Nru 13,901
Is-Sibt, 15 ta‘ Novembru, 2014 €0.80
AWGURI FEDERICA
www.maltarightnow.com
JUNIOR EUROVISION 2014. Fis-sit tal-Malta Shipbuilding fil-Marsa llejla ssir il-finali tal-Junior Eurovision Song Contest 2014 li pajjiżna qed jospita għall-ewwel darba. Malta se tkun rappreżentata minn Federica Falzon, it-tfajla ta’ 11-il sena b’vuċi maġika, li se tinterpreta l-kanzunetta tagħha ‘Diamonds’ fil-pożizzjoni ta’ qabel tal-aħħar. B’kollox, il-finalisti huma sittax. (Ritratt: Gianfranco Stellini)
Il-Ministru tal-Opportunitajiet Indaqs bi drittijiet aktar minn ħaddieħor
Helena Dalli għandha terfa’ r-responsabbiltà politika – il-Partit Nazzjonalista Matthew Mamo
Il-Ministru Helena Dalli, li tmexxi l-Ministeru li għandu jiggarantixxi li kull Malti u Maltija jkollhom l-istess drittijiet u opportunitajiet, inqabdet tikser kull prinċipju li titkellem dwaru u ħalliet xogħol illegali jsir fuq proprjetà tagħha. Dan mhuwiex aċċettabbli u lMinistru Helena Dalli għandha terfa’ r-responsabbiltà politika. Dan qalu l-Kelliem tal-
Oppożizzjoni għall-Ippjanar u sSimplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Ryan Callus waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-farmhouse talMinistru Helena Dalli u r-raġel tagħha, fiż-Żejtun, li kif żvela lġurnal The Times of Malta, kien qed isir xogħol illegali fuqha bi ksur ta’ avviż ta’ infurzar millMEPA. F’dan il-post għadu għaddej xogħol minkejja li dan mhux sanzjonat mill-Awtorità Maltija
tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Akkumpanjat mill-Kelliem talOppożizzjoni għall-Iżvilupp Soċjali, l-Ambjent u t-Tibdil filKlima Charlò Bonnici, Callus sostna li Dalli hi responsabbli mill-opportunitajiet indaqs, iżda dan il-każ juri li hi u r-raġel tagħha, Patrick Dalli, għandhom opportunitajiet u drittijiet akbar minn ħaddieħor. Qal ukoll li r-raġel ta’ Helena Dalli ma jistax jitwemmen meta
jgħid li ma kienx jaf li f’din ilproprjetà kien hemm il-ħaddiema jaħdmu. “Ħadd ma jista’ jemmen lirraġel ta’ Helena Dalli meta jgħid li ma kienx jaf bix-xogħol li kien qed isir fil-farmhouse tiegħu stess,” sostna Ryan Callus, “speċjalment meta wieħed jirrealizza li Helena Dalli u r-raġel jgħixu biss ftit passi ’l bogħod minn din l-istess farmhouse li l-MEPA ħarġet avviż ta’ infurzar kontriha.” għal paġna 3
L-anzjani jistennew baġit li jtejbilhom il-kwalità tal-ħajja
Ara paġna 5
Rebbieħ ma’ In-Nazzjon
Ir-rebbieħa ma’ In-Nazzjon ta’ Fenkata għal żewġ persuni f’Ta’ Victor Restaurant M’Xlokk talġimgħa li għaddiet hi Mariella Fabri.
www.maltarightnow.com
LOKALI
Helena Dalli sfidata tippubblika l-kuntratt tal-akkwist tal-proprjetà u l-konvenju minn paġna 1
L-aġir tar-raġel ta’ Helena Dalli li jagħti x’jifhem li peress li hu r-raġel tal-Ministru għandu jiġi trattat differenti, huwa kundannabbli. Dan l-aġir, sostna Ryan Callus, iwaqqa’ kompletament il-kelma ‘lkoll’ mill-frażi famuża u li llum iġġib tbissima fuq fomm kull min jismagħha, ‘Malta Tagħna Lkoll’. Min-naħa tiegħu, Charlò Bonnici fakkar li din il-proprjetà tinsab fuq konvenju u allura għadha proprjetà tar-raġel ta’ Helena Dalli. Fakkar ukoll li din ir-residenza tinsab f’zona ODZ, jiġifieri ’l barra mill-iżvilupp, u għalhekk staqsa fejn sejjer dan il-Gvern b’rabta mal-ambjent.
Qal li dan hu l-istess gvern li qabel l-elezzjoni wiegħed linfurzar fuq żviluppi illegali. Bonnici staqsa jekk din ilwegħda tgħoddx għal kulħadd ħlief għall-Ministru Helena Dalli u r-raġel tagħha. “Imbilli inti raġel ta’ Ministru, inti m’għandekx iddritt li tinjora l-liġi u tagħmel dak li jfettilek,” sostna Charlò Bonnici. L-Oppożizzjoni sfidat ukoll lill-Ministru Helena Dalli u lirraġel tagħha biex jippubblikaw il-kuntratt tal-akkwist tal-proprjetà u l-konvenju b’mod immedjat. Waqt li kienet għaddejja lkonferenza tal-aħbarijiet tfaċċa fil-post Jason Desira, ilpersuna li se tixtri din il-propr-
Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni Ryan Callus u Charlò Bonnici fil-konferenza stampa tal-bieraħ (Ritratt: Roberto Runza)
3
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
Il-farmhouse f’Nru 13, Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun, li fuqha baqa’ għaddej ix-xogħol minkejja avviż ta’ infurzar mill-MEPA (Ritratt: Roberto Runza)
jetà. Mistoqsi mill-ġurnalisti, anke hu kkonferma li d-dar għadha mhix tiegħu u li l-kuntratt mistenni jiġi ffirmat madwar sitt xhur oħra. Minkejja dan, instema’ jgħid ripetutament li l-proprjetà mhix tal-Ministru Helena Dalli u għalhekk qed jintefa’ dell ikrah fuqha għalxejn. Jason Desira, li fi tmiem ilkonferenza tal-aħbarijiet deher ukoll jitkellem fit-tul mal-ġurnalista tal-media Laburista, qal ukoll li x-xogħol m’għadux għaddej għax m’hemmx ħaddiema fil-post, minkejja li meta faqqa’ l-każ dawn kienu qed jaħdmu fil-proprjetà u li sal-bieraħ stess kien għad hemm l-inġenji fil-post.
L-avviz ta’ infurzar maħruġ mill-MEPA
Joseph Muscat għandu jwieġeb fuq Luciano Busuttil
Id-dikjarazzjoni tal-Qorti dwar id-Deputat Laburista Luciano Busuttil, li kienet kostretta tressaq il-każ quddiem ilKummissjoni għallAmministrazzjoni tal-Ġustizzja minħabba allegat kunflitt ta’ interess, hija waħda serja. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li Luciano Busuttil diġà ddefenda lilu nnifsu mal-ġurnali. Iżda l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jistax jibqa’ sieket quddiem akkuża ta’ kunflitt ta’ interess minn wieħed mid-Deputati tiegħu. Muscat irid jgħid jekk hux se jiddefendi lil Busuttil jew jekk hux se jieħu passi kontrih sakemm
jinstema’ l-każ, qal il-PN. Kienet il-Qorti tal-Appell li flaħħar jiem annullat tender għal ġbir ta’ skart domestiku mogħti mill-Kunsill Laburista ta’ Bormla u ordnat li l-proċess jerġa’ jibda mill-bidu. Dan wara li mill-provi rriżulta li l-aħjar offerta kienet ġiet skwalifikata fuq parir tal-membru parlamentari tal-PL Luciano Busuttil, bittender jingħata lil min kellu ttieni l-aħjar offerta – kumpanija li nzertat li hi klijenta tal-istess Avukat Luciano Busuttil. Fl-istqarrija tiegħu, il-PN qal li Muscat m’għandux rekord konsistenti f’pożizzjonijiet li jieħu ma’ nies tiegħu f’okkażjonijiet
simili. Meta Anġlu Farrugia, dak iż-żmien Deputat Mexxej, għamel dikjarazzjoni fuq Maġistrat, Muscat keċċieh. Minnaħa l-oħra, meta Cyrus Engerer, dak iż-żmien kandidat Laburista, instab ħati mill-Qorti b’akkużi kriminali, iddefendieh u ddeskrivieh bħala eroj. Għalhekk, tgħid l-istqarrija, hija leġittima l-mistoqsija: x’se jagħmel Muscat fil-każ ta’ Luciano Busuttil? Joseph Muscat huwa l-Prim Ministru ta’ Malta. Prim Ministru serju jiffaċċja lill-media u jgħid il-verità. Dwar id-Deputat tiegħu, Muscat għandu ħafna xi jwieġeb.
– il-PN
Id-Deputat Laburista Luciano Busuttil
4
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
Gwardjani fil-parkeġġ ta’ lukanda ħatja ta’ serq
Żewġ gwardjani li jkunu għassa mal-parkeġġ tal-lukanda Intercontinental f’San Ġiljan tpoġġew taħt probation mill-Maġistrat Carol Peralta u ġew ordnati jagħmlu 100 siegħa ta’ xogħol fil-komunità wara li ammettew li serqu diversi oġġetti minn fuq karozzi pparkjati fil-parkeġġ tal-lukanda. Peter Magro, ta’ 50 sena minNaxxar u Mikhail Cardona ta’ 29 sena minn Marsaxlokk ammettew tliet serqiet li saru f’Novembru u Diċembu tassena l-oħra, u Mejju ta’ din issena. Mill-karozzi serqu tliet sistemi tan-navigazzjoni bis-sistema tas-satellita (GPS), kif ukoll camera u kompjuter. Huma ammettew ukoll li wettqu ħsara fuq numru ta’ karozzi. Cardona waħdu ammetta wkoll li sar reċidiv. Magro u Cardona tpoġġew taħt probation għal sentejn u kienu ordnati jagħmlu xogħol fil-komunità. L-Ispettur Arthur Mercieca mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Angie dehru għal Magro u Cardona.
www.maltarightnow.com
Tliet xhur ħabs għall-Kap tal-Cosa Nostra li kien arrestat f’Malta Jinstab ħati ta’ falsifikazzjoni ta’ karta tal-identità Sebastiano Brunno, li skont ilProsekuzzjoni huwa wieħed mill-Kapijiet tal-Cosa Nostra, ilMafja ta’ Sqallija, ġie kkundannat tliet xhur ħabs fuq falsifikazzjoni ta’ karta tal-identità u li għamel użu minnha. L-Isqalli ta’ 56 sena nqabad f’Buġibba fit-2 ta’ Ottubru li għadda wara li kien ilu mfittex mill-Pulizija Taljana. Brunno diġà kien kundannat għal għomru l-ħabs fuq reati relatati malMafja u qtil, iżda rnexxielu jaħrab minn pajjiżu. Wara li nqabad f’Malta hu tressaq il-Qorti u ġie mixli li ffalsifika karta tal-identità. Fis-sentenza tagħha l-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, qalet li meta l-pulizija ta’ Malta arrestawh, fuqu nstabet karta talidentità Taljana li kellha ritratt tiegħu imma d-dettalji fuqha ma kinux tiegħu. Fl-istqarrija tiegħu,
QORTI
huwa kien qal li l-karta tal-identità ma jafx min għamilha, imma talabha hu, u kien hu li ffirma lisem “Natale La Modica” fuqha. Il-Qorti qalet li għalkemm jirriżulta li ma kienx Brunno nnifsu li ffalsifika l-karta tal-identità,
kien hu li ta l-ordni biex tingħatalu karta tal-identità falsifikata u għalhekk għandu jitqies bħala kompliċi ma’ min wettaq dik il-falsifikazzjoni. Wara li qieset iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, il-Qorti kkundan-
nat lil Brunno għal tliet xhur ħabs. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mario Cuschieri. L-Isqalli kien ġie arrestat ħames snin ilu wara li l-Pulizija ta’ Sqallija kienu bdew tfittxija intenstiva għalih. Brunno huwa lKap tal-“Cosca Nardo”, fergħa tal-Cosa Nostra ta’ Sqallija. L-arrest kien segwit minn investigazzjoni interna koordinata mit-Taqsima ta’ kontra l-Mafja ta’ Katanja flimkien maliskwadri Maltin mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali u ta’ Kontra d-Droga. L-awtoritajiet ta’ Katanja kienu kitbu lil dawk Maltin biex Brunno jiġi estradit biex iservi sentenza ta’ ħabs fuq qtil li hu kkommetta f’April tal-1992 u fuq pussess ta’ armi. L-Avukati Roberto Montalto u Michaela Spiteri qegħdin jidhru għallIsqalli.
Paul Philip Caruana, ta’ 44 sena, mill-Mosta, kien twaqqaf waqt road-block ta’ rutina fi Triq ilMitħna, Ħal Qormi. Fil-karozza ta’ Caruana, Peugeot 106, il-Pulizija sabet żewġ qratas li kien fihom 14.69 gramma ta’ kokaina b’purità ta’ 40 fil-mija u nstabu wkoll ammont ta’ flus kontanti.
Fix-xhieda tiegħu l-akkużat qal li d-droga kienet għall-użu personali tiegħu. Mistoqsi dwar ilflus kontanti li nstabu fil-karozza, u l-fatt li kien hemm ammont konsiderevoli ta’ droga fil-karozza, Caruana qal li kien xtara 15-il gramma għaliex kien se jqatta’ ġimagħtejn Għawdex. Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti,
preseduta mill-Maġistrat Maġistrat Marseann Farrugia, qalet li l-verżjoni tal-akkużat hi waħda inkonsistenti dwar il-mod kif hu qal li juża d-droga. Hi qalet li mhux possibbli l-ġisem jiflaħ għal tant droga fi żmien daqstant qasir. L-Ispettur Pierre Grech mexxa l-Prosekuzzjoni.
Raġel ta’ 28 sena, imwieled Zimbabwe, mar sitt snin ħabs wara li ammetta li kkommetta 19-il serqa minn kmamar ta’ żewġ lukandi. Il-Qorti, preseduta millMaġistrat Marseann Farrugia, qalet li minkejja li kemm-il darba Stephen Priviledge Mipimhidzi ngħata ċ-ċans li jirriabilita lilu nnifsu, huwa qatt ma tgħallem jew ta kas. Mipimhidzi, li joqgħod mal-ġenituri li jiffosterjawh, ammetta li seraq minn diversi kmamar tal-lukandi St Paul’s Hotel, li tinsab fi Triq itTuristi, u Topaz Hotel, li qiegħda fi Triq il-Mistrieħ. Dan is-serq seħħ bejn Mejju u Awwissu tal-2008. Minn dawn il-kmamar huwa seraq telefons ċellulari, video recorders, ipods u MP3
players, flimkien ma’ flus kontanti u iphone. Il-Maġistrat Marseann Farrugia semgħet ix-xhieda tal-uffiċjal tal-probation jgħid fil-Qorti kif Mipimhidzi kien mar il-ħabs fl-2008, u li kien irriforma ruħu. Huwa kien beda jirriforma ruħu u temm programm għarriabilitazzjoni tad-droga. Beda wkoll kors ta’ erba’ snin fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi. Madankollu, sakemm il-każ tiegħu dwar is-serq instema’, huwa reġa’ lura għall-vizzji koroh l-antiki, u li telaq middar tal-foster parents tiegħu mingħajr lanqas biss avżahom u li huwa tilef kull kuntatt mal-uffiċjal tal-probation. Il-Qorti nnutat li f ’età
daqstant tenera, Mipimhidzi kellu 10 reati li tagħhom instab ħati, sitta minnhom relatati ma’ serq u oħrajn li jinkludu feriti gravi u ħfief. Il-Maġistrat Farrugia semgħet ukoll mix-xhieda li Mipimhidzi kellu trobbija diffiċli u spiċċa orfni meta kellu biss disa’ snin wara li lġenituri tiegħu mietu. Huwa kien beda jiġi fosterjat minn familja Maltija, iżda ma ntegrax ruħu sew malkoppja, u beda jabbuża middroga u beda ħajja ta’ attività kriminali. Mill-Qorti huwa ngħata diversi ċansijiet, li iżda ma ħax u baqa’ ma rriformax ruħu. L-Ispettur Jesmond Micallef mexxa lProsekuzzjoni.
Sebastiano Brunno
Tliet snin ħabs u multa ta’ €4,000 fuq droga Malti-Awstraljan li fuqu nstabu 15-il gramma ta’ kokaina waqt ‘roadblock’ li kien sar fl2004 ġie kundanant tliet snin ħabs u mmultat €4,000 wara li nstab ħati tal-imsemmija droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu tiegħu personali. Id-droga kienet instabet fit-3 ta’ Awwissu tal-2004, wara li
Sitt snin ħabs fuq 19-il serqa minn għadd ta’ lukandi
www.maltarightnow.com
LOKALI
Il-Gvern għandu jassigura għajxien tajjeb għall-anzjani u persuni vulnerabbli Fil-Baġit ta’ nhar it-Tnejn, ilGvern għandu jassigura li anzjani u persuni vulnerabbli jistennew li għall-inqas iżommu l-istess livell ta’ għajxien li għandhom. Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-familja u sSolidarjetà Soċjali Clyde Puli qal li biex jagħmel dan, il-Gvern irid jagħmel tajjeb għat-tnaqqis filCOLA sabiex l-anzjani jieħdu mhux inqas minn €200 f’sena. Hu fakkar li filwaqt li ħafna ħaddiema jkollhom żidiet marbutin ma’ ftehim kollettiv, l-anzjani jiddependu biss fuq iż-żieda talgħoli tal-ħajja. Barra minn hekk, f’dak li issa hu t-tielet Baġit tieghu, il-Gvern Laburista għandu jindirizza lwegħda elettorali li d-dħul pensjonabbli jitla’ għal 60% tal-paga medja f’Malta. Clyde Puli semma wkoll kif minflok qed jeqred il-faqar kif wiegħed, l-ewwel sena ta’ Gvern
Id-deputati Nazzjonalisti Clyde Puli u Mario Galea, flimkien mad-deputat ġdid Graziella Schembri, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-bieraħ
Laburista rat żieda ta’ 11,000 persuna li jinsabu f’riskju ta’ faqar. Hu semma wkoll l-iktar nies vulnerabbli li jinsabu f’akkomodazzjoni soċjali. Dawn
Proġett li ilu lest 8 xhur ma jistax jitgawda sakemm issir triq
Bejn Ottubru 2012 u Mejju 2014, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop kien għaddej b’ħidma bla heda biex jiffinalizza lproġett ta’ pjazza f’Misraħ Żernieq. Dan il-proġett, b’investiment ta’ €800,000 minn fondi tal-Unjoni Ewropea, ikopri embellishment tal-pjazza u xogħlijiet strutturali oħrajn, bħal bażi tal-konkos, bini ta’ ġibjun u tisbiħ tal-pjazza. Madankollu, din il-pjazza ma tistax tintuża u għadha magħluqa minħabba li tmien xhur wara li tlesta x-xogħol mill-Kunsill Lokali, it-triq li ddawwarha għadha fi stat diżastruż. Ixxogħol f’din it-triq mhuwiex kopert mill-fondi tal-UE u hi responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li jagħti t-tarmak lil toroq ġodda, bħal f’dan il-każ. Fil-fatt, fl-2012, Transport Malta kienet diġà kkommettiet ruħha li tiksi dawn it-toroq bittarmak sa minn dik is-sena. Dan reġa’ kien ikkonfermat minn TM mal-bidla fil-Gvern. Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kunsillier talPartit Nazzjonalista Stephen
Mizzi, fil-preżenza tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Toni Bezzina, sar appell lill-Ministru Joe Mizzi biex dan ix-xogħol isir ħalli lpjazza tibda titgawda millKoppin. Mizzi fakkar kif fil-5 ta’ Awwissu li għadda, il-Kunsill Lokali qabel unanimament li jikteb ittra lill-Ministru Mizzi biex jingħata rendikont tal-inkonvenjent li hemm għar-residenti. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Joe Mizzi ma rrispondiex u għalhekk intbagħtet ittra oħra fit-13 ta’ Ottubru 2014. Kien hawn li Joe Mizzi qal li din it-triq tinsab fil-lista ta’ prijoritajiet ta’ Transport Malta, għalkemm sfortunatament il-Kunsill Lokali baqa’ mingħajr indikazzjoni ta’ meta se ssir. Kien biss lejliet din il-konferenza tal-aħbarijiet, li lMinistru Joe Mizzi ħabbar li ttriq se ssir fl-2015. Madankollu, ma qalx meta. Sadanittant ir-residenti Koppin iridu jibqgħu jbatu t-trabijiet u t-tajn mit-triq ta’ madwar il-pjazza il-ġdida sakemm titwettaq il-prijorità ta’ Transport Malta.
għandhom mhux biss ikollhom kumpens għall-għoli tal-ħajja iżda wkoll kumpens għall-kirjiet li għolew f’daqqa. Min-naħa tiegħu, il-kelliem tal-PN għall-anzjani Mario Galea
qal li jekk il-pensjoni tal-anzjani twassalx sal-aħħar tax-xahar se jkun qed jiddependi mill-miżuri li se jħabbar il-Ministru talFinanzi Edward Scicluna. Hu elenka lista ta’ wegħdiet mhux
5
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
miżmuma mill-Gvern Laburista, fosthom tal-mediċini li jitwasslu d-dar, fejn mhux biss mhux qed jitwasslu, iżda qed ikunu out of stock, inkluż f’San Vinċenz de Paul. Barra minn hekk, il-Gvern ma ħasibx għal iktar sodod għallanzjani u dan se jkollu effett fuq l-Isptar Mater Dei hekk kif jirranka l-istaġun tal-influwenza. Mario Galea qal ukoll li l-anzjani jistennew li l-operatur ilġdid tat-trasport pubbliku jonora l-prezz specjali ta’ 50 ċenteżmu għall-anzjani. Il-Kandidat tal-PN Graziella Schembri qalet li hu dmir talpolitiċi li jassiguraw li l-anzjani jgħixu b’mod dinjituż. Qalet li filwaqt li l-Gvern sab flus biex id-Deputati Carmelo Abela u Silvio Schembri kif ukoll mart ilMinistru Konrad Mizzi jkunu komdi, daqstant ieħor għandu jassigura għajxien tajjeb għallpensjonanti.
Il-kunsillier tal-PN f’Ħal Kirkop Stephen Mizzi, akkumpanjat mid-deputat nazzjonalista Toni Bezzina, jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, bil-proġett tal-pjazza warajh (Ritratt: Roberto Runza)
www.maltarightnow.com
6
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
LOKALI
Lawrence Gonzi llum fil-Festival tal-Ktieb jiffirma l-kotba
L-eks-Prim Ministru u eksKap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi llum se jkun fil-Festival tal-Ktieb, f’Dar il-
Mediterran, fil-Belt Valletta, jiffirma t-tieni edizzjoni talktieb ‘Gonzi, and Malta’s break with Gaddafi,
It-tieni edizzjoni tal-ktieb ta’ Lawrence Gonzi għandha daħla tal-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker
Recollections of a Premier’. It-tieni edizzjoni tal-ktieb tinkludi erba’ kapitli ġodda b’analiżi u riflessjonijiet ta’ Lawrence Gonzi dwar dak li seħħ fil-Libja u fir-reġjun flaħħar sentejn. L-edizzjoni lġdida tinkludi wkoll daħla mill-President talKummissjoni Ewropea JeanClaude Juncker. Fl-introduzzjoni tiegħu, Juncker ifaħħar lil Lawrence Gonzi tad-determinazzjoni tiegħu fil-ħidma politika tiegħu u talli mill-bidu għaraf jagħti appoġġ lill-poplu Libjan. Juncker jikkummenta wkoll dwar il-mod kif Lawrence Gonzi nnegozja l-ħelsien tażżewġ piloti Olandiżi li kienu nqabdu ostaġġi mir-reġim ta’ Gaddafi. Il-President Jean-Claude Juncker jgħid li Lawrence Gonzi dejjem mexa b’kuxjenza. Isostni li filwaqt li kien qiegħed jagħti appoġġ lillpoplu Libjan, kien strumentali fl-evakwazzjoni ta’ eluf ta’ ċittadini li riedu joħorġu milLibja u strumentali wkoll biex jinħelsu ostaġġi maqbuda, waqt li fl-istess ħin kien qed imexxi wkoll lil Malta fi żmien meta kienet fl-eqqel tagħha lkriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea jgħid li dan kien żmien ta’ prova. Il-ktieb hu ppubblikat minn Kite Group u qed jerġa’ jiġi ppubblikat wara li l-ewwel edizzjoni kienet out of print f’sebat ijiem.
Il-Knisja lbieraħ ħabbret li l-festa ta’ Kristu Re ta’ din is-sena se tkun qed isservi bħala ringrazzjament u tislima lil Mons. Pawlu Cremona fi tmiem l-episkopat tiegħu (Ritratt: Photocity, Valletta)
Festa ta’ ringrazzjament lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona
Il-Kurja Arċiveskovili ħabbret li din is-sena, fl-okkażjoni talfesta liturġika ta’ Kristu Re, ilKnisja f’Malta se tkun qed tirringrazzja u ssellem lill-Arċisqof Emeritu, Monsinjur Pawlu Cremona O.P. għall-episkopat tiegħu. L-attività ewlenija se ssir f’jum il-festa ta’ Kristu Re, ilĦadd 23 ta’ Novembru, biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa filKonkatidral ta’ San Ġwann, ilBelt Valletta, fil-5.30pm. Il-quddiesa se titmexxa minn Mons. Pawlu Cremona, filwaqt li l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, se jwassal ir-riflessjonijiet tiegħu flomelija. Stqarrija tal-Kurja qalet li lattivitajiet li jwasslu għall-festa ta’ Kristu Re se jibdew ilĠimgħa 21 ta’ Novembru, b’attività għall-adolexxenti fit-Teatru Sależjan f’Tas-Sliema, fis-
7.00pm. Għal din l-attività, ladolexxenti ta’ bejn it-12 u s-16il sena huma mistiedna għal serata ta’ talb u divertiment, bl-isem ‘Meeteen’. L-Arċisqof Emeritu Cremona se jkun preżenti għal din illaqgħa. Din se tkun opportunità għall-adolexxenti biex huma wkoll jirringrazzjaw lil Mons. Cremona għall-impenn pastorali tiegħu b’risq l-adolexxenti u żżgħażagħ. Il-laqgħa hi organizzata mill-Oratorju tas-Sależjani f’Tas-Sliema u kkoordinata millKummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ). Is-Sibt 22 ta’ Novembru, se ssir ċelebrazzjoni tal-quddiesa għat-tfal, fis-Santwarju talĦniena Divina, in-Naxxar, fl4.30pm. Din il-quddiesa, li se tiġi organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal, ukoll se tkun iċċelebrata mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona.
Dan l-ilma f’nofs din it-triq f’Ħal Balzan mhux ilma tax-xita. Ir-ritratt juri d-drenaġġ li qed joħroġ f’nofs din it-triq u huwa sintomu ta’ drenaġġ li qed ifur kontinwament fil-Wied ta’ Ħal Balzan kull darba li tagħmel xi maltempata. Residenti taz-zona li tkellmu magħna qalulna li wara l-maltempata ta’ ftit jiem ilu, minkejja li ħarġet ix-xemx, l-għada xorta kellhom jiffaċċjaw drenaġġ ma’ kullimkien, u riħa tinten qawwija.
www.maltarightnow.com
7
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
LOKALI
“Tagħna biss” fl-NSO
Il-ħaddiema tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ipprotestaw mal-Awtorità talIstatistika dwar il-mod kif inħoloq grad apposta biex tkun aġevolata persuna partikulari. Il-każ beda meta messaġġiera impjegata fl-NSO kienet tagħmel xogħol ta’ skrivana u aktar tard din marret taħdem fil-ministeru responsabbli mill-qasam soċjali. Din il-persuna hi magħrufa bħala attivista Laburista u wara xi xahar reġgħet marret lura taħdem l-NSO iżda bid-differenza li nħoloq grad apposta għaliha. Dan il-grad qatt ma kien wieħed mill-gradi li kien hemm fl-istruttura tal-NSO, bil-konsegwenza li dan ġab reazzjoni millħaddiema. Quddiem din is-sitwazzjoni, ilħaddiema ressqu lment malunion tagħhom, il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) iżda minkejja laqgħa li saret, ma jirriżultax li kien hemm żviluppi. L-unika pożizzjoni meħuda millAwtorità tal-Istatistika kienet li minflok jitwaqqaf il-proċess li bih l-attivista Laburista kienet aġevolata, il-ħaddiema kollha
jingħataw kumpens. Mill-elezzjoni ’l hawn, flUffiċċju Nazzjonali talIstatistika saru diversi bidliet, fosthom li tneħħa d-Direttur Ġenerali, waqt li l-indikazzjonijiet huma li mhux se jiġġedded il-kuntratt ta’ direttur ieħor. Jirriżulta li l-uniku kuntratt ta’ direttur li se jiġġedded se jkun ta’ persuna li tiġi minn Ministru talKabinett. Ftit tal-jiem ilu, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija esprima t-tħassib kbir tiegħu għall-fatt li kellha tkun il-media li tiżvela li d-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatisika, Michael Pace Ross, ma ġġeddidlux ilkuntratt tiegħu fl-aħħar ġimgħat. Fir-rispett tas-serjetà u tattrasparenza, qal il-PN, wieħed kien jistenna li l-Awtorità talIstatistika tippubblika stqarrija b’dan l-iżvilupp u, tinforma b’mod formali lill-pubbliku u lill-aġenziji internazzjonali, fosthom il-Eurostat, b’din l-aħbar u tagħti l-informazzjoni meħtiega dwar min qed jokkupa din ilkariga sakemm tintgħażel il-persuna li se tokkupaha.
Parti minn Triq l-Imsida f’Santa Venera, li x-xogħlijiet li kellhom isiru fiha mill-Gvern għadhom ma tlestewx, u tħalliet abbandunata (Ritratt: Joe Francalanza)
Triq l-Imsida f’Santa Venera titħalla fi stat ħażin
Triq l-Imsida f’Santa Venera, li hi waħda mit-toroq ewlenin ta’ dan il-lokal, li minnha jgħaddi ammont konsiderevoli ta’ traffiku li jkun ħiereġ lejn Triq ilKbira San Ġużepp, tinsab abbandunata wara li xogħlijiet li kellhom isiru mill-Gvern Ċentrali għadhom ma tlestewx. Ix-xogħlijiet f’din it-triq għandhom l-iskop li jservu biex jgħaddu s-servizzi għal triq ġdida li nfetħet fi Triq l-Imsida.
Ir-responsabbilà ta’ Triq lImsida hi tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera, iżda x-xogħlijiet qed isiru mill-Gvern għaliex ittriq l-oħra – Triq il-Madonna talKarmnu – hi ġdida. Għalhekk, irresponsabbiltà ta’ dawn ixxogħlijiet hi tal-Gvern Ċentrali. Taħt Gvern Nazzjonalista, Triq lImsida kienet saret mill-ġdid bittarmak. Id-dewmien f’dawn ix-xogħlijiet qed jikkawża inkonvenjenti
kbar għar-residenti, kemm ta’ Triq l-Imsida kif ukoll ta’ Triq ilMadonna tal-Karmnu. Fi żmien tmexxija tal-Kunsill Lokali Nazzjonalista, qabel Marzu tal-2013, meta kien se jinbeda x-xogħol għall-ewwel darba, il-korporazzjonijiet talGvern kienu ġew mistiedna jattendu għal laqgħat ta’ diskussjoni sbiex ikunu infurmati li hemm triq ġdida li trid issir, iżda dawn m’attendewx.
Ġnien pubbliku li jinsab qrib istituzzjoni edukattiva f’Raħal Ġdid qed jispiċċa użat minn persuni li jabbużaw mid-droga. Madankollu, minkejja diversi rapporti li l-ġnien qed ikun mimli siringi, ħadd għadu ma għamel xejn biex dawn jitneħħew u tiżdied is-sigurtà fil-post. Dawn ir-ritratti juru s-siringi mormija fi Ġnien Gaddafi, li jinsab faċċata tal-MCAST f’Raħal Ġdid. Kif jidher ċar mir-ritratti, dawn is-siringi jistgħu faċilment jintlaħqu minn kull min ikun għaddej, fosthom xi tfal, li normalment jiffrekwentaw ukoll dan il-ġnien pubbliku.
www.maltarightnow.com
8
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
PARLAMENT
Daħak bihom Mintoff u daħak bihom Muscat ukoll
Ma kienx l-eks-Mexxej Laburista u eks-Prim Ministru Mintoff biss li daħak bil-familja sidt il-proprjetà tal-każin Laburista f’Ħal Qormi, iżda daħak biha l-Partit Laburista ta’ Muscat ukoll. Id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli, fil-Parlament qal li minkejja li l-proprjetarji talkażin Laburista f’Ħal Qormi fl2011 ġew imwiegħda mill-Prim Ministru, dak iż-żmien Kap talOppożizzjoni, li se jibdew jingħataw kirja ġusta, din ilwegħda tal-Prim Ministru baqgħet sal-lum ma mmaterjalizzatx minkejja li l-familja baqgħet tikkorrispondi mal-Kap tal-Partit Laburista anke sal2013. Meta tkellem dwar l-abbozz ta’ liġi li jirregola l-partiti politiċi, id-Deputat Nazzjonalista qal li l-familja proprjetarja talpost f’Ħal Qormi, li llum hu okkupat mill-Partit Laburista, stqarret mal-gazzetta il-mument li din il-proprjetà nsterqitilha mill-Partit Laburista. Qal li l-każin Laburista ta’ Ħal Qormi, li kien akkwistat mingħand il-familja Mizzi fl1951 fi żmien Mintoff, kien akkwistat fuq bażi ta’ kirja għal sentejn, u fuq bażi li jekk ikun hemm qbil jiġġedded għal sentejn oħra. Iżda minflok, spiċċa biex baqa’ għand il-Partit Laburista għal 60 sena sħaħ, minkejja li l-ftehim ta’ tiġdid qatt ma ntlaħaq. Il-familja ssostni li tul is-snin ippruvat titkellem mal-Partit Laburista biex tinstab soluzzjoni, u ressqet lill-Partit
Il-każin Laburista ta’ Ħal Qormi kien akkwistat mill-familja Mizzi fl-1951 fi żmien Mintoff, fuq bażi ta’ kirja għal sentejn, u fuq bażi li jekk ikun hemm qbil jiġġedded għal sentejn oħra
Laburista l-għażliet ġusti u diċenti li jew jixtru u jżommu lproprjetà, jew jirritornawha lillfamilja, inkella l-kera togħla skont il-prezz tas-suq tal-lum. Imma l-Partit Laburista m’aċċettax u qed jippretendi li din l-inġustizzja tkompli qisu qatt ma kien xejn, għaliex ma jridx jitlaq din il-proprjetà minn idejh u allura mhux jippermetti lill-werrieta u allura lis-sidien veri talproprjetà jgawdu mill-frott tagħhom tal-proprjetà tagħhom u ta’ ħidmet missirijiethom. Dwar din il-proprjetà f’Ħal Qormi, Clyde Puli qal li dan hu post kbir li kien jintuża bħala ċinema fiċ-ċentru tar-raħal, ħdejn il-knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan, b’valur kummerċjali li għalih il-Partit Laburista qed iħallas il-boqxiex.
Il-Partit Laburista, għal bini b’ċinema biex jużah bħala każin, se jħallas daqs min hu fil-kategorija ta’ riskju ta’ faqar biex ikollu post ta’ akkomodazzjoni
Il-kera għal din iċ-ċinema hija ta’ €198 fis-sena u titħallas miċĊentru Lokali Laburista ta’ Ħal Qormi, l-istess ħlas ta’ €197 li lGvern jitlob għal appartament żgħir tal-akkomodazzjoni soċjali. Dan ifisser, qal Clyde Puli li lPartit Laburista, għal bini b’ċinema biex jużah bħala każin, se jħallas daqs min hu fil-kategorija ta’ riskju ta’ faqar biex ikollu akkomodazzjoni. Tkellem ukoll dwar il-Każin
Laburista tas-Siġġiewi u fisser kif lura fis-snin, Villa Siġġiewi kienet proprjetà ta’ Mabel Strickland, u kif għal żmien twil kienet tintuża bħala l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi. Fis-snin sittin il-Gvern Malti kien xtara lproprjetà u fl-1969 bdiet tintuża bħala Ċentru Ċiviku. Fis-snin sebgħin diversi għaqdiet tas-Siġġiewi kienu wrew l-interess tagħhom li jikru din il-proprjetà mingħand ilGvern. L-ebda għaqda qatt ma ngħatat tweġiba mill-Gvern. Iżda fl-aħħar tas-snin sebgħin, il-Partit Laburista wera interess li tinkera lilu l-proprjetà u kien talab lill-Gvern Laburista ta’ dak iż-żmien biex jippreżenta offerta. Sas-sena 1981 diversi entitajiet tal-Gvern fosthom idDipartiment tal-Pulizija, idDipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u dDipartiment tal-Posta telqu millparti l-kbira tal-proprjetà. Fl-istess sena, id-Dipartiment talArtijiet ħareġ avviż li kien se jilqa’ offerti għall-kiri ta’ parti mill-proprjetà. F’Diċembru 1981, il-Partit Laburista ppreżenta offerta biex tinkera lilu l-proprjetà. Matul listess xahar, id-Dipartiment talArtijiet informa lill-Partit Laburista li kien qed jaċċetta lofferta tiegħu dwar il-kera talproprjetà bħala każin politiku. Fil-11 ta’ Diċembru 1981, lejlet l-elezzjoni ġenerali tal1981, ġie ffirmat kuntratt millGvern Laburista u l-Partit
Laburista u li permezz tiegħu lproprjetà nkriet lill-Partit Laburista għal numru ta’ snin għall-prezz ta’ madwar Lm200 fis-sena. L-għada, it-12 ta’ Diċembru 1981, saret l-elezzjoni ġenerali u l-Partit Laburista beda juża l-proprjetà tal-Gvern bħala każin politiku tiegħu fis-Siġġiewi. Fl-1982 il-Ministeru taxXogħol u s-Servizzi Soċjali telaq minn parti oħra tal-bini. Fl-istess sena l-Partit Laburista talab lidDipartiment tal-Artijiet sabiex jitħalla jitfa’ offerta għall-bqija tal-proprjetà li sa ftit qabel kien jagħmel użu minnha l-Ministeru tax-Xogħol u s-Servizzi Soċjali. Fis-snin 1982 u 1983 idDipartiment tal-Posta, ilKummissarju tal-Pulizija u ċChief Government Medical Officer telqu mill-bqija tal-partijiet tal-proprjetà. Fl-1983 idDipartiment tal-Artijiet ħareġ avviż ieħor li bih avża li kien se jirċievi offerti għall-kiri tal-bqija tal-proprjetà. Id-Dipartiment talArtijiet kien laqa’ l-offerta ppreżentata mill-Partit Laburista u kien kera l-bqija tal-proprjetà lill-istess Partit Laburista. Ftit xhur qabel l-elezzjoni tal1987, il-Gvern Laburista ġedded il-kuntratt tal-kera għal 24 sena oħra. Il-kuntratt dwar il-kera jiskadi f’Ġunju 2010. Il-Kunsill Lokali Siġġiewi sena qabel ma għalqet il-kera talPartit Laburista kien talab liddipartiment tal-Artijiet biex ilproprjetà tgħaddi għandu ħalli jkun jista’ jużaha bħala Ċentru Ċiviku. Il-Kunsill Lokali approva mozzjoni mressqa mill-Viċi Sindku ta’ dak iż-żmien Karol Aquilina, b’erbgħa favur u tliet kunsilliera tal-Partit Laburista kontra. Il-Partit Laburista għamel aktar minn hekk, għaliex sena qabel kiteb ukoll ittra lidDipartiment tal-Artijiet li hu kien għadu interessat jidħol f’kirja oħra biex iżomm is-sit. Ippreżenta wkoll protest il-Qorti biex il-proprjetà, ma titteħidx minn idejh. Dan ifisser li l-Partit Laburista mhux biss kien inġust fl-1981 meta bl-aktar mod oxxen ħataf proprjetà pubblika, mhux biss kien inġust fl-1987 meta ġedded il-kirja għal perjodu ta’ 20 sena, iżda reġa’ kien inġust tal-anqas fl-intenzjoni meta għamel minn kollox biex ma jċedix il-proprjetà fis-Siġġiewi fl-2009. Appella lill-partit fil-Gvern biex ma jerġax jiġi bil-bużullotti biex iżommu l-proprjetà meta ftit tax-xhur oħra tagħlaq il-kirja tal-biċċa proprjetà pubblika li għadhom jużaw.
www.maltarightnow.com
PARLAMENT
Appell għal aktar fondi fil-Baġit lill-Kunsilli Lokali Riforma tal-Kunsilli Lokali rieqda u mhux siekta
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista appellat lill-Gvern biex fil-Baġit li ġej iżid il-fondi lill-Kunsilli Lokali jekk irid isaħħaħ lillKunsilli Lokali li magħhom ilGvern irid jibda juri bil-fatti li jrid li jikkonsulta u jifhem ilbżonnijiet tagħhom u mhux kif qed juri fil-preżent. U dan għaliex il-Gvern mhux qiegħed iwettaq dak li jsejjaħ bħala riforma siekta, u minflok qed naraw riforma rieqda. Meta tkellem fil-Parlament waqt il-ħin tal-Aġġornament, idDeputat Nazzjonalista u l-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, David Agius, qal li l-poplu qed jistenna li l-Baġit ikun tajjeb għaliex il-Gvern qed jgħid li l-pajjiż sejjer tajjeb. Fisser li l-Kunsilli Lokali huma għatxana minn dan ilGvern li jingħataw aktar fondi u dwar dan, il-Gvern mhu jagħmel ebda reazzjoni. Semma kif huma wkoll isSindki Laburisti li qed jgħidu li m’hemmx finanzi biex jaħdmu, u kkwota minuti tat-22 ta’ Marzu li għadda tal-laqgħa tas-Sindki, fejn żewġ Sindki Laburisti, ta' Ħaż-Żebbuġ u ta' Birżebbuġa; u Viċi Sindku Laburista talMellieħa, jilmentaw dwar nuqqas ta' finanzi u fost affarijiet oħrajn li l-allokazzjoni ma tagħmilx tajjeb lanqas għall-impjegati tal-Kunsilli Lokali. David Agius qal li lOppożizzjoni hi kostruttiva u tat ideat lill-Gvern biex il-Kunsilli Lokali jiksbu aktar fondi, fosthom bi dħul li jiġi mill-iskemi tal-liċenzji u billi l-Kunsilli Lokali jieħdu lura parti mill-VAT li jħallsu. U dan biex ikun hemm aktar flus fil-Kunsilli Lokali. Appella lill-Gvern jagħti allokazzjoni diretta lill-hamlets. Jekk irridu Kunsilli Lokali b’saħħithom u jaħdmu, David Agius qal li rridu mmorru għal skemi speċjali biex jgħinuhom fi bżonnijiet partikulari. Irrefera wkoll għall-Kunsill
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed tkun kostruttiva u tappella lill-Gvern biex ikun effettiv bi proposti li qed tressaqlu hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ukoll qiegħed jiltaqa' mal-Kunsilli Lokali, kif għamel din il-ġimgħa. Fir-ritratt, il-Kap tal-PN Simon Busuttil jidher fiż-żjara li għamel fil-lokalità tal-Iklin
Dan hu Gvern li ma jemminx fil-Kunsilli Lokali għaliex sal-lum lanqas data għad m’għandna ta’ meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tas-sena d-dieħla. Dan mhux ir-rispett li għandu juri dan il-Gvern lejn il-Kunsilli Lokali Lokali tal-Belt b'rabta mal-problema li għandu bl-uffiċċju tiegħu u dan meta għandna avveniment importanti riesaq meta l-Belt Valletta se ġġorr it-titlu tal-belt kapitali Ewropea fl-2018. Hemm l-istess problema f’Ħ'Attard u f’Ħal Balzan ukoll. Problemi oħrajn huma relatati mas-Segretarji Eżekuttivi, hekk kif hemm Kunsilli Lokali li għadhom mingħajr is-servizz ta’ Segretarju. Id-Deputat Nazzjonalista qal li rridu nifhmu li l-Kunsilli Lokali huma għodda importanti filpajjiż, meqjusa bħala r-raba’ demokrazija. Appella wkoll lill-Gvern biex jifhem li jrid iwettaq ukoll ir-
riforma li tħabbret sena ilu dwar l-infurzar lokali. Staqsa x’inhu lpass li jmiss dwar din ir-riforma wara li l-Oppożizzjoni wkoll tat l-ideat tagħha u fl-aħħar sitt xhur ma nstema' xejn. Staqsa wkoll jekk il-Gvern hux nieqes millideat dwar din ir-riforma. David Agius qal li hu evidenti li dan hu Gvern li ma jemminx fil-Kunsilli Lokali għaliex sallum lanqas data għad m’għandna ta’ meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tas-sena ddieħla. Dan mhux ir-rispett li għandu juri dan il-Gvern lejn ilKunsilli Lokali. Staqsa wkoll jekk il-Gvern jemminx li l-Ombudsman għandu jkollu Kummissarju fi ħdanu
Ministru Manuel Mallia, responsabbli mill-Pulizija, qal dak li ma qalx bil-miktub fittweġiba li ta l-Ministru Mallia, li kien hemm 20 transfer li ngħataw mill-elezzjoni ta’ Marzu 2013 sal-lum. Filwaqt li l-Ministru Mallia ma weġibx mistoqsija oħra dwar kemm kien in-numru ta’ transfers li saru mill-elezzjoni ’l
hawn, il-Ministru Owen Bonnici qal li kellu l-informazzjoni dwar in-numru ta’ transfers li saru u kkonferma li kienu total ta’ 20 minn 26 membru fl-ALE. Il-membri li ssieħbu fl-ALE kienu ġejjin mid-distretti, millgaraxx tal-pulizija, midDipartiment talInvestigazzjonijiet Kriminali u mis-Servizz tas-Sigurtà.
20 membru tal-ALE minn 26 ingħataw transfer Minn 26 membru fit-Taqsima tal-Administrative Law Enforcement (ALE) fil-Korp tal-Pulizija, 20 ingħataw transfer wara l-elezzjoni ta’ Marzu tas-sena l-oħra. Dan irriżulta minn mistoqsijiet li saru fil-Parlament midDeputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Il-Ministru Owen Bonnici, fin-nuqqas tal-
9
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
li jkun responsabbli millKunsilli Lokali. Il-Gvern irid li dan isir? Fakkar li l-Ombudsman ukoll lest jikkunsidra din il-proposta. Staqsa xi jrid il-Gvern millKunsilli Lokali u jekk iridx isaħħaħhom. Semma wkoll li hemm lista ta’ Kunsilli Lokali li jridu ddevoluzzjoni favurihom iżda lGvern miexi bil-brejkijiet. Waħda mid-devoluzzjonijiet li hemm talba għalihom tirrigwarda post lill-iScouts tal-Mosta. Hawn ukoll il-Gvern għandu jmexxi ’l quddiem din iddevoluzzjoni, filwaqt li semma wkoll kif Ġnien il-Gżira, ilGvern qiegħed jikkunsidra li
jgħaddih lill-privat minn idejn ilKunsill Lokali. David Agius appella wkoll li jkun hemm metodu u gwidi ċari dwar il-live streaming tal-laqgħat tal-Kunsilli Lokali, u staqsa għaliex numru ta’ Kunsilli Lokali għad m’għandhomx live streaming meta suppost dan kellu jseħħ sal-aħħar tas-sena. B'rabta mat-tmexxija u l-istat tal-playing fields fil-lokalitajiet, qal li hemm sitwazzjoni fejn ilKunsilli m’għandhomx fondi biex jirranġaw dawn iz-zoni ta' rikreazzjoni. Bħalma hu l-każ ukoll fuq siġar li qed jagħmlu ħsara lill-proprjetajiet tar-residenti. Appella għal konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, millEnemalta, mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u minn Transport Malta, fuq il-problema tat-traffiku. Appella wkoll għas-serjetà fittmexxija tal-Assoċjazzjoni talKunsilli Lokali li, jew għaliex hi daharha mal-ħajt, mhix qed tikkonsulta b'mod korrett malkunsilliera tal-Partit Nazzjonalista anke dwar it-temi diskussi li mhux qed jirriflettu lproblemi tal-Kunsilli Lokali. Dwar il-proposti għall-baġit talAssoċjazzjoni, David Agius qal li lanqas dwar dan ma kien hemm konsultazzjoni. Tkellem ukoll dwar l-importanza li l-Parlament jingħata lfondi meħtieġa għal aktar awtonomija tal-Parlament, u qal li sal-lum għadu ma jafx meta se jiċċaqlaq għall-bini l-ġdid.
www.maltarightnow.com
10
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
OPINJONI
Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja
Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel għamlitha ċara li l-prinċipju tal-libertà tal-moviment mhux negozjabbli għax hu fundamentali, wieħed mill-prinċipji li jiddefinixxu lill-UE
Il-Qorti Ewropea talĠustizzja fil-Lussemburgu tat sentenza ftit ġranet ilu dwar każ fil-Ġermanja li fih mara mirRumanija u binha kienu ġew imċaħħda minn xi benefiċċji soċjali. Il-Qorti speċifikat li dik ilmara suppost kellha biżżejjed riżorsi monetarji filwaqt li kienet fil-Ġermanja bla xogħol. Żiedet ukoll fis-sentenza li lliġijiet domestiċi għandhom kull dritt li jeskludu ċittadini Ewropej minn benefiċċji soċjali, benefiċċji li huma intitolati għalihom iċ-ċittadini residenti. Fil-kuntest tal-kwistjonijiet li nqalgħu bejn ir-Renju Unit u lbqija tal-pajjiżi msieħba flUnjoni Ewropea, dan huwa ġudizzju importanti ħafna. IlPrim Ministru Ingliż David Cameron qed iwiegħed lill-elettorat għall-elezzjoni tal-2015 li jekk ikun elett, gvern Konservattiv jiftaħ negozjati mal-UE dwar it-termini preżenti tas-sħubija tar-Renju Unit u li wara t-tmiem tan-negozjati jsir referendum fl-2017. Punt impor-
tanti li jrid jiddiskuti Cameron hu dwar id-dritt tal-freedom of movement taċ-ċittadini Ewropej, jiġifieri li kull ċittadin Ewropew għandu d-dritt li jmur jgħix f’pajjiż ieħor imsieħeb fl-UE. Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel għamlitha ċara li l-prinċipju tal-libertà tal-moviment mhux negozjabbli għax hu fundamentali, wieħed millprinċipji li jiddefinixxu lill-UE. Allura fejn tidħol l-importanza ta’ din is-sentenza? Huwa fatt magħruf li numru sostanzjali ta’ ċittadini Ewropej abbużaw minn din il-libertà billi jmorru minn pajjiż għal ieħor flUE mingħajr ebda rieda li jsibu xi xogħol. Dan ġara b’mod ċar fil-każ tarRenju Unit, partikularment bilwasla ta’ eluf ta’ ċittadini mirRumanija. Wara ftit taż-żmien mill-wasla tagħhom dawn jaraw kif jagħmlu biex jibdew jirreġistraw għal xi benefiċċji soċjali. Huma dawn il-benefiċċji li issa l-Qorti kkonfermat li dawn jistgħu jiġu miċħuda leġittimament. Diversi kummentaturi osser-
Salvu Felice Pace sfelicep@go.net.mt
vaw li r-Renju Unit kien diġà jista’ jinforza din il-politika, iżda s-sistemi preżenti mhumiex kompetenti u effiċjenti biżżejjed biex dan iseħħ. Kull pajjiż Ewropew għandu d-dritt li jkun jaf jekk ċittadini minn pajjiżi oħrajn flUnjoni għandhomx biżżejjed riżorsi li jmantnuhom filwaqt li jkunu qed ifittxu xi impjieg. Issentenza tal-Qorti se tagħmilha iżjed faċli li talbiet għall-benefiċċji soċjali jiġu miċħuda u li xi appelli li jsiru jkunu dikjarati frivoli għax mhumiex ibbażati fuq xi liġi Ewropea.
Dan l-aħħar sar studju dwar kif l-immigrazzjoni, kemm millEwropa, kif ukoll minn barra lEwropa, teffettwa lill-ekonomija fir-Renju Unit. Instab li limmigranti Ewropej qed jikkontribwixxu b’mod favorevoli, għax il-maġġoranza tagħhom isibu impjiegi u allura jibdew iħallsu t-taxxi. Dawk minn barra l-Ewropa wkoll iħallu impatt pożittiv fuq l-ekonomija, iżda mhux b’daqstant. Iżda xorta waħda qed jinħolqu problemi sostanzjali fir-RU, għax l-immigrazzjoni Ewropea ġabet magħha pressjoni qawwija fuq isservizzi tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni soċjali u tal-edukazzjoni. Ikun tajjeb li l-istudji f’dan il-qasam ikejlu wkoll din il-pressjoni. Huwa importanti li l-UE tagħti ħarsa lejn dan l-impatt, għax filklima preżenti meta kull ekonomija Ewropea trid tadatta għall-kriterji stabbiliti minn Brussell, mhux sewwa li diversi ekonomiji jmorru minn taħt minħabba l-prinċipju tal-libertà
tal-moviment, u dan jista’ japplika għalina wkoll. Mhux sewwa lanqas li l-effetti negattivi talimmigrazzjoni ma jiġux diskussi b’mod sinċier u prattiku. Naturalment, il-Prim Ministru Ingliż għandu interess politiku li jara li l-immigrazzjoni, tiġi minn fejn tiġi, tkun b’xi mod ikkontrollata, għax il-partit politiku magħruf bħala UKIP poġġa ’l fuq nett tal-programm tiegħu kemm it-trażżin tal-immigrazzjoni, kif ukoll tmiem is-sħubija tar-RU fl-UE. Il-UKIP x’aktarx li se jirbaħ elezzjoni oħra każwali ftit ġranet oħra. Jekk id-distakk bejn il-kandidata Konservattiva u l-kandidat tal-UKIP ikun kbir, irriżultat jista’ joħloq il-problemi għal Cameron. S’issa l-opinjoni pubblika qed tbassar li l-UKIP jista’ jkollu madwar 16% tal-voti fl-elezzjoni ta’ Mejju tas-sena d-dieħla. Jekk dan iseħħ, ir-Renju Unit x’aktarx li se jerġa’ jkollu gvern ta’ koalizzjoni bejn il-Partit Laburista jew Konservattiv u partit ieħor. Il-UKIP jista’ jkun dan il-partit.
www.maltarightnow.com
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
L-importanza tal-indipendenza ta’ min jiġbor l-istatistika
Fil-ħajja, opinjonijiet ikun hemm ħafna. Min jara tazza nofsha vojta, u min jaraha nofsha mimlija. Imma l-opinjonijiet iridu jkunu bbażati fuq il-fatti. L-ewwel irridu nkunu nafu li l-ilma veru qiegħed sa nofs it-tazza. U l-fatti huma sagrosanti. Il-kejl u l-għadd ma jibżgħu minn ħadd Fil-Malti għandna qawl li jgħid li “l-kejl u l-għadd ma jibżgħu minn ħadd”. L-imkejjel u l-magħdud huma s-sies ta’ deċiżjonijiet tajbin u opinjonijiet għaqlin. U għalhekk l-istatistika tajba, miġbura sewwa u ppubblikata kif imiss hija importanti ħafna fiddibattitu pubbliku u fl-opinjonijiet politiċi u ekonomiċi.
L-importanza tal-indipendenza ta’ min jiġbor u jxandar l-istatistika U għalhekk importanti ħafna wkoll li min ikun qed jiġbor l-istatistika u jxandarha jkun indipendenti mill-Gvern tal-ġurnata. Ħalli l-ebda Gvern ma jkollu t-tentazzjoni li jbagħbas l-istatistika biex jidher sabiħ. Jekk il-Gvern jgħid kemm żdiedu l-impjiegi imma l-Oppożizzjoni tgħid li dawn żdiedu mal-gvern, it-tnejn opinjonijiet. Jekk il-Gvern jgħid li anke mal-privat żdiedu imma l-Oppożizzjoni tgħid li dawk li żdiedu mal-privat huma part-time, prekarji, it-tnejn opinjonijiet. Imma jrid ikollna ċ-ċertezza li listatistika li minnha jirriżultaw dawk l-opinjonijiet hija korretta u vera.
Aħbar li tinkwieta F’Malta għadu kemm kellna aħbar li tinkwieta lil kull min jemmen fl-indipendenza u fl-awtonomija tal-ġbir tal-istatistika. LidDirettur tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, Michael Pace Ross, il-Gvern mhux se jġeddidlu l-kuntratt. Din id-deċiżjoni ma ġietx fil-vojt. Anzi ġiet wara diversi li fihom il-Gvern Laburista wera li jrid inaqqas l-indipendenza ta’ istituzzjonijiet importanti. Il-Pulizija, pereżempju, li l-ogħla karigi fil-Korp il-Gvern irid jagħmilhom b’kuntratt jiġġedded mill-Ministru.
Il-gideb ta’ Edward Scicluna Fl-istatistika wkoll kellna kontroversji. Il-Ministru tal-Finanzi gideb dwar l-isplużjoni fl-impjiegi mal-gvern u qal li dawn perċezzjoni. Giddbuh il-ġurnalisti u anke l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Edward Scicluna pprova anke jinqeda b’istituzzjoni oħra, l-Awtorità dwar l-Istatistika, biex jieħu r-raġun. U għalkemm ħareġ ta’ giddieb, malajr tinduna minn fejn ġej l-attakk fuq l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Awtonomija ta’ importanza assoluta L-indipendenza u l-awtonomija tal-Uffiċċju Nazzjonali talIstatistika hi tal-akbar importanza. Il-Eurostat, l-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika, jinsisti bil-kbir fuqha. Il-Greċja kellha esperjenza mill-agħar meta l-uffiċċju tal-istatistika Grieg kien qed jaħbi d-dejn tal-pajjiż bi ndħil mill-politikanti. F’pajjiżi oħrajn, bħall-Arġentina li falliet ukoll, il-politikanti kienu qed ibagħbsu listatistika. Aħna l-Maltin irridu ningħaddu u nitkejlu mal-aqwa fl-Ewropa u fid-dinja u għalhekk l-awtonomija ta’ min jiġbor l-istatistika hi ta’ importanza assoluta.
11
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
Għotja tal-mistħija
Wara li l-Gvern qal fil-miftuħ li fil-Baġit li ġej se jagħti €1.16 għall-għoli tal-ħajja, kulħadd ħa r-ruħ, imma ma domniex wisq għax wara biddel fehmtu u issa se jagħti 58 ċenteżmu tal-ewro. Daħka fil-wiċċ u insult kbir għall-poplu Malti u Għawdxi, għax wera kemm se jkompli jwaqqa’ lill-poplu fil-miżerja. Meta kien qed ikellem lil niesu fil-każin, qalilhom “veru li hi baxxa, imma ma nistax nagħmel mod ieħor”. Imma biex jagħti €30,000 fissena lil Carmelo Abela u €13,000 fix-xahar lill-mara ta’ Mizzi, jista’. Għaċ-Chief of Staff tiegħu, il-Kasco, u għasSegretarju ta’ Cassar White talBOV kien hemm flus bir-rimi, imma lill-poplu Malti se jagħtih il-loqom. Jixirqilna, Muscat, li nieħdu din il-miżerja ta’ żieda? L-aqwa li ta’ madwarek mifqugħin fil-ġid. Ara veru lMinistru Scicluna jaf jagħmel ilkalkoli. Dan hu r-rigali li tajthom lil dawk li vvutawlek biex skont huma, ikunu aħjar, imma li għarralhom għax issa jkollhom jieklu
25 sena ilu f’In-Nazzjon
l-għadma? Ifraħ, poplu, li wara kollox, ma tak xejn. Is-Super One qalilkom li biex tkellmuh tridu tonfqu 58ċ, daqskemm il-Gvern se jagħtikom għall-għoli tal-ħajja. It-trejdunjonisti kollha ma qablux fuq din iż-żieda, u esprimew it-tħassib tagħhom, minbarra Toni Zarb tal-GWU għax baqa’ sieket, għax illum hemm il-Labour fil-poter u mhux il-PN. Żgur li dan fadallu biex jerġa’ jniżżel in-nies fittoroq tal-Belt iħabbtu l-borom għal aktar żieda, bħalma kien għamel. Ċerti Ministri u deputati ħallihom jigdbu u qatt ma jgħidu lverità bħalma għamel il-Kelliem tiegħu li ċaħad li jaqla’ daqshekk, imbagħad sirna nafu li jdaħħal flus aktar minn Muscat. Imbagħad hemm Michael Farrugia li ma jridx jgħid min huma n-nies maħtura fil-bord tal-għażla biex jidħlu fi djar residenzjali tal-Gvern. Għaliex dan il-ħabi, ma nafux li huma kollha tal-qalba? Dwar l-investigazzjoni talAsjatiċi, il-media tal-PN kellha tkun biex jinkixef kollox fuq ittraffikar uman, u sa wasslet biex ġie arrestat id-Direttur Bin Han. Dawn il-ħaddiema nstab li qed
jaħdmu bħal klieb u f’miżerja kbira, u għalkemm xi ħadd li jilħaqlu ried iżomm kollox biex ma jidher xejn, swielu ħażin għax is-sewwa u l-verità ma jonqsu qatt. Sa anke qed jingħad li hemm persuna fil-Korp tal-Pulizija li qed tixxaħħam. Lest il-Ministru Mallia jgħidilna min hu? Jew irid jaqbad biss lil min qed joħroġ l-informazzjoni minflok lil min hu korrott? Nispiċċa billi nfaħħar lil Ċensu Galea, id-Deputat Speaker, għal dak il-kliem li qal biex il-Ministri jirrispondu sewwa u b’aktar serjetà u mhux jagħtu informazzjoni żbaljata. Qal ukoll li t-tweġibiet iridu jingħataw dak il-ħin u mhux f’xi seduta oħra, għax dan ikun insult kbir. Għax ċerti Ministri ħaduha drawwa li jirrispondu kif u meta jridu. Nappella fuq kollox lillIspeaker Anġlu Farrugia biex jagħti kas ta’ dan kollu, biex għall-quddiem, min jipprova jaħrab milli jagħti risposta kif għandu jkun, iġiegħlu jikkoreġi ruħu u jirrispondi dak il-ħin stess. Godfrey Busuttil In-Naxxar
Komplew joħorġu aktar dettalji dwar issummit storiku li Malta kienet se tilqa’ filbidu ta’ Diċembru, u li kien se jġib f’pajjiżna lill-mexxejja taż-żewġ superpotenzi l-kbar, Bush u Gorbachev. Il-ġurnal ‘in-Nazzjon tagħna’ irrapporta kif l-għażla tal-Port ta’ Marsaxlokk biex ittaħditiet isiru abbord bastimenti għad-dell ta’ San Luċjan saret minħabba li dawk linħawi huma l-aktar kennija li joffru l-gżejjer Maltin fit-temp ta’ Diċembru. Dan minbarra li fil-viċin hemm il-faċilitajiet tal-Port Ħieles li jistgħu jintużaw mid-delegazzjonijiet taż-żewġ naħat. Id-deċiżjoni dwar il-post ittieħdet wara li esperti navali Amerikani u Sovjetiċi analizzaw inħawi oħrajn tal-kosta ta’ Malta.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
12
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
L-ITALJA: Żewġ ritratti mill-inkwiet waqt il-protesti tal-bieraħ f’Ruma kontra dik li hi magħrufa bħala l-Jobs Act tal-Prim Ministru Matteo Renzi, biex ikun hemm aktar flessibbiltà fid-dinja tax-xogħol. Minbarra Ruma, kien hemm inkwiet waqt il-protesti f’Milan u Padova wkoll (Ritratti: EPA)
Theddida ta’ gwerra fost akkużi kontra r-Russja L-UKRAJNA
Il-Kap tan-NATO, Jens Stoltenberg, qal li r-Russja qed tibgħat truppi u armamenti kbar lejn l-Ukrajna. L-akkuża ħarġet waqt li l-President Russu, Vladimir Putin, kien fi triqtu lejn is-summit tal-G-20 fl-Awstralja li jibda llum fi Brisbane. Meta kellem lill-gazzetta Bild, Stoltenberg qal li n-NATO, flaħħar jiem, osservat li r-Russja,
mill-ġdid, ittrasferiet it-tankijiet tal-gwerra, l-artillerija u r-rockets mill-fruntiera lejn l-Ukrajna. Stoltenberg qal ukoll li lPresident Putin kiser il-ftehim għal waqfien mill-ġlied, minbarra li abbuża l-integrità talUkrajna. Teżisti t-theddida li l-Ukrajna tirritorna għal gwerra mifruxa madwar front, bħalma kien il-każ
qabel il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied tal-5 ta’ Settembru li ta’ kuljum qed ikun suġġett għall-abbużi. Mietu iktar minn 4,000 waqt il-ġlied fil-kriżi talUkrajna, u s-sitwazzjoni tinvolvi l-agħar stat ta’ konfront bejn irRussja u dawk li kienu l-avversarji mill-era tal-Gwerra Bierda mindu waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin, 25 sena ilu.
Ir-Russja, li f’Marzu kienet ħatfet il-peniżola tal-Krimea lillUkrajna, ċaħdet kemm-il darba li qed tibgħat il-qawwiet armati lejn l-Ukrajna jew li qed tgħin lis-separatisti fl-artijiet Ukreni tal-Lvant li jridu l-għaqda ma’ Moska. Il-kunflitt qed iħalli impatt negattiv għall-ekonomija tarRussja wkoll, bil-Prim Ministru
Britanniku, David Cameron, jisħaq li kapaċi jiżdiedu ssanzjonijiet fuq ir-Russja jekk issitwazzjoni fl-Ukrajna taqleb għall-agħar. Min-naħa tagħha, ilKanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, qed tinkwieta dwar ittrasport tal-armi lejn l-Ukrajna u hemm il-possibbiltà li jkollha laqgħa separata ma’ Putin wara lkwinti tal-G-20, fi Brisbane.
il-ħtieġa li r-Russja tkompli birrutina tat-taħriġ, innutat iż-żieda fl-ammont tat-titjiriet qrib lAmerika ta’ Fuq, f’dawn l-aħħar xhur. L-Istati Uniti, intant, ma tikkunsidrax li s-sitwazzjoni tassigurtà tar-Russja tirrikjedi din l-
attività kollha. Fl-istess ħin, l-istitut għarriċerka European Leadership Network (ibbażat f’Londra) qal li aktar kmieni fis-sena, intlemħu fighter-jets Russi waqt li kienu għaddejjin bil-manuvri qrib ilKanada u tul il-kosta ta’
Kalifornja. Il-Kremlin ta’ Moska, xi jiem ilu wissa li l-bombers Russi li kapaċi jtiru fuq distanzi twal kellhom jibdew il-patrols regolari mill-Oċean tal-Artiku lejn ilKaribew u l-Golf tal-Messiku. IlMinisteru tad-Difiża Russu sost-
na li l-patrols ġodda huma meħtieġa biex tinżamm ilpreżenza militari tar-Russja ‘fissitwazzjoni attwali’ – u dan ilkumment jitqies bħala referenza għat-tensjoni bejn Moska u lPunent rigward il-kriżi talUkrajna.
Twissija lir-Russi dwar it-titjiriet militari L-ISTATI UNITI
L-Istati Uniti reġgħet esprimiet tħassib dwar it-titjiriet militari tar-Russja viċin il-fruntieri tagħha u wissiet lil Moska biex tirrispetta l-liġi internazzjonali. Kelliema għad-Dipartiment tal-Istat Amerikan ħarġet stqarrija li fiha, filwaqt li rrikonoxxiet
‘Provi ċari’ dwar sottomarin L-IŻVEZJA
Il-Prim Ministru Żvediż, Stefan Lofven, ikkonferma li sottomarin żgħir ta’ pajjiż ieħor, ix-xahar li għadda, kien daħal illegalment flibħra tal-Iżvezja. Lofven qal li pajjiżu għandu ‘provi ċari’ dwar l-attività illegali wara li l-Iżvezja, fis-17 ta’ Ottubru, kienet wettqet l-akbar kaċċa għal sottomarin mill-era tal-Gwerra Bierda u li damet għal ġimgħa. Luffiċjali Żvediżi wara qalu li linġenju tal-baħar x’aktarx li kien ħarab lejn il-Baħar Baltiku u għalkemm ma ħarġux akkużi speċifiċi, il-maġġoranza tal-analisti
tad-difiża qablu dwar il-possibbiltà li r-Russja kellha sehem filkwistjoni. Il-Prim Ministru Żvediż spjega li filwaqt li l-uffiċjali tiegħu ma jafux min kien wara l-inċident, pajjiżu ma jaċċetta qatt dan it-tip ta’ inkursjoni fl-arċipielgu ta’ Stokkolma. Dan hu diskors iebes min-naħa ta’ Mexxej Żvediż, b’Lofven jisħaq li l-inkursjonijiet fit-territorji talIżvezja jirrappreżentaw ‘sogri enormi’ għal dawk involuti u li pajjiżu għandu jiddefendi l-fruntieri bilmezzi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu.
www.maltarightnow.com
13
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Il-prezz taż-żejt kompla jorħos OPEC
Il-prezz taż-żejt ħa daqqa oħra ’l isfel, fost it-tbassir li din ix-xejra – li dieħla filħames xahar konsekuttiv – kapaċi tkompli sakemm irriżorsa tispiċċa tinbiegħ għal $50 il-barmil, minħabba ttnaqqis fl-ekonomija globali. Skont l-aħħar statistika, ilprezz taż-żejt waqa’ b’4 filmija bir-riżultat li qed jinbiegħ għal $74.21 il-barmil. Dan ifisser li l-prezz taż-żejt naqas b’31 fil-mija mill-aħħar ta’ Ġunju ’l hawn u bħalissa qed jinbiegħ bl-aktar prezz baxx minn Settembru tal2010.
It-tnaqqis konsistenti fil-prezz taż-żejt qed iħalli impatt fuq ilkumpaniji taż-żejt li naqsulhom il-qligħ u l-introjtu. Madankollu, din ix-xejra mistennija tistimula l-ekonomija ta’ pajjiżi bħallIstati Uniti, minħabba li l-linji tal-ajru, il-kumpaniji tal-vapuri u l-konsumaturi qed iħallsu ħafna anqas għall-fuel. L-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi li Jesportaw il-Petroleum (OPEC), dan ix-xahar, għandha torganizza laqgħa u t-12-il pajjiż membru mistennija jiddiskutu tnaqqis filproduzzjoni bl-iskop li l-prezzijiet taż-żejt jerġgħu jieħdu spinta ’l fuq.
IL-ĠERMANJA: Stilel dekorattivi jidhru mwaħħlin mat-tined fis-Suq tal-Milied ta’ Gendarmenmarkt, fil-belt ta’ Berlin. Din l-attrazzjoni tal-Milied se tkun inawgurata fl-24 ta’ Novembru (Ritratt: EPA)
Tissaħħaħ it-teorija li Caravaggio miet f’Porto Ercole L-ITALJA
L-ISTATI UNITI: Dan ir-ritratt tal-US Geological Survey juri gliegel tal-lava li qabżu l-limiti ta’ ‘transfer station‘ u li nfirxu għal ġo triq fil-Ħawaj. Il-vulkan ta’ Kilauea, fil-Ħawaj, ilu jiżbroffa mill-1983 iżda l-lava li ilha minn Ġunju ħierġa minn parti tal-vulkan, issa qed thedded id-djar taz-zona, għall-ewwel darba fi 23 sena (Ritratt: EPA)
Jivvutaw għada fost dubji dwar id-demokrazija IR-RUMANIJA
Ir-Rumeni, għada, jivvutaw għall-President ġdid ta’ pajjiżhom u jridu jagħżlu bejn ilPrim Ministru Soċjalista, Victor Ponta, u Klaus Iohannis, Sindku Liberali ta’ nisel Ġermaniż. Ilvotazzjoni se ssir wara waħda mill-aktar kampanji ‘żbilanċjati’ u fost dubji dwar id-destin taddemokrazija f’dan il-pajjiż. It-taqtigħa bejn Ponta u Iohannis mhix waħda ugwali, bil-kampanja ta’ pubbliċità qabel il-vot tidher imxaqilba bil-kbir favur il-Prim Ministru Rumen li wiegħed, fost affarijiet oħrajn, ‘l-
unifikazzjoni ta’ Rumanija akbar’. Victor Ponta, fil-fatt, qed iħares lejn għaqda mal-Moldova, fi żmien ħames snin u fi ħdan lUnjoni Ewropea, bħala proġett politiku. Intant, Ponta, li jinsisti li hu kburi bil-fatt li hu Rumen, ma żammx lura mill-kummenti dispreġjattivi dwar in-nisel etniku ta’ Iohannis, l-isfidant ewlieni għall-Presidenza. Din il-ġimgħa, persuni li ma kinux identifikati tefgħu tiġieġ ħajjin u mejtin lejn il-kwartieri li qed tmexxi l-kampanja ta’
Iohannis u spikka messaġġ li hu (Iohannis) kien qed jibża’ jiltaqa’ ma’ Ponta għal dibattitu fuq itteleviżjoni. Iohannis – li aktar tard kien ħa sehem fid-dibattitu – irribatta li ‘l-każ tat-tiġieġ’ fakkru fl-intimidazzjoni u t-theddid kontra l-ħajja li kienu komuni min-naħa tan-Nażisti matul issnin erbgħin. Tul din il-kampanja, Iohannis dejjem ipprova jippreżenta ruħu bħala politiku sensibbli u diċenti li rnexxielu jwettaq titjib fil-belt ta’ Sibiu fejn qed jgħix u fejn attira lill-investituri Ġermaniżi.
Żewġ ittri mis-seklu 17 li nstabu fil-belt żgħira ta’ Urbino, fir-reġjun tal-Marche, fl-Italja, komplew isaħħu l-argument li Caravaggio miet fil-port Taljan ta’ Porto Ercole, fis-Toskana. L-ittri għandhom id-data tat-28 u l-31 ta’ Lulju tal-1610, u fihom, id-Duka ta’ Urbino jiġi infurmat li Caravaggio, li ismu proprju kien Michelangelo Merisi (jew Amerighi) da Caravaggio, kien miet f’Porto Ercole, waqt li kien qed jivvjaġġa lejn Ruma. Il-pittur, li kien għamel żmien Malta, kien ħarab minn Ruma
erba’ snin qabel ma ntbagħtu littri wara li kien instab ħati ta’ qtil. Hu kien fi triqtu lura Ruma għaliex il-Papa kien tah ilmaħfra. Waħda mill-ittri tgħid: “Fit-28 ta’ Lulju waslitilna l-aħbar talmewt ta’ Michel Angelo Caravaggio, il-pittur magħruf”. Fl-2010 kienu nstabu fdalijiet umani fi knisja f’Porto Ercole li studjużi huma kważi ċerti li huma ta’ Caravaggio. Dan wara investigazzjoni ta’ sena li fiha ntużat analiżi xjentifika varja biex jippruvaw jiddeterminaw ta’ min kienu.
www.maltarightnow.com
14
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Rapport jirreferi għar-‘renju tat-terrur’ tal-ISIS IN-NAZZJONIJIET UNITI
Tfajjel liebes bħala membru tal-grupp ISIS, fil-belt ta’ Mosul, fl-Iraq... Il-qawwiet tal-Gvern Iraqi, ilbieraħ, irnexxielhom ikeċċu lill-militanti tal-ISIS mill-belt ta’ Biji, magħrufa għall-produzzjoni taż-żejt, u hu mifhum li lliberaw iz-zona kollha mit-terroristi (Ritratt: EPA)
Inċertezza dwar ir-robot IL-ĠERMANJA
Ir- robot probe ‘Philae’, salbieraħ kien qed iħaffer fil-wiċċ tal-kometa 67P/ChuryumovGerasimenko fost l-inkwiet li lbatterija setgħet ‘tmut’ fi kwistjoni ta’ sigħat. Ir-riċerkaturi mal-European Space Agency (ESA) qalu li listrument qed jaħdem sal-massimu tal-kapaċità minkejja ssogru involut, bix-xjenzjati
f’Darmstadt, fil-Ġermanja, jittamaw li jaqbdu xi kampjuni għall-analiżi fil-laboratorji ta’ ‘Philae’. F’każ li tispiċċa l-batterija tar-robot, ir-riżultati jistgħu ma jintbagħtux lid-dinja. LESA qed tgħid li l-pannelli solari tal-probe qed jilqgħu d-dawl taxxemx iżda mhux b’mod li jista’ jżomm il-missjoni għaddejja wara llum.
Rapport tan-NU sostna li lgrupp terroristiku Stat Iżlamiku (ISIS) qed iwettaq delitti tal-gwerra minbarra li jimponi ‘renju ta’ terrur’ fizzoni tas-Sirja li waqgħu taħt ilkontroll tiegħu. Ir-rapport, li jibbaża fuq aktar minn 300 intervista maxxhieda, jgħid li l-ISIS qed ‘jesaġera fil-vjolenza’ kontra ċivili – bl-irġiel li jinqabdu jpejpu qed jispiċċaw bi swaba’ maqtugħin fost diversi każi oħra. Intant, spikka l-każ ta’ mara, dentista, li spiċċat b’rasha maqtugħa bħala esibizzjoni għall-pubbliku, minħabba li kienet tittratta lill-irġiel li jmorru għandha bil-problemi tas-snien. L-ISIS ilu minn Ġunju jamministra fuq artijiet tas-Sirja u
l-Iraq. Ir-rapport intitolat ‘Rule of Terror: Living under ISIS in Syria’, hu l-ewwel wieħed li fih in-NU teżamina mill-qrib it-tattiki tal-entità terroristika. Ir-rapport tħejja minn investigaturi dwar iddrittijiet umani manNazzjonijiet Uniti. Minbarra l-intervisti mannisa, l-irġiel u t-tfal residenti fiz-zoni tas-Sirja amministrati mill-ISIS (hekk kif l-investigaturi tkellmu wkoll man-nies li rnexxielhom jaħarbu minn dawn iz-zoni), ir-rapport jeżamina wkoll ir-ritratti u lfilmati li qed jiċċirkolaw it-terroristi. L-eżekuzzjonijiet tan-nies fil-pubbliku huma parti millaġir komuni tal-ISIS, u lkatavri jitħallew fuq il-post
bħala twissija għar-residenti lokali. Dan meta t-tattiki brutali tal-grupp, li jinkludu l-qtil tal-massa, iġġeneraw għadab u biża’ madwar id-dinja, u ma naqsitx il-kundanna talMusulmani moderati. Ir-rapport ‘Rule of Terror’ jgħid ukoll li l-komunità internazzjonali ma tatx l-importanza xierqa lit-theddida tal-ISIS għall-istabbiltà reġjonali. Listess rapport ikompli li l-falliment tal-potenzi biex isibu soluzzjoni politika għall-kriżi tas-Sirja ħalliet speċi ta’ ‘limbu’ perikoluż li ppermetta li dawn it-terroristi jikkonsolidaw posthom. L-ISIS ilu minn Awwissu suġġett għall-kampanja militari minn koalizzjoni ta’ pajjiżi taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti.
mhumiex se jitħallew jinżlu firRenju Unit l-ajruplani tal-linji tal-ajru li ma jadottawx ilproċessi ta’ screening fl-interessi tas-sigurtà. Hu kkalkulat li madwar 500 estremista Britanniku qed jiġġieldu fl-Iraq u fis-Sirja, u dawn il-pajjiżi Għarab, filpreżent, qed jiffaċċjaw theddida kbira mit-terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (ISIS). Sadanittant, David Cameron qal li l-Gvern tiegħu dalwaqt jin-
troduċi l-abbozz ta’ liġi ġdid kontra t-terroriżmu fir-Renju Unit u li ma jista’ jaħrab minnu qatt. Il-liġi ġdida tagħti l-poteri ġodda lill-pulizija fl-ajruporti u l-portijiet biex jaħtfu l-passaporti tal-individwi minbarra li jżommuhom milli jivvjaġġaw. Lawtoritajiet, aktar ’il quddiem, se jkunu jistgħu jżommu ċittadini Britanniċi partikulari milli jirritornaw fir-Renju Unit, dment li huma ma jirrispettawx it-termini u l-obbligi stabbiliti.
Se jinħatfu l-passaporti ta’ Britanniċi involuti fil-jihad IR-RENJU UNIT
Il-Prim Ministru Britanniku, David Cameron, irrefera għallpjani biex ikunu rtirati l-passaporti lill-Britanniċi li jmorru jiġġieldu fi gwerra qaddisa (jihad). Dan il-pass ma jippermettix li huma jirritornaw firRenju Unit wara li jkunu ħadu sehem f’battalji lil hinn minn xtuthom. Hemm ukoll il-pjani li jesiġu l-passi fil-konfront tal-linji talajru li ma jirrispettawx in-no-fly lists ta’ Londra. Hu mifhum li
www.maltarightnow.com
15
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
MYANMAR: Membri tas-sigurtà Amerikani jħarsu waqt li l-ajruplan Air Force One, li qed jivvjaġġa fih il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama, jitlaq lejn Yangon mill-ajruport ta’ Naypyitaw. Aktar qabel, Obama attenda s-summit tal-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi Asjatiċi tax-Xlokk (ASEAN) organizzat f’Naypyitaw (Ritratt: EPA)
Arrestat f’każ ta’ korruzzjoni dwar ‘golden visas’ IL-PORTUGALL
Il-Pulizija Portugiża arrestat ilKap tas-Servizzi talImmigrazzjoni u għasSorveljanza tal-Fruntieri bħala parti minn investigazzjoni dwar il-korruzzjoni marbuta mal-ħruġ ta’ dawk imsejħa ‘golden visas’ għall-investituri sinjuruni barranin. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali f’Liżbona qal li saru diversi arresti, u l-Pulizija wettqet tfittxija għas-suspettati f’diversi lokalitajiet madwar ilPortugall. Dan seħħ bħala parti mill-investigazzjoni dwar ilvisas u affarijiet oħra, filwaqt li lawtoritajiet qed jissuspettaw f’każi ta’ korruzzjoni, tixħim u ħasil ta’ flus. L-aġenzija tal-aħbarijiet Lusa qalet li Manuel Palos, il-kap tasservizzi SEF għall-immigrazzjoni, kien fost il-persuni arrestati waqt li saret ukoll tfittxija filkumpless tal-SEF. Sorsi qrib ilpulizija li ma kinux identifikati kkonfermaw dan l-arrest iżda ma qalux jekk tressqux l-akkużi kriminali speċifiċi fil-konfront ta’ Palos. Il-Gvern Portugiż, fl-2012, introduċa l-programm ‘golden visa’ waqt kriżi tad-djun waqt li ħareġ il-permessi ta’ residenza
għaċ-ċittadini tal-pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea li investew fil-proprjetà. L-iskema ġġenerat iktar minn biljun dollaru f’investiment – fil-parti lkbira mingħand iċ-Ċiniżi li riedu jixtru l-proprjetà u li kienu lesti biex jinvestu ’l fuq minn 500,000 ewro f’dan is-settur fil-Portugall. Spanja u pajjiżi oħra tal-UE għandhom programmi simili. Intant, il-permessi tal-Portugall jippermettu biex il-barranin jivvjaġġaw ħielsa tul iz-zona Schengen tal-Ewropa, li tinkludi 26 pajjiż. Sadanittant, il-politiċi talOppożizzjoni ilhom jinsistu li din l-iskema tista’ tipprovdi ‘lopportunitajiet’ lill-kriminali, minbarra li tixpruna l-korruzzjoni. Min-naħa tiegħu, il-Gvern Portugiż insista li l-ispezzjonijiet tal-applikanti għall-visas jilħqu lkriterji kollha stabbiliti mill-UE, iżda, matul is-sajf, ammetta li qed jinvestiga l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni marbuta mal-programm. Il-Portugall ħareġ ‘golden visas’ għal madwar 1,500 persuna, fil-parti l-kbira Ċiniżi, minbarra ċittadini tar-Russja, ilBrażil, l-Angola u pajjiżi oħra barra l-UE.
Kunsinni taż-żejt sigrieti min-naħa taċ-Ċina IL-KOREA TA’ FUQ
Uffiċjali sigrieti tal-Korea t’Isfel żvelaw li ċ-Ċina qed taħdem minn taħt biex tipprovdi żżejt lill-Korea ta’ Fuq. Jingħad li ż-żejt – li qed jitwassal mill-fruntieri – ma jidhirx fl-istatistika dwar l-esportazzjoni inkella qed ikun identifikat bħala ‘għajnuna’ min-naħa taċ-Ċiniżi. L-istatistika doganali minn Beijing tindika li l-ebda kunsinna ta’ żejt mhux raffinat ma twasslet
lejn il-Korea ta’ Fuq fl-ewwel disa’ xhur tas-sena. Madankollu, l-analisti fil-Korea t’Isfel jgħidu li waqfien hekk drastiku flimportazzjoni kien iħalli effett ‘kaotiku’ fuq il-kapaċità industrijali tal-Korea ta’ Fuq u l-qawwiet militari tal-pajjiż Stalinista. L-analisti komplew li, għallkuntrarju, li kieku ċ-Ċina ma pprovdietx dan iż-żejt, ħafna mill-faċilitajiet industrijali u l-
vetturi fil-Korea ta’ Fuq ma kinux jibqgħu jiffunzjonaw. Intant, għalissa, m’hemm l-ebda indikazzjoni li jeżisti dan ‘ilperiklu’ għall-Korea Komunista. Fl-aħħar xhur, il-Korea ta’ Fuq żviluppat rabtiet ġodda marRussja fl-oqsma politiċi u kummerċjali – biż-żewġ pajjiżi jinsistu bl-iżvilupp ta’ zoni industrijali fil-Korea ta’ Fuq u konnessjoni bil-ferrovija bejn il-fruntieri.
www.maltarightnow.com
16
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
RIFLESSJONI
Kwalità materna
Il-Papa Franġisku ma jehda qatt jisraq l-attenzjoni tad-dinja, kemm għall-ġesti umli li jwettaq u anki għas-sinċerità u l-umiltà ta’ qalbu f’diskorsu. Nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru, il-Papa ta katekeżi mill-isbaħ dwar l-Imqaddsa Ommna l-Knisja Ġerarkika. It-titlu ta’ din il-katekeżi diġà jgħid ħafna. Qabel l-istituzzjoni, illiġijiet, in-normi u l-proċeduri tagħha, il-Knisja hija Omm. Hekk waqqafha Ġesù Kristu biex tkun. Omm! Jiġini f’qalbi u f’moħħi dak li kiteb San Pawl fl-Ewwel Ittra tiegħu lill-Korintin: “Għax jekk għandkom bl-eluf għalliema fi Kristu, ma għandkomx ħafna missirijiet; għax jiena hu li, blEvanġelju, nissiltkom fi Kristu Ġesù” (1 Kor 4: 15). Għalhekk, skont il-Papa Franġisku, il-Knisja, fil-ministri tagħha, hija ommna. IlPapa jgħallem: “Fil-preżenza u fil-ministeru talIsqfijiet, il-Presbiteri u d-Djakni nistgħu nagħrfu l-veru wiċċ talKnisja: hi Ommna l-Knisja Mqaddsa Ġerarkika. U tabilħaqq, permezz ta’ dawn ħutna magħżula mill-Mulej u kkonsagrati bissagrament tal-Ordni, il-Knisja tħaddem il-maternità tagħha: filMagħmudija tnissilna bħala Nsara, twellidna mill-ġdid fi Kristu; tieħu ħsieb il-mixja li fiha nikbru fil-fidi; takkumpanjana lejn dirgħajn ilMissier, biex nilqgħu l-maħfra tiegħu; tħejji għalina l-mejda Ewkaristika, fejn tmantnina bilKelma ta’ Alla u l-Ġisem u dDemm ta’ Ġesù; issejjaħ fuqna lbarka ta’Alla u l-qawwa tal-Ispirtu tiegħu, billi tweżinna tul ħajjitna kollha u ddawwarna bil-ħlewwa u l-imħabba tiegħu, l-aktar filmumenti l-iżjed delikati tal-prova, tat-tbatija u tal-mewt” (§ 1). Permezz tal-ministri tagħha, ilKnisja, għaliex hija omm, takkumpanja fit-tlugħ u l-inżul ta’ ħajjitna. Takkumpanjana meta aħna ferħana u meta l-inkwiet talħajja jagħfas fuq spallejna. Filkatekeżi tiegħu l-Papa ħa l-opportunità wkoll biex jagħmel tħeġġiġa kif imiss lill-Isqfijiet. Biex jurihom kif għandhom ikunu. Skont il-Papa Franġisku, jekk hemm xi ħadd li jeħtieġlu juri l-imħabba tal-omm, dan huwa l-Isqof. Ma ninsewx x’qal Ġesù fuq il-Belt ta’ Ġerusalemm meta bkieha. “Ġerusalemm! Ġerusalemm! Int li toqtol il-profeti u tħaġġar il-messaġġiera li jibgħatlek Alla; kemm ridt niġbor lil uliedek bħalma lqroqqa tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwenħajha, u int ma ridtx!” (Lq 13 :34). Filwaqt li fil-profeta Iżaija l-Mulej jgħid ċar u tond “Tista' mara tinsa t-tarbija tagħha, u ma tħennx għal bin ġufha? Mqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek qatt! Ara!
Patri Mario Attard OFM frmarioa@gmail.com
Naqqaxtek fuq il-keffa ta’ jdejja” (Is 49:15-16). Skont il-Papa Franġisku “din ilmaternità tal-Knisja tesprimi ruħha b’mod partikulari fil-persuna talIsqof u tal-ministeru tiegħu. Filfatt, kif Ġesù għażel lill-Appostli u bagħathom iħabbru l-Vanġelu u jirgħu l-merħla tiegħu, hekk lIsqfijiet, is-suċċessuri tagħhom, huma mqiegħda f’ras il-komunitajiet Insara, bħala garanti tal-fidi tagħhom u bħala sinjal ħaj talpreżenza tal-Mulej f’nofshom” (§ 2). Jiġifieri tal-Mulej Ġesù li jħobbna bħalma omm tħobb lil uliedha. Tant li tagħti ħajjitha għalihom! Għall-Papa Franġisku, Isqof immexxi mill-mentalità tad-dinja li trid dejjem il-promozzjonijiet ħalli tavvanza fil-karriera mhuwiex isqof ta’ Ġesù Kristu. Min ifittex li jilħaq il-karigi għoljin fil-Knisja għadu lanqas biss xamm minn hu Ġesù. U jinħass. Għaliex minflok paċi minnu joħroġ toqol kbir ta’ mewt spiritwali serja. IlPapa jqaxxar din il-mewt f’dan ilparagrafu fil-katekeżi tiegħu: “Għalhekk qed nifhmu li hawn m’aħniex nitkellmu fuq pożizzjoni ta’ prestiġju, fuq xi kariga ta’ ġieħ. L-episkopat mhux xi onorifiċenza, hu servizz. Ġesù hekk riedu. FilKnisja m’għandux ikun hemm lok għall-mentalità tad-dinja. Ilmentalità tad-dinja tgħid: ‘Dan irraġel għamel karriera fil-Knisja, sar Isqof’. Le, le, fil-Knisja m’għandux ikun hemm post għal din il-mentalità. L-episkopat hu servizz, mhux onorifiċenza biex wieħed joqgħod jiftaħar. Li tkun Isqof ifisser iżżomm quddiem għajnejk l-eżempju ta’ Ġesù li, bħala Ragħaj Tajjeb, ġie mhux biex ikun moqdi, imma biex jaqdi (ara Mt 20:28; Mk 10:45) u biex jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu (ara Ġw 10:11). L-Isqfijiet qaddisa – u kellna ħafna fl-istorja tal-Knisja, ħafna Isqfijiet qaddisin – juruna li dan ilministeru ma tfittxux, ma titolbux int, ma tixtrihx, imma tilqgħu b’ubbidjenza, mhux biex titgħolla, imma biex titbaxxa, bħal Ġesù li ‘ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-
Skont il-Papa Franġisku, jekk hemm xi ħadd li jeħtieġlu juri l-imħabba tal-omm, dan huwa l-Isqof
mewt, anzi sal-mewt tas-salib’ (Fil 2:8). Xi dwejjaq meta tara bniedem li qed ifittex dan l-uffiċċju u li jagħmel tant affarijiet biex jasal hemm u meta jasal hemm ma jagħmilhiex ta’ qaddej, ixammar imnieħru, u jgħix biss bil-vanità tiegħu” (§ 2). F’għeluq il-Katekeżi tiegħu lPapa ħeġġeġ minn qalbu biex “ilkomunitajiet Insara ... jaraw flIsqof tagħhom don kbir, u huma msejħa jkollhom komunjoni
sinċiera u profonda miegħu, ibda mill-Presbiteri u d-Djakni” (§ 3). Skont il-Papa Franġisku, “Knisja li mhix magħquda mal-Isqof hi Knisja marida” (§ 3). Issokta jgħid li “Ġesù ried din l-għaqda tal-fidili kollha mal-Isqof, anki tad-djakni u tal-presbiteri. U dan jagħmluh flgħarfien li hu sewwasew fl-Isqof li tidher ir-rabta ta’ kull Knisja malAppostli u mal-komunitajiet loħrajn kollha, magħquda malIsqfijiet tagħhom u l-Papa fil-
Knisja waħda tal-Mulej Ġesù, li hi Omma l-Knisja Mqaddsa Ġerarkika” (§ 3). Quddiem katekeżi ċara bħal din ejjew nitolbu biex l-Arċisqof ilġdid ta’ Malta qalbu tkun Ġesù Kristu. U l-pulmuni tiegħu jkunu ħutna s-saċerdoti u l-poplu ta’Alla. Huwa dan it-tip ta’ Arċisqof li jiggarantixxi l-għaqda fil-Knisja f’Malta. Għax matern. Bħallomm. Li tħobb u tipproteġi lil uliedha kollha.
www.maltarightnow.com
17
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
RIFLESSJONI
Il-mowbajl
L-importanza li kellu l-maktur qabel, illum ħadha apparat li sirna nsibu fil-but ta’ kulħadd. Qiegħed ngħid għat-telefown ċellulari, jew kif nafuh ilkoll, il-mowbajl
Niftakar li meta kont żgħir, lgħalliema tagħna dejjem kienu jgħidulna li aħjar toħroġ bla flus milli mingħajr maktur, għax bla flus minn hemm u minn hawn issib lil xi ħadd jisilfek, imma lmaktur irid ikun tiegħek. Illum din il-problema ssolviet ukoll għax jekk tinsa l-maktur malajr tixtri pakkett imkatar tal-karti, anzi, ngħid għalija, lanqas għadni nuża mkatar tad-drapp u naħseb li bosta huma bħali. Imma l-importanza li kellu lmaktur qabel, illum ħadha apparat li sirna nsibu fil-but ta’ kulħadd. Qiegħed ngħid għattelefown ċellulari, jew kif nafuh ilkoll, il-mowbajl.
Mill-fantasija għar-realtà Fi ċkuniti, meta konna naraw xi film li kien ikun fih xi telefown f’xi karozza, konna ngħidu li dak film tal-gideb u tal-fantasija għax dak iż-żmien ma konniex nimmaġinaw li jista’ jkun hawn aċċess għal kulħadd għal telefown bla wajer. Tabilħaqq li kien hemm il-pulizija u s-suldati li kellhom ir-radju bla fil li bih kienu jikkomunikaw, imma qatt ma immaġinajna li anke ċikku l-poplu kellu jkollu wieħed bħal dawn. Għallewwel li bdew it-telefowns ċellulari, dawn kienu kbar u tqal,
Ikollna nammettu li minn kemm ilu li għandna l-mowbajl fil-but, żidna l-periklu fit-toroq tagħna
bl-antenna, u kulħadd kien jinduna li dak li jkun ikollu wieħed għax kienu goffi u ma kinux joqogħdu fil-but. Illum l-apparat ċkien, l-antenna spiċċat u l-piż sar ħafif. Jagħtik status Meta dan it-tip ta’ telefown beda jinfirex, sar oġġett li jagħti status lil dak li jkun, u kien hemm żmien li konna mmorru f’restorant u min kien ikollu mowbajl kien ipoġġih fuq ilmejda mal-frieket, is-skieken u l-imgħaref. Kien donnu oġġett li jgħolli l-grad ta’ dak li jkun. Illum l-ebda status ma għadu jagħti l-mowbajl għax sar oġġett li nsibu anke f’idejn ittfal.
Żidna l-periklu Ikollna nammettu li minn kemm ilu li għandna l-mowbajl fil-but, żidna l-periklu fit-toroq tagħna. Kemm-il darba rajt żgħażagħ jaqsmu t-triq u minflok iħarsu lejn il-karozzi, jibqgħu għaddejjin itektku fuq il-mowbajl tagħhom. Agħar minn hekk, huwa l-fatt li bosta sewwieqa jużaw il-mowbajl waqt li jsuqu. Dan huwa ksur tal-liġi u hemm piena għal min jinqabad jagħmel din il-ħaġa, imma sfortunatament ħafna jin-
Fr Reno Muscat
renosop@gmail.com joraw il-liġi. Allura jkollna ngħidu li bil-mowbajl żidna lperikli f’ħajjitna. Dan biex ma nsemmix il-periklu li bosta żgħażagħ qegħdin jitgħallmu jiktbu b’mod ħażin. L-Ingliżi draw jiktbu ‘how r u?’ minflok ‘how are you?’ Iqsar u malajr teħles! It-Taljani jużaw il-‘K’ f’‘che jew perche’. U aħna lMaltin la teżisti ‘għ’, ‘h’ u xejn. Nagħti skandlu? Meta kont Ruma, fil-mowbajl tiegħi niżżilt applikazzjoni li fiha t-talb li aħna s-saċerdoti obbligati ngħidu kuljum. Kont ninżel filknisja għal dan it-talb u nuża lmowbajl minflok il-ktieb tqil jiżen għaxar kilogrammi! Kien hemm min skandalizza ruħu għax skont huma, kien ikun
hemm patri li minflok jitlob, kien joqgħod jilgħab biċ-ċellulari tiegħu. Wieħed parruċċan anzjan imma li jħobb it-teknoloġija, għamel bħali. Issa sirna tnejn nużaw il-mowbajl għal-lawdi u għall-vespri. It-tnejn irduppjajna u fl-aħħar kien hemm bosta lajċi li jiġu jitolbu magħna permezz tal-mowbajl. Anzi, saħansitra kien hemm min beda jġib miegħu t-tablet u jsegwi minn fuqu. Dak li għall-ewwel kien skandlu, flaħħar sar stument ta’ ġid.
Il-mowbajl illum Tkun fuq tal-linja, tkun tistenna fi kju, tkun dieħel il-Belt, tkun tippassiġġa Tas-Sliema, tkun Malta, tkun barra, dejjem issib lil xi ħadd bl-imbierek mowbajl f’idu. Min jikteb messaġġ, min jaqra l-aħbarijiet, min jaqra xi ktieb, min jilgħab xi logħba, u l-kumplament. Jien darba saħansitra ktibt artiklu għal dan il-ġurnal fuq il-mowbajl tiegħi. Żgur li mhuwiex il-mod eċċellenti biex tikteb artiklu, imma f’ każi partikulari jkollok tinqeda b’ dak li ssib.
U bla ma trid, tieqaf u taħseb, u tagħraf x’użu sar fih il-mowbajl illum. Niktbu bih, inżommu lappuntamenti fih, naraw ilkalendarju, nieħdu r-ritratti u niġbdu xi biċċa filmat, nibagħtu l-messaġġi, naqraw l-emails, nidħlu fil-facebook, nilagħbu llogħob, u naraw ukoll fejn qegħdin fid-dinja permezz talGPS li xi wħud fihom. Illum nistgħu naraw it-televiżjoni minn fuq il-mowbajl ukoll. Il-mowbajl qiegħed iservi wkoll biex min irid, iniżżel applikazzjoni għattalb. Nagħmlu xi ħaġa oħra b’ dan lapparat li llum jinstab fil-but ta’ kulħadd? Qiegħed inħoss li donni nsejt xi ħaġa fil-lista ta’ hawn fuq. Hekk hu, bilħaqq, bilmowbajl nistgħu nagħmlu telefonata, anzi, l-iskop ewlieni ta’ dan l-apparat kien li nċemplu lil xulxin imma llum kważi kważi nagħmlu mitt ħaġa bih minbarra nċemplu. X’ lussu għandna fil-but illum, apparat li sar importanti daqskemm kien il-maktur fi ċkuniti.
www.maltarightnow.com
18
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
MADWARNA
Kunċert ta’ mużika korali u orkestrali ta’ Gounod Nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru, is-St Paul Choral Society, wieħed mill-aqwa korijiet polifoniċi f’Malta, flokkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja, qaddisa patruna talmużika, se jippreżenta kunċert bil-kor u l-orkestra filKonkatidral ta’ San Ġwann. Il-mużika se tkun kollha talkompożitur famuż Franċiż tasseklu 19, Charles Gounod. Ilkunċert se jsir taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, u se jsir b’risq ir-Richmond Foundation. Il-kunċert se jiftaħ bil-‘Marche Pontificale’, li Gounod kiteb għall-Ġublew tad-Deheb talPapa Piju IX u li llum huwa laktar magħruf bħala l-Innu talIstat tal-Vatikan. Il-kor imbagħad se jesegwixxi għall-ewwel darba f’Malta l-‘Magnificat’ u n-‘Nunc Dimittis’ li Gounod kiteb fl1872, waqt li kien qed jgħix lIngilterra. Il-programm ikompli bil‘Marche Religieuse’, xogħol strumentali li rari jinstema’, u
b’żewġ biċċiet għall-mezzosopran: ir-‘Répentir’ u l-famuża ‘Ave Maria’, ibbażata fuq l‘Ewwel Preludju’ ta’ Bach. Claire Massa se tkun is-solista f’dawn il-biċċtejn. Wara li l-orkestra ddoqq ilfamuża ‘Judex’ mill-oratorju ‘Mors et Vita’, il-kunċert jilħaq il-qofol tiegħu bil-kant tal‘Messe Solennelle Sainte Cécile’, għal solisti, kor, orgni u orkestra. Is-solisti se jkunu Rosabelle Bianchi (sopran), Charles Vincenti (tenur) u Albert Buttigieg (baxx). L-orkestra, magħmula minn 34 mużiċist, se tkun taħt it-tmexxija ta’ James Zammit. L-organista se tkun Dr Elisabeth Conrad. Ilkunċert se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Dr Hugo Agius Muscat. Il-kunċert jibda fis-7.30pm u jdum madwar siegħa u kwart. Iddħul huwa b’xejn imma min jattendi jkun mistieden jagħti donazzjoni lir-Richmond Foundation. Il-kunċert qed ikun organizzat
Kunċert bit-trumbetti u l-orgni f’Ta Pinu
Il-mużika se tkun kollha tal-kompożitur famuż Franċiż tas-seklu 19, Charles Gounod
bil-kollaborazzjoni tal-Kapitlu Metropolitan tal-Katidral u lFondazzjoni tal-Konkatridral ta’
San Ġwann. In-nisa huma mfakkra jilbsu żraben mingħajr tkaken stiletto jew irqaq.
Illejla u għada l-Ħadd 16 ta’ Novembru 2014, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu se jittella’ kunċert bit-trumbetti u lorgni. Dan il-kunċert mużikali qed isir biex jinġabru fondi għallproġett tal-bini tal-parkeġġ tasSantwarju Ta’ Pinu li issa wasal flaħħar fażi tiegħu. Fil-kunċert se jieħdu sehem il-mużiċisti Għawdxin Jason Camilleri fuq ittrumbetta u Amy Rapa fuq l-orgni, waqt li magħhom fuq it-trumbetta wkoll se jingħaqad il-mużiċist Paul Thomas mir-Renju Unit. Jindaqqu siltiet ta’ kompożituri kbar, fosthom Vivaldi, Manfredini, Albinoni, Stanley, u oħrajn. Sintendi, ma tonqosx l-‘Ave Maria’ u t-tislima bit-trumbetta magħrufa bħala ‘Last Post’ b’tifkira tal-benefatturi mejtin tasSantwarju. Il-ħinijiet huma dawn: illum is-Sibt fil-11.00am għallbenefiċċju tat-turisti li jżuru sSantwarju, u għada l-Ħadd 16 ta’ Novembru fis-6.00pm.
www.maltarightnow.com
19
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
OPINJONI
L-uġigħ fl-atleta u fil-ħajja
Blanka saret World Champion f’Osaka (2007) u f’Berlin ukoll (2009). Kienet World Sportswoman fl-2010 wkoll, qabel ma weġġgħet saqajha u nqatgħet għal xi sentejn mill-isport
Wieħed li darba kien jgħallimni l-matematika, il-liċeo, kien iħobb ħafna l-isport għalkemm ma kienx xi atleta famuż, la Malta u wisq inqas barra minn Malta. Dak iż-żmien l-isport kien xi ħaġa ta’ barra mill-kurrikulu tagħna u l-biċċa l-kbira tagħna ma konna nieħdu sehem f’xejn ħlief f’xi logħba futbol kif konna nafu nilagħbuha aħna ttfal. Imma spiss kien jagħmlilna dawk it-tliet minuti favur lisport, biex iħajjarna u jipperswadina li l-isport ma kienx għal dawk li ma kinux tajbin fl-iskola biss. Kien żmien ieħor. Illum, għall-grazzja ta’ Alla, l-isport neħduh ferm aktar bis-serjetà – għalkemm dejjem għandna fejn intejbu. Spiss naqraw u naraw figuri tal-isport ta’ grad internazzjonali, golf, tennis, futbol, ġiri, speleoġija, tlugħ ta’ muntanji jew irdumijiet, u ħafna oħrajn. Il-bniedem tal-isport jaf ikun stilla, u jidher spiss fil-gazzetti u fuq it-televiżjoni. Min ma semax b’Ronaldo, Serena Williams, jew Oscar Pistorius?
Blanca Vlasic Superstar Blanka Vlasic twieldet il-Kroazja, u hija waħda mill-aqwa atleti tal-high-jump flistorja. Taqbeż aktar minn 2 metri. Blanka ħadet isimha minn Casablanca, fil-Marokk fejn missierha Josko, atleta ta’ fama internazzjonali, rebaħ midalja tad-deheb fil-Logħob talMediterran. Missierha tefagħha dritt għattrejning, mindu kellha seba’ snin, għax fehem li din kellha talent partikulari. Blanka saret World Champion f’Osaka (2007) u f’Berlin ukoll (2009). Kienet World Sportswoman fl-2010 wkoll, qabel ma weġġgħet saqajha u nqatgħet għal xi sentejn millisport. Blanka kienet mistiedna titkellem fl-Università Ewropea tal-Isport f’Ruma, bis-suġġett ‘Lisport huwa aktar minn mogħdija taż-żmien’. Skont Zenit, f’din lokkażjoni, l-Università kienet magħquda ma’ 15-il università oħra, bil-għan li juru li l-isport huwa “arena biex titħarreġ u taġevola l-ġisem u r-ruħ”.
Fr Norbert Ellul Vincenti nibit2@gmail.com
Tant kienet okkażjoni importanti li anke l-Kunsill Pontifiċju tal-Lajċi, il-Kumitat Olimpiku Nazzjonali Taljan u ċ-Ċentru Sportiv Taljan, ingħaqdu maluniversitajiet.
Fidi tradizzjonali bla ħajja Zenit għamlilha intervista li fiha Blanka ġiet mistoqsija dwar il-fidi tagħha. Blanka qalet li ħajjitha kienet bħal ħafna li nafu aħna – hi u ħutha rċivew is-sagramenti, imma ommha u missierha ngħaqdu fiż-żwieġ reċentement. “Il-fidi tagħna lkoll kienet aktar tradizzjoni mill-konvinzjoni ħajja.”
L-isport jurina li aħna m’aħniex suffiċjenti għalina nfusna u ma nistgħux naqgħu fuq is-saħħa tagħna biss, tgħid xi tgħid id-dinja Hija tgħid li huma kienu jirranġaw mill-aħjar li jistgħu imma mingħajr wisq referenza għal Alla. Żmien diffiċli għaliha kien meta weġġgħet l-għaksa u kellha bżonn operazzjoni, u sabet li kien diffiċli li tirritorna għall-isport tagħha. Ħuha Marin, weġġa’ wkoll u għamel operazzjoni, imma Blanka ma kinitx taf li dan kien beda jmur il-quddies, sakemm darba qalilha li kien qed jitlob għaliha - sorpiża, ġejja minn ħuk, li bħalek qatt ma daħal knisja, u issa qed imur il-quddies. Huwa kien l-appostlu evanġelizzatur tagħha. Kellimha fuq Alla, sakemm, f’daqqa waħda ħasset l-Ispirtu ta’ Alla jaħkimha u nfexxet tibki, f’bikja ta’ grazzja. Kollox beda jidher ċar qisu lbiċċiet ta’ ħajjitha kienu jigsaw puzzle li ngħaqdet f’daqqa waħda. Dak il-lejl hija raqdet raqda ta’ paċi liema bħalha, wara
li ddeċidiet li jiġri x’jiġri, Ġesu’ kien magħha dejjem, u ma kellha xejn għalfejn tibża’.
L-isport bħala xhieda Bdiet tmur il-quddies, tqerr u titqarben. Vlasic taħseb li limportanza tal-isport hija “ta’ xhieda”. L-isport jurina li aħna m’aħniex suffiċjenti għalina nfusna u ma nistgħux naqgħu fuq is-saħħa tagħna biss, tgħid xi tgħid id-dinja. Dik il-fiduċja għamja fina nfusna taqa’ bħallmaskra li hi, malli niltaqgħu ma’ xi intopp. Huwa biss meta nħarsu lejn Ġesu’ li nifhmu s-sinifikat tas-salib, li donnu ħadd ma jrid iġorru. “Bħala atleta dejjem f’għajnejn il-pubbliku, il-ħajja hija ferm aktar faċli u kompluta meta nagħrfu l-ħniena u l-imħabba infinita ta’ Alla. Qisna nifhmu li rritornajna fid-dar ta’ missierna.”
22
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
Burmarrad Commercials tiċċelebra t-30 anniversarju
www.maltarightnow.com
MADWARNA
Tat donazzjoni ta' tliet karozzi b'valur totali ta' €30,000 lill-Malta Community Chest Fund
Burmarrad Commercials se tuża t-30 anniversarju tagħha biex tirriafferma l-impenn tagħha lejn servizz ta' kwalità lill-klijent
Fil-premises prominenti ta' Burmarrad Commercials f'Burmarrad, fil-jiem li għaddew kien organizzat riċeviment fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mit-twaqqif ta' din il-kumpanija. Il-mistiedna tal-unur kienet il-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca u r-riċeviment ingħata mill-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Mario Gauci u l-familja tiegħu. Hu tkellem dwar listorja tal-kumpanija li waqqaf hu stess fl-1984 u li għadu jmexxi sal-lum, flimkien ma’ wliedu Maria Gauci, Sharon Camilleri u Mario Gauci Jr li huma wkoll Diretturi talkumpanija. Mario Gauci flimkien malfamilja tiegħu u l-ħaddiema loħra wasslu biex illum Burmarrad Commercials hi lakbar kumpanija f'Malta li tinnegozja karozzi ġodda u second hand, u apparat u makkinarju industrijali. Il-kumpanija hi wkoll id-distributur uffiċjali u s-sieħeb fis-servizz ta' brands magħrufa bħal Carrier Transicold, Schmitz CargoBull u Dhollandia. Il-kumpanija tipprovdi wkoll servizzi ta' kera u self b'servizzi sħaħ wara l-bejgħ. Il-kumpanija twaqqfet minn familja li għandha passjoni għall-karozzi u għalhekk Burmarrad Commercials hi kumpanija li titmexxa minn żewġ ġenerazzjonijiet talfamilja Gauci u sal-lum għadha bbażata fil-lokalità talfamilja, jiġifieri Burmarrad. Iċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 anniversarju tal-kumpanija kienu jinkludu filmati dwar ilbidu modest tal-kumpanija meta Mario Gauci kien jaħdem fin-negozju agrikolu ta' missieru u wara kellu provi bħala xufier kontinentali tattrakkijiet. Il-filmati kienu jittrattaw ukoll it-twaqqif talkumpanija u 30 sena ta' impenn, sfidi u tkabbir. Il-fil-
Kjarifika
L-artiklu li deher fil-ħarġa tal-bieraħ f’paġna 19 u li kien jaqra ‘Joħorġu r-riżultati talandament fl-ewwel sitt xhur tas-sena’ ried jaqra hekk, ‘LAwtorità tal-Logħob u l-
mati wrew ukoll id-deċiżjonijiet viżjonarji li saru fil-bidu tat-twaqqif tal-kumpanija li llum bidluha f’kumpanija ta' suċċess, b'għeruq fondi f'waħda mill-eqdem komunitajiet ta' Malta. Bħala ġest li juri l-valuri talfamilja li tmexxi l-kumpanija u biex taqsam is-suċċess tagħha ma’ familji inqas fortunati filkomunità, Burmarrad Commercials tat donazzjoni ta' tliet karozzi b'valur totali ta' €30,000 lill-Malta Community Chest Fund. Din id-donazzjoni tinkludi mini-bus ta' 15-il passiġġier b'rampa għal aċċess ta' wheelchair, kif ukoll żewġ karozzi maħsubin għal persuni bi bżonnijiet speċjali. IlPresident ta' Malta aċċettat din id-donazzjoni b'risq il-karità u kienet viżibbilment emozzjonata bid-dedikazzjoni talkumpanija biex tgħin lillkomunità Maltija. Meta tkellem waqt ir-riċeviment, Mario Gauci, li kien imdawwar mill-familja, millħbieb u mill-klijenti, qal li hi emozzjoni inkredibbli li jħares lura lejn dak li kisbet ilkumpanija fl-aħħar 30 sena u li jara l-frott tal-ħidma ta' xogħol iebes li wettqet. Hu rringrazzja b'mod partikulari lill-familja tiegħu kif ukoll lill-ħaddiema. Hu qal li s'issa kien vjaġġ millisbaħ u qal li qed iħares ’il quddiem lejn dak li se jġib ilfutur għal Burmarrad Commercials fis-snin li ġejjin. Bħala waħda mill-aqwa korporazzjonijiet f'Malta, Burmarrad Commercials se tuża t-30 anniversarju tagħha biex tirriafferma l-impenn tagħha lejn servizz ta' kwalità lill-klijent. Il-mira talkumpanija hi li toffri servizz ‘one-stop’ li jeċċedi kull aspettattiva, li tilħaq l-ogħla standards ta' servizz u li toffri lvalur għall-flus, u din hi prova li din hi kumpanija mmexxija b'passjoni għall-familja, għannegozju u għall-komunità.
Lotteriji toħroġ ir-riżultati talandament fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2014’. Niskużaw ruħna f’każ li l-artiklu seta’ ġie interpretat b’mod differenti minn dak mixtieq.
www.maltarightnow.com
23
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
FESTI
Minn Joe Chetcuti – joechetcuti@onvol.net
Ta’ Xbiex
San Ġwann tas-Salib
Il-kunċert annwali tal-banda tas-Soċjetà Filarmonika King’s Own
Il-Filarmonika King’s Own talBelt illejla tesegwixxi programm mużikali biex tikkommemora għeluq il-mija u sentejn millgħoti ta’ titlu ta’ ‘Eċċellenza’ lillistess Banda Ċittadina King’s Own. Din il-banda rebħet dan l-
unur f’konkors internazzjonali tal-mużika bl-isem ‘Torneo of Peace and Harmony’ li kien sar f’Algiers, fit-8 ta’ April tal-1912. Il-kunċert se jfakkar ukoll għeluq il-126 sena mit-twaqqif tal-Provinċja Dumnikana. Il-
De Paule in Concert
Fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ Kristu Re, għada fis-7 p.m. se jittella’ l-Kunċert Annwali mis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine De Paule ta’ Raħal Ġdid, bittema ‘Movie Stars & Classics’ bi programm imżewwaq b’mużika mill-aqwa soundtracks ta’ films ta’ kull żmien. Programm li żgur jinżel tajjeb ma’ dawk kollha li biħsiebhom jattendu. Fost ix-xogħlijiet mużikali li se jindaqqu hemm sountracks mill-films First Knight, Air Force One, Star Trek, Papillon, Paton, Il Postino, The Monuments Men, Mary
Poppins, Cannon in D, The Mission, Indiana Jones, Les Mirables u Frozen. Il-banda se tesegwixxi wkoll silta b’xogħlijiet klassiċi ta’ Verdi, Bellini, Puccini u Mozart mill-opri La Sonnambula, Turandot, Aida, Le Nozze di Figaro u oħrajn. Se jieħdu sehem ukoll il-baritonu Ivan Vella, it-tenur Ġorġ Zammit u s-sopran Althea Troisi de Menville. Tindaqq ukoll il-kompożizzjoni tas-Surmast David Sammut, The Gates of Paradise u arranġament mill-aqwa ta’ marċi, Marching Forever. Medley ta’ marċi sbieħ u ferrieħa miktuba minn bosta kompożituri fosthom ir-Radetsky March ta’
programm se jkun taħt idDirezzjoni tas-Surmast John Galea. Il-programm se jsir fitTeatru tal-Istitut Kattoliku, ilFurjana fis-7 p.m. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-bieb qabel jibda l-kunċert.
Johann Strauss, Anchors Aweigh ta’ Charles A. Zimmerman, Stars & Stripes Forever ta’ John Philip Sousa u l-famuż Fliergermarsch jew kif bosta jafuh bħala Aviators March ta’ Herman Dostal. Jieħdu sehem ukoll diversi solisti kif ukoll grupp taċ-ċirimelli The Kilted Knights Pipe Band. Il-kunċert se jsir fit-Teatru Sir Temi Zammit, l-Università ta’ Malta. Il-banda tas-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine De Paule se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast David Joseph Sammut. Id-dħul hu mingħajr ħlas u kulħadd hu mistieden jattendi.
Kunċert strumentali mill-banda tas-Soċjetà Filarmonika Santa Venera
Is-Soċjetà Filarmonika Santa Venera V.M. se tagħti kunċert strumentali fit-Teatru Manoel nhar il-Ħadd 30 ta’ Novembru fis-7 p.m. Dan il-kunċert li hu mtella’ mill-Għaqda Każini talBanda se jkun taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Dan il-kunċert hu wieħed prestiġjuż u uniku għas-Soċjetà Mużikali li tkun se ddoqq per-
ess li l-baned kollha ta’ Malta jdoqqu b’roaster wara minn imissu kull sena. Meta wieħed iqis li f’Malta u Għawdex hawn madwar 80 banda, ifisser li l-banda ddoqq kull tmenin sena. Din l-okkażjoni għas-Soċjetà Filarmonika Santa Venera se tkun aktar unika għaliex proprju din is-sena, is-Soċjetà qiegħda tiċċelebra għeluq il-ħamsin
sena mit-twaqqif tagħħa. Dan il-kunċert se jagħlaq sena impenjattiva ħafna għasSoċjetà. Id-dħul għal dan il-kunċert hu mingħajr ħlas, iżda kulħadd irid ikollu biljett. Dawn il-biljetti jistgħu jinkisbu millKażin tal-Banda Santa Venera, minn info@banda santavenera.com jew billi ċċemplu 99474239.
F’Ta’ Xbiex qed tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Ġwann tasSalib. Illejla fil-5.30 p.m. jibda r-rużarju, fis-5.55 p.m. translazzjoni solenni bir-relikwa ta’ San Ġwann tas-Salib u wara tibda konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Provinċjal Patri Manwel Schembri OCD. Wara ssir Barka Ewkaristika. Se jieħu sehem il-Kor tal-Parroċċa mmexxi minn Mro Ġino Mule Stagno. Għada, jum il-festa, il-ħin tal-
quddies se jkun fis-7 a.m., fit8.30 a.m., fl-10 a.m. u fil-11.30 a.m. Fil-5.30 p.m. jingħad irrużarju u Barka Ewkaristika. Fis-6 p.m. tibda Konċelebrazzjoni Solenni. Imexxi il-Provinċjal, Patri Manwel Schembri, u lpaniġierku jsir mill-Provinċjal tal-Franġiskani Kapuċċini Patri Martin Micallef. Jieħu sehem il-Kor Bormliż ‘Tota Pulchra’ mmexxi mis-Surmast Walter Tonna.
Fil-Mosta qed tkun iċċelebrata lfesta tal-Madonna tal-Isperanza. Illejla fil-5 p.m. jibda r-rużajru u fil5.30 p.m. quddiesa kantata blomelija. Imexxi Dun Edgar Vella. Wara titkanta l-antifona u ssir Barka
Ewkaristika. Għada, jum il-festa, fil-5 p.m. jibda r-rużarju u fil-5.30 p.m. tibda quddiesa bil-prietka fuq ilMadonna tal-Isperanza. Se jmexxi Dun Charlon Muscat. Wara titkanta l-antifona u ssir barka Ewkaristika.
Il-Mosta
Il-Madonna tal-Isperanza
Iż-Żebbuġ, Għawdex
San Fortunatu Martri
Fil-Parroċċa Matriċi Santwarju u Arċipretali ta’ Santa Marija taż-Żebbuġ, Għawdex, qed tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Fortunatu Martri. Illejla fil-5.30 p.m. jibda rrużarju u wara ssir Barka Ewkaristika. Fis-6 p.m. tibda quddiesa konċelebrata blomelija fuq il-Qaddis Martri. Se jieħu sehem il-Kor Santa Marija. Fis-7.30 p.m. jibda pasta night fiċ-Ċentru Parrokkjali organizzata millGħaqda tal-Armar Santa Marija. Għada, jum il-festa, il-ħin tal-quddies se jkun fil-5 a.m., fis-6 a.m., fis-7 a.m. u fit-8
a.m. (din se tkun fiċ-Ċimiterju) u fil-11 a.m. Fit-3.30 p.m. tibda konċelebrazzjoni pontifikali u fiha se jitwassal il-messaġġ dwar San Fortunatu Martri. Se tieħu sehem l-orkestra li se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Ġużeppi Mallia flimkien mal-Korijiet Santa Marija u Regina Angelorum. Wara tibda ħierġa l-purċissjoni bir-relikwi insinji ta’ San Fortunatu Martri. Se tieħu sehem il-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ, Għawdex. Fid-dħul tal-purċissjoni ssir Barka Ewkaristika u jsir ilbews tar-relikwa ta’ San Fortunatu Martri.
Nhar il-Ġimgħa li ġej se ssir ilfesta tal-Preżentazzjoni talMadonna fit-Tempju fil-Knisja Monasteru ta’ Santa Katarina Verġni u Martri fil-Belt Valletta, li qiegħda fi Triq ir-Repubblika. Nhar il-Ħamis li ġej hu lejlet ilfesta. Fis-6 p.m. jibda r-rużarju, l-
Għasar solenni u quddiesa li tkun bil-kant. Wara, Barka Ewkaristika. Nhar il-Ġimgħa, jum il-festa, fis7.25 a.m. tibda quddiesa konventwali bil-kant u se jmexxi Patri Noah Schiavone OSA. Fis-6 p.m. tibda konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Monsinjur Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku.
Il-Belt Valletta
Il-Preżentazzjoni tal-Madonna
www.maltarightnow.com
26
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
KLASSIFIKATI
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. VETTURI
Mutur AUTOMATIC 125cc ekonomiku, kollox imħallas u ġdid, qatt ma ntuża, jiswa €1800, talba €1300. Ċemplu 99039564 jew 21695721. AVVIŻI
Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285,
79884497 jew Servizz fil-pront.
99472570.
GĦALL-BEJGĦ
Nixtri XI erba’ appartamenti u penthouse b’kamra jew tnejn tassodda, il-Qawra, Buġibba jew San Pawl il-Baħar, mingħajr sensar. Ċemplu 99494990. Pasturi TAT-tafal tradizzjonali, sett ta’ 20 pastur, €10. Offerta – presepji kull daqs, naħdimhom b’delizzju. Prezz tal-materjal biss. Ċemplu 21495253. Sufan L-Shaped u pultruna tal-bellus kannella €500, sufan-sodda u żewġ pultruni €380, vetrina/librerija antika tal-pine €200, billiard komplut 240x140 €500, forn tal-cast iron jaħdem bil-ħatab €350, żewġ komodini antiki tal-pine €30 u affarijiet oħra, kollha f’kundizzjoni tajba. Ċemplu 99880258.
PRIVAT
Tal-Franċiż MINN form 1 sal-O-Level, minn għalliema ta’ esperjenza twila. Ċemplu 21445384.
www.maltarightnow.com
SPORT
Jintlagħbu żewġ partiti mir-rawnd preliminari BASKETBALL – BOV KO Għada war nofsinhar jintlagħbu żewġ partiti mir-rawnd preliminari tal-Bank of Valletta K.O. Fl-ewwel logħba Floriana Café Del Mar imisshom jilagħbu kontra Remax Siġġiewi Citadel filwaqt li Virtus Cynergi u Bupa Luxol ikunu impenjati fit-tieni logħba. Għalkemm Floriana tilfu ħafna mill-potenzjal tagħhom meta bidlu lill-istranġier N. Oudendag minflok C. Montgomery xorta jibdew favoriti biex jiksbu post fissemi-finali tan-KO. Siġġiewi tilfu plejers important mill-istaġun l-ieħor u qed isibua diffiċli biex jirbħu ghalkemm fl-aħħar ħarġa tagħhom kontra Luxol urew progress. N. Oudendag hu plejer b’saħħtu taħt il-boards biss jidher li m’ghandux xutt tajjeb minn madwar iz-zona. Siġġiewi se jkunu qed jittamaw li A. Micallef u l-Amerikan K. Tribette jkunu f’forma tajba biex joffru reżistenza li M. Merceica, L. Ross u lil N. Sultana.
Virtus qed juru li għandhom potenzjal, anki jekk kellhom ibiddlu lill-Amerikan tagħhom N. Walkup, is-sostitut tiegħu E. Druonsma kellu wirja tajba kontra Floriana. Luxol, li tilfu plejers importanti qed jibbażaw fuq iż-żagħżagħ iżda n-nuqqas ta’ esperjenza qed tinħass ħafna. LAmerikan tagħhom O. Rutledge qed ikollu wirjiet tajba biss dan mhux biżżejjed biex kontra tteams qawwija. Għada jitkompla l-kampjonat St James Hospital tan-nisa b’żewġ logħbiet interessanti fejn Pavi Depiro jippruvaw iwettqu reazzjoni wara li tilfu fil-finali tas-Shield kontra Luxol flewwel logħba taħt it-tmexixja tal-kowċ C. Benmusbah . Athleta jittamaw li jagħtu gambetta lil Depiro wara li dejjem ħarġu telliefa f’dan listaġun. Hibs u Caffe Moak Luxol mistennija tkun logħba kumbattuta bħal dik tas-semifinali tas-Shield fejn Luxol kienu ħarġu rebbieħa bi tliet punti. Mill-BOV K.O. tat-Tieni
Divżijoni Hibs jibdew favoriti kontra Starlites filwaqt li Pheonix Frank Salt jipprovaw jpattu għat–telfa li ġarrbu fisShield kontra Mellieħa.
Illum YFA
Aloysians Ż v Luxol., 2pm. I Div. Swieqi P v La Salle U., 3.30pm. II Div. La Salle T v HMS., 5pm. II Div. St Andrews v Kavallieri RS2
A., 9.45am. I Div. B’Bugia T v Mosta G., 11am. I Div. Marsa T v Ħamrun L.
Michael Naudi plejer tax-xahar Il-captain ta’ AtoZ Electronics Athleta Michael Naudi ġie ivvutat bħala l-aqwa plejer għaxxahar ta’ Ottubru. Għal Naudi din kienet l-14–il darba li rebaħ dan l-unur. Matul ix-xahar ta’ Ottubru, Athleta kellhom xahar pożittiv hekk kif rebħu l-Pre-Season Tournament, is-St.James Hospital Super Cup u waslu wkoll sas-semifinali tasSt. James Hospital Shield. Naudi kien strumentali f’dawn il-wirjiet meta skorja 69 punt u kellu wkoll żewġ three pointers. Naudi lagħab medja ta’ 36.11 minuti kull partita. Hu għandu wkoll medja ta’ 10.00 rebound kull loghba, 2.00 steals u 5.50 assists u sofra wkoll medja ta’ 6.33 fawl. L-unur ġie ippreżentat minn Carlos Bugeja, direttur talMalta Basketball Association.
Sport lokali għal tmiem il-ġimgħa Siġġiewi Grd – 1pm. B’Bugia v Fgura., 2.45pm. Żejtun v Gudja., 4.30pm. Mtarfa v Msida Melita Grd- 2.30pm. Sirens v Gżira., 4.15pm. Għaxaq v Xgħajra., 6pm. Siġġiewi v Marsa
U17. U17. U17.
U17. U15. U15.
GFA Sannat Grd – 1pm. GFA Cup. I Rd. Qala S v Għajnsielem., 3pm. GFA Cup. I Rd. Munxar F v Għarb R.
SWAN Kordin – 1.45pm. I Div. Ta’ Ġiorni W v Cospicua D., 3.15pm. I Div. Mrieħel J v Għargħur B. Qormi Grd – 1.45pm. I Div. Tal-Qroqq V v San Ġwann K., 3.15pm. II Div. Baħrija AFC v Marsa SM Santa Lucia Grd – 1.45pm. Xmas Cup. I Rd. Luqa J v Senglea G., 3.15pm. Xmas Cup. I Rd. Fleur de Lys v Tarxien AFC BASKETBALL Ta’ Qali – 2.45pm. II Div. (I). Hibs v Starlites., 4.30pm. II Div. Phoenix v Mellieħa HANDBALL Kordin – 12.30pm. I Div.
27
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
Għada MFA Kordin -3pm. Partita ta’ ħbiberija U12. Malta v Ażerbaijan
YFA Victor Tedesco Std – 9am. U15. Valletta v Paola H., 10.45am. U17. San Ġwann v Floriana., 12.30pm. U17. Sliema v St Andrew Luxol Std – 9am. U17. St Lucia v Swieqi., 10.45am. U15. St Lucia v B’bugia., 12.30pm. U15. Marsaskala v Msida Siġġiewi Grd – 1pm. U17. Pieta H v Paola H., 2.45pm. U17. Mosta v Valletta., 4.30pm. U15. Kirkop v Luqa Mġarr Grd – 1pm. U17. Għaxaq v St Venera., 2.45pm. U15. Kalkara v Gżira., 4.30pm U15. Sirens v Żejtun GFA Kerċem Std– 1pm. GFA Cup. I Rd. Żebbuġ R v Victoria H., 3pm. GFA Cup. I Rd. Xewkija T v St Lawrence SP.
IASC Santa Lucia Grd – 8.30am. I Div. Burmarrad AFC v Floriana
BASKETBALL Ta’ Qali – 11.15am. St James Hospital. Lig (N). Athleta v Depiro., 1pm. BOV KO. (I). Floriana v Siġġiewi., 2.45pm. St James Hospital. Lig (N). Hibs v Luxol., 4.30pm. BOV KO. (I). Virtus v Luxol SPARAR Bidnija – 10am. Sparatura Skeet u Double Trap. Qormi – 10am. Sparatura Trap.
HOCKEY Kordin – 9am. Challenge Cup. Logħba għat-3 u r-4’ post. Sliema HS v Rabat., 11am. Challenge Cup. Finali. Floriana YS v Poiatti Qormi WEIGHTLIFTING Cottonera – 9.45am. Kampjonati nazzjonali talweightlifting. HANDBALL Kordin – 11am. Aloysians v Swieqi P.
II
Div.
TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Marsa – Issir is-39 laqgħa talistaġun li tinkludi l-finali tatTazza tal-President
Carlos Bugeja jippreżenta l-unur lil Michael Naudi (xellug)
Ma jridux sponsors tax-xorb alkoħoliku FORMULA 1
Rapporti fil-midja qed jispekulaw li kumpaniji tax-xorb alkoħoliku mhux se jkunu jistgħu jisponsorsjaw timijiet talFormula 1. Dan minħabba li lUnjoni Ewropea qed tagħmel pressjoni biex f’dan l-isport ma jkunx hemm riskju li jingħata messaġġ żbaljat ta’ xorb u sewqan. Diversi snin ilu kumpaniji tattabakk ġew imċaħħda milli jisponsorjaw timijiet tal-F1 u jidher li din id-darba se jerġa’ jiġri l-istess. F’dan l-istaġun hemm
FUTBOL
diversi kumpaniji tax-xorb alkoħoliku li qed jisponsorjaw ittimijiet fosthom Smirnoff, Johnnie Walker, Jose Cuervo u Martini. Barra minn hekk, ilkumpanija tax-xampanja bl-isem ta’ G.H.Mumm hi l-isponsor uffiċjali tax-xampanja li tingħata lis-sewwieqa fuq il-podju. Membri tal-Alleanza ta’ Kontra x-Xorb Alkoħoliku fl-Ewropa (Eurocare) diġa’ kitbu b’mod uffiċjali lill-President tal-FIA Jean Todt biex jikkunsidra biex dawn il-kumpaniji jiġu sospiżi.
Pele operat f’Sao Paolo L-eks plejer leġġendarju Pele ġie operat biex ineħħi l-ġebla, jum wara li kien iddaħħal fl-isptar minħabba uġiegħ fl-istonku. Pele, li qiegħed fi sptar f’Sao Paolo qiegħed f’qagħda stabbli u issa jrid jistenna diversi jiem sakemm jintbagħat lura d-dar.
Pele, li għandu 74 sena kien ħassar impenji li kellu skedati filbelt ta’ Santos. Pele, rebbieħ ta’ tliet edizzjonijiet tat-Tazza tadDinja qiegħed fl-isptar Albert Einstein u din hi t-tieni darba fi spazju ta’ tliet snin li dan mar f’dan l-isptar biex ikun operat.
www.maltarightnow.com
28
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
SPORT
(mix-xellug għal lemin) Gianluca Azzopardi Spiteri, Steve Downes u John Galea.
SPARAR
Azzopardi Spiteri jattendi kamp ta’ taħriġ
Dan l-aħħar it-tiratur Malti Gianluca Azzopardi Spiteri attenda kamp li sar fil-Bidnija. Il-kamp ta’ taħriġ ġie organnizat mill-Federazzjoni Maltija talIsparar li ikkolaborat mal-Malta Air Rifle & Shooting Club kif ukoll mal-Kumitat Olimpiku Malti. Azzopardi Spiteri tħarreġ bejn it-30 ta’ Ottubru sas-6 ta’ Novembru taħt l-għajn tal-kowċ Steve Downes, kowċ tal-ISSF li għandu akkademja tal-isparar fir-Renju Unit u li matul il-karriera tiegħu ħadem ma’ uħud mill-
aqwa tiraturi fid-dinja. Flimkien ma’ Azzopardi Spiteri kien hemm ukoll il-kowċ tiegħu John Galea. Din is-sena ttiratur Malti diġa’ ħa sehem filKampjonati Ewropej li saru filbelt ta’ Moska li saru f’Ġunju li għadda. Dan il-kamp ta’ taħriġ li attenda Azzopardi Spiteri se jkun utli għalih hekk kif dan qed iħejji fl-Open tal-Lussemburgu u biex anke jipprova jikkwalifika għal Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru fl-Iżlanda s-sena li ġejja.
Fellaini kien iħoss li jingħata t-tort għal dak kollu li jseħħ fil-klabb ta’ Man Utd
L-MFPRA tissieħeb mal-FIFPro Carlo Mamo (xellug) u Konrad Sultana (lemin) waqt l-Assemblea Ġenerali tal-FIFPro
Dan l-aħħar l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Plejers tal-Futbol (MFPA) ġiet aċċettata bħala membru sħiħ fil-FIFPro. Dan sar waqt l-Assemblea Ġenerali talFIFPro li saret f’Tokjo fil-Ġappun u jirrappreżentaw lill-MFPA kien hemm is-Segretarju Ġenerali Carlo Mamo u l-President Konrad Sultana. Flimkien mal-MFPA, żewġ pajjiżi oħra, il-Gwatemala (AFG) u l-Venezuela (AUFPV) ġew aċċetati bħala membri sħaħ fil-FIFPro. Il-FIFPro hu lAssoċjazzjoni dinjija li tħares iddrittijiet tal-plejers. Żewġ pajjiżi oħra, il-Botswana u l-Kazakhstan ġew reġistrati bħala Membri
Kandidati u dan ifisser li issa dawn huma pass ‘il bogħod milli huma wkoll isiru membri sħaħ filFIFPro. F’kummenti li ta Carlo Mamo dan esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li wara erba’ snin issa lMFPA hi kompletament taħt ilkappa tal-FIPRO. “Issa se nkunu nistgħu nipparteċipaw fl-attivitajiet kollha tal-FIFPro, attivitajiet li jgħinuna nkomplu ntejjbu lkundizzjonijiet tal-plejers f’Malta. F’Jannar li ġej delegati tal-FIFPro se jżuru pajjiżna biex jiddiskutu magħna, mal-MFA u mal-UEFA rigward it-termini li għandu jkollu kull plejer fil-kun-
tratt tiegħu sa mill-istaġun li ġej,” żvela Mamo. Mamo irringrazzja lill-membri kollha tal-MFPA u qal li kien grazzi għall-appoġġ tagħhom li xi ħaġa bħal din setgħet issir possibbli. “L-għan tagħna hu li nkomplu ntejjbu l-kundizzjonijiet tal-plejers biex eventwalment il-futbol Malti imur ‘il quddiem,” kompla jgħid Mamo. Ta min jgħid li preżenti għal din l-Assemblea kien hemm l-eks champion tad-dinja Osvaldo Ardiles u l-eks attakkanti Jason Roberts u John Abbott, plejers li kienu jilagħbu fil-Premiership Ingliż.
Filwaqt li Manchester United għadhom għaddejjin minn tranżizzjoni taħt il-gwida tal-manager, Louis van Gaal, kulħadd qed jinnota l-forma tajba li għaddej biha l-midfielder internazzjonali Belġjan, Marouane Fellaini. Filwaqt li ftit kienu qed jistennew kambjament hekk kbir f’dan il-plejer wara l-problemi talistaġun li għadda, jidher li Fellaini qaleb tassew il-folja mal-klabb u meta jrid jinsa l-bidu diżastruż bilkuluri tar-Red Devils. Fil-fatt, Fellaini, li fis-sajf tal2013, ingħaqad ma’ United minn ma’ Everton għas-somma ta’ 27.5 miljun lira Sterlina, jaħseb li flistaġun li għadda, kulħadd kien qed iqisu bħala ‘r-raġuni għalfejn kollox kien sejjer ħażin’ taħt l-eksmanager David Moyes, Fil-fatt, Manchester United kellhom waħda mill-agħar difiżi taltitlu fl-istorja tal-Premiership Ingliż fejn spiċċaw is-seba’ filklassifika – 22 punt taħt iċChampions eventwali, Manchester City. David Moyes, li sar il-manager ġdid tal-klabb Spanjol, Real Sociedad, kien tkeċċa minn Manchester United wara anqas
minn sena fit-tmun ta’ dan il-klabb famuż. Intant, u qabel beda juri titjib notevoli fil-logħob, ħafna sapporters kienu jqisu lil Fellaini bħala ‘riflessjoni ħajja ta’ perijodu deludenti’ – b’mod partikolari għaliex il-Belġjan kien eks-plejer ta’ Everton taħt Moyes, b’talaħħar jagħmel minn kollox biex jikkonkludi t-trasferiment tiegħu ma’ United. Marouane Fellaini – li dan issajf kważi ingħaqad mal-klabb tasSerie A, Napoli –wieġeb fl-affirmattiv meta staqsewh jekk ħassux li ‘kulħadd kien qed jagħtih it-tort’ għall-problemi ta’ United, u b’mod partikolari waqt l-istaġun 2012-13. Madankollu, fl-ewwel sena ma’ Man United, Fellaini lagħab biss 21 logħba waqt li kellu jsofri sensiela ta’ injuries. Mifhum li l-Belġjan kien anki mweġġa’ mill-kritika, b’Michael Owen, eks-plejer ta’ Liverpool u Man Utd, itenni ċar u tond li ‘David Moyes kien jagħmel aħjar li kieku xtara lil Ross Barkley ( mingħand Everton) milli Fellaini’. Fl-ewwel sena ta’ Fellaini ma’ United, ir-Red Devils naqsu milli jikkwalifikaw għal kompetizzjoni
Ewropea għall-ewwel darba f’25 sena. Id-diżappunti komplew tul listaġun 2012-13 b’United jinqalgħu fit-tielet round tal-FA Cup bittelfa kontra Swansea waqt li kellhom anki jbaxxu rashom ma’ Sunderland fis-semi-finali talLeague Cup. Iżda minkejja d-disfatti, Fellaini, illum, jinsisti li qatt ma tilef fiduċja fih innifsu u fil-kapaċitajiet tiegħu u l-mentalita għenitu biex, dan l-istaġun, jikseb post regolari fit-tim ta’ Man United, fejn kien fost l-aħjar plejers fl-impenji talleague kontra West Bromwich Albion ( fejn skorja fid-draw ta’ 22), Chelsea, Manchester City u Crystal Palace. Fellaini qal ukoll li l-wirjiet tajbin tiegħu għal Belġju fit-Tazza tad-Dinja ( fejn anki sab ix-xibka kontra l-Alġerija) għenuh jirpilja mill-problemi tal-istaġun li għadda u, għaldaqstant, seta jirritorna f’Old Trafford b’determinazzjoni akbar li jħalli l-marka tiegħu u juri tassew xi jsarraf. ‘Inħossni tajjeb fiżikament u dan qed jgħin biex nuri kwalita aħjar ta’ logħob, waqt li nemmen li nista’ nitjieb għall-ġid tat-tim,’ sostna Marouane Fellaini.
Fellaini ħass li kien vittma FUTBOL INGLIŻ
www.maltarightnow.com
31
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
SPORT
Inter ikeċċu lil Walter Mazzarri FUTBOL TALJAN
Inter ħabbru li keċċew lillkowċ Walter Mazzarri wara li dan kien ilu 17-il xahar fil-kariga. Skont rapporti fil-midja Taljana se jkun l-eks kowċ ta’ Inter stess, Roberto Mancini li se jieħu post Mazzarri. Fl-istaġun li għadda Inter spiċċaw fil-ħames post u dan listaġun huma kellhom bidu diżappuntanti u attwalment jinsabu fid-disa’ post. Minn 11-il partita Inter tilfu tlieta, ġew draw erbgħa u rebħu erbgħa. Dan wassal biex il-President ta’ Inter Erick Thohir keċċa lil Mazzarri u b’hekk, il-kowċ ilġdid tal-klabb se jiddebutta kon-
tra r-rivali Milan fit-23 ta’ Novembru. Il-pressjoni fuq Mazzarri millewwel kienet waħda kbira dan listaġun hekk kif Inter sofrew diversi telfiet, fosthom dik ta’ 41 f’San Siro kontra Cagliari. Flaħħar żewġ ħarġiet taħhom Inter tilfu 2-0 kontra Parma u ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 f’darhom kontra Verona. Mancini jidher li se jkun issuċċessur ta’ Mazzarri. Dan kien beda jmexxi lil Inter fl-2004 u ħalla lit-tim fl-2009 wara li miegħu kien rebaħ tliet kampjonati, darbtejn il-Coppa Italia u darbtejn is-Super Cup Taljana.
Hu kien ingħaqad ma’ Manchester City fl-2009 u minfloku, ma’ Inter kien ħadlu postu Jose Mourinho. Mancini spiċċa rebaħ anke lkampjonat Ingliż u l-FA Cup mas-Citizens u sena ilu kien inħatar kowċ tal-klabb Tork ta’ Galatasaray. F’Ġunju li għadda Mancini ħalla lil Galatasaray wara li kien rebaħ it-tazza domestika u minfloku kien Cesare Prandelli, eks kowċ talItalja li ħadlu postu. Jidher li llum Mancini se jkun preżentat lill-midja Taljana u hu mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn u nofs.
Il-Guinea Ekwitorjali se torganizza l-edizzjoni TAZZA AFRIKANA 2015
Il-Guinea Ekwatorjali se torganizza l-fażi finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani tal2015. Dan wara li l-Marokk ma kienx se jorganizza l-edizzjoni kif kien oriġinarjament pjanat
minħabba biża’ dwar il-marda tal-ebola. Ta min jiftakar li lMarokk, minbarra li ġie imċaħħad milli jorganizza l-fażi finali ġie anke sospiż milli jieħu sehem. It-Tazza tan-
Nazzjonijiet Afrikani tibda fis17 ta’ Jannar u tintemm fit-8 ta’ Frar. B’kollox se jkunu 16-il tim li jikkompetu fil-fażi finali u l-polza tittella’ fit-3 ta’ Diċembru.
L-attakkant ta’ Chelsea Didier Drogba ta x’jifhem li fi tmiem dan l-istaġun se jirtira mill-futbol. Drogba kien ħalla lil Chelsea fl-2012 u mar jilgħab kemm fiċ-Ċina kif ukoll fitTurkija imma qabel dan listaġun reġa’ iffirma kuntratt ta’ sena ma’ Chelsea. F’kummenti li
ta l-plejer mill-Ivoary Coast qal, “Din is-sena l-akbar għan tiegħi hu li nieħu gost nilgħab il-futbol u li nipprova nirbaħ. Fadalli kważi sena involut f’dan l-isport u b’hekk irrid nikseb dak kollu possibbli. Kuntent ħafna li qed nerġa’ nilbes il-flokk ta’ Chelsea.”
Drogba kompla billi qal li jikkunsidra l-ewwel tmien snin tal-karriera tiegħu bħala l-aqwa snin għalih. Ta min jiftakar li Drogba kien beda l-karriera malklabb ta’ Guingamp qabel ma ingħaqad ma’ Marseille u kien magħhom fejn kiseb l-attenzjoni ta’ diversi klabbs Ewropej.
Drogba mistenni jirtira fl-2015 FUTBOL
Walter Mazzarri tkeċċa wara t-telfa ma’ Parma u draw kontra Verona
Giroud jirritorna għat-taħriġ FUTBOL INGLIŻ
L-attakkant ta’ Arsenal Olivier Giroud irritorna għat-taħriġ. Ilplejer Franċiż kien ilu barra millazzjoni sa minn Awwissu li għadda meta dakinhar kien operat wara li kien kiser siequ fid-draw ta’ 2-2 kontra Everton. S’issa għadu mhux magħruf meta Giroud se jirritorna għal logħob u skont lewwel rapporti jidher li dan mhux se jkun disponibbli għal logħba tat-22 ta’ Novembru kontra Man Utd. Intant, il-playmaker Mesut Ozil fadallu madwar seba’ ġimgħat biex jibda jitħarreġ. FERNANDEZ – Id-difensur ta’ Swansea Federico Fernandez
se jdum madwar tliet ġimgħat barra wara li weġġa’ l-pexxul. Fernandez ma lgħabx fil-logħba ta’ nhar il-Ħadd li għadda kontra Arsenal. Filwaqt li Fernandez hu imweġġa’, aħbar tajba għal Swansea hi li l-koppja Wayne Routledge u Nathan Dyer se jirritornaw għat-taħriġ ġimgħa oħra. Swansea jmisshom jilagħbu kontra ċ-champions Man City fit-22 ta’ Novembru. Intant, rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li Everton qed jitolbu lil Man City s-somma ta’ madwar 60 miljun lira sterlina għall-midfielder Ross Barkley.
Tard il-Ħamis filgħaxija t—tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena sofra telfa minima ta’ 1-0 f’Dublin kontra l-Irlanda flewwel logħba minn Grupp 6 tarrawnd ta’ kwalifikazzjoni għallKampjonati Ewropej. Il-gowl tal-avversarji tal-Maltin wasal fis-17-il minuta u kien skurjat minn Eoghan Stokes fis-17-il minuta. Fil-logħba l-oħra millistess grupp l-Iżvizzera rebħet 80 kontra Ġibiltà. It-tim Malti issa jmissu jilgħab illum kontra l-Iżvizzera fit-3 p.m. u jagħlaq il-grupp b’logħba kontra Ġibiltà nhar it-Tlieta 18 ta’ Novembru fis-2 p.m.
Formazzjonijiet: Irlanda – Liam Bossin, Noe Baba, Bobby Moseley, Fiacre Kelleher, Kevin Toner, Connor Dimaio, Reece Grego-Cox, Henry Charsley, Ryan Manning (83′ Jamie McGrath), Eoghan Stokes, Joel Coustrain Malta - Philip Schranz, James Brincat, Karl Micallef, Kurt Zammit (72′ Axl Xuereb), Jake Grech, Jurgen Degabriele (80′ Aidan Friggieri), Joseph Mbong, Nick Ghio, Jean Borg, Matthew Guillaumier (90′ Zachary Scerri), Conor Borg Referee - Radu Petrescu (Rom)
EURO U19
Telfa minima għal Malta
L-MFA il-bieraħ żvelat il-flokkijiet ġodda li bihom, nhar il-Ħadd, it-tim nazzjonali Malti tal-futbol, se jilgħab kontra l-Bulgarija f’logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Dawn il-flokkijiet huma sponsorjati mid-ditta Givova. Dawn il-flokkijiet mhux biss se jintlibsu mit-tim nazzjonali tal-kbar imma anke mill-plejers tat-timijiet nazzjonali f’kull kategorija. Fil-bidu tas-sena li ġejja l-partitarji jkunu jistgħu jakkwistaw dawn il-flokkijiet. Fir-ritratt jidhru (mix-xellug għal lemin) Roderick Briffa, Justin Haber u Andrei Agius bil-flokkijiet ġodda. (Ritratt: Paul Zammit Cutajar)
www.maltarightnow.com
32
Is-Sibt, 15 ta’ Novembru, 2014
LOKALI
Wegħda elettorali oħra ta’ Muscat mormija? Alex Attard
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ma weġibx u lanqas ma ċaħad fil-Parlament jekk il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista dwar is-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex, issa hix ‘scrapped’ u dan il-proġett hux se jsir. Il-Ministru Anton Refalo qal li m’għandu xejn xi jżid dwar din il-wegħda elettorali, meta kien qed iwieġeb mistoqsija tadDeputat Nazzjonalista Chris Said, li staqsa lill-Ministru għal Għawdex jgħid x’possibbiltajiet qed jesplora biex ikun hemm fast ferry service bejn Għawdex u Malta.
Fi tweġiba li ta bil-miktub għal din il-mistoqsija, il-Ministru għal Għawdex irrefera lid-Deputat Nazzjonalista għal dak li kien qal, meta wieġeb mistoqsija oħra f’Ottubru li għadda, meta kien sostna li l-Ministeru qed jesplora l-possibbiltajiet għall-proġett. Iżda l-Ministru għal Għawdex naqas milli jwieġeb mistoqsijiet diretti li għamel Chris Said, li staqsa wkoll fiex waslet din lesplorazzjoni, u kemm se jdum jesplora l-Ministeru għal Għawdex. Kien mitlub ukoll jikkonferma jekk hux veru li f’laqgħat li saru dan l-aħħar, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru qal li dan il-proġett imwiegħed qabel l-
Il-Gvern qiegħed jaħrab milli jwieġeb mistoqsijiet ċari tal-Oppożizzjoni dwar il-proġetti mwiegħda għal Għawdex
elezzjoni mill-Gvern, issa ġie ‘scrapped’ u mhux se jsir. Għal dawn il-mistoqsijiet li ressaq id-Deputat Nazzjonalista u Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said, ilMinistru Refalo ma ta ebda tweġiba, bil-mistoqsija tibqa’ jekk dan il-proġett imwiegħed mill-Partit Laburista ġiex mormi jew le.
Il-mod kif il-Gvern qed jaħrab milli jwieġeb mistoqsijiet ċari tal-Oppożizzjoni dwar il-proġetti mwiegħda għal Għawdex qabel l-elezzjoni, hu rifless ukoll fil-mod kif il-Prim Ministru Muscat wieġeb filġimgħat li għaddew mistoqsijiet oħra tal-istess Deputat Nazzjonalista dwar Għawdex. Il-Gvern, fil-Parlament, ma
Unur għal birra Għawdxija fi Brussell
Iż-żjara li għamel il-Kap tal-PN Simon Busuttil f’nofs din il-ġimgħa lill-kumpanija Lord Chambray, li tinsab fil-kumpless Gozitano, fix-Xewkija
F’ekonomija żgħira bħal ta’ Għawdex, il-produtturi qed ikunu innovattivi u joħorġu b’ideat ta’ prodotti ġodda li jistgħu joffru fis-suq. Kien dan il-messaġġ ta’ Simone d’Imperio minn Lord Chambray – kumpanija li tipproduċi l-birra Għawdxija u topera mill-kumpless Gozitano fixXewkija, Għawdex. L-idea tad-ditta Lord Chambray li ħarġet bil-birra Għawdxija wasslet biex il-birra tat-tip San Blas ħadet dik li tissejjaħ ‘honourable mention’ fi sfida tal-birra li saret fi Brussell. Din il-birra kienet qed tikkompeti ma’ iktar minn 750 tip ta’ birra differenti minn madwar iddinja. Simone d’Imperio, millkumpanija Lord Chambray, spjega lil ‘In-Nazzjon’ li din il-birra
weġibx dwar il-ftehim iffirmat maċ-Ċiniżi 15-il xahar ilu dwar il-pont bejn Malta u Għawdex. Barra minn hekk, il-Gvern għadu mhux f ’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni dwar referendum fost l-Għawdxin dwar jekk jippreferux mina jew pont bejn Malta u Għawdex. Wara sena u nofs, il-Ministru Refalo qal biss li l-Gvern għadu għaddej bl-istudji dwar il-possibbiltà ta’ bini ta’ pont jew mina bejn Malta u Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex kien qal ukoll ftit tal-ġimgħat ilu, li għadu għaddej bl-istudji wkoll dwar it-titjiriet bi skeda bejn Malta u Għawdex.
hi l-ewwel craft beer f’Għawdex u tinħadem bi proċess totalment differenti mill-birra komuni b’żewġ proċessi ta’ fermentazzjoni. Il-kumpanija tipproduċi tliet tipi ta’ birra bl-isem ‘San Blas’, ‘Golden Bay’ u ‘Blue Lagoon’. Fl-aħħar snin, Lord Chambray kompliet tinvesti biex illum tuża makkinarju tal-ogħla livell. Aktar kmieni din il-ġimgħa żar lill-kumpanija l-Kap talOppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.