Il-Mument 16 ta' Novembru 2014

Page 1

www.maltarightnow.com

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru 2014

Nru 2241 €1

L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT DWAR MAHDI AL HARATI

IŻ-ŻIEDA GĦALL-GĦOLI TAL-ĦAJJA

Il-Gvern mistenni li jċedi

Ara paġni 2-5

MALTATAGĦTI BUKKETT FJURI LIL TERRORISTA MFITTEX INTERNAZZJONALMENT

Mahdi Al Harati hu assoċjat mal-organizzazzjoni terroristika Al Qaeda u ġest ta żjara ta’ kortesija uffiċjali mill-Ambaxxatur Malti fil-Libja Mannie Galea (xellug) akkumpanjata minn preżentazzjoni ta’ bukkett fjuri nhar is-6 ta’ Novembru li għadda, żgur li twassal fix-xena internazzjonali messaġġ mill-aktar ta’ tħassib.

Rapport ta’ Joe Mikallef Ara paġna 8

L-ISPLUŻJONI TAŻ-ŻURRIEQ: FIL-MIRA MART L-ISPETTUR Ara paġna 56

IL-KONĊESSJONI TA’ CASINO LILL-GRUPP EDEN LEISURE

Għada jixhdu l-eks Imħallef Valencia u l-Kap tal-Unit tal-Privatizzazzjoni

Ara paġna 3

Il-politika ta’ Muscat taqsam lil-Labour

Ara paġni 6-7


3

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Lokali

Il-Gvern mistenni jċedi għall-pressjoni dwar iż-żieda għall-għoli tal-ħajja LEJLIET IL-BAĠIT 2015

Joe Mikallef

joe.mikallef@media.link.com.mt

Fil-Baġit programmat li jitressaq filParlament għada mill-Ministru talFinanzi, il-Gvern jidher li mistenni jċedi għall-pressjoni li saret fuqu fl-aħħar ġimgħat dwar iż-żieda għall-għoli talħajja. Oriġinarjament kien ingħad li żżieda għall-għoli tal-ħajja mistennija tkun ta’ €1.16ċ. Sussegwentement, Carmelo Abela, il-Kelliem tal-Gvern kien ħabbar li r-riżultat tal-mekkaniżmu qed juri li ż-żieda mhux se tkun aktar minn 58ċ – kif stabbilit bil-mekkaniżmu tal-COLA. Il-Prim Ministru kien qal li l-Gvern ma jistax jintervjeni f’dan ilmekkaniżmu u ma kienx lest li jilgħab ma’ din iż-żieda. LAssoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem kienet ferrħet lill-Prim Ministru għad-dikjarazzjoni li ma kienx se jilgħab maż-żieda ta 58ċ. Minn stħarriġ li għamel il-mument dwar kif immaturat it-tħabbira ta’ din iżżieda ta’ 58ċ, jirriżulta li wara li Muscat kien sab ruħu fl-attakk tal-media dwar il-kwistjoni tal-power station li daħal fiha hu stess billi rabat il-karriera politika tiegħu mal-fatt li tkun lesta sa Marzu li ġej inkella jirriżenja, listrateġisti madwaru riedu li jsibu diversiv biex ul-media ma tibqax iffukata fuq Joseph Muscat. Jumejn wara li Muscat iffaċċja kritika qawwija dwar dan kollu, id-il-Kelliem tal-Gvern Carmelo Abela ntbagħat fuq il-media jgħid li ż-żieda għall-għoli talħajja għall-2015 kienet se tkun ta’ 58ċ. Din l-informazzjoni Carmelo Abela taha bla ma ħadd staqsih biex jagħti tali tweġiba. Dan kollu wassal biex l-attenzjoni talmedia immedjatament bdiet tkun fuq il-

Joseph Muscat taħt pressjoni

58ċ u għal mument jidher li twarrab filġenb l-attakk fuq Muscat dwar il-power station. Madankollu biex ikun assigurat li lattenzjoni tibqa’ lil hinn mill-Prim Ministru, xi ħadd jidher li illikja storja lill-Malta Today fejn kien żvelat li dCarmelo Abela kien qed jaqla’ salarju totali ta’ €58,000 fis-sena! Dan wassal biex il-media u anki n-nies inġenerali bdiet titkellem dwar dan, b’ Abela jipprova jiġġustifika dan kollu billi jgħid li dan is-salarju hu dovut għal diversi rwoli li għandu. Dan wassal għall-argument popolari li d-Deputat Laburista Carmelo Abela qed jaqla’ salarju ta’ €58,000, u n-nies qed jingħataw żieda ta’ 58ċ. Issa fl-aħħar kien jidher li l-Gvern beda jħoss sew il-pressjoni fuqu dwar lgħoti għaż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Sorsi qalu lil il-mument li ż-żieda li mistennija titħabbar għada mill-Ministru tal-Finanzi mistennija tkun aktar minn 58ċ kif stabbilit mill-COLA. Mhux ċar min se jkun qed jerfa’ dan il-piż billi

jidher li l-imsieħba soċjali – li magħhom il-Gvern iltaqa’ biss tliet darbiet – ma kinux infurmati dwar dan. F’kummenti lil il-mument, Tonio Fenech, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Finanzi, fakkar li meta fl-2010 il-Gvern kien ħabbar li ż-żieda għallgħoli tal-ħajja kienet se tkun ta’ €1.16ċ, Joseph Muscat kien niżel jipprotesta fittoroq u jgħid li ma kinitx biżżejjed u dan minkejja li Malta kienet għaddejja mill-aktar kriżi finanzjarja dinjija. Dakinhar Joseph Muscat kien qal li lGvern kellu l-obbligu li jirrimedja u beda jitkellem dwar il-ħtieġa tal-living wage. Tonio Fenech kompla li waqt li rretorika tal-living wage jidher li sparixxiet, wieħed ma jkunx mistgħaġeb li wara l-pressjoni li għamel il-PN issa fl-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru jagħti xi forma ta’ kumpens lil kulmin jibbenefika b’xi mod mill-COLA. Il-proposta tal-PN għal dan il-Baġit, fakkar Tonio Fenech, kienet li jekk ilGvern ma jridx li s-suppost roħs li qed jgħid li ta fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, igawduh in-nies u mhux il-Gvern, joħroġ issa żieda żgħira għall-għoli talħajja minħabba l-impatt li tali roħs kellu fuq il-kalkoli tal-COLA, dak l-impatt jingħata lura lin-nies f’xi forma jew oħra. Jekk wieħed jieħu l-medja tażżidiet fl-aħħar ħames snin, din kienet tkun ta’ €3.84ċ – prattikament €200 fissena. Bil-58ċ il-Gvern se jkun qed jagħti biss €30. Il-PN qed jipproponi li l-€170 anqas tingħata fi tnaqqis ta’ taxxa lil kulħadd u sħiħ lill-pensjonanti. Kif ukoll l-istess proporzjon lill-istudenti waqt li dawk li qegħdin fil-faxex baxxi u li ma jintlaqtux mill-benefiċċji tat-taxxa, ikunu mgħejjuna b’mod dirett millGvern.

IL-KONĊESSJONI TA’ CASINO LILL-GRUPP EDEN LEISURE

Xhieda importanti fil-Qorti

Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Joseph R. Micallef laqgħet it-talba tadDragonara Gaming Ltd. biex għada jittellgħu jixhdu l-Kap tal-Unit talPrivatizzazzjoni u l-eks Imħallef Geoffrey Valencia, li kien Chairman tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni. Dan waqt li l-Qorti ma laqgħetx it-talba talEden Leisure ħalli tintervjeni fil-mandat u jkunu parti. Il-Qorti waqfet l-għoti tal-liċenzja għal casino f’Malta lill-Grupp Eden Leisure, hekk kif id- Dragonara Gaming Ltd. għamlet mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Ministru talFinanzi, dak tal-Ekonomija u l-Unit ta’ Privatizzazzjoni minħabba xamma qawwija ta’ irregolaritajiet u suspetti li l-affarijiet ma sarux b’serjetà. Il-Gvern Laburista għadu ma ppubblikax ir-rapport tekniku tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni. Għal konċessjoni ta’ casino f’Malta, id-Dragonara għamlet offerta ta’ €4.37 miljun u l-Eden Leisure ressaq offerta ta’ €1.25 miljun. Għalkemm iż-żewġ kumpaniji kienu infurmati li r-rapport konklussiv kellu jitlesta sal-31 ta’ Marzu 2014, dawn tħallew fl-għama millUnit ta’ Privatizzazzjoni, b’ittri mibgħuta mid-Dragonara Gaming Ltd baqgħu mhux imwieġba mill-Unit ta’ Privatizzazzjoni. F’Ottubru li għadda, wara li lMEPA approvat żvilupp fil-lukanda Intercontinental, il-Unit ta’ Privatizzazzjoni informa lid-Dragonara Gaming Ltd. li l-offerta tal-Eden Leisure kienet superjuri abbażi tattaxxa tal-logħob u li l-offerta tadDragonara kienet tajba biżżejjed biex il-gvern jikkunsidra li jiftaħ diskussjonijiet bl-eventwalità li jekk jintlaħaq ftehim, tingħata konċessjoni għal casino ieħor f’Malta.


X’qed jistennew in-nies mill-B 4

Il-Ħadd, 16 ta’

Lo

LEJLIET IL-BAĠIT 2015

zjoni diretta lill-Kunsilli Lokali u lillKumitati Amministrativi. Għandhom jitħabbru skemi finanzjarji għall-proġetti tal-Kunsilli Lokali u idea tajba tkun li għaxra fil-mija tal-liċenzji tal-karozzi jmorru għand il-Kunsilli Lokali.

Joe Mikallef

joe.mikallef@media.link.com.mt

F’dawn il-jiem il-mument imbarka fuq eżerċizzju dwar dak li qed jistennew in-nies mill-Baġit li se jitressaq għada mill-Ministru talFinanzi għas-sena d-dieħla. Sibna taħlita ta’ reazzjonijiet u bosta kienu s-setturi li dawrhom in-nies jidher li għandhom aspettattiva għolja ħafna minħabba l-mod kif il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministri madwaru jitkellmu b’ton pożittiv ħafna dwar landament tal-ekonomija Maltija, ixxogħol u l-investiment u anki għaliex pajjiżna fl-aħħar xhur jidher li ħareġ mill-kriżi finanzjarja internazzjonali. Kumment ferm interessanti kien ta’ koppja li meta pajjiżna kien għaddej mill-kriżi finanzjarja internazzjonali, ilGvern – dakinhar immexxi minn Lawrence Gonzi – dejjem ta żidiet raġjonevoli għall-għoli tal-ħajja. Allura jekk dakinhar il-Gvern Nazzjonalista ta dawn iż-żidiet meta pajjiżna kien għaddej mill-maltemp finanzjarju, kemm aktar illum il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat għandu jagħti żidiet ogħla għall-għoli tal-ħajja meta pajjiżna mhu qed jiffaċċja ebda kriżi finanzjarja internazzjonali?

Air Malta Iltqajna ma’ persuni li direttament jew indirettament għandhom rabtiet malkumpanija nazzjonali tal-ajru l-AirMalta. Dawn urew ix-xewqa tagħhom li f’dan il-Baġit il-Gvern jitkellem ċar u mingħajr ambigwitajiet dwar il-futur tal-Air Malta. It-tħassib tagħhom hu li din il-kumpanija – parti jew inkella kollha kemm hi – tingħata lil xi kumpanija kbira internazzjonali. Diġà ssemmiet lAirChina u dan jagħmel meta l-Gvern qed jagħti l-assi ewlenin ta’ pajjiżna liċĊiniżi bl-iskop li jdaħħal il-flus. Il-Gvern qed jaġixxi short term u mhux iħares ‘il bogħod bir-riżultat li l-ħaddiema tal-Air Malta u familthom huma inkwetati ħafna dwari il-futur tagħhom.

Turiżmu Direttament marbuta mal-kwistjoni tal-AirMalta sibna min tkellem magħna dwar it-turiżmu fejn il-Gvern kien imħeġġeġ jibqa’ jgħolli l-livell talprodott Malti u mhux jistrieħ biss fuq il-volum qawwi ta’ xogħol li sar fissnin li għaddew. Illum l-għadd ta’ turisti li jżuru l-gżejjer Maltin jaqbeż sew il-miljun turist fis-sena, madankollu tajjeb li l-Gvern ikompli

jassigura mhux biss l-infrastruttura tlaħħaq ma’ din id-domanda qawwija, iżda pajjiżna joffri l-aqwa u l-aħjar prodott. Għalhekk, fost l-oħrajn, il-Gvern għandu jerġa’ jagħti l-importanza kollha lill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li matul is-snin dejjem ipproduċa l-aqwa elementi għall-industrija. Sfortunatament fl-aħħar xhur dan lIstitut ingħata daqqa ‘l isfel. Dan hu ta’ tħassib għax l-industrija għandha bżonn ta’ żgħażagħ imħarrġa biex iservu bi professjonalità fl-industrija tat-turiżmu.

Edukazzjoni Bosta minn dawk li tkellimna magħhom semmew il-qasam taledukazzjoni u wrew il-preokkupazzjoni tagħhom għal ċerti affarijiet li qed iseħħu, fosthom fl-MCAST li ta’ spiss qed jissemma fl-aħbarijiet kaġun talmismanagment li qed jirrenja fil-preżent. Il-Gvern hu mħeġġeġ biex fil-Baġit ta’ għada jagħti aktar fondi għattmexxija tal-istess MCAST, l-ITS u lUniversità ta’ Malta biex jassigura li dawn jimxu ‘l quddiem b’suċċess u mingħajr ma jiżdied id-defiċit tagħhom. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom irwol mill-aktar importanti fl-edukazzjoni ta’ wliedna u allura fit-tfassil tas-soċjetà Maltija ta’ għada u l-Gvern ikun qed jiżbalja bil- kemm-il darba ma jinvestix qawwi fihom u f’uliedna biex hekk dawn ikomplu u jissoktaw bl-istudji tagħhom. Hemm ukoll il-ħtieġa li l-Gvern iżid il-fondi għall-iskejjel tal-Istat biex dawn mhux biss ikollhom l-indipendenza u lawtonomija meħtieġa imma jkunu f’pożizzjoni li jimplimentaw ilkurrikulum tagħhom. Gvern preċedenti kien jibni skola kull sena, u issa issitwazzjoni hi ta’ tħassib bi skejjel li għandhom problemi fejn jidħlu ssistemi tal-IT. Qed jikber l-għadd ta’ għalliema li jeħtieġu laptop ġdid. Ġenituri li tkellmu magħna ħeġġew lill-Gvern ukoll biex iżid il-fondi lilliskejjel tal-Knisja u lil dawk indipendenti biex hekk anki l-kwalità f’dawn l-iskejjel tkompli timxi ‘l quddiem.

Għawdex Bosta kienu l-kummenti dwar dak li jixtiequ n-nies għar-rigward ta’ Għawdex. Fuq quddiem it-titjib filfaċilitajiet tas-saħħa fejn jidher ċar li hemm ħtieġa kbira fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Iżda bosta oħra tkellmu wkoll dwar il-ħtieġa li anki jkun hemm titjib kontinwu fejn tidħol l-edukazzjoni u ttkattir tal-opportunitajiet tax-xogħol. Għawdex għandu potenzjal kbir għallgżejjer Maltin, iżda jidher li l-Gvern mhux qed jagħraf dan biżżejjed.

It-Trasport Pubbliku Settur li dwaru tkellmu ħafna nies kien dak tat-trasport tubbliku fejn bosta sostnew li bl-introduzzjoni ta’ operatur ġdid fittrasport pubbliku, il-Gvern Laburista għandu jwettaq dak li wiegħed fil-programm elettorali tiegħu, dak li ‘naslu għal titjib fittrasport pubbliku.’ Dan jista’ jsir billi rrotot ikunu puntwali u effiċjenti, karozzi tal-linja nodfa, low floor u bl-arja kundizzjonata, żieda ta’ bus shelters, eċċ. Ittrasport pubbliku għandu tant jitjieb li jiġi l-alternattiva awtomatika għall-użu tattrasport pubbliku u b’ hekk jonqos drastikament it-traffiku fit-toroq tagħna. Barra minhekk, wara li l-Gvern ħalla lill-Arriva titlaq u b’ hekk is-sussidju minn €10 miljun fis-sena se jitla’ għal €23 miljun mis-sena d-dieħla (barra l-fatt li ma nafux għal kemm se jiżdied fis-snin ta’ wara, biex in-nolijiet jibqgħu affordabbli għandhom jew jibqgħu kif inhuma llum, jiġifieri €1.50 għal passiġġier u €0.50 għall-anzjani u t-tfal għal-biljett ta’ ġurnata u €6.50 għal passiġġier u €2.30 għall-anzjani u t-tfal għal biljett ta’ ġimgħa jew dawn għandhom jitraħħsu peress li il-Gvern issa għolla s-sussidji Bosta qalu wkoll li mis-sena d-dieħla l-Gvern irid iżomm mal-wegħda tiegħu u jżid ir-rotot hekk kif talab il-poplu kif wkoll il-Kunsilli Lokali. Kunsilli Lokali Iltqajna wkoll ma’ żewġ impjegati ta’ Kunsill Lokali li fost l-oħrajn qalulna li huma jistennew ukoll żieda fl-allokaz-

Huma qalu wkoll li l-Kunsilli għandhom ikunu mgħejjuna bis-serjetà u lGvern għandu juri li jemmen tassew fihom u mhux bil-mod il-mod inaqqrilhom mill-funzjonijiet tagħhom. Importanti ħafna li l-Kunsilli jibqgħu jaħdmu b’suċċess biex hekk id-deċentralizzazzjoni tal-poter tibqa’ fis-seħħ.

Anzjani Fil-qasam tal-anzjani ftit li xejn għadu sar u tajjeb li minn dan il-Baġit il-Gvern jibda jimplimenta azzjonijiet importanti biex iġib ‘il quddiem l-interessi vera talanzjani Maltin u Għawdxin. Fost l-oħrajn il-Gvern għandu jkompli jimplimenta miżuri favur il-pazjenti bid-dimensja. Kien hemm ukoll min semma l-ħtieġa ta’ aktar ċentri ta’ matul il-jum u ta’ billejl għall-anzjani. Problema oħra li għandha tkun indirizzata hi dik ta’ aktar sodod għall-anzjani. Anzjan qalilna li hemm problema oħra li tajjeb li l-Gvern jindirizza – dik tan-nuqqas ta’ pilloli użati mill-anzjani, fosthom saħansitra wkoll firresidenza San Vinċenz de Paule bl-iskuża li ċerti mediċini huma out of stock.

Saħħa Settur ferm importanti li dwaru tkellmu ħafna kien dak tas-saħħa fejn illista mistennija f’dan il-Baġit hi twila. Fi ftit kliem il-punti ferm interessanti li ltqajna magħhom dwar is-saħħa huma:


Baġit ta’ għada

5

Novembru, 2014

okali

● Qafas ta’ servizzi tas-saħħa fil-komunità, fejn il-pazjenti jingħataw il-kura li għandhom bżonn f’darhom; ● Aktar servizzi ta’ rijabilitazzjoni biex pazjenti li jkunu għaddew minn interventi maġġuri jkunu jistgħu jerġgħu jkomplu bil-ħajja normali tagħhom filkomunità; ● Investiment sostanzjali f’modernizzar taċ-ċentri tas-saħħa biex titjieb l-infrastruttura u s-servizzi li jingħataw l-eluf ta’ pazjenti li jużawhom ; ● Investiment kapitali fil-Hubs Reġjonali ta’ San Ġiljan u ta’ Raħal il-Ġdid; ● Allokazzjoni ta’ fondi għal faċilità tattfal li jkollhom bżonn kura tas-saħħa mentali; ● Allokazzjoni ta’ fondi għal ċentru dedikat għall-mard infettiv (bħal Ebola) barra mill-Isptar Mater Dei; ● Ma jitħallew l-ebda pazjenti filkuruduri; ● Allokazzjoni ta’ fondi biex jitnaqqsu lwaiting lists billi pazjenti jingħataw id-dritt li ssirilhom operazzjoni fis-settur privat; ● Investiment f’aktar mediċini innovattivi u effettivi; u ● Servizz tal-IVF b’xejn lil kulħadd, kif imwiegħed.

Settur Soċjali Issemmiet ukoll il-ħtieġa li l-NGOs ikunu f’pożizzjoni li jgħinu aħjar filġlieda kontra l-faqar, fis-settur soċjali u fl-immigrazzjoni. F’dan ir-rigward hemm ħafna xi jsir biex ikun assigurat li ħadd ma jaqa’ lura. Il-Gvern għandu jimplimenta miżuri importanti biex jgħin lil kulħadd jimxi ‘l quddiem.

Żgħażagħ Tkellimna wkoll ma’ bosta żgħażagħ li wkoll qalulna li qed jistennew ħafna minn dan il-Baġit li se jitressaq millGvern għada. Mhux biss serħan il-moħħ dwar l-edukazzjoni tagħhom, imma anki ħolqien ta’ opportunitajiet tax-xogħol kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Kien hemm min semma wkoll ittkattir tal-faċilitajiet sportivi, fosthom pixxina ġdida f’Għawdex u Kumpless Sportiv fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.

Pulizija Tkellimna wkoll ma’ xi Pulizija li qalulna li lilhom il-Baġit jolqothom ukoll. Huma qed jistennew li għada lMinistru tal-Finanzi jserrħilhom moħħhom li fil-ġimgħat li ġejjin se jieħdu l-flus dovuti f‘arretrati tas-sahra li għamlu fis-snin li għaddew. “Dawn għandhom jingħatawlna b’mod immedjat u mhux din l-istorja tkompli titwal... il-Gvern kważi qed jevita li jitkellem dwarha wara li qabel l-elezzjoni kien iwiegħed li se jagħtihom la darba jkun fil-Gvern.”

Artijiet Kien hemm ukoll persuni li tteħdulhom artijiet minn gvernijiet Laburisti fis-snin 70 u 80 u nsistew li għandhom jingħataw il-kumpens mistħoqq għal dan. Il-Gvern għada għandu l-okkażjoni li jsewwi dawn il-ħsarat ma’ ħafna Maltin u Għawdxin u fil-Baġit għandu jsemmi miżuri li se jieħu biex din is-sitwazzjoni tkun rimedjata. Huma qalu li gvernijiet Nazzjonalisti kull sena kienu jiddedikaw numru ta’ miljuni ta’ ewro biex tittaffa’ din il-pjaga enormi li kienu ħolqu l-gvernijiet Laburisti.

Petrol/Diesel Kwistjoni oħra mqajma kienet dik dwar il-prezzijiet ogħla li l-Maltin u l-Għawdxin qed ikollhom iħallsu għall-petrol jew iddiesel. Il-prezzijiet li qed iħallsu l-Maltin u l-Għawdxin huma l-ogħla fl-Ewropa. Dan hu inaċċettabbli u l-Gvern, bis-serjetà, għandu jindirizzaha. Il-Gvern għandu jnaqqas il-prezz tal-petrol bi 30ċ u dak taddiesel b’24ċ biex dawn jinbiegħu fl-istess livell tal-2010 meta l-prezz tal-fuel kien flistess ilma ta’ dak li hu llum.

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil appella lill-Gvern ta’ Joseph Muscat biex iħalli aktar flus fi bwiet il-ħaddiema hekk kif il-Gvern qed jgħid li l-ekonomija sejra tajba. Hu ħeġġeġ ukoll lill-Gvern biex iraħħas il-fuel hekk kif il-prezz internazzjonali qiegħed fost l-aktar baxxi fl-aħħar erba’ snin.

Bżonn ta’ żidiet fil-paga minbarra l-benefiċċju tal-għoli tal-ħajja Il-Baġit li se jressaq għada l-Gvern ta’ Joseph Muscat għandu jiggarantixxi li minbarra l-benefiċċju taż-żieda għall-għoli tal-ħajja, ikun hemm żidiet fil-paga jew tnaqqis fit-taxxa li jwasslu għal aktar flus fil-but għall-ħaddiema u l-familji. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’intervista li saritlu minn Andrew Azzopardi waqt il-programm Għandi Xi Ngħid fuq Radju Malta. Simon Busuttil tkellem dwar dak li qed jistennew ilfamilji u l-ħaddiema Maltin mill-Baġit, anke fid-dawl ta’ diversi dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru Muscat li l-ekonomija sejra tajjeb. Il-Kap tal-PN sostna li ż-żieda li tħabbret għall-għoli tal-ħajja żgur li mhux biżżejjed, u għalhekk il-Gvern għandu jindirizza din il-kwistjoni. Huwa inutli li l-Gvern jgħid li raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imma mbagħad fl-aħħar mill-aħħar, iċ-

ċittadini ma jkollhomx żieda fil-flus fil-but. Huwa għalhekk li għandhom jiġu ndirizzati l-pagi u anke lpensjonijiet, sostna Simon Busuttil. Simon Busuttil tkellem ukoll dwar il-prezzijiet għoljin tal-petrol u d-diesel li qed iħallsu s-sewwieqa minħabba deċiżjoni ta’ Joseph Muscat. Bħalissa lprezz internazzjonali taż-żejt huwa flistess livelli li kien fl-2010. Madanakolla, spjega Simon Busuttil, illum, il-Maltin iħallsu €5.51 għal kull €25 li jagħtu f’diesel, u €4,17 żejda filġimgħa għal kull €25 li jagħtu f’petrol. Simon Busuttil irrefera wkoll għaddejn, u sostna li fl-aħħar sena, d-dejn tal-Gvern Malti żdied bl-aktar rata sa minn meta Malta daħlet fl-UE. Fl-intervista, Simon Busuttil tkellem dwar temi oħra fosthom il-liġi talfinanzjament tal-partiti, t-tiġdid fil-PN, kif ukoll dwar il-gidba tal-Prim Ministru Joseph Muscat li jibni power station ġdida sa erba’ xhur oħra.

Il-Baġit għandu jindirizza b’mod konkret il-ħaddiema, dawk li ma jaħdmux u lin-negozji li għandhom rwol ċentrali fit-tkabbir talekonomija. Skont il-kejl tal-Prim Ministru Joseph Muscat li lekonomija sejra tajjeb, il-Gvern għandu jassigura li l-ħaddiema u lfamilji tagħhom jibqagħlhom aktar flus fil-but fl-aħħar tax-xahar u lkwalità tal-ħajja tagħhom titjieb. Dan qaluh il-Kelliema għatTkabbir Ekonomiku u lKompetittività Kristy Debono u lKelliem għall-Impjiegi u l-Persuni b’Diżabilità Stephen Spiteri f’konferenza tal-aħbarijiet. Kristy Debono spjegat kif il-ħaddiema qed jistennew tnaqqis fit-taxxi li jistgħu jwasslu għal aktar flus fil-but. Hi semmiet iż-żieda tal-għoli tal-ħajja li sostniet, li żgur mhix biżżejjed biex titjieb il-kwalità tal-ħaddiema u l-

pensjonanti. Kristy Debono għamlet referenza għall-prezz tal-petrol u d-diesel li lGvern qed iżommu bi prezz għoli meta l-prezz internazzjonali taż-żejt qed jorħos b’mod drastiku. Kif anke ġie kkonfermat minn statistika tal-UE, l-prezz tal-fuel f’Malta huwa l-ogħla fl-Ewropa. Il-prezz tal-petrol u ddiesel għandu jonqos immedjatament, sostniet Kristy Debono, għaliex din hija forma ta’ taxxa li s-sewwieqa qed ikollhom iħallsu. Tkellem ukoll Stephen Spiteri dwar il-fatt li l-Gvern għandu jnaqqas l-income tax b’€170 fissena biex il-familji jkunu jistgħu jibdew iħossu l-impatt tat-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Hu rrefera wkoll għax-xogħol prekarju, li Joseph Muscat kien wiegħed li se jeqirdu, u appella li l-Baġit għandu jindirizza din il-problema.

Il-Baġit għandu jistimola l-ekonomija


6

Il-Ħadd, 16 ta’

Lo

Evidenti l-qasma dejjem tikber fil-Partit

IL-MINTOFFJANI, IS-SOĊJALISTI U L-ANTIKI FIL-PARTIT LABURISTA BIL-KBIR KONTRA L-MOVIMENT ‘PROG

Kulma jmur, fil-Partit Laburista qed jikber id-dissens bejn dawk ikkunsidrati bħala l-qodma jew l-antiki fil-Partit u dawk li huma meqjusa bħala wċuħ ġodda u progressivi. Din il-firda bejn dawn iż-żewġ fazzjonijiet kbar fi ħdan l-istess partit qiegħda dejjem tikber, u saħansitra tinfirex f’diversi strutturi tal-Partit Laburista waqt li tinħass ukoll fi ħdan il-Grupp Parlamentari, u fil-Kabinett tal-Ministri. Joe Mikallef

joe.mikallef@media.link.com.mt

Il-Ministru George Vella

Il-Ministru Evarist Bartolo

Il-Ministru Leo Brincat

Il-Ministru Joe Mizzi

Il-Ministru Anton Refalo

Matul din il-ġimgħa persuni li jimmilitaw qrib u fil-Partit Laburista tkellmu ma’ il-mument dwar diversi aspetti ta’ dak li għaddej minnu l-Partit Laburista. Fosthom kif dawk ikkunsidrati bħala “il-Mintoffjani”, “isSoċjalisti”, “l-antiki” jew “ilqodma” illum, fid-deher jew indirettament, huma meqjusa bħala xkiel fl-istess partit għax ma jagħtuhx wiċċ frisk u attraenti.

Attakk fuq ‘l-antiki’ Dawn il-persuni fissrulna li hemm min fil-Partit ma jiddejjaq assolutament xejn jgħid li “l-antiki” ma jippreżentawx il-wiċċ il-ġdid li ġab miegħu fil-partit Joseph Muscat! Dan kulma jmur qiegħed ikompli jiżdied u bosta huma dawk li qed jitwarrbu bil-konsegwenza li qed iħossuhom urtati u mweġġgħin. Mhux biss b’dan l-atteġġjament ta’ esklużjoni mit-tmexxija Laburista, imma anki għax il-messaġġ hu li lpartit jeħtieġ li jibqa’ jkollu wċuħ ġodda li jappellaw mhux għalLaburisti stess, iżda għal dawk lil hinn mill-Partit Laburista.

Ittra li waslet għand attivisti Laburisti Is-sorsi li tkellmu ma’ il-mument żvelaw ittra li qed tiċċirkola fost dawk li jimmilitaw fil-Partit Laburista bl-iskop li jitwassal messaġġ ċar lit-tmexxija tal-partit, b’mod partikulari dwar Joseph Muscat li bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Partit “ma jiddejjaq xejn jirrombla minn fuq kulħadd fil-pajjiż bħala Prim Ministru, u nassigurawk ukoll li ma jiddejjaq xejn jirrombla minn fuq kulħadd fi ħdan l-istrutturi tal-Partit. Fil-verità għandu s-saħħa kollha biex jagħmel dan kollu, iżda fl-aħħar mill-aħħar xorta waħda dan l-atteġġjament m’għandux ikun, aktar u aktar meta biex sab ruħu f’din ilpożizzjoni ngħata l-appoġġ ta’ eluf ta’ veterani fi ħdan il-familja Laburista.” L-ittra li qed tiċċirkola fost lattivisti tal-Partit Laburista tgħid li: “Aħna hawn taħt iffirmati ħassejna ddmir li niktbu din l-ittra fid-dawl talvaluri u l-għanijiet li għalihom ilPartit Laburista twaqqaf u minħabba t-tħassib, il-biża’ u l-imrar dwar ċertu diskors u mġiba ta’ wħud fil-Partit.” Fost dawk li ffirmaw din l-ittra hemm l-eks-Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici,

eks-Chairman tat-Tarzna Sammy Meilaq li kien ukoll qrib ħafna taleks-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dom Mintoff, Dun Anġ Seychell u Patri Mark Montebello. Magħhom iffirmaw ukoll numru ta’ edukaturi, eksħaddiema tat-Tarzna kif ukoll pensjonanti. Wara din l-introduzzjoni iebsa, littra tkompli li “il-Partit Laburista twaqqaf biex iwieżen lill-foqra, lillbatuti u lil min jinsab fl-iskaluni laktar baxxi tas-soċjetà. Fil-passat ilPartit ħadem bis-sħiħ biex jgħibu minn pajjiżna l-ġuħ u l-faqar, u biex il-foqra u l-ħaddiema jiksbu mhux biss għajxien aħjar imma wkoll iddinjità u s-sehem mit-tmexxija talpajjiż.” Il-PL ta’ Muscat kontra l-valuri li għalihom twaqqaf L-ittra li hija ffirmata minn dawk li huma magħrufa għat-twemmin Soċjalista tagħhom, tkompli li “waqt li nirrikonoxxu l-affarijiet pożittivi li l-Gvern Laburista preżenti għamel s’issa, wisq nibżgħu li fuq punti fundamentali l-Partit qabad politika li ma taqbel xejn mal-għanijiet u lvaluri li għalihom twaqqaf. Għalhekk qed niktbu biex nuru dan it-tħassib u l-weġgħat tagħna, bit-tama li l-Partit jibdel ir-rotta u jkun fidil lejn ittwemmin tiegħu.” Il-firmatarji ta’ din l-ittra jgħidu li fost affarijiet oħra jinnutaw b’dispjaċir li: Fi żmien li l-ekonomija qed taħdem kontra l-kotra tal-ħaddiema, fejn ilpagi fil-verità qed jonqsu meta mqabbla mal-għoli tal-ħajja u fejn ilfaqar qed jgħolli rasu u jikber, ilGvern donnu jibża’ juża kliem bħal żieda fil-paga minima u tqassim aħjar tal-ġid – jiġiferi li lil min hu sinjur u qed jistagħna aktar minn qatt qabel, għandu jitteħidlu aktar u jingħata lil min m’għandux. Għal bosta Ministri tal-Gvern, luniċi kategoriji ta’ nies li jabbużaw huma dawk li jiddependu misservizzi soċjali. Dan hu inġust mhux biss għax hemm ħafna nies li jiddependu mis-servizzi soċjali li ma jabbużawx iżda għax hemm membri ta’ kategoriji oħra – professjonisti, negozjanti li jabbużaw wisq aktar. Imma għax ikompli jżid l-istigma fuq dawk li jiddependu minn dawn isservizzi. Il-Gvern qed jitfa’ piż żejjed fuq ledukazzjoni billi jaħseb u jġiegħel lil min jaħseb li l-edukazzjoni tista’ ssolvi l-problemi soċjali kollha. Waqt li nemmnu f’edukazzjoni tajba, mingħajr miżuri biex iwieżnu liżżgħir, dan tal-aħħar se jibqa’ dejjem

Uċuħ bħal George Vella, Leo Brincat, Evarist Bartolo, Joe Mizzi u Anton Refalo jidher li huma fuq l-istonku fejn ikun. Soċjetà fejn kull membru għandu edukazzjoni eċċellenti, imma fejn hemm impjieg deċenti għal sittin fil-mija tal-membri biss, se tkun soċjetà fejn għandek erbgħin fil-mija jsofru n-nuqqas, minkejja ledukazzjoni eċċellenti tagħhom. Il-Gvern donnu jrid jogħġob akkost ta’ kollox lill-ispekulaturi talindustrija tal-bini, mhux billi jillaxka r-regoli marbuta mal-ambjent li hu lwirt tagħna lkoll, imma għax mhu jagħmel xejn biex il-prezzijiet taddjar jinżlu u jkunu raġonevoli. Dan qed iwassal għal sitwazzjoni fejn bosta jsiru sidien ta’ djarhom meta ma jkunux għadhom fl-aqwa ta’ ħajjithom. Il-Gvern preżenti jidher li


7

Novembru, 2014

okali

t Laburista ta’ Muscat

GRESSIV’ TA’ JOSEPH MUSCAT

Karmenu Mifsud Bonnici

Sammy Meilaq

Patri Mark Montebello

Dun Anġ Seychell

... Muscat akkużat li l-ekonomija mhix taħdem għall-ħaddiema u l-pagi qegħdin jonqsu waqt li jiżdied il-faqar

... Muscat akkużat li qed jaġevola lill-ispekulaturi b’dannu għall-ambjent waqt li l-prezzijiet tad-djar mhux qed jinżlu

L-AKKUŻI FIL-KONFRONT TAT-TMEXXIJA TA’ MUSCAT:

• Fuq punti fundamentali l-Gvern ta’ Muscat qabad politika li ma taqbel xejn mal-għanijiet li għalihom twaqqaf il-PL; • Il-Gvern qed iwettaq affarijiet li ma jaqblux mal-valuri tal-PL; • Qed iweġġa’ u jħassibhom u għalhekk għandu jibdel ir-rotta li qabad; • Il-Gvern mhux jitkellem dwar żieda fil-paga minima tal-ħaddiema; • Il-Gvern qed jevita li jitkellem dwar tqassim aħjar tal-ġid • Ministri tal-Gvern mhumiex jindirizzaw l-abbużi minn professjonisti u negozjanti; • Il-Gvern qed jitfa’ piż żejjed fuq l-edukazzjoni; • Il-Gvern donnu jrid jogħġob akkost ta’ kollox lill-ispekulaturi talindustrija tal-bini; • Il-Gvern jidher li m’għandu l-ebda rieda li jaqbad il-barri minn quru fil-qasam tas-saħħa.

... Muscat akkużat ukoll fuq is-servizzi tas-saħħa li ħafna qegħdin ibatu għax ma jinqdewx mis-servizz tal-Gvern u ma jistgħux iħallsu għal servizz privat m’għandu l-ebda rieda li jaqbad ilbarri minn qrunu fil-qasam tas-saħħa, fejn f’ċerti każi hemm servizzi tassaħħa b’xejn fit-teorija imma mhux fil-prattika. Dan qed iwassal biex bosta li ma jistgħux iħallsu għallvisti u l-kura privata, qegħdin fil-fatt ibatu.

Jittamaw li l-Partit Laburista ta’ Muscat isib l-għeruq li tilef Fl-ittra tagħhom dawk kollha firmatarji qed isostnu li fid-dawl ta’ dan kollu, u fiduċjużi li din hi r-rieda ta’ bosta, jittamaw li l-Partit Laburista jkun fidil u jerġa’ lura lejn l-għeruq u l-valuri fundamentali tiegħu, bl-iprem ikunu l-ġustizzja soċjali u l-wens lejn min hu l-aktar fil-bżonn. Fl-isfond ta’ dan ix-xenarju s-sorsi li tkellmu ma’ il-mument fissru li donnu jidher li t-tmexxija tal-Partit Laburista llum għandha impenn li luċuħ veterani fil-partit jitwarrbu bilmod il-mod biex hekk Joseph Muscat

Jittamaw li l-Partit Laburista jkun fidil u jerġa’ lura lejn l-għeruq u l-valuri fundamentali tiegħu, bl-iprem ikunu l-ġustizzja soċjali u l-wens lejn min hu l-aktar fil-bżonn joħroġ aktar b’saħħtu bla ebda veteran qablu. Biex nillimitaw id-diskors biss għall-Kabinett ta’ Joseph Muscat, jidher ċar li hemm qasma bejn lelement antik u l-element meqjus bħala ġdid. Fuq l-istonku apparentement jidhru Ministri bħal George Vella, imdejjaq sal-ponta ta’ mnieħru anki għax tpoġġietlu filMinisteru Segretarju Permanenti li

hi ppjantata minn Kastilja; Leo Brincat, li ftit li xejn qed jingħata importanza minkejja li hu jgħid li lMinisteru tiegħu qed jagħmel ħafna xogħol; Evarist Bartolo, li qed jissemma li jista’ jingħata kariga oħra kif ingħataw veterani oħra filPartit bħal Marie Louise Coleiro Preca u Karmenu Vella; Joe Mizzi, li lil hinn mit-tħambiq u l-għajjat tiegħu ma’ kull ġurnata li tgħaddi qed jirriżultaw fallimenti akbar minn oħrajn fid-dekasteru mmexxi minnu; u Anton Refalo, li ħidmietu xejn mhi qed timpressjona anzi elementi fost il-ġodda jsostnu li aktar hu ta’ piż għad-dehra tal-istess Grupp. Is-sorsi ta’ il-mument temmew li f’din il-borma mħawra sew fl-aħħar mill-aħħar ir-rebbieħ mistenni li jerġa’ jkun Joseph Muscat li jwarrab mhux biss lill-veterani biex il-partit jibqa’ jidher dejjem frisk, imma wkoll lil dawk kollha li jazzardaw juru xi nuqqas ta’ qbil ma’ dak li jkun qiegħed jagħmel.


Malta tonora lil terrorist imfittex internazzjonalment 8

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Lokali

Joe Mikallef joe.mikallef@media.link.com.mt

Emmanuel Galea, l-Ambaxxatur ta’ Malta għal-Libja, fil-jiem li għaddew ippreżenta uffiċjalment bukkett fjuri lil Mahdi Al Harati, is-Sindku l-ġdid ta’ Tripli. Kif żveljana fil-ħarġa tad-19 ta’ Ottubru li għadda, Al Harati hu mfittex internazzjonalment b’konnessjoni ma’ attakk terroristiku f’Madrid f’Marzu tal2004. Al Harati għandu repertorju vast fejn jidħlu gwerer ċivili. Hu kien wieħed millkmandanti ewlenin tal-Brigata ta’ Tripli waqt il-gwerra ċivili fil-Libja u moħħ ewlieni fil-waqgħa tar-reġim ta’ Muammar Gaddafi. Hu kien ukoll protagonist fi grupp militanti fil-ġlieda ċivili kontra lGvern Sirjan. Fiż-żewġ pajjiżi jingħad li kien wieħed mill-imħuħ li ffaċilitaw iddħul u l-preżenza ta’ membri fundamentalisti tal-Organizzazzjoni talIstat Iżlamiku fl-Iraq u fis-Sirja (ISIS).

L-imġiba tal-Ambaxxatur Malti ma’ Al Harati Lil hinn minn dan l-isfond importanti, il-ġest ta’ Emmanuel Galea, lAmbaxxatur Malti għal-Libja, magħruf bħala Mannie Galea, stona bil-kbir għax din il-preżentazzjoni saret ftit tal-jiem biss wara li f’Malta ltaqa’ l-Kabinett Libjan ibbażat f’Tobruk. Iżda għal diversi raġunijiet għażel lil Malta biex jiddiskuti diversi temi ta’ importanza kbira fuq laġenda tiegħu fit-tmexxija tal-pajjiż li għaddej minn żminijiet diffiċli ħafna karatterizzati minn instabbiltà. Sorsi li tkellmu ma’ il-mument urew it-tħassib kemm din il-preżentazzjoni ta’ bukkett fjuri lil Mahdi Al Harati saret bil-permess tal-Gvern Malti, jew, talinqas, tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Dawn is-sorsi kienu diretti ħafna: din il-preżentazzjoni kienet inizjattiva ta’ Mannie Galea jew kienet xi forma ta’ manuvra mqabbda lilu millGvern Malti? Jekk kienet inizjattiva ta’ Galea, il-Gvern ma jaħsibx li fid-dawl ta’ diversi ċirkostanzi, hux qiegħed jiġi imbarazzat? Jekk iva, x’passi ħa l-Gvern Malti dwar ħaġa serja immens bħal din? Bagħat il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Malti għall-Ambaxxatur Mannie Galea biex jitolbu spjegazzjoni għal dan il-ġest... dejjem jekk ma kienx il-Gvern Malti li ordnalu ħaġa bħal din? Il-ġest ta’ Mannie Galea xxandar filmedia internazzjonali u ngħad ukoll minn The Libya Observer li testwalment qalet: “The Maltese Ambassador to Libya Emmanuel Galea, visits Central Tripoli Municipality today to congratulate Mayor and staff for officially assuming their duties.” Din iżżjara u l-preżentazzjoni tal-bukkett fjuri saru l-Ħamis, 6 ta’ Novembru 2014. Is-sorsi diplomatiċi li tkellmu ma’ ilmument fissru li diġà hu imbarazzanti ħafna li dan is-Sindku ta’ Tripli Al Harati hu assoċjat mal-organizzazzjoni terroristika Al Qaeda u għalhekk ġest ta’

Ir-rappurtaġġ li ngħatat l-okkażjoni tal-Ambaxxatur Malti għal-Libja Mannie Galea fil-mument li qiegħed jippreżenta bukkett fjuri lil Mahdi Al Harati, li hu mfittex internazzjonalment minħabba l-attakk terroristiku ta’ Marzu 2004 meta kienu nqatlu kważi mitejn persuna f’attakk terroristiku li kien sar f’Madrid.

żjara ta’ kortesija uffiċjali akkumpanjata minn preżentazzjoni ta’ bukkett fjuri żgur li jwassal fix-xena internazzjonali messaġġ ta’ tħassib.

Al Harati kien Malta L-istess sorsi fakkru kif is-Sindku ta’ Tripli ftit tal-ġimgħat ilu kien Malta għal dik li tfissret bħala “żjara privata” ta’ ftit jiem. Mahdi Al Harati, li għandu 37 sena u li jgawdi passaport maħruġ mill-Irlanda, kien deskritt mill-Gvern Malti bħala persuna li ma kinitx ta’ periklu għal pajjiżna u dan minkejja li diversi fonti internazzjonali jiddeskrivuh bħala persuna marbuta ma’ diversi attivitajiet terroristiċi, kemm f’pajjiżi Afrikani u anki fil-Lvant Nofsani. Al Harati jgawdi reputazzjoni militanti mill-aqwa, tant li hemm min iqisu l-Osama Bin Laden il-modern għall-mod kif jopera u jmexxi l-aġendi tiegħu ta’ attakki u ġlied, kif ukoll minħabba t-taħriġ, il-finanzjament u lgħajnuna li għandu biex imexxi b’suċċess ġlidiet f’pajjiżi Afrikani u oħrajn fid-Dinja Għarbija. Il-Gvern qatt ma ċaħad li nħareġ permess ta’ residenza Is-sorsi li tkellmu ma’ il-mument urew ruħhom sorpriżi ħafna kif qed ikun allegat li l-Gvern Malti – anki in vista tar-relazzjonijiet li qed jipprova jiżviluppa mal-ogħla awtoritajiet varji fil-Libja –ħareġ permess għar-residenza kemm għal Mahdi Al Harati kif ukoll għal membri oħrajn tal-familja tiegħu. Il-Gvern Malti qatt ma ċaħad din laħbar li żvelat il-mument fis-26 ta’ Ottubru li għadda. Il-Gvern qiegħed ikun ikkritikat għall-mod laxk fl-għoti ta’ dawn il-permessi, inklużi lil persuni li mhumiex intitolati u lil oħrajn li kif qed jingħad, ħarġu bi pjaċir politiku. Il-pożizzjoni tal-Gvern mhix magħrufa Is-sorsi diplomatiċi li tkellmu ma’ ilmument staqsew x’se tkun il-pożizzjoni

tal-Gvern Malti jekk l-awtoritajiet talGvern Spanjol jistaqsu b’mod uffiċjali lill-Gvern Malti dwar il-manuvri lejn u minn Malta ta’ Mahdi Al Harati meta dan hu mfittex internazzjonalment? Jekk il-Gvern Malti kien jaf li dan Mahdi Al Harati kien jinsab Malta, għaliex lawtoritajiet Maltin ma alertjawx lillInterpol dwar dan? Żgur li sitwazzjoni bħal din toħloq imbarazzament diplomatiku bejn il-Gvern Malti u lGvern Spanjol; it-tnejn membri tal-UE. L-awtoritajiet tal-Pulizija fi Spanja ilhom ifittxu lil Al Harati biex jgħin dwar l-attakki terroristiċi f’Madrid f’Marzu tal-2004. Dwar dawk l-attakki li fihom inqatlu kważi mitejn persuna, il-Pulizija Spanjola qed tfittex ukoll lil ċertu Abdel Hakim Belhadj li dak iżżmien kien meqjus bħala ras kbira ħafna fil-moviment tal-Al Qaeda meta kienet affiljata mal-Libyan Islamic Fighting Group (LIFG). Fl-isfond ta’ dan kollu, il-Ministru talIntern Manuel Mallia baqa’ ma weġibx sensiela ta’ mistoqsijiet mibgħuta lilu f’Ottubru li għadda. Każ ieħor li fih Mahdi Al Harati kien protagonist hu dak tal-2010 meta ħa sehem fil-Freedom Flotilla li kellha twassal għajnuna f’Gaza. Madankollu, dik il-missjoni kienet spiċċat fi traġedja wara li l-bastiment ‘Mavi Marmara’ kien attakkat minn suldati Iżraeljani meta kienu wkoll arrestaw lil Al Harati. Sena wara, f’Awwissu tal-2011, hu kien irnexxielu jmexxi attakk fuq lukanda fil-qalba ta’ Tripli mwettaq minn militanti tal-Al Qaeda. Jingħad li hu kien fdat mill-Punent biex jinqabdu dawk kollha li kienu fit-tmexxija talLibja fi żmien ir-reġim ta’ Muammar Gaddafi li kienu moħbija f’post sigriet f’din il-lukanda. Mahdi Al Harati jissemma wkoll f’investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Thierry Meyssan u Mahdi Darius Nazemroya, żewġ ġurnalisti tal-istazzjon Voltaire Network, minħabba li jingħad li dawn kienu jwasslu messaġġi ta’ appoġġ għar-

reġim ta’ Gaddafi. Hu jissemma wkoll b’konnessjoni mal-qtil ta’ Walter Fauntroy li kien membru tal-Kungress Amerikan. Hu kien inqatel waqt li kien jinsab filLukanda Rixos fi Tripli. Waqt rejd li darba sar fir-residenza ta’ Al Harati fl-Irlanda waqt li hu kien imsiefer, il-Pulizija kienu sabu somma kbira ta’ flus. Mistoqsi dwarhom, Mahdi Al Harati kien qal li dawk kienu mgħoddija lilu mis-Servizz Sigriet Amerikan u li l-iskop tagħhom kien proprju biex hu jkun direttament megħjun fil-ġlieda ħalli jitwaqqa’ rreġim ta’ Gaddafi. Jingħad li waqt il-ġlieda ċivili filLibja, Mahdi Al Harati kien fuq quddiem fl-attakki f’Bengażi kontra dawk leali lejn ir-reġim ta’ Gaddafi. Wara hu kien mexa lejn il-kapitali Tripli biex ikun jista’ jingħaqad malfazzjonijiet kollha fit-taqbida finali li wasslet għall-waqgħa tar-reġim.

Il-Gvern Malti għandu jispjega Is-sorsi li tkellmu ma’ il-mument u li qalu li dak li ma jistgħux jifhmu kien proprju l-fatt li jidher ċar li Al Harati kien direttament megħjun mis-Servizz Sigriet Amerikan. Dan filwaqt li Al Harati hu magħruf sew li mmilita fl-Al Qaeda. “Hu fatt sagrosant li fi Tripli, Mahdi Al Harati jgawdi stima u appoġġ relattiv, iżda mhux konċepibbli l-ħsieb tal-Gvern Malti, jew allura talAmbaxxatur Malti Emmanuel Galea, li jagħmel preżentazzjoni imbarazzanti bħal din!” qalu s-sorsi. Huma temmew li jistennew lill-Gvern Malti jiċċara dan ix-xenarju kollu. “IlMinistru George Vella kien jaf b’din iżżjara? Saret b’inizjattiva ta’ Mannie Galea jew xi ħadd mill-Ministeru talAffarijiet Barranin, jew inkella, dejjem jekk hu l-każ, l-inizjattiva kienet ta’ xi ħadd minn Kastilja li rrombla minn fuq kulħadd u minn wara dahar kulħadd kif qed jiġri spiss, fir-rigward tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin?”


‘Ma nistgħux inpoġġu lin-nies tal-Istat qabel in-nies komuni’ Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Intervista

9

– Charles Miceli, Fundatur Alleanza kontra l-Faqar

F’intervista ma’ il-mument, Charles Miceli jgħid li sakemm m’hemmx ġustizzja soċjali, il-karità tibqa’, waqt li jgħid li l-Gvern ma kellux jgħolli l-kera tal-akkomodazzjoni soċjali mil-lum għal għada. dux ħtiġiet bażiċi bħall-ikel, housing u mediċini, allura alessia.zammit@media.link.com.mt għandu jibqa’ jkun hemm ilkarità. Kulħadd għandu jkun Inti kkummentajt fuq dliberu, anzi motivat biex jaqla’ deċiżjoni tal-Gvern li jagħti l-flus imma iktar ma taqla’, tax rebate lil negozji li jagħtu iktar għandek tagħti. Ħadd ma donazzjoni ta’ aktar minn jieħu gost iħallas it-taxxa Є2,000 lill-Malta Community imma l-Istat huwa obbligat li Chest Fund. Għaliex? kemm jista’ jkun, ikun hemm Jien ikkritikajt il-fatt li din id-distribuzzjoni tal-ġid. saret għall-Malta Community Chest Fund biss u mhux għallTħoss li l-Gvern għandu NGOs l-oħrajn ukoll. Naqbel li jagħmel iktar b’rabta maljkun hemm rebates għallabbuż fuq is-servizzi soċjali MCCF imma mhux biss, għax jew l-enfasi fuq dan l-abbuż hemm NGOs oħra li jagħmlu waqt li persuni fi professjonil-ġid ukoll. jiet jistgħu wkoll ikunu qed iwettqu xi abbużi li forsi ma Il-Malta Community Chest jiġux enfasizzati biżżejjed? Fund tagħti wkoll fondi lil xi Ftit ilu qrjat rapport lgħaqdiet volontarji. Hija Ingilterra fejn nies anke ġew wkoll entità li titmexxa millattakkati għax jieħdu s-servizzi President ta’ Malta, li l-ħatra soċjali. Dan diskors li kultant tagħha hija Kostituzzjonali. huwa ddominat minn sistema Taħseb li dan jiġġustifika dneo-liberali li niffukaw fuq deċiżjoni tal-Gvern? persuni li qed jieħdu r-relief u Ma nistgħux inpoġġu lin-nies n-nies li qed jevadu t-taxxa, u tal-Istat qabel in-nies komuni. ma ngħidu xejn fuqhom. Jiġuni f’moħħi r-Richmond Pereżempju, dan l-aħħar kien Foundation u l-Millenium hemm evażjoni tal-VAT. Chapel li qed jagħmlu ħafna Kieku ma kienx hemm rapport ġid, u minkejja l-fatt li mhux mill-UE, lanqas konna nisimgħu ġejjin mill-President għandhom dwarha imma kull darba li jisjitpoġġew fuq l-istess livell. semma l-abbuż, irridu nsemmu lil dawn in-nies. Il-Ġiżwiti ħarġu Inti għamilt suġġeriment li stqarrija li 2% jew 3% biss huwa tkun iffrankata t-taxxa lillabbuż, jiġifieri għandek 97% li li individwi li jagħtu donazkieku ma jkunux il-benefiċċji zjoni ta’, pereżempju, iktar soċjali, jgħixu f’faqar assolut. minn €50 lill-għaqdiet volontarji. Taħseb li se tintlaqa’ Tħoss li l-Gvern għamel din il-proposta? sew li għolla mingħajr ebda Nittama. Jidher li l-Prim preavviż il-kirja tal-akkoMinistru wara li kien hemm modazzjoni soċjali? kritika fuq id-deċiżjoni talIl-fatt li għandek aktar minn MCCF, qal li dan għadu l-bidu 2,000 persuna qed jistennew lu ovvjament nittamaw li jkun akkomodazzjoni soċjali, għalija hemm xi ħaġa iktar mifruxa. hu problema. Il-fatt li ngħidu li Għaliex kumpanija tiffranka tl-Awtorità tad-Djar għandha taxxi u jien jekk nagħti karità, deficits kbar, hu problema oħra. ma niffrankahiex? Ma tistax taqbad xi ħaġa u tiżolaha. X’inhu dan is-social Inti tisħaq li ma taqbilx housing? Jiġifieri n-nies li ħadu mal-karità imma mal-ġustizd-dar fis-snin 70 u għadhom zja soċjali. X’tifhem b’ġustiz- jgħixu hemmhekk, għandhom zja soċjali? €50 kera, imbagħad familja li Jien kontra l-karità fis-sens li għadha tibda tħallas €300 fixjekk hemm flus għand ilxahar? Din mhix ġustizzja. MCCF u għandi bżonn ilJekk inti tiflaħ tħallas, għanmediċini, nieħu u jekk in-nies du jkun hemm means testing. ma tawx karità nibqa’ bla Jekk inti fit-tmeninijiet ma mediċina. Jien għandi dritt kontx taħdem u llum qed taħgħall-mediċina jew affarijiet dem u għandek ammont ta’ oħra, hemm min anke jmur flus deħlin, m’għandekx għall-ikel u jagħtuh vouchers. tħallas kera sussidjata, għanSakemm m’hemmx ġustizzja dek tħallas kera skont il-prezz soċjali u hemm min m’għantas-suq, imma min ma jaffordAlessia Psaila Zammit

jax għandu jingħata lgħajnuna. Jien ma naqbadx u ngħolli l-kera mil-lum għal għada. Għandu jkun hemm studju bħall-Kummissjoni li tistudja s-sitwazzjoni kollha, imbagħad tinfurmahom li missena d-dieħla se jkun hemm kera ogħla b’1% jew 2%.

Charles Miceli: It-tax rebate lil negozji li jagħtu donazzjoni m’għandhiex tingħata lill-MCCF biss imma lill-għaqdiet volontarji wkoll


It-tħejjijiet għall-maratona tal-PN fl-aqwa tagħhom 10

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Maratona PNt

… il-fondi li se jinġabru din is-sena se jmorru għal mira speċifika li se titħabbar mis-Segretarju Ġenerali Charles Muscat

charles.muscat@media.link.com.mt

Matul l-erbat ijiem ta’ attivitajiet fid-Dar Ċentrali msejħa Misraħ il-Milied, fil-5, 6, 7 u fit-8 ta’ Diċembru, il-PN se jkompli bil-ħidma biex ikompli jersaq qrib in-nies. Din se tkun okkażjoni oħra fejn kulħadd hu mistieden jattendi u f’ambjent ferrieħi tal-Milied, jiltaqa’ mal-Kap tal-Partit Simon Busuttil, mal-Viċi Kapijiet Mario de Marco u Beppe Fenech Adami, madDeputati, mal-MEPs, mal-kandidati, mal-kunsillieri lokali, mal-voluntiera u anke malpreżentaturi ta’ Net TV u Radio 101. Robert Cutajar, il-koordinatur tal-maratona Misraħ ilMilied qal dan f’intervista ma il-mument dwar din l-attività

kbira li fiha se jipparteċipaw aktar minn 600 persuna, fosthom kantanti, żeffiena u korijiet. Ma jonqosx ukoll is-sejem tal-eks kapijiet tal-Partit, Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi, l-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg kif ukoll Alexander Borg Olivier, iben leks Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier, Missier Malta Indipendenti. Robert Cutajar qal li permezz ta’ Misraħ il-Milied, il-PN qed jibgħat messaġġ ċar li lpolitika nbidlet. Hu spjega li f’din l-attività, l-uffiċjali kollha tal-Partit mhux se jkunu qed jattendu biss għal parti finali biex jilqgħu id-donazzjonijiet talpubbliku, imma huma, inkluż il-Kap Simon Busuttil, se jkunu qegħdin man-nies matul l-attività kollha tal-maratona

Voluntiera tal-Partit Nazzjonalista qegħdin iħejju biex bħalma sar is-sena li għaddiet jinġabru fondi għall-PN fil-maratona li se ssir fi żmien tliet ġimgħat oħra

tal-Ħadd 7 ta’ Diċembru. Anke l-uffiċċji tat-tliet Deputati Ewro-Parlamentari tal-PN, David Casa, Roberta Metsola u

Therese Comodini Cachia li jinsabu fid-Dar Ċentrali se jkunu miftuħin għall-pubbliku fejn kulħadd jista’ jiltaqa’ magħhom. Robert Cutajar qal li Misraħ il-Milied se tkun kontinwazzjoni tal-ħidma kbira li qed issir mill-Kap, mill-uffiċjali, Deputati u Kandidati biż-żjarat fid-djar li qed isiru b’mod regolari. Hu spjega li l-fondi li se jinġabru din is-sena se jmorru għal mira speċifika li se titħabbar mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit, Chris Said, fil-jiem li ġejjin. Il-mira li għaliha se jinġabru l-fondi mill-maratona Misraħ ilMilied se tkun marburta biex il-PN ikompli jersaq iktar viċin in-nies u jkompli jwassal il-messaġġ tiegħu. Robert Cutajar qal li permezz ta’ Misraħ il-Milied, il-PN b’umiltà se jkompli jersaq lejn in-nies. L-umiltà hi ingredjent importanti u l-PN qed jibgħat messaġġ li hu b’saqajħ mal-art u b’widnejh miftuħa għal dak li qed jgħidu n-nies u qed jaħdem b’umiltà u b’serjetà. Fid-Dar Ċentrali se jkun hemm persuni biex jilqgħu iddonazzjonijiet u se jkun hemm ukoll numri tat-telefon apposta abbinati mad-donazzjonijiet. Dawn se jkunu kemm fil-gazzetti, fuq Net TV, fuq is-sit elettroniku u lpaġna ta’ Facebook tal-Partit u anke fuq www.maltarightnow.com. Dawk kollha li jagħtu donazzjoni fid-Dar Ċentrali se jingħataw ktieb dwar il-50 Sena ta’ Malta Indipendenti. Il-qofol jintlaħaq il-Ħadd 7 ta’ Diċembru meta se jkun hemm xandira ta’ 11-il siegħa fuq Net TV u Radio 101 li se

tinkludi divertiment garantit. Robert Cutajar qal li lĠimgħa 5 u s-Sibt 6 ta’ Diċembru, se jkun hemm links diretti kontinwi fuq Net TV filgħaxija filwaqt li Radio 101, is-Sibt se jkun qed ixandar live minn Misraħ ilMilied. Is-Sibt filgħaxija Radio 101 se jorganizza attività partikolari. minn Misraħ ilMilied Hu qal li f’Misraħ ilMilied se jipparteċipaw madwar 30 preżentatur differenti minn Net TV u minn Radio 101. Fost l-attrazzjonijiet se jkun hemm wirja kbira ta’ presepji, bejgħ ta’ kotba, pjanti u ġugarelli, żona għat-tfal, crafts u rakkonti ta’ stejjer u playstation zone. Din is-sena għal ewwel darba se jkun hemm wirja ta’ memorabilia tal-Partit Nazzjonalista miġbura mill-eks Deputat Nazzjonalista Richard Muscat, fosthom tal-eks kapijiet, Ġorġ Borg Olivier u Nerik Mizzi. Din is-sena se jkun hemm parteċipazzjoni qawwija mittfal u miż-żgħażagħ u se jixxandru wkoll siltiet millmusical, Sebaħ Jum, marbut mal-50 sena mill-Indipendenza li tant kiseb suċċess. L-istedina għal dawk l-individwi, gruppi u korijiet li jixtiequ jipparteċipaw għadha miftuha u wieħed jista’ jċempel lil korrdinatur Robert Cutajar fuq 79262101. Robert Cutajar qal li tul ilmaratona se jkun hemm messaġġi mill-ħajja ta’ kuljum fosthom dwar ir-razziżmu, limħabba lejn l-annimali, lisport u s-saħħa. It-Tnejn 8 ta’ Diċembru, bil-kollaborazzjoni ta’ diversi Fakultajiet talUniversità se jingħata servizz ta’ pariri fuq is-saħħa fosthom dwar id-dijabete, l-obeżita’ u oħrajn.


L-Ewropa f’idejk Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Aħbarijiet mill-UE

11

Ingrid Brownrigg Opinjonista

Il-Qorti Ewropea ddeċidiet li l-pajjiżi membri tal-UE jistgħu jiċħdu l-benefiċċji soċjali lill-immigranti li l-iskop tagħhom hu li jemigraw f’pajjiż ieħor, mingħajr ma jfittxu xogħol u jkunu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali.

Il-każ quddiem il-Qorti Ewropea tressaq minn Rumena u t-tifel tagħha li ġew irrifjutati li jingħataw il-benefiċċji soċjali mill-awtoritajiet fil-Ġermanja.

M’hemmx benefiċċji soċjali għal immigrant li ma jkunux qed ifittxu xogħol Il-Qorti Ewropea ddeċidiet li l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiċħdu l-benefiċċji soċjali lill-immigranti li liskop tagħhom hu li jemigraw f’pajjiż ieħor, mingħajr ma jfittxu xogħol u jkunu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali. Il-każ quddiem il-Qorti Ewropea tressaq minn Rumena u ttifel tagħha li ġew irrifjutati li jingħataw il-benefiċċji soċjali mill-awtoritajiet fil-Ġermanja. Skont il-Qorti Ewropea, din ilmara ma kinitx qed tfittex xogħol fil-Ġermanja, kif inhu mistenni biex tikkwalifika għall-benefiċċji ta’ dawk mingħajr xogħol. L-omm Rumena tirċievi €184 fix-xahar bħala children’s allowance u dawn fil-fatt ma kinux fuq l-aġenda tal-Qorti Ewropea. Fl-UE, ċittadini Ewropej u l-familji tagħhom għandhom iddritt li jiċċaqilqu minn pajjiż għal ieħor tal-UE u jgħixu hemm. Iżda l-Qorti sostniet li l-pajjiż li jkun qed jilqa’ l-immigrant, mhux obbligat li joffri benefiċċji soċjali fl-ewwel tliet xhur tarresidenza tiegħu. Is-sentenza tal-Qorti kompliet tgħid li jekk ilperjodu ta’ residenza jkun aktar minn tliet xhur u anqas minn ħames snin, dawk il-persuni li ma jkunux qed jaħdmu għandhom ikollhom riżorsi biżżejjed biex jgħixu.

Il-Qorti Ewropea tagħti raġun lil Cameron Dan is-suġġett qajjem diskussjoni sħiħa fl-Ingilterra, il-pajjiż li jrid jillimita n-numru ta’ immigranti li jidħlu fih. Din iddeċiżjoni tat raġun lill-Prim Ministru Ingliż David Cameron li ilu żmien jirreferi għal xi immigranti bħala ‘welfare tourists’. B’din id-deċiżjoni, Cameron għandu jingħata spinta fil-‘battalja’ li għandu f’pajjiżu kontra l-ewroxettiċi u l-immigranti. Cameron wiegħed li jagħti sura ġdida lir-relazzjoni talIngilterra mal-UE qabel ma jsir ir-referendum f’pajjiżu fuq sħubija tal-Ingilterra fl-UE. Dan mistenni jsir fl-2017. Cameron irid iwaqqaf l-abbuż ta’ immigranti mill-pajjiżi l-oħra tal-UE li jmorru f’pajjiżu bl-iskop li jgħixu minn fuq il-benefiċċji soċjali. Għalhekk din id-deċiżjoni ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-Gvern Ingliż. Kelliem għall-Prim Ministru Ingliż saħaq li s-sentenza tal-Qorti Ewropea tisħaq dak li Cameron ilu jgħid – id-dritt taċċaqliq ħieles minn pajjiż għal ieħor tal-UE m’għandux ikun akkost ta’ kollox. L-Ingilterra qed tirċievi ħafna immigranti minn pajjiżi aktar foqra tal-Ewropa, li huma bla xogħol u bla assigurazzjoni ta’ saħħa, bl-iskop li jissetiljaw fl-Ingilterra u jgħixu minn fuq ilbenefiċċji soċjali. Dan qed joħloq pressjoni mhux biss finanzjarja iżda anke żied id-domanda għall-akkomodazzjoni soċjali. Cameron beda jagħmel pressjoni fuq l-UE biex ikun hemm

kwota tal-immigranti mill-pajjiżi tal-UE li jidħlu f’pajjiżu. Dan biex jevita l-kritika interna u jerġa’ jiġi elett is-sena d-dieħla. Cameron kien ikkritikat ħafna fuq livell Ewropew, u l-aktar kritika ħarxa ġejja mill-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel. Din il-kritika saret bir-raġun għax l-UE hi bbażata fuq erba’ prinċipji fundamentali – iċ-ċaqliq ħieles ta’ persuni, prodotti, kapital u servizzi bejn il-pajjiżi membri tal-UE. L-erba’ prinċipji huma assoluti u ma jistgħux jinkisru! Sadanittant, id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea hi komda għal Cameron biex jirbaħ l-argument fil-pajjiż ewroxettiku tiegħu!

MEPs favur li l-pajjiżi jipprojbixxu l-GMOs Il-membri tal-Kumitat tal-Ambjent tal-Parlament Ewropew din il-ġimgħa ddeċidew li l-pajjiżi membri tal-UE għandu jkollhom id-dritt li jiddeċiedu li jipprojbixxu t-tkabbir ta’ prodotti li huma ġenetikament modifikati (GMOs) fil-pajjiż tagħhom. Dan hu suġġett ta’ kontroversja kbira fl-UE. L-organiżmi ġenetikament modifikati huma prattika li tintuża ħafna flagrikultura, kemm fl-Istati Uniti tal-Amerika u kemm fl-Asja. Iżda fl-Ewropa m’hemmx qbil fuq dan l-użu. Pajjiżi bħal Franza u l-Ġermanja huma assolutament kontra, filwaqt li l-Ingilterra hi favur. Għalhekk, snin twal ta’ diskussjoni biex forsi fl-aħħar naslu lejn pakkett legali fuq dan. Id-direttiva eżistenti li l-MEPs emendaw, hi tal-2001. It-tibdil għal din l-emenda hu frott ta’ diskussjonijiet bejn l-MEPs u lgvernijiet nazzjonali. L-emendi li saru jistgħu jkunu ta’ kompromess bejn dawk li jaqblu u dawk li huma kontra. L-ewwel nett, l-UE tiddeċiedi fuq liema prodotti GMOs jistgħu jikbru fit-territorju Ewropew. Il-pass li sar mill-Kumitat dwar l-Ambjent hu li jagħti libertà lill-pajjiż biex jiddeċiedi jekk iridx ikabbar GMOs fit-territorju tiegħu jew le. Din tagħti libertà lil dawk li huma kontra biex ma jkabbrux dawn il-prodotti, kif ukoll lil dawk li huma favur għax jistgħu jagħtu l-opportunità lil dawk il-bdiewa interessati biex jesperimentaw bil-GMOs. Il-proċess għadu ma ntemmx hawn. Din l-emenda trid tkun diskussa u vvutata fis-sessjoni plenarja tal-Parlament u anke filKunsill tal-Ministri, fejn il-membri jirrappreżentaw lill-Gvern rispettiv tagħhom. Id-deċiżjoni finali għandna nistennewha ssena d-dieħla. Hemm prodott wieħed biss GMO li jikber fit-territorju Ewropew. Dan hu tip ta’ qamħirrun magħruf MON 810. Dan kien awtorizzat fl-1998. Jikber l-aktar fi Spanja. Fl-2010, kien ġie awtorizzat it-tkabbir tal-patata Amflora. Din kienet deċiżjoni tal-Kummissarju Ewropew ta’ dak iż-żmien, John Dalli. Iżda dan il-prodott m’għadux jikber fuq it-territorju Ewropew wara li ġie pprojbit is-sena l-oħra b’deċiżjoni tal-Qorti Ewropea.


Obama jwissi dwar il-periklu ta’ konflitt fl-Asja 12

Il-President Amerikana Barack Obama wissa li firreġjun Asjatiku hemm periklu kbir li jiżbroffa konflitt. Dan hekk kif iċ-Ċina qed tkompli tisfida lil diversi pajjiżi li magħhom għandha tilwim territorjali. Imma hu insista li lIstati Uniti se tibqa’ preżenti fir-reġjun u spalla ma’ spalla mal-alleati tagħha. Hu qal dan f’diskors flUniversity of Queensland f’Brisbane fejn mar għassummit tal-G20. Hu qal li r-reġjun Asjatiku ra żvilupp kbir imma kien hemm perikli li setgħu jħarbtu dan kollu u fost dawn kien hemm laġir tal-Korea ta’ Fuq kif ukoll it-tilwim territorjali. Iċ-Ċina bħalissa tinsab f’tilwim territorjali ma’ ħames pajjiżi fir-reġjun.

Obama tenna dak li qal lillPresident Ċiniż Xi Jinping, li lIstati Uniti ma kellha xejn kontra li ċ-Ċina tkompli tiżviluppa sakemm dan isir b’mod paċifiku u l-pajjiż ikun responsabbli fuq ix-xena internazzjonali. Is-summit ta’ jumejn tal-G20 qed jiffoka fuq l-iżvilupp ekonomiku. Qabel il-ftuħ tallaqgħa, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban KiMoon ħeġġeġ lill-mexxejja biex jikkonfrontaw l-isfidi talEbola, il-bdil fil-klima u lkonflitt fl-Ukrajna. Fil-ftuħ tas-summit, Tony Abbott, il-Prim Ministru Awstraljan, qal li hu ried juża din il-laqgħa biex jassigura nnies dwar id-direzzjoni talekonomija dinjija b’messaġġ “ta’ tama u ottimiżmu”.

Waqt is-summit il-Presient Russu Vladimir Putin mistenni jkun fiċ-ċentru tal-attenżjoni ta’ xi mexxejja, l-aktar minħabba ż-żieda fil-preżenza militari firreġjun. Kien irrappurtat li l-President Russu Vladimir Putin se jitlaq qabel iż-żmien minn Brisbane. Dan wara laqgħa taħraq malPrim Ministru Ingliż David Cameron dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Laqgħa fejn Cameron wissa li kien se jkun hemm sanzjonijeit ġodda. Jidher li apparti Cameron, kien hemm mexxejja oħra li adottaw linja iebsa ma’ Putin. Stpehen Harper, il-Prim Ministru Kanadiż saħansitra stqarr li ma tantx kien ħerqan li joħodlu b’idejħ iżda ħied li kellu ħaġa waħda biss biex igħidlu “get out ot the Ukraine”.

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Internazzjonali

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel titkellem mal-President Amerikan Barack Obama f’waħda mill-attivitajiet f’Brisbane waqt il-G20. (ritratt EPA)

Tintemm ħesrem il-missjoni fuq il-kometa

Wara vjaġġ ta’ għaxar snin, il-missjoni tal-vettura spazjali ‘Philae’ ntemmet wara ftit sigħat. Dan wara li din niżlet f’post ħażin fid-dell u lbatteriji solari ma setgħux jieħdu l-enerġija meħtieġa. Dan bil-konsegwenza li ntfiet wara ftit siegħat. Imma minkejja dan l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) użat kemm felħet l-enerġija li kien hemm biex twettaq ir-riċerka li setgħet hemm bżonn fuq ilkometa 67P u nkiseb dak kollu mistenni mill-‘Philae’. Xjentisti insistew li l-vettura spazjali ‘raqdet’ u hemm

possibbilta li xi darba din terġa’ tibda taħdem jekk ir-raġġi taxxemx jinżlu fuq il-batteriji. Biex jieħdu charge hemm bżonn sitt siegħat ta’ xemx. Huma qalu li l-informazzjoni li rnexxielhom jiksbu u li meta wieħed iqies kollox, kien verament inkredibbli dak li għamlet il-vettura spazjali ‘Philae’. Intqal li l-istrumenti xjentifiċi fuq il-‘Philae’ kollha ħadmu kif suppost. Nhar l-Erbgħa l-‘Philae’ niżlet fuq il-kometa – l-ewwel darba fl-istorja li vettura spazjali niżlet b’suċċess fuq kometa.


Il-Ministeru tal-Intern fi skandlu ta’ ħruġ ta’ visas lill-barranin Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Internazzjonali

Paula Teixeira Cruz, ilMinistru tal-Ġustizzja talPortugall, stqarret li ħadd ma kien 'ilfuq mil-liġi. Dan hekk kif uffiċjali tal-Ministeru talIntern, kif ukoll l-Pulizija li jgħassu l-fruntieri, kienu filmira ta’ investigazzjoni kbira dwar korruzzjoni marbuta malħruġ ta’ dawk magħrufa bħala ‘golden visas’ – fejn il-permess ta’ residenza kien qed jinħareġ lill-barranin, l-aktar Ċiniżi, wara li jkunu xaħmu lill-uffiċjali. Fost dawk li kienu arrestati, din il-ġimgħa, kien hemm Manuel Jarmela Palos, il-kap tas-SEF (il-pulizija li tgħasses il-fruntieri Portugiżi) li hu anki uffiċjal għoli fil-Minsiteru talGustizzja. Is-SEF hi responsabbli għall-ħruġ tal-permessi ta’ residenza lill-barranin. L-investigaturi Portugiżi qalu li s’issa kienu saru aktar minn 60 rejd madwar il-pajjiż u nħarġu diversi mandati ta’ arrest b’rabta ma’ korruzzjoni, ħasil ta’ flus u abbuż ta’ poter. Il-Portugall, fl-2012, kien beda din l-iskema, fejn il-barranin setgħu jiksbu permess biex jgħixu fil-Portugall fuq ħlas ta’ somma kbira. Dan meta l-pajjiż kien inqabad fi kriżi finanzjarja minħabba d-dejn kbir li kellu. B'din l-iskema, l-

Paula Teixeira Cruz, il-Ministru tal-Ġustizzja tal-Portugall

investituri barranin jingħataw il-permess li jgħixu filPortugall jekk jixtru proprjeta li tkun tiswa’ 500,000 ewro jew aktar. B'dan il-permess, huma jiksbu wkoll id-dritt li jivvjaġġaw mingħajr tfixkil fs-26 pajjiż taz-zona Schengen talUnjoni Ewropea. S’issa nħarġu aktar minn 1,649 permess jew golden visa lill-investituri barranin -- filmaġġoranza tagħhom Ċiniżi. B’kollox iċ-Ċiniżi jammontaw għal 80 fil-mija ta’ dawk li ngħataw il-permess. Il-kumplament, fil-biċċa l-kbira, huma magħmula minn ċittadini Russi, Brażiljani u residenti talAngola. Minbarra l-kundizzjoni li tesiġi x-xiri ta’ proprjeta, il-permess għar-residenza jista’ jinkiseb jekk wieħed jittrasfer-

ixxi tal-anqas miljun ewro filpajjiż jew talanqas joħloq għaxar impjiegi ġodda. Fil-pajjiż kien hemm oppożiżżjoni kbira għal din liskema għaliex tagħti lok għallkorruzzjoni. Il-kritika hi anki ħarxa minħabba li n-nies li japplikaw għall-'golden visas' jinkludu anki l-kriminali. Il-Gvern Portugiż kien dejjem jinsisti li qed jinvestiga bir-reqqa lill-applikanti iżda f’Ġunju kellu jammetti wkoll li kien qed jinvestiga allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni marbuta mal-ħruġ tal-visas.

Vot fir-Rumanija jibbaża fuq il-fiduċja It-taqtigħa għall-Presidenza bejn il-Prim Ministru Soċjalista Rumen, Victor Ponta u l-isfidant, Klaus Iohannis, qed tibbaża l-aktar fuq il-fiduċja. Dan meta l-kandidati it-tnejn iridu jikkonvinċu lill-poplu li kapaċi jiġġieldu bis-serjeta lill-korruzzjoni, minbarra li jikkonsolidaw ir-Rumanija bħala membru attiv tal-Unjoni Ewropea. L-elezzjoni tallum għallPresidenza tar-Rumanija ilha mistennija, u filwaqt li Ponta hu l-kandidat favorit – almenu skont l-aħħar indikazzjonijiet minn Bucharest – hu importanti li hu jikkonvinċi lill-elettorat li m'għandux jaqbad l-istess triq tal-Ungerija, bir-riżultat li jiddgħajfu l-istituzzjonijiet

13

demokratiċi, bil-poter (firRumanija) jikkonċentra fuq partit wieħed biss. Ponta, li ġimgħatejn ilu rebaħ l-akbar numru ta' voti flewwel round tal-elezzjoni, qed jinsisti li hu Soċjal Demokratiku 'favur l-Ewropa' u li jrid jaċċerta li r-Rumanija tkompli taħdem biex tkattar ilġid għall-poplu bħala parti mill-proġett Ewropew. Min-naħa tiegħu, Iohannis, ta' nisel Ġermaniż u li hu ssindku ta' Sibiu, ukoll insista li 'hu sostenitur tal-Punent' waqt li tenna li dak li qed iseħħ bħalissa, fl-Ungerija, 'imur kontra dak li jemmen fih, blimpenn għad-demokrazija (flUngerija) ma taqbadx it-triq ittajba.'


Kemm jiflaħ jorħos il-prezz taż-żejt? 14

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Internazzjonali

Aktar pajjiżi li jimpurtawh qed igawdu mit-tnaqqis li jħalli aktar flus fil-bwiet tan-nies F'dawn il-jiem, il-prezz medju taż-żejt fl-Istati Uniti niżel taħt it-$3 il-gallun u li jfisser tnaqqis ta' aktar minn 70 ċenteżmu minn Ġunju li għadda 'l hawn. L-aħbar u l-istatistika dwar ir-roħs filprezz taż-żejt huma, fil-fatt, indikattivi ta' xejra 'sostenibbli', bir-roħs jirrifletti wkoll fi tnaqqis konsistenti fil-prezzijiet tal-fuel, fl-Istati Uniti. Il-bdiewa residenti f'Centerville, zona ta' Texas, huma kuntenti ferm b'din is-sitwazzjoni meta qed jiggwadanjaw tnaqqis ta' xejn anqas minn 25 fil-mija fil-prezz taż-żejt mhux irraffinat u li kien irreġistrat tul dawn l-aħħar erba' xhur. 'Din hi aħbar tajba għall-bdiewa, issidien tal-vetturi u t-trakkijiet u għallekonomija b'mod ġenerali,' hu l-kumment favorit mill-kelliema li jirrappreżentaw diversi oqsma, inklużi s-setturi industrijali. Hu minnu li filwaqt li l-ekonomija talIstati Uniti kompliet tirpilja, 'is-saħħa talflus fl-idejn addizzjonali', grazzi għattnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt, isservi ta' stimolu biex l-Amerikan komuni jonfoq aktar. It-tnaqqis fil-prezz tal-petrol waħdu jista' jfisser – fuq bażi ta' sena u jekk issitwazzjoni tibqa' konsistenti – li kull familja Amerikana tiffranka aktar minn $500 bħala medja. Iżda l-aktar fattur sinifikanti hu li lprezz anqas taż-żejt, fuq livell globali, ifisser li l-ġenerazzjoni u l-gwadann talġid qed jaqleb 'mill-produtturi għall-konsumatur'. Qabel is-sajf, il-prezz taż-żejt globali kien ilu relattivament stabbli – fuq il$110 il- barmil -- mill-2009-2010. Illum, il-pajjiżi li qed jimportaw iż-żejt jistgħu jibbenefikaw minn aspett ekonomiku, peress li l-konsumaturi jħallsu anqas għall-enerġija u, għaldaqstant, jistgħu jonfqu dan il-flus mod ieħor. L-esportazzjoni taż-żejt fid-dinja, issena l-oħra, laħqet medja ta' madwar 40 miljun barmil kuljum. Dan ifisser tnaqqis ta' $30 fil-prezz tar-riżors li, f'każ li jibqa' konsistenti fuq sena, għandu jaċċerta 'trasferiment' ta' aktar minn $400 biljuni mill-esportaturi lill-importaturi. Peress li l-pajjiżi li jikkonsmaw iż-żejt x'aktarx li jonfqu d-dħul tagħhom aktar malajr mill-Istati-produtturi, l-effett nett

kull barmil żejt biex jibbilanċja l-baġit ta' din is-sena. Oħrajn, sadanittant, huma anqas ixxurtjati, bir-rouble tar-Russja u n-naira tanNiġerja, fl-aħħar jiem, jirreġistraw livell baxx rekord fil-konfront tad-dollaru Amerikan – bl-investituri jinkwetaw dwar il-piż fuq il-baġit. Kemm ir-Russja u daqstant ieħor in-Niġerja jeħtieġu li l-prezz tażżejt li jesportaw ikun ogħla minn $100 ilbarmil biex jibbilanċjaw il-baġit. Mill-banda l-oħra hu anki sinjal tażżmenijiet jinbidlu li ħafna aktar pajjiżi, fl-aħħar ġimgħat u xhur, qed igawdu minn roħs sostanzjali fil-prezzijiet tażżejt mhux irraffinat u fejn, b'konsegwenza, qed iħallsu anqas biex jimlew il-vetturi bil-petrol. Intant, l-analisti jispekulaw li l-membri tal-OPEC jistgħu jnaqqsu l-produzzjoni biex jippruvaw jistabbilizzaw issuq, b'dan kapaċi jseħħ waqt il-laqgħa li jmiss għal dan il-grupp ta' pajjiżi li ssir fis-27 ta' Novembru.

Mara Russa timxi minn qrib it-tabelli tal-kambju f'Moska. Mill-bidu tas-sena 'l hawn, il-munita Russa kompliet titlef mill-valur meta pparagunata mad-dollaru tal-Istati Uniti u b'din ix-xejra qed tkompli – f'parti minħabba l-prezz taż-żejt baxx (ritratt: EPA)

għall-iżvilupp globali x'aktarx ikun wieħed pożittiv. L-aktar fost l-ekonomiji kbar li jibbenefikaw miċ-ċirkostanzi favorevoli x'aktarx li huma dawk li jonfqu l-aktar fuq l-importazzjoni netta taż-żejt, li hi relattiva għall-Prodott Gross Domestiku (GDP) u li jinkludu ċ-Ċina, iz-Zona Ewro u l-Ġappun. Intant, it-telf fiz-zoni li jipproduċu ż-żejt jista' jissupera l-qligħ f'ċerti sitwazzjonijiet. Impenji oħra għall-produzzjoni taż-żejt li għandhom isibuha diffiċli biex jibqgħu vjabbli fis-swieq tallum jinkludu l-produzzjoni ta' taħt il-baħar (li tixpruna lispejjeż) 'il hinn mill-kosta tal-Brażil, lAngola u r-Renju Unit. Ma dawn wieħed irid iżid l-iżviluppi fil-produzzjoni tażżejt fil-Punent tal-Kanada. L-aktar sieħba vulnerabbli fis-suq tażżejt x'aktarx li jkunu l-pajjiżi li jiddepen-

du fuq iż-żejt mhux raffinat għallesportazzjoni bħala introjtu għall-Gvern. L-ekonomiji tal-pajjiżi tal-OPEC ( ilgrupp tal-produtturi taż-żejt) huma ddominati minn dan ir-riżors partikolari – tant li t-total tal-esportazzjoni tal-petroleum għal dawn il-pajjiżi kien jiswa mal$1.11 triljun, matul is-sena li għaddiet. Iż-żejt jagħmel tajjeb għal 70 fil-mija tal-esportazzjoni totali tal-pajjiżi, ikkalkulata mal-$1.58 triljuni. Għaldaqstant, tnaqqis ta' $30 għal kull barmil ( fil-prezz taż-żejt Brent crude) għandu jaqta' l-introjtu mill-esportazzjoni b'madwar $300 biljun. Mhux il-pajjiżi kollha li jesportaw iżżejt huma kapaċi jifilħu l-istess għattheżżiż fis-settur. Eżempju ta' dan hu l-Kuwajt li qed ikun kawt bil-finanzi pubbliċi u meta jeħtieġ li jiffissa prezz ta' $44 biss għal

Hawnhekk, qed nagħtu ħarsa lejn ilpajjiżi u organizzazzjonijiet li jistgħu jiggwadanjaw jew jitilfu mill-aħħar żviluppi fis-settur taż-żejt.

L-Iraq F'dawn ix-xhur, l-Iraq tilef ħafna stabbilta wara li t-terroristi tal-grupp ISIS (Stat Iżlamiku) ħatfu u kkontrollaw numru ta' reġjuni. L-iżviluppi heddew li jħarbtu sostanzjalment il-produzzjoni tażzejt minn dan il-pajjiż, b'impatt sinifikanti għall-ħażniet taż-żejt fis-settur talenerġija u 'l hinn minnu. Ma jeżistix riżors ta' emerġenza f'każ li tieqaf il-produzzjoni taż-żejt mill-Iraq, li, fl-aħħar snin, sar it-tieni l-akbar produttur taż-żejt fl-OPEC. (Dan, fil-parti kbira, hu dovut għas-sanzjonijiet internazzjonali kontra l-Iran u n-nuqqas talistabbilita fil-Libja). F'Ġunju, l-Iraq ipproduċa 3.17 miljun barmil żejt kuljum u kieku l-produzzjoni kellha tieqaf, ma jkunx hemm aktar riservi. Xenarju bħal dan ifisser li l-prezz tar-riżors x'aktarx ixekkel l-iżvilupp madwar id-dinja, minbarra l-konsum talenerġija. għal paġna 15


Sewwieqa jgawdu mir-roħs fiż-żejt Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Internazzjonali

minn paġna 14

It-Turkija żiedet l-isforzi biex isaħħaħ il-fruntieri tagħha malIraq u tagħmilha aktar diffiċli biex l-ISIS ibigħ iż-żejt fis-suq l-iswed. Madankollu l-uniku pajjiż li jista' tassew jagħti daqqa mortali lill-ISIS – almenu mil-lat finanzjarju – hi l-Arabja Sawdija, li hi fost l-akbar produtturi taż-żejt fid-dinja.

Il-Veneżwela Dan il-pajjiż Latin-Amerikan hu fost l-akbar esportaturi tażżejt fid-dinja, iżda qed ibati minn tmexxija ħażina fil-qasam ekonomiku – tant li sabha diffiċli biex jiffinanzja l-proġetti tiegħu sa minn qabel it-tnaqqis fil-prezz tar-riżors. Il-Veneżwela teħtieġ li lprezz taż-żejt li tesporta jilħaq medja ta' xi $160 ilbarmil biex tibbilanċja l-baġit li hu l-ogħla fost il-pajjiżi talOPEC. Hemm anki spekulazzjoni li dan il-pajjiż jista' ma jirrispettax l-impenji fuq iddjun, waqt li qed isofri diġa mill-inflazzjoni rampanti. Issitwazzjoni wasslet għal suq illegali li aktar qed jiżviluppa, minbarra nuqqasijiet kbar filħwienet tal-pajjiż. Ir-Russja Ir-Russja, l-istess bħallVeneżwela, tiddependi fuq lintrojtu miż-żejt, b'dan ir-riżors u l-gass qed jagħmlu tajjeb għal xi sebgħin fil-mija mid-dħul tiegħu. Ma jistax jonqos, intant, li lGvern Russu, qed ikun affettwat mit-tnaqqis fil-prezzijiet talenerġija u l-abbozz għall-baġit tal-2014-2016 jirrifletti livell sostanzjali ta' awsterita. Il-Fond Monetarju Internazzjonali, ġimgħat ilu, naqqas l-evalwazzjoni għalliżvilupp tar-Russja, fl-2015, minn wieħed għal 0.5 fil-mija. Mill-bidu tas-sena 'l hawn, ilmunita Russa tilfet 36 fil-mija mill-valur meta pparagunata mad-dollaru Amerikan u bilpronostiku għadu negattiv b'konsegwenza tas-sanzjonijiet internazzjonali attwali fuq irRussja u l-prezz taż-żejt baxx.

L-Arabja Sawdija L-akbar produttur taż-żejt fiddinja u l-aktar membru influwenti tal-OPEC jista' jappoġġja l-prezzijiet taż-żejt globali b'li jaqta' mill-produzzjoni tiegħu. Filwaqt li l-Arabja Sawdija teħtieġ li l-prezz tażżejt, 'il quddiem, imiss mal-$85 il-barmil, tista' sserraħ rasha minn riservi tal-kambju ekwivalenti għal kwazi $750 biljun li jevitawlha l-problemi għal żmien sostanzjali.

L-OPEC Minbarra l-Arabja Sawdija, il-produtturi tal-Golf, fosthom lEmirati Għarab Magħquda u lKuwajt, iġġeneraw riservi talkambju konsiderevoli u li jfisser li kapaċi jifilħu s-snin għal ċirkostanzi fejn jistgħu jirreġistraw żbilanċ. Membri oħra tal-OPEC, fosthom l-Iran, l-Iraq u n-Niġerja, m'humiex daqstant ixxurtjati meta qed jiffaċċjaw kundizzjonijiet tal-baġit aktar ristretti minħabba l-popolazzjonijiet kbar tagħhom, b'relazzjoni għad-dħul miż-żejt. Dawn ilpajjiżi anki spiċċaw taħt

pressjoni minħabba li l-Istati Uniti kibret bħala kompetitur fil-qasam taż-żejt.

L-Istati Uniti L-analisti jaqblu li l-iżvilupp fil-produzzjoni taż-żejt fl-Istati Uniti hu xejn anqas minn sorprendenti – tant li l-livelli talproduzzjoni huma l-ogħla li qatt kienu għal dawn l-aħħar tletin sena. L-iżviluppi fis-settur talenerġija fl-Istati Uniti huma fost l-elementi li qed iniżżlu l-prezz taż-żejt, bil-maġġoranza tarriżors magħruf bħala shale oil qed tiswa ħafna anqas biex tip-

produċiha minn ħafna żejt prodott bil-mezzi konvenzjonali. Dan ifisser li l-produtturi Amerikani għandhom ċans akbar li jaqilbuha lill-entitajiet rivali meta jistgħu joffru prezzijiet aktar kompetittivi

L-Ewropa Waqt li l-ekonomiji Ewropej huma karatterizzati b'inflazzjoni baxxa u rata ta' żvilupp dgħajfa, m'hemmx dubju li lGvernijiet importaturi jilqgħu tajjeb il-benefiċċji mit-tnaqqis fil-prezz taż-żejt. Dan meta tnaqqis ta' għaxra fil-mija filprezz għandu jfisser żieda ta'

15

0.1 fil-mija fil-produzzjoni ekonomika. Għalissa, ittnaqqis fil-prezzijiet tal-fuel u ż-żejt mhux raffinat għandu jistimola wkoll lill-konsumatur f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Iċ-Ċina Dan il-pajjiż li mistenni jsir l-akbar importatur taż-żejt fid-dinja għandu jiggwadanja mit-tnaqqis fil-prezz, madankollu, din ix-xejra mhix mistennija tibbalanċja leffetti sostanzjali ta' ekonomija li qed tnaqqas mir-ritmu tagħha.



17

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Editorjal

Xi ntqal dil-ġimgħa

“Naf li jekk infalli hemm il-konsegwenzi...” Joe Mizzi, Ministru responsabbli mitTrasport u l-Infrastruttura, l-orizzont, 10 ta’ Novembru

“Nine independent schools are owed hundreds of thousands of euros after the government failed to honour the agreement to cover the salaries of learning suppost assistants.” The Times of Malta, 11 ta’ Novembru

“The government is refusing to say if it has changed internal police regulations to reinstate police officers who have been out of the force for more than ten years.” The Times of Malta, 11 ta’ Novembru

“While the Minister (Konrad Mizzi) made these claims and has also given interviews to the media, no one has ever seen the evidence backing his claims.” Claudio Grech, Kelliem talOppożizzjoni dwar is-Saħħa jikkummenta dwar l-allegat użu ta’ konkrit inferjuri flIsptar Mater Dei, The Times of Malta, 11 ta’ Novembru “Political parties should not depend soley on private enterprise for funding because this could lead to potential abuse.” Evarist Bartolo, Ministru talEdukazzjoni, The Times of Malta, 11 ta’ Novembru “2015 will be financially challenging...” Edward Scicluna, il-Ministru talFinanzi, The Malta Independent, 11 ta’ Novembru

“Il-Gvern għandu jispjega għaliex Louis Attard ma kienx akkużat bħala uffiċjal pubbliku.” Beppe Fenech Adami, Viċi-Kap PN Ħidma fil-Partit u Jason Azzopardi, Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern dwar l-akkuża mressqa fil-konfront ta’ uffiċjal tal-Enemalta b’rabta ma’ serq u tbagħbis tal-ismart meters, In-Nazzjon, 11 ta’ Novembru

“Franco Mercieca jrid isir Ministru għal Għawdex.” In-Nazzjon tikkwota x’qal id-deputat Laburista Franco Mercieca f’intervista ma’ gazzetta lokali, 12 ta’ Novembru

“To tell you the truth I didn’t know I had workers on site.” Patrick Dalli, ir-raġel tal-Ministru Helen Dalli hekk kif issoktaw xogħlijiet firrazzett tal-Ministru Dalli minkejja li ħarġet notifika ta’ infurzar, The Times of Malta, 13 ta’ Novembru “A court has ordered an investigation into the ‘serious allegations’ of conflict of interest in relation to lawyer and Labour MP Luciano Busuttil, who had advised the Cospicua Local Council to disqualify a bidder to favour his client.” The Times of Malta, 14 ta’ Novembru

Il-ħolma li saret gidba

Hekk kif kważi waslu biex jgħaddu l-ewwel sentejn tal-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat, il-poplu Malti u Għawdxi, partikolarment il-familji, il-ħaddiema u l-anzjani għadhom qegħdin jistennew dak li kienu mwegħdin minn Muscat qabel lelezzjoni ġenerali. Fl-2013 sa minn żmien il-kampanja elettorali, Joseph Muscat webbel lill-poplu b’ħolma, li madankollu, wara 20 xahar fis-siġġu tal-poter, Muscat bidilha f’gidba. Dawn ix-xhur kienu karatterizzati minn deċiżjonijiet talGvern Laburista li jmorru għalkollox kontra dak li kien webbel lill-poplu li kien se jagħmel kemm-il darba jingħata l-fiduċja. Iżda l-fiduċja li kiseb Muscat f’Marzu tal-2013, ma kinitx tfisser li l-poplu daqslikieku tah ċekk miftuħ biex jagħmel li jrid, iżda dak kien vot li poġġa responsabbiltà kbira fuq Muscat biex iwettaq dak li wiegħed. Għada se jkun it-tielet Baġit imressaq mill-Gvern ta’ Muscat. Minn dan l-eżerċizzju; il-familji, il-ħaddiema u l-anzjani qegħdin jistennew ħafna, minħabba li dawn kienu mwegħdin ħafna u s’issa pjuttost sar il-kontra ta’ dawk il-wegħdiet, konsegwenza ta’ deċiżjonijiet mill-Gvern ta’ Muscat li komplew jgħabbu lill-familji u lill-anzjani b’aktar piżijiet. Hija sitwazzjoni inkwetanti hekk kif kompla jiżdied b’mod sostanzjali n-numru ta’ persuni li l-Gvern qiegħed jimpjega miegħu. Bejn Marzu 2013 u Ġunju 2014, il-Gvern daħħal miegħu 4,420 persuna. Waqt li dawn l-impjiegi, il-Labour ta’ Muscat tahom lil tal-qalba, l-interess nazzjonali tpoġġa l-aħħar għax biex jirrekluta professjonisti f’setturi kruċjali bħas-saħħa, il-Gvern qal li ma sabx flus! Kontra l-wegħda li jħalli lill-privat ikun mutur filġenerazzjoni tal-impjiegi, ir-reputazzjoni u s-saħħa tal-industrija tal-manifattura fost oqsma oħra tal-ekonomija, komplew neżlin ’l isfel, u kien iċċertifikat mill-UE bħala l-agħar fl-Ewropa. Bi produzzjoni industrijali tonqos b’7.4%, bl-esportazzjoni tonqos b’10%, ifisser li Muscat ma ħax l-azzjoni serja u konkreta fuq dak li kien wiegħed. Minflok għandna Gvern li n-nies tiegħu jargumentaw kif u mhux kif, għandna nirreklamaw lil Malta biex tkun attirata industrija ġdida! Għalhekk, għada kulħadd qiegħed jistenna li l-Gvern jippreżenta inizjattivi speċifiċi li jinċentivaw dan is-settur. Hekk biss, il-ħaddiema u l-familji jistgħu jibdew iserrħu ftit rashom. Għada fil-Baġit, il-familji kif ukoll l-investituri jittamaw ukoll li jingħataw qafas ta’ żmien meta se jkun lest l-impjant il-ġdid tal-enerġija f’Delimara. Il-ħolma ta’ Muscat li jlesti dan ilproġett sa Marzu li ġej għax minn dan il-proġett jiddependi rroħs fit-tariffi tal-enerġija għall-konsumaturi, spiċċat biss wegħda inveritiera ta’ Muscat li rabat il-karriera politika tiegħu.

Għax waqt li m’għandniex data ta’ meta se jitlesta dan ilproġett, xorta waħda ddeċieda li jkun hemm reviżjoni fit-tariffi mingħajr ma qal kif se jagħmel finanzjarjament tajjeb għal din ir-reviżjoni. Għada nistennew id-dettalji dwar dan. Iżda mhux biss. Nistennew li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li Muscat qal li ntlaħaq mal-kumpanija statali Ċiniża responsabbli mill-enerġija, mal-konsorzju Electrogas kif ukoll ftehim ieħor li l-Gvern innegozja bil-moħbi fosthom dak ma’ Henley & Partners biex Muscat ibigħ iċ-ċittadinanza Maltija. Nistennew ukoll li l-Gvern ma jkomplix jgħabbi lill-familji bid-dejn li għamel, u issa jlaħħaq €3 miljun kuljum, u li għal dan id-dejn m’hemm xejn produttiv x’juri. Ikun inutli għallfamilji u l-investituri li jkollhom reviżjoni fit-tariffi tal-enerġija, u biex il-Gvern jagħmel tajjeb għal dan, idaħħal aktar taxxi indiretti. Sfortunatament, din l-attitudni mill-Gvern ta’ Muscat diġà bdejna narawha sseħħ. Dawn huma wħud mill-eżempji ċari li lfamilji u l-investituri qegħdin imissu magħhom ta’ kuljum. Il-Prim Ministru Muscat għandu minnufih iraħħas il-prezz talpetrol u d-diesel hekk kif il-prezz internazzjonali taż-żejt qiegħed dejjem jinżel; f’livell l-aktar baxx fl-aħħar erba’ snin. Dan qed jolqot ħażin lill-familji u qed jeffettwa wkoll lillindustriji; li qed jispiċċaw iħallsu prezzijiet ferm ogħla minn dawk li għandhom ikunu. Dawn qegħdin ibatu għax il-Gvern ta’ Muscat innegozja ħażin, biex issa l-prezz tal-fuel f’Malta huwa l-ogħla fl-Ewropa. Il-familji li għandhom it-tfal li waslu għall-eżamijiet intlaqtu minn taxxa li pprova jaħbi l-Gvern ta’ Muscat hekk kif għolla lmiżati tal-eżamijiet tal-MATSEC. Familja medja b’żewgt itfal għandha spiża żejda, grazzi għal Muscat, ta’ €140. Anki min hu fost l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, laqqatha mingħand il-Gvern ta’ Muscat. Il-Gvern għolla l-kera talappartamenti allokati għall-akkomodazzjoni soċjali. Milquta mal-15,000 familja. F’Jannar li ġej, se jogħla n-nol tat-trasport pubbliku. Dan waqt li l-Gvern ta’ Muscat se jkun qiegħed jgħabbi lill-familji Maltin b’€25 miljun sussidju għat-trasport pubbliku, li l-Gvern irid jagħmel tajjeb għalih mill-ġbir tat-taxxi. Insemmu wkoll is-settur tas-saħħa. Familji ma jistgħux imorru għal viżta privata għax ma jistgħux iħallsu wara li ma jinqdewx mis-servizz tas-saħħa pubblika jew inkella pazjenti jingħataw trattament ħażin hekk kif għall-kura, posthom huwa fil-kurituri u żmien twil ta’ stennija għal xi operazzjoni. Ma’ din il-lista hemm oħrajn... għada nistennew li l-ħolma talGvern ta’ Muscat tintemm. Ma tibqax gidba iżda tlaqqgħu marrealtà li qed jgħixu fiha l-familji Maltin.

media.link communications, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà 1450 Korrispondenza: mument@media.link.com.mt Editur: Roderick Agius, tel. 25965263 • email: roderick.agius@media.link.com.mt Reklamar: advertising@media.link.com.mt Stampata: Progress Press, l-Imrieħel


18

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Settembru – Diċembru 1983: KMB jgħolli rasu (2) RIĦ TA’ SIEGĦA

Michael Falzon Opinjonist

Fenech Adami kixef li Malta u l-Gvern tal-Korea ta’ Fuq kienu għamlu trattat sigriet li permezz tiegħu l-Gvern tal-Korea ta’ Fuq kien ta armi u munizzjon lill-Gvern Malti li kienu diġà waslu Malta.

Ir-rejd tal-Pulizija fl-istamperija Għall-ħabta ta’ xi l-11 p.m. tas-26 ta’ Novembru, madwar mitt pulizija libsin pajżana għamlu rejd fil-kwartieri nazzjonali tal-PN, magħrufa aħjar bħala l-istamperija. Fit-toroq talinħawi saru ‘road blocks’ mgħassa minn pulizija u suldati biex ħadd ma jersaq lejn il-post. L-impjegati li kienu għadhom l-istamperija jaħdmu fuq ilħarġa ta’ il-mument tal-Ħadd 28 ta’ Novembru ġew arrestati u ttieħdu d-depot fejn inżammu għal xi ħin, uħud anki sas-7 a.m. Madankollu, meta dawn inħelsu marru lura l-istamperija u komplew b’xogħolhom u l-gazzetta ħarġet xorta – tard, anke jekk b’edizzjoni limitata. Il-pulizija ma ħallew lil ħadd jidħol ħlief lil Eddie u Guido li meta staqsew għar-raġuni ta’ dik l-operazzjoni, qalulhom li kellhom rapport li fl-istamperija kien hemm telefowns cordless mingħajr il-permess meħtieġ. Madankollu, meta waslu Eddie u Guido, il-pulizija kienu diġà kissru numru ta’ bibien u għamlu ħsarat kbar ta’ xejn b’xejn. Kienet skuża fjakka għal rejd li tista’ tgħid kien maħsub u ppjanat minn qabel – anki jekk kien hemm reazzjonijiet ‘spontanji’ ta’ xi wħud mill-pulizija li ħadu sehem meta kissru affarijiet bla bżonn u beżqu kull fejn setgħu, inkluż fuq bust ta’ Ġorġ Borg Olivier. Guido kien talab li jara s-search warrant li kienet tagħti ssetgħa lill-pulizija li ssir it-tfittxija u s-Superintendent Bonello li kien responsabbli għall-operazzjoni bagħat spettur biex iġibu. L-ispettur mar lura b’idu f’idu għax search warrant ma kienx jeżisti. Fil-fatt dan inħareġ mill-Maġistrat tal-Għassa (li nzerta kien Albert Borg Olivier de Puget) ħafna wara, meta lpulizija kienu diġà daħlu u għamlu ħerba. Naturalment wieħed ma jistax iħares sempliċement lejn dak li ġara dak il-lejl bħallikieku kien inċident iżolat, bħallikieku ma kinux jeżistu ’l fuq minn mitt inċident ta’ vjolenza minn nies protetti mal-pulizija li dwarhom qatt ma ttieħdu passi. Għalhekk dan l-inċident wieħed seta’ jarah biss bħala pass minn vjolenza ta’ nies protetti mill-pulizija għal vjolenza millpulizija stess.

Sejbiet redikoli tal-pulizija F’kamra sabu l-apparat li kien jintuża biex jirrekordja u jedittja programmi tar-radju u tat-televiżjoni, apparat li ma kienx hemm bżonn liċenzja għalih. Imma xorta ħaduh u kellhom jgħaddu s-snin sakemm irritornawh. Anki sabu lembubi, helmets u uniformijiet taħt il-palk fissala – affarijiet li kienu jintużaw għal rappreżentazzjonijiet teatrali… anki dawk l-affarijiet qajmulhom is-suspetti tagħhom. Il-pulizija daru dawra sew mal-bini u fl-aħħar qalu li sabu cordless telephone wieħed, numru ta’ molotov cocktails (fliexken mimlija bil-petrol jew bl-aċtu) fuq il-bejt, u erba’ snieter. Skont il-gvern ta’ Mintoff, dawn l-armi kienu theddida serja għas-sigurtà tal-istat! Ta’ min jgħid li l-pulizija allegat li l-erba’ snieter instabu wara ‘ħajt falz’ f’tarf il-kuritur tal-ewwel sular ta’ dik li kienet il-parti ġdida tal-istamperija. Konvenjentement din is-sejba ma saritx fil-preżenza ta’ Eddie u/jew ta’ Guido. Minn dak li sirna nafu wara, jidher li kien hemm impjegat li kien tkeċċa mill-istamperija fuq suspett fondat ta’ serq u dan biex ipattiha

lil Gejtu Cushieri – dak iż-żmien inkarigat mis-sigurtà talistamperija – mar isefsef f’widnejn xi ħadd li ħaseb li rejd kien se jwassal għal xi trovatura kbira. Fil-fatt, dak l-ispazju kien intiż biex fih jitqiegħed tagħmir tal-arja kondizzjonata, tagħmir li l-partit kien diġà kiseb listimi tiegħu, iżda baqa’ ma nxtarax minħabba nuqqas ta’ finanzi.

Rejd ieħor f’Ħal Qormi Fil-ġimgħat ta’ wara l-pulizija għamlet rejd ieħor, din iddarba f’maħżen u djar tal-familja Vella f’Ħal Qormi fejn ilpartit kien jerfa’ l-provvista tal-karti tal-gazzetti, operazzjoni li waqt li kienet qed issir, wasslet biex jinżammu madwar 60 persuna. Wara, il-magna propagandistika tal-gvern kienet qalet li kien instab ‘l-akbar qabda ta’ armi fl-istorja reċenti ta’ Malta’. Anki hawn in-numru ta’ armi kien wieħed żgħir, għax kieku l-pulizija kienu jippubblikaw ritratti ħafna differenti minn dawk li ppubblikaw. Il-pulizija arrestat lil John u Tonio Vella u lil dawn ittrattawhom ħażin waqt l-interrogazzjoni. Spiċċaw bi spalla żlugata u anki kustilji maqsumin. Il-krudeltà ta’ din l-azzjoni tispikka mill-fatt li Tonio Vella kien bniedem b’diżabbiltà. Eventwalment kienet saret kawża u l-aġir tas-Superintendent Bonello kien iddikjarat bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem. L-iskop kollu ta’ din l-operazzjoni kien jidher mill-fatt li immedjatament wara, il-Gvern u l-Partit Laburista nidew kampanja kemm f’Malta kif ukoll barra biex ipinġu lill-PN bħala xi organizzazzjoni sovversiva li tuża l-vjolenza bħala lmezz biex tilħaq l-għanijiet politiċi tagħha. Il-ftehim mal-Korea ta’ Fuq Il-Ħadd 4 ta’ Diċembru, il-PN kien organizza meeting ieħor kbir fuq il-Fosos tal-Furjana. Għalkemm waqt il-meeting ingħatat il-verżjoni tal-PN dwar dak li kien ġara flistamperija, l-aktar aħbar importanti kienet li Fenech Adami kixef li Malta u l-Gvern tal-Korea ta’ Fuq kienu għamlu trattat sigriet li permezz tiegħu l-Gvern tal-Korea ta’ Fuq kien ta armi u munizzjon lill-Gvern Malti li kienu diġà waslu Malta. Dan il-ftehim kien jaħseb ukoll għattaħriġ ta’ suldati u pulizija Maltin minn nies militari talKorea ta’ Fuq. Filwaqt li ddikjara li l-PN ma kienx se juża l-vjolenza u għamel appell biex il-vjolenza tkun skartata, Fenech Adami kien għamilha ċara li l-arranġamenti mal-Korea ta’ Fuq ma kinux saru biex Malta tkun protetta minn xi invażur barrani, iżda biex il-Gvern ikollu mezzi kiefra biex jikkontrolla l-folol. Fi ftit kliem, il-gvern tal-minoranza kien iddeċieda li jdur għall-istess poplu! Id-designate leader tal-Partit Laburista kompla jgħarraq issitwazzjoni meta uża din l-istorja tas-sejba tal-armi biex f’lorizzont tal-5 ta’ Diċembru kellu l-ardir jistaqsi jekk kienx wasal iż-żmien li Malta tkun iggvernata mingħajr il-bżonn ta’ partit fl-Oppożizzjoni u wissa li l-PN ikun responsabbli jekk il-poplu jixba’ mis-sistema parlamentari tagħna u jgħid li jkun jista’ jsir aktar progress jekk fil-pajjiż ikun hawn partit wieħed – il-partit tal-Gvern. It-theddida għad-demokrazija ma setgħetx tkun aktar ċara. Is-sitwazzjoni bdiet tmur mill-ħażin għall-agħar.

Ir-rejd fl-istamperija tal-Partit Nazzjonalista kien inċident li wieħed seta’ jarah biss bħala pass minn vjolenza ta’ nies protetti mill-pulizija għal vjolenza mill-pulizija stess


Minn Milan għal Malta Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Aħbarijiet u kummenti mill-Italja u mill-Vatikan

Mons. Charles G. Vella Opinjonist

Meta bdejt naqra l-ktieb rajt minjiera ta’ umanità ta’ sagrifiċċji li għadda minnhom, ta’ umiltà u ta’ għerf li ma kinux ta’ sempliċi bniedem.

L-Arċisqof Mercieca u l-memorji tiegħu Meta hawn f’Milan waslet il-kopja tal-‘Memorji’ ta’ Monsinjur Ġużeppi Mercieca, intlaqt b’kurżità biex naqra lktieb, ġie Milan l-Isqof Ġorġ Frendo O.P. mill-Albanija u kont pront li nippreżentalu l-kopja. Beda jaqrah u kiteb apprezzament sabiħ ta’ din l-awtobijografija. Issa li spiċċajt il-ktieb, inħoss l-ewwel nett li għandi ngħid grazzi lill-Arċisqof Mercieca. Fl-ispirtu ta’ karità fil-verità hu ħalla f’idejna ktieb li sar storiku, għax jolqot mhux biss medda ta’ snin, imma ta’ episkopat li fih il-Knisja għaddiet minn żminijiet kbar ta’ prova. Għalija sibt bosta ‘misteri’ fil-memorji u nħoss li Mercieca kien qisu ‘l-martri tal-katakombi’ bid-dehen, għaqal u diplomazija ta’ skiet. Laqatni r-ritratt tal-qoxra ta’ Mario Cocker, tant li ffissajt ilħarsa tiegħi fuqu, qabel ma ftaħt il-volum. Wiċċ b’ħarsa mimlija ħsieb, ħosbien u jidhirli xufftejh huma magħluqa, sinjal talkaratteristika tas-skiet li żamm tal-episkopat. Skiet ġenwin, quddiem l-għajjat u l-umiljazzjonijiet min-naħa ta’ Dom Mintoff. Listess bħal Ġesù quddiem Pilatu li tkellem bis-skiet tiegħu. Fil-wiċċ rajt ukoll għajnejh ċassi, imma li jħarsu ’l bogħod. It-tbissima hija mrażżna, imma hi hemm. Il-wiċċ serju u l-paramenti umani jagħtu dehra ta’ awtorità imma anki ta’ pastor bonus. Qisha wiċċ ta’ statwa ta’ Dresna, imma meta bdejt naqra l-ktieb rajt minjiera ta’ umanità ta’ sagrifiċċji li għadda minnhom, ta’ umiltà u ta’ għerf li ma kinux ta’ sempliċi bniedem. Kien hemm id-dehen u d-dawl tal-Ispirtu s-Santu fih! Qatt ma kellna Arċisqof li kiteb il-‘Memorji’. L-Isqof Nikol Cauchi, ħalla l-volum interessanti mal-ġurnalist Steve Mallia. Nittamaw li jkollna l-istorja tal-Arċisqof Gonzi, li żgur ikun volum li jimla vojt u jiċċara wkoll bosta ideat mhux korretti.

Il-misteru tas-skiet ta’ Mercieca Sirt naf lil Ġużeppi Mercieca meta konna studenti flUniversità Gregorjana, Ruma, għalkemm kif iddeskriva hu niftakru wkoll meta għadda xi żmien bħala student fl-Università fis-Seminarju, il-Furjana. Billi kien l-uniku Għawdxi, xi seminaristi Maltin kienu spiss jagħmlulu xi ċajta. Ħadd ma kien jobsor li għad ikun Arċisqof tal-Maltin. L-ewwel taqsima dwar it-tfulija, il-vokazzjoni, l-istudji u ssuċċessur tal-Arċisqof Gonzi hi tassew sabiħa, umana u turi lkwalitajiet tajbin tiegħu, frott ta’ ġenituri reliġjużi. “Fil-famlja, kiteb Mercieca, trabbejt b’sens prattiku: trid taħdem u trid taħdem ma’ ħaddieħor, mhux waħdek... imma kienu jagħtuna wkoll dimensjoni spekulattiva u filosofika...” F’dan ilftit kliem nara l-karattru ta’ Mercieca, li wera li f’kull kariga li kellu f’Għawdex, fis-Sagra Rota u bħala Arċisqof kien ħabrieki u ħaddiem fil-kwiet. Hu jitkellem fil-ħanut tal-inbid ta’ missieru, li l-klijenti kienu kemm nies tax-xogħol u anki professjonisti. Spiss kien jmur ilħanut biex “nagħti xi daqqa t’id lil missieri”, “nagħmel il-homework u anki niekol”. Dan kien “iġibni f’kuntatt dirett man-nies. Kont nieħu gost nismagħhom. Kont nitgħallem ħafna.” Dan kollu nissel fih widna ta’ good listener għax bħala Arċisqof (anki ma’ Dom Mintoff) kien jisma’ ħafna, bħallaqgħat li kellu ta’ erba’ sigħat, jitbissem bis-skiet u jitkellem bi kliem mimli ħsieb. Huma dawn il-kwalitajiet, li kiseb fil-formazzjoni tiegħu, li għamluh anki superjuri fuq il-Prim Ministru Dom Mintoff. Hu ammirat f’Ruma u f’Malta mhux għax hu dejjem jilqa’ lil kulħadd, imma għas-smigħ u s-skiet tiegħu. Ifakkarni fil-kanzunetta ‘People speaking without talking’ (Simon u Garfunkel).

Fost l-inkwiet u tempi li għadda minnhom il-‘martri’ Mercieca kien hemm il-kwistjoni tal-Blue Sisters, tal-Iskejjel tal-Knisja, ilbomba wara l-palazz u l-arrest inġust talleali Joyce Tabone, ir-relazzjoni bejn Stat – Knisja, u r-riforma tal-Kurja.

Mercieca martri moħbi Hu tassew minnu li quddiem il-qawwa u ġieli l-qilla tar-riħ, hu fittex li jankra ruħu mal-fidi sħiħa tiegħu f’Alla. Kienet diplomazija li l-għeruq tagħha kienu fit-talb u d-djalogu tiegħu ma’ Alla. Min jaf quddiem l-inkwiet, li qatt ma sar paniku, kemm sofra waħdu, talab waħdu u fl-aħħar, bl-ispirtu ta’ fidi f’Alla, daħal fil-bnazzi. Fuq kollox – kif qal l-eks-Nunzju Arċisqof Celata – kellu mħabba kbira għall-Knisja u l-Papa (flimkien) ma’ realiżmu u sabar. Dan jidher ċar daqs il-kristall fir-relazzjoni tiegħu mal-Prim Ministru Dom Mintoff, li kien jinsisti mal-Vatikan li Mercieca ma kienx adattat u li ma kienx imexxi tajjeb.

19

Fost l-inkwiet u tempi li għadda minnhom il-‘martri’ Mercieca kien hemm il-kwistjoni tal-Blue Sisters, tal-Iskejjel tal-Knisja, il-bomba wara l-palazz u l-arrest inġust tal-leali Joyce Tabone, ir-relazzjoni bejn Stat – Knisja, u r-riforma talKurja, eċċ. Ma kienx faċli li wieħed jittratta ma’ Mintoff, tant li spiss ta’ madwaru stess kienu jgorru. Mhux hekk Mercieca, li għaraf bilmaqlub tal-Arċisqof Gonzi, iġib il-bnazzi wara l-maltemp li ken hemm bejn il-Knisja u l-Gvern.

Monsinjur Mercieca u l-Blue Sisters Fil-kapitlu XX dwar Dom Mintoff u Ġużeppi Mercieca nsibu l-paġni l-iktar interessanti u saħansitra drammatiċi kieku ma kienx bniedem t’Alla mżejjen bis-serenità u s-sagrament tassmigħ l-Arċisqof. Meta ġie Malta fl-1974 bħala Isqof Awżiljarju tal-Arċisqof Gonzi, sab qagħda xejn sabiħa u kien hawn, kif jgħid illum ilPapa Franġisku, “ħafna feriti bid-dnub il-mejjet. Wara sentejn, Mercieca, li ma kienx magħruf f’Malta, beda jidħol fil-qlub ta’ dawk li kienu jifhmu u japprezzaw l-istil tiegħu.” Rajtu l-Imdina f’Ottubru li għadda, u sibtu tajjeb ħafna wara li kien għamel dawra bil-karozza ma’ Ġorġ u waqaf il-Kurja. Fakkartu meta darba ġejt minn Milan u għedtlu: ‘Monsinjur jien nifhem is-skiet tiegħek, imma ħafna (anki minn sħabna) mhux qed jifhmu.’ Illum ngħid u nħares lura lejn żmien l-Arċisqof Gonzi, li kien ftit li xejn simili għall-karattru ta’ Mintoff. It-tnejn kienu jagħmlu vulkan. Mhux hekk kif naqraw kien il-każ ta’ Mercieca u Mintoff, li bejniethom kien hemm baħar jaqsam mhux għax wieħed Għawdxi u l-ieħor Malti, imma kienu ta’ żewġ temperamenti totalment differenti qishom David u Gulija. Il-ktieb mimli ġrajjiet, xi wħud kienu misteri fil-memorji umli ta’ Monsinjur Mercieca, li nisslu fih dispjaċir fis-serenità ta’ qalbu. Il-kwistjoni tal-Blue Sisters, li kien midħla tagħhom u ħadt fil-mument tal-kriżi lill-Primat tal-Irlanda l-Kardinal O Flach iqaddes għandhom, hi paġna ta’ diżunur għall-Gvern Laburista. L-Arċisqof jikteb li pprova jitlob “appuntament urġenti malMinistru Agatha Barbara, iżda ma rnexxilix nikseb dan l-appuntament.” Taħt ‘Lejl ikraħ ħafna’ (paġna 76) hemm il-fatt li l-Arċisqof mar l-ajruport biex isellem lis-sorijiet. Wara li kellem xi ftit issorijiet fid-Departure Lounge, jikteb “ma ġejtx imħolli aktar inkellem lis-sorijiet.” Meta l-pulizija qalu li l-Arċisqof ma setax jidħol isellem lis-sorijiet imkeċċija minn Malta bħala delinkwenti, l-Arċisqof kiteb, “jien ipprotestajt bil-qawwa, iżda kien kollu ta’ xejn. Żammewni separat mis-sorijiet xi ħames sigħat.” Man-Nunzju Monsinjur (Kard) Stella, Monsinjur C. Xuereb u Monsinjur Philip Calleja, l-Arċisqof baqa’ l-ajruport sal-3.45 a.m. ta’ sbieħ is-Sibt. Kien lejl ikrah ħafna. Jumejn wara, fit-22 ta’ Diċembru “ġejt infurmat li l-Papa Ġwanni II kien wera d-dispjaċir kbir tiegħu għal dak li sar malBlue Sisters u talab lil Patri Mark Sard O.P. biex iwassal id-dispjaċir tiegħu lill-Gvern Malti.” Fl-10 ta’ Jannar, 1981, l-Arċisqof Mercieca, mal-Isqof Nikol Cauchi, mar Ruma għal taħditiet mas-Santa Sede. Hemmhekk sirt naf aktar dwar kemm il-Papa u n-nies qribu kienu diżappuntati dwar it-tkeċċija tal-Blue Sisters minn Malta. Għalija kien att vergonjuż skont il-ġurnali Ingliżi u Taljani li poġġew headlines din il-ġrajja li m’għamlet ebda ġid lil Malta u lill-Gvern. Hemm fil-ktieb parti interessanti ferm dwar il-kwistjoni taliskejjel li nittama li tiġi trattata ’l quddiem.

Monsinjur Mercieca u Mintoff F’dawn il-memorji tfeġġ il-karità skont il-motto tal- Arċisqof ‘Ilkoll aħwa fi Kristu’. Kiteb ukoll dwar il-Perit Mintoff, minkejja kemm sofra l-Arċisqof, hu kewkba ta’ karità u fraternità lejn dawk li kienu strumenti ta’ tbatija. L-Arċisqof Mercieca dwar Mintoff jikteb “il-kuntatt ta’ bejnietna baqa’ tajjeb, Bqajna nixtiequ s-saħħa u l-hena lil xulxin,” tant li hemm fil-ktieb ittra sabiħa tat-8 ta’ Marzu minn Dom Mintoff li fiha jgħid: “I also often think of you and wished my health was better so that we could meet and discuss how best we can help our peoples in the pursuit of their moral and material happiness.”


20

L

Il-moralità u l-ġid komuni

MORALITÀ U POLITIKA – (14)

Joe Camilleri Opinjonist

Il-politiċi fis-setgħa għandhom jaraw li l-ekonomija tiżviluppa b’mod ekwu u mhux jiġu aġevolati setturi li jirrendu u li jiffavorixxu statistika favorevoli

Opinjonist

Kummenti dwar kwotazzjonijiet li laqtuni

Opinjoni

-attività ekonomika hi ta’ importanza fundamentali għall-kundizzjonijiet materjali tal-eżistenza umana. L-ekonomija hi l-istudju tat-tqassim tarriżorsi biex jintlaħqu miri alternattivi; hi lamministrazzjoni għaqlija tar-riżorsi biex tiġi evitata l-ħela u jintlaħaq żvilupp sostenibbli. Ħafna ekonomisti jemmnu li l-morali m’għandhiex post flekonomija. Dan hu żball. Mingħajr etika morali sana, lekonomija tibda tintuża bħala strument li jikkawża inġustizzji kbar, kif rajna f’dawn l-aħħar snin bil-kriżi ekonomika u finanzjarja li prattikament laqtet id-dinja kollha, b’konsegwenzi serji fil-pajjiżi żviluppati u b’konsegwenzi traġiċi f’pajjiżi sottożviluppati. Miljuni ta’ nies madwar id-dinja tilfu lbiljuni, b’mod speċjali fl-investimenti tagħhom fil-banek. Bir-raġun, il-Knisja tgħallem li l-ekonomija trid tkun għasservizz tal-bniedem. “Anzi l-għan ewlieni ta’ din il-produzzjoni mhuwiex biss it-tkattir tal-prodotti, lanqas il-qligħ, lanqas is-setgħa fuq l-oħrajn, imma s-servizz tal-bniedem, talbniedem sħiħ kemm skont l-ordni tal-ħtiġiet tiegħu materjali u dak li titlob il-ħajja tiegħu intellettwali, morali, spiritwali u reliġjuża” (Gaudium et Spes, 64). Għalhekk attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-fqar. Għandhom jiġu preferuti proprju minħabba l-qagħda prekarja tagħhom. Il-fqar għandhom jiġu meqjusa f’kull deċiżjoni ekonomika u soċjali li tittieħed fl-istituzzjonijiet ekonomiċi nazzjonali u internazzjonali. Jekk ma jsirx dan, l-ekonomija tkun strument ta’ inġustizzja. L-ekonomija soċjali għandha tara li, qabel xejn, tissodisfa l-bżonnijiet bażiċi tal-bniedem: ikel, saħħa, ilbies, djar, trasport, għodda, makkinarju u l-bqija, kif ukoll tipprovdi

informazzjoni vera u xierqa fil-media, pariri legali u servizzi oħra. Dan ifisser li l-ekonomija trid tieħu ħsieb li l-ħajja tkun denja tal-bniedem. Is-suq jikkonsisti fil-bdil ta’ oġġetti fil-proċess ekonomiku. Il-konsumatur jesiġi xi jrid jikkonsma u l-imprenditur jipproduċi dak li jista’ jinxtara. Jekk il-prezz ikun ġust, is-suq jiffavorixxi l-oġġetti ta’ kwalità ogħla. Din is-sistema ta’ suq ħieles iġġib il-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni, meta m’hemmx manipulazzjoni, isservi ta’ ġid għax-xerrej. Imma l-kompetizzjoni trid tiġi regolata biex isservi ġustament l-ekonomija soċjali. L-imprenditur għandu jkun qaddej tal-ġid komuni. Xogħlu hu li jsib swieq ġodda, jiżviluppahom u jissupplihom bil-prodotti. Din hi responsabbiltà soċjali kbira. Dan jitlob li jkun hemm l-intrapriża privata. Naturalment l-imprenditur jaħdem biex ikollu l-qligħ, basta ġust. “Mingħajr onestà, issuq ħieles ma jistax jiffunzjona għall-ġid komuni,” jgħid Bernard Håring (Free and Faithful in Christ, vol.3). Il-kooperazzjoni internazzjonali hi indispensabbli biex ilġnus kollha jipprosperaw. Kif tixhed il-kriżi ta’ dawn l-aħħar snin, metodi abbużivi jġibu konsegwenzi serji ħafna filpajjiżi kollha. Protezzjoni lill-industrija fit-tul tagħmel ħsara mhux ġid, l-iżjed lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; hekk ukoll sussidji li jgħabbu lill-istat b’piżijiet li jispiċċaw fuq il-poplu. Il-politiċi fis-setgħa għandhom jaraw li l-ekonomija tiżviluppa b’mod ekwu għas-setturi kollha u mhux jiġu aġevolati biss setturi li jirrendu u li jiffavorixxu statistika favorevoli (għax din tista’ tgħin fl-akkwist tal-voti). Il-ġid ma jitkejjilx biss mill-istatistika imma fuq kollox minn żvilupp tas-setturi kollha tal-popolazzjoni.

“In contrast with this government, I’m delivering a new style of politics based on honesty and truth” Simon Busuttil, il-Kap tal-PN, saħaq bis-sħiħ li t-tmexxija tiegħu se tkun mibnija fuq l-onestà u l-verità. Din mhix stqarrija għall-gallarija jew biex jidher sabiħ. Mexxej bħal Simon, li jgawdi trobbija u kiber fl-għożża ta’ valuri sani u dejjiema, flimkien ma’ edukazzjoni kulturali umana, ma jfajjarx diskors fil-vojt u bla sustanza. Dak li jħoss, jgħidu. Dak li jgħid, iħossu. Simon qed juri li hu mexxej differenti minn ħaddieħor. Mhux differenti għax ismu hu differenti, iżda għax Simon hu persuna li titwemmen, filwaqt li ħaddieħor jinqabad filgidba. U jħobb jaġixxi bil-korrettezza, fejn hu fair, fair. Id-diskors tiegħu li għalaq il-Konvenzjoni għadu jidwi. Il-passaġġ kruċjali kien meta tkellem dwar il-politika kif jaraha hu, kif irid imexxiha hu. Simon, bħala Kap tal-PN qed jiddefinixxi l-bażi tat-tip ta’ politika li jrid jadotta, mhux biss meta jkun fil-poter, iżda minn issa, bħala stil ta’ ħajja tiegħu. Politiku ma jsirx integru sempliċement għax sar Kap jew Mexxej. Iżda jkun persuna ta’ integrità dejjem. Dak ifisser li jkun konsistenti u awtentiku. Dawn huma kwalitajiet li mhumiex ta’ kulħadd. Anzi, joffru kuntrast u distinzjoni ċara bejn Kap u ieħor. Bejn dak awtentiku u dak superfiċjali. Bejn dak sinċier u dak falz/impustur. Minn hawn nara kif u għaliex Simon insista li t-tmexxija tiegħu hija differenti minn dik ta’ ħaddieħor. Huwa wiegħed li tiegħu huwa stil differenti ta’ politika, u fuq din irid jimxi u jmexxi. Simon jgħożż l-onestà, u determinat li jimxi bl-onestà. U jekk jorbot mal-onestà, ma jistax ma jfittixx il-verità. Dan il-passaġġ tad-diskors tal-Kap Nazzjonalista ħoloq kuntrast ċar bħal-lejl min-nhar bejn l-istil tal-politika tiegħu u dik tal-Partit Laburista u l-gvern immexxi millPM li jadotta politika bbażata fuq gideb, qerq u impressjonijiet. Kellu bżonn biss ta’ 20 xahar biex dan il-Gvern Laburista jieħu l-fama ta’ gvern “mibni fuq il-gidba.” Il-Mexxej Laburista rnexxielu jxejjen għalkollox dawk il-valuri li għalihom ingħata fiduċja mill-poplu Malti. Jekk nieħu t-titli ta’ stejjer li dehru f’il-mument ta’ nhar il-Ħadd biss, nosservaw xenarju li jindika tmexxija mibnija fuq qerq, arroganza u abbuż.

Ejjew naraw ftit: “Proċess Ivvizzjat”; “Niżvelaw kif ilPartit Laburista ‘seraq’ proprjetà f ’Ħal Qormi biex bidilha f ’każin”; “Proċess li beda bl-indħil minn ‘fuq’ u kompla b’riżenja”; “Il-Gasol f ’sitwazzjoni finanzjarja prekarja”; “Immaniġġjar u rwejjaħ jintnu “ (Editorjal) ; u magħhom inżid stejjer oħrajn ta’ maltarightnow.com u In-Nazzjon li spikkat fosthom “L-Ittra tal-MPA: kriżi bla preċedent filKorp tal-Pulizija”. Ma’ dawn l-istejjer, inżidu oħrajn li ngħataw spazju minn diversi midja u li jikkonċernaw każi li fihom hemm imdaħħal sess u tradimenti, fil-kamp politiku u l-ambjent tal-kleru. Kollox ma’ kollox, dan ifisser li pajjiżna għaddej minn sħaba pjuttost sewda u ta’ tħassib. Il-fibra morali tas-soċjetà qed tiġi sfidata bil-kbir. Dwar dawn il-każi, il-PN, bħala partit politiku, hu interessat biss u unikament li jiddefendi l-valuri li hu marbut magħhom bħala twemmin u bħala kultura tiegħu. Il-PN ma jinteressahx il-gossip. Mhux kwistjoni ta’ skandlu fil-ħajja privata ta’ dak u tal-ieħor għax kulħadd huwa bniedem u jista’ jiżbalja. Iżda l-PN ma jistax jagħmel il-parti tax-xadina Ċiniża bħallikieku mhu jiġri xejn. Dan sakemm jiżfnu fin-nofs dawk il-valuri li huma għal qalb il-partit tagħna. Dawn huma t-trasparenza, il-kontabbiltà, it-tiftix tal-verità, ilkonflitt ta’ interess, u l-informazzjoni. Fejn jintmessu dawn, il-PN għandu dritt u dmir li jsemma’ leħnu. Mingħajr pretensjoni, iżda f’ġieħ dak li hu korrett. U hawn jidħol mill-ġdid id-diskors sod u serju ta’ Simon Busuttil li għalaq Idea Malta. Il-Kap Nazzjonalista jisħaq li jħaddem politika ġdida, mhux fis-sens li qed jivvinta r-rota. Xejn minn dan. Iżda politika ġdida li tinħass ħtieġa kbira, u din qed issir dejjem aktar urġenti, li pajjiżna ma jiddakkarx bil-politika tal-qerq u tat-taħwid. Ma rridux li t-tbażwir fl-imġiba pubblika jsir moda u jindara. Ninsab konvint li s-soċjetà tagħna, minkejja dak kollu li qed naraw iseħħ, inkluż stejjer ta’ kriminalità fuq skala mifruxa u organizzata, għadha tgawdi sinsla ta’ prinċipji u valuri sani. Simon Busuttil jista’ jkun dak li joħloq kuntrast ma’ dan kollu bis-saħħa tal-viżjoni politika u umana tiegħu. Għada jasal ukoll!

Il-punt hu… Richard Muscat

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014


Gvern: għaliex dan il-ħabi kollu? Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Carm Mifsud Bonnici Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin

Meta gvern jibda jaħbi l-fatti mill-poplu, jispiċċa jinqabad fl-istess nassa. Eżempju ħażin iġib eżempji ħżiena u jibda huwa stess jiddeċiedi fuq fatti li mhumiex korretti.

1. M’iniex se nipprova nipperswadikom fuq kemm huwa vitali għal pajjiż demokratiku, modern, progressiv u Ewropew li jkollu gvern li ma jaħbix u jgħid il-verità. Ċert li lkoll se taqblu miegħi fuq dan. Ċert ukoll li ma tapprovawx minn min irid jaqbad din it-triq żbaljata. Għalhekk ħassejt li għandi nikteb dan l-artiklu. Mhux biex ningħata r-raġun għax dan hemm qiegħed diġà imma biex inħajjar lill-Gvern jifhem li għandu jibdel triqtu. Jibdel il-mod, l-eżempju żbaljat tiegħu.

2. Hemm verament differenza bejn li taħbi u ma tgħidx ilverità. Meta taħbi almenu ma tkunx qiegħed tigdeb. Ma tkunx qiegħed tgħid il-kontra ta’ dak li ġara, iżda xorta f’soċjetà fejn għandha tirrenja t-trasparenza u anzi fejn huwa dritt fundamentali ta’ kull ċittadin li jkun jaf il-verità, is-sitwazzjoni għandha l-istess gravità. Wisq drabi li issa bdew jakkumulaw sew, qed jiġu għal widnejna u għajnejna każi li lGvern ma jrid jgħid xejn dwarhom anzi jrid jgħattihom taħt ttapit. Dan huwa stramb ħafna.

3. Huwa stramb għax ħafna ma jifhmux x’valur hemm fi Gvern li tela’ b’ħafna saħħa, kaxxi ta’ wegħdi li joqgħod lura milli jgħid il-verità. Gvern immexxi minn Prim Ministru daqshekk żgħir fl-età u s’issa fl-esperjenza għandu l-bżonn li jmur għal din it-tattika antika? Meta gvern jibda jaħbi l-fatti, l-istatistika lill-poplu, jispiċċa jinqabad fl-istess nassa. Eżempju ħażin iġib eżempji ħżiena oħra u jibda huwa stess jiddeċiedi fuq fatti li mhumiex korretti b’konsegwenzi żbaljati. U hawn għandna numru ġmielu ta’ każi.

4. Issa jekk hemm uffiċċju li għandu jkun iċ-ċavetta u lgaranzija tal-fatti huwa l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Garanzija għall-pajjiż kollu fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra. Hekk kien s’issa imma dan il-Gvern iddeċieda li ma jġeddidx il-kuntratt tad-Direttur Ġenerali bla ebda forma ta’ raġuni valida. Direttur Ġenerali li għamel dmiru sewwa, b’esperjen-

21

za kbira u ma ċċaqlaq taħt ebda forma ta’ pressjoni politika. Allura għaliex dan il-Gvern tant b’saħħtu għandu bżonn jaġixxi b’dan il-mod żbaljat? Għalija hija indikazzjoni ċara li issa l-Gvern irid jibda jbagħbas anki bl-istatistika għall-konvenjenza tiegħu. Mhux biss jaħbi l-fatti iżda issa jibda jittanta jħassar u jibdel iċ-ċifri.

5. Dan huwa iktar evidenti għax tul din il-ġimgħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni iċċita kif kien kellu l-figuri indipendenti u imparzjali tal-istess Uffiċċju fuq kemm hemm persuni li daħlu jaħdmu mal-Gvern f’dawn ix-xhur u l-figura telgħet issa għal 4,420. Għal diversi nies huwa mill-iktar ovvju li lGvern ma jridx lill-poplu jkun jaf x’qiegħed jagħmel u ddeċieda li jieħu l-passi biex l-Ufficcju Nazzjonali talIstatistika jsir issa Uffiċċju tal-Istatistika Mbagħbsa skont dak li jaqbillu l-Partit Laburista.

6. Mhux biss dan imma anki l-kwistjoni tal-casino. Għala lGvern qiegħed jerġa’ jaħbi l-affarijiet u ma jippubblikax irrapport magħruf bħala Valenzia. Anki l-kwistjoni tal-Gozo Connect, għala sibna ruħna naraw fil-Parlament logħba ta’ tqassim tal-ballun minn ministru għall-ieħor sakemm fl-aħħar sirna nafu parti mill-affarijiet? L-istess jgħodd għal dak li seħħ fil-kwistjoni tal-irtirar tal-kawża tal-Australia Hall, inkella dik marbuta mal-kuntratt tal-Café Premier. Domandi fuq domandi li l-Gvern ma jweġibx, jaħrab minnhom u flaħjar ipotesi jgħid il-kontra.

7. Fl-aħħar ta’ dan tiġi d-domanda: għala l-Gvern qiegħed iħoss tant il-bżonn li jaħbi? Quddiem sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali li hija għan-niżla, il-Gvern fadallu karta waħda f’idejh, jaħbi, ma jgħidx il-fatti kif inhuma u allura jibda l-proċess ta’ propaganda politika biex jipperswadi li kollox huwa tajjeb fuq l-istatistika mbagħbsa tiegħu. Dan huwa żbaljat. Il-poplu għandu dritt għall-verità u dan il-Gvern għandu jgħidhielu. Fuq hekk biss jista’ jibni politika tajba.

Mill-ġid tal-pajjiż igawdu biss tal-qalba Mario Rizzo Naudi Opinjonist

Il-Gvern għolla baxx baxx il-ħlasijiet ta’ servizzi oħra, bħall-ħlas tal-eżamijiet tal-MATSEC, u l-ħlas tal-liċenzji personali tas-sewqan.

J

ekk qatt kellna dubju li l-Partit Laburista huwa kamaleont li jibdel il-kulur tiegħu skont ikunx filGvern jew fl-Oppożizzjoni, dan id-dubju żgur neħħejnieh meta smajna li ż-żieda għall-għoli talħajja li se jagħti l-Gvern fil-baġit li se jressaq għada se tkun waħda miżera; dik ta’ 58 ċenteżmu. U 58 ċenteżmu ta’ ewro tafux, li jiġu 24 ċenteżmu u disa’ milleżmi ta’ lira antika li kellna qabel. Immaġinaw kieku xi gvern Nazzjonalista fil-passat ta żieda daqshekk miżera lillħaddiema, kemm kienu jipprotestaw u joħorġu nies fittoroq.

Igawdu dawk tal-qalba biss Illum għandna Gvern b’mentalità ta’ “Malta Tagħna Lkoll” li tfisser li l-ġid ta’ pajjiżna jgawdu minnu huma biss, dawk tal-qalba fil-partit. Għalhekk filwaqt li d-Deputati Parlamentari Laburisti u xi nisa tagħhom u xi ħbieb tal-qalba qegħdin igawdu minn salarji għal wieħed, tnejn, tlieta u aktar, li anke jitilgħu għal €13,000 fix-xahar, bħall-mara talMinistru Konrad Mizzi, għall-ħaddiema l-oħra f’Malta u Għawdex hemm biss 58 ċenteżmu fil-ġimgħa. Insew kemm kienu jitkażaw u jgħajru lin-Nazzjonalisti għax kienu jgħidu li taw żieda lid-Deputati Parlamentari.

Il-Gvern mhux qed jgħid il-verità Min jipprova jbellagħha lill-poplu li diż-żieda hi riżultat tal-mekkaniżmu tal-COLA, mhux qed jgħid il-verità. Anzi qed jaħbi l-fatt li l-mekkaniżmu tal-COLA ġie sfaċċatament manipulat b’miżuri apposta meħuda mill-Gvern Laburista biex ikun jidher li l-inflazzjoni f’pajjiżna kienet baxxa ħafna. U dan faċilment isir jekk il-mekkaniżmu li jikkomputa żżieda tal-għoli tal-ħajja torbtu ma’ fatturi li l-piż tagħhom ikun esaġerat. Biex jifhimni kulħadd, jekk ngħid li n-nefqa ta’ familja normalment tkun 70% dawl u ilma u 30% spejjeż oħra tal-ħajja, ovvjament jekk inraħħas ftit il-kontijiet taddawl u l-ilma se jirriżulta li l-ħajja ma tkunx għoliet.

Prodotti bi prezzijiet dejjem jogħlew Imma l-poplu jaf li bit-tnaqqis li sar fil-kontijiet taddawl u l-ilma mhux veru li l-ħajja m’għolietx. L-ewwel nett, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma parti żgħira millispejjeż ta’ kuljum li familja normali jkollha tonfoq biex tgħix. It-tieni hemm ħafna oġġetti importanti li f’din laħħar sena żdied il-prezz tagħhom u li dan żgur għolla lħajja għall-familji ferm aktar minn 58 ċenteżmu filġimgħa. Insemmi pereżempju l-prodotti tad-dqiq u taċċereali li l-prezz tagħhom qiegħed dejjem jiżdied. Prodotti oħra li żdied il-prezz tagħhom huma dawk tal-laħam u anke prodotti agrikoli. Biżżejjed tqabbel kemm kont tonfoq f’xirja minn supermarket is-sena li għaddiet ma’ xirja li tagħmel illum biex tinduna li d-differenza filprezzijiet tal-oġġetti bażiċi tal-ikel żdiedet ferm aktar minn 58 ċenteżmu fil-ġimgħa.

Il-Gvern ikompli jżid it-taxxi Sadattant, minbarra żidiet li saru fis-sisa fuq sigaretti, tabakk, fuel, siment, alkoħol u birra, il-Gvern għolla baxx baxx il-ħlasijiet ta’ servizzi oħra, bħall-ħlas tal-eżamijiet talMATSEC, u l-ħlas tal-liċenzji personali tas-sewqan (pereżempju xi liċenzji li kienu għal għaxar snin issa saru għal ħames snin). Dawn minbarra li fl-1 ta’ Jannar li ġej, nistennew il-bomba tal-Ministru Joe Mizzi; iż-żieda fin-nolijiet tas-servizz talkarozzi tal-linja li mistennija tkompli tgħolli l-ħajja ferm aktar minn 58 ċenteżmu fil-ġimgħa. Dan għaliex il-Gvern jinsab dahru mal-ħajt minħabba li wiegħed ħafna affarijiet biex jirbaħ il-voti li kien jaf li ma jistax iwettaqhom. Dan il-Gvern li dejjem jipprova juri lilu nnifsu bħala l-paladin tal-ħaddiema, għandu l-agħar rekord flistorja ta’ friża fil-pagi tal-ħaddiema. Wara snin ta’ ġid taħt gvernijiet Nazzjonalisti li fihom il-pagi għolew, illum reġa’ għandna Gvern li minflok friża fil-pagi qed jagħti lillħaddiema f’pajjiżna loqma ta’ 58 ċenteżmu fil-ġimgħa.


22

F

Il-Kap taċ-Ċivil u l-partiġjaniżmu politiku Ryan Callus

Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva

Filwaqt li l-Gvern daħħal 4,400 persuna miegħu f’16-il xahar, 90 żagħżugħ li ggradwaw fis-servizzi mediċi għadhom jistennew, bla impjieg.

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

tit tal-jiem ilu, il-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar ta intervista lil ġurnal indipendenti dwar dik li kellha tkun il-ħidma tiegħu. Spiċċat intervista partiġjana tant li kieku wieħed kellu jattribwiha għal kandidat tal-Partit Laburista, ma tantx kienet tkun differenti. Il-Kap taċ-Ċivil jokkupa l-ogħla kariga fiċ-Ċivil, kariga pubblika, imħallsa mit-taxxi tal-poplu. Bħal kull kariga oħra fiċĊivil, il-persuna li tokkupaha għandha żżomm ’il bogħod millpolitika. Fin-nuqqas ta’ dan, il-persuna ma tibqax rappreżentattiva tal-ħaddiema kollha tas-servizz pubbliku. Huwa dan li ġara meta Mario Cutajar tkellem b’mod partiġjan. Bħala l-Kap taċ-Ċivil, Mario Cutajar għandu jkun imparzjali. Minflok, qed ikun partiġjan u paraventu għal Joseph Muscat. Din fiha nnifisha hija konferma ta’ kemm l-għażla talKap taċ-Ċivil kienet waħda partiġjana mill-Prim Ministru. Fost l-affarijiet li pprova jiddefendi Cutajar, sostna li 4,400 impjieg kienu neċessarji għaż-żieda fis-servizzi li skont hu ddaħħlu mill-Gvern Laburista. Trid tkun verament partiġjan biex tiddefendi żieda ta’ 4,400 impjieg billi tgħid li dawn kienu neċessarji għaż-żieda fis-servizzi ġodda li qed joffri l-Gvern. Tajjeb ngħid li dawn il-ħaddiema kollha ddaħħlu fi żmien qasir ta’ 16-il xahar, mill-elezzjoni ġenerali ’l hawn. Iżda filwaqt li Cutajar qal li kien hemm żieda fis-servizzi, ilpoplu ma tantx qed iħoss tnaqqis ta’ burokrazija biż-żieda astronomika ta’ 4,400 impjieg ġdid maċ-Ċivil. Infakkar li wieħed mid-Deputati Laburisti nħatar Kummissarju għatTnaqqis tal-Burokrazija; deċiżjoni oħra li qed tiswa lil pajjiżna paga għolja oħra biex ‘tal-qalba’ jinżammu kuntenti. Ftit li xejn smajna bil-ħidma ta’ dan il-kummissarju, ħlief xi konferenza tal-aħbarijiet. Jgħid xi jgħid Cutajar, dawn il-ħaddiema kollha ddaħħlu biex Muscat jissodisfa l-bżonnijiet partiġjani u politiċi tiegħu, għall-akkwist tal-voti. Il-ħażin hu li dawn mhumiex qegħdin jitħallsu mill-kont bankarju ta’ Joseph Muscat, iżda mit-taxxi li nħallsu aħna li jinqatgħu mill-pagi tagħna li nħallsu kull xahar. Iżda filwaqt li ddaħħlu 4,400 impjieg f’16-il xahar, 90 żagħżugħ li ggradwaw fis-servizzi mediċi għadhom jistennew, bla impjieg, u dan meta hemm daqstant bżonnhom.

Skont Cutajar, iddaħħlu wkoll numru ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa. Minkejja dan, id-Dipartiment tal-Emerġenza għadu fi stat ta’ kriżi filwaqt li għadd ta’ żgħażagħ li għadhom kif laħqu fl-allied professions għadhom ma ddaħħlux mal-Gvern. L-ironija hi li filwaqt li Cutajar sosta li l-politiċi m’għandhomx ikunu l-klijenti tas-servizz pubbliku, bil-mod partiġjan li bih qed jitkellem u bid-deċiżjonijiet li qed jieħu, qiegħed juri kemm il-kliem tiegħu ma jiswa xejn. Meta ġġustifika ż-żieda astronomika fil-ħaddiema tas-servizz pubbliku, għamel dan biex jgħatti xtur Muscat. Cutajar qed jgħin lill-Prim Ministru jaħbi l-livell veru ta’ qgħad meta impjega tant uffiċjali, għaliex li kieku ma ddaħħlux tant ħaddiema, kien ikollna wieħed millagħar livelli ta’ qgħad li qatt kellu pajjiżna. Sitwazzjoni bħal din kienet tikxef in-nuqqas ta’ ħila tal-Gvern Laburista li joħloq politika li tinċentiva s-settur privat biex jinvesti u joħloq l-impjiegi. Imma din il-ħila Gvern Laburista m’għandux, u allura qegħdin nispiċċaw inħallsu għan-nuqqas ta’ kompetenza ta’ ħaddieħor. Iċ-ċirasa fuq il-kejk ta’ dak li qal Cutajar intlaħqet meta ġġustifika bħala neċessarju n-numru esaġerat ta’ ħatriet politiċi, għaliex il-Partit Laburista għamel 25 sena fl-Oppożizzjoni. Ikun iktar għaqli għal Cutajar li jikkandida ruħu għall-elezzjoni ġenerali mal-Labour, milli jservi ta’ paraventu għall-Prim Ministru f’kariga li titlob is-serjetà u l-imparzjalità. Is-servizz pubbliku jinsab fi kriżi b’riżultat ta’ ħatriet partiġjani mill-Gvern Laburista, bħalma kienet dik ta’ Mario Cutajar. Jeżisti nuqqas serju ta’ motivazzjoni fis-servizz pubbliku minħabba li għadd kbir ta’ uffiċjali qed jitwarrbu biex posthom jittieħed minn galoppini tal-Partit Laburista. Dan il-patronaġġ politiku sfrenat qiegħed jgħarraq ukoll il-karriera ta’ għadd kbir ta’ nies li ħadmu kemm felħu u b’lealtà fis-servizz pubbliku għal bosta snin u li issa qed jaraw il-karriera mkissra. Isservizz pubbliku sar tal-Labour, u mhux iktar Tagħna Lkoll. Ftit jiem wara li nħatar Kap taċ-Ċivil, Mario Cutajar kien sostna li t-tmexxija fis-servizz pubbliku tinsab fi kriżi. Jekk dakinhar kien fi kriżi, illum jinsab f’diżastru! Il-ħtija ta’ dan kollu sserraħ fuq il-Prim Ministru, għaliex kienet deċiżjoni tiegħu li jaħtar Kap taċ-Ċivil partiġjan.

inn dak li qed jiġri madwarna jidher li l-kampanja elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali bdiet. Irridu niftakru li li kien għall-Partit Laburista, dawn lelezzjonijiet ma jsirux. Iżda f’daqqa waħda, qegħdin naraw diversi xogħlijiet jew pjani minn numru ta’ Kunsilli li qegħdin fi stat ta’ paniku biex juru li fil-fatt qed issir xi ħaġa.

zjoni kien biss kliem fieragħ li ntuża sakemm inkisbet ilmaġġoranza. Wieħed kien jistenna li se jara titjib qawwi fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar issa li għandna Kunsill Lokali mmexxi b’maġġoranza Laburista u Gvern Laburista. Iżda, minn dan kollu, ftit jidher li sar. Sfortunatament anke proġetti li kienu diġà mibdija ma tkomplewx. Fondi li nġiebu mill-Kunsill preċedenti ntużaw biex isir xi xogħol fil-lokalità, mingħajr ebda krettu għall-Kunsill preċedenti li ħadem għal dawn ilfondi. Nista’ nibqa’ sejra. M’għandix dubju li intom li qed taqraw dan l-artiklu għandkom esperjenzi ta’ wegħdi li saru lilkom personali, u li wkoll baqgħu ma twettqux.

M

Xogħol tal-aħħar minuta fil-lokalitajiet Graziella Galea President KKLPN

Għandna Gvern li jipprova juri li jemmen fil-Kunsilli Lokali, iżda fil-prattika, mhux jagħtihom biżżejjed saħħa u riżorsi.

Elezzjonijiet fl-2015: Insistenza mill-PN Wara insistenza mill-PN, f’ġurnata matul l-2015 li għad trid titħabbar, se jkun hemm l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għal-lokalitajiet ta’ nofs Malta u Għawdex. Jidher li l-Partit Laburista ta direzzjoni biex jibda sforz sfrenat ħalli n-nies jieħdu l-impressjoni li sar jew qed isir ħafna xogħol f’dawk ilKunsilli b’maġġoranza Laburista. Għandna Gvern li jipprova juri li jemmen fil-Kunsilli Lokali, iżda fil-prattika, mhux jagħtihom biżżejjed saħħa u riżorsi. Il-lokalitajiet li ftit tas-snin ilu kellhom elezzjoni talKunsilli Lokali se jkollhom elezzjoni oħra s-sena d-dieħla. Waħda minn dawn il-lokalitajiet hija San Pawl il-Baħar. B’sodisfazzjon ngħid li għal erba’ snin kont Sindku ta’ din illokalità. Matul dan iż-żmien tgħallimt, iktar minn qatt qabel, id-diffikultajiet u r-realtajiet li ġġorr magħha din il-lokalità. Numru ta’ xhur qabel l-elezzjoni tal-2012 deher ovvju li lPartit Laburista kien qiegħed jagħmel minn kollox biex jieħu l-maġġoranza f’din il-lokalità. Rebaħha, u biex għamel dan, qatt ma qagħad lura milli juża kull mezz possibbli. Ġejna mwiegħda li dak kollu li sar fil-passat minn Kunsill b’maġġoranza Nazzjonalista seta’ jsir aħjar minn Kunsill immexxi minn maġġoranza tal-Partit Laburista. Ġejna mwiegħda li jekk kien hemm xi affarijiet li ma sarux, dawn se jsiru jekk il-Partit Laburista jieħu l-maġġoranza f’San Pawl ilBaħar. Ma tantx domna ma rrealizzajna li dak li ntqal qabel l-elez-

Sens ta’ paniku Issa li nafu li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali se jsiru, inħoloq sens ta’ paniku. Dak li ġie mwiegħed b’xi mod iridu jwettquh jew għall-inqas juru li se jwettquh. Issa nibdew naraw propaganda ta’ ‘xogħol’ li qed isir. Telefonati bla waqfien biex jistaqsu lil dak u lill-ieħor jistgħux ikunu ta’ għajnuna jew jistaqsu x’għandhom bżonn. Issa rridu nkunu aħna li nżommu għajnejna miftuħin biex matul dawn ix-xhur li ġejjin ma jkun hemm ħadd li jerġa’ jqarraq bina. Żgur li m’iniex kontra li jsir xogħol fil-lokalità iżda dan għandna nagħmluh tul is-sena kollha u mhux biex niġbru xi voti. Hu probabbli ħafna li jerġa’ jkollna wegħdi li kollox se jiġi solvut b’mod maġiku fi żmien qasir. M’għandix dubju li se jkun hemm individwi li jerġgħu jibdew jgħidu dwar kemm il-Kunsill ta’ qabel ma wettaq xejn. Se jkun hemm nies, li, biex jimxu’l quddiem huma, mingħalihom jistgħu jqarrqu birresidenti ta’ San Pawl il-Baħar. Għandi fiduċja fir-residenti tal-lokalità fejn twelidt u għext. Jien nemmen li kollha flimkien kapaċi nagħmlu lokalità aħjar minn dik li għandna.


I

Bejn dak li wiegħed u dak li ma wettaqx Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Rebecca Micallef Kandidata PN Elezzjonijiet Lokali

Nistennew li waћda mill-affarijiet li l-Gvern se jinkludi fil-Baġit se tkun il-power station il-ġdida li suppost kellha tkun lesta fl-ewwel ftit xhur fl-2015

l-ġurnata tant mistennija minn ħafna waslet! Proprju gћada fil-Parlament, il-Gvern se jippreżenta l-Baġit għas-sena d-dieħla. Il-poplu jkun qed jistenna din ilġurnata biex jara jekk il-ћajja tiegћu hix se togћla, jekk iva, kemm se togћla u fl-istess waqt jekk iż-żieda li se jagћti l-Gvern hix se tkun biżżejjed biex il-familji, ilħaddiema, l-anzjani u l-pensjonanti jlaћћqux mal-ispejjeż talgћoli tal-ћajja. Iżda l-Baġit mhuwiex biss dwar iż-żieda li se jieћu l-poplu u kemm se togћla l-ћajja. Fil-Baġit, il-Gvern irid juri l-pjan li huwa fassal gћas-sena li jmiss, dejjem jekk dan fassal pjan konkret bħalma kien qal qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Ħafna nies jistennew li waћda mill-affarijiet li l-Gvern se jinkludi fil-Baġit se tkun il-power station il-ġdida li suppost kellha tkun lesta fl-ewwel ftit xhur tas-sena 2015 iżda bћalma ġara fil-każ ta’ diversi proġetti oћra, dan il-proġett li huwa eżattament il-wegћda li l-Prim Ministru rabat il-karriera politika tiegћu magħha, ġie pospost gћal żmien li s’issa gћadu mhux definit.

Logħba politika oħra minn Muscat? F’dan il-Baġit qiegħda tiddomina l-aћbar li ż-żieda lillpoplu tista’ tkun ta’ €0.58 biss. Ftit qabel ma smajna din laћbar minn fomm il-Prim Ministru nnifsu, konna smajna aћbar oћra li ż-żieda mistennija tkun ta’ €1.16 u r-reazzjoni tal-poplu gћal żieda ta’ €1.16 ma kinitx waћda pożittiva gћaliex il-poplu jiftakar x’kien ġara meta kienet ingћatat din iż-żieda mill-amministrazzjoni preċedenti. Dak iż-żmien ilPartit Laburista kien fl-Oppożizzjoni u mal-aћbar li l-Gvern kien se jagћti żieda ta’ €1.16, l-Oppożizzjoni niżlet lin-nies fit-toroq bi protesta gћal din iż-żieda. Allura wieћed awtomatikament jistaqsi kif jista’ jkun li dan il-Gvern, l-istess Partit Laburista bl-istess mexxej, meta kien

23

fl-Oppożizzjoni niżżel in-nies fit-toroq jipprotestaw, issa se jagћti żieda ta’ €0.58? Jista’ jkun ukoll li din hija kollha logћba min-naћa tal-Gvern. Dan gћaliex jista’ jkun li meta lGvern ra r-reazzjoni negattiva mill-poplu għal żieda ta’ €1.16 iddeċieda li joћroġ fil-pubbliku l-aћbar li ż-żieda hemm ċans li tkun ta’ €0.58 u dan biex meta mbagћad jasal il-jum talBaġit u ż-żieda tkun ta’ €1.16, in-nies minflok ma tgћid li dan il-Gvern huwa gvern redikolu gћall-fatt li kien hu li niżżel in-nies jipprotestaw gћal żieda tal-istess ammont, innies tgћid li ћadet aktar minn €0.58. Gћal dan il-Gvern saret xi ћaġa komuni ћafna li jidћak bin-nies f’wiċċhom u gћalhekk jekk tiġri din l-istorja ma tkun xejn ћlief parti minn logħba oћra mill-istorja ta’ Gvern li mingћalih li jista’ jimmanipula u jidћak b’kulћadd. Il-ħajja qed togħla b’aktar taxxi indiretti Hemm nies li qalu pubblikament li żieda ta’ €0.58 hija tajba, l-importanti li ma jogћlewx l-affarijiet l-oћra. Dawn innies naћseb li gћadhom ma ntebћux bil-fatt li diġà gћolew affarijiet oћra. Dawn in-nies, li probabbli kienu fost dawk li pprotestaw meta l-amministrazzjoni preċedenti tat żieda ta’ €1.16, ma ntebћux li ċ-ċilindru tal-gass gћola, li l-miżati talMATSEC gћolew u li l-prezz tal-fuel f’Malta huwa l-ogћla fl-Ewropa. Huwa tal-mistћija l-fatt li madwar l-Ewropa l-prezz talfuel qiegћed jorћos u f’pajjiżna l-Gvern iddeċieda li jћallih bl-istess prezz. Huwa wkoll tal-mistћija l-fatt li dan ilGvern qiegћed jaћseb li jista’ jqarraq bl-intelliġenza talpoplu kif irid hu billi jipprova jimmanipula l-opinjoni tannies. Tal-mistћija l-fatt li bћalissa gћandna Gvern li minflok qiegћed iwettaq il-wegћdi li gћamel qabel l-elezzjoni, qiegћed jimponi taxxi indiretti fuq il-poplu Malti u Gћawdxi.

Nistennew lill-Gvern jibda jieħu d-direzzjoni t-tajba Alan Abela Wadge Kandidat PN Elezzjoni Ġenerali

Għall-ġid ta’ pajjiżna, nitolbu li l-Gvern ma jgħabbix piż żejjed fuq il-kaxxa ta’ Malta.

I

rridu kollha niġbdu l-istess ħabel; l-istess ħabel ta’ xogħol. Xogħol b’serjetà u fl-istess ħin xogħol b’umiltà. Dawn huma dawk il-valuri li ġibduni biex flimkien ma’ sħabi l-kandidati l-ġodda l-oħra, flimkien aċċettajna li nirkbu fuq din il-vettura mmexxija millKap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Ninsab ċert li din il-vettura, pass wara pass, qiegħda tagħmel triq fil-baħar u tikseb lura dawk in-nies li forsi ma ħassewhomx komdi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fis-snin passati reċenti. Ċiklu ieħor ta’ dan ix-xogħol se jkun qiegħed iseħħ minn għada, hekk kif se jkun qiegħed jitressaq it-tieni Baġit talGvern Laburista. Dan għandu jkun test ieħor li se jgħaddi minnu l-Gvern Laburista. Għada filgħaxija lkoll kemm aħna se nkunu qegħdin nisimgħu x’inhuma dawk il-miżuri li se jinqraw fil-Baġit li se jeffettwaw il-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Il-proposta għal aktar finanzjament tal-Kunsilli Lokali Wieħed jistenna li fost l-inċentivi f’dan il-Baġit, il-Gvern għandu jisma’ u jimplimenta l-proposta li għamel nhar is-Sibt li għadda, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Gvern Lokali David Agius rigward il-finanzjament tal-Kunsilli Lokali. Bil-proposta li semma d-Deputat Nazzjonalista David Agius, jekk il-Gvern jimplimentaha, wieħed ikun qiegħed jiġġenera €5 miljun li diġà qegħdin jinġabru, u għaldaqstant ma jkunx qiegħed idaħħal taxxi ġodda fuq il-poplu. Dawn huma taxxi li diġà qegħdin jinġabru mil-liċenzji tal-karozzi, u għaldaqstant huwa raġunar validu ħafna li l-Kunsilli Lokali għandhom jibbenefikaw minn dawn il-fondi li qegħdin jinġabru kull sena. Wara kollox, ma ninsewx li waħda mir-raġunijiet prinċipali li l-Kunsilli Lokali jkollhom isewwu jew jirranġaw inkella jerġgħu jibnu mill-ġdid diversi toroq hi proprjament minħabba

l-ammont ta’ karozzi li jgħaddu mit-toroq. Interessanti nkunu nafu kif jaħsibha s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo dwar il-finanzjament tal-Kunsilli Lokali. Jien iktar qiegħed nistenna li l-Gvern permezz ta’ dan il-Baġit se jkun qiegħed jiċċentralizza iktar servizzi biex ikompli jdgħajjef l-istituzzjoni tal-Kunsilli Lokali. Iż-żmien jagħtina parir!

Il-ħaddiema u min iħaddem jistennew l-għajnuna Proposta oħra li qiegħed nistenna hi biex il-Gvern joffri inċentivi lil min iħaddem biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jtejbu l-pagi tagħhom. Joseph Muscat stess qal li lkumpens għall-għoli tal-ħajja ta’ 58 ċenteżmu mhux biżżejjed. Għalhekk wieħed għandu jistenna li Joseph Muscat jindirizza din il-kwistjoni biex iħeġġeġ lil min iħaddem ħalli jkun f’pożizzjoni li jonfoq iktar rigward pagi. Nispera li Joseph Muscat mhux jistenna li l-kumpaniji jagħmlu sagrifiċċju waħidhom biex ikunu jifilħu jagħtu pagi ogħla. Rigward l-inċentivi għal min iħaddem biex ikunu jistgħu jiżdiedu l-pagi; dan huwa biss ħolm li l-Gvern Laburista żgur mhux se jżomm bħala prijorità. Jekk tħares madwar l-Ewropa kollha, kif ukoll tħares lejn l-istorja ta’ pajjiżna, malajr tinduna li ż-żieda tal-pagi fil-livelli kollha qatt ma kienet waħda mill-prijoritajiet ta’ gvernijiet Soċjalisti. U ladarba jidħol aktar tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq id-dħul, infakkar li dik hija miżura li daħlet gradwalment fl-aħħar Baġit tal-amministrazzjoni Nazzjonalista. Li hu ċert hu li minn għada stess, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tkun qiegħda tgħarbel il-qari tal-Baġit għall2015 u se tkun qiegħda tiddefendi lill-poplu Malti. Ċert li filjiem li ġejjin se nisimgħu ħafna dwar il-Baġit. Għall-ġid ta’ pajjiżna, nitolbu li l-Gvern ma jgħabbix piż żejjed fuq ilkaxxa ta’ Malta. Piż żejjed li finalment jien u int se jkollna nħallsu bl-għaraq ta’ ħidmietna.


24

Ħniena mingħajr ġustizzja?

F’artiklu ppubblikat f’il-mument tas-26 ta’ Ottubru li għadda qrajt: “Ma nistax nifhem kif xi Isqfijiet ivvutaw kontra l-ħniena ta’ Alla” . Dan b’referenza għas-Sinodu talIsqfijiet li sar f’Ruma dan l-aħħar, fil-parti fejn saret il-votazzjoni dwar ir-relazzjoni finali. Fhimt sewwa jien jekk dawn l-Isqfijiet hux qed jiġu allegati li qed iżommu ħaġa u jmorru kontra oħra f’Alla, permezz tal-vot tagħhom? Mela f’Alla hemm xi żbilanċ bejn il-ħniena u l-ġustizzja tiegħu? Il-vot fis-Sinodu kien wieħed fuq l-attributi divini jew fuq kif dawn għandhom jiġu mgħallma f’rabta mal-bniedem? Aħna nitgħallmu u nemmnu li f’Alla m’hemm l-ebda kompożizzjoni. Alla huwa Sempliċi. Alla fil-ġustizzja tiegħu huwa fl-istess ħin kollu ħniena u fil-ħniena tiegħu huwa fl-istess ħin kollu ġustizzja. Mela vot kontra lħniena ta’ Alla huwa vot kontra lġustizzja wkoll. Niżbaljaw jekk jgħaddilna minn moħħna xi ħsieb ta’ xi forma ta’ żbilanċ f’Alla, jew xi tnissija ta’ xi ħaġa f’Dak li Hu. Anki f’rabta mal-bniedem. Meta jittratta mill-ħniena ta’ Alla applikata fil-Missjoni tal-Knisja, il-Papa San Ġwann Pawlu II jispjega kif: “Ma għandniex naħsbu li l-kmandament tal-maħfra daqshekk kbir se jneħħi l-ħtieġa

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Ittri lill-Editur

oġġettiva tal-ġustizzja. F’ebda pass tal-Vanġelu, il-maħfra u lħniena, li hija l-għajn talmaħfra, ifissru mogħdrija għaddeni, għall-ħażen, għall-iskandli, għall-ħsarat, għall-insulti. Ittpattija għad-deni li jsir, għalliskandli li jingħataw, għallħsara, għall-insulti, hi meħtieġa dejjem, għal kull każ, biex ikun hemm maħfra. “L-istruttura fundamentali tal-ġustizzja dejjem tidħol filqasam tal-ħniena. Iżda l-ħniena għandha l-qawwa li tagħti tifsir ġdid lill-ġustizzja, tifsir li jidher, b’mod tassew sempliċi u sħiħ, fil-maħfra...” (Enċiklika: Għani fil-Ħniena, 1980, par. 14). Ir-rabta tal-ħniena u l-ġustizzja nsibuha meta Kristu nnifsu lil Nikodemu qallu li “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu lwaħdieni….” (Ġw 3, 16). Alla tah (f’idejn il-pagani, il-midinbin, eċċ.) biex ikun vittma u offerta bi tpattija għad-dnubiet u bħala sagrifiċċju merfugħ fuq issalib għat-twemmin tagħna u hekk stajna naraw aħjar l-imħabba ta’ Alla lejna. Fil-parabbola tal-iben iż-żgħir għandna kif dan sab il-ħniena għand il-missier, imma mhux mingħajr ma “daħal fih innifsu…”, ħasibha, iddeċieda, “qam u telaq għal għand missieru” (ara Lq 15, 1ss). U bħal dan għandna tant eżempji oħrajn. Fit-talba li għallimna ngħidu,

Kristu ma waqafx fil-parti “aħfrilna dnubietna” iżda magħha żied “bħalma naħfru lil min hu ħati għalina”. Hawn ukoll Kristu kompla jispjega iktar dwar ir-rabta li teżisti bejn il-ħniena u l-maħfra flimkien mal-ġustizzja u l-indiema (ara Mt 6, 9-15). Naħseb li l-allegazzjoni li “xi Isqfijiet ivvutaw kontra l-ħniena ta’ Alla” hija esaġerata u pjuttost barra minn postha, avolja filparagrafi msemmija hemm referenza għall-Ħniena Divina. Mons. Salv Grima In-Nadur

Apprezzament Kalanġ Darmanin

Il-Ħamis 30 ta’ Ottubru li għadda kien għeluq l-ewwel xahar mill-mewt tal-bennej magħruf Żurrieqi Michele Angelo (Kalanġ) Darmanin. Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq tilfet ħabib kbir u leali, ħaddiem l-aktar ħabrieki, soċju ġeneruż u mimli mħabba lejn Santa Katarina ta’ Lixandra, lejn is-Soċjetà Mużikali u l-festa tagħha u lejn iż-Żurrieq. Fuq kollox, Kalanġ kien bniedem tal-familja u kien iħobb ħafna lill-familja tiegħu. Iżda kellu familja oħra, wisq aktar kbira, li kien iħobb bis-sħiħ ukoll

Kalanġ ma’ xi voluntieri waqt ix-xogħol fuq it-travu tal-qanpiena l-kbira tal-knisja

– is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina. M’hemmx qasam tasSoċjetà u tal-festa li Kalanġ ma kontx issibu hemm biex jagħti lgħajnuna tiegħu b’entużjażmu kbir, b’mod volontarju u diżinteressat. Minn età żgħira, kien iħobb ħafna l-armar tal-festa, u baqa` sal-aħħar ta’ ħajtu jagħmel ilmanutenzjoni meħtieġa tal-armar, jagħti ħafna pariri siewja u jgħin f’xi opra ġdida. Kien jaħdem dejjem fis-silenzju mingħajr ħafna daqq tat-trombi. Kalanġ kellu kwalitajiet mill-aktar sbieħ! Illum, il-memorja ta’ Kalanġ għadha ħajja f’ħafna proġetti ta’ bini li kien involut fihom: tibda mill-istess każin tal-Banda Santa Katarina V.M., l-imħażen tal-armar u l-bini tal-post tan-nar. Insibu li hawn ħafna bini privat li ħadem fih

ukoll. Kalanġ kellu għal qalbu wkoll il-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq. Hu kien ħadem bis-sħiħ fil-manutenzjoni li kien ikun hemm bżonn fil-knisja. Kien il-moħħ meta riedu jibdlu ttravi tal-qniepen kollha li hemm filkampnari u kien strumentali meta fis-snin 90 tellgħu ż-żewġ qniepen il-ġodda li sabu posthom fil-kampnar! Kien involut bis-sħiħ meta ntrama l-armar kollu biex seta’ jsir ir-restawr tas-saqaf tal-istess knisja! Ma nistax insemmi kull ħaġa li Kalanġ kien involut fiha għax ma nispiċċa qatt – kif mhux se jispiċċaw il-memorji tant sbieħ tiegħu minn ġo qalbi. L-aħħar li kellimtu kien biss ftit jiem qabel ħalliena. Dakinhar kien qalli b’sodisfazzjon kbir, “X’festa ċċelebrajna dis-sena hux tal-150 sena tas-Soċjetà?!” Illum Kalanġ m’għadux magħna. Nemmnu bis-sħiħ li qiegħed fi ħdan ilMulej, qrib ferm tal-Patruna tażŻurrieq, Santa Katarina ta’ Lixandra, li kien tant u tant iħobb. Issa nitolbuh biex minn hemm jitlob għalina! Grazzi Kalanġ. Grazzi ħafna mill-qalb u f’isem is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. insellimlek! Fl-istess ħin nestendi l-kondoljanzi lill-qraba tiegħu. Jeremy Cachia Segretarju Sottokumitat Armar Soċ. Muż. Santa Katarina V.M. Iż-Żurrieq


25

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Ittri lill-Editur

58 ċenteżmu

Biċ-ċenteżmi jistmana. Daqshekk niswew għal dan ilGvern. Għalihom il-belli liri, għalina karawett. Għalija, din iż-żieda turi biċ-ċar li dan il-Gvern f’inqas minn sentejn diġà nqata’ minn mal-maġġoranza talpoplu. Gvern Nazzjonalista forsi nqata’ wara 20 sena, għax l-aħħar ħames snin hekk ġara. Imma dan ilGvern għamel dan f’inqas minn sentejn. L-ewwel ħareġ biż-żewġ ċenteżmi roħs filfuel, issa ġej bi 58 ċenteżmu żieda fl-ġimgħa. Bir-raġun li lilhom mhix teffettwahom il-ħajja għaliex qed idaħħlu l-eluf. Imma l-ħaddiem u aħna lpensjonanti nħossu kull ċaqliqa u 58 ċenteżmu lanqas karità għaliex tistħi tagħtiha. Anthony Duca Ħal Għaxaq

Inkompetenti ... prezz tal-fuel u toroq

Joseph Muscat, meta kien Kap tal-Oppożizzjoni ftit tassnin ilu kien jitkellem b’qalbu maqsuma dwar l-għoli talpetrol u d-diesel. Kien jgħid li dan kien jgħolli l-ħajja għax kollox irid jiġi trasportat sa ma jidħol fiddistribuzzjoni u kollox jinġarr permezz tad-diesel u l-petrol. Kien iniżżel in-nies fit-toroq. Tal-GWU kienu jagħtuh palata. Dawk ukoll qalbhom perżuta għall-ħaddiema. Iżda x’ġara issa? Minħabba l-inkompetenza grassa tat-tim Laburista blajna petrol u diesel bil-għoli aktar milli kien fl-2010 meta l-prezz tażżejt kien bħal tal-lum. Il-prezz

din is-sena kien kważi ta’ €284 miljun. Riżultat ieħor brillanti tal-aqwa tim! P. Bugeja Ħaż-Żebbuġ

Il-ħofra ta’ Muscat

Is-sewwieqa f’Malta u Għawdex qed iħallsu prezz għoli għall-fuel

td-diesel illum hu ta’ €1.36 filwaqt li f’Settembru 2010 kien €1.06 jew 30 ċenteżmu orħos kull litru. Il-petrol suppost qiegħed €1.20 mentri llum aħna nħallsu €1.44 jew 24 ċenteżmu iżjed kull litru. Dan kollu meta l-kompetittività ta’ pajjiżna sejra lura u lindustrija qed tbatti xahar wara l-ieħor. Qabel, il-prezz tal-fuel kien jiġi aġġustat kull xahar iżda llum il-ġenji Joseph Muscat u Konrad Mizzi jagħtuna prezzijiet għal sitt xhur. Stabbiltà qalulna, iżda bil-għoli Sur Gvern. Mhux gvern għandna iżda salt dilettanti inkompetenti li tassew se jdaħħluna ġolħajt. M. Camilleri San Ġwann

Erġajna!

Qed nirreferi għat-tkabbir fl-iżbilanċ finanzjarju talGvern. Bejn Jannar u Settembru 2014 reġa’ żdied bi kważi ħamsa fil-mija jew €12.5-il miljun ewro fuq l-istess perjodu tal2013. Għall-ewwel disa’ xhur ta’

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Ottubru, 2014 f’Marsaxlokk Joseph Muscat ipprova jdawwar largument minn fuq il-falliment tiegħu li jibni power station ġdida fi żmien sentejn. Dan għamlu billi użu l-arma antika tal-Labour u beda jsemmi u jwerwer bid-dejn tal-Enemalta u li dan seta’ jkun ta’ periklu għall-pajjiż. Id-diżonestà politika m’għandhiex limitu għax dan kollu Muscat qalu meta hu flewwel sitt xhur ta’ din is-sena biss għamel aktar minn €500 miljun dejn ġdid. Allura kif kien jgħid l-imgħallem tiegħu Alfred Sant, Muscat qed iħaffer ħofra ta’ tliet miljun ewro kuljum u ta’ dan ma għandu xejn x’juri. Il-viltà hi li parti minn din

Dejn ta’ €3 miljun kuljum minn Muscat

il-ħofra qed titħaffer biex numru sew ta’ ħbieb tal-ħbieb jinżammu kuntenti u kwieti. M. Mangion Il-Fgura

Il-Kamra tal-Kummerċ sorpriża

Il-Kamra tal-Kummerċ, lIndustrija u l-Intrapriża tin-

stab sorpriża għax il-Prim Ministru Joseph Muscat u lMinistru tal-Finanzi Edward Scicluna ma qablux fuq limportazzjoni minn Sqallija. Il-Ministru Scicluna qal li jekk l-affarijiet ikunu ġejjin minn Sqallija, allura f’għajnejn l-Unjoni Ewropea, dawn jidhru qishom ġejjin minn Għawdex. Iżda Muscat ma jifhimx hekk. Erba’ xhur ilu (fit-3 ta’ Lulju) il-Prim Ministru kien qal li l-importazzjoni minn Sqallija m’għandhiex tkun trattata b’mod differenti mill-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi oħrajn permezz ta’ rotot oħra, u għaldaqstant din għandha tkun konformi mar-regoli Ewropej. Mela għandna l-Prim Ministru u l-Ministru talFinanzi ma jaqblux; jifhmuha differenti fuq xi ħaġa daqstant kruċjali. Il-Kamra allura talbet lill-Gvern biex jiddeċiedi dwar dan tant biex hi tagħraf timxi! Peter Borg Il-Mosta


PTL International: kumpanija Maltija b’suq qawwi fl-IT fl-Ewropa 26

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Feature

Charles Muscat

charles.muscat@media.link.com.mt

PTL International hi kumpanija Maltija li tispeċjalizza fit-teknoloġija talinformazzjoni (IT) u għandha suq qawwi kemm fl-Ewropa Ċentrali, kif ukoll fil-Lvant tal-Ewropa, fejn hemm potenzjal kbir għat-tkabbir. PTL International hi sussidjarja fil-qasam tatteknoloġija ta' Hili Ventures, il-holding company tal-grupp diversifikat li għandu l-bażi tiegħu f'Malta. PTL International tkopri l-attivitajiet kollha tat-teknoloġija diversifikata ta' Hili Ventures f'negozju wieħed u topera f'erba' oqsma ewlenin tal-IT li huma l-bejgħ, business solutions, servizzi b'valur miżjud bla fruntieri u komunikazzjoni. Hili Ventures topera fil-loġistika u fixshipping, fl-inġinerija, fiż-żejt u fil-gass, fit-teknoloġija, fl-immaniġġjar tal-proprjeta' u fl-operat f'ħafna pajjiżi bil-kollaborazzjoni ta' McDonald's u Apple. Bi preżenza f'aktar minn 12-il pajjiż flEwropa, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq b'tim ta' 3,500 ruħ, Hili Ventures hi partner tal-kumpaniji Allison, Apple, Cisco, CMACGM, Hoffmann, IBM, Lenovo, McDonald's, Microsoft, NCR, Terberg, Tranter u kumpaniji oħra globali ewlenin. F'intervista ma’ il-mument, Kenneth Spiteri, Kap Eżekuttiv ta' PTL International jispjega l-ħidma u l-investimenti li għamlet il-kumpanija fitteknoloġija wara li identifikat tliet oqsma fejn hemm potenzjal kbir għattkabbir. Kenneth Spiteri hu management professional b'esperjenza fil-banking, fis-servizzi finanzjarji, fis-sales u fil-marketing. Hu qal li biex PTL ikollha taħlita tajba ta' investimenti f'teknoloġiji differenti, investiet fir-retail billi jkollha katina ta' ħwienet tal-IT u identifikat lill-kumpanija multinazzjonali Apple bħala l-brand li tixtieq tirrappreżenta. Hu qal li l-kumpanija Hili Ventures dejjem identifikat ruħha ma’ brands ta' livell għoli bħal McDonalds u Apple. Hu qal li PTL għandha tliet ħwienet flUngerija u wieħed fir-Rumanija imma hemm pjan li tkabbar aktar f'dawk iżżewġ pajjiżi. Fil-Polonja, PTL għandha katina ta' 22 ħanut li kważi kollha jins-

Kenneth Spiteri, Kap Eżekuttiv ta' PTL International

abu f'shopping malls. Parti millistrateġija tal-IPL hi li tkompli tiftaħ aktar ħwienet fil-Polonja. Kmieni fis-sena 2014, l-attivitajiet kollha ta' PTL International ingħaqdu biex joħorġu l-aħjar kwalitajiet u jiffukaw fuq il-bejgħ ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi għan-negozji u servizzi ta' valur miżjud bla limiti. Kenneth Spiteri qal li permezz tas-sħubija ma’ firxa talaqwa brands fosthom IBM u NCR, PTL International tipprovdi teknoloġiji innovattivi kemm għal gvern kif ukoll għal industriji. PTL International taħdem biex tkun fost l-aqwa fis-setturi li fihom topera f'Dubaj, fl-Ungerija, fil-Latvja, f'Malta, fil-Polonja u fir-Rumanija. Kenneth Spiteri qal li l-Parlament Pollakk hu wieħed mill-ewwel li mar totalment paperless u PTL tathom liPads u ħolqot is-soluzzjoni biex ikunu jistgħu jagħmlu kumitati u leġiżlazzjonijiet, kollox online u b'sigurta' talogħla livell. Hu spjega li għalkemm s'issa liġi tal-pajjiż ma tippermettix, issistema tippermetti li deputat jista' jivvota mingħajr ma jkun filParlament. PTL toħloq ukoll soluzzjonijiet fil-business intelligence. Kenneth Spiteri qal li bħalissa filPolonja qed jagħmlu kuntratt tal-arkiv-

jar tal-audiovisual tal-Gvern Pollakk li hu kuntratt kbir ħafna. Fakkar li l-market share tal-Apple fil-Polonja hu ta' inqas minn 3 fil-mija u dan ifisser li hemm lok kbir ta' tkabbir. L-ambizzjonijiet tal-grupp huma mmexxija minn madwar 400 professjonist multikulturali fl-IT fosthom Maltin, fil-bejgħ u fil-project management filpajjiżi kollha fejn topera. Fix-xhur li għaddew PTL International akkwistat il-kumpanija SAD li hi l-ikbar network ta' bejgħ ta' prodotti Apple filPolonja li tinkludi SAD Corporate li hi l-fergħa tan-negozju ta' SAD u l-akbar kumpanija ta' Apple solutions li tagħmel negozju fil-Polonja. SAD tinkludi 21 ħanut li joperaw taħt il-brand iSpot. Il-ħwienet jinsabu f'malls fil-bliet ewlenin Pollakki ta' Varsavja, Krakova, Gdansk, Gdynia, Wroklaw, Lodz, Poznan u Katowice. Ħanut ieħor b'żewġ sulari kien inawgurat f'Lulju li għadda u jinkludi ċentru tas-servizzi mdaqqas. Dan hu d-disa' ħanut ta' iSport f'Varsavja. SAD topera wkoll servizzi estensivi online. SAD Corporate tipprovdi soluzzjonijiet integrati, assistenza teknika u taħriġ lil Gvern lokali, klijenti individwali, fos-

thom operaturi ewlenin tat-televiżjoni u tal-cable Pollakki, istituzzjonijiet edukattivi u taqsimiet korporattivi tal-IT. SAD tipprovdi teknoloġija lil stazzjonijiet tat-televiżjoni pubbliċi u kummerċjali ewlenin fil-Polonja fosthom TVN, TVP u Polsat u operaturi tattelekomunikazzjoni bħal Orange Polska, cable television, skejjel u diversi istituzzjonijiet edukattivi. Il-kwartieri ta' SAD u l-faċilitajiet ta' warehouse jinsabu f'Varsavja u b'kollox tħaddem ftit inqas minn 250 ruħ. F'Dubaj PTL tiffoka ħafna fuq ir-retail u toffri soluzzjonijiet għal min għandu lħwienet bħal software, tracking u soluzzjonijiet oħra permezz tal-IT. Ilkumpanija għandha uffiċċju li qed jara kif il-kumpanija tisfrutta aħjar ir-reġjun fejn hemm potenzjal kbir ta' tkabbir. Filfatt, wieħed mill-klijenti ta' PTL f'dak irreġjun hu kumpanija li għandha katina ta' 1,400 ħanut. Kenneth Spiteri spjega li settur ieħor li fuqu tiffoka l-kumpanija PTL International hu dak tal-e-commerce fejn il-portenzjal hu kbir. Hili Ventures xtrat il-kumpanija Maltija APCO Limited li kienet tissodisfa l-kriterji tal-innovazzjoni, is-saħħa u l-klijenti li 80 fil-mija huma klijenti internazzjonali, minn New Zealand sal-Brażil. Hu qal li għalkemm dan is-settur hu b'saħħtu, il-potenzjal li jikber hu kbir ħafna. Kenneth Spiteri spjega li fl-2013 fl-Ewropa saru b'kemm jiswew €360 biljun tranżazzjonijiet ta' xiri online u l-aktar suq matur tax-xiri online hu l-Ingilterra. Fil-Polonja hemm suq ta' 38 miljun ruħ, hemm 28 miljun internet connection, imma mbagħad huma biss 2.2 miljun li jixtru online u dan ifisser li hemm potenzjal għat-tkabbir ta' dan issuq. Għalhekk PTL se tisfrutta l-preżenza tagħha fil-Polonja biex tidħol f'dan issuq ukoll. Kenneth Spiteri qal li l-PTL tiffoka fuq dawn it-tliet oqsma li għalkemm kollha huma bbażati fuq it-teknoloġija, huma f'setturi differenti. Hu qal li lbond ta' €36 miljun ta' PTL International li s-sottoskrizzjonijiet tagħha jiftħu fl-24 ta' Novembru u li jagħlqu fit-28 ta' Novembru jew qabel f'każ li l-bonds jittieħdu kollha, wieħed diġa' jaf fejn sar l-investiment u dan hu vantaġġ għal min jinvesti.


Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Kultura

W

Sonoro Tuba Quartet

Introduċi t-tfal żgћar gћall-mużika mas-Sonoro Tubas! Permezz ta’ involviment kreattiv, smigћ attiv, u daqq ta’ mużika, strumenti mużikali jsiru ġugarelli u kanzunetti jsiru logћob. Flimkien se niskopru kif il-mużika tista’ tkun ta’ divertiment kemm gћat-tfal kif ukoll gћall-kbar. F’kull kunċert l-udjenza se tkun involuta f’mogħdijiet differenti: logћob mużikali mal-artisti, rakkonti permezz

27

tal-mużika u divertiment prattiku fejn ittfal u l-ġenituri jingћataw strumenti talperkussjoni biex idoqqu u jieћdu pjaċir flimkien. Ir-rappreżentazzjonijiet, għal tfal sa tliet snin, idumu nofs siegħa u jsiru filKavallier ta’ San Ġakbu t-Tnejn fl10.30am, it-Tlieta fid-9.30 u l-11.30am, lErbgħa fl-10.30am, il-Ħamis fl-10.30am u fil-5pm, il-Ġimgħa fid-9.30 u fil11.30am, u l-Ħadd fil-11.30am u fil-5pm.

aslet edizzjoni oħra ta’ ŻIGUŻAJG, festival mimli spettaklu, kulur u immaġinazzjoni u li jpoġġi t-tfal u ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-attenzjoni. L-attivitajiet f’din ir-raba’ edizzjoni ta’ dan il-Festival tal-Arti, se jsiru ġeneralment fiċ-ċentru ta’ Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu bejn is-17 u t-23 Novembru. Mill-mużika għaż-żfin, mill-arti viżiva għall-pupazzi u mill-mima għat-teatru, ittfal jidħlu f’sensiela ta’ dinjiet fejn jesprimu l-ħolm u l-memorji tagħhom. Il-festival Żigużajg se juri 28 produzzjoni, li jinklu 12-il produzzjoni internazzjonali minn seba’ pajjiżi differenti, b’artisti barranini jingħaqdu ma’ dawk Maltin biex jinħoloq dan il-festival uniku f’pajjiżna. Bookings għall-biljetti huma miftuħin; il-biljetti kollha għall-programmi ta’ filgħodu tal-iskejjel huma bla ħlas, biljetti għal dawk il-produzzjonijiet miftuħin għall-pubbliku jistgħu jinkisbu għal €2 il-wieħed. F’din il-paġna qed nagħtu tagħrif fil-qosor dwar uħud mill-attivitajiet imħejjija għall-edizzjoni ta’ din is-sena. Għall-programm sħiħ ara: www.ziguzajg.org, https://www.facebook.com/ziguzajg.

The Toy Symphony L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-More or Less Theatre

Din il-kompożizzjoni ħelwa mużikali, li hija normalment attribwita lil Haydn, hija karatterizzata mill-vivaċità tagħha u mill-istrumenti ‘ġugarelli’ li huma ddisinjati apposta biex jolqtu l-immaġinazzjoni ta’ udjenzi żgħar. Din il-produzzjoni se tinbena madwar xogħol teatrali fuq ġugarelli mnikktin li jinsabu msakkrin ġo kamra taħt il-bejt. Dawn il-ġugarelli minsijin jagħmlu kuraġġ biex jiffaċċjaw il-biża’ talavventura fi storja vivaċi dwar il-ħbiberija, kif tegħleb id-diffikultajiet u kif

tagħmel il-ħolm tiegħek realtà. Dan il-proġett huwa kollaborazzjoni bejn l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-More or Less Theatre, li t-tnejn li huma diġà kisbu numru ta’ suċċessi flaħħar tliet edizzjonijiet ta’ Żigużajg. Ir-rappreżentazzjonijiet ta’ 45 minuta se jsiru t-Tlieta 18 ta’ Novembru fitTeatru Manoel fid-9.30 u fil-11.30am bl-appoġġ ta’ The Mackintosh Foundation u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Adattata għal tfal minn 8 snin ’il fuq.

On the edge of the Eastern Ocean Cosmos Wind Quintet, Veronique Vella & Donald Arthur

Ħrafa klassika Kanadiża li tirrakkonta bl-Ingliż l-istorja ta’ Geb, għasfur talbaħar żgħir li jkollu jaħrab il-bejta tiegħu qabel ma jikber sew u jkun kapaċi jtir. Huwa jintilef fil-baħar u jibda vjaġġ ta’ skoperta li jgħallmu mhux biss kif isalva ħajtu imma kif imexxi ’l-oħrajn. Bil-kliem tal-kittieba Kanadiża Pam Hall, nitgħallmu kif li nħarsu l-pjaneta tagħna mit-tniġġis u l-kaċċa żejda mhuwiex biss importanti għalina, imma għall-ħlejjaq kollha tad-dinja. B’mużika tal-kompożitur Malti Albert Garzia u esekuzzjoni tal-Cosmos

Quintet, dan ix-xogħol se jingħata premiere f’Malta fejn il-pjanista Veronique Vella u l-attur tal-vuċi internazzjonali Donald Arthur, in-narratur tal-istorja, se jingħaqdu mal-mużiċisti. L-attivitã, li ddum 75 minuta se tkun possibbli bl-għajnuna ġeneruża talKonslu Malti għall-Kanada tal-Lvant, Frances Pugliesevich Boland. Adattata għal tfal minn sitt snin ’il fuq, ir-rappreżentazzjonijiet ikunu lĦadd 23 ta’ Novembru fil-11.30 u fit3pm, segwiti minn sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba.

Danny and the Monster Clothes

Lejl minnhom Danny jqum meta jisma’ ħoss stramb. Il-ħoss ġej minn taħt munzell ħwejjeġ… waħda mill-kalzetti tiegħu ħadet il-ħajja maġikament. Wara ftit, iktar ħwejjeġ ta’ Danny jibdew jieħdu l-ħajja. Danny ma jistax jemmen. Imma l-eċitament tiegħu malajr jgħib meta jinduna li dawn ilħwejjeġ imqarqċin jibdew jargumentaw bejniethom – u Danny jitlef il-kontroll! Din il-produzzjoni eċitanti – li fiha

partijiet teatrali kif ukoll l-użu ta’ pupazzi – hija festa għall-immaġinazzjoni li żgur se ssaħħar l-udjenzi. L-attività se ssir fis-Sala tal-Mużika tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, iddum siegħa, u hi adattata għal tfal minn 9 snin ’il fuq. Issir għada t-Tnejn fil11.30am u fis-6.30pm, it-Tlieta fil11.30am, l-Erbgħa fis-6.30pm, il-Ħamis fil-11.30am u l-Ġimgħa, is-Sibt u lĦadd fis-6.30pm.


28

29

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Safar

L-ilwien li jiddistingu minn dar għal oħra li jikkumplimentaw il-karatteristika taċ-Cinque Terre

Monterosso al Mare… l-aktar imfittxija fiċ-Cinque Terre Dehra mill-baħar taċ-ċentru storiku ta’ Monterosso al Mare fejn jispikka wkoll it-torri Medjevali

Euchar Mizzi mizzieuchar@gmail.com

Faċċati oħra ta’ binjiet li huma karatteristika f’Monterosso al Mare huma dawk miżbugħa bi stil irrigat

It-toroq dojoq iserrpu f’Monterosso al Mare dejjem mimlija bit-turisti li ma jonqsux milli jieqfu fi ħwienet lokali għal tazza nbid, ikla bl-inċova, li hija l-ispeċjalità lokali, jew xi prodott magħmul mil-lumi

Monterosso al Mare hija waħda mill-bliet li wieħed isib fil-provinċja ta’ La Spezia, fir-reġjun tal-Ligurja finnaħa ta’ fuq tal-Italja. Dan huwa wieħed mill-ħames villaġġi taċ-Cinque Terre. Il-belt hija maqsuma f’żewġ partijiet distinti – il-belt il-qadima u lbelt il-ġdida. Iż-żewġ naħat huma separati permezz ta’ kanal li minnu jgħaddu kemm in-nies bil-mixi, kif ukoll ilftit karozzi li hemm fil-belt. Il-bajja ta’ Monterosso hija mifruxa

matul il-parti l-kbira tal-kosta u hija frekwentata ħafna mit-turisti u minnies tal-lokal. Il-bajja hija l-unika bajja ramlija estensiva fiċ-Cinque Terre. Monterosso hija belt żgħira li matul ixxhur tas-sajf tkun invażata bit-turisti. Il-post huwa famuż għas-siġar tal-lumi li tarahom kullimkien. Ilpost hu magħruf ukoll għall-inbid, l-għeneb abjad u ż-żebbuġ. Fl-1870, il-Gvern Taljan bena linji tat-tren sa ġewwa l-belt, biex hekk infetħet għall-kumplament għad-dinja. Dan huwa l-mod prinċipali li jwassal in-nies fil-belt.

Monterosso al Mare hija mfittxija wkoll għal mixjiet b’veduti mill-isbaħ tal-baħar

Storikament, ħafna mill-villaġġi tal-Mediterran kienu magħluqa ġewwa l-ħitan bħala protezzjoni kontra attakki mill-baħar. Iz-zona ta’ din il-kosta kienet ta’ sikwit tiġi attakkata minn pirati Misilmin u mill-Vikingi. L-influwenza tal-Vikingi għadha tidher sal-lum f’okkażjonijiet bħall-fieri tal-ġlud, u t-tfal b’xuxthom ħamra ta’ nies li jabitaw fir-reġjun. Oriġinarjament, il-villaġġ kien aċċessibbli biss bil-baħar, jew permezz tal-bgħula li jgħaddu minn passaġġi li kienu jgħaqqdu villaġġ ma’ ieħor fiċ-Cinque Terre kif

ukoll ma’ Via Roma, it-triq prinċipali li taqqad l-Italja kollha ma’ Ruma. Dawn il-passaġġi tal-bhejjem kienu jkunu mantnuti u użati għal sekli sħaħ u llum jipprovdu passaġġ għal dawk li jħobbu jimxu b’dehra aktar intima tal-baħar iħabbat maċ-Cinque Terre. Din iz-zona hija parti mill-park nazzjonali u hi kkunsidrata bħala zona protetta. F’din il-belt jispikkaw ukoll ilkastell, b’parti minnu mwaqqgħa, il-knisja parrokkjali kif ukoll wieħed isib il-kampnar Medjevali forma ta’ torri kwadru.

Industrija oħra attiva hija dik tas-sajd, u xeni bħal dawn huma komuni f’dawn l-inħawi

Il-kastell Aurora li jifred il-parti l-antika tal-belt minn dik il-ġdida, u li fl-imgħoddi kien jagħmel parti mis-sistema ta’ difiża

L-istatwa ta’ ġgant li tirrappreżenta lil Nettunu (Alla tal-Baħar) magħmula mill-konkos mibnija qrib terrazzin ta’ waħda mill-vilel

L-industrija taż-żebbuġ hija fost l-aktar magħrufa bħalma hija wkoll l-industrija tal-lumi… prodotti naturali tal-post imfittxija ħafna mit-turisti


30

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Kultura

Toni Busuttil bħala d-Dama fil-Pantomima tal-Milied GĦAT-TIELET SENA KONSEKUTTIVA...

Il-kumpanija Teatru Rjal bħalissa għaddejja bil-preparamenti tagħha għall-istaġun li ġej fejn qed tpoġġi l-enerġija kollha tagħha fuq ilpantomima annwali li ssir fl-Istitut Kattoliku fejn dis-sena jmiss żewġ karattri ferm popolari... Sindyrella u l-Bestja, fejn wieħed irid jiskopri kif Sindyrella sabet ruħha bil-Palazz tal-Bestja. Ukoll wieħed irid jara kif jidħlu fl-istorja lPastur, Rapunzell u s-Sleeping Beauty flimkien ma’ karattri oħra, li flmkien joffru attività ta’ divertiment għall-familja kollha. Il-parti tad-Dama Kondita hija fdata għat-tielet sena konsekuttiva f’idejn l-attur bravu Toni Busuttil li żgur ma għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni. Miegħu għandu kast ta’ atturi stabbiliti bħal Snits bħala l-Fairy, Ina Robinich, Brian Farrugia, Simon Curmi, Janvil, Neville Refalo, Julie Pomorski, Laura Bruno, Pawlu Bonello, Franky Borg, Alan Falzon, Bernice Darmanin u oħrajn. Il-band tkun live taħt id-direzzjoni ta’ Abigail Brown b’arranġamenti mużikali ta’ Joe Brown. Il-koreografija ġiet fdata lil Kinetic Dance Studio b’koreografija ta’ Clayton Mifsud u Daphny Gatt mela darba kien hemm... Sindyrella u lBestja għandu script oriġinali ta’ Brian Farrugia b’direzzjoni ta’ Ray Abdilla bil-produzzjoni bħas-soltu tkun ta’ Pawlu Testa.

Uħud mill-mużiċisti fl-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-UE

Rappreżentazzjoni bi prezz speċjali Se ssir rappreżentazzjoni l-Ħadd 21 ta’ Diċembru fl-10am bi prezz verament speċjali ta’ €12.50 / €11.50 isfel u €8.50/10.50 gallarija b’rappreżentazzjoni oħra fl-istess ġurnata fl4.00pm. Bħas-soltu r-rappreżentazzjonijiet kollha se jsiru fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, u jkomplu kif ġej: f’Diċembru: Il-Ġimgħa 26 (Boxing Day) fis-2.30pm u 7.30pm, is-Sibt 27 fis-7.00pm, il-Ħadd 28 fis-2.00 u 6.30pm u itTnejn 29 fis-7.30pm. F’Jannar isiru dawn ir-rappreżentazzjonijiet: il-Ġimgħa 2 fis 7.30pm, isSibt 3 fis-7.00pm, u l-Ħadd 4 fis-6.30pm, Booking jinsab miftuħ u biljetti jistgħu jinkisbu mingħand Pawlu Testa Travel: 21223340 / 99476468, Booking Office Istitut Kattoliku PM: 21238429, Bar tal-Istitut Kattoliku: AM u PM. 21242551, Carmen Azzopardi tar-Rabat: 21454836 u Tereza Bazaar ta’ Ħaż-Żabbar: 21662968. Għal aktar informazzjoni u biex wieħed jibbukkja online jista’ jidħol kemm fuq il-websajt uffiċjali tal-kumpanija Teatru Rjal kif ukoll dik tat-teatru tal-Istitut Kattoliku www.kumpanijateatrurjal.com u www.istitutkattoliku.com.

L-attur komiku Toni Busuttil, li għal sena oħra se jkun qed jinterpreta l-parti prinċipali tad-Dama fil-pantomima tal-Milied li ssir fitteatru tal-Istitut Kattoliku, fil-Furjana

Applikazzjonijiet għal mal-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea L-applikazzjonijiet għall-auditions għallOrkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2015/16 huma miftuħin. Din lorkestra, magħmula minn mużiċisti żgħażagħ mit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, titqies bħala waħda mill-aktar orkestri prestiġjużi fid-dinja. Organizzati mill-Kunsill Malti għall-Arti, ilmasterclasses u l-auditions ta’ din is-sena se jsiru mid-direttur tal-provi tal-EUYO Peter Stark fl-14 u l-15 ta’ Diċembru rispettivament fis-Sala Robert Samut il-Furjana. Dawn ikunu bla ħlas. Dawk il-mużiċisti Maltin li laħqu l-Grade 8 flistudji tagħhom u li għandhom bejn 14 u 24 sena (fil-31 ta’ Diċembru 2014) huma mħeġġin biex japplikaw għall-auditions tal-EUYO. Inti tista’ tkun parti mill-EUYO għat-tours tagħhom tas-sajf 2015 u r-rebbiegħa 2016! Eluf ta’ studenti ta’ bejn l-14 u l-24 sena mit28 stat membru tal-UE jagħmlu l-auditions kull sena biex jissieħbu ma’ din l-orkestra. Dawk li daqqew mal-EUYO komplew il-karriera tagħhom ma’ ħafna mill-aqwa orkestri tad-dinja

u oħrajn saru solisti, diretturi tal-orkestra, kompożituri, u għalliema tal-mużika. L-EUYO tikkonsisti f’130 mużiċist mit-28 stat membru tal-EU. L-ewwel kunċert tal-EUYO f’Malta sar bħala parti mill-Malta Arts Festival fis-sajf 2013. Issena l-oħra, Nadine Galea minn Malta ffurmat parti mill-EUYO. Il-patruni ta’ din l-Orkestra huma l-kapijiet tal-istat u tal-gvernijiet tat-28 stat membru talUE. L-EUYO hi ffinanzjata mill-programm Kultura tal-UE u mill-gvernijiet tat-28 membru tal-Unjoni Ewropea. Jekk taћseb li gћandek il-ћiliet meћtieġa biex iddoqq ma’ din l-orkestra, ikkuntattja lil Elaine Falzon fuq elaine.a.falzon@maltaculture.com jew fuq 2339 7000 jew żur www.maltaculture.com għall-formoli talapplikazzjoni u għal aktar tagħrif. Aktar tagħrif jinkiseb mis-sit tal-EUYO www.euyo.org.uk. Liskadenza hija t-28 ta’ Novembru 2014 waqt ilħinijiet tal-uffiċċju.

MUSICAL F’GĦAWDEX. Ir-rappreżentazzjoni teatrali ‘IMĦABBA TA’ VERU: KJARA U FRANĠISKU, IL-MUSICAL’ li qed tittella’ fl-Oratorju Don Bosco t’Għawdex, se ssir għall-aħħar darba llum il-Ħadd fis-2.30pm (matineè show). Dan il-musical hu bażat fuq episodji mill-ħajja u fuq il-kitbiet ta’ San Franġisk u Santa Kjara. Biljetti jinkisbu mill-bieb tad-dħul qabel ir-rappreżentazzjoni jew inkella tista’ tirriserva l-postijiet billi ċċempel dalgħodu 21556616 jew 99487751. Fir-ritratti ta’ fuq jidhru żewġ xeni minn din ir-rappreżentazzjoni mużikali.


Il-kura tal-għajnejn

31

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Saħħa

L-għajn hi organu mill-aktar sofistikat u l-vista tagħna hi fost l-aktar kumplessi fost il-ħlejjaq. Nistgħu naraw oġġetti jgħaġġlu u mill-viċin kapaċi naraw f’ħafna dettall. L-għajnejn kapaċi jaġġustaw għad-dawl, ilmoviment u d-distanza. Ħafna drabi, il-vista tegħleb lis-sensi l-oħra minħabba l-ammont kbir ta’ informazzjoni dwar dak kollu li jkun hemm madwarna. L-għajn taħdem bħal kamera tal-vidjo sofistikata li tiffoka d-dawl millaffarijiet ta’ madwarna u tipproġettahom fuq ir-retina li tinsab fuq wara tal-għajn. Minn hawn, dawn limmaġnijiet jinbidlu f’sinjali elettriċi li jitwasslu fil-moħħ permezz ta’ nerv magħruf bħala optical nerve. Dawn jitwasslu fi tliet kuluri primarji – l-aħmar, l-aħdar u l-blu – li flimkien iġegħluna naraw miljuni ta’ kuluri differenti. Fil-fatt, il-vista ma tiddependix biss mill-għajnejn iżda wkoll minn proċess kumpless ġewwa lmoħħ li jlaqqa’ l-informazzjoni malgħajnejn biex jagħtina stampa tridimensjonali. Minħabba l-fatt li l-għajn hi organu daqshekk kumpless, huwa faċli li jkun hemm il-problemi. Ħafna minn dawn mhumiex serji iżda oħrajn jistgħu

jagħmlu l-ħsara u anki jnaqqsu jew itellfu l-vista kompletament. Dawn il-kundizzjonijiet ivarjaw minn conjunctivitis, ulċeri fil-kornea, katarretti, glawkoma u retinal detachments. Conjunctivitis hija infezzjoni fl-għajn u ħafna drabi tkun ġejja mill-arja jew minn xi ilma ta’ xi bir jew ilma kontaminat. Jekk il-conjunctivits ma tiġix trattata, taf twassal biex persuna titlef id-dawl ta’ għajnejha. Il-katarretti normalment inaqqsu mill-vista u wieħed li jkollu l-katarretti jkollu bżonn intervent biex jitneħħew u titpoġġa lenti sabiex il-persuna terġa’ tiġi tara sew. Dil-kundizzjoni tolqot l-iktar lil persuni anzjani u toħloq inkonvenjent għax wieħed jibda jara mċajpar u tibda tisfukalu l-vista. Il-glawkoma hija pressjoni fl-għajnejn, speċi ta’ fluid li normalment jgħaddi b’mod normali imma għal min ikollu din il-kundizzjoni, dan ilfluid jibda joħloq pressjoni fl-għajn, u f’każi gravi wkoll ikollu jsir intervent. Dan l-aħħar, f’dawn il-każi qed issir operazzjoni, u jiddaħħal tubu li jservi ta’ drain biex joħroġ dan ilfluid. Għall-kuntrarju ta’ x’jaħsbu ħafna, ilglawkoma mhix relatata mal-pressjoni

għolja, għaliex pjuttost jekk persuna tbati bi pressjoni baxxa tista’ tbati b’din il-kundizzjoni. Ir-retinal detachment tista’ tiġi minn xi trawma bħal xi inċident, daqqa ta’ xi ħaġa fuq l-għajn jew b’xi tqandil żejjed. Jista’ wkoll ikun hemm detachment mingħajr ma jkun hemm l-ebda inċident. Fortunatament, dawk il-problemi li ħafna drabi kienu jwasslu għat-telf taddawl, bl-avvanzi li saru fil-mediċina

llum jistgħu jitfejqu jekk jinqabdu minn kmieni, eżempju l-kundizzjoni talkatarretti li llum b’operazzjoni ta’ 30 minuta jitneħħew u titpoġġa lenti artifiċjali. Il-vista tal-pazjent titjieb sostanzjalment u r-riżultat ikun immedjat. Il-funzjoni tal-kpiepel tal-għajnejn hija li jilqgħu l-oġġetti biex ma jidħlux ġol-għajn u s-sistema li tipproduċi ddmugħ hi mezz li jillubrika l-għajn u jipprevjeni l-infezzjonijiet.

Huwa importanti li minn żmien għal żmien issir viżta għand l-oftalmologu, l-ispeċjalista tal-għajnejn. Ħafna mill-kundizzjonijiet li semmejna iktar ’il fuq ma jagħtux sintomi u jistgħu jinqabdu biss meta ssir viżta. Huwa importanti li min ikollu nuqqas ta’ vista, ma jarax tajjeb mill-bogħod jew mill-viċin, iżur lill-oftalmologu mill-inqas darba f’sentejn biex jara jekk il-vista tiegħu baqgħetx stabbli. Ħafna li b’xi mod idejjaqhom in-nuċċali jistgħu jikkoreġu l-vista tagħhom permezz tal-laser, f’intervent li jieħu ftit minuti.

Fit-tfal, normalment, jekk ma jkunx hemm xi problemi li l-għajnejn iridu jkunu ċċekkjati qabel, tajjeb li ssir vista meta jkollhom tliet snin. Ħafna jindunaw l-ewwel darba li t-tfal għandhom problema li ma jarawx tajjeb millbogħod, meta jmorru l-ewwel darba liskola u jiġu d-dar jgħidu li ma jistgħux jaraw il-white board sew. Bħal dejjem, nisħqu li l-prevenzjoni aħjar mill-kura u huwa rakkomandat li wieħed jagħmel eżamijiet regolari, speċjalment għal min għandu 40 sena jew aktar.

L-importanza ta’ żjarat għand l-oftalmologu


32

‘L-Istorja tal-Innu Malti’ Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Kotba

Ktieb ġdid ta’ Oliver Friggieri

Il-konklużjoni ta’ Oliver Friggieri hi li l-innu jinkludi t-tliet komponenti ewlenin tal-identità nazzjonali Maltija: Tradizzjoni Kristjana, Lingwa Semitika, Kultura Ewropea

Klabb Kotba Maltin għadu kemm ippubblika ktieb ġdid ta’ Oliver Friggieri, L-Istorja tal-Innu Malti – Kif Sar u xi Jfisser, riċerka dwar x’wassal biex l-innu nazzjonali ta’ Malta kien kompost fl-1922. It-Tabib Robert Samut kiteb il-motiv mużikali, u Dun Karm ħoloq il-versi. Mro Paul Nani hu mogħti wkoll ir-rikonoxximent xieraq minħabba li huwa kiteb l-armonizzazzjoni u għen biex l-innu jixtered. Mro Vincenzo Ciappara adatta l-innu għall-banda meta lKings’ Own Band Club daqqitu għall-ewwel darba. Ir-riċerka kollha li l-Professur Oliver Friggieri ilu snin jagħmel dwar l-Innu Malti hi mqiegħda fl-ambjent politiku tas-snin għoxrin, u l-innu huwa interpretat fid-dawl tal-konflitt bejn Nerik Mizzi, Willie Savona u Gerald Strickland, u dan jispjega għala Dun Karm kiteb innu f’forma ta’ talba għall-għaqda u għall-paċi. Dawn huma xi aspetti li huma ttrattati fid-dettall f’L-Istorja tal-Innu Malti – Kif Sar u xi jfisser: Robert Samut, Albert V. Laferla u Dun Karm; il-kollaborazzjoni bejn Dun Karm u lPrim Ministri Joseph Howard u Francesco Buhagiar; l-okkażjoni li wasslet biex fl-1922 inkiteb l-Innu Malti; is-sehem tal-Malta Union of Teachers fl-ewwel għarfien tal-Innu; irrikonoxximent uffiċjali fil-Parlament fl-1941; linċident waqt il-logħba futbol bejn il-Ħajduks u Malta meta l-Innu Malti ma tkantax flimkien mal-God Save Ingliż u l-innu Jugoslav. Wieħed mill-aspetti l-aktar interessanti talktieb hu l-pubblikazzjoni għall-ewwel darba ta’

verżjoni oriġinali, bikrija tal-kliem ta’ Dun Karm, li hi differenti ħafna mill-verżjoni magħrufa. Il-verżjoni bikrija kienet miktuba fil-25 ta’ Novembru 1922, waqt li l-innu kien ippreżentat fil-pubbiku għall-ewwel darba, f’verżjoni differenti, xahar wara. L-aħħar parti tal-ktieb fiha analiżi dettaljata tal-innu kelma b’kelma. Riferimenti Bibliċi u politiċi huma analizzati fit-tul, u l-kelmiet jaħkimha, ħniena u sid huma spjegati skont diversi aspetti. Il-konklużjoni ta’ Oliver Friggieri hi li l-innu jinkludi t-tliet komponenti ewlenin tal-identità nazzjonali Maltija: Tradizzjoni Kristjana, Lingwa Semitika, Kultura Ewropea. Hemm interpretazzjoni wkoll tal-fatt li fl-eqqel tal-Kwistjoni tal-Lingwa bejn itTaljan u l-Ingliż, Dun Karm ħareġ b’innu li hu magħmul kollu kemm hu minn kliem ta’ nisel Semitiku. L-Istorja tal-Innu Malti – Kif Sar u xi Jfisser (in-numru 262 fis-sensiela tal-Klabb Kotba Maltin) għandu ħafna illustrazzjonijiet li kważi kollha qegħdin ikunu ppubblikati għall-ewwel darba, u qabelxejn il-manuskitt tal-kliem oriġinali. Fl-appendiċi hemm inklużi d-diskorsi ta’ natura nazzjonali li, ftit wara l-innu, Dun Karm kiteb fuq talba tal-Prim Ministri Joseph Howard u Francesco Buhagiar. Il-Professur Oliver Friggieri huwa l-awtur ta’ numru kbir ta’ kotba, li aktar minn sittin minnhom ġew ippubblikati f’diversi pajjiżi barranin. Huwa ppubblika diversi artikli f’rivisti akkademiċi internazzjonali. Huwa jikteb bilMalti, bit-Taljan u bl-Ingliż.

Ktieb dwar tifel abbużat Irma, It-Tifel li Ħadd ma Ħabb, Malta 2014; pp. 288, ISBN: 978-99957-0-751-4

Wara s-suċċess tal-ktieb Maħruqa Ħajja, maqlub għall-Malti minn IRMA, issa għandna lktieb It-Tifel li Ħadd ma Ħabb, traduzzjoni oħra għall-Malti tal-istess awtriċi. Din hi storja oħra vera ta’ abbuż, ta’ qsim il-qalb, ta’ abbandun, u ta’ tradiment. Storja ta’ tifel ta’ ħames snin li ma kienx ġie emmnut mill-awtoritajiet konċernati; ħasbu li kulma kien qiegħed jgħid kien fantasija ta’ moħħu. Casey Watson, li qed tirrakkonta l-istorja, hija l-aħħar foster carer li kellu Justin; it-tifel ikkonċernat. Din l-istorja hija rakkont fl-ewwel persuna, miktuba b’sempliċità u mingħajr tlellix. Storja li fiha ħafna x’tomgħod. Partijiet minnha jbikkmuk. Hija storja li tittratta l-issue taħraq li għaddejja bħalissa fil-pajjiżi ta’ madwarna u f’pajjiżi fil-bogħod, kif ukoll f’Malta: l-abbuż tat-tfal. Casey ħalfet li ma setgħetx tħalli lil dan ittifel jgħaddi minn id għal id għal id – għaliex ħadd ma seta’ jsib tarfu – mingħajr ma tagħmel xejn. Allura, flimkien ma’ żewġha Mike, tintefa’ b’ruħha u b’ġisimha, tirfes kallu wara lieħor, biex forsi jirnexxilha tiskopri għaliex dan it-tifel kien qiegħed iġib ruħu b’dan il-mod ribelluż. Jirnexxilha? Minn xiex kellha tagħddi? X’kellha tagħmel? Kienet missjoni faċli? X’kien hemm mistur? Illum il-ġurnata dan it-tifel għandu madwar 28 sena. Wasal fejn kellu jasal? Jekk wasal minn xiex kellu jgħaddi biex wasal? L-abbuż, l-abbandun, iċ-ċaħda, mhumiex faċli

li wieħed jegħlibhom. Imma l-għajnuna sinċiera u l-mezzi ta’ terapija professjonali li għandna llum, dejjem jistgħu jgħinu biex itaffu xi ftit mit-trawma. Il-ktieb huwa rikkmandat għal qarrejja maturi minħabba s-suġġett ittrattat u ċertu lingwaġġ li l-qarrej jista’ jsib offensiv. Il-ktieb jinsab għall-bejgħ mingħand Book Distributors Ltd ta’ Triq Giorgio Preca, San Ġwann (Tel: 2138 0351/2) u mill-ħwienet talkotba ewlenin f’Malta u Għawdex.


Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Kotba

L-aktar antoloġija reċenti ta’ Mario Azzopardi

EPISTOLI MID-DEŻERT

Ippubblikata minn Horizons għall-Festival tal-Ktieb 2014, Epistoli mid-Deert hi ġabra ta’ poeżiji u poeproża li turi l-istil tardiv (late style) ta’ Mario Azzopardi, li llum għandu sebgħin sena. B’danakollu l-poeta, li ta’ spiss kien attakkat għal-kontenut provokatorju tiegħu filkonfront tas-siti tal-poter, ma jidhirx li tilef mill-enerġija tiegħu. Dak li hemm l-aktar ġdid hu li issa, Azzopardi daħal f’burdata ta’ riflessjoni. Il-professur Charles Briffa jara saħansitra fit-titlu tal-antoloġija referenza ‘profetika’. Fil-fatt, hemm min isostni li minkejja l-fama notorja tiegħu bħala awtur-ribell, lispiritwalità f’Azzopardi qatt ma kienet nieqsa, kif urew antoloġiji importanti bħal Monokordi (1982).

Fl-aħħar tliet antoloġiji tiegħu, Mario Azzopardi kien qed jesperimenti bi stil ġdid li hu jsejjaħ poesaġġi, stil post-modern u intertestwali li juri inventiva fluwida u organika ħafna. Hu b’wieħed minn dawk il-kotba (Il-Fabbrikant talMarjunetti) li s-sena li għaddiet Azzopardi rebaħ ilPremju Nazzjonali tal-Ktieb għat-Taqsima tal-Poeżija. F‘Epistoli, Azzopardi jgħaqqad flimkien elementi ‘reliġjużi’, riformisti, poltiċi u kulturali. It-tendenza tibqa’ provokatorja u toffri aktar skop għall-analiżi ta’ awtur li studjawh eluf ta’ studenti fliskejjel sekondarji u flUniversità. Kritiċi bħal Oliver Friggieri, Charles Briffa, Peter Serracino Inglott u Giuseppe Schembri

Ġabra ta’ novelli ġodda ta’ Rita Saliba ‘Satin’ – Pubblikazzjoni Horizons 2014 ‘Satin’ huwa ġabra ta’ novella ta’ Rita Saliba, ktieb ġdid li għadu kemm ġie ppubblikat minn Horizons. Din il-ġabra ta’ stejjer tlaqqagħna ma’ karattri li joħolmu. Missier Margerita kien jgħidilha li jekk taqbad il-qtar talilma, dawn jafu jsiru djamanti f’idejha. Naqraw dwar komunikazzjoni unika ta’ Monica meta qatgħetha li tmur tkellem lill-ġar, li l-istorbju u l-inbix min-naħa tiegħu, l-aktar mindu mietet martu Rose, kien qed jirvinalha ħajjitha.

Niltaqgħu mas-sorpriżi li ġabet magħha mill-Greċja z-zija ta’ Cora... u l-kant stramb li kienet tkanta meta tidħol tinħasel tard billejl... kant li lil Cora kien ifakkarha fis-sireni ta’ Ulisse. F’dawn l-istejjer hawn il-qawwa selvaġġa tar-riefnu u t-tmellis ħelu ta’ żiffa riħ. Hawn stejjer ta’ ħaddieħor, rakkonti ta’ wġigħ u diżappunti fl-imħabba, relazzjonijiet u sitwazzjonijiet strambi. Niltaqgħu ma’ min jixtieq jippreserva mħabbtu billi jaqfilha b’katnazz. Il-

Bonaci dejjem taw attenzjoni partikolari lil dan l-awtur li dejjem kien fuq l-avangwardja Ewropea tal-letteratura Maltija. Azzopardi dam 38 sena involut fil-qasam kulturali u edukattiv, kemm bħala għalliem tal-arti, teatrologu u direttur ta’ oqsma kulturali, bħal proġetti ta’ teatru komunitarju b’assoċjazzjoni ma’ diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. fosthom l-Italja, ilGreċja, Franza, l-Ingilterra, ilĠermanja, il-Polonja, ilBulgarija, il-Litwanja, ilLatvja u d-Danimarka. EPISTOLI MID-DEŻERT jinsab għall-bejgħ mill-istand ta’ Horizons waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Dar ilMediterran illum il-Ħadd, u mbagħad minn ħwienet ewlenin tal-kotba.

biżgħat tat-tfulija jintisġu ma’ rakkonti ta’ pupi u anġli nkejjużi. Ħafna stejjer fihom laqta umoristika u oħrajn jispiċċaw b’sorpriża. L-istejjer miġbura fihom sfumaturi ta’ ġrajjiet awtentiċi: għalkemm waqtiet juruk dak li jleqq, ħafna drabi jiżvelaw minn taħt dak li huwa matt u aħrax... bħal biċċa drapp tas-satin. Satin jinsab għall-bejgħ minn Horizons, BDL u mill-ħwienet talkotba.

Minn Fomm il-Kittieb L-ewwel volum ta’ Patrick Sammut Il-qarrej jiltaqa’ wiċċ imb wiċċ ma’ aktar minn kittieb u poeta Malti, parti kbira minnhom għadhom jiktbu filpreżent. Kif bdew jiktbu? Fejn għexu fl-imgħoddi, x’jiftakru minn dan, x’ħalla l-ikbar marka fuqhom, u fejn jgħixu llum? Min huma dawk il-kittieba li qed jiktbu lil hinn minn xtutna? Liema huma l-ħwejjeġ li jispirawhom biex jiktbu? X’jagħmlu bħala xogħol u kif jgħaddu l-ħin ħieles tagħhom? X’jaħsbu dwar kwistjonijiet kontemporanji partikolari? L-intervistatur fi djalogu informali

33

mal-intervistat jikxef dan kollu. • Pawlu Aquilina • Anton F. Attard • Joe M. Attard • Mario Attard • Emmanuel Attard Cassar • Joe AxiaQ • Carmel Azzopardi • Mario Azzopardi • Jonathan Balzan • Rena Balzan • Joe Bartolo • Charles Bezzina • Ġorġ Borg • Paul P. Borg • Roderick (Rigu) Bovingdon • Charles Briffa • Lina Brockdorff • Rev. Mons. Amante Buontempo • Amanda Busuttil • Stephen Cachia • Joe Camilleri • Peter A. Caruana • Charles Casha • Manuel Casha • Manwel Cassar • Carmel G.

Cauchi • Ġużè Chetcuti • Fr Paul Chetcuti S.J. • Fr Anthony Chircop O.F.M. • Ġanninu Cremona • Giovanni Curmi • Ileana Curmi • Tony C. Cutajar • Charles Dalli • Lou Drofenik • Godwin Ellul • Leanne Ellul • Noel Fabri • Anthony Farrugia • Stefano Farrugia • Victor Fenech • Charles Flores • Joe Friggieri • Oliver Friggieri • Francis Galea • Anton Grasso • Alfred Grech • Lino Grech • Raymond Grech • Sergio Grech • Maria Grech Ganado • Adrian Grima • Mario Griscti.



35

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Mużika

Il-passaġġ għall-Vjenna Noel D’Anastas ndanastas@gmail.com

MALTA EUROVISION SONG CONTEST

L-edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest (MESC) li minnu l-kanzunetta rebbieħa se tirrappreżenta lil Malta fi Vjenna f’Mejju li ġej, se jara l-appuntament tiegħu għal tmiem din il-ġimgħa meta nhar il-Ġimgħa li ġej jilqa’ l20 kanzunetta li għaddew għall-finali li minhom iridu jintgħażlu l-aħjar 14 għallgran-finali tas-Sibt, 22 ta’ Novembru 2014. Fix-Ship Building tal-Marsa, propju fuq l-istess palk grandjuż ta’ madwar 28 metru wiesgħa armat b’508 metri kwadru ta’ LED Screens u aspetti oħra ta’ mekkaniżmu għalleffetti spettakulari li ntuża filjumejn li għaddew bħala lpjattaforma internazzjonali flispettaklu tal-Eurovision talminuri bis-sehem ta’ Federica Falzon u l-mistiedna Gaia Cauchi, rebbieħa tal-edizzjoni tas-sena l-oħra, jilqa’ l-ispettaklu mistenni tal-MESC li għall-kuntrarju tas-snin preċi-

denti, din is-sena se jinżamm ferm aktar kmieni mis-soltu minflok fl-ewwel jiem ta’ Frar biex b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż żejda fl-organizzazzjoni u l-loġistika. F’din l-edizzjoni, fost l-20 parteċipant hemm jikkompetu tliet rebbieħa tal-passat, Ludwig Galea (Istanbul, 2004), Glen Vella (Dusseldorf, 2011) u Gianluca Bezzina (Malmo, 2013). Il-lista tinkludi wkoll erba’ wċuħ ġodda – Karen Debattista, rebbieħa talaħħar edizzjoni tal-festival ‘LGħanja tal-Poplu’, Iona Dalli, Minik u Lyndsay Pace, kif ukoll il-grupp Ekklesia ffurmat minn sorijiet tal-Ursolini, ilkumpless li tant ġibed simpatija s’issa. Wara xhur sħaħ ta’ impenn fl-organizzazzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest millPBS, il-MESC qisu ngħata kemxejn il-ġenb, iżda bla dubju, matul din il-ġimgħa linteress se jkun iffukat kollu

Single ġdida minn Footprints Echoes of Praise hija laktar single kurrenti millband lokali li ddoqq mużika rock Kristjana, Footprints. Din is-single, it-tielet waħda mill-album ‘777’ li kien inħareġ fl-2011, hija miktuba minn Hilary Spiteri. Fl-2012, Footprints kienu ħarġu s-single So Long segwita minn Stick No Bills li ħarġuha sena wara. Echoes of Praise,

bħal ta’ qabilha, hija parti millkampanja ‘Stick No Bills’ li involviet l-Aġenzija Sedqa u lAġenzija Żgħażagħ. Footprints qed jaħdmu fuq materjal ġdid għall-album li mistenni joħorġu kmieni ssena ddieħla. Ftit tal-jiem ilu, Footprints kien wieħed mill-bands li daqqew fiċ-Ċentru Parrokkjali f’Ħ’Attard. Ara www.footprints4christ.com.

kemm hu fuq dan il-manifest li għal ħafna kantanti, kompożituri u awturi, inċidentalment ifisser il-qofol tal-karriera. Jidher ukoll li dawn iż-żewġ manifesti internazzjonali warrbu wkoll il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija li sena ilu kien irritorna wara waqfien ta’ tant snin. Ma nistax nifhem kif bosta qed iqisu dan il-festival bħala l-MESC 2014 u mhux 2015. L-edizzjoni tal-MESC 2014 kien seħħ fi Frar li għadda u minnu ħareġ rebbieħ Firelight b’Coming Home li wkoll se jkunu fost il-mistiedna. Intant, ir-rebbieħa fl-aħħar Eurovision Song Contest, Conchita Wurst, se tkun fostna bħala waħda mill-mistiedna speċjali fil-gran finali tas-Sibt. Minn hawn nawgura minn issa suċċess lill-parteċipanti kollha, l-organizzaturi u dawk kollha li qed jaħdmu minn wara l-kwinti.

L-ordni li se jitkantaw il-kanzunetti fis-serata ta’ nhar il-Ġimgħa li minhom iridu jgħaddu 14-il kanzunetta għall-gran-finali tas-Sibt

1. 2. 3. 4. 5. 6. 7. 8. 9. 10. 11. 12. 13. 14. 15. 16. 17. 18. 19. 20.

Home – Lyndsay Could have been me – Iona Dalli Still Here – Franklin Rush – Christabelle Fandango – Jessika Closed Doors – Chris Grech 12, Baker Street – Karen Debattista Something in the way – Daniel Testa Breakaway – Glen Vella Stop haunting me – Raquel Take me as I am – Domenique The one that you love – Lawrence Grey It’s Ok – Deborah C Close your eyes – Danica Secretly – Corazon Beautiful to me – L-Aħwa Warrior – Amber Chasing a dream – Trilogy Once in a while – Dominic Love & let go – Ekklesia Sisters


Interstellar (KRS – PG) 36

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Ċinema

Għalkemm mhux eżattament il-film li l-bidu tiegħu jġiegħlek tistenna, dan iżommok, avolja daqsxejn twil iżżejjed, kważi tliet sigħat. Fil-fatt, fil-bidu jibda jesplora l-intriċċi f’familja mingħajr omm, u r-relazzjoni bejn il-missier u wliedu, kif ukoll issopravivenza tal-umanità. Cooper (Matthew McConaughey) jkun xjenzjat fil-qasam tar-rockets f’Amerika tal-ġejjieni, fejn ikun aktar siewi u importanti li wieħed ikun bidwi, minħabba li r-riżorsi talikel fid-dinja jkunu qed jispiċċaw. Imma hu xorta waħda jibqa’ jesperimenta fit-teknoloġija, filwaqt li qed jaħdem fir-razzett tal-qamħ tiegħu. Flimkien ma’ bintu Murph (Foy MacKenzie) isib anomalija fil-gravità li twassalhom biex jikxfu proġett sigriet tan-NASA, immexxi minn xjenzjat (Michael Caine) u bintu Amelia (Anne Hathway), li kellu bħala skop li, appuntu, isibu soluzzjoni, anzi, alternattiva, għall-pjaneta tagħna li qed ‘tmut’. Cooper allura jispiċċa jivvjaġġa biex jesplora galassji u pjaneti ferm ’il bogħod minna, filwaqt li jħalli lil bintu biex tkompli r-riċerka. L-ewwel nofs tal-film hu miżgħud b’intriċċi, taħt direzzjoni soda, imwassal minn interpretazzjonijiet tajbin, biex imbagħad insegwu l-vjaġġ twil is-snin mal-ekwipaġġ li jinkludi lil Amelia wkoll, u li fih ma jonqsux mumenti drammatiċi (b’effetti speċjali tajbin) u sorpriżi.

The Imitation Game

L-interpretazzjonijiet konvinċenti “jlaħħmu” ferm l-iskript ta’ dan il-film li mhux ikkumplikat daqskemm l-istruttura ta’ sigrieti f’sigrieti tiegħu ġġiegħlek taħseb. Ibbażat fuq dokumenti li qabel ma setgħux jiġu ppubblikati, il-film iżommok bir-rakkont ta’ kif matematiċi Ingliżi kien irnexxielhom jiddeċifraw il-kodiċi Nażista ‘Enigma’ li bih il-Ġermaniżi kienu jaħbu l-pjanijiet ta’ attakki fuq bastimenti u vapuri tal-passiġġieri Alleati. Il-film hu wkoll bijografija tal-moħħ wara dik l-iskoperta li dawret l-iżvilupp tal-aħħar gwerra dinjija favur l-Alleati: Alan Turing. Il-parti tiegħu hi maħduma mill-bravu Benedict Cumberbatch. Narawh l-ewwel darba meta fl-1939 il-professur tal-matematika jiġi konvint jieħu sehem f’operazzjoni sigrieta tas-servizz sigriet MI6, biex jiġi deċifrat l-‘Enigma’. Apparti l-appoġġ u l-għajnuna tal-kollega Joan (Keira Knightley), li magħha jkollu relazzjoni kurjuża (hu jkun jaħbi li hu omosesswali, fi żmien meta dan kien illegali), Alan kien jaħdem waħdu fuq magna ġdida, li antiċipat il-kompjuter. Thriller li jżommok, u li ma setax jinħadem qabel, minħabba l-att dwar sigrieti tal-gwerra. Minħabba f’hekk ukoll, Turing dam ma kiseb ir-rikonoxximent mistħoqq fis-sehem tiegħu biex ingħelbu n-Nażisti.

Mr. Morgan’s Last Love

Minkejja l-isem tal-film, dan mhux eżattament rumanz ta’ mħabba: huwa aktar dwar ir-relazzjonijiet umani mistura li jibdlu l-kors tal-ħajja tal-persuna. F’Pariġi, l-Amerikan Matthew (Michael Caine) għadu ma rkuprax mill-mewt ta’ martu minkejja li għaddew tliet snin. Jum wieħed fuq xarabank jiltaqa’ ma’ Pauline (Clemence Poesy) tfajla iżgħar minnu li tfakkru f’martu. U minħabba li hu jfakkar lil Pauline f’missierha, tiżviluppa ħbiberija onesta, ħajja u armonjuża li tista’ tieħu diversi direzzjonijiet. Dan kollu jħasseb lil ulied Matthew, Miles (Justin Kirk) u Karen (Gillian Anderson), li jaslu Pariġi wara li Matthew jipprova jwettaq suwiċidju. Hawn Pauline tirrealizza li lkwistjoni vera hi li Matthew qatt ma rrelata ma’ wliedu bħala missier. Filwaqt li Karen ma ddumx ma titlaq lura l-Amerika, Miles jibqa’ hemm biex jipprova jirranġa ma’ missieru u flistess ħin jifhem x’kien hemm verament bejn missieru u Pauline. Dan kollu jitwassal mir-reġista Sandra Nettelbeck b’ċerta diskrezzjoni, li tirrifjuta li tiddrammatizza żżejjed dak li qed iseħħ. Hawn tinstab kollaborazzjoni sħiħa mill-bravura tal-atturi, minn ta’ quddiem nett Caine.

(KRS – 12A)

(KRS – 12A)


37

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Media

Albert Spiteri af.spiteri@gmail.com Fil-paċi, imma... “Meta jħarsu lura, ħafna storiċi jqisu l-Kriżi tal-Missili f’Kuba (1962) bħala ż-żmien meta d-dinja kienet laktar qrib il-qirda tagħha b’attakk nukleari,” jgħid George Levlier-Jones f’waħda mill-podcasts mis-sensiela dwar il-Gwerra l-Bierda mis-sit, itshistorypodcasts.com. Il-Ħamis filgħaxija segwejna fuq isCNN iċ-ċaqliqiet militari li r-Russja tidher li qed tagħmel ’il ġewwa flUkrajna. Il-Kap tan-NATO, Jens Stoltenberg, ħeġġeġ lir-Russja biex ma tkomplix tavvanza. U min-naħa tiegħu, il-Ministeru tad-Difiża Russu ċaħad li r-Russja bagħtet xi truppi u armamenti fl-Ukrajna biex jgħinu lisseparatisti Russi hemmhekk. Fil-laqgħa li saret b’urġenza talKunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, l-Ambaxxatriċi Samantha Power akkużat lir-Russja li qiegħda toħloq kunflitt ġdid fl-Ewropa: “(IrRussja) titħaddet dwar il-paċi, imma tibqa’ tħeġġeġ għall-gwerra,” ikkummentat l-Ambaxxatriċi Amerikana nhar l-Erbgħa. Ftit jiem qabel, dak li darba kien kap tal-Unjoni Sovjetika, Mikhail Gorbachev, issuġġerixxa li bil-mod kif huma sejrin l-affarijiet, hemm ħjiel għat-tiġdid tal-Gwerra lBierda. Huwa akkuża lill-Punent – u fuq quddiem lill-Istati Uniti – li kien qed ikun ‘trijunfalista’ minn meta waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin u ntemmet iddominanza tas-Sovjetiċi fuq il-Lvant tal-Ewropa.

Cyberspace

Miżien ibbilanċjat Dawn l-akkużi ma jagħmlux ġid. Nafu li mid-dħul tar-Russja filKrimea – xi disa’ xhur ilu – ir-rapporti ekonomiċi u politiċi bejn il-Punent u r-Russja ma baqgħux hekk mif-

Salvu Felice Pace sfelicep@go.net.mt

Kummenti dwar websajts li żort

tuħin. Imma f’artiklu li ppubblikat ilFinancial Times nhar il-Ħamis – “Gorbachev hu żbaljat dwar Gwerra Bierda ġdida”, miktub minn Philip Stephens – tgħid li ma jistax ikun li jinbena ħajt kiesaħ bejn dawn iż-żewġ naħat: ‘Il-fatti ġeopolitiċi jitolbu li lPunent jibqa’ jagħmel in-negozju ma’ Putin.’ “Il-mexxej li mexxa t-taħlil talUnjoni Sovjetika hu żbaljat. IlGwerra l-Bierda kienet kuntest (tellieqa) globali bejn żewġ sistemi politiċi u ekonomiċi. Għal numru ta’ snin, id-dinja għexet fid-dell tal-awtodistruzzjoni nukleari. Fl-1989, il-komuniżmu ħareġ tellief. Id-dinja mhux se terġa’ lura għal dak l-istat,” jikteb Philip Stephens fl-artiklu tiegħu. “Żgur li jeżistu dawk in-nies li jħossu n-nostalġija għall-ħwejjeġ limgħoddija. Ma tafx, kulħadd ikun xi ftit nostalġiku għal żmien zgħożitu, għaż-żmien meta kien għadu qed jikber,” tgħid Anne Applebaum, lawtriċi ta’ ‘Iron Curtain: The Crushing of Eastern Europe’. “Aħna wasalna Berlin tard ħafna billejl, fl-10 ta’ Novembru, ġurnata wara l-waqgħa tal-Ħajt, u rajna quddiemna xena li llum inqisha stramba. Fuq it-televiżjoni kulħadd ra lfliexken tax-xampanja jinfetħu. U x’ħin wasalna aħna kien għad hemm ħafna nies u l-atmosfera kienet x’aktarx riġida. In-nies bdew jinku lillgwardji, li kienu għadhom hemm, u bdew jaqbżu għan-naħa l-oħra talĦajt, u l-gwardji jibagħtuhom lura. “U dan kien mument,” tkompli tgħid Anne Applebaum, “meta setgħet seħħet il-vjolenza, meta l-gwardji setgħu bdew jisparaw fuq in-nies. Illum aħna nafu li fil-Politburo kienu qed jitkellmu dwar din il-possibbiltà: ‘X’għandna nagħmlu b’dawn in-nies kollha? Ma jmissniex nikkunsidraw li nibdew nisparaw fuqhom?’ Dan kien Guanxi Din hija kelma b’lingwa Ċiniża li tfisser xibka jew konnessjoni. Tifsira itwal tirreferi għas-sapport jew kooperazzjoni bejn żewġ naħat jew aktar li jkunu mdaħħla f’xi biċċa negozju. L-għan prinċipali tal-guanxi hu li tnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju u ċċans ta’ diżappunt fil-proċess tannegozju. Fil-kultura tagħna nużaw espressjonijiet bħal ‘mhux dak li taf huwa importanti, iżda lil min taf.’ FiċĊina kollox jiddependi mill-Istat li ma jippermettix il-pluraliżmu politiku – ilPartit Komunista huwa l-istat. Ilguanxi tieħu sura ta’ tixħim permess mis-sistema burokratika. Jekk illum fiċ-Ċina hemm xi forom ta’ kapitaliżmu pprattikat, dan huwa dejjem taħt l-għajnejn tal-awtoritajiet ċentrali u speċjalisti dwar kif isir innegozju fiċ-Ċina jikkummentaw li l-

jum importanti, għaliex kien il-jum ta’ wara li seħħet il-waqgħa tal-Ħajt. U deċiżjoni ’l hawn jew ’l hemm riedet tittieħed,” tkompli bil-kumment tagħha Applebaum. Artikolista ieħor tal-Finanacial Times, Quentin Peel, jikkummenta dwar kemm il-waqgħa tal-Ħajt hi kwistjoni ta’ importanza immensa għall-Ġermanja. Dan il-ħajt kien ilkawża tal-firda bejn il-Ġermaniżi għaliex qasam il-familji u l-ħbieb. Lgħaqda bejn iż-żewġ naħat talĠermanja għadha forsi mhux-sħiħa sal-lum, huwa jgħid. “Għall-Ġermanja, dan hu mument importanti tassew. Huma ħamsa u għoxrin sena ta’ tibdil, ta’ għaqda, li ttrasformaw il-pajjiż u li għamluh mingħajr dubju l-potenza l-aktar qawwija fl-Unjoni Ewropea,” jgħid Stefan Wagstyl, il-Kap Korrispondent fil-Ġermanja għall-FT. “Il-waqgħa tal-Ħajt ġabet flimkien żewġ sistemi politiċi għal kollox differenti minn xulxin.” Imma l-Ġermaniżi għad għandhom diffikultà fuq kif flunifikazzjoni tal-pajjiż jgħaqqdu lekonomiji tagħhom.

Se nreġġgħu l-arloġġ lura? Terġa’ titkellem Applebaum: “Meta fl-1991 waqgħet l-Unjoni Sovjetika, kulħadd emmen li l-komuniżmu kien spiċċa, u allura anki ċertu mod ta’ ħsieb kien spiċċa. Imma fil-fatt sibna, u b’mod partikulari f’dawn l-aħħar xhur, li kien hemm grupp ta’ nies li bħal ma aċċettawx il-bidla – bħalma kienu l-uffiċjali tal-KGB, ngħidu aħna. Dawn kienu ddeterminati li ma jħallux ir-Russja tintegra mal-Punent. Jiġifieri l-mentalità ta’ dawn in-nies kienet anti-Punent u kienu jopponu kull forma ta’ globalizzazzjoni. “Illum, ir-Russja,” tkompli tgħid Anne Applebaum, “hi mmexxija minn grupp ta’ persuni li ma huma xejn favur is-sistema tal-Punent.” ‘kapitalisti’ rnexxew għax kienu jafu kif jużaw il-guanxi b’ċerta perfezzjoni. Għal aktar tagħrif żuru www.investopedia.com/terms/g/guanxi.asp

Iż-żgħir ma jiflaħx Is-sistema Komunista minn dejjem ħolqot soċjetà b’saff li jgawdi l-poter u l-privileġġi li jmorru miegħu. Dawn ilprivileġġi jitgawdew ukoll mill-familji u l-qraba ta’ min għandu l-poter f’idejh. Iżda l-maġġoranza tas-soċjetà taħt stat Komunista bħal dak fiċ-Ċina tgħix fil-miżerja. Ta’ kull sena eluf kbar ta’ ċittadini Ċiniżi jterrqu lejn Beijing biex iżuru l-musulew ta’ Mao Zedong. Għal ħafna minnhom din hija skuża biss, filfatt f’Beijing imorru f’xi kju li ma jispiċċa qatt biex jaraw jekk jistgħux jinqdew minn hemm għal xi bżonn, għax fil-villaġġi tagħhom ħadd ma

Mal-ħajt tal-firda, ukoll tista’ tiffjurixxi l-ħajja

Imma l-ħajt mhux se jerġa’ jitla’. Ilfatt li l-Ġermanja u l-pajjiżi l-oħra Ewropej huma magħqudin flimkien fl-Unjoni Ewropea għandu jkun garanzija biżżejjed biex ma nibżgħux li tista’ terġa’ ssir il-frida li kellna permezz tal-Ħajt sa ħamsa u għoxrin sena ilu. Il-Ġermaniżi huma sodisfatti bl-arranġament li għandhom, jgħid Stefan Wagstyl. Il-perseveranza hi l-qofol. Fit-tifkira li saret din il-ġimgħa biex tfakkret il-Waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin, Angela Merkel għaddiet messaġġ lill-udjenza tagħha: Il-ħolm jista’ jsir realtà... xejn m għandu jibqa’ kif ikun, ikunu xi jkunu l-ostakli li jkollna quddiemna. Philip Stevens fl-artiklu tiegħu jgħidilna: “Dan il-kliem iqanqal; imma jista’ jaħdem biss jekk ilmexxejja politiċi jagħrfu jgħaqqdu lpaċenzja mal-perseveranza.” U jkompli l-artiklu: Is-sanzjonijiet jistgħu jaħdmu biss jekk Moska tikkonvinċi ruħha li l-Punent ma għandux l-intenzjoni li jiċċaqlaq millpużizzjoni li ħa. L-iskop ma hux li jkollna Gwerra Bierda oħra. Għandu jibqa’ jsir mhux biss in-negozju mar-Russja imma jitkomplew in-negozjati malIran dwar il-programm nukleari tiegħu. Għandu jkun hemm ħsieb komuni dwar kif għandu jkun miġġieled l-estremiżmu vjolenti Sunni fl-Iraq u fis-Sirja. Imma wkoll, ikompli jikteb fl-artiklu tiegħu Philip Stephens, l-Ewropa u l-Istati Uniti għandhom jaraw li ma jċedux il-valuri tagħhom. “Jewwilla s-Sur Gorbachev,” itemm Stephens, “ma wiegħedx li t-tmiem tal-imperu Sovjetiku kellu jirriżulta fil-libertà u d-demokrazija?” ASTERISKA, għaliex hawn jitressqu punti lill-qarrejja biex flimkien nagħrfu iktar kemm dak li jiġri madwarna hu parti sħiħa minn ħajjitna. jagħti kashom. Iżda dawn il-povri ċittadini m’għandhomx guanxi u jirritornaw lejn djarhom b’idejhom vojta. Għal ħafna ċittadini Ċiniżi l-guanxi tista’ tfisser ħelsin jew sentenza ħabs, għal oħrajn ġustizzja jew diskriminazzjoni, għal ħafna u ħafna oħrajn ġid jew faqar. Għal aktar tagħrif dwar kif il-guanxi teffettwa liċ-ċittadin Ċiniż fittxu artiklu ta’ Rupert Wingfield Hayes (BBC correspondent) bl-isem China’s modern power house. www.maltarightnow.com Komplu idħlu fil-portal tal-Partit www.maltarightnow.com fejn issibu laħħar aħbarijiet bi preżentazzjoni attrattiva, b’aġġornamenti spissi. Issinerġija bejn dan il-portal u l-media tal-Partit qed tissaħħaħ u dan qed jagħti l-frott biż-żieda ta’ viżitaturi u lqarrejja tal-ġurnali tagħna.


38

Il-Ħarsien tal-Ħolqien

It-tagħlim soċjali tal-Knisja Kattolika jippreżentalna tema mill-aktar attwali għal żminijietna: Ir-rispett lejn ilħolqien. Bħala bnedmin, u wisq iżjed bħala Nsara, aħna lkoll imsejħin biex nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna. Għalhekk il-ħarsien tal-ħolqien mhuwiex sempliċement xi slogan bħal dawk li jsiru għall-Earth Day. Le! Dan hu rekwiżit tal-fidi tagħna! Aħna msejħin mill-Mulej biex inħarsu l-persuni u l-pjaneta tagħna minn kull ħsara. Aħna msejħin ngħixu l-fidi tagħna f’relazzjoni mal-ħolqien kollu. Din l-isfida ambjentali ġġorr magħha dimensjonijiet morali u etiċi li ma jistgħux jitpoġġew fuq l-ixkaffa. Il-Kelma ta’ Alla titħaddet fit-tul fuq dan id-dmir sagrosant li għandna bħala bnedmin ċivili u nies ta’ fidi. Il-ktieb tal-Ġenesi jfakkarna li Alla ħalaq issmewwiet u l-art, “u ... kollox kien tajjeb ħafna” (Ġen 1:31). Fl-istess ktieb insibu l-mandat ta’ Alla lill-bnedmin biex jieħdu ħsieb il-ħolqien li huwa ħalaq (ara Ġen 2:15). Il-ktieb talLevitiku jgħidilna li l-art innifisha għandha tiġi mogħtija l-mistrieħ u mhux tkun użata ħażin (ara Lev 25:17). Filwaqt li l-ktieb tad-Dewtoronomju jfakkarna li “tal-Mulej, Alla tiegħek, huma s-sema u s-sema tas-smewwiet, u l-art u kulma fiha” (Dt 10:14). L-istess ħsieb insibuh jidwi f’Salm 24 li jgħid: “Tal-Mulej hi l-art u kulma fih, id-dinja u kulma jgħix fiha” (Salm 24:1). Fittielet kapitlu tal-ktieb tal-profeta Danjel naraw li l-ħolqien kollu jħabbar il-glorja ta’ Alla (ara Dt 3:56-82). It-tagħlim tat-Testment il-Ġdid dwar il-ħolqien jissokta jiżviluppa. F’San Mattew insibu li l-Mulej iħobb u jħares il-ħolqien kollu (ara Mt 6:2534). L-ittra lir-Rumani turina li lħolqien jikxef min hu Alla. San Pawl jikteb għall-pagani: “Il-kobor tiegħu li ma jidhirx, jiġifieri s-setgħa tiegħu ta'

ĦSIEB

dejjem, u d-divinità tiegħu, huma setgħu jagħrfuh sa mill-ħolqien tad-dinja, permezz tal-ħlejjaq, u għalhekk ma għandhom ebda skuża” (Rum:1:20). Filwaqt li l-Ewwel Ittra lill-Korintin tgħidilna li “l-art b'kulma hemm fiha hi tal-Mulej” (1 Kor 10:26). Għalhekk huma tajbin fihom infushom! Il-Knisja, fit-tagħlim tagħha, tgħallimna li l-ambjent huwa d-don ta’ Alla lil kull persuna. Huwa fir-responsabbiltà tagħna li nużawh tajjeb għallbenefiċċju tal-umanità kollha, l-aktar għall-ġid tal-fqar. L-enċiklika tal-Papa Emeritu Benedittu XVI li titħaddet dwar l-iżvilupp uman ħolistiku flimħabba u l-verità, Caritas in Veritate, tgħidilna li “l-ambjent hu d-don ta’ Alla lil kull wieħed, u fl-użu li nagħmlu minnu għandna responsabbiltà lejn il-fqar, lejn il-ġenerazzjonijiet talġejjieni u lejn l-umanità sħiħa” (nru. 48). Madankollu, l-istess enċiklika tfakkarna li l-bażi tal-kura tagħna lejn l-ambjent għandha dejjem tkun il-persuna umana. Ma jagħmilx sens jekk nieħu ħsieb tal-ambjent naturali u nkażbru d-dinjità tal-bniedem. “Dmirijietna lejn l-ambjent huma marbuta ma’ dmirijietna lejn il-persuna umana fiha nfisha u f’relazzjoni ma’ oħrajn. Nagħmlu ħażin jekk niddefendu xi dmirijiet filwaqt li nkażbru loħrajn. Hemm kontradizzjoni kbira filmentalità u l-prattika tagħna llum, li twaqqa’ fil-għajb lill-persuna, tħarbat l-ambjent u tagħmel ħsara lis-soċjetà” (nru. 51).

Eżami tal-kuxjenza Nieħu ħsieb l-ambjent naturali? Jew inħammġu inkella neqirdu basta nsir sinjur jien? Nemmen tassew li biex ikollna ambjent naturali b’saħħtu ddrittijiet ta’ ħuti l-bnedmin, l-aktar talfqar ta’ żmienna, għandhom jiġu mħarsa? X’qiegħed nagħmel biex dan iseħħ tabilħaqq?

F’kull persuna hemm biċċa aħbar tajba. L-aħbar it-tajba hi li int ma tafx kemm kbir jew kbira tista’ tkun! Kemm tista’ tħobb! Kemm tista’ tikseb fil-ħajja! U kemm hu kbir il-potenzjal tiegħek (Anne Frank)

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Reliġjon

ILLUM IL-ĦADD It-33 Ħadd Matul is-Sena

Tani doni xi nħaddem!

Proverbji 31:10-13. 19-20. 30-31; Salm 127; 1 Tessalonkin 5: 1-6; Mattew 25: 14-30.

Il-Ħsieb Ġieli smajt min jgħidlek: “Dak għandu don!” Jew: “Dik kulma jaraw għajnejha jwettquh idejha!” Alla jbierek! U ngħidx! Kemm għandna ħwejjeġ artistiċi f’pajjiżna li saru b’riħet persuni li kellhom talent! Tassew grazzja! M’għandniex xi ngħidu dawn ittalin, kapaċi kemm kienu kapaċi fis-sengħa tagħhom, kellhom għażla aħħarija u deċiżiva x’jagħmlu. Jew jinfetħu għad-don li għandhom u jużawh. Inkella jintilfu f’ħafna ħwejjeġ fiergħa li jispiċċaw jaħlulhom ħajjithom u ma jħalluhomx jużaw id-don li Alla tahom. Jekk tagħmel naqra riflessjoni fuqek innifsek malajr issib li int ukoll għandek doni. Talenti. Mhux importanti x’inhu d-don jew it-talent li għandek. L-importanti hu li tużah għall-ġid tal-oħrajn. Ibqa’ ċert u żgur li meta tużah b’dan ilgħan tkun qiegħed tagħmel ħafna ġid lin-nies ta’ madwarek. Staqsi lil min qiegħed jibbenefika middoni jew it-talenti tiegħek ħa jgħidlek! Kelma Fl-ewwel qari, li huwa meħud mill-ktieb tal-Proverbji, l-awtur sagru jfaħħar l-għaqal u l-ħila talmara li tieħu ħsieb dar żewġha kif imiss. U tant kemm tirnexxi f’xogħolha li tirbaħ saħansitra lfiduċja tiegħu! “Fuqha tistrieħ qalb żewġha, u dan żgur ikunlu ta' ġid” (Prov 31:11). Salm 127

jgħidilna li hija barka li tiekol minn frott ħidmietek. “Mixxogħol ta' jdejk inti tiekol; hieni int, u risqek tajjeb!” (Salm 127:2). Fit-tieni qari San Pawl ifakkar lit-Tessalonkin li għandhom ikunu mħejjija għal jum il-Mulej li “jiġi għal għarrieda bħal ħalliel billejl” (1 Tess 5: 2). Il-vanġelu skont San Mattew jurina biċ-ċar li lkobor tat-talent fih innifsu mhux daqshekk importanti. Li hu importanti hu li wieħed iħaddmu għall-ġid tal-oħrajn. Fil-fatt kemm dak li s-Sinjur fdalu ħames talenti u qala’ ħamsa oħra u kemm dak li għoġbu jafdalu żewġ talenti u qala’ tnejn oħra, it-tnejn l-istess ġudizzju ħadu. “Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta' sidek” (Mt 25: 21.23). Ħajja 1. X’inhuma t-talenti li l-Mulej żejjinni bihom? 2. Nużahom biex infaħħar lilu u għall-ġid tal-oħrajn jew sempliċement biex nieħu xi ħaġa lura jien? 3. Nemmen li t-talenti li l-Mulej tani huma mezzi qawwija biex bihom il-Mulej iġib bidla pożittiva fis-soċjetà, fil-Knisja, u bihom se jdaħħal lili u lill-oħrajn filħajja ta’ dejjem?

Id-Djalogu Mulej, għinni nħaddem it-talenti li tajtni bil-ġenerożità tiegħek. Ammen.


John Gunther Jr. Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Opinjoni

Dun Pawl Camilleri pauca43@gmail.com

J

ohn Gunther iż-żgħir (04.11.1929 - 30.06.1947) kien iben il-kittieb Amerikan John Gunther (1901 - 1970) ilkbir: ġurnalist u awtur. Is-suċċess ta' Gunther il-kbir wasal fl-erbgħinijiet u l-ħamsinijiet, b'serje ta' xogħlijiet soċjo-politiċi msejħin ‘Inside’. L-aktar li baqa' mfakkar kien għall-ktieb ‘Death be not proud’ (1949), dwar ilmewt ta' ibnu żagħżugħ, Johnny, ikkawżata minn tumur filmoħħ. Johnny kien student brillanti. F'xi ħin kien anki jikkorrispondi ma' Albert Einstein (1879 - 1955) dwar il-fiżika. Ilmewt tiegħu fl-età ta’ 17-il sena rrakkuntata fi ktieb minn missieru, ktieb li għadu jiġi stampat, fl-1975, inħadem f'film għat-televiżjoni, bis-sehem ta' Arthur Hill u Robbie Benson bħala l-missier u l-iben.

Aneddotu Johnny kien żagħżugħ sabiħ u twil. Kien jispeċjalizza filmatematika u fil-kimika. Fl-14-il xahar kellu jagħmel żewġ operazzjonijiet. Wara t-tieni waħda, għadda minn eżami diffiċli. Kien veru bravu. It-tobba staqsew lill-ġenituri jgħidulux x'għandu. Qablu li iva. Il-kirurgu sab lil Johnny waħdu, u spjegalu lperiklu ta' tumur fil-moħħ. Johnny sema' attent, ħares lejn ittabib f'għajnejh u qallu: 'kif se ngħidu lill-ġenituri?'

Il-bnazzi Patri Mario Attard OMF Cap

Il-bnazzi! Fejn is-sewwa jerġa’ jixref fuq l-orizzont ta’ ħajjitna.

39

iħalluh? Mhux faċli, għax illum kulħadd irid jipprova hu. Veru li l-kbir mhux dejjem ikun korrett, u kultant faċli jesaġera. Imma l-esperjenza xi ħaġa tgħallem ukoll. Illum il-korrezzjoni saret diffiċli, għax kulħadd iqis lilu nnifsu bħala s-surmast tiegħu nnifsu. Waqt li m'għandniex inkunu pessimisti u naraw kollox ħażin, bid-delikatezza u fi spirtu ta' umiltà, m'għandniex nirrinunzjaw għad-dover tagħna li niftħu l-għajnejn. Mhux bi ġlied. Mhux b'theddid. Mhux b'sens ta' superjorità li llum ma jiġix aċċettat. Imma bi spirtu ta' servizz u ta' umiltà. Kelma żgħira liż-żgħar: aħjar uff inkella aħħ! Taħseb xejn fit-tbatijiet tal-oħrajn? Dejjem laqatni l-fatt li Ġesù, wara l-Qawmien minkejja li t-tbatijiet personali tiegħu kienu għaddew, baqa' jinteressa ruħu fit-tbatija ta' ħbiebu. Lewwel ma deher kien lill-Madalena, u staqsieha: 'għalfejn qed tibki? Lil min qed tfittex?' Speċi, ‘x'inhu jinkwetak?’. Imbagħad deher liż-żewġ dixxipli t'Emmaws. Rahom b'ħarsa ta' niket fuq wiċċhom u staqsiehom: 'fuqiex qed titħaddtu bejnietkom fittriq'. U kkunslahom. Kien jaf kif l-appostli kienu mkissrin u demoralizzati, imwerwrin u bil-bibien magħluqa, minħabba l-biża' talLhud. Dehrilhom il-Ħadd stess filgħaxija ma semmilhom xejn mill-passat u għal tliet darbiet qalilhom 'il-paċi magħkom! 'U ferraħhom. Aħna għandna din is-sensibbiltà Nisranija?

Kummenti Temmen li ż-żgħir jista' jgħallem lill-kbir? Fi żmien limgħoddi, it-tendenza kienet li l-kbir, proprju għax il-kbir, u blesperjenza, allura għandu dejjem raġun. Illum morna n-naħa loħra tal-banda: iż-żgħar jaħsbu li l-kbar huma dejjem żbaljati, proprju għax kbar u allura antikwati, spiċċa żmienhom u kulma jgħidu għanqbut. Imissna tgħallimna li lkoll għandna x'nitgħallmu minn xulxin. Anki l-kbar miż-żgħar, iżda. L-esperjenza mhux ta' min jarmiha. Imma lanqas il-kreattività, is-sinċerità, lispontanjetà. Veru li Ġesù kien Ġesù. Imma ta' tnax-il sena kien ġa ssorprenda lill-għorrief bid-domandi r-risposti tiegħu. Kieku nisimgħuhom iżjed u nikkundannawhom inqas, żgur nitgħallmu xi ħaġa. Lil uliedek tispjegalhom il-periklu li jdawwarhom – jekk

Ħsieb finali Ħu l-parir tiegħi... jien m’iniex nużah. Kapaċi tgħix int ilpariri li tagħti lill-oħrajn?

’daqqa waħda jitla’ l-arju. Il-jum jissaħħab. Saħansitra jiddallam bis-sħab mimli xita. Min jaf? Abbli l-Mulej, it-talba li qegħdin nagħmlu bħalissa fil-knejjes tagħna, jiġifieri “li jibagħtilna x-xita ħalli artna ma ċċaħħadniex mill-frott tagħha”, jibda’ jismagħha! U ngħidx jismagħhiex! Qatra wara qatra. Qatra ikbar minn oħra. B’ħeffa li ma ngħidlekx! U x-xita tarma tinżel b’qawwa kbira. U tinżel. Tinżel. Tinżel. Meta konna żgħar kienu jgħallmuna: “Inżel xita inżel ħalli jikber il-ħaxix, il-ħaxix nagħtuh lill-mogħża u l-mogħża tagħtina l-ħalib”. Illum l-istorja żgur li nibdlet. It-teknoloġija ħasbet hi biex din il-biċċa xogħol, li dari kienet tieħu l-ħin biex issir, tagħmilha f’ħakka t’għajn. Għalkemm żgur, almenu skont ma jgħidu xi wħud, li mhux dejjem għandek ċertezza jekk il-prodott inkunx bnin mija filmija! Imma l-punt mhux dan. Il-punt hu li ġurnata taf titħarbat mill-bidla tal-ajru. Mela bħal ħajti u ħajtek. Jaf ikun kollox għaddej trankwill. Kollox jidher sabiħ. Baħar żejt. Sakemm jibda dak l-uġigħ. Hi fejn hi l-parti ta’ ġisimna li hi milquta. U jibda l-ġiri lejn l-isptar. Is-serje ta’ eżamijiet mediċi. U, fuq kollox, il-ħafna stennija. Dik l-istennija li ġieli ġġegħelna nqattgħu msarinna nistennew dak l-imbierek riżultat! U flaħħar tfaqqa’! Hemm bżonn nidħol l-istpar għal xi intervent. Ommi ma! Issa kif se ngħid lil marti? Lil żewġi? Lil uliedi? Lil ommi? Lil missieri? Lil ħuti? Kliem fuq fommi m’għandix! Il-maltemp! Li jiġi fuqna bħal sajjetta. Imbagħad hemm maltemp ieħor. Mhux inqas qalil. Il-maltemp li jġib miegħu linkwiet. Il-ġlied. In-nuqqas ta’ ftehim. Il-maltemp tat-tradiment. Tal-ingann. Il-maltemp. Li miegħu jġib l-irjieħ qawwija. Id-diżastri ta’ min ingidem. Jew ta’ min ħaseb li ħajjet min iħobb kienet sejra mod u mbagħad, għas-sorpriża tiegħu jew tagħha, sab li kienet sejra mod ieħor. Imma anki jekk ifaqqa’ l-eħrex maltemp. Dak il-maltemp li fih il-karozzi tagħna jieqfu bil-kwantità ta’ ilma li jgħaddi fittriq. Inkella dawk il-beraq u s-sajjetti karwtu waħda f’waħda. Mingħajr waqfien. Dak il-maltemp li jaqtgħalna qalbna li nixir-

fu mill-għatba ta’ barra. Jaqtgħalna qalba li nqattgħu xi serata ma’ ħbiebna tal-qalb. U jkollna, bħat-tfal jew studenti fi żmien l-eżamijiet, nissakkru ġewwa, xorta waħda qalbna qatt m’għandha ċċedi quddiem din id-disfatta tal-ħajja. Wara l-maltemp tassew li jiġi l-bnazzi. Ħarsu ftit lejn l-ajru msaħħab. Araw ftit kemm, ftit qabel, dak l-istess ajru kien miżgħud ilma. Lest biex jinżel fuq l-għelieqi tagħna ħa jsaqqihom. U niżel ħbieb! L-għaliex lil emm kienet id-destinazzjoni tiegħu! U meta l-ajru għamel li kellu jagħmel, arah is-sema! Fetaħ mill-ġdid! Reġa’ fetaħ is-siparju ikħal tiegħu ħalli jpaxxina bir-raġġi sbieħ tax-xemx li tagħha jservi ta’ pjattaforma. U mbagħad, meta x-xemx toħroġ, ħalli tisreġ. Iddawwal. Issaħħan. U ssaħħaħ. U ssaħħaħ mhux biss is-saħħa ta’ ġisimna ħalli nkunu nistgħu naħdmu aktar u b’moħħna aktar kwiet. Ixxemx toffrilna t-tama. Sbuħitha tfakkarna fil-jum tal-bieraħ li għadda. Fil-bieraħ li kien mimli sħab sewdieni. Li jaqtagħlek qalbek. Li jdallamlek moħħok. Imqarr jekk tħares lejh! Aħseb u ara jekk tinqabad fih! Barra t-triq! Ix-xemx tisreġ tgħidilna li dak issa għadda. Tar mar-riħ. Tbiegħed minn fuqna. U x’hemm issa quddiemna? Il-bnazzi! Il-jiem sbieħ! Il-jiem li jgħidulek: “oħroġ minn ġo darek u imxi!” Imxi fil-kampanja! Qalb is-siġar! Qalb il-fjuri u r-riħa tas-sagħtar! Imxi! U ħares madwarek! Ħares lejn il-ħaxix selvaġġ li jinbet fuq il-ġebel aħrax tagħna. Ħares lejn l-insetti. U ggosta l-għekierex li joħroġu minn ġol-ħaxix u jimxu fuq ilħamrija friska li għada tgawdi mill-ilma abbundanti tax-xita. Imxi! Iggosta! Ħu n-nifs fil-fond u ’l barra! Ħalli l-arja friska tal-kampanja Maltija tidħol fil-pulmuni tiegħek! Ħa toħlom! Ħa tittama! Il-bnazzi! Fejn is-sewwa jerġa’ jixref fuq l-orizzont ta’ ħajjitna. Fejn il-virtù tieħu t-tmun u timmansa l-vizzju. Fejn ilħniena, anki lejn min il-liġi tal-bniedem tgħidlek stkerrhu, aħarbu, tirbaħ! Għax, biex int u jien nidħlu fil-bnazzi etern, kundizzjoni waħda hemm: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36). “Għax il-ħaqq ikun bla ħniena għal min ma jurix ħniena; u l-ħniena tirbaħ fuq il-ħaqq” (Ġak: 2:13). Il-ħniena! Iċ-ċavetta tal-bnazzi!

F

Tbissima Qassis Irlandiż kien qed isuq f'Connecticut, New York, u twaqqaf minħabba sewqan esaġerat. Il-pulizija xamm ix-xorb f'ħalqu u ra flixkun vojt ġol-karozza. 'Father, kont qed tixrob.' ‘Ilma biss ta, nassigurak.’ Imma l-pulizija ma kienx miġnun. Qallu: 'imma allura jien għax qed inxomm l-inbid?' Il-qassis kien pront qabad il-flixkun vojt, ħares lejh, għolla ħarstu lejn issema u qal: 'Mulej, erġajt għamiltha!' Kemm tipprova tqarraq meta tinqabad fl-iżball?


ARRANĠAMENTI TAT-TRAFFIKU F’ĦAL LIJA / L-IKLIN

MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA

FOND GĦALL-KOEŻJONI MALTA2007-2013

PROĠETT NAZZJONALI GĦAT-TAFFIJA TAL-GĦARGĦAR

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jgħarraf lill-pubbliku dwar l-arranġamenti tat-traffiku fl-inħawi ta’ Ħal Lija b’rabta malproġett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar u xogħlijiet biex tinbidel is-sistema tad-dranaġġ. Ir-roundabout ta’ Ħal Lija mhix se tkun magħluqa għat-traffiku. It-traffiku li jkun sejjer fid-direzzjoni tal-Mosta u n-Naxxar se jiġi ddevjat lejn is-‘service road’ biswit it-triq prinċipali, waqt li t-traffiku li ġej mill-Mosta u n-Naxxar se jkun iddevjat minn ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija għal Triq San Mikiel, flIklin. It-traffiku f’waħda mill-karreġġjati fi Triq San Mikiel ser jiġi ddevjat lejn Triq il-Wied, in-Naxxar filwaqt li t-traffiku tal-karreġġjata l-oħra ser jinżel lejn Ġirolamo Abos u jibqa’ sejjer lejn il-by-pass mingħajr ma jdur mar-roundabout. Triq Ġirolamo Abos se tkun one-way ‘l isfel. Ix-xogħlijiet qed jibqgħu għaddejjin wara l-ħin tax-xogħol biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent. Ilproġett nazzjonali tal-għargħar huwa ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea. Programm Operattiv 1 – Poliltika ta’ Koeżjoni 2007-2013 Ninvestu fil-Kompetittività għall-Kwalità ta’ Ħajja Aħjar Dan il-Proġett huwa ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond għall-Koeżjoni Rata ta’ ko-finanzjarjament: 85% Fondi EU; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek


41

Il-{add, 16 ta’ Novembru, 2014

Passatemp Mimdudin>

Weqfin>

Muntanja li ttajjar d[a[en, nar u lava (6) 3. Ikel kemm joqg[od fil-[alq f’darba (6) 7. Illum anke l-ir;iel jilbsuha (7) 8. L-ewwel numru li jitla’ nhar ta’ Sibt (5) 9. Insetti li ja[]nu g[ax-xitwa (5) 10. Stag[;ibna tg[idx kemm (9) 11. Tixtrihom biex iddoqqhom (5) 13. Ra vilel bla tarf… u tfa//at din ilmara! (6) 15. Jintlibes mal-qadd (6) 17. Setg[a tal-[akma ta’ gvern f’pajji] (5) 21. Periti (9) 23. Hawn min je[odhom kontra xi [add u l-ka] jispi//a l-qorti (5) 24. Din tiekol il-[wejje; bil-kalma kollha? (5) 25. Telaqni b’xi mod, ladarba ntre[a u ma baqax i]omm! (7) 26. Renju (6) 27. Assassinat (6)

1. Arseniku (6) 2. Ba[ba[ int bl-ilma u s-sapun (5) 3. Vaganza (5) 4. Il-pitkala jag[tik somma flus mhux [a]in (7) 5. Is-sur jinqaleb g[al dawn in-nies? (5) 6. Nikluha l-forn, moqlija, mg[ollija jew immaxxjata (6) 7. Din t’g[ajnejk hi l-i]jed [a;a g[a]i]a li g[andek (5) 12. Padrun (5) 14. Qatt m’g[andek t[allih iqattar (3) 15. Bla forza, tg[id g[ax bi stonku vojt? (6) 16. Li jinsab biss fil-mo[[ (7) 18. Ejja vi/in tieg[i (5) 19. Nies hekk huma sikkanti daqs iddubbien, ng[idu (5) 20. MIL BLU (Anagramma) (6) 22. Xejn m’hi qasira t-triq (5) 23. Lampa tinbidel f’si;ra li tg[ix g[al bosta snin (5)

1.

Soluzzjoni tat-Tisliba li dehret il-{add li g[adda Mimdudin: 1. Lapida; 3. Sammar; 7. Barrani; 8. La[am; 9. Rassa; 10. Dispja/ir; 11. Papri; 13. Namrat; 15. Intemm; 17. Skula; 21. Strument; 23. {atja; 24. Ji]en; 25. Akku]at; 26. Ferita; 27. Induna. Weqfin> 1. Lostru; 2. Darsa; 3. Spiss; 4. Mulejja; 5. Jarda; 6. {maret; 7. Basla; 12. u 14. Premju; 15. Insejt; 16. Mumenti; 18. Lotot; 19. Tikka; 20. Tabiba; 22. Njama; 23. {a]en.

pin PUBLICATIONS

Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà Tel> 25965412

3

2

1

4

5

6 8

7

10

9

11

15

12

pin

13

14

18

17

16

20

19

21

22

24

25

26

23

27

IRBA{… voucher ta’ €15 li jissarraf f’g[a]la ta’ kotba tal-PIN (Pubblikazzjonijiet Indipendenza), Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà (Tel. 25965463). Indirizzaw is-soluzzjoni, flimkien mal-indirizz u n-numru tat-telefon tag[kom, hekk: TISLIBA il-mument, Stamperija Indipendenza, Triq Herbert Ganado, Pietà PTA1450. G[andkom ]mien sa nhar is-Sibt li ;ej. Ir-rebbie[ ikun mitlub iwie;eb mistoqsija sempli/i fuq it-telefon.Ir-rebbie[ tat-Tisliba tal-{add 2 ta’ Novembru 2014 hu: M. Quattro Mani, 25, Joslin Hse. Triq Cali, Mosta, MST4143

Blokki di;itali

Liema numru b’sitt /ifri jkollok meta tiffittja ma’ xulxin dawn il-blokki?

Tisliba bin-numri

Peress li m’g[andek ebda numru mnejn tibda allura je[tie; li tara fejn g[andhom jitni]]lu ]-]ew; numri t-twal bi 13-il /ifra. Il-kumplament imbag[ad ikun fa/li ssib fejn g[andhom jitni]]lu n-numri l-o[ra kollha li hawn f’dawn seba’ listi.

Soluzzjonijiet

■ Snin ilu l-aristokrati/i ta’ Venezja [ar;u ordni biex il-gondli jpin;uhom b’kuluri varji u viva/i. Din it-tradizzjoni waqfet b’digriet tad-Doge fis-sena 1562. Dan impona li l-gondli kellhom ikunu mi]bug[in suwed.

Kubilai Khan

■ Kubili Khan, li kien l-imperatur ta/?ina fi ]mien Marco Polo, kellu erba’ nisa le;ittimi, kollha bid-dritt tat-titlu ta’ imperatri/i. Kull wa[da minnhom kellha l-Qorti tag[ha, kostitwita minn aktar minn elf impjegat.

Blokki di;itali

Il-gondli Venezjani

658375

■ F’Awwissu, 1999, il-Posta Amerikana [ar;et bolla bir-ritratt talBeatles: Qatt qabel ma [ar;u bolli flAmerika b’tema Ingli]a [lief ukoll dawk tal-istatista Winston Churchill u r-re;ista Alfred Hitchcock.

Tisliba bin-numri

Il-Beatles


42

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

NET TELEVISION

.................................................................................. 07:00 08:15 09:00 10:00 12:30 14:00 14:05 14:35 16:30 17:10 18:00 18:05 18:40 19:30 20:15 20:40 21:40 21:45 23:15

NET NEWS The Client Għalkulħadd Konvenzjoni Ġenerali 2014 Telebejgħ NET NEWS Sajjarli Telebejgħ Sport Extra Wheelspin NET NEWS Flusek What’s for dinner NET NEWS Għalik fl-Ewropa Becky NET NEWS Replay NET NEWS

RAIUNO ......................

07:05 Unomattina In Famiglia (jinkludi T-Tg1 Sad-9:30am) 10:00 Buongiorno Benessere Tutti I Colori Della Salute 10:30 A Sua Immagine 10:55 Santa Messa 11:50 A Sua Immagine 12:00 Recita Dell'angelus 12:10 A Sua Immagine 12:20 Linea Verde Piemonte: Alla Ricerca Del Risotto Perfetto 13:30 Telegiornale 14:00 L'arena 16:30 Tg1 16:35 Domenica In 18:50 L'eredità 20:00 Telegiornale 20:25 Carosello Reloaded 20:30 Calcio: Qualificazioni Campionati Europei 2016 Italia - Croazia 23:13 Tg1 60 Secondi 23:15 Speciale Tg1

Televiżjoni / Radju

TVM ONE 2 ...................... TVM ...................... ...................... 06:00 07:30 08:30 09:00 09:30 10:00 10:30 12:00 12:10 15:00 15:05 18:00 18:15 18:40 18:55 20:00 20:50 21:50 21:55 23:00 23:20

06:00 07:30 08:00 08:30 09:00 09:30 10:00 10:30 11:30 12:00 12:10 12:45 15:00 15:05 16:00 17:15 17:45 18:00 18:15 20:00 20:45

News Loop Treasure Island Wild Family Secret Kultema Valletta MEA Ghawdex illum L-irkant Pellikola News Paq Paq Lifestyles Sibtek News Sibtek.... Luxdesign Househunt Kelma ghall-hajja News MESC - Red Carpet News Malta Eurovision Song Contest 2015 23:30 News

06:30 07:00 07:15 08:00 08:30 10:00 10:30 11:30 12:30 12:40 13:00 14:00 14:30 16:55 17:30 17:40 18:15 18:45 19:30 20:20 21:30 22:55 23:30

One News Snajja' Maltin Pink Panther Flimkien ma' Nancy Paper Scan Tlaqna sal-Belt Aroma Kitchen Gaxin One News Telebejgħ In d House D Change Arani Issa Top Model One News On d Road Esperti Joe's Kitchen One News It-tfal L-argument Fresh & Funky One News

RAIDUE ..................... ...................... RAITRE

07:00 Jake E I Pirati Dell'isola Che Non C'è La Regina Delle Sirene 07:45 Pirati Per La Pelle - Le Cascate Dorate 08:15 Avengers Assemble Una Cosa Piccola 08:35 Il Nostro Amico Charly 10:00 I Leoni Di Makalolo 10:30 Il Ritorno Delle Balene 10:45 Cronache Animali 11:30 Mezzogiorno In Famiglia 13:00 Tg2 Giorno 13:45 Squadra Omicidi Istanbul 17:00 Il Commissario Herzog 18:00 Tg2 L.I.S. 18:05 90* Minuto Serie B 18:50 Sea Patrol - Sotto Pressione 19:35 Squadra Speciale Cobra 11 20:30 Tg2 21:05 N.C.I.S. 22:35 Hawaii Five - 0 La Famiglia Viene Prima 23:20 La Domenica Sportiva

06:50

07:40 07:50 09:10 11:10 12:55 13:10 14:00 14:30 15:00 15:05 19:00 20:00 21:45 23:30 23:45 00:45 00:55 01:05 01:35 01:45

Ai Confini Dell'arizona Segui Il Tuo Cuore Il Poeta Kean Attila Tgr Estovest Geo Colpo Di Scena Tg Regione In 1/2 Ora Tg3 Lis Kilimangiaro Il Borgo Dei Borghi Tg3 Blob Report Tg3 Gazebo Il Candidato Zucca Presidente - Il Manifesto Tg3 In 1/2 Ora Fuori Orario. Cose (mai) Viste Lo Sguardo Di Michelangelo

La Brutta Coppia – Italia1, 01.45

ITALIA 1 RETE 4 CANALE 5 ...................... ...................... ...................... 06:50 Super Car Ii 06:00 07:55 07:59 08:46 08:50 10:10

Il Buio nell’Anima – Rete 4, 21.32

News Loop Alexander's Lost World Madwarna Il-Gwerra l-kbira Gadgets House Hunt Malta u lil hinn minnha News Hadd Ghalik News Hbieb u Ghedewwa News Ghawdex illum Paq Paq on Test L-irkant News X-Factor UK Headline News X-Factor UK cont.... News Rajt ma Rajtx

10:13 11:05 11:10 12:00 13:00 13:40 14:00 18:45 19:57 20:40 21:11 23:20 00:10 01:40 02:10

Prima Pagina Tg5 Traffico Tg5 Tgcom24 Le Frontiere Dello Spirito Speciale " Il Mio Amico Nanuk " The Chef Ii Pillole Zelig Le Storie Di Melaverde Melaverde Tg5 L' Arca Di Noe'-14 Domenica Live Avanti Un Altro Tg5 Prima Pagina Paperissima Sprint Domenica Come Un Uragano X-Style Maurizio Costanzo Show Tg5 Paperissima Sprint Domenica

06:40 Tg4 Night News 07:00 Televendita Media Shopping 07:30 Zorro I 08:00 Il Meraviglioso Volo 09:00 Terra! 10:00 Santa Messa 10:50 I Grandi Della Fede 11:30 Tg4 12:00 Grandi Della Fede 13:00 Pianeta Mare 13:56 Donnavventura 14:47 Fermati, O Mamma Spara 16:39 Fuga Per La Vittoria 18:55 Tg4 19:35 Tempesta D'amore 21:32 Il Buio Nell'anima 00:02 Le Regole Della Casa 01:06 Tg4 Night News 02:24 Whatever Works - Basta Che Funzioni.

08:35 10:30 12:25 13:02 14:00 17:40 18:05 18:30 19:01

21:30 00:15 01:05 01:30 01:45 03:15

A-Team V Il Rompiscatole Studio Aperto Sport Mediaset Merlino E L'apprendista Stregone Mike & Molly Ii Tom E Jerry Iii Studio Aperto Il Signore Degli Anelli - Le Due Torri Adam Kadmon Surviving Disaster Sport Mediaset Studio Aperto - La Giornata La Brutta Copia Televendita Media Shopping.


43

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Televiżjoni / Radju

Illum fuq Radio 101

07:55 08:00 08:02 09:00 10:30 110:0 11:03 11:55 12:00 12:15 15:00 15:02 17:00 17:03 17:55 18:00 18:20 20:00 20:02 20:30 22:30 22:40 22:45 00:10

Avviżi tal-Mejtin Aħbarijiet Marċi u bandalori Focus 101 Magħkom..David Thake Editorjal Magħkom..David Thake Angelus Bulletin tal-aħbarijiet Skor (part 1) Aħbarijiet Skor (part 2) Editorjal Skor (part 2) (cont) Avviżi tal-Mejtin Bulletin tal-aħbarijiet Slowdown Aħbarijiet Slowdown (cont) Allegro andante Għada fl-istampa Editorjal Italomix (r) Mużika matul il-lejl

Wheelspin

Net Television, it-Tnejn fid-21.30, b’repetizzjoni l-Erbgħa fil-23.30 u l-Ħadd fil-17.10

Fil-programm Wheelspin ta’ għada t-Tnejn 17 ta' Novembru 2014 se nħarsu lejn l-aħħar karozza preżentata minn Lamborghini, il-mudell hybrid bl-isem Lamborgini Asterion. Naraw ukoll il mutur eletriku bi tlett roti mid-ditta Toyota bl-isem i-Road. Il-karozzi nodfa jiddominaw f'dan il-programm hekk kif anke għat-test drive naraw l-aħħar mudell eletriku mid-ditta Renault, il- mudell sabiħ ħafna bl-isem Zoe. Ma' Pierre nitkelmu dwar ir- Red Bull Kart Fight championship li kważi wasal fit-tmiem tiegħu u li din is-sena se jkollu mhux wieħed iżda żewġ rebbieħa li se jirrapreżentaw lil Malta barra minn xtutna. Wheelspin jixxandar it-Tnejn fil 21:40 b’repettizzjoni l-Erbgħa fil23:30 u il-Ħadd fil 17:10 Il-programm għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Fleur Balzan bilparteċipazzjoni ta’ Pierre Vella.

Se Niżżewġu Net Television, Il-Ħadd fl-10:45

Il-kunċett tal-photobooth, ix-xagħar u l-libsa tal-għarusa, il-karozzi tat-tieġ, il-cocktails, il-kejk tat-tieġ, il-ġojjelli, ilmoda u l-kunċett tal-photo booth huma lkoll fatturi importanti li se jiddiskuti l-programm Se Niżżewġu, li se jixxandar illum il-Ħadd 16 ta' Novermbru 2014. Bi preżentazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri u produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment, min-

barra l-informazzjoni, ikun hemm ukoll il-mużika bilparteċipazzjoni ta’ Spiteri Lucas Band u l-kantant Neville Refalo. Dr. Geraldine Baldacchino tagħti tagħrif siewi dwar ilproċeduri kollha involuti f’tieġ ċivili u unjoni ċivili. Il-programm se joffri wkoll iċ-ċans lil kulmin jipparteċipa permezz ta’ SMS li jirbaħ rigali sbieħ.


44

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ

Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983.

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Paola MAISONETTE arjuż ħafna f ’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra talbanju u bitħa. Ċemplu 99428000.

VETTURI

Hyundai Lantra F’kundizzjoni tajba. Ċemplu 79537920. Mutur AUTOMATIC 125cc

ekonomiku, kollox imħallas u ġdid, qatt ma ntuża. Jiswa €1,800, talba ta’ €1,300. Ċemplu 99039564 jew 21695721. AVVIŻI

Ftuħ ta’ drenaġġ BIL-power wash (bowser). Prezz minn €25. Ċemplu 99282014.

Niżbarazzaw – Furniture Transport – Lifting Services ALL Clearance and Transport jiżbarazzaw djar eċċ. mill-kontenut. Jiġbru kwalunkwe skart goff u żgħir anke tal-kostruzzjoni, innaddfu ġonna minn ħaxix u qtugħ ta’ siġar, tindif ta’ bjar, qlugħ ta’

Klassifikati

madum tal-art u kmamar talbanju. Nagħmlu trasport ta’ għamara u servizzi ta’ lifter u high-up. Ċemplu 79081719, 21433352 jew 99499619. www.allclearancemalta.com

Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Toilet seats NAGĦMEL xogħol ta’ toilet seats ġodda li jkunu maqsumin jew li ma ssibux tixtru bħal-


Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Klassifikati

hom, ta’ kull tip bil-kuluri li jaqblu u kif tixtiquhom intom, għall-kamra tal-banju kompluti bil-fittings. Għal aktar informazzjoni Ċemplu 21675053 jew 79675053. GĦALL-BEJGĦ

Nixtri XI erba’ appartamenti u penthouse b’kamra jew tnejn tas-sodda, il-Qawra, Buġibba jew San Pawl il-Baħar, mingħajr sensar. Ċemplu 99494990.

Sufan L-Shaped u pultruna tal-bellus kannella €500, sufan-sodda u żewġ pultruni €380, vetrina/librerija antika tal-pine €200, billiard komplut 240x140 €500, forn tal-cast iron jaħdem bil-ħatab €350, żewġ komodini antiki tal-pine €30 u affarijiet oħra, kollha f’kundizzjoni tajba. Ċemplu 99880258. PRIVAT

Tal-Franċiż MINN form 1 sal-O-Level,

minn għalliema ta’ esperjenza twila. Ċemplu 21445384. JINĦTIEĠU

Ħaddiema TAL-kostruzzjoni, meħtieġa għal xogħol manwali u xogħlijiet żgħar f’siti ta’ kostruzzjoni. L-applikanti jridu jkunu motivati u lesti jaħdmu s-sahra xi kultant. Età preferibbli bejn 25 u 45 sena. Applika billi tibgħat CV fuq jamie@finishingprojects.com jew ċempel 79429441.

Mastrudaxxi MACHINE operators, installaturi bl-esperjenza fi produzzjoni ta’ għamara/aperturi. Għal aktar informazzjoni ċemplu SAW Ltd fuq 21490460, 21490458 jew 79403335. Sales promoters BIEX jaħdmu fuq barra. Sigħat flessibbli. Esperjenza mhix neċessarja, taħriġ provdut. Ċemplu lil Sales Outsourcing fuq 21423229/99970212 jew ibagħtu CV fuq info@sos.com.mt

45


46 CUSTOMER CARE MILLKUMITATI SEZZJONALI PN IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. flUffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 79990757.

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Avviżi PN

SANTA VENERA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u nofsinhar se jkun hemm uffiċjal biex jiltaqa’ miegħek fl-Uffiċċju Dar ilĦaddiem, Triq Fleur de Lys, Santa Venera. Tista’ tikkuntattjana wkoll billi ċċempel 21441438 /

21441682 jew tibgħat e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt.

ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634. AVVIŻI SOĊJALI

IN-NADUR. Il-Kumitat Sezzjonali PN Nadur se jorganizza Pizza u Tombla Night għada tTnejn, 17 ta’ Novembru f’Ta’Kenuna Bar and Restaurant, in-Nadur fis-7pm. Jintrebħu diversi rigali sbieħ. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79562158 jew 99228688.

DAVID CASA. Il-Ħbieb ta’ David Casa se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta 18 ta’ Novembru fil-Buskett Roadhouse, ir-Rabat fid-9:30am. Prezz 6 ewro u trasport provdut. Għall-biljetti ċemplu 25965316. IL-MELLIEĦA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mellieħa se jorganizza djalogu nhar it-Tlieta, 18 ta’ Novembru fis-7:30pm fis-Sala Carm. Lino Spiteri bis-sehem tadDeputat Toni Bezzina.

ROBERT ARRIGO. Il-Ħbieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw kunċert mill-Pusè u l-band tiegħu fit-teatru tas-Sależjani, TasSliema, nhar l-Erbgħa 19 ta’ Novembru fis-7:30pm. Prezz 6 ewro. Għall-bookings ċemplu 23285000.

RYAN CALLUS. Il-Ħbieb ta’ Ryan Callus se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fir-Razzett l-Antik, Ħal Qormi, għall-kostitwenti tasSiġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa. Prezz 6 ewro bit-trasport provdut. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99804142 jew 21 461002. KRISTY DEBONO. Il-Ħbieb ta’ Kristy Debono se jorganizzaw Coffee Morning nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fil-lukanda

Alexandra Palace, Paceville fit8:30am. Prezz 6 ewro bit-trasport inkluż. Biljetti jistgħu jinxtraw fuq 99473932 jew 99993707 jew permezz tal-e-mail fuq info@kristydebono.com. Il-qligħ kollu minn din l-attività se jmur b’risq il-Creche tal-Ursolini, f’Tas-Sliema.

IL-GŻIRA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Gżira se jorganizza Timpana Night nhar ilĠimgħa, 21 ta’ Novembru filKażin tal-Partit fis-7:30pm. Prezz 10 ewro.

ĦAL TARXIEN. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Tarxien se jorganizza Konferenza Politika dwar il-baġit, nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru fis-7pm. Il-kelliem ewlieni se jkun Tonio Fenech. Wara d-diskussjoni jkun hemm bibita fis-sala tal-każin.

ĦAL GĦAXAQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Għaxaq se jorganizza One Day Pool Tournament fil-Każin tal-Partit, nhar is-Sibt, 22 ta’ Novembru mid-9am ’l quddiem. Prezz 5 ewro. Min jiġi l-ewwel jirbaħ weekend break għal tnejn f’lukanda u min jiġi fit-tieni post jirbaħ ikla għal tnejn.

ĦAL GĦAXAQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Għaxaq se jorganizza tombla u wara ikla bebbux flimkien ma’ ikel Malti, nhar isSibt, 22 ta’ Novembru mit-8pm ’l quddiem Prezz 10 ewro b’tazza nbid inkluża. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99441161.

IL-MELLIEĦA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mellieħa se jorganizza djalogu nhar il-Ħadd, 23 ta’ Novembru fis-10am fis-Sala Carm. Lino Spiteri bis-sehem tad-deputati Tonio Fenech u Kristy Debono. Ilpubbliku hu mħeġġeġ jattendi u jagħti sehmu. Wara d-djalogu se ssir ikla f’Ta’ Randi Bar & Restaurant biex jitfakkar il-50 anniversarju mill-kisba talIndipendenza u l-10 anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-biljetti għal din l-ikla qegħdin jinbiegħu għal 18-il ewro għall-kbar u 9 ewro għat-tfal taħt it-12-il sena. Il-qligħ li jsir minn din l-ikla jmur b’risq il-ġbir għallMaratona li l-Partit se jagħmel ilĦadd 7 ta’ Diċembru.

TAS-SLIEMA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Tas-Sliema se jorganizza Pasta Buffet Lunch nhar ilĦadd 23 ta’ Novembru f’Villa Arrigo fin-12:30pm. Prezz 15-il ewro.


Imnedija kampanja biex ‘Bailey’ issir Service Dog Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Tagħrif

Il-kumpanija Citadel Insurance plc nediet kampanja bl-iskop li jinġabru biżżejjed fondi biex il-labrador ‘Bailey’ tieħu t-taħriġ neċessarju biex issir Service Dog. “Service Dog litteralment ibiddel il-ħajja tal-persuna. Ilkelb jgħin persuna nieqsa middawl billi, pereżempju, jiġbor iċ-ċwievet meta jaqgħu, jew iġib il-kartiera mill-basket jew handbag u saħansitra jdaħħal il-credit card fl-ATM. Qed nitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex niġbru l-ammont neċessarju ħalli dan it-taħriġ ikun jista’ jingħata lill Bailey u allura persuna nieqsa mid-dawl ikollha aktar indipendenza,” stqarret Ms Angela Tabone, Direttur Maniġerjali tas-Citadel Insurance plc waqt it-tnedija tal-kampanja. Sabiex Bailey issir service dog ikollha bżonn taħriġ professjonali li jiswa €15,000. Ilproċess jibda mill-għażla talkelb fejn jiġi stabbilit jekk hux adattat għat-tip ta’ taħriġ li se jingħata. Matul ix-xhur li għaddew il-labrador Bailey ġiet individwata bħala ideali għaxxogħol ta’ service dog. Issa jmiss li jinġabru l-fondi neċessarji għat-taħriġ. Għal dan il-għan Citadel Insurance organizzat kompetizzjoni tal-arti għat-tfal tal-klijenti tagħha bit-tema “Our Planet in Motion” li fiha ħadu sehem 60 tifel u tifla. Erba’ artisti lokali għażlu l-aħjar 12il biċċa tal-arti li ġew inklużi fil-kalendarju uffiċjali tasCitadel Insurance għall-2015. Il-Kalendarju se jkun offrut lil dawk kollha li jagħtu donazzjoni ta’ €4.66 b’risq din ilkampanja. Għalkemm Citadel Insurance

DONAZZJONI LILL-FOND TA’ RIĊERKA TAL-UNIVERSITÀ. Evolve Ltd, kumpanija sussidjarja ta’ Attard & Co, għamlet donazzjoni ta’ tliet strumenti lill-Università ta’ Malta permezz tal-Fond tar-Riċerka tal-Università (RIDT). Dan ittagħmir, li jiswa b’kollox €90,000, se jtejjeb u jiffaċilita lprogrammi akkademiċi u l-istudji tar-riċerka fil-Fakultà taxXjenza u l-Fakultà tal-Mediċina u Kirurġija. It-tagħmir jikkonsisti f’mikroskopju kirurġiku Leica M620 F20, Gas Chromatograph u Polarimeter. Evolve Ltd diġà bniet relazzjoni mal-Università ta’ Malta billi, permezz tal-RIDT, ipprovdiet tliet strumenti oħra fl2012 b’valur ta’ €70,500 lid-Dipartiment tal-Kimika. Fir-ritratt lAssociate Prof. fin-Neuroscience Mario Valentino jidher jispjega dwar l-użu tal-mikroskopju kirurġiku Leica M620 F20 il-ġdid li kien installat fil-laboratorju tad-Dipartiment tal-Fiżjoloġija u Bijokimika. Fir-ritratt jidhru wkoll ir-Rettur tal-Università lProfessur Juanito Camilleri (it-tielet mix-xellug), id-diretturi ta’ Evolve Ltd Gaby Holland, Hugh Arrigo (it-tieni mil-lemin), u dDirettur Maniġerjali Christopher Busuttil.

Il-labrador ‘Bailey’ – bi ftit taħriġ ikun kapaċi jbiddel il-ħajja ta’ persuna

plc tkun involuta f’diversi inizjattivi fil-komunità, din il-kampanja hi waħda speċjali minħabba l-impatt pożittiv li se tħalli fil-ħajja ta’ persuna. Filmument hemm diversi persuni li jixtiequ li jkollhom servizz ta’ service dog biex ikunu aktar indipendenti. Angela Tabone qalet li kulħadd jifhem li mhux faċli għal persuni b’abbiltajiet differenti li jipprovdi €15,000 għal service dog, li fil-fatt ikollu bżonn jinbidel ma’ kelb iżgħar wara 8 snin. “Irnexxielna noħolqu entużjażmu mill-bidu tal-inizjattiva, permezz tal-klijenti tagħna u ttfal tagħhom. Barra minn hekk, matul it-triq sibna wkoll l-għajnuna u s-sapport ta` diversi kumpaniji oħra. Irrid ngħid li

PTL Holdings plc tniedi l-ħruġ ta’ €36m f’bonds

PTL Holdings plc, ilkumpanija azzjonarja ta’ PTL International, ħarġet €36 miljun f’bonds li jagħlqu fl-2024. Dawn il-bonds mhux assigurati għandhom valur nominali ta’ €100 għal kull bond f’parità, b’rata annwali ta’ imgħax ta’ 5.1 fil-mija. Il-fondi miġbura mill-bonds se jintużaw primarjament għall-finanzjament tal-espansjoni reċenti ta’ PTL International.

47

Tagħrif fuq il-ħruġ tal-bonds ta’ PTL Holdings plc jinstab fil-prospett maħruġ fit-3 ta’ Novembru 2014, mis-sit www.ptli.net jew mill-intermedjarji finanzjarji awtorizzati. Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu mingħand l-intermedjarji finanzjarji awtorizzati. Issottoskrizzjonijiet jiftħu fl-24 ta’ Novembru u jagħlqu fit-28 ta’ Novembru, jew qabel f’każ li l-bonds jitieħdu kollha.

d-donazzjonijiet kollha se jmorru għand il-Malta Service Dog Foundation li se jużaw ilflus miġbura biex ikopru ttaħriġ ta’ Bailey,” temmet tgħid Angela Tabone. Dawk kollha li jixtieq jgħinu f’din l-inizjattiva jistgħu jibagħtu sms fuq 5061 7905 għal donazzjoni ta’ €4.66 u jinkludu isimhom u l-email. Bħala ringrazzjament tad-donazzjoni, Citadel Insurance qed toffri kalendarju b’xejn. Dan jista jinġabar mill-fergħat ta’ Citadel Insurance. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-websajt www.citadelplc.com u millapplication tal-mobile u facebook page tas-Citadel Insurance.

BANIF BANK. Għas-sitt sena konsekuttiva Banif Bank (Malta) plc tenna l-impenn tiegħu bħala l-isponsor ewlieni talPresident’s Solidarity Fun Run. Is-slogan ta’ din is-sena – ‘One Nation, One Heartbeat’ – jirrifletti l-ispirtu ta’ dan l-avveniment li ta’ kull sena jlaqqa’ nies minn kull qasam tas-soċjetà, f’wirja impressjonanti ta’ solidarjetà. Organizzata mill-Malta Community Chest Fund bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għallIsport, b’risq L-Istrina, il-President’s Solidarity Fun Run din issena se ssir il-Ħadd li ġej, 23 ta’ Novembru, fl-10am. “Għal darb’ oħra qed nistennew suċċess,” qal Michael Frendo, Chairman, Banif Bank (Malta) Plc. “Dawk li diġà ħadu sehem jafu li l-Ġirja hi esperjenza ta’ gost, ħbiberija u entużjażmu. Hu f’dan l-ispirtu li l-Banif u l-impjegati jieħdu sehem u jgħinu bil-loġistika. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru minn kull fergħa tal-Banif, mill-uffiċini tal-MCCF il-Palazz il-Belt u San Anton, jew www.funrun.org.mt.


48

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Sport

Noras Bean b’rebħa ewlenija fl-Olanda Noras Bean (Stefan Soderkvist) li kellu rebħa importanti f’tiġrija nternazzjonali fl-Olanda.

TROTT U GALOPP Kenneth Vella

Il-ġimgħa li għaddiet iż-żiemel Żvediż Noras Bean kien fl-aħbarijiet. Dan wara li fil-korsa ta’ Victoria Park f’Wolvega fl-Olanda rebaħ fit-tiġrija nternazzjonali Prijs De Giganten. Misjuq minn Stefan Soderkvist u mħarreġ minn Ulf Stenstromer, Noras Bean temm rebbieh f’medja tajba ta’ 1.12.8” fil-kilometru fuq distanza ta’ 2100m. Solea Rivelliere temm it-tieni quddiem Aisle Stand. Diżappuntanti ftit kienet it-tiġrija għal żiemel ieħor Skandinavu, Kadett C.D. li wara bidu veloċi f’idejn il-Belġjan Dominik Locqueneux, ma rnexxilux jispiċċa mal-ewwel tliet żwiemel. “Dan żiemel li jidħol f’qalbek, vera nammirah,”

tenna Stenstromer fi tmiem it-tiġrija. It-tiġrija kellha premju ta’ 250,000 krona Żvediża. Ċertament, Stenstromer qatt ma stenna li Noras Bean kien se jirbaħ tiġrija ta’ dan il-livell, speċjalment wara li aktar kmieni dan l-istaġun hu kien ħabbar li dan iż-żiemel ta’ disa’ snin kien se jiġi rtirat u se jibda jintuża biss għat-tagħmir. Dan wara li ż-żiemel kien weġġa’ l-għaksa ta’ waħda minn saqajh ta’ quddiem. “Issa l-objettiv tagħna se jkun dak li s-sena d-dieħla nerġgħu nirbħu l-Prix De France filkorsa ta’ Vincennes f’Pariġi fi Franza bħal kif għamilna s-sena li għaddiet. Iżda dan ma jfissirx li Noras Bean mhux se jkun miktub ukoll għall-

famuża Gran Prix D’Amerique li ssir qabel,” ikkonferma t-trainer ta’ Noras Bean, żiemel li sal-lum rebaħ aktar minn ħdax il-miljun krona Żvediża fi premjijiet.

Goop b’rebħ impressjonanti Fil-jiem li għaddew, is-sewwieq popolari u ewlieni Żvediż Bjorn Goop irnexxilu jikser rekord personali. Hu qabeż iċ-ċifra ta’ aktar minn nofs biljun krona Żvediża f’rebħ ta’ flus. B’hekk irnexxilu jilħaq dak li wettqu Stig H Johansson, Orjan Kihlstrom u Ake Svenstedt fis-snin li għaddew. Goop irnexxilu jilħaq din iċ-ċifra wara li temm fit-tielet pożizzjoni f’tiġrija fil-

korsa ta’ Axevalla permezz ta’ C.C. Simoni. Illum Bjorn Goop għandu 38 sena u saq l-ewwel tiġrija fil-karriera lura fl1994. L-akbar suċċess li kellu din issena wasal f’Mejju li għadda meta rebaħ il-kompetizzjoni Elitloppet filkorsa ta’ Solvalla f’pajjiżu stess permezz tal-Franċiż Timoko. Mitlub jikkummenta dwar dan is-suċċess Goop tenna li l-flus huma importani iżda mhux kollox fil-ħajja. “Sodisfatt li bir-rebħiet tiegħi ferraħt ħafna sidien u dilettanti. Issa l-objettiv tiegħi jibqa’ li nirbaħ it-titlu tal-aqwa sewwieq talpajjiż għal staħun ieħor,” ikkonkluda Goop.

L-avveniment ewlieni li jsir illum wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa se jkun ilfinali tat-Tazza tal-President għal żwiemel tal-ogħla klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din se tagħmel parti mid-39 programm tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Tnax se jkunu ż-żwiemel li se jiġru filfinali Premier li tibda fl-4.10 pm. Dawn ikunu Vejby Boom, Mad Image, Pat De Fontaine, Pedro Vici, Original Blue, Phenix De La Roque, Ohime Mag, Oran, Gently Di Poggio, Poulot Des Cinty, Mint Kronos u Made In Hoff. Hawnhekk attenzjoni speċjali se tingħata lit-tliet żwiemel li rebħu fissemifinali. Dawn kienu Mad Image (Rodney Gatt), Pat De Fontaine (Noel

Baldacchino) u Pedro Vici (Michael Axisa). Iżda fl-opinjoni tiegħi, żwiemel oħra bħal Ohime Mag (Ronald Cassar) u Mint Kronos (Julian Farrugia) ukoll mhux ta’ min jafdahom. Is-sena li għaddiet din il-kompetizzjoni kienet intrebħet mit-Taljan Gently Di Poggio taħt il-gwida ta’ Brian Zammit. Il-kumplament tat-tiġrijiet se jkunu heats minn tliet kampjonati differenti għal żwiemel Franċiżi, kollha fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn ikunu lPrix D’Enghien għal żwiemel tal-klassi Gold, il-Prix De Cabourg għal żwiemel tal-klassi Silver u l-Prix De Cagnes Sur Mer għal dawk tal-klassi Bronze. L-ewwel tiġrija, li tkun heat tal-klassi Bronze tibda fis-1.15pm.

Tbassir I Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Man Quick. Place – Picabia Des Audins, Quindici. II Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Quid Pierre. Place – Paolin De Bannes, Poustouf Du Bleuet. III Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Rower. Place – Magnum, Uran Mad. IV Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Rex Rose. Place – Roi Du Solat, Roff Gy. V Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. Win –

Qurieux Du Ponchet. Place – Quito De Femisson, Quintet. VI Tiġrija. Finali Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. Win – Pat De Fontaine. Place – Pedro Vici, Mad Image. VII Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Pacha De Sassy. Place – Quel Gibus, Quebec De Chenu. VIII Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. Win – Quartz Nay. Place – Quoing A Man, Milord Barbes. IX Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Record Du Stade. Place – Quozak Prior, Perdreau Rapide.

Tispikka l-finali tat-Tazza tal-President LOKALI


49

It-tielet rebħa f’Malta għal Pouloud Keroc’h Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Sport

TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL

Kenneth Vella

It-38 laqgħa tas-sena li saret il-Ġimgħa fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn disa’ tiġrijiet tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640m, b’waħda minnhom tkun normali għal żwiemel tal-klassi Premier. Tmienja minn dawn it-tiġrijiet kienu heats li taw il-bidu għal tliet kampjonati għal żwiemel Franċizi u li qed jiġu organizzati bl-għajnuna talassocjazzjoni Franċiza Le Trot. Intant l-uniku tiġrija Premier ntrebħet mill-Franċiż Pouloud Keroc’h li kien qed jirritorna wara l-waqfa tas-Sajf. Sittax kienu ż-żwiemel li bdew wara l-karozza tat-tluq fit-tiġrija Premier. Quartz De Chenu (Michael Ellul) kien laktar veloċi wara li ngħata lbidu uffiċjali. Dan ħa l-kmand minnufih u fetaħ vantaġġ żgħir minn Quel Hermes (Mario Fenech) u Quillian Joyeux li kien taħt il-gwida ta’ sidu Andre’ Farrugia. It-tiġrija baqgħet b’dan l-andament sakemm iż-żwiemel daru għad-dritta finali. Kien f’dak il-ħin li Quartz De Chenu naqqas mill-ġiri u nqabeż minn Pouloud Keroc’h (Chris Vassallo) li ħa t-tielet rebħa f’Malta. Quillian Joyeux u ddebuttant Żvediż Schwerin Boko (Charles Magro) kellhom ukoll pjazzament tajjeb fit-tielet u r-raba’ pożizzjoni. It-tliet kampjonati għal żwiemel Franċiżi li bdew waqt l-istess programm kienu l-Prix d’Enghien tal-klassi Gold, ilPrix De Cabourg tal-klassi Silver u l-Prix De Cagnes Sur Mer tal-klassi Bronze. Il-heats

Pouloud Keroc’h misjuq minn Chris Vassallo jikseb rebħa fir-ritorn tiegħu wara l-waqfa tas-sajf (ritratt: Bjorn Briffa: Pinkish Line)

Gold raw is-suċċess ta’ Quiz Du Lys (Rodney Gatt), li ħalla kollox għall-aħħar 700m u qasam il-linja finali l-ewwel b’vantaġġ ta’ seba’ tulijiet u ta’ Quel Homme (Noel Baldacchino) li ssorprenda flaħħar metri. Matul l-istess laqgħa saret preżentazzjoni lil Chris Cassar li ġie magħżul bħala l-ġerrej tax-xahar ta’ Ġunju li għadda. Din tmexxiet minn Fidel Dalli, f’isem il-Malta Racing Club.

Ir-riżultati kollha I Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Queops De Retz (C. Fenech) Ħin – 3.28.3” (1.18.9”) 2. Quitus Beauregard (Ph. Calleja) 3. Quito Du Goulet (Ch. Cassar) 4. Paco (Ch. Xerri) II Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Ravageur De Payre (C. Caruana) Ħin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Quarus De Levres

(Ch. Camilleri) 3. Rex Speed (J. Carabott) 4. Quick Et Rare (F. Cassar) III Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Ogor (A. Cassar) Ħin – 3.29.2” (1.19.2”) 2. Qumran De La Motte (F. Cassar) 3. Oscar Indien (A. Camilleri) 4. Reziro Josselyn (T. Demanuele) IV Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Quiquafini (J. Farrugia) Ħin – 3.26.6” (1.18.2”) 2. Partisan De Bouere (B. Hili) 3. Okir De Leau (M. Mifsud) 4. Quasimir De Bolero (Sh. Portelli) V Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Polytain (N. Baldacchino) Ħin – 3.28.2” (1.18.9”) 2.Quid De Belle Vue (Ch. Camilleri) 3. Pactolgo (L. Ghigo) 4. Quatrain De Retz (P. Bonello) VI Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Quiz Du Lys (R.

Gatt) Ħin – 3.25.7” (1.18.6”) 2. Rodin Du Rib (C. Caruana) 3. Reader JYL (N. Baldacchino) 4. Prince Gaillard (R. Magro) 5. Quid D’Aliermont (Ch. Camilleri) VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Pouloud Keroc’h (Ch. Vassallo) Ħin – 3.21.9” (1.16.5”) 2. Quartz De Chenu (M. Ellul) 3. Quillian Joyeux (A. Farrugia) 4. Schwerin Boko (Ch. Magro) VIII Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Quel Homme (N. Baldacchino) Ħin – 3.25.2” (1.17.7”) 2. Quel Imprevu (D. Vallee – FRA) 3. Quo De Clerlande (B. Hili) 4. Quomo Du Michalet (B. Hili) 5. Regent De Tillard (A. Farrugia) IX Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Record Du Mexique (M. Cauchi) Ħin – 3.25.9” (1.18”) 2. Pegase d’Ariane (A. Cassar) 3. Quattro Du Gite (R. Gatt) 4. Rocky Mati (P. Caruana)


50

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Sport

Sport lokali għal-lum

MFA Kordin -3pm. Partita ta’ ħbiberija U/12. Malta v Ażerbaijan YFA Victor Tedesco Std – 9am. U15. Valletta v Paola H., 10.45am. U17. San Ġwann v Floriana., 12.30pm. U17. Sliema v St Andrew Luxol Std – 9am. U17. St Lucia v Swieqi., 10.45am. U15. St Lucia v B’Bugia., 12.30pm. U15. Marsaskala v Msida Siġġiewi Grd – 1pm. U17. Pieta H v Paola H., 2.45pm. U17. Mosta v Valletta., 4.30pm. U15. Kirkop v Luqa Mġarr Grd – 1pm. U17. Għaxaq v St Venera., 2.45pm. U15. Kalkara v Gżira., 4.30pm U15. Sirens v Żejtun GFA Kerċem Std– 1pm. GFA Cup. I Rd. Żebbuġ R v Victoria H., 3pm. GFA Cup. I Rd. Xewkija T v St Lawrence SP. IASC Santa Lucia Grd – 8.30am. I Div. Burmarrad AFC v Floriana A., 9.45am. I Div. B’Bugia T v Mosta G., 11am. I Div. Marsa T v Ħamrun L.

BASKETBALL Ta’ Qali – 11.15am. St James Hospital. Lig (N). Athleta v Depiro., 1 pm. BOV KO. (I). Floriana v Siġġiewi, 2.45pm. St James Hospital. Lig (N). Hibs v Luxol., 4.30pm. BOV KO. (I). Virtus v Luxol SPARAR Bidnija – 10am. Sparatura Skeet u Double Trap. Qormi – 10am. Sparatura Trap.

HOCKEY Kordin – 9am. Challenge Cup. Logħba għat-3 u r-4 post. Sliema HS v Rabat., 11am. Challenge Cup. Finali. Floriana YS v Poiatti Qormi

WEIGHTLIFTING Cottonera – 9.45am. Kampjonati nazzjonali talweightlifting. HANDBALL Kordin – 11am. II Div. Aloysians v Swieqi P.

TIĠRIJIET TAŻŻWIEMEL Marsa – Issir is-39 laqgħa tal-istaġun li tinkludi l-finali tat-Tazza tal-President

New Zealand jirbħu l-Four Nations New Zealand rebħu l-Four Nations għat-tieni darba

RUGBY

New Zelaand rebħu għattieni darba t-titlu tal-Four Nations meta Shaun Johnson ta wirja brillanti f’rebħa 22-18 fuq l-Awstralja fil-finali. Michael Jennings poġġa lillAwstralja fil-vantaġġ wara li approfitta minn żball imma Jason Nightingale irrisponda għal New Zealand. Manu Vatuvei għamel try wara xogħol tajjeb ta’ Johnson u t-tieni try tiegħu poġġiet lil New Zealand fil-kontroll. Ben Hunt naqqas id-distakk

għal erba’ punti u Mata’utia falla ċans tajjeb tar-rebħa. Bil-ħin kważi skadut, ilplejer ta’ 18-il sena seta’ kiseb ir-rebħa għaċChampions renjanti imma twaqqaf viċin il-linja tat-try f’Wellington. Kien il-half-back Johnson li skorja try fl-aħħar sekondi kontra l-Ingilterra fissemifinali tat-Tazza tad-Dinja s-sena l-oħra, li kien il-moħħ wara r-rebħa tal-organizzaturi New Zealand bit-teknika u lħeffa tegħu.

Dan s-suċċess għen lit-tim ta’ Stephen Kearney biex jikseb rebħiet konsekuttivi kontra l-Kangaroos għallewwel darba sa mill-1953 wara r-rebħa 30-12 fl-ewwel logħba ta’ kompetizzjoni ta’ livell għoli li kienu rebħu wkoll fl-2010. Iċ-Champions tad-Dinja lAwstralja - li kellhom bosta plejers imweġġgħin qabel itturnament u oħrajn morda kellhom ibaxxu rashom quddiem il-qawwa talġirien.


Il-Greċja jkeċċu lill-kowċ Claudio Ranieri 52

Il-Greċja keċċew il-kowċ nazzjonali, it-Taljan Claudio Ranieri wara t-telfa imbarazzanti li ġarrbu f’darhom ilĠimgħa kontra Faroe Islands. It-Taljan kien iffirma kuntratt ta’ sentejn biex ħa post Fernando Santos f’Lulju imma r-renju tiegħu intemm wara biss erba’ xhur fil-kariga. Il-pożizzjoni ta’ Ranieri diġà kienet fid-dubju wara telfiet li ġarrbu l-Griegi fil-kwalifikazzjoni tal-Euro 2016 kontra rRumanija u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll draw 1-1 malFinlandja. U t-telfa umiljanti filKaraiskakis Stadium kontra Faroe Islands li qed jokkupaw il-187 post fir-ranking tal-FIFA kienet l-aħħar daqqa. Il-President tal-FA Griega Giorgos Sarris qal fi stqarrija li wara r-riżultati devastanti tattim nazzjonali, kien se jerfa’ rresponsabbiltà kollha għall-

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Sport

għażla mhux xierqa tal-kowċ nazzjonali li rriżultat f’waħda li tefgħet dell ikrah fuq it-tim nazzjonali quddiem il-partitarji. Il-Griegi jinsabu fl-aħħar post fi Grupp F wara din ittelfa.

Ketsbaia jirriżenja Sadanittant anke l-kowċ ta’ Georgia Temuri Ketsbaja ħabbar li kien qed jirriżenja millkariga. L-aħbar waslet anqas minn 24 siegħa wara li Georgia tilfu 4-0 kontra l-liders ilPolonja fi Grupp D. It-telfa ħalliet lil Georgia l-ħames filGrupp bi tliet punti minn erba’ partiti bl-Iskozja, l-Irlanda u lĠermajja kollha b’seba’ punti. Anke l-kowċ tas-Serbja Dick Advocaat qed jikkunsidra li jirriżenja wara t-telfa 3-1 kontra d-Danimarka mill-Euro 2016. Din it-telfa ħalliet lit-tim filpost ta’ qabel l-aħħar fi Grupp I b’punt wieħed biss wara li l-

UEFA naqqsitilhom tliet punti bħala passi dixxiplinari talli lpartita tagħhom kontra lAlbanija x-xahar l-ieħor kienet abbandunata minħabba inċidenti bejn il-plejers.

Advocaat jitlaq Intant it-telfa li ġarrbu sSerbja wasslet biex il-kowċ Dick Advocaat irriżenja wara telfa 3-1 kontra d-Danimarka. It-telfa ħalliet lis-Serbja fittieni post mill-aħħar fi Grupp I b’punt weħed biss wara li tnaqqsulhom tliet punti tal-inċidenti li kellhom fl-aħħar logħba kontra l-Albanija li ġiet abbandunata. Bid-Danimarka u l-Portugall b’sitta u ħames punti aktar minnhom rispettivament, iċċansijiet tas-Serbja li jaslu salfinali fi Franza huma fil-periklu. “Qatt fil-karriera ma kelli bidu daqshekk ħażin fil-kwalifikazzjoni” qal Advocaat.

Telfa kbira għall-Maltin U/19

It-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena ġarrab telfa kbira kontra l-Iżvizzera f’logħba ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp 6 tal-Kampjonat Ewropew meta tilef 1-7. Ironikament it-telfa mmaturat fit-tieni taqsima u wara li saħansitra kien it-tim Malti li

fetaħ l-iskor wara tmien minuti minn Matthew Guillaumier. Imma Hunziker kien l-eroj tas-serata b’ħames gowls, lewwel tnejn bejn is-27 u t-33 minuta biex l-Iżvizzeri daħlu jistrieħu 2-1 minn fuq. Ilħames gowls l-oħra talIżvizzera fit-tieni taqsima skor-

jawhom Hunziker (3), Pagliuca u Elvedi. Fl-ewwel logħba Malta ġarrbet telfa minima kontra l-Irlanda 1-0. Mill-istess Grupp l-Irlanda għelbet lill-Ġibiltà 4-1. It-Tlieta t-tim Malti jagħlaq l-impenji kontra Ġibiltà bittama li jevita l-aħħar post.

Claudo Ranieri

Ritorn pożittiv għal Keshi TAZZA AFRIKANA

In-Niġerja żammet it-tamiet li tikkwalifika għall-finali tatTazza tan-Nazzjonijiet Afrikani li issa se ssir fil-Guinea Ekwatorjali minflok filMarokk, b’rebħa importanti 20 fuq il-Congo. Penalty ta’ Ikechukwu Uche u gowl ta’ Aaron Samuel ipprovdew il-mediċina perfetta għal dan it-tim hekk kif Stephen Keshi kien qed jirritorna fuq il-bank anke jekk għad hemm inċertezza dwar il-futur tiegħu. Thievy Bifouma falla penalty għall-organizzaturi ħames minuti wara l-ewwel gowl tanNiġerja. B’din ir-rebħa nNiġerja telgħu fit-tieni post quddiem il-Congo fi Grupp A. Il-Ghana fallew iċ-ċans li jissiġillaw posthom fil-finali meta kienu megħluba 1-0 fl-Uganda. Il-gowl deċiżiv wasal minn daqqa ta’ ras ta’ Salvio Kabugo fil-Mandela National Stadium f’Kampala. L-Afrika t’Isfel għelbu lil

Sudan 2-1 biex aċċertaw minn post fil-finali. Ir-rebħa kienet dedikata lill-gowlkiper Senzo Meyiwa li nqatel ftit tal-jiem ilu u l-logħba bdiet b’minuta silenzju. Serero u Tokelo Rantie skorjaw il-gowls għat-tim talAfrika t’Isfel. Riżultati Afrika t’Isfel v Sudan Congo v Niġerja Malawi v Mali Lesotho v Burkina Faso Cameroon v DR Congo Uganda v Ghana Togo v Guinea Mozambique v Żambja Eġittu v Senegal

2-1 0-2 2-0 0-1 1-0 1-0 1-4 0-1 0-1

Riżultati lokali

GFA GFA Cup. I Rd. Qala S v Għajnsielem 2-4 Munxar F v Għarb R. 1-3 Zagħra Utd v Sannat L. 0-2 Kerċem A v SK Victoria W 2-0 SWAN I Div. Ta’ Ġiorni W v Cospicua D 3-0 Mrieħel J v Għargħur B. 2-0 II Div. Tal-Qroqq V v San Ġwann K 0-2 Baħrija AFC v Marsa SM 1-4 Xmas Cup. I Rd. Luqa J v Senglea G 2-2 (Senglea 10-9 bil-penalties) Fleur de Lys v Tarxien 0-3 ISA Toly v Aurobindo 10-3 Methode v Credorax 5-2 BASKETBALL BOV KO II Div. (II) Hibs v Starlites Phoenix v Mellieħa

97-53 56-68


53

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Sport

L-Ingilterra tirbaħ fil-100 logħba ta' Rooney EURO 2016

L-Ingilterra kompliet bisserje ta' rebħiet taħt il-manager Roy Hodgson fejn dawret telfa f'rebħa kontra s-Slovenja f'Wembley Stadium, biex issa fetħet vantaġġ ta' sitt punti filquċċata ta' Grupp E. Din kienet anki l-100 logħba ta' Wayne Rooney għallIngilterra, bil-captain ta' Manchester United jiskorja penalty fit-tieni taqsima għaddraw momentarju. Dan il-gowl ifisser li Rooney laħaq lil Jimmy Greaves bħala t-tielet laktar plejer li skorja gowls għal pajjiżu, wara li sab ix-xikba 44 darba mindu ddebutta mannazzjonal fl-eta ta' 17 il-sena. Fl-ewwel taqsima, l-Ingliżi rari impenjaw lill-gowlkiper Handanovic u bl-Isloveni anki jmorru fil-vantaġġ wara l-mistrieħ, b'awtogol ta' Jordan Henderson. Iżda, il-vantaġġ dam biss żewġ minuti, b'Bostjan Cesar iwaqqa' lil ROONEY fil-kaxxa għal penalty ċar u bl-attakkant tal-Ingilterra ma jiżbaljax millħdax il-metru. L-Ingliżi żiedu fl-attakki, b'Danny WELBECK jagħmilhom 2-1 meta approfitta millindeċiżjoni tad-difiża. It-tielet gowl kien fl-ajru u wasal ħames minuti wara meta Welbeck irċieva mingħand Sterling u mill-ġdid għeleb lil Handanovic b'xutt fil-baxx. L-Ingilterra issa għandha

Riżultati u klassifiki Grupp C Lussemburgu v Ukrajna Maċedonja v Slovakkja Spanja v Belarus Slovakkja Spanja Ukrajna Macedonia Belarus Lussemburgu

L 4 4 4 4 4 4

R 4 3 3 1 0 0

D 0 0 0 0 1 1

Grupp E Ingilterra v Slovenja San Marino v Estonja Żvizzera v Litwanja Ingilterra Żvizzera Slovenja Litwanja Estonja San Marino

L 4 4 4 4 4 4

R 4 2 2 2 1 0

D 0 0 0 0 1 1

T F 0 8 1 13 1 6 3 4 3 2 3 3

T F 0 11 2 8 2 4 2 3 2 1 3 0

Grupp G Awstrija v Russja Moldova v Liechtenstein Montenegro v Żvezja Awstrija Żvezja Russja Montenegro Liechtenstein Moldova

L 4 4 4 4 4 4

R 3 1 1 1 1 0

D 1 3 2 2 1 1

T 0 0 1 1 2 3

F 5 5 6 3 1 2

0-3 0-2 3-0

K Pt 2 12 3 9 1 9 10 3 9 1 11 1 3-1 0-0 4-0

K Pt 1 12 3 6 4 6 6 6 2 4 11 1 1-0 0-1 1-1

K Pt 2 10 3 6 3 5 2 5 6 4 6 1

Konfront bejn il-captains avversarji.... Wayne Rooney jisraq il-ballun lil Bostjan Cesar waqt azzjoni fuq il-lasta tas-Slovenja (ritratt: EPA)

erba' rebħiet minn daqstant logħbiet u hi favorita assoluta li tirbaħ il-grupp tagħha, blavversarji tagħha qegħdin juru ftit li xejn konsistenza. Intant, il-part-timers ta' San Marino kisbu l-ewwel punt fi Grupp E meta żammew lillEstonja 0-0. Dan hu anki lewwel punt għal San Marino f'din il-kompetizzjoni wara 61 konfront, bil-gowlkiper, Aldo Simoncini, jippreserva r-riżultat b'diversi saves diffiċli. San Marino qed tiċċelebra wkoll il-fatt li rnexxielha tevita telfa għall-ħames darba f'124 logħba. L-Iżvizzera għelbet lilLitwanja 4-0 biex laħqet lill-istess Litwani u s-Slovenja fuq sitt punti, f'dan il-grupp. L-Iżvizzera kienet l-aħjar tim għal ħafna ħinijiet u fit-tieni taqsima skurjat erba' darbiet taħt xita kontinwa, bid-difensur tal-Litwanja, Gierdrius Arlauskis, jikkommetti awtogol fis-66 minuta u blIżvizzeri jżidu gowls oħra minn Fabian SCHAER u Xherdan SHAQIRI (2). L-Awstrija għelbet lir-Russja

1-0 biex ikkonsolidat postha bħala liders ta' Grupp Ġ, b'dan ir-riżultat iżid il-pressjoni fuq il-kowċ tar-Russja, Fabio Capello. Il-logħba kienet ferm kumbattuta, bl-Awstrijaċi jistennew sa kwarta mit-tmiem biex jiżblokkaw ir-riżultat missostitut Ruben OKOTIE li għeleb lill-gowlkiper Russu, Akinfeev, minn rebound. L-Iżvezja u Montenegro spiċċaw fi draw 1-1, f'Podgorica, bl-Iżvediżi jmorru fil-vantaġġ minn Zlatan IBRAHIMOVIC wara disa' minuti. Il-Montenegrini kisbu ddraw għaxar minuti mit-tmiem mill-penalty ta' Stefan JOVETIC. Dan kien it-tielet draw għallIżvediżi fi Grupp Ġ, bit-tim ta' Erik Hamren għadu mhux megħlub wara erba' logħbiet. Sadanittant, il-Liechtenstein għelbet lill-Moldova barra minn darha, bl-uniku gowl tallogħba jasal minn Franz BURGMEIER wara 73 minuta. Fi Grupp Ċ, iċ-Champions Ewropej, Spanja, niżlu kontra Belarus mingħajr plejers regolari bħal Cesc Fabregas u

Stqarrija mill-PSDC

Il-Premier Division Standing Committee (PDSC) fi stqarrija għall-istampa ffirmata mis-Segretarju Mario Debono qal li jħoss li f’dan il-mument għadu prematur li jiddiskuti jew jiżvela fil-pubbliku l-kontro-proposti li se jkun qed jagħmel għar-riforma fir-regolamenti tal-futbol Malti, kif imfassla mill-MFA. Wara li l-MFA kellha

numru ta’ laqgħat mad-diversi stakeholders interessati, fejn fihom ġew spjegati ittibdiliet proposti, l-istess MFA ċċirkulat abbozz ta’ dawn il-proposti, biex ikunu jistgħu jiġu diskussi millIstanding Committees ta’ kull divizjoni fi ħdan l-MFA. Din il-pożizzjoni l-PDSC qed joħodha anki b’rispett lejn il-ftehim li hemm mal-

Diego Costa iżda xorta kisbu it-tliet punti mingħajr wisq affann. It-tim ta' Vicente del Bosque fetaħ vantaġġ doppju wara 20 minuta, b'ISCO u Sergio BUSQUETS isibu xxibka f'temp ta' 60 sekonda. Fit-tieni taqsima l-Ispanjoli baqgħu jiddominaw, blattakkant Pedro RODRIGUEZ jikkonkludi għat-3-0 finali. Is-Slovakkja kompliet timpressjona b'rebħa oħra, din iddarba kontra l-Maċedonja, u meta issa għandha punti massimi minn erba' logħbiet – tlieta aktar minn Spanja u l-Ukrajna. Is-Slovakki daħlu jistrieħu 2-0 minn fuq, b'gowls ta' Juraj KUCKA u Adam NEMEC, waqt li fit-tieni taqsima adottaw logħba prudenti fejn amministraw ir-riżultat sal-aħħar. L-Ukrajna kisbet it-tielet rebħa f'dan il-grupp għallispejjeż tal-Lussemburgu, blattakkant ta' Dinamo Kiev, Andriy YARMOLENKO jiskorja hat-trick. L-ewwel gowl wasal wara 33 minuta, bYarmolenko isib ix-xibka darbtejn oħra bejn it-53 u s-56

MFA dwar kif għandu jitmexxa l-proċess ta’ konsultazzjoni u djalogu bejn il-partijiet involuti. Il-PDSC se jkun qed jispjega l-pożizzjon tiegħu hekk kif id-dokument finali jkun imfassal, maqbul u ppreżentat. Il-PDSC jappella lill-partijiet kollha nvoluti f’dawn id-diskussjonijiet biex jaġixxu b’responsabbiltà.

minuta. B'hekk l-Ukreni komplew jisfidaw lis-Slovakkja u Spanja għall-kwalifikazzjoni, bil-Lussemburgu jinsabu laħħar fil-grupp b'punt wieħed biss.

Riżultati oħra

Ingilterra - League 1 Oldham v Crawley Coventry v Notts Co Crewe v Chesterfield Doncaster v Sheff Utd Gillingham v Leyton O Port Vale v Rochdale Preston v Bradford C Swindon v Bristol C Walsall v Peterboro Yeovil v Fleetwood League 2 Plymouth v Portsmouth Morecambe v Bury Wimbledon v Dagenham Carlisle v Accrington Luton v Tranmere R Shrewsbury v Mansfield T Southend Utd v Hartlepool Stevenage v Cheltenham York v Oxford Utd

Skozja – Championship Hibs v Queen of South Livingston v Dumbarton Raith v Cowdenbeath Rangers v Alloa Falkirk v Hearts League 1 Airdrie v Morton Ayr Utd v Peterhead Brechin v Forfar S’housemuir v Dunfermline Stirling A v Stranraer League 2 Albion v Arbroath Annan v Montrose Berwick v East Fife Clyde v E.Stirling Elgin v Queens Park Italja Serie B Carpi v Cittadella Bologna v Brescia

1-1 0-1 0-0 0-1 3-2 1-0 1-2 1-0 0-0 0-1

3-0 1-0 1-0 1-0 1-0 2-0 1-0 5-1 0-1 0-0 1-2 2-1 1-1 0-1

0-1 2-3 3-3 1-0 1-1

2-1 2-2 2-3 0-1 1-4 5-2 1-2


56

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru, 2014

Lokali

It-Taljan ta’ 14-il sena Vincenzo Campiello bil-kanzunetta Tu Primo Grande Amore rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Junior Eurovision Song Contest b’total ta’ 159 punt. Fi spettaklu organizzat għall-ewwel darba f’Malta, u li sar fil-Marsa Shipbuilding ilbieraħ filgħaxija, Malta kienet klassifikata fir-raba’ post hekk kif ir-rappreżentanta ta’ pajjiżna Federica Falzon ta’ 11-il sena bil-kanzunetta Diamonds kisbet 116-il punt wara li tat interpretazzjoni mill-aqwa li ntlagħqet b’ċapċip kbir. Għal Malta vvutaw 14 minn 16-il pajjiż parteċipant, bl-Italja l-uniku pajjiż li jagħti 12-il punt lil Malta u 10 punti mill-ġurija tat-tfal. Il-Kroazja kien l-uniku pajjiż li ma ta l-ebda punt lil Malta. Fit-tieni u fit-tielet post kienu klassifikati l-Bulgarija u l-Armenja b’147 u b’146 punt rispettivament. Fl-ispettaklu ħadet ukoll sehem Gaia, ir-rebbieħa tal-edizzjoni li saret is-sena li għaddiet, u lbieraħ kienet hi li ppreżentat it-trofew lir-rebbieħ Taljan, l-uniku tfajjel kantant fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Fi produzzjoni mill-aqwa li kienet f’idejn il-PBS b’kollaborazzjoni mal-European Broadcasting Union, l-ispettaklu ta’ dawl u xenarji mill-isbaħ, poġġew lil Malta fuq quddiem bħala attrazzjoni ewlenija hekk kif l-ispettaklu kien segwit minn miljuni ta’ telespettaturi madwar id-dinja. (Ritratti: Gianfranco Stellini)

Il-bomba mmirata għal mart l-Ispettur

TNAX-IL JUM WARA T-TQEGĦID TA’ BOMBA QAWWIJA MAR-RESIDENZA TA’ SPETTUR TAL-PULIZIJA FIŻ-ŻURRIEQ

Joe Mikallef

joe.mikallef@media.link.com.mt

F’aktar investigazzjonijiet li lPulizija kompliet tagħmel matul din il-ġimgħa b’rabta mal-bomba mad-dar ta’ Spettur tal-Pulizija fiż-Żurrieq fil-bidu ta’ dan ixxahar, jidher li kien hemm żviluppi ferm importanti. IlPulizija qed tinvestiga lprobabbiltà li l-bomba setgħet kienet immirata għal mart lIspettur u l-mottiv hu dwar wirt ta’ proprjetà. Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qalu lil il-mument li listħarriġ tal-Pulizija mmexxi mid-Dipartiment Investigazzjonijiet Kriminali kien wieħed qawwi bl-iskop li dawk moħbija wara dan l-att kodard, jinqabdu u jitressqu l-Qorti. L-investigaturi tkellmu fiddettall ħafna, u anki b’mod ripetut, mal-Ispettur Geoffrey Azzopardi biex jippruvaw jistabbilixxu l-mottiv wara azzjoni qawwija bħal din. Jidher li għalkemm serva f’diversi taqsimiet tal-Korp, fosthom fidDipartiment Investigazzjonijiet Kriminali, fit-Taqsima talImmigrazzjoni u, issa, fitTaqsima tal-Fondi tal-Unjoni Ewropea, ma jidhirx li hu qatt

...mhix eskluża l-possibbiltà li l-mottiv hu marbut ma’ wirt ta’ proprjetà

rifes xi kallijiet ta’ xi ħadd. “Hu improbabbli ħafna li xi ħadd seta’ għamillu bomba bħala tpattija għal xi ħaġa li seta’ qatt għamel,” qal sors li tkellem ma’ il-mument. Fid-dawl ta’ dan ix-xenarju, ilPulizija tefgħet ħarsitha lejn persuni oħra fil-familja Azzopardi biex tara jekk wara kollox, fil-mira kienx hemm huma aktar milli l-Ispettur Geoffrey Azzopardi. Waħda mill-pisti li qed ikunu investigati hi proprju dik tal-mara tal-Ispettur Azzopardi –

Evangelista Azzopardi, li hi għalliema. Minn stħarriġ li għamlu l-Pulizija jidher li filpreżent fil-familja intera hemm kwistjoni taħraq ħafna dwar wirt ta’ proprjetà. Jidher li hemm min irid b’saħħa kbira ċerta proprjetà li jidher li se tkun akkwistata minn Evangelista Azzopardi. Fil-qafas ta’ dan kollu, mhix eskluża l-possibbiltà li min wettaq dan l-att kriminali kellu f’moħħu li jwissi serjament lil Evangelista Azzopardi dwar dan il-wirt biex toqgħod pass lura, u anki jekk hemm bżonn,

tirrinunzja għal xi wirt li jista’ jingħatalha. Nifhmu li l-investigaturi qed jindagaw sew dawn l-aspetti ġodda fl-investigazzjonijiet tagħhom u matul il-jiem li għaddew jidher li mhux biss komplew jitkellmu u jinterrogaw diversi persuni li jistgħu jgħinu fl-istħarriġ – fosthom persuni li joqogħdu fl-inħawi tal-Imqabba u l-Qrendi – iżda saru wkoll xi rejds f’xi postijiet partikulari. Sadattant, l-esperti li qed jaħdmu dwar il-bomba mpoġġija fid-daħla tad-dar tal-familja

Azzopardi, matul din il-ġimgħa komplew janalizzaw diversi aspetti li joħorġu mill-oġġetti elevati mill-post tal-isplużjoni. Issa ċerti li l-bomba kienet taħlita ta’ splussiv li jintuża fil-logħob tannar, imma li jintuża għal skopijiet oħra wkoll. Il-mistoqsija iżda li qed tkompli ssir minn dawn l-esperti hi kif din il-bomba ma ħalliet ebda nugrufun. Normalment, bomba dejjem tħalli ammont ta’ swidija u bħal nugrufun. Din id-darba, din ilbomba ma ħalliet ebda tip ta’ residwi bħal dan. Dan il-fatt qed ikun diskuss f’ċertu dettall biex ikun stabbilit b’mod preċiż kif inħadmet u kienet sploduta din ilbomba. Kif għedna b’mod esklussiv ilġimgħa l-oħra f’din il-gazzetta stess, ta’ informazzjoni mill-aktar importanti hi s-sim card talmobile użat fl-isplużjoni. Lesperti jistgħu jaslu biex ikomplu jiksbu tagħrif mill-aktar importanti.

media•link COMMUNICATIONS


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.