Nru 13,900
Il-Ġimgħa, 14 ta‘ Novembru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
KONFERMA TAL-INVESTIGAZZJONI TA’ IN-NAZZJON
Asjatiċi jgħidu fil-Qorti li kienu jitħaddmu 14-il siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd fil-fabbrika Leisure Clothing Joe Mikallef
Ir-rapporti żvelati minn dan ilġurnal dwar l-allegat traffikar ta’ Asjatiċi lejn Malta biex jaħdmu fil-fabbrika Leisure Clothing, aktar kmieni din il-ġimgħa ħadu xejra aktar xokkanti meta f’każ differenti, fil-Qrati tal-Maġistrati ta’ Malta kien żvelat taħt ġurament kif tliet ħaddiema Vjetnamiżi li kienu impjegati mal-kumpanija Leisure Clothing f’Bulebel kienu jitħaddmu aktar minn erbatax-il siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd, u l-kuntratt tagħhom kien jistipula li s-salarji tagħhom jingħataw lilhom wara li l-kuntratt jiskadi. Dan it-tagħrif ħareġ quddiem il-Maġistrat Carol Peralta, f’każ
li mhux relatat mal-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin fuq traffikar ta’ persuni u prattiki inumani f’din il-fabbrika, każ li kien żvelat minn Media Link Communications. ‘In-Nazzjon’ għadha qed issegwi mill-qrib ħafna dak li qed jiġri b’konnessjoni mar-rapporti li ppubblikajna, fosthom l-investigazzjonijiet li qed tagħmel ilPulizija iżda li s’issa ma wasslux biex persuna jew persuni involuti f’dan iċ-ċirku jitressqu l-Qorti. Fil-Qorti, it-tliet eksħaddiema Vjetnamiżi ta’ Leisure Clothing bdew proċeduri kontra l-uffiċjali tal-kumpanija, Bin Han, Jia Liu u Zang Hang Cuan. Huma qegħdin jgħidu li għandhom jieħdu madwar €50,000 f’salarji u f’sahra.
Antoine Grech, uffiċjal tadDipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, xehed li t-tliet Vjetnamiżi ħadmu malkumpanija Leisure Clothing minn Novembru 2013 sa Lulju ta’ din is-sena. Fl-ewwel ftit xhur huma kienu jaħdmu mit-Tnejn sal-Ħadd u wara kienu qalbuhom fuq xift ta’ sitt ijiem. Huma kienu jaħdmu mis-7am sad-9.30pm u kellhom siegħa u kwart break. It-tliet barranin qalu li huma kienu tħallsu biss €600 għal tmien xhur filfabbrika. Antoine Grech qal li hu kien iltaqa’ mal-Kap Eżekuttiv talkumpanija Bin Han, u dan qallu li l-kumpanija kienet tagħti pay slips lill-ħaddiema tagħha u
kienet iżżommilhom il-flus f’post sikur. Hu kien qal ukoll li l-ħaddiema kienu jiffirmaw formola f’każ li jiġu bżonn jiġbdu xi flus, imma Bin Han qatt ma ppreżenta dawn il-formoli lid-Dipartiment meta mitlub. Huwa kkontesta wkoll ilfatt li l-impjegati kienu jħaddmuhom overtime. Id-Dipartiment għarRelazzjonijiet Industrijali u lImpjiegi kien talab ukoll is-sigħat li ħadmu l-ħaddiema, imma lanqas dawn ma ngħataw. Ix-xhud qal ukoll li kien hemm ftehim kollettiv li kien negozjat mal-General Workers Union (GWU) fl-2005, li kien ikopri l-ħaddiema kollha, kemm Maltin kif ukoll barranin.
Helena Dalli tiddefendi lil żewġha
Ara paġna 3
Proġett tal-Gvern fil-Marsa estiż biex jaġevola lis-Super One
Ara paġna 9
għal paġna 4
Attakkat bastiment Eġizzjan u bastimenti Russi
Ara paġna 13
IL-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB. F’Dar il-Mediterran, il-Belt, bħalissa għaddejja l-24 edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li minbarra għażla kbira ta’ kotba lokali u barranin esibiti minn diversi djar tal-pubblikazzjoni lokali, tinkludi wkoll madwar 50 attività għall-pubbliku, kollha naturalment bit-tema tal-qari. Il-festival, organizzat bħal kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, hu miftuħ għal kulħadd, bla ħlas. L-edizzjoni ta’ din is-sena qed tinkludi wkoll parteċipazzjoni internazzjonali bis-sehem ta’ għaxar pubblikaturi Taljani rappreżentati minn Editore Mormone, u ħanut tal-kotba Franċiż mal-awtur ċelebri Pierre Assouline. Il-Festival tal-Ktieb jibqa’ miftuħ għall-pubbliku sa nhar il-Ħadd li ġej. (Ritratt: Roberto Runza)
2
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
Il-fergħa tan-nisa Green MT tieħu passi tal-PPE se kontra ‘l-orizzont’ torganizza Summer Academy f’Malta
Bejn il-25 u t-28 ta’ Ġunju tassena d-dieħla, il-European People’s Party – Women (EPPW) se jkun qed jorganizza s-Summer Academy f’Malta. Din id-deċiżjoni ttieħdet fl-aħħar jiem mill-President tal-EPPW Doris Pack wara xhur sħaħ ta’ ħidma li saret mill-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN). L-ewwel darba li ssemmiet ilpossibbiltà li din l-akkademja ssir f’Malta kien f’Lulju li għadda fil-Kungress tal-EPPW li sar fil-Ġermanja. Matul ix-xhur li għaddew, saħansitra waqt ilKungress f’Zagreb ix-xahar li għadda, il-membri tal-MNPN
kienu f’kuntatt kontinwu malamministrazzjoni tal-EPPW sakemm ittieħdet id-deċiżjoni li s-Summer Academy tas-sena ddieħla ssir f’Malta. F’kummenti dwar din l-aħbar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li hu ta’ sodisfazzjon li wara li tħabbar li lPartit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza Kungress Straordinarju tal-PPE f’Malta fl2017, issa anki fergħa tal-Partit irnexxielha tattira lejn Malta Summer Academy. Din hija aħbar tajba mhux biss għall-MNPN u l-Partit Nazzjonalista, iżda anki għal Malta, qal Simon Busuttil.
Green MT se tieħu passi legali u qed iżżomm lill-editur ta’ ‘lorizzont‘ responsabbli għal kull telf finanzjarju li jista’ jkollha filfutur minħabba allegazzjonijiet infondati u informazzjoni skoretta pubblikati f’artiklu fil-ġurnal tal-GWU. L-iskop tal-artiklu, qalet Green MT fi stqarrija, kien biex membri ta’ Green MT li llum għandhom ċertifikat proviżjonali ta’ eżenzjoni mill-eko kontribuzzjoni għas-sena 2014, u li dalwaqt se jkollhom japplikaw għal eżenzjoni għas-sena d-dieħla, jaqilbu l-iskema u jmorru ma’ Green Pak. Dan ikun ifisser li Green MT titlef dħul finanzjarju konsiderevoli u jkollha twaqqaf l-operat tagħha, qalet Green MT.
Il-kumpanija spjegat kif ir-rapport li ngħata lill-MEPA kull tliet xhur u fl-aħħar tas-sena 2012, ma fih l-ebda informazzjoni dwar kemm ipoġġu fis-suq skart talippakkeġġjar membri tal-iskema li huma eżentati mill-eko kontribuzzjoni. Ir-rapport jelenka lammont totali ta’ membri ta’ skema u kemm ipoġġu fis-suq kollha flimkien. Jidher ċar li għal raġunijiet mhux magħrufa l-editur ta’ ‘lorizzont‘, tgħid l-istqarrija, qed jagħti appoġġ totali lill-Green Pak, waqt li tfakkar li dan mhux l-ewwel artiklu f’dan is-sens, imma hu wieħed minn sensiela li ppubblika dan il-ġurnal. L-istqarrija tkompli li ‘l-orizzont’ jidher li qed jaħdem bi sħiħ
www.maltarightnow.com
LOKALI
biex jinħoloq monopolju fis-settur tal-ġbir tal-iskart talippakeġġjar, waqt li tkompli li Green Pak huma membri talAssocjazzjoni Expra (Extended Producer Responsibility Alliance) li l-għan tagħha hu li tinħoloq sitwazzjoni fejn taħdem biss skema waħda, u dan b’diversi skużi, inkluż dik li l-pajjiz jista’ jilħaq iżjed il-miri taddirettivi Ewropej. Green MT qalet li temmen li hi kumpanija kummerċjali li għandha dritt topera f’dan is-settur mingħajr tfixkil. L-insinwazzjonijiet gravi li produtturi membri ta’ Green MT se jkollhom iħallsu parti mill-eko kontribuzzjoni huma totalment infondati.
L-aħħar preparamenti għall-Caritas Trail tal-Ħadd li ġej Dehra ta’ parti mill-mijiet ta’ nies li ħadu sehem fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet tal-Caritas Trail
Diversi membri parlamentari jikkonfermaw il-preżenza tagħhom L-edizzjoni ta’ din is-sena talCaritas Trail, li se ssir nhar ilĦadd li ġej, 16 ta’ Novembru, fl10am, jidher li se jkollha attendenza numeruża, li tikkumplimenta dik tas-sena l-oħra. Din lindikazzjoni toħroġ mir-rispons li qed ikollha l-Caritas u millbookings online li qegħdin jiżdiedu ma’ kull ġurnata li tgħaddi. Numru ta’ personalitajiet, fosthom membri parlamentari miżżewġ partiti ewlenin, diġà kkonfermaw l-attendenza tagħhom permezz tas-sistema online ooii.com.mt. F’laqgħa li saret ma’ diversi persuni li qed jieħdu ħsieb illoġistika tal-Caritas Trail, ħarġu diversi punti ta’ interess fosthom li għall-ewwel darba dawk li se
jipparteċipaw, kemm fil-mixja, fil-ġirja kif ukoll bir-rota, se jitilqu minn lokazzjoni waħda li hija Gianpula, fil-limiti ta’ ĦażŻebbuġ. Il-parking għal min se jipparteċipa mhux se jkun ta’ problema għax se jkun provdut fl-għelieqi ta’ Gianpula, grazzi għas-sapport tad-diretturi ta’ Gianpula. Il-pubbliku hu mħeġġeġ jasal ftit qabel l-għaxra ta’ filgħodu, idealment mid-direzzjoni ta’ Ħaż-Żebbuġ minn ħdejn l-iskola tad-Dorotej u mal-għaxra ta’ filgħodu t-trail titlaq. Kull rotta se tispiċċa fiċ-ċentru ta’ riabilitazzjoni ta’ San Blas li normalment ma jkunx miftuħ għall-pubbliku u għalhekk din se tkun opportunità li wieħed jidħol f’dan iċ-ċentru. Din is-sena ġie
maħsub li jkun hemm l-ikel peress li jkun viċin nofsinhar, bilqligħ kollu jmur ukoll għallCaritas. Lejn tmiem l-attività jsir diskors qasir mid-Direttur il-ġdid ta’ Caritas Malta Leonid McKay u tiġi ppreżentata wkoll donazzjoni tal-Bank of Valletta, li huma sponsors ewlenin tal-Caritas Trail. Dawk li se jipparteċipaw jingħataw t-shirt kommemorattiv. Il-Caritas tħeġġeġ lill-pubbliku jieħu sehem f’din il-festa għallfamilja kollha u b’donazzjoni ta’ għaxar ewro jkun qed jagħti sapport lil din l-entità biex tkompli toffri s-servizzi tagħha bla ħlas lis-soċjetà Maltija. Tħeġġeġ ukoll li wieħed isegwi l-istruzzjonijiet u d-direzzjoni għal Gianpula.
www.maltarightnow.com
3
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
LOKALI
Imnedija żewġ Helena Dalli tiddefendi lil żewġha u tirrepeti skemi ta’ li hu “ma ġiex mgħarraf” bix-xogħol pensjonijiet Minkejja l-Avviż ta’ Infurzar minn hekk, qalulna li sa ma jsir mill-MEPA, għadu għaddej ixil-kuntratt is-sid xorta għadu Patrick Dalli u hu responsabbli, personali xogħol li qed isir ġewwa l-farm-
IX-XOGĦOL FIL-FARMHOUSE TA’ PATRICK DALLI LI QED ISIR KONTRA L-PERMESSI ORIĠINALI
house tar-raġel tal-Ministru Helena Dalli, Patrick Dalli, fiżŻejtun. Dan rawh b’għajnejhom il-ġurnalisti ta’ In-Nazzjon meta lbieraħ għall-ħabta tas-1.20pm marru fil-post fejn hemm din ilproprjetà ta’ Patrick Dalli, u saħansitra raw ħaddiema fuq illant tax-xogħol. L-iżvilupp li qed isir filfarmhouse ta’ Patrick Dalli mhux skont il-permess maħruġ oriġinarjament. Dan għaliex hemm lista sħiħa ta’ tibdil mill-permess oriġinali. Fost l-oħrajn, tkabbar isswimming pool li kien disinjat oriġinarjament, inbena ħajt talfranka minflok tas-sejjieħ, sar skavar estensiv biex inħoloq basement, żdied taraġ għal fuq ilbejt, inbnew żewġt ikmamar fuq il-bejt, inbena kuritur fuq il-bejt, infetħet skylight u nbidel l-użu ta’ kamra tas-sodda. Dan il-ġurnal bagħat serje ta’ mistoqsijiet lill-Ministru Dalli dwar dan il-każ serju li fih hemm involut żewġha. Staqsejnieha ta’ min hi din il-farmhouse, jekk hix ġejja millkomunjoni tal-akkwisti jew jekk hix ta’ kumpanija tal-familja Dalli. Lill-Ministru staqsejnieha jekk hux veru li dan l-iżvilupp sar f’zona mmarkata ODZ, u jekk hi kinetx taf li għadu għad-
Helena Dalli ma tweġibx għall-mistoqsijiet diretti li saru minn dan il-ġurnal, u tgħid biss li x-xogħol fuq il-farmhouse tar-raġel qed isir mix-xerrej il-ġdid
dej ix-xogħol f’dan is-sit minkejja l-ordni tal-MEPA li turi biċċar li l-bini qed isir b’mod irregolari. L-email tagħna ġiet imwieġba mill-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Ministru Helena Dalli, Reuben Sciberras. It-tweġiba kienet waħda xotta u ta’ ftit kliem: “B’referenza għall-mistoqsijiet tiegħek, ngħarrfek li lpost imsemmi qiegħed fuq kon-
venju. Jekk qed isir xi xogħol, dan qed isir mix-xerrej il-ġdid u s-Sur Dalli ma ġiex mgħarraf b’dan.” Minkejja li Helena Dalli qed tgħid li dan il-post jinsab fuq konvenju, aħna għamilna riċerka dwar x’jiġri f’każi bħal dawn. Fil-fatt, diversi periti qalulna li bħala regola ġenerali, xogħol ta’ kostruzzjoni waqt konvenju ma jsirx. Iżda aktar importanti
Ultimatum lil Manuel Mallia
Il-Ministru Manuel Mallia għandu jagħmel eżami tiegħu nnifsu u jirrealizza li l-attitudni negattiva u d-deċiżjonijiet tiegħu qed iwasslu għal rabja kbira fost bosta persuni li huma impjegati f’korpi li hu responsabbli tagħhom, kif ukoll għal kriżi istituzzjonali li pajjiżna qatt ma kellu bħalha. L-aħħar żewġ ultimata ngħataw mill-membri tal-Korp tal-Pulizija u mill-Ombusman li qed jinvestiga lmenti dwar promozzjonijiet fil-Forzi Armati. Stqarrija maħruġa lbieraħ millPartit Nazzjonalista tgħid li hu inkwetanti li l-Ministru tal-Intern jispiċċa jingħata żewġ ultimata, li wieħed minnhom huwa millOmbudsman Parlamentari. Ilpoplu Malti bilfors jinkwieta meta jara Ministru fi sfida diretta kontra min xogħlu hu li jħares iċċittadin mill-abbuż tal-poter.
Manuel Mallia: sensiela ta’ deċiżjonijiet żbaljati bil-barka ta’ Muscat
L-istqarrija tal-PN issostni li lindħil politiku fil-Korp talPulizija u fil-Forzi Armati ma huwa qatt ġustifikat u għandu jieqaf mill-aktar fis. L-attitudni ta’ Manuel Mallia, li mingħalih li ħadd ma jista’ għalih, hija ta’ periklu f’pajjiż demokratiku.
Ta’ dan kollu, il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu ħafna xi jwieġeb. Dan għax kull ma jagħmel Manuel Mallia, ittemm tgħid l-istqarrija tal-PN, isir bilbarka ta’ Joseph Muscat. Ara wkoll paġna 32
mhux ix-xerrej. Spjegawlna ukoll li f’99 filmija tal-każi, lanqas biss tingħata ċavetta lix-xerrej għaliex din tingħata biss mal-kuntratt, u huwa wara l-iffirmar tal-kuntratt li x-xerrej ikollu aċċess għallpost. Meta ġurnalisti tal-gazzetta The Times staqsew lir-raġel talMinistru Dalli dwar dan ixxogħol li għadu għaddej fiżŻejtun, huwa qal “ma nafx li qed isir xogħol fil-farmhouse tiegħi”. Dan meta l-MEPA ħarġet avviż ta’ infurzar biex ix-xogħol jitwaqqaf. Skont Patrick Dalli, u skont kif ġie kkwotat f’The Times, hu ma għandu l-ebda idea li hemm ħaddiema għaddejjin bix-xogħol fis-sit. “Ma nafx x’inhu jiġri għaliex il-post issa qiegħed fuq konvenju”, sostna Patrick Dalli. L-istess risposta li tat lil dan ilġurnal anki l-Ministru Helena Dalli. Jidher li mal-ġurnalista ta’ The Times, Patrick Dalli kien skomdu jwieġeb fuq dan ixxogħol li għadu għaddej minkejja l-avviż ta’ infurzar min-naħa tal-MEPA. “Għaliex dan l-interess mit-Times? Dan qed isaqsuni għaliex jien min jien?”, staqsa rraġel tal-Ministru Dalli lill-ġurnalista ta’ The Times.
Il-Gvern nieda żewġ skemi ta’ pensjonijiet personali – it-Third Pillar Pension Scheme, magħrufa bħala l-Personal Retirement Scheme, u l-Individual Savings Account (ISA). Iż-żewġ skemi huma volontarji u għandhom l-iskop li jinkoraġġixxu lil dawk li jaqilgħu l-inqas biex ifaddlu għal meta jirtiraw mix-xogħol biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-inċentivi fiskali se jkunu marbutin ma’ prodotti offruti mill-banek lokali u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, u kompla li dawn linizjattivi kienu introdotti wara konsultazzjoni mal-partijiet involuti. Għall-iskema personali ta’ irtirar se jkun hemm kreditu ta’ taxxa ta’ €2,000 b’benefiċċju ta’ €300 għal kull familja. Ilbenefiċċji minn din l-iskema jinkisbu mhux qabel l-età ta’ 50 sena u mhux iktar tard minn 70 sena. L-iskema ISA tipprovdi lillfamilji bl-għażla li jiftħu kont ta’ tfaddil bla taxxa sa €2,000 fis-sena kull koppja li tinvesti f’dan il-kont. Il-persuni se jkunu jistgħu jiġbdu flus minn dan il-kont meta jridu, bħal kull savings account ieħor.
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
4
Tħallsu €600 ta’ 8 xhur xogħol fil-fabbrika minn paġna 1
Il-ftehim kien validu għal tliet snin iżda l-uffiċjal qal li ma jafx jekk dan kienx iġġedded. Il-kuntratt tal-impjieg kien ġie ffirmat fil-Vjetnam imma l-Vjetnamiżi qatt ma ngħataw kopja. Kien kuntratt definit li kien jistipula li dawn jieħdu s-salarji malli jiskadi. L-Avukat Pio Valletta, li qed jidher għall-kumpanija Leisure Clothing, staqsa lixxhud jekk kienx konxju li t-
Ħati li ttraffika d-droga fil-Ħabs
Raġel li bħalissa qed iservi piena ta’ għomor il-ħabs fuq qtil ta’ Pulizija reġa’ ġie kundannat ħames snin oħra ħabs fuq traffikar ta’ droga fil-ħabs. Andy Calleja ta’ 34 sena ammetta li kellu fil-pussess tiegħu 19.5 grammi ta’ eroina u 4.8 grammi reżina tal-kannabis. Calleja qed iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs fuq il-qtil ta’ Roger Debattista fl-2001. Debattista kien inqatel f’Ħal Qormi waqt hold-up li ken sar fil-fergħa tal-BOV. Id-droga fil-ħabs fuq il-persuna ta’ Calleja nstabet fil-qalziet ta’ taħt waqt strip search millgwardjani tal-ħabs fl-2005. Il-psikjatra Joseph Spiteri qal fil-Qorti li Calleja kien ittieħed fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli fl-2007 u dan biex jipprova jegħleb il-problema qawwija li kellu fuq biddipendenza ta’ droga. Fis-sentenza tagħha lMaġistrat Farrugia nnutat li Calleja nstab ħati 12-il darba oħra mill-Qrati fosthom fuq qtil, każi ta’ prostituzzjoni u sewqan bl-addoċċ. Hu ġie mmultat ukoll €4,000.
www.maltarightnow.com
LOKALI
termini tal-kuntratt jaqgħu jew jisfaxxaw jekk dan ma jiġix onorat mill-impjegati. Antoine Grech wieġeb flaffermattiv, imma qal li dan ma jfissirx li tittieħed millpaga dovuta. Meta mistoqsi jekk kienx qed jibbaża l-argumenti fuq dak li ra b’għajnejh, ix-xhud qal li le għax limpjegati qatt ma kienu ngħataw il-kuntratt. Is-Supretendent Dennis Theuma talab lill-Qorti tagħti aktar ċans sakemm tiġi konkluża l-investigazzjoni biex
jitressqu aktar provi. Madankollu, il-Maġistrat Peralta qal li l-każ li għandu quddiemu m’għandu xejn x’jaqsam mal-investigazzjoni, u anke l-Avukat Valletta qal li l-każi huma separati. Saħaq ukoll li l-kumpanija Leisure Clothing hija ddiżgustata bir-rapporti li qegħdin jidhru fil-media u qal li jaf kif ħarġet l-istorja u li l-verità toħroġ meta jasal il-waqt. Għall-Vjetnamiżi qed jidher l-Avukat Karl Briffa.
Fil-Qorti ħareġ bl-aktar mod ċar kif Asjatiċi fil-Leisure Clothing mhux biss kienu jitħaddmu għal sigħat twal ħafna, talli finalment il-pagi kienu jinżammulhom biex jeħduhom wara li jintemmilhom il-kuntratt
Mark Galea, eks Deputat Kap tas-Servizz tas-Sigurtà, qal li ddeċiżjoni li ma jibqax fis-Servizz iżda jmur lura fl-Armata minn fejn kien sekondat, ħadha hu biss. Galea sostna fil-Qorti li ċ-Chief of Staff tal-Ministeru tal-Intern u sSigurtà Nazzjonali Silvio Scerri blebda mod ma involva ruħu, u li hu qatt ma rċieva ordnijiet mingħandu.
Galea qal ukoll li apparti malfamilja tiegħu, u mal-Brigadier talForzi Armati Jeffrey Curmi, li infurmah bil-każ biex jistaqsih jekk jistax jirritorna fl-Armata, hu ma tkellem ma’ ħadd dwar din iddeċiżjoni. Dan ħareġ hekk kif kompliet tinstema’ kawża ta’ libell għad-danni li kien għamel iċ-Chief of Staff talMinisteru tal-Intern Silvio Scerri
kontra dan il-ġurnal u kontra s-sit elettroniku Maltarightnow. Minbarra Mark Galea, xehdu wkoll il-Kap tas-Servizz tasSigurtà Michael Cassar u l-istess Silvio Scerri. Fix-xhieda li ta, il-Kap tasServizz tas-Sigurtà Michael Cassar qal li qatt ma kellu argument ma’ Mark Galea u aktar u aktar qatt ma kien hemm indħil minn Silvio
Scerri. Fil-Qorti Michael Cassar qal li lanqas hu ma kellu ebda ndħil minn Silvio Scerri. Scerri qal li f’din l-istorja m’hemmx verità. Qal li qatt ma ltaqa’ ma’ Mark Galea, ħlief informalment biex jawguralu u lanqas biss kien jaf bl-ilment tiegħu. Silvio Scerri qal li qatt ma ltaqa’ lanqas ma’ Michael Cassar fuq dan il-każ.
L-iżviluppatur Sandro Chetcuti ippreżenta rikors filQorti tal-Maġistrati f ’dik li sejħilha sfida lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jittieħdu passi kontra l-eks Direttur Ġenerali tal-GRTU bl-akkuża li ta evidenza qarrieqa fil-Qorti. Chetcuti ppreżenta din l-isfida quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, fejn talab lill-Qorti biex din tordna lill-Pulizija biex jixlu lil Farrugia fil-Qorti. Hu qed jitlob biex Farrugia jiġi mixli li influwenza x-xhieda biex jixhdu falz u b’fabbrikar ta’ evidenza falza. Fit-18 ta’ Settembru tas-sena l-oħra, Chetcuti kien instab ħati li kkaġuna feriti ħfief fuq Vince Farrugia, meta ħebb għalih fl-uffiċċju tiegħu fl-
2010. Hu kien kundannat xahar ħabs sospiżi għal sena u li ma jkellimx jew ma jersaqx lejn Vince Farrugia permezz ta’ ordni ta’ protezzjoni ta’ €1,000. Il-Qorti kienet ordnat ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga l-aġir ta’ Farrugia u xhieda oħra, li setgħu xehdu falz quddiemha. Inizjalment Chetcuti kien ġie mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Farrugia, bil-Prosekuzzjoni twaqqa’ din l-akkuża u ħalliet l-akkuża ta’ feriti gravi bħala laktar waħda serja. Fir-rikors li għamel, Chetcuti qal li minkejja l-ordni tal-Qorti, ma ttieħdu l-ebda proċeduri legali fil-konfront ta’ Vince Farrugia.
F’sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell, tender għal ġbir ta’ skart domestiku mogħti millKunsill Lokali ta’ Bormla ġie ddikjarat null u bla bażi, bilproċess irid jerġa’ jibda mill-bidu. Mill-provi rriżulta li l-aħjar offerta kienet ġie skwalifikata fuq parir tal-membru parlamentari Laburista Luciano Busuttil. Dan għaliex skont hu kien hemm dokumentazzjoni importanti, li kienet nieqsa fit-tender. Madankollu l-Qorti qalet li anki kieku dan kien minnu, dan ma jikkostitwixxix raġunijiet biżżejjed biex jiġi skwalifikat. Min-naħa tagħha l-kumpanija qalet li hija kienet issottomettiet id-dokumentazzjoni kollha mitluba u ma tistax tifhem kif biċċa karta ta’ portata minima sparixxiet.
It-tender kien ingħata lil min kellu t-tieni l-aħjar offerta, kumpanija li nzertat li hija klijenta tal-Avukat Luciano Busuttil. Il-kawża saret minn WM Environmental Limited, ilkumpanija li kienet skwalifikata, kontra l-Kunsill Lokali ta’ Bormla, Saviour Mifsud, il-persuna li ngħata l-kuntratt, u dDirettur tal-Kuntratti. Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li hi tal-fehma li tkun qed tonqos minn dmirha bħala awtorità li f’idejha hija fdata lamministrazzjoni tal-ġustizzja jekk ma tesprimix il-preokkupazzjoni serja tagħha dwar lallegazzjoni magħmula minn WM Environmental Ltd dwar kunflitt ta’ interess billi l-Avukat Busuttil kien li ta l-parir biex tiġi skwalifikata.
Raġel ta’ 23 sena minn Ħaż-Żabbar, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni talQorti, kien il-ħames persuna, u x’aktarx l-aħħar wieħed, li tressaq il-Qorti lbieraħ fuq il-qabda ta’ 8.5kg droga kannabis f ’ĦażŻabbar. Ir-raġel kien mixli quddiem il-Maġistrat Doreen
Clarke b’assoċjazzjoni għattraffikar ta’ droga kannabis. Huwa ċaħad l-akkużi miġjubin kontrih, iżda baqa’ miżmum taħt arrest preventiv. L-Avukat Giannella de Marco dehret għall-akkużat. Aktar kmieni din ilġimgħa, b’rabta mal-istess każ tressqu żagħżugħ ta’ 16il sena li huwa student tal-
MCAST minn Ħaż-Żabbar, Kristijan Zekic, Sloven ta’ 32 sena, u mara ta’ 45 sena, Anna Gertrude D’Amico u ħuha Antonio ta’ 55 sena, ittnejn minn Katanja. L-iskwadra ta’ Kontra dDroga kienet għamlet rejd f ’garaxx f ’Ħaż-Żabbar fejn sabet tmien kilogrammi u nofs droga kannabis.
Jgħid li d-deċiżjoni li jitlaq ħadha hu
Sandro Chetcuti jisfida lill-Kummissarju biex imexxi kontra Vince Farrugia
“Suspett ta’ abbuż” minn Luciano Busuttil
Titressaq il-5 persuna fuq qabda ta’ kannabis
www.maltarightnow.com
5
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
LOKALI
Jirritorna dekorazzjoni bi protesta għal tibdil f’isem ta’ triq
Il-Kunsill Lokali laburista f’Ħaż-Żebbuġ qabad u biddel isem Triq l-Isqof Franġisku Saverju Caruana kontra x-xewqa tar-residenti
Karozza elettrika għall-Parlament
Waqt ċerimonja qasira li saret fil-bitħa tal-Palazz talGranmastri, fil-Belt Valletta, ilMinistru għat-Trasport u lInfrastruttura Joe Mizzi kkonsenja lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, karozza elettrika għall-użu tal-Kamra tarRappreżentanti. F’diskorsi qosra talokkażjoni, l-Ispeaker Farrugia u l-Ministru Mizzi saħqu fuq limportanza li għandu jingħata l-
ħarsien tal-ambjent u qalu li lgħoti ta’ din il-vettura qed isir proprju għal dan l-iskop. Ġie nnutat ukoll li l-użu ta’ vettura li tuża enerġija nadifa se jkun qed jikkumplimenta l-politika adottata fil-bini l-ġdid talParlament fejn intużat teknoloġija infrastrutturali li proprju tgħin biex jonqos il-konsum talenerġija meħtieġa biex titħaddem il-binja u biex jingħataw dawk is-servizzi li huma misten-
nija minn Parlament fis-soċjetà tal-lum. Il-vettura elettrika, kif ukoll it-taħriġ, jagħmlu parti millproġett DemoEV li huwa kofinanzjat mill-programm LIFE+ tal-Unjoni Ewropea. Permezz ta’ dan il-proġett ġew mixtrija 24 vettura elettrika ta’ daqsijiet u għamliet differenti kif ukoll 90 charging point li bihom il-pubbliku jista’ jiċċarġja l-vettura tiegħu. PAQPAQLI GĦALL-ISTRINA. L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ ‘Paqpaqli għall-Istrina’ se ssir fis-7 ta’ Diċembru bejn id-9am u t-3.30pm fil-grawnds tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Lufthansa Technik. Dan l-avveniment annwali tal-Motorsport ikun organizzat mill-Malta Community Chest Fund b’kollaborazzjoni ma’ Tonio Darmanin u l-Malta Motorsport Federation. Bħas-soltu l-għan ikun biex jinġabru fondi b’risq l-Istrina. F’din l-edizzjoni se jipparteċipaw madwar 1,000 vettura minn 35 klabb lokali differenti. (Ritratt: DOI)
L-eks Deputat Speaker talParlament Michael Bonnici rritorna d-dekorazzjoni bl-istemma ta’ Ħaż-Żebbuġ, flimkien maċċertifikat uffiċjali li kien tah ilKunsill Lokali Żebbuġi fl-2011 bħala rikonoxximent “tal-ħidma tiegħu fil-qasam politiku u filantropiku, u ta’ interess li juri lejn il-patrimonju Żebbuġi”. F’ittra b’dikjarazzjoni ġuramentata li ntbagħtet lis-Sindku Laburista ta’ Ħaż-Żebbuġ Alfred Grixti u lid-Dipartiment talKunsilli Lokali, Bonnici, li huwa minn Ħaż-Żebbuġ, qal li qed jagħmel dan bi protesta talli lkunsill b’maġġoranza laburista biddel isem ta’ triq b’nuqqas ta’ rispett lejn wieħed mill-aktar antenati Żebbuġin magħrufa – lIsqof Franġisku Saverju Caruana. L-Isqof Caruana, meqjus bħala iben per eċċellenza ta’ ĦażŻebbuġ, ta kontribut qawwi għal Ħaż-Żebbuġ, u xhieda qawwija ta’ dan hija l-lapida kommemorattiva li hemm fil-pjazza prinċipali. Imma s-sena l-oħra l-Kunsill Laburista qabad u biddel l-isem tat-triq li kienet ilha msemmija għalih 120 sena, u minflok semmieha għall-awtur Frans Sammut, minkejja petizzjoni mir-residenti kontra dan. Michael Bonnici, fl-ittra tiegħu, qal li setgħet faċilment instabet triq oħra mill-ħafna li għadhom bla isem, biex tissemma għal Sammut. Aktar u aktar meta dan sar kontra l-volontà tal-
maġġoranza tar-residenti li semmgħu leħinhom kontra din ilbidla. Sostna wkoll li dan kollu hu aktar aggravat mill-fatt li bi kwotazzjonijiet minn sorsi u mingħajr provi konkreti u bla sustanza, ġiet miżinterpretata listorja ta’ pajjiżna miktuba b’tant reqqa minn diversi studjużi magħrufa Maltin li lkoll apprezzaw is-sehem ta’ dan l-Isqof flaktar mumenti diffiċli li l-Maltin kienu għaddejjin minnhom biex jagħżlu d-destin futur tagħhom. Bonnici indirizza l-ilment tiegħu wkoll lill-Kumitat Nazzjonali tal-Ismijiet tat-Toroq, li minbarra li warrab il-politika tal-Kumitat ta’ qablu li ma jbiddilx ismijiet ta’ toroq eżistenti minħabba l-kumplikazzjonijiet legali, soċjali u amministrattivi li dan iġib miegħu, approva rrakkomandazzjoni tal-Kunsill Lokali Laburista mingħajr ma qies l-appelli li sarulu u l-petizzjoni li ġiet ippreżentata lilu wkoll. Filwaqt li tenna li l-Kunsill qed jinsulta lir-residenti kollha ta’ Ħaż-Żebbuġ, Michael Bonnici temm jgħid li kien għalhekk li hu ħass li m’għandux iżomm aktar l-unur ta’ rikonoxxenza li kien ingħata, għax “ġiet insulentata persuna prominenti Żebbuġija li kienet strumentali f’deċiżjonijiet importanti fit-treġija ta’ pajjiżna”, u dan minn ħadd aktar millKunsill Lokali li suppost għandu jkun minn ta’ quddiem nett biex jippromwovi u jagħti ġieħ lil nies bħal dawn.
www.maltarightnow.com
Il-Ġimgħa, 14 ta’Novembru, 2014
6
Għal xahar ieħor, Malta l-agħar fl-Ewropa Statistika uffiċjali ppubblikata mill-Eurostat, l-Aġenzija Ewropea tal-Istatistika, tikkonferma ttnaqqis kostanti fil-produzzjoni mill-industrija Maltija, anzi turi li għal xahar ieħor, f’Settembru, Malta kellha l-ikbar tnaqqis filproduzzjoni industrijali fl-UE kollha. Iċ-ċifri juru li l-produzzjoni industrijali f’Malta naqset b’7.5% meta mqabbel ma’ Settembru tassena li għaddiet. Il-pajjiż li jiġi warajna bl-akbar tnaqqis hu lIżvezja, bi tnaqqis ta’ 4.1%, segwit mill-Greċja bi tnaqqis ta’ 3.5%. Min-naħa l-oħra, diversi pajjiżi rreġistraw żieda, fosthom lIrlanda, ir-Repubblika Ċeka u lUngerija. Kif irreġistrat żieda wkoll il-medja Ewropea, bi kważi 1%. Fi stqarrija dwar dawn iċ-ċifri, il-PN qal li dan huwa t-tieni xahar
konsekuttiv li fih il-Eurostat iċċertifikat lil dan is-settur f’Malta bħala l-agħar fl-Ewropa. Dan ittnaqqis prattikament hu d-doppju tal-pajjiżi li kellhom it-tieni u ttielet l-akbar tnaqqis wara pajjiżna. Il-PN ukoll qal li dan jikkuntrasta mal-medja Ewropea u fizzona ewro, li t-tnejn żdiedu matul Settembru. Dan ifisser li filwaqt li għad hemm sfidi kbar mill-kontinent Ewropew, id-diffikultajiet li qed jesperjenza pajjiżna ma jistgħux jiġu attribwiti għall-qagħda internazzjonali. Il-fatt li pajjiżna esperjenza tnaqqis kull xahar fil-qasam talindustrija jibgħat is-sinjal li l-problemi qed isiru aktar strutturali milli temporanji, u għalhekk tinħtieġ azzjoni serja u konkreta millGvern. Iktar inkwetanti minn dawn iċ-ċifri huwa n-nuqqas asso-
LOKALI
lut ta’ tħassib u interess min-naħa tal-Gvern Laburista. Kelliema differenti tal-Gvern jibqgħu jinjoraw u jwarrbu fil-ġenb dawn id-diffikultajiet, minkejja li barra l-istatistika uffiċjali, qed tinġibdilhom lattenzjoni anke minn esponenti ewlenin ta’ dan is-settur. Il-Partit Nazzjonalista qal li jittama li l-Baġit li se jkun ippreżentat nhar it-Tnejn li ġej ikun l-ewwel pass fejn il-Gvern jippreżenta inizjattivi speċifiċi li jinċentivaw lil dan is-settur biex jgħinuh jerġa’ jaqbad ir-ritmu li pajjiżna kien imdorri bih fl-aħħar snin. Hekk biss ikun jista’ jassigura lill-ħaddiema u l-familji tagħhom li jaqilgħu l-għajxien minn dan is-settur ewlieni fl-ekonomija Maltija, temmet tgħid l-istqarrija ffirmata millViċi Kap tal-PN u Kelliem għallEkonomija, l-Investiment u lSMEs, Mario de Marco.
www.maltarightnow.com
7
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
KUNSILLI LOKALI
Attitudni inaċċettabbli KUMMENT
Il-Laqgħa tas-Sindki u l-Viċi Sindki organizzata millAssoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) f’Għawdex kompliet tagħti xhieda tas-sitwazzjoni ta’ tħassib li tinsab fiha l-Assoċjazzjoni, li bħalissa għandha maġġoranza talPartit Laburista. Sitwazzjoni fejn issa saħansitra aġenda ta’ laqgħa li fil-passat dwarha dejjem saret konsultazzjoni mal-
Dan il-ħawt tal-konkos ilu xhur sħaħ jagħlaq aktar minn nofs il-bankina, viċin il-breakwater fi Triq is-Salini, Marsaskala. Ftit metri ’l bogħod hemm residenza talanzjani. Jidher li l-appelli li saru dwaru lill-Kunsill Lokali
Eżekuttiv saret mingħajr ma listess Eżekuttiv kellu ebda rwol fit-tfassil tagħha. Aġenda li fuq kollox ma kinitx tirrifletti r-realtà tal-Kunsilli Lokali u minflok kienet biss aġenda konvenjenti għall-Gvern Laburista. Aġir li bir-raġun intlaqa’ bi protest mir-rappreżentanti talPartit Nazzjonalista fi ħdan lAssoċjazzjoni. Naturalment,
waqgħu fuq widnejn torox, tant li min bagħtilna r-ritratt staqsa jekk tħalliex hemm għax qed jakkomoda lil xi ħadd. Dan minkejja t-tgergir tar-residenti, turisti u anke anzjani li jużaw din il-bankina b’mod regolari.
għaliex ir-rappreżentanti talPN tkellmu b’mod li ma jdoqqx għal widnejn il-Gvern, kienet pronta s-Sezzjoni Kunsillieri tal-Partit Laburista toħroġ stqarrija ta’ kundanna lejn ir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista. Saħansitra stqarrija kważi ‘carbon copy’ ħarġet mill-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali. Din l-istqarrija naturalment ħarġet mingħajr
Il-Viċi Sindku ta’ Marsaskala kontra wkoll!
L-aħbar tal-iżvilupp ta’ tliet lukandi ġodda, inkluż waħda minnhom fi ħdan forti storiku, biswit Smart City, f’zona li hija Outside Development Zone (ODZ) qanqlet reazzjoni negattiva u ta’ tħassib minn diversi NGOs ambjentali, fosthom lgħaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) li malajr ħarġet stqarrija ta’ tħassib serju. Jidher iżda li anke l-Viċi Sindku Laburista ta’ Marsaskala qieset l-aħbar bħala waħda xokkanti u li turi nuqqas ta’ maturità lejn l-ambjent. Fil-fatt il-Viċi Sindku Laburista Desiree Attard saħqet – f’kumment pubbliku fuq l-internet – li jkun aħjar kieku, minflok, tingħata attenzjoni lil bini li tħalla jaqa’ fi stat ta’ abbandun. Ħafna interpretaw kliem Attard bħala botta mhux daqstant fina dwar is-sitwazzjoni tas-sit ta’ dik li kienet il-lukanda Jerma f’Marsaskala.
ebda konsultazzjoni malEżekuttiv tal-istess għaqda. Dan l-aġir jirrifletti kemm għall-Partit Laburista lKunsilli Lokali huma biss vettura politika. Il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni kien juża lKunsilli Lokali bħala arma kontra l-Gvern Nazzjonalista, u fil-gvern qiegħed jagħmel minn kollox biex jirrendihom bla saħħa sabiex dawn bl-ebda
mod ma jkunu ta’ inkonvenjent politiku għalih. Kemm ikun aħjar li kieku sSezzjoni Kunsillieri tal-Partit Laburista u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali jaħdmu b’risq it-tisħiħ tal-Kunsilli Lokali minflok ma jaqdu millkoxxa l-miri politiċi tal-Partit Laburista li kien u għadu xettiku fuq il-proġett tal-Kunsilli Lokali.
Il-klassijiet ‘Art for All’ organizzati mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi jidher li qed ikunu suċċess kbir. Fil-fatt l-attendenza f’dawn il-klassijiet qiegħda dejjem tiżdied. Il-klassijiet isiru kull nhar ta’ Sibt fid-9.30am. Anke ż-żjara kulturali fil-Mużew tal-Arkeoloġija kienet suċċess u l-Kunsill issa qed iħejji għal żjara kulturali oħra, din id-darba fit-22 ta’ Novembru fil-Palazz tal-Inkwiżitur.
Il-funtana fi Pjazza Sant’Anna f’Tas-Sliema, proġett ta’ Gvern Nazzjonalista, dan l-aħħar żviluppat xi ħsarat tekniċi li wasslu biex il-funtana tant popolari waqfet taħdem. Intervent immedjat millKunsill Lokali ta’ Tas-Sliema mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista wassal biex din il-funtana issa reġgħet bdiet taħdem u kollox ġie lura għan-normal.
Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Jum il-Kunsill fin-Nadur, Għawdex, sar kunċert ta’ mużika sagra fil-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani li tinsab fi Triq Madre Ġemma Camilleri. Il-kunċert kellu attendenza tajba ħafna u niżel għasel ma’ dawk kollha li jħobbu dan il-ġeneru ta’ mużika.
Il-bankina fi Triq iċ-Ċern f’San Pawl il-Baħar ilha żmien tqajjem tħassib fost bosta residenti. Dan minħabba li partijiet minnha qegħdin iċedu bir-riżultat li l-bankina issa tinsab fi stat perikoluż għar-residenti li jgħaddu minn hemm. Minkejja bosta appelli, il-Kunsill Lokali s’issa naqas milli jieħu xi forma ta’ azzjoni.
www.maltarightnow.com
8
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
PARLAMENT
Il-Ministru Bonnici Il-PL ikun qed japprova jiddefendi l-proprjetajiet l-passat tiegħu jekk ma fejn hemm jirritornax il-proprjetà misruqa il-każini Laburisti Jekk il-Partit Laburista jemtiegħu – 28 każin b’kollox. Anke 26 każin biss minn 54 huma tal-Partit Laburista
Il-Ministru Owen Bonnici ddefenda l-proprjetajiet li kienu talpoplu u tal-privat, u li sal-lum għad għandu f’idejh il-Partit Laburista, u qal li l-Partit Laburista dejjem irrispetta l-liġi u ħallas dak li fisser bħala kera ġusta. Meta tkellem fit-tmiem taddibattitu fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta’ liġi li jirregola lpartiti politiċi, il-Ministru Owen Bonnici rrefera għal diversi sitwazzjonijiet li jinsab fihom ilPartit Laburista b’rabta mattmexxija tal-każini politiċi tiegħu. Owen Bonnici qal filParlament li l-Partit Laburista għandu 54 każin, li 26 minnhom huma proprjetà tiegħu, inkluż ilKażin Laburista tar-Rabat li qal li kien inxtara mill-Partit Laburista. Dwar il-każini mikrija, ilMinistru Owen Bonnici qal li kera ma tfissirx serq. Fissser li mhux il-proprjetajiet kollha mikrija lill-Partiti Laburista ġejjin minn ordni ta’ rekwiżizzjoni. Qal li l-proprjetà ta’ Ħ’Attard kienet mikrija minn partitarju Laburista, u l-każin ta’ Ħal Qormi kien mikri direttament mingħand sid privat, li mbagħad it-tfal tiegħu meta wirtu l-proprjetà ma ridux jaċċettaw il-kirja li kien hemm fuq ilproprjetà. Il-Ministru Owen Bonnici qal
li fil-każ tal-każin ta’ Ħal Qormi, il-Partit Laburista dejjem irrispetta l-liġi u offra ħlas ġust bħala kera. Ammetta wkoll li hemm kirjiet li għalihom hemm ħlas baxx u fisser li minkejja kollox, is-sidien tal-proprjetà għandhom jieħdu kirja ġusta. Fisser li kien ilGvern Laburista, b’avviż legali s-sena li għaddiet, li żied ir-renta lill-każini b’10% fis-sena għal tliet snin, u b’5% għas-seba’ snin ta’ wara. Il-Ministru Bonnici qal li lpoplu hu ħieles li jiddeċiedi u jipparaguna dak li twettaq minn gvernijiet Laburisti u Nazzjonalisti dwar din il-materja. Hu qal li l-Gvern Laburista se jkompli bit-taħditiet u jkompli jilleġiżla fuq il-prinċipju ta’ kirjiet ġusti biex jindirizza kwistjonijiet li ilhom jeżistu fis-settur talproprjetà. Dwar l-abbozz ta’ liġi li jirregola l-partiti politiċi, il-Ministru Bonnici qal li din il-liġi hi l-bidu ta’ proċess li għad irid ikompli jiżviluppa, u rrimarka li l-partiti politiċi għandhom l-ewwel jagħmlu eżerċizzju ta’ riorganizzazzjoni biex iġibu l-finanzi tagħhom fis-sod, biex imbagħad jista’ jkun hemm il-finanzjament tal-partiti mill-istat u li dwar dan il-poplu wkoll ikollu s-serħan ilmoħħ dwar l-aħjar użu tal-fondi pubbliċi.
men f’dak li jiftaħar bih, li nqata’ mid-dlamijiet tal-passat; għandu llum jaqta’ linja u jirritorna l-proprjetà li ħa b’qerq lill-poplu u lill-privat. Jekk mhux se jagħmel dan, ikun qed japprova l-passat u japprova wkoll li ma kienx żball li l-Partit Laburista ħa l-proprjetà pubblika u mill-privat biex jagħmilha każini Laburisti. Dan l-appell sar mid-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono, meta fissret fil-Parlament li labbozz ta’ liġi li jirregola l-partiti politiċi fil-prinċipju hu tajjeb, u li jdaħħal aktar trasparenza, kontabbiltà u mekkaniżmu li jsaħħaħ it-tmexxija tal-partiti fiddemokrazija tagħna. Abbozz li hu mudellat fuq sistemi leġiżlattivi oħra fl-Ewropa. L-Oppożizzjoni qed taqbel filprinċipju favur regolamenti dwar il-finanzjament tal-partiti u ddonazzjonijiet lill-partiti. Spjegat li l-Parlament mhux qed jivvinta l-istorja, iżda jimplimenta prassi komuni madwar lEwropa, u għaldaqstant m’hemm xejn li għandu jkun kontroversjali. Iżda l-problema li mhix żgħira hi fuq id-diverġenza bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, dwar jekk għandux ikun hemm finanzjament mill-istat. Kristy Debono qalet li nkunu irresponsabbli jekk fil-Parlament nippretendu li qed niddiskutu lfinanzjament tal-partiti u ninjoraw is-sitwazzjoni tal-Partit Laburista li qed igawdi minn proprjetajiet pubbliċi u privati. Din il-proprjetà qed toħloq differenza netta u ċara u li l-partit
Id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono
proprjetà waħda kien ikun ħażin, aħseb u wara 28. Ikkwotat il-Yellow Pages li juru li l-Partit Laburista għandu 49 każin madwar Malta u Għawdex, u aktar minn nofshom mhumiex tiegħu għaliex huma tal-poplu jew tal-privat. Il-pożizzjonijiet u dikjarazzjonijiet konfliġġenti tal-Prim Ministru u tal-Partit Laburista saru l-ordni tal-ġurnata għallPartit Laburista fil-Gvern. B’rabta mal-każijiet pendenti li hemm fil-Qrati, fejn gvern
Il-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern hi oxxena u bla paragun, u qed juri bil-fatti li jrid jiżvija u jqarraq bin-nies
fil-Gvern qed jinjoraha u qed jargumenta li m’għandhiex tkun inkluża f’dan id-dibattitu. Il-paraguni odjużi, qalet Kristy Debono, iżda f’dan ir-rigward, bil-pożizzjoni li qed jieħu lGvern, hi oxxena u bla paragun. Gvern li qed juri bil-fatti li jrid jiżvija u jqarraq bin-nies. Semmiet il-kwistjoni dwar x’inhu sewwa u dak li mhuwiex. Appellat lill-Partit Laburista jwaqqaf dak li mhux sewwa u jikkoreġi fejn hu żbaljat, u mbagħad jibda jitkellem u jittieħed bis-serjetà dwar il-finanzjament tal-partiti. Il-Partit Laburista għandu numru kbir ta’ proprjetajiet pubbliċi għall-użu politiku u mhux biss, qed jaqla’ wkoll dħul finanzjarju. Proprjetà li ttieħdet b’ordni ta’ rekwiżizzjoni għal skopijiet pubbliċi, u minflok biddilha f’każini Laburisti. Dawn huma fatti ċari, li qegħdin hemm u f’wiċċ kulħadd. Staqsiet jekk il-Partit Laburista jemminx li hu sewwa li għandu proprjetà li mhix
jitlef il-kawżi u jkollu jikkumpensa, Kristy Debono staqsiet x’se tkun il-pożizzjoni. Staqsiet jekk hux se jkun ilGvern li jħallas mit-taxxa tannies, jew hux se jkun il-Partit Laburista li jagħmel tajjeb għallkumpens. Appellat lill-Gvern jieħu azzjoni, jitnaddaf mill-għemil, jammetti l-iżball u jikkoreġih u jirritorna l-proprjetà li mhix tiegħu. Dwar id-dejn tal-partiti li ssemma ħafna fid-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi li jirregola l-partiti politiċi, Kristy Debono qalet li l-Partit Laburista wasal salpunt li jbigħ l-Australia Hall bi prezz li ħadd ma jemmnu, li jgħid li hu ta’ nofs miljun ewro, meta l-valur tal-proprjetà jlaħħaq l-€10 miljun. Semmiet ukoll kif il-Gvern ukoll fl-ewwel sena tiegħu sploda d-dejn għal €519-il miljun. Irrimarkat li l-pożizzjoni talOppożizzjoni hi ċara favur liġi li tirregola l-partiti iżda li tkun ekwa u ġusta.
Il-Gvern għadu ma jridx jagħti data tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li huma skedati li jsiru ssena d-dieħla. Fil-Parlament, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnci ma tax linformazzjoni mitluba meta kien mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said biex
jagħti d-data meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fissena 2015. Fit-tweġiba, il-Ministru Bonnici qal biss li l-informazzjoni kollha diġà ngħatat b’mod estensiv mal-għeluq tal-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riallinjament tal-elezzjonijiet talKunsilli Lokali.
Bla data għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali
www.maltarightnow.com
9
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
PARLAMENT
Proġett tal-Gvern fil-Marsa jkompli jaġevola lill-Partit Laburista
Il-Gvern Laburista se jirriloka l-fabbriki ta’ quddiem is-Super One, mhux biex iżid in-numru ta’ karreġġjati biex jinħoloq aktar spazju minn fejn jgħaddu l-karozzi, iżda biex quddiem is-Super One joħloq parkeġġ ta’ madwar 250 karozza flimkien ma’ masġar li se joħloq buffer zone bejn it-toroq proposti u dan il-parkeġġ
L-Oppożizzjoni se tkompli tiskrutinja d-deċiżjonijiet li qed jieħu dan il-Gvern u li qed ikomplu jagħtu vantaġġ lill-Partit Laburista mhux biss bl-abbuż ta’ proprjetà privata u pubblika li dawwarha f’każini Laburisti, iżda wkoll bl-aħħar deċiżjoni dwar il-proġett quddiem il-bini tal-media Laburista fil-Marsa, li dan il-Gvern estendieh bi spiża ta’ madwar €30 miljun biex jaġevola lill-istazzjon tat-televiżjoni tal-Partit Laburista stess. Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, il-Kelliem talOppożizzjoni dwar it-Trasport u l-Infrastruttura, fil-Parlament qal li filwaqt li l-Oppożizzjoni mhix kontra l-proposta ta’ traffic junction fiz-zona tas-Super One filMarsa, meta wieħed jifli l-proposta fid-dettall isib li fir-realtà, il-proposta mhix innoċenti daqskemm tidher. Irrimarka wkoll li mal-pjanti li l-Ministru Mizzi ppubblika flistqarrija għall-istampa b’rabta ma’ dan il-proġett, kien hemm
Il-Gvern Laburista jestendi proġett biex jaġevola lill-istazzjon tat-televiżjoni tal-Partit Laburista
pjanta partikulari li kienet nieqsa b’rabta mal-parti tat-triq ta’ quddiem is-Super One. Toni Bezzina qal li b’din ilproposta, il-Gvern Laburista se jaġevola lill-Partit Laburista billi se jirriloka l-fabbriki ta’ quddiem is-Super One, mhux biex iżid innumru ta’ karreġġjati biex jinħoloq aktar spazju minn fejn jgħaddu l-karozzi u b’hekk inaqqas il-pjaga tat-traffiku fizzona, iżda biex quddiem is-Super One joħloq parkeġġ ta’ madwar 250 karozza flimkien ma’ masġar li se joħloq buffer zone bejn ittoroq proposti u dan il-parkeġġ. Irrimarka wkoll li l-Ministru Mizzi responsabbli mit-traffiku, ħa pjaċir jiftaħar li kien kapaċi li f’zona ta’ madwar 90,000 metru kwadru, ftit inqas minn nofshom se jikkonsistu mhux f’toroq li
jnaqqsu l-pjaga tat-traffiku iżda f’parkeġġ u masġar, u dan bi spiża ta’ €30 miljun aktar biex jaġevola lill-istazzjon tat-televiżjoni tal-partit tiegħu stess. Semma wkoll li ftit passi bogħod minn fejn hu propost ilparkeġġ, hemm żewġ parkeġġi oħra: wieħed quddiem iċĊimiterju tal-Addolorata u lieħor ftit metri bogħod minnu, u li bejniethom jesgħu mijiet ta’ karozzi. Iżda l-Gvern Laburista, qal Toni Bezzina, xorta ħass li kellu jaġevola lill-Partit Laburista bi spejjeż żejda li jrid jagħmel tajjeb għalihom il-poplu bit-taxxi li jħallas. “Mela hekk sewwa, jiffanfra lPartit Laburista u tħallas int,” qal id-Deputat Nazzjonalista, li fisser dan il-pjan bħala żbaljat u bi
spiża akbar mill-proġett ippjanat fi żmien Gvern Nazzjonalista. Staqsa min jaf għaliex inħoloq dan il-parkeġġ meta diġà kien hemm żewġ parkeġġi oħra fl-istess zona fejn din it-traffic junction ġejja proposta u se jkunu rilokati żewġ fabbriki biex ukoll isir masġar imdaqqas quddiem ilproprjetà tal-Partit Laburista meta fir-realtà l-ammont ta’ karreġġjati li jieħdu fihom il-karozzi li sejrin mill-Kottonera jew Raħal Ġdid lejn il-Belt, baqgħu kif inhuma bħalissa. Staqsa wkoll kemm se jogħla lvalur tal-proprjetà tal-Partit Laburista b’dan il-proġett; jekk hux se jeżenta lill-Parit Laburista milli jipprovdi parkeġġ fuq din listess proprjetà f’każ ta’ applikazjoni ta’ żvilupp mal-MEPA; jekk il-flus żejda setgħux ġew investiti fi proġetti biex jitnaqqsu l-problemi tat-traffiku f’pajjiżna; u jekk l-Unjoni Ewropea tinduna b’dan l-ingann, nibqgħux kredibbli u konsegwentement tibqax tiffinanzja proġetti ta’ dan it-tip.
Toni Bezzina qal li lOppożizzjoni se tibqa’ tiskrutinja dak kollu neċessarju biex jitħarsu l-interessi tal-poplu kollu. Dwar l-Abbozz ta’ Liġi li qed iressaq il-Gvern dwar il-finanzjament u r-regolamentazzjoni tal-partiti politiċi, Toni Bezzina qal li d-differenza fil-Partit Laburista min dak tas-snin sebgħin u tmenin għal dak tallum, hi biss bidla fit-tattika iżda mhux fl-attitudni. L-Australia Hall f’Pembroke, li fis-suq tiswa madwar €10 miljun, ġiet iddikjarata li tiswa €500,000. Toni Bezzina staqsa min hu lperit tal-Gvern li se jivverifika hux reali l-valur ta’ €500,000 għall-Australia Hall, u jekk jinstab li l-Parit Laburista żvaluta lproprjetà apposta, hux se jeħel il-penali dovuti flimkien maddifferenza għall-ammont dovut, kif jeħel kull ċittadin normali li jinstab li jkun żvaluta l-proprjetà tiegħu.
www.maltarightnow.com
10
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
Gvern li jkabbar il-piż tat-taxxi Ċifri ppubblikati dan l-aħħar mill-Uffiċċju Nazzjonali talIstatistika juru kif qed jikber ilpiż tat-taxxa taħt dan il-Gvern.
Il-piż tat-taxxi jorqod u jqum magħna. Għalhekk, kull żieda fit-taxxi tolqot fil-laħam il-ħaj. Hawn fuq tajt dettalji ta’ kemm żdied il-piż tat-taxxi fl-erba’ snin bejn l-2010 u l-2013. Bejn l-2010 u l-2012 kien hemm żieda ta’ wieħed fil-mija. Iżda fl-2013 waħedha ż-żieda kienet ta’ 0.9 fil-mija, kważi daqs issentejn sħaħ ta’ qabel. Il-piż tat-taxxi taħt dan ilGvern mhux mistenni jonqos. Anzi se jiżdied u mhux bi ftit. Jekk naqbdu d-dokument ‘Malta: Draft Budgetary Plan 2015’ maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi f’Ottubru li għadda, f’paġna 23 insibu kemm se jkun il-piż tat-taxxa din is-sena u s-sena d-dieħla. Hawnhekk insibu li din is-sena l-piż tattaxxa hu stmat li jitla’ għal 34.8 fil-mija tal-PGD, jew 1.7 filmija fuq is-sena l-oħra filwaqt li s-sena li ġejja, l-2015, se jerġa’ jitla’ għal 35.3 fil-mija. Li jfisser li fi tliet snin ta’ gvern Laburista, il-piż tat-taxxa se jkun qabeż b’aktar minn tlieta fil-mija, jew b’10.4 fil-mija aktar milli kien fl-2012. Dawn il-miri tal-Gvern xejn ma huma inkoraġġanti. IlGvern messu qed jaħdem biex inaqqas il-piż tat-taxxa u mhux biex iżidu. Kultant taħseb li f’dan il-Gvern l-id il-leminija ma tkunx taf x’qed tagħmel l-id ix-xellugija. Dan għaliex filwaqt li lGvern qed jgħid li jrid jitbiegħed mit-taxxi diretti u jmur iżjed lejn taxxi indiretti, fl-istess waqt qed jistma li se jdaħħal ferm iktar mit-taxxi. Mhux xi ewro jew tnejn! Dan il-Gvern jidher li ma jafx x’inhu ppjanar. F’nifs wieħed jgħid li jrid inaqqas in-nefqa tal-Gvern u f’nifs ieħor iżid innefqa fuq l-impjiegi b’madwar €50 miljun fis-sena; iżid is-sussidju fuq il-karozzi tal-linja bi €13-il miljun u jtellgħu għal €23 miljun; iżid l-infiq fuq ħatriet ‘lil tal-qalba’ b’għexieren ta’ eluf ta’ ewro. Dan biex ma nsemmix in-numru doppju ta’ ministri u segretarji parlamentari li għandu dan il-Gvern meta mqabbel ma’ ta’ qablu, li qed jiswew lill-pajjiż għexieren ta’ miljuni fis-sena. Dan il-Gvern qed jorbot wisq mal-fondi li qed jikseb millUnjoni Ewropea u mas-self li kulma jmur qed jiżdied. Mingħajr dawn iż-żewġ fonti
Din l-istatistika tagħti r-rati talpiż tat-taxxa mill-2010 ’l hawn. Fl-2010, il-piż tat-taxxa bħala persentaġġ tal-Prodott Gross
Domestiku (PGD) kien ta’ 31.2 fil-mija. Fl-2011 tela’ għal 31.8 fil-mija; fl-2012 għal 32.2 filmija u s-sena l-oħra, fl-2013,
OPINJONI
tela’ għal 33.1 fil-mija. L-iżjed li kien hemm qabża kien fit-taxxi diretti li minn 12.5 fil-mija fl2010 telgħu għal 14.1 fil-mija fl-
2013. It-taxxi indiretti baqgħu bejn wieħed u ieħor l-istess, minn 13.1 fil-mija fl-2010 għal 13.2 fil-mija fl-2013.
Dan il-Gvern jidher li ma jafx x’inhu ppjanar. F’nifs wieħed jgħid li jrid inaqqas in-nefqa tal-Gvern u f’nifs ieħor iżid in-nefqa fuq l-impjiegi b’madwar €50 miljun fis-sena
ta’ dħul, il-Gvern kien ikollu toqba ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro. Jekk nieħdu d-dħul talGvern għall-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena kif jirriżulta minn ċifri ppubblikati millUffiċċju Nazzjonali talIstatistika, insibu li bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena lGvern ġabar f’għotjiet €135.5 miljun u ddejjen €573.8 miljun – b’kollox €709 miljun fi tmien xhur! Il-Gvern jgħid li għandu jieħu €150 miljun millEnemalta għal sisa li din ilkumpanija ma ħallsitx. Minn dawn, l-Enemalta jidher li issa ħallset €87 miljun wara li biegħet it-Taqsima taż-Żejt lil kumpanija tal-Gvern stess. Din suppost kienet l-iktar taqsima li kienet tagħmel flus flEnemalta, iżda jidher li ma kinitx qed tħallas is-sisa li suppost tħallas lill-Gvern. Issa jekk l-Enemalta ma kinitx sejra taj-
Il-Gvern messu qed jaħdem biex inaqqas il-piż tat-taxxa u mhux biex iżidu. Kultant taħseb li f’dan il-Gvern l-id illeminija ma tkunx taf x’qed tagħmel l-id ix-xellugija
Joe M. Zahra
joe.zahra@live.co.uk jeb b’din it-taqsima b’kollox u kienet qed iżżomm lura milli tħallas is-sisa lill-Gvern, igħiduli intom x’se tagħmel mingħajr din it-taqsima! Il-Gvern jista’ jkun li qed isejjes li jibbilanċja mid-dħul mill-bejgħ taċ-ċittadinanza lillbarranin. Jirriżulta li s’issa kellu madwar 4,000 applikazzjoni. Biss, jekk se nimxu ma’ dak li ftiehem mal-Unjoni Ewropea, dawn biex jingħataw
iċ-ċittadinanza jridu jkunu ilhom sena jgħixu f’Malta. Ħadd minn dawk li applika matul din is-sena mhu għalhekk suppost li jingħata ċ-ċittadinanza din is-sena. Għalhekk, id-dħul minn dan issors suppost jibda jidher issena d-dieħla. Dan l-aħħar qrajt li l-iżbilanċ tal-Gvern fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kien ta’ 4.6 filmija tal-PGD. Suppost li salaħħar tas-sena jkun ta’ 2.3 filmija. Fl-aħħar tliet xhur tassena se naraw il-maġija talGvern titħaddem biex dak li ma seħħx fl-ewwel disa’ xhur,
jitwettaq fl-aħħar tlieta. Il-finanzi tal-pajjiż huma xi ħaġa serja ħafna. Iridu jiġu mmexxija b’għaqal u mingħajr logħob biċ-ċifri. Għalhekk, filwaqt li nistennew li l-Gvern ma jkomplix ikabbar il-piż tat-taxxa, anzi jagħmel minn kollox biex inaqqsu, għandu jieħu passi biex inaqqas in-nefqa tiegħu stess. L-ewwel u qabel kollox billi ma jkomplix iżid in-numru ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku. Iżda jnaqqashom għal-livelli li tnaqqsu fis-snin li fihom kien imexxi lil pajjiżna Gvern Nazzjonalista.
www.maltarightnow.com
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
4,400 mal-gvern mill-elezzjoni ġenerali, u l-Gvern jibqa’ jigdeb
L-aħħar ċifri tal-impjiegi f’Malta juru ċar li l-Gvern Laburista reġa’ lura għal ekonomija li tiddependi fuq l-impjiegi mal-gvern. F’16-il xahar, il-Labour daħħal xejn anqas minn 4,400 ruħ malgvern – il-maqlub eżatt ta’ li wiegħed lill-Unjoni Ewropea. IlMinistru tal-Finanzi gideb li l-impjiegi mal-gvern huma perċezzjoni statistika, mhux realtà. Imma nqabad. Issa l-Gvern qed ikompli jigdeb hu u jipprova jżelleġ il-fatt li f’sena u erba’ xhur daħħal 4,400 ruħ mal-gvern.
Wiegħed li ma jdaħħalx daqs kemm jirtiraw Għaliex qed ngħidu li daħlu 4,400 ruħ mal-gvern kemm ilu lLabour? Għax minn mal-gvern l-ewwel nett jirtiraw 1,500 ruħ fissena. Edward Scicluna wiegħed lill-Unjoni Ewropea li flok l1,500 li jirtiraw kull sena, mhux se jdaħħal 1,500 imma ferm anqas ħalli b’hekk jikkontrolla d-dejn.
Għaliex daħlu 4,400 ruħ mal-gvern f’16-il xahar? Dak li wiegħed il-Ministru tal-Finanzi lill-Unjoni Ewropea mhux talli ma seħħx, talli għamel eżatt bil-maqlub. Mhux talli daħħal 2,000 ruħ mal-gvern flok dawk li rtiraw fis-16-il xahar bejn dakinhar li tela’ l-Labour u Ġunju li għadda, talli żied 2,400 oħra magħhom. B’kollox, jiġifieri, daħħal 4,400 ruħ mal-gvern kemm ilu li tela’ l-Labour.
Il-Gvern Laburista jżid id-dejn bi 3 miljun ewro kuljum Edward Scicluna kien qal li jrid inaqqas id-dejn billi jnaqqas innies mal-gvern għax il-pagi huma biċċa sew min-nefqa tal-Gvern. Anke hawn, il-Labour għamel eżatt bil-maqlub. Ċifri li għadhom kemm ħarġu juru li fl-ewwel sitt xhur biss ta’ din is-sena, ilLabour żied id-dejn b’518-il miljun ewro, jiġifieri 3 miljun ewro dejn kuljum.
Edward Scicluna gideb dwar perċezzjoni statistika... Il-Ministru tal-Finanzi gideb lill-ġurnalisti meta ħarġet il-verità dwar l-isplużjoni ta’ impjiegi mal-gvern u qal li din kienet biss perċezzjoni, bħat-traffiku. Ħaseb li l-ġurnalisti ma jafux jaqraw listatistika. Imma lil Edward Scicluna giddbuh il-ġurnalisti, lUffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Awtorità Maltija talIstatistika.
...u l-Gvern qed jigdeb dwar is-saħħa, l-edukazzjoni u t-trasport pubbliku U issa, il-Gvern Laburista qed ikompli jigdeb. Qed jipprova jħawwad bejn kemm daħħal nies u kemm żied nies mal-gvern; żewġ ċifri differenti ladarba minn mal-gvern jirtiraw in-nies. Qed jgħid li n-nies li daħħal huma fl-edukazzjoni u fis-saħħa imma mhux qed jgħid f’liema gradi. U qed jgħid li 900 huma impjegati tat-trasport pubbliku meta għadu kif għabba lit-taxpayer bi 23 miljun ewro sussidju li se jiżdied kull sena; 23 miljun ewro huma d-doppju tal-pagi ta’ 900 ruħ fit-trasport pubbliku.
Gvern li jigdeb u li qed jagħmel l-ekonomija tiddependi minnu Il-Labour daħħal 4,400 ruħ mal-gvern, gideb li dawn huma perċezzjoni u qed ikompli jigdeb issa. U dawn fil-fatt huma żewġ sinjali ewlenin tal-Gvern Laburista: ekonomija li tiddependi fuq il-Gvern flok fuq l-inizjattiva privata, u l-gideb.
11
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
Tal-mistħija, qatt m’aħna se nimmaturaw?
Veru kont iddiżgustat jien u nisma’ l-intervista li ngħatat fuq il-mezzi tax-xandir minn Mons. Charles Scicluna dwar il-każ talqassis imsemmi fil-każ ta’ preżunt abbuż sesswali. Ma nafx kif xi ħadd jista’ jħoss li dan hu xi materjal serju jew edukattiv għal xi programm televiżiv. Min-naħa l-oħra, kont daqstant imdardar bir-rapporti filġurnali li donnhom ħadu gost jagħmlu dramm minn dan il-każ u ma naqsux li jidħlu fid-dettalji intimi u saħansitra moqżieża tiegħu. X’interess għall-pubbliku kien dan? Fejn hi l-etika ġurnalistika li tant niftaħru biha? Normalment, jien qatt ma nsegwi programmi stupidi ta’ dan it-tip, imma meta nnutajt ilpreżenza ta’ Monsinjur (f’moħħi kelli l-possibbiltà ta’ xi aħbar wara r-riżenja tal-Arċisqof), waqaft nisma’ fuqiex kienet lintervista. Nixtieq mill-ewwel ngħid li la nixtieq niskolpa, u lanqas nakkuża lil xi ħadd. Dak hu xogħol l-awtoritajiet responsabbli. X’kien hemm bżonn li lMonsinjur jidher u jesprimi ruħu
b’dak il-mod? Għaliex waqa’ għal dik it-tentazzjoni? X’ġid ħaseb li għamel? Ċertament li l-poplu għandu jkun jaf bil-każ, bħalma għandu jkun jaf b’kull tip ta’ abbuż ieħor. U kellu jkun ħafna ilu, xi tmien snin ilu, li l-poplu sar jaf! Tafu tistħu? Għamiltu xalata mid-debbolezzi tal-proxxmu, ħażin jew tajjeb! Tgħaġġlux, almenu stennew sakemm tisimgħu l-istorja kollha! Min huma dawn Peppi u Scicluna li jidhrilhom li għandhom xi dritt li jagħmlu spettaklu b’daqshekk pompa fuq ġrajja ta’ daqshekk dwejjaq u jxandruha mal-erbat irjieħ? Nafu x’inhi prudenza? Insewha l-parabbola tar-rix mitfugħ minn fuq għolja f’ġurnata tar-riħ? U x’ġiegħel lill-Monsinjur indirettament jesprimi dubju fuq il-ġenwinità ta’ mard min-naħa tal-kollega tiegħu? Trid wisq biex tifhem it-trawma li dan ilpovru proxxmu għaddej minnha? U dan ma jistax jiġi interpretat bħala nuqqas ta’ fiduċja fil-professjoni medika li ċċertifikat dan l-istat? U xi ngħidu għall-familja, qraba u ħbieb tal-indagat, li filwaqt li jħossu d-dwejjaq ta’ din iddiżġrazzja, innoċentement qed isofru mid-dell ikrah ta’ din ittraġedja? Mons., taf xi tfisser ilkelma empathy? Ngħidlek is-
25 sena ilu f'In-Nazzjon
sewwa, xejn ma għoġobtni! Personalment, qatt ma nasal li nikkundanna lil xi ħadd, u wisq anqas lil-Knisja fuq xi aġir talmembri tagħha. Dawk huma individwi bħalna lkoll. Imma sinċerament inħoss li xejn mhu aġir Kristjan jew Nisrani li persuna ekkleżjastika jew ċivili tiġi esposta għall-ġudizzju (?) pubbliku. U fejn hi l-Ġudikatura? Ma nafx, imma ma tħossux li dan laġir jista’ joħloq u jimponi xi tip ta’ preġudizzju min-naħa talopinjoni pubblika fil-każ tattrattament eventwali ta’ dan ilkaż? Il-ħtija jew l-innoċenza għandhom biss jiġu ġġudikati mill-Qrati Ċivili, għalkemm din ma tkunx bilfors il-ġustizzja, imma almenu deċiżjoni studjata jekk ikunx ksur jew le tal-liġi. U issa, x’se jiġri jekk il-Qorti Ċivili ma ssibx dan l-indagat ħati ta’ xi att kriminali fuq kunsiderazzjoni ‘consenting adults’ u tirreferi l-każ lura lill-Kurja Arċiveskovili biex tieħu lazzjoni tagħha meħtieġa taħt ilLiġi Kanonika? Se nkunu nafu għala l-pubbliku kellu jkun jaf b’dan il-każ wara daqshekk żmien? U f’dan il-każ, min minnkom se jiġbru r-rix? Joseph M. Cachia Il-Birgu
Il-ġurnal ‘in-Nazzjon tagħna’ kompla jirrapporta bi prominenza dwar is-summit storiku li kien se jsir f’Malta bejn Bush u Gorbachev ftit tal-ġimgħat wara. Fil-faċċata tal-ħarġa tal-14 ta’ Novembru 1989, irrapporta kif il-pjani issa kienu jinsabu fi stadju avvanzat, u li t-taħditiet kienu se jibdew fl-1 ta’ Diċembru fuq żewġ vapuri sorġuti fil-Port ta’ Marsaxlokk – il-‘USS Belknap’ tal-Amerikani u s-‘Slava’ tal-Unjoni Sovjetika. Fi storja oħra fil-faċċata tal-ġurnal, ingħad li lPrim Ministru u Kap tal-PN Eddie Fenech Adami u l-Viċi PM u Ministru tal-Ġustizzja u lIntern Guido de Marco ċaħdu kategorikament li sar xi sparar mill-karozza li kienu fiha flimkien, jew mill-karozzi tal-iskorta tagħhom, meta f’Ġunju ta’ qabel kienu fi triqithom lejn il-knisja taż-Żejtun biex ikunu xhieda f’tieġ. Dan ħareġ fil-Qorti hekk kif kompliet tinstema’ kawża ta’ libell li kien fetaħ il-Kap talOppożizzjoni kontra dan il-ġurnal fuq rapport li kien ippubblika dwar dan il-każ.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
12
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
OPINJONI
Vanġelu ġdid?
Kultant żmien tinqala’ xi aħbar li toffrili “break” missuġġetti regolari ta’ din il-paġna li, trid u ma tridx, spiss iduru ma’ ħwejjeġ serji u ta’ qsim ilqalb. Dil-ġimgħa stess resqet lejja persuna li ntebħet li jien qassis mill-kullar li kont liebes. Staqsietni jekk smajtx l-aħbar dwar il-“Vanġelu ġdid” li nstab u meta għedtilha li kont għadni ma smajt xejn, qaltli: “Għax qalu li skoprew li Ġesù kien miżżewweġ lil Marija Madalena u kellhom xi żewġt itfal.” Xejn ma ssorprendietni din laħbar. Kultant żmien jitfaċċaw dawn il-ħmerijiet u niġu mitluba nweġbuhom. Ilkoll niftakru kemm inqala’ kjass dwar ‘The Da Vinci Code’ ħdax-il sena ilu: rumanz fittizju li madankollu kien fih bosta tagħwiġ dwar ilpersuna u l-ġrajja ta’ Ġesù. Dak iż-żmien kont għadni djaknu u deherli li dawn il-kotba jippreżentaw problema serja ħafna għall-Knisja. Illum sfortunatament naf mod ieħor: il-problemi reali huma ta’ xorta oħra u proprju f’dawn l-aħħar ġimgħat għexna waħda minnhom f’Malta stess. Kemm jinbidlu żżminijiet! Imma dan ma jfissirx li min ikollu kurżità dwar dawn ilkotba u artikli li kultant ifaqqsu, m’għandux dritt għal risposta. Materjal bħal dan jista’ jnibbet is-susa ta’ dubju f’xi wħud li – jekk jibqgħu bla risposta – jafu jġarrbu ħsara fil-fidi tagħhom. Jekk, kif kien jgħid San Ġorġ Preca, it-tagħlim tajjeb huwa lgħajn ta’ kull ġid, it-tagħlim ħażin x’inhu? Malajr nifhmu, iżda, li dan lhekk imsejjaħ “Vanġelu ġdid” huwa msewwes bil-kbir. Diġà lisem tiegħu, ‘The Lost Gospel’ (Il-Vanġelu Mitluf) huwa żbaljat u qarrieq. Il-kitba antika li tiġi diskussa f’dan il-ktieb la hija vanġelu u lanqas kienet mitlufa! Il-kelma “Vanġelu” ġejja millGrieg “Euangelion” li tfisser Bxara Tajba. Għaldaqstant Vanġelu huwa dejjem ktieb li jittratta l-ħajja ta’ Ġesù Kristu u l-messaġġ tiegħu. Iżda f’dan il-każ, it-test antik jittratta ġrajja li seħħet iktar minn elf sena qabel żmien Kristu: fil-fatt jitkellem dwar iżżwieġ tal-patrijarka Ġużeppi ma’ mara jisimha Asenat li kienet bint wieħed mill-qassisin tal-Eġittu. Huwa rakkont fittizju li b’xi mod ikompli jesplora dak li diġà nafu mill-Ktieb talĠenesi, l-ewwel ktieb talBibbja: l-istorja ta’ Ġużeppi li kien ittieħed bħala lsir fl-Eġittu iżda mbagħad bl-għajnuna t’Alla laħaq il-quċċata tal-poter
Dun Brendan M. Gatt brendissimo@gmail.com
Ma jfissirx li min ikollu kurżità dwar dawn il-kotba u artikli li kultant ifaqqsu, m’għandux dritt għal risposta wara l-Farawn. Asenat wilditlu żewġ ulied, Efrajm u Manasse. Anki jekk – għas-saħħa talargument – dan ir-rakkont insejħulu Vanġelu (li mhuwiex) żgur li ma nistgħux insejħulu “mitluf”. It-test jiġi attribwit lil ċertu Żakkarija li għex malerba’ mitt sena wara Kristu u filfatt kien isqof Nisrani. Ilna nafu b’manuskritti ta’ dan it-test għal iktar minn mija u ħamsin sena u saru studji interessanti dwarhom. Iżda l-awturi tal-ktieb ġdid li għadu kif ħareġ isostnu li dawn ir-rakkonti huma kodiċi sigriet biex jostru rivelazzjoni dwar iż-żwieġ bejn Ġesù u lMadalena. Nimmaġina għaldaqstant li Ġużeppi suppost jirrappreżenta lil Kristu, u Asenat tirrappreżenta lil Marija ta’ Magdala. Is-suspetti dwar is-serjetà ta’ din ir-riċerka jkomplu jiġu konfermati meta naraw li wieħed mill-awturi tal-ktieb huwa Simcha Jacobowici li ftit tassnin ilu kien involut f’kontroversja simili meta sostna li nstab qabar b’membri tal-familja ta’ Kristu. Dakinhar ukoll kien qal li għandu provi li Ġesù kien miżżewweġ lill-Madalena. Din it-teorija ġiet skreditata minn numru ta’ esperti f’oqsma relatati mal-iskrittura u l-arkeoloġija (li bosta minnhom lanqas huma Nsara). Jidher li diversi awturi li jiddilettaw bl-istorja u l-arkeoloġija għandhom faxxinu bil-possibbilà li Ġesù ma kienx ċelibi u
Malajr nifhmu, iżda, li dan l-hekk imsejjaħ “Vanġelu ġdid” huwa msewwes bil-kbir. Diġà l-isem tiegħu, “The Lost Gospel” (Il-Vanġelu Mitluf) huwa żbaljat u qarrieq. Il-kitba antika li tiġi diskussa f’dan il-ktieb la hija vanġelu u lanqas kienet mitlufa
b’hekk jiċħdu x-xbieha tiegħu li toħroġ fl-erba’ Vanġeli li lKnisja dejjem qieset bħala “kanoniċi” jiġifieri ispirati minn Alla, u fil-bqija tat-Testment ilĠdid. Jinsew jew jinjoraw li Ġesù nnifsu faħħar l-għażla taċċelibat b’servizz għas-Saltna t’Alla, u tkellem dwaru nnifsu
bħala l-Għarus mhux ta’ mara waħda iżda tal-Knisja sħiħa. Forsi nistaqsu għaldaqstant għaliex ikomplu jinkitbu kotba ta’ dan it-tip. Ir-risposta sempliċi ħafna hija li l-kontroversja tbigħ. Il-Milied qed joqrob u għaldaqstant daż-żmien huwa ide-
ali biex wieħed jirreklama lkotba li jistgħu jkunu l-“bestsellers” fil-festi li qed joqorbu. Naraha kemxejn ironika li bħala rigal għall-festa tattwelid ta’ Ġesù jingħata ktieb li jispekula b’mod vojt, assurd u nieqes minn kull kredibbiltà dwar ħajtu.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Preżenza ta’ bastimenti navali Russi L-AWSTRALJA
Il-Prim Ministru tal-Awstralja Tony Abbott qal li bastimenti navali Russi fit-Tramuntana talAwstralja qed ikunu monitorjati. Il-Prim Ministru Awstraljan ikkonferma li l-Gvern għandu għajnejh fuq vapuri navali Russi li bħalissa qed ibaħħru mill-ibħra internazzjonali fitTramuntana tal-pajjiż. Ir-Russja għadha kif stazzjonat erba’ bastimenti talgwerra fil-Baħar Paċifiku qrib
L-UKRAJNA: Membri ta’ taqsima Ukrena għal kontra t-terroriżmu jidhru waqt sessjoni ta’ taħriġ f’range tal-isparar, ftit ’il barra mill-belt ta’ Kharkiv. Dan meta l-Alleanza tan-NATO rat numru ta’ suldati Russi, flimkien ma’ artillerija, tankijiet tal-gwerra u sistemi ta’ difiża għal kontra l-attakki mill-ajru deħlin fl-artijiet tal-Ukrajna mir-Russja (Ritratt: EPA)
Konferma ta’ ħabs għal Emilio Fede L-ITALJA
Il-Qorti tal-Appell f’Milan ilbieraħ bagħtet lil Emilio Fede erba’ snin u għaxar xhur ħabs wara li nstab ħati li ħeġġeġ ilprostituzzjoni, inkluż dik ta’ persuni taħt l-età. Oriġinarjament hu kien ikkundannat għal seba’ snin ħabs b’rabta mal-każ magħruf bħala Rubygate, li fih l-eks-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi kien akkużat li ħeġġeġ il-prostituzzjoni, iżda ma kienx instab ħati ta’ dawn lakkużi.
Ma’ Fede, l-eksdirettur tatTG4 fuq ir-Rete 4, kien hemm żewġ personalitajiet oħra li kienu kkundannati. Dawn kienu l-eksmembru tal-Kunsill tarreġjun tal-Lombardija, Nicole Minetti, li kienet ikkundannata għal tliet snin ħabs, u Lele Mora, li kien aġent tal-personalitajiet, kien ikkundannat għal sitt snin u xahar. Fede qed ikun investigat ukoll dwar allegat każ ta’ pornografija u rikatt fil-konfront tal-ogħla tmexxija tal-Mediaset.
13
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
Papua New Guinea. Il-President Vladimir Putin għandu jasal lAwstralja llum għas-summit talG20 fi Brisbane. Il-Prim Ministru Abbott qal li l-preżenza Russa fil-Baħar Paċifiku kienet ilha ppreparata. Tony Abbott sostna mal-ġurnalisti fi Myanmar li mhux soltu għar-Russja li tibgħat vapuri mill-qawwa navali tagħha meta hemm diversi avvenimenti internazzjonali importanti li qed iseħħu.
Id-Dipartiment tad-Difiża qal li l-movimenti tal-bastimenti kienu “konsistenti” mal-liġi internazzjonali. Bastimenti navali Russi ntbagħtu jbaħħru b’rabta ma’ summits internazzjonali importanti, bħalma kienet il-laqgħa tal-APEC f’Singapore fl-2009. Sadattant, Julie Bishop, ilMinistru għall-Affarijiet Barranin tal-Awstralja xejnet ittħassib dwar il-preżenza ta’ vapuri tal-gwerra Russi.
Il-Pulizija Ġermaniża qalet li arrestat tmien suspettati f’24 rejd, qrib il-belt ta’ Leipzig kmieni dan ix-xahar, filwaqt li lPulizija Ċeka għamlet seba’ arresti fi Praga. Filwaqt li nstabu armi tan-nar f’rejds Ċeki, il-Pulizija fil-Ġermanja qalet li kkonfiskat munizzjon, pass-
aporti misruqa, €600,000 u diversi telefowns ċellulari. Is-suspettat ewlieni kien negozjant Ġermaniż ta’ 32 sena involut fil-kimika u l-farmaċewtiċi, li ordna l-manifattura tal-ephedrine f’pajjiż Ewropew ieħor għal użu f’laboratorji taddroga Ċeki.
Arrestat grupp kriminali perikoluż IL-ĠERMANJA
Pulizija Ġermaniża u Ċeka arrestaw 15-il suspettat f’rejds koordinati kontra ċirku perikoluż tad-droga. Intqal li ġew konfiskati 2.9 tunnellati tal-kimika ephedrine, li hi biżżejjed biex tagħmel iddroga methamphetamine b’valur fit-triq ta’ €184 miljun.
Tinqatel ‘l-Armla l-Bajda’ IR-RUSSJA
Dik li hi ssuspettata bħala tterrorista Ingliża magħrufa bħala ‘l-Armla l-Bajda’, inqatlet minn separatista favur lunjoni mar-Russja, fl-Ukrajna. Samantha Lewthwaite, li kellha 30 sena, inqatlet ġimagħtejn ilu minn tiratur Russu. Din l-aħbar ġiet żvelata xahar wara li Lewthwaite kienet rappurtata li qed tiġġieled għallISIS fis-Sirja. Skont servizz tal-aħbarijiet Russu, ‘l-Armla l-Bajda’ ġġieldet bħala tiratur ma’ Aidar – battaljun Ukren ta’ voluntieri. Jidher li Lewthwaite nqatlet minn tiratur voluntier li mirRussja mar biex jiġġieled fuq il-front Lugansk. Lewthwaite kienet miżżewġa lil Germaine Lindsay, li qatel 26 passiġġier f’subway f’Londra f’attakk suwiċida li seħħ f’Lulju tal-2005. Hi kienet assoċjata wkoll ma’ al-Shabaab, grupp terroristiku Iżlamiku, li wettaq massakru f’suq f’Najrobi, il-Kenja, fl-2013.
Samantha Lewthwaite ‘l-Armla l-Bajda’
www.maltarightnow.com
14
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
‘Stabbli’ fuq il-kometa IL-ĠERMANJA
Il-vettura spazjali – jew robot probe – li rnexxielha tagħmel inżul storiku fuq kometa, kienet imfissra bħala stabbli, ilbieraħ, u qed tibgħat ir-ritratti. Intant, ix-xjenzjati malEuropean Space Agency kienu qed jippruvaw isibu l-post eżatt fejn kien ir-robot probe bl-isem ‘Philae’, wara li l-inġenju, għallbidu, kien naqas milli ‘jaqbad’ mal-kometa. L-inġiniera involuti malproġett f’Darmstadt, filĠermanja, qalu li kienu mħassba li ‘Philae’ seta’ mmolla mijiet ta’ metri lura mill-kometa mal-inżul inizjali. Madankollu, ix-xjenzjati jittamaw li r-robot jirnexxilu janalizza l-wiċċ tal-kometa b’mod li jiżvela informazzjoni
dwar l-oriġini tas-sistema solari tagħna. Is-satellita ‘Rosetta’ wasslet irrobot ‘Philae’ waqt vjaġġ ta’ 6.4 biljun kilometru lejn il-kometa 67P/Churyumov-Gerasimenko. Il-probe inkwistjoni – li fih daqs magna tal-ħasil – kien intelaq mis-satellita nhar l-Erbgħa u dam seba’ sigħat jivvjaġġa lejn ilkometa. Il-konferma tal-ewwel inżul ingħatat l-Erbgħa filgħaxija. Il-kontrolluri issa jistgħu jikkollegaw bir-radju mar-robot probe u qed jaslulhom ir-ritratti minnu wkoll. Madankollu, għad hemm it-tħassib dwar l-istabbiltà ta’ ‘Philae’, hekk kif hu mifhum li r-robot għad m’għandux lgħeruq sodi mal-kometa.
Ikkundannat attakk fuq baħrin Amerikani IT-TURKIJA
L-awtoritajiet tal-Istati Uniti u t-Turkija kkundannaw inċident li fih attivisti Torok attakkaw baħrin tan-Navy Amerikana flinħawi ta’ Istanbul u għattewlhom rashom bi xkejjer bħala protesta kontra ‘l-imperjaliżmu tal-Amerikani’. Ixxandar filmat li juri madwar għaxar dimostranti qed jimmaltrattaw tliet baħrin Amerikani fost l-insulti u l-għajjat ‘biex lAmerikani jitilqu lura d-dar’. Il-filmat partikulari kien intbagħat mill-membri tal-organiz-
zazzjoni neo-nazzjonalista blisem Youth Association of Turkey (TGB) li kienet responsabbli mill-inċidenti. Dan il-każ seħħ fid-distrett ta’ Eminonu, f’Istanbul, u l-baħrin aggrediti huma membri talekwipaġġ tal-vapur tal-gwerra, USS Ross, li kien tefa’ l-ankri f’zona tal-Baħar Bosforu. Qabel għattew ras il-baħrin blixkejjer, l-attivisti anki kienu tefgħulhom iż-żebgħa ħamra u għajruhom ‘qattiela’, fost affarijiet oħra.
Ritratt miġbud mir-robot-probe ‘Philae’ li ħarġet il-European Space Agency (ESA) juri dehra parzjali tal-robot u l-kometa 67P/Churyumov-Gerasimenko (EPA)
Konfużi dwar il-misteru tat-tips waqt il-cruises IĊ-ĊINA
Il-passiġġieri li jibbukkjaw ilvjaġġi mal-Viking River Cruises fiċ-Ċina qed jispiċċaw konfużi minħabba kwistjoni ta’ tips mogħtija ladarba jirċievu l-kont tal-vjaġġ. Dan għaliex il-passiġġieri qed isibu li tips li jingħataw lill-istaff tal-kumpanija Viking Cruises huma mniżżlin bħala pagamenti lix-Shangai Carpet Factory. Il-pagamenti inkwistjoni huma mniżżlin fuq statements talbanek u b’mod separat mill-kont għall-vjaġġ proprju, u dan qed iħawwad aktar lill-passiġġieri. F’dan il-kuntest, ir-reklamar ta’ din il-kumpanija tal-cruises
mhux nieqes mill-ironija, hekk kif jenfasizza li ma jeżisti l-ebda misteru għal min irid igawdi laqwa river cruise. Sadanittant, il-kumpanija Viking Cruises ammettiet li tuża kumpanija ‘sieħba’ tagħha biex taċċetta t-tips tal-passiġġieri waqt il-vjaġġi. Il-Ħajt il-Kbir (The Great Wall) taċ-Ċina hu waħda millattrazzjonijiet kbar tal-Viking River Cruise u l-gazzetta The Telegraph irrappurtat li l-ktejjeb ta’ informazzjoni li jingħata lillpassiġġieri waqt cruise fuq ixXmara Yangtse jsostni li t-tips li jħallsu dawn il-passiġġieri
għandhom jidhru fuq rendikont tal-bank bħala tal-kumpanija tat-twapet. Kelliema għall-kumpanija Viking Cruises, li hi bbażata flIżvizzera, żvelaw malMailOnline Travel li Viking Cruises tuża kumpanija Ċiniża ‘sieħba’ tagħha biex tikkonkludi t-tranżazzjoni skont il-liġi lokali taċ-Ċina. Fl-istess ħin, il-kelliema qalu li huma trasparenti dwar dan ilproċess u li jinfurmaw lill-passiġġieri dwar il-kwistjoni tattips biex jevitaw il-konfużjoni ladarba huma jirċievu xi rendikont.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Attakkat bastiment Eġizzjan fil-Mediterran L-EĠITTU
Il-militar Eġizzjan ħabbar li wieħed mill-bastimenti tiegħu kien fil-mira ta’ attakk waqt li kien qed ibaħħar madwar 70 kilometru bogħod mill-port ta’ Damietta fil-Baħar Mediterran. Fl-attakk, ħames baħrin indarbu u tmienja oħra huma nieqsa wara li l-bastiment tal-gwerra
beda jieħu n-nar. Fl-attakk intużaw erba’ laneċ u skont il-militar Eġizzjan, 32 minn dawk li wettqu l-attakk kienu arrestati. Dan apparti li oħrajn inqatlu. Kien hemm bżonn il-Qawwa tal-Ajru Eġizzjana biex ixxejjen l-attakk. L-attakk seħħ nhar l-Erbgħa u
15
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
lbieraħ matul il-ġurnata saret tfittxija biex jinstabu l-baħrin neqsin. Din hi l-ewwel darba, sa fejn hu magħruf, li seħħ attakk simili. Bħalissa fl-Eġittu huma attivi ħafna l-militanti Iżlamiċi u din il-ġimgħa grupp minnhom, lAnsar Beit al-Maqdis, ħabbar li
kien ingħaqad mal-ISIS. Dan ilgrupp s’issa kien attiv f’attakki kontra l-militar Eġizzjan fisSinai. Skont sorsi fl-Eġittu, l-attakk twettaq b’laneċ tas-sajd. IlQawwa tal-Baħar Eġizzjan twettaq ħidma kbira kontra l-immigrazzjoni illegali kif ukoll it-
traffikanti tad-droga filMediterran. L-attakk seħħ wara li nstabet karozza bomba barra stabbiliment tal-fast-food f’El-Arish mal-kosta Eġizzjana fis-Sinai. Hekk kif il-Pulizija kienet qed tevakwa n-nies, il-bomba splodiet u xi nies indarbu.
Splużjoni mal-Ambaxxata Eġizzjana
IĊ-ĊINA: Żewġ ajruplani tat-tip Su-27 tal-Kavallieri Russi, it-tim aerobatiku Russu, waqt wirja fiċ-China International Aviation & Aerospace Exhibition f’Zhuhai (Ritratt: EPA)
IL-LIBJA
L-Ambaxxata Eġizzjana fi Tripli kienet fil-mira ta’ attakk b’karozza bomba. L-isplużjoni kkawżat ħsara fil-bini iżda ma ħallietx vittmi. Il-bini ilu magħluq minn
Jannar. Ftit wara li seħħet lisplużjoni mas-sebħ, ilbieraħ, instabet karozza bomba oħra mal-Ambaxxata tal-Emirati Għarab Magħquda.
Kemm l-Eġittu kif ukoll lEmirati qed jgħinu lill-forzi li qed jiġġieldu kontra l-militanti Iżlamiċi li jikkontrollaw lil Tripli. L-Erbgħa kien hemm sensiela
ta’ karozzi bomba fi bliet ikkontrollati mill-Gvern Libjan li għandu l-għarfien internazzjonali. Fosthom kien hemm splużjoni f’Tobruk fejn dan ilGvern għandu s-sede tiegħu.
Il-militanti Iżlamiċi jsostnu li l-Eġittu u l-Emirati qed jgħinu lill-forzi tal-eks-Ġeneral Khalifa Haftar u saħansitra wettqu attakki mill-ajru kontrihom.
www.maltarightnow.com
16
Il-Ġimgħa, 14 ta’Novembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Thedded b’konsegwenzi gravi wara l-waqgħa ta’ ħelikopter L-ARMENJA
L-Armenja qed thedded li jkun hemm konsegwenzi gravi wara li forzi tal-Ażerbajġan waqqgħu ħelikopter militari. Dan l-inċident wassal għal biża’ minn xi eskalazzjoni kbira fil-konflitt dwar ir-reġjun diskutibbli ta’ Nagorny Karabakh. Il-waqgħa tal-ħelikopter, li hu proprjetà tal-armata tar-reġjun etniku Armen, hi l-aktar inċident serju mal-fruntiera ta’ Karabakh mindu kien hemm waqfien mill-ġlied fl-1994 biex
intemmet gwerra mdemmija li ssarrfet fit-telfa ta’ 30,000 ħajja. Il-media tal-Armenja rrappurtat li mietu tliet membri talekwipaġġ abbord il-ħelikopter. Il-Ministeru tad-Difiża talAżerbajġan, fi stqarrija qal li lħelikopter twaqqa’ mill-armata tal-Ażerbajġan filwaqt li żied li ttifrik waqa’ fuq territorju okkupat minn Armeni etniċi. L-awtoritajiet Armeni f’Yerevan wiegħdu li Baku tista’ tiffaċċja konsegwenzi gravi ħafna, u dan l-inċident jista’
jkisser serjament il-paċi mxellfa bejn iż-żewġ pajjiżi. “Din l-eskalazzjoni mhix mistennija u l-konsegwenzi għallAżerbajġan se jkunu gravi,” qal Arrtsrun Hovannisyan, kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Armenja. Hovannisyan qal li “l-istqarrija tal-Ażerbajġan li ħelikopter Armen attakka l-pożizzjonijiet tiegħu mhix vera. Hu stqarr li meta wieħed janalizza t-tifrik, jara li l-ħelikopter ma kellu ebda arma.
IR-RENJU UNIT: Chandra Bahadur Dangi (xellug) min-Nepal u Sultan Kosen mit-Turkija jippużaw għarritratti għall-Guinness World Records f’Londra. Dangi twil 54.6 ċentimetru u hu meqjus bħala l-iqsar persuna fid-dinja filwaqt li Kosen, b’tul ta’ 251 ċentimetru, hu bidwi Tork li għandu l-Guinness World Record tal-itwal raġel fid-dinja (Ritratt: EPA)
Jinstab skeletru f’qabar ta’ żmien Alessandru l-Kbir IL-GREĊJA
L-arkeologi jinsabu ħerqana li skeletru li nstab f’qabar imżejjen ħafna, minn żmien Alessandru lKbir, jista’ jsolvi l-misteru dwar għal min kienet l-ikbar zona għad-dfin tal-Greċja l-Antika. L-għadam tal-iskeletru nstab sparpaljat madwar tebut talinjam fit-tielet kamra tal-għolja kbira qrib Amphipolis, fitTramuntana tal-Greċja. Il-Ministeru tal-Kultura qal li l-fdalijiet kienu ta’ xi “personalità b’saħħitha”, u dan jista’ jintwera mill-qabar uniku tiegħu”. L-ispekulazzjoni li qed tiċċirkola hi li hu ta’ Roxana, il-mara ta’ Alessandru mill-Persja, ta’ ommu Olympias, jew ta’ xi wieħed mill-ġenerali tiegħu. L-iskeletru issa se jkun studjat mir-riċerkaturi. Katerina Peristeri, l-arkeologa inkarigata mid-difna, se tiżvela t-tfittxijiet antiċipati f’żewġ konferenzi talaħbarijiet. L-istoriku Miltiade Hatzopoulos, speċjalista dwar ilperjodu, qalet li dawn il-fdalijiet umani f’dan il-qabar uman jissuġġerixxu li kienu ta’ xi membru mill-familja rjali talMaċedonja. Id-dinastija, li kienet laħqet ilquċċata taħt ir-renju ta’ Alessandru, kienet għanja ħafna, iżda ma’ dak id-deheb kollu, kien hemm kilba kbira għall-poter u diversi każi ta’ qtil.
“Ma nafux fejn huma midfuna ħafna mill-irġiel ta’ din il-familja,” qalet Hatzopoulos. Hu ta’ min hu, dan il-qabar impressjonanti tar-raba’ seklu qabel Kristu, sostniet Hatzopoulos, mhux probabbli li hu ta’ Alessandru nnifsu, li ħa f’idejh l-imperu Persjan u ħafna mid-dinja magħrufa qabel ma miet ta’ 32 sena. Wara t-tmiem misterjuż tiegħu fil-Babilonja, hu mifhum li Alessandru jinsab midfun f’Alessandrija fl-Eġittu, il-belt li hu kien waqqaf – għalkemm ma nstab ebda qabar. Sadattant, l-esperti kienu ilhom jafu dwar il-qabar ġgantesk –għoli 30 metru – mis-sittinijiet, iżda x-xogħol kien beda b’mod serju fl-2012. Dak sab ittim ta’ arkeologi, iħalli lil dak li jkun imbellah. Alexandre Farnoux, id-direttur tal-Iskola Arkeoloġika Franċiża f’Ateni, qal li “d-dħul meraviljuż bi sphinx, skulturi ta’ barra minn hawn, jew il-mużajk, hu impressjonanti”. Hu qal li l-isparpaljar apposta tal-għadam u t-tkissir ta’ wħud mill-oġġetti fil-qabar, ukoll iqajmu l-mistoqsijiet. Għall-ewwel darba f’sitt snin mill-kriżi ekonomika, huma largumenti bejn l-arkeologi, aktar milli dawk tal-ekonomisti, li qed jiddominaw il-media fil-Greċja!
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
www.maltarightnow.com
17
AĦBARIJIET TA’ BARRA
1 1) L-INDJA: Artisti mis-Slovakkja waqt il-Khalsa College International Folk Festival f’Amritar 2) IL-ĠERMANJA: Jaguar E-Type waqt dawra fit-toroq ta’ Jagdhaus Schllenberg f’Essen, bi tħejjija għall-Essen Motor Show. Din ilJaguar, fl-1955, l-1956 u l-1957 rebħet it-tellieqa ta’ Le Mans. Il-wirja tiftaħ fit-28 ta’ Novembru 3) L-AWSTRIJA: L-attur Franċiż Alain Delon (xellug) u l-attur Taljan Franco Nero waqt il-ftuħ uffiċjali tas-Suq tal-Milied f’Aiderbichl, f’Henndorf (Ritratti: EPA)
2
3
www.maltarightnow.com
19
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
MALTCO
Mis-suq tal-gaming f’pajjiżna u lil hinn minna
Joħorġu r-riżultati tal-andament
fl-ewwel sitt xhur tas-sena
Lejn jackpot ieħor sabiħ fit-tlugħ tas-Super 5
It-tlugħ tas-Super 5 li jmiss nhar l-Erbgħa li ġej se jkollu jackpot mill-isbaħ – xejn inqas minn €910,000! Timmaġinak tirbaħ dan il-jackpot? Aktar u aktar f'dan iż-żmien tas-sena lejlet l-istaġun tal-festi talMilied? Titwila lejn l-istorja tasSuper 5 minn meta bdiet tintlagħab f'Malta – jiġifieri lura għall-1990 – insibu li l-akbar jackpot li qatt intrebaħ kien dak ta' €1,292,116. Dan kien intrebaħ nhar it-12 ta' Diċembru tal-2007. Inċidentalment dakinhar Malta kienet għadha ma sseħbitx fiz-zona ewro u għalhekk il-premju kien ta' Lm554,729. Din is-sena wkoll kellna jackpot li kien qawwi ħafna. Dan kien intrebaħ fit-18 ta' Marzu tal-2014 meta l-ewwel premju kien ta' €1,120,328. Dan ifisser li l-premju li jista' jintrebaħ fittlugħ li jmiss se jkun wieħed kbir ukoll u mill-aktar attraenti. Il-logħba tas-Super 5 fil-gżejjer Maltin hi organizzata minn Maltco Lotteries li fil-porfolio tagħha hemm inklużi għadd ta' logħbiet mill-aktar popolari ma' dawk kollha li jħobbu jittantaw xortihom. Il-logħba tas-Super 5 hi fost
l-aktar popolari, aktar u aktar meta l-premju jibqa' ma jintrebaħx u hekk, ġimgħa wara oħra, jiżdied fil-valur tiegħu kif qed jiġri din id-darba. Il-logħba tas-Super 5 tintlagħab billi jittellgħu ħames numru minn ġo urna li fiha jkunu qed jipparteċipaw minnumru 1 san-numru 45. Biljett rebbieħ irid tal-inqas ikollu fih tliet numri mtellgħin mill-urna. Jiġifieri biljett bi tliet numri mtella' mill-urna diġà hu biljett rebbieħ. Rebħ ieħor jista' jsir billi f'biljett ikun hemm erba' numri li jittellgħu mill-urna. L-akbar rebħ ikun dak il-biljett li jaqta' l-ħames numri mtellgħin mill-urna. It-tlugħ tas-Super 5 isir kull nhar ta' Erbgħa filgħaxija fit7.45 p.m. u jkun trażmess live fuq l-istazzjon tal-PBS. Ittlugħ isir fil-preżenza ta' Nutar Pubbliku, membri tal-pubbliku u rappreżentant tal-Awtorità Maltija għal-Lotteriji u lLogħob. Dawk kollha interessati li jittantaw xortihom fil-logħba tasSuper 5 kulma għandhom jagħmlu hu li jirrikorru f'xi fergħa ta' Maltco Lotteries f'Malta u f'Għawdex, jagħżlu ħames numri u hekk, bil-biljett li
jingħataw ikunu qed jieħdu sehem fit-tlugħ li jkun imiss. Kull biljett jiswa €2 biss. Il-logħba tas-Super 5 tista' tintlagħab ukoll minn numru ta' persuni f'daqqa. Ngħidu aħna f'post tax-xogħol jew f'xi każin, bejn il-ħbieb, ikun hemm numru ta' persuni li jiddeċiedu li jilagħbu din il-logħba flimkien. Dawn jagħżlu għadd ta' numri u mbagħad dawn jitħalltu f'kumbinazzjoni ta' biljetti. Naturalment kull persuna toħroġ is-sehem tagħha u hekk dawn il-ħbieb, flimkien, ikunu qed jipparteċipaw fil-logħba tas-Super 5 li jkun imiss. Naturalment iċċansijiet li dawn ikunu fost irrebbieħa jiżdied. Din id-drawwa li gruppi ta' ħbieb jingħaqdu bejniethom u jilagħbu flimkien din il-logħba kulma jmur qed tkompli tikber. Ta' spiss jiġri li meta l-jackpot tas-Super 5 jitla' ġmielu, dawn il-ħbieb jingħaqdu flimkien u flimkien jagħżlu għadd ta' numri. L-eċċitament f'dan ir-rigward jikber sew, kif jikber ukoll iċċans li xi biljett jew aktar ikunu fost ir-rebbieħa għax fil-logħba, għal dawn il-ħbieb, ikunu qed jipparteċipaw għadd akbar ta' biljetti.
L-Awtorità tal-Logħob u lLotteriji ħabbret ir-riżultati li jkopru l-ewwel sitt xhur sat-30 ta’ Ġunju 2014 waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni matul dan ix-xahar. L-Awtorità tal-Logħob u lLotteriji ħabbret li n-numru talliċenzji li ħarġu fl-2014 żdiedu b’25 fil-mija għal 401 meta mqabbel ma’ 321 fl-2013. Innumru ta’ kumpaniji rreġistrati Malta żdiedu bi 17 fil-mija għal 258 minn 220 fl-2013. Id-dħul tal-Awtorità żdied b’1.3 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena loħra. Fl-istess ħin, iż-żmien talipproċessar tal-liċenzji naqas għal medja ta’ xahrejn u nofs minflok ta’ ħames xhur. “Jiena sodisfatt bl-andament tal-Awtorità, kemm fl-isfera finanzjarja kif ukoll dak regolatorju,” qal Joseph Cuschieri, iċChairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Logħob u l-Lotteriji. “Malta hija ġurisdizzjoni internazzjonali fis-settur tarremote gaming u qed ingawdu minn reputazzjoni b’saħħitha li għenitna nkomplu fit-tkabbir tagħna. Imma nżid ngħid li dak li wassalna sa fejn aħna llum mhux biżżejjed biex nibqgħu kompetittivi. “Għalhekk huma importanti linnovazzjoni u r-riforma, ħalli jkollna vantaġġ fuq ġurisdizzjonijiet oħrajn. Barra minn hekk, għandna s-sostenn ta’ Gvern li jaħdem tajjeb mannegozji u li jemmen verament flindustrija tal-gaming, li huwa punt kruċjali biex inkomplu nimxu ’l quddiem,” qal Joseph Cuschieri. Joseph Cuschieri kompla billi spjega inizjattivi oħra li qed iseħħu ġewwa l-Awtorità, u enfasizza t-tibdil li qed isir filliġijiet, kif għall-aħħar tas-sena d-dieħla se jiġi introdott qafas regolatorju ġdid. Hu semma wkoll ir-rilokaz-
zjoni tal-uffiċċji tal-Awtorità ġewwa Smart City, u inizjattivi oħra relatati max-xena talUnjoni Ewropea u dik internazzjonali. Joseph Cuschieri għalaq billi semma l-pubblikazzjoni taddokument ta’ konsultazzjoni dwar Cloud Solutions. Id-dokument jinstab fuq is-sit talAwtorità www.lga.org.mt. “Irridu nkunu aktar kompetittivi u jkollna ħaddiema b’saħħithom,” qal Jose' Herrera, is-Segretarju Parlamentari għallKompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, filwaqt li semma lbżonn ta’ aktar nies li jkollhom il-ħiliet biex ikunu impjegati flindustrija. “Stħarriġ li sar fl-2013 juri li 77 fil-mija tal-kumpaniji barranin ma jsibux biżżejjed ħaddiema Maltin li jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu f'dan is-settur.” Jose' Hererra spjega kif ittwaqqif tal-Gaming Academy flewwel xhur tas-sena d-dieħla, hu mistenni li jkun wieħed millpassi meħuda mill-Awtorità li se jgħinu biex jiżdiedu r-rati ta’ impjieg f'Malta f'dan is-settur. Hu fisser li l-Gvern hu impenjat li jkompli joħloq l-infrastruttura kollha meħtieġa biex aktar u aktar żgħażagħ jitħarrġu biex għada pitgħada jkunu jistgħu jagħmlu karriera b'suċċess f'din l-industrija li qed tkompli tiżviluppa b'rata mgħaġġla. Jose' Herrera fisser li Malta għandha ħafna vantaġġi biex tissokta tattira lejha kumpaniji internazzjonali direttament involuti fil-gaming. Mhix biss ilpożizzjoni ġeografika ta' Malta f'nofs il-Mediterran li tattira kumpaniji bħal dawn biex jużaw lil Malta bħala hub, imma huma anki l-ħiliet tal-ħaddiema Maltin li mhux biss jitgħallmu malajr, imma li kapaċi jtellgħu volumi għolja ta' xogħol kwalitattiv u dan hu ta' vantaġġ kbir għal pajjiżna.
www.maltarightnow.com
20
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
PERSONALITAJIET
ISIMHOM MINQUX FL-ISTORJA (40)
Luteru: Teologu li emmen li l-ħniena ta’ Alla mhix xi premju li jista’ jintrebaħ mill-bniedem iżda grazzja Martin Luteru twieled fl-10 ta’ Novembru, 1483, f’Eisleben, Saxony, il-Ġermanja. Il-ġenituri tiegħu kienu Hans u Margarette Luther. Kienu minn familja tarraba’, iżda Hans kellu wkoll esperjenza fix-xogħol tal-minjieri tar-ram u tal-funderija. Fl-1484, il-missier ħa l-familja qrib Mansfeld, fejn kellu depożiti ta’ minerali. Ma kienx il-ħsieb ta’ Hans li lil Martin, iqabbdu l-istess linja ta’ xogħol tiegħu. Huwa kien jaf li dan kien xogħol iebes u xtaq jara lil Martin isir avukat. Martin Luther beda l-mixja skolastika tiegħu fl-età ta’ seba’ snin f’Mansfeld. Meta kellu 14-il sena, mar ikompli jistudja f’Magdeburg. Madankollu, sena wara mar lura Eisleben, fejn daħal fi skola li fiha beda jitgħallem ilgrammatika, ir-rettorika u l-loġika. L-esperjenza f’dik l-iskola ħallietlu togħma qarsa. Biss meta fl-1501 daħal l-Università ta’ Erfurt, kompla jistudja l-grammatika, il-loġika, ir-rettorika u lmetafiżika, u bis-saħħa ta’ hekk iggradwa bħala Master of Arts.
Wegħda f’maltempata Kien żmien meta Martin kien jidher li kien fit-triq li jsir avukat, kif xtaq missieru. Ġara, però, li f’Lulju 1505 huwa għadda minn esperjenza li bidlitlu ħajtu. Huwa nqabad f’maltempata qalila birragħad li fiha beża’ ħafna li kien se jitlef ħajtu. Talab lil Sant’Anna, il-patruna tal-ħaddiema tal-minjieri, biex issalvah. Għamel wegħda li jekk jibqa’ ħaj, isir patri. Diversi storiċi jaħsbu li l-wegħda ta’ Martin li jekk isalva minn dik il-maltempata jsir patri probabbilment turi li huwa kien ilu jaħseb fuq din il-possibbiltà, u li f’dak il-mument ta’ esperjenza reliġjuża intensa huwa kien qed jesprimi ħaġa li kienet ilha trabbi l-għeruq ġewwa fih. Martin kien jaf li d-deċiżjoni li jsir patri xejn ma kienet se tinżel tajjeb ma’ missieru. Meta qallu dwarha, spjegalu wkoll il-wegħda li kien għamel u li kien irid iżommha. Huwa daħal fl-Ordni Agostinjan u ġie ordnat saċerdot fl-1507. Sena wara beda jgħallem fl-Università ta’ Wittenberg. Fl1512, kiseb dottorat fit-teoloġija u nħatar professur tat-teoloġija f’Wittenberg, u żamm din il-kariga għall-bqija ta’ ħajtu. L-ewwel snin tal-ħajja tiegħu f’monasteru kienu diffiċli għal
Charles Buttigieg kb@erremme.com.mt
Luteru għaliex huwa ma sabx iddawl reliġjuż li kien qed jaħseb li se jsib. Kien hemm min tah ilparir li jiffoka ħajtu esklussivament fuq Kristu. Ta’ 27 sena ngħata l-opportunità li jkun delegat f’konferenza reliġjuża f’Ruma. Minn hemm mar lura lejn il-monasteru milqut bis-sħiħ bl-imġiba żmerċa ta’ ċerti qassisin.
Il-ġustifikazzjoni bil-fidi M’hemm xejn x’juri li f’żgħożitu, Luteru kien iqis lilu nnifsu xi ħaġa oħra għajr iben fidil tal-Knisja Kattolika Rumana. Madankollu, ġewwa fih bdew jitrawmu mistoqsijiet dwar it-tifsira tal-Vanġelu. Fil-qofol kien hemm id-domanda dwar kif lindividwu jikseb il-ħbiberija ma’
Martin Luteru twieled fl-10 ta’ Novembru, 1483, f’Eisleben, Saxony, il-Ġermanja
Luteru ħass li huwa biss meta l-individwu jieqaf ifittex il-ħbiberija ma’ Alla bil-ħila u l-kisbiet tiegħu stess li l-bniedem ikun jista’ jifhem il-grazzja ta’ Alla. Quddiem għajnejh beda jara li Alla jiġġustifika l-individwu, jiġifieri jagħmlu bniedem tajjeb quddiemu, mhux permezz tat-tjubija morali tal-bniedem jew il-fedeltà għad-dover, iżda bit-tjieba tal-Mulej
Alla. Għalih, din ma kinitx kwistjoni li tinħall b’diskussjoni dwar il-merti tal-bniedem f’relazzjoni mal-grazzja divina. Luteru kien tal-fehma li l-ħajja tal-Knisja, speċjalment il-ħajja ordinata f’monasteru, kienet tipprovdi rimedji għal dawk l-individwi li jkunu jfittxu li jirranġaw ir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla mgħaddab. L-individwi jkunu jistgħu jitolbu aktar, isumu iebes ħafna aktar u jsawtu lilhom
infushom b’qawwa akbar. Huwa stess ipprova dan kollu. Madankollu, ħass li iktar ma jistinka f’dan, kien iktar qed isir jiddependi mhux fuq Alla, imma fuq l-isforzi tiegħu stess. Fil-perjodu 1509-1513, f’perjodi li fihom kien qed jistudja lKtieb tas-Salmi u l-Epistoli ta’ San Pawl, Luteru wasal għallkonklużjoni li l-ħniena ta’ Alla mhix xi premju li jista’ jintrebaħ, iżda grazzja. Jidher li huwa wasal
għal din il-konklużjoni wara li ħaseb ħafna fuq il-karba ta’ Kristu fuq is-Salib, “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?” (Mattew 27:46), kif ukoll fuq dak li San Pawl kiteb fl-Ittra lir-Rumani: “Ilġust jgħix bil-fidi” (1:17). Luteru ħass li huwa biss meta lindividwu jieqaf ifittex il-ħbiberija ma’ Alla bil-ħila u l-kisbiet tiegħu stess li l-bniedem ikun jista’ jifhem il-grazzja ta’ Alla. Quddiem għajnejh beda jara li Alla jiġġustifika l-individwu, jiġifieru jagħmlu bniedem tajjeb quddiemu, mhux permezz tat-tjubija morali tal-bniedem jew il-fedeltà għad-dover, iżda bit-tjieba talMulej. Huwa emmen li t-tjubija ta’ Alla ngħatat lid-dinja fil-ħajja, il-mewt u l-Qawmien ta’ Ġesu’ Kristu. Għalih dan kien ifisser ġustifikazzjoni unikament bil-fidi fil-grazzja ta’ Alla. Kien ifisser li s-salvazzjoni tiġi biss bil-fidi. Kontroversja bl-indulġenzi Luteru beda jsibha dejjem iżjed diffiċli jaċċetta dak li kien iqis bħala bejgħ ta’ indulġenzi. Il-Knisja Kattolika kienet
tħares lejn l-indulġenzi bħala mezz ta’ maħfra ta’ parti millkastig għad-dnubiet, lil xi ħadd li jkun għadu ħaj jew li jkun miet u li forsi seta’ jkun qiegħed il-purgatorju permezz tat-talb u ċertu għemil tajjeb bħal pellegrinaġġi u kontribuzzjonijiet għal xi kawża ġusta. Biss il-prattika xi drabi kienet tiġi abbużata bħala mezz biex jinġabru l-flus, ħaga li Luteru ħareġ b’qawwa kontriha. Barra minn hekk, huwa kien iqis li lindulġenzi kienu jiddegradaw ilgrazzja tal-maħfra ta’Alla u kienu jdgħajfu lill-Knisja nnifisha. Nhar il-31 ta’ Ottubru, 1517, Luteru waħħal dikjarazzjoni b’95 teżi tiegħu mal-bieb tal-knisja talKastell ta’ Wittenberg. Id-dikjarazzjoni kienet tinkludi l-pożizzjoni tiegħu kontra l-prattika talindulġenzi. Din it-teżi partikolari ta’ Luteru daħħlitu f’konfront mal-awtorità tal-Knisja ferm iktar minn stqarrijiet oħrajn tiegħu, għalkemm dawn kienu jinkludu wħud iktar radikali, bħad-duttrina tiegħu dwar il-grazzja ta’ Alla. F’dibattitu li kellu fl-1519 ma’ għal paġna 21
www.maltarightnow.com
21
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
PERSONALITAJIET
Luteru: Għallem li t-tjubija ta’ Alla ngħatat lid-dinja fil-ħajja, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesὺ Bid-duttrina ta’ Luteru bdiet titnissel ir-Riforma. Twieldet Knisja li saret magħrufa bħala Luterana
minn paġna 20
Johann Eck, teologu Kattoliku, Luteru ċaħad is-supremazija talPapa u ddikjara li l-kunsilli talKnisja jistgħu jiżbaljaw. F’Jannar 1521, Luteru kien uffiċjalment skumnikat millPapa Ljun X. F’Marzu ta’ wara, huwa ssejjaħ quddiem assemblea ġenerali ta’ awtoritajiet sekulari, iżda huwa baqa’ jsostni l-pożizzjonijiet tiegħu. Ma ried jerġa’ lura f’xejn minn dak li stqarr. Minħabba f’hekk, iddikjarawh eretiku. Hekk, ikkundannat, blgħajnuna ta’ xi ħbieb, Luteru għamel żmien moħbi fil-Kastell ta’ Wartburg, iżda fl-1522 mar lura Wittenberg. Fl-1525 iżżewweg lil Katharina von Bora, li qabel kienet soru. Flimkien kellhom sitt itfal.
Figura storika tal-Kristjaneżmu Bid-duttrina ta’ Luteru bdiet titnissel ir-Riforma. Twieldet Knisja li saret magħrufa bħala Luterana. Ċerti studjużi jgħidu li dan kien ta’ sorpriża u diżappunt għalih, għaliex ma riedx jagħti ismu lil komunità li
isimha kien imissha tiksbu mingħand Kristu. Minkejja l-ħidma pubblika ferm attiva tiegħu, Luteru kien quddiem nett skular universitarju. Iddiskuta u kiteb ħafna dwar il-Bibbja. Ħareġ ukoll bosta kotba. Dawn kienu jinkludu wieħed ta’ kritika għas-sagramenti tal-Knisja. Ktieb ieħor kien jiddikjara li n-Nisrani huwa bniedem ħieles li mhu suġġett għal ħadd, iżda fl-istess ħin hu qaddej li lest jaqdi u suġġett b’mod ħieles għal kulħadd. Għal Luteru, l-iktar kitba importanti tiegħu kienet fi ktieb li ħareġ fl-1525, dwar ‘Il-jasar tar-rieda’. Fih huwa kkritika loperat tal-umanista Olandiż Desiderius Erasmus u pprova juri li l-bnedmin ma jistgħu jagħmlu xejn biex jikkontribwixxu għas-salvazzjoni tagħhom, iżda jridu jirċivuha mingħand Alla bħala grazzja. Martin Luteru miet f’Eisleben fit-18 ta’ Frar, 1546. Kien rikonoxxut minnufih bħala figura ewlenija fl-istorja talKristjaneżmu. Sar is-simbolu tal-qasma li seħħet filKristjaneżmu bejn il-Kattoliċi u
Nhar il-21 ta’ Ottubru, 2013, il-Papa Franġisku wera l-gratitudni tiegħu għal dawk li sejjaħ bħala “bosta passi ’l quddiem li saru fir-relazzjonijiet bejn il-Luterani u l-Kattoliċi fl-aħħar deċennji, mhux biss bid-djalogu teoloġiku, iżda wkoll permezz ta’ koperazzjoni fraterna f’għadd varju ta’ oqsma u, fuq kollox, fl-impenn għall-progress fl-ekumeniżmu spiritwali”
l-Protestanti. Kienet qasma li effettwat l-iżvilupp politiku u kulturali ta’ bosta nazzjonijiet. Xi wħud mill-punti tiegħu maż-żmien bdew jinftiehmu aktar u aħjar fid-dinja Kattolika. Fosthom kien hemm l-użu ta’ lsien il-poplu fil-liturġija, minflok il-Latin. Fl-1534, Luteru kien ippubblika traduzzjoni sħiħa tal-Bibbja fil-Ġermaniż, proprju biex juri kemm kien jemmen li n-nies għandhom ikunu jistgħu jaqrawha fi lsienhom.
Mixja ekumenika Maż-żmien, bdiet tieħu l-ħajja komunjoni fraterna bejn il-Luterani u l-Kattoliċi. Flimkien bdew jindirizzaw kwistjonijiet fundamentali kif ukoll differenzi fl-oqsma talantropoloġija u l-etika. Iż-żewġ naħat jagħrfu li diffikultajiet hemm u mhux se jibqa’ jkun hemm, u li biex jimxu ’l quddiem iridu jħaddmu ħafna s-sabar, id-djalogu u lkapaċità li jifhmu lil xulxin. Nhar il-21 ta’ Ottubru, 2013, ilPapa Franġisku wera l-gratitudni tiegħu għal dawk li sejjaħ bħala
“bosta passi ’l quddiem li saru firrelazzjonijiet bejn il-Luterani u lKattoliċi fl-aħħar deċennji, mhux biss bid-djalogu teoloġiku, iżda wkoll permezz ta’koperazzjoni fraterna f’għadd varju ta’ oqsma u, fuq kollox, fl-impenn għallprogress fl-ekumeniżmu spiritwali.” Żied jgħid li l-ekumeniżmu spiritwali “jikkostitwixxi ruħ ilvjaġġ tagħna lejn il-komunjoni sħiħa.” Il-Papa qal dan f’udjenza li kellu ma’ membri tal-Federazzjoni Dinjija Luterana u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni LuteranaKattolika dwar l-Unità. L-udjenza kienet konferma oħra li d-djalogu teoloġiku LuteranKattoliku, li ilu sejjer mal-50 sena, minkejja d-diffikultajiet qed iħalli frott tajjeb waqt li kulma jmur qed joqrob il-500 anniversarju, fl-1917, tal-hekk imsejħa Riforma. Franġisku stqarr li jemmen li huwa verament importanti li rrealtà storika tar-Riforma, il-konsegwenzi tagħha u r-reazzjonijiet li nisslet jiġu konfrontati minn kulħadd permezz tad-djalogu. Qal ukoll li ż-żewġ naħat jistgħu jitolbu maħfra għall-ħsara li kkaġunaw lil xulxin.
www.maltarightnow.com
22
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
06:00 08:00 08:05 09:00 09:05 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:05 17:00 17:55 18:00 18:30 19:00 20:30 21:30 22:30 22:40 22:45
TV/RADJU
Radio 101 Breakfast Club Aħbarijiet fil-Qosor (ikompli) 101 Breakfast Club Aħbarijiet fil-Qosor Magazine 101 Editorjal Club 101 Avviżi tal-Mejtin Aħbarijiet The Big Show Hitsteria Aħbarijiet fil-Qosor (ikompli) Hitsteria Newsdesk Avviżi tal-Mejtin Aħbarijiet Mużajk Rockna Mill-Parlament Talktime Għada fl-Istampa Editorjal Lounge Friday
Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 08:35 - The Suite Life on Deck 09:00 - That’s So Raven 09:25 That’s So Raven 09:50 - A.N.T. Farm 10:15 - A.N.T. Farm 10:40 - Good Luck Charlie 11:05 - Good Luck Charlie 11:30 - Jessie 11:55 - Jessie 12:20 - Austin & Ally 13:00 - I Didn’t Do It 13:20 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 13:45 - Liv & Maddie 14:10 – Violetta 15:00 - The Mighty Ducks 16:40 - Win, Lose or Draw 17:05 - Liv & Maddie 17:30 Violetta 18:20 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 18:45 - Spooksville 19:10 - Wolfblood 19:35 - The Suite Life on Deck 20:00 - Good Luck Charlie 20:25 A.N.T. Farm 20:50 Shake It Up! 21:10 - Wolfblood 21:35 – Wolfblood 22:00 - Violetta 22:40 - The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 - Art Attack 23:40 - Jungle Junction 23:50 - Jungle Junction.
Nickelodeon 08:20 - Dora the Explorer 08:45 Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 - PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 - Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 - iCarly 12:55 - Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 - Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 Victorious 20:05 - iCarly 20:30 SpongeBob SquarePants 20:55 Avatar: The Legend of Aang 21:20 Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar 22:35 - The Penguins of Madagascar 23:00 - iCarly 23:25 iCarly 23:50 – Victorious. Jim Jam 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 Noksu 07:45 - Jarmies 08:00 Kipper 08:10 - Shapes 08:20 What’s The Big Idea? 08:25 What’s The Big Idea? 08:30 Gazoon 08:35 - Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 -
Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 See the Sea 10:05 - Lots & Lots Of... 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 - Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 - Monkey See, Monkey Do 11:40 - Barney and Friends 12:10 Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 - Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 - Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 Woody Buddies 14:10 Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 - Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 - Noksu 15:15 - Jarmies 15:30 - Angelina Ballerina 15:45 Monkey See, Monkey Do 15:55 Barney and Friends 16:25 - Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 - Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 See the Sea 17:35 - Monkey See, Monkey Do 17:45 - Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 - Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 Noksu 19:20 - Shapes 19:30 Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 - Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 - Dougie in Disguise 22:45 - Slim Pig 22:55 Connie the Cow 23:05 - Kipper 23:15 - My Animal Family 23:30 - Woody Buddies 23:35 - Woody Buddies 23:40 - What’s The Big Idea? 23:45 - What’s The Big Idea? 23:50 Barney and Friends.
ROCKNA – Radio 101, 19:00
Din il-ġimgħa fil-programm ROCKNA, Michael Bugeja se jintervista lil Andre Darmanin flimkien ma' Rylan Patissier u Sandrina Degabriele li dan l-aħħar ħarġu single ġdida. Fit-tieni parti imbagħad, ikun hemm intervista ma' Nick Morales li għadu kif ġie lura minn tour ma Sempiliċment tat-Triq u ftit jiem oħra jerġa jitlaq fuq tour ieħor mal-grupp Nosnownoalps.
TVM 07:00 - TVAM 08:30 - Dissett 09:30 - Kurrenti 10:30 - MEA 11:00 - Venere 11:30 - Teleshopping 12:00 - News 12:10 - TVPM 15:00 - News 15:05 Hbieb u Ghedewwa 15:45 Teleshopping 16:15 - Sandokan 16:45 - MP4 Force 17:15 - Absolute Genius 17:45 - Twelid il-kelma 18:00 - News 18:15 - Teleshopping 18:45 - Junior Eurovision Song Contest 2014 19:45 Grand Lottery 20:00 - News 20:50 Xarabank 21:50 - Headline News 21:55 - Xarabank 23:00 - News 23:20 - Hbieb u Ghedewwa
TVM 2 06:00 - Euronews 07:00 - News Loop 08:30 - TVAM (r) 10:00 - Sports Science 11:00 - Il-gwerra l-kbira 11:30 - Ghawdex illum 12:00 - L-irkant 13:00 - JESC special programme 14:00 - Sports Science 15:00 - It-triq/Twelid 15:10 - TVPM (r) 18:00 - Paq Paq on Test 18:15 - Sports Panorama 19:45 Nisga Maltija 20:00 - Treasure Island 20:30 - News for the hearing impaired 20:40 - Germanja vs Gibilta 22:30 Hightlights Programme 23:00 - Sports News 23:15 - Financial News 23:20 News in English Raiuno 08:27 - Unomattina (jinkludi T-Tg1 Sal-11am) 09:35 - Linea Verde Meteo Verde 10:00 - Storie Vere 11:10 - A Conti Fatti 12:00 - La Prova Del Cuoco 13:30 – Telegiornale 14:00 - Tg1 Economia 14:05 - Dolci Dopo Il Tiggì 14:40 - Torto O Ragione? Il Verdetto Finale 16:00 - La Vita In Diretta 16:40
- La Vita In Diretta 18:50 – L'eredità 20:00 – Telegiornale 20:30 - Affari Tuoi 21:10 - Carosello Reloaded 21:15 - Velvet - La Principessa Di Monaco 22:45 - Miss Fisher - Delitti E Misteri Omicidio In Bianco E Nero 23:38 - Tg1 60 Secondi 23:40 - Porta A Porta 01:15 - Tg1 Notte 01:50 – Sottovoce 02:20 Magazzini Einstein Lo Spettacolo Della Cultura - Un Omaggio A Vittorio De Sic 02:50 - Canzonissima 68 Raidue 07:10 – Heartland 07:55 - Desideri Esauditi 08:35 - Le Sorelle Mcleod Scomparsa Nel Nulla 09:18 - Lo Spettacolo Deve Continuare 10:00 Tg2 Insieme 11:00 - I Fatti Vostri 13:00 - Tg2 Giorno 14:00 - Detto Fatto 16:15 - Castle Paladini Della Giustizia 17:00 - Supermax Tv 17:45 Parlamento Telegiornale 17:55 - Tg 2 Flash L.I.S. 18:00 – Player 18:05 - Tg Sport 18:50 - N.C.I.S. Los Angeles Cibernetica 20:30 - Tg2 20.30 21:00 Impazienti - Effetti Indesiderati - Notti Bianche - Limoncello - Cha Cha Cha 21:10 - Criminal Minds - La Realtà Dimenticata 22:45 - The Good Wife Ancora Ricordi 23:30 - Tg 2 23:45 Viva L'italia 23:48 – Scialla! 01:25 Hawaii Five-0 02:10 - Appuntamento Al Cinema Raitre 07:00 - Tgr Buongiorno Italia 08:00 - Gerardo Greco Agorà 10:00 - Mi Manda Raitre 11:00 – Elisir 11:10 Tg3 Minuti 11:13 – Elisir 12:00 – Tg3 12:45 - Pane Quotidiano 13:10 Cultura Il Tempo E La Storia Mussolini
Interventista 14:00 - Tg Regione 15:10 - Terra Nostra 2 16:00 - Sveva Sagramola Ed Emanuele Biggi In Aspettando Geo 19:00 – Tg3 20:00 – Blob 20:15 - Sconosciuti La Nostra Personale Ricerca Della Felicita' 20:35 - Un Posto Al Sole 21:05 - La Lancia Del Destino 23:10 - Hotel 6 Stelle 00:00 - Tg3 Linea Notte 01:05 Parlamento Telegiornale 01:15 Appuntamento Al Cinema 01:20 Cultura Storie Dell'arte Il Sorriso 01:45 - Fuori Orario. Cose (mai) Viste 01:55 - Soldato Di Carta Canale 5 06:00 - Prima Pagina Tg5 07:54 – Traffico 07:59 – Tg5 08:45 - Mattino Cinque 11:00 – Forum 13:00 – Tg5 13:41 – Beautiful 14:15 – Centovetrine 14:45 - Uomini E Donne 16:15 - Il Segreto - Prima Tv 17:00 - Pomeriggio Cinque 18:45 - Avanti Un Altro 19:57 - Tg5 Prima Pagina 20:40 - Striscia La Notizia 21:10 - Riassunto - Il Segreto 21:11 - Il Segreto 23:50 – Elizabeth 02:06 - Tg5 Italia 1
07:15 - Tutto In Famiglia 07:45 Mike & Molly 08:40 – Psych 10:30 The Closer 12:25 - Studio Aperto 13:02 - Sport Mediaset 14:05 - I Simpsons 14:35 – Futurama 15:00 - 2 Broke Girls 15:20 - Big Bang Theory 16:05 - E Alla Fine Arriva Mamma! 16:50 - Chuck 18:30 - Studio Aperto 19:20 - C.S.I. New York 21:10 – Colombiana 23:25 - Le Iene 01:10 Sport Mediaset 01:35 - Studio Aperto La Giornata 01:50 – Trasformat.
www.maltarightnow.com
23
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
TV/RADJU
Melita More 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 Criminal Minds 11:15 - Supernatural 12:00 - Person Of Interest 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 - Rude Tube 14:15 Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 - Suits 17:15 - Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 - Devious Maids 19:45 - Psych 20:30 - Hit The Floor 21:15 - Glee 22:00 - Angels & Demons 00:15 - Guinness World Records Gone Wild Series 01:15 – Suits 02:00 - Rude Tube 02:30 - Criminal Minds
GO Stars 07:05 - Still Life: A Three Pines Mystery 08:30 - Lincoln 11:00 - The Office 11:30 - Over/Under 13:00 - Flying Blind 14:30 - Grudge Match 16:20 - West of Memphis 18:50 - 12 Rounds: Reloaded 20:30 - The Middle 21:00 - Sarah's Key 22:40 Wanderlust 00:20 - Bel Ami 02:00 - 12 Rounds: Reloaded 03:35 - Over/Under 05:05 West of Memphis.
Mediaset Italia 06:00 - Avanti un altro! 06:50 - La figlia di Elisa: Ritorno a Rivombrosa 07:35 Carabinieri 08:30 - I Cesaroni II 09:25 Le tre rose di Eva 10:10 - Squadra antimafia: Palermo oggi 11:01 Centovetrine 11:25 - Centovetrine 11:50 - Uomini e donne 12:50 - Avanti un altro! 13:40 Vivere III 14:05 - I Cesaroni II 15:00 Casa Vianello 15:25 - Casa Vianello 15:50 - Carabinieri 16:40 - Ricette all’Italiana 17:10 - Forum 18:35 - Centovetrine 19:00 - Tg5 19:35 - I Cesaroni II 20:35 - Le tre rose di Eva 21:25 - Uomini e donne 22:25 - Colorado 23:20 - Vite In Apnea 23:45 Torte d’Autore.
BBC Entertainment 06:00 - Charlie and Lola 06:15 - Woolly & Tig 06:20 - Mr Bloom’s Nursery 06:40 - Bobinogs 06:50 - Little Prairie Dogs 07:00 - Gigglebiz 07:15 Charlie and Lola 07:30 - Woolly & Tig 07:35 - Mr Bloom’s Nursery 07:55 - Bobinogs 08:05 - Little Prairie Dogs 08:15 - The Weakest Link 09:00 Only Fools and Horses... 09:30 Absolutely Fabulous 10:00 - EastEnders 10:30 - Doctors 11:00 - Alone in the Wild 11:50 - The Diamond Queen 12:40 Hebburn 13:10 Only Fools and Horses...
13:40 - Absolutely Fabulous 14:10 EastEnders 14:40 Doctors 15:10 - Alone in the Wild 16:00 - The Diamond Queen 16:55 - Only Fools and Horses... 17:25 The Weakest Link 18:10 - My Family 18:40 - Doctors 19:10 - Casualty 20:00 Friday Night Dinner 20:30 - Hebburn 21:00 - Crime and Punishment 22:30 Michael McIntyre’s Comedy Roadshow 23:15 - Alan Carr: Chatty Man.
TCM 06:15 - High Society 08:00 - Grand Prix 10:45 - Texas Carnival 12:05 - The Last Time I Saw Paris 14:00 – Mogambo 15:55 - The Champ 18:05 - The Philadelphia Story 20:00 – Westworld 21:30 - McCabe and Mrs. Miller 23:30 – Westworld. MGM Movie 06:40 - French Kiss 08:30 - Mr. Wonderful 10:10 – Impromptu 11:55 Maxie 13:30 - Slow Dancing in the Big City 15:20 - Marie: A True Story 17:10 Reversal of Fortune 19:00 - The Terminator 20:45 - MGM’s Big Screen 21:00 - The Men’s Club 22:40 Masquerade
Diva Universal 06:00 – Kojak 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s Marple 09:33 Ladies Room 09:50 - Kojak 10:50 Agatha Christie’s Poirot 11:50 - Agatha Christie’s Marple 13:35 - Great Women 13:50 - Law & Order 14:50 - Quincy, M.E. 15:50 - Agatha Christie’s Poirot 16:50 Agatha Christie’s Marple 18:38 - Great Women 18:50 - Quincy, M.E. 19:50 Agatha Christie’s Poirot 20:50 - Great Women 21:00 - Jane Doe: Now You See It, Now You Don’t 22:45 - Great Women 23:00 - McBride: Anybody Here Murder Marty?.
Discovery Channel 06:00 - How It’s Made 06:25 - Auction Kings: Les Paul Guitar; Giant Bat 06:50 Storage Hunters: Checkmate 07:15 - Mega Builders: The Big Lift: Stonecutters Bridge 08:10 - Ultimate Survival: Moab Desert 09:05 - Alaska: The Last Frontier: Homestead for the Holidays 09:55 - Gold Divers: And No More Shall We Part 10:50 - Dual Survival: Bogged Down 11:40 Wheeler Dealers: Subaru Impreza 12:35 Wheeler Dealers: Trading Up: Poland
13:30 - Bike Battles: Nor Cal 14:25 Magic of Science: Book Bungee 14:55 Magic of Science: Vortex Cannon 15:20 Magic of Science: Tesla Coil 15:50 Magic of Science: Vampire 16:15 - Magic of Science: Voodoo Car 16:45 - Magic of Science: Dry Ice Bomb 17:10 The Liquidator: The Floor 17:40 - Salvage Hunters 18:05 - Auction Hunters: You Got Served 18:35 - Auction Kings: Rick Fairless Chopper; Gas-Powered Blender 19:00 - How It’s Made: Dream Cars: Bentley Continental GT speed 19:30 How It’s Made 20:00 - What Happened Next? 20:30 - What Happened Next? 21:00 - Mighty Ships: Peace in Africa 22:00 - Mind Control Freaks 22:30 - Mind Control Freaks 23:00 - The Unexplained Files: Carlos de los Santos; Human Combustion.
Discovery World 06:00 - Lake Escapes 06:25 - Out of the Wild: Venezuela 07:15 - Chasing Classic Cars 07:40 - Classic Car Club 08:05 Tank on the Moon 08:55 - North America 09:45 - Weapon Masters 10:35 - I Shouldn’t Be Alive 11:25 - We Built This City 12:15 - Expedition Alaska 13:05 Chasing Classic Cars 13:30 - Classic Car Club 13:55 - Hell on High Water 14:45 NASA’s Greatest Missions 15:35 Weapon Masters 16:25 - I Shouldn’t Be Alive 17:20 - Commander in Chief 18:15 - What If? 19:10 - Expedition Alaska 20:05 - Chasing Classic Cars 20:30 Classic Car Club 21:00 - Commander in Chief 21:55 - What If? 22:50 - The Presidents’ Gatekeepers.
Discovery Science 06:00 - Stephen Hawking’s Brave New World 06:50 - Future Firepower 07:40 - The Gadget Show 08:05 - How It’s Made 08:30 - The World’s Strangest UFO Stories 09:20 Sport Science 10:10 - Kings of Construction 11:00 - MythBusters 11:50 - Body Invaders 12:40 - Invisible Worlds 13:30 - The Gadget Show 13:55 - How It’s Made 14:20 - Smash Lab 15:10 - Sport Science 16:00 - Kings of Construction 16:50 - Space Voyages 17:40 The World’s Strangest UFO Stories 18:30 Weird or What? 19:20 - You Have Been Warned 20:10 - MythBusters 21:00 - Weird or What? 21:50 - You Have Been Warned 22:40 - Time Warp 23:30 - The World’s Strangest UFO Stories.
07:00 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 17:00 18:00 18:05 18:30 19:00 19:30 19:50 20:40 21:10 23:00
Sport fuq il-Cable
Fox Sport Europe
06:00 - NASCAR Race Hub 07:00 - Major League Baseball 09:30 - MLB Whiparound 10:30 NASCAR Race Hub 11:30 - MLB 162 12:00 - PGA EuroPro Tour Golf 14:00 - Major League Baseball 16:30 MLB Whiparound 17:30 - NASCAR Race Hub 18:30 - MLB 162 19:00 - Boxing 20:30 - Bass Fishing 21:30 - MLB Whiparound 22:30 - MLB Whiparound 23:30 – Boxing. GO sports 1
Malta Llejla, NET Television 17.00
Bħal kull nhar ta’ Ġimgħa, ma Stephanie Spiteri jingħaqdu Noelene Miggiani u Marisa Grima – ilFashion Gagas – għal siegħa u nofs ta’ diskussjoni dwar moda u ħafna suġġetti interessanti oħra. Fost il-mistednin tal-programm tal-lum, naraw l-istilista tax-xagħar Gordon Mayo. Logħob mat-telespettaturi permezz tat-telefon u Facebook, ħafna premjijiet x’jintrebħu u diversi affarijiet oħra fuq Malta Llejla, bi produzzjoni ta’ FMJ Productions u Net Television
Net News Klinika Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Telebejgħ NET News Meander Arti u Kultura Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika Newsfeed NET News Newsfeed Flusek Bla Kondixin NET News
07:00 - ATP World Tour Finals Match 9 09:30 FIFA Futbol Mundial #495 10:00 - PGA European Tour - Turkish Airlines Open - Day 2 15:00 - Barclays U21 Premier League - Stoke City U21 v Newcastle Utd U21 17:00 Serie A - Round 11 - Sampdoria v Milan 19:00 - UEFA Champions League - Magazine Programme 11 19:30 - Ligue 1 - Round 13 – Highlights 20:45 - Aviva Premiership Round 7 Gloucester Rugby v Harlequins 22:45 - Barclays Premier League Week 13 – Netbusters 23:15 Vincennes Horseracing 01:00 Ligue 1 - Round 13 - Paris SaintGermain v Olympique de Marseille 03:00 - Aviva Premiership - Round 7 Gloucester Rugby v Harlequins 05:00 - Barclays Premier League Week 13 - Manchester Utd v Crystal Palace. GO sports 2
15:00 - ATP World Tour Finals -
Match 11 17:30 - Milan Channel 21:00 - ATP World Tour Finals Match 12 23:30 - Milan Channel GO Sports 7
07:00 - Vincennes Horseracing 09:00 - Premier League World #13 09:30 - ATP World Tour Finals Match 10 12:00 - Serie A - Round 11 - Fiorentina v Napoli 14:00 Barclays Premier League - Week 13 - Tottenham H v Stoke City 16:00 - Autumn Internationals Ireland v South Africa 18:00 PGA European Tour - Turkish Airlines Open - Day 2 23:00 Barclays Premier League - Week 13 - Swansea City v Arsenal 01:00 - Barclays U21 Premier League - Stoke City U21 v Newcastle Utd U21 03:00 - Serie A - Round 11 - Inter v Hellas Verona 05:00 - Ligue 1 - Round 13 - AS Saint-Etienne v AS Monaco. GO sports 8
09:00 - Vincennes Horseracing 11:00 - Premier League World #13 11:30 - ATP World Tour Finals Match 10 14:00 - Serie A - Round 11 - Fiorentina v Napoli 16:00 Barclays Premier League - Week 13 - Tottenham H v Stoke City 18:00 - Autumn Internationals Ireland v South Africa 20:00 PGA European Tour - Turkish Airlines Open - Day 2 01:00 Barclays Premier League - Week 13 - Swansea City v Arsenal 03:00 - Barclays U21 Premier League - Stoke City U21 v Newcastle Utd U21 05:00 - Serie A - Round 11 - Inter v Hellas Verona
www.maltarightnow.com
24
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
AVVIŻI PN
Il-Kelliema Ewlenin tal-PN Simon Busuttil simon.busuttil@teampn.org
Kap tal-Oppożizzjoni
Mario de Marco mario.demarco@teampn.org
Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar
Chris Said chris.said@teampn.org
Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista
Beppe Fenech Adami Kelliem għall-Ġustizzja beppe.fenechadami@teampn.org Ċensu Galea ċensu.galea@teampn.org David Agius david.agius@teampn.org
Fredrick Azzopardi fredrick.azzopardi@teampn.org
Deputat Speaker u Kelliem għall-Agrikultura u s-Sajd
Whip tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall-Gvern Lokali
Deputat Whip u Kelliem għas-Servizzi tas-Saħħa u l-Edukazzjoni f’Għawdex
Giovanna Debono Kelliema għal Għawdex giovanna.debono@teampn.org George Pullicino george.pullicino@teampn.org
Kelliem għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma
Joe Cassar joe.cassar@teampn.org
Kelliem dwar l-Edukazzjoni
Tonio Fenech tonio.fenech@teampn.org
Jason Azzopardi jason.azzopardi@teampn.org Francis Zammit Dimech francis.zammitdimech @teampn.org
Kelliem għall-Finanzi
Kelliem għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Kelliem għall-Kultura u l-Komunikazzjoni
Carm Mifsud Bonnici Kelliem għall-Affarijiet Barranin carm.mifsudbonnici@teampn.org
Clyde Puli clyde.puli@teampn.org
Kelliem għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali
Robert Arrigo robert.arrigo@teampn.org
Kelliem għat-Turiżmu
Stephen Spiteri stephen.spiteri@teampn.org
Kelliem għall-Impjiegi u l-Persuni b’Diżabbiltà
Mario Galea mario.galea@teampn.org
Kelliem għall-Anzjani
Charlò Bonnici charlo.bonnici@teampn.org
Kelliem għall-Iżvilupp Soċjali, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima
Michael Gonzi michael.gonzi@teampn.org
Kelliem għad-Drittijiet tal-Annimali
Antoine Borg antoine.borg@teampn.org
Kelliem għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej
Toni Bezzina toni.bezzina@teampn.org
Kelliem għat-Trasport u l-Infrastruttura
Claudette Buttigieg Kelliema għad-Djalogu Soċjali claudette.buttigieg@teampn.org u l-Libertajiet Ċivili Ryan Callus ryan.callus@teampn.org
Robert Cutajar robert.cutajar@teampn.org Kristy Debono kristy.debono@teampn.org
Albert Fenech albert.fenech@teampn.org
Claudio Grech claudio.grech@teampn.org
Kelliem għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Kelliem għaż-Żgħażagħ u l-Isport
Kelliema għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku
Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Kelliem għas-Saħħa
Paula Mifsud Bonnici Kelliema għall-Kompetizzjoni paula.mifsudbonnici@teampn.org u d-Drittijiet tal-Konsumatur
Marthese Portelli Kelliema għall-Affarijiet Ewropej marthese.portelli@teampn.org
SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 79990757. SANTA VENERA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u nofsinhar se jkun hemm uffiċjal biex jiltaqa’ miegħek fl-Uffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys, Santa Venera. Tista’ tikkuntattjana wkoll billi ċċempel 21441438 / 21441682 jew tibgħat e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt.
ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634. AVVIŻI SOĊJALI
ĦAL LIJA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Lija se jorganizza Pizza Buffet illum ilĠimgħa, 14 ta’ Novembru f’Viva Restaurant fit-8pm. Jattendu Ann Fenech u Alex Perici Calascione. Biljetti għall-prezz ta’ 12-il ewro u tiekol pizza kemm trid, deżerta u drink. It-trasport se jiġi provdut mill-pjazza ta’ Ħal Lija fis7:30pm għall-prezz ta’ 3 ewro. Għal iktar informazzjoni ċemplu 99461892 jew 79702630. IN-NADUR. Il-Kumitat Sezzjonali PN Nadur se jorganizza Pizza u Tombla Night nhar itTnejn, 17 ta’ Novembru f’Ta’Kenuna Bar and Restaurant, in-Nadur fis-7pm. Jintrebħu diversi rigali sbieħ. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79562158 jew 99228688.
DAVID CASA. Il-Ħbieb ta’ David Casa se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta 18 ta’ Novembru fil-Buskett Roadhouse, ir-Rabat fid-9:30am. Prezz 6 ewro u trasport provdut. Għall-biljetti ċemplu 25965316.
IL-MELLIEĦA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mellieħa se jorganizza djalogu nhar it-Tlieta, 18 ta’ Novembru fis-7:30pm fisSala Carm. Lino Spiteri bissehem tad-Deputat Toni Bezzina.
ROBERT ARRIGO. Il-Ħbieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw kunċert mill-Pusè u l-band tiegħu fit-teatru tas-Sależjani, TasSliema, nhar l-Erbgħa 19 ta’ Novembru fis-7:30pm. Prezz 6 ewro. Għall-bookings ċemplu 23285000. RYAN CALLUS. Il-Ħbieb ta’ Ryan Callus se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fir-Razzett lAntik, Ħal Qormi, għall-kostitwenti tas-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa. Prezz 6 ewro bittrasport provdut. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99804142 jew 21 461002.
KRISTY DEBONO. Il-Ħbieb ta’ Kristy Debono se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fil-lukanda Alexandra Palace, Paceville fit8:30am. Prezz 6 ewro bit-trasport inkluż. Biljetti jistgħu jinxtraw fuq 99473932 jew 99993707 jew permezz tal-e-mail fuq info@kristydebono.com. Il-qligħ kollu minn din l-attività se jmur b’risq ilCreche tal-Ursolini, f’Tas-Sliema.
IL-GŻIRA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Gżira se jorganizza Timpana Night nhar ilĠimgħa, 21 ta’ Novembru filKażin tal-Partit fis-7:30pm. Prezz 10 ewro.
ĦAL TARXIEN. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Tarxien se jorganizza Konferenza Politika dwar il-baġit, nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru fis-7pm. Il-kelliem ewlieni se jkun Tonio Fenech. Wara d-diskussjoni jkun hemm bibita fis-sala tal-każin.
ĦAL GĦAXAQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Għaxaq se jorganizza One Day Pool Tournament fil-Każin tal-Partit, nhar is-Sibt, 22 ta’ Novembru mid-9am ’l quddiem. Prezz 5 ewro. Min jiġi l-ewwel jirbaħ weekend break għal tnejn f’lukanda u min jiġi fit-tieni post jirbaħ ikla għal tnejn. ĦAL GĦAXAQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Għaxaq se jorganizza tombla u wara ikla bebbux flimkien ma’ ikel Malti, nhar is-Sibt, 22 ta’ Novembru mit-8pm ’l quddiem Prezz 10 ewro b’tazza
nbid inkluża. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99441161.
IL-MELLIEĦA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mellieħa se jorganizza djalogu nhar il-Ħadd, 23 ta’ Novembru fis-10am fis-Sala Carm. Lino Spiteri bis-sehem tad-deputati Tonio Fenech u Kristy Debono. Il-pubbliku hu mħeġġeġ jattendi u jagħti sehmu. Wara d-djalogu se ssir ikla f’Ta’ Randi Bar & Restaurant biex jitfakkar il-50 anniversarju millkisba tal-Indipendenza u l-10 anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-biljetti għal din l-ikla qegħdin jinbiegħu għal 18-il ewro għall-kbar u 9 ewro għat-tfal taħt it-12-il sena. Il-qligħ li jsir minn din l-ikla jmur b’risq il-ġbir għall-Maratona li lPartit se jagħmel il-Ħadd 7 ta’ Diċembru. TAS-SLIEMA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Tas-Sliema se jorganizza Pasta Buffet Lunch nhar il-Ħadd 23 ta’ Novembru f’Villa Arrigo fin-12:30pm. Prezz 15-il ewro.
ROBERT CUTAJAR. Il-Ħbieb ta’ Robert Cutajar se jorganizzaw Healthy Breakfast Tombla nhar it-Tnejn, 24 ta’ Novembru filMellieħa Holiday Centre (Danish Village) fid-9am. Biljetti għħallprezz ta’ 8 ewro u jistgħu jinxtraw mingħand il-helpers jew billi ċċemplu 98897500, jew tibagħtu email fuq robertcutajar72@gmail.com. Trasport provdut minn quddiem il-każini tad-distrett (il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar).
SANTA VENERA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Santa Venera se jorganizza Ikla għand Wistin lImġarr, nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru fi-8pm. Prezz 23 ewro għall-kbar u tfal taħt it-12-il sena 10 ewro. Għall-bookings ċemplu 99845132 jew ibagħtu email fuq pnsantavenera@pn.org.mt. FRANCIS ZAMMIT DIMECH. Il-Ħbieb ta’ Francis Zammit Dimech se jorganizzaw Buffet Dinner fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru fil-Lukanda Excelsior, il-Furjana, fit-8:30pm. Prezz 25 ewro. Għall-biljetti ċemplu 99337322.
www.maltarightnow.com
26
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ
Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bilbitħa, dawl, ilma u toilet. Bilpermess Class B. Ċemplu 77200983.
Paola MAISONETTE arjuż ħafna f ’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000.
KLASSIFIKATI
AVVIŻI
Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq ilparts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront.
Tiswijiet TA’ magni tal-ħjata. Għal service u tiswijiet fil-pront. Ċemplu 99422268 jew 21416705.
GĦALL-BEJGĦ
Ġriewi GERMAN Shepard ta’ 8 ġimgħat, il-ġenituri ta’ barra. Ċemplu 79491077.
Sufan L-Shaped u pultruna talbellus kannella €500, sufan-
sodda u żewġ pultruni €380, vetrina/librerija antika talpine €200, billiard komplut 240x140 €500, forn tal-cast iron jaħdem bil-ħatab €350, żewġ komodini antiki tal-pine €30 u affarijiet oħra, kollha f ’kundizzjoni tajba. Ċemplu 99880258. PRIVAT
Tal-Franċiż MINN form 1 sal-O-Level minn għalliema ta’ esperjenza twila. Ċemplu 21445384.
www.maltarightnow.com
27
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
SPORT
Jibdew il-kampjonati tal-Franċiżi TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL
Kenneth Vella It-38 laqgħa tas-sena li ssir illejla fil-korsa tal-Marsa se tkun waħda fost l-aktar interessanti. Din se tikkonsisti minn disa’ tiġrijiet tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m, b’waħda minnhom tkun normali għal żwiemel tal-klassi Premier. Ilkumplament ikunu kollha heats li jagħtu l-bidu għal tliet kampjonati għal żwiemel Franċiżi. Dawn il-kampjonati qiegħed jiġu organizzati bl-għajnuna talassoċjazzjoni Franciza Le Trot. It-tiġrija Premier se tkun isseba’ waħda u tibda fid-8.55pm. Wara l-karozza tat-tluq se nsibu lil True Q, Orcas Bac, Pouloud Keroc’H, Quel Hermes, Nabab du Chatelet, Quillian Joyeaux, Yanantin Boko, Goblin Grif, Zalgado Transs R, Petunia Du Pont, Isalus, Quito D’Ecroville, Veiko Hornline, Perceval, Arnie Sensation u l-ġdid Żvediż Princess View. Din għandha tkun tiġrija ferm bilanċjata b’attenzjoni speċjali tingħata lil Quillian Joyeaux, Veikko Hornline u Yanantin Boko. It-tliet kampjonati għal żwiemel Franċiżi se jkunu l-Prix d’Enghien għal żwiemel Franċiżi
mill-klassi Gold, il-Prix De Cabourg għal tal-klassi Silver u l-Prix De Cagnes Sur Mer għallFranċiżi mill-klassi Bronze. Lewwel tiġrija tal-ġurnata, li tkun heat tal-klassi Bronze, tibda fis6.30pm.
Tbassir. I Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Nep. Place – Queops De Retz, Quito Du Goulet. II Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – November Oaks. Place – Quo Vadis Phedo, Reve Du Solnan. III Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Niko De Chamant. Place – Ogor, Norfolk De Gouerie. IV Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Quent De Combourg. Place – Queen Du Sablier, Reveal Champ Blanc. V Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Querido Censerie. Place – Quid De Belle Vue, Polytain. VI Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. Win –
Chris Cassar
Quipson. Place – Pile Ou Face, Orion Du Vaumicel. VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. Win – Veikko Hornline. Place – Yanantin Boko, Quillian Joyeaux. VIII Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. Win – Quomo Du Michallet. Place – Regent De Tillard, Quo De Clerlande. IX Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Rio Du Gers. Place – Reflexe De Crennes, Record Du Mexique.
Cassar sewwieq tax-xahar
Illejla, waqt il-programm ta’ tiġrijiet fil-Korsa tal-Marsa ser issir il-preżentazzjoni ta’ tifkira lil Chris Cassar li ġie magħżul bħala l-ġerrej taxxahar għal Ġunju li għadda. Din il-preżentazzjoni ma kienitx saret qabel peress li listaġun tat-tiġrijiet kien wieqaf. Chris Cassar huwa minn Ħal Qormi u għandu 34 sena. Ilu bil-liċenzja tassewqan mal-Malta Racing Club
mis-sena 1999 u filfatt l-ewwel darba li saq f’tiġrija uffiċjali kien nhar l-4 t’April 1999 biżżiemel Count Launcher. Pero kellhom jgħaddu ftit aktar minn 10 snin sabiex irreġistra l-ewwel rebħa tiegħu u din kienet biż-żiemel Jean Perrine nhar id-19 ta’ Ġunju 2009. Sal-Ħadd li għadda Cassar kien rebaħ total ta’ 10 tiġrijiet u daħal 40 darba mit-tieni sarraba’ post.
L-eks difensur ta’ Inter u tattim nazzjonali Kolombjan Ivan Cordoba se jmexxi kamp ta’ taħriġ f’Malta. Dan il-kamp ta’ taħriġ għat-tfal se jsir bejn is-6 u t-8 ta’ Diċembru u flimkien miegħu se jkun qed jgħinu l-eks gowlkiper ta’ Inter u tal-Italja Francesco Toldo. Dan il-kamp ta’ taħriġ fil-Luxol Grounds hu organizzat mill-Inter Club PUPI Zanetti Malta u d-dħul kollu se jmur għallFondazzjoni immexxija minn
Cordoba stess. Din il-fondazzjoni tgħin tfal orfni filKolombja. Din mhux se tkun l-ewwel darba li Cordoba se jkun qed iżur pajjiżna. Hu kien żar Malta fl-2001 meta dakinhar Inter kienu ġew Malta biex jilagħbu partita ta’ ħbiberija meta f’Ta’ Qali kienet ġiet inawgurata lMillenium Stand. Cordoba kien ingħaqad ma’ Inter fl-1999 u sakemm irtira, fl-2013, lagħab aktar minn 450 darba.
Dan l-aħħar saret it-tieni edizzjoni ta’ Gladiators Night għallatleti li kienu qed jiddebuttaw f’dan l-isport u parti mid-dħul ingħatat lil Puttinu Cares. Minn din is-serata inħabret is-somma sabiħa ta’ €1080 li se tingħata bħala għajnuna għal min hu filbżonn. L-organizzaturi tal-attività, Master Noel Mercieca, Isaac Chetcuti u Simon Chetcuti laqqgħu 64 atleta minn 15-il klabb. It-taqbidiet kienu bir-
regoli tal-Boxking Kickboxing u K1. Dawk kollha li kienu preżenti setgħu isegwu lil dan ittalent lokali ġdid f’dawn iddiversi dixxiplini. Fi tmiem lattività l-organizzaturi irringrazzjaw lill-isponsors, lill-atleti, lill-klabbs u lil dawk li attendew. Biex wieħed jikseb aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ Gladiators Promotions jista’ jżur il-paġna ta’ ‘Gladiators Promotions’.
Cordoba se jmexxi Il-qtil ta’ Meyiwa ħalla impatt kamp ta’ taħriġ f’Malta L-AFRIKA T’ISFEL
kbir fuq il-futbol
L-eks-gowlkiper ta’ Liverpool, Sander Westerweld, qal li l-qtil ta’ Senzo Mayiwa, li kien il-captain tat-tim nazzjonali tal-Afrika t’Isfel, għadu qed iħalli ‘impatt enormi’ fil-pajjiż. Meyiwa, gowlkiper ta’ 27 sena li kien jilgħab għal Orlando Pirates, inqatel fi sparatura waqt konfront, ix-xahar li għadda, ma’ żewġ aggressuri li kienu daħlu fil-proprjetà tat-tfajla tiegħu f’Vosloorus, fil-limiti ta’ Johannesburg. Intant, Westerweld, li bħalissa hu kowċ tal-gowlkipers malklabb Afrikan, Ajax Cape Town, jemmen li l-poplu fl-Afrika t’Isfel għad ma jistax iniżżel ittmiem traġiku ta’ Meyiwa li kien plejer popolari ħafna u simbolu għal eluf ta’ żgħażagħ Afrikani. “Ma temminx li traġedja għallisport fuq livell hekk kbir tista’ sseħħ f’pajjiż bħall-Ingilterra, lOlanda jew il-Ġermanja”, qal Westerweld waqt intervista maxxandar Perform. L-Afrika t’Isfel, nhar is-Sibt, tilgħab mas-Sudan fl-ewwel logħba internazzjonali wara l-qtil
– Sander Westerweld
Senzo Mayiwa inqatel ix-xahar li għadda
ta’ Senzo Meyiwa. L-Orlando Pirates kienu tilfu llogħba tal-league Afrikan dritt wara l-qtil ta’ Mayiwa, b’Westerweld isostni li “t-traġedja għadha fuq fomm kulħadd,” bl-impatt tagħha qed jinħass fi kważi kull livell tas-soċjetà flAfrika t’Isfel. Sander Westerweld innifsu għadu xxukkjat ħafna bid-destin ta’ Mayiwa li nqatel proprju l-
għada tal-logħba bejn Orlando Pirates u Ajax Cape Town, u wara li hu ‘kien ħa b’idejn u għannaq il-gowlkiper’. Intant, kompliet l-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Senzo Meyiwa wara li l-Pulizija flAfrika t’Isfel ikkonfermaw li waqqgħu l-akkużi fil-konfront ta’ raġel, Zanokuhle Mbatha, li kien implikat bil-qtil, minħabba nuqqas ta’ provi.
Kickboxers jgħinu lil Puttinu Cares
www.maltarightnow.com
28
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
In-Niġerja trid rebħa kontra l-Congo TAZZA AFRIKANA 2015 – RAWND TA’ KWALIFIKAZZJONI
Bejn illum u għada jintlagħab rawnd kruċjali mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tanNazzjonijiet Afrikani tal-2015, tazza li s’issa l-fażi finali għadu mhux ċert fejn se ssir. Dan wara li matul il-ġimgħa, l-Marokk, ilpajjiż li fih kienu se jintlagħbu lpartiti ta’ din il-fażi ġie sospiż milli jieħu sehem minħabba biża tal-marda tal-ebola. Iċ-champions renjanti, inNiġerja, għada jilagħbu kontra lCongo f’partita minn Grupp A u n-Niġerjani mhux biss iridu jirbħu imma jridu li r-rebħa tkun b’distakk ta’ żewġ gowls. Dan għaliex bħalissa huma qegħdin fit-tielet post tal-grupp b’erba’ punti filwaqt li l-Congo qegħdin it-tieni bi tliet punti aktar minnhom. LAfrika t’Isfel qed jokkupaw lewwel post bi tmien punti u ta min jiftakar li minn kull grupp jikkwalifikaw żewġ timijiet filwaqt li dawk li jispiċċaw it-tielet jilagħbu fil-play-offs. Fl-ewwel rawnd il-Congo kienu rebħu 3-2 kontra n-Niġerja u dawn tal-aħħar, li issa reġgħu
qegħdin taħt it-tmexxija ta’ Stephen Keshi, iridu wirja millaqwa biex ikomplu jittamaw li jikkwalifikaw b’mod awtomatiku. Minkejja din il-pożizzjoni kemmxejn skomda li jinsab fiha t-tim Niġerjan, il-kowċ Keshi, li reġa’ inħatar fil-kariga qal li hu fiduċjuż li t-tim tiegħu kapaċi jirbaħ it-titlu bħal ma għamel sena ilu. “Għandna plejers li kapaċi jwasslu lil dan it-tim għassuċċess. Fiduċjuż li b’xi mod jew ieħor mhux biss se ngħaddu imma li anke se nirbħu t-titlu,” qal Keshi. L-Afrika t’Isfel, liders talgrupp jilagħbu f’darhom kontra sSudan. In-Niġerja jittamaw li jkomplu minn fejn ħallew meta f’Ottubru għelbu lis-Sudan 3-1 filwaqt li l-Afrika t’Isfel, fl-aħħar logħba tagħha, ġiet miżmuma draw 0-0 kontra l-Congo. L-Ivory Coast, tim li qiegħed fit-tielet post ta’ Grupp D ukoll irid ikollu wirja mill-aqwa biex wkoll jibqa’ jittama li jikkwalifika meta llum jilagħab kontra s-Sierra Leone. Dawn tal-aħħar għadhom bla rebħa fil-grupp u fattur li se
jkompli jgħin lill-Ivoary Coast hu li l-partita se tintlagħab fl-Ivory Coast minflok fis-Sierre Leone minħabba li f’dan il-pajjiż hemm każijiet ta’ persuni infettati blebola. Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp, jintlagħab konfront dirett bejn il-Kamerun, liders talgrupp b’10 punti u r-Repubblika Ċentrali tal-Congo li għandhom sitt punti. Fi Grupp B il-ġlieda għat-tieni post hi waħda ħarxa. Filwaqt li lAlġerija diġa’ għaddew b’12-il punt, il-Mali għandhom sitt punti u l-Etjopja u l-Malawi għandhom tlieta kull wieħed. L-Alġerija għada jilagħbu kontra l-Etjopja u l-Malawi jilagħbu kontra l-Mali. Dawn tal-aħħar iridu jwettqu reazzjoni wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom tilfu 3-2 f’darhom kontra l-Etjopja. L-Alġerija mistennija jkomplu minn fejn ħallew wara li f’Ottubru rebħu 3-0 kontra lMalawi. Żgur li fi Grupp B ħadd ma stenna li f’dan il-perjodu l-Cape Verde kienu se jkunu liders talgrupp b’disa’ punti. Fit-tieni post
hemm iż-Żambja u lMożambique b’ħames punti kull wieħed filwaqt li n-Niġer għandhom biss żewġ punti. Cape Verde jilagħbu kontra n-Niġer u l-konfront dirett se jkun dak bejn iżŻambja u l-Możambique. IżŻambja jittamaw li jirrepetu lwirja li kellhom xahar ilu meta għelbu lin-Niġer 3-0. Fi Grupp Ġ, l-Eġittu qegħdin fit-tielet post, punt taħt is-Senegal u b’hekk il-konfront ta’ nhar isSibt se jkun wieħed dirett. ItTuneżija, liders tal-grupp b’10 punti, mhux mistennija jfallu meta llum jilagħbu kontra lBotswana, tim li għadu bla rebħa. L-Eġittu se jkunu ġejjin minn rebħa ta’ 2-0 kontra l-Botswana filwaqt li s-Senegal iridu jwettqu reazzjoni wara li xahar ilu sofrew telfa ta’ 1-0 kontra t-Tuneżija. Fi Grupp Ċ il-Gabon, għada, jridu minn tal-anqas punt meta jilagħbu barra minn darhom kontra l-Angola biex jaċċertaw post fil-fażi finali. Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp il-Burkina Faso jilagħbu kontra l-Lesotho.
SPORT
Fi Grupp E, il-Ghana, li huma liders se jkollhom lil Asamoah Gyan u lil Kwadwo Asamoah neqsin minħabba li huma imweġġħin u dawn bla dubju se jinħassu fil-logħba kontra lUganda. Fil-logħba l-oħra it-Togo jilagħbu kontra l-Guinea. Flaħħar ħarġa tagħhom il-Ghana rebħu 3-1 kontra l-Guinea filwaqt li t-Togo rebaħ 1-0 kontra lUganda. Il-Programm Illum Sierra Leone v Ivory Coast Botswana v Tuneżija Għada Malawi v Mali Afrika t’Isfel v Sudan Uganda v Ghana Togo v Guinea Cape Verde v Niġer Kamerun v DR Congo Lesotho v Burkina Faso Możambique v Żambja Congo v Niġerja Angola v Gabon Eġittu v Senegal Alġerija v Etjopja
www.maltarightnow.com
29
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
SPORT
Wirja diżappuntanti oħra tal-Olanda PARTITI TA’ ĦBIBERIJA
Għal darba oħra l-Olanda reġgħu iddiżappuntaw hekk kif tard l-Erbgħa filgħaxija sfaw megħluba 3-2 f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Messiku. Minn meta l-Olanda għaddiet mingħand Louis Van Gaal għal għand ilkowċ Guus Hiddink ir-riżultati ma kienux daqstant tajbin u din kienet it-tielet telfa li sofra dan it-tim sa minn meta spiċċa fittielet post fit-Tazza tad-Dinja. Għall-Messikani spikka Carlos Vela, plejer li kien qed jirritorna fliskwadra wara nuqqas ta’ tliet snin u nofs u dan skurja żewġ gowls mill-isbaħ. Kienu għaddew biss tmien minuti meta l-istess Vela fetaħ l-iskor favur il-Messikani. Għal Vela dan kien l-ewwel gowls tiegħu sa mill-2010 meta dakinhar l-aħħar gowl li skurja kien meta skurja fir-rebħa ta’ 2-1 kontra lItalja. Kien biss wara dan il-gowl fejn l-Olandiżi bdew deħlin filpartita u erba’ minuti mill-bidu tattieni taqsima Sneijder spara xutt minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Ochoa jsalva. Ta min jinnota li Sniejder, nhar l-Erbgħa sar it-tielet l-aktar plejer li qatt libes ilflokk nazzjonali. Il-plejer ta’ Galatasaray s’issa lagħab total ta’ 110 darba u qabel il-logħba kien ippreżentat bi plakka kommemorativa. Ftit minuti wara li Krul għamel save mill-aqwa fuq Hernandez, l-istess gowlkiper għamel żball kbir meta ma salvax volley ta’ Vela biex b’hekk l-iskor kien dak ta’ 2-1. Il-Messikani issiġilla ir-rebħa seba’ minuti wara meta Hernandez patta għaċ-ċans kbir mitluf u qabeż lil Krul u tefa’ f’xibka vojta. Nhar il-Ħadd lOlanda jmissha tilgħab kontra l-
Latvja f’logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 u ta min jiftakar li ġimgħa ilu lkowċ Hiddink qal li jekk it-tim tiegħu jitlef dan jirreżenja.
Jispikka Neymar Il-Brażil kiseb rebħa komda ta’ 4-0 kontra t-Turkija, rebħa li fiha spikka l-attakkant ta’ Barcelona Neymar li skurja doppjetta. Din kienet it-tieni darba konsekuttiva li l-Brażil rebaħ 4-0 wara li xahar ilu sofrew telfa bl-istess skor ilĠappun. B’hekk, il-wirjiet talBrażil qed ikomplu jitjiebu sa minn meta Dunga ħa post Luis Felipe Scolari bħala kowċ. Din kienet fil-fatt il-ħames rebħa minn daqstant partiti għal Dunga. L-ewwel gowl ta’ Neymar wasal wara 20 minuta meta Neymar irċieva mingħand Fernandinho u b’xutt fil-baxx għeleb lil Demirel għal 1-0. Kollox kompla ġej ħażin għatTorok hekk kif erba’ mintui wara Kaya ipprova jikklirja cross ta’ Danilo imma tefa’ l-ballun fixxibka tiegħu stess. Il-Brażil komplew jippressaw u minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima għamluhom tlieta u din id-darba kien Willian ta’ Chelsea li sab ix-xibka. Mas-siegħa logħob Neymar issiġilla r-rebħa b’gowl tajjeb wara li kien irċieva ballun mingħand Willian.
Iwettqu rimonta L-Arġentina wettqu rimonta u rebħu 2-1 kontra l-Kroazja f’Upton Park. L-attakkant ta’ Juventus Carlos Tevez irritorna fl-iskwadra Arġentina wara nuqqas ta’ diversi snin u dan beda minn fuq il-bank.
L-uffiċjali tal-Qatar ma instabux ħatja ta’ korruzzjoni
Il-Kroati kellhom bżonn biss 11-il minuta biex marru fil-vantaġġ meta skurja b’xutt fil-baxx. It-tim ta’ Martino kellu jistenna sat-tieni taqsima biex għamel liskor indaqs meta d-difensur ta’ Atletico Madrid Ansaldi ra x-xutt tiegħu jkun devjat u jispiċċa fixxibka. Fil-57 minuta l-Arġentina marru fil-vantaġġ meta r-referee ordna penalty hekk kif Kalinic waqqà lil Aguero fil-kaxxa u mill-11-il metru s-solitu Lionel Messi ma żbaljax għal skor finali ta’ 2-1. Issa nhar il-Ħadd ilKroazja jmissha tilgħab kontra lItalja fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Intant, f’partiti oħra l-Belġju għeleb lill-Iżlanda 3-1 u issa jibdew jaħsbu fuq il-logħba mirrawnd ta’ kwalifikazzjoni għallEuro 2016 kontra Wales. Lombaerts poġa lit-tim ta’ Wilmots fil-vantaġġ imma żewġ minuti biss wara Finnbogason ġab id-draw. Fit-tieni taqsima lBelġju kienu fil-kontroll u Origi għamel l-iskor 2-1 qabel ma lattakkant ta’ Everton Lukaku issiġilla l-partita.
Neymar tal-Brażil kellu wirja mill-aqwa kontra t-Turkija u skurja żewġ gowls
Franza u l-Istati Uniti fl-azzjoni Illum jidħlu fl-azzjoni aktar timijiet hekk kif f’żewġ partiti li jispikkaw Franza, l-organizzaturi tal-Kampjonati Ewropej tilgħab kontra l-Albanija u l-Istati Uniti jilagħbu kontra l-Kolombja. Fillogħba l-oħra ċ-Ċile jiltaqgħu kontra l-Venezuela. L-Albanija, taħt it-tmexxija tat-Taljan Gianni De Biasi jippruvaw ikomplu jinbu fuq irriżultati pożittivi li kisbu dan laħħar. Huma bdew l-impenji
tagħhom fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 b’rebħa ta’ 1-0 kontra l-Portugall, rebħa li wasslet biex Paulo Bento, kowċ tal-Portugall irreżenja mill-kariga. Wara din ir-rebħa huma ħadu draw ta’ 1-1 kontra d-Danimarka u fl-aħħar ħarġa tagħhom il-logħba kontra s-Serbja kienet ġiet sospiża minħabba inċidenti fil-grawnd. Issa l-Albaniżi se jkunu qed jilagħbu kontra wieħed mill-aktar timijiet li impressjona fit-Tazza tad-Dinja. Il-Franċiżi, taħt ittmexxija ta’ Didier Deschamps waslu sal-kwarti tal-finali. Wara li sfaw eliminati mill-Ġermanja dawn lagħbu erba’ partiti ta’ ħbiberija u rebħu tlieta tnejn minnhom kontra Spanja u kontra lPortugall filwaqt li ġew draw 1-1 kontra s-Serbja. Kontra l-Albanija
jistgħu jiddebuttaw Kurt Zouma uLayvin Kurzawa ma’ Franza. Intant, l-Istati Uniti trid ittemm is-sena fuq nota pożittiva hekk kif tilgħab kontra l-Kolombja. Din is-sena l-Istati Uniti tilfu biss tliet partiti, tnejn minnhom kontra l-Belġju u l-Ġermanja fitTazza tad-Dinja. Ilejla fi Craven Cottage l-Amerikani se jkunu blaqwa skwadra u 16 mill-plejers se jkunu dawk li kienu parti mittim li ikkompeta fil-Brażil. Fuq in-naħa l-oħra l-Kolombja wkoll iridu jkomplu jimpressjonaw. Minn Settembru tal-2013 kien biss pajjiż wieħed li għeleb lill-Kolombja, il-Brażil u dan juri kemm mhux se tkun faċli għallAmerikani biex jirbħu l-konfront. Il-Kolombja se jkollhom nieqes lill-attakkant ta’ Man Utd Radamel Falcao.
Investigazzjoni mill-FIFA li damet għaddeja sentejn ma sabet l-ebda ħtija ta’ korruzzjoni minn naħa tal-Qatar sabiex ingħataw id-dritt li jorganizzzaw it-Tazza tad-Dinja 2022. Tul dawn l-aħħar snin, l-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar kienu akkużati li ħallsu madwar tliet miljun lira sterlina lil xi uffiċjali tal-FIFA biex jiksbu d-dritt li jorganizzaw l-edizzjoni ta’ tmien snin oħra. Il-konklużjonijiet ħarġu minn rapport li juri li minkejja ħjiel ta’ “kondotta mhux xierqa” minn xi individwi, il-proċess tal-kandidatura ma ġiex influwenzat ħażin. Din l-aħbar tfisser li issa m’hemm
l-ebda ċans li terġa’ ssir votazzjoni biex jintgħażel pajjiż ieħor li fih tiġi organizzata l-edizzjoni tal2022. Minn dan ir-rapport, intefa’ ukoll dawl ikrah fuq l-FA Ingliża u l-kandidatura tal-Ingilterra biex jingħataw id-dritt li jorganizzaw ledizzjoni tal-2018. Fost l-oħrajn, jingħad li ħabib tal-eks Viċi President tal-FIFA, Jack Warner kien ingħatalu impjieg fir-Renju Unit. Barra minn hekk, it-tim tatTrinidad and Tobago ta’ taħt l-20 sena tħalla jattendi kamp ta’ taħriġ fir-Renju Unit fis-sajf tal-2009. L-istess Warner kien irtira millkariga tiegħu fl-2011 wara li kien
akkużat b’tixħim. Ir-Russja rebħet id-dritt li jorganizza t-Tazza tadDinja tal-2018. Intant, Michael Garcia, il-persuna li ilu jinvestiga għal dawn laħħar sentejn ħareġ stqarrija u qal li l-FIFA ma kinitx korretta firrapport li ippublikat. Ta min jiftakar li minbarra lakkużi ta’ korruzzjoni, minn meta l-Qatar rebaħ id-dritt li jorganizza t-Tazza tad-Dinja kien hemm anke kontroversji kbar dwar ixxhur li se jintlagħbu fihom il-partiti minħabba s-sħana kbira filpajjiż matul is-sajf. Fil-fatt, s’issa għadu mhux deċiż f’liema xhur se ssir it-Tazza tad-Dinja.
Il-Qatar meħlus minn kull akkuża ta’ korruzzjoni TAZZA TAD-DINJA 2022
www.maltarightnow.com
30
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
Il-Ġermanja mistennija tirritorna għar-rebħ EURO 2016
Bejn illum u nhar il-Ħadd se jintlagħab programm sħiħ mirrawnd ta’ kwalifikazzjoni għallEuro 2016 u ċ-champions taddinja, il-Ġermanja mistennija jirritornaw għar-rebħ meta jilagħbu kontra Ġibiltà. Il-Ġermaniżi naqqsu milli jieħdu t-tliet punti fl-aħħar żewġ konfronti minn Grupp D hekk kif l-ewwel tilfu 2-0 kontra l-Polonja u tlett jiem wara ġew miżmuma draw 1-1 mill-Irlanda ta’ Fuq. Fuq il-karta t-tim ta’ Joachim Loew mhux mistenni jfalli kontra Ġibiltà, pajjiż li għandu popolazzjoni ta’ 30,000 ruħ. Din hi l-ewwel darba li Ġibiltà qed tilgħab f’rawnd ta’ kwalifikazzjoni ta’ turnament internazzjonali sa minn meta ġiet aċċetata mill-UEFA. Minkejja li ħafna mill-plejers ta’ Ġibiltà huma amateurs, id-difensur Ġermaniż Jerome Boateng qal li t-tim xorta se jirrispetta l-avversajru u jilgħab daqs li kieku qed jaffronta ġgant Ewropew. Ta min jiftakar li minn meta l-Ġermanja rebħet it-Tazza tad-Dinja, rebħet biss logħba, dik kontra l-Iskozja għax minbarra t-telfa malPolonja u d-draw mal-Irlanda ta’ Fuq, il-Ġermaniżi kienu tilfu wkoll f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Arġentina f’dik li kienet ripetizzjoni tal-finali tat-Tazza tad-Dinja. Il-Ġermaniżi se jkollhom diversi plejers neqsin, kemm għal kontra Ġibiltà kif ukoll għall-partita ta’ ħbiberija ta’ ġimgħa oħra kontra Spanja.
Marco Reus, Andre Schuerrle, Mesut Ozil, Julian Draxler u Bastian Schweinsteiger kollha se jkunu indisponibbli. Il-Polonja, lider tal-grupp se tilgħab barra minn darha kontra l-Ġorġja u fuq il-karta l-Pollakki m’għandhomx ifallu milli jiksbu t-tielet rebħa. Fl-aħħar ħarġa tagħhom il-Polonja ġew draw 22 kontra l-Iskozja filwaqt li lĠorġja sabuha faċli biex għelbu lil Ġibiltà 3-0. Intant, il-koppja tal-Irlanda James McCarthy u Aiden McGeady żgur li mhxu se jkunu milqugħa tajjeb hekk kif dawn jilagħbu kontra l-Iskozja. Dawn iż-żewġ plejers ta’ Everton twieldu l-Iskozja imma għażlu li jilagħbu mal-Irlanda. L-Irlandiżi se jkunu qed jittamaw li jkomplu minn fejn ħallew mid-draw kontra l-Ġermanja. Għal logħba kontra l-Iskozja se jkun nieqes iddifensur ta’ Stoke Marc Wilson li weġġa’ kontra Tottenham nhar ilĦadd li għadda. Minn naħa tagħhom l-Iskozja se jippruvaw jirbħu dan il-konfront biex jilħqu lill-Irlanda fit-tieni post. L-aħħar darba li dawn it-tnejn iltaqgħu kontra xulxin kien fl-2011 u dakinhar l-Irlanda kienet rebħet 1-0 b’gowl tas-solitu Robbie Keane.
Konfront dirett Fi Grupp F jispikka l-konfront dirett ta’ llejla bejn l-Irlanda ta’ Fuq u r-Rumanija. Dawn talaħħar, li se jkunu qed jilagħbu f’darhom, iridu rebħa biex
Il-Ġermaniżi Toni Kroos (xellug) u Thomas Mueller waqt it-taħriġ
SPORT
Plejers tal-Portugall waqt sessjoni ta’ taħriġ jiem qabel il-logħba kontra l-Armenja
jaqbżu lill-Irlanda u jitilgħu filquċċata tal-grupp. Madankollu, din se tkun biċċa xogħol mhux faċli għar-Rumeni li se jkunu qed jilagħbu kontra tim li rebaħ tliet partiti konsekuttivi. Aħbar ħażina għall-Irlanda ta’ Fuq hi li dawn se jkunu mingħajr il-captain Steven Davis u mingħanr iddfensur Aaron Hughes li huma imweġġgħin. Jista’ jagħti l-każ li Paddy McNair ta’ Man Utd jista’ jiddebutta mat-tim tal-kbar finnuqqas ta’ Hughes. Ir-Rumeni, bħall-Irlanda għadhom bla telfa u fl-aħħar ħarġa Il-Programm Illum Gorġja v Polonja Ġermanja v Ġibiltà Skozja v Irlanda Greċja v Faroe Islands Ungerija v Finlandja Rumanija v Irlanda ta' Fuq Portugall v Armenja Serbja v Danimarka Għada Lussemburgu v Ukrajna Ingilterra v Slovenja San Marino v Estonja Awstrija v Russja Moldova v Liechtenstein Maċedonja v Slovakkja Spanja v Belarus Żvizzera v Litwuanja Montenegro v Żvezja Il-Ħadd Olanda v Latvja Belġju v Wales Ċipru v Andorra Ażerbaijan v Norveġja Rep. Ċeka v Iżlanda Turkija v Każakhstan Iżreal v Bożnija-Herzegovina Bulgarija v Malta Italja v Kroazja
tagħhom rebħu 2-0 kontra lFinlandja filwaqt li l-Irlanda ta’ Fuq se jkunu ġejjin minn rebħa ta’ 2-0 kontra l-Greċja. Il-Finlandja se jilagħbu barra minn darhom kontra l-Ungerija u filwaqt li jippruvaw jirbħu, jittamaw ukoll f’żelqa tar-Rumanija biex jitilgħu fit-tieni post. Filpartita l-oħra mill-istess grupp, il-Greċja jilagħbu kontra l-Faroe Islands.
Ronaldo viċin li jikser rekord Fi Grupp I il-liders Daniżi jilagħbu barra minn darhom kontra s-Serbja filwaqt li l-Portugall jilqà lill-Armenja. Għal kontra sSerbja d-Danimarka se jkunu mingħajr il-captain Daniel Agger li weġġa’ waqt li kien qed jilgħab mal-klabb tiegħu Brondby fillogħba kontra Hobro nhar ilĦadd li għadda. L-eks plejer ta’ Liverpool weġġa’ l-groin u din hi bla dubju daqqa ta’ ħarta għattim li se jkun qed jilgħab kontra tim li għadu qed ifittex l-ewwel rebħa tiegħu. Is-Serbja kienu bdew l-impenji tagħhom f’dan ir-rawnd bi draw ta’ 1-1 kontra l-Armenja u f’Ottubru li għadda l-logħba kontra l-Albanija ġiet sospiża minħabba inċidenti fil-grawnd. Id-Daniżi bħalissa qed igawdu vantaġġ ta’ tliet punti fuq is-Serbi imma lagħbu logħba aktar. Wara l-logħba kontra s-Serbja, it-tim ta’ Morten Olsen, nhar it-Tlieta, jilgħab logħba ta’ ħbiberija kontra r-Rumanija. Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp, il-Portugall m’għandhomx ifallu meta jilagħbu kontra l-Armenja. Fl-aħħar ħarġa
tagħhom il-Portugall kisbu rebħa drammatika ta’ 1-0 kontra dDanimarka bil-gowl ta’ Cristiano Ronaldo jasal eżatt qabel it-tisfira finali. Ta min jinnota li jekk Ronaldo jerġa’ jsib ix-xibka jsir l-aqwa skorer fl-istorja talKampjonati Ewropej hekk kif jabqeż lil Hakan Sukur u lil John Dahl Tomasson li qegħdin filquċċata flimkien miegħu bi 22 gowl.
Kompany indisponibbli għal kontra Wales Il-captain tal-Belġju Vincent Kompany mhux se jilgħab kontra Wales nhar il-Ħadd li ġej minħabba injury fil-pexxul. Iddifensur ta’ Man City ma lgħabx fi tmiem il-ġimgħa fiddraw ta’ 2-2 kontra QPR u minbarra li se jitlef il-logħba kontra Wales se jitlef ukoll il-partita ta’ ħbiberija ta’ nhar l-Erbgħa kontra l-Iżlanda. Il-Belġju bħalissa qegħdin fit-tielet post fi Grupp B, tliet punti taħt illiders Wales li lagbu partita aktar minnhom.
Carrick iħalli l-iskwadra Ingliża Il-midfielder ta’ Man Utd Michael Carrick kellu jirtira mill-iskwdra Ingliża minħabba injury fil-groin. Carrick weġġa’ tard l-Erbgħa filgħaxija waqt sessjoni ta’ taħriġ u minħabba f’hekk issa se jitlef il-logħba ta’ nhar il-Ħadd kontra s-Slovenja u l-partita ta’ ħbiberija ta’ ġimgħa oħra kontra l-Iskozja. L-FA Ingliża ħabbret li l-kowċ Roy Hodgson m’hu se jsejjaħ lillebda plejer biex jieħu post Carrick.
www.maltarightnow.com
32
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, 2014
L-ogħla fizzjali tal-Pulizija urtati għan-nuqqas ta’ fiduċja fihom mill-Gvern Magħhom huma rrabjati u ddispjaċuti wkoll dawk kollha fil-Korp li jaspiraw li javvanzaw fil-karriera tagħhom Joe Mikallef
Għalkemm bix-xabla mdendla dejjem fuq rashom, bosta kienu dawk il-fizzjali fl-ogħla karigi fil-Korp tal-Pulizija li matul dawn il-jiem tkellmu magħna u wrewna l-għadab u d-dispjaċir tagħhom għall-Addendum li sSegretarju Permanenti Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Mario Cutajar u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru talIntern u s-Sigurtà Nazzjonali Kevin Mahoney iffirmaw minn wara daharhom. Dokument iffirmat fid-28 ta’ Ottubru li jispeċifika kif il-Kummissarju talPulizija, id-Deputati Kummissarji u l-Assistenti Kummissarji tal-Pulizija se jkunu soġġetti għal kuntratt taxxogħol temporanju. Magħhom kellmuna wkoll fizzjali u membri oħra fil-Korp li jaspiraw li jimxu ’l quddiem filkarriera tagħhom u għalhekk forsi xi darba huma wkoll ikunu jokkupaw xi waħda minn dawn il-karigi għoljin fil-Korp. Naturalment, kemm-il darba dan jiġri, huma awtomatikament jintlaqtu direttament minn dan il-ftehim sigriet bejn il-Kap taċ-Ċivil u l-ogħla uffiċjal fil-Ministeru responsabbli mill-Pulizija. Il-fizzjali kollha li tkellmu magħna rabtuna bil-kunfidenzjalità, “għax inkella jekk Manwel Mallia, il-Ministru tal-Intern u sSigurtà Nazzjonali, ikun jaf li tkellimna magħkom, jaqbeż fuqna u jtajjarna. Diġà biżżejjed għaddejja kaċċa għal min jgħaddilkom l-informazzjoni,” qalulna. Jispikka l-aktar l-element ta’ sorpriża dwar ftehim sigriet bħal dan. Dawn il-fizzjali staqsew meta oriġina dan il-ħsieb u ta’ min kienet l-idea. Staqsew ukoll x’wassal biex immaturat manuvra moqżieża bħal din. Bla dubju ta’ xejn, jekk kien il-Ministru Manwel Mallia li ħareġ b’idea bħal din – wara li tant kien jitkellem dwar kemm kien iħobb lill-Pulizija u dwar kemm hu importanti li l-pulizija jaġixxu u jaħdmu b’awtonomija – tajjeb li jkun iċċarat jekk tali manuvra
kinitx diskussa fil-Kabinett talMinistri. Jekk sar dan – għax probabbilment affarijiet kbar bħal dawn jgħaddu minn quddiem ilKabinett – allura hu l-Kabinett kollu kemm hu responsabbli minn din il-froġa kbira li turi blaktar mod ċar li l-Gvern irid ikollu kontroll fuq kull uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija. Jekk, min-naħa l-oħra, dan hu xi tip ta’ ftehim bejn il-Ministru Mallia u l-Prim Ministru Muscat, allura s-serjetà ta’ xi ħaġa bħal din tkompli tikber u tieħu dimensjoni ferm u ferm akbar. Il-fizzjali li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’ fissru li dak li hu ċert hu li kollox inħema mhux biss minn wara dahar il-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija, imma anki minn wara dahar lAssoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta (MPA) li ħarġet bilqawwa kontra ħaġa bħal din, u mill-ewwel għamlitha ċara li hi ma taqbilx ma’ dan il-ftehim sigriet għax idgħajjef lill-Korp, l-indipendenza tiegħu, l-integrità u l-awtonomija tiegħu. Il-fizzjali żiedu jgħidu lil dan il-ġurnal li anke kieku dwar ħaġa bħal din kien konsultat l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit – li hu fatt magħruf li jħobb il-Korp u l-uniformi – żgur li fil-fond ta’ qalbu ma jaqbilx ma’ ħaġa bħal din li xxekkel
L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta tat 15-il ġurnata ċans lill-Gvern biex jirrevoka d-deċiżjoni, inkella tieħu passi
Dan id-dokument kien sajjetta fil-bnazzi għax mhux talli ma ssemma qatt qabel l-aħħar elezzjoni, talli lanqas fl-aħħar sena u nofs, il-Gvern qatt u fl-ebda mument ma indenja ruħu jitkellem ma’ rappreżentanti tal-Korp dwaru lill-fizzjali fil-qadi tad-doveri tagħhom. “Forsi jkunu jaqblu biss dawk li moħħhom biex jilagħqu u jiġġakbinaw lil sħabhom, jew dawk li lesti jbigħu l-uniformi għall-iskopijiet ta’ moħħhom. Inkella dawk li ġejjin u sejrin ilMinisteru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex jilħqu u forsi jagħmluhom responsabbli minn xi reġjun,” qalilna fizzjal li waqgħetlu żokortu fil-Korp talPulizija għax jaf sew mhux biss lill-istess membri fil-Korp, imma sa fejn bosta minnhom kapaċi jaslu biex mingħalihom jiksbu xi promozzjoni. Dan il-ftehim ipoġġi lill-ogħla karigi fil-Korp taħt dawk li jissejħu ‘temporary performance agreements’ li jistgħu jiġġeddu. Li jfisser li l-persuni li jokkupaw dawn il-karigi se jispiċċaw taħt il-kontroll effettiv tal-Eżekuttiv, għax issa se tkun fid-diskrezzjoni tal-Eżekuttiv jekk min jokkupa dawn il-karigi għandux jitħalla jew jitneħħa. Dwaru, l-MPA sejħet għal laqgħa urġenti tal-Police Negotiation Board, skont l-Att tal-Pulizija, biex jiddiskuti din ilkwistjoni b’urġenza. U wara li ma kien hemm l-ebda żblokk,
minkejja li saru t-taħditiet, lAssoċjazzjoni tat ultimatum ta’ 15-il ġurnata lill-Gvern biex jirrevoka d-deċiżjoni, inkella tieħu passi. Ta’ min jgħid li dan l-iżvilupp ġie proprju fi żmien meta lGvern qed joħloq katina ta’ azzjonijiet li bihom qed ineħħi sserħan il-moħħ taċ-ċittadini filKorp tal-Pulizija. Fost l-oħrajn, f’din il-katina twila, kien hemm it-theddida gravi u bla preċedent tal-Ministru Manuel Mallia, ilġimgħa ta’ qabel fil-Parlament, meta ripetutament hedded li se jeħodha kontra min jirrapporta labbuż flok kontra min jabbuża. Issa, b’dan il-ftehim, il-Gvern qed jgħid lill-ogħla uffiċjali talKorp li jridu jżommu f’moħħhom li l-kuntratt taxxogħol tagħhom jista’ jkun jiddependi mill-grazzja tal-Ministru! Dan kollu juri sitwazzjoni li qed tkompli tiżviluppa filpreżent fil-Korp, li qed issir waħda dejjem aktar inkwetanti – b’kulħadd jiftakar x’ġara millelezzjoni ’l hawn, inkluż ittneħħija tal-Kummissarju ta’ qabel, id-dikjarazzjoni talKummissarju maħtur mill-Prim Ministru Muscat li m’hemmx każ kriminali f’investigazzjoni li
LOKALI
skont xhieda ġuramentata talAssistent Kummissarju, l-istess Kummissarju ma tantx wera interess fiha, u r-rifjut talMinistru li jippubblika r-riżultati ta’ inkjesta dwar kif uffiċjali filKorp tal-Pulizija waqqfu passi kriminali kontra min aġixxa kontra pulizija oħrajn. Dwar din il-kwistjoni kollha tkellimna ma’ Jason Azzopardi, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal dan il-qasam, li spjega li “qed ngħixu kriżi li l-Gvern ġabha b’idejh minħabba l-ksuħat u larroganza tiegħu għax jaħseb li ħadd ma jista’ għalih. Dan ifisser li l-Ministru Manwel Mallia rnexxielu bl-istil pożittiv tiegħu, proprju fis-sena tal-200 anniversarju tal-Korp tal-Pulizija, iwassal lill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija li tieħu pass li bħalu qatt ma ħadet fl-istorja tal-Korp.” Mistoqsi biex jispjega f’termini sempliċi xi jfisser dan iddokument, Jason Azzopardi spjega li l-Gvern b’daqqa ta’ firma neħħa l-awtonomija u l-indipendenza tal-ogħla fizzjali tal-Korp peress li ġab lill-Kummissarju, lAssistenti Kummissarji u dDeputati Kummissarji jiddependu fuq jekk il-Ministru jkollux aptit jew le jġedded il-kuntratt tax-xogħol tagħhom kull tliet snin. Hu żied li allura tqum millewwel il-mistoqsija li saret ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija, jiġifieri “x’garanzija għandna li uffiċjal għoli tal-Korp jinvestiga rapport li jkun jinvolvi Ministru jew xi uffiċjal għoli tal-Gvern, hu min hu, meta jaf li l-kuntratt tax-xogħol tiegħu jaf ma jkunx imġedded mill-Ministru għax ħaġa bħal din ma tkunx togħġbu? Jekk fl-aħħar sena u nofs kellna biżibilju ta’ okkażjonijiet ta’ ndħil dirett mill-Ministeru talIntern fix-xogħol tal-Pulizija, ara x’ġej wara l-iffirmar ta’ dan iddokument,” temm jgħid Jason Azzopardi, li fakkar li dan iddokument kien sajjetta fil-bnazzi għax mhux talli ma ssemma qatt qabel l-aħħar elezzjoni, talli lanqas fl-aħħar sena u nofs il-Gvern qatt u fl-ebda mument ma indenja ruħu jitkellem ma’ rappreżentanti tal-Korp dwaru.