In-Nazzjon 20 ta' Novembru 2014

Page 1

Nru 13,905

Il-Ħamis, 20 ta‘ Novembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

IL-LIĊENZJA GĦAL CASINO ĠDID

Jammetti li waqqaf il-proċess

F’dan ir-ritratt tad-DOI, Bin Han (it-tieni mix-xellug) jidher qed idawwar lill-Ministru Chris Cardona mal-kumpless tal-Leisure Clothing fl-ewwel żjara fil-fabbrika minn Ministru Laburista wara l-bidla fil-Gvern. Jidher ukoll (l-ewwel wieħed mix-xellug) Adrian Grech Cumbo, l-assistent personali ta’ Bin Han

Akkużati bi traffikar uman WARA R-RAPPORTI ESKLUSSIVI F’IN-NAZZJON U F’IL-MUMENT

Il-Qorti tiċħad il-libertà proviżorja lid-Direttur Maniġerjali tal-Leisure Clothing Bin Han, u lid-Direttur tal-Marketing Liu Jia wara li lbieraħ tressqu mixlija bi traffikar uman ta’ Asjatiċi għal skop ta’ sfruttament fil-kamp tax-xogħol – jintbagħtu l-ħabs ta’ Kordin

Ara paġna 3

Il-Ministru Chris Cardona ammetta li hu intervjena personalment u waqqaf il-proċess tal-liċenzja għal casino ġdid minħabba li skont hu kien hemm kunflitt ta’ interess min-nies filKumitat Tekniku li kien qed jagħmel evalwazzjoni tal-offerti għall-Unit tal-Privatizzazzjoni. F’kummenti lil dan il-ġurnal ilbieraħ, il-Ministru Cardona qal li ma kellu l-ebda dubju li l-aġir tiegħu kien korrett meta waqqaf il-proċess għax hu ma ndaħal blebda mod fil-proċess tal-għażla, imma ordna biss is-sospensjoni tal-Kumitat Tekniku. L-aħbar li l-Ministru ordna li lKumitat Tekniku mmexxi millImħallef Emeritu Geoffrey Valenzia jiġi sospiż ħarġet millQorti minn xhieda li ta ċChairman tal-Unit talPrivatizzazzjoni Emanuel Camilleri f’kawża li fetħet ilkumpanija Dragonara Gaming biex tisfida d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħti l-liċenzja lill-Grupp Eden Leisure. L-offerta tadDragonara kienet waħda aktar vantaġġjuża. Chris Cardona kompla li mhux se jgħid min fil-Kumitat kellu kunflitt ta’ interess, bl-iskuża li għadha għaddejja l-kawża filQorti.

Aktar reazzjonijiet għall-Baġit 2015 f’In-Nazzjon Ara paġni 4 u 5

Il-Kumitat Tekniku, fir-rapport konklużiv tiegħu kien irrakkomanda li l-offerta magħmula minn Dragonara Gaming Ltd kienet ir-rebbieħa talkonċessjoni. Mistoqsi kif sar jaf b’dan ilkunflitt ta’ interess, il-Ministru Cardona qal biss li nduna meta kien qed jara r-rabtiet kummerċjali tan-nies nominati biex iservu fuq il-bordijiet involuti f’dan ilkaż. Hu kompla li fil-ġranet li ġejjin se jkun propizju li jħabbar l-ismijiet tal-persuni indikati u kkonferma li hu kien kellem lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar iddeċiżjoni tiegħu li jwaqqaf ilproċess. Fil-kummenti tiegħu lMinistru Cardona qal li l-gvern kien se jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa wara li jintemm ilproċess fil-Qorti.


www.maltarightnow.com

2

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

“Inwieġeb wara li jgħaddi l-Malta Eurovision” Mistoqsijiet dwar x’sewa lJunior Eurovision u dwar ilpajjiżi li xandru l-ispettaklu tas-Sibt li għadda, ma tweġbux min-naħa taċ-Chairman talPBS Tonio Portughese. Dan il-ġurnal xtaq ikun jaf x’kienet in-nefqa globali biex listazzjon nazzjonali organizza l-Junior Eurovision, kemm kienu involuti kuntratturi Maltin u barranin li tqabbdu biex jagħmlu x-xogħol, u liema stazzjonijiet xandru l-Junior Eurovision Song Contest li sar Malta. Portughese weġibna permezz ta’ email u qalilna li bħalissa l-

– iċ-Chairman tal-PBS

PBS jinsab impenjat estensivament qabel is-serati tal-festival li jmiss, dak tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa u “għaddejjin ħafna tħejjijiet organizzattivi u tekniċi biex ikollna spettaklu tal-ogħla livell u laqwa trażmissjonijiet nhar ilĠimgħa u s-Sibt, kif ukoll provi tal-kantanti”. Iċ-Chairman tal-PBS qalilna li malli tgħaddi din il-mewġa addizzjonali ta’ impenji minħabba l-Malta Eurovision, “inkunu f’qagħda aħjar aktar ’il quddiem biex nagħtu tweġibiet rilevanti” dwar il-Junior Eurovision.

Każ ta’ scabies fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl Kmieni lbieraħ filgħodu flIskola Primarja ta’ San Pawl faqqa’ każ ta’ scabies. Kien filgħodu stess xħin ilKap tal-Iskola Primarja sejħet laqgħa urġenti għal xi ġenituri u infurmathom dwar dan. Liscabies hi kundizzjoni li teffettwa l-ġilda, u li tittieħed

minn persuna għal oħra. Jirriżulta li l-ġenituri tat-tfal, min-naħa tagħhom, huma rrabjati għaliex l-iskola mhix qed titnaddaf. Il-Kap talIskola ġibdet l-attenzjoni talawtoritajiet edukattivi dwar dan, iżda jidher li kien kollu għalxejn.

Sandro Chetcuti joħroġ għonqu għal Helena Dalli

Muscat reġa’ nqabad jigdeb biex jiddefendi lill-Ministru tiegħu u x-xogħol illegali li qed tagħmel fil-farmhouse tagħha b’gaffa tal-kumpanija tagħha – il-PN

L-Assoċjazzjoni talIżviluppaturi Maltin (MDA), immexxija minn Sandro Chetcuti, ħasset li kellha toħroġ stqarrija biex tiddefendi xxogħol illegali li qed isir millMinistru Helena Dalli fil-farmhouse tagħha fiż-Żejtun. Fi stqarrija, l-MDA “nnutat ilkwistjoni li qamet dan l-aħħar fil-media”. L-Assoċjazzjoni ta’ Sandro Chetcuti rrimarkat li hi prattika “normali” li żviluppatur iħalli xerrej jagħmel xogħlijiet addizzjonali waqt konvenju – stqarrija li turi biċ-ċar li Chetcuti, persuna qrib ħafna tal-Partit Laburista, qed joħroġ għonqu biex jiddefendi dan il-każ li ħafna qed iqisuh skandaluż. Ilbieraħ waranofsinhar, wara diversi tentattivi, irnexxielna nagħmlu kuntatt bit-telefown

ma’ Chetcuti u tlabnieh jagħtina kumment irrekordjat. Hu millewwel wieġeb b’dan il-mod: “Ngħidlek il-verità dik l-istqarrija mhux jien ħriġtha. Kellem lisSegretarju, lil Michael Stivala.” Sandro Chetcuti qalilna li “kien jaf xi ħaġa”, imma lkwistjoni kien ħa ħsiebha sSegretarju tal-MDA. Imbagħad staqsejnieh lil min issejjaħ proprjetà li tkun fuq konvenju, jekk hux lill-proprjetarju jew lix-xerrej. Iżda Chetcuti ħarab milli jwieġeb, u qalilna biex nibagħtulu din id-domanda sempliċi permezz ta’ email. Sadanittant, wara li anke lPrim Ministru Joseph Muscat ħareġ jiddefendi lil Helena Dalli, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li biex jiddefendi lillMinistru tiegħu u x-xogħol illegali li qed tagħmel fuq il-farm-

house tagħha li tinsab mibnija f’zona ODZ, Muscat reġa’ nqabad jigdeb. Muscat, qal il-PN, gideb meta qal li l-gaffa li qed tagħmel ixxogħol fuq il-farmhouse mhix tal-kumpanija tal-Ministru Dalli. Il-fatti, inkluż numru ta’ ritratti, igiddbu lil Joseph Muscat. Il-Ministru ta’ Muscat, tkompli l-istqarrija, kienet taf bix-xogħol illegali li qed isir fuq il-farmhouse tagħha, għaliex il-proprjetà hi tagħha u l-gaffa li qed tagħmel ix-xogħol hija tagħha wkoll. Il-PN qal li bejn il-gideb u lverità, Muscat jagħżel il-gideb tal-Ministru tiegħu, u jirrepetihom. “Lil Muscat ma tista’ temmnu f’xejn. Qed jinqabad jigdeb fuq kollox,” ittemm tgħid l-istqarrija tal-PN.

IL-JUM DINJI TAT-TFAL 2014. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca żaret l-attivitajiet organizzati mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal. Din is-sena l-attivitajiet qed ifakkru l-25 anniversarju mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. L-attivitajiet f’Malta qed isiru fil-Kumpless Sportiv tal-Università ta’ Malta, f’Tal-Qroqq. (Ritratt: DOI, Omar Camilleri)


www.maltarightnow.com

3

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Jintbagħtu l-ħabs Joe Mikallef

Investigazzjonijiet twal millPulizija b’rabta mal-allegat sfruttament ta’ ħaddiema Asjatiċi filLeisure Clothing li dwaru ‘InNazzjon’ u ‘il-mument’ fl-aħħar ġimgħat ippubblikaw serje ta’ rapporti esklussivi, ilbieraħ wara nofsinhar wasslu biex jitressqu lQorti żewġ persuni u jkunu akkużati, fost l-oħrajn, bi traffikar uman ta’ Asjatiċi lejn Malta biex eventwalment ikunu sfruttati fil-kamp tax-xogħol. L-akkużati huma Han Bin ta’ 46 sena li joqgħod San Ġwann u li għandu wkoll ċittadinanza Maltija u Liu Jia ta’ 31 sena li joqgħod f’China House f’Ħal Far, mal-bqija tal-impjegati talLeisure Clothing. Bin Han hu dDirettur Maniġerjali ta’ Leisure Clothing, filwaqt li Liu Jia hu d-

Direttur tal-Marketing tal-istess kumpanija. It-tnejn li huma ntbagħtu l-ħabs ta’ Kordin wara li ġiet miċħuda talba għal-libertà proviżorja tagħhom. Huma ġew mixlija bi traffikar u sfruttament ta’ mill-inqas disa’ Ċiniżi u persuni mill-Vjetnam li jaħdmu mal-kumpanija tagħhom. B’kollox il-Kapi t’Akkuża huma disgħa. Aktar kmieni dan ixxahar tlieta minn dawn l-istess disa’ impjegati fetħu kawża kontra l-Leisure Clothing għax għandhom jieħdu €50,000 f’salarji u overtime mhux imħallsa. Dawn l-akkużi issa ġew inklużi fil-lista ta’ akkużi kontra ż-żewġt irġiel. Mistoqsija xi jwieġbu għallakkużi miġjuba kontra tagħhom, kemm Bin Han kif ukoll Liu Jia, li fil-Qorti ma kkontestawx ilvalidità tal-arrest u dehru kalmi

ħafna, wieġbu li ma kinux ħatja. Bin Han, liebes qalziet kannella u ġakketta tal-ġilda kannella, u Liu Jia, liebes kollox iswed, tressqu l-Qorti mis-Supretendent Daniel Theuma flimkien malIspetturi Silvana Briffa u Joseph Busuttil. Huma akkużaw liżżewġ uffiċjali tal-kumpanija talGvern Ċiniż, li t-tnejn li huma kienu lebsin ukoll scarfs, li rċivew ħlasijiet minn fuq ħaddiema permezz ta’ theddid filkonfront ta’ diversi minnhom. Kienu akkużati wkoll li dawru profitt illeċitu minn fuq ħaddieħor u li bħala diretturi talkumpanija Leisure Clothing (factory) Limited li tinsab fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel, naqsu li jħallsu paga diċenti lill-ħaddiema u li ma ħallsux salarji, sahra u allowances skont il-liġi taxxogħol.

Fi tfittxija ta’ rutina fid-dar ta’ Bin Han f’San Ġwann aktar kmieni, il-pulizija kienet sabet li kellu l-bagalji kollha ppakkjati, u kellu biljetti lesti lejn iċ-Ċina, għalkemm hu qed jiċħad li kien se jaħrab minn Malta Iż-żewġ akkużati tressqu ftit minuti biss wara l-ħin tal-4pm, quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, u kienu difiżi mill-Avukat Pio Valletta, li fi tmiem il-preżentata talab ukoll għal-libertà proviżorja tagħhom. L-Avukat Valletta kellu jkun assistit ukoll mill-Avukat Edward Gatt iżda għal xi raġuni fil-ħin tas-smigħ dan ma kienx fl-Awla, għalkemm f’ħin minnhom jidher li ċempel ukoll lill-istess Avukat Pio Valletta. Għat-talba biex jingħataw ilħelsien proviżorju mill-arrest, ilProsekuzzjoni opponiet bilqawwa kollha, fosthom minħabba li ż-żewġ persuni m’għandhomx rabtiet ma’ Malta, għalkemm Bin Han igawdi wkoll il-benefiċċju ta’ ċittadinanza Maltija. Fid-dawl ta’ dan kollu l-Qorti iddeċidiet li żżomm taħt arrest preventiv liż-żewġ akkużati u għalhekk ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja. Il-Qorti qalet li kienet qed tagħmel dan minħabba l-gravità tal-każ u minħabba lpossibbiltà li dawn setgħu jaħarbu minn Malta.

Il-Qorti semgħet kif fit-tfittxijiet inizjali tal-Pulizija, waqt rejd fid-dar tiegħu f’San Ġwann instab li Bin Han kellu l-bagalji ppakkjati u għalkemm ċaħad li kien se jaħrab minn Malta, ilpulizija skopriet li kellu titjira bbukkjata lejn Ruma, u oħra minn Ruma lejn iċ-Ċina. Waqt is-seduta tal-bieraħ ilProsekuzzjoni talbet ukoll liffriżar tal-assi tal-akkużati u dan minħabba li l-assi tagħhom immaturaw minn attività kriminali. Il-Prosekuzzjoni talbet ukoll li jitħejja rapport u inventarju talassi kollha ta’ Bin Han u tal-kollega tiegħu Liu Jia. Dwar dan, idDifiża argumentat li l-kumpanija Leisure Clothing kienet timpjega lill-ħaddiema u mhux lillakkużati. Imma l-Qorti laqgħet it-talba u ordnat li l-assi kollha u l-proprjetà li tagħha huma sidien lakkużati għalissa jkunu ffriżati. Preżenti fl-Awla waqt is-smigħ tas-seduta kien hemm ukoll Elizabeth Borg mid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.

Fuq seba’ snin il-Gvern se jaqla’ l-flus bil-power station tal-BWSC – il-Ministru Konrad Mizzi Skont Mizzi, wara li rabat il-prezz tal-fuel sal-aħħar tas-sena, il-pajjiż mar tajjeb

Il-Powerstation ta’ Delimara, li tant kienet ikkritikata millPartit Laburista meta dan kien fl-Oppożizzjoni, illum hi kkunsidrata bħala mezz ewlieni li permezz tiegħu lgvern iraħħas il-kontijiet talenerġija u issa, kif ħareġ ilbieraħ minn kummenti li ta lMinistru tal-Enerġija Konrad Mizzi, saħansitra biex jaqla’ lflus minnha fuq perjodu ta’ żmien. Il-Ministru Konrad Mizzi lbieraħ kien mistoqsi dwar ilpowerstation mill-ġurnalisti meta kien qed iżur il-fabbrika Playmobil. Fil-kummenti tiegħu, ilMinistru Mizzi qal li mhux minnu li Malta għandha fost logħla prezzijiet tal-petrol u d-

diesel, anzi skont hu l-prezzijiet tal-fuels f’Malta huma inqas mill-medja Ewropea. Mizzi sostna li għalhekk ilpajjiż mar tajjeb bil-hedging li għamel il-Gvern. B’hekk Konrad Mizzi mera l-istatistika uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tqabbel il-prezzijiet tal-fuels fil-pajjiżi membri talUnjoni Ewropea, u li tistabbilixxi li l-hedging tal-fuel li kien sar mill-Gvern Laburista qed ifisser li s-sewwieqa Maltin u Għawdxin qed iħallsu l-ogħla fuel fl-Ewropa. Filwaqt li l-prezz internazzjonali taż-żejt jinsab fl-inqas livelli, kif kien erba’ snin ilu, minħabba l-ftehim li għamel il-Gvern, f’Malta qed inħallsu 30ċ aktar għad-diesel u 24ċ

aktar għall-petrol milli konna nħallsu fl-2010. Aktar minn hekk, skont ilMinistru tal-Enerġija l-gvern se jippersisti bil-politika tal-hedging, anke jekk Konrad Mizzi qal li se jintrabat għal perjodu iqsar. Mistoqsi dwar il-powerstation il-ġdida u l-pjani tal-gvern, ilMinistru Mizzi ntrabat b’roadmap oħra. Hu qal li filġranet li ġejjin il-gvern se jħabbar id-dettalji ġodda ta’ dan ilpjan biex tinbena powerstation. Hu spjega kif il-gvern biddel il-pjan u għamel pawsa fil-pjan tal-bini tal-powerstation il-ġdida tal-gass biex ittieħdu l-opportunitajiet, jiġifieri li daħħal filpjani tiegħu msieħba oħrajn biex skont Konrad Mizzi, igawdi lpajjiż.


www.maltarightnow.com

4

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

BAĠIT 2015

Il-Gvern jibqa’ jaħbi l-fatti

L-Unjoni Ewropea marret lura numru ta’ snin u kkalkulat ilProdott Gross Domestiku ta’ kull pajjiż mill-ġdid u daħħlet kalkolu dwar kummerċ ta’ kumpaniji internazzjonali, fost oħrajn. Fi stqarrija, il-Kelliem talOppożizzjoni għall-Finanzi Tonio Fenech qal li l-Gvern qed jerġa’ jigdeb – bħalma gideb fuq ir-riżenja tal-Prim Ministru filkaż li l-power station ma ssirx sa erba’ xhur oħra – meta mhux qed jgħid dan il-fatt li hu marbut ukoll mal-ħlas ta’ €13-il miljun aktar lill-Unjoni Ewropea minn Malta. Il-Partit Nazzjonalista ppubblika tabella uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li turi kif mill-2010, id-dejn nazzjonali qatt ma kien aktar minn 70% tal-PGD, kuntrarju għal dak li qed jallega l-Gvern fl-istqarrija

tiegħu. (It-tabella msemmija tinsab hawn taħt). Din it-tabella ġiet ippubblikata fil-21 ta’ Ottubru, jiġifieri wara lkalkolu ġdid tal-PGD ta’ Malta u tal-pajjiżi l-oħrajn tal-UE. Dak li jirriżulta mit-tabella msemmija juri li l-Gvern Laburista, fl-ewwel sena tiegħu, żied id-dejn tal-pajjiż minn 67.9% għal 69.8%. Dan filwaqt li fid-diskors tal-baġit stess, ilGvern qed jammetti li se jispiċċa din is-sena b’dejn ta’ aktar minn 70% tal-PGD li lanqas fil-kriżi dinjija ma kien f’dan il-livell. Flok jigdeb billi jsemmi ċifri li huma bbażati fuq kalkolu antik talPGD, il-Gvern Laburista messu jgħid lill-poplu Malti kif fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kompla żied id-dejn b’€518-il miljun, jiġifieri dejn ta’ €3 miljun kuljum, temmet tgħid l-istqarrija ta’ Tonio Fenech.

Żvilupp ekonomiku għad-dannu tal-ambjent

L-intenzjoni tal-Baġit 2015 li jżid l-iżvilupp ekonomiku soċjali bi proġetti infrastrutturali kbar hi waħda tajba, imma dawn se jeffetwaw l-ambjent jekk ma jkunux ippjanati b’mod sensittiv. Fi stqarrija b’reazzjoni għall-baġit, l-NGO Din l-Art Ħelwa qalet li filwaqt li l-baġit

– DLĦ

qed isejjaħ għal sħubija bejn ilGvern u s-settur privat għal żvilupp ta’ xtajtiet bil-blat u bajjiet ġodda, dan qed isir mingħajr ma sar studju marittimu. Din l-Art Ħelwa wissiet li jekk dan l-iżvilupp ma jsirx b’mod sensittiv, se jkun hemm iktar ħsara fuq il-kosta Maltija.

It-tabella minn statistika uffiċjali tal-NSO li turi kif mill-2010 ’l hawn id-dejn nazzjonali qatt ma kien aktar minn 70%, u anke kif fl-ewwel sena tiegħu, l-2013, il-Gvern Laburista żiedu fuq l-2012 minn 67.9% għal 69.8%

Viżjoni fjakka mill-Gvern ta’ Muscat Fil-baġit se tidħol fis-seħħ iżżieda miżera ta’ 58ċ fil-ġimgħa, jew €30.16 fis-sena għall-ħaddiema, u żieda ta’ 2ċ kuljum għall-istudenti. L-inqas żidiet li qatt ingħataw fiż-żminijiet reċenti. Il-Moviment Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) fi stqarrija b’reazzjoni għall-baġit, staqsa fejn huma lmiżuri favur il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda fis-settur privat, u favur dawk l-istudenti li se jkunu qed jiggradwaw mill-MCAST, lUniversità u l-ITS. Staqsa wkoll liema huma dawk in-niċeċ ilġodda li l-Gvern se jinkoraġġixxi li jiftħu f’pajjiżna, u liema huma l-inċentivi għal dawk il-ħaddiema li jixtiequ jistudjaw sabiex itejbu l-karriera tagħhom. SĦPN tisħaq li ż-żieda għallgħoli tal-ħajja li ta l-Gvern ma

tiswa xejn meta l-ħaddiema se jkunu qed jiżdidulhom taxxi indiretti fi ħlasijiet fil-liċenzji talkarozzi, żidiet fil-bolla fuq lassigurazzjoni, u tibdil fit-taxxi fuq bejgħ ta’ proprjetà. Dan apparti ż-żidiet fenomenali li tħabbru ftit ġranet ilu fil-ħlasijiet għall-eżamijiet u fil-għoli talkirjiet tal-akkomodazzjoni soċjali, li l-Gvern ma ħassx li kellu jħallihom għall-ġurnata tal-baġit. Il-Moviment ikkummenta wkoll dwar iż-żidiet f’taxxa indiretta fissisa fuq numru ta’ prodotti, u fuq il-linji tat-telefown ċellulari, waqt li fakkar ukoll li l-prezz tal-petrol u d-diesel baqa’ għoli meta kulħadd jaf li l-prezz taż-żejt illum hu fl-inqas livelli tiegħu għal dawn l-aħħar snin. Dan apparti żżieda ta’ 90ċ fil-gass li għandna marbutin biha sa April 2015 meta fuq skala internazzjonali l-prezz

- SĦPN

tal-gass qed jonqos ukoll. L-istqarrija nnutat it-tnaqqis fuq it-taxxa tad-dħul minn 29% għal 25% hekk kif kien ippjanat filbaġit ippreżentat mill-Gvern Nazzjonalista f’Novembru 2012. Filwaqt li awgurat li dak kollu mwiegħed fil-baġit għas-sena ddieħla jitwettaq u mhux jibqa’ kliem sabiħ fuq il-karta, kif ġara fil-każ ta’ ħafna proposti fil-Baġit 2014, SĦPN qalet li tħoss li lGvern ma indirizzax il-problema ta’ żieda fenomenali ta’ ħaddiema ġodda mas-settur pubbliku li kulma jmur qed iżidu l-piż fuq ilfinanzi pubbliċi. Dan il-baġit, tkompli l-istqarrija, naqas ukoll milli jindirizza lil dawk il-ħaddiema fis-settur privat li għandhom l-impjieg tagħhom mhedded, u ma indirizzax lanqas ix-xogħol prekarju li tant konna nisimgħu dwaru ftit tax-xhur ilu.

Mhux biżżejjed għal ħajja diċenti L-Alleanza Kontra l-Faqar, fi stqarrija dwar il-Baġit 2015, qalet li tħoss li minkejja li l-baġit fih miżuri ta’ min ifaħħarhom, dawn mhumiex biżżejjed biex jiggarantixxu livell ta’ ħajja diċenti lil dawk il-membri tassoċjetà li jeħtieġu l-akbar livell ta’ għajnuna. L-Alleanza qalet li għalkemm kien hemm proposti pożittivi, tixtieq tesprimi d-diżappunt tagħha fuq diversi punti. Fil-każ tal-eluf ta’ persuni li llum qed jixtru poloz tal-assigurazzjoni biex ikollhom xi tip ta’ protezzjoni f’każ ta’ xi inċident,

– l-Alleanza Kontra l-Faqar

u fil-każ ta’ kull min għandu vettura, kull taxxa ġdida f’dan ilqasam hi piż żejjed fuq dawk li m’għandhomx impjieg jew dawk magħrufin bhala l-”working poor”. Iż-żieda tal-COLA ta’ €0.58 żgur li mhix biżżejjed biex tgħin lil dawk li qed ibatu ekonomikament. Il-baġit ma wera l-ebda interess lanqas biex ikun hawn aktar djalogu u analiżi fuq temi bħadDħul Minimu Garantit jew fuq ilLiving Wage. Naqas ukoll milli jindirizza l-problema dejjem tikber ta’ dawk l-anzjani li għand-

hom bżonn urġenti li jgħixu f’dar residenzjali fejn jistgħu jirċievu għajnuna kontinwa. Eluf ta’ anzjani f’pajjiżna mhumiex qed jaqilgħu biżżejjed flus bħala pensjoni biex ikunu jistgħu jmorru f’dar ta’ dan it-tip. L-AKF qalet li temmen ukoll li dan il-baġit ma kien jinkludi lebda miżura biex ikun hemm ħarsien akbar fuq il-post taxxogħol. Filwaqt li l-Alleanza tfaħħar kull ħidma tal-Gvern biex ikun hawn inqas faqar f’pajjiżna, hija konxja li għad fadal ħafna xogħol xi jsir.


www.maltarightnow.com

5

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

BAĠIT 2015

Baġit li jżid il-burokrazija mingħajr ma jqassam il-ġid b’mod ġust

Il-miżuri nklużi fil-baġit li ppreżenta l-Gvern nhar it-Tnejn, f’diskors ta’ 4 sigħat, iżidu lburokrazija u ma jqassmux ilġid b’mod ġust. Id-deċiżjoni li lGvern iżid il-burokrazija fuq self-employed żgħar li ma jaqilgħux aktar minn €7,000 fis-sena se twassal biex dawn il-persuni jħallsu aktar. Dan qalitu l-Kelliema talOppożizzjoni għallKompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku Kristy Debono waqt konferenza tal-aħbarijiet, li kienet indirizzata wkoll millKelliem għall-Familja u sSolidarjetà Soċjali Clyde Puli u mill-Kelliem għat-Trasport u lInfrastruttura Toni Bezzina. Kristy Debono spjegat li lmiżura tal-baġit tfisser li kull self-employed li jaqla’ inqas minn €7,000 fis-sena, se jkollu jerġa’ jibda jirreġistra għallVAT. Hi qalet li din id-deċiżjoni turi li l-Gvern aktar moħħu li jiġri wara s-sid tan-negozju ż-

żgħir, meta fl-istess ħin, ma ssemma xejn dwar kif is-selfemployed jista’ jkabbar innegozju tiegħu. Clyde Puli sostna li b’dan ilbaġit, il-Gvern qed jagħtik f’but u jeħodlok minn ieħor. Fost loħrajn, spjega kif hemm żidiet fil-liċenzji tal-karozzi, żidiet filboll tal-assigurazzjoni u żidiet fit-taxxa tal-mobile minbarra żżidiet fl-eżamijiet tal-MATSEC u tal-akkomodazzjoni soċjali li ddaħħlu qabel. Hu rrefera wkoll għall-wegħda tal-Partit Laburista li jeqred il-faqar, meta taħt il-Partit Laburista dawk f’riskju ta’ faqar żdiedu minn 88,000 għal 99,000. Hu sostna li l-għotja ta’ darba ta’ €35 li mhux se tingħata lil kulħadd mhix biżżejjed u hija daħq fil-wiċċ. Min-naħa tiegħu, Toni Bezzina sostna li għal Joseph Muscat, it-traffiku fit-toroq Maltin u Għawdxin kien u għadu perċezzjoni. L-unika

miżura li suppost għandha tnaqqas it-traffiku mit-toroq Maltin hija biss white paper. “Joseph Muscat wiegħed li għandu roadmap u li malli jsir Prim Ministru se jsolvi l-proble-

ma tat-traffiku. Issa, fit-tielet baġit tiegħu, qed iwiegħed li se jagħmel biss white paper,” spjega Toni Bezzina. Il-Kelliem għat-Trasport sostna li mill-baġit, is-sewwieqa fit-

toroq Maltin se jintlaqtu minn żewġ miżuri, ż-żieda fil-liċenzji tas-sewqan – it-tieni darba f’din il-leġiżlatura – kif ukoll l-ogħla prezzijiet tal-fuel fl-Unjoni Ewropea.

L-għada li għamel erba’ sigħat jaqra d-diskors tal-baġit, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna nfexx f’attakk fuq lUffiċċju Ewropew talIstatistika, il-Eurostat, u ddeskriva l-istatistika li jippubblika dan l-uffiċċju bħala fażulla. Meta kien qed jitkellem f’Times Talk li ddiskuta l-Baġit 2015, Scicluna sostna li l-istatistika tal-manifattura li turi tnaqqis sostanzjali fl-esportazzjoni minn Malta meta mqabbel mal-kumplament tal-istati talUnjoni Ewropea, hi bbażata fuq

stħarriġ fażull. Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li huwa ta’ għajb li l-Ministru tal-Finanzi, li messu jaf ħafna aħjar minn hekk, jattakka istituzzjoni internazzjonali u indipendenti li tagħmel xogħlha b’reqqa kbira. Il-PN fakkar li din mhix lewwel darba li Edward Scicluna attakka istituzzjoni li tikkalkula l-istatistika. F’Ottubru tas-sena li għaddiet, il-Ministru talFinanzi attakka uffiċċju ieħor tal-istatistika, din id-darba dak ta’ Malta, l-NSO. Kif jgħid il-Malti, min

jagħmilha maz-zopp, isir zopp bħalu. Edward Scicluna għamilha wisq ma’ Joseph Muscat u tgħallem wisq kif meta jkun dahru mal-ħajt, jitfa’ t-tajn lil ħaddieħor. Din id-darba, t-tajn qed jintefa’ lill-istituzzjoni Ewropea. Jekk hemm xi ħaġa li hi fażulla, Edward Scicluna messu jħares lejn id-diskors ta’ erba’ sigħat li għamel nhar it-Tnejn. Il-baġit ta’ Edward Scicluna hu bla direzzjoni ekonomika u ma jqassamx il-ġid b’mod ġust, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.

L-NSTF laqgħat l-inizjattivi mħabbra fil-baġit, u ż-żieda flinvestiment fl-edukazzjoni b’mod partikolari f’istituzzjonijiet bħall-Università u lMCAST, imma fi stqarrija b’reazzjoni għal dak li ħabbar ilMinistru tal-Finanzi, qalet li temmen li fadal ħafna iktar x’isir fis-settur tal-edukazzjoni nonformali fil-pajjiż. In-National Student Travel Foundation (Malta) sostniet li ledukazzjoni tibqa’ ċentrali kemm għall-iżvilupp tas-soċjetà u l-identità nazzjonali, kif ukoll għall-kompetittività futura tal-

ekonomija ta’ pajjiżna, u biex Malta tattira l-investiment. Li wieħed jinvesti fl-istudenti tallum ikun ifisser li qed jinvesti fir-riżorsi umani ta’ għada. Fir-rigward tal-programmi edukattivi mhux formali, lNSTF qalet li sfortunatament ħafna studenti llum m’għandhomx il-ħiliet neċessarji biex jeċċellaw fil-ħajja professjonali, u fil-ħidma tagħha hi taħdem biex permezz ta’ programmi f’dan ir-rigward, tindirizza dan in-nuqqas. Il-baġit li tressaq ma indirizzax dan is-settur biżżejjed, qalet l-NSTF.

It-tliet kelliema tal-Oppożizzjoni jindirizzaw il-konferenza tal-aħbarijiet tal-bieraħ

Jonqos xi jsir fil-qasam It-tieni attakk mill-Ministru tal-Finanzi fuq l-uffiċċji tal-istatistika tal-edukazzjoni non-formali – l-NSTF


www.maltarightnow.com

6

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

Għarfet lill-akkużat għax kien liebes beritta

QORTI

Jibda ġuri fuq attentat ta’ serq u swat fuq anzjana minn żagħżugħ ta’ 17-il sena

Anzjana ta’ 81 sena għarfet żagħżugħ li kien wieħed minn tlieta li daħlu fir-residenza tagħha f’Ħal-Qormi biex jisirquha. Hi għarfitu meta lPulizija wrewha numru ta’ ritratti u hi nsistiet li dan kien liebes beritta filwaqt li t-tnejn l-oħra li daħlu biex jisirquha kellhom wiċċhom mgħammad. Dolores Debono qalet li hi ma tafx liż-żagħżugħ iżda kienet ċerta li kien hu li daħal jisraqha f’Ġunju tal-2006. Fil-fatt, meta ġiet murija r-ritratti, qalet li kienet konvinta u li dan ikkonfermatu wkoll meta saru żewġ identification parades fejn qalet ukoll li kien hu li żammha u kaxkarha kontra l-volontà tagħha. Dan ħareġ mix-xhieda tal-

Ispettur Daniel Zammit fil-ġuri li beda għaddej żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Ħal-Qormi li qed jiġi akkużat bl-attentat ta’ serq mirresidenza ta’ Dolores Debono, li sawwatha u kkaġunalha ġrieħi gravi u ħfief, u li żammha kontra l-volontà tagħha. Fil-ġuri, li qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Michael Mallia, l-ewwel xhud kien l-Ispettur Zammit li fil-preżent qed iservi fit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi, imma dak iż-żmien kien jagħmel parti mit-Taqsima talInvestigazzjonijiet Kriminali. Huwa qal li Debono kienet qalet lill-Pulizija li tlett irġiel kienu daħlu bil-forza fid-dar tagħha għall-ħabta tat-3.30pm tas-27 ta’ Ġunju ta’ tmien snin

ilu, u filwaqt li wieħed żamma, ttnejn l-oħra bdew iqallbu fid-dar. Wieħed mill-ħallelin mhux biss żammha u kkaġunalha ġrieħi ħfief f’diversi partijiet ta’ ġisimha, imma anke kaxkarha u kkaġunalha ġrieħi serji fis-swaba ta’ saqajha. Ix-xhud qal li Debono inizjalment kienet ċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief sakemm ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet, u dan wara li kienet invistata fiċ-Ċentru tasSaħħa ta’ Ħal-Qormi. Wara iżda, hija lmentat minn uġigħ kbir f’saqajha, u wara kien skopert li kellha ksur gravi, li seta’ jħalli diżabbilità permanenti. L-Avukat Leslie Cuschieri, li qed jidher għall-akkużat, talab għar-ritratt, jekk għadu jeżisti,

fejn l-anzjana għarfet lill-klijent tiegħu bħala dak li kien daħal firresidenza tagħha. Din it-talba kienet miċħuda mill-Qorti għax ir-ritratt ma kienx fl-atti talkumpilazzjoni. L-Ispettur Zammit qal li numru ta’ persuni kienu interrogati fuq il-każ, inkluż l-akkużat, iżda dawn kienu rilaxxati u ma kienet imposta l-ebda akkuża fuqhom. Sadanittant kien żvelat millProsekuzzjoni li l-anzjana mhijiex se tixhed minħabba l-età – illum għandha 89 sena – u l-istat ta’ saħħa tagħha. Jekk jinstab ħati, l-akkużat, li qed jiffaċċja tliet Kapi ta’ akkuża, jista’ jiġi kundannat minimu ta’ disa’ xhur ħabs u massimu ta’ disa’ snin fuq ġrieħi li

jwasslu għal diżabbilità permanenti. Madanakollu l-aktar akkuża serja hija dik ta’ attenatat ta’ serq bi vjolenza, fejn dan jista’ jiġi kundannat minimu ta’ erba’ snin u massimu ta’ 12-il sena. Fil-ġuri għandhom jixhdu 13-il persuna min-naħa talProsekuzzjoni filwaqt li tliet persuni oħra mistennija jixhdu minn naħa tad-Difiża. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Giannella Busuttil u Nadia Attard f’isem l-Avukat Ġenerali filwaqt li għall-akkużat se jidher l-Avukat Leslie Cuschieri. Il-każ min-naħa talPulizija kien investigat misSupretendent Carmelo Bartolo u l-Ispettur Daniel Zammit.

L-eks editur tal-gazzetta talPartit Laburista Kullħadd, Felix Agius, ġie mmultat €250 wara li nstab ħati li fi storja li ppubblika

dwar l-eks rappreżentant permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea Richard Caruana Caruana, ma qalx fatt li huma

veri. L-istorja kellha t-titlu “Proċeduri fuq insistenza ta’ RCC”. Il-Maġistrat Francesco Depasquale qal li huwa ċar li listorja ppubblikata fil-gazzetta kellha biss l-iskop li tagħmel ħsara lil Richard Cachia Caruana, u l-istorja li dehret fl-20 ta’ Jannar 2001 ma kienet xejn

għajr nuqqas ta’ ġurnaliżmu serju. Il-Qorti kkritikat ukoll lidDifiża talli kienet assenti għal diversi seduti, fejn ingħad li f’29 kawża ma sar xejn. Il-Qorti qalet li l-akkużat ma ppreżenta l-ebda prova biex jiskolpa ruħu u lanqas biss xehed. Il-gazzetta tal-Partit Laburista

kienet qalet li l-Pulizija kienu ħadu azzjoni kontra l-editur talMalta Today Saviour Balzan, u lartikolista Sharon Ellul Bonici fuq artiklu fil-gazzetta tagħhom, fuq insistenza ta’ Richard Cachia Caruana. Waqt il-proċeduri, luffiċjali tal-Pulizija qalu li ħadd ma kien għamlilhom pressjoni biex jieħdu xi tip ta’ azzjoni.

Il-gazzetta Kullħadd ħatja li ma qalitx il-verità fuq RCC

Patri Charles Fenech fil-Qorti Il-każ mhux relatat mal-allegat abbuż sesswali – kawża ta’ malafama kontrih

Fr Charles Fenech, il-patri Dumnikan mir-Rabat li fl-aħħar ġimgħat kien fl-aħbarijiet b’rabta ma’ allegat abbuż sesswali fuq mara ta’ 42 sena minn ĦażŻabbar, ilbieraħ kien preżenti filQorti quddiem il-Maġistrat Franceso Depasquale f’kawża ta’ malafama kriminali li kompliet tinstema’ kontrih. Dan il-każ qed jinstema’ bil-magħluq. Il-kawża qed issir kontrih minn Edgar Bonnici Cachia u mhix relatata mal-każ tal-allegat abbuż sesswali. Patri Charles Fenech, li kien involut fil-Moviment Kerygma u Radju Marija, kien fl-aħbarijiet wara allegazzjoni minn mara li wettaq atti sesswali fuqha, f’diversi postijiet f’Malta. Hu se jibda għaddej proċeduri dwar dan il-każ quddiem ilMaġistrat Tonio Micallef Trigona x-xahar id-dieħel, b’din

il-kawża wkoll mistennija tinstema’ bil-magħluq. Hu qed jiċħad l-akkużi kollha miġjubin kontrih. Fenech s’issa għadu ma deherx quddiem il-Qorti dwar l-allegati abbużi sesswali minħabba li fi tliet okkażjonijiet għamel ċertifkati li ma kienx jiflaħ u ma kienx f’pożizzjoni li jitla’ l-Qorti. Issa mistenni jidher għallewwel darba fis-17 ta’ Diċembru. F’dan il-każ mistennija jixhdu

diversi nisa, li qed jingħad li waħda minnhom hi taħt l-età. L-atti allegatament seħħew filBuskett, fil-Kunvent tadDumnikani fir-Rabat, u anke f’Għawdex. L-Ispettur Louise Calleja investigat il-każ filwaqt li għal Patri Charles Fenech se jidhru lAvukati Michael u Lucio Sciriha, bl-Avukati Noel Bianchi u Silvio Brincat se jidhru għall-vittma Żabbarija.


www.maltarightnow.com

LOKALI

Sehem qawwi minn Radio 101 f’Misraħ il-Milied

Is-sehem ta’ Radio 101 filmaratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista din is-sena se jkun ferm iktar wiesa’ minn maratoni tal-passat. Dan qalu l-Kap tal-istazzjon Charles Saliba f’kummenti dwar il-maratona ‘Misraħ il-Milied’ li se tittella’ fid-Dar Ċentrali bejn il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru u tTnejn 8 ta’ Diċembru. Charles Saliba qal li s-Sibt 6 ta’ Dicembru l-preżentaturi ta’ Radio 101 se jorganizzaw attività informali u party b’differenza. Hu stieden lill-pubbliku biex jipparteċipa f’dawn l-attivitajiet.

Is-settur kulturali jinvesti fil-bini tal-kapaċità

16-il persuna li jinkludu nies involuti fid-direzzjoni u fitteatru, produtturi ta’ festivals, artisti u entużjasti talKarnival, ħadu sehem fit-tieni kors dwar il-Ħiliet Tekniċi tatTeatru (Theatre Technical Skills) organizzat millFondazzjoni Valletta 2018, ilKunsill Malti għall-Arti u dDirettorat Kulturali, f’kollaborazzjoni mal-British Council. Valletta 2018 flimkien malKunsill tal-Arti u d-Direttorat tal-Kultura, qed jinvestu b’mod strateġiku fl-infrastruttura kulturali u fil-bini talkapaċità li huma essenzjali għall-iżvilupp u l-promozzjoni tal-programm kulturali talV18. Skont l-aħħar ċifri hawn 10,378 persuna li huma ekonomikament attivi fis-settur kulturali u kreattiv f’Malta u f’Għawdex. Is-settur tal-arti performattiva waħdu fih 290 intrapriża li jħaddmu 580 impjegat li minnhom 80% jaħdmu għal rashom. Barra minn hekk, hemm ammont sostanzjali ta’ xogħol volontarju fl-attivitajiet relatati mal-arti performattiva li jseħħu fit-72 spazju attiv użati għall-produzzjonijiet teatrali f’Malta. Madwar 15% mill-baġit għall-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018, li kull sena jilħaq il-€75,000, huma dedikati għall-bini talkapaċità u għall-professjonalizzazzjoni tal-artisti u l-persuni involuti fid-direzzjoni u l-prestazzjoni teatrali floqsma tal-arti viżiva, l-arti performattiva, il-letteratura u l-infrastruttura fiżika.

7

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

Charles Saliba qal li l-programm ta’ Radio 101 għal ‘Misraħ il-Milied’ se jinkludi ssehem tal-preżentaturi ta’ Radio 101 kemm is-Sibt 6 ta’ Diċembru kif ukoll il-Ħadd 7 ta’ Diċembru minn filgħodu sa filgħaxija. Din id-darba, il-preżentaturi ta’ Radio 101 se jkollhom sehem iktar wiesa’ wkoll fil-preżentazzjoni tal-Maratona fuq NET TV b’numru kbir ta’ preżentaturi ta’ Radio 101 li se jagħtu sehem dirett f’din il-maratona fosthom Marbeck Spiteri, George Galea, David Thake u l-istess Charles Saliba.

Il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ staqsa lil Charles Saliba jekk il-pubbliku għandux jistenna xi sorpriżi mill-preżentaturi ta’ Radio 101 waqt ‘Misraħ il-Milied’. Hu spjega li s-sorpriżi se jibqgħu sorpriżi sal-jiem tal-maratona, iżda sostna li l-programm offrut minn Radio 101 se jkun wieħed varjat u divertenti. Charles Saliba appella lis-semmiegħa biex iwieġbu għal din issejħa li qed jagħmel il-PN u wiegħed li se jkun hawn atmosfera mill-isbaħ fid-Dar Ċentrali matul l-erbat ijiem ta’ ‘Misraħ ilMilied’.

‘Anniversarji Għawdex’ huwa l-isem ta’ wirja li se tiftaħ flArkivju Nazzjonali ta’ Għawdex nhar it-Tnejn 24 ta’ Novembru – il-jum li jfakkar l-inawgurazzjoni tal-istess istituzzjoni ħamsa u għoxrin sena ilu. Biex ngħidu kollox, f’dak iżżmien ħafna lanqas biss kienu jafu li nfetaħ l-Arkivju, anki jekk kien ixxandar bħala waħda millġrajjiet uffiċjali li fakkru l-ħamsa u għoxrin anniversarju ta’ Malta indipendenti. L-għadd ta’ dawk li fehmu l-ħtieġa ta’ arkivju filgżira kien insinifikanti. Malmedda taż-żmien, din l-istituzzjoni ħabirket b’suċċess biex tagħmel lilha nfisha iktar preżenti fil-komunità. Fil-fatt, għadd dejjem jikber ta’ nies bdew iżuruha u jagħmlu użu mill-fondi fl-istess arkivju. In-

numru ta’ riċerkaturi matul l2013 kien ta’ 449, żieda sinifikanti ta’ ’l fuq minn 53% fuq is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ sigħat ta’ riċerka tela’ għal 392, u d-dokumenti kkonsultati huma 768. Il-wirja annwali din is-sena se tfakkar, qabelxejn, din il-kisba ta’ ħamsa u għoxrin sena. LArkivju beda b’fond wieħed, dak tal-‘Universitas Gaudisii’ b’xi 300 volum, u ħamsa u għoxrin sena wara hu mogħni b’total ta’ sebgħa u għoxrin fond u madwar 16,000 volum u dokument. Din is-sena qed tiċċelebra numru ta’ anniversarji oħra importanti għal Għawdex, u għalhekk ġie deċiż li jitfakkru kollha b’ħamsa u għoxrin dokument u ħamsa u għoxrin illustrazzjoni.

▪ 400 sena ilu, fil-21 ta’ Ottubru 1614, Eugenio-Romirez Maldonado, Kavallier minn Salamanca li kien Gvernatur ta’ Għawdex, ta lill-Matriċi, illum il-Katidral ta’ Għawdex, bust ta’ Sant’Ursla b’relikwa ta’ għadma mid-driegħ tagħha. ▪ 200 sena ilu, fit-18 ta’ Frar 1814, il-pesta li kienet fniet lil Malta s-sena ta’ qabel, faqqgħet ukoll fix-Xagħra, Għawdex, u ħalliet aktar minn 100 vittma. ▪ 150 sena ilu, fis-16 ta’ Settembru 1864, il-Beatu Papa Piju IX laqa’ t-talbiet u x-xewqat tal-kleru u l-poplu ta’ Għawdex u waqqaf lil Għawdex u Kemmuna bħala djoċesi awtonoma bilBulla ‘Singulari Amore – Bi mħabba liema bħalha’. ▪ 100 sena ilu, fid-29 ta’ Lulju 1915, miet fil-Belt Victoria,

Għawdex, Monsinjur Pietru Pace, Isqof ta’ Għawdex bejn l1877 u l-1889 u dakinhar Arċisqof ta’ Malta, wieħed millaktar Għawdxin prominenti ta’ kull żmien. ▪ 50 sena ilu, fis-16 ta’ Settembru 1964, id-Djoċesi ta’ Għawdex fakkret il-mitt sena mit-twaqqif tagħha. ▪ 50 sena ilu, fil-21 ta’ Settembru 1964, Malta u Għawdex saru stat indipendenti u membri formali talCommonwealth. ▪ 25 sena ilu, fl-24 ta’ Novembru 1989, ġiet inawgurata s-Sezzjoni ta’ Għawdex talArkivju Nazzjonali. Il-wirja hi maqsuma f’żewġ partijiet u se tibqa’ miftuħa sal31 ta’ Diċembru, fil-ħinijiet taluffiċċju.

Caremalta, li llum tħaddem tmint idjar privati għall-anzjani li fihom bħalissa hemm jgħixu mal-1,200 persuna, se torganizza l-ewwel ġimgħa ddedikata lillanzjanità attiva bil-ħsieb li tippromwoviha bħala l-aħjar mod ta’ għajxien f’din il-fażi tal-ħajja. Għal din l-okkażjoni, il-

kumpanija ħejjiet programm ta’ attivitajiet li se jiġu organizzati fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru bl-iskop li jippromwovu l-aspetti varji tal-anzjanità attiva – laspett soċjali, l-aspett fiżiku u laspett mentali – kollha ingredjenti għal stil ta’ ħajja sana. Il-programm ta’ attivitajiet

jikkonsisti f’esibizzjoni ta’ xogħlijiet magħmulin mill-anzjani f’kull waħda mid-djar immexxija minn Caremalta; attivitajiet fiżiċi differenti u kwiżż dwar l-istorja ta’ Malta bilparteċipazzjoni ta’ residenti anzjani fid-djar ta’ Caremalta. IlĠimgħa għall-Anzjanità Attiva

2014 tiġi fi tmiemha l-Ġimgħa 28 ta’ Novembru permezz ta’ mixja għall-anzjani li tibda millMonument tal-Indipendenza filFurjana u tintemm fil-Palazz talPresident il-Belt fejn il-parteċipanti se jintlaqgħu mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Charles Saliba: is-sorpriżi jibqgħu sorpriżi sal-jiem tal-maratona, imma l-programm offrut minn Radio 101 se jkun wieħed varjat u divertenti

Wirja fil-25 anniversarju tal-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex

Caremalta tiċċelebra l-anzjanità attiva


www.maltarightnow.com

8

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

PARLAMENT

Ebda kumpens lil bdiewa għall-ħsarat li sofrew fil-maltempata

Il-bdiewa għadhom jistennew il-wegħda ta’ skema ta’ assigurazzjoni għall-agrikultura

Il-bdiewa mhux se jingħataw kumpens jew xi forma ta’ għajnuna oħra għall-ħsarat li sofrew fil-maltempata ta’ aktar kmieni dan ix-xahar, il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru meta l-gżejjer Maltin intlaqtu minn maltemp u rjiħat qawwija tant li kellu jingħalaq lAjruport Internazzjonali ta’ Malta. F’dik il-maltempata, tqaċċtu numru kbir ta’ siġar kbar fittoroq u saret ħsara kbira lis-settur agrikolu b’diversi bdiewa jsofru minn tkissir ta’ strutturi u ħitan imġarrfa minbarra ħsarat oħra fil-profitti agrikoli. Id-deċiżjoni tal-Gvern li ma tingħatax għajnuna għall-ħsarat li sofra s-settur tal-biedja kawża ta’ dik il-maltempata, kienet ikkonfermata fi tweġiba li ta filParlament il-Ministru Leo Brincat. Fid-dawl ta’ għajnuniet li kienu jingħataw il-bdiewa f’każi ta’ maltempati simili għal dik tas7 ta’ Novembru, li maltempata simili seħħet ftit tas-snin ilu, id-

Deputat Nazzjonalista Antoine Borg staqsa lill-Ministru għallIżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, jgħid kellux rapporti ta’ ħsarat minn bdiewa, u jekk iva, kemm kienu r-rapporti mil-lokalitajiet tar-Rabat (Malta), l-Imġarr, Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, l-Imtarfa u lImdina. Il-Ministru Brincat ma qalx jekk kienx hemm jew sarux rapporti lill-Ministeru tiegħu, u qal li mhux il-każ li jsiru jew li jintlaqgħu rapporti fuq ħsarat ikkaġunati mill-maltemp għaliex il-prassi dejjem kienet li tali ħsarat, s’issa, mhumiex koperti taħt xi skema ta’ kumpens. Qal ukoll li kif imwiegħed filprogramm elettorali tal-Gvern, hemm il-ħsieb li tkun imnedija skema ta’ assigurazzjoni għallagrikultura u fil-fatt informa wkoll li din il-materja qiegħda inkluża fl-abbozz tal-programm għall-iżvilupp rurali tal-Gvern li qed ikun diskuss malKummissjoni Ewropea.

Fil-każ tal-adulti, iż-żmien ta’ stennija biex min ikun riferut jara psikologu jvarja bejn ġimagħtejn u sitt xhur, skont il-lokalità tal-Mental Health Clinic

Waiting list ta’ 260 student biex jiġu riferuti lil psikologi

In-numru ta’ studenti riferuti lill-psikologi fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi minħabba socio-emotional u, jew, behavioural difficulties u li qegħdin fillista ta’ stennija, hu ta’ 260. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said, li staqsa lill-Ministru Evarist Bartolo kemm hemm persuni fil-lista ta’ stennija biex jaraw clinical psychologist Mitlub jgħid kemm hu ż-żmien ta’ stennija biex dawn l-istudenti jingħataw appuntament u jibdew bl-interventi meħtieġa, ilMinistru tal-Edukazzjoni u x-

Xogħol qal li ż-żmien ta’ stennija jiddependi min-natura u lurġenża tal-każ, kif ukoll minnumru ta’ studenti fil-lista ta’ stennija. Fit-tweġiba li ta, il-Ministru Bartolo qal li bħalissa beda eżerċizzju biex jiġu indirizzati lwaiting lists. Għal mistoqsija oħra filParlament tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said lillMinistru għas-Saħħa Konrad Mizzi, jirriżulta li hemm 92 persuna fil-lista ta’ stennija biex jaraw psikolgu fil-Mental Health Community Services. Fiċ-Child Guidance Clinic il-

lista ta’ stennija hija maqsuma skont l-urġenza tal-każ. Hemm 151 każ mhux urġenti, u 45 każ urġenti. Fil-każ tal-adulti, iż-żmien ta’ stennija biex min ikun riferut jara psikologu f’dawn il-units jingħata l-appuntament u jibda l-intervent psikoloġiku meħtieġ, ivarja bejn ġimagħtejn u sitt xhur, skont il-lokalità tal-Mental Health Clinic. Fil-każ tat-tfal iż-żmien ta’ stennija jvarja skont l-urġenza tal-każ, bejn sitt xhur u sena u nofs. Każi urġenti ħafna jiġu kkunsidrati skont il-mertu talkaż.

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Bijoetika għadu ma twaqqafx wara li l-membri filKumitat kienu mitluba jirriżenjaw xi żmien ilu.

Dan ikkonfermah il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Joe Cassar.

Il-Ministru Mizzi ma qalx fit-tweġiba li ta, ir-raġuni għaliex għadu ma ġiex kostitwit dan il-Kumitat Konsultattiv.

Ix-xogħlijiet li qed tagħmel Transport Malta fi Triq Jean de La Cassiere, f’San Pawl il-Baħar, huma weqfin minħabba li qiegħda tistenna lill-Korporazzjoni

għas-Servizzi tal-Ilma biex tagħmel ix-xogħlijiet tagħha għaliex trid tgħaddi s-servizzi ġodda f’din it-triq. Din l-informazzjoni taha fil-

Parlament il-Ministru għatTrasport u l-Infrastruttura, Joe Mizzi, għal mistoqsija li ressaq id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.

Il-Kumitat dwar il-Bijoetika għadu ma twaqqafx Xogħlijiet weqfin


www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Il-Provinċja Maltija tal-Agostinjani se tibni skola ġdida fil-Marsa

Il-Parlament japprova seba’ riżoluzzjonijiet għal trasferiment ta’ artijiet Il-Kamra tad-Deputati approvat seba’ riżoluzzjonijiet speċjali biex binjiet u artijiet ikunu trasferiti b’ċens lil għaqdiet filantropiċi, assoċjazzjonijiet u soċjetajiet reliġjużi, għal skopijiet u l-għanijiet tal-attivitajiet fdati bihom dawn l-għaqdiet, fosthom għoti ta’ art lill-Provinċja Maltija tal-Agostinjani biex tinbena skola ġdida u faċilitajiet oħra edukattivi. Ir-riżoluzzjonijiet tressqu bi qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni, mis-Segretarju Parlamentari responsabbli millIppjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva fl-Uffiċċju talPrim Ministru, Michael Falzon. Il-Kamra vvutat unanimament favur dawn ir-riżoluzzjonijiet. Il-Provinċja Maltija talAgostinjani ngħatat l-art filMarsa wara li xtaqet testendi liskola li għandha f’TalPietà/Gwardamanġa, u ma kinitx ingħatat il-permessi neċessarji sabiex tagħmel hekk. Wara li l-Gvern ta’ Malta xtaq li l-Medical School tirritorna għandu, ta lill-Provinċja Maltija tal-Agostinjani biċċa art li qiegħda l-Marsa tal-kejl ta’ madwar 4,464 metru kwadru, u dan bl-istess titlu ta’ ċens temporanju għal 99 sena. Għaldaqstant, kien itterminat iċ-ċens temporanju tal-Medical School u minflok tingħata lillProvinċja Maltija tal-Agostinjani l-art fil-Marsa b’ċens temporanju ta’ 99 sena għal ċens annwu u temporanju ta’ €1,000; Mir-riżoluzzjonijiet approvati mill-Parlament Malti se jibbenefikaw ukoll l-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, tan-Naxxar; is-Soċjetà Dun Filippu Borgia, f’Birkirkara; soċjetà reliġjuża tas-Salesjani, ilklabb tal-futbol tal-Hibernians;

is-Soċjetà Maltija tal-Arti, Manifattura u Kummerċ, u lAssoċjazzjoni ta’ Malta talBMX. Il-proprjetà 41 u 43 fi Triq Santa Luċija, fin-Naxxar, illum interkonnessi u proprjetà waħda, tiġi trasferita lill-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, tan-Naxxar, għal żmien 50 sena b’ċens temporanju ta’ €500 fis-sena. Il-fond fi Pjazza Sant’Elena f’Birkirkara, jgħaddi għand isSoċjetà Dun Filippu Borgia,

Birkirkara ‘Ad Jura Populi Heleniani Servanda’ għal perjodu ta’ 30 sena biċ-ċens annwali u temporanju ta’ €350. Il-Gvern iddispona wkoll b’titlu ta’ enfitewsi temporanja favur tas-Soċjetà Salesjana – il-bini ta’ Dar Osanna Pia, Triq Mrabat, f’San Ġiljan, għal perjodu ta’ 30 sena biċ-ċens ta’ €500. Il-Hibernians Football Club ingħata l-fond 106, ‘Casa Flamini’ fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, b’ċens annwali u temporanju ta’ €1,200 biex jintuża

F’inċident ieħor li seħħ dan l-aħħar fis-servizz tat-trasport pubbliku u li bħalissa qiegħed jitmexxa mill-Gvern, xufier ta’ karozza tal-linja nqalagħlu listeering waqt li kien qed isuq ix-xarabank tal-linja. Fil-Parlament, id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina talab lill-Ministru għatTrasport u l-Infrastruttura Joe

Mizzi, jikkonferma li, kuntrarjament għal dak li qal il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Public Transport Services Ltd, fil-każ ta’ dak ix-x-xufier involut ma ngħatax iċ-ċans ta’ smigħ xieraq u fl-ebda ħin la l-Malta Public Transport Services u lanqas Transport Malta ma bagħtu għalih biex jisimgħu lverżjoni tiegħu tal-fatti.

Il-Ministru Mizzi qal fittweġiba li ta, li x-xufier involut f’dan l-inċident mhux impjegat tal-kumpanija tal-Gvern Malta Public Transport Service, iżda impjegat ta’ wieħed mill-kuntratturi mqabbdin mill-istess kumpanija sabiex tipprovdi servizz fuq rotot tat-trasport pubbliku.

Il-Provinċja Maltija tal-Agostinjani issa għandha art fil-Marsa mifruxa fuq medda ta’ madwar 4,464 metru kwadru

Il-bini tal-Iskola Medika fis-sit tal-Isptar San Luqa jirritorna f’idejn il-Gvern

Xufier tal-linja jinqalagħlu l-isteering waqt li kien qed isuq

unikament u esklussivament bħala ‘football club’ għat-tim talfutbol lokali tal-Hibernians u għall-membri u supporters talistess klabb. Is-Soċjetà Maltija tal-Arti, Manifattura u Kummerċ ingħatat għal 30 sena l-fond 219, magħruf bħala Palazzo de La Salle, fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, b’ċens ta’ €4,300 fis-sena. Riżoluzzjoni oħra approvata kienet tirrigwarda art f’Pembroke biex tintuża unikament u esklussivament għal skopijiet ta’ ‘indoor skate park’. L-art hi mifruxa fuq medda ta’ 4,305 metri kwadri suġġetta għal ċens annwali u temporanju ta’ €2,500, u ġiet trasferita b’titlu ta’ ċens temporanju lil Malta BMX Association.

9

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

Inkjesta dwar karozza li imblukkat helipad mhix lesta wara tliet xhur

L-inkjesta maġisterjali dwar ilkarozza li kienet qed timblokka l-helipad f’Awwissu li għadda, għadha għaddejja minkejja li lkaż seħħ aktar minn tliet xhur ilu. Għal mistoqsija fil-Parlament tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, kelliem talOppożizzjoni dwar is-Saħħa, ilMinistru Konrad Mizzi responsabbli mis-settur tas-saħħa, qal biss li l-inkjesta għadha mhix lesta. L-investigazzjonijiet jirrigwardaw inċident li seħħ fil-bidu ta’ Awwissu li għadda, meta ħelikopter b’pazjent mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li kellu jiġi trasferit lejn Malta biex jingħata aktar kura fl-Isptar Mater Dei, kellu jdur lura lejn Għawdex wara li ma setax jagħmel inżul fil-helipad tal-Isptar San Luqa, li dak iż-żmien kien qed jintuża minflok dak ta’ Mater Dei minħabba xi xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li kienu qed isiru. Dan ġara minħabba karozza li kienet ipparkjata u li imblukkat laċċess għall-helipad ta’ St Luke’s. Fi stqarrija, idDipartiment tas-Saħħa kien qal li qed jinvestiga l-każ. Dak il-ħin, il-ħelikopter li kellu jinżel filhelipad tal-Isptar San Luqa kellu jistennewh ambulanza b’tim mediku, iżda ma setax jinżel minħabba din il-vettura. L-istqarrija kompliet tgħid li dDipartiment ġie infurmat li dak il-ħin kien impossibbli li l-vettura titneħħa u li l-ħelikopter kellu jdur lura lejn Għawdex biex ikun jista’ jmur Malta aktar tard. Wara aktar minn tliet xhur, irrapport dwar din l-investigazzjoni għadu mhux konkluż.


10

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

Storja ta’ roadmap li qatt ma kienet Il-baġit li ressaq il-Ministru Edward Scicluna nhar it-Tnejn li għadda jispikka f’aktar minn sens wieħed. Jispikka fit-tul, litwal baġit fl-istorja ta’ Malta u wieħed mill-itwal baġits flistorja tal-Ewropa demokratika. Jispikka wkoll iżda għal dak li ma fihx aktar milli għal dak li fih. Baġit li tfittex kemm tfittex fih ma ssib ebda sens ta’ direzzjoni; ebda sens ta’ fejn irid jieħu lil pajjiżna l-Gvern Laburista, ebda sens ta’ x’kienet tfisser ir-roadmap li tant tkellem dwarha Joseph Muscat qabel l-elezzjoni. Nippremjaw il-bżulija L-għajta Laburista għal dan il-baġit hija ‘Nippremjaw ilbżulija’. Għajta nobbli u li kien ikun tassew pożittiv li kieku seħħet tassew. Iżda hawn wieħed ma jistax ma jistaqsix

kif eżattament qegħdin jiġu ppremjati l-bosta nies beżlin fil-qasam tal-manifattura li minkejja l-importanza assoluta tal-qasam li jagħmlu parti minnu, twarrbu kompletament mill-Gvern. Kif ġew ippremjati l-familji Maltin li filwaqt li sħabna lEwropej raw tnaqqis sinifikanti tal-prezz tal-fjuwil, dawn ilfamilji ngħataw biss traħħis ta’ żewġ ċenteżmi fuq l-unleaded u ċenteżmu fuq id-diesel u saħansitra raw lill-Gvern jagħżel li jżid kemm idaħħal f’butu mit-taxxi? Kif ġew ippremjati l-istudenti beżlin li filwaqt li Joseph Muscat tahom żewġ ċenteżmi kuljum żieda fl-istipendju, żied il-prezz tal-eżamijiet tal-MATSEC u tas-SEC b’mod li effettivament din iż-żieda għandha listess effett daqs xi taxxa ġdida?

Spikka f’dan il-baġit in-nuqqas ta’ viżjoni tal-Gvern għal xi qasam ġdid fl-ekonomija Maltija. Tant kien medhi Edward Scicluna jfassal diskors mimli attakki politiċi kontra l-Gvern Nazzjonalista, li nesa jħejji xi forma ta’ pedament għal xi settur ġdid

Angelo Micallef

angelo.micallef@gmail.com

Xejn ġdid

Spikka f’dan il-baġit innuqqas ta’ viżjoni tal-Gvern għal xi qasam ġdid fl-ekonomija Maltija. Tant kien medhi Edward Scicluna jfassal diskors mimli attakki politiċi kontra lGvern Nazzjonalista, li nesa jħejji xi forma ta’ pedament għal xi settur ġdid fl-ekonomija Maltija. Settur ġdid ma tiżviluppahx mil-lejl għan-nhar imma huwa frott ħidma ppjanata u strateġika. F’dan is-sens dan il-baġit, minkejja t-tul tiegħu, huwa nieqes għalkollox.

Il-misteru jkompli Żewġ kwistjonijiet li dwarhom wieħed kien jistenna direzzjoni ċara mill-Gvern huma l-kwistjoni dwar it-traffiku f’Malta u l-produzzjoni

Whitepapers Bħas-sena l-oħra, reġa’ kellna diversi whitepapers proposti li effettivament mhuma xejn

konkret għajr idea li trid tiġi evalwata, diskussa u definita. Huma mod kif il-Gvern jinstema’ li qed jindirizza settur jew problema meta fil-verita’ kulma qed jagħmel hu li jirbaħ il-ħin.

Tieħu l-pożittiv iżda trid tindirizza dak li jinkwieta lin-nies Naqbel ma’ inizjattivi bħallflus li jingħataw lil dawk il-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom liskola bit-trasport provdut. Li mhux jindirizza l-Gvern iżda hu s-sistema u l-affidabbilta’ ta’ trasport provdut. Ħafna jilmentaw dwar sewqan eċċessiv tal-vannijiet tal-iskola, xufiera jsuqu waqt li jużaw il-mowbajl – u dan waqt li jkollhom vann mimli tfal. Anke hawn, il-Gvern qed jgħid dak li jridu jisimgħu nnies, mingħajr ma jindirizza dak li verament qed jinkwieta linnies. Inizjattivi biex jinqata’ labbuż mis-sistema tal-benefiċċji soċjali u inizjattivi oħra biex

OPINJONI

Żewġ kwistjonijiet li dwarhom wieħed kien jistenna direzzjoni ċara mill-Gvern huma l-kwistjoni dwar it-traffiku f’Malta u l-produzzjoni tal-enerġija

Baġit li jkompli fuq ta’ qablu

Sena ilu, artiklu li ktibt f’dan ilġurnal intitolajtu ‘Baġit ’14: Billeminija jtik u bix-xellugija joħodlok’. Wara l-preżentazzjoni tal-baġit għas-sena d-dieħla, jidher li dan it-titlu għadu japplika – anzi, ta’ min iżid li l-id ix-xellugija ikbar mil-leminija għax itik €0.58ċ u joħdilna ferm iktar. Kellna baġit li kien mimli kwantita’ għaliex dam iktar minn erba’ sigħat, imma ftit sustanza. Uħud minn dak li smajna konna nafuh u oħrajn fejn iva, kienu ‘tort’ tal-Gvern preċedenti, kif iħobb jgħid il-Gvern, bħattnaqqis fit-taxxa tad-dħul għal 25%. Biss, f’dawn iċ-ċirkustanzi tajjeb li wieħed ikun oġġettiv u pożittiv biex inizjattivi tajbin jiġu rikonoxxuti – kien hemm inċentivi pożittivi, il-problema hi li ssistemi li qed jinċentivaw mhumiex affidabbli.

www.maltarightnow.com

Antonello Cuschieri

antonello.cuschieri@gmail.com

iktar nies jidħlu fid-dinja taxxogħol. Smajniehom l-inizjattivi, iżda ma smajniex l-iktar parti essenzjali – il-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol għal dawn in-nies. Il-famuż pjan għallħolqien tax-xogħol li għadu ma jeżistix u l-investiment li għadna m’aħniex naraw – anzi, anke l-flus li l-Gvern kien beħsiebu jdaħħal bl-iskema tal-bejgħ taċċittadinanza, jidher li mhux se jrendu daqskemm ħaseb inizjalment.

tal-enerġija. Hawn ukoll spikka d-duħħan fid-diskors ta’ erba’ sigħat ta’ Edward Scicluna. Dwar it-traffiku, Edward Scicluna tkellem biss dwar bidla fil-ħinijiet tal-iskola bħallikieku din il-miżura hi xi bakketta maġika li se ssolvi lproblema kumplessa tat-traffiku. Dwar l-enerġija, min-naħa loħra, spikka r-rakkont ħelu talMinistru Scicluna dwar x’ġara s’issa iżda ma ngħata ebda ħjiel ta’ x’se jiġri. Il-wasla tal-power station il-ġdida u kif se ssir, misteru kienet, u misteru baqgħet! If I were a rich man.... Iż-żieda ta’ 58 ċenteżmu, linqas żieda mogħtija minn dik tal-1997, li kumbinazzjoni wkoll kienet taħt Gvern Laburista, kulħadd għaraf li mhix biżżejed, inkluż il-Gvern innifsu tant li pprova jwettaq miżura biex jidher ħelu man-

nies. Jidher, iżda, li l-Gvern ħaseb li n-nies għandhom nuqqas serju ta’ sens ta’ ġudizzju. B’min ħaseb li se jidħak ilGvern mhuwiex ċar, iżda millmod pompuż kif Edward Scicluna ħabbar iċ-ċifra ta’ darba ta’ ħamsa u tletin ewro jidher li b’xi mod kien wasal għal dik il-konklużjoni.

Taxxa fuq l-inbid aħmar Il-Gvern introduċa numru ta’ taxxi permezz ta’ żieda fuq taxxa preżenti jew taxxa ġdida. Waħda min dawn hi taxxa fuq il-konsum tal-inbid. Il-qasam tal-manifattura tal-inbid f’pajjiżna hu qasam li ġab unur lil pajjiżna bil-produzzjoni ta’ bosta nbejjed ta’ kwalita’ millifejn. Qasam, iżda, bi sfida kbira ta’ ‘economies of scale’. Ħasra li l-Gvern għażel li jkompli jgħabbi lil dan il-qasam b’aktar piż minflok ma jgħin lil dan is-settur ikompli jikber.

Kellna baġit li kien mimli kwantita’ għaliex dam iktar minn erba’ sigħat, imma ftit sustanza Taxxi indiretti li jolqtu lil kulħadd Illum min m’għandux mowbajl? Hawn se nintlaqtu – mela minn naħa kellna min qed jiġġieled għalina biex it-tariffi tal-mowbajl ta’ Malta jiġu bħal ta’ barra, bħal fil-każ tar-roaming, u min-naħa l-oħra għandna Gvern li se jżid it-taxxa li aħna nħallsu fuq l-użu tal-mowbajl.

X’se jiġri mill-proprjeta’? Il-proprjeta’ kienet settur ieħor li se jintlaqat, u fl-opinjoni tiegħi, iktar se jbati min se jazzarda jixtri proprjeta’. Mela kellna żieda fissiment, taxxa fuq il-krejnijiet li jintużaw għall-bini, ħlas ta’ iktar taxxa meta wieħed ibigħ proprjeta’ … u dan kollu minn se jħallsu? Ovvjament min se jixtri, għax

dawn kollha, probabbli jiġu inklużi fil-prezz tal-bejgħ tal-proprjeta’. Għal darb’oħra, il-Gvern jintaxxa u l-poplu jħallas.

Kompla fuq is-sena l-oħra Għalhekk nemmen li b’dan ilbaġit, il-Gvern kompla fejn ħalla ssena l-oħra. Ta’ x’wieħed jifhem li qed jindizza ċerti setturi li effettivament mhuma xejn ħlief whitepaper, ta inċentiv f’setturi li m’għandux pjan ta’ żvilupp għalihom biex dawn l-inizjattivi jistgħu jiġu utilizzati. Finalment, kellna ħafna kliem sabiħ, imma sustanza minima f’diskors ta’iktar minn erba’sigħat. Jekk wieħed jagħmel is-somom, ilbilanċ, bħas-sena l-oħra, joħroġ favur il-Gvern li jagħtik iċ-ċenteżmi b’idu l-leminija, u joħodlok ilkartiera b’idu x-xellugija.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Joseph Muscat jintaxxalek il-karozza b’kull mod

Il-baġit li l-Prim Ministru Joseph Muscat ressaq nhar it-Tnejn kien eżerċizzju ta’ erba’ sigħat sħaħ ta’ paroli biex jipprova jaħbi numru ta’ taxxi li jolqtu lil kulħadd – l-aktar lil dawk bi dħul baxx – u li ħadu saħansitra minn qabel mingħand il-familji ż-żieda miżera ta’ dan il-baġit. Fost dawn it-taxxi hemm diversi fuq ilkarozzi.

Petrol u diesel sostanzjalment ogħla minn meta ż-żejt kien bl-istess prezz Dan il-Gvern żamm il-petrol u d- diesel ferm ogħla milli messhom ikunu meta tqis il-prezz taż-żejt kif inhu bħalissa. Meta, erba’ snin ilu, iż-żejt kien f’livell ta’ prezzijiet bħalma hu issa, ilpetrol f’Malta kien 22 ċenteżmu orħos milli se jkun minn Jannar li ġej u d-diesel kien 29 ċenteżmu orħos. Il-Gvern joħodlok 3 jew 4 ewro żejda fuq kull 20 ewro petrol jew diesel... Dawn il-prezzijiet ferm ogħla milli kienu erba’ snin ilu jfissru li minn kull 20 ewro li tagħti f’petrol jew diesel, il-Gvern qed joħodlok bejn 3 u 4 ewro żejda. Dan hu l-mod kif il-Gvern qed jagħmel taxxi moħbija meta għolla l-fuels bl-iskuża taż-żejt għoli; imma meta ż-żejt roħos, il-Gvern żamm il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel għoljin. ...u jħallik taħli l-petrol u d- diesel għoljin fit-traffic jams Ma’ dan l-għoli fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, il-Gvern bagħat is-sitwazzjoni tat-traffiku lura bil-qawwi. It-traffiku sar problema ekonomika għan-negozji u għall-familji b’ħela ta’ ħin u ħela ta’ fuels fit-traffic jams.

Trasport pubbliku li qed isir alternattiva anqas vijabbli L-alternattiva tat-trasport pubbliku mhijiex taħdem u dan mar lura wkoll kemm ilu li ħadu f’idejh il-Gvern. It-trasport pubbliku fil-fatt hu wieħed mill-elementi li qed jikkawżaw it-traffiku billi dawk li possibilment jistgħu jużaw it-trasport pubbliku mhux qed jagħmlu dan minħabba li s-servizz mar lura. U lanqas biss nafu kif u meta s-servizz privatizzat se jerġa’ jibda.

Żieda fil-liċenzji tal-karozzi u fl- insurances Il-Gvern ma kienx kuntent joħodlok 3 jew 4 ewro minn kull 20 ewro fuel li tagħti. Żied ukoll il-liċenzji tal-karozzi kollha. IlGvern qed jgħid li żiedhom sa 15-il ewro imma l-verità hi li anke s-sena l-oħra qal hekk imbagħad ħafna nies sabu sorpriża kerha xħin marru jħallsu l-liċenzja. Mal-liċenzja żied ukoll it-taxxa fuq l-insurance - inkella d-dawra mal-karozza ma tkunx kompluta. Żied l-insurances b’mill-anqas 13-il ewro; jiġifieri 13-il ewro aktar żgur u għal min l- insurance tiġih għolja – iż-żgħażagħ pereżempju – saħansitra aktar.

Joseph Muscat idurlek mal-karozza bit-taxxi Il-Gvern ta’ Joseph Muscat qabad mal-karozzi u qed jara kif jintaxxahom b’kull mod. Dar dawra mal-karozzi b’taxxi li jolqtu l-aktar lil dawk bi dħul baxx. Lis-sidien tal-karozzi – jiġifieri l-biċċa l-kbira tal-poplu Malti meta nafu li f’Malta hawn karozzi daqs kemm hawn votanti – il-Gvern qed jagħmlilhom l-alternattiva tat-trasport pubbliku dejjem agħar waqt li - meta jużaw il-karozza tagħhom - qed iħallihom imwaħħlin fit-traffic jams jaħlu l-fuel bil-għali.

11

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

Pawlu Agius jispjega l-fatti Ħassejt li l-Mostin għandhom ikunu jafu x’għadda minni tul dawn l-aħħar snin u għaliex kont għamilt il-pass li minn kunsillier elett f’isem ilPartit Laburista naqleb indipendenti u aktar tard nasal sal-Qorti. Minkejja li l-eks-Sindku Paul Chetcuti Caruana appella missentenza li nqatgħet kontrih, ilQorti ċaħdet l-appell u kkonfermat is-sentenza appellata. Qed nikteb din l-ittra mhux biex nikseb simpatija malMostin, iżda biex isiru jafu lfatti kollha kif inhuma, iswed fuq l-abjad. Irrid innaddaf ismi, għaliex leks-Sindku Chetcuti Caruana ħammiġni kemm felaħ u allura ma kellix triq oħra ħlief li nasal fl-ogħla istituzzjoni talĠustizzja. Akkużajt lil Dottor Chetcuti Caruana bi ħsieb li jtellef u jnaqqas il-ġieħ tiegħi bħala kunsillier u li weġġagħni bi kliem, b’ġesti jew b’mod ieħor. Ħassejtni malafamat speċjalment meta għajjarni “korrott”. Wara li l-Qorti sabet lil Chetcuti Caruana ħati talimputazzjoni miġjuba kontrih, ikkundannatu jħallas €350. Fl-

San Pawl

4 ta’ Diċembru 2012 Chetcuti Caruana talab lill-Qorti sabiex tħassar, tirrevoka u tannulla ssentenza. Fid-19 ta’ Frar 2014, il-Qorti tal-Appell Kriminali rat il-fedina penali aġġornata tal-appellant, rat li l-aggravji huma ċari u manifesti, u wara li semgħet ix-xhieda u l-pariri miġjuba, ċaħdet l-Appell ta’ Chetcuti Caruana u kkonfermat il-ħtija tiegħu. Issa li saret ġustizzja miegħi, nemmen aktar minn qatt qabel li d-diriġenti tal-Partit Laburista fehmu ma’ min kont qed inħabbatha. Qlibt indipendenti mhux minħabba l-partit li kont nirrappreżenta iżda sabiex inkun nista’ nissalvagwardja ismi. Din kienet xi ħaġa personali lejh. Hu għamilli l-ħsara, u mhux il-Partit Laburista. Ġejt mistieden għal diversi programmi tar-radju u t-televiżjoni u anke saħansitra fuq ġurnali lokali, iżda dejjem bqajt lura u żammejt kollox fija biex ma ssirx ħsara lill-Partit. Xejn ma jibqa’ fid-dlam. Meta tkun innoċenti, is-sodisfazzjon u l-ferħ li tesprimi ruħek f’ittra bħal din tħossu doppju u ċert li l-Mostin ta’ rieda tajba ferħu miegħi meta raw li l-intenzjonijiet tiegħi ma kinux skont min ipprova jtellef jew inaqqas il-ġieħ ta’ ismi.

Ftit ilu qrajt f ’gazzetta lokali li l-Ministru Manwel Mallia, f ’diskors li għamel lill-Interpol, wissa li xi terroristi jistgħu jidħlu, jew deħlin fl-Ewropa, billi jippużaw ta’ immigranti irregolari. Dan, jien ili li bassartu meta ftit xhur ilu kont ktibt ittra fejn għedt biex noqogħdu attenti ħafna minn dawn l-immigranti li deħlin f ’pajjiżna li ma nkunux qed indaħħlu l-lifgħa f ’ħobbna, kif jgħid il-Malti. Wara li dehret din l-ittra, korrispondent li jikteb b’mod regolari f ’din ilgazzetta għoġbu jittimbrani bħala razzist u qabbel lil dawn l-immigranti ma’ San Pawl. Dan ukoll kien emigrant illegali u lqajnieh tajjeb ħafna, qal. Jien qatt ma smajt jew qrajt li San Pawl hedded lil min ma jaqlibx mar-reliġjon tiegħu li jaqtagħlu rasu! Jien, kif għedt fl-ittra oriġinali tiegħi, m’għandi xejn kontra dawn in-nies imma nafu b’ħafna stejjer fejn ilpup jippużaw ta’ ħrief biex jaslu għall-għan ta’ moħħhom.

Pawlu Agius Eks-Kunsillier, il-Mosta

Joe Grech Santa Venera

25 sena ilu f’In-Nazzjon

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kompla biż-żjara uffiċjali fil-Ġermanja tal-Punent, u fittieni jum taż-żjara kien mistenni jiltaqa’ malKanċillier Helmut Kohl. F’Bonn, mal-wasla tiegħu, Fenech Adami ntlaqa’ minn grupp ta’ tfal Maltin bil-bnadar ta’ Malta li tawh merħba mill-isbaħ fl-ajruport. Sadanittant, f’diskors waqt laqgħa fil-każin talPartit Nazzjonalista ta’ Ħal Luqa, l-Aġent Prim Ministru Guido de Marco tkellem dwar il-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin u xebbah il-libertà li kisbu lĠermaniżi tal-Lvant mal-libertà li ġġieled għaliha l-poplu Malti, sakemm akkwistaha, f’Mejju tal1987.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

12

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

X’NARA U X’NISMA’

X’Qalilna l-Għasfur Il-Villa Dalli Dan l-aħħar ħarġet fl-aħbarijiet l-aħbar li fiż-Żejtun qed tinbena jew tiġi rranġata farmhouse li diġa’ kellha problemi mal-MEPA minħabba xi kundizzjonijiet li l-istess MEPA kienet għamlet fuq din ilbinja. Meta l-ġurnalisti għamlu t-tiftix tagħhom biex jaraw isirux jafu ta’ min hi din ilfarmhouse, sabu li din hi propjeta’ ta’ ċertu Patrick Dalli li kumbinazzjoni, inzerta r-raġel tal-Ministru ta’ kollox indaqs, Helena Dalli. “Patrick Dalli,” qalilna l-għasfur, “bħal kull ċittadin ieħor, u bħal kull qarib ta’ kull Ministru, għandu dritt ikollu farmhouse, iżda la Patrick Dalli u lanqas ħadd m’għandu dritt ikun ‘il fuq mil-liġi u jagħmel li jrid.” Għax kieku kien Ġanni, Karmnu, Salvu jew Pawlu ċċittadin komuni, kieku lMEPA diġa’ waqqfitu, jekk ma marrux ukoll xi qabda pulizija u suldati jagħmlu xi xenata filpost biex iwaqqgħulu kollox. “Imma f’dal-każ, mhux hekk sar tafux!” komplielna l-għasfur, “għax meta l-ġurnalisti staqsew lil Patrick Dalli fuq din il-biċċa xogħol, bil-kalma kollha qalilhom li lanqas biss jaf li qed jitkompla xi xogħol fil-proprjeta’ tiegħu. Imbagħad tgħiduli li m’għadhomx iseħħu mirakli?” staqsiena l-għasfur. Mhux biss, iżda meta l-istess ġurnalisti marru fil-post, sabu ħaddiema jaħdmu fil-proprjeta’ ta’ Patrick Dalli, bl-inġenji ta’ kumpanija ta’ Patrick Dalli, u mbierek Alla, l-istess Patrick Dalli ma jaf b’xejn. “Dan irraġel ta’ dik il-Ministu li trid iġġib lil kulħadd indaqs tafux!” qalilna l-għasfur, “Mela Joseph il-bully se jerġa’ lura mill-kelma jew, meta qal li ‘Malta Tagħna Lkoll’? Malta tagħhom biss ġabuha. Jagħmlu li jfettlilhom mingħajr l-ebda skruplu. Mur ara,” temm jgħidilna l-għasfur, “kieku xi ħaġa simili ġrat minn xi qraba ta’ xi Ministru Nazzjonalista. Kieku xbajna nisimgħu min iħambaq għal riżenji u jekk ma ħriġniex innies fit-toroq ukoll f ’xi dimostrazzjoni jgħajtu: ‘Malta Tagħna Lkoll’ u ‘Viva lLabour’. U mbierek Alla xejn

mhu xejn, u l-Labour jibqa’ għaddej bil-missjoni qaddisa li tal-qalba jiffangaw.”

Il-Baġit Nhar it-Tnejn li għadda tħabbar il-Baġit tal-Gvern talLabour. “Biex ngħid il-verita’ kollha,” qalilna l-għasfur, “la kelli żmien insegwi fid-dettall xi ntqal, u inqas u inqas ma kont se nissaporti xi professur

tal-ekonomija jaqra għal iktar minn tliet sigħat. Iżda l-għada filgħodu ma stajtx ma nosservax u ma nismax lin-nies fittoroq jitkellmu kif intlaqtu jew ma ntlaqtux mill-baġit.” Milli jidher, il-Gvern tal-Labour iddeċieda li jgħakkes lil dik ilfaxxa ta’ nies li jissejħu “middle class”, jiġifieri lil dik ilfaxxa ta’ nies li la huma sinjuri u lanqas huma fqar. Wara kollox, naħseb li dik hi l-iktar

faxxa li tiġbor nies. “Għax meta tisma’,” qalilna l-għasfur li se jogħlew is-sigaretti, illiċenzji tal-karozzi, l-assigurazzjonijiet kollha minbarra dik fuq il-ħajja, it-taxxa fuq ilmowbajls, allura tibda tgħid, ‘Imma dawn mhux lill-akbar

numru ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin se jolqtu?’ Għax ma tridx tkun xi sinjur kbir biex ikollok karozza u mowbajl. “Imma,” komplielna l-għasfur, “fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti, tal-Labour kienu jitgħajru li għandna accountant jagħmilha ta’ Ministru. Issa llum għandna ekonomista, anzi ekonomista professur li hu qed jagħmilha ta’ Ministru. Għax ma nafx liema professur ta’

xiex trid tkun biex tindirizza dan kollu, billi tagħti żieda ta’ tmienja u ħamsin ċenteżmu filġimgħa. Jew tindirizza l-problema tat-trasport billi tgħid lil min irikkeb ħafna nies filkarozza, li se jkun inċentivat billi jgħaddi mill-bus lane.”

Din x’politika hi? Fejn hi ddirezzjoni ekonomika li se tmexxi lil pajjiżna fit-tul għassnin li ġejjin? “Iżda ma ninsewx l-aħwa,” fakkarna l-għasfur, “li dan huwa gvern taddilettanti, li kien champion biex jirbaħ l-elezzjoni, imma mbagħad m’għandux idea kif jagħti direzzjoni ekonomika lil pajjiżna. Xi ħadd qalli li Joseph il-bully, wara l-baġit qal li dan huwa baġit differenti minn tas-soltu. Il-baġit mhux kemm se traħħas jew tgħolli biss. Il-baġit ta’ gvern serju u li għandu direzzjoni għandu jkun sens ċar ta’ direzzjoni ekonomika li tmexxi lill-pajjiż ’il quddiem fosthom billi tattira investiment barrani li jirrendi impjiegi ġodda fis-settur privat.” Imma nitkellmu fid-dettall fuq il-baġit tal-professur ilġimgħa d-dieħla.

Il-Ministru Stilla Iktar ma kien jinbaħ u jħambaq il-Ministru Joe Mizzi li se jagħmel it-trasport f’pajjiżna jaħdem fuq ir-rubini, iktar qed isib intoppi. U ma tistax tiġih waħda sew. Dil-ġimgħa l-Qorti laqgħet talba ta’ mandat ta’ inibizzjoni minn konsorzju Malti li ma ntgħażilx mill-Gvern biex jipprovdi dan is-servizz. Dan ifisser li l-proċess ta’ negozjati tal-Gvern malkumpanija Spanjola Autobuses de Leon, li mis-sena d-dieħla mistennija tipprovdi s-servizz tat-trasport pubbliku f’pajjiżna, issa jinsab wieqaf. “Għax ilGvern tal-Labour,” qalilna lgħasfur, “l-ewwel ra kif ħeles mill-Arriva, u issa f’daqqa waħda ħafna għaġla biex ifittex jiffinalizza l-ftehim malkumpanija Spanjola, bil-konsegwena li l-kumpanija Maltija permezz tal-Qorti waqqfet lillGvern milli jkompli għaddej. Dan ġara wara li l-konsorzju Malti sar jaf li l-Gvern u lkumpanija Spanjola spiċċaw jitkellmu dwar ftehim ġdid u differenti minn dak li kien inkluż fis-sejħa ta’ interess.” Dak li jiġri meta jkollok Ministru stilla bħal Joe Mizzi li kien mar Madrid biex jitkellem malAutobuses de Leon, minkejja li l-Gvern qatt ma talab l-ebda kjarifika mill-kumpaniji li tefgħu s-sottomissjoni tagħhom. “U sadanittant,” qalilna l-għasfur, “kieku dik iż-żjara ma nkixfitx mill-media, kieku Joe Mizzi kien iħalliha moħbija wkoll millpoplu. Għax hekk jaf jagħmel Gvern tad-dilettanti u tal-ħabi. L-aqwa li ngħajtu kemm Malta hi tagħna lkoll, kemm għandna gvern li jisma’ u kemm għandna Prim Ministru cool li jmexxi bi stil ta’ politika differenti.”


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

L-ISIS isaħħaħ l-għeruq fil-pajjiż IL-LIBJA

Rapporti li ħerġin mil-Libja qed jindikaw li l-militanti Iżlamiċi tal-ISIS qed isaħħu lpreżenza tagħhom f’dak ilpajjiż. Il-bażi ewlenija tagħhom hi f’Derna, fejn ftit tal-ġimgħat ilu ddikjaraw kalifat u ngħata l-isem Wilayat Derna, il-provinċja ta’ Derna. Issa jidher li l-ISIS kiseb preżenza tul il-kosta kollha talLibja minn Tripli fil-Punent sa Derna fil-Lvant, u tul il-fruntiera mal-Eġittu. Barra minn hekk, hu mifhum li l-ISIS stabbilixxa bażijiet f’Bayda, Bengażi, Sirte, alKhums u Tripli. Sorsi qalu li llum il-ġurnata Derna tixbah ħafna lil Raqqa fis-

Sirja, fejn hemm il-kwartieri ġenerali tal-ISIS. Intqal li f’Derna hemm madwar 800 ġellied tal-ISIS u dawn issa ħolqu kampijiet ta’ taħriġ għal militanti kemm mil-Libja kif ukoll minn pajjiżi oħra. Intqal li sa fejn hu magħruf, madwar 300 Libjan irritornaw fil-pajjiż wara li ġġieldu fl-Iraq u s-Sirja.

Il-fergħa tal-ISIS f’Derna hi magħrufa bħala ‘Barqa’, li kien l-isem tar-reġjun fil-Lvant meta post l-Imperu Ruman ittieħed mit-tmexxija Iżlamika. F’kummenti lis-CNN dwar issitwazzjoni fil-Libja, Aaron Zelin, mill-Washington Institute of Near East Policy, qal li se jkun diffiċli ħafna li wieħed iwaqqaf lill-ISIS milli jrabbi lgħeruq fil-Libja. Fil-fatt, fuq il-media soċjali diġà hemm ħafna diskors dwar x’isem se tingħata l-Libja ladarba jieħdu l-kontroll kollu talpajjiż. Apparti l-ISIS huma attivi diversi gruppi ta’ militanti Iżlamiċi oħra fosthom l-Ansar al-Sharia.

vjaġġ tagħhom biex jingħaqdu mal-ISIS. Żewġ Awstrijaċi, ta’ 15 u 17-il sena, marru s-Sirja f’April u qed ikun rappurtat li waħda minnhom inqatlet. Aicha ħalliet l-Olanda fi Frar meta żżewġet lil Omar Yilmaz, ġiħadista Olandiż-Tork li xi darba kien membru fil-militar Olandiż. Wara li l-pulizija kienet avżata dwar il-pjani tagħha li ssiefer lejn is-Sirja, il-passaport ta’ Aicha nżamm iżda hi, minflok, użat il-karta tal-identità. Yilmaz qal lil ġurnalista tal-

BBC nhar l-Erbgħa li hu kien iżżewweġ lit-tfajla Olandiża wara li ġellied ieħor li hi kienet se tiżżewġu, inqatel fil-ġlied. Iżda ż-żwieġ ma ħadimx u nfirdu. Monique siefret lejn it-Turkija f’Ottubru f’attentat biex iġġib lura lil bintha iżda falliet malfruntiera. Il-ġimgħa li għaddiet, wara talba għall-għajnuna mittifla tagħha, Monique marret lura, kontra l-parir tal-pulizija, u vvjaġġat lejn Raqqa – is-sit talkalifat tal-ISIS. Hi sabet lit-tifla tagħha u ħaditha lura t-Turkija.

Omm Olandiża ssalva lit-tifla tagħha mill-qilla tal-ISIS IT-TURKIJA

Omma Olandiża waslet mattifla tagħha fit-Turkija, wara vjaġġ perikoluż fis-Sirja biex ġabitha lura mill-ISIS f’Raqqa. L-omm, Moniqie, l-ewwel marret it-Turkija f’Ottubru, xhur wara li t-tifla tagħha Aicha vvjaġġat lejn is-Sirja biex tiżżewweġ Iżlamiku OlandiżTork. L-omm u l-bint qed jinżammu mal-fruntiera Torka u qed jittamaw li jmorru d-dar fi żmien qasir. Aicha, li għandha 19-il sena, hi waħda minn numru ta’ bniet adolexxenti u tfajliet li għamlu l-

13

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

Id-dimostranti jagħtu s-salt fil-bini tal-gvern HONG KONG

Irrenjat it-tensjoni fost ilprotesti favur id-demokrazija, li ħakmu lil Hong Kong għal kważi xahrejn, hekk kif grupp żgħir ta’ attivisti ġġieldu kontra l-pulizija waqt li ppruvaw jidħlu fil-bini tal-gvern nhar l-Erbgħa. Il-Pulizija arrestat sitt persuni u avżat li kienu se jsiru aktar arresti. Il-ġlied seħħ sigħat wara li l-awtoritajiet infurzaw ordni tal-qorti biex tneħħew xi barrikati minn sezzjoni żgħira ta’ sit fil-qrib okkupat minn attivisti favur id-demokrazija. Il-ġlied qajjem aktar frustrazzjoni hekk kif il-protesti, li qed

jitolbu għal elezzjonijiet ħielsa fit-territorju semiawtonomu taċĊina, qed ikomplu wara aktar minn 50 jum filwaqt li m’hemm ebda sinjal li se jieqfu. Il-mexxejja tal-protesti qed jitbiegħdu mill-vjolenza u jikkundannawha. Milli jidher, din ilvjolenza ġiet instigata minn forum fuq l-internet magħruf biex jiġbed l-attenzjoni ta’ min għandu ħsibijiet radikali. Iżda lmexxejja tal-protesti qed jitfgħu t-tort ukoll fuq il-Gvern ta’ Hong Kong talli ġiegħel lid-dimostranti jirrabjaw għax naqas milli jwieġeb għat-talbiet tagħhom.


www.maltarightnow.com

14

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Qatilha qabel ma ħadet sehem f’Miss World IL-ĦONDURAS

L-għarus ta’ oħt Miss Honduras kien arrestat dwar suspett li ħataf u qatel lir-reġina tassbuħija u lil oħtha wara li l-koppja għebet jiem biss qabel ilkonkors Miss World f’Londra. Jidher li Plutarco Antonio Ruiz kien arrestat u hu s-suspettat ewlieni fil-qtil tat-tfajla tiegħu Sofia Trinidad ta’ 23 sena, flimkien ma’ oħtha Miss Honduras, Maria Jose Alvarado ta’ 19-il sena. Iż-żewġ tfajliet għebu nhar ilĦamis ’il barra mill-belt ta’ Santa Barbara fit-Tramuntana tal-pajjiż wara festin fi stabbiliment lokali, jiem biss qabel ma Alvarado kellha tivvjaġġa lejn Londra biex tikkompeti fil-konkors ta’ Miss World. Matul l-arrest ta’ Plutarco, ilpulizija wkoll ħadet pistola u żewġ vetturi bit-tama li dawn jipprovdu ħjiel dwar l-għajbien tattfajliet. Maria Jose Alvarado, Miss Honduras, dehret l-aħħar dieħla f’vettura wara festin f’Santa Barbara fil-Punent tal-pajjiż. Ilkaż qajjem tensjoni f’dan ilpajjiż fl-Amerika Ċentrali li hu magħruf għall-vjolenza. San Pedro Sula, aktar minn 30 mil ’il bogħod minn Santa Barbara, hi l-kapitali għall-qtil fid-dinja b’aktar minn 1,200 omiċidju kull sena fost kważi popolazzjoni ta’ miljun abitant. Jose Coello, kelliem għall-

Miss Honduras, Maria Jose Alvarado

pulizija, qal li l-uffiċjali kienu qed jagħmlu tfittxija fil-widien u l-muntanji qrib il-fruntiera malGwatemala biex jippruvaw isibu xi traċċa tal-aħwa bniet. Rolando Argueta, il-Kap Prosekutur qal li l-investigaturi kienu qed jinvestigaw it-telefonati li għamlu l-aħwa bniet sabiex jinstabu xi traċċi. Ir-rata ta’ qtil f’San Pedro Sula hi ta’ 169 għal kull 100,000 persuna u din tegħleb kull rata flIstati Uniti jew fi bliet kbar bħal Lagos jew Sao Paolo. Mill-inqas tliet omiċidji jkunu rappurtati kuljum fil-Ħonduras, li hu pajjiż rinomat mal-esportazzjoni tal-kafè, il-maġġoranza tagħhom f’idejn gruppi kriminali perikolużi ħafna u traffikanti taddroga li jaħdmu liberament f’zona bla ebda ordni, fil-faqar u

IL-ĠERMANJA: Silġ fuq tabella li twissi li f’dak il-post hemm is-silġ. Din tinsab fuq il-muntanja Brocken qrib Schierke. Il-post ilbieraħ kien l-aktar wieħed kiesaħ fil-Ġermanja b’temperatura ta’ -5 grad Celsius (Ritratt: EPA)

Kontroll fuq attivitajiet li qed idejqu lir-residenti SPANJA

Tossa de Mar, zona turistika li tinsab f’Costa Brava fir-reġjun ta’ Catalonia, tiftaħar bi xtajtiet sbieħ, stabbilimenti tal-ikel qrib il-baħar u belt antika kollha ħitan. Iżda dehra komuni li qed tiżdied hi dik ta’ turisti fis-sakra jew libsin indiċenti jiċċelebraw waqt festini għal xi persuni li jkunu se jiżżewġu. L-awtoritajiet tal-belt qed jikkontrollaw tali attivitajiet, tant li mhux qed jagħtu permess biex dawn l-attivitajiet isiru f’Awwissu filwaqt li jkun hemm

regolamenti stretti dwarhom matul il-kumplament tas-sena. “Dawn jiġu hawn u jagħmlu li jridu. Ma jistax ikun,” qalet issindku, Gisela Saladich Pares. L-awtoritajiet ftit li xejn jistgħu jagħmlu dwar gruppi ta’ individwi li jżuru Tossa de Mar biex jiċċelebraw attivitajiet lejlet xi żwieġ, iżda r-regolamenti ġodda qed jolqtu liż-żieda dejjem tikber ta’ min jippjana l-festini li jinkludu attivitajiet li jvarjaw minn vjaġġi qosra fuq il-baħar fejn ikun servut ħafna alkoħol,

kif ukoll ġlied bil-paintball jew treasure hunts. Minn issa ’l quddiem, dawk li jippjanaw xi festin iridu japplikaw għal permess annwali, u jipprovdu lill-pulizija bi skeda dettaljata għal kull serata li jippromwovu flimkien man-numru ta’ parteċipanti. L-organizzaturi ta’ xi festini li jingħataw permess mingħajr l-awtorizzazzjoni adegwata jirriskjaw li toħorġilhom xi ċitazzjoni jew inkella li jingħalqilhom il-post millpulizija.


www.maltarightnow.com

15

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

IL-KOREA T’ISFEL: Mument mill-eżerċizzji militari li qed isiru għall-possibbiltà ta’ attakk mill-Korea ta’ Fuq. Din il-ħidma hi mlaqqma ‘Hoguk’ u qed jieħdu sehem fiha 330,000 suldat (Ritratt: EPA)

Hemm il-probabbiltà li jitfaċċaw każi ta’ persuni infettati bil-bird flu IR-RENJU UNIT

Espert ewlieni dwar is-saħħa stqarr li “hemm probabbiltà li jkun hemm nies infettati bil-bird flu” wara li feġġet il-marda f’Yorkshire – minkejja li l-marda qatt ma laqtet lin-nies qabel. Elizabeth Mumford, millOrganizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) avżat li l-virus hu wieħed dubjuż hekk kif il-gvern ikkonferma li hu mill-H5N8 li nstab fil-Ġermanja u fl-Olanda. 6,000 papra bajda tat-tip Pekin bdew jinqatlu f’razzett f’Nafferton fil-Lvant ta’ Yorkshire lbieraħ, u sa 15,000 bajda qed ikunu ttestjati f’sit ieħor xi 50 mil ’il bogħod. Elizabeth Mumford, li hi xjenzjata mal-Programm Dinji dwar l-Influwenza fi ħdan il-WHO, qalet li hi ma tarax għaliex innies ma jkunux effettwati fissens li “jekk il-marda qed tiċċirkola bl-aktar mod wiesa’, m’hemm ebda raġuni għaliex wieħed ma jarax każi li jinvolvu lin-nies”. Hi u titkellem dwar il-bird flu fil-Ġermanja, fl-Olanda u firRenju Unit, Elizabeth Mumford qalet li jista’ jkun hemm xi ftit każi ’l hawn u ’l hemm filwaqt li żiedet li “aħna nemmnu li kull darba li n-nies ikunu f’kuntatt dirett mat-tjur, hemm il-possibbiltà li l-marda tkun trażmessa għan-nies”. Mitluba tgħid jekk humiex se jkunu infettati aktar popolazzjonijiet ta’ għasafar, hi żiedet:

“Assolutament li iva, nista’ ngħid.” Din hi l-ewwel darba li espert stqarr li l-virus H5N8 jista’ jgħaddi għal għand in-nies. Dan wara li l-ogħla xjenzjati, fosthom il-kap veterinarju u l-Public Health England saħqu għal aktar minn darba li r-riskju ta’ trażmissjoni għan-nies hu negliġibbli. Mumford qalet li testijiet ġenetiċi juru li l-virus H5N8 “se jibqa’ virus tat-tjur” u anki jekk persuna tkun infettata, il-marda ma titteħidx. Madankollu, hi qalet: “l-ewwel ħaġa li ngħid hi li viruses tat-tjur huma dubjużi. Dik hi l-limitazzjoni talinfluwenza.” Linda Klavinskis, speċjalista f’King’s College f’Londra, żiedet: “Ir-riskju għan-nies hu dejjem possibbiltà minħabba ttjur effettwati, iżda fl-opinjoni tiegħi ċ-ċansijiet huma minimi.” Sadattant, sit ieħor se jkun ittestjat għall-virus, hekk kif 14,000 bajda ittieħdu fl-inkubatur u b’hekk ir-razzett twaqqaf milli jkompli jaħdem għal ġimagħtejn. Din l-ammissjoni ġiet minnaħa ta’ Cherry Valley, is-sid tażżewġ siti u l-akbar kumpanija li tipprovdi ikliet mil-laħam talpapri lil Tesco, M&S, Lidl u Aldi. Il-provvista ħalliet Nafferton fil-5 ta’ Novembru, li jfisser li lbajd diġà jinsab fl-inkubaturi lest għat-tfaqqis.

Lura fis-sinagoga wara l-attakk IŻRAEL

Ċittadini Lhud reġgħu lura jagħtu qima fis-sinagoga f’Ġerusalemm li nhar it-Tlieta kienet fiċ-ċentru tal-aktar attakk imdemmi fil-belt f’dawn l-aħħar snin. Il-Lhud attendew it-talb ta’ filgħodu, fost aktar sigurtà millawtoritajiet Iżraeljani madwar ilbelt. Fil-fatt, in-nies marru fissinagoga Bnei Torah Kehilat Yaakov ilbieraħ filgħodu, hekk kif gwardjan tas-sigurtà qagħad quddiem l-entratura. Raġel li kien dieħel fil-maqdes stqarr li l-attakk wera li “l-futur tal-Iżraeljani f’din id-dinja jiddependi minn Alla”. Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu wiegħed li jirbaħ “il-

battalja għal Ġerusalemm” u li “jsiru l-kontijiet ma’ kull terrorista” li jattakka lil Iżrael. F’Ġerusalemm kien hemm ġimgħat ta’ vjolenza, l-aktar minħabba tensjoni li rrenjat dwar sit qaddis. Truppi Iżraeljani qerdu d-dar ta’ raġel Palestinjan li qatel mara u tarbija billi baqa’ dieħel bilkarozza f’waqfa għat-tramm f’Ġerusalemm fit-22 ta’ Ottubru. Ir-raġel, Abdel-Rahman Shaloudi, kien Palestinjan minn Silwan, fil-Lvant ta’ Ġerusalemm. Ir-raġel inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar mill-pulizija hekk kif ipprova jaħrab mixxena tal-qtil u miet kawża talġrieħi li ġarrab fl-isptar.

Sadattant il-Partit Nazzjonalista kkundanna bilqawwa kollha l-attakki li saru flaħħar sigħat f’sinagoga f’Ġerusalemm. Carm Mifsud Bonnici, ilKelliem tal-Oppożizzjoni għallAffarijiet Barranin stqarr li dan kien każ gravissimu li jkompli ma’ diversi każi oħrajn li seħħew f’dawn l-aħħar jiem. Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li b’attakki bħal dawn mhux se tinstab il-paċi, iżda se jiżdiedu lkumplikazzjonijiet għall-possibbiltà ta’ stabbiltà. Il-PN jemmen li l-paċi dejjiema tista’ tintlaħaq, u għalhekk se jibqa’ jagħti ssehem politiku tiegħu biex dan iseħħ.


www.maltarightnow.com

16

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Suspetti ta’ qtil bi tpattija għall-arrest ta’ kannibalu IR-RUSSJA

Hemm suspetti li tfajla li nqatlet brutalment aktarx għandha rabta mal-każ tal-kannibalu Russu Andrei Chikatilo. Il-vittma hi bint l-uffiċjal talPulizija Russu li kien mexxa linvestigazzjoni li wasslet għallarrest ta’ Chikatilo – meqjus bħala wieħed mill-agħar serial killers fid-dinja. Il-katavru ta’ Maria Glinka, ta’ 19-il sena, instab marbut. Hi kienet għarwiena, b’borża ma’ rasha u nstabet jumejn wara li għebet f’Novogorod, fil-Punent tar-Russja. Dan ġara wara li infurmat lill-ħbieb tagħha li kienet sejra tiltaqa’ ma’ xi ħadd. Missierha, Vladimir Glinka, ta’ 59 sena, kellu rwol ewlieni

Andrei Chikatilo

fil-każ ta’ Chikatilo li bejn l1978 u l-1990 kien responsabbli għal 50 każ ta’ qtil brutali. Fil-

maġġoranza tagħhom, il-vittmi tiegħu kienu nisa li kien ibiċċirhom bl-aktar mod brutali u jiekol partijiet minnhom. Hu kien arrestat fl-1990 minn Glinka wara li waqqfu qrib ilpost fejn kien qatel lill-aħħar vittma tiegħu. Hu eventwalment ammetta lqtil ta’ 56 persuna għalkemm ilPulizija setgħu jsibu l-provi għal 36 każ biss. Fl-1994, meta kellu 58 sena, hu kien ingħata l-piena tal-mewt. Il-Pulizija qalu li minħabba lmod kif instab il-katavru u minħabba l-passat ta’ missierha, huma mhux qed jeskludu rabta mal-każ ta’ Chikatilo, għalkemm s’issa m’hemm xejn konkret.

IT-TAJWAN: Dik li hi l-akbar siġra tal-Milied fit-Tajwan, f’Banciao. Is-siġra għolja 36 metru u fiha 100,000 bozza LED li jistgħu juru 256 kulur (Ritratt: EPA)

Il-Papa se jbigħ ir-rigali li ngħata b’risq il-karità IL-VATIKAN

Bħala parti mill-ħidma kontinwa tiegħu li jwarrab il-lussu u jgħin lil min hu fil-bżonn, ilPapa Franġisku se jbigħ ir-rigali differenti li ngħata mill-kapijiet tal-istat u minn xi personalitajiet. Dan se jsir permezz ta’ lotterija u l-ewwel premju hu Fiat Panda. Għall-kumplament, hemm sensiela ta’ premjijiet li jinkludu magni tal-kafè, kameras, arloġġi u anki żraben. Ħafna minn dawn l-affarijiet, avolja huma affarijiet li wieħed isib fil-ħwienet, ikunu ftit differenti peress li jkunu ngħataw lillPapa mis-sidien tal-fabbriki li jipproduċuhom. Kull biljett jiswa għaxar ewro u d-dħul se jmur għall-karità. Ittlugħ se jsir fit-8 ta’ Jannar. Ilbiljetti jistgħu jinxtraw milluffiċini tal-posta u l-mużew talVatikan. L-iskop hu li dan ikun parti minn sforz biex dawk ir-rigali li m’għandhom ebda użu għallPapa, ma jinħlewx u jintużaw biex jgħinu lil dawk fi bżonn.

Il-premjijiet ivarjaw minn karozza għal magna tal-kafè Il-Papa Franġisku kien stqarr li l-fidi Nisranija titkejjel b’kemmil darba wieħed ipoġġi jdejh filbut biex jgħin lill-oħrajn. Hu qal li ma kienx biżżejjed li wieħed imur il-quddies u jgħix ħajja bla dnub. Hu spiss ħeġġeġ biex il-Knisja Kattolika tkun il-Knisja tal-fqar u fil-fatt hu rrinunzja għallappartament fil-Vatikan kif ukoll għal karozza lussuża għal meta jivvjaġġa. Din tal-finanzi tal-Knisja hi xi ħaġa għal qalb il-Papa u dan laħħar hu beda riforma fil-finanzi tal-Vatikan biex dawn ikunu aktar effiċjenti u aktar flus ikunu allokati lill-karità.


www.maltarightnow.com

FEATURE

Iż-żjara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista lill-produtturi Għawdxin

17

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

Akkumpanjat mid-Deputati Għawdxin Giovanna Debono u Frederick Azzopardi, kif ukoll mill-kandidati għall-elezzjoni ġenerali Kevin Cutajar u Ryan Mercieca, il-Kap tal-Oppożizzjoni fisser lill-produtturi li joperaw minn Gozitano bħala eżempju ta’ kif l-intrapriżi Għawdxin joperaw fuq skala żgħira u hu għalhekk li l-Oppożizzjoni qed tappella lill-Gvern biex jinċentiva u jgħin lis-suq privat. Simon Busuttil fisser kif wieħed mill-inċentivi li jsaħħu l-kummerċ bejn Malta u Għawdex hu l-link permanenti bejn iż-żewġ gżejjer. Gvern Nazzjonalista kien beda studju dwar il-possibbiltà ta’ dan il-proġett, iżda sal-lum għadu ma sar xejn.


www.maltarightnow.com

18

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

MADWARNA

Jirbħu l-Premju Letterarju Żgħażagħ 2013-2014

Pierre J. Mejlak jingħata l-Premju tal-UE għal-Letteratura Fil-jiem li għaddew, il-kittieb Għawdxi, Pierre J. Mejlak ingħata l-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura f'ċerimonja fi Brussell wara li xxahar li għadda tħabbar bħala rebbieħ bil-ktieb tiegħu intitolat ‘Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid'. Il-premju kien ippreżentat lilu mill-Kummissarju Ewropew, Tibor Navracsics li dan l-aħħar

ħa r-responsabbiltà għallEdukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport fil-preżenza tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici li attenda għall-premjazzjoni. Din hija t-tieni darba li Malta rebħet il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura wara li l-kittieb Immanuel Mifsud

kiseb dan is-suċċess fl-2011 bix-xogħol tiegħu ‘Fl-Isem talMissier (u tal-Iben)’. Pierre J. Mejlak kiteb diversi xogħlijiet għat-tfal, novelli għall-adolexxenti u żewġ kollezzjonijiet ta’ stejjer qosra. Hu rebaħ darbtejn il-Premju Malti għall-Ġurnaliżmu u kien ukoll, fost oħrajn, korrispondent mal-BBC.

Din is-sena kienu 13 l-awturi Ewropej li kienu ppremjati. Il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura huwa l-uniku premju internazzjonali ta’ din ix-xorta. L-Unjoni Ewropea hija wkoll determinata li tgħin fit-traduzzjoni ta’ xogħlijiet letterarji ġodda permezz tal-programm Creative Europe.

Nhar il-Ħadd, 16 ta’ Novembru fis-Sala Sagra Infermeria fid-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi, saret iċ-ċerimonja tal-għoti talpremjijiet lir-rebbieħa talKonkors Letteratura għażŻgħażagħ li kien organizzat millKunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ. Iż-żewġ rebbieħa tal-konkors minn fost it-tmien manuskritti sottomessi kienu Stephen Lughermo bir-rumanz 'X’aħna Smart' li ġie kklassifikat l-ewwel u Leanne Ellul bir-rumanz 'Gramma'. Huma kienu ppreżentati bi trofew simboliku, €1,000 fi flus u ċertifikat. Din is-sena għall-ewwel darba kif ħabbar fid-diskors tiegħu Mark Camilleri, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, dawn ir-rebbieħa se jintbagħtu jattendu workshops fejn se jkunu jistgħu jkattru aktar il-ħiliet tagħhom fil-kitba. Fid-diskors tagħha, Miriam Teuma, il-Kap Eżekuttiv Aġenzija Żgħażagħ, qalet li kmieni s-sena d-dieħla se jerġa’ jiġi mniedi dan il-konkors li se jkun inizjattiva biex kittieba emerġenti jkollhom iċ-ċans isibu għarfien għall-kitbiet tagħhom. Iż-żewġ manuskritti rebbieħa se jkunu ppubblikati minn pubblikaturi li jintgħażlu wara sejħa ta’ espressjoni ta’ interess filGazzetta tal-Gvern u gazzetti lokali. Matul iċ-ċerimonja nqraw siltiet mir-rumanzi rebbieħa.

Id-dramm ‘Doubt’ fit-Teatru Astra

Festival Mediterranea 2014 se jintemm fi tmiem il-ġimgħa li ġej bil-preżentazzjoni ta’ dramm ‘Doubt’ ta’ John Patrick Shanley. Id-dramm se jsir fit-Teatru Astra nhar is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta’ Novembru, fis-7pm. Id-dramm ‘Doubt’ sar għallewwel darba fl-2004 u tnieda filManhattan Theatre Club flAmerika. Id-dramm sar 525 darba u rebaħ bosta premjijiet prestiġjużi. Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ bil-prezz ta’ €5 u jinxtraw mill-Bar tat-Teatru Astra. Aktar informazzjoni ’ tinkiseb billi ċċemplu 21550985 jew minn info@mediterranea.com.mt.


www.maltarightnow.com

19

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

OPINJONI

Baġit tal-Ħama f’Wied iż-Żurrieq

Il-prezz taż-żejt naqas bi tlieta u tletin fil-mija – 33% – u se jkompli jonqos. Iva, qrajtu tajjeb, iż-żejt raħas b’terz u jidher li ż-żurżieqa ’l isfel għadha nieżla

Il-baġit għas-sena 2015 hu lBaġit tal-Ħama. Baġit li witta żurżieqa wiesgħa u dritta bħal tad-dgħajjes biex Malta tħaffef tiżloq ġol-baħar qawwi ta’ maltemp finanzjarju, tegħreq bħaċċomb sal-qiegħ, togħdos ġolħama sewdieni u tifga u tistordi bl-intiena. Dal-baġit li se jibqa’ mfakkar mhux biss għax il-moħħ ħażin li ħolmu tana viżjoni bla sugu u vojta, imma fuq kollox għax qed jisirqek f’wiċċek u se jħawlek filħama. Ma fih ebda viżjoni jew direzzjoni ċara fejn irid jimxi lpajjiż. Ħafna diskors fit-tul imma sustanza xejn. Imbagħad joqgħod jidħollok fid-dettall dwar bini ta’ taraġ f’Wied iż-Żurrieq! Forsi għax irid imur jogħdos għall-bastiment Libjan Um El Faroud taħt l-ilmijiet kollhom satra u stejjer u seħer tal-qiegħ. Il-verità u s-sinċerità jitilgħu

f’wiċċ l-ilma mill-qiegħ tal-ħama iswed mimli mostri u dlam. Ilverità hi li dan hu baġit li fih ilGvern li kien qed jisirqek f’wiċċek se jibqa’ jisolħok ħaj għal sena oħra. Is-serq lanqas hu sfaċċat. Mhuwiex bħal ta’ dak ilġurdien xiħ li gerrem toqba ċkejkna u waqgħet żerriegħa waħda tal-qamħ u għax kuntent b’dik ilwaħda, ma għawwarx toqba ikbar. Billi rgħib u żaqqieq, b’għajnejh ikbar minn żaqqu, ittoqba tas-serq kabbarha biex jakkwista aktar sakemm ir-raħħal intebaħ li l-qamħ qed jonqos ġmielu u mbagħad lill-ġurdien ħalliel nasablu n-nassa. Eżempju wieħed ta’ kemm ilGvern qed jisirqek hu l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel. Illum kważi kulħadd jaf jużah l-internet. Fittxu u qallbu siti prestiġjużi bħal tal-Financial Times u lBloomberg, u taraw kif il-prezz

Ivan Bartolo

ivanbartolo15@gmail.com

taż-żejt stabat ’l isfel. Raħas b’mod tal-għaġeb u t-tbassir hu li fis-sena 2015 se jkompli jinżel aktar ’l isfel. Mhux se noqgħod nidħol kif u x’fatta, għala u mhux għala ġara dan, għax ir-raġunijiet huma mħallta. Hemm min isemmi li d-domanda naqset mentri lproduzzjoni għadha għolja, min

jgħid minħabba li l-Għarab qed jibżgħu mill-fracking li bih lIstati Uniti mhix se tibqa’ tiddependi mid-deheb l-iswed talGolf, min jgħid li biex jitkisser Vladimir Putin għax saħħet irRussja tistrieħ fuq ir-riservi kbar ta’ żejt u gass li għandha fisSiberja, u min jgħid li bħalma kienu bagħbsu fil-prezzijiet taddeheb, l-għoli fil-prezz taż-żejt kien biss qerq tal-ispekulaturi u għalhekk issa tranġa l-prezz skont kif inhu. Fatt wieħed jibqa’: il-prezz taż-żejt naqas bi tlieta u tletin fil-mija – 33% – u se jkompli jonqos. Iva, qrajtu tajjeb, iżżejt raħas b’terz u jidher li żżurżieqa ’l isfel għadha nieżla. Imbagħad jiġi l-Ministru talEkonomija Malti u jgħidilna li mill-1 ta’ Jannar il-petrol se jorħos b’żewġ ċenteżmi u ddiesel b’wieħed biss. Ċenteżmu tafux, li hu inqas minn ħames

milleżmi tal-Lira Maltija l-qadima. Dan hu s-serq f’wiċċek. Dan hu l-gideb imlibbes libsa qarrieqa ta’ serjetà. Dan hu l-ġelu abjad ta’ kejk imnawwar. Dan hu l-ħama iswed jinten li għax qiegħed taħt il-baħar, ma xxommux. Hemm biżibilju aktar affarijiet fuqiex tista’ tikteb dwar dan ilBaġit tal-Ħama imma għażilt dan l-argument għaliex jispikka. IlGvern qed jisirqek f’wiċċek biex jibqa’ jissussidja l-kappriċċi ta’ min qed jerda’? Tafu hux kemm daħħal nies miegħu żejda jaħdmu impjiegi għalxejn? Dawn irid jibqa’ jagħlifhom minn fuq dahrek u dahri. Jekk ikun hemm żbilanċ, ittih rasu, mhux għax ilkaxxa ta’ Malta tfalli, iżda għax dawn kif se jibqgħu jpappuha? Sadattant, is-serq jibqa’ għaddej u nkomplu ngħoddsu f’ħama aktar fond u aktar iswed. Alla jeħlisna minn dan id-dlam ta’ dejjem.


www.maltarightnow.com

20

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

MAPS TO THE STARS

Parodija tal-ġenn għas-suċċess f’Hollywood

ĊINEKRITIKA

Direzzjoni: David Cronenberg; Ħin: 112-il minuta; Ċert.:18; KRS

Ir-reġista Cronenberg darriena b’films mhux tas-soltu fejn jipprova jixxokkja, jew sempliċement jurta s-sensibbilità ta’ dak li jkun b’ċerta doża ta’ vjolenza psikoloġika, imma anki fiżika. L-aktar li jiġini f’moħħi bħalissa huwa l-film Crash ta’ xi ħmistax jew tmintax-il sena ilu, u aktar riċenti History of Violence, ismu miegħu. Jasal din ilġimgħa dan il-film wara li aktar kmieni din is-sena kkompeta fil-Festival ta’ Cannes u ntwera f’diversi pajjiżi oħra Ewropej, iżda li aħna qed narawh issa flimkien mal-Ingliżi u lAmerikani, fost oħrajn. Biex ngħidha kif inhi, xejn ma jiddispjaċini li ma rajniehx qabel dawk li attendew il-festival Franċiż u l-udjenzi f’xi ħames pajjiżi oħra. Huwa ħarsa xejn sabiħa lejn il-ħajja bogħod mit-tlellix f’Hollywood, u dak li jwassal il-ġenn għas-suċċess f’dik il-mekka taċ-ċinema. Imma Cronenberg, biex wassal dan kollu, kisser kull tabu’,

ibda minn dawk soċjali, sesswali, brutali, sa dawk li għandhom x’jaqsmu mal-ħmieġ li jneħħi l-bniedem minn ġismu! Huwa film negattiv, pessimist għall-aħħar bi ftit jew xejn xi jsalvah, hekk kif familja f’Hollywood tispiċċa f’konfużjoni sħiħa bil-wasla ta’ bint li kienet tbiegħdet żmien qabel wara inċident traġiku, suspettata li wettqitu hi. Kollox jibda bi tfajla rqiqa, kważi anoressika, miġbura qaqoċċa fuq seat ta’ coach fi triqitha lejn Hollywood, bħalma ħafna tfajliet irqaq għamlu qabilha, imma din, Agatha (Mia Wasikowska) ikollha ġisimha kollu mgħotti bi lbies skur, anki dirgħajha u l-pali ta’ jdejha, għajr wiċċha li fuq naħa minnu jidhru xi feriti. Din jidher li marret hemm biex tgħin lill-attriċi Carrie Fisher, għall-inqas hekk tgħid lil sewwieq ta’ limousine, Jerome (Robert Pattinson) li jwassalha, u li aktar tard ikollu x’jaqsam magħha.

Havana (Julianne Moore) waqt sessjoni xejn normali tal-guru Weiss (John Cusack) f’Maps to the Stars

Imma mbagħad Agatha tibda taħdem bħala assistenta ta’ attriċi oħra, Havana (Julianne Moore) kemxejn imħawda u fi kriżi filkarriera, taħt il-kura anki abbużi-

va tal-guru Weiss (John Cusack) li nsiru nafu li ma kien ħadd għajr missier Agatha. Niltaqgħu wkoll ma’ ħuha Benjie (Evan Bird) mhux nor-

ALEXANDER AND THE TERRIBLE HORRIBLE NO GOOD VERY BAD DAY

Kummiedja ħafifa u banali għaż-żgħar

mali għalkollox li però ommu, fi kriżi wkoll, kienet qed tirsistilu biex ikompli fil-karriera, u ma ndumux ma nsiru nafu s-sigrieti kollha ta’ din il-familja konfuża.

Direzzjoni: Miguel Arteta; Ħin: 81 minuta; Ċert.: PG; KRS

Dan huwa wieħed minn dawk il-films li fihom kollox imur ħażin sakemm min ikun kiteb liskript jiddeċiedi li jħenn għallkarattri u bil-mod iġedded ilbilanċ fil-ħajja ta’ familja li normalment tkun waħda hienja. Kollox jibda meta t-tfajjel Alexander (Ed Oxenbould) ikun wasal biex jagħlaq 12-il sena. Iżda li fl-istess jum tiegħu jkun se jagħlaq sninu tfajjel ieħor popolari, minn familja sinjura, li kien se jagħmel festin kbir (u għalhekk sħabu kienu se jippreferu lfestin tiegħu), filwaqt li l-membri tal-familja ta’ Alexander kienu mħabbtin bix-xogħol jew kellhom impenji oħra u ma kienx se jkollhom ċans jorganizzawlu lfestin jew jattendu. Għalhekk, biex iġegħilhom iħossu dak li jħoss hu f’ġurnata terribbli, jagħmel magħmul lillfamilja kollha biex f’għeluq sninu, il-membri tal-familja kollha jmurilhom kollox ħażin. Hekk jiġri. Missieru Ben (Steve Carell) ikollu jieħu t-tarbija waqt interview importanti għal xogħol (hu jinsab qiegħed); ommu Kelly (Jennifer Garner) tiffaċċja theddida serja għal pro-

mozzjoni fuq ix-xogħol, ħuh adolexxenti Anthony (Dylan Minnette) jara l-pjan tiegħu li jieħu lin-namrata tiegħu għal prom-ball sfrattat, u oħtu Emily (Kerris Dorsey) timbokka riħ nobis proprju dakinhar li kellha tirreċta parti importanti f’reċta tal-iskola. M’hemmx mument wieħed kredibbli f’dan ir-rakkont hekk kif impossibbli jseħħu dawn it“traġedji” kollha f’daqqa lil familja waħda. Infatti, din hija kummiedja banali kemm trid imma ħafifa li għandha tinżel tajjeb maż-żgħar, filwaqt li l-kbar probabbli japprezzaw mumenti ta’ umoriżmu intelliġenti, għalkemm forsi m’hemmx biżżejjed minnhom. Carell u Garner jagħmlu li jistgħu bil-karattri tagħhom, filwaqt li Oxenbould jirriżulta iblah biżżejjed li jista’ jnissel ċerta simpatija fl-udjenza, għalkemm daqsxejn fidil iżżejjed meta jemmen li l-problemi soċjali tiegħu isolvihom billi jkollu festin kbir f’għeluq sninu. Imma mbagħad wieħed jirrealizza li ħadd minn dawk li kellhom x’jaqsmu malfilm ma ħadu bis-serjetà.

Ben (Steve Carell), martu Kelly (Jennifer Garner) ma’ Alex (Ed Oxenbould) u oħtu Emily (Kerris Dorsey) f’Alexander And The Terrible Horrible No Good Very Bad Day


www.maltarightnow.com

21

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

ĊINEKRITIKA

minn Joe Calleja - jocal@me.com

HUNGER GAMES: MOCKINGJAY – PART 1

Mil-logħob għal rivoluzzjoni u gwerra Direzzjoni: Francis Lawrence; Ħin: 123 minuta; Ċert.:12A; KRS

Wara l-avventuri u l-azzjoni bla waqfien fl-ewwel żewġ Hunger Games, din l-ewwel parti tal-konklużjoni teħodna fi żvolta dubjuża u ta’ diqa hekk kif l-erojina u miżgħuda b’riżori Katniss (Jennifer Lawrence) ikollha tiffaċċja rrealtajiet koroh ta’ rwol ġdid bħala s-simbolu ta’ rivoluzzjoni. L-azzjoni li kkaratterizzat lewwel żewġ films, l-aktar filquċċata tal-logħob fatali hawnhekk tonqos sew hekk kif ittfittxija għall-għarfien tagħha nnifisha u sejbiet xejn sbieħ jieħdu post l-isparar bil-vleġeġ, il-ġlied u l-aggressività, biex b’hekk il-film ‘jisserja’ xi ftit, tant li kien hemm min ħass li dan seta’ ma jintlaqax tajjeb mill-fans li għamlu s-sensiela tant suċċess. Jien m’iniex fost dawn talaħħar, imma nistqarr li dan sibtu aħjar mit-tnejn ta’ qablu. Sibtu inqas “childish” …forsi għax m’għadnix tfal! Intant, minkejja dan kollu, nissogra nbassar li dan se jmur tajjeb ukoll fil-box office minħabba l-popolarità kontinwa tal-films (u l-kotba li nebbħuhom), għalkemm bħalma ġara b’sensiliet oħra bħal Harry Potter u Twilight, meta t-tmiem jinqasam f’żewġ partijiet, jiġri li l-ewwel wieħed jispiċċa

Katniss (Jennifer Lawrence) u Gale (Liam Hemsworth) jiggwidaw ir-rivoluzzjoni f’Hunger Games: Mockingjay – Part 1

jitqies bħala ‘introduzzjoni’ għat-tmiem li jkun tant mistenni …f’dan il-każ, bħal dan iżżmien sena.

L-aqwa films f’Malta

(Bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru – KRS)

1. (–) 2. (1) 3. (–) 4. (4) 5. (re) (re = re-entry)

Interstellar The Best of Me The Imitation Game The Maze Runner The Book of Life

Wara li nqered il-logħob li kienu jorganizzaw l-awtokratu Snow (Donald Sutherland) mill-Capitol biex jaljena lpoplu u jkeskes distrett kontra ieħor fid-dinja Panem, insibu li r-rivoluzzjoni qed tbaqbaq sew. Il-ġlieda għas-sopravivenza m’għadhiex aktar fl-arena, u Katniss tiġi konvinta tkun ilpersonifikazzjoni tat-tajra Mockingjay, is-simbolu, likona tar-rivoluzzjoni, immexxija mill-kariżmatika Alma (Julianne Moore), u dak

li kien l-organizzatur tallogħob f’Capitol, Plutarch (Philip Seymour Hoffman, li miet waqt li kien qed jaħdem fil-film, u li lilu dan hu dedikat), f’Distrett 13 li suppost kien inqered, iżda issa jinsab moħbi taħt l-art. Dan, Katniss taqbel li tagħmlu iżda bil-patt li l-maħbub tagħha Peeta (Josh Hutcherson) jinħeles minn taħt idejn Snow, li kien qed jiġi indottrinat u użat biex jiddemoralizza lillġellieda għal-libertà.

Minn hawn ’il quddiem issitwazzjoni ma tantx tidher inkuraġġanti għal dawn talaħħar minħabba s-superjorità teknoloġika u militari talCapitol, imma d-determinazzjoni ta’ Katniss u sħabha mhux ta’ min jinjoraha. Lawrence hawn tagħti interpretazzjoni aktar matura ta’ Katniss, filwaqt li teknikament Mockingjay – Part 1 huwa perfett fit-twassil tad-Distrett 13 taħt l-art, u fuq bħala kamp talbattalja.


www.maltarightnow.com

22

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

06:02 07:55 08:00 09:00 09:02 10:00 10:02 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:02 16:00 16:02 17:00 17:55 18:00 19:20 20:00

TV/RADJU

Radio 101 breakfast club Obituaries/angelus Radio 101 breakfast club (cont) News update Magazine 101 News update Magazine 101 (cont) Editorjal Club 101 Obituaries/angelus News bulletin The big show Hitsteria News update Hitsteria (cont) News update Hitsteria (cont) Newsdesk Obituaries News bulletin Lura d-dar News update

Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 07:30 - Good Luck Charlie 07:55 Good Luck Charlie 08:20 - Sonny With a Chance 08:45 - Sonny With a Chance 09:10 - The Suite Life on Deck 09:35 The Suite Life on Deck 10:00 - That’s So Raven 10:25 That’s So Raven 10:50 - A.N.T. Farm 11:15 - A.N.T. Farm 11:40 - Good Luck Charlie 12:05 - Good Luck Charlie 12:30 - Jessie 12:55 - Jessie 13:20 - Austin & Ally 13:45 - Mickey Mouse 13:55 - Gravity Falls 14:20 My Babysitter’s a Vampire 14:45 Mako Mermaids: An H2O Adventure 15:10 - Violetta 16:00 - I Didn’t Do It 16:25 - Jessie 16:50 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 17:15 - Dog With a Blog 17:40 - Win, Lose or Draw 18:05 - Liv & Maddie 18:30 - Violetta 19:20 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 19:45 - Spooksville 20:10 - Wolfblood 20:35 - The Suite Life on Deck 21:00 - Good Luck Charlie 21:25 - A.N.T. Farm 21:50 - Shake It Up! 22:10 - Wolfblood 22:35 – Wolfblood 23:00 - Violetta 23:40 The Hive 23:50 - Art Attack

Nickelodeon 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 – Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 - PAW Patrol 10:00 Zack and Quack 10:25 Olive the Ostrich 10:50 - Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 - iCarly 12:55 - Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 - Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 - iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 – Victorious 20:05 - iCarly 20:30 SpongeBob SquarePants 20:55 Avatar: The Legend of Aang 21:20 Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar 22:35 - The Penguins of Madagascar 23:00 - iCarly 23:25 iCarly 23:50 - Victorious

Jim Jam 07:30 - Fluffy Gardens

07:40 -

Noksu 07:45 Jarmies 08:00 - Kipper 08:10 - Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 Gazoon 08:35 - Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Hip Hip Hurray 09:55 Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 - Lots & Lots Of... 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 - Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 What’s The Big Idea? 12:50 - Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 Noksu 15:15 – Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 - Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 - Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 Monkey See, Monkey Do 17:45 Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 - Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 My Animal Family 19:15 - Noksu 19:20 - Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 - Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 - Heroes of the City 21:40 What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 - Dougie in Disguise 22:45 - Slim Pig 22:55 - Connie the Cow 23:05 - Kipper 23:15 - My Animal Family 23:30 Woody Buddies 23:35 - Woody Buddies 23:40 - What’s The Big Idea? 23:45 - What’s The Big Idea? 23:50 Barney and Friends

Malta Llejla – NET Television, 16:45

Fil-bidu tal-programme illum il-Ħamis, Stephanie tintroduċi r-rokna tal-annimali flimkien mal-veterinarja Dr Maria Debono. Doreen Micallef ttina ftit pariri dwar ir-riciklaġġ, waqt li Ruth Cauchi ttina ftit informazzjoni dwar The Priests Concert. Wilfred Kenely jkellimna dwar riċerka li qiegħed jsir dwar iddijabete. Fl-aħħar parti tal-programm bħas-soltu jingħaqad magħna Dr Anton Grech li jkellimna dwar issaħħa mentali. Malta Llejla bi produzzjoni ta’ Net Television u FMJ Productions, kuljum bejn il-16:45 u s-18:30. fuq Net Television.

TVM 05:30 - Secret Show 05:45 Deadly Art 06:00 - Me and My Monsters 06:30 - Hbieb u Ghedewwa 07:00 - TVAM 08:30 Realta' 09:30 - Malta u lil hinn minnha 11:00 - Valletta 11:30 Teleshopping 12:00 - News 12:10 - TVPM 15:00 - News 15:05 Hbieb u Ghedewwa 15:45 Teleshopping 16:30 - Secret Show 16:45 - Deadly Art 17:00 - Secret Show 17:15 - Me and My Monsters 17:50 - Nisga Maltija 18:00 - News 18:15 - Teleshopping 18:45 Dissett 20:00 - News 20:50 Katrina 21:50 - Headline News 21:55 - Paq Paq Lifestyles 22:30 Gadgets 23:00 - News 23:20 Hbieb u Ghedewwa

TVM 2 06:00 - Euronews 07:00 - News Loop 08:30 - TVAM (r) 10:00 Science Exposed 11:00 - Kultema 11:15 - Luxdesign 12:30 - MEA 13:00 - Realta' 14:00 - Science Exposed 15:00 - It-triq/Twelid 15:10 - TVPM (r) 18:00 - Venere 18:30 - GFA roundup 19:00 Pellikola 19:30 - Science Exposed 20:30 - News for the hearing impaired 20:40 - Dwarna 21:45 Kultema 22:15 - Kurrenti 23:15 Sports News 23:30 - Financial News 23:35 - News In English. Raiuno 07:52 - Unomattina (Jinkludi tTg1 u Che tempo fa sal-11am) 10:00 - Storie Vere 11:10 - A conti fatti 12:00 - La prova del cuoco

13:30 - Telegiornale 14:00 - Tg1 Economia 14:05 - Dolci dopo il Tiggì 14:40 - Torto o ragione? Il verdetto finale 16:00 - La vita in diretta 16:30 - Tg1 16:40 - La vita in diretta 18:50 - L'Eredità 20:00 Telegiornale 20:30 - Affari tuoi 21:10 - Carosello Reloaded 23:28 Tg1 60 Secondi 23:35 - Porta a Porta 01:10 - Tg1 notte.

Raidue 07:10 - Heartland 08:35 - Le Sorelle McLeod 10:00 - Tg2 Insieme 11:00 - I Fatti Vostri 13:00 - Tg2 giorno 14:00 - Detto Fatto 16:15 - Castle Di nuovo amici 17:00 - SuperMax TV 17:45 Parlamento Telegiornale 17:55 Tg2 Flash L.I.S. 18:50 - N.C.I.S. Los Angeles 20:30 - Tg2 21:00 Impazienti 21:10 - Virus Il contagio delle idee 23:50 - Tg2 00:05 Obiettivo Pianeta 01:00 - Hawaii Five-0 01:50 - La Piovra 2 03:55 Tg2 Eat Parade.

Raitre 07:00 - Tgr Buongiorno Italia 08:00 - Agorà 10:00 - Mi manda RaiTre 11:00 - Elisir 11:10 - Tg3 Minuti 11:13 - Elisir 12:00 - Tg3 12:45 - Pane quotidiano 13:10 - Il tempo e la Storia 14:00 - Tg Regione 15:10 - Terra nostra 2 15:55 - Aspettando Geo 19:00 - Tg3 20:00 - Blob 20:15 - Sconosciuti La nostra personale ricerca della felicità 20:35 - Un posto al sole 21:05 Ieri. oggi e domani 23:15 - The Newsroom 00:00 - Tg3 Linea notte 01:05 - Parlamento Telegiornale.

Canale 5 07:00 - prima pagina tg5 07:54 – traffico 07:59 – tg5 08:45 - mattino cinque 11:00 – forum 13:00 – tg5 13:41 - beautiful - prima tv 14:15 centovetrine - prima tv 14:45 uomini e donne 16:15 - il segreto prima tv 17:00 - pomeriggio cinque 18:45 - avanti un altro 19:57 - tg5 prima pagina 20:40 - striscia la notizia 21:10 – zelig 23:30 – matrix 01:31 - tg5

Rete 4 07:10 - hunter iv 08:05 - cuore ribelle 09:30 - carabinieri 6 10:35 sai cosa mangi ? 10:45 - ricette all'italiana 11:30 – tg4 12:00 - detective in corsia 13:00 - la signora in giallo 14:00 - lo sportello di forum 15:30 hamburg distretto 21 16:39 – mogambo 18:55 – tg4 19:35 - il segreto 20:30 - tempesta d'amore 8 21:15 - life - uomo e natura 23:59 il macellaio (di a. Grimaldi) 01:32 tg4 night news 01:56 - eutanasia di un amore

Italia 1 07:15 - tutto in famiglia 07:45 mike & molly ii 08:40 - psych iv 10:30 - the closer vii 12:25 - studio aperto 13:02 - sport mediaset 14:05 - i simpsons xxiv 14:35 – futurama 15:00 - 2 broke girls ii 15:20 - big bang theory iv 16:05 - e alla fine arriva mamma! 16:50 - chuck v 18:30 - studio aperto 19:20 - c.s.i. new york 21:10 - the chronicles of riddick 23:25 - bangkok dangerous 01:35 - sport mediaset 02:00 - studio aperto - la giornata 02:15 trasformat


www.maltarightnow.com

23

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

TV/RADJU

Melita More 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 Criminal Minds 11:15 - The Amazing Race 12:00 – Glee 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 - Rude Tube 14:15 - Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 - Dallas 17:15 - Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 - Chicago Fire 19:45 - Suits 20:30 - Perception 21:15 Supernatural 22:00 - True Blood 23:00 Game Of Thrones 00:00 - Chicago Fire 00:45 - The Mentalist 01:30 - Rude Tube 02:00 – Whitney GO Stars 07:30 - Mission Impossible 09:20 - After Earth 11:00 - The Office 11:30 - Being John Malkovich 13:20 - The Smurfs 2 15:05 - Delicacy 16:50 - Anna Karenina 19:00 - Rush 21:00 - Ender's Game 22:50 - The Bone Collector 00:45 - Ghost Team One 02:10 - The Smurfs 2 03:55 - After Earth 05:35 - Being John Malkovich 07:25 - CLOSE

Mediaset Italia 07:05 - Avanti un altro! 07:55 Pomeriggio cinque 09:20 - Forum 10:45 Finchè c’è ditta c’è speranza 11:01 – Centovetrine 11:25 - Mattino cinque 13:05 - Uomini e donne 14:10 - Vivere IV 14:35 - Avanti un altro! 15:25 - Sarabanda 16:15 - Due Per Tre I 16:40 - Forum 18:05 Centovetrine 18:30 - A cuccia di cuori 19:00 - TG5 19:35 - Sai cosa mangi? 19:45 – Carabinieri 20:30 - Mattino cinque 22:10 - Uomini e donne 23:15 - Avanti un altro!.

BBC Entertainment 06:00 - Charlie and Lola 06:15 - Woolly & Tig 06:20 - Mr Bloom’s Nursery 06:40 - Teletubbies 07:05 - Garth and Bev 07:15 - Charlie and Lola 07:30 - Woolly & Tig 07:35 - Mr Bloom’s Nursery 07:55 Teletubbies 08:15 - The Weakest Link 09:00 - Absolutely Fabulous 09:30 - Me and Mrs Jones 10:00 – EastEnders 10:30 Doctors 11:00 - Alone in the Wild 11:50 Tough Guy Or Chicken? 12:40 Absolutely Fabulous 13:10 - Me and Mrs Jones 13:40 - Keeping Up Appearances 14:10 – EastEnders 14:40 - Doctors 15:10 - Alone in the Wild 16:00 - Tough Guy Or Chicken? 16:55 - Me and Mrs Jones 17:25 - The Weakest Link 18:10 - EastEnders

18:40 - Doctors 19:10 - Alone in the Wild 20:00 - Only Fools and Horses... 20:30 Absolutely Fabulous 21:00 – Whitechapel 21:50 - Bedlam 22:35 – Hebburn 23:05 Crime and Punishment TCM 06:00 - Valley of the Kings 07:25 - The Time Machine 09:10 - Ivanhoe 10:55 Cheyenne Autumn 13:25 - Tribute to a Bad Man 15:00 - The Omega Man 16:40 House of Wax 18:10 - Bad Day at Black Rock 19:35 - Captain Sindbad 21:00 - The Last Run 22:35 - The Big Sleep

MGM Movie 07:10 - Nutcracker: The Motion Picture 08:35 - Huckleberry Finn 10:30 – Clambake 12:10 - MGM’s Big Screen 12:25 - Popi 14:20 - Underground Aces 15:55 - Canadian Bacon 17:30 - Baby Boom 19:20 - Little Man Tate 21:00 Betrayed 23:05 - Love, Cheat & Steal

Diva Universal 06:00 - Kojak 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s Marple 09:33 Great Women 09:50 - Kojak 10:50 Agatha Christie’s Poirot 11:50 - Agatha Christie’s Marple 13:35 - Great Women 13:50 - Law & Order 14:50 - Quincy, M.E. 15:50 - Agatha Christie’s Poirot 16:50 Agatha Christie’s Marple 18:38 - Great Women 18:50 - Quincy, M.E. 19:50 Agatha Christie’s Poirot 20:50 - Great Women 21:00 - Father Brown 22:00 Father Brown 23:00 - Murder, She Wrote 23:53 - Murder, She Wrote

Discovery Channel 06:00 - How It’s Made: Glass Paperweights, Road Salt, Nutcrackers, Car Doors 06:25 - Auction Kings: Rick Fairless Chopper; Gas-Powered Blender 06:50 Storage Hunters: Big Money, No Whammies 07:15 - Mega Builders: World’s Biggest Water Park 08:10 Ultimate Survival: Desert Island 09:05 Flying Wild Alaska: Life or Death 09:55 Gold Divers: Burn It Down 10:50 - Dual Survival: Out of the Clouds 11:40 Wheeler Dealers: Frogeye Sprite 12:35 Rise of the Machines: Aircraft Carrier 13:30 - James May’s Man Lab 14:25 - You Have Been Warned: Masters of the Universe 15:20 - You Have Been Warned: Freaks of Nature 16:15 - You Have Been

Warned: Muthas of Invention 17:10 - The Liquidator: Man Toys 17:40 - Storage Hunters: Bloody Battle 18:05 - Auction Hunters: Allen’s Big Crush 18:35 - Auction Kings: Signed Drumstick Collection; Trans Am GTA 19:00 - How It’s Made: Dream Cars: Audi R8 19:30 - How It’s Made 20:00 - Baggage Battles: Monster Money 20:30 - Baggage Battles: Intergalactic Bounty 21:00 - What’s in the Barn?: 12hrs & Running 21:30 - Garage Gold: Trophy Gold: A Lost Treasure Uncovered 22:00 Close-Up Kings: San Francisco 23:00 Property Wars: Hold the Phone 23:30 - Flip Men: Bee House Discovery World 06:00 - Buena Vista Fishing Club 06:25 - Bush Pilots 07:15 - Chasing Classic Cars 07:40 - A Racing Car Is Born 08:05 NASA’s Greatest Missions 08:55 Prophets of Science Fiction 09:45 - Top Tens 10:35 - I Shouldn’t Be Alive 11:25 Breaking Ice 11:50 - The Road to Le Mans 12:15 - Bush Pilots 13:05 - Chasing Classic Cars 13:30 - A Racing Car Is Born 13:55 - Incredible Flying Cars 14:45 NASA’s Greatest Missions 15:35 - Top Tens 16:25 - I Shouldn’t Be Alive 17:20 Surviving the Cut 18:15 - Breaking Ice 18:40 - The Road to Le Mans 19:10 - Bush Pilots 20:05 - Chasing Classic Cars 20:30 - A Racing Car Is Born 21:00 - Surviving the Cut 21:55 - Feral Children 22:50 Australian Families of Crime 23:45 Chasing Classic Cars

Discovery Science 06:00 - Landing on a Comet: Rosetta 06:50 - Cosmic Collisions 07:40 - The Gadget Show 08:05 - How It’s Made 08:30 - Science of the Movies 09:20 Through the Wormhole with Morgan Freeman 10:10 - Kings of Construction 11:00 - MythBusters 11:50 - Stephen Hawking’s Brave New World 12:40 Future Firepower 13:30 - The Gadget Show 13:55 How It’s Made 14:20 Smash Lab 15:10 Through the Wormhole with Morgan Freeman 16:00 - Engineering Thrills 16:50 - Deadliest Space Weather 17:40 - Science of the Movies 18:30 Body Invaders 19:20 - Invisible Worlds 20:10 - MythBusters 21:00 - Body Invaders 21:50 - Monsters Inside Me 22:40 - Deadliest Space Weather 23:30 Science of the Movies

07:00 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 16:45 18:00 18:05 18:30 19:00 19:30 19:50 20:40 21:40 21:45 22:30 23:00

Sport fuq il-Cable

Fox Sports Europe 06:00 - MLB Whiparound 07:00 NASCAR Race Hub 08:00 - PGA EuroPro Tour Golf 10:00 - MLB 162 10:30 - Major League Baseball 13:00 - MLB Whiparound 14:00 NASCAR Race Hub 15:00 - Major League Baseball 17:30 - MLB Whiparound 18:30 - NASCAR Race Hub 19:30 - Speedmakers 20:30 MLB Whiparound 21:30 - Live: Major League Baseball

XIFT - Net Television, 12.45

Antonella Vella , allura għall-Xift waslet il-ġurnata tal-Ħamis, qabel il-tmiem il-Ġimgħa, pariri kif għandek tagħmel il-make up aħjar. Aktar pariri legali , flimkien ma Rachel Cini, għal dar ħafna aħjar.. U jekk trid tkun taf kif ikollok mezzi ta' enerġija aħjar, ma għandekx titlef is-sezzjoni mal-inġinier Jean Paul Micallef. Il-Prezentazzjoni hi ta’Jean Claude Micallef

Net News Klinika Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Telebejgħ NET News Big Time Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika Newsfeed NET News Newsfeed Mitqlu Deheb NET News Mitqlu Deheb Indibate NET News

GO sports 1 07:00 - ATP World Tour Finals Match 9 09:00 - PGA European Tour DP World Tour Championship, Dubai - Day 1 14:00 - ATP World Tour Finals - Match 10 16:30 - Serie A - Round 11 - Inter v Hellas Verona 18:30 - Barclays Premier League - Week 13 Sunderland v Everton 20:30 - ATP World Tour Finals - Match 11 22:30 - Premier League Match Pack - Week 15 23:00 - The Ligue 1 Show Round 14 23:30 - Vincennes Horseracing 02:00 - PGA European Tour DP World Tour Championship, Dubai - Day 1 GO sports 7 07:00 - PGA European Tour Turkish Airlines Open - Day 4 12:00

- Vincennes Horseracing 14:30 PGA European Tour - DP World Tour Championship, Dubai - Day 1 19:30 - Premier League Match Pack - Week 15 20:00 - The Ligue 1 Show Round 14 20:30 - ATP World Tour Finals - Match 12 23:00 - Premier League World #14 23:30 - Aviva Premiership - Round 7 - Gloucester Rugby v Harlequins 01:30 - Serie A - Round 11 - Roma v Torino 03:30 Trans World Sport #1438 04:30 Barclays Premier League - Week 13 Manchester Utd v Crystal Palace 06:30 - Netbusters - Week 13

GO sports 8 09:00 - PGA European Tour Turkish Airlines Open - Day 4 14:00 - Vincennes Horseracing 16:30 PGA European Tour - DP World Tour Championship, Dubai - Day 1 21:30 - Premier League Match Pack - Week 15 22:00 - The Ligue 1 Show Round 14 22:30 - ATP World Tour Finals - Match 12 01:00 - Premier League World #14 01:30 - Aviva Premiership - Round 7 - Gloucester Rugby v Harlequins 03:30 - Serie A - Round 11 - Roma v Torino 05:30 Trans World Sport #1438 06:30 Barclays Premier League - Week 13 Manchester Utd v Crystal Palace 08:30 Netbusters - Week 13


www.maltarightnow.com

24

TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

TISLIBA

Rapport tat-temp

UV INDEX

3

IT-TEMP Ftit jew wisq imsaħħab li jsir ftit imsaħħab VIŻIBBILTÀ Tajba IR-RIĦ Ħafif mit-Tramuntana li jdur mil-Lvant BAĦAR Ħafif IMBATT Ftit li xejn TEMPERATURA L-ogħla 21˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 0. 1mm Xita mill-1 ta’ Settembru 134.2mm IX-XEMX titla’ fis-06.42 u tinżel fil-16.53

Il-ħamest ijiem li ġejjin

IL-ĦAMIS L-ogħla 21˚C L-inqas 15˚C

3

UV

IL-ĠIMGĦA L-ogħla 21˚C L-inqas 14˚C

3

UV

IS-SIBT L-ogħla 21˚C L-inqas 15˚C

3

UV

IL-ĦADD L-ogħla 20˚C L-inqas 14˚C

3

UV

Temperaturi fi bliet barranin

Mimdudin:5. Naqqas il-qawwa tal- uġigħ (5) 6. Kunjom il-President ta’ Malta (5) 7. Nefqa (5) 10. Dmir (5) 11. Qorob (5) 12. Daqq il-qmugħ u l-ġwież fuq il-qiegħa (5) 14. Ħa pjaċir tant li xtaq itir! (5) 16. Ħelu, fabbli (5) 17. Neħħa t-tiżjin (5) 18. Helen fl-Italja (5)

Weqfin:1.Kunjom (6) 2. Telaq baxx baxx (6) 3. Taqtagħlu denbu l-istess jibqa’! (6) 4. Ħarrek minn postu (6) 8. Tniżżel l-opra l-baħar (5) 9. Plural ta’ seqer (5) 12. Protezzjoni (6) 13. Rinforza (6) 14. Feraq il-laħam fi strixxi (6) 15. Ħeġġeġ (6)

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-bieraħ

Mimdudin: 5. u 6. Parruċċani; 7. Rubin; 10. Traba; 11. Estruġ 12. Faraġ; 14. Salvi; 16. Onora; 17. Ċejċa; 18. Famuż. Weqfin:1. Oppost; 2. Kuruna; 3. u 9. Aċċidentali; 4. Sinodu; 8. Dawra; 12. Feroċi; 13. Ġannat;14. Strofa; 15. Irpoża.

Sudoku

Qiegħed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru lkbir. Kull numru għandu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru żgħir ta’ tliet kaxxi bi tlieta. Soluzzjoni Sudoku

IT-TNEJN L-ogħla 20˚C L-inqas 13˚C

3

UV

It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienet: Malta 21˚C xemxi, Alġeri 23˚C xemxi, Amsterdam 9˚C imsaħħab, Ateni 22˚C ftit imsaħħab, Liżbona 14˚C xita, Berlin 4˚ imsaħħab, Brussell 8˚C imsaħħab, il-Kajr 24˚C imsaħħab, Dublin 11˚C imsaħħab, Kopenħagen 6˚C imsaħħab, Frankfurt 11˚C imsaħħab, Milan 12˚C xemxi, Istanbul 19˚C imsaħħab, Londra 11˚C xemxi, Madrid 14˚C xemxi, Moska -4˚C xemxi, Pariġi 7˚C imsaħħab, Barċellona 19˚C xemxi, Ruma 20˚C ftit imsaħħab, Tel Aviv 27˚C ftit imsaħħab, Tripli NA, Tuneż 24˚C xemxi, Vjenna 10˚C imsaħħab, Zurich 10˚C imsaħħab, Munich 6˚C xita, St. Petersburg –2 ˚C imsaħħab

Tagħrif

Kunċert ta’ mużika korali u orkestrali ta’ Gounod

Nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru, is-St Paul Choral Society, wieħed mill-aqwa korijiet polifoniċi f’Malta, flokkażjoni tal-Festa ta’ Santa Cecilia, qaddisa patruna talmużika, ser jippreżenta kunċert bil-kor u l-orkestra filKon-Katidral ta’ San Ġwann. Il-mużika ser tkun kollha talkompożitur famuż Franċiż tasseklu dsatax Charles Gounod. Il-kunċert huwa taħt ilpatroċinju tal-President ta’ Malta, u se jsir b’risq irRichmond Foundation.

Wirja fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-ftuħ tal-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex

Kemm kienet tħallas lUniversità ta’ Għawdex, ilGvern reġjonali ta’ Għawdex, għaż-żamma tal-lampieri quddiem Sant’Ursla erba’ mitt sena ilu? Min ħallas għall-ispejjeż għoljin marbuta mal-imxija talpesta f’Għawdex mitejn sena ilu? Kemm kien imdaħħal ilGvern Kolonjali Ingliż fit-

twaqqif tad-Djoċesi ta’ Għawdex mija u ħamsin sena ilu? Kemm sewa ġ-ġigġifogu għall-okkażjoni u fejn inħadem? Kif kien involut ilGvernatur Sir Leslie Rundle filfuneral tal-Arċisqof Pietru Pace li sar Għawdex mitt sena ilu? Kif inhi din li Għawdex mhu msemmi xejn fil-Programm uffiċjali tal-Festi talIndipendenza mħejji millamministrazzjoni ta’ BorgOlivier ħamsin sena ilu? It-tweġibiet għal dawn ilkurżitajiet issibhom kollha filWirja Anniversarji Għawdex li sa tiftaħ fl-NAG-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex nhar it-Tnejn 24 ta’ Novembru – iljum li jfakkar l-inawgurazzjoni tal-istess istituzzjoni ħamsa u għoxrin sena ilu.

Hospice Movement Qed jiġi organizzat bazaar b’riżq Hospice Malta mit-Tnejn 10 ta’ Novembru sat-Tnejn l-1 ta’ Diċembru 2014 fi Pjazza Rotunda, il-Mosta. Wieħed jista’ jsib ħwejjeġ ġodda, kotba, ġugarelli, ornamenti u affarijiet għad-dar. Għal aktar informazzjoni wieħed jista jikkuntattjana fuq 21440085 jew fr@hospicemalta.org . Grazzi tas-sapport.


www.maltarightnow.com

MADWARNA

#malteen – avveniment ġdid tal-arti jiffoka fuq iż-żgħażagħ u l-adolexxenti Avveniment ġdid se joffri lopportunità lill-adolexxenti u żżgħażagħ li għandhom bejn it13 u s-17-il sena li jieħdu pjaċir permezz tal-arti, fi programm li jpoġġi l-aspirazzjonijiet u lpassjonijiet tagħhom fiċ-ċentru. Il-weekend – imsejjaħ #malteen – se jkun dak ta’ bejn it-12 u l-14 ta’ Diċembru u qed jiġi organizzat għall-ewwel darba miċ-Ċentru tal-Kreattività filKavallier ta’ San Ġakbu flimkien mal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Aġenzija Żgħażagħ. Dan it-tmiem il-ġimgħa hu mmirat għal żgħażagħ u adolexxenti ta’ bejn it-13 u s17-il sena li jiffurmaw parti minn gruppi u organizzazzjonijiet lokali għażżgħażagħ. Għal tlett ijiem, ilKavallier ta’ San Ġakbu filBelt Valletta se jkun mimli żgħażagħ li se jsegwu programm miżgħud bl-arti. Minn kunċerti tal-mużika

għal installazzjonijiet taż-żfin, minn produzzjonijiet teatrali għal workshops tal-kitba u minn board games umani u abseiling għal sfidi oħra. Ilprogramm jiċċelebra l-kreattività tal-adolexxenti u żżgħażagħ u l-bżonn tagħhom li jesprimu ruħhom. Grupp ta’ teenagers se jkunu wkoll qegħdin jikkampjaw barra l-Kavallier ta’ San Ġakbu matul dawn il-jiem. Numru minnhom se jippjanaw film ta’ tliet minuti, jirreċtaw fih u jiffilmjawh bl-għajnuna ta’ grupp ta’ professjonisti. Dan il-film se jintwera għallewwel darba waqt l-avveniment tal-għeluq ta’ #malteen. Il-programm – li ġie żviluppat b’konsultazzjoni ma’ grupp ta’ żgħażagħ u adolexxenti – ipoġġi l-aspirazzjonijiet, il-kreattività u lilħna taż-żgħażagħ fiċ-ċentru ta’ dan l-avveniment. “Nixtiequ li #malteen ikun

dwar it-teenagers, il-ħolm u laspirazzjonijiet tagħhom u kif nistgħu ninkoraġġixxu lkreattività fil-forom kollha tagħha,” qalet il-manager ta’ #malteen, Maria Spiteri Zahra. “Għalhekk iffukajna fuq l-affarijiet li huma għandhom għal qalbhom u li l-aktar

jippermettulhom jesprimu lkreattività tagħhom.” L-arti jista’ jkollha rwol importanti fl-iskoperta ta’ esperjenzi ġodda u tgħin biex wieħed jisboq il-konfini filwaqt li tipprovdi ftit libertà mill-pressjonijiet tal-ħajja taladolexxenti. #malteen ifittex li

25

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

jilħaq dan il-għan, tgħid Maria Spiteri Zahra. Hi temmet li “f’età meta l-attenzjoni tażżgħażagħ sikwit tkun mgħobbija wisq u meta jibdew jiżviluppaw l-identità adulta tagħhom, nipprovdu spazju ċar fejn jistgħu jiffukaw biex isibu l-kreattività tagħhom.”


www.maltarightnow.com

26

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

KLASSIFIKATI

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ

79884497 jew Servizz fil-pront.

Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983.

Xogħlijiet GĦAL kull xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ bini, alterazzjonijiet ta’ bini, ftuħ ta’ ħitan bi travi talħadid, ftuħ ta’ bibien, twieqi, ħnejjiet, bdil ta’ soqfa tal-konkos, xorok, nirranġaw, induru fejn ikun hemm il-ħsara fis-soqfa, gallarijiet, travi u xibka b’materjal apposta, qlugħ ta’ madum, kmamar tal-banju, tibjid, kisi, żebgħa, u tikħil. Xogħol b’esperjenza kbira u xogħol fil-pront. Ċemplu 99602436.

Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. AVVIŻI

Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285,

99472570.

JINĦTIEĠU

Sales promoters BIEX jaħdmu fuq barra. Sigħat flessibbli. L-esperjenza mhix neċessarja, u taħriġ provdut. Ċemplu lil Sales Outsourcing fuq 21423229/99970212 jew ibagħtu CV fuq info@sos.com.mt


www.maltarightnow.com

SPORT

Franza u l-Iżvizzera jridu jtemmu fuq nota tajba TENNIS: FINALI TAT-TAZZA DAVIS

It-tennisti ta’ Franza u lIżvizzera se jagħmlu minn kollox biex jagħlqu l-2014 fuq nota memorabbli meta, bejn għada u l-Ħadd, jikkonfrontaw lil xulxin fil-Finali tat-Tazza Davis (sponsorjata minn BNP Paribas) li se ssir fil-belt Franċiża ta’ Lille. Filwaqt li l-Iżvizzera hi determinata li tirbaħ it-trofew għall-ewwel darba – u wara li tilfet il-finali tal-1992 - Franza trid taċċerta mill-għaxar titlu tat-Tazza Davis wara li ilha nieqsa mis-suċċess mill-2001. F’każ li l-Franċiżi, taħt ilgwida tal-captain, Arnaud Clement, jissuperaw lillIżvizzeri, jaqbżu lir-Renju Unit bħala l-pajjiż bit-tielet l-aqwa rekord f’din il-kompetizzjoni – wara l-Istati Uniti, li rebħu tTazza Davis 32 darba u lAwstralja, bi 28 suċċessi. Franza għandha rekord tajjeb mal-Iżvizzera meta rebħet 10 mit-12 il-konfronti preċedenti. Madankollu, l-aħħar erba’ konfronti kienu ferm kumbattuti, bl-Iżvizzeri jimpressjonaw aktar mill-avversarji. Hu interessanti li l-Iżvizzeri kkonfrontaw lill-Franċiżi barra minn darhom anki waqt ilkampanji tat-Tazza Davis tal1992 u l-2003, u fejn l-

Iżvizzeri kienu ħarġu rebbieħa darbtejn, f’Nimes u f’Toulouse. Waqt li, fl-aħħar jiem, it-tennisti Franċiżi kellhom iċ-ċans li jadottaw il-logħba għall-courts tat-tafal fil-bażi ta’ Bordeaux, it-tennisti Żvizzeri, Roger Federer u Stan Wawrinka kienu involuti fil-kampjonati tal-ATP fuq courts iebsa ta’ Londra. Franza, fil-preżent, għandha tim formidabbli magħmul minn Jo-Wilfried Tsonga, Gael Monfils, Julien Benneteau u Richard Gasquet li huma kollha fl-Aqwa 30 Ranking tad-Dinja. Din hi anki t-tielet darba, din is-sena, li Franza se tkun irrappreżentata minn dawn il-plejers, b’Monfils qed juri konsistenza partikolari, tant li fi żmien relattivament qasir sar ittieni l-aktar plejer Franċiż b’ranking għoli (19). Benneteau, li għandu ranking ta’ 25, hu wkoll pedina importanti għall-Franċiżi u meta kapaċi jagħti wirjiet eċċellenti fl-aspetti kollha tat-Tazza Davis. Min-naħa tiegħu, Gasquet kien l-istilla fir-rebħa tal-Franċiżi fuq ir-Repubblika Ċeka fis-semifinali tal-kompetizzjoni u, fost oħrajn, għeleb lil Tomas Berdych b’mod konvinċenti.

Alan Attard, Manager tal-fergħa taż-Żurrieq tal-BOV jippreżenta t-trofew lil Jade Flask

FUTBOL TAN-NISA

Flask Plejer tax-Xahar

Jade Flask ta’ Kirkop United ġiet ivvutat bħala l-BOV Plejer tax-Xahar ta’ Ottubru. Kirkop kellhom xahar pożittiv bi tliet rebħiet kbar, kull waħda bl-iskor ta’ 7-0 kontra Ħamrun, Lija/Iklin u Tarxien. Permezz ta’ dawn ir-

27

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

riżultati Kirkop baqgħu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Flask skurjat disa’ gowls f’dawn it-tliet partiti b’erba’ gowls kontra Tarxien, hat-trick kontra l-Ħamrun u żewġ gowls oħra kontra Lija/Iklin.

Roger Federer (xellug) jattendi għall-konferenza tal-aħbarijiet f’Lille fi Franza qabel il-final tat-Tazza Davis flimkien mal-captain Severin Luethi (nofs) u Stanislas Wawrinka (lemin)

Min-naħa tagħhom, lIżvizzeri, immexxija minn Severin Luthi, jittamaw li lveteran, Roger Federer – li, jiem ilu, kellu jirtira mill-finali tal-ATP minħabba wġigħ f’dahru – ikun f’sikktu biex jilgħab fil-finali tat-Tazza Davis. F’każ li Federer jirkupra sa

għada u jieħu sehem fl-ewwel logħba tas-singles, hemm kull possibbiltà li l-plejer Numru 2 fid-dinja ikun deċiżiv f’din ilFinali u jikteb kapitlu ġdid personali kif ukoll għal pajjiżu. Dan meta Federer għadu qed ifittex l-ewwel suċċess fil-finali tat-Tazza Davis biex iżid mal-

lista twila tal-unuri li rebaħ filkarriera tiegħu. Roger Federer u Stan Wawrinka kienu rebħu l-midalja tad-deheb fit-doubles waqt lOlimpjadi tal-2008, f’Beijing, iżda tilfu l-aħħar erba’ rubbers flimkien (bħala doubles) fitTazza Davis.

L-attakkant Arġentin ta’ Barcelona, Leo Messi, issuġġerixxa li jista’ ma jtemmx il-karriera tiegħu mal-klabb Katalan li miegħu rebaħ l-unuri kollha li joffri l-futbol. Messi hu prodott ta’ La Masia, il-famuża akkademja tal-klabb, u llum flimkien ma’ Cristiano Ronaldo – is-simbolu ta’ Real Madrid Champions Ewropej u rivali eterni ta’ Barcelona – jitqiesu bħala l-aqwa żewġ plejers fid-dinja. Messi jibqa’ sinonimu malaħħar suċċessi ta’ Barcelona fi Spanja u fl-Ewropa, wara li mexxa lill-Katalani għal wieħed mill-aktar perijodi ta’ suċċess flistorja tal-klabb. Madankollu – u ‘bħal berqa filbnazzi’ – qed jissemmew lindikazzjonijiet li Messi, li għandu 27 sena, jista’ ma jtemmx ilkarriera tiegħu mal-klabb, minkejja li hu, fl-aħħar snin, qal diversi drabi li “jixtieq li jirtira fil-Camp Nou” u għadu kemm

iffirma kuntratt ġdid. L-ispekulazzjoni ma waqfitx mindu Messi kellem lill-gazzetta Arġentina Ole u indika li jista’, “il quddiem, jidħol għal sfidi ġodda” – bil-possibbiltà li dawn ikunu lil hinn minn Barċellona. “Bħalissa, qed ngħix il-preżent u ħsiebni biss li jkolli sena kbira ma’ Barcelona kif ukoll fl-unuri li jien u sħabi Blaugrana nistgħu nirbħu....” tenna Messi waqt lintervista. Iżda, mbagħad, l-attakkant Arġentin qal li “għad iridu jaraw x’jiġri wara li l-futbol hu mimli bis-sitwazzjonijiet imprevedibbli”. Messi ammetta li, fil-passat, dejjem esprima xewqtu li jkompli l-karriera bil-flokk ta’ Barċellona. Iżda minkejja li lArġentin hu lest li jikkonkludi lkarriera mal-klabb “li kieku lgħażla kienet tiegħu,” hu kompla li, kultant, l-affarijiet ma jiżvolġux bħalma wieħed jixtieqhom.

“Qed nipprova ngħid li l-affarijiet mhux dejjem jimxu skont ilpjan u dan jgħodd partikolarment għall-futbol, li dejjem hu dispost għat-taqlib u fejn ma tista’ teskludi xejn,” temm jgħid Messi. Imma l-eks kowċ ta’ Barcelona Gerardo Martino iħiss li jkun diffiċli ħafna li Messi jitlaq il-klabb minkejja x-xnigħat kollha. Martino li llum hu kowċ ta’ Messi mat-tim nazzjonali Arġentin qal, “Meta taraw ilkonnessjoni li għandu ma’ Barcelona naħseb li hu diffiċli ħafna għalih li jitlaq il-klabb,” qal wara t-telfa 1-0 kontra lPortugall. “Madankollu meta tħares lgħażliet li hemm madwar iddinja fejn jista’ jintegra b’mod perfett, naħseb li hu possibli. Imma żgur naħseb li għandu jkun ferħan fejn qed jilgħab. Qatt ma tkellimt miegħu fuq dan u kulħadd jagħmel li jaqbillu,” qal Martinez.

Messi irid aktar unuri ma’ Barcelona, iżda....


www.maltarightnow.com

28

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

SPORT

L-Albaniżi se jappellaw wara li ħareġ filmat ġdid UEFA

L-FA Albaniża se tappella mill-kastig li ngħatat mill-UEFA wara l-inċidenti vjolenti li nqalgħu fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Euro 2016 fis-Serbja. L-inċidenti seħħew fl-14 ta’ Ottubru bil-logħba tiġi abbandunata meta drone li kien qed itajjar bandiera favur l-Albanija, ttajjar minn fuq il-pitch bilbandiera tinħataf minn plejers Serbi u eżatt wara nqalgħu inċidenti kbar li sussegwentement wasslu għal invażjoni mill-partitarji Serbi. Ir-referee Martin Atkinson kien sfurzat jabbanduna l-partita meta l-Albaniżi rrifjutaw li jirritornaw fil-pitch. Wara l-partita, il-Bord talKontroll u d-Dixxiplina talUEFA akkuża liż-żewġ pajjiżi b’serje ta’ offiżi u ddikjara l-partita abbandunata bl-Albaniżi jingħataw telfa 3-0 fuq il-medja talli nstabu ħatja li rrifjutaw li jkomplu l-partita. Barra dan l-FA Albaniża kienet immultata €100,000.

Plejers Albaniżi jfittxu protezzjoni fit-tunnel waqt li qed jiġu attakkati

Imma issa l-FA Albaniża se tikkontesta d-deċiżjoni wara li ħareġ filmat ġdid li qatt ma ntwera qabel Dan il-filmat juri l-mod ostili kif il-plejers kienu milqugħa anke waqt il-warming up,

b’ħafna kant ta’ theddid fuq ilħajja tagħhom. Juri wkoll numru ta’ partitarji deħlin filpitch b’armi li bihom ikkaġunaw feriti fuq numru ta’ plejers. Apparti dan kollu, l-plejers jidhru anke msawta minn stew-

ards li suppost kellhom jieħdu ħsieb li affarijiet bħal dawn ma jsirux u aktar tard il-plejers saritilhom tfittxija personali millpulizija Serba għad-drone. L-FA Albaniża qalet li wara li r-referee bgħathom fid-dressing

room, qatt ma rritorna biex jindikalhom li l-partita kienet se tkompli. Huma qalu wkoll li l-plejers kienu emozzjonalment u psikoloġikament imħawda wara dak kollu li għaddew minnu.

Man Utd inaqqsu l-aspetattiva Il-kampjonat twil u ta’ plejers ġodda f’Jannar xejn m’hu deċiż PREMIER INGLIŻ

Il-gowlkiper ta’ Chelsea, Thibaut Courtois, jinsisti li xejn għadu m’hu deċiż minkejja l-forma u lkonsistenza tat-tim tiegħu, il-liders indiskutibbli tal-Premiership Chelsea, u wieħed jeħtieġ jaddotta l-mentalità li ‘t-tiġrija hi salbarkun’ f’dan il-livell ta’ kampjonati. Chelsea, taħt it-tmexxija talPortugiż, Jose Mourinho, qed igawdu vantaġġ ta’ erba’ punti u qed iħejju għall-impenji tax-xitwa filwaqt li jittamaw li jżommu dan il-vantaġġ u anki jibnu fuqu. Iżda waqt li l-Blues għadhom ma tilfux mill-bidu tal-istaġun – u wara 11 il-logħba fil-kampjonat – Courtois, li impressjona bil-kbir fillasta ta’ Chelsea mindu ħa post ilveteran Petr Cech, sostna li l-kampjonat hu twil u li d-diffikultajiet ma jonqsux minn xahar għal xahar. Il-gowlkiper nazzjonali Belġjan kompla li hu u sħabu m’humiex qed jitilfu l-konċentrazzjoni u jafu li l-unuri jitqassmu f’Mejju u mhux f’Novembru. Hu irrefera wkoll għall-problemi li qed jiffaċċjaw irrivali ta’ Chelsea – fosthom Manchester City, Arsenal u Manchester United – u qal li xxorti tilgħab parti u li kollox jista’ jinbidel fi kwistjoni ta’ ġimgħat.

– Thibaut Courtois

“Jiżbaljaw dawk li jaħsbu li lleague diġà ġewwa, u qed nikkonfrontaw kull logħba kif tiġi, fejn inżommu dejjem f’moħħna kemm il-Premier League hu diffiċli li jintrebaħ,” qal Courtois meta wieġeb għall-kummenti li Chelsea huma diġà ‘iċ-Champions prospettivi’ f’għajnejn ħafna partitarji – u mhux biss tal-Blues. “Irridu u qed nippruvaw nirbħu l-logħbiet kollha jew almenu nilħqu t-tragwardi possibli, iżda fadlilna ħafna xogħol u jaqbel li nikkalkulaw il-league daqslikieku maratona,” qal Courtois, li jittama li ‘l-impenn tiegħu u ta’ sħabu iħalli l-frott mixtieq’. Chelsea, is-Sibt, huma impenjati f’darhom kontra West Bromwich Albion u mill-ġdid huma favoriti għall-punti. Intant, Southampton, is-sorpriża tal-istaġun li jinsabu t-tieni filPremiership, bi żvantaġġ ta’ erba’ punti mal-Blues, imorru Villa Park għall-konfront nhar it-Tnejn ma’ Aston Villa. Iċ-Champions, Manchester City, bħalissa jinsabu t-tielet bi tmien punti anqas minn Chelsea, waqt li Arsenal u Manchester United għandhom, rispettivament, distakk ta’ tnax u tlettax il-punt mal-liders.

Mhux probabbli li Manchester United jixtru plejers ġodda ladarba jinfetaħ is-suq tat-trasferimenti, f’Jannar. Ed Woodward, il-viċichairman eżekuttiv tal-klabb Ingliż, tkellem dwar din is-sitwazzjoni u spjega li United m’humiex se jinvestu fi plejers “li jistgħu jsolvu biss il-problemi għal żmien temporanju.” Madankollu, il-klabb m’hu jeskludi xejn u, filwaqt li immarka l-plejers speċifiċi li jinkwadraw fil-pjani tiegħu għattul taż-żmien, jista’ jagħmel offerta xierqa “ladarba tinfetaħ possibbiltà li xi ħadd minn dawn l-akkwisti jsir realtà.” Dan is-sajf, Manchester United nefqu ftit aktar minn £150 miljuni fuq plejers ġodda wara li ddiżappuntaw bis-sħiħ fl-istaġun li għadda u naqsu milli jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej għall-ewwel darba f’aktar minn 20 sena. L-aktar plejer li swielhom flus hu Angel Di Maria li nxtara mingħand Real Madrid għal somma rekord ta’ €59.7, b’dan ilplejer m’hux qed juri l-konsistenza li seta’ xtaq minkejja bidu tal-istaġun brillanti. Minbarra Di Maria, United xtraw ukoll lil Ander Herrera (£28 miljun), Luke Shaw (£27

Ed Woodward (lemin) flimkien mal-manager Louis Van Gaal

miljun), Marcos Rojo (£16 miljun) u Daley Blind (£13.8 miljun). Intant, il-klabb ħallas £6 miljuni għas-servizzi talattakkant Radamel Falcao li ngħaqad magħhom b’self, iżda dan il-plejer qed ibati l-effetti konsistenti ta’ injury fit-tul. Il-klabb anki għaddej minn żmien sfortunat, b’ħafna plejers jinsabu indisposti minħabba sensiela ta’ injuries – bl-aktar disfatti riċenti jmissu lill-gowlkiper, David de Gea, u Daley Blind li weġġa’ mal-Olanda u jista’ jdum nieqes għal xahrejn. Fil-preżent, Man Utd huma sseba’ post – l-istess fejn spiċċaw taħt l-eks-manager David Moyes, fl-istaġun li għadda. Il-klabb hu determinat li almenu, jiksbu post mal-ewwel erbgħa li jiggarantilhom post fil-

preliminari taċ-Champions League. Fl-aħħar jiem, kien ikkonfermat tnaqqis ta’ 9.9 fil-mija millintrojtu ta’ Man United (li niżel għal £88.7 miljuni) għall-perijodu Lulju-Settembru u li jirrifletti ‘l-assenza tal-klabb miċChampions League’. Min-naħa tiegħu, Ed Woodward għamilha ċara li lklabb qed isegwi l-plejers ġodda prospettivi u f’każ li ma jsirux trasferimenti f’Jannar (bħalma qed jidher il-każ, għalissa), United beħsiebhom jikkompetu għall-plejers ta’ kwalità, matul is-sajf, biex ikomplu jissaħħu. “Jekk nistgħu nġibu lil xi ħadd mill-plejers li tfajna għajnejna fuqu f’Jannar, nikkunsidraw li nieħdu azzjoni, iżda l-probabbiltà hi baxxa,” temm jgħid Woodward.


www.maltarightnow.com

29

SPORT

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

Is-sewwieqa Lewis Hamilton u Nico Rosberg ilhom ħbieb u rivali f’dan l-isport sa minn età żgħira u d-dilettanti tal-Formula 1 madwar id-dinja ma jistgħu jitkellmu fuq xejn aktar ħlief ‘iddwell – jew decider – fid-deżert’ li se jsir nhar il-Ħadd f’Abu Dhabi. It-tellieqa finali tal-istaġun tiddeċiedi d-destin tat-titlu talFormula 1, bil-Britanniku Hamilton, li qed igawdi vantaġġ ta’ 17-il punt fuq Rosberg - talMercedes ukoll - qed joħlom li jsir Champion tad-Dinja għattieni darba, sitt snin wara li kien kiseb l-ewwel titlu prestiġjuż filkarriera tiegħu. B’hekk, l-istaġun tal-Formula 1 jilħaq il-qofol b’din it-tiġrija drammatika fiċ-ċirkwit ta’ Yas Marina, proprju tmien xhur u 18 il-tellieqa – wara li Hamilton u Rosberg ħarġu fuq quddiem bħala protagonisti u wrew superjorità u konsistenza netta għallisfidanti l-oħrajn kollha. Filwaqt li vantaġġ ta’ 17-il punt jista’ jitqies bħala wieħed sostanzjali għal Hamilton, dan żgur li mhux il-każ peress li rrebbieħ tat-tellieqa f’Abu Dhabi hu garantit minn 50 punt – iddoppju tal-punteġġ normali għal rebħa. Dan il-fatt, pjuttost kontroversjali, flimkien mal-fattur talissues tekniċi li jsiru dejjem aktar probabbli lejn l-aħħar ta’ staġun tal-Formula 1, ifissru li kull riżultat għadu possibli u li

Hamilton irid joqgħod attent li, almenu, jżomm il-pass ma’ Rosberg. Min-naħa tiegħu, ilĠermaniż mistenni jadotta strateġija aggressiva meta jaf li issa hu każ ta’ ‘kollox jew xejn’. Forsi f’dan il-punt hu tajjeb li wieħed jirrifletti ftit fuq l-istaġun u jmur lura sa żmien il-provi filpre-season, meta deher ovvju li ttim Mercedes u ż-żewġ

karozza tiegħu għal ġo dik ta’ Hamilton u ikkaġunalu puncture. Il-pika bejn il-Britanniku u lĠermaniż laħqet livell ġdid wara dan l-inċident – b’Hamilton iwieġeb b’ħames rebħiet konsekuttivi u qaleb żvantaġġ ta’ 29 punt f’vantaġġ ta’ 24 punt, meta kien jonqos żewġ tlielaq biss qabel it-tmiem tal-istaġun. Iżda t-tellieqa fil-Brażil rat laħjar ta’ Nico Rosberg li rreżista sal-aħħar il-pressjoni ta’ Hamilton u rebaħ battalja oħra importanti. B’din ir-rebħa, Rosberg naqqas il-vantaġġ ta’ Hamilton għal 17il punt u, issa, kollox ikun deċiż f’Abu Dhabi. Madankollu Hamilton isir Champion tadDinja jekk jaċċerta mit-tieni post, u irrispettivament mill-fatturi loħrajn kollha. Għaldaqstant, għajnejn kulħadd nhar il-Ħadd, se jkunu fuq iċ-ċirkwit tal-Yas Marina li sewa l-multi-miljuni tal-ewro lill-mexxejja ta’ Abu Dhabi. Dan iċ-ċirkwit hu ta’ 5.554 kilometru, bit-tellieqa ssir waqt inżul ixxemx u tintemm bil-lejl, taħt ilfloodlights. L-organizzaturi anki ħasbu biex iniżżlu s-siparju fuq listaġun tal-Formula 1 b’kunċert memorabbli li jsir ladarba jikkonfermaw iċ-Champion tadDinja ġdid, u fejn l-aktar ismijiet li jispikkaw huma l-grupp The Who, Pharrell Williams u d-DJ rinomat, Armin van Buuren.

Il-McLaren mhux mistennija jħabbru min se jkunu ssewwieqa tagħhom għall-2015 qabel Diċembru hekk kif għadhom ma ddeċiedewx min se jkun is-sewwieq l-ieħor ma’ Fernando Alonso. Iċ-Chairman tal-McLaren Ron Dennis irid jiddeċiedi bejn issewwieqa eżistenti, Jenson Button u Kevin Magnusson. It-tim ilbieraħ qal fuq Twitter, “Nafu li qed tistennew l-aħbar dwar is-sewwieqa għall-istaġun li ġej. Se nħabbruhom wara l-1 ta’ Diċembru u tkunu inthom li ssiru tafu l-ewwel.” Id-darbtejn Champion tadDinja Fernando Alonso għad irid ikun konfermat uffiċjalment bħala wieħed mis-sewwieqa. Dennis deher li kien qed ixaqleb li jżomm lil Magnussen li għandu 22 sena u li jinsab flewwel staġun tiegħu filFormula 1

Imma ċ-Champion tal-2009 Button, jinsab fis-seba’ post filklassifika ġenerali dan l-istaġun b’106 punti meta mqabbel mal55 punt li kiseb id-Daniż Magnussen. McLaren qalu fi stqarrija li dan id-dewmien kien dovut għaliex “l-għażla tal-aħjar sewwieqa għat-tim tal-Formula 1 hi proċess mill-aktar importanti u għalhekk hi waħda li ttirikjedi analiżi fit-tul u preċiża.” It-tim qal li jrid jevita kwalunkwe distrazzjoni milli jikseb l-aħjar riżultat possibli flaħħar Grand Prix ta’ Abu Dhabi. Il-McLaren għandhom ċans li jegħlbu lill-Ferrari għar-raba’ post fil-klassifika tal-kostrutturi. Huma jinsabu 41 punt wara ttim Taljan u hemm disponibbli massimu ta’ 86 punt minħabba lpunti doppji li se jingħataw flaħħar tiġrija.

Hamilton u Rosberg lesti għal ‘Dwell fid-Deżert’ FORMULA 1

Nico Rosberg (xellug) u Lewis Hamilton li xi ħadd minnhom il-Ħadd se jkun inkurunat Champion

sewwieqa tiegħu, kienu fi klassi għalihom. Fil-fatt, Hamilton u Rosberg qasmu bejniethom 17 mit-18 il-pole position minbarra li (bejniethom ukoll) rebħu 15 iltellieqa waqt il-’battalja personali’ għat-titlu.

Bidu deludenti Intant, hu minnu li Hamilton sofra bidu tal-istaġun deludenti

meta kellu jirtira fl-Awstralja u kellu jistinka għal diversi xhur biex inaqqas mid-distakk talpunti ma’ Rosberg. Iżda l-r-rivalità bejn iż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes ma kienet qatt taħraq daqs kemm kienet waqt il-Grand Prix ta’ Awwissu fil-Belġju, bilĠermaniż, li kien qed jiġġieled għall-vantaġġ, ‘idawwar’ il-

Il-McLaren se jħabbru s-sewwieq ix-xahar d-dieħel

Fernando Alonso (xellug) mill-istaġun li ġej jista’ jkollu sewwieq miegħu fl-istess tim lil Jenson Buttton


www.maltarightnow.com

30

il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Conte jrid bidla fit-tħejjija tan-nazzjonal Taljan

Il-kowċ tal-Italja Antonio Conte jrid li jkollu aktar żmien jipprepara t-tim għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni mill-Euro 2016. It-Taljani għadhom mhux megħluba f’sitt partiti li ilu fittmexxija Conte u jinsabu flewwel post ta’ Grupp H flimkien mal-Kroazja, grupp li jinkludi wkoll lil Malta. Huma kisbu rebħa minima fuq l-Albanija flaħħar impenn għal din is-sena. Minkejja r-rebħa b’gowl birras ta’ Stefano Okaka fi Stadio Comunale Luigi Ferraris, wara llogħba Conte kien kritiku dwar lammont ta’ żmien li kellu malplejers biex jippreparaw. L-eks kowċ ta’ Juventus sostna li t-tim nazzjonali ma kienx qed jingħata prijorità fil-pajjiż imma kompla jgħid li kien issa li qed jirrealizza bis-sitwazzjoni. “Qed niġi mitlub biex nagħmel xogħol tajjeb u nibdel lit-tim Taljan. Għalhekk tuni ċans u tuni l-kundizzjonijiet biex nikseb dan,” spjega Conte. “Irridu naħdmu biex nikkwali-

Il-kowċ tal-Italja Antonio Conte

fikaw għall-Euro u mbagħad f’xahar irridu nibnu skwadra b’saħħitha. F’ġurnata u nofs ippreparajna għal kontra lAlbanija li kienu għelbu lill-

Portugall u ġew draw ma’ Franza. “M’inix irriabjat kontra xi ħadd partikolari. Inħoss biss li wara tliet xhur fil-kariga u t-tielet laqgħa flimkien mal-plejers, issa qed nieħu ideja aktar ċara tas-sitwazzjoni.” L-Italja mhux se jerġgħu jkunu fl-azzjoni qabel Marzu meta jiltaqgħu kontra l-Bulgarija u Conte żied il-frustrazzjoni binnuqqas ta’ apprezzament lejn ittim nazzjonali. “Kulħadd jgħid li rridu nagħmlu hekk u rridu nagħmlu hekk għall-futbol Taljan. Imbagħad meta ndawwar wiċċi nsib ruħi waħdi. Meta se nuru ftit imħabba lejn in-nazzjonal? Minflok kulħadd jgħid li dak ma jistax jilgħab, irid jagħmel hekk u jagħmel hekk. In-nies jitolbu li lplejers joħolqu tim bid-determinazzjoni, l-organizzazzjoniu lgħaqda u dan kollu fi tmienja jew disat’ijiem. Imbagħad l-istess nies lanqas jagħtu każ it-tim tul dawk il-jiem.”

Nofsu tifel u nofsu super eroj. Hekk hu l-maskot uffiċjali tal-Euro 2016 li għamel l-ewwel dehra uffiċjali tiegħu t-Tlieta fi Stade Velodrome qabel il-partita ta’ ħbiberija bejn Franza u l-Iżvezja. It-tifel sar eroj wara li skopra tliet oġġetti maġiċi – il-mantell, iż-żarbun u l-ballun. Huwa ngħata merħba sabiħa meta daħal liebes il-flokk ta’ Franza bin-numu 16 b’referenza għal meta se jsiru l-finali. Sas-26 ta’ Novembru, l-pubbliku se jkollu ċ-ċans jagħżel l-isem tal-maskot bejn Driblou, Goalix jew Super Victor. Il-fażi finali tal-Euro 2016 se jsiru bejn l-10 ta’ Ġunju u l-10 ta’ Lulju.

Il-Peru jirbaħ b’disgħa kontra l-Paragwaj PARTITI TA’ ĦBIBERIJA

Żewġ gowls minn Carlos Ascues għenu lill-Peru b’disa’ plejers jirkupraw minn gowl minn taħt biex għelbu lillParagwaj 2-1 f’Lima u b’hekk pattew għat-telfa li kienu ġarrbu ħames t’ijiem qabel. Il-plejers ta’ Victor Genes marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Roque Santa Cruz li kien imxellef lejn tmiem l-ewwel taqsima qabel ma l-Peruvjani f’darhom kellhom lill-attakkant Palo Guerrero mkeċċi fis-67 minuta. Imma gowls mill-isbaħ tassostitut ta’ 22 sena Ascues, raw lill-Peruvjani jiksbu r-rebħa quddiem il-partitarji tagħhom. Ascues kiseb id-draw wara suġġeriment ta’ Cristian Benavente mumenti wara li daħal fit-72 minuta u tmien minuti wara l-istess plejer ta’ Universidad San Martin reġa’ skorja. Lejn it-tmiem kien hemm ukoll inċident bejn Yordy Reyna talPeru u Derlis Gonzalez talParagwaj li kienu daħlu t-tnejn sostituti u tkeċċew flimkien. Deċiża minn sostitut Alvaro Gonzalez ukoll daħal sostitut u mexxa lill-Urugwaj lejn rebħa 2-1 fuq iċ-Ċile f’partita internazzjonali oħra ta’ ħbiber-

Riżultati Bolivja v Venzwela Ċile v Urugwaj Peru v Paragwaj Panama v Kanada

Iċ-Cilen Alexis Sanchez jissielet ma’ Egidio Arevalo (lemin) tal-Urugwaj

ija f’Santiago. Gonzalez kien għadu kif daħal fil-pitch meta approfitta minn żball fid-difiża taċ-Ċile li nqabdet rieqda fit-80 minuta f’Estadio Monumental. Iż-żewġ difensuri ċentrali nqabdu fuq sieq waħda u pper-

mettew lil Diego Rolan jieħu lballun u jqassmu lejn is-sostitu Gonzalez li ma żbaljax millviċin. Aktar qabel Alexis Sanchez kien poġġa liċ-Ċile fil-vantaġġ fit-28 minuta. Imma l-Urugwaj kisbu d-draw

eżatt qabel il-mistrieħ meta żżagħżugħ Rolan skorja l-ewwel gowl tiegħu ma’ pajjiżu kontra xxejra tal-logħob.

Rebħu wara 21 xahar Il-Bolivja temmew stennija ta’ 21 xahar għal rebħa meta għelbu

3-2 1-2 2-1 0-0

lil Venzwela 3-2 f’logħba pjaċevoli. Gowl mill-isbaħ wara azzjoni ndividwali ta’ Juan Carlos Arce fis-87 minuta tahom l-ewwel rebħa sa minn Frar tal-2013. Ronald Raldes u Damian Lizio kienu poġġewhom fil-vantaġġ wara li Wilker Angel kien kien fetaħ l-iskor għall-Venzwela. Imma Alexander Gonzalez skorja fil-71 minuta biex kiseb id-draw għall-viżitaturi li issa ilhom bla rebħa sa minn Settembru tas-sena l-oħra qabel ġarrbu telfa oħra b’gowl ta’ Arce. F’partita oħra l-Kanada ma kienux kapaċi jinfdu lil Panama b’għaxar plejers u spiċċaw fi draw 0-0. It-tkeċċija ta’ Anibal Godoy fit-73 minuta tat lill-Kanada vantaġġ numeriku imma l-viżitaturi ma kienux kapaċi japprofittaw. Anzi kienu l-Panama l-aktar perikolużi hekk kif il-forma diċenti tagħhom kompliet wara li tilfu biss darba fl-aħħar seba’ partiti.


32

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru, 2014

Ħaddiema bil-kuntratt mal-Air Malta jitterminawlhom l-impjieg

www.maltarightnow.com

LOKALI

Andrew Mizzi jirriżenja minn Head of Industrial Relations tal-Air Malta wara xahrejn fil-kariga Joe Mikallef

Għadd ta’ ħaddiema mal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta nhar it-Tlieta waranofsinhar issejħu mill-kumpanija biex jingħataw ittra li biha kienu infurmati li l-kuntratt tagħhom kien qed jiġi terminat b’mod immedjat u għalhekk ma kienx se jkun imġedded. Dawk milquta, li kienu impjegati part-time malkumpanija bil-kuntratt, huma lħaddiema tar-Rampa u taċCheck-In. Dawn il-ħaddiema ħaduha bi kbira ħafna din l-aħbar, l-aktar għaliex sa ftit tal-jiem ilu biss kienu qed jiġu assigurati li limpjieg tagħhom ma kienx filperiklu. Huma kienu ilhom ħafna jilmentaw li kienu qed iħossuhom użati peress li qatt ma tawhom ilkelma dwar x’se jiġri minnhom wara li skadielhom il-kuntratt, u f’ħafna mill-każi kienu baqgħu

jġeddulhom minn gimgħa għal oħra, mingħajr ma jgħidulhom jekk finalment il-kuntratt hux se jiġi mġedded jew le. Fi kliem ieħor, żammewhom imdendlin mingħajr ma tawhom risposta definittiva. Dan sakemm, eventwalment, din il-ġimgħa bagħtu għalihom u tawhom l-aħbar li daqshekk se jibqgħu impjegati mal-kumpanija. Ħaduha bi kbira wkoll għaliex l-aħbar ingħatatilhom inqas minn 24 siegħa wara li l-Ministru talFinanzi ressaq il-baġit għas-sena d-dieħla li fih spikka ħafna kliem sabiħ dwar opportunitajiet ta’ xogħol u garanziji dwar il-futur tal-Air Malta. Il-ħaddiema tal-Air Malta li ssejħu biex jirrapportaw għand ilkumpanija qalu lil ‘In-Nazzjon’ li kien hemm min minnhom li kien bil-leave jew off, iżda xorta waħda saret enfasi magħhom biex imorru jiġbru ittra importan-

Andrew Mizzi, eks-Segretarju ta’ waħda mit-taqsimiet tal-GWU, li rriżenja minn Head of Industrial Relations tal-Air Malta xahrejn biss wara li nħatar

ti indirizzata lilhom. Meta fetħuha, sabu li qed jiġu infurmati li l-kuntratt tagħhom ma kienx se jkun imġedded. L-ittra li rċivew il-ħaddiema li ntemmilhom il-kuntratt kienet iffirmata minn Silvio Falzon, iċChief Operating Officer, u Sandro Pisani, iċ-Chief Corporate Officer – uffiċċju li fost l-oħrajn, jinkorpora fih ukoll lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani. Ħaddiema minn dawn li tkellmu magħna spjegawlna dwar issitwazzjoni fil-kumpanija llum li l-Air Malta aktar qed timpjega supervisors u nies li xogħolhom hu li jikkmandaw, milli qed timpjega nies li jaħdmu fuq il-lant taxxogħol. Semmewlna wkoll kif ċerti part-timers klerikali qed jiġu aġevolati biex jaħdmu ħinijiet twal fil-Ħdud u l-festi, a skapitu tal-ħaddiema l-oħra, inkluż ilfull-timers. Qalulna wkoll li hemm loaders li għandhom ittra mingħand Ministru partikulari sabiex jagħmlu ċertu tip ta’ xogħol biss – xogħol b’inqas tbatija fejn għandu x’jaqsam ma’ tagħbija ta’ bagalji. “Illum kollox sar jiddependi minn min taf u min jiġi minnek flAir Malta,” qalilna wieħed minn dawn il-ħaddiema, li qed iħossuhom imwarrbin u użati, u wisq jibżgħu li kull darba li ssir xi għażla, tkun mhux biss fuq il-bażi jekk intix Laburist jew Nazzjonalist, imma saħanistra anke fuq minn liema distrett tkun ġej.

Huma kkummentaw kemm kellha raġun iċ-Chairperson tappella lill-politiċi biex ma jindaħlux iktar lill-kumpanija. Jidher, qalulna dawn il-ħaddiema, li kien proprju dan it-tip ta’ ndħil li wassal biex proprju bħallum ġimgħa, irriżenja Andrew Mizzi minn ‘Head of Industrial Relations’ tal-Air Malta, wara inqas minn xahrejn fil-kariga. Mizzi, eks-Segretarju ta’ waħda mit-taqsimiet tal-GWU, kien inħatar f’din il-kariga għolja fillinja nazzjonali tal-ajru ftit ġimgħat ilu wara li ħa post Josephine Abdilla li wkoll telqet mill-

kumpanija, f’Ġunju li għadda. Mizzi, trejdunjonista, qabel kien jokkupa wkoll il-kariga ta’ Kap tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan l-Awtorità Maltija għal-Logħob u l-Lotteriji. Kollegi tiegħu kienu maħsuda bl-aħbar, imma qalu li fil-ftit ġimgħat li kien ilu jokkupa din ilkariga, ma setax jaqdi kif irid irrwol tiegħu għax kien qiegħed ikun imxekkel kemm minn ta’ fuqu u anke minn ta’ taħtu, blUffiċċju taċ-Chairperson ftit li xejn għamel – jekk wara kollox ried jagħmel – biex isolvi l-problemi li Mizzi kien qed jiffaċċja.

espressi opinjonijiet minn kontributur li kemm l-Air Malta u kemm l-istess kuntrattur ma

jaqblux magħhom. Il-Ministru Zammit Lewis qal ukoll li l-kuntrattur talab

apoloġija bil-miktub għal dan innuqqas u għamel l-arranġamenti kollha sabiex jikkoreġi dan kif ukoll xi żbalji oħra ta’ ortografija, spejjeż tiegħu. Jirriżulta wkoll li sakemm inġabar biex kienet ikkanċellata din il-kritika diretta lejn Mintoff, il-magazin kien nieqes għal madwar ħamest ijiem minn fuq ittitjiriet tal-Air Malta.

Ħaddiema tar-Rampa fl-Air Malta fl-aħħar jiem ingħataw l-aħbar li tterminawlhom il-kuntratt (Ritratt: Roberto Runza)

Kritika lil Mintoff twassal biex l-Inflight Magazine tal-Air Malta jinġabar u jerġa’ jiġi stampat Alex Attard

Kritika lill-eks-Prim Ministru u eks-Mexxej Laburista Dom Mintoff wasslet biex il-ħarġa kurrenti tal-Inflight magazine li jitqassam fuq it-titjiriet tal-Air Malta, inġabret lura minn fuq lajruplani u kopji ġodda tqassmu diġà bi spejjeż għall-kuntrattur li kien responsabbli mill-pubblikazzjoni tal-magazin. Il-kritika kienet diretta lejn Mintoff, li fl-introduzzjoni talartiklu bit-titlu ‘50 years of Independence’, ġie deskritt bħala dittatur. Fl-artiklu, kif juri r-ritratt ta’ hawn taħt, kien intqal li Malta għaddiet miż-żminijiet mudlama

tat-Tieni Gwerra Dinjija u missnin tad-dittatur Soċjalista Dom Mintoff, u li llum hi b’saħħitha bħala parti mill-Unjoni Ewropea u miz-zona tal-ewro. L-artiklu kien iffirmat minn Jeremy Norman. L-informazzjoni li l-Inflight magazine kellu jinġabar, jiġi stampat mill-ġdid u jerġa’ lura fuq it-titjiriet tal-Air Malta mingħajr il-kritika lejn Mintoff, kienet żvelata f’mistoqsija filParlament li saret mid-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo lillMinistru Edward Zammit Lewis. Fit-tweġiba li ta, il-Ministru għat-Turiżmu kkonferma li dan kellu jseħħ minħabba li f’artiklu partikulari tal-magazin ġew

L-introduzzjoni tal-artiklu li fih kien hemm il-kritika lil Dom Mintoff, u li wasslet biex il-magazin inġabar u reġa’ ġie stampat


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.