, u s-sena ta’ wara telqu 160,000 ruħ għall-Punent. B’hekk, il-popolazzjoni fil-Lvant bdiet

Salvu Felice Pace sfelicep@go.net.mt

Kummenti dwar websajts li żort

Peter Fechter mitluq għall-mewt mill-għassiesa ta’ Berlin tal-Lvant – 17 ta’ Awwissu, 1962

tonqos f’mod drastiku. U kien hemm bżonn in-nies għax-xogħol għaliex hekk, l-ekonomija tal-Ġermanja tal-Lvant bdiet tbatti u l-Komunisti kienu qed jibżgħu li tikkrolla. Allura riedu soluzzjoni malajr. Sa dakinhar, in-nies kienu għadhom jaqsmu minn naħa għal oħra billi juru l-passaport jew xi forma oħra ta’ identifikazzjoni. U hekk ġiet l-idea li jinbena ‘ostaklu’ biex jissepara ż-żewġ naħat u ma jkunx faċli għall-abitanti fiż-żewġ pajjiżi biex jaqsmu mill-wieħed għall-ieħor. It-tensjoni bejn Khrushchev u Kennedy kienet kbira. Fis-sajf tal-1961, Berlin talPunent kienet qed tħejji għall-Festival Internazzjonali tal-Film. U f’daqqa waħda deher dan il-ħafna materjal tal-bini finnaħa tas-Sovjetiċi u beda tiela’ l-ħajt (għall-ewwel bil-barbed wire) bejn iżżewġ naħat. L-alleati qagħdu jħarsu biss. Il-ġurnata kienet it-13 ta’Awwissu. Ilħbieb u l-familjari – fl-eluf tagħhom – infirdu. Għall-Istati Uniti, imma, il-Ħajt kien sa ċertu punt barka, għaliex hekk, Berlin tal-Punent kien salv mingħajr ma nqalgħu konsegwenzi gravi. Fil-15 ta’Awwissu, il-famuż suldat żagħżugħ mil-Lvant – Conrad Schumann – jaħtaf l-okkażjoni, jieħu ġirja, u jaqbeż għan-naħa tal-Punent. Kien l-ewwel suldat / pulizija mil-Lvant li qasam. U l-filmat tiegħu sar famuż mad-dinja. Il-Lvant malajr beda jagħlaq kullimkien: il-parks, il-pontijiet, id-djar u saħansitra d-drenaġġ. Wieħed mill-eks suldati tal-Lvant, Wolfgang Engels, jgħid li l-ewwel grupp ta’ suldati li niżel fiddrenaġġ biex jinbarrah, sparixxa u ma deherx aktar. Hekk, is-separazzjoni bejn il-familji u lħbieb bdiet tinħass iżjed għaliex issa kien tista’ tgħid impossibbli li wieħed jaqsam min-naħa għall-oħra.

Jissemma l-famuż każ taż-żagħżugħ ta’ 18-il sena li kien wasal sat-tarf, għoddu ħarab, imma s-suldati sparaw fuqu u laqtuh għall-mewt. Ħallewh hemm mitluq mal-art litteralment imgħarraq f’demmu, u miet. Dan kien bennej jismu Peter Fechter, u l-ġurnata, is-17 ta’Awwissu, 1962. Ftit xhur qabel, f’Marzu tal-istess sena, l-aħwa Horst u Karl Muller, ta’ 24 u 21 sena, riedu jingħaqdu ma’ ħuhom il-kbir li kien diġà ħarab lejn il-Punent. Kellhom pjan tajjeb li ‘jaqbdu’ t-tren li kien jaqsam bejn iż-żewġ partijiet ta’ Berlin tal-Punent, imma li kien ukoll jgħaddi minn taħt Berlin tal-Lvant. U l-aħwa Muller, flimkien man-nisa tagħhom u wliedhom, ħasbu li jinżlu f’din il-mina u jwaqqfu ttren hemm. Allura ħadmu huma stess ċavetta li setgħet tiftaħ il-grada. Imma x-xaft kien ftit wieqaf iżżejjed u kkonfondiehom. Horst iddeċieda li jinżel hu l-ewwel biex jifli lmina u jeħles minn xi suldat li seta’ jsib hemm taħt. Imma sab li ma kien hemm assolutament ħadd. Bl-għaġla li kellhom, l-aktar it-tfal, għamlu ftit ħsejjes żejda huma u niżlin mas-sellum tal-ħadid tul ix-xaft. Imma xorta waħda baqa’ ma tfaċċa ħadd. Ma kien hemm assolutament ħadd filmina. Bdew mixjin. U malajr semgħu t-tren ġej lejhom. Horst ħareġ fin-nofs tal-mina u bit-torċ beda jagħmel is-sinjali lit-tren biex jieqaf. U hekk ġara, għaliex it-tren, fil-fatt, beda jnaqqas mill-veloċità tiegħu. U waqaf. “Dak il-ħin,” jgħid Horst, “marli kull sens ta’ biza’. Ħsiebi kien biss li nfittxu nitilgħu fuq it-tren.” Malajr fetħulhom il-bieba u għenuhom jitilgħu. Kien hemm ħafna nies fil-vagun, li mal-ewwel indunaw x’kien qed jiġri. Iżżewġ familji Muller telgħu fuq it-tren u tferrxu tul il-vagun kollu, biex ma qagħdux flimkien għal li seta’ jinqala’. Imma sa issa kienu għadhom fil-parti tal-Lvant. U t-tensjoni, għalhekk, iktar

ħassewha. “Dawk kienu l-mumenti l-aktar diffiċli u tal-waħx f’ħajti kollha,” jgħid Karl. “Ma konniex nafu x’seta’ jiġri; kien fadlilna ngħaddu minn ħames stazzjonijiet qabel nidħlu fil-parti tal-Punent ta’ Berlin. U t-tren għadda tassew bil-mod mill-istazzjonijiet. Kien hemm il-pulizija ma’ kull stazzjon li għaddejna, u aħna b’qalbna ttaqtaq li ma jindunaw b’xejn u ma jwaqqfux it-tren.” U jkompli jirrakkonta Karl Muller: “Sa fl-aħħaar wasalna n-naħa l-oħra.” “Tal-ġenn,” ikompli Horst. Kulħadd litteralment qabeż fuqhom u feraħ bihom u magħhom. Kienu sa fl-aħħar kisbu l-libertà. “Kif se nfisser kemm konna ferħanin?” ikompli jgħid Horst. “Il-libertà, il-kuntentizza li t-tfal kienu sew, u li n-nisa tagħna kienu sew.” Marru mal-ewwel jaraw lil ħuhom, Rudolph, li ma setax jemmen li ħutu u lfamilji tagħhom kienu hemm, weqfin quddiemu. “Sempliċiment iċċassajt lejhom. Kif stajt nemmen ħaġa bħal din?” jirrakkonta Rudolph. Imma martu ma kinitx magħhom. “Ma stajniex inġibuha magħna. Kienet imgħassa kontinwament. Il-pulizija Sovjetiċi ma kinux jitilquha għal minuta waħda minn taħt għajnejhom. Rudolph kien ilu f’Berlin tal-Punent mill1960. Allura meta ttella’ l-Ħajt, kien wisq diffiċli għal martu u ż-żewġ uliedhom li jaħarbu. Rudolph beka. Imma ħutu wegħduh li b’xi mod iġibu lill-familja tiegħu magħhom. Kemm hu importanti li ż-żgħar fostna, b’mod partikulari, jiddedikaw ftit ħin matul din il-ġimgħa biex jaraw ftit materjal fuq is-suġġett tal-Ħajt ta’ Berlin – (dan hu d-dokumentarju li qed nitkellem dwaru hawn: https://www.youtube.com/watch?v=eYW x-DSXSq4). Iż-żgħar tagħna għandhom bżonn kbir jaqraw u jinteressaw ruħhom f’dak li qed jiġri madwarhom. Ma jistgħux jibqgħu passivi u mitluqin kif inhuma.

Juncker Ftit kienu dawk li ddubitaw millesperjenza politika tat-tnax-il President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker. Bniedem bi statura politika magħġuna fis-saffi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-bijografija tiegħu malajr issibha billi ddaħħal ismu f’waħda mill-magni tat-tfittix. Aktar importanti mill-passat ta’ Juncker, huwa proprju l-futur. IlPresidenza tiegħu trid tegħleb lewroxettiċiżmu li ħakem lil miljuni ta’ ċittadini Ewropej. Il-prijoritajiet li Juncker għażel mhumiex faċli. Iżda huma essenzjali. In-nuqqas ta’ xogħol f’xi pajjiżi fl-UE hu pjaga li trid tiġi indirizzata. Juncker jemmen fis-solidarjeta’, l-ewwel prijorita’ tiegħu tirreferi għat-tkabbir ekonomiku u lħolqien tax-xogħol. Il-pjani tiegħu jridu jsibu s-sapport tal-pajjiżi membri

għax mingħajrhom is-solidarjeta’ tibqa’ biss għan-nobbli li ma jitma’ lil ħadd. Issibu tagħrif dwar il-prijoritajiet kollha tal-Presidenza Juncker f’http://juncker.epp.eu/my-priorities.

za kbira. Mingħajr ir-RU l-UE titfaqqar. Min-naħa l-oħra, kull formula trid tkun ekwa mal-pajjiżi l-oħra u ma tridx twassal biex pajjiżi oħrajn jitolbu l-istess konċessjonijiet li jistgħu jingħataw frott in-negozjati. Cameron huwa favur li pajjiżu jibqa’ membru tal-UE iżda x-xettiċiżmu Ewropew li qed jherri s-soċjeta’ Ingliża jrid jiġi indirizzat b’mod jew ieħor.

L-umanità ma tafx fruntieri Naturalment, id-dokumentarju jirrakkonta numru ta’ stejjer ta’ persuni li ppruvaw jaħarbu mil-Lvant għall-Punent.

Il-prijorità numru 5 Għal Juncker hemm sfida kbira li tista’ tilħaq il-quċċata jekk il-Partit Konservattiv jirbaħ l-elezzjoni li jmiss fir-Renju Unit f’Mejju 2015. David Cameron qed iwiegħed referendum dwar il-kontinwazzjoni tas-sħubija tarRU fl-UE fl-2017 wara li jkun spiċċa n-negozjati dwar riformi li jkunu approvati mill-elettorat Brittaniku flelezzjoni. Jean-Claude Juncker poġġa bħala lħames prijorita’ tiegħu li jsib formula li tista’ twassal biex ir-RU jibqa’ msieħeb fl-UE. Prijorita’ ta’ importan-

Aktar responsabbiltà Fr Joe Borg fl-artiklu tiegħu ta’ nhar il-Ħadd f’The Sunday Times of Malta staqsa għala l-edituri tal-gazzetti jagħmlu li jistgħu biex ma jippublikawx ħmerijiet iżda l-edituri ta’ websajts tal-aħbarijiet donnhom għala biebhom u jħallu jidhru banalitajiet, preġudizzji, miżinformazzjoni u użu stradikat tal-lingwa.


38

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Il-ħajja u d-dinjità ILLUM IL-ĦADD tal-persuna umana It-32 Ħadd Matul is-Sena

Kull ħajja umana hija sagra. Id-dinjità tal-persuna umana hija s-sies tal-viżjoni morali tas-soċjetà. Dan it-twemmin huwa s-sies tal-prinċipji kollha tat-tagħlim soċjali. B’xorti ħażina fis-soċjetajiet żviluppati l-ħajja umana hija taħt attakk kontinwu, speċjalment permezz tal-abort u lewtanasja. Il-valur tal-ħajja umana qiegħed jiġi mhedded kontinwament mill-cloning, mill-embryonic stem cell research u mill-użu tal-piena kapitali. Barra minn hekk, wieħed jeħtieġlu jsemmi wkoll il-qtil ta’ nies ċivili innoċenti permezz tal-gwerer jew b’attakki terroristiċi. Dan kollu hu moralment ħażin. It-tagħlim tal-Knisja Kattolika jħeġġiġna biex nagħmlu dak kollu li hu possibbli għalina ħalli nevitaw il-gwerra. Il-pajjiżi jeħtieġ li jipproteġu d-dritt tal-ħajja billi dejjem isibu modi ġodda li bihom jipprevjenu l-konflitti u jirrisolvuhom b’mezzi paċifiċi. Bħala Nsara Kattoliċi aħna nemmnu li kull persuna hija prezzjuża. Nemmu li l-persuni huma aktar importanti mill-affarijiet. Nemmnu li l-kalibru veru ta’ kull istituzzjoni qiegħed jekk theddidx jew tippromwovix il-ħajja u ddinjità tal-persuna umana. Il-Knisja ssaħħaħ il-viżjoni tagħha mill-Iskrittura Mqaddsa u t-tagħlim tagħha. Il-Bibbja tgħallimna ċar u tond li kull persuna maħluqa għandha dinjità singulari u unika għaliex ġiet maħluqa direttament minn Alla. Ħarsa lejn Ġen 1:26-31 mill-ewwel turina li kien Alla li ħalaq lir-raġel u lill-mara fuq ix-xbieha tiegħu. Dewteronomju 10:17-19 jgħidilna li Alla jħobb lill-iltiema, lill-armla u lill-barrani. L-istess idea nsibuha fil-ktieb tal-Proverbji 22:2. L-awtur ta’ dan ilktieb jgħidilna: “L-għani u l-fqir f'dan huma xorta waħda; li t-tnejn il-Mulej għamilhom” (Prov 22:2). L-għaliex, kif jgħidilna Salm 130:1316, Alla fforma lil kull wieħed u waħda minna u jafna minn rasna sa saqajna, huwa importanti li nieħdu ħsieb xulxin. Għaliex ilkoll ħriġna minn idejh ħanina u

ĦSIEB

Reliġjon

kollhom maħfra. Il-vanġelu skont Luqa 10:25-37 jippreżentalna r-rakkont tasSamaritan it-tajjeb li għaraf id-dinjità talpersuna fil-bżonn. Tant li ħa ħsiebu! Anki l-ittra lir-Rumani, partikularment f’kapitlu 12:9-18, tħeġġiġna bil-bosta biex inħobbu lil xulxin, ngħinu lill-oħrajn fil-bżonnijiet tagħhom u ngħixu filpaċi ma’ kulħadd. Il-Bibbja tfakkarna li d-dinjità ta’ kull persuna umana tistrieħ fuq il-fatt li aħna t-tempju ta’ Alla. Fina jgħammar Alla nnifsu. Għalhekk lEwwel Ittra lill-Korintin tgħidilna: “Ma tafux li intom tempju ta' Alla, u li lIspirtu ta' Alla jgħammar fikom?” (1 Kor 3:16). Anki l-Knisja, fit-tagħlim tagħha, tgħidilna li d-dinjità tal-bniedem tiġi mix-xbieha ta’ Alla li hemm imnaqqxa fina l-bnedmin. Bħalissa jiġini f’moħħi u f’qalbi dak li kiteb San Ġwanni Pawlu II fl-enċiklika tiegħu Centesimus Annus: “Alla naqqax ix-xbieha u sura tiegħu filbniedem (ara Ġen 1,26) u tah dinjità m’hemmx oħra bħalha, kif tinsisti spiss l-enċiklika. Fl-aħħar mill-aħħar, barra ddrittijiet li l-bniedem jikseb bix-xogħol tiegħu, hemm drittijiet li ma jiġux minn xi xogħol li jagħmel, imma jiġu mid-dinjità essenzjali tiegħu bħala persuna” (no 11). Għalhekk, kif tgħidilna lKostituzzjoni Dwar il-Knisja fid-Dinja tal-lum, Gaudium et Spes, “Dak kollu li jinsulta d-dinjità umana, bħall-kundizzjonijiet tal-għajxien subumani, arrest arbitrarju, deportazzjoni, skjavitù, prostituzzjoni, il-bejgħ tan-nisa u t-tfal; u kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol tal-mistħija, fejn il-bnedmin huma trattati sempliċiment bħala strumenti ta’ profitt aktar milli persuni responsabbli u ħielsa; dawn il-ħwejjeġ kollha u oħrajn tax-xorta tagħhom huma infamitajiet tassew” (no.27). Eżami tal-kuxjenza Nittratta sewwa lill-oħrajn bħalma nixtieq li jiena stess niġi trattat u trattata?

Meta x-Xitan ifakkarna fl-imgħoddi tagħna hemm bżonn li nfakkruh fil-futur tiegħu (anonimu)

Int u Jien it-Tempju ta’ Alla!

Eżekiel 47:1-2. 8-9, 12; Salm 45; 1 Korintin 3:9-11. 16-17; Ġwanni 2:13-23

Il-Ħsieb Kemm għandna bini f’pajjiżna hux! U kull binja għandha l-istil tagħha! Tistkanta hux kif f’naqra ta’ art hawn dan il-bini kollu! Ilbini tradizzjonali Malti jgħaxxqek. Kull ġebla hija maħduma biex toqgħod fil-post proprju tagħha. Kemm hija mqiegħda b’sengħa kbira! Uħud mill-ġebel huwa mnaqqax sabiħ. Ipaxxik tħares lejh! Imma hemm ġebel ieħor moħbi. M’għandux it-tlellix talġebel li jidher. Mur neħħih! Ara kif jinżel kollox! Anki l-bini stess jgħallimna kemm kull parti tal-istruttura hija importanti. Għaliex mingħajrha lbini jispiċċa ħerba waħda. Mela mur warrab min-nofs xi persuna! Mill-familja. Mill-Knisja. MillĦajja Kkonsagrata. Mis-soċjetà. U, għidli ftit jekk dik l-għaqda tibqax tissejjaħ familja? Knisja? Komunità ta’ Ħajja Kkonsagrata? Soċjetà?

Il-Kelma Illum, fil-Festa talKonsagrazzjoni tal-Bażilika talLateran, il-Katidral tal-Papa, issimbolu ħaj tas-setgħa li għandu lPapa minn Ġesù Kristu li jgħallem u jgħaqqad lill-Insara kollha mxerrdin mad-dinja, naraw l-imħabba ta’ Alla li toħroġ “minn din l-omm u sidt tal-knejjes kollha ta’ Ruma u tad-dinja”. Il-Bażilika talLateran hija sinjal ta’ mħabba u għaqda mas-Siġġu ta’ Pietru. MalPapa.

Fl-ewwel qari, meħud minn Eżekjel, mit-tempju joħroġ l-ilma ħaj. Is-salm 45 jgħidilna li dan ittempju hu “l-Belt ta’ Alla” (Salm 45:5). Fit-tieni qari San Pawl ifisser lill-Korintin Insara, mela lili u lilek, “intom il-bini ta’ Alla” (1 Kor 3:9). Imma l-pedament ta’ dan il-bini, jiġifieri l-Knisja, jew lgħaqda ta’ dawk li jemmu f’Ġesù Kristu, huwa “Ġesù Kristu” (1 Kor 3:11). Fil-vanġelu Ġwanni jgħidilna li rispett lejn id-dar ta’ Alla jfisser li ma nużawx lil Alla u nagħmlu negozju f’ismu. L-imħabba lejn it-tempju ta’ Alla trid turi ruħha mill-mod kif inħobbu lil xulxin bir-rispett u l-ġustizzja. Il-Ħajja 1. Nemmen li jiena ġebla mit-tempju ta’ Alla? Jekk iva, ħajti nibbażaha fuq it-tagħlim kollu ta’ Kristu u l-Knisja tiegħu? 2. Nemmen li l-vanġelu huwa dak l-ilma ħaj li joħroġ minn Ġesù Kristu? Kemm qiegħed inħallih jibdilni? 3. Nemmen li fil-magħmudija Alla tani l-Ispirtu s-Santu biex imexxini? Nitolbu kuljum biex imexxini hu ħalli ninbena jew inħalli s-sentimenti tiegħi jmexxuni huma u jħottuni?

Id-Djalogu Mulej, għallimni nħallik tiġbidni lejk b’Kelmtek, bl-Ispirtu tiegħek, bit-tagħlim tal-Knisja tiegħek u b’min tassew iridli l-ġid f’ħajti. Ammen.


Frederich II Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Dun Pawl Camilleri pauca43@gmail.com

F

rederich (24.01.1712 – 17.08.1786) kien ir-Re tal-Prussja (1740 – 1986), mid-dinastija talHohenzollern. L-aktar li baqa' magħruf kien għall-kampanji militari brillanti u għall-organizzazzjoni tal-Armati Prussjani. Baqa' magħruf bħala Frederich il-Kbir. Kien proneputi tar-Re Ġorġ I talGran Brittanja u neputi ta' George II. Fil-bidu kellu interess fil-mużika u fil-filosofija, mhux fil-ġlied. Meta kien żgħir flimkien ma' sieħbu pprova jaħrab mill-qilla ta' sieħbu, b'kastig. F'xi ħin kien ħabib ta' Voltaire. Fi żmien il-ħakma tiegħu, immodernizza l-burokrazija u s-servizz ċivili u ppromwova t-tolleranza reliġjuża. Mexxa 'l quddiem l-arti u l-filosofija. Aneddotu Darba waħda, Frederich iddeċieda li jżur il-ħabs li kien hemm f'Berlin. Il-priġunieri kollha niżlu għarkupptejhom quddiemu, jgħidu li huma innoċenti... ħlief wieħed li baqa' sieket. ‘Int għaliex qiegħed hawn?’ staqsieh Frederich. ‘Serqa armata.’ ‘Mela inti ħati,’ qallu s-Sultan. ‘Iva, maestà, qed nieħu li ħaqqni.’ Frederich sejjaħ lill-gwardjan u qallu, ‘Eħilsu lil dan u ibagħtu għax ma rridux jikkorrompi lillinnoċenti l-oħra kollha!’

Kummenti Int innoċenti jew ħati/ħatja? Ġesù qalilna: 'min jgħid li hu bla dnub, ikun iqarraq bih innifsu.' Aħna kollha ngħidu: 'Dnibt ħafna bil-ħsieb, bil-kliem u bl-għemil. Ħtija tiegħi.’ Tajjeb li jkollna sens ta' ħtija f'postu. Jien naħseb li s-sens ta' dnub naqas ħafna llum. Fejn naqas għax konna esaġerati, u konna naraw dnub anki dak li ma kienx, allura għamilna progress reliġjuż. Imma fejn is-sens tad-dnub u l-ħtija naqas għax naqas is-sens t'Alla, allura żball kbir. Il-Papa Piju XII kien qal li l-ikbar dnub tal-lum hu li l-bnedmin tilfu s-sens tad-dnub. U allura tilfu l-bżonn tal-indiema u l-konverżjoni. Jeħtieġ nerġgħu nirkuprawh. Trid tisma' ftit milli ntqal fuq id-dixxiplina? Jim Rohn: 'Id-

39

dixxiplina hi l-pont bejn l-ideal u t-twettiq tiegħu.’ Jim Rohn: ‘Ikollna nieħdu waħda minn żewġ affarijiet – jew ittbatija tad-dixxiplina jew it-tbatija tar-rimors u d-diżappunt.' P.J.O: ‘Billi huma l-kbar, il-ġenituri diffiċli tiddxxiplinahom.' Robert Kiyosaki: 'Iċ-ċertezza tiġi mid-dixxiplina u ttaħriġ.' George S. Patton: 'Hemm kwalità waħda ta' dixxiplina – dixxiplina perfetta.' John Wooden: 'Iddixxiplina lilek innifsek u l-oħrajn ma kollhomx bżonnha.' William Hague: ‘Ma jistax ikollok livelli għoljin bla dixxiplina.' Miguel Cervantes: ‘Altru tfaħħar id-dixxiplina u altru toqgħod għaliha.' Bum Phillips: ‘L-aqwa dixxiplina hi l-awtodixxiplina.' Int taqbel ma' dixxiplina stil militari fil-familja? Anzi aktarx hawn laxkezza, iddettata mill-kultura tal-lum, ta' insistenza esaġerata fuq id-dritt tal-individwu, fuq l-idea li ħajti tiegħi u ma jindaħalli ħadd u li jien naf x'għandi nagħmel, ħallini waħdi. Imma għadek tiltaqa' ma' każi fejn id-dixxiplina familjari hi bbażata fuq l-arroganza ta' min hu fl-awtorità. Dixxiplina mibnija fuq il-biża' mhi dixxiplina xejn. Fejn ma nistax nitkellem għax dejjem għandek raġun, għax int il-missier jew ir-raġel, ma tħallix frott pożittiv. Laħjar dixxiplina hi l-frott ta' djalogu, konvinzjoni u eżempju tajjeb. Tbissima Ġiżwita, Dumnikan u Trappist kienu flimkien f'deżert. Darba sabu lampa maġika u wara diskussjoni qasira, qablu li jħokkuha. Deher il-ġenju u qalilhom jagħmlu xewqa kull wieħed. Il-Ġiżwita xtaq isir professur fl-aqwa università taddinja. U hekk sar. Id-Dumnikan xtaq jipprietka fl-ikbar knisja tad-dinja. U hekk sar. Wasal il-ħin biex it-Trappist iressaq ix-xewqa tiegħu. Imma ma ressaq xejn. Meta ġie mistoqsi qal: 'ix-xewqa tiegħi ġa seħħet.... għax ħlist minnhom'. Kif iġġib ruħek ma' min idejqek? Ħsieb finali Qis kull jum bħala l-aħħar wieħed: xi darba taqta'. Tipprova tgħix kull ġurnata bla ansjetà imma b'intensità?

Meta nitfa’ rasi fuq l-imħadda Patri Mario Attard OMF Cap

Il-ħin li nidħlu fil-friex biex nistrieħu huwa sagrosant. Huwa l-mument meta aħna nkunu mal-Mulej u magħna nfusna.

Fi żmien il-ħarifa t-temp jibda jiffriska. Sakemm imbagħad jaqbad ir-rutina u jiksaħ! Ma neħodhiex bi kbira jekk bħalissa hawn min diġà ħareġ xi kwilt ħafifa. Jew almenu poġġieha tistrieħ fuq xi siġġu għal-lest. Għax il-lejl beda jiksaħ! U xejn mhi sabiħa li tgħaddi l-lejl ma tistax torqod minħabba l-ksieħ! Il-ħarifa donnha tikkargana ħalli nistrieħu fil-fond. M’għandniex xi ngħidu, raqda fil-fond dejjem barka! L-aktar jekk l-għada jkolli xebgħa xogħol warrab wiċċek x’nagħmel! Mingħajr mistrieħ il-magna ma taħdimx! Anzi! Teħel! Iddur filvojt! Il-ħin li nidħlu fil-friex biex nistrieħu huwa sagrosant. Huwa l-mument meta aħna nkunu mal-Mulej u magħna nfusna. L-istess skiet tal-lejl li jħaddanna miegħu jurina biċ-ċar li nafu kemm nafu nies, inkella jafuna kemm jafuna nies, xorta waħda jaslilna dak il-waqt li fih irridu niffaċċjaw lilna nfusna. Aħna kif aħna! U meta nkunu magħna nfusna nidħlu f’riflessjoni sinċiera. Għaliex il-verità fuqna nfusna toħroġ fil-beraħ. Hawn min jara x’jagħmel biex ma joqgħodx miegħu nnifsu jew magħha nnifisha. Innutahom. Dejjem bir-radju jagħti! “Ommi ma! Dan is-skiet kif joqtolni b’sikkina!” Jien ukoll niftakarni hekk. Flewwel snin tiegħi mal-Patrijiet Kapuċċini kienet l-għaxqa tiegħi niftaħ ir-radju fil-kamra ċkejkna tiegħi ħa jkolli ftit allegrija. Għall-grazzja ta’ Alla ma domtx naħseb hekk. Darba minnhom, id-direttur tiegħi, għamilli osservazzjoni f’waqtha. “Isma’ Mario!” qalli b’ħafna ħlewwa ta’ omm u missier. “Ma taħsibx li dan l-istorbju mhux qiegħed iħallik tirrifletti?” Kelma għaqlija u li qagħdet kexxun! Hekk hu! Dak l-istorbju kien qiegħed jaqtagħni l-ewwel nett mill-Mulej. Min jaf kemm Ġesù ried jgħidli affarijiet matul il-ġurnata! Min jaf kemm ried iħeġġiġni, jikkoreġini, jurini toroq li jwassluni għall-qdusija! U jien, il-Postulant, moħħni kien li nisma’ xi tgħid id-dinja u mhux li ried jgħidli Hu! Afli fattarha din! U mbagħad, u din ukoll hija importanti ħafna, kont qiegħed nitbiegħed minni nnifsi. Għaliex x’differenza hemm bejn wieħed li jqatta’ ħajtu fix-xorb jew bid-droga għal wieħed li jimla’ ħajtu bl-istorbju għaliex mhux kapaċi jiltaqa’ miegħu

nnifsu fis-skiet mal-Mulej? Proprju xejn ħbieb! Kien għalhekk li din it-tbeżbiża ħadtha sal-ġewwieni tiegħi u llum, f’kamarti, radju qajla jinxtegħel! Xi grazzji kbar hemm marbuta mal-ħoss tas-silenzju! U l-istess grazzji hemm marbuta mal-mument li fih nidħol fi friexi u nitfa’ rasi fuq l-imħadda biex norqod u nistrieħ. Meta kont żgħir kienu jqabbluli taqbila ħelwa: “Norqod u nistrieħ għal Alla u għall-erwieħ!” Qatt daqs illum ma jien qiegħed napprezzaha. Qabel norqod u nistrieħ niftakar f’Alla. F’dak is-skiet fejn, kif iqaxxru Dun Karm bil-kliem, “il-ħajja torqod, kull ħoss imut fis-skiet”, waqt li rasi tkun mistrieħa fuq l-imħadda niftaħ djalogu ma’ Alla. Megħjun mis-skiet qaddis tiegħu ħajti tibda tgħaddi minn quddiemi bħalma jgħaddi film. Ikun hemm ilmumenti tal-ferħ. “Grazzi Mulej talli bija lil dak, lil dik jew lil dawk għamiltilhom il-ġid! Grazzi ta’ kemm skansajtni minn mard u kull ħsara oħra tar-ruħ u tal-ġisem. M’għandix kliem xi ngħidlek għajr il-kelma: ‘Grazzi!’” U, mal-ħarsa mimlija paċi ġieli ġġelben ma’ ħaddejja ddemgħa. Id-demgħa tas-sogħba. Tal-indiema. Tad-dispjaċir. Ilħarsa miksura. “Mulej aħfirli! Għax għamilt hekk. Jew hekk. Aħfirli nitolbok. Jien midneb”. U, fis-skiet, inħoss id il-Missier titqiegħed fuq rasi. It-tgħanniqa tiegħu timlieli qalbi bil-faraġ. Subgħu l-werrej, li aħna l-bnedmin slifnieh lix-xitan biex bih nakkużaw u nikkundannaw lil xulxin, f’idu jsir is-sarvetta li bih jixxuttali dmugħi. U, f’dak is-skiet, kif tridni ma nduqx ilħniena bla tarf tiegħu! Kif tridni ma nimtelix b’tama kbira meta niftakar li r-realtà hija bil-wisq akbar mill-jum li nkun għadni kemm għaddejt minnu. Mill-ħajja li qiegħed ngħix! Ikkundizzjonata mill-mard, mid-dgħufija u mill-mewt talġisem! Fis-skiet tal-lejl titla’ f’qalbi l-għajta tas-Salmista: “Imm'int, Mulej, tarka madwari, inti l-ġieħ tiegħi, int terfagħli rasi. Jien b'leħen għoli lill-Mulej insejjaħ; hu jweġibni mill-għolja mqaddsa tiegħu. Immur nimtedd u norqod, u nqum, għax ilMulej iżommni” (Salm 3:4-6). Meta titfa’ rasek fuq l-imħadda tinsiex tgħidlu, lil Dak li ħalqek u fdiek: “Ġesù! Jien nafda fik!”


Għarusa żżewġet raġel b’ieħor

40

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Kurżitajiet

Gabillott Ċiniż bena sottomarin Il-gabillott Tan Yong fuq is-sottomarin li bena

Gabillott Ċiniż fl-aħħar qata' l-akbar xewqa ta' ħajtu meta fl-aħħar bena sottomarin li bih seta' jinżel taħt l-ilma. Tan Yong, ta' 44 sena, mill-belt ta' Danjiangkou fil-provinċja ta' Hubei, minn dejjem xtaq li jara b'għajnejh kif inhi l-ħajja taħt lilma. Yong ħadem bis-sħiħ fuq is-sottomarin u f'ħames xhur irnexxielu jlestih billi uża biċċiet tal-ħadid li sab mormija u partijiet minn karozzi abbandunati. Meta lestieh semmieh 'Xiyangyang' u niżżlu fil-baħar f'Awwissu li għadda. Imma ssottomarin baqa' nieżel fil-qiegħ. Ir-raġel ma qatax qalbu u għad li qatt ma tgħallem l-inġinerija jew għamel xi studju dwar

meta l-familja tal-għarusa raw id-dokument uffiċjali tażżwieġ. Kien rappurtat li l-għarusa ntbagħtet lura għand ilfamilja tagħha u issa tinsab imħawda jekk hijiex miżżewġa lil dak li xtaqet inkella lil ħuh. Bħalissa għaddejjin taħditiet bejt il-ġenituri taż-żewġ familji mal-awtoritajiet Iżlamiċi biex isibu kif jistgħu jirranġaw dan l-iżball.

il-vapuri, dejjem kien għatxan li jkollu inġenju li jinżel bih fil-baħar. Jidher li l-akbar problema li kellu kienet dik li jkollu l-arja fit-sottomarin inkella jmut hemm taħt. Imma wara ftit xhur oħra ta' studju jidher li sab soluzzjoni għax is-sottomarin niżżlu 10 metri fil-baħar, baqa' ħaj fih u reġa' tela' fil-wiċċ qawwi u sħiħ. Hu iżda jammetti li dan mhux xi ħaġa kbira, għax 10 metri mhuma xejn ħdejn fejn jinżel sottomarin. "Imma kuntent għall-aħħar," qal Yong. "Issa nipprova ntejjeb is-sottomarin biex ninżel aktar fil-fond."

Se jindifnu qrib l-eroj tagħhom

Partitarji tal-futbol li fl-aħħar jistgħu jispiċċaw jistrieħu qrib il-favoriti tagħhom

Wieħed mill-akbar klabbs tal-futbol fil-Brażil se jiftaħ ċimiterju għal dawk li jkunu jridu jindifnu qrib l-eroj tagħhom. Is-supporters talklabb Corinthians issa jistgħu jagħżlu minn fost 70,000 plot li jiswew bejn €1,493 u €2,587 kull wieħed. Iċ-ċimiterju se jkun jismu "Corinthians għal Dejjem" u jinsab qrib San Paulo. Se jservi biex fih jitpoġġew jistrieħu l-aktar

Mara Indjana spiċċat miżżewġa raġel bi żball meta lqassis qal isem b’ieħor. Il-qassis tfixkel lill-għarus ma’ ħuh waqt li kien qed iżewweġ koppja fi żwieġ Musulman f’Udaiya, f’Uttar Pradesh. Waqt li kienu jagħtu l-kelma tagħhom lil xulxin, il-qassis qal Mehraj minflok Siraj u lgħarusa, li ma semgħetx x’kien qal, aċċettatu b’żewġha. L-iżball sar magħruf l-għada

plejers popolari tal-klabb. Ricardo Polito, il-kap eżekuttiv tal-kumpanija li qed tieħu ħsieb biex isir dan iċ-ċimiterju, qal li l-post se jkollu wkoll kmamar għall-funzjonijiet, ġonna, ristorant, riżerva naturali u lag. Il-Corinthians hu t-tieni l-aktar klabb tal-futbol segwit fil-Brażil fejn hu kkalkulat li hemm madwar 25 miljun ruħ li jappoġġjawh.

Ħabs jinkera għat-tiġijiet Tista' tiżżewweġ fil-ħabs ta' Lepoglava

Koppji fil-Kroazja qed jingħataw l-opportunità li jekk iridu jistgħu jiżżewġu filħabs. L-offerta tinkludi li l-koppji li jiżżewġu fil-ħabs ta’ Lepoglava jkunu libsin l-uniformi tal-ħabs u li r-riċevi-

ment isir fejn jieklu l-ħabsin. L-ikel jissajjar mill-kok talħabs u jisserva mill-ħabsin stess. L-uffiċjali tal-ħabs qalu li bdew is-servizz biex ineħħu limpressjoni ħażina li jista’ jkollhom in-nies dwar il-ħabs.


41

Il-{add, 9 ta’ Novembru, 2014

Passatemp Mimdudin> 1. 3.

7. 8. 9. 10. 11. 13. 15. 17. 21. 23.

24. 25. 26. 27.

Weqfin>

G[atu ta’ qabar (6) B’martell ta fuq ras il-musmar (6) Frustier (7) {afna jippreferuh iggriljat (5) Tag[fi;a qalb il-folla (5) Sog[ba – mhux pja/ir ]gur (9) Tjur tal-ilma b’saqajn /atti (5) Dan forsi jiltaqa’ mas-sie[ba kull filg[axija (6) Emmint b’xi mod u spi//a g[al kollox! (6) ?ar/ar jew [are; mill-pori (5) G[odod tal-mu]ika? (9) X’inhuma ladarba m’humiex inno/enti (5) Jara x’inhu l-pi] ta’ o;;ett (5) Mixli (7) Pjaga fil-;isem li ti;i minn xi mard (6) Inteba[ b’dak li qed isir (6)

B’dan l-g[amara ti;i tleqq (6) Jekk im[assra, id-dentist jaqlag[hielek (5) 3. Frekwenti (5) 4. …… Alla tieg[i: l-ewwel kelma fl-Att tal-Indiema (7) 5. Sitta u tletin pulzier (5) 6. Saret lewn id-demm (6) 7. Tid[olx bejnha u bejn qoxritha (5) 12. u 14. Jie[du min ji;i l-ewwel f’kompetizzjoni (6) 14. Ara 12. 15. Ma ftakartx (6) 16. Waqtiet li jfakkruk fil-gazzetta ta’ quddiemek issa! (7) 18. Plural ta’ lotta (5) 19. Malta tidher daqs din fil-mappa tad-dinja (5) 20. Dottoressa (6) 22. Tin[adem minn zokk ta’ si;ra u mo[bija f’g[anja Maltija? (5) 23. Makakkerija (5) 1. 2.

Soluzzjoni tat-Tisliba li dehret nhar il-{add li g[adda Mimdudin> 1. Simili; 3. {an]ir; 7. Kunsill; 8. {olma; 9. Dalma; 10. Imqarruna; 11. Mappa; 13. Dumink; 15. T[arsu; 17. Kilwa; 21. Komunisti; 23. Serja; 24. I;mla; 25. Qdumija; 26. Solidu; 27. Assurd. Weqfin> 1. Storda; 2. Linfa; 3. {oloq; 4. Na[arbu; 5. Divin; 6. Tabakk; 7. Kelma; 12. Pur; 14. Mil; 15. Tikmix; 16. Sinjali; 18. Warda; 19. Pilu]; 20. Bajjad; 22. Saqqu; 23. Spiss.

pin PUBLICATIONS

Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà Tel> 25965412

3

2

1

4

5

6 8

7

10

9

11

15

12

pin

13

14

18

17

16

20

19

21

22

24

25

26

23

27

IRBA{… voucher ta’ €15 li jissarraf f’g[a]la ta’ kotba tal-PIN (Pubblikazzjonijiet Indipendenza), Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà (Tel. 25965463). Indirizzaw is-soluzzjoni, flimkien mal-indirizz u n-numru tat-telefon tag[kom, hekk: TISLIBA il-mument, Stamperija Indipendenza, Triq Herbert Ganado, Pietà PTA1450. G[andkom ]mien sa nhar is-Sibt li ;ej. Ir-rebbie[ ikun mitlub iwie;eb mistoqsija sempli/i fuq it-telefon.Ir-rebbie[ tat-Tisliba tal-{add 26 ta’ Ottubru 2014 hi: Marilyn Scerri, 81 ‘Maria’, Triq Ponsonby, G]ira.

Soluzzjonijiet

Numri legati aritmetikament Fl-esagonu g[andu jkun hemm in-Nru. 11, li hu ddivi]ur bejn it-tliet koppji ta’ numri opposti. 154 ÷ 11 = 14; 231 ÷ 11 = 21; 198 ÷ 11 + 18.

Pittura moderna

Is-Sur :i; xtara pittura astratta minn irkant. Meta mar id-dar ma ftakarx liema wa[da kien xtara u lanqas mnejn kienet imdendla. Ara tg[inux int?

20 differenza

Ix-xena ta’ ta[t tvarja mix-xena ta’ fuq f’g[oxrin differenzi ]g[ar. Ara ssibhomx kollha...

Pittura astratta

G[oxrin differenza

Xtara l-a[[ar wa[da fuq illemin u kienet imdendla min-na[a bl-ittra ‘/’

Numri legati aritmetikament

Liema numru g[andu jid[ol fl-esagonu tan-nofs biex ikun legat aritmetikament man-numri fi]-]ew; ovali opposti bl-istess operazzjoni?


42

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

NET TELEVISION

.................................................................................. 07:00 08:15 09:00 10:00 12:30 14:00 14:05 14:35 16:30 17:10 18:00 18:05 18:40 19:30 20:15 20:40 21:40 21:45 23:15

NET NEWS The Client Għalkulħadd Konvenzjoni Ġenerali 2014 Telebejgħ NET NEWS Sajjarli Telebejgħ Sport Extra Wheelspin NET NEWS Flusek What’s for dinner NET NEWS Għalik fl-Ewropa Becky NET NEWS Replay NET NEWS

RAIUNO ...................... 07:05 UnoMattina in famiglia (Jinkludi t-Tg1 fit-8am u fid9:30am) 10:00 Buongiorno benessere Tutti i colori della salute 10:30 A sua immagine 10:55 Santa Messa dall'Abbazia di Chiaravalle in Milano 11:50 A sua immagine 12:00 Recita dell'Angelus da Piazza San Pietro 12:10 A sua immagine 12:20 Linea verde Albania: l'alba di un nuovo giorno 13:30 Telegiornale 14:00 L'Arena 16:30 Tg1 16:35 Domenica In 18:50 L'Eredità 20:00 Telegiornale 20:35 Affari tuoi 21:25 Carosello Reloaded 21:30 Una pallottola nel cuore - Il passato che ritorna 23:26 Tg1 60 Secondi 23:30 Speciale Tg1

Televiżjoni / Radju

TVM ONE 2 ...................... TVM ...................... ...................... 07:30 08:30 09:00 09:30 10:00 10:30 12:00 12:10 15:00 15:05 18:00 18:15 18:40 20:00 20:50 21:50 21:55 23:00 23:20

Alexander's Lost World Madwarna Il-Gwerra l-kbira Gadgets House Hunt Malta u lil hinn minnha Aħbarijiet Ħadd Għalik Aħbarijiet Ħbieb u Għedewwa Aħbarijiet Madwarna Opening Ceremony JESC Aħbarijiet X-Factor UK Aħbarijiet punti ewlenin X-Factor UK cont.... Aħbarijiet Rajt ma Rajtx

RAIDUE ..................... ...................... RAITRE

07:25 Jake e i pirati dell'Isola Che Non C'è 07:51 Sulle tracce del Bombo rimbalzante 08:15 Avengers Assemble Alleanza galattica 08:35 Il nostro amico Charly 10:45 Cronache animali 11:30 Mezzogiorno In Famiglia 13:00 Tg2 giorno 13:45 Quelli che aspettano 17:05 Tg2 L.I.S. 17:10 Stadio Sprint 18:10 90* minuto 19:35 Squadra Speciale Cobra 11 Rapina all'ufficio postale 20:30 Tg2 21:00 N.C.I.S. 21:45 Automobilismo: Gran Premio Brasile di Formula 1 23:45 La Domenica Sportiva 01:00 Tg2 01:20 Protestantesimo 01:50 Meteo 2

Il Signore degli Anelli – Italia 1, 19:15

06:55 07:45

00:55 01:05 01:35 01:45 02:05 02:15

Ai confini dell'Arizona Lo stallone Se la polizia fosse in mano alle donne O l'ammazzo o la sposo Metropoli - Firenze Tgr Estovest Colpo di Scena Tg Regione In 1/2 ora Tg3 LIS Kilimangiaro Il borgo dei borghi Kilimangiaro Ci divertiremo un mondo Tg3 Blob Speciale Elisir Tg3 Il candidato Zucca Presidente Discorso emozionante Tg3 In 1/2 ora Fuori orario. Cose (mai) viste Infiniti sufficienti Dissolvimento San Zimei ( Tre sorelle )

07:00 07:58 08:50 10:00 11:00 12:00 13:00 13:4 14:00 18:45 19:57 20:40 21:12 23:30 00:30 01:20 01:50 02:25

Prima pagina Tg5 # Traffico Tg5 # Meteo.it Le frontiere dello spirito santo The chef Le storie di melaverde Melaverde Tg5 # Meteo.it 0L'arca dio Noe' Domenica live Avanti un altro Tg5 Prima pagina # Meteo.it Paperissima sprint I Ceseroni X-Style Maurizio costanzo show Tg5 # Meteo.it Paperissima sprint Hollywood vermont.

08:00 09:25 11:10 13:05 14:00 14:30 15:00 15:05 15:45 19:00 20:00 21:45 23:30 00:45

07:00 08:30 09:00 09:45 10:15 11:15 12:30 13:00 13:30 14:00 14:30 15:00 16:00 16:30 17:00 17:30 18:00 18:30 19:00 19:30 20:30

20:40 21:00 23:00 23:15

News Loop Animals that made history Quddiesa tal-Ħadd Vatican Magazine Kurrenti Luxdesign Valletta Househunt Gadgets Tiġrijiet Biss 3 Pointer Dwarna Madwarna Il-Gwerra l-kbira GFA Roundup Valletta Pellikola Venere Għawdex illum Alexander's World Aħbarijiet għal persuni neqsin mis-smiegħ Madwarna Kontrattakk Sport News Aħbarijiet bl-Ingliż

06:30 07:15 08:00 08:30 10:00 10:30 11:30 12:30 12:40 13:00 14:00 14:30 16:55 17:30 17:40 18:15 18:45 19:30 20:15 20:20 21:30 22:55 .

One News Pink Panther Flimkien ma' Nancy Analiżi tal-ġurnali Tlaqna sal-Belt Aroma kitchen Gaxin One News Telebejgħ In D House The Change Arani issa Top model One News On D Road Esperti Joe's Kitchen One News Samsara It-Tfal L-argument Fresh & Funky

Full Metal Jacket – Rete 4, 00:12

ITALIA 1 RETE 4 CANALE 5 ...................... ...................... ...................... 07:00 Super partes 07:00 Zorro 07:20 Super partes 08:00 Il meraviglia volo degli uccelli 09:00 Terra! 10:00 Santa messa 10:50 I grandi della fede 11:30 Tg4 # Meteo.it 12:00 I grandi della fede 13:00 Pianeta mare 13:56 Donnavventura 14:30 Le miniere di salimine 17:37 Le fidanzate di luke 18:55 Tg4 # Meteo.it 19:35 Tempesta d'amore 21:32 Gli spietati 00:12 Full metal jacket 00:50 Tg4 night news 02:29 Scoop

08:35 10:30 12:25 13:00 14:00

16:05 18:10 18:30 19:00 19:15 21:30 00:15 01:05 01:30 01:45 02:00

A-team La tenera canaglia Studio aperto # Meteo.it Sport mediaset Paladin: Dawn of the dragon slayer Il ritorno di nessie Tom e Jerry Studio aperto # Meteo.it Love bugs Il signore degli agnelli Adam kadmon Surviving disaster Sport mediaset Studio aperto Televendita mediashopping Me and You and everyone we know.


43

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Televiżjoni / Radju

Illum fuq Radio 101

....................................................... 07:55 08:00 08:02 09:00 10:30 110:0 11:03 11:55 12:00 12:15 15:00 15:02 17:00 17:03 17:55 18:00 18:20 20:00 20:02 20:30 22:30 22:40 22:45 00:10

Avviżi tal-Mejtin Aħbarijiet Marċi u bandalori focus 101/analizi tal-ġurnali Magħkom....david thake Editorjal Magħkom.....david thake (cont) Avviżi tal-mejtin/Angelus Bulletin tal-aħbarijiet Skor (part 1) Aħbarijiet Skor (part 2) Editorjal Skor (part 2) (cont) Avviżi tal-Mejtin Bulletin tal-aħbarijiet Slowdown Aħbarijiet Slowdown (cont) Allegro andante Għada fl-istampa Editorjal Italomix (r) Mużika matul il-lejl

Jiġu fit-tmiemhom l-ewwel rawnd ta’ partiti mill-Kampjonat Premier

Matthew Paris

Proponiment b’differenza –Se Niżżewġu, NET Television

Il-Pre Wedding Photo Session, aktar dwar l-ilbiesi tal-għarusa, pariri dwar l-għażla tas-swali għat-tieġ, il-ġojjelli, l-ilbiesi tal-irġiel, il-moda femminili, il-mużika huma fost is-suġġetti li se jiddiskuti lprogramm Se Niżżewġu li jixxandar nhar illum il-Ħadd 9 ta' Novembru 2014 fuq Net Television. Bi preżentazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri u produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment, minbarra l-informazzjoni, ikun hemm ukoll il-mużika bil-parteċipazzjoni ta’ Spiteri Lucas Band u l-kantanti mistiedna. Matul il-programm ikun hemm ukoll isCelebrity Weddings li matulha se nitkellmu mad-deputat Nazzjonalista Ryan Callus dwar il-proposta matrimonjali li kien għamel lit-tfajla tiegħu Marija waqt xogħol fil-missjoni fis-sajf li għadda.

–Replay, NET Television

Dak li jagħmel il-programm Replay popolari u segwit mad-dilettanti tal-futbol lokali hu l-mod ta’ kif titmexxa d-diskussjoni. Fuq kollox l-għażla tal-mistiedna kull ġimgħa f’dan il-programm tkompli tagħmel din il-produzzjoni aktar interessanti u vivaċi. Illum il-Ħadd 9 ta' Novembru 2014, id-diskussjoni se tkompli u l-mistiedna se jkomplu jiddiskutu l-andament tal-Kampjonat Premier, hekk kif fittmiem il-ġimgħa tiġi fit-tmiemha l-ewwel rawnd ta’ partiti, kif ukoll l-aħħar temi ta’ diskussjoni marbuta mal-futbol lokali inġenerali. Din il-ġimgħa l-mistiedna fil-programm Replay se jkunu l-Viċi President ta’ Valletta Alex Fenech u l-kowċ ta’ Tarxien Rainbows

Clive Mizzi. Dawn se jkunu qed jingħaqdu mal-mistiedna residenti tal-programm li din ilġimgħa se jkunu Konrad Sultana u Matthew Paris. Replay hu magħruf sew għall-istejjer u lesklussivita’ li jwassal ta’ kull ġimgħa u għaldaqstant nhar il-Ħadd li ġej ma jistax jonqos li l-programmm ma jkomplix iwassal aktar stejjer ta’ interess permezz tar-rokna popolari Rajna u Smajna. Replay hu ippreżentat minn Christian Micallef u Sarah Agius Fit-tim tal-produzzjoni hemm ukoll Roderick Vella, Matthew Mamo, George Cassar, Stewart Said u Elena Muscat. Il-muntaġġ tal-programm hu fdat f’idejn Stephen Chircop. Direzzjoni ta’ Keith Mizzi.


41

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Televiżjoni / Radju

Illum fuq Radio 101

....................................................... 07:55 08:00 08:02 09:00 10:30 110:0 11:03 11:55 12:00 12:15 15:00 15:02 17:00 17:03 17:55 18:00 18:20 20:00 20:02 20:30 22:30 22:40 22:45 00:10

Avviżi tal-Mejtin Aħbarijiet Marċi u bandalori focus 101/analizi tal-ġurnali Magħkom....david thake Editorjal Magħkom.....david thake (cont) Avviżi tal-mejtin/Angelus Bulletin tal-aħbarijiet Skor (part 1) Aħbarijiet Skor (part 2) Editorjal Skor (part 2) (cont) Avviżi tal-Mejtin Bulletin tal-aħbarijiet Slowdown Aħbarijiet Slowdown (cont) Allegro andante Għada fl-istampa Editorjal Italomix (r) Mużika matul il-lejl

Jiġu fit-tmiemhom l-ewwel rawnd ta’ partiti mill-Kampjonat Premier

Matthew Paris

Proponiment b’differenza –Se Niżżewġu, NET Television

Il-Pre Wedding Photo Session, aktar dwar l-ilbiesi tal-għarusa, pariri dwar l-għażla tas-swali għat-tieġ, il-ġojjelli, l-ilbiesi tal-irġiel, il-moda femminili, il-mużika huma fost is-suġġetti li se jiddiskuti lprogramm Se Niżżewġu li jixxandar nhar illum il-Ħadd 9 ta' Novembru 2014 fuq Net Television. Bi preżentazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri u produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment, minbarra l-informazzjoni, ikun hemm ukoll il-mużika bil-parteċipazzjoni ta’ Spiteri Lucas Band u l-kantanti mistiedna. Matul il-programm ikun hemm ukoll isCelebrity Weddings li matulha se nitkellmu mad-deputat Nazzjonalista Ryan Callus dwar il-proposta matrimonjali li kien għamel lit-tfajla tiegħu Marija waqt xogħol fil-missjoni fis-sajf li għadda.

–Replay, NET Television

Dak li jagħmel il-programm Replay popolari u segwit mad-dilettanti tal-futbol lokali hu l-mod ta’ kif titmexxa d-diskussjoni. Fuq kollox l-għażla tal-mistiedna kull ġimgħa f’dan il-programm tkompli tagħmel din il-produzzjoni aktar interessanti u vivaċi. Illum il-Ħadd 9 ta' Novembru 2014, id-diskussjoni se tkompli u l-mistiedna se jkomplu jiddiskutu l-andament tal-Kampjonat Premier, hekk kif fittmiem il-ġimgħa tiġi fit-tmiemha l-ewwel rawnd ta’ partiti, kif ukoll l-aħħar temi ta’ diskussjoni marbuta mal-futbol lokali inġenerali. Din il-ġimgħa l-mistiedna fil-programm Replay se jkunu l-Viċi President ta’ Valletta Alex Fenech u l-kowċ ta’ Tarxien Rainbows

Clive Mizzi. Dawn se jkunu qed jingħaqdu mal-mistiedna residenti tal-programm li din ilġimgħa se jkunu Konrad Sultana u Matthew Paris. Replay hu magħruf sew għall-istejjer u lesklussivita’ li jwassal ta’ kull ġimgħa u għaldaqstant nhar il-Ħadd li ġej ma jistax jonqos li l-programmm ma jkomplix iwassal aktar stejjer ta’ interess permezz tar-rokna popolari Rajna u Smajna. Replay hu ippreżentat minn Christian Micallef u Sarah Agius Fit-tim tal-produzzjoni hemm ukoll Roderick Vella, Matthew Mamo, George Cassar, Stewart Said u Elena Muscat. Il-muntaġġ tal-programm hu fdat f’idejn Stephen Chircop. Direzzjoni ta’ Keith Mizzi.


44

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ

Għawdex, Ta’ Sannat, viċin Ta’ Ċenċ MAISONETTE kbir ħafna, tliet kmamar tas-sodda, kċina għaliha, bitħa kbira, bilgaraxx lock-up extra. Press €79,500. Ċemplu 7989 1819 Il-Ħamrun

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bilbitħa, dawl, ilma u toilet. Bilpermess Class B. Ċemplu 77200983.

Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000.

VETTURI

Hyundai Accent MUDELL 1996, 1498cc, f’kundizzjoni tajba ħafna. Prezz negozjabbli. Ċemplu 79460359.

Mutur AUTOMATIC 125cc ekonomiku, kollox imħallas u

ġdid, qatt ma ntuża, jiswa €1,800, talba €1,300. Ċemplu 99039564 jew 21695721. AVVIŻI

Ftuħ ta’ drenaġġ BIL-power wash (bowser). Prezz minn €25. Ċemplu 99282014.

Nixtri XI erba’ appartamenti u penthouse b’kamra jew tnejn tassodda, il-Qawra, Buġibba jew San Pawl il-Baħar, mingħajr sensar. Ċemplu 99494990. Niżbarazzaw – Furniture Transport – Lifting Services ALL Clearance and Transport jiżbarazzaw djar eċċ. mill-kontenut. Jiġbru kwalunkwe skart goff u żgħir anke tal-kostruzzjoni, innaddfu ġonna minn ħaxix u qtugħ ta’ siġar, tindif ta’ bjar, qlugħ ta’ madum tal-art u kmamar tal-banju. Nagħmlu trasport ta’ għamara u servizzi ta’ lifter u high-up.

Klassifikati

Ċemplu 79081719, 21433352 jew 99499619. www.allclearancemalta.com Pasturi TAT-tafal tradizzjonali, sett ta’ 20 pastur, €10. Offerta – presepji kull daqs, naħdimhom b’delizzju. Prezz tal-materjal biss. Ċemplu 21495253.

Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Tiswijiet TA’ magni tal-ħjata. Għal service u tiswijiet fil-pront. Ċemplu 99422268 jew 21416705.


Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Klassifikati

Toilet seats NAGĦMEL xogħol ta’ toilet seats ġodda li jkunu maqsumin jew li ma ssibux tixtru bħalhom, ta’ kull tip bilkuluri li jaqblu u kif tixtiquhom intom, għall-kamra tal-banju kompluti bil-fittings. Għal aktar informazzjoni ċemplu 21675053 jew 79675053. GĦALL-BEJGĦ

Ġriewi GERMAN Shepard ta’ 8 ġimgħat, il-ġenituri ta’ barra. Ċemplu 79491077. JINĦTIEĠU

Ħaddiema TAL-kostruzzjoni, meħtieġa għal xogħol manwali u

xogħlijiet żgħar f’siti ta’ kostruzzjoni. L-applikanti jridu jkunu motivati u lesti jaħdmu bl-overtime xi kultant. Età preferibbli bejn 25 u 45 sena. Applika billi tibgħat CV fuq jamie@finishingprojects.com jew ċemplu 79429441.

Xufiera FULL-TIME/PART-TIME li jsuqu t-tow trucks biex jaħdmu mal-kumpanija UNITED MOTOR CO LTD li tirrappreżenta s-CAA, ibbażata Ħaż-Żebbuġ. L-applikanti jrid ikollhom liċenzja nadifa tas-sewqan C1 + E għal dawn l-aħħar seba’ snin. Applikanti b’esperjenza f’dan ix-xogħol ikunu ppreferuti. Għal appuntament ċemplu 22585700 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9am u l-4pm.

Agħti d-demm u ssalva ħajja

Jekk se ssuq?! Tixrobx

45


46 SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. flUffiċċju PN. Ċemplu 79990757.

SANTA VENERA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u nofsinhar se jkun hemm uffiċjal biex jiltaqa’

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Avviżi PN

miegħek fl-Uffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys, Santa Venera. Tista’ tikkuntattjana wkoll billi ċċempel 21441438 / 21441682 jew tibgħat e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt. ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634.

AVVIŻI SOĊJALI BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza Konferenza Politika fil-Każin talPartit illum il-Ħadd, 9 ta’ Novembru fl-10:30am. Jitkellmu Charlot Cassar, kandidat għall-elezzjoni ġenerali, id-deputati Toni Bezzina u Stephen Spiteri kif ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-

Affarijiet tal-Parlament Mario de Marco. Kulħadd mistieden jattendi.

TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw diskussjoni politika bit-tema Semma’ Leħnek...dwar it-Traffiku għada t-Tnejn 10 ta’ Novembru filKażin tal-Partit Nazzjonalista flImqabba fis-7pm. Kulħadd mistieden jattendi.

MARIO DE MARCO. Il-Ħbieb ta’ Mario de Marco se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta, 11 ta’ Novembru fit-8:30am fl-Imperial Hotel, Tas-Sliema. Tluq bil-privates mill-postijiet tas-soltu. Biljetti 6 ewro. Għall-biljetti ċemplu 21247049 / 99450902 / 21223911.

TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru f’Ferretti Restaurant, Birżebbuġa. Prezz 5 ewro inkluż ittrasport. L-attività tibda fid-9:30am. Trasport jitlaq fid-8:45am.

ĦAL LIJA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Lija se jorganizza Pizza Buffet nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru f’Viva Restaurant fit8pm. Biljetti għall-prezz ta’ 12-il ewro u tiekol pizza kemm trid, deżerta u drink. It-trasport se jiġi provdut mill-pjazza ta’ Ħal Lija fis7:30pm għall-prezz ta’ 3 ewro.

IN-NADUR. Il-Kumitat Sezzjonali PN Nadur se jorganizza Pizza u Tombla Night nhar it-Tnejn, 17 ta’ Novembru f’Ta’Kenuna Bar and Restaurant, in-Nadur fis-7pm. Jintrebħu diversi rigali sbieħ. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79562158 jew 99228688.

DAVID CASA. Il-Ħbieb ta’ David Casa se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta 18 ta’ Novembru fil-Buskett Roadhouse, ir-Rabat fid-9:30am. Prezz 6 ewro u trasport provdut. Għall-biljetti ċemplu 25965316.

IL-MELLIEĦA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mellieħa se jorganizza djalogu nhar it-Tlieta, 18 ta’ Novembru fis-7:30pm fis-Sala Carm. Lino Spiteri bis-sehem tadDeputat Toni Bezzina.

ROBERT ARRIGO. Il-Ħbieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw kunċert mill-Pusè u l-band tiegħu fit-teatru tas-Sależjani, Tas-Sliema, nhar l-Erbgħa 19 ta’ Novembru fis7:30pm. Prezz 6 ewro. Għall-bookings ċemplu 23285000.

RYAN CALLUS. Il-Ħbieb ta’ Ryan Callus se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fir-Razzett l-Antik, Ħal Qormi, għall-kostitwenti tasSiġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa. Prezz 6 ewro bit-trasport provdut. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99804142 jew 21 461002.

KRISTY DEBONO. Il-Ħbieb ta’ Kristy Debono se jorganizzaw Coffee Morning nhar lErbgħa, 19 ta’ Novembru fillukanda Alexandra Palace, Paceville fit-8:30am. Prezz 6 ewro bit-trasport inkluż. Biljetti jistgħu jinxtraw fuq 99473932 jew 99993707 jew permezz tale-mail fuq info@kristydebono.com. Il-qligħ kollu minn din l-attività se jmur b’risq il-Creche tal-Ursolini, f’Tas-Sliema.


46 SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. flUffiċċju PN. Ċemplu 79990757.

SANTA VENERA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u nofsinhar se jkun hemm uffiċjal biex jiltaqa’

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Avviżi PN

miegħek fl-Uffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys, Santa Venera. Tista’ tikkuntattjana wkoll billi ċċempel 21441438 / 21441682 jew tibgħat e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt. ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634.

AVVIŻI SOĊJALI BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza Konferenza Politika fil-Każin talPartit illum il-Ħadd, 9 ta’ Novembru fl-10:30am. Jitkellmu Charlot Cassar, kandidat għall-elezzjoni ġenerali, id-deputati Toni Bezzina u Stephen Spiteri kif ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-

Affarijiet tal-Parlament Mario de Marco. Kulħadd mistieden jattendi.

TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw diskussjoni politika bit-tema Semma’ Leħnek...dwar it-Traffiku għada t-Tnejn 10 ta’ Novembru filKażin tal-Partit Nazzjonalista flImqabba fis-7pm. Kulħadd mistieden jattendi.

MARIO DE MARCO. Il-Ħbieb ta’ Mario de Marco se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta, 11 ta’ Novembru fit-8:30am fl-Imperial Hotel, Tas-Sliema. Tluq bil-privates mill-postijiet tas-soltu. Biljetti 6 ewro. Għall-biljetti ċemplu 21247049 / 99450902 / 21223911.

TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzina se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru f’Ferretti Restaurant, Birżebbuġa. Prezz 5 ewro inkluż ittrasport. L-attività tibda fid-9:30am. Trasport jitlaq fid-8:45am.

ĦAL LIJA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Lija se jorganizza Pizza Buffet nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru f’Viva Restaurant fit8pm. Biljetti għall-prezz ta’ 12-il ewro u tiekol pizza kemm trid, deżerta u drink. It-trasport se jiġi provdut mill-pjazza ta’ Ħal Lija fis7:30pm għall-prezz ta’ 3 ewro.

IN-NADUR. Il-Kumitat Sezzjonali PN Nadur se jorganizza Pizza u Tombla Night nhar it-Tnejn, 17 ta’ Novembru f’Ta’Kenuna Bar and Restaurant, in-Nadur fis-7pm. Jintrebħu diversi rigali sbieħ. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79562158 jew 99228688.

DAVID CASA. Il-Ħbieb ta’ David Casa se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta 18 ta’ Novembru fil-Buskett Roadhouse, ir-Rabat fid-9:30am. Prezz 6 ewro u trasport provdut. Għall-biljetti ċemplu 25965316.

IL-MELLIEĦA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mellieħa se jorganizza djalogu nhar it-Tlieta, 18 ta’ Novembru fis-7:30pm fis-Sala Carm. Lino Spiteri bis-sehem tadDeputat Toni Bezzina.

ROBERT ARRIGO. Il-Ħbieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw kunċert mill-Pusè u l-band tiegħu fit-teatru tas-Sależjani, Tas-Sliema, nhar l-Erbgħa 19 ta’ Novembru fis7:30pm. Prezz 6 ewro. Għall-bookings ċemplu 23285000.

RYAN CALLUS. Il-Ħbieb ta’ Ryan Callus se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fir-Razzett l-Antik, Ħal Qormi, għall-kostitwenti tasSiġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa. Prezz 6 ewro bit-trasport provdut. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99804142 jew 21 461002.

KRISTY DEBONO. Il-Ħbieb ta’ Kristy Debono se jorganizzaw Coffee Morning nhar lErbgħa, 19 ta’ Novembru fillukanda Alexandra Palace, Paceville fit-8:30am. Prezz 6 ewro bit-trasport inkluż. Biljetti jistgħu jinxtraw fuq 99473932 jew 99993707 jew permezz tale-mail fuq info@kristydebono.com. Il-qligħ kollu minn din l-attività se jmur b’risq il-Creche tal-Ursolini, f’Tas-Sliema.


47

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Lokali

General Soft Drinks tilħaq lill-klijenti online

The General Soft Drinks Co. Ltd (GSD) nediet websajt ġdida www.gsd.com.mt li tkompli ssaħħaħ ilpożizzjoni tagħha fuq quddiem nett f’suq tax-xarbiet li huwa mill-iktar kompetittiv u li jimxi b’rata mgħaġġla ħafna. Il-websajt hija punt ta’ riferenza li dejjem qed iżid fl-importanza tiegħu u ġiet iddisinjata biex tkun faċli ssib linformazzjoni fuqha minn fuq kull mezz tat-teknoloġija, minn ċellulari għal desktop computers. Il-websajt il-ġdida tippermetti lillkonsumaturi mhux biss isibu tagħrif dwar il-GSD u s-servizzi u l-prodotti li toffri bi ftit clicks, iżda tipprovdi wkoll aċċess dirett, pereżempju biex tibbukkja żjara filWorld of Coca-Cola Malta kif ukoll biex wieħed japplika għax-xogħol malkumpanija. “Id-disinn tal-websajt ġdida tagħna jirrifletti l-pożizzjoni tagħna bħala

kumpanija li hija kompletament Maltija u stabbilita sew li topera wħud mid-ditti liktar rinomati internazzjonalment,” qalet iċ-Chief Operating Officer Maria Micallef. L-innovazzjoni online huwa pass naturali għal kumpanija li għamlet linnovazzjoni bħala l-filosofija tagħha tul l-istorja minn kemm ilha mwaqqfa. Filbidu, kienet tniedi ditta kull għaxar snin, meta bdiet bil-famuża Coca-Cola fl-1952, imbagħad bil-Fanta fis-sittinijiet u liSprite fis-sebgħinijiet. Iddiversifikazzjoni żdiedet fl-aħħar tattmeninijiet bl-introduzzjoni tal-verżjonijiet tad-dieta tal-luminati popolari u l-Kristal, l-ilma li pproduċiet il-kumpanija stess li mbagħad inxtara minn The Coca-Cola Company. Il-kumpanija żiedet il-portafoll tagħha fid-disgħinijiet meta introduċiet diversi xarbiet oħra.

L-Għaqda Teatrali DWAL ĠODDA jibdlu f’teatru spazju fiċ-ċentru parrokkjali ta’ Ħal Għargħur skont kif titlob il-produzzjoni li jkunu qed jaħdmu fuqha. Huma jżewqu l-produzzjonijiet tagħhom: dawk ta’ kitbiet teatrali ta’ awturi Maltin u barranin ma’ kitbiet tagħhom stess. ‘SPIRTU TAL-MELĦ’ (kitba ta’ Martin Gauci) hija l-produzzjoni li qed jibnu bħalissa DWAL ĠODDA b’entużjażmu kbir. Jippreżentawha nhar il-Ġimgħa 14

ta’ Novembru fit-8.00pm u l-Ħadd 16 u 23 ta’ Novembru fis6.30pm. Tidher stramba li DWAL ĠODDA jsejħu din il-produzzjoni ‘bejn dramm u kummiedja, f’żewġ atti u nofs’. L-udjenza m’għandhiex issibha bi tqila biex tintebaħ għaliex. Meta jħoss li Ruth qed titfantas jissuġġerilha: Tbissem... u... enjoy it: sewwasew dak li jixtiequ DWAL ĠODDA għall-udjenzi tagħhom tul il-produzzjoni SPIRTU TAL-MELĦ.

Il-Bank HSBC Malta fetaħ mill-ġdid il-bibien tal-fergħa ewlenija u moderna fil-qalba tal-Belt Valletta. Id-dehra ġdida u friska tal-fergħa rinnovata tikkumplimenta l-gosti u laspettattivi tal-klijenti ta’ HSBC. Kmamar iddedikati għal laqgħat se jipprovdu lill-klijenti b’iktar privatezza, filwaqt li innovazzjonijiet moderni bħal Talking ATMs li jużaw teknoloġija bil-vuċi biex jiżguraw esperjenza aħjar u aktar faċli għal klijenti b’vista limitata. Meta klijent iqabbad kwalunkwe earphone 3.5mm mat-Talking ATMs, dawn jinbidlu f’magni interattivi. Din it-teknoloġija tkompli ssaħħaħ isservizzi bankarji ta’ HSBC li jinkludu Mobile Banking. Dan is-servizz jippermetti lill-klijenti li jimmaniġġjaw il-kontijiet mill-kumdità ta’ darhom jew mill-post tax-xogħol. Matul liżvilupp tal-proġett tal-ATMs għal persuni b’vista limitata, il-Bank ħadem mill-qrib mal-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabbiltà (KNPD) u mal-Fondazzjoni għall-Aċċessibbiltà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (FITA). Il-Bank għandu pjani li jdaħħal din il-faċilità fl-ATMs kollha tiegħu f’Malta sal-2015. Bil-ftuħ mill-ġdid tal-fergħa tal-Belt,

Għal darb’oħra, il-Perrier, l-ilma minerali leġġendarju bil-gass naturali, qed jadotta innovazzjoni artistika li se tkun qed timpressjona anki lil dawk li s-soltu ma jimpressjonawx ruħhom malajr. Bis-saħħa taleffervexxenza, il-kreattività u l-vitalità, ilPerrier qed juża l-Arti tat-Triq (Street Art) b’riżultat tassew sorprendenti, pass ’il quddiem maż-żminijiet. Għal din l-edizzjoni limitata l-ġdida, ilPerrier għażel tlieta mill-aktar artisti tattriq influwenti tad-dinja: JonOne, Amerikan għalkemm Pariġin bl-adozzjoni, l-artist poeta Ġappuniża Sasu, u lumanista Brażiljan Kobra. Dawn it-tliet

artisti ħolqu disa’ disinji uniċi biex jikkumplimentaw il-fliexken ikoniċi talħġieġ, il-fliexken tal-plastik PET u l-bott il-ġdid tal-Perrier. Minn Dali għal Colette, Carlu, Villemot, u anke Warhol, il-Perrier dejjem ispira lill-aqwa artisti f’dawn l-aħħar deċenji. L-Edizzjoni Limitata “PERRIER inspired by Street Art” hi f’din it-tradizzjoni, eċċentrika daqs qatt qabel u fl-istess ħin rifreskanti. Il-Perrier hu impurtat, irreklamat u mqassam minn Farsons Beverage Imports Co. Ltd, membru tal-Grupp Farsons.

Il-fliexken ġodda tal-Perrier, f’edizzjoni limitata

Dramm jew kummiedja? ‘SPIRTU TAL-MELĦ’ F’ĦAL GĦARGĦUR

Edizzjoni Limitata tal-Perrier ispirata minn Street Art

HSBC Malta jiftaħ il-fergħa rinnovata fil-Belt Valletta

Dehra tal-fergħa rinnovata tal-HSBC fil-Belt Valletta

in-numru totali tal-fergħat rinnovati tal-HSBC issa tela’ għal 14. Minbarra tal-Belt, HSBC wettaq rinnovazzjoni fil-fergħat ta’ Ħal Balzan, Buġibba, ilĦamrun, is-Swieqi, Raħal Ġdid, iżŻejtun, il-Mosta, iż-Żurrieq, San Ġwann, Birkirkara, Tas-Sliema u ĦażŻabbar u r-Rabat Għawdex. Il-fergħa kienet inawgurata uffiċjalment mill-Ministru tal-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta Mark Watkinson. Il-Kap tar-Retail Banking and Wealth Management ta’ HSBC Malta Paul Steel u s-Sindku talBelt Valletta l-Professur Alexiei Dingli kienu wkoll preżenti flimkien ma’ mistednin u uffiċjali oħra millKummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabbiltà (KNPD) u l-Fondazzjoni għall-Aċċessibbilità tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (FITA). Mark Watkinson qal li l-Belt Valletta hi ċentrali għall-ekonomija Maltija u HSBC hu pożizzjonat strateġikament fil-qalba tal-belt kapitali “biex nipprovdu servizzi finanzjarji u express banking mill-aqwa lill-klijenti. Ir-rinnovazzjoni tal-fergħa hi l-aħħar waħda f’serje ta’ investimenti li wettaq il-Bank biex ikompli jtejjeb l-operat tiegħu f’Malta.”


48

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Sport

TROTT U GALOPP

Irtirata d-debba Taghrooda Kenneth Vella

Wara li aktar kmieni din is-sena rebħet l-Oaks u l-King George VI and Queen Elizabeth II Diamond Stakes, iddebba Taghrooda ġiet irtirata mit-tiġrijiet. Din id-debba kienet imħarrġa minn John Gosden u misjuqa mill-jockey Paul Hanagan. Taghrooda saret l-ewwel debba li rebħet il-King George wara 30 sena. Sidha, ix-Sheikh Hamdan Al Maktoum, ħabbar li d-debba se tkun irtirata wara li temmet it-tielet fil-Prix De L’Arc De Triomphe. Hu anki kkonferma li kien irtira lil Mukhadram li ftit tax-xhur ilu kien anki rebaħ il-Coral Eclipse u li kien imħarreġ minn William Haggas. Taghrooda tiġi bint Sea The Stars li fl-2009 kien rebaħ kemm id-derby u anki l-Arc De Triomphe. Hi rebħet erbgħa mis-sitt tiġrijiet li ħadet sehem fihom u issa ssena d-dieħla se tibda tintuża’ wkoll għat-tagħmir.

Zenyatta fl-aħbarijiet Fl-Istati Uniti l-ġimgħa li għaddiet tħabbret il-mewt tal-mohora bint ilpopolari Zenyatta. Din id-debba, blisem ta’ ZPrincess, mietet fiċ-ċentru Lane’s End Farm fejn hemm ukoll stazzjonata ommha. ZPrincess kienet bint ukoll l-istaljun War Front u kellha titraqqad waqt li kienet għall-kura flisptar Riddle Equine wara li kellha

Taghrooda, debba popolari li ġiet rtirata dan l-aħħar

wkoll inċident fiċ-ċentru Lane’s End Farm. Kelliem għal dan iċ-ċentru spjega li hekk kif irrealizzaw l-inċident li kien seħħ lil ZPrincess ħadu l-prekawzzjonijiet neċessarji u anki ħaduha biex tingħata l-kura li kellhom bżonn. Hu qal ukoll li kien iħossu dispjaċut għal din ilmewt anki għax kien hemm aspettativa kbira għall-mohora bint Zenyatta, b’din tal-aħħar tkun ikkunsidrata fost l-aktar dwieb veloci ta’ kull zmien.

Jaqbeż id-9000 rebha Ftit tal-jiem ilu, is-sewwieq popolari Amerikan Brian Sears irnexxilu jaqbeż id-9000 rebħa fil-karriera tiegħu. Dan wara li kellu suċċess f’tiġrija fil-korsa ta’ Yonkers Trot permezz ta’ The Way I Am. Dan jibqa’ wkoll riżultat impressjonanti għal Sears li għandu 46 sena. Brian Sears twieled fil-periferija ta’ Forte Lauderdale u ż-żwiemel li kellu suċċess bihom matul is-snin kellhom il-fur minn $158 miljun f’rebħ filkarriera. Fost it-tiġrijiet ewlenin mirbuħa minn Sears matul is-snin insibu l-famuża Hambletonian li rebaħha darbtejn permezz ta’ Free For Life u Muscle Hill. IlHambletonian hija kkunsidrata t-tiġrija bl-akbar premju fl-Amerika ta’ Fuq. Wara d-9000 rebħa Brian Sears sar il15-il sewwieq fl-istorja tat-trott mondjali li qabeż id-9000 rebħa.

Matul il-ġimgħa li għddiet saret il-Melbourne Cup fl-Awstralja li ntrebħet miż-żiemel Ġermaniż Protectionist. Madankollu din it-tiġrija tal-galopp taż żewġ mili kienet imtappna b’żewġ imwiet fi tmiemha. (Fir-ritratt fuq) Iż-żiemel Araldo li temm fisseba’ post kellu jitraqqad wara li sfratta u weġġa’ serjament saqajh ma’ ħajt ta’ passaġġ kif jidher fl-inċident fir-ritratt, waqt li (taħt) l-akbar favorit, Admire Rakti li temm l-aħħar, miet b’attakk tal-qalb fi tmiem it-tellieqa.

Is-sewwieq Amerikan Brian Sears li riċentement qabeż id-9000 rebħa fil-karriera

Jispikkaw waħda Premier u oħra tal-galopp LOKALI

L-aktar żewġ tiġrijiet importanti li jsiru llum wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa se jkunu waħda tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u tiġrija talgalopp fuq distanza wkoll twila ta’ 1750m. Dawn se jagħmlu parti mis-37 laqgħa tassena fuq għaxar tiġrijiet, b’dawk tat-trott isiru kollha fuq distanza twila. L-uniku tiġrija Premier se tkun ittmien waħda u tibda fl-4.30pm. Wara lkarozza tat-tluq se jibdew Carmen Sund, Nova Kebell, Opal Hall, Uncle Joe’s Jet, Quel Noir, Blizzard Ad, Charm Hammering, Utah Hornline, Mont Cenis Honey, Quermes Rush, Ourasi Diams, Polisson Wood, Over Oaks, Zwack, Palazio Valterne u Wiss Roadrunner. Misjuqa minn Redent Magro, l-Iżvediża Nova Kebell tibda favorita li tieħu t-tieni rebħa konsekuttiva u minn daqstant dehriet f’Malta. Dan quddiem Quermes Rush (Noel

Baldacchino) u Ourasi Diams (Anthony Fenech). Min-naħa l-oħra, l-uniku tiġrija talgalopp li se ssir illum se tkun ir-raba’ waħda u tibda fit-2.50pm. Ħamsa huma ż-żwiemel miktuba għal din it-tiġrija. Dawn huma Gold As Good, Sleepwalking, Timolin, Ollie Fliptrik u Key Art. Hawnhekk attenzjoni speċjali għandha tingħata lil Gold As Good (Eric Zammit) li fl-aħħar ħarġa tagħha kienet rebħet il-prestiġjuża Mediterranean Derby u Sleepwalking li tkun f’idejn Demis Zammit. Il-kumplament tat-tiġrijiet tat-trott se jkunu riservati għal żwiemel tal-klassi Gold, Silver, Bronze u Copper, blewwel tiġrija tal-klassi Copper tibda fis1.30pm. Tbassir. I Tiġrija. Klassi Copper. Dist –

2640m. Win – Voila Dry. Place – Dreamed Victory, Lemon Solo. II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Grace Party. Place – Darco As, Schejken Bill. III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. Win – Uranium Des Arkads. Place – Mirage D’Ete, Pine Wood Harry. IV Tiġrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. Win – Gold As Good. Place – Sleepwalking, Timolin. V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Punch EM. Place – Syllabub, Miskos Abies. VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. Win – All American Class. Place – Sigurd Speed, Baron GL. VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Winner Farming. Place – Big Hit, Magnific As. VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist –

2640m. Win – Nova Kebell. Place – Quermes Rush, Ourasi Diams. IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Starfirefinnfemfel. Place – Roma M, Lion McGuire. X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Zwinger Bobber. Place – Sweep The Floor, Andri Boko.

Tiġrijiet f’Għawdex Illum wara nofsinhar fil-korsa ta’ Xħajma f’Għawdex se jsir programm ta’ tiġrijiet għal ponijiet shetland, ponijiet ta’ razez oħra u oħrajn għal tat-trott minn diversi klassijiet. Għal tat-trott illum se jsiru heats importanti bil-finali tagħhom issir il-Ħadd 23 ta’ Novembru. Is-somma tal-premijiet tal-finali tattrott se tkun ta’ E1750m. L-ewwel tiġrija tibda għal ħabta tas-1.30pm u din illaqgħa se tkun organizzata mill-Gozo Horse Racing Association.


Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Sport

EURO 2016

Hiddink lest jirriżenja jekk l-Olanda titlef mal-Latvja

Il-kowċ tal-Olanda Guus Hiddink qal li hu lest jirreżenja mill-kariga jekk it-tim tiegħu jitlef kontra l-Latvja filpartita li jmiss mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Hiddink, li għandu 67 sena qed imexxi lit-tim nazzjonali Olandiż għat-tieni darba filkarriera tiegħu wara li ħa post Louis Van Gaal, li minn naħa tiegħu ħalla littim biex ingħaqad ma’ Man Utd. LOlanda, waqt it-Tazza tad-Dinja kellha wirjiet mill-aqwa u spiċċat fit-tielet post imma minn meta Hiddink ħa f’idu t-tim il-wirjiet tat-tim ma kienux l-istess bħal dawk fl-Afrika t’Isfel. Fil-fatt, mill-ewwel tliet partiti mirrawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, l-Olanda tilfet tnejn, waħda kontra r-Repubblika Ċeka u oħra kontra lIżlanda. F’kummenti li ta Hiddink qal, “Jekk fis-16 ta’ Novembru nitilfu kontra lLatvja nagħmel dak li hu ovvju u nirreżenja. Għadni ma tkellimtx mal-plejers dwar x’se nagħmel imma nista’ ngħid li għalija, anke riżultat ta’ draw ikun negattiv.” Minkejja li Hiddink stqarr li hu diżappuntant bil-wirjiet tat-tim u qal li hu lest jirreżenja dan stqarr ukoll li lmidja qed tesaġera fil-kritika tagħha fil-konfront tat-tim. “M’għandi l-ebda

Hiddink ma tantx kellu bidu pożittiv mat-tim Olandiż

dubju li se nikkwalifikaw u m’inix kuntent bil-mod ta’ kif il-midja qed tattakkana. Madankollu bħala kowċ tat-tim irrid naċċetta l-kritika, anke

Sport lokali għal-lum

MFA Kordin – 2 p.m. Prem. Balzan v Hibs, 4 p.m. Prerm. B’Kara v Floriana Victor Tedesco St – 2 p.m. Prem. Pietà H v Qormi, 4.15 p.m. Prem. Mosta v Tarxien Centenary St. – 2 p.m. I Div. Mqabba v Pembroke A. 4 p.m. I Div. Gżira Utd v St. Andrews. Charles Abela St. – 2 p.m. II Div. Siġġiewi v Sirens, 4.15 p.m. II Div. Xgħajra T. v Ħamrun S. Luxol St. – 2 p.m. II Div. Senglea A. v Mellieħa, 4.15 p.m. II Div. Marsa v San Ġwann

Sirens St. – 2 p.m. II Div. Għargħur v Żabbar SP, 4.15 p.m. II Div. Għaxaq v Żejtun. GFA Gozo St. – 1 p.m. I Div. Kerċem A. v Sannat Lions, 3 p.m. Oratory Y v St. Lawrence IASC Tarxien Grd – II Div. 8.30 a.m. Zabbar CB v Mġarr F., 9.45 a.m. Gżira Utd v Safi AFC, 11 a.m. Żurrieq W. v Rovers Utd. YFA Għaxaq Grd – 9 a.m. U/17 Pembroke v Siġġiewi, 10.45 a.m. U/17 Qormi v Attard, 12.30 p.m. U/15 St. Andrew v Mellieħa

jekk nemmen li hi ħarxa. Meta kont inmexxi t-tim għall-ewwel darba filkarriera tiegħi kien hemm inqas pressjoni u jidher li r-riżultati pożittivi

Siġġiewi Grd – 9 a.m. U/17 Ħamrun S v Rabat A., 10.45 a.m. U/15 Gozo v Żebbuġ, 12.30 p.m. U/15 Melita v Dingli Marsaxlokk Grd – 1 p.m. U/15 Żejtun v Sta Lucia, 2.45 p.m. U/15 Marsascala v B’Buġa, 4.30 p.m. U/17 Mtarfa v Gudja Sta Luċija Grd – 1 p.m. U/17 San Ġwann v Marsa, 2.45 p.m. U/15 Xgħajra v Siġġiewi, 4.30 p.m. U/17 Sta Venera v Sdta Luċija. ASMK Ta’ Qali – 10 a.m. It-tieni attività mill-Kampjonati Enduro BASKETBALL

49

li ġab pajjiżna f’dawn l-aħħar snin ħalla effett fuq il-midja li issa dejjem qed tistenna aktar mill-plejers,” qal Hiddink.

Ta’ Qali: St. James Hosp. Shield (II Div.) 11.15 a.m. Phoenix Qormi v Athleta., 1 p.m. (I Div) Athleta v Luxol, 2.45 p.m. (N) Depiro v Hibs jew Luxol., 4.30 p.m. (I) Virtus v Floriana TIĠRIJIET TAŻŻWIEMEL Marsa – 1.30 p.m. Programm sħiħ ta’ tiġrijiet. SPARAR Bidnija – 10 a.m. Sparatura Trap għall-Emanuel Abela Trophy HOCKEY Kordin – 9 a.m. Sliema Hs v Floriana YS, 11 am. Rabat v Poiatti Qormi

MOTOGP

Rossi jibda quddiem

Is-sewwieq tal-Yamaha Valentino Rossi se jibda millewwel post fil-Grand Prix ta’ llum li se jsir f’Valencia. Din hi l-ewwel darba sa mill-2010 li Rossi se jkun qed jibda millpole position. Bħalissa Rossi qiegħed fittieni post u għandu vantaġġ ta’ 12-il punt fuq Lorenzo u birrebħ tat-titlu diġa’ deċiż, l-isfida se tkun bejn dawn it-tnejn għattieni post. Jorge Lorenzo se jibda mir-raba’ post. Rossi se jibda quddiem Andrea Iannone u Dani Pedrosa rispettivament.

RUGBY

Telfa fi Praga

It-tim nazzjonali Malti tarrugby sofra telfa ta’ 27-13 kontra r-Repubblika Ċeka fi Praga. Din kienet logħba minn Diviżjoni 2A tan-Nations Cup. Din it-telfa waslet ġimgħa wara li l-Maltin kienu għelbu lillKroazja f’Kordin bi skor ta’ 3126. It-telfa kontra ċ-Ċeki kienet waħda kontra tim b’għadd ta’ plejers bi plejers professjonali li jilagħbu f’kampjonati tal-ogħla livell, fosthom fi Franza. Issa fis-17 ta’ April tal-2015 Malta tilgħab kontra l-Iżrael u fl-20 ta’ April tilgħab kontra l-Iżvizzera.


50

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

'Is-suċċess fl-Iskozja kien l-akbar Sport

BLACKBALL

“Dan hu l-aqwa suċċess li ksibt u m’huwiex l-aqwa suċċess għalija biss imma laqwa suċċess għal kull min jipprattika dan l-isport. Dan hu l-ikbar unur li wieħed jista’ jirbaħ fid-dinja meta qed nitkellmu dwar il-Blackball.” Hekk iddeskriva s-suċċess tiegħu l-Malti Claudio Cassar, li tkellem ma’ dan il-ġurnal ftit inqas minn ġimgħa wara li rebaħ it-titlu mondjali filKampjonati tal-Black Ball Pool li saru fil-belt ta’ Perth flIskozja. Cassar rebaħ il-finali kontra n-numru wieħed flAfrika ta’ Isfel Paul Bennet bliskor ta’ 8-7. Cassar ikkompeta kontra xejn inqas minn 127 plejer. Ilkontinġent Malti fl-Iskozja kien kompost minn 20 atleta li ffurmaw tliet timijiet, wieħed tal-irġiel, ieħor tan-nisa u ieħor ta’ taħt it-23 sena. Tkellmu wkoll ma’ dan ilġurnal, Roderick Tanti, ilmanager tat-tim tal-irġiel, Lino Lauro Viċi President talFederazzjoni tal-8 Ball f’Malta u kap tal-kontinġent kif ukoll il-President Martin Testaferrata. Cassar spjega li beda jipprattika dan l-isport meta kellu bejn 10 u 11-il sena kien imur f’każin il-Ħamrun, il-post fejn twieled hu, jara tim jilgħab u kien minn dak iż-żmien li tħajjar jilgħab il-Pool u anke lisnooker. Ftit snin wara Cassar beda jilgħab il-billiard minflok l-isnooker għax emmen li kellu aktar ċans jmur tajjeb f’dan lisport. Hu beda jilgħab ilbilliard mat-tim tal-manager tiegħu Roderick Tanti u kien biss matul dawn l-aħħar tliet xhur li hu beda jilgħab illogħba tal-Black Ball, logħba li hi simili għal dik tal-billiard imma b’regoli kemmxejn differenti.

Claudio Cassar bit-trofew ftit wara li ġie inkurunat champion tad-dinja fl-Iskozja

‘Mort l-Iskozja biex nirbaħ’ Meta Cassar kien mistoqsi jekk dan marx l-Iskozja biex jaqtà figura tajba jew inkella kellux f’moħħu li jirbaħ dan qal, “Ovvjament jien mort hemmek biex nirbaħ. Kont ilni biss tliet xhur nilgħab din illogħba u kelli naqra ta’ pressjoni mhux ħażin. Meta filfażi tal-aħħar 32 irbaħt kontra Paul Bennet, champion taddinja tliet darbiet, bdejt nagħmel kuraġġ u bdejt nemmen aktar li nista’ nirbaħ.” Ta’ min jiftakar li Bennet hu l-istess plejer li Cassar eventwalment reġa’ għeleb filfinali. Cassar qal li qabel ma lagħab kontra Bennet kien sema’ dwaru imma qatt ma kien rah fl-azzjoni. Ġeneralment, fl-isport, meta wieħed jasal sal-quċċata kif għamel Claudio Cassar fiddixxiplina rispettiva tiegħu jkun

diffiċli biex jibqa’ immotivat imma Cassar diġa’ qed iħares ‘il quddiem u jaħseb fid-diversi impenji li għandu fix-xhur li ġejjin. “Issa jmissni nikkompeti f’sitt tours tal-IPA u dawn huma tours li jsiru madwar id-dinja u li fihom jieħdu sehem l-aqwa plejers minn madwar id-dinja. Dawn it-tours isiru biex plejer jikseb postu fir-rankings mondjali għax jien, għalkemm ġejt inkurunat champion taddinja xorta waħda rrid nikkompeti f’dawn it-tours biex navanza fir-rankings,” spjega Cassar. Appell imqanqal għall-għajnuna F’din l-intervista spikka laktar l-appell imqanqal kemm ta’ Cassar kif ukoll ta’ Lino Lauro biex l-awtoritajiet, ilGvern kif ukoll anke lkumpaniji jgħinu lil dawn il-

Claudio Cassar beda jipprattika l-Blackball meta kien għad kellu madwar 11-il sena

plejers li qed jagħmlu sagrifiċji kbar biex jikkompetu kemm f’Malta kif ukoll barra minn pajjiżna. “Ma naħsibx li hawn daqstant għarfien dwar dan l-isport f’Malta u nittama li dan issuċċess li kisibt jien jgħin biex l-isport jieħu spinta ‘il quddiem u biex l-awtoritajiet jibdew jgħinuna. Dan l-aħħar ġiet imnedija l-iskema 20/20 u nixtieq li nkun parti minnha għax tkun ta’ għajnuna kbira għalija,” qal Cassar Dan tal-aħħar spjega li bħalissa qed ikollu problema biex jitħarreġ minħabba li jaħdem anke matul il-lejl. “Lgħajnuna li sibt kienet waħda minima u dan m’huwiex biżżejjed biex nikkompeti fiddiversi tours li se jsiru s-sena li ġejja għax biex nikkompeti fihom il-Federazzjoni trid tonfoq eluf ta’ liri,” qal Cassar. Minn naħa tiegħu Lino Lauro qal li fis-26 sena li ilu involut f’dan l-isport dejjem ra plejers li ma tantx sabu għajnuna. “Jien mhux qed ngħid li lpostijiet tax-xogħol m’għandhomx iħaddmu lillplejers imma jkun utli ħafna li kieku dawn jakkomdawhom billi jtuhom ħinijiet li jippermettulhom jitħarrġu b’mod aktar komdu.” “Hawn diversi plejers bħal Claudio li bażikament iqumu, jitħarrġu u jibqgħu sejrin għaxxogħol sa filgħaxija u ma jkollhom l-ebda ħin għallfamilji tagħhom. Jekk il-plejers Maltin ma jkunux mentalment u fiżikament preparati se jbatu ħafna biex jiksbu riżultati tajbin barra minn Malta. Madankollu, grazzi għas-sagrifiċju kbir li jagħmlu l-Maltin dejjem marru tajjeb u ħaqqhom ikunu


51

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

r wieħed fil-karriera tiegħi” Sport

rikonoxxuti bi ftit għajnuna mingħand l-awtoritajiet,” qal Lauro. “Aħna ma rridux il-prosit u lgħajnuna biss wara li nirbħu lunur imma qabel, meta nkunu qed inħejju biex nikkompetu barra minn Malta. Wara kollox, il-plejers tagħna jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna u dawn ikunu qed jilagħbu kontra plejers professjonali li meta ngħidulhom ir-rutina ta’ kuljum tal-plejers tagħna jiskantaw kif aħna daqshekk dedikati u kif jirnexxielna naslu sa fejn naslu,” kompla Lauro. Lauro fakkar li minbarra ssuċċess li kiseb Cassar, it-tim tal-irġiel wasal sal-kwarti talfinali u dan hu wkoll riżultat mill-aqwa, speċjalment meta wieħed iqis li l-Federazzjoni ilha biss li twaqqfet sentejn. Biex wieħed jara kemm ilMaltin huma dedikati, Lauro qal li n-nisa li telgħu jikkompetu fl-Iskozja ħallsu kollox minn buthom u hu għalhekk li għajnuna mingħand l-isponsors tkun ferm importanti għall-Federazzjoni. F’kummenti li ta l-manager Roderick Tanti qal li ma jistax jifhem għaliex il-Federazzjoni m’hijiex affiljata mal-Kumitat Olimpiku Malti, anke jekk din id-dixxiplina tagħmel parti mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC). “Ġejna rifjutati b’mod verbali mil-KOM u ma nafx għaliex u issa nittamaw li s-suċċess li kiseb Claudio jitfaħ kemmxejn għajnejn l-uffiċjali,” qal Tanti. Intant, Lauro żvela wkoll li hemm ħsieb biex il-pajjiż tagħna jippreżenta lkandidatura tiegħu biex jorganizza l-Kampjonati Mondjali tas-snin li ġejjin (2015/2016) bħal ma kien sar fl-2012. Meta pajjiżna jorganizza turnament ta’ dan illivell Malta tgawdi finanzjarjament, Dwar dan tkellem il-President Martin Testaferrata fejn qal li meta jkun hawn il-logħob talkampjonati mondjali mhux biss jiġu l-plejers imma anke lfamilji u l-partitarji li jħallu lflus. ‘Għandna fejn inkomplu nikbru’ Meta mistoqsi x’futur għandu dan l-isport f’Malta, Cassar qal li jekk dejjem ikun hemm għajnuna mingħand lawtoritajiet, il-Gvern u lisponsors dan l-isport għandu fejn imur ‘il quddiem. Għandna plejers ta’ livell għoli, federazzjoni li taħdem bla waqfien u materjal biżżejjed biex inkomplu mexjin fiddirezzjoni t-tajba.”

- Claudio Cassar

It-tim tal-irġiel li ikkompeta fl-Iskozja kompost minn (mix-xellug għal-lemin) Clint Azzopardi, Clayton Castaldi, Philip Coleiro, Roderick Tanti (Team Manager), Dr. Martin Testaferrata Moroni Viani (President MEBF), Lino Lauro (Kap tal-kontinġent), Jesmond Schembri, Mario Brincat (captain), Mevrik Zammit u Claudio Cassar

It-tim tan-nisa li ikkompeta fl-Iskozja magħmul minn (mix-xellug għal-lemin) Roberta Cutajar (Captain), Heather Harmsworth (Player Team Manager), Dr. Martin Testaferrata Moroni Viani (President MEBF), Lino Lauro (Kap tal-kontinġent), Caroline Grech, Naomi Cauchi, Lorna Micallef

It-tim ta’ taħt it-23 sena li ħa sehem fl-Iskozja magħmul minn (mix-xellug għal-lemin) Darren Azzopardi, Melvin Xuereb, Lydan Debono (captain), Adrian Camilleri (Team Manager), Dr. Martin Testaferrata aMoroni Viani (President MEBF), Lino Lauro (Kap talkontinġent), Leon Azzopardi, Neil Chetcuti u Gary Carr


52

Lija lura għar-rebħ b’doppjetta ta’ Eviparker

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Sport

KAMPJONAT BOV L-EWWEL DIVIŻJONI

LIJA A …………......…..…. 0 VITTORIOSA S. ....…........ 2 Lija A. – J. Spiteri, P. Borg, E. Beu, K. Vella, L. Casha, C. Frendo, C. McAllister (D. Mintoff), I. McCarthy, B. Antignolo (P. Babic), A. Ige, J. Francica. Vittoriosa S – K. Magri, M. Barbara (S. Grech), F. Arriagada Mella, K. Scicluna, G. Martin, R. Mifsud (L. Vella Critien), C. Spiteri, C. Sammut, V.Di Maggio (L. Gauci), A. Eviparker, M. Buttigieg. Referee - Malcolm Spiteri

Vittoriosa Stars irritornaw għar-rebħ wara d-disfatta kontra Żurrieq, meta b’gowl f’kull taqsima għelbu l-isfida fjakka ta’ Lija biex telgħu momentarjament fit-tieni post tal-klassifika. Ir-rebħa ta’ Vittoriosa kienet waħda iktar minn meritata fejn huma ddominaw għal ħinijiet twal fejn Eviparker minbarra lgowls kien dejjem perikoluż u ikkombina tajjeb ma’ Gilbert Martin li wkoll kellu logħba oħra tajba. Vittoriosa bdew tajjeb u wara tliet minuti resqu qrib bi freekick ta’ Di Maggio li mar ftit għoli. It-tim mill-Kottonera kompla jiddomina l-ewwel battuti fejn kellu supremazija territorjali u fil-15-il minuta xutt ta’ Ryan Mifsud għadda ukoll ftit għoli. Tliet minuti wara Vittoriosa reġgħu resqu qrib b’xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Mark Barbara, xutt li fallla l-mira bi ftit. Fit32 minuta Vittoriosa ħadu lfrott tas-superjorita’ tagħhom meta Gilbert Martin kellu ġirja tajba u qassam lejn ANTHONY EVIPARKER li kkontrolla

Kif Jinsabu

Melita Gudja U Vittoriosa S.Andrew’s Lija A Mqabba Pembroke Gżira Utd St. George’s Żurrieq Fgura Utd Msida SJ Rabat A B’Buġa SP

L 7 7 8 7 8 7 7 7 7 7 7 8 7 8

R 5 4 4 4 4 4 3 3 3 3 2 3 2 0

D T F K Pt 0 2 12 8 15 2 1 19 7 14 2 2 13 7 14 1 2 17 15 13 0 4 13 9 12 0 3 14 11 12 2 2 15 7 11 1 3 12 13 10 0 4 10 13 9 0 4 10 15 9 3 2 8 9 9 0 5 7 19 9 2 3 5 10 8 1 7 7 22 1

l-ballun tajjeb u għeleb lil Spiteri b’xutt preċiż. Vittoriosa komplew jinsistu fl-attakk u erba’ minuti millintervall resqu qrib it-tieni gowl meta freekick ta’ Di Maggio kien salvat b’diffikulta minn Spiteri. Minuta wara Spiteri reġa’ salva lil sħabu meta dawwar għal korner b’diffikulta xutt mill-viċin ta’ Eviparker. Fit-tieni taqsima Vittoriosa reġgħu ħarġu aħjar mill-avversarji iżda mas-siegħa logħob Lija bdew jidħlu iktar fil-logħba fejn bdew jixħtu taħt pressjoni għall-ewwel darba lill-avversarji tagħhom. Freekick ta’ Cleaven Frendo għadda jħakkek mal-mimduda u fit-63 minuta ċans tad-deheb għal Lija meta Ige twaqqa’ filkaxxa minn Ryan Mifsud birreferee jordna l-penalty iżda mill-ħdax-il metru Cleaven Frendo ma rnexxielhux jegħleb lil Karl Magri li salva tajjeb f’korner. Lija baqgħu jippressaw iżda bdew iħallu spazju fid-difiiża u sitt minuti mit-tmiem Vittoriosa ikkastigaw lill-avversarji tagħhom meta Eviparker żmarka lil Gilbert Martin li daħal tajjeb fil-kaxxa fejn

Msida kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Birżebbuga (Ritratt- Trevor Sollars

twaqqa’ minn Patrick Borg, birreferee jordna l-penalty u jkeċċi wkoll lid-difensur ta’ Lija. Mill-11-il metru EVIPARKER skorja b’xutt preċiż bil-goalkeeper imur innaħa opposta. Fl-aħħar minuti Lija dehru rassenjati u Vittoriosa setgħu skorjaw iktar gowls. Birżebbuga f’iktar inkwiet BIRŻEBBUGA SP .............. 0 MSIDA SJ. ........................... 1 Birżebbuga – A. Boatto, G. Camilleri (K. Muscat), J. Briffa, D. Kokavessis (G. Magri), L. Camilleri, L. Micallef, N. Clerico (P. Camilleri), E. Bonati, G. Caruana, J. Ani, S. Eboh. Msida SJ – K. Rizzo, Z. Vukovic, R. Forace, R. Faria, A. Sofranac (C. Murakami), D. Attard (L. Micallef), M. Borda, S. Vella, D. Cachia (I. Chircop), G. Vella, L. Cassar. Referee – Mario Apap

Gowl ta’ Stacey Vella minuta minn tmiem l-ewwel taqsima kien biżżejjed għal msida biex jiksbu tliet punti ferm importanti f’konfront dirett fin-naħa t’isfel tal-klassifika. Għal Birżebbuga riżultat ieħor negattiv, is-seba’ telfa s’issa fejn dan it-tim għadu qed ifittex l-ewwel rebħa tiegħu. Bidu tajjeb ta’ Birzebbuġa li fallew żewġ ċansijiet faċli fl-ewwel ħames minuti lewwel meta Jeremiah Ani tfixkel f’saqajh meta kien kompletament żmarkat quddiem il-goalkeeper, u ftit wara kien Gilbert Camilleri li mill-viċin xeħet barra birras. Msida wieġbu fl-10 minuta b’daqqa ta’ ras perikoluża ta’ Sofranac minn azzjoni ta’ korner bil-ballun jgħaddi ftit għoli. Il-logħob sar iktar bilanċjat u fit-22 minuta azzjoni tajba ta’ Msida fejn Vukovic qassam lejn Dino Cachia li minn qagħda tajba

impenja lil Boatto li salva b’titjira spettakolari. Issa Msida kienu deċiżament aħjar mill-avversarji tagħhom u man nofs siegħa Faria falla ċans tad-deheb meta llobbja għoli wara pass tajjeb ta’ Sofranac. Birżebbuga wieġbu b’xutt tajjeb ta’ Kokavessis imur għoli u fit-42 minuta Msida resqu qrin meta minn korner ta’ Vukovic kien id-difensur Leone Camilleri li salva gowl ċert meta tajjar minn fuq illinja. Il-gowl kien fil-viċin u wasal minuta minn tmiem ittaqsima meta minn azzjoni ta’ korner Sofranac kompla birras lejn STACEY VELLA li bir-ras mill-viċin kompla għal ġewwa. Birżebbuga komplew jinsistu iżda b’mod skordinat u sitt minuti mit-tmiem ħadu daqqa ta’ ħarta meta Leona Camilleri dabbar it-tieni karta safra u kien imkeċċi.

Wara li tilfu żewġ partiti konsekuttivi, Barcelona irritornaw għar-rebħ meta wettqu rimonta u għelbu lil Almeria bi skor ta’ 2-1. Barcelona, li rebhu kontra Ajax matul ilġimgħa fiċ-Champions League bdew mingħajr Neymar u Suarez u kien biss Messi li beda mal-ewwel 11 bit-tama li jiskurja u jsir l-aqwa skorer flistorja tal-kampjonat Spanjol. Fit-37 minuta kienu Almeria li marru fil-vantaġġ meta Messi tilef ballun f’nofs il-grawnd u f’azzjoni ta’ kontra attakk

Soriana għadda ballun lejn Bifouma li ma żbaljax biex għamel l-iskor 1-0. Kwarta mit-tmiem il-Katalani ġabu d-draw permezz ta’ Neymar li kien daħal bħala sotitut. It-tim ta’ Luis Enrique kompla jattakka u sitt minuti mit-tmiem kien id-difensur Spanjol ALBA li għamel liskor 2-1.

LA LIGA

Barcelona jirritornaw għar-rebħ

Riżultati Almeria v Barcelona 1-2 Getafe v Elche 0-0 R.Madrid v R.Vallecano 5-1


53

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Sport

Chelsea jgħaddu mill-eżami ta' Anfield FUTBOL FIR-RENJU UNIT

Chelsea saħħew posthom f'ras il-Premiership wara li rnexxielhom idawwru telfa f'rebħa kontra Liverpool f'Anfield Road, bi Diego Costa jagħmel id-differenza għall-Blues, blgħaxar gowl tiegħu tal-istaġun. It-telfa 2-1 hi l-ħames talistaġun għal Liverpool u b’hekk kompliet is-sekwenza ta' riżultati negattivi għar-Reds li jidhru biss dell tat-tim li resaq viċin it-titlu fl-istaġun li għadda -- bin-nuqqas ta' Luis Suarez, li ingħaqad ma' Barċelona fis-sajf, qed jinħass aktar minn qatt qabel. Fl-aħħar tal-istaġun li għadda kienu proprju Chelsea, ta' Jose Mourinho, li taw id-daqqa mortali lit-tamiet tar-Reds li jirbħu l-ewwel kampjonat millistaġun 1989-90 meta għelbuhom 2-0 f'Anfield, b'gowls ta' Demba Ba u Willian. Intant, Liverpool ippreparaw bis-sħiħ għall-konfront talbieraħ f'Anfield waqt li, f'nofs ilġimgħa, serrħu ħafna plejers regolari għal-logħba ma' Real Madrid fiċ-Champions League. Madankollu, it-tattika falliet, bil-Blues jidhru superjuri għal ħafna ħinijiet u fejn kien jimmeritahom din ir-rebħa minkejja li Liverpool temmew il-logħba fuq l-attakk u anki ħolqu xi mumenti ansjużi għall-

Riżultati Lokali

MFA BOV Premier Balzan v Hibs Posp. B’Kara v Floriana Posp. Naxxar L. v Sliema 1-0 Żebbuġ R. v Valletta 0-2 I Div Lija A. v Vittoriosa S 0-2 B’Buġa v Msida SJ 1-0 III Div Marsascala v Mtarfa 0-2 Ta’ Xbiex v Mġarr 0-1 Kirkop v Marsaxlokk 1-0 Sta Venera v Luqa SA 1-0 Attard v Mdina K 1-1 Qrendi v Kalkara 1-1 GFA I Div SK Victoria W v Nadur Y 0-1 Victoria H. v Xewkija T. 0-1 ISA Methode v Actavis 4-1 Baxter v Trelleborg 2-2 SWAN I Div Valletta SP v Senglea G 1-1 Cospicua D. v Mrieħel J. 2-4 Dingli E. v Ta’ Ġiorni W 1-1 Għargħur v Lija-Iklin 0-4 II Div Ħamrun T v Fleur de Lys 0-0 Tal-Qroqq v Luqa J 0-2 HANDBALL Aloysians v St. Andrews 21-4 HMS v La Salle R 17-31 Kavallieri v Aloysians 23-28

gowlkiper, Thibaut Courtois. Liverpool fetħu fuq nota tajba u marru fil-vantaġġ wara 9 minuti, meta x-xutt ta' Emre Can ħabat ma' Gary Cahill u xxellef għal ġewwa. Iżda ddraw ta' Chelsea kien fl-ajru u wasal wara kwarta logħob, meta Cahill ikkonkluda fuq assist ta' Costa wara l-corner ta' Cesc Fabregas. Il-gowl kellu jkun konvalidat bil-goalline technology wara li l-ballun qabeż il-linja qabel kien 'salvat' mill-gowlkiper, Simon Mignolet. Wara l-mistrieħ, Chelsea ħadu kmand ta' nofs il-ground, b'Eden Hazard ikun ta' xewka kontinwa għad-difiża ta' Liverpool. Intant, il-gowl deċiżiv wasal fis-67 minuta meta l-ballun spiċċa f'saqajn Costa li ma żbaljax, wara li Mignolet kien salva b'diffikulta il-cross ta' Cesar Azpilicueta. Minn dak il-ħin Chelsea iddefendew b'għaqal kontra l-attakki ddisprati ta' Liverpool, biex żammew l-imbattibilita` millbidu tal-istaġun. Il-Blues, issa, qed igawdu erba' punti vantaġġ fuq Southampton li żammew ittieni post wara li kisbu punti massimi mill-konfront ma' Leicester City f'St Mary's Stadium L-eroj f'din ir-rebħa, 2-0, kien Shane Long (eks-Hull City) li skorja doppjetta għallewwel gowls tiegħu fil-league għas-Saints li waslu bejn il-75 u t-80 minuta. B'dan ir-riżultat, Southampton, issa, ilhom erba' logħbiet ma jsofru gowl waqt li Leicester komplew jiddiżappuntaw, meta ilhom mingħajr rebħa għal dawn l-aħħar sitt logħbiet. Manchester City u Queens Park Rangers spiċċaw fi draw divertenti, 2-2, f'Loftus Road, b'dan l-punt jissodisfa aktar lil QPR, li qed jissieltu biex jinqalgħu miz-zona l-ħamra. Intant, Rangers, li qed juru titjib minn logħba għall-oħra, marru fil-vantaġġ wara 20 minuta b'Charlie Austin (li qabel kellu 'gowl' imħassar fuq deċiżjoni kontroversjali tar-referee) isib ix-xibka b'xutt fil-baxx. Iżda City wieġbu wara minuta bil-gowl ta' Sergio Aguero wara li rċieva mingħand Eliaquim Mangala. Fit-tieni taqsima, QPR għamluhom 2-1 b'awtogol ta' Martin Demichelis fuq azzjoni ta' Austin, b'Aguero jikseb id-draw għat-tieni darba meta qabeż lillgowlkiper Rob Green u xeħet f'xibka vojta. Manchester United telgħu ssitta fil-Premiership b'rebħa 1-0 fuq Crystal Palace f'Old Trafford. Din kienet l-ewwel

Liverpool v Chelsea 1-2: Il-gowlkiper tar-Reds, Simon Mignolet (Nru 22), ifalli milli jilqa' x-xutt ta' Gary Cahill (lemin), b'dan il-gowl ikun ikkonvalidat bil-goalline technology (ritratt: EPA)

rebħa għar-Red Devils f'erba' logħbiet waqt li Palace ilhom mingħajr rebħa fil-league minn Settembru. Madankollu, United mill-ġdid naqsu milli jimpressjonaw u flewwel taqsima Palace tilfu ċans kbir li jiksbu l-vantaġġ meta Fraizer Campbell falla banalmant wara li spiċċa waħdu quddiem David de Gea. Fit-tieni taqsima United ħarġu jfittxu l-gowl li wasal meta ssostitut, Juan Mata, għeleb lil Julian Speroni fis-67 minuta; blistess plejer anki jolqot sieq illasta, minuti wara. Sa fl-aħħar waslet ukoll lewwel rebħa għal Burnley li għelbu lil Hull City 1-0, bilgowl importanti jasal minn Ashley Barnes fil-50 minuta. Madankollu l-Clarets xorta għadhom fl-aħħar post talPremiership b'seba' punti minn 11 il-konfront. Hull naqsu milli jsibu x-xibka għat-tielet logħba konsekuttiva u spiċċaw l-aħħar 20 minuta tallogħba b'għaxar plejers meta Curtis Davies sofra injury u kellu joħroġ, wara li t-Tigers kienu diġa effettwaw it-tielet sostituzzjoni tagħhom. Aston Villa kisbu l-ewwel punt fil-league mit-13 ta' Settembru wara li żammew lil West Ham United fi draw 0-0, f'Upton Park. Qabel din il-logħba, lVillains kienu sofrew sitt telfiet wara xulxin u jistgħu jħossuhom ixxurtjati li ħarġu b'dan il-punt, wara li Andy Carroll -li daħal tard bħala sostitut għall-ewwel dehra tiegħu f'dan l-istaġun -- impenja serjament lil Brad Guzan. Il-gowlkiper ta' Villa, intant, iddistingwa ruħu b'saves stupendi fuq iż-żewġ daqqiet ta' ras tal-attakkant li dehru destinati għal ġewwa.

Riżultati u klassifiki

Premiership Ingliż Liverpool v Chelsea Burnley v Hull Man Utd v C. Palace Southampton v Leicester West Ham v Aston Villa QPR v Man City Illum Sunderland v Everton Tottenham v Stoke West Brom v Newcastle Swansea v Arsenal Kif Jinsabu

L Chelsea 11 Southampton11 Man City 11 West Ham 11 Arsenal 10 Man United 11 Swansea 10 Liverpool 11 Tottenham 10 Everton 10 West Brom 10 Newcastle 10 Stoke 10 Hull 11 Sunderland 10 Aston Villa 11 C.Palace 11 Leicester 11 QPR 11 Burnley 11

FA Cup - I Rd

R 9 8 6 5 4 4 4 4 4 3 3 3 3 2 2 3 2 2 2 1

D 2 1 3 3 5 4 3 2 2 4 4 4 3 5 5 2 3 3 2 4

T 0 2 2 3 1 3 3 5 4 3 3 3 4 4 3 6 6 6 7 6

1-2 1-0 1-0 2-0 0-0 2-2

(13.30) (13.30) (13.30) (14.00)

F K Pt 28 11129 23 5125 22110 21 19 5 18 18 11 17 17 14 16 13 10 15 14 15 14 13 14 14 19 17 13 13 13 13 11 15 13 10 12 12 13 15 11 11 18 11 5 16 11 14 20 9 11 18 9 11 22 8 6 19 7

Barnet v Wycombe Barnsley v Burton Basingstoke T. v Telford Bromley v Dartford Bury v Hempstead T. Cambridge v Fleetwood Cheltenham v Swindon Crewe v Sheff Utd Dag & Red v Southport Dover v Morecambe Eastleigh v Lincoln C Gillingham v Bristol C Grimsby v Oxford Utd Hartlepool v E. Thurrock Luton v Newport Mansfield v Concord R Northampton v Rochdale Oldham v Leyton Orient Peterboro v Carlisle Plymouth v AFC Fylde Port Vale v MK Dons Southend v Chester Tranmere v Bristol R Walsall v Shrewsbury Weston SM v Doncaster Yeovil v Crawley York v Wimbledon

1-3 5-0 1-1 3-4 3-1 1-0 5-0 0-0 0-0 1-0 2-1 1-2 1-3 2-0 4-2 posp 0-0 1-0 2-1 2-0 3-4 1-2 1-0 2-2 posp 1-0 1-1

The Championship Derby v Wolves Birmingham v Cardiff Brighton v Blackburn Fulham v Huddersfield Ipswich v Watford Leeds v Blackpool M'boro v Bournemouth Millwall v Brentford Notts Forest v Norwich Reading v Charlton Sheff Wed v Rotherham Kif Jinsabu

Derby Co Bournemouth M’boro Ipswich Watford Brentford Blackburn Charlton Wolves Norwich Notts Forest Cardiff Sheffield W Reading Leeds Utd Huddersfield Fulham Millwall Rotherham Brighton Bolton Wigan Birmingham Blackpool

5-0 0-0 1-1 3-1 1-0 3-1 0-0 2-3 2-1 0-1 0-0

L R D T F K Pt

17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17 17

9 9 9 8 8 8 7 6 7 7 6 6 4 6 5 5 5 4 4 3 5 3 3 1

5 4 4 6 5 4 6 9 6 5 7 5 9 3 5 5 4 6 6 8 2 7 7 4

Premiership Skoċċiż

3 4 4 3 4 5 4 2 4 5 4 6 4 8 7 7 8 7 7 6 10 7 7 12

Dundee v St Johnstone Inverness CT v Hamilton Kilmarnock v Ross Co St Mirren v Partick T Illum Aberdeen v Celtic Championship Skoċċiż Alloa v Livingston Cowdenbeath v Hibs Hearts v Raith Queen of S v Dumbarton Rangers v Falkirk I Div Airdrie v Stenhousemuir Morton v Forfar Peterhead v Dunfermline Stranraer v Ayr II Div Arbroath v Queen's Park East Fife v Albion East Stirling v Berwick Montrose v Clyde

33 16 33 16 26 12 25 17 30 19 24 23 27 24 20 18 22 22 25 19 26 23 21 21 12 14 22 27 20 24 25 31 27 31 19 24 15 24 17 20 20 27 18 22 14 29 11 29

32 31 31 30 29 28 27 27 27 26 25 23 21 21 20 20 19 18 18 17 17 16 16 7

1-1 4-2 0-3 0-1 1-0 1-2 1-0 3-0 4-0

2-0 2-0 1-1 3-1

1-2 0-0 0-2 0-3


55

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

Sport

Valletta waħedhom fit-tielet post BOV PREMIER

Kif jinsabu

Steward Said

ŻEBBUĠ......…..............................…..0 VALLETTA..…...................................2 Żebbuġ: F. Rapchan, J. Borg, Y. Camilleri, J. Diaz Serrano, M. Gauci, M. Muchardi, T. Paris, C. Gauci, M. Bartolo, M. Rodrigues Britto, C. Monti Sost- J. Nwoba flok M. Rodrigues Britto 62’, M. Farrugia flok C. Gauci 70’, M. Ciantar flok C. Monti 85’ Valletta: N. Vella, R. Camilleri, S. Borg, J. Caruana, I. Azzopardi, R. Fenech, R. Briffa, H. Barry, A. Nafti, R. Kooh Sohna, L. Elford Alliyu Sost- A. Terra flok R. Kooh Sohna 36’, L. Dimech flok S. Borg 60’, L. Montebello flok H. Barry 73’ Skurjaw: H. Barry 21’ pen, A. Nafti 54’ (V) Imwissija: R. Kooh Sohna 31’, S. Borg 35’ (V), M. Muchardi 87’ Tkeċċa: T. Paris 26’ (Ż) Referee: Andre Arciola Il-mument Plejer tal-Logħba - Hamza Barry (Valletta)

LR Hibernians 10 9 Birkirkara 10 7 Valletta 11 6 Balzan 10 4 Qormi 10 4 Sliema W. 11 3 Mosta 10 4 Tarxien R. 10 2 Floriana 10 2 Naxxar L. 11 2 Pieta` H. 10 2 Żebbuġ R. 11 0

D 1 0 1 4 2 4 1 6 5 4 2 4

T F K 0 29 6 3 17 7 4 19 8 2 15 13 4 13 13 4 11 13 5 9 19 2 13 12 3 15 19 5 13 17 6 7 17 7 12 28

Pt 28 21 19 16 14 13 13 12 11 10 8 4

Paris ġie muri karta ħamra diretta għal fawl fuq Roderick Briffa. B’superjorita numerika Valletta kellhom il-logħba f’idejhom u setgħu jamministraw il-logħob tagħhom aħjar. Qabel tmiem it-taqsima, ilBeltin setgħu kabbru l-iskor f’żewġ azzjonijiet separati meta fil-41 minuta Elford Alliyu spara għoli u żewġ minuti l-istess Elford Alliyu spara għoli minn qagħda ideali. Fil-51 minuta xutt ta’ Hamza Barry għadda ftit għoli biex żewġ minuti wara minn kross ta’ Terra d-daqqa ta’ ras ta’ Roderick Briffa għaddiet ftit barra. Valletta irduppjaw fl-54 minuta meta f’kuntrast ma’ Camilleri, Elford Alliyu għadda lejn ABDELKARIM NAFTI li qabbeż fuq Rapchan. Il-Beltin setgħu għamluhom tlieta fit83 minuta meta minn passaġġ fit-tul ta’ Ryan Camilleri, Roderick Briffa għeleb in-nasba tal-offside, qabbeż fuq Rapchan iżda l-ballun spiċċa ftit barra.

Valletta kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva xi ħaġa li f’dan il-kampjonat qatt ma għamlu meta meritatament għelbu lil Żebbuġ Rangers 2-0 biex telgħu momentarjament waħdehom fit-tielet post u spiċċaw l-ewwel rawnd fuq nota pożittiva. Minn naħa tagħhom Żebbuġ kellhom partita diffiċli wara li marru minn taħt u kellhom plejer imkeċċi biex spiċċaw b’għaxar plejers u minn hemm pruvaw jnaqqsu d-danni fl-attakki Beltin. Iż-

Ryan Fenech ta’ Valletta (xellug) jipprova jwaqqaf lil Carlo Monti ta’ Żebbuġ

NAXXAR L..…..…….........................1 SLIEMA W...………...........................0 Naxxar: J. Azzopardi, A. Scicluna, I. Edet, V. Bellia, P. Gueye, D. Falzon, G. Da Silva Ribeiro, R. Cassar, A. Buhagiar, D. Reano, U. Eminike Sost- T. Vella flok T. Vella 83’ Sliema: G. Zammit, L.Martinelli, A. Scozzese, K.Gnabouyou, J. Mintoff, M. Scerri, M. Mifsud, F. Talato, C. Gatt Baldacchino, F. Mangiacasale, P. Barbetti Sost- T. Cilia flok M. Scerri 36’, M. Potezica flok K. Gnabouyou 46’, B. Muscat flok P. Barbetti 71’ Skorjaw: Auto-Goal J. Mintoff 34’ (N) Imwissija: T. Cilia 39’, F. Mangiacasale 56’, F. Scozzese 60’, P. Barbetti 65’ (S), A. Buhagiar 68’, V. Bellia 89’ (N) Tkeċċa: F. Scozzese 83’ (S) Referee: Marco Borg Il-mument Plejer tal-Logħba - Gilmar da Silva Ribeiro (Naxxar)

barra l-kaxxa ta’ Gilmar da Silva Ribeiro li Glenn Zammit tar minn tulu biex salva tajjeb. Tliet minuti wara Eminike prova b’xutt djagonali li għadda barra. Fil-15-il minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Barbetti għadda ftit għoli. Sliema laqtu l-lasta fit-33 minuta meta xutt-kross ta’ Barbetti niżel fuq il-mimduda. Iżda kienu Naxxar li marru fil-vantaġġ fl-34 minuta meta Gilmar qabad ballun minn nofs il-grawnd avvanza u qassam lejn Eminike iżda daħal John Mintoff u fittentattiv li jeħles il-periklu qarraq bilgowlkiper Zammit u tefa’ fix-xibka tiegħu stess. Sliema marru viċin id-dro fit-48 minuta meta Mangiacasale qassam lejn Michael Mifsud li prova b’xutt fil-baxx iżda għadda ftit barra. Gilmar da Silva ta Naxxar (lemin) segwit minn Fabio Mangiacascale Naxxar ta Sliema marru viċin li jirduppjaw fil-61 (Ritratti- Trevor Sollars) minuta meta free-kick ta’ Gilmar ta llu reazzjoni. għamel ukoll żewġ bidliet mir-rebħa konillużjoni tal-gowl iżda x-xutt għadda ċenGħas-Slimiżi din kienet it-tieni telfa tra Pieta Hotspurs b’David Reano u Victor timetri barra. Sliema kellhom jispiċċaw konsekuttiva u jidher li l-inklużjoni ta’ Bellia jieħdu post Sidney da Silva u Mattia il-partita b’għaxar plejers meta Filippo Stephen Azzopardi bħala kowċ sa issa del Negro. Scozzese ntwera t-tieni karta safra. mhux tħalli l-effett mixtieq. Sliema ħarġu fuq l-offensiva minn Minkejja li kienu b’raġel anqas, Il-kowċ Slimiż għamel żewġ bidliet mit- kmieni u wara biss żewġ minuti marru Sliema pruvaw l-aħħar tentattivi iżda telfa kontra Birkirkara meta Filippo Talato viċin meta xutt ta’ Mark Scerri ġie klirjat għajr free-kick għoli ta’ Trevor Cilia ma irritorna minn sospensjoni u ħa post isfuq il-linja filwaqt li x-xutt ta’ Fabio kinux perikolużi tant li Naxxar kellhom sospiż Andrea Pisanu filwaqt li Barbetti Mangiacasale ġie mblukkat għal korner ċans għat-tieni gowl iżda minn quddiem ġie preferut minn Marko Potezica. b’mod providenzjali. il-lasta s-sostitut Terence Vella spara Il-kowċ ta’ Naxxar Jesmond Zerafa Naxxar wieġbu fit-8 minuta b’xutt minn għoli.

Żebbuġin jittamaw li t-tieni rawnd ikun aktar pożittiv wara li baqgħu mingħajr rebħa. Ebda tibdil għaż-żewġ timijiet b’Alfonso Greco jagħti l-fiduċja lil 11-il plejer li ħadu punt kontra Qormi filwaqt li Valletta baqgħu bl-istess formazzjoni li għelbet lil Balzan. L-ewwel azzjoni denja waslet fit19-il minuta meta xutt ta’ Carlo

Monti għadda fuq il-lasti. Valletta ingħataw penalty minuta wara meta rreferee Arciola ġġudika li Muchardi waqqa’ lil Kooh Sohna fil-kaxxa u mill-11-il metru kien HAMZA BARRY li b’xutt fil-baxx għeleb lil Rapchan. Żebbuġ Rangers kellhom ikomplu lpartita b’għaxar plejers fis-26 minuta meta f’deċiżjoni xi ftit ħarxa Thomas

Rebħa oħra għal Naxxar Lions

Naxxar kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta f’konfront kwiet għelbu lil Sliema Wanderers 1-0 b’awto-gowl sfortunat. Naxxar ma serqu xejn millpartita għaliex għarfu jagħlqu l-ispazji tajjeb b’Sliema jkunu foqra biex jagħm-


56

Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru, 2014

ĠIMGĦATEJN MINN META ŻVELAJNA X’QED JIĠRI FIL-FABBRIKA LEISURE CLOTHING

Lokali

Il-Pulizija tibqa’ ma tressaq lil ħadd il-Qorti u l-Ambaxxata Ċiniża bi pressjoni fuq il-Gvern Joe Mikallef

joe.mikallef@media.link.com.mt

Illum se jkunu għaddew 15-il jum minn meta il-mument nhar il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru 2014, żvelat allegat ta’ traffikar uman ta’ Asjatiċi lejn Malta biex jaħdmu fil-fabbrika Leisure Clothing (factory) Limited filQasam Industrijali ta’ Bulebel. Filwaqt li dik l-aħbar ixxukkjat u ħasdet lil kulħadd – abbuż li allegatament ilu għaddej għal għadd ġmielu ta’ snin – serviet ukoll biex tqajjem lil min suppost kien qiegħed jinvestiga dan l-allegat abbuż. Dan qed isir b’referenza għallKorp tal-Pulizija, li il-mument jaf li kellu rapporti u għamel stħarriġ dwar dan il-każ, iżda mbagħad – għalkemm l-Aġent Kummissarju din jiċħadha – pressjoni minn fuq wasslet biex dawk l-investigazzjonijiet jitwaqqfu! L-aħbar persistenti ta’ ilmument li tkompliet ukoll filġurnal In-Nazzjon, wasslet biex il-Korp tal-Pulizija ma jkollu lebda skuża u alternattiva, u allura reġgħet bdiet linvestigazzjoni – xi ħaġa li lAġent Kummissarju jgħid li ma waqfet qatt! Aħna nemmnu li linvestigazzjonijiet qed isiru bisserjetà. Nafu li l-Pulizija f’jum tat-Tlieta u l-Erbgħa tal-ġimgħa li għaddiet marru bi preżenza kbira biex kellmu u interrogaw lill-ħaddiema fil-bini mitluq ta’ Leisure Clothing – kważi luniku bini fi stat xejn sabiħ meta l-fabbriki kollha talmadwar huma marbuta b’kuntratt li jridu jżommu dehra sabiħa li tixraq għal zona industrijali bħal din. Dawn l-interrogazzjonijiet tal-

Pulizija saru wkoll fil-preżenza – minn barra naturalment – ta’ għadd ta’ uffiċjali millAmbaxxata Ċiniża f’Malta! il-mument jaf tajjeb kif din listorja ma niżlet tajjeb xejn malAmbaxxata Ċiniża f’Malta. Aħna nafu tajjeb bl-intriċċi u linvolvimenti li jeżistu firrigward tal-Leisure Clothing. Nafu wkoll, kif fil-fatt żvelajna, li l-Ambaxxata Ċiniża kienet taf tajjeb b’dan l-allegat abbuż iżda qatt ma għamlet xejn.

Intriċċi kontinwi Matul dawn l-aħħar ġimgħatejn, kemm il-mument kif ukoll In-Nazzjon żvelaw ħafna affarijiet mill-aktar inkwetanti – il-bogrom sħiħ filħruġ tal-visa. Sitwazzjoni mhux biss inkwetanti ħafna, iżda li għandha tippreokkupa lil min hu tassew serju. Żvelajna kif fizzjal fil-Korp tal-Pulizija kien jgħin f’dan kollu billi jmur lil hinn minn triqtu biex l-affarijiet jitħaffu u jimxu ‘l quddiem... naturalment mhux ta’ xejn... il-ħlas tiegħu dejjem ingħata fil-ħin... Bħalma żvelajna wkoll laħbar li uffiċjal tal-GWU – irrappreżentanta tal-ħaddiema filLeisure Clothing – aktar kien moħħu biex iġib ‘il quddiem linteressi tal-kumpanija milli li jirrappreżenta l-interessi talħaddiema. Anki dan kemm-il darba kien osservat jieħu lħlasijiet tiegħu. Kif ingħataw ukoll ilbies u ħwejjeġ fini u rigali oħrajn lil persuni oħra, li wkoll abbużaw mill-pożizzjoni tagħhom.

Lanqas il-Leisure Clothing ma tista’ tibqa’ siekta Għalhekk kien ta’ sodisfazzjon kbir il-bosta

Kemm-il darba ma jitteħdux passi, l-istorja żvelata f’il-mument tista’ tagħmel ħsara kbira lil pajjiżna minħabba li titlef ir-reputazzjoni tajba li tgawdi iżda li tista’ tisfuma minħabba dan l-abbuż

dikjarazzjonijiet li ħarġu fil-jiem li għaddew li mhux biss ikkundannaw dawn l-allegati sfruttamenti ta’ Ċiniżi, Vjetnamiżi u oħrajn u kif qal tant tajjeb Tony Zarb, isSegretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union – il-Leisure Clothing quddiem dawn lallegazzjonijiet ma tistax tibqa’ b’fommha siekta u l-ħidma li qed issir għandha tkompli mingħajr ma nħarsu lejn wiċċ ħadd. Min abbuża għandu jwieġeb Aħna nemmnu li min żbalja, ixxaħħam u għalaq għajnejh, min xtara tfajliet Ċiniżi biex iduru bih, jew biex jaqduh sesswalment jew biex iduru b’ġenituri tiegħu għax anzjani ħafna, għandu jwieġeb. Bħalma għandhom iwieġbu dawk li

assorbew Ċiniżi u persuni oħra f’industriji oħra fosthom flindustrija tal-catering b’kundizzjonijiet verament redikoli. Xokkanti l-aħbar li ħriġna nhar il-Ħadd li għadda dwar ittransitu ta’ containers filkampus tal-Leisure Clothing. Containers li jidħlu u joħorġu mingħajr ma jinfetħu. Containers li jinbidlulhom iddokumenti kollha u saħansitra tinbidlilhom il-manifattura. Matul dawn il-jiem bosta kienu li ċemplulna u staqsewna x’kien fihom dawk il-containers dejjem magħluqa. Minfejn kienu ġew? Fejn marru wara li fizzjali tadDwana bidlilhom id-dokumenti u biddlilhom il-manifattura? Jalla min hu responsabbli midDwana fil-jiem li għaddew ħa lbriga u beda jinvestiga dawn labbużi...

Sadattant inkwetanti għallaħħar ir-reazzjoni tal-NGOs li jaħdmu f’dan il-qasam kontra labbuż u l-isfruttament. Diffiċli għalihom li jitkellmu b’tali mod li jiġu identifikati. Jgħaddulna linformazzjoni b’mod kunfidenzjali iva, iżda li joħorġu għonqhom kif għamilna aħna diffiċli ferm quddiem allegati reati bħal dawn!

... u l-awtoritajiet konċernati għandhom jaġixxu Fl-isfond kollu, kif irnexxielna nikkonfermaw ukoll bir-ritratti u l-filmati fil-jiem li għaddew, tissokta l-prostituzzjoni minn tfajliet Asjatiċi. Tfajliet Asjatiċi jitlajjaw, jitrikkbu f’karozzi, blawtoritajiet konċernati jibqgħu passivi! Dak li jinkwetana serjament hu wkoll l-atteġġjament li aktar milli l-Pulizija tmur il-Qorti b’dawk kollha – huma min huma – involuti f’dan l-allegat ħmieġ, tippreferi tbeżża’ biex linformazzjoni ma toħroġx u biex ħadd ma javviċina lillġurnalisti! L-awtoritajiet konċernati m’għandhom iħarsu lejn wiċċ ħadd, f’kelma waħda ma jċedu għall-ebda pressjoni, anzi jkunu lealti u lejn ir-responsabbiltà li jġorru.

media•link COMMUNICATIONS

Id-Direttur Maniġerjali tal-Leisure Clothing Bin Han (fin-nofs) jispezzjona flimkien ma’ uffiċjali Ċiniżi oħra l-kwalita` tax-xogħol. Ħasra u daqstant ieħor kundanabbli li dak huwa xogħol sfruttament u jasar ta’ ħaddiema Ċiniżi


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.