In-Nazzjon 19 ta' Novembru 2014

Page 1

Nru 13,904

L-Erbgħa, 19 ta‘ Novembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Ix-xogħol fil-farmhouse ta’ Helena Dalli mhux kopert lanqas mill-OHSA

Ara paġna 2

Iċ-Chairman tal-Unit tal-Privatizzazzjoni allegatament jigdeb taħt ġurament fil-Qorti

Mhux veru li r-Rapport tal-Kumitat Tekniku mmexxi mill-Imħallef Emeritu Geoffrey Valenzia li evalwa l-liċenzja għal casino ġdid ma kienx lest. Anzi kien konklużiv u ppropona li l-għażla għandha tkun favur Dragonara Gaming u mhux Eden Leisure Group Emanuel Camilleri, iċChairman tal-Unit talPrivatizzazzjoni, fix-xhieda tiegħu nhar it-Tnejn li għadda filQorti fil-każ li fetħet il-kumpanija Dragonara Gaming Limited kontra l-Gvern, allegatament inqabad jigdeb taħt ġurament meta qal li r-Rapport Tekniku talImħallef Emeritu Geoffrey Valenzia ma kienx lest u kien se jkun inkonklużiv. ‘In-Nazzjon’ illum tista’ tiżvela kif dan ir-Rapport Tekniku mhux biss kien lest, iżda

kien ukoll wieħed konklużiv fissens li kien jipproponi bl-aktar mod ċar li fuq il-bażi tal-evalwazzjoni li għamel il-Kumitat Tekniku, u fid-dawl tal-maġġoranza ċara tal-membri tal-istess Kumitat favur l-offerta magħmula minn Dragonara Gaming Limited, dan irrakkomanda li dDragonara għandha tkun dikjarata bħala r-rebbieħa ta’ din ilkonċessjoni. Fil-mandat tagħha Dragonara Gaming qed tikkontesta l-għoti tal-liċenzja mill-Gvern għal casi-

no ieħor f’Malta lill-Grupp Eden Leisure, u wara li għamlet ġurnata sħiħa tisma’ l-argumenti legali, nhar it-Tnejn il-Qorti qalet li se tagħti deċiżjoni fil-jiem li ġejjin. Imma fid-dawl ta’ dawn laħħar żviluppi, f’Rikors ieħor ippreżentat fil-Qorti kmieni lbieraħ waranofsinhar, Dragonara Gaming Limited talbet lill-Qorti biex fid-dawl talinformazzjoni ġdida li tista’ tirriżultalha, ma tagħtix iddeċiżjoni tagħha fuq il-mandat tagħha sakemm jinstema’ l-eks-

Imħallef Geoffrey Valenzia u ssir trattazzjoni ulterjuri biex ikun determinat jekk Emanuel Camilleri qalx il-verità kollha meta kien qiegħed jixhed nhar itTnejn, 17 ta’ Novembru 2014. Dan għaliex skont Dragonara Gaming Limited, jidher ċar li Emanuel Camilleri ma xehedx is-sewwa, kif joħroġ minn affidavit ippreżentat bil-ġurament ilbieraħ stess fil-Qorti minn dan il-ġurnal, li issa ilu numru ta’

Il-Qorti twaqqaf il-kuntratt tat-trasport pubbliku

għal paġna 3

Tilqa’ t-talba tal-konsorzju Malti u twaqqaf lill-Gvern milli jidħol fi ftehim mal-Autobuses de Leon għalissa

Aktar reazzjonijiet għall-Baġit 2015 f’In-Nazzjon Ara paġni 4 u 5

Ara paġna 3

Erba’ Iżraeljani jinqatlu f’attakk fuq sinagoga f’Ġerusalemm

Ara paġna 13

Il-libertà reliġjuża mhedda f’60% tal-pajjiżi

Ara paġni 20 u 21


www.maltarightnow.com

2

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Ix-xogħol fil-farmhouse ta’ Helena Dalli u żewġha mhux kopert mill-OHSA

L-Awtorità – li kumbinazzjoni taqa’ taħt il-Ministru Helena Dalli – ma ħarġitx l-Acceptance Letter Robert Cremona

Informazzjoni li kiseb il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ tikkonferma li xxogħol li qed isir fil-farmhouse proprjetà ta’ Helena u Patrick Dalli fiż-Żejtun, apparti li għandu avviż ta’ infurzar fuqu millMEPA, qed isir mingħajr lapprovazzjoni meħtieġa millAwtorità Maltija għas-Saħħa u sSigurtà (OHSA). Sorsi li tkellmu magħna spjegawlna li meta proprjetarju ta’ post ikun se jibda xogħlijiet ta’ bini jew xogħol strutturali maġġuri, ikun obbligat jinforma lill-OHSA. Dan skont l-Avviż Legali 281/04 li jistipula li trid tiddaħħal għand l-OHSA dik li teknikament tissejjaħ ilConstruction Notification Form. Din il-formola jkun fiha d-dettalji kollha tax-xogħol li jkun ippjanat li jsir fis-sit partikulari. Barra minn dan, il-proprjetarju hu obbligat li jappunta project supervisor waqt ix-xogħlijiet. F’dan il-każ, ir-responsabbiltà, skont kif spjegawlna s-sorsi tagħna, taqa’ kollha fuq Patrick Dalli għaliex il-permess talMEPA jsejjaħ lilu. L-istess sorsi qalulna li Dalli m’għandux Acceptance Letter mill-OHSA peress li l-formola ta’ notifikazzjoni qatt ma ġiet ippreżentata. U għalhekk, ix-

xogħol li qed isir fil-farmhouse tal-Ministru Helena Dalli u żewġha mhux kopert millOHSA. Ironikament, wieħed irid jirrimarka li Helena Dalli hija politikament responsabbli millOHSA għaliex din l-awtorità taqa’ taħt il-Ministeru tagħha. U għalhekk, dan kollu jqajjem bosta mistoqsijiet. Fl-aħħar jiem ġie żvelat filmedia kif minkejja l-Avviż ta’ Infurzar mill-MEPA, għadu għaddej ix-xogħol li qed isir filfarmhouse tar-raġel tal-Ministru Helena Dalli. Dan rawh b’għajnejhom il-ġurnalisti tagħna meta marru fil-post fejn hemm din ilproprjetà ta’ Patrick Dalli fiżŻejtun, u saħansitra raw ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol. Għalhekk konna saqsejna lillMinistru Helena Dalli ta’ min hi din il-farmhouse, jekk hix ġejja mill-komunjoni tal-akkwisti jew jekk hix ta’ kumpanija tal-familja Dalli. Lill-Ministru staqsejnieha jekk hux veru li dan liżvilupp sar f’zona mmarkata ODZ, u jekk hi kinitx taf li għadu għaddej ix-xogħol f’dan is-sit minkejja l-ordni tal-MEPA li turi biċ-ċar li l-bini qed isir b’mod irregolari. It-tweġiba kienet waħda xotta u ta’ ftit kliem, hekk kif fiha qaltilna li l-post imsemmi

‘In-Nazzjon’ tista’ tiżvela li minbarra avviż ta’ infurzar mill-MEPA, ix-xogħol fuq il-farmhouse ta’ Helena u Patrick Dalli mhux kopert, lanqas mill-OHSA qiegħed fuq konvenju, u li jekk qed isir xi xogħol, “dan qed isir mix-xerrej il-ġdid u s-Sur Dalli ma ġiex mgħarraf b’dan”.

Minkejja dan, qalulna li bħala xogħol maġġuri waqt konvenju

diversi periti regola ġenerali, ta’ kostruzzjoni ma jsirx… u

f’99% tal-każi, lanqas biss tingħata ċavetta lix-xerrej. Min-naħa tiegħu, Patrick Dalli, ir-raġel ta’ Helena Dalli kien stqarr li lanqas kien jaf li kien għaddej dan ix-xogħol, fi proprjetà tiegħu stess li tinsab ftit passi ’l bogħod minn fejn joqgħod. Aktar tard ħareġ li l-gaffa li qed tintuża f’dan ix-xogħol hi talkumpanija PADA li skont id-dikjarazzjoni tal-assi ta’ Helena Dalli, hi reġistrata fuq isimha.

L-Assemblea Politika talPartit Popolari Ewropew (PPE) ivvutat fuq il-pjan tal-PPE li jorganizza l-Konvenzjoni Straordinarja tal-2017 f’Malta. B’vot unanimu, kien ikkonfermat li din il-Konvenzjoni se ssir f’pajjiżna. Il-Kap tad-Delegazzjoni talPartit Nazzjonalista David Casa qal li dan il-vot hu riżultat ta’ negozjati ibsin li kienu qed isiru fl-aħħar xhur, immexxija mill-Kap tal-PN Simon Busuttil, biex din ilKonvenzjoni internazzjonali tkun attirata lejn Malta. Casa kompla li l-vot fl-Assemblea Politika tal-PPE hu l-aħħar

pass f’dan il-proċess twil, u ddeċiżjoni issa hi finali. Fl-Assemblea Politika talPartit Popolari Ewropew, fejn ittieħed il-vot, il-Partit Nazzjonalista kien rappreżentat mis-Segretarju Internazzjonali tiegħu Trevor De Giorgio, li qal li kien sorprendenti li tara appoġġ daqshekk qawwi u unanimu għall-kandidatura ta’ Malta mressqa ’l quddiem mill-PN. “Huwa unur li se jkollna lopportunità li permezz ta’ din il-Konvenzjoni Straordinarja, tliet snin oħra nospitaw f ’Malta wħud mill-aktar mexxejja politiċi influwenti u

Prim Ministri importanti talUnjoni Ewropea. Dan juri wkoll ir-rispett kbir li jgawdi Simon Busuttil fi Brussell,” sostna De Giorgio. Konvenzjonijiet Straordinarji tal-PPE jiffukaw fuq temi partikulari u jagħtu l-opportunità lill-membri tal-PPE li jifhmu kwistjonijiet li jkunu rilevanti għall-pajjiż partikulari li jkun qed jospitahom. David Casa, min-naħa tiegħu, irringrazzja wkoll lill-MEPs Roberta Metsola u Therese Comodini Cachia għall-appoġġ u l-kontribut tagħhom biex ilPN seta’ jassigura li lKonvenzjoni ssir f’Malta.

Konferma li se ssir f’Malta


www.maltarightnow.com

LOKALI

Mistennija x-xhieda tal-Imħallef Emeritu Valenzia minn paġna 1

jiem jirrapporta din l-istorja b’dettalji esklussivi. Fl-affidavit, l-Editur Investigattiv ta’ dan il-ġurnal Joe Mikallef, li qed jaħdem fuq din listorja, iddikjara hekk: “Nikkonferma li jien rajt b’għajnejja kopja fotostatika ta’ rapport iffirmat mill-eks-Imħallef Geoffrey Valenzia u żewġ membri oħra tas-Sotto Kumitat li kien maħtur mill-Unit talPrivatizzazzjoni b’rabta malkonċessjoni biex jinfetaħ u jiġi operat casino skont sejħa pubblika maħruġa mill-Gvern.” Joe Mikallef, fl-affidavit tiegħu, żied jiddikjara li hu kiteb rapport investigattiv dwar dan irRapport Tekniku li kien ippubblikat fil-ħarġa ta’ ‘In-Nazzjon’ tas-17 ta’ Novembru li għadda – jiġifieri nhar it-Tnejn li għadda. Hu kkonferma li “dak li nikkwota mir-Rapport jien, ħadtu mill-istess Rapport Tekniku u nikkonferma wkoll li dan irRapport kien wieħed konklużiv u fih rakkomandazzjoni ċara favur Dragonara Gaming Limited.”

3

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

Emanuel Camilleri, iċ-Chairman tal-Unit tal-Privatizzazzjoni

Fid-dawl ta’ dan l-iżvilupp ġdid u ferm importanti, Dragonara Gaming Limited fir-Rikors tagħha lbieraħ qalet li l-Qorti m’għandhiex tagħti d-digriet tagħha sakemm jinstema’ l-eks-Imħallef Geoffrey Valenzia, li kif ikkonferma fil-Qorti stess wieħed mill-Marixxalli, għandu jirritorna Malta fil-21 ta’ dan ix-xahar minħabba li nhar it-Tnejn, meta kellu jixhed, dan siefer. Għalhekk Dragonara Gaming Limited talbet li meta dan jirritorna l-

Il-kumpanija Dragonara titlob lill-Qorti ma tagħtix għalissa d-deċiżjoni fil-mandat li fetħet kontra l-Gvern sakemm tinstema’ x-xhieda tal-Imħallef Emeritu Geoffrey Valenzia, li mexxa l-Kumitat Tekniku. ‘In-Nazzjon’ tippreżenta affidavit taħt ġurament fil-Qorti, li minnu jidher ċar li Emanuel Camilleri ma xehedx is-sewwa

Qorti ssejjaħlu biex issir trattazzjoni ulterjuri. Nhar it-Tnejn li għadda, il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ żvela bl-aktar mod ċar kif fi ħdan il-Kumitat Tekniku li kien involut filproċess tal-għażla għall-għoti ta’ konċessjoni ta’ casino ieħor f’Malta, kien hemm qbil kważi unanimu li din il-konċessjoni tingħata lil Dragonara Gaming Limited minħabba li l-offerta tagħha kienet bil-wisq aħjar minn dik sottomessa minn Eden Leisure Group.

Kif żvelajna nhar it-Tnejn, kien biss Joshua Zammit, ir-rappreżentant dirett tal-Uffiċċju talPrim Ministru f’Kastilja, li għażel li ma jiffirmax dan irRapport Tekniku finali. ‘In-Nazzjon’ hi infurmata li Joshua Zammit – eks-President tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) li okkupa kariga għolja fl-Air Malta, u li llum jiekol b’diversi ħluq għax hu lKap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks u fl-istess ħin Deputat Chairman – xejn ma ħa

Il-Gvern jinnegozja parametri differenti minn dawk tas-sejħa

Joshua Zammit, rappreżentant tal-Uffiċċju tal-PM, li kien l-uniku wieħed li ma ffirmax ir-Rapport Tekniku finali

gost li nhar it-Tnejn filgħodu wiċċu tperreċ fuq tliet kolonni fil-ġurnal ‘In-Nazzjon’. Sorsi qrib tal-istess Joshua Zammit f’kuntatt magħna fissru li nhar it-Tnejn filgħodu dDeputat Chairman u CEO talMalta Industrial Parks kien inkwetat ħafna u qal diskors fissens li jispera li min saqu u qallu x’kellu jagħmel matul il-proċess tal-Kumitat Tekniku dwar ilcasino issa ma jħallihx jiffaċċja dawn l-intriċċi kollha waħdu.

IT-TRASPORT PUBBLIKU

Il-proċess ta’ negozjati talGvern mal-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon, li mis-sena d-dieħla suppost tipprovdi sservizz tat-trasport pubbliku f’pajjiżna, issa jinsab wieqaf, hekk kif il-Qorti laqgħet b’mod proviżorju talba għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni minn wieħed miż-żewġ konsorzji loħra lokali li ma ntagħżlux f’din is-sejħa. Kif kien previst, il-konsorzju Island Buses Malta ħa lill-Gvern il-Qorti wara li sar jaf li l-Gvern u l-kumpanija Spanjola kienu qed jinnegozjaw fuq parametri ġodda u mibdula li ma kinux inklużi fis-sejħa internazzjonali ta’ interess. Il-Qorti laqgħet ittalba tal-konsorzju u ordnat li għalissa l-proċess għandu jieqaf. B’kollox kienu tlieta dawk li tefgħu l-offerta sas-7 ta’ April, meta għalqet is-sejħa għallespressjoni tal-interess. Malkumpanija Spanjola u l-Island Buses, kienet tefgħet offerta wkoll il-Gozo First Travel. Fil-mandat, l-avukati tal-Island Buses Malta qalu li fl-ittra mibgħuta lill-kumpaniji li esprimew interess, il-Gvern qatt ma kien infurmahom liema

kienet il-kumpanija magħżula. Fil-fatt, isem il-kumpanija Spanjola kien żvelat biss minn fuq il-media, hekk kif il-Gvern u l-Ministru responsabbli mitTrasport Joe Mizzi baqgħu qatt ma riedu jgħidu min intgħażel. Madankollu, Island Buses Malta spjegat li f’dak l-istadju ma ħassitx li kellha għaliex tappella, hekk kif emmnet li ma kien hemm xejn x’jindika li seta’ kien hemm xi irregolaritajiet fl-evalwazzjoni tal-offerti. Iżda issa, ilkumpanija nnutat li fil-ġimgħat ta’ wara, il-Ministru Mizzi mar Madrid biex jitkellem malAutobuses de Leon, minkejja li lGvern qatt ma talab l-ebda kjarifika mill-kumpaniji li tefgħu ssottomissjoni tagħhom. Anke f’dan il-każ, irrimarka lkonsorzju Malti, il-Gvern u lMinistru Mizzi żammew iż-żjara moħbija, tant li kellhom ikunu diversi rapporti fil-media li żvelawha. Fil-mandat kontra l-Gvern, Island Buses Malta enfasizzat ilfatt li Autobuses de Leon se tingħata sussidju differenti minn dak li l-kumpanija Spanjola ddikjarat. Fis-sejħa kien ingħad li lkumpanija b’offerta baxxa għal

sussidju kienet se tkun vantaġġjata, madankollu, Island Buses Malta nnutat li s-sussidju ta’ €23 miljun li l-Gvern se jkun qed jagħti lill-kumpanija Spanjola se jkun ukoll qed jiżdied fis-snin ta’ wara. Barra minn hekk, il-konsorzju Malti rrefera wkoll għal intervista ta’ Joe Mizzi, li kien ammetta li l-kumpanija Spanjola mhix se tkun qed tagħti servizz esklussiv tat-trasport mill-bidu, minkejja li s-sejħa ta’ interess

kienet titlob hekk. B’hekk, ladarba jiżdied is-servizz, mistenni jiżdied ukoll is-sussidju. Island Buses Malta enfasizzat li t-tibdil fil-ftehim bejn il-Gvern u Autobuses de Leon ma kellux isir wara l-għażla tal-kumpanija iżda qabel, għax dan ifisser li lofferta tal-kumpanija Spanjola ma kinitx tkopri dak kollu mitlub mis-sejħa għall-offerti. Il-kumpanija Maltija sostniet li kieku kienet taf li l-Gvern se

jagħti l-possibbiltà li jvarja lparametri, l-offerta tagħha kienet tkun totalment differenti u allura aktar kompetittiva. Island Buses Malta qalet li kellha tasal sal-livell ta’ mandat ta’ inibizzjoni għax matul il-perjodu li fih setgħet tappella, qatt ma kien hemm indikazzjoni li lofferta magħżula mhijiex skont il-kriterji tas-sejħa ta’ interess. Ilmandat se jibda jinstema’ fis-27 ta’ Novembru.

Suppost li l-Autobuses de Leon kellha tibda tħaddem it-trasport pubbliku f’Malta minn Jannar li ġej


www.maltarightnow.com

4

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

BAĠIT 2015

X’qed jiġri fuq il-power station il-ġdida? – l-AD L-Alternattiva Demokratika staqsiet x’qed jigri dwar il-power station il-ġdida ta’ Delimara u saħqet li hu inaċċettabbli li Malta se tkun qed tixtri l-enerġija bi prezz doppju tar-rata preżenti tas-suq. Fir-reazzjoni tagħha għad-diskors tal-baġit, l-AD irrimarkat dwar kif ma ssemma xejn dwar dan l-iżvilupp. L-AD qalet ukoll li ż-żieda ta’ 58 ċenteżmu għall-għoli tal-ħajja hi waħda redikola li ma tirriflettix iż-żieda vera tal-għoli talħajja. Faħħret il-miżura ta’ tnaqqis mit-taxxa lil dawk li jinvestu f’pensjoni privata tat-tielet pilastru, imma enfasizzat li din jistgħu jgawdu minnha biss dawk li jistgħu iħallsu l-pensjonijiet privati. Il-Gvern, qalet l-

Alternattiva, messu kkonċentra fuq it-tieni pilastru li jinqasam bejn l-istat, il-ħaddiem u min iħaddem. L-AD faħħret l-inċentivi fiskali għal kumpaniji li jagħtu donazzjonijiet lill-Malta Community Chest Fund iżda qalet li temmen li dawn għandhom ikunu estiżi għal kulħadd, inkluż min jagħti donazzjonijiet lil NGOs oħra reġistrati. Dwar it-trasport, l-Alternattiva Demokratika qalet li hemm bżonn ta’ investiment f’infrastruttura tajba għal trasport alternattiv u staqsiet x’inhuma t-termini tal-ftehim ma’Autobuses de Leon u x’policies se jimplimenta l-Gvern biex iħajjar lin-nies jużaw it-trasport pubbliku.

Kontra t-tibdil fil-ħinijiet tal-iskejjel, miżuri mingħajr konsultazzjoni Il-Union tal-Għalliema ħaditha qatta bla ħabel kontra l-proposta tal-Gvern li jbiddel il-ħinijiet talftuħ tal-iskejjel. Fi stqarrija b’reazzjoni għall-baġit, il-Malta Union of Teachers (MUT) iddikjarat b’mod kategoriku li ma taqbilx li jiżdied jew jinbidel il-ħin tal-iskola biex wieħed isolvi l-problema tattrasport u t-traffiku. L-MUT qalet li temmen li lproblema tista’ tissolva jekk issir riforma serja fit-trasport pubbliku u studenti ta’ skejjel sekondarji jingħataw pass għal trasport b’xejn. Din issolvi bosta problemi fosthom it-traffiku u l-bullying fuq ittrasport tal-iskejjel fejn l-istudenti jkunu bla superviżjoni. L-MUT tenniet li ma saret ebda konsultaz-

– l-MUT

zjoni magħha qabel il-baġit fuq din il-proposta. L-MUT kompliet li ż-żieda ta’ 10% fl-ispiża tal-edukazzjoni se titnaqqar b’diversi miżuri u saħqet li ma jidher ebda impenn sabiex jiżdied l-istaff klerikali u ta’sapport fl-iskejjel, u ma jidhirx lanqas li hemm vot kapitali sabiex jinbidlu laptops antiki tal-għalliema. Filwaqt li laqgħet il-miżura biex ikun miġġieled l-assenteiżmu, lMUT qed tistenna miżuri li jittieħdu kontra dawk il-ġenituri li huma negliġenti fil-konfront ta’ wliedhom u li ma jridux jappoġġjaw lilliskola fil-ħidma tagħha. U kkritikat ukoll il-fatt li l-proġett tattablets fl-iskejjel jonqsu ħafna żmien biex ikun implimentat kollu.

Ikomplu deħlin aktar reazzjonijiet tal-imsieħba soċjali u l-korpi kostitwiti għall-Baġit 2015 li ressaq il-Ministru tal-Finanzi nhar it-Tnejn (Ritratt: Joseph Galea)

Il-miżuri ambjentali huma bl-addoċċ u bla ppjanar – FAA

Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) qalet li l-miżuri ambjentali mħabbra fil-baġit huma bladdoċċ, ma jagħmlux sens ma’ xulxin u mingħajr ippjanar. Lgħaqda ambjentali qalet li dawn il-miżuri juru sforz nofs qalb biex jgħattu n-nuqqas totali tal-

importanza li l-Gvern qed jagħti lill-ambjent. Fir-reazzjoni tagħha għallbaġit, l-FAA min-naħa l-oħra qalet li hi favur li jkun hemm ħinijiet differenti għall-ftuħ taliskejjel, inċentivi favur car-pooling kif ukoll favur il-miżata

kuljum għal krejnijiet fit-toroq. Dwar il-wirt storiku, filwaqt li faħħret il-miżura favur ir-restawr tas-Suq tal-Belt, min-naħa loħra, qalet li m’hemmx allokazzjoni fil-baġit għall-parti t’isfel ta’ Sant’Iermu u bini ieħor ta’ importanza storika.

Il-paga minima baqgħet ma żdiditx

– il-Partit Komunista Malti

Il-Partit Komunista Malti jqis il-baġit bħala wieħed li għalkemm fih numru ta’ miżuri pożittivi bħall-għotja ta’ darba ta’ €1,000 għal kull wild għal dawk li jaqilgħu paga minima, inċentivi għal persuni b’diżabbiltà, tnaqqis ta’ taxxa għal min jixtri lewwel proprjetà, titjib fil-leave tal-maternità, żieda fil-benefiċċji

lill-anzjani u introduzzjoni ta’ miżuri biex jinqered l-prekarjat, xorta waħda l-paga minima baqgħet ma żdiditx. Il-Partit qal li jħoss li l-miżura biex titnaqqas aktar ir-rata tattaxxa tad-dħul għal 25% għal dawk komdi hi waħda antisoċjali. Il-Gvern kellu jqassam b’mod aktar ġust dan it-tnaqqis

Il-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) qal li l-baġit ħabbar diversi inizjattivi li suppost għandhom iwasslu għal titjib filkwalità tal-ħajja għall-Għawdxin. Fi stqarrija, il-GUG qal li numru ta’ proġetti fit-tul li reġgħu tħabbru, fosthom l-air strip, u t-tieni fibre optic cable għandhom iżidu l-aċċessibbiltà għal Għawdex b’kull mod. Il-Grupp innota wkoll

iż-żieda prorata tal-għoli tal-ħajja fl-istipendju għall-istudenti u lgrant ta’ €100 għal min iħaddem studenti tal-ITS. Min-naħa l-oħra, il-GUG innota li rakkomandazzjonijiet dwar pixxina f’Għawdex, aġġustament tal-maintenance grant talistudenti Għawdxin u s-servizz ta’ fast ferry bejn il-gżejjer kienu injorati.

William Portelli, il-President tal-Konfederazzjoni tatTrejdunions Maltin (CMTU) qal li l-Gvern fil-baġit qed jipprova jżomm stabbiltà u jżomm ilwegħda tiegħu dwar it-taxxa. Hu qal li tajjeb li l-Gvern jindirizza labbuż u dan jista’ jitqies bħala l-

ewwel baġit tal-Gvern preżenti. Hu qal li dwar l-iżbilanċ, il-Gvern qed jipprova jindirizza ż-żieda xi ftit żejda ta’ ħaddiema mal-Gvern. William Portelli qal li l-miri tal-Gvern huma ambizzjużi u wieħed jistenna l-inċentivi lillSMEs u tal-Youth Guarantee.

Ma ntlaqgħux proposti favur l-istudenti – il-GUG

Il-Gvern qed jipprova jżomm stabbiltà – is-CMTU

fost il-ħaddiema li jaqilgħu inqas minn €20,000 permezz ta’ aġġustar tat-tax ceiling. Il-Partit Komunista Malti kkonkluda billi qal li “għalkemm ilbonus ta’€35 hu pass fid-direzzjoni t-tajba, iħoss li dan mhux biżżejjed. Il-maġġoranza tal-ħaddiema xorta se jibqgħu jġorru l-piż minflok dawk komdi”.

Sodisfazzjon mill-iżviluppaturi

L-Assoċjazzjoni talIżviluppaturi Maltin (MDA) laqgħet b’sodisfazzjon il-miżuri li ħabbar il-Gvern fid-diskors talbaġit li bihom, qalet fi stqarrija, ikkonferma li qed jagħti importanza lis-suq tal-proprjetà. Il-Malta Developers Assocation qalet li l-Gvern laqa’ żewġ talbiet li għamlet hi u li kienu inklużi filBaġit 2015. Dawn huma t-8% withholding tax fuq trasferiment ta’ proprjetà flok is-sistemi differenti li hemm illum u l-estensjoni ta’ konċessjoni lil min qed jixtri proprjetà għall-ewwel darba biex ma jħallasx taxxa tal-boll. Min-naħa l-oħra, l-MDA tinnota li l-kostruzzjoni se tkun effettwata b’żidiet fl-ispejjeż billi l-industrija ma ħelsithiex miż-żieda fit-taxxi indiretti, speċjalment b’żieda oħra fis-sisa fuq is-siment. Fl-istqarrija tagħha, l-MDA ma semmiet xejn dwar it-taxxa ġdida fuq il-krejnijiet.


www.maltarightnow.com

BAĠIT 2015

Li qassam fil-baġit il-Gvern diġà reġa’ ħadu lura

Il-baġit ippreżentat millGvern Laburista kien diskors ta’ erba’ sigħat ta’ ħabi taleffetti li t-taxxi indiretti se jħallu fuq il-poplu. Baġit li ma joffri l-ebda direzzjoni ekonomika, li meta jqassam il-ġid ma jagħmilx dan b’mod ġust, u li fih sensiela ta’ ideat bla pjan konkret kif se jitwettqu. Qal dan il-Kelliem talOppożizzjoni għall-Finanzi Tonio Fenech f’konferenza talaħbarijiet li indirizza lbieraħ u li matulha ta reazzjoni iktar dettaljata għall-baġit, l-għada li tħabbar fil-Parlament. Hu semma kif dan il-baġit kien wieħed fejn il-gvern ta lillpoplu f’but imma sa minn qabel waslu għandu, kien diġa’ ħadhomlu lura mill-but l-ieħor.

Il-prezz tal-petrol għadu 22 ċenteżmu ogħla u l-prezz taddiesel 29 ċenteżmu aktar minn meta fil-passat il-prezz internazzjonali taż-żejt kien fl-istess livell. U l-Gvern rabat il-prezz tal-fuels għal tliet xhur biex b’hekk se jkun qed jisraq lillpoplu għal dawn it-tliet xhur. Lill-istudenti tahom żieda ta’ ftit ċenteżmi fl-istipendji ftit wara li għollielhom il-miżati tal-eżamijiet. Lill-poplu, imbagħad, tah token ta’ ftit ewro għal darba li imbagħad ittieħdu lura biżżieda fil-liċenzji tal-karozzi u lpoloz tal-assigurazzjoni fost loħrajn, qal Tonio Fenech. Dan minbarra li se jogħlew il-miżati tas-servizzi offruti midDipartimenti tal-Gvern.

Il-PM jiddefendi lil Helena Dalli u lil Luciano Busuttil

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jiddefendi lillMinistru Helena Dalli u lidDeputat Luciano Busuttil. Joseph Muscat għamel dan meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja. Il-każ ta’ Helena Dalli hu dwar xogħlijiet bla permess f’farmhouse proprjetà tagħha u ta’ żewġha Patrick Dalli fil-limiti taż-Żejtun b’inġenji talkumpanija tal-kostruzzjoni talMinistru stess. Muscat irrepeta dak li qed tgħid Helena Dalli li ma taf xejn fuq ix-xogħlijiet f’din il-farmhouse li qiegħda fuq konvenju. (għal aktar żviluppi dwar din l-istorja ara wkoll paġna 2) Min-naħa l-oħra, il-Qorti talAppell irreferiet il-każ ta’ Luciano Busuttil lillKummissjoni għallAmministrazzjoni tal-Ġustizzja minħabba kunflitt ta’ interess f’sejħa għall-offerti għal servizzi ta’ tindif mill-Kunsill Lokali

5

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

Laburista ta’ Bormla. Muscat qal li hemm ħafna avukati li jkunu riferuti quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni talĠustizzja. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li ssejħet b’urġenza lbieraħ stess, u li kienet dwar il-baġit, Muscat kien mistoqsi wkoll dwar il-fatt li minħabba li hu rabat ilpetrol u d-diesel bi prezz fiss salaħħar tas-sena, dan qed jiswa lillkonsumaturi u lis-sidien ta’ negozji 24 ċenteżmu u 30 ċenteżmu aktar rispettivament. Il-Prim Ministru wieġeb li ma jistax isir tqabbil bejn il-prezz taż-żejt tal-lum u l-prezz ekwivalenti fl-2010. Sostna li iktar importanti hija l-istabbilità, anke kieku l-prezz seta’ kien irħas. Dwar in-nuqqas ta’ ġustizzja soċjali f’dan il-baġit fejn Muscat se jkun qed jiffranka €1,200 u ħaddiema u pensjonanti se jieħdu €35, il-PM wieġeb li jekk dan hu żbilanċ, dan kien propost qabel mill-Partit Nazzjonalista.

Anke dawk li se jixtru prorpjetà ntlaqtu ħażin hekk kif iż-żieda fis-sisa fuq issiment u t-taxxa fuq il-krejnijiet fl-aħħar mill-aħħar se jiġu riflessi fil-prezz tal-proprjetà. Tonio Fenech semma kif liktar settur f ’pajjiżna li qed ibati, dak tal-manifattura, intesa minn dan il-Gvern u ma tħabbrux inċentivi għalih. Tkellem ukoll dwar ilMalta Enterprise, li fil-baġit issemmiet biss darba b’mod inċidentali u li għaliha ġew allokati biss mitt elf ewro. U n-nuqqas ta’ road map tal-gvern se twassal biex pajjiżna se jkollu dejn ta’ 70% ta’ dak li nipproduċu, temm jgħid Tonio Fenech.

Tonio Fenech: 4 sigħat ta’ ħabi tal-effett tat-taxxi fuqek f’baġit ta’ Gvern bla direzzjoni ekonomika u li ma jqassamx il-ġid b’mod ġust (Ritratt: Roberto Runza)

Miżuri li ma jindirizzawx il-problema ta’ nuqqas ta’ sodod

– l-MUMN

Il-miżuri li tħabbru fil-baġit ma indirizzawx il-problema ta’ nuqqas ta’ sodod fl-Isptar Mater Dei. Il-Union tal-Infermiera u lQwiebel (MUMN) qalet li biex jindirizza n-nuqqas ta’ sodod għall-anzjani u fl-Isptar Mater Dei, is-servizz tas-saħħa għandu bżonn tim ta’ infermieri speċjal-

izzati li jaħdmu fil-komunità. L-MUMN kienet kisbet fondi Ewropej għal proġett sabiex idDipartiment tas-Saħħa ikun jista’ jimplimenta servizz ta’ infermieri fil-komunità u għal dan ilgħan, numru ta’ infermieri ħadu sehem fi programm ta’ taħriġ flIrlanda ta’ Fuq. Iżda minflok uti-

lizza lill-infermieri, idDipartiment tas-Saħħa ħa triq b’oħra li mhux se ttaffi l-problema. L-MUMN ittenni li n-nuqqas tal-Family Health Nurse f’Malta hu wieħed mir-raġunijiet għaliex il-pazjenti qed ikunu kkurati filkuriduri tal-Isptar Mater Dei.

Il-Kamra tan-Negozju f’Għawdex fi stqarrija nnutat li lbaġit għas-sena d-dieħla hu wieħed ta’ kontinwazzjoni fuq ta’ din is-sena, li ma jagħtix xokkijiet lill-ekonomija. Il-Gozo Business Chamber tiddeskrivih ukoll bħala baġit favur innegozju b’miżuri li jinċentivaw ix-xogħol, irażżnu l-abbuż u mmirati biex ikun hemm kompetizzjoni ġusta, fosthom bl-eliminazzjoni tal-eko-tax. Il-Kamra laqgħet b’sodisfazzjon ukoll l-iskemi tal-ETC immirati b’mod speċjali għallħolqien tal-impjiegi f’Għawdex. Qed tittama wkoll li proġetti fittul bħall-air strip u l-fibre optic cable jitwettqu malajr. Fuq nota negattiva, il-Kamra tan-Negozju f’Għawdex esprimiet id-diżappunt tagħha għażżieda fil-liċenzji tas-swimming pools u ż-żieda tat-taxxa fuq issiment.

jattivi tal-Gvern biex in-nies li huma fuq benefiċċji soċjali jaħdmu u jkunu produttivi. L-MHRA laqgħet ukoll it-traħħis fit-tariffi tad-dawl u l-ilma għannegozji minn Marzu li ġej. Minnaħa l-oħra, l-MHRA qalet li kienet qed tittama li jkun hemm żieda filbaġit tal-MTA sabiex tippromwovi

tittama li jkun servizz effiċjenti. Speċjalment meta wieħed iqis li ssussidju se jitla’ għal €23 miljun. Apparti li trasport pubbliku effiċjenti hu kruċjali għat-turiżmu. Fakkret ukoll li l-Gvern għandu jibda jħares bis-serjetà lejn l-ispiża dejjem tikber tas-saħħa u l-pensjonijiet.

Il-Federazzjoni Maltija talMotorsport laqgħet il-miżura mħabbra fil-baġit għas-sena ddieħla dwar espressjoni ta’ interess biex ikunu identifikati investituri privati interessati li jiżviluppaw u jimmaniġġjaw racetrack tal-motorsport. Il-Federazzjoni qalet li liżvilupp ta’ ċirkwit f’Malta kien minn dejjem prijorità fil-pro-

gramm tagħha minħabba li dan jgħin fit-tkabbir u fis-sostenibbiltà tal-isport u b’hekk jonqsu lispejjeż tad-dilettanti li jsiefru biex jipprattikaw dan l-isport. IlFederazzjoni laqgħet ukoll ittneħħija tar-reġistrazzjoni tattaxxa fuq muturi vintage li hi inċentiv għal dawk li għandhom dawn il-muturi u b’hekk se titneħħa anomalija.

Baġit tajjeb imma fadal xi jsir Tama li – l-MHRA l-proġetti L-Assoċjazzjoni Maltija tal- t-turiżmu lejn Malta minn pajjiżi li Lukandi u Ristoranti (MHRA), qed juru potenzjal ta’ tkabbir bħallqalet li l-Baġit 2015 poġġa miri li Brażil, ir-Russja, l-Indja u ċ-Ċina. jitwettqu L-Assoċjazzjoni nnutat ukoll li jekk jinkisbu, ipoġġu lill-pajjiż fost fl-Unjoni Ewropea. Fi minn Jannar li ġej se jibda operatur malajr – il-GBC l-aqwa stqarrija, l-MHRA laqgħet l-inizz- ġdid tat-trasport pubbliku u qalet li

L-iżvilupp ta’ racetrack tal-Motorsport – il-MMF


www.maltarightnow.com

6

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

Lisa Marie Zahra waqgħet għoli ta’ 32 metru

QORTI

Tkompli l-kumpilazzjoni ta’ Erin Tanti mixli bil-qtil tal-istudenta tiegħu Meta nstabet mejta f’ĦadDingli, Lisa Marie Zahra waqgħet minn għoli ta’ 32 metru, filwaqt li kienet f’distanza ta’ 42 metru ’l bogħod minn Erin Tanti. Dan ħareġ mix-xhieda tal-kriminologu Saviour Formosa hekk kif għall-ewwel darba fil-Qorti kien ippreżentat mudell xjentifiku li jinħadem fuq formula diġitali 3D. Dan il-mudell huwa tal-aħħar teknoloġija u jagħti stampa aktar ċara ta’ kif seħħew l-affarijiet. Formosa kien qed jixhed quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli hekk kif kompliet ilkumpilazzjoni fil-konfront ta’ Erin Tanti ta’ 23 sena minn Tal-Ibraġġ, u li fi żmien l-inċident kien residenti l-Belt Valletta. Huwa akkużat, fost oħrajn, bil-qtil ta’

Lisa Marie Zahra, l-istudenta tiegħu tad-drama, u li għenha tikkommetti suwiċidju. Zahra kienet instabet mejta taħt l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli fid-19 ta’ Marzu li għadda. Formosa qal li huwa studja zzona tal-irdumijiet fejn seħħ ilkaż. Hu qal li mar darbtejn fiżikament fuq il-post biex jaħdem ilformula ta’ dan l-istudju. Qal li lpost eżatt jagħmel parti misSiġġiewi u mhux minn ĦadDingli, u li fil-post m’hemmx aċċess għal mowbajl u lanqas apparat ieħor, għalhekk hu kellu jniżżel apparat speċjali miegħu biex ikun jista’ jaħdem din il-formula. Xehdu wkoll Glenn Zarb u Brandon Cutajar li kienu fil-post

dakinhar tal-inċident. Dawn qalu li flimkien ma’ oħrajn kienu marru biex jagħmlu BBQ għall-ħabta tal10am. Meta beda jsir il-ħin u kienu sejrin wara li lestew, bdew jisimgħu lil xi ħadd jgħajjat għallgħajnuna. Mill-bogħod huma raw lil xi ħadd li kien mimdud fuq blata kbira bil-ħaxix. Qalu li ma setgħux jinżlu ħdejh għax l-aċċess ma kienx faċli. Qalu li din il-persuna bdiet titlob ukoll għall-ilma. Huma qalu li ċemplu għall-għajnuna u ftit tal-ħin wara waslu ambulanza u ħelikopter. Qalu li huma ma rawx wiċċ il-persuna li bdiet titlob għall-għajnuna. Xehed ukoll Ali Safraz, li flimkien ma’ Marie Therese Camilleri għamlu l-awtopsja fuq Lisa Marie Zahra.

Erbatax-il multa tat-traffiku fuq żewġ karozzi tal-kumpanija li kienu fuq Alex Tranter kienu tħallsu bil-credit card tal-Enemalta, imma l-Pulizija ma investigatx dwar min kien qed isuq il-karozza meta ngħataw il-multi. Dan ħareġ meta quddiem ilMaġistrat Audrey Demicoli kompla l-każ ta’ Alex Tranter, ta’ 51 sena mis-Swieqi, eks-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, li jinsab mixli li għamel użu ħażin minn fondi pubbliċi u b’miżapproprjazzjoni tal-istess fondi. Huwa qed iwieġeb li mhux ħati ta’ dawn l-akkużi, li allegatament seħħew bejn l-2008 u l-2010. Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur Abdilla qal l-kontravenzjonijiet

irriżultaw minn parkeġġ ħażin u ostruzzjoni ta’ garaxx u pparkjar fuq il-bankina. Il-multi ngħataw lil żewġ karozzi mikrija lillEnemalta, Honda Accord u Alfa Romeo.Ix-xhud qal li ma jafx min fiżikament wettaq dawn il-kontravenzjonijiet u l-unika prova li għandu hi li l-ħlas sar mill-cards tal-Enemalta. L-Ispettur Abdilla qal li lPulizija investigaw ukoll rifużjoni ta’ €7,900 mgħoddija lil Tranter fuq vjaġġ ta’ xogħol lejn Miami, fl-Istati Uniti. Hu qal li l-mara ta’ Tranter kienet marret miegħu, iżda qal ukoll li dan il-fatt ma jistax jikkonfermah mija fil-mija għax ma investigax fil-fond dan il-każ. Ix-xhud qal li Tranter mar

Miami f’Ottubru tal-2008 u rrifużjoni ngħatatlu f’Jannar ta’ wara. L-Ispettur Abdilla kkonferma wkoll, fuq mistoqsija talAvukat Difensur Joe Giglio, li Tranter kien kitiblu f’Lulju ta’ din is-sena, wara interrogazzjoni li saret fuqu, u li kien lest jagħtih linformazzjoni kollha fuq il-vjaġġ ta’ Miami. Mistoqsi dwar il-credit cards, lIspettur Abdilla qal li minkejja li lkumpanija kellha fil-pussess tagħha disgħa minn dawn, li suppost jintużaw għas-senior management, l-assistenti personali tagħhom ukoll kellhom aċċess u mhux l-ewwel darba li huma għamlu tranżazzjonijiet bihom. Ilkaż ikompli x-xahar id-dieħel.

Żagħżugħ ta’ 21 sena ammetta li ħebb għall-Pulizija u li rreżista l-arrest f’Paceville fi tmiem ilġimgħa li għadda, imma m’ammettiex li kellu fil-pussess tiegħu

d-droga kokaina. Emerson Camilleri millImsida ammetta li nhar il-Ħadd li għadda rreżista l-arrest fis-1am, iżda qal li ma kellu x’jaqsam

mal-ebda droga. Hekk kif permezz tal-Avukat tiegħu Arthur Azzopardi hu ammetta l-akkużi ta’ ġlied malPulizija, l-Avukat Azzopardi talab lill-Qorti biex taħtar espert biex jeżamina s-sustanza li lProsekuzzjoni qed tallega li hi kokaina. Il-Maġistrat Francesco Depasquale laqa’ t-talba u ħatar lill-ispiżjar Godwin Sammut biex jagħmel it-testijiet fuq issustanza. Hu laqa’ wkoll it-talba għal-libertà proviżorja ta’ Camilleri fuq garanzija personali ta’ €5,000. L-akkużat kien ordnat ukoll mill-Qorti biex ma jersaqx lejn Paceville u San Ġiljan u jkun id-dar sat-8pm kuljum. LIspettur Carol Fabri mexxiet ilProsekuzzjoni.

Erin Tanti jinsab mixli bil-qtil tal-istudenta tiegħu Lisa Marie Zahra

Wara li kien muri xi dokumenti, Safraz ikkonferma l-kontenut tarrapport tal-istess awtopsja. Erin Tanti qed jiġi mixli wkoll li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ Zahra meta din kienet taħt letà, u li abbuża minnha meta kellu pożizzjoni ta’ fiduċja jew ta’

awtorità. Qed jiġi mixli wkoll li kellu fil-pussess tiegħu materjal indiċenti fi żmien meta kellu lkustodja ta’ tfajla taħt l-età u kellu r-responsabbiltà li jeduka u jikkura lill-istess tfajla. Il-każ ikompli fid-19 ta’ Diċembru.

Eks-nursing aide mill-Kalkara, li llum għandu 49 sena, ġie lliberat minn akkużi ta’ stupru, li kien qed jiġi allegat li seħħ f’tank tal-fertilizzant f’għalqa f’Ħ’Attard, fuq tfajla li kien baqgħalha ftit ġimgħat biex tagħlaq it-18-il sena. Mill-fatti, irriżulta li Paul Vassallo ma kienx jaf li t-tfajla kienet taħt letà u li minkejja li ħa sehem magħha f’attivitajiet sesswali, qatt ma kellu x’jaqsam magħha. Mis-sentenza mogħtija millMaġistrat Audrey Demicoli, irriżulta li t-tfajla ma kinitx kredibbli fix-xhieda li tat u li Vassallo, anke jekk ammetta li waqa’ għat-tentazzjoni tagħha, kien kredibbli u dejjem sostna li qatt ma kien hemm penetrazzjoni mat-tfajla, u li dak li sar, sar bilkunsens tagħha. Ir-raġel, li huwa miżżewweġ, fi żmien il-każ kien jaħdem bħala nursing aide fl-Isptar Monte Carmeli, u kien kollega tat-tfajla li kienet taħdem ukoll f’dan lisptar bħala fattiga. It-tfajla iżda, ma kinitx impjegata tal-Gvern, imma ma’ kuntrattur. Mix-xhieda tat-tfajla rriżulta li hija kienet stuprata meta kellha 13-il sena, u li sal-età ta’ 16-il sena, diġà kellha rapporti sesswali b’mod regolari mal‘boyfriends’ tagħha. Il-Qorti, fost il-kunsiderazzjonijiet li ħadet, qalet li għaldaqstant, meta wieħed jgħarbel kollox, Vassallo qatt ma seta’ jinstab ħati ta’ korruzzjoni ta’ minorenni. Huwa lanqas instab ħati li offenda l-pudur u l-morali pubblika peress li l-atti sesswali seħħew f’għalqa privata. IlQorti lliberat ukoll lil Vassallo

peress li t-tfajla ma twemmnitx fuq ħafna affarijiet minn dak li qalet u kienet inkonsistenti ħafna fix-xhieda tagħha. Il-każ imur lura għall-25 ta’ Settembru 2007 fl-għalqa proprjetà ta’ Vassallo, u l-atti sesswali saru waqt li t-tfajla kienet qed tnaddaf it-tank tal-ilma. Għal dan ix-xogħol hi kienet tqabbdet minn Vassallo stess. Fir-rapport li kienet għamlet, hi qalet li Paul Vassallo daħal fit-tank u neħħielha l-jeans u l-ħwejjeġ ta’ taħt u wara poġġa fil-qiegħ tat-tank u ħatafha, tefagħha fuq il-parti privata tiegħu u ppenetraha. It-tfajla qalet li kienet ippruvat tirreżisti, iżda ma rnexxilhiex. Kienet qalet li Vassallo kellu x’jaqsam magħha sesswalment kontra l-volontà tagħha waqt li kienu għadhom fit-tank. Hi qalet li wara li saru dawn l-atti, kompliet tnaddaf it-tank u li għal dan ix-xogħol Paul Vassallo ħallasha Lm7, u wara wassalha lura d-dar tagħha. Min-naħa tiegħu, Vassallo qal li hu qatt ma ppenetra lit-tfajla u li hi kienet il-ħin kollu konsenswali għal dak li kienu qegħdin jagħmlu. Il-każ dam ikarkar seba’ snin peress li dan kien qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Jacqueline Padovani, u din kienet ikkundannat lil Vassallo għal erba’ snin ħabs. Vassallo kien appella missentenza, u l-Qorti tal-Appell, minħabba punti legali, kienet ordnat li l-każ jerġa’ jinstema’ mill-ġdid. Għal Paul Vassallo dehru l-Avukati Giannella de Marco u Steve Tonna Lowell, bil-Prosekuzzjoni titmexxa millIspetturi Raymond Aquilina u Ramon Mercieca.

14-il multa tat-traffiku tħallsu Eks-nursing aide mhux ħati ta’ stupru ta’ kollega bil-credit card tal-Enemalta

Jammetti li ħebb għall-Pulizija


www.maltarightnow.com

7

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Jibdew iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni mill-Università

Fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt, mill-bidu ta’ din il-ġimgħa bdew isiru ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni mill-Università ta’ Malta. S’issa saru l-ewwel żewġ ċerimonji, it-Tnejn u t-Tlieta fil-

għaxija, u fl-ewwel jumejn iggradwaw fost l-oħrajn l-istudenti tal-Fakultà tal-Liġi f’livell ta’ Masters u Dottorat. Iċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni jibqgħu għaddejjin sal-10 ta’ Diċembru,

L-MHRA tappoġġja lill-President tagħha

u b’kollox fi 22 ċerimonja differenti, din is-sena se jiggradwaw mill-Università 3,272 student u studenta, li 1,922 minnhom huma nisa u 1,350 irġiel.

Qed jiffaċċja azzjoni legali mill-MTA għax ristorant li ilu għandu numru ta’ snin mhux kopert bil-liċenzji meħtieġa għat-tisjir

Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) iddefenda lill-President tal-MHRA Matthew Pace u ddikjara li għandu fiduċja sħiħa fih, u fil-kapaċità u fl-impenn tiegħu li jkompli jmexxi lill-MHRA għallkumplament tat-terminu tiegħu fil-kariga. Il-Kunsill qal dan fi stqarrija wara li fit-Times of Malta, aktar kmieni din il-ġimgħa, kien rappurtat li r-ristorant li jmexxi Pace f’Marsaskala ilu jaħdem diversi snin mingħajr ma għandu permess ta’ tisjir mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA). L-MHRA qalet li b’vot unanimu l-Kunsill tagħha ddikjara li

għandu fiduċja sħiħa f’Matthew Pace. Pace kien appuntat President tal-MHRA f’Awwissu li għadda, u skont ir-rapport fitTimes qed jiffaċċja azzjoni legali mill-MTA minħabba li l-istabbiliment qed jitħaddem mingħajr ilpermessi meħtieġa. Ir-ristorant hu proprjetà ta’ ħaddieħor, imma ilu mikri lillkumpanija ta’ Matthew Pace, Illusions Ltd, sa mill-2001. Meta kkuntattjat mill-ġurnal għal reazzjoni, Pace – li fil-kariga tiegħu jirrappreżenta lis-sidien tar-ristoranti – qal li l-ftehim tal-kirja kien jgħid li l-istabbiliment hu kopert bil-liċenzji meħtieġa imma meta ċċekkja,

Minn Marzu tal-2013 sal-aħħar ta’ Ottubru li għadda, lAmbaxxata Maltija fiċ-Ċina approvat 2,400 visa għaz-zona Schengen lil ċittadini Ċiniżi. Fost dawn kien hemm 52 li kien hemm

parir kontra li tinħareġ il-visa. Informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ dan in-numru sostanzjali ta’ visas liċ-Ċiniżi, ingħatat ilbieraħ filgħaxija fil-Parlament fi tweġiba li ta lMinistru Manwel Mallia għal mis-

Matthew Pace – ilu President tal-MHRA minn Awwissu

Inħarġu 2,400 visa liċ-Ċiniżi fosthom 52 li kien hemm parir kontra

toqsija tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. B’kollox kien hemm 3,063 applikazzjoni għallvisa għaz-zona Schengen minn ċittadini Ċiniżi li applikaw millAmbaxxata Maltija fiċ-Ċina.

Il-Ħarġa Filatelika tal-bolli tal-Milied

L-avveniment mistenni kull sena fil-Milied “Bethlehem f’Għajnsielem” din is-sena se jkun it-tema tas-sett ta’ erba’ bolli li se toħroġ il-MaltaPost għall-Milied 2014. Il-bolli juru xeni minn dan ilpresepju ħaj f’Għawdex li llum sar wieħed mill-avvenimenti ewlenin li jittellgħu kull Milied fil-gżejjer Maltin. L-attività “Bethlehem f’Għajnsielem” hija rakkont ħaj tal-ġrajja tat-twelid ta’ Sidna Ġesu Kristu li ġrat aktar minn 2000 sena ilu, u tagħti l-ħajja lillatmosfera ta’ Bethlehem f’dak iż-żmien. L-attività tibda bilvjaġġ ta’ Ġużeppi u Marija minn Nażareth għal Bethlehem u tispiċċa bl-adorazzjoni tas-slaten Maġi fl-Epifanija. Il-bolli li se toħroġ il-Posta ta’ Malta għandhom valur ta’ €0.26, €0.59, €0.63 u €1.16. Il-bolla tas€0.26 turi x-xena tradizzjonali tan-Natività, filwaqt li l-bolla tal€0.59 turi s-Slaten Maġi waqt iż-

żjara tagħhom lis-Sagra Familja. Il-bolla tat-€0.63 turi r-ragħajja viċin ħuġġieġa fl-isfond talKnisja ta’ Għajnsielem u l-bolla tal-€1.16 turi is-Sagra Familja flistalla. Ir-ritratti li jidhru f’dawn il-bolli ġew meħuda millfotografu Daniel Cilia. Il-bolli ġew disinjati millMaltaPost stess u se jinħarġu f’folji ta’ għaxar bolli. Id-daqs tal-bolli hu dak ta’ 44 mm b’31mm b’perforazzjoni ta’ 14.1 b’14.2 (ċomb) u d-daqs tal-folja hu dak ta’ 119mm b’186mm. Ilbolli ġew stampati b’watermark tas-Salib ta’ Malta. Printex Limited ipproduċiet dan is-sett b’metodu offset u l-ħarġa tikkonsisti f’1,300,000 bolla tas-€0.26, 260,000 tad-€0.59, 80,000 tat€0.63 u 28,000 tal-€1.16. Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mil-lum it-Tnejn 17 ta’ Novembru mill-fergħat postali kollha. Ordnijiet jistgħu isiru wkoll online jew bil-posta millBureau Filateliku tal-MaltaPost.


www.maltarightnow.com

8

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

PARLAMENT

Muturi second hand għall-Korp tal-Pulizija

3,000 familja jħallsu kirjiet ogħla

B’effet mill-1 ta’ Ottubru li għadda, madwar 3,000 familja kellhom il-kirja tad-dar residenzjali tagħhom bil-għoli u żdiedet b’deċiżjoni li ttieħdet minn dan il-Gvern. Il-Prim Ministru stess ikkonferma filParlament, li kien hemm madwar 3,000 post residenzjali li kellhom ilkera tagħhom inqas minn dak stabbilit mil-Liġi u li ġew riveduti għal €197.58 fis-sena, b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2014. Għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, il-Prim Ministru qal li ddipartiment responsabbli mill-proprjetà tal-Gvern ma jistabbilix hu l-kirjiet li jridu jitħallsu minn inkwilini ta’ postijiet residenzjali. Madankollu, minħabba l-emendi fil-Kodiċi Ċivili li daħlu fis-seħħ fl-2009, ġie stabbilit li b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, il-kera minima għas-sena 2014 sas-sena 2016 għandha tkun ta’ €197.58 fis-sena. Ikkonferma wkoll li dDipartiment Proprjetà tal-Gvern ħa passi sabiex madwar 3,000 post residenzjali li kellhom kera tagħhom anqas minn dak stabbilit mil-liġi, ġew riveduti b’effett minn Ottubru ta’ din is-sena. Li ma qalx il-Prim Ministru hu li l-Gvern preċedenti, fl-2010, minkejja l-kriżi internazzjonali, kien ħa deċiżjoni li jissospendi ddritt li kienet tagħtih il-liġi tarriforma tal-kera li daħlet fis-seħħ fl-2009, u ma għolliex il-kera talakkomodazzjoni soċjali. Dak iż-żmien, il-Gvern Nazzjonalista kien ħa din iddeċiżjoni għaliex ma riedx li jitfa’ piż fuq l-aktar familji vulnerabbli fis-soċjetà Maltija. Il-Gvern ta’ Joseph Muscat iddeċieda differenti.

Ebda proġett marbut mal-moll ta’ Buġibba

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil filKlima, m’għandu l-ebda proġett marbut mal-moll ta’ Buġibba. Dan kien ikkonfermat millMinistru Leo Brincat, li filParlament kien mitlub midDeputat Nazzjonalista Ċensu Galea, jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparazzjonijiet marbuta max-xogħol li għandu jsir fuq il-moll tax-Xemxija u dak ta’ Buġibba. Fir-rigward tal-proġett fixXemxija għadha ma ttiħditx deċiżjoni finali mill-MEPA dwar dan l-iżvilupp.

Zebra crossing fil-Ħamrun se ssir wara sena u nofs minn meta saret it-talba mill-Kunsill Lokali lill-Awtorità tat-Trasport, u kważi sena u xahrejn wara li ttalba kienet approvata. Dan jirriżulta minn informazzjoni li ta fil-Parlament ilMinistru għat-Trasport u lInfrastruttura, Joe Mizzi, għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici. Jirriżulta li waqt laqgħa li saret mal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, kien hemm talba għal zebra crossing fi Triq Ħal Qormi biddata tat-18 ta’ Mejju 2013. LAwtorità tat-Trasport ħejjiet iddisinji neċessarji u approvat din it-talba fit-23 ta’ Settembru 2013.

Fit-tweġiba li ta fl-aħħar jiem fil-Parlament, il-Ministru Mizzi qal li wara li ġew analizzati xi suġġerimenti oħra li daħħlu, din it-talba se tiġi implimentata millAwtorità. Għal aktar mistoqsijiet midDeputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru Mizzi qal li jirriżulta wkoll li kien hemm żewġ talbiet għal zebra crossing li saru millKunsill Lokali Tal-Pietà. Saret talba għal zebra crossing fi Triq Marina fit-22 ta’ Mejju 2013 u l-Awtorità tat-Trasport talbet għal aktar informazzjoni jumejn wara. L-Awtorità ma rċevietx tali informazzjoni. Saret talba oħra għal zebra crossing fi Triq San Luqa fit-23

ta’ Mejju li għadda u l-Awtorità tat-Trasport ħejjiet id-dokumenti meħtieġa li mbagħad intbagħtu lill-Kunsill fl-4 ta’ Awwissu 2014. L-Awtorità għadha qed tistenna l-kummenti tal-Kunsill. L-Awtorità tat-Trasport ma laqgħetx talba għal pelican crossing mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera għal Triq il-Kanun, biddata tal-5 ta’ Marzu 2014, li ma kinitx milqugħa permezz ta’ ittra bid-data 12 ta‘ Awwissu 2014 minħabba raġunijiet varji. Kien hemm talba oħra millKunsill Lokali bid-data 3 ta’ Novembru 2014 għal pelican crossing fi Triq il-Kbira San Ġuzepp. Jumejn wara l-Awtorità talbet għal informazzjoni addizzjonali.

Il-Gvern qed imur lura għallkultura tas-second hand hekk kif approva li l-Korp tal-Pulizija jixtri għaxar muturi second hand b’direct order, u li l-valur tela’ għal €91,000. Ix-xiri ta’ muturi second hand għall-Korp tal-Pulizija kien ikkonfermat fil-Parlament mill-Ministru responsabbli mill-Pulizija, Manuel Mallia, meta ta informazzjoni b’rabta ma’ mistoqsija li saritlu mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li talab lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jwieġeb mistoqsija parlamentari li kien saret lilu, u jgħid jekk fl-aħħar xhur fil-Korp tal-Pulizija nxtrawx muturi second hand, u jekk iva, minn min, u jekk hux b’direct order u kemm kien il-prezz. Il-Minisru Mallia wieġeb li wara li l-Korp tal-Pulizija ħareġ biex jinxtraw għaxar muturi tal-mudell BMW RT1200 second hand, ilmuturi nxtraw mingħand RAD Auto Dealers tal-Marsa, wara li kien l-uniku importatur li wieġeb għas-sejħa. Il-muturi nxtraw b’direct order approvata millMinisteru tal-Finanzi għal valur ta’ €91,000. Fit-tweġba tiegħu, il-Ministru qal li dawn il-muturi nxtraw sabiex il-pulizija jaslu fil-pront fuq il-post tal-inċident u jassistu aktar limmaniġġjar tat-traffiku.

L-Oppożizzjoni insistiet filParlament ma’ Ministri tal-Gvern biex fil-Parlament jagħtu lista ta’ servizzi u prodotti li nxtraw bi quotation jew permezz ta’ direct order, u dan wara li erba’Ministri ma tawx l-informazzjoni mitluba, bi wħud mill-Ministri jistaħbew wara liskużi li l-mistoqsija hi vasta, li ma jafux minn fejn se jibdew u jispiċċaw, u li hemm wisq ħin involut biex jitwieġbu l-mistoqsijiet. Il-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg kienet ċara lill-Ministri tal-Gvern, titlob biex ipoġġu fuq il-Mejda talKamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta’ prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat tagħhom, permezz ta’quotation jew permezz ta’ direct order. Il-Ministri kienu mitluba jgħidu lil liema kumpaniji jew individwi ntalbu l-quotations, kemm kien lammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol. Il-Ministri George Vella, Edward

Zammit Lewis, Joe Mizzi u Owen Bonnici wieġbu bl-istess mod u blistess kliem, li s-servizzi u prodotti jvarjaw minn ġurnata għal oħra u għalhekk staqsew sa liema data qed tintalab l-informazzjoni. Il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma tal-Parlament, Mario de Marco, intervjena għad-diversi diffikultajiet li beda jqajjem ilMinistru għall-Affarijiet Barranin George Vella, fosthom li l-mistoqsijiet huma vasti; li n-nies mhumiex bla limitu fil-Ministeri; m’għandux jinħela ħin biex tinġabar informazzjoni biex tintefa’ fuq l-ixkaffa; u li ma jkunx hemm skop warajha. Mario de Marco fisser kif il-mistoqsijiet huma ċari ħafna, u qed jitolbu lill-Ministri jagħtu informazzjoni dwar dak li jinxtara – prodotti jew f’servizzi li jsiru b’direct order jew bi quotation. Għal reżistenza li wera l-Ministru George Vella li jkunu mweġbin mistoqsijiet ta’ dan it-tip, Mario de Marco qal li l-Oppożizzjoni għand-

ha kull dritt tistaqsi dwar prodotti u servizzi li jinxtraw jew b’direct order jew bi quotation, u t-tax payer ukoll għandu dritt li jkun jaf . Mario de Marco rrimarka wkoll li filwaqt li japprezza x-xogħol li jsir biex tinġabar l-informazzjoni, qal li kien hemm numru ta’ żidiet flimpjiegi fis-settur pubbliku fiddawl tar-rimarka li għadda lMinistru Vella li l-impjegati filMinisteri huma limitati. Osserva wkoll li l-istess Ministru Vella għandu esperjenza ta’ mistoqsijiet li jsiru mill-Oppożizzjoni, u li proċeduri ta’ procurements huma serji u importanti fin-nefqa ta’ gvern. Il-Viċi Kap tal-PN qal li jekk Ministru għandu bżonn aktar żmien biex jagħti l-informazzjoni, jesprimi dan fil-Kamra, iżda saħaq li hu ta’ tħassib li Ministri jwieġbu bl-istess mod u jagħmlu l-istess rimarki. George Vella qal li għandu rispett lejn il-Parlament u dispost li jekk ikun hemm pressjoni, lest li

jagħmilha, u talab aktar żmien. Mario de Marco qal li japprezza l-impenn tal-Ministru li se jkun qed jiġbor din l-informazzjoni. Kemm il-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Ministru Joe Mizzi ħadu l-istess pożizzjoni talMinistru George Vella, blOppożizzjoni tappella biex isegwu l-aħħar eżempju tal-Ministru George Vella li se jkun qiegħed jagħti l-informazzjoni mitluba. B’rabta mal-istess mistoqsijiet li saru lil membri tal-Gvern oħrajn, ilPrim Ministru u d-Deputat Prim Ministru wieġbu li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra. Wara dan id-dibattitu li sar u dwar il-punti mqajma millOppożizzjoni u mill-Gvern dwar ilkontenut tal-mistoqsijiet u d-dritt tal-Oppożizzjoni li tressaq il-mistoqsijiet lill-Gvern, l-Ispeaker appella lill-membri tal-Kamra josservaw ruling li ngħata dwar il-mistoqsijiet parlamentari.

Sena u nofs biex issir zebra crossing fil-Ħamrun

Zebra crossing fi Triq Ħal Qormi se tkun qed tiġi implimentata mill-Awtorità tat-Trasport sena u nofs minn wara li saret it-talba

Ministri ma jafux minn fejn se jibdew u jispiċċaw


www.maltarightnow.com

9

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

PARLAMENT

47 każ ta’ abbuż fuq anzjani f’San Vinċenz de Paule

Bejn is-sena li għaddiet u din is-sena, fir-Residenza San Vinċenz de Paule kienu rappurtati 47 każ ta’ abbuż fuq anzjani. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Michael Farrugia, responsabbli għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Minn informazzjoni li ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija li saret mid-Deputat Nazzjonalista Mario Galea, jirriżulta li s-sena li għaddiet kien hemm total ta’ 27 każ, filwaqt li matul din is-sena sal-lum kienu rappurtati 20 każ. Jirriżulta wkoll li kien hemm 24 każ suspettuż b’rabta ma’ abbuż finanzjarju, 11-il każ relatat ma’ abbuż emozzjonali jew psikoloġiku, tmien każi suspettati ta’ abbuż fiżiku, żewġ każi riżultat ta’ telqa jew nuqqas ta’ kura; u żewġ każi suspettati oħra relatati ma’ abbuż sesswali.

Tlett ijiem bla dawl

Id-dawl pubbliku f’San Pawl il-Baħar, fosthom fit-toroq James Smith, Cassarino u fl-inħawni tal-madwar, dam kważi tlett ijiem maqtugħ bejn is-Sibt u tTnejn ta’ din il-ġimgħa. Għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, qal li lqtugħ kien kawża ta’ ħruq ta’ fuse fis-sistema tal-provvista tagħhom riżultat tal-maltemp ta’ dawk il-jiem.

Jispiċċaw il-flus ivvutati mill-baġit ta’ din is-sena għas-sahra lill-Pulizija

Fl-estimi għall-2014 kien hemm ivvutati €850,000 għas-sahra; żdiedu €300,000 u hemm talba għal €300,000 oħra sal-aħħar tas-sena

Il-flus ivvutati mill-Gvern filbaġit għal din is-sena għas-sahra tal-Pulizija, spiċċaw aktar kmieni din is-sena u minkejja li żdiedu bi €300,000 oħra matul din is-sena, dawn intefqu wkoll u saret talba oħra lill-Ministeru talFinanzi biex ikunu allokati aktar

flus. Dan jirriżulta mill-informazzjoni li ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija li ressaq idDeputat Nazzjonalista Jason Azzopardi lill-Ministru responabbli mill-Pulizija, Manuel Mallia.

Fit-tweġiba li ta, il-Ministru Mallia qal li fl-estimi għall-2014 kien hemm ivvutati €850,000 għas-sahra. Ma’ dawn żdiedu €300,000 fuq talba tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali biex b’hekk, s’issa, membri talKorp diġà tħallsu b’€1.15 miljun

f’sahra. Bħalissa hemm talba għal €300,000 oħra fuq dan il-vot sabiex jagħmel tajjeb sal-aħħar tas-sena. Is-sahra, qal il-Ministru Mallia, tkun allokata lill-membri tal-Korp skont l-esiġenzi tasservizz.

Ebda ħjiel dwar x’ġara mill-Politika Nazzjonali għat-Tfal

Ma jikkonfermax li l-politika ġdida mhi se tibdel xejn fis-sustanza minn dik li tlestiet fil-leġiżlatura l-oħra

Il-Gvern ma tax informazzjoni dwar x’ġara s’issa minn meta tfasslet l-ewwel Politika Nazzjonali għat-Tfal filleġiżlatura li għaddiet sal-lum. Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia, fil-Parlament kien mitlub mid-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli,

jagħti timeline sħiħ kif ukoll indikazzjoni ċara tal-passi li jmiss fit-tfassil tal-Politika Nazzjonali ġdida tat-Tfal u deadline sa meta se tiġi ppubblikata din il-politika. Il-Ministru Farrugia wieġeb biss li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata

f’seduta oħra. Bl-istess mod ukoll, ilMinistru Farrugia wieġeb mistoqsija dwar jekk jikkonfermax li l-Politika Nazzjonali ġdida għat-Tfal mhi se tibdel xejn fis-sustanza minn dik li tlestiet fil-leġiżlatura l-oħra. IdDeputat Nazzjonalista Clyde Puli staqsa wkoll li jekk dan

mhux il-każ, jistax il-Ministru Farrugia jgħid x’inhuma dawn il-bidliet. Għal dawn il-mistoqsijiet, ilMinistru Farrugia ma ta ebda spjegazzjoni jew informazzjoni, iżda biss li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.


10

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

Baġit li jagħti prova ċara tal-falliment ta’ dan il-Gvern

It-tieni baġit ta’ Gvern Laburista sfortunatament kien ukoll nieqes mid-direzzjoni ekonomika meħtieġa u li agħar minn hekk, ma jqassamx il-ġid b’mod ġust ma’ kulħadd. Millbaġit ippreżentant nhar it-Tnejn li għadda, jidher ċar li l-Gvern għażel li ma jindirizzax lil dawk li sal-lum għadhom qed ifittxu xxogħol taħt Gvern Laburista. Dan hu baġit li ma jitkellimx dwar il-postijiet tax-xogħol u għalhekk l-Oppożizzjoni qed issejjaħlu baġit nieqes millviżjoni ekonomika. Ejjew ma ninsewx x’kien qal dan il-Gvern qabel dan il-baġit meta kien għamel referenza ċara għall-viżjoni ekonomika talKamra tal-Kummerċ u saħaq li kien qed jaqbel magħha iżda minkejja dan, naqas milli jagħmel referenza għal din ilviżjoni u għal darb’oħra għadda biż-żmien lil min ħa interess sabiex joħloq rapport dettaljat biex ikun ta’ għajnuna. Fl-istess waqt, wieħed irid isemmi wkoll li fid-diskors twil u esaġerat tal-Ministru Edward Scicluna, m’hemm ebda referenza għall-ħsieb u l-viżjoni li għandu l-Gvern fis-settur talmanifattura. Dan hu settur importanti ħafna għall-ekonomija tagħna u li ilu numru ta’ xhur sejjer lura mingħajr ebda assistenza jew għajnuna mill-Gvern tal-ġurnata. Iżda jekk hemm xi ħaġa li lGvern baqa’ ma tkellimx dwarha fil-baġit, minkejja li dam jitkellem dwarha kważi f’kull jum tal-aħħar kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali, din żgur hi l-bini ta’ power station ġdida u kif wiegħed dan l-istess partit li llum jinsab fil-Gvern. Dan il-baġit ma jagħti ebda indikazzjoni dwar it-timeframe tal-power station u li hija kruċjali u marbuta mal-pjan ekonomiku tal-Gvern; dan mhux qed tgħidu l-Oppożizzjoni iżda kien il-Partit Laburista stess li tant ftaħar bih qabel u wara l-elezzjoni ġenerali. Dan il-baġit ta prova ċara li lGvern falla fil-proġett talenerġija. L-ikbar diżonestà li teżisti f’dan il-baġit hi li m’hemmx qsim b’mod ġust f’soċjetà li suppost wieħed jistenna li jekk il-pajjiż miexi ‘l quddiem u jekk l-ekonomija qed tikber kif qed jiftaħar u jgħid il-Gvern, kulħadd għandu jgawdi mill-ġid li jinħoloq. Dan hu baġit li jgħaddi lin-nies biż-żmien u jipprova jidħak blintelliġenza tal-poplu. Minbarra ż-żieda ta’ 58 ċenteżmu ta’ ewro,

www.maltarightnow.com

OPINJONI

David Casa

dcasa@pn.org.mt

dik ta’ 35 ewro hija redikola u mhix se tingħata lil kulħadd. Dan mhux kollox, għaliex dan il-Gvern kellu saħansitra l-kuraġġ li jidħak bil-poplu billi jraħħas ilpetrol b’2 ċenteżmi ta’ ewro u ddiesel b’ċenteżmu ta’ ewro meta suppost dawn il-prezzijiet raħsu ħafna aktar meta wieħed iżomm f’moħħu li l-prezz internazzjonali taż-żejt illum huwa fl-istess livelli tal-2010, meta d-diesel kien 30 ċenteżmu ta’ ewro irħas u l-petrol kien 24 ċenteżmu ta’ ewro irħas ukoll. Dan hu Gvern redikolu li qed jipprova jagħti limpressjoni li ħabbar baġit tajjeb meta effettivament qed jidħak bil-poplu. Xi ngħidu għat-taxxi? Dan hu baġit tat-taxxi għaliex it-taxxa fuq il-fuel tiżdied; il-prezz talgass ma traħħasx; il-liċenzji talkarozzi jiżdiedu; il-poloz talassigurazzjoni jiżdiedu; it-taxxa fuq il-mowbajls tiżdied, taxxa ġdida fuq il-konsum tal-inbid; insult fuq l-istudenti meta ta żieda ta’ 2c kuljum filwaqt li lGvern żidilhom il-miżati tależamijiet b’mod goff, u l-Gvern staħa jinkludi l-aħbar taż-żidiet fil-kirjiet tal-akkomodazzjoni soċjali, li hija taxxa fuq il-faqar. Dan hu dak li m’intix se tkun qed tisma’ dwar il-baġit fuq listazzjon nazzjonali u sintendi fuq Super 1, għaliex ħafna minn dawn it-taxxi huma miżjuda indirettament biex ma jagħtux flgħajn iżda effettivament tkun qed tħallas għalihom mingħajr ma tkun taf. Dan hu Gvern talgimmicks u espert kif jidħak binnies! Iżda l-ikbar insult li hemm f’dan il-baġit hu li tal-Labour jiftaħru b’soċjetà ġusta għal kulħadd iżda fil-verità dan hu baġit li la għandu viżjoni ekonomika ċara għall-ħolqien talġid f’pajjiżna, la hu soċjalment ġust, iżid il-piż tat-taxxi fuq innies u ma jqassamx il-ġid b’mod ġust fost is-soċjetà Maltija, b’mod partikulari n-nies li qed irabbu t-tfal, il-ħaddiema u lpensjonanti.

L-ikbar diżonestà li teżisti f’dan il-baġit hi li m’hemmx qsim b’mod ġust f’soċjetà li suppost wieħed jistenna li jekk il-pajjiż miexi ’l quddiem u jekk l-ekonomija qed tikber kif qed jiftaħar u jgħid il-Gvern, kulħadd għandu jgawdi mill-ġid li jinħoloq


www.maltarightnow.com

11

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Erba’ sigħat paroli għal erba’ ċenteżmi kuljum

Il-baġit li għadu kemm tressaq kien twil fil-paroli imma nieqes mis-sustanza. Ir-rekord tat-tul inkiser biss mir-rekord tal-inqas żieda fil-pagi u fil-pensjonijiet minn żmien il-friża ta’ tletin sena ilu. Kienu erba’ sigħat ta’ paroli għal żieda li f’ċenteżmi tal-lira huma anqas minn erba’ ċenteżmi kuljum.

Baġit bla direzzjoni ekonomika Element ewlieni ta’ dan il-baġit hu li l-Ministru tal-Finanzi ftaħar bl-industrija tal-gaming – miġjuba Malta minn Gvern Nazzjonalista. Imma Edward Scicluna ma qalx x’industriji se jġib hu. L-istess għamel b’industriji oħrajn li jixhdu l-viżjoni ekonomika tal-Partit Nazzjonalista – Edward Scicluna ftaħar b’rix ħaddieħor.

Eluf kbar jaħdmu f’industriji miġjubin Malta minn gvernijiet Nazzjonalisti L-industrija tal-gaming tħaddem 9,000 ruħ, ammetta l-Ministru tal-Finanzi. Stħarriġ ta’ Ernst & Young juri li l-gaming hu l-aktar settur li qed jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-ekonomija Maltija. Is-servizzi finanzjarji jħaddmu 12,000 ruħ. Hemm eluf oħrajn jaħdmu f’industriji oħra li ġabu Malta wkoll il-gvernijiet Nazzjonalisti: l-avjazzjoni, is-settur marittimu, l-informatika, ilfarmaċewtika, il-bijoteknoloġija flimkien ma’ oqsma tat-turiżmu bħall-konferenzi, il-films u t-tagħlim tal-Ingliż. Id-differenza bejn il-gvernijiet fil-ħolqien tax-xogħol tajjeb Waqt li Edward Scicluna parla fit-tul, il-fatti juru d-differenza bejn iż-żewġ gvernijiet. Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ġab industriji ġodda lejn Malta billi fassal l-inċentivi għalihom, bena l-infrastruttura fiżika u teknika għalihom, u ħoloq il-korsijiet flUniversità u fl-MCAST u l-ischolarships u l-inċentivi għallistudju ħalli dawn l-industriji jsibu żgħażagħ u ħaddiema Maltin kwalifikati tajjeb ħalli jkunu l-Maltin li jdaħħlu l-pagi tajbin li kapaċi jħallsu dawn l-industriji ġodda.

Pagi li żdiedu sew f’Malta anke waqt li d-dinja għaddiet minn burraxka kbira Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għax-xogħol f’Malta hi ta’ industriji speċjalizzati li jiddependu fuq il-valur miżjud b’teknoloġiji moderni mħaddmin minn ħaddiema Maltin imħarrġin tajjeb. U dan rajnieh jitwettaq f’Malta anke fl-aħħar snin meta ddinja batiet burraxka kbira. F’Malta imma, żdied l-investiment u x-xogħol u l-pagi medji tal-ħaddiema bejn l-2008 u l-2013 żdiedu b’aktar minn 500 ewro fis-sena. Il-viżjoni tal-Labour: pagi baxxi u impjiegi mal-gvern Waqt li l-Gvern Laburista jiftaħar b’rix ħaddieħor, il-kuntrast hu ċar. Il-Gvern Laburista fl-aħħar 20 xahar u anke f’dan il-baġit qed juri li l-viżjoni tiegħu hi dik ta’ impjiegi mal-gvern – 4,400 s’issa – u pagi baxxi li qed jiżdiedu b’mod kajman.

Twil fil-paroli, qasir fil-viżjoni Dan hu għaliex il-baġit li tressaq nhar it-Tnejn hu kuntrast fittul. B’żieda ta’ 25 ċenteżmu ta’ lira fil-ġimgħa, il-baġit kien erba’ sigħat paroli għal erba’ ċenteżmi kuljum. U dwar id-direzzjoni talekonomija, kien baġit twil fil-paroli imma qasir fil-viżjoni.

Mixja diżappuntanti

Dawn ir-ritratti ntbagħtu lilna minn qarrejja ta’ ‘In-Nazzjon’ li ftit tal-jiem ilu marret mixja ħdejn it-Torri ta’ San Mark, faċċata tal-Magħtab, biex flimkien mal-familja tgawdi ftit mit-temp sabiħ li għamel flaħħar jiem. Imma minflok mixja pjaċevoli, spiċċat veru diżappuntata bl-istat li jinsab fih l-ambjent tal-madwar. Kif jixhdu rritratti, iz-zona spiċċat tintuża biex jintrema skart ta’ kull tip fiha. Hija ħasra li għad hawn min jaħseb li l-kampanja Maltija qiegħda hemm biex fiha tarmi limbarazz.

25 sena ilu f’il-Mument

Il-kumpanija San Lucian Oil Ltd, li tinvolvi interessi Maltin imħarsa mill-Korporazzjoni Enemalta u interessi ta’ kumpaniji Taljani, immexxija minn Jacorossi Spa, issa qed terġa’ tpoġġi lil Malta fuq il-mappa rigward servizzi li din il-gżira tista’ tipprovdi. Għalhekk dan hu proġett ieħor ta’ fejda għal Malta. Dan stqarru lPrim Ministru Eddie Fenech Adami waqt linawgurazzjoni uffiċjali tat-terminal taż-żejt li din il-kumpanija għandha fil-Qajjenza, Birżebbuġa. il-Mument tħabbar ukoll li l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kellu jitlaq għal żjara uffiċjali ta’ sitt ijiem fil-Ġermanja tal-Punent. Din kienet se tkun it-tieni żjara uffiċjali f’dak ilpajjiż minn Prim Ministru Malti. L-ewwel waħda kienet saret minn Ġorġ Borg Olivier fissnin sittin. Fenech Adami kien mistenni jkollu taħditiet mal-Kanċillier Ġermaniż Helmut Kohl u uffiċjali oħra tal-Gvern dwar it-tisħiħ tarrelazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Dawn ir-relazzjonijiet ilhom li twaqqfu fuq bażi soda minn wara li Malta kisbet l-indipendenza 25 sena ilu u f’dan il-perjodu Malta bbenefikat ħafna minn għajnuna u investiment Ġermaniż.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

12

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

LIL HINN MINN XTUTNA

It-Tuneżija: Fid-dell ta’ Habib Burgiba

Wara s-suċċess tal-elezzjoni għall-Parlament li saret xahar ilu, it-Tuneżini nhar il-Ħadd li ġej qed jerġgħu jissejħu biex jivvutaw, din id-darba biex jaħtru l-President tar-Repubblika, u b’hekk titkompla t-triq lejn demokrazija sħiħa wara rRivoluzzjoni tal-2011, il-kostituzzjoni ġdida u, appuntu l-elezzjoni li tat rebħa lill-partit ġdid lajk Nida’ da Tounes (is-Sejħa Tuneżina). B’kollox qed jikkontestaw 27 kandidat minn madwar 70 li applikaw, u ħaġa li tolqtok millewwel hija kif l-ikbar partit talOppożizzjoni Nahda (Qawmien) – li kien l-ikbar wieħed flAssemblea Kostitwenti li approvat il-kostituzzjoni u mexxa l-pajjiż temporanjament sakemm saret l-elezzjoni ta’ xahar ilu – ma ressaqx kandidat tiegħu. Dan jidher li se jiffavorixxi lill-kandidat tan-Nida’ da Tounes Béji Caid Essebsi biex jilħaq President, u dak li kien għadu mhux ċert sakemm qed nikteb, kien jekk kienx se jkollu jaffronta elezzjoni oħra lejn l-aħħar ta’ Diċembru biex, jekk ikun hemm bżonn, jagħżlu bejnu u bejn l-aktar wieħed li jkun ġab voti warajh. In-Nahda kien iddikjara li qed jagħmel dan biex tiġi żgurata amministrazzjoni inklużiva għatTuneżini kollha. Din id-dikjarazzjoni l-partit kien għamilha qabel l-elezzjoni parlamentari meta kien qed jaħseb li se jirbaħha, u għalhekk ma riedx jagħti l-idea li ried jaħkem il-poter kollu, dak tal-gvern u dak presidenzjali.

Ried jaħtaf il-poter kollu Dan għaliex meta kien jamministra n-Nahda, lOppożizzjoni kienet takkużah li bid-dominanza fuq l-aħħar gvern proviżorju kien kważi hedded ittranżizzjoni tat-Tuneżija lejn iddemokrazija. Minbarra li meta tneħħa l-president awtokratiku Ben Ali fl-2011 (u n-Nahda rebaħ l-ewwel elezzjoni ħielsa għall-Assemblea Kostitwenti) kien ipprova jaħtaf il-poter, lOppożizzjoni ta’ dak iż-żmien ħasset li kien qed jinjora l-interessi tal-popolazzjoni kbira sekulari, u li kien dgħajjef malIżlamiċi radikali, estremisti. Il-partit hu meqjus bħala Iżlamiku moderat, imma l-poplu fl-aħħar elezzjoni neħħieh millpoter, anki għax l-ekonomija ftit li xejn tjiebet taħt l-amministrazzjoni tiegħu, u l-qgħad kiber, l-

OPINJONI

Il-mexxej tal-partit ġdid lajk Nida’ da Tounes, Béji Caid Essebsi fetaħ il-kampanja tiegħu għall-kariga ta’ President billi żar il-mawsulew tal-fundatur tat-Tuneżija moderna Habib Burgiba. Hawn jidher jagħtih ġieħ quddiem it-tebut tiegħu

istess bħall-kriminalità u lestremiżmu Iżlamiku. Il-poplu ried ordni u sigurtà, aktar minn iżjed riformi profondi politiċi. Għalhekk bdejt nikteb li ħafna Tuneżini se jduru fuq il-politiku veteran Sebsi, minkejja li għandu 87 sena u li ma jiddejjaq xejn jgħid li jispira ruħu mill-missierfundatur tat-Tuneżija moderna Habib Burgiba, l-ewwel president wara l-kisba tal-indipendenza minn Franza, u li Essebsi għamel xi żmien ministru taħtu. Għalkemm qajla seta' jitqies demokratiku tul it-30 sena li mexxa t-Tuneżija, ħafna Tuneżini jirrikonoxxu li Burgiba bis-sens ta’ ċittadinanza u patrijottiżmu li kien inissel, għen biex eventwalment il-pajjiż sar luniku pajjiż Għarbi fejn irRebbiegħa Għarbija hija suċċess, bogħod mill-kunflitti fi ħdanhom, li ħakmu lil pajjiżi oħra Għarab. Il-‘wirt’ politiku li ħalla Burgiba veru kien jinkludi burokrazija qawwija, tmexxija awtoritarja, imma wkoll iċ-ċivil kien irsista għal miżuri biex kulħadd jitgħallem jaqra u jikteb, id-drittijiet tan-nisa u s-separazzjoni bejn reliġjon u stat, sistema statali ta’ saħħa moderna, organizza s-sistemi amministrattivi, finanzjarji u ekonomiċi u l-infrastruttura tal-pajjiż. Barra minn hekk, wara li esperimenta b’politika ekonomika Soċjalista li falliet, Burgiba kmieni fis-snin sebgħin imbarka fuq mudell ta’ żvilupp ekonomiku Liberali, bin-negozji privati jiffjorixxu u s-settur privat jis-

Joe Calleja jocal@me.com

saħħaħ. Fil-qasam tal-politika internazzjonali ħa pożizzjoni favur il-Punent tul il-Gwerra lBierda.

Għażiż Zajim Essebsi, li bħal Burgiba huwa avukat edukat fi Franza, beda lkampanja tiegħu barra l-mawsulew ta’ Burgiba, bil-loudspeakers idoqqu l-għanja li kienet dedikata lil Burgiba “Għażiż Zajim (mexxej)”. Dakinhar hu wiegħed li se jirrestawra l-prestiġju tal-istat, filwaqt li qal li t-Tuneżija jeħtieġ li tneħħi d-differenza ekonomika dejjem tikber mal-pajjiżi żviluppati. Essebsi rreveda l-“Burgiżmu”, hekk kif espliċitament irrikonoxxa lin-Nahda bħala entità politika leġittima. Il-gvern proviżorju ta’ koalizzjoni li dan il-partit mexxa bejn l-2011 u l2013, kisser it-tabù li ntweriet minn żmien Burgiba u Ben Ali li l-Iżlamiċi m’għandhom jingħataw l-ebda ċans ta’ poter,

Għalkemm qajla seta’ jitqies demokratiku tul it-30 sena li mexxa t-Tuneżija, ħafna Tuneżini jirrikonoxxu li Burgiba bis-sens ta’ ċittadinanza u patrijottiżmu li kien inissel, għen biex eventwalment il-pajjiż sar l-uniku pajjiż Għarbi fejn ir-Rebbiegħa Għarbija hi suċċess, bogħod mill-kunflitti fi ħdanhom, li ħakmu lil pajjiżi oħra Għarab

lanqas permezz ta’ elezzjonijiet. “It-Tuneżija tappartjeni lissensibilitajiet u l-forom kulturali kollha,” iddikjara Essebsi. Ilpartit Nida’ ma eskludiex ftehim man-Nahda, anki b’xi ministri tiegħu fi gvern ta’ koalizzjoni ‘kbira’, imma jidher li qed jistenna r-riżultat aħħari tal-elezzjoni presidenzjali. Ħafna votanti Tuneżini jaħsbu li Essebsi issa għandu kredenzjali demokratiċi ġenwini. Hu kien ġie konvint ma jibqax pensjonant biex imexxi gvern proviżorju wara r-rivoluzzjoni tal-2011, qabel ma reġa’ ċeda lpoter lill-gvern immexxi millIżlamiċi fi tmiem dik is-sena. Madankollu, hemm min jibża’ li jekk Essebsi jilħaq President u l-partit tiegħu jkollu wkoll f’idejh il-kariga tal-Prim Ministru u wkoll b’maġġoranza filParlament, jista’ jitfaċċa millġdid gvern awtoritarju, avolja issa hemm istituzzjoni li tgħasses kontra dan.

Ġustizzja tranżitorja Hemm ukoll il-kwistjoni taħraq tal-idea ta’ Essebsi dwar dik li qed tissejjaħ “ġustizzja tranżitorja”, fejn skont liġi mgħoddija ssena l-oħra, it-Tuneżini għallewwel darba jistgħu jixhdu dwar tortura, għajbien u abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem taħt iżżewġ presidenti awtoritarji (Burgiba u Ben Ali) li kellu lpajjiż wara l-indipendenza. Dan il-proċess ta’ erba’ snin se jwassal biex jiġi deċiż min se jkollu jgħaddi ġuri dwar korruzzjoni, frodi elettorali jew ksur tad-drittijiet umani. Essebsi jrid jemenda l-liġi talġustizzja tranżitorja għax ma jaqbilx li din tkun retroattiva, jiġifieri tapplika wkoll għal dak li seħħ fl-imgħoddi. Kif inhi lliġi, din tkopri dak li sar fissnin sittin, meta Burgiba kien ippersegwita lil min ma qabilx miegħu …u meta Essebsi għal xi żmien kien Ministru talĠustizzja.


www.maltarightnow.com

13

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Attakk imdemmi f’sinagoga f’Ġerusalemm IŻRAEL: Ħaddiema tal-Emerġenza jneħħu katavru mix-xena ta’ attakk fuq sinagoga f’zona reliġjuża f’Ġerusalemm (Ritratt: EPA)

L-IŻRAEL

Erba’ Iżraeljani nqatlu u tmienja oħra ndarbu wara li żewġ persuni armati b’pistola u skieken attakkaw sinagoga filPunent ta’ Ġerusalemm. L-irġiel armati, Palestinjani mil-Lvant ta’ Ġerusalemm, inqatlu b’tiri sparati mill-pulizija.

Kien hemm ħafna attakki qalila f’Ġerusalemm dan laħħar, li wkoll rat it-tensjoni teskala fuq sit qaddis. Iżrael wiegħed li jirrispondi “b’id tqila” kontra dan l-attakk – l-aktar wieħed fatali f’Ġerusalemm f’dawn l-aħħar sitt snin.

Żieda fl-imwiet minn attakki terroristiċi IR-RENJU UNIT

Studju dwar it-terroriżmu internazzjonali jgħid li n-numru ta’ mwiet mit-terroriżmu żdied b’61 fil-mija bejn l-2012 u s-sena li għaddiet. Kien hemm kważi 10,000 attakk terroristiku matul is-sena li għaddiet – żieda ta’ 44 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Ir-rapport ta’ din is-sena millIndiċi Dinji dwar it-Terroriżmu stqarr li gruppi militanti bħallISIS, l-al-Qaeda, il-Boko Haram u t-Taliban kienu responsabbli għall-maġġoranza tal-imwiet. LIraq kien l-aktar pajjiż effettwat mit-terroriżmu. Ir-rapport mill-Istitut għallEkonomija u l-Paċi qal li kważi 18,000 persuna mietu minn attakki terroristiċi fl-2013. Steve Killelea, iċ-chairman eżekuttiv ta’ IEP, qal li l-aħħar żieda fl-imwiet mit-terroriżmu kienet primarjament kawża talgwerra ċivili fis-Sirja, li bdiet fl2011.

Skont l-istatistika, kienu rappurtati 14,722 mewta f’ħames pajjiżi biss: fl-Iraq, is-Sirja, lAfganistan, il-Pakistan u nNiġerja. Minn dan in-numru, 6,362 mewta kienu fl-Iraq – laktar pajjiż effettwat minn attakki terroristiċi. L-istess statistika qalet li 60 pajjiż madwar id-dinja rreġistraw imwiet mit-terroriżmu. Barra minn hekk, l-Indja, isSomalja, il-Filippini, il-Jemen u t-Tajlandja kienu l-ħames pajjiżi l-oħrajn li rreġistraw imwiet kawża tat-terroriżmu, bejn wieħed fil-mija u 2.3 fil-mija talimwiet globali mit-terroriżmu. Ir-rapport iżid jgħid li għalkemm pajjiżi flOrganizzazzjoni għallKooperazzjoni Ekonomika u lIżvilupp biss esperjenzaw ħamsa fil-mija tal-imwiet kollha mitterroriżmu mis-sena 2000, dawn ġarrbu wħud mill-aktar attakki mdemmija.

Skont id-Dipartiment tal-Istat Amerikan, tlieta mill-vittmi kienu r-Rabbi Moshe Twersky ta’ 59 sena, Arieh Kupinsky ta’ 43 sena u Kalman Levi ta’ 55 sena - ċittadini IżraeljaniAmerikani, kif ukoll, Avraham Goldberg, Iżraeljan b’ċittadinanza Ingliża. Il-funerali

Konfermata l-bird flu f’razzett f’Yorkshire IR-RENJU UNIT

L-aħbar li kien hemm il-bird flu f’razzett li jkabbar il-papri fil-Lvant ta’ Yorkshire ġiet konfermata bħala l-H5N8 – l-istess tip li ntwera fl-aħħar każi li feġġew fl-Ewropa. Id-Dipartiment għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali qal li rriskju għas-saħħa pubblika baqa’ minimu ħafna. Il-marda hi perikoluża ħafna għall-ħajja tat-tjur u tista’ wkoll tolqot lin-nies, għalkemm permezz ta’ kuntatt dirett mat-tjur milqut biss. Madwar 6,000 papra nqatlu f’razzett f’Nafferton, qrib Driffield. Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qalu li għasafar migratorji li qed itiru fid-direzzjoni tan-Nofsinhar għax-xitwa probabbilment huma responsabbli għall-każ ta’ bird flu f’Yorkshire u għall-aħħar każi li żviluppaw fl-Olanda u filĠermanja.

tagħhom saru lbieraħ stess. Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu akkuża lill-grupp militanti Hamas u lill-President Palestinjan Mahmoud Abbas talli inċitaw l-attakk. Min-naħa l-oħra, l-uffiċċju tal-President Abbas ħareġ stqarrija u qal li “l-presidenza tikkun-

danna l-attakk fuq ċittadini Lhud li kienu miġburin għattalb”. Il-Brigati ta’ Abu Ali Mustaf, il-fergħa militari tal-Front Popolari għal-Liberazzjoni talPalestina, qalu li huma kienu responsabbli mill-attakk fissinagoga.


www.maltarightnow.com

14

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Appell għall-qawmien kontra l-Boko Haram IN-NIĠERJA

IL-MALASJA: Mudella tippreżenta kreazzjoni mid-disinjatur Calvin Thoo matul il-Festival Iżlamiku tal-Moda f’Kuala Lumpur. Il-moda Iżlamika qed tikseb popolarità madwar id-dinja hekk kif aktar Musulmani qed jadattaw għal stili differenti ta’ moda (Ritratt: EPA)

Jingħata l-permess biex jiżżewweġ L-ISTATI UNITI

Charles Manson, qattiel Amerikan ta’ 80 sena, ingħata lpermess biex jiżżewweġ tfajla ta’ 26 sena li kienet qed iżżuru ta’ spiss fil-ħabs. Il-permess għaż-żwieġ inħareġ għaxart ijiem ilu għal Manson u għal Afton Elaine Burton, li marret tgħix f’Corcoran, Kalifornja, disa’ snin ilu sabiex tkun qrib ilħabs fejn kien miżmum Manson. Charles Manson qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs għall-qtil ta’ seba’ persuni u tarbija fil-ġuf f’Los Angeles fl1969.

Il-vittmi kienu jinkludu lillattriċi Sharon Tate li kienet tqila, u l-mara tad-direttur tal-films Roman Polanski. Afton Elaine Burton, li ssejjaħ lilha nnifisha bħala Star, qalet li hi u Manson se jiżżewġu x-xahar id-dieħel. Il-liċenzja taż-żwieġ hi valida għal 90 jum. “Ilkoll tafu li hu veru... iżżwieġ se jsir,” qalet Burton lillġurnalisti. “Inħobbu,” żiedet ittfajla. Il-mexxej ta’ kult u s-segwaċi tiegħu, magħrufa bħala l-Familja Manson, taw bis-sikkina u

sparaw fuq seba’ persuni f’Los Angeles f’żewġ iljieli f’Awwissu tal-1969 f’attentat biex jibdew gwerra razzjali. Manson u tliet kompliċi nisa ngħataw il-piena tal-mewt għallqtil, iżda s-sentenza nbidlet fl1972 meta Kalifornja abolixxiet temporanjament il-piena kapitali. Fl-2012, Manson ġie rrifjutat li joħroġ bil-parole minn panel filħabs ta’ Kalifornja – it-12-il darba li għamel attentat għal-libertà. Charles Manson mhux eliġibbli għall-parole qabel l2027.

Wieħed mill-aktar mexxejja Musulmani influwenti fitTramuntana tan-Niġerja appella lin-nies biex jiddefendu lilhom infushom kontra attakki millgrupp militanti Iżlamiku, Boko Haram. L-Emir ta’ Kano, Muhammed Sanusi, qal li r-residenti għandhom “jiksbu dak li jeħtieġu” sabiex jipproteġu lilhom infushom. Kelliem għall-pulizija qal li lkummenti tal-Emir kienu “sejħa għall-anarkija” u din m’għandhiex isseħħ. L-Emir, li sa kmieni din issena kien gvernatur tal-bank ċentrali tan-Niġerja, normalment

jibqa’ sieket dwar affarijiet politiċi. Hu għamel dawn il-kummenti f’laqgħa ta’ talb, wara li kienu seħħew diversi attakki fl-aħħar jiem li kienu assoċjati mal-Boko Haram. Il-ġiħadisti mill-grupp jibqgħu joħolqu kaos u tensjoni f’partijiet fil-Grigal tan-Niġerja, fejn qed jaħtfu bliet u villaġġi u fejn kienu qed jimponu l-interpretazzjoni serja tagħhom tal-Liġi Iżlamika. L-iskejjel primarji f’waħda miz-zoni l-aktar milquta, reġgħu fetħu wara li kienu ilhom magħluqin għal dawn l-aħħar tmien xhur.

L-INDONESJA: Timijiet ta’ salvataġġ jieħdu sehem f’verżjoni drammatizzata ta’ evakwazzjoni matul eżerċizzju ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali Ngurah Rai f’Denpasar, Bali (Ritratt: EPA)


www.maltarightnow.com

15

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Arrestati 40 persuna b’rabtiet mal-Mafja L-ITALJA

Pulizija ta’ kontra l-Mafja arrestaw 40 persuna f’rejds li filmira tagħhom kien hemm gruppi fit-Tramuntana tal-Italja b’rabtiet mal-’Ndrangheta – il-grupp kriminali fir-reġjun tal-Kalabrija. Għall-ewwel darba, il-Pulizija kienet kapaċi tiġbed filmati ta’ riti inizjali sigrieti li fihom kienu deċiżi ħidmiet kriminali. Tliet gruppi kienu investigati, ibbażati fit-Tramuntana ta’ Milan, fil-provinċji ta’ Como u f’Lecco fir-reġjun talLombardija.

Ħafna mill-arresti saru fitTramuntana tal-Italja, iżda wħud mill-irġiel kienu arrestati fi Sqallija. L-’Ndrangheta hu magħruf li għandu riti inizjali li jvarjaw minn dawk tal-Mafja u tal-Kamorra kif ukoll għandu sħubija elitista magħrufa bħala “Santa”. Dawk li ġew arrestati mit-taqsima speċjali tal-pulizija nżammew fuq suspett li kienu jagħmlu parti mill-Mafja u li kienu involuti flestorsjoni, kif ukoll li kienu qed iġorru armi mhux liċenzjati.

Isejjaħ elezzjoni bikrija għal Diċembru

HONG KONG: Ħaddiema tas-sigurtà jneħħu barrikati f’zona li kienet okkupata fl-Ammiraljat. Ħaddiema mill-qorti u pulizija lbieraħ bdew ineħħu l-barrikati u t-tined fis-sit prinċipali fejn saru l-protesti favur id-demokrazija (Ritratt: EPA)

Il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe sejjaħ elezzjoni bikrija, sentejn qabel iż-żmien. F’konferenza tal-aħbarijiet, hu qal li kien se jxolji l-parlament aktar tard din il-ġimgħa u kien ukoll se jtawwal taxxa fil-bejgħ li kienet ippjanata iżda li qajmet xi protesti. Shinzo Abe kien elett sentejn ilu bi pjan ambizzjuż biex isaħħaħ l-ekonomija, iżda tħabat biex għamel dan. Il-popolarità tiegħu marret ilbaħar iżda hu mistenni jirbaħ lelezzjoni, li mistennija ssir f’Diċembru. “Se nxolji l-parlament fil-21 ta’ Novembru,” qal Abe. Il-partit ta’ Shinzo Abe, idDemokratiċi Liberali, diġà għandu maġġoranza fil-parlament, iżda l-analisti stqarrew li Abe qed jittama li jikkonsolida l-poter

IN-NATO

IL-ĠAPPUN

Il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe (Ritratt: EPA)

fuq il-partit tal-Oppożizzjoni li jinsab f’konfużjoni. Shinzo Abe wkoll irid appoġġ pubbliku biex ikompli jimxi ’l quddiem bil-pjan ekonomiku ambizzjuż tiegħu sabiex isaħħaħ l-ekonomija staġnata billi jagħmel użu minn infiq qawwi mill-Gvern kif ukoll japplika riformi ekonomiċi.

Tħassib dwar il-militar Russu li qed jiżdied fl-Ukrajna

Il-Kap tan-NATO Jens Stoltenberg saħaq li r-Russja qed iżżid il-militar tagħha bisserjetà fl-Ukrajna u mal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi. Minbarra l-preżenza ta’ mijiet ta’ truppi, ir-Russi daħħlu fitterritorju Ukren ħafna apparat sofistikat, inkluż sistemi għaddifiża tal-ajru. Dawn is-sistemi huma ta’ tħassib partikulari għan-NATO wara t-twaqqigħ ta’ ajruplan tal-Malaysian Airlines fil-Lvant tal-Ukrajna f’Lulju, li gvernijiet tal-Punent qed jallegaw li sar minn separatisti favur l-unjoni mar-Russja. Ir-Russja qed tiċħad li qed tipprovdi l-armi u t-truppi sabiex tappoġġja lir-ribelljoni

separatista favur ir-Russi filLvant tal-Ukrajna. Dan beda wara t-tneħħija ta’ president li jxaqleb lejn il-politika Russa, permezz ta’ protesti kbar fi Frar. Ftehim għal waqfien millġlied kien maqbul fil-bidu ta’ Settembru, iżda l-ġlied reġa’ kompla dan l-aħħar. Malli wasal għal-laqgħa ma’ ministri tad-difiża fi ħdan lUnjoni Ewropea, Stoltenberg qal li hu kellu informazzjoni dwar il-preżenza dejjem tiżdied ta’ truppi u tagħmir Russu flUkrajna. “Iżda qed naraw ukoll preżenza militari li qed tiżdied fuq in-naħa Russa tal-fruntiera... dawn huma manuvri serji ħafna u għalhekk qed inse-

jħu lir-Russja biex tirtira t-truppi tagħha. “Ir-Russja tista’ tkun parti minn soluzzjoni negozjata ta’ paċi inkella tissokta fit-triq taliżolament,” sostna Stoltenberg. Ir-Russja ċaħdet akkużi simili l-ġimgħa li għaddiet millĠeneral Philip Breedlove, logħla kmandant militari tanNATO, li qal li n-NATO llokalizzat tagħmir militari li jasal mir-Russja f’reġjuni filLvant tal-Ukrajna, ikkontrollati mis-separatisti. Il-Ġeneral Maġġur Igor Konashenkov, uffiċjal filMinisteru għad-Difiża firRussja, xejjen il-kummenti talĠeneral Breedlove u sejħilhom “kliem fieragħ”.


www.maltarightnow.com

16

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

L-iskjavitù moderna tolqot aktar minn 35 miljun ruħ

L-IRAN: Studenti Iranjani jisimgħu lill-President Iranjan Hassan Rowhani matul sessjoni parlamentari f’Tehran. Il-Parlament irrifjuta lil Ahmad Danesh Ashtiani li kien kandidat għall-kariga ta’ Ministru għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Hu kien ir-raba’ nominat li l-Parlament irrifjuta għal din il-kariga (Ritratt: EPA)

L-AWSTRALJA

Aktar minn 35 miljun persuna madwar id-dinja huma maqbuda f’xi forma moderna ta’ skjavitù, skont rapport li jirreferi għal xogħol sfurzat, traffikar tal-persuni, żwiġijiet sfurzati, użura u sfruttament kummerċjali sesswali. Il-Fondazzjoni Walk Free (WFF), organizzazzjoni mhux governattiva bbażata flAwstralja, li tippubblika l-indiċi annwali dinji dwar l-iskjavitù, qalet li b’riżultat ta’ tagħrif aħjar u metodoloġija aktar imsaħħa, kienet żiedet l-istima tagħha bi 23 fil-mija fl-aħħar sena. Ħames pajjiżi huma eliġibbli

għal 61 fil-mija tal-iskjavitù, għalkemm dan instab fil-167 pajjiż li huma inklużi fir-rapport, fosthom ir-Renju Unit. L-Indja tinsab fil-quċċata tallista b’madwar 14.29-il miljun persuna maqbuda bħala skjavi, segwita miċ-Ċina bi 3.24 miljun, il-Pakistan b’2.06 miljun, lUżbekistan b’1.2 miljun u rRussja b’1.05 miljun. Il-Mawritanja kellha l-ogħla proporzjon tal-popolazzjoni fi skjavitù moderna (4 fil-mija), segwita mill-Użbekistan bi 3.97 fil-mija, il-Ħaiti bi 2.3 fil-mija, il-Qatar b’1.36 fil-mija u l-Indja b’1.14 fil-mija.

L-Indja tinsab fil-quċċata tal-lista b’madwar 14.29-il miljun persuna maqbuda bħala skjavi Andrew Forrest, iċ-Chairman u fundatur ta’ WFF – li qed taħdem għat-tmiem tal-iskjavitù fi ħdan ġenerazzjoni – qal: “Hemm min jassumi li l-iskjavitù hi xi ħaġa ta’ żmien ieħor. Jew li teżisti biss f’pajjiżi mifnija bi gwerra u faqar. “Dawn ir-riżultati juru li l-iskjavitù moderna teżisti f’kull pajjiż. Aħna lkoll responsabbli għall-aktar sitwazzjonijiet mill-

agħar fejn l-iskjavitù moderna teżisti u l-miżerja li din iġġib fuq il-bniedem. “L-ewwel pass fl-eradikazzjoni tal-iskjavitù hu l-kejl tagħha. U b’dik l-informazzjoni kritika, aħna lkoll irridu niġu flimkien – gvernijiet, negozji u ssoċjetà ċivili – sabiex tintemm lagħar forma ta’ sfuttament.” Pajjiżi identifikati li qed imexxu l-ġlieda sabiex l-iskjav-

itù tintemm, jinkludu lAwstralja, l-Awstrija, il-Ġorġja, l-Irlanda, l-Olanda, in-Norveġja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Huma biss lAwstralja, il-Brażil u l-Istati Uniti, madankollu, li qed jagħmlu l-isforzi kollha biex jindirizzaw il-kwistjoni abbażi ta’ gvern. L-iskjavitù moderna hi kwistjoni politika ħajja fir-Renju Unit, b’abbozz ta’ liġi li se jitressaq fil-Parlament u l-Prim Ministru David Cameron se jkun qed jenfasizza dan fid-diskors tiegħu waqt il-konferenza talPartit Konservattiv din is-sena.


L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

www.maltarightnow.com

17

AĦBARIJIET TA’ BARRA

2 1 1) L-IŻVIZZERA: Ritratt mill-ajru li juri zona mgħarrqa qrib Lago Maggiore fejn Tenero, f’Ticino. Ix-xita kontinwa ħolqot danni kbar f’Ticino l-Ħadd matul il-lejl. Peress li Lago Maggiore qasmet l-art f’diversi postijiet, it-toroq kienu blukkati għat-traffiku

2) IL-KOREA T’ISFEL: Morini tal-Korea t’Isfel jipparteċipaw f’Operazzjonijiet Amfibji (AMPHOPS) matul l-eżerċizzju militari ‘Hoguk’ kontra l-possibbiltà ta’ attakk mill-Korea ta’ Fuq, f’Pohang, 360 kilometru fix-Xlokk ta’ Seoul

3) L-ISTATI UNITI: L-Arċisqof Blase Cupich iħabbat mal-bibien ta’ barra qabel iċ-ċerimonja tal-pussess fil-Katidral tal-Isem Imqaddes f’Chicago, Illinois. Cupich sar id-disa’ Arċisqof ta’ Chicago wara l-Kardinal Francis George li rtira dan l-aħħar

4) L-INDJA: Ġugarell f’forma ta’ paraxut jittajjar fl-ajru qrib il-kosta tal-Baħar Għarbi f’Mumbai

5) IL-ĠAPPUN: Artista tad-dwiefer turi l-arti fl-Expo tad-Dwiefer f’Tokjo. L-avveniment jiġbed l-attenzjoni ta’ ħafna professjonisti fl-arti tad-dwiefer kif ukoll jesponi l-aħħar għodod użati f’din l-arti li hi wkoll negozju (Ritratti: EPA)

5

3

4



www.maltarightnow.com

19

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

FINANZI

Stokks globali pożittivi matul il-ġimgħa

Ir-ruble ddgħajjef għall-għaxar ġimgħa konsekuttiva hekk kif negozju taż-żejt taħt it-$80 il-barmil wassal għall-pressjoni fid-dħul tal-pajjiż li wasslet lill-ekonomija aktar viċin reċessjoni

Matul din il-ġimgħa stokks globali ssaħħu b’0.6 fil-mija u komplew iżidu mal-andament pożittiv li żied aktar minn $3 triljun mal-valur tal-ishma globali mill-15 ta’ Ottubru. Fl-Ewropa l-iStoxx Europe 600 Index issaħħaħ b’0.1 fil-mija. Ilkejl irkupra bi 8.3 fil-mija millaktar livell baxx fis-16 ta’ Ottubru hekk kif il-Bank of Japan meta mhux mistenni tejjeb l-istimolu. L-investituri qed jistennew ħjiel biex jaraw jekk il-President talBank Ċentrali Ewropew Mario Draghi hux se jintensifika l-

istimolu għaz-zona ewro wara li fis-6 ta’ Novembru wera li għandu l-appoġġ ta’ dawk li jfasslu l-politika. Il-prodott gross domestiku tazzona ewro żdied b’0.2 fil-mija matul it-tielet kwart tas-sena mill-perjodu ta’ qabel meta kien issaħħaħ b’0.1 fil-mija għat-tliet xhur sa Settembru fl-istess livell tal-estimi. L-ekonomija Franċiża kibret b’0.3 fil-mija u qabżet lestimi ta’ 0.1 fil-mija. L-MSCI Asia Pacific Index issaħħaħ b’1.1 fil-mija. FilĠappun it-Topix kellu erba’

ġimgħat pożittivi filwaqt li ishma fiċ-Ċina ssaħħu bi 2.5 filmija qabel il-bidu talkollegament bejn il-boroż ta’ Hong Kong u Shanghai lġimgħa d-dieħla. Stokks tas-swieq emerġenti llimitaw il-qligħ għal din ilġimgħa hekk kif kumpaniji talenerġija, b’Petroleo Brasileiro SA fuq quddiem b’andament negattiv, niżlu wara li kellhom dewmien f’rapport tad-dħul fost inkjesta dwar korruzzjoni. LMSCI Emerging Markets Index issaħħaħ b’0.3 fil-mija din il-

ġimgħa. Ir-ruble ddgħajjef għallgħaxar ġimgħa konsekuttiva hekk kif negozju taż-żejt taħt it$80 il-barmil wassal għallpressjoni fid-dħul tal-pajjiż li wasslet lill-ekonomija aktar viċin reċessjoni. Stokks fiċ-Ċina kienu negattivi fost tħassib li ttisħiħ ta’ dan l-aħħar kien eċċessiv. Il-Brent żdied fil-valur fuq spekulazzjoni li tnaqqis filprezzijiet, għal taħt it-$80 ilbarmil għall-ewwel darba f’erba’ snin, żied il-possibbiltà li OPEC inaqqas il-produzzjoni.

West Texas Intermediate ssaħħaħ bl-aktar f’aktar minn xahrejn. Dan ir-rapport inkiteb minn Valletta Fund Management Limited, kumpanija sussidjarja talBOV Group. L-uffiċċji talkumpanija jinsabu f’TG Complex, Suite 2, Level 3, Brewery Str., lImrieħel BKR 3000. Valletta Fund Management Limited hi liċenzjata mill-MFSA. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-VFM permezz talemail infovfm@bov.com, billi ċċempel Freephone 80072344 jew żur il-websajt www.vfm.com.mt.


www.maltarightnow.com

20

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

FEATURE

Il-libertà reliġjuża mhedda f’60 fil-mija tal-pajjiżi

minn Charles Muscat Rapport maħruġ fl-4 ta’ Novembru 2014 juri li l-libertà reliġjuża hi mhedda f’60 filmija tal-pajjiżi u hu mistenni li dan jagħti sinjal ċar lill-gvernijiet u lill-mexxejja reliġjużi li din il-kwistjoni ma tistax tibqa’ tingħata l-ġenb. Ir-Religious Freedom in the World Report 2014 maħruġ mill-għaqda internazzjonali ta’ karità, Aid to the Church in Need (ACN), li tfassal minn ġurnalisti, akkademiċi u kummentaturi, juri b’mod ċar it-tħassib serju għan-nies ta’ twemmin f’116-il pajjiż, minn 196 pajjiż mifruxin fid-dinja. Tibdil għall-agħar fil-libertà reliġjuża Ir-rapport – li jagħti ħarsa lejn il-gruppi kollha reliġjużi u x’seħħ mill-ħarifa tas-sena 2012 sas-sajf tal-2014 – juri li fejn sar xi tibdil tas-sitwazzjoni dwar il-libertà reliġjuża, dan dejjem mar għall-agħar. F’analiżi li saret fuq 196 pajjiż, jidher ċar li l-kundizzjonijiet sejrin għall-agħar f’55 pajjiż, jew fi 28 fil-mija minnhom. Fost il-pajjiżi fejn ilpersekuzzjoni reliġjuża hi qawwija ħafna u f'ħafna minnhom marret għall-agħar hemm l-Iraq, il-Libja, inNiġerja, il-Pakistan, is-Sudan, is-Sirja, l-Ażerbajġan, Myanmar (Burma), irRepubblika tal-Afrika Ċentrali, iċ-Ċina, l-Eġittu, l-Użbekistan, l-Afganistan, l-Eritrea, ilMaldives, il-Korea ta' Fuq, lArabja Sawdija, is-Somalja, ilYemen u l-Iran. Sitt pajjiżi biss mill-196 pajjiż, jiġifieri l-Iran, l-Emirati Għarab Magħquda, Kuba, ilQatar, iż-Żimbabwe u t-Tajwan

Sitt pajjiżi biss mill-196, jiġifieri l-Iran, l-Emirati Għarab Magħquda, Kuba, il-Qatar, iż-Żimbabwe u t-Tajwan, kienu kklassifikati li fihom sar xi titjib, iżda anki minn dawn, erbgħa minnhom għadhom juru li għaddejjin minn esperjenza ta’ persekuzzjoni f’livell “għoli” jew “fit-triq tan-nofs”

kienu kklassifikati li fihom sar xi titjib, iżda anki minn dawn, erbgħa minnhom għadhom juru li għaddejjin minn esperjenza ta’ persekuzzjoni f’livell “għoli” jew “fit-triq tan-nofs”. Ir-Religious Freedom in the World Report 2014 ħareġ nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru milluffiċċji tal-ACN mifruxin maddinja kollha. L-Executive Summary Report jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku www.religion-freedom-report.org. Intolleranza reliġjuża jew persekuzzjoni attiva F’sommarju ta’ 32 paġna tarrapport sħiħ, ippubblikat blilsna ewlenin Ewropej, ikklassi-

fika 20 pajjiż li għandhom grad “għoli” ta’ intolleranza reliġjuża jew persekuzzjoni attiva. Minn dawn, 14-il pajjiż huma għaddejjin minn esperjenza ta’ persekuzzjoni reliġjuża marbuta mal-estremisti talIżlam. Dawn huma lAfganistan, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, l-Eġittu, lIran, l-Iraq, il-Libja, ilMaldives, in-Niġerja, ilPakistan, l-Arabja Sawdija, isSomalja, is-Sudan, is-Sirja u lJemen. Fis-sitt pajjiżi l-oħra, ilpersekuzzjoni reliġjuża hi aktar marbuta mar-reġim awtoritarju. Dawn huma Myanmar (Burma), iċ-Ċina, l-Eritrea, il-Korea ta’

Fuq, l-Ażerbajġan Użbekistan.

u

l-

Il-libertà reliġjuża globali qabdet it-triq tan-niżla Jirriżulta li l-perjodu li jkompri r-rapport, il-libertà reliġjuża globali qabdet it-triq tan-niżla. L-impressjoni li jagħtu rapporti fil-media internazzjonali ta' żieda fil-persekuzzjoni reliġjuża mmirata lejn komunitajiet reliġjużi marġinati, hi kkonfermata minn dan ir-rapport. Il-pajjiżi Musulmani huma fil-maġġoranza tal-pajjiżi fejn hemm l-aktar vjolazzjonijiet tal-libertà reliġjuża. Il-libertà reliġjuża qed tonqos fil-pajjiżi tal-Punent li ħafna minnhom huma storikament Kristjani. Hemm żewġ raġunijiet ewlenin għal dan. L-ewwel għax m'hemmx qbil dwar irrwol li għandu jkollha r-reliġjon fil-ħajja pubblika, u t-tieni, ilftuħ għal libertà reliġjuża hu mhedded minħabba żieda fittħassib tan-nies dwar l-estremiżmu.

Il-Kristjani jibqgħu l-aktar ippersegwitati Il-Kristjani jibqgħu l-aktar minoranza reliġjuża ppersegwitata, l-aktar minħabba li jinsabu madwar id-dinja kollha u huma f'numru kbir. Madankollu, ilMusulmani wkoll qed jesperjenzaw ammont sostanzjali ta' persekuzzjoni u diskriminazzjoni, kemm minn Musulmani oħrajn, kif ukoll minn gvernijiet

awtoritarji. Il-Lhud fl-Ewropa tal-Punenet ukoll huma suġġetti għal vjolenza u għal abbużi oħra, għalkemm mhux f'livell għoli. Madankollu, problemi bħal dawn żdiedu u dan qed iwassal biex tiżdied l-emigrazzjoni tagħhom lejn Iżrael. Ir-rapport juri li kien hemm sinjali pożittivi ta' koperazzjoni reliġjuża imma dawn ħafna drabi saru b'riżultat ta' inizjattivi lokali, aktar milli minħabba progress fuq livell nazzjonali.

Ir-rapport jikkonferma perċezzjonijiet tal-media John Pontifex, l-editur inkarigat mir-rapport u li jaħdem f’Londra, stqarr li “fiż-żmien li fih sar l-istħarriġ, il-libertà reliġjuża globali daħlet f’fażi serja ta’ tiġrib u r-rapport jikkonferma perċezzjonijiet talmedia fiż-żieda fil-persekuzzjonijiet, immirati biex idgħajfu komunitajiet reliġjużi.” “Ir-rapport li ħdimna juri b’mod ċar li bosta minn dawk fl-awtorità – gvernijiet u mexxejja reliġjużi – fallew għalkollox biex jiddefendu llibertà reliġjuża u għaldaqstant dan id-dritt sagrosant sar wieħed iltim,” qal Pontifex. Hu kompla li “f’sensiela ta’ abbużi kontra d-drittijiet talbniedem – bit-theddia ta’ massakri fil-Lvant Nofsani u b’diskriminazzjoni fuq il-lant tax-xogħol f’pajjiżi fil-Punent – ir-rapport jurina r-riżultat aħħari ta’ vjolazzjoni tad-drittijiet tal-libertà reliġjuża.”


www.maltarightnow.com

21

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

FEATURE

Dritt fundamentali li għandu jkun il-qofol f’soċjetà ħielsa u ġusta “Bħala organizzazzjoni Kattolika, hu d-dmir tagħna li mhux sempliċement ngħinu biss lill-Kristjani li qed isofru l-vjolazzjonijiet tal-libertà reliġjuża, iżda nuru wkoll is-sostenn mannies li jħaddnu kull twemmin,” temm John Pontifex.

L-Aid to the Church in Need (ACN) Ir-rapport, li jkopri l-perjodu minn Ottubru 2012, sa Ġunju 2014, hu l-aħħar minn sensiela ta’ rapporti li jiġu ppubblikati kull sentejn mill-organizzazzjoni Kattolika ta’ karità, Aid to the Church in Need (ACN), li għandha l-kwartieri internazzjonali tagħha f’Königstein, qrib Frankfurt, il-Ġermanja.

Il-libertà reliġjuża hi dritt ta’ kulħadd Għad-daħla tar-rapport Dr Paul Bhatti, li jiġi ħu Shahbaz, il-Ministru Federali għallMinoranzi li nqatel fl-2011, jikteb li “l-libertà reliġjuża hi minnatura tagħha nnifisha dritt għal kulħadd u mqassam ugwalment bejn kulħadd, u hu għalhekk li jien infaħħar ir-rapport maħruġ mill-ACN, ‘International Religious Freedom in the World’ tad-daqqa t’għajn li ta u li għarbel waħda sew il-qagħda li fiha jinsabu l-gruppi ta’ fidi differenti mifruxin madwar iddinja kollha.” Hu kompla jisħaq li “b’dan

il-mod, dan ir-rapport qed jisfida lil bosta bnedmin biex jaħsbu b’mod ġdid dwar dan id-dritt fundamentali, li għandu jkun ilqofol f’soċjetà ħielsa, ġusta u li qed tiffjorixxi.” Hu jtemm li “hu l-aktar ħaġa ta’ ħtieġa f’dan il-mument f’dinja mifruda fejn f’xi partijiet tagħha wieħed jiltaqa’ ma’ qawmien ġdid reliġjuż u f’naħat oħra tagħha jsib tendenzi lejn indifferenza reliġjuża u ateiżmu.”

Il-każ ta’ Meriam Ibrahim Meriam Ibrahim li f'Mejju li għadda kellha tmien xhur tqala bit-tieni tarbija tagħha, fil-15 ta' Mejju 2014 kienet ikkundannata għall-mewt billi tkun mgħallqa minħabba li allegatament abbandunat irreliġjon Iżlamika. Meriam Ibrahim twieldet fis-Sudan lil missier Musulman u omm mill-Etjopja li kienet Ortodossa. Madankollu, missierha kien telaq lil ommha meta Meriam kienet għadha żgħira u għalhekk hi trabbiet f'fidi Kristjana. Eventwalment, Meriam Ibrahim iżżewġet lil Daniel Wani li kien Kristjan. Hi sostniet li minn dejjem kienet Kristjana. Minkejja dan, ilprosekuzzjoni qalet li Meriam kellha tħaddan il-fidi ta' missierha minkejja li ma kienx

preżenti matul it-trobbija tagħha. Il-prosekuzzjoni, blappoġġ tal-Imħallef, talbet li Meriam tabbanduna l-fidi Kristjana u tħaddan minflok il-fidi Iżlamika ta' missierha. Hi ngħatat tlett ijiem biex tagħmel dan imma m'aċċettatx u sostniet li hi minn dejjem kienet Kristjana u li ma kellhiex tibdel ir-reliġjon tagħha minħabba ordni tal-Qorti. Is-sentenza tal-mewt li ngħatat Meriam Ibrahim malajr ġibdet l-attenzjoni tad-dinja hekk kif gvernijiet, individwi u l-media ngħaqdu fil-kundanna tagħhom għal dik is-sentenza. Din ir-reazzjoni kibret meta kien żvelat li Meriam kienet welldet fil-ħabs, saqajha marbutin mal-art. Il-pressjoni fuq l-awtoritajiet tas-Sudan komplew u fl-24 ta' Ġunju li għadda Meriam Ibrahim inħelset mill-ħabs wara ordni tal-Qorti tal-Appell tas-Sudan. L-għada, meta hi u l-familja tagħha kienu se jaqbdu titjira lejn l-Istati Uniti talAmerika, huma kienu arrestati fl-ajruport u ttieħdu f'Khartoum fejn kienu interrogati dwar allegazzjonijiet li Meriam Ibrahim kienet iffalsifikat xi dokumenti tal-ivvjaġġar. Hi kienet inħelset mill-ġdid l-għada u sabet refuġju flAmbaxxata Amerikana f'Khartoum flimkien mal-

familja tagħha. Madwar xahar wara, fl-24 ta' Ġunju li għadda, Meriam siefret lejn Ruma fejn iltaqgħet mal-Papa Franġisku fil-Vatikan. Meriam u żewġha Daniel wara marru fl-Istati Uniti tal-Amerika fejn qed jittamaw li jrabbu l-familja tagħhom.

Ateiżmu aggressiv fil-Punent tal-Ewropa Ir-rapport jinnota tendenzi oħra, fosthom il-qawmien ta’ intolleranza reliġjuża u “ateiżmu aggressiv” fil-Punent talEwropa; numru kbir ta’ bnedmin qed isibu ruħhom refuġjati minħabba l-persekuzzjoni reliġjuża kontrihom, speċjalment fil-Lvant Nofsani; żieda “ta’ nuqqas ta’ interess reliġjuż” fost il-politiċi tal-pajjiżi talPunent, li qed twassal għal ħafna nuqqas ta’ ftehim f’oqsma ta’ politika barranija u żieda li tħasseb bil-bosta f’inċidenti anti-Semitiċi fl-Ewropa. Mix-xaqliba pożittiva, ir-rapport isemmi bosta eżempji ta’ koperazzjoni reliġjuża, iżda tajjeb li wieħed jinnota li dawn saru fuq inizjattivi aktar lokali milli minn xi progress fuq illivell nazzjonali tal-gvernijiet. Sejħa urġenti biex isir waqfien mill-vjolenza u l-oppressjoni Peter Sefton-Williams, iċChairman tal-Kumitat Editorjali

li ħejja r-rapport, jgħid fil-qosor x’hemm fih. “It-tagħlima ċara li toħroġ minn dan l-istħarriġ hi ssejħa urġenti li biex isir waqfien mill-vjolenza u l-oppressjoni li qed jintwerew kontra l-minoranzi reliġjużi, għandu jiġi lewwel u qabel kollox, millkomunitajiet reliġjużi nfushom.” Huwa jtemm billi jistqarr “ilħtieġa li l-mexxejja kollha reliġjużi għandhom isemmgħu leħinhom minn fuq il-pulpti tagħhom u li l-media għandha turi b’mod qawwi u li jinstema’ l-oppożizzjoni tagħha kontra lvjolenza reliġjuża ispirata u li jerġgħu jaffermaw is-sapport tagħhom favur it-tolleranza reliġjuża. Dan issa qed jinħass – f’din il-klima preżenti – aktar urġenti minn qatt qabel.” Ir-rapport tnieda f’Malta wkoll F'Malta, it-tnedija tarReligious Freedom Report 2012 – 2014 saret nhar lErbgħa 5 ta’ Novembru filLaboratorju tal-Paċi, f'Ħal Far. Il-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca u Monsinjur Aldo Cavalli, inNunzju Apostoliku attendew għat-tnedija tar-rapport. Ir‘Religious Freedom in the World 2014 Executive Summary Report’ jista’ jitniżżel mis-sit elettroniku www.religion-freedom-report.org


www.maltarightnow.com

MADWARNA

Ktieb li jista’ jitgawda kemm mit-tfal u kemm mill-adulti

Merlin Publishers għadhom kemm ippubblikaw ‘Il-fabbrika tal-kliem’, ktieb bl-istampi li żgur se jieħdu pjaċir jaqrawh kemm it-tfal u kemm il-kbar. Huwa storja għat-tfal, però huwa wkoll ħrafa inkredibbilment ħelwa għall-adulti li jridu jemmnu fil-qawwa tal-imħabba. Ilktieb, ippubblikat oriġinarjament il-Belġju, fih 36 paġna kollha b’illustrazzjonijiet artistiċi bellezza, u miktub b’lingwaġġ sempliċi u poetiku, kif ukoll b’għadd ta’ kliem kumpless li madankollu jsibu postu b’mod naturali fin-narrattiva. Oriġinarjament miktub bilFranċiż, ‘Il-fabbrika tal-kliem’ kien suċċess internazzjonali fost il-kategorija ta’ kotba bl-istampi, tant li ġie ppubblikat f’27 lingwa differenti, u rebaħ tliet premjijiet prestiġjużi internazzjonali. Il-ktieb ġie adattat għall-Malti minn ħadd ħlief Clare Azzopardi, awtriċi ta’ letteratura kemm għattfal u kemm għall-kbar. Azzopardi kkummentat hekk

dwaru: “Merlin Publishers qed ikunu avventurużi ħafna flgħażla ta’ kotba għat-tfal li qed jadattaw għall-Malti. Qed jintroduċu fis-suq lokali kotba blistampi li mhumiex tas-soltu u li jirrikjedu l-qari, il-kreattività u linterpretazzjoni.” ‘Il-fabbrika tal-kliem’ jirrakkonta l-istorja ta’ pajjiż fejn il-kliem irid jinxtara, inkella nnies ma tistax titkellem. Għaldaqstant, huma biss in-nies sinjuri li jistgħu jikkomunikaw bil-kliem, mentri l-foqra m’għandhomx biex jixtru l-kliem biex jitkellmu. Il-magni fil-fabbrika joħolqu l-kliem u n-nies jikkunsmawh bħall-ikel. L-istorja ddur madwar Philéas, tifel fqir li jbati biex isib kliem biex jitkellem. Sakemm jiltaqa’ ma’ Cybelle, li iżda għandha wkoll lil Oscar jiġri warajha — tifel sinjurun. Clare Azzopardi qalet, “Naħseb l-isbaħ punt ta’ dan il-ktieb huwa l-fatt li se jappella kemm lit-tfal u kemm lill-adulti. Huwa ktieb bl-

istampi li t-tfal se jogħxew bih, imma se jogħġob ukoll lill-ġenituri li qed jaqrawh magħhom, b’mod differenti għax il-ktieb fih

livelli ta’ qari differenti fejn hemm sustanza u tifsiriet diversi. Barra minn hekk, l-illustrazzjonijiet huma inkredibbilment sbieħ.”

25

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

‘Il-fabbrika tal-kliem’ jinsab għallbejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew direttament onlajn minn www.merlinpublishers.com


www.maltarightnow.com

26

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ

Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983.

Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. AVVIŻI

Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehu-

KLASSIFIKATI

midifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. JINĦTIEĠU

Delivery person FUQ bażi full-time. L-applikanti għandu jkollhom liċenzja tassewqan nadifa, isibuha faċli jaħdmu bħala parti minn tim, b’età ta’ ’l fuq minn 25 sena. L-esperjenza tkun ikkunsidrata bħala fattur pożittiv. Ibagħtu email fuq hugh.anastasi@ialmalta.com, Ignazio Anastasi, l-Imrieħel.


www.maltarightnow.com

SPORT

Poiatti Qormi jirbħu ċ-Challenge Cup HOCKEY

Floriana YS..............................4 Poiatti Qormi...........................5 Umpires: Luke Busuttil Leaver, Manuel Imbroll Il-finali taċ-Challenge Cup tat pjaċir lil kulmin kien preżenti u żammet fuq ix-xwiek lis-sostenituri taż-żewġ timijiet hekk kif wara vantaġġ komdu fl-ewwel taqsima, Qormi raw ir-reazzjoni qawwija ta’ Floriana li keinu għoddhom sfurzaw il-ħin barrani. Wara għaxar minuti logħob f’nofs il-grawnd, ir-ritmu żdied b’attakki miż-żewġ naħat. Fid19-il minuta Qormi marru minn fuq meta Jonathan Borg sab irrokna tal-lasta b’xutt mid-distanza. U minuta wara rduppjaw meta John Williams xellef il-ballun fix-xibka mill-viċin. Fit-22 minuta Williams skorja t-tieni gowl personali wara li rċieva mingħand Luke Brincat li daħal tajjeb minn mal-linja. Kyle Micallef għamilhom 4-0 fis-27 minuta iżda żewġ minuti wara Floriana naqqsu d-distakk meta Ivan Magro Dingli wasal lewwel fuq il-ballun wara li ġie mblukkat mill-gowlkiper ta’ Qormi u xeħet fix-xibka biex lewwel taqsima spiċċat b’Qormi 4-1 minn fuq. Young Stars bdew it-tieni taqsima fuq l-attakk u wara li rebħu tliet short corners skorjaw it-tieni gowl tagħhom minn xutt ta’ Luke Borg Costanzi biex għamel liskor 4-2. Floriana komplew jippressaw u resqu viċin li jnaqqsu

d-distakk darbtejn. Qormi sfruttaw l-ispazji li Floriana bdew iħallu fid-difiża u wara ħarba veloċi Steve Tanti qassam lejn Borg li skorja t-tieni gowl tiegħu u għamel l-iskor 5-2 fil-54 minuta. Young Stars ma ċedewx u sitt minuti mit-tmiem għamlu l-iskor 5-3 meta Mark Camilleri skorja minn short corner. Minuta wara l-iskor sar 5-4 meta Young Stars ingħataw penalty skorjat minn Andrew Camilleri. L-aħħar ħames minuti kienu milgħuba b’ritmu għoli biż-żewġ timijiet ikollhom l-okkażjonijiet tagħhom imma l-logħba ntemmet 5-4 b’Qormi dikjarati rebbieħa taċ-Challenge Cup. Sliema jtemmu t-tielet Sliema Hotsticks......................3 Rabat........................................1 Umpires: David Agius u Ray Micallef Sliema Hotsticks temmew fittielet post meta rebħu l-logħba kontra Rabat fil-logħba għattielet u r-raba’ post. Fl-ewwel taqsima Hotsticks kellhom iktar mill-ballun iżda ma rnexxielhomx jieħdu vantaġġ miż-żewġ short corners li rebħu. Sliema marru viċin li jiftħu l-iskor flaħħar minuta tal-ewwel taqsima iżda x-xutt ta’ Ludolf Rasterhoff għadda jħakkek mal-lasta. Il-logħba saret iktar interessanti fit-tieni taqsima u fis-46 minuta Sliema marru minn fuq meta

It-tim ta’ Qormi wara l-preżentazzjoni taċ-Challenge Cup

Lukas Plaehn skorja wara azzjoni ta’ short corner. Minuta biss wara Rabat għamlu l-iskor indaqs meta Kevin Micallef skorja minn azzjoni ta’ short corner. Fil-55 minuta Sliema kellhom opportunità tajba li jerġgħu imorru minn fuq meta ingħataw penalty iżda Shaun Grima żbalja. Hotsticks komplew jagħfsu u tmien minuti mit-tmiem Rasterhoff xeħet fix-xibka wara li xutt ta’ Shaun Grima ġie mblukkat mid-difiża Rabtija. Sliema għamlu ċert mir-riżultat meta sekondi mit-tmiem Julian Zahra skorja mill-viċin bil-logħba tintemm ftit wara bi Sliema jiskbu t-tielet post f’din il-kompetizzjoni.

Chetcuti jirbaħ id-Double Trap SPARAR

William Chetcuti kien ir-rebbieħ overall tal-isparatura tasselezzjoni tad-Double Trap għattim li se jirrappreżenta lil Malta fit-Tazza tad-Dinja fil-Kuwajt. L-isparatura li saret fir-ranges tal-Federazzjoni fil-Bidnija kienet fuq 150 plattina u rounds ta’ 15-il par fis-semifinali u lfinali. William Chetcuti temm lewwel meta laqat 136 minn 150 plattina, 28 u 28 biex għeleb lisfida ta’ Nathan Lee Xuereb li laqat 142, 26 u 26. Il-midalja tal-bronż intrebħet minn Matthew Grech li laqat 123, 25 u 27 waqt li mir-raba’ sas-sitt post spiċċaw Gianluca Chetcuti b’119, 25 u 24, Johan Xuereb b’118 u 23 u Wayne Farrugia b’126 u 21. Sadanittant Jason Agius rebaħ sparatura oħra tas-selezzjoni għal Kuwajt imma fid-dixxiplina Skeet. Huwa laqat 102 minn 125,

27

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

William Chetcuti (t-tieni mix-xellug) flimkien ma’ Nathan Lee Xuereb, Matthew Grech u l-kowċ Jimmy Bugeja

u 10 u 9+2 minn żewġ rounds ta’ 16-il plattina l-wieħed biex rebaħ b’shoot-out ma’ Bozidar Dimitrov li temm it-tieni b’109, 10 u 9+1. Noel Scicluna temm it-tielet b’102, 9 u 11 u Edwin Zammit irraba’ bi 88, 5 u 8. F’kompetizzjoni oħra Peter

Muscat rebaħ kompetizzjoni Trap organizzata fir-range ta’ ĦalQormi. Din kienet sparatura fuq 50 plattina. Muscat laqat 43, 13 u 11 biex temm l-ewwel quddiem Jason Sciberras b’40, 12 u 10 waqt li James Galea Jr temm it-tielet b’46, 12 u 12.

Ta’ Ġiorni jinqalgħu mill-qiegħ SWAN

Is-Sibt intlagħab programm ta’ sitt logħbiet mill-Kampjonati tasSwan. Fl-Ewwel Diviżjoni, Ta’ Ġiorni Wolves irreġistraw lewwel rebħa tal-Kampjonat meta għelbu lit-tim tal-qiegħ Cospicua Dynamos 3-0. Kien fl-24 minuta li Ta’ Ġiorni Wolves marru fil-vantaġġ permezz ta’ Kurt Cutajar li wara li ikkontrolla tefa’ fir-rokna taxxibka għall-gowl tal-vantaġġ. Fit-tieni taqsima Ta’ Ġiorni Wolves komplew fejn ħallew flewwel taqsima u żiedu żewġ gowls oħra permezz ta’ Alessandro Certelli fit-58 minuta u issiġillaw ir-rebħa b’gowl ieħor fis-64 minuta permezz ta’ Christian George Mallia għal skor finali ta’ 3-0 u tliet punti ferm importanti għas-salvazzjoni. Mrieħel Juventude għelbu lil Għargħur Bushwackers 2-0 u kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva biex issa jinsabu tliet punti taħt il-leaders Lija/Iklin, bil-leaders jilagħbu partita anqas. Għargħur Bushwackers għadhom ifittxu lewwel punt staġjonali meta jinsabu ankrati fl-aħħar post. L-istess bħal logħba ta’ qabel fejn iż-żewġ naħat kienu għatxana għar-rebħ tal-punti fejn iżżewġ naħat taw dak kollu li jafu. Fl-20 minuta kontra x-xejra tallogħob Mrieħel Juventude ingħataw penalty għal fawl, Inkariga minnu Ryan Fenech li mill-11-il metru ma żbaljax biex tefa’ lit-tim tiegħu fil-vantaġġ. Fit-tieni taqsima Għargħur ħarġu fuq l-offensiva biex isal-

vaw ir-riżultat u marru viċin bosta drabi fejn il-gowlkiper salva bosta saves, imma f’kontra attakk veloċi Mrieħel fit-62 minuta kabbru l-iskor permezz ta’ Garry Cremona wara li rċieva pass tajjeb u tefa’ fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0. Mit-Tieni Diviżjoni l-liders San Gwann Knights komplew jikkonsolidaw posthom f’ras ilklassifika meta għelbu lil TalQroqq Versity 2-0,biex għandhom punti massimi minn sitt logħbiet. Marsa St. Micheal’s komplew isegwu lil-leaders meta għelbu lill-Baħrija AFC 4-1 u baqgħu ħames punti taħt il-leaders San Gwann.

Tazza tal-Milied Saru żewġ partiti mill-ewwel rawnd tat-Tazza tal-Milied fejn Senglea Gunners kellhom jiġru wara r-riżultat biex għelbu lil Luqa Juniors 10-9 bil-penalties. Luqa Juniors kienu qed igawdu vantaġġ doppju b’żewġ gowls skurjati minn Mark Said u Jean Paul Abdilla. Imma qabel intemmet it-taqsima l-Gunners naqqsu l-iskor minn George Frendo u fil-50 minuta kellhom penalty li minnu Tyron Borg kiseb id-draw. Filpenalties Senglea skurjaw tmienja kontra s-sebgħa ta’ Luqa Juniors. Fil-logħba l-oħra rebħa faċli għal Tarxien AFC li għelbu faċilment lil Fleur De Lys 4-0 b’gowls ta’ Benjamin Carlotti, doppjetta ta’ Lorenzo Parella u ieħor minn Maslum Hassan.


www.maltarightnow.com

28

l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

Tiddeċiedi doppjetta ta’ De Andrade BOV GFA CUP RD. PRELIMINARI

Xagħra Utd.............................. 0 Sannat Lions............................2 Fil-logħba li tat bidu għat-42 edizzjoni tal-GFA Cup, Sannat Lions b’żewġ gowls fl-aħħar minuti tal-attakkant Brażiljan Fernando De Andrade, issuperaw lil Xagħra United tat-Tieni Diviżjoni. B’hekk issa s-Sannatin jilagħbu kontra l-holders Nadur Youngsters fir-rawnd li jmiss. Bidu bilanċjat sakemm ma’ tmiem it-taqsima Sannat kienu sfortunati meta laqtu l-lasti permezz ta’ Ferdinando De Andrade wara frikik ta’ Williams. Wara inqas minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima l-istess De Andrade reġa’ kien sfortunat li laqat il-mimduda bir-ras. Xagħra marru viċin li jiżblukkaw irriżultat fit-28 minuta meta tentattiv ta’ Luke Attard kien ikklerjat minn fuq il-linja fatali minn Josaih Buttigieg li evita gowl ċert. Fid-39 minuta Sannat ingħataw penalty għal fawl ta’ Steve Sultana fuq Luke Attard, b’FERNANDO DE ANDRADE finalment jiżblokka r-riżultat. Fl44 minuta l-istess DE ANDRADE għalaq il-logħba. Xagħra United FC: F. Azzopardi, S. Sultana, E. Galea, M. Grima, J. Scerri (D. Bartolo), J. Buhagiar, A. Farrugia (J. Xerri), V. J. Saliba, L. Attard, A. Tabone (M. Azzopardi), A. Bezzina. Sannat Lions FC: A. Brignoli, L. Pisani (J. Micallef), M. Muscat, J. Buttigieg, A. Williams, N. Micallef, L. Attard (P. Camilleri), F. De Andrade, D. Borg, K. Bonnici (S. Curmi), J. Bonnici. Referee: Ishmael Barbara

Kerċem fil-kwarti finali Kerċem Ajax ...........................2 SK Victoria W. ........................0 Kerċem Ajax b’żewġ gowls lejn it-tmiem skurjati minn Anderson Ribiero għaddew għal rawnd ieħor biex issa jiltaqgħu kontra Oratory Youths fil-kwarti tal-finali. Fl-ewwel taqsima SK Victoria kellhom bidu tajjeb iżda ma rnexxielhomx jiżblukkaw irriżultat. Konfront bejn żewġ timijiet tal-Ewwel Diviżjoni fejn minħabba emergenza ta’ gowlkiper għall-Wanderers iritorna bejn il-lasti Rabtin Marlon Mercieca wara nuqqas ta’ bosta snin. L-ewwel taqsima kienet pjuttost nieqsa miċ-ċansijiet. Imma fl-ewwel 30 sekonda tat-tieni taqsima Kerċem sfortunati meta xutt ta’ Ribiero spiċċa mal-lasta. Fis-26 minuta Kerċem fetħu l-isk

Dene Shields li skorja doppjetta għal Xewkija fl-azzjoni kontra St. Lawrence

or meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Joseph Azzopardi ma kienx miżmum minn Marlon Mercieca u approfitta ANDERSON RIBIERO li mill-viċin xeħet f’lati vojta. Minuta fuq il-ħin listess RIBIERO b’lob minn 25 minuta qabad lil Mercieca barra minn postu. Kerċem A: B. Spiteri, P. Kyumyurdhziev, A.Buttigieg, J. Azzopardi, M. Mifsud, J. Said, K. Mifsud, I. Xuereb, E.Vella (J. P. Mizzi), A. Mizzi, A. Ribiero. SK Victoria W: M. Mercieca, E. Bugeja (D. Tabone), D. Monday, J.P. Grima, J. Refalo (L. Dimech), A. Adesina, C. Sciortino, J. Xuereb (J.R. Portelli), L. Nutasi Mba, O. Farrugia. Referee: Darko Stankovic

Rebħa tajba Qala Saints.............................. 2 Għajnsielem ............................4 Għajnsielem kisbu rebħa meritata biex eliminaw lill-ġirien tatTieni Diviżjoni Qala u b’hekk issa fil-kwarti tal-finali jilagħbu kontra Għarb Rangers, tim ieħor mill-istess kategorija. Protagonista għalihom kien lattakkant Charlon Tabone li skorja trippletta. Fil-35 minuta Għajnsielem fetħu l-iskor meta minn pass mittul ta’ Jason Portelli, CHARLON TABONE għeleb lil Buttigieg. Fil-45 minuta Għajnsielem irduppjaw meta Damon Hili kellu xutt imxellef u ’CHARLON TABONE kiseb doppjetta personali. Fit-tielet minuta tat-tieni taqsima Qala naqqsu l-iskor b’xutt tas-sostitut MANWEL SCERRI. Iżda fit-8 minuta CHARLON TABONE reġa’ skorja. Fis-17 ilminuta Qala ingħataw penalty

għal fawl ta’ David Debattista fuq Simon Spiteri u mill-11-il metru MANWEL BUTTIGIEG naqqas l-iskor. Fl-20 minuta minn koss ta’ Galea, Damon Hili bir-ras laqat il-mimduda u mbagħad LARRY BUTTIGIEG b’daqqa ta’ ras issiġilla r-rebħa. Qala S: F. Buttigieg, M. Cefai, C. Caruana, M. Buttigieg, D. Cutajar, S. Spiteri (N. Portelli), A. Cini, D. Portelli,S. Muscat, J. Galea, C. Vella (M. Scerri). Għajnsielem: L. Buttigieg, D. Debattista, R. Grima (A. Xuereb), S. Sultana, D.Hili, L. Buttigieg, C. Tabone (D. Azzopardi), S. Azzopardi (And. Xuereb), J. Cassar, F. Galea, J. Portelli. Referee: Gordon Barbara

Jaċċertaw fl-ewwel fażi Munxar Falcons.......................1 Għarb Rangers........................3 Għarb Rangers bi tliet gowls flewwel taqsima aċċertaw millkwalifikazzjoni f’dan il-konfront dirett bejn żewġ timijiet tat-Tieni Diviżjoni kontra Munxar Falcons. Għarb issa jaffrontaw lil Għajnsielem u b’hekk tim mitTieni Diviżjoni ser ikun wieħed mis-semi-finalisti. Għarb fethu fuq l-attakk fejn wara 9 minuti fetħu l-iskor meta minn kross ta’ Frank Attard, ilcaptian JOSEF PORTELLI wara li dar ma’ difensur għeleb lil George Vella. Fl-20 minuta rduppjaw meta FRANK ATTARD approfitta minn inċertezza fiddifiża. Munxar wieġbu fis-26 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Alex Sacco li stampa malmimduda. Fit-28 minuta wara suġġeriment ta’ Jason Azzopardi kien STEPHEN APAP li kabbar il-vantaġġ.

Fit-tieni taqsima Munxar wara 12-il minuta naqqsu l-iskor b’xutt minn barra l-kaxx tas-sostitut STEPHAN FARRUGIA. Lejn ittmiem Għarb setgħu ngħataw penaty meta s-sostitut Joseph Muscat twaqqa’ fil-kaxxa iżda llogħob tħalla għaddej. Munxar F: G. Vella, K. Xerri (S. Farrugia), M. Pace, D. Borg (A. Vella), P. Parnis, M. Grech, P. Falzon, A. Sacco, P. Said (M. Azzopardi), R. Meilak, O. Atzori. Għarb R: D. Spiteri, C. Attard (J. Muscat), M. Grech, C. Gafa (A. Micallef), R. Vella (T. Bartolo), N. Borg, C. Attard, J. Portelli, J. Azzopardi, F. Attard, S. Apap. Referee: Jules Ngangue

Jimmassakraw lil Żebbuġ Żebbuġ Rovers........................0 Victoria Hotspurs..................15 Victoria Hotspurs kif kien mistenni kisbu rebħa kontra l-aħħar tim tal-klassifika tat-Tieni Diviżjoni Żebbug Rovers iżda ftit basru li kienu se jimmassakraw lill-avversarji tagħhom b’daqstant ammont ta’ gowls. Partita li kif jindika l-iskor kienet mingħajr storja. Protagonista assolut kien l-attakkant Nikola Vasilic li skorja seba’ gowls. Issa fil-kwarti finali jilagħbu kontra Xewkija Tigers. Victoria Hotspurs fetħu l-iskor fid-19-il minuta minn OLIVER CURMI u fit-28 minuta minn kross ta’ Aguiar, NIKOLA VASILIC xeħet ġewwa. Fit-33 minuta l-istess VASILIC kiseb doppjetta u mank laħqet għaddiet minuta li Hotspurs għamluhom 4-0 b’daqqa ta’ ras RODNEY BUTTIGIEG. Fit-38 minuta NIKOLA VASLIC kiseb trippletta u mal-45 minuta MICHAEL BEZZINA għaqqad

SPORT

in-nofs tużżana. Għat-tieni taqsima Hotspurs baqgħu aggressivi u komplew jiskorjaw minn FERDINANDO APAP, VASILIC li skorja erbgħa oħra, DANIEL FARRUGIA, MICHAEL BEZZINA , OLIVER CURMI u FERDINANDO APAP għal doppjetti personali. Żebbuġ R: B. Saliba, A. Zammit, C. Cassar, M. Zammit, P. Cardona, M. Zerafa, M. Cordina, J.P. Saliba (E. Grima), G. Portelli, P. Frendo (C. Vella), W. Cassar Victoria H: C. Mercieca, F. Apap, O. Curmi, R. Grech, M. Bezzina, J. Bajada (M. Buhagiar), D. Farrugia, N. Vasilic, J.F. Aguiar, D. Mercieca, R. Buttigieg (D. Bellotti). Referee: Dusan Petrovic

Rebħa tennistika Xewkija Tigers.........................6 St Lawrence S. ........................2 Xewkija Tigers kisbu rebħa tennistika kontra St. Lawrence Spurs biex issa fil-kwarti talfinali jilagħbu kontra Victoria Hotspurs. Kif jindika l-iskor irrebħa kienet meritata fejn protagonista għalihom kienu Daniel Bogdanovic, Dene Shields u Chris Camilleri li skurjaw doppjetta kull wieħed. Fit-13-il minuta Xewkija żblukkaw ir-riżultat b’xutt filbaxx ta’ DANIEL BOGDANOVIC. Fil-45 minuta DENE SHIELDS irdoppja. Fil-5 minuta tat-tieni taqsima listess SHIELDS b’xutt fuq iddawra kiseb doppjetta personali. Fil-11-il minuta CHRIS CAMIILERI b’xutt mill-isbaħ dawwar ġewwa bil-ballun jaħbat mallasta qabel spiċċa wara Grima. Fit-13-il minuta St Lawrence ingħataw penalty wara fawl ta’ Joseph Mario Vella fuq William Barbosa u mill-11-il metru MAMBAYE BOYE naqqas liskor. Fit-33 minuta Spurs reġgħu naqqsu l-iskor b’xutt filbaxx ta’ WILLIAM BARBOSA. Imma minuta wara Xewkija reġgħu skurjaw minn CHRIS CAMILLERI u fit-42 minuta BOGDANOVIC kiseb doppjetta u għaqqad in-nofs tużżana. Xewkija T: A. Parnis (L. Xuereb), J. Cefai, D. Sakic, J. Vella (L. Portelli), K. Mercieca (C. Farrugia), J. M. Vella, C. Camilleri, D. Bogdanovic, G. Hili, D. Shields, J. Camilleri. St. Lawrence S: J. Grima, F. Xuereb (J. Grima), C. Sciberras, J. Micallef (F. Grima), M. Vella, D. Micallef, L. Buttigieg, S. Mizzi (J. Thewma), W. Barbosa, M. Boye, C. Cauchi. Referee: Mario Apap


www.maltarightnow.com

SPORT

Neuer jitkellem dwar il-Ballon d’Or

Il-gowlkiper tal-Ġermanja Manuel Neuer qal li jista’ jkun diffiċli għalih li jingħata rikonoxximent waqt il-votazzjoni tal-Ballon d’Or minħabba nuqqas ta’ pubbliċità li għandu fir-reklamar. Il-Ġermaniż hu wieħed millplejers fil-lista għal dan l-unur tas-sena flimkien mar-rebbieħ tas-sena l-oħra Cristiano Ronaldo u dak tal-edizzjonijiet preċedenti Lionel Messi. Imma Ronaldo u Messi għandhom serje ta’ kuntratti ta’ reklamar u f’intervista mal-magażin Ġermaniż Kicker, il-gowlkiper ta’ Bayern Munich Neuer, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja malĠermanja aktar kmieni din issena, indika li l-fatt li mhux daqstant imdaħħal f’reklami kummerċjali, jista’ jkollu impatt fuq iċ-ċansijiet li jirbaħ l-unur.

Huwa rredikola wkoll b’mod sottili r-reklami li jagħmel Ronaldo bil-qliezet ta’ taħt. “Jien sportiv u mhux ambaxxatur ta’ ditta. Għalkemm jien ukoll l-ewwel gowlkiper talAdidas, m’inix dak it-tip ta’ persuna li nippoża bil-qliezet ta’ taħt tagħhom. It-tapit l-aħmar ma jogħġobnix u nippreferi t-tapit laħdar. Inħossni aħjar fil-pitch nipprova ntejjeb il-logħba tiegħi.” Neuer iħoss ukoll li l-fatt li hu gowlkiper ukoll se jkollu impatt fuq iċ-ċansijiet tiegħu ta’ rebħ. “Wara kull partita, l-aħjar siltiet juru l-aktar il-gowls, ċansijiet ta’ skor u passaġġi. L-ispettaturi għandhom tendenza li ma jiftakrux li bħala gowlkiper nagħmel saves diffiċli ta’ sogru kbir u nibda wkoll azzjonijiet blisforzi tiegħi.”

Il-midfielder ta’ Real Madrid Luka Modric jista’ jagħmel perjodu twil barra mil-logħba wara li sofra tiċrita f’koxxtu x-xellugija. Il-plejer ta’ 29 sena ħareġ mil-logħba tal-Euro 2016 li lKroazja lagħbet kontra l-Italja l-Ħadd (1-1) b’dak li għallewwel deher problema filgroin. Modric u l-Ġermaniż Toni Kroos kienu qed jiffurmaw midfield qawwi għal Real dan l-istaġun imma issa rapporti qed jgħidu li Modric jista’ jagħmel sa tliet xhur barra. Kroos qal li se jkun diffiċli għal Real li jsibu sostitut bħalu

minkejja li l-kowċ Carlo Ancelotti għandu plejers bħal Sami Khedira u Asier Illarramendi li lesti biex jidħlu fl-azzjoni. “Naħseb li din hi daqqa ta’ ħarta għal Real. Lagħab kważi kull logħba dan l-istaġun u jinsab fil-forma. Se jkun diffiċli li nsibu wieħed floku. Nittamaw li jiritorna malajr,” qal Kroos. Modric lagħab 10 partiti ma’ Real dan l-istaġun u skorja gowl waqt li Real se jkunu lura fl-azzjoni s-Sibt kontra Eibar bit-tama li jkabbru s-serje pożittiva għal 13-il rebħa konsekuttiva fil-komptizzjonijiet kollha.

Ofcom fetħet investigazzjoni dwar kif il-Premier League qed ibiegħ id-drittijiet tiegħu għal xandiriet live lit-televiżjoni talpartiti fir-Renju Unit. Dan sar wara lment li Virgin media kien ippreżenta uffiċjalment lill-Ofcm f’Settembru. BskyB u BT bħalissa jaqsmu bejniethom id-drittijiet biex ixandru l-partiti mill-Premier League. Il-prezz tal-aħħar ftehim li jkopri mill-2013 sal-2016, tela’ b’70% għal £3 biljuni meta kien tħabbar fl-2012. Ofcm tinvestiga fejn ikun

hemm suspetti raġjonevoli ta’ ftehim li jista’ jkun immirat li jħassar, jirrestrinġi jew jostakola kompetizzjoni. Jingħad li linvestigazzjoni se ssir taħt irregolamenti tal-att tal-kompetizzjoni. Il-Premier League dalwaqt jiftaħ il-proċess biex jilqa’ offerti għad-drittijiet tal-perjodu li jmiss mill-2016 il-quddiem. Imma Virgin qed isostnu li larranġamenti kurrenti “għallbejgħ kollettiv tax-xandiriet diretti lit-televiżjoni fir-Renju Unit mill-Premier League għall-

29

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

Totti jrid isir kowċ

Id-difensur ta’ Manchester United Marcos Rojo ikkonferma li mar fuq strajk ma’ Sporting Lisbon biex iħaffef it-trasferiment tiegħu f’Old Trafford. Rojo sieħeb lil United għal 16-il miljun sterlina qabel għalaq is-suq tat-trasferimenti f’Awwissu fi ftehim li fih ilwinger Portugiż Nani ngħaqad ma’ Sporting b’self għal sena. Imma t-trasferiment kien filperiklu li jisfaxxa minħabba problemi bejn Sporting u Doyen Sports li kellhom 75% tad-drittijiet tal-plejer. It-tilwima wasslet biex Rojo telaq mit-taħriġ qabel l-eks

internazzjonali Arġentin Juan Sebastien Veron ħeġġu jirritorna għat-taħriġ. “Kienet sorpriża kbira meta qaluli li United rieduni. Ma bdejt naħseb fuq xejn iktar. Bdejt inċempel lir-rappreżentant tiegħi kuljum u meta deher li ttrasferiment kien se jisfaxxa irrifjutat li mmur għax-xogħol ma’ Sporting. Kien hawn li Veron kellu sehem importanti. Kien bħal missier għalija u żamm idu iebsa. Qalli li jekk United iridu plejer ma jħalluhx jaħarbilhom. Irritornajt għattaħriġ u t-trasferiment sar,” qal Rojo.

Francesco Totti jinsab ħerqan li jsegwi l-passi taleks kollegi internazzjonali tiegħu Filippo Inzaghi u Vincenzo Montella u jidħol fil-kowċing. Il-captain ta’ Roma għamel karriera sħiħa mal-klabb talkapitali fejn lagħab 568 logħba u skorja 237 gowl sa minn meta ddebutta fl-1993. Huwa rebaħ Scudetto u darbtejn ilCoppa Italia. Illum li għandu 38 sena, Totti żvela li għandu pjani li jibda karriera ta’ kowċ għalkemm hu ħerqan li għalissa jkompli jilgħab qabel possibilment jibda l-karriera fuq il-bank ta’ Roma. “Se nibqa’ nilgħab almenu sa tliet snin oħra u mbagħad nittrenja lil Roma. Forsi nibda mit-tfal għalkemm forsi ma jkunx hemm bżonn. Wara kollox xi ħadd li jkun lagħab fuq il-livell tiegħi ma jdumx wisq biex jitgħallem,” qal Totti lil Gazzetta dello Sport. Totti jinsab ukoll konvint li Roma huma aktar b’saħħithom mill-istaġun li għadda meta kienu spiċċaw it-tieni fis-Serie A wara Juventus. U l-captain sfida lil sħabu biex iżommu l-istess livell ta’ prestazzjonijit hekk kif qed jippruvaw jissuperaw filquċċata lit-tim ta’ Turin. “Il-mira tagħna hi li nirbħu t-titlu. It-tim hu aktar qawwi mis-sena l-oħra u Garcia jgħid li aħna aħjar minn Juventus. Issa sta għalina lplejers li nippruvaw dan.”

partiti tal-klabbs li jiffurmaw parti minnu, hu ksur tar-regolamenti tal-liġi tal-kompetizzjoni.” Partikolarment dan qajjem dubji dwar in-numru ta’ partiti tal-Premier League li tagħhom qed ikunu disponibbli xxandiriet. “Virgin media qed jargumentaw li l-proporzjon ta’ partiti li huma disponibbli għal xandiriet diretti taħt il-kuntratt preżenti tad-drittijiet talPremier League – ta’ 41% - hu inqas minn dak ta’ pajjiżi oħra Ewropej prominenti fejn aktar

partiti huma disponibbli għal xandiriet diretti,” qalet Ofcom fi stqarrija. Ofcom qalet li “qed titħasseb ukoll dwar iż-żmien li fih se jsiru l-offerti għal drittijiet ta’ xandiriet diretti u tinsab miftuħa għal diskussjoni malPremier League dwar il-pjani tagħha.” Qalet ukoll li se tħares lejn ilkaż dwar kemm partiti qegħdin jiġu mċaqilqa mill-ħin oriġinali tagħhom tat-3 p.m. (4 p.m. ħin lokali) kull nhar ta’ Sibt minħabba l-ħtiġijiet televiżivi. Bħala parti minn dan, se tkun

qed tavviċina lill-Federazzjoni tal-Partitarji tal-Futbol u gruppi oħra ta’ partitarji biex tieħu lopinjoni tagħhom. Meta Virgin għamlet l-ilment għall-ewwel darba, il-Premier League kien qal li d-drittijiet televiżivi tiegħu “dejjem inbiegħu b’mod trasparenti u fi proċess miftuħ.” “Fil-passat ir-regolaturi eżaminaw il-pakkett ta’ drittijiet tagħna u l-proċess tal-bejgħ b’mod dettaljat u sabuhom ittnejn konformi mal-liġi tarRenju Unit u dik tal-kompetizzjoni Ewropeja.”

Il-gowlkiper Ġermaniż Manuel Neuer

Modric tliet xhur barra Rojo għamel strajk biex jingħaqad ma’ Man Utd

Investigat il-bejgħ tad-drittijiet televiżivi tal-Premier League


www.maltarightnow.com

30

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

Inter jagħżlu l-Marokk flok Malta

Il-klabb tas-Serie A fl-Italja jidher li bidel fehemtu u mhux se jkun ġej Malta għall-mini preseason ta’ nofs l-istaġun matul ilwaqfa tal-festi tal-Milied u lEwwel tas-sena. Dan wara li l-FA tal-Marokk ilbieraħ ħabbret fuq is-sit uffiċjali tagħha li fit-30 ta’ Diċembru, Inter se jkunu qed jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra l-Franċiżi ta’ Paris Samnt Germain li magħhom hemm Ibrahimovic, Thiago Motta u Maxwell, kollha eks plejers tal-klabb minn Milan. Il-logħba se tintlagħab fl-istadium ta’ Marrakech, l-istess ground li fih għaxart’ijiem qabel se tkun qed tintlagħab il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs tal-FIFA. Meta kien tħabbar fuq siti Taljani li Inter kienu se jiġu għal kamp ta’ taħriġ f’Malta, fittmexxija tat-tim kien hemm Walter Mazzarri. Għalhekk mhux magħruf jekk din iddeċiżjoni, li issa jmorru lMarokk, itteħditx mill-kowċ ilġdid tal-klabb Roberto Mancini li kien preżentat uffiċjalment isSibt li għadda. Aktar kmieni dan ix-xahar ilMarokk kien fl-aħbarijiet wara li rrifjuta li jorganizza l-finali tatTazza Afrikana minħabba lbiżgħa tal-virus tal-ebola bilKonfederazzjoni Afrikana tiskwalifika lit-tim nazzjonali Marokkin li kien se jieħu sehem bħala organizzatur u issa t-Tazza Afrikana se ssir fil-Guinea Ekwatorjali.

ATLETIKA

Il-Kampjonati tal-2019 f’Doha

Il-President tal-KOI Thomas Bach flimkien mal-iskier Ġermaniża Maria Hoefl-Riesch qabel laqgħa li kellu ma’ diversi atleti minn madwar id-dinja f’Lausanne fl-Iżvizzera bl-isem Olympic Agenda 2020 u fejn saru l-40 rakkomandazzjoni

Il-KOI iħejji tibdil għal-Logħob Olimpiku

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) ħabbar li l-kandidatura għal-Logħob Olimpiku trid issir orħos u aktar faċli. Dan wara li ħabbar lista ta’ 40 rakkomandazzjoni mmirati li jtejbu l-logħob filfutur. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ivarjaw minn żieda finnumru ta’ dixxiplini sportivi, sa permess biex ċertu avvenimenti jsiru barra l-pajjiż jew il-belt li jkunu qed jorganizzaw illogħob.

Il-KOI se jkun qed jivvota fuq dawn il-proposti waqt laqgħa li se ssir f’Monaco bejn it-8 u d-9 ta’ Diċembru. Rakkomandazzjonijiet oħra jinkludu li n-nisa jkunu jiffurmaw 50% tal-atleti li jkunu qed jieħdu sehem fil-logħob u jkun hemm massimu ta’ atleti u kowċis. Il-President tal-KOI Thomas Bach qal, “Dawn l-40 rakkomandazzjoni qishom biċċiet taljigsaw puzzle. Meta tgħaqqadhom tinħoloq stampa li turi li l-

KOI qed jissalvagwardja l-identità unika tal-Olimpjadi u jsaħħaħ is-soċjetà sportiva.” Ir-rakkomandazzjoni għal tnaqqis fl-ispejjeż tal-kandidatura tinkludi tnaqqsi finnumru ta’ preżentazzjonijiet li jitħallew jagħmlu l-bliet interessati kif ukoll kontribuzzjoni finanzjarja mill-KOI. RUMA – Il-President talCONI Giovanni Malago ma eskuldiex il-possibiltà li Ruma titfa’ l-kandidatura tagħha biex tospita l-Olimpjidi tal-2024.

Benitez kien inħatar kowċ ta’ Napoli fl-2013 u fl-ewwel sena tiegħu Napoli spiċċaw it-tielet u rebħu l-Coppa Italia. Il-kuntratt attwali ta’ Benitez fadallu sena u l-kowċ Spanjol qal li fi tmiem listaġun ikun jaf eżatt kemm se jdum mal-klabb. LAHM – Id-difensur ta’ Bayern Munich Philipp Lahm sofra injury serja waqt sessjoni ta’ taħriġ u mistenni jdum barra madwar tliet xhur. Lahm, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja din is-sena, waqà ħażin u kiser l-għaksa. Din hi daqqa ta’ ħarta kbira għal Bayern li bħalissa qegħdin filquċċata tal-Bundesliga u fil-fażi tan-knockout taċ-Champions League. MAN UTD – Rapporti fil-ġurnali Ingliżi qed jgħidu li Man Utd qed jippjanaw biex eżatt kif

jintemm l-istaġun imorru tour flAsja u minnu jittamaw li jdaħlu flus biex ipattu għat-telf finanzjaru li sofrew minħabba li ma ikkwalifikawx għaċ-Champions League fejn hu mifhum li r-Red Devils tilfu madwar 45 miljun lira sterlina. L-istess rapporti qed jispekulaw li Man Utd qegħdin f’diskussjonijiet biex waqt li jkunu fl-Asja jilagħbu logħba ta’ ħbiberija kontra Milan. BAHRAIN – Il-Bahrain keċċa lill-kowċ Adnan Hamad wara bidu diżappuntanti li kellhom filGulf Cup. Hamad, kowċ Iraqqin kien mistenni jmexxi lit-tim waqt it-Tazza Asjatika li se tibda f’Jannar imma wara draw u telfa fl-ewwel żewġ partiti mill-fażi tal-gruppi tal-Gulf Cup, ilBahrain iddeċiedew li jkeċċuh. NUNEZ – L-eks President ta’

Barcelona Jose Nunez beda jiskonta piena ta’ ħabs minħabba li kien xaħħam lil xi uffiċjali tattaxxa. Nunez, li għandu 83 sena mistenni jdum sentejn u xahrejn il-ħabs. L-eks President tal-klabb Katalan kien instab ħati fl-2011 imma l-klabb ma kienx involut. Nunez serva bħala President talklabb bejn l-1978 u l-2000. CRESPO – L-eks plejer ta’ Parma Hernan Crespo qal li jaċċetta li jkun kowċ tal-eks klabb tiegħu jekk ikun offrut kuntratt. Dan l-aħħar kien hemm spekulazzjonijiet li l-kowċ attwali Roberto Donadoni jista’ jitlef postu, speċjalment wara ttelfa umiljanti ta’ 7-0 kontra Juventus. Crespo qal li filwaqt li jittama li Donadoni jżomm postu sa tmiem l-istaġun qal li ma jitlifx iċ-ċans li jmexxi t-tim.

Il-Bożnija jkeċċu lil Susic FUTBOL

Il-Bożija-Herzegovina keċċew lill-kowċ nazzjonali Safet Susic wara l-bidu diżappuntanti li kellhom fil-kwalifikazzjoni għallEuro 2016. Mill-ewwel erba’ partiti l-Bożnija ħadu biss żewġ punti u bħalissa qegħdin qabel tal-aħħar fi Grupp B. Id-deċiżjoni tal-FA Bożnijaka waslet wara t-telfa 3-0 nhar ilĦadd kontra l-Iżreal. Susic kien inħatar kowċ tal-Bożnija fl-2009 u sena wara kien wassal lit-tim sal-play-offs tat-Tazza tad-Dinja tal-2010 u fis-sajf li għadda għall-ewwel darba fl-istorja, ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja fejn kienu eliminati fil-fażi talgruppi. BENITEZ – Il-kowċ ta’ Napoli Rafa Benitez ikkonferma li kellu diskussjonijiet maddiriġenti biex iġedded il-kuntratt.

SPORT

Il-belt ta’ Doha fil-Qatar rebħet id-dritt li torganizza lKampjonati Mondjali talAtletika tal-2019. Doha għelbet l-isfida ta’ Barċellona fi Spanja u tal-belt ta’ Eugene fl-Istati Uniti. Dawn il-kampjonati se jsiru bejn it-28 ta’ Settembru u s-6 ta’ Ottubru minħabba li fis-sajf, filQatar, ikun hemm sħana kbira. Doha diġà kienet tefgħet ilkandidatura tagħha biex torganziza l-edizzjoni tal-2017 imma kienet il-belt ta’ Londra li rebħet id-dritt li tagħmel dan. Tliet snin wara dawn il-Kampjonati tal2019, fil-Qatar se ssir it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA. Il-Kampjonati mondjali talatletika tas-sena d-dieħla jsiru b’Beijing fiċ-Ċina bejn it-22 u t30 ta’ Awwissu.

EURO 2016

Dixxiplina mill-UEFA

Il-UEFA ħabbret li se tiftaħ proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-Italja u l-Kroazja wara linċidenti li inqalgħu f’San Siro nhar il-Ħadd f’logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Ilpartita, li ntemmet 1-1, kellha tiġi sospiża għal 10 minuti fittieni taqsima meta l-partitarji Kroati tefgħu flares fil-grawnd. Il-UEFA qalet ukoll li ż-żewġ settijiet ta’ partitarji qed ikunu akkużati b’imġieba razzista. Deċiżjoni finali se titħabbar fil11 ta’ Diċembru.

Il-FIFA tiftaħ kawża

Il-FIFA fetħet kawża quddiem il-prosekutur ġenerali Żvizzeru inkonnessjoni mad-dritt talorganizzazzjoni tat-Tazza tadDinja tal-2018 u l-2022. L-ilment hu dwar individwi inkonnessjoni mal-proċess ta’ kandidatura. Il-President Sepp Blatter aġixxa fuq parir tal-imħallef Hans-Joachim Eckhert, li r-rapport tiegħu ta’ 42 paġna, ħeles lir-Russja u l-Qatar minn kull akkuża u tahom id-dritt jorganizzaw iż-żewġ edizzjonijiet li jmiss tat-Tazza tad-Dinja. Eckhert qal li m’hemmx biżżejjed provi biex jitqajjem dubju dwar il-proċess sħiħ talgħażla.


www.maltarightnow.com

32

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Żewġ fjammingi mill-isbaħ nhar il-Ħadd li għadda paxxew lil dawk kollha li tul in-nofstanhar ta’ filgħodu kienu qed iżuru r-Riserva Naturali tal-Għadira. Fil-ħin li l-fjammingi kienu qed itiru minn fuq l-inħawi, kien qed jagħmel żjara fil-post il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li wkoll seta’ jammira s-sbuħija ta’ dan it-tajr protett. (Ritratt: Joseph Galea)

Iż-żidiet qawwija fil-ħlasijiet għall-eżamijiet

Ma jinkludihomx fil-baġit iżda jiġu kkonfermati fl-istess ġurnata tal-baġit f’mistoqsija parlamentari Alex Attard

Iż-żidiet fil-ħlasijiet għalleżamijiet tal-MATSEC li jersqu għalihom eluf ta’ studenti, kienu qawwija u huma ta’ piż qawwi fuq il-ġenituri, kif kienet qawwija wkoll iż-żieda fil-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni tależamijiet li jersqu għalihom listudenti biex jakkwistaw iċċertifikati u l-kwalifiki biex ikomplu javvanzaw fl-istudji tagħhom. Iż-żidiet tant kienu qawwija li għal ċerti eżamijiet iż-żieda kienet ta’ 186%. Fil-każ ta’ eżamijiet għal suġġetti oħrajn, iż-żieda kienet ta’ 50% waqt li kien introdott ħlas ġdid. Quddiem dawn il-miżati goffi,

fil-baġit l-istudenti se jieħdu 2ċ biss kuljum. L-ammonti b’kemm żdiedu lħlasijiet għall-eżamijiet kienu kkonfermati fl-istess jum li fih il-

ħlasijiet tal-eżamijiet kienu kkonfermati fil-Parlament millMinistru Evarist Bartolo, responsabbli mill-Edukazzjoni u xXogħol.

Gvern tal-Prim Ministru Muscat ħabbar u qara l-baġit għas-sena d-dieħla, iżda ironikament ilMinistru tal-Finanzi ma inkludihomx fid-diskors tal-baġit, wara li kien introduċiehom aktar kmieni. L-informazzjoni u ż-żidiet fil-

Mill-informazzjoni li ta għal mistoqsija parlamentari tadDeputat Nazzjonalista Joe Cassar, kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, jirriżulta li l-ħlas ta’ reġistrazzjoni żdied bi €3.35 – minn €11.65 għal €15 (żieda ta’ 28.7%).

Filwaqt li l-ħlasijiet għall-eżamijiet żdiedu b’mod qawwi, mill-baġit l-istudenti se jieħdu 2ċ biss kuljum

Is-suġġetti tas-SECE għolew b’€7.02, minn €13.98 għal €21 (żieda ta’ 50.2%); l-eżamijiet talIntermediate għolew b’€6.37 minn €18.63 għal €25 (żieda ta’ 34.2%); u tal-MATSEC (livell avvanzat) b’€7.04 minn €20.96 għal €28 (żieda ta’ 33.6%). Minbarra dawn iż-żidiet, iddaħħal ukoll ħlas għall-prattiku tas-SECE ta’ €10; filwaqt li lprattiku tal-Intermediate u talMATSEC (Livell Avvanzat) minn €6.99 sar jiswa €20 (żieda ta’ 186.1%) Mitlub mid-Deputat Nazzjonalista jgħid kemm applikaw kandidati biex jagħmlu leżamijiet tal-MATSEC u kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull suġġett fit-tliet livelli, jiġi-

fieri dak ordinarju, intermedju u avvanzat, il-Ministru Bartolo qal li d-Dipartiment tal-Eżamijiet għadu qed jaċċetta l-applikazzjonijiet u mill-bieraħ beda jirċievi l-applikazzjonijiet ta’ dawk li japplikaw tard. L-informazzjoni dwar innumru ta’ applikazzjonijiet għal kull suġġett, qal il-Ministru Bartolo, tkun miġbura f’Jannar li ġej wara li l-applikanti jingħataw il-Candidate Numbers.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.