In-Nazzjon 22 ta' Novembru 2014

Page 1

Nru 13,907

Is-Sibt, 22 ta‘ Novembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Peralta jagħti l-libertà proviżorja lid-Diretturi tal-Leisure Clothing

Ara paġna 6

Mil-laqgħa ma’ terrorist għal laqgħa mal-Gvern illeġittimu

L-Ambaxxatur Malti fi Tripli Mannie Galea jidher f’dan ir-ritratt li qed nippubblikaw b’mod esklussiv, f’laqgħa ma’ uffiċjali għolja tal-Gvern illeġittimu Libjan, magħruf bħala l-Gvern ta’ Misrata

L-Ambaxxatur ta’ Malta għal-Libja Mannie Galea f’laqgħat mal-Gvern illeġittimu Libjan ibbażat fi Tripli, wara li kif żvelat nhar il-Ħadd ‘il-mument’, aktar kmieni ltaqa’ mat-terrorist Mahdi al-Harati Joe Mikallef

‘In-Nazzjon’ illum tista’ tiżvela li Mannie Galea, lAmbaxxatur ta’ Malta għalLibja, fil-jiem li għaddew kellu wkoll laqgħat mat-tmexxija talGvern illeġittimu Libjan stabbilit fil-kapitali Tripli u li hu magħruf bħala dak ta’ Misrata.

Min-naħa l-oħra l-Gvern leġittimu Libjan hu dak immexxi mill-Prim Ministru Al Thinni stabbilit f’Tobruk. Dan jirriżulta lil ‘In-Nazzjon’ wara li nhar il-Ħadd li għadda fil-gazzetta ‘il-mument’ kienet żvelata żjara ta’ korteżija li l-istess Ambaxxatur Malti Mannie Galea għamel lis-Sindku ta’

Tripli Mahdi al-Harati li bħalissa hu mfittex internazzjonalment dwar diversi każi ta’ terroriżmu. Il-laqgħa bejn Mannie Galea u s-Sindku Mahdi al-Hatari saret nhar il-Ħamis, 6 ta’ Novembru 2014 u kienet rappurtata wkoll fil-media internazzjonali fejn “The Libya Observer” qalet hekk “The Maltese Ambassador to

Libya Emmanuel Galea visits Central Tripoli Municipality today to congratulate Mayor and staff for officially assuming their duties.” Dik iż-żjara stonat bil-kbir minħabba li saret ftit tal-jiem biss wara li f’Malta ltaqa’ l-Kabinett Libjan ibbażat f’Tobruk.

L-ordni ġiet minn fuq nett

Dan ir-ritratt ittieħed nhar l-Erbgħa u juri lill-Kuntistabbli Paul Sheehan, eks xufier ta’ Manwel Mallia, ftit wara li spara tiri fuq sewwieq Ingliż

Il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ jista’ jiżvela li l-ordni lill-pulizija biex il-karozza ta’ Stephen Smith nhar l-Erbgħa filgħaxija titneħħa millewwel minn taħt il-mini TalQroqq – fejn kien arrestat lIngliż li fuqu spara l-eksxufier tal-Ministru Manwel Mallia – ingħatat minn fuq nett fil-Korp. Dan il-ġurnal jinsab infurmat, minn sorsi ta’ min joqgħod fuqhom, li din l-ordni ngħatat

mill-Kummissarju tal-Pulizija Raymond Zammit. Mhux magħruf jekk l-Aġent Kummissarju kienx qed jaġixxi fuq ordni li ngħata hu stess minn aktar ’il fuq, jew inkella tax din id-direttiva fuq inizjattiva tiegħu. Mhux magħruf lanqas x’kienet ir-raġuni għal dan. Kif kien żvelat fil-jiem ta’ wara dan l-inċident, il-karozza ta’ Smith ġiet mgħobbija fuq dak li jissejjaħ ‘low loader’ talPulizija u ttieħdet mill-post,

Ara paġna 13

għal paġna 3

Kien il-Kummissarju tal-Pulizija li ordna li l-karozza tal-Ingliż li spara fuqha l-eks xufier ta’ Manwel Mallia titneħħa qabel l-inkjesta Nathaniel Attard

Protesti tal-massa fil-Messiku dwar l-istudenti neqsin

qabel ma waslu fil-post il-pulizija tad-distrett, u saħanistra qabel kienu waslu fil-post l-esperti talQorti biex tibda l-inkjesta maġisterjali. Il-karozza ttieħdet lejn ilgaraxx tal-pulizija, u skont sorsi ta’ ‘In-Nazzjon’ fir-Rapid Intervention Unit (RIU) li lmembri tagħha kienu fil-post dak il-ħin, l-ordni rċivewha mingħand l-ogħla uffiċjal talKorp tal-Pulizija. għal paġna 4

Weekend ta’ vjaġġi mill-Gozo Channel bla life boat fuq il-vapuri

Ara paġna 32


www.maltarightnow.com

LOKALI

Laqgħa fuq inizjattiva personali tiegħu minn paġna 1

Il-Kabinett leġittimu Libjan, għal diversi raġunijiet, għażel lil Malta biex jiddiskuti diversi temi ta’ importanza kbira dwar l-aġenda tiegħu fit-tmexxija tal-pajjiż li għaddej minn żminijiet diffiċli ħafna karatterizzati minn instabbiltà. Dwar dik iż-żjara ta’ korteżija li imbarazzat lill-Gvern Malti, sorsi diplomatiċi fissru li diġà hu imbarazzanti ħafna li Ambaxxatur Malti jkollu x’jaqsam ma’ dan is-Sindku, li hu assoċjat mal-organizzazzjoni Al-Qaeda, aħseb u ara kemm żjara ta’ korteżija uffiċjali bħal din tista’ twassal fix-xena internazzjonali messaġġ ta’ tħassib. Sadanittant, fid-dawl ta’ dan kollu ‘In-Nazzjon’ kompliet tirċievi aktar informazzjoni dwar l-operat tal-Ambaxxatur Malti fil-Libja, fosthom ukoll dwar aktar laqgħat li hu kellu mattmexxija tal-Gvern illeġittimu stabbilit fi Tripli u li ta’ laqgħa minnhom qed nippubblikaw ukoll b’mod esklussiv ritratt. F’dan ix-xenarju kollu aktar

kmieni din il-ġimgħa dan il-ġurnal bagħat sensiela ta’ mistoqsijiet lil George Vella, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, li kkonferma li l-laqgħa bejn l-Ambaxxatur Malti Mannie Galea u Mahdi alHarati saret fuq inizjattiva personali tal-Ambaxxatur Malti u mingħajr ebda talba tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti. Fit-tweġibiet tiegħu George Vella qal ukoll li fil-jiem li għaddew il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin sejjaħ lura Malta lil Mannie Galea għal konsultazzjoni kif normalment isir. Mistoqsi minn ‘In-Nazzjon’ jekk hux minnu li l-Gvern Libjan immexxi f’Tobruk talab lillGvern Malti biex ineħħi lillAmbaxxatur Mannie Galea u minfloku jaħtar Ambaxxatur ieħor li jkollu s-sede tiegħu wkoll, almenu għalissa, f’Tobruk, il-Ministru George Vella ħarab milli jwieġeb u qal biss li “mhix il-prassi li tingħata din it-tip ta’ informazzjoni.” Mistoqsi jekk il-Gvern Malti jagħrafx li l-Gvern leġittimu Libjan hu dak stabbilit f’Tobruk, il-Ministru George Vella qal li l-

Iż-żjara ta’ korteżija tal-Ambaxxatur Malti fil-Libja lis-Sindku ta’ Tripli Mahdi al-Harati, li hu assoċjat mal-Al Qaeda

Gvern Malti segwa d-direzzjoni u l-politika tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Unjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-għarfien ta’ gvern leġittimu Libjan. “Għal dawn l-aħħar xhur ilGvern magħruf kien dak tal-Prim Ministru Al Thinni stabbilit f’Tobruk. Id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Libjana tal-Ħamis, 6 ta’ Novembru li għadda dwar din il-

Intom ispirazzjoni għall-futur tal-pajjiż – Simon Busuttil

L-istudenti tal-NSTF jiltaqgħu ma’ Simon Busuttil u Therese Comodini Cachia (Ritratt: Roberto Runza)

“Science Communication to Society” hu l-isem tal-Forum tal-istudenti dwar ix-xjenza, fi ħdan l-NSTF, li hi Fondazzjoni li tgħin lill-istudenti fl-istudju tagħhom billi mit-teorija tgħinhom anke fil-prattika, fost l-oħrajn billi jipparteċipaw f’fora u inizjattivi oħra barra minn Malta. Il-bieraħ waranofsinhar uħud mill-istudenti tal-NSTF iltaqgħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u

mal-Membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia fid-Dar Ċentrali. Fost l-istudenti, li anke ppreżentaw rapport tal-istudju li għamlu, kien hemm Andre Jake Mifsud, student ta’ 11-il sena li għamel proġett dwar itturbini tar-riħ u x’tip ta’ enerġija tista’ toħroġ minnhom. Minbarra l-Forum tal-istudenti dwar ix-xjenza kien hemm studenti mill-Forum

3

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

dwar il-psikoloġija u studenti li pparteċipaw fil-Mini European Assembly. Simon Busuttil rringrazzja lil dawn l-istudenti għaliex huma ispirazzjoni speċjalment fil-qasam tax-xjenza, qasam li l-pajjiż irid jinvesti aktar fih. Simon Busuttil rringrazzjahom anke talli qed juru l-passjoni tagħhom lejn l-Ewropa għaliex bħalu jemmnu li fl-Ewropa Malta tista’ tkun aħjar, mingħajr ma tibqa’ iżolata.

leġittimità qed tiġi studjata u kemm in-Nazzjonijiet Uniti u anke l-Unjoni Ewropea qegħdin f’fażi li janalizzaw l-impatt li din jista’ jkollha fuq din il-leġittimità.” Dwar il-laqgħa ta’ Mannie Galea mas-Sindku al-Harati, ilMinistru George Vella, li kien qiegħed iwieġeb il-mistoqsijiet tiegħu permezz ta’ Etienne St.John, l-Uffiċjal li jikkoordina

l-Media fi ħdan il-Ministeru talAffarijiet Barranin, qal li “llaqgħa tal-Ambaxxatur Mannie Galea ma’ al-Harati saret fuq inizjattiva personali tiegħu. IlMinisteru tal-Affarijiet Barranin meta tkellem mal-Ambaxxatur Mannie Galea kien infurmat li din kienet żjara ta’ kortezija flokkażjoni tal-ħatra ta’ al-Harati bħala Sindku tal-belt ta’ Tripli.”

Il-PN irrefera għall-aħħar dikjarazzjonijiet tal-Ministru Edward Scicluna dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fejn filwaqt li pprova jaħbi l-fatt li huwa ddeskriva l-istatistika tal-NSO bħala fażulla, xorta kompla jipprova jiżra’ d-dubju fuq il-validità tax-xogħol ta’ dan l-Uffiċċju. Dan l-aġir, qal il-PN, hu ta’ tħassib minn żewġ aspetti: kemm għax jitfa’ dell ikrah fuq istituzzjoni indipendenti li tippubblika informazjoni li fuqha jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-

familji, iżda wkoll għax jiddemoralizza l-professjonisti li huma impjegati ma’ dan l-Uffiċċju, u li fuqhom l-istess uffiċċju investa ħafna biex dawn ikunu preparati teknikament kif ukoll biex tidħol kultura ta’ etika f’dan ix-xogħol. Għalhekk, il-PN appella lillMinistru Scicluna biex jieqaf jattakka l-istatistika u lill-ħaddiema tal-NSO u biex minflok, kif anke rrimarkat il-Kamra tal-Kummerċ fl-aħħar jiem, ifittex soluzzjonijiet għal problemi meta dawn jiġu identifikati.

Hands off l-NSO


4

Il-każ ta’ Manwel Mallia j www.maltarightnow.com

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Il-karozza tneħħiet mill-post qabel l-inkjesta minn paġna 1

Ħafna qed jistaqsu kif u għaliex ingħatat din l-ordni, kif qed jistaqsu wkoll għaliex il-karozza ministerjali ta’ Manwel Mallia, li xxufier tagħha Peter Paul Sheehan issa ġie sospiż mix-xogħol tiegħu mal-Ministru kif ukoll minn Kuntistabbli tal-Pulizija, sakemm waslet mill-Gżira sal-mini talImsida tneħħitilha n-number plate GM14 u minflok tħalliet in-number plate oriġinali, bin-numru ta’ reġistrazzjoni AQZ 853. Kien f’dak il-ħin li din il-karozza talGvern tat-tip Mercedes Benz spiċċat fil-mira ta’ ħafna filmati u ritratti tal-ġurnalisti li laħqu waslu fil-post. U ħafna, anke hawnhekk, qed jistaqsu jekk Sheehan qabadx u neħħa n-number plate talMinistru minn jeddu, jew jekk ingħatax l-ordni biex jagħmel dan, u jekk iva, minn min. Sorsi fil-qalba tal-Korp talPulizija li tkellmu magħna qalulna wkoll li għandhom konferma li ttiri fid-direzzjoni tal-Ingliż ġew sparati fit-triq residenzjali flinħawi tal-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq fejn seħħ l-argument ma’ Sheehan.

Jidher li l-eksxufier tal-Ministru Mallia fetaħ in-nar fuq il-karozza tas-sewwieq l-ieħor hekk kif dan ipprova jaħrab minnu malli ra larma f’idejh. Il-każ seħħ preċiżament fil-kantuniera bejn Treqjet Wied il-Kappara u Triq Edgar Bernard, li tiġi eżatt wara lKulleġġ Santa Monika. Għadu mhux ċar lanqas jekk ittiri sparati kinux tnejn jew tlieta. Għall-bidu kien qed jingħad li ġew sparati żewġ tiri ta’ twissija sakemm il-Ministru tal-Intern u sSigurtà Nazzjonali nqabad f’gidba f’attentat ta’ cover-up u kellu jammetti li ma kienu warning shots xejn. Eżami dettaljat tal-karozza milquta mit-tiri, Vauxhall kulur iddeheb, juri li b’kollox l-eksxufier ta’ Mallia spara tliet darbiet, u laqat il-vettura fi tliet postijiet differenti: fil-bumper, taħt il-fanal u fil-pilastru tal-windscreen. Minkejja dan, fil-konferenza stampa tal-għada tal-każ, ilMinistru baqa’ jgħid li t-tiri sparati kienu tnejn. Sal-bieraħ Stephen Smith kien għadu miżmum arrestat millPulizija, wara li ġie arrestat lErbgħa filgħaxija stess biex jiġi

Il-vettura ta’ Stephen Smith qed tittieħed minn Tal-Qroqq fuq low loader tal-pulizija

interrogat, u dan il-ġurnal hu infurmat li tul il-ġurnata tal-Ħamis tħalla mill-10am sat-3pm f’kuritur fl-għassa tal-pulizija ta’ TasSliema jistenna biex ikellmu spettur. Dan għaliex l-ispettur konċernat ma kienx fl-uffiċċju tiegħu. Sakemm il-pulizja ma jkollhiex provi serji li jwassluha biex iżżommu fil-kustodja tagħha u takkużah, Smith irid jiġi rilaxxat. It-48 siegħa tal-arrest kellhom jiskadu f’xi ħin ilbieraħ filgħaxija. Dan il-ġurnal jinsab infurmat ukoll li l-ewwel attentat tal-Ingliż biex isib avukat jiddefendih malli ġie arrestat kien proprju ma’ Manwel Mallia, li pprova jagħmel

kuntatt miegħu biex jitolbu jassistih legalment. Jidher li Smith, li hu barrani, ma kienx jaf li llum Mallia hu l-Ministru responsabbli mill-pulizija, u x’aktarx li ċempillu biex ikun l-avukat tiegħu għax xi darba kien inqeda bis-servizzi tiegħu meta kien għadu avukat. ‘In-Nazzjon’ tista’ tikkonferma wkoll li nhar l-Erbgħa filgħaxija filwaqt li l-Pulizija insistiet li lbarrani jagħmel test talbreathylser, għax allegatament kien fis-sakra, mhux l-istess għamlet ma’ PC533 Peter Paul Sheehan, l-eksxufier ta’ Manwel Mallia. Hija prassi li f’każ ta’ inċident bħal dan, jittieħed dan it-test

liż-żewġ partijiet, imma aħna infurmati li fuq Sheehan ma sarx mill-ewwel il-breathylser test, almenu dakinhar tal-inċident. Sadanittant, dan il-ġurnal ilbieraħ ipprova b’kull mezz jagħmel kuntatt ma’ Stephen Smith biex jieħu r-reazzjoni tiegħu, imma sew għax kien għadu taħt arrest, kif ukoll għax għal xi raġuni ma bediex jirrispondi t-telefonati tagħna, ma rnexxilniex naslu. Smith, li huwa shareholder u direttur ta’ kumpanija mwaqqfa f’Malta, bl-isem ‘Waterbus International Ltd’ kif ukoll direttur tal-kumpanija ‘Ultimate Technology Ltd’, hu reġistrat fuq indirizz f’Birkirkara, kif ukoll fuq irmiġġ numru ħamsa fil-Marina ta’ Ta’ Xbiex fejn għandu jott blisem ‘M.Y. Happy Days’. Il-mara tiegħu Vanessa, ikkuntattjata minn ġurnali oħrajn, ma riditx tikkummenta. Ippruvajna wkoll nieħdu kummenti ta’ xhieda li kienu, jew jgħixu fl-inħawi, imma ħadd ma xtaq jitkellem. ‘InNazzjon’ hi infurmata li l-Pulizija interrogat b’kollox tnax-il persuna li setgħu raw jew semgħu xi ħaġa, imma kienet biss waħda li jidher li kkollaborat.

Mhux veru li x-xufiera tal-Ministri tal-Intern dejjem ikunu armati Manwel Mallia mgiddeb dwar dan ukoll

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li Manwel Mallia sejjaħ b’urġenza u f’paniku l-għada talinċident li fih kien involut leksxufier tiegħu, il-Kuntistabbli tal-Pulizija Peter Paul Sheehan, wara laqgħa li kellu mal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit, fil-preżenza tal-Kap talKomunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali qal li hi prassi li x-xufiera tal-Ministri tal-Intern ikunu Pulizija u jservu wkoll bħala Uffiċjali tas-Sigurtà. Il-ġurnalisti preżenti kkontradixxew dan il-fatt u sostnew mal-Ministru li ma jirriżultax li x-xufiera tal-Ministri tal-Intern fil-passat kienu jkunu armati. Għal din il-mistoqsija, Manwel Mallia baqa’ jinsisti li dan mhux il-każ u li l-Ministri ta’ qablu kellhom skorta armata. Għaldaqstant, il-ġurnal ‘InNazzjon’ tkellem ma’ żewġ eksMinistri tal-Intern fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti biex jip-

prova jara x’inhi l-verità. Sew Tonio Borg u anke Carm Mifsud Bonnici, li servew fl-istess kariga ta’ Manwel Mallia, ittnejn li huma ċaħdu li qatt kellhom xufiera magħhom li kienu jkunu armati. Filwaqt li qal li fis-snin kollha li dam Ministru, fosthom Ministru responsabbli mill-Intern għal għaxar snin sħaħ, qatt ma kellu xufiera armati, Tonio Borg ċaħad ukoll li hi “prassi” li xxufiera mal-Ministru tal-Intern ikunu Pulizija. Borg, li għal erba’ snin minn dak il-perjodu kien ukoll Viċi Prim Ministru, qal li kellu wkoll

xufiera li servew miegħu u li ma kinux fil-Korp. Min-naħa tiegħu, l-eksMinistru Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, li f’disa’ snin serva bħala Segretarju Parlamentari, imbagħad Ministru għall-Intern, sostna li ż-żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu jservu miegħu bħala xufiera ma kinux ikunu armati. Carm Mifsud Bonnici qal ukoll li Ministru tal-Intern għandu jara li jkollu l-kuraġġ u d-determinazzjoni meħtieġa biex jiġġieled ilkriminalità bl-istess mod kif jiġġilduha l-membri nfushom filKorp tal-Pulizija.


kompli jikkomplika ruħu www.maltarightnow.com

5

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Muscat ikompli jiddefendi lill-Ministru tiegħu IS-SEJĦA GĦAT-TNEĦĦIJA TA’ MANWEL MALLIA

Ilbieraħ kienet l-ewwel okkażjoni li fiha l-ġurnalisti setgħu jistaqsu direttament lill-Prim Ministru dwar il-każ ta’ Manwel Mallia, u dwar is-sejħa li qed issir biex hu jitneħħa mill-Kabinett wara li nqabad jigdeb fuq lisparatura min-naħa ta’ dak li kien ix-xufier tiegħu. Minkejja din il-pressjoni millPartit Nazzjonalista, millAlternattiva Demokratika, minn kummentaturi politiċi, minn eksuffiċjali tal-Pulizija, u millpubbliku, il-Prim Ministru xorta qed jibqa’ jinsisti li jiddefendi lil Manwel Mallia. Fl-Isla lbieraħ stqasejna lillPrim Ministru ripetutament jekk hux se jwarrab lill-Ministru talIntern u s-Sigurtà Nazzjonali u jekk jaqbilx li l-pożizzjoni ta’ Manwel Mallia m’għadhiex tenibbli. Hu ħarab milli jwieġeb b’mod ċar u qal biss li se jistenna l-eżitu tal-inkjesta – ammissjoni ċara li s’issa Joseph Muscat mhux lest iqaċċat lill-Ministru tiegħu. Il-ġurnalisti rrimarkaw li din mhix l-ewwel kontroversja li daħal fiha Manwel Mallia fl-

aħħar 20 xhar kemm ilu fil-kariga. Anke dwar dan, il-PM baqa’ jiġi pressat mill-ġurnalisti preżenti, iżda għażel li jdawwar id-diskors u jsemmi politiċi oħrajn, filwaqt li jinjora lill-Ministru Mallia f’dik li tidher ċar li hi difiża totali min-naħa ta’ Joseph Muscat lill-Ministru tiegħu. Quddiem il-ġurnalisti, Muscat ikkonferma wkoll li l-istqarrija oriġinali dwar l-isparatura kienet skorretta. Aktar minn hekk, ilPrim Ministru deher li kien skomdu bl-akkuża ta’ cover-up f’dan ilkaż sensittiv. Il-Partit Nazzjonalista, minnaħa l-oħra qed jinsisti li dan ma kien xejn ħlief cover-up, bilMinistru Manwel Mallia jwelled gidba. Għalhekk qed jagħmel lappell biex il-Prim Ministru jwarrbu. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ fid-Dar Ċentrali talPN, il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami qal li quddiemna għandna każ ta’ Ministru li welled gidba, u każ li qed ikompli jqajjem ħafna mistoqsijiet. “Il-poplu Malti rrabjat. U l-poplu Malti diżgustat bir-reazzjoni tal-Prim

Il-Prim Ministru Joseph Muscat s’issa għadu ma weġibx għas-sejħa li saritlu mill-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil u mid-Deputat Chairperson talAlternattiva Demokratika Carmel Cacopardo biex ineħħi lillMinistru Manwel Mallia fuq il-każ tal-abbuż ta’ poter mill-eksxufier tiegħu li spara fuq sewwieq Skoċċiż wara li laqatlu l-mera talkarozza tal-Ministru. Qabel il-kummenti li ta lbieraħ, l-unika reazzjoni li ta kienet dik li ħareġ permezz ta’ stqarrija, fis7pm tal-Ħamis filgħaxija, kważi 24 siegħa wara li seħħ il-każ, u li fiha l-PM Muscat qal biss li hu rrabjat u diżgustat b’dak li ġara. U qal li l-Ministru Mallia wkoll qallu l-istess ħaġa – li hu rrabjat u diżgustat bl-inċident li fih kien involut il-membru tal-korp tal-Pulizija assenjat miegħu. L-istqarrija minn Kastilja tgħid li lMinistru nnifsu esprima l-istess sentiment f’laqgħa li kellu mal-Prim Ministru aktar kmieni. Il-PM Muscat kompla li hu u l-Ministru Mallia qablu li kellha tittieħed azzjoni soda fil-konfront ta’ din il-persuna.

Dawn kienu jinkludu li l-persuna involuta titneħħa millMinisteru u fl-istess ħin ġiet sospiża immedjatament millPulizija. F’dan il-każ, qalet listqarrija tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-persuna involuta jidher li kisret il-fiduċja li ngħatat millMinistru. L-istqarrija mkien ma ssemmi xi passi li jistgħu jittieħdu fil-konfront tal-Ministru tal-Intern u sSigurtà Nazzjonali, bil-PM jinħeba wara l-fatt li każ jinsab taħt liskrutinju ta’ inkjesta. B’reazzjoni għal dawn il-kummenti tal-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fi stqarrija oħra li ħareġ akkuża lil Joseph Muscat li hu dgħajjef quddiem l-abbuż tal-poter. Jekk il-Prim Ministru jrid jitwemmen li hu tassew irrabjat u diżgustat b’dak li seħħ, qal Simon Busuttil, għandu jkollu l-kuraġġ li jieħu l-passi meħtieġa. L-uniku pass li jista’ jieħu, tenna l-Kap talPN, hu li jkeċċi lill-Ministru Manwel Mallia li nqabad jigdeb biex jagħmel cover-up u jgħatti l-

Il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami, id-Deputat Jason Azzopardi u l-kandidata Alessia Psaila Zammit jindirizzaw il-konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ (Ritratt: Roberto Runza)

Ministru quddiem dan il-coverup,” sostna Beppe Fenech Adami. Hu qal li din l-isparatura seta’ kellha konsegwenzi aktar gravi. Fi kliem Beppe Fenech Adami, ilPrim Ministru qed jipprova jiskolpa lill-Ministru Manwel Mallia. Intqal li kif ħarġet l-informazzjoni, “min spara ġie jidher qisu hu l-vittma”. Beppe Fenech Adami qal li Joseph Muscat għandu jġiegħel lil Manwel Mallia jerfa’ r-responsabbiltà politika.

“Jekk Muscat iżomm lillMinistru, dan ifisser li l-Prim Ministru hu kompliċi f’dan ilcover-up”. Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Jason Azzopardi għamel lista sħiħa ta’ kontroversji li daħal fihom Manwel Mallia kemm ilu Ministru. Fost l-oħrajn, il-kwistjoni serja malOmbudsman, numru rekord ta’

Il-PM jirreaġixxi 24 siegħa tard inċident li seħħ. Joseph Muscat qiegħed jaħrab mir-responsabbiltà tiegħu bħala Prim Ministru u qed jibża’ jieħu passi kontra Manwel Mallia, temmet tgħid l-istqarrija. U f’reazzjoni oħra għal din iddikjarazzjoni ta’ Simon Busuttil, ilMinisteru tal-Intern reġa’ ħareġ stqarrija oħra li fiha reġa’ kkonferma kif il-Ministru nqabad f’gidba meta fl-istqarrija oriġinali tadDipartiment tal-Informazzjoni li nħarġet ftit biss wara l-inċident lErbgħa billejl, qabad u kkonkluda li l-inċident kien hit and run, u t-tiri sparati kienu tiri ta’ twissija. Din id-darba, il-Ministeru ġab liskuża li dik l-istqarrija tad-DOI kienet ibbażata fuq l-ewwel informazzjoni li ngħatat minn fuq ilpost, ftit ħin biss wara l-inċident, u wara rriżulta li l-fatt li t-tiri ngħataw fl-arja ma kienx preċiż. L-istqarrija qalet li fl-ewwel okkażjoni li l-Ministru kellu lgħada filgħodu biex hu personalment jindirizza l-mezzi tax-xandir, dan il-fatt ġie ppreċiżat f’konferenza tal-aħbarijiet li ssejħet biex tagħti l-informazzjoni kollha.

transfers, u kwistjoni bla preċedent mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija (MPA). Min-naħa l-oħra, il-kandidata tal-PN għall-elezzjoni ġenerali Alessia Psaila Zammit fakkret kif dan il-Gvern ġie elett bl-għajta ta’ trasparenza u kontabbiltà. Minkejja dan, il-Prim Ministru għadu ma jridx jieħu azzjoni konkreta kontra l-Ministru talIntern biex iżomm ma’ din ilwegħda.

Il-karozza ministerjali taħt il-mini tal-Imsida, wara li nbidlulha n-number plates u tneħħewlha dawk tal-gvern

It-triq fil-Gżira fejn dak li kien ix-xufier tal-Ministru Mallia fetaħ in-nar fuq sewwieq Ingliż


www.maltarightnow.com

LOKALI

Solidarjetà mal-ħaddiema part-time tal-Air Malta

Il-Moviment Solidarjetà Ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista (SĦPN) fi stqarrija esprima s-solidarjetà tiegħu malħaddiema tal-Air Malta li kienu impjegati fuq bażi part-time u ġew infurmati li qed jitterminawlhom il-kuntratt. Il-Moviment qal li numru mdaqqas minn dawn il-ħaddiema klerikali kif ukoll ħaddiema tarRampa li spiċċaw bla impjieg proprju l-għada tal-Baġit, tkellmu miegħu u wrew id-diżapprovazzjoni tagħhom għall-mod kif ġew trattati mill-Air Malta. Huma spjegaw kif wara li kellhom il-kuntratt tagħhom imġedded għal ħmistax-il ġurnata sa nofs Novembru, issa rċivew ittra li l-impjieg tagħhom hu terminat. Dawn il-ħaddiema li huma dispjaċuti ferm, staqsew x’kien ilmod li bih saret l-għażla u esprimew dubji kemm il-proċess kien wieħed ġust. Qalu li hemm min minnhom ilu jaħdem part-

time mal-linja nazzjonali tal-ajru iktar minn sentejn u issa twaqqaf mix-xogħol, filwaqt hemm min beda jaħdem ftit tax-xhur ilu u kellu l-kuntratt tiegħu mġedded. Il-ħaddiema, qal il-Moviment, staqsew jekk fil-każ tagħhom japplikax il-prinċipju tal-last in first out u spjegaw ukoll li hemm numru ta’ impjegati part-time li ġġeddilhom il-kuntratt, li għandhom ġenituri tagħhom jaħdmu mal-istess kumpanija, u għalhekk iħossu li l-proċess talgħażla qatt ma seta’ jkun wieħed ġust fil-konfront tagħhom. Kemm il-ħaddiema tar-Rampa kif ukoll dawk klerikali lmentaw ukoll għall-fatt li hemm parttimers aġevolati iktar minn oħrajn. Hemm min saħansitra jidħol sigħat twal biex itella’ numru ta’ sigħat anke fil-Ħdud u l-festi, filwaqt li oħrajn jiddaħħlu f’ħinijiet strambi matul il-lejl għal ħin qasir. Dawn il-ħaddiema, li ħafna

Minkejja li ilna xhur nisimgħu dwar għaqda nazzjonali fejn jidħlu anniversarji tal-pajjiż u avvenimenti kbar, mhux l-istess jista’ jingħad li hu l-każ fejn jidħol is-summit tal-mexxejja talCommonwealth li se jsir f’Malta, u li tnieda uffiċjalment ilbieraħ. Iċ-CHOGM, li jlaqqa’ lillKapijiet tal-pajjiżi membri talCommonwealth, se jsir f’pajjiżna

s-sena d-dieħla. Fl-Isla, tnieda uffiċjalment ilprogramm taċ-CHOGM 2015, iżda l-Oppożizzjoni ma kinitx mistiedna għat-tnedija ta’ dan issummit – avveniment li suppost għandu għal darba oħra jgħaqqad lil Malta. Wieħed irid ifakkar li s-sena li għaddiet Malta kienet resqet ’il quddiem biex torganizza hi ċ-

Lill-ħaddiema tar-Rampa tal-Air Malta fl-aħħar jiem itterminawlhom il-kuntratt wara li kienu tawhom x’jifhmu li se jiġġedded (Ritratt: Roberto Runza)

minnhom huma missirijiet ta’ familja jew żgħażagħ li qed jippreparaw biex jagħmlu passi importanti f’ħajjithom, iħossu li l-piżijiet ta’ dan il-Baġit se jkun ferm ikbar fuqhom issa li tilfu l-

L-Oppożizzjoni mhix mistiedna għat-tnedija uffiċjali taċ-CHOGM

CHOGM wara kontroversja li kienet inqalgħet fi Sri Lanka. Il-Mauritius m’aċċettax li jorganizza dan is-summit hu s-sena li ġejja, wara bojkott li sar fl-2013 kontra Sri Lanka. Dan minħabba r-rekord negattiv ta’ dan il-pajjiż fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem. Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat kien preżenti fi Sri Lanka s-sena l-oħra.

Proposti mill-PN dwar it-tibdil fil-klima Il-Partit Nazzjonalista ssottometta numru ta’ proposti għallabbozz tal-Att dwar l-Azzjoni minħabba t-tibdil fil-klima ppubblikat mill-Gvern. Dan ħabbru l-Kelliem talOppożizzjoni dwar l-Ambjent, lIżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima Charlò Bonnici, permezz ta’ stqarrija. L-istqarrija tgħid li lOppożizzjoni tilqa’ l-Att propost u se tassigura li tipprovdi l-għajnuna li hemm bżonn biex jintlaħaq qbil biex dan l-Att ikun adottat u implimentat fil-ħin. L-isforz biex tittieħed azzjoni dwar it-tibdil fil-klima kien diġà beda fl-2009 u tkompla fl-2012 biex jiġu adottati l-istrateġiji meħtieġa. Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qed jistenna li lGvern jieħu attitudni aktar ambizzjuża f’dan il-qasam

7

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

għaliex wara kollox, jidħlu kwistjonijiet dwar l-ambjent li se jgħixu fih il-ġenerazzjonijiet futuri. Dan fid-dawl tal-fatt li meta lPartit Laburista kien għadu flOppożizzjoni kien jitkellem ħafna u jwiegħed roadmaps dwar kwistjonijiet ambjentali. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jkun stabbilit ‘Target Setting Mechanism’ indipendenti minn proċessi li jsiru fuq livell Ewropew u anke mil-livell internazzjonali. Dan il-mekkaniżmu għandu jipprovdi miżuri li effettivament iridu jiġu adottati u implimentati filwaqt li jipprovdi lill-pubbliku l-possibbiltà li jiskrutinja kemm il-Gvern hu kommess li jimplimenta azzjonijiet biex jonqos leffett tat-tibdil fil-klima jew jara kif jista’ jibbenefika mill-effetti tat-tibdil fil-klima.

Il-Partit Nazzjonalista qed jissuġġerixxi li jkun hemm ‘carbon budgets’ għas-servizz tal-pubbliku, u miri li jridu jintlaħqu dwar l-enerġija li tiġġedded għall-entitajiet tal-Gvern, fost miżuri oħra. Il-PN fl-istqarrija tiegħu qal li l-fond dwar il-klima hu bżonjuż biex tittieħed azzjoni u għalhekk il-Partit Nazzjonalista jaqbel li jkun hemm dan il-fond. Charlò Bonnici temm jgħid li l-Gvern messu jistħi jgħid li l‘Climate Fund’ jintuża l-aktar biex il-Gvern jilħaq l-obbligi li għandu mal-Unjoni Ewropea. Dan għaliex il-Gvern għandu jħares lejn dan is-settur oltre milli jilħaq il-ftehim li għandu mal-Unjoni Ewropea. Il-PN qal li f’dan is-settur il-Gvern għandu joħloq klima ġusta, l-opportunitajiet, l-inizjattivi għan-negozji ż-żgħar, l-SMEs u l-NGOs.

impjieg. Għalihom il-Baġit kien purament eżerċizzju ta’ daħk filwiċċ meta l-istess Ministru Scicluna ftaħar kemm naqqset ittelf l-Air Malta, tgħid l-istqarrija. Huma qalu li bejn il-paroli tal-

Baġit u r-realtà tal-ħajja hemm baħar jaqsam u jħossu li dan ilGvern neħħielhom id-dinjità tagħhom. Huma saħqu li se jkomplu jsemmgħu leħinhom kull fejn hemm bżonn.

Toto Schillaci

Francesco Mariottini

Toto Schillaci se jieħu sehem fil-Fun Run tal-President

Fost il-parteċipanti, għada se jkun hemm ukoll iż-żeffien Taljan ta’ AMICI, Francesco Mariottini L-istilla Taljana tal-futbol tatTazza tad-Dinja tal-1990 Toto Schillaci se jkun qed jiġri ma’ eluf ta’ parteċipanti mir-rotta ta’ fejn il-Palazz ta’ San Anton filFun Run tal-President li se ssir għada. Toto Schillaci se jasal Malta flimkien mal-familja tiegħu llejla. Schillaci mhux l-uniku mistieden internazzjonali għas-sitt edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run hekk kif se jkun qed jieħu sehem ukoll iżżeffien popolari Taljan mill-programm AMICI, Francesco Mariottini. Francesco Mariottini se jkun qed jimxi mir-rotta talUniversità ta’ Malta.

Fil-Fun Run tal-President se jkunu qed jieħdu sehem ukoll għadd kbir ta’ personalitajiet u DJs lokali. Għall-ewwel darba l-Fun Run se jkollha erba’ rotot. Ilġirja titlaq bħas-soltu millPalazz ta’ San Anton, filwaqt li se jkun hemm tliet rotot ta’ mixi: minn Santa Venera, millPjazza ta’ Raħal Ġdid, u millUniversità ta’ Malta. IlPresident ta’ Malta MarieLouise Coleiro Preca se tkun qed timxi mir-rotta talUniversità ta’ Malta, filwaqt li r-raġel tagħha Edgar Preca se jkun qed jimxi mir-rotta ta’ Santa Venera.


www.maltarightnow.com

8

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

PARLAMENT

Appell għal riformi meħtieġa fix-xandir pubbliku Iż-żminijiet meta x-xandir pubbliku kien manipulat għalkollox mill-gvern tal-ġurnata, effettwaw is-snin ta’ wara u saħansitra għadhom influwenti llum

Id-Deputat Nazzjonalista Charlò Bonnici appella biex bi qbil bejn iż-żewġ partiti ewlenin, jibdew jittieħdu l-ewwel passi għal riformi meħtieġa u li ilhom mistennija biex ix-xandir pubbliku tal-istat jikseb il-fiduċja talpoplu kollu. Appella wkoll li dawn il-passi jridu jittieħdu b’mod gradwali u fuq numru ta’ snin. L-ewwel billi l-istazzjon ma jibqax f’idejn ilGvern, ikun hemm it-tisħiħ tarregolatur; u spazju mill-istazzjon pubbliku biex il-partiti u s-soċjetà ċivili jingħataw l-ispazju b’mudelli ta’ pajjiżi oħrajn ukoll. Meta tkellem fil-Parlament filħin tal-Aġġornament, Charlò Bonnici rrefera għad-dokument ippubblikat mill-Public Policy Institute dwar ix-xandir f’pajjiżna bit-tema ‘Confronting the Challenge in Innovation and Regulation of Broadcasting in Malta’, u tkellem dwar l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet f’dan irrapport. Id-Deputat Nazzjonalista enfasizza li l-Parlament għandu wkoll jikkontribwixxi għaddiskussjoni dwar ix-xandir f’pajjiżna. Ħafna mill-punti li qed jitkellem dwarhom illum, enfasizza wkoll li rrimarkahom u qalhom fi żmien amministrazzjoni preċedenti, fil-kuntest li x-xandir għandu rwol importanti għaddemokrazija tal-pajjiż. Filwaqt li fisser ir-relevanza u l-impatt li jħallu l-media tat-televiżjoni u r-radju fis-soċjetà, irrefera għall-istorja kkulurita tax-xandir li tmur lura sal-1935 meta daħal il-cable radio u li saddisgħinijiet ix-xandir tal-istat kien għadu l-uniku stazzjon li jxandar l-aħbarijiet fuq ir-radju u t-televiżjoni. Charlò Bonnici rrefera għal waħda mill-konklużjonijiet tarrapport li jsemmi li dak li seħħ fit-tmeninijiet, fi żminijiet meta kien manipulat mill-gvern talġurnata, effettwa s-snin ta’ wara u saħansitra għadu influwenti llum. Fakkar li l-għoti ta’ liċenzji u lftuħ tal-istazzjonijiet tal-partiti tat-televiżjoni kien reazzjoni

Bżonn ta’ analiżi u diskussjoni dwar id-dokument ippubblikat mill-Public Policy Institute dwar ix-xandir f’pajjiżna bit-tema ‘Confronting the Challenge in Innovation and Regulation of Broadcasting in Malta’

Il-mistoqsija hi jekk irridux nagħmlu dan il-pass fl-ambitu ta’ tibdil neċessarju fil-Kostituzzjoni wkoll

għal dak li seħħ fit-tmeninijiet li llum, ħafna esponenti tal-Partit Laburista jippruvaw jiddistakkaw ruħhom minnu. Dak wassal biex l-istazzjon statali tax-xandir qatt ma ħa ruħ u lanqas m’għandna xi stazzjoni ieħor b’saħħtu li qed jopera f’pajjiżna. M’għandniex aħbarijiet b’saħħithom li jxandru indipendenti, għalkemm kull kumpanija tal-media, anke dik indipendenti, ikollha l-aġenda tagħha. Irrimarka li n-nuqqas talkumpaniji privati ċaħħad lil pajjiża minn xandir aktar bilanċjat f’ġieħ id-demokrazija f’pajjiżna.

Il-mistoqsija li tqum illum, qal Charlò Bonnici, hi jekk dan ilkuntest kollu jfissirx jekk nistgħux nagħmlu pass ’il quddiem f’dan ir-rigward. Staqsa wkoll x’riformi rridu għal xandir pubbliku u ġust, u li jkun lil hinn millpolitika partiġjana u ’l bogħod mill-aġenda tal-partiti fil-Gvern. Charlò Bonnici qal li hi fehma komuni li x-xandir statali llum ma jnissilx fiduċja f’kulħadd, kif ma kienx ukoll fi żmien amministrazzjoni preċedenti. Il-mudell ta’ dipendenza finanzjarja fuq il-gvern tal-ġurnata, ma jagħmilx ġid biex ixxandir pubbliku jkun ħieles mill-

aġenda tal-politika partiġjana. Il-problema biex titwettaq din ir-riforma tant meħtieġa, qal Charlò Bonnici, hi marbuta ma’ min se jagħmel l-ewwel pass. Ilmistoqsija hi jekk irridux nagħmlu dan il-pass fl-ambitu ta’ tibdil neċessarju fil-Kostituzzjoni wkoll, u dan anke jekk it-tibdil ma jkunx drastiku. Hu f’dan l-ambitu li tkun trid issir diskussjoni serja dwar fejn irridu mmorru fil-qasam taxxandir. Staqsa jekk ix-xandir pubbliku għandux jiġi taħt istituzzjoni nazzjonali ta’ fiduċja biex jinqata’ mill-mod kif jinħakem millgvern tal-ġurnata. Punt ieħor li jirreferi għalih ukoll ir-rapport tal-Public Policy Institute, hu dwar it-tibdil meħtieġ fl-Awtorità tax-Xandir, li Charlò Bonnici saħaq li llum

proċess ta’ promozzjonijiet fil-kumpanija nazzjonali. Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo, kelliem dwar it-turiżmu, staqsa fid-dawl ta’ dak li seħħ dan l-aħħar

meta ħaddiema fl-Air Malta waqfu promotions li kienu se jinħarġu mill-General Workers’ Union, jgħid x’inhi r-raġuni li l-General Workers’ Union (GWU) se

toħroġ dawn il-promozzjonijiet lil ċerti nies biss. Staqsa wkoll jekk il-Bord tadDiretturi approvax dan u jekk kienx hemm indħil millGvern.

skada żmienha. Din l-awtorità baqgħet bl-istess strutturi tul issnin. Id-Deputat Nazzjonalista appella għal riforma fl-Awtorità u dwar jekk wasalx iż-żmien li lAwtorità ma tibqax dominata mill-partiti politiċi u tingħata spazju s-soċjetà ċivili u li jkun hemm ukoll is-sehem tal-industrija privata li nħolqot fl-aħħar 25 sena bis-saħħa tal-pluraliżmu fix-xandir. Rakkomandazzjoni millPublic Policy Institute hi li jingħaqdu flimkien l-Awtorità tax-Xandir u l-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni u jsiru l-Malta Media Authority – li tirrappreżenta kemm is-settur tattelekomunikazzjoni kif ukoll ixxandir. Charlò Bonnici qal li din ir-rakkomandazzjoni tagħmel ħafna sens. Fisser li wara li rrefera dwar ix-xandir pubbliku u l-istazzjonijiet politiċi u r-regolaturi, il-mistoqsija tibqa’ dwar kif nistgħu nbiddlu x-xenarju tal-lum. Il-passi jridu jittieħdu b’mod gradwali – l-ewwel li l-istazzjon ma jibqax f’idejn il-Gvern; ikun hemm it-tisħiħ tar-regolatur; u spazju mill-istazzjon pubbliku biex il-partiti u s-soċjetà ċivili jingħataw l-ispazju b’mudelli ta’ pajjiżi oħrajn ukoll. Charlò Bonnici qal ukoll li fuq tul ta’ żmien, il-partiti wkoll jaqblilhom li jieħdu sehem flistazzjon nazzjonali u mbagħad tkun tista’ tingħata wisa’ għallinvestiment privat fis-settur taxxandir. Dan kollu, qal id-Deputat Nazzjonalista, jiddependi minn kemm jirnexxilna nagħmlu pass wara pass, u fuq tul ta’ snin, għax fisser li wisq jibża’ li anke t-tibdil kostituzzjonali qegħdin tard biex jitwettaq. Appella liż-żewġ partiti politiċi jaqblu fuq time frame biex isiru dawn il-passi tant meħtieġa u mistennija. Charlò Bonnici esprima wkoll l-apprezzament lill-istazzjon nazzjonali għax-xogħol li twettaq għall-isfida ta’ pajjiżna florganizzazzjoni u s-suċċess talJunior Eurovision Song Contest.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal biss li hu evidenti li l-General Workers’ Union ma toħroġ lebda promozzjoni fl-Air Malta.

Ma jweġibx dwar proċess ta’ promozzjonijiet fl-Air Malta

Wara li fl-aħħar sena l-Air Malta impjegat kważi 300 persuna, il-Ministru Edward Zammit Lewis responsabbli mill-kumpanija nazzjonali tal-ajru, ma weġibx dwar


www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Pajjiż maħkum minn partit li jagħmel li jrid għax hu fil-gvern

9

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

Il-poplu kif jista’ jħossu komdu b’nies bħal Toni Abela b’sieq waħda fil-Gvern u oħra fil-Partit mingħajr ebda distinzjoni bejn gvern u partit, bħalma hu l-każ tad-Deputat Mexxej Laburista nnifsu li hu wkoll konsulent tal-Gvern?

Id-Deputat Nazzjonalista Antoine Borg qal li hu evidenti li lGvern Laburista mhux qiegħed jagħmel distinzjoni bejn gvern u partit, u l-ħsieb ta’ ħafna li għandna Gvern li qed jinqeda bil-Partit biex ikun ta’ paraventu għallGvern, hu leġittimu. Appella lill-Gvern li r-rwol tannies li jaħtar ikun definit u mhux jibdel ir-rwoli, għaliex kuljum qed nesperjenzaw pajjiż maħkum minn partit li jagħmel li jrid għax hu filgvern. Meta din il-ġimgħa tkellem filParlament fil-ħin talAġġornament, Antoine Borg qal li hu minnu li l-Labour rebaħ ilGvern b’maġġoranza kbira, iżda hu veru wkoll li dan il-Gvern hu karatterizzat minn attitudni li ma jagħmilx differenza u distinzjoni bejn gvern u partit. Karatteristika oħra hi li l-Gvern qed iżommna sajmin mill-informazzjoni u ma jirrispondix għal għemilu u għall-għemil tal-esponenti tiegħu. Semma kif id-Deputat Laburista Toni Abela, u konsulent ukoll talGvern Laburista, mar delegazzjoni tal-Partit Laburista fiċ-Ċina, u minkejja l-mistoqsijiet li jqumu għaliex iċ-Ċina, fost it-temi

diskussi kien hemm suġġetti ta’ interess nazzjonali, fosthom ilpresidenza tal-Unjoni Ewropea fl2017. Antoine Borg qal li f’mistoqsijiet parlamentari li għamel dan laħħar, staqsa lill-Viċi Prim Ministru Louis Grech dwar dawn id-diskussjonijiet tal-Partit Laburista fiċ-Ċina biex jgħid fiddawl ukoll ta’ dak rappurtat filmedia, hux infurmat dwar x’kien ittrattat, u jekk hux infurmat iddelegazzjoni tal-Partit Laburista trattatx il-Presidenza tal-UE u jekk ġiex ikkonsultat. Louis Grech qal li mhux il-każ li jwieġeb il-mistoqsija, għaliex irid jiddistingwi x-xogħol li jsir millGvern, minn dak tal-partit politiku.

Żewġ ministri tal-Gvern, Helena Dalli u Owen Bonnici, ma qalux liema huma l-34 playing field fil-lokalitajiet li din issena kienu dikjarati mill-awtoritajiet li mhumiex safe, minkejja mistoqsijiet diretti fil-Parlament biex tingħata l-informazzjoni u jiġu ppubblikati r-rapporti ta’ dawn l-ispezzjonijiet. Id-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici għamlet mistoqsijiet fil-Parlament dwar is-sigurtà tal-playing fields fillokalitajiet, kemm lill-Ministru Owen Bonnici responsabbli millĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali; kif ukoll lill-Ministru Helena Dalli, responsabbli midDjalogu Soċjali, Affarijiet talKonsumatur u Libertajiet Ċivili. Għal żewġ mistoqsijiet parlamentari li oriġinarjament saru lill-Ministru Helena Dalli, li f’risposta minnhom qalet li lmistoqsija trid tiġi riferuta lillMinistru responsabbli midDipartiment tal-Gvern Lokali, ilMinistru Owen Bonnici kien mitlub jgħid liema huma l-play-

grounds li nstab li mhumiex safe matul din is-sena mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, u jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin. Paula Mifsud Bonnici talbet ukoll lill-Ministru Bonnici jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti ta’ dawn lispezzjonijiet li saru. Il-Ministru Owen Bonnici qal li bħalissa għaddejja ħidma bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u s-Segretarjat responsabbli mill-Gvern Lokali fuq dawn ir-rapporti li ħadmet fuqhom lAwtorità. Bl-iskuża tas-sensittività ta’ dawn l-investigazzjonijiet, ilMinistru Bonnici qal li kopja tarrapporti ma tistax tiġi ppubblikata f’dan l-istadju qabel ma ssir lanaliżi meħtieġa. L-Awtorità ppreżentat ir-rapporti ta’ dawn l-ispezzjonijiet lidDipartiment tal-Gvern Lokali u lill-Kunsilli Lokali rispettivi sabiex jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-playgrounds jinżammu safe.

Gvern immexxi mill-Prim Ministru Muscat karatterizzat minn attitudni li ma jagħmilx differenza u distinzjoni bejn gvern u partit

Ministri ma jgħidux liema huma l-playing fields li mhumiex safe

Antoine Borg qal li hu jifhem li x-xogħol tal-Gvern mhux dak tal-Partit, iżda staqsa jekk ilGvern jifhimx li x-xogħol talGvern hu distint minn dak talPartit. Kieku jifhem dan, staqsa Antoine Borg, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista ikun appuntat bħala konsulent filKabinett?

Staqsa wkoll għaliex uffiċjal tal-partit li hu fil-Gvern, hu wkoll konsulent fil-Kabinett talistess Gvern. Dan il-fattur jistona mat-tweġiba li ta l-Viċi Prim Ministru meta Toni Abela hu daqstant ħaġa waħda mal-Partit u fil-Gvern. Eżempju ieħor tal-attitudni talGvern li ma jagħmilx distinzjoni bejn gvern u partit, qal idDeputat Nazzjonalista, hu ddeċiżjoni tal-Gvern li fiha rajna kif il-Prim Ministru waqqa’

kawża kontra l-partit tiegħu stess dwar il-proprjetà tal-Australia Hall. Semma wkoll l-eżempju tal-proġett tal-junction tal-Marsa li l-Gvern qed jaħseb ukoll li jaġevola l-proprjetà tal-Partit Laburista. Staqsa kif il-poplu jista’ jserraħ moħħu meta quddiemu għandu Gvern li ma jagħmel ebda distinzjoni bejn gvern u partit u kif ilpoplu jista’ jħossu komdu b’nies bħal Toni Abela b’sieq waħda filGvern, u sieq oħra fil-Partit.


10

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

Lino Spiteri – Politiku enigmatiku

Ftit ġimgħat ilu kont qed nitħaddet ma żewġt iħbieb. Kien it-Tnejn waqt il-fatra ta’ filgħodu meta wieħed minnhom staqsieni kif l-artikli ta’ Lino Spiteri f’The Times of Malta waqfu ħesrem. Għédtlu li la Lino waqaf jikteb, żgur li hemm raġuni serja. Xi xhur ilu Lino stess kien intima lill-qarrejja tiegħu li kellu appuntamenti importanti ħafna għax kienu jirrigwardaw kura medika. Inkitbu diversi kolonni filgazzetti tal-Progress Press fejn Lino kiteb mill-inqas tliet artikli fil-ġimgħa u dan għamlu għal snin sħaħ. F’dan l-artiklu se naċċenna għalihom u nagħmel il-kummenti tiegħi. Kif kien jixraq, kull min kiteb irrefera għall-mod kif Lino ma ħalliex id-diżabbilta’ tiegħu tiddefinixxi ħajtu. Il-ħabib tiegħu Dominic Fenech semma kif iddiżabbilta’ li twieled biha Lino, għalkemm kienet sors ta’ skomfort għalih, kienet ukoll xprun li imbuttah biex jikseb suċċessi f’ħajtu. Lino u jien għaddejna sentejn nistudjaw l-ekonomija u l-politika flimkien fi Plater College, Oxford. Fil-kulleġġ kien hemm Common Room b’kamra għal-logħob tat-table tennis. L-istudenti kienu jorganizzaw speċi ta’ tournament, Lino kien jieħu sehem b’effiċjenza u kompetenza li kienet timmeravilja. Kiteb tajjeb Fenech, li Lino kien tant issupera d-diżabbilta’ tiegħu li kien iġiegħlek tinjoraha għalkollox. F’dawk is-sentejn, Lino, li kien jaf li s-simpatiji politiċi tiegħi kienu għalkollox differenti minn tiegħu, ftit li xejn kien isemmi l-politika. Iva, kien għadu muġugħ bil-konsegwenzi tal-kriżi politiko-reliġjuża li kienet effettwatu personalment bl-interdett. Iżda t-tnejn li aħna, ’il bogħod mill-realta’ dejqa Maltija, konna qbilna li żbalji kienu saru miż-żewġ naħat. Lino baqa’ Oxford wara dawk

www.maltarightnow.com

OPINJONI

Salvu Felice Pace sfelicep@go.net.mt

is-sentejn minn fejn kien iggradwa bi grad ‘first’ fil-Politika u Ekonomija u jien kont mort Londra fejn iggradwajt fisSoċjoloġija u bdejt karriera bħala għalliem Londra. Komplejt insegwi l-karriera politika ta’ Lino kemm millbogħod fis-snin twal li għaddejt l-Ingilterra, u mill-viċin meta rritornajt fl-1992. Mario de Marco f’artiklu nhar jum il-funeral aċċenna għal Lino bħala bniedem enigmatiku u dan fil-kuntest ta’ politiku bi twemmin Soċjalista, li spiċċa jagħti lpariri għaqlin tiegħu lillintraprendituri li naturalment lalla tagħhom huwa l-profitt. de Marco jemmen li bil-mod ilmod Lino ħa s-sura ta’ politiku soċjal-demokratiku bit-twemmin fl-ekonomija ta’ suq ħieles. Hija l-personalita’ enigmatika ta’ Lino fil-ħajja politika li affaxxinatni tul is-snin. Bniedem ta’ intelliġenza kbira u kif kiteb Ariadne Massa “b’moħħ analitiku” kif seta’ Lino jiġġustifika r-riżultat pervers tal-elezzjoni tal-1981 li kienet ħarbtet għalkollox ilmixja tad-demokrazija f’Malta u wasslet lil pajjiżna f’xifer lirdum. Kif kienu żvolgew laffarijiet, dak kollu li seħħ, inklużi t-tkażbir tad-dinjita’ umana, il-vjolenza, il-korruzzjoni, il-qtil u l-għajbien ta’ persuni, Lino kif kien kiteb hu stess kien refa’ r-responsabbilta’

Lino Spiteri, li ħalla din din id-dinja fil-ġranet li għaddew

tagħhom bħala parti minn gvern li kien ħares in-naħa l-oħra. Sitt snin ilu, waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ għeluq is-70 sena, Lino stqarr li kien jistħi minn xi affarijiet li kienu seħħew, iżda ġġustfika l-fatt li ma kienx irriżenja għax kien ikkonvinċa ruħu li rriżenja tiegħu ma kienet tbiddel xejn. Min jaf? Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici għamlu dak li għamlu u ħallew isir dak li kien sar bla ma qatt ittieħdu passi, għax ħadd minn ta’ madwarhom ma waqfilhom filpubbliku. Nifhem li kienu żminijiet perikolużi, imma dawk kienu żminijiet aktar perikolużi għal Eddie Fenech Adami u sħabu li b’kuraġġ kbir poġġew lill-poplu Malti l-ewwel u sofrew flimkien mal-familji tagħhom. Lino kien stqarr ukoll li lakbar żball li kien għamel kien

li ħareġ fl-elezzjoni tal-1996 meta kien oppost għall-politika ta’ Alfred Sant dwar il-VAT. Lelezzjoni tiegħu kienet wasslitu biex jiġi umiljat pubblikament minn Sant f’dik il-famuża road show meta Lino kellu jaġixxi ta’ bejjiegħ ta’ prodott li hu ma kellux fiduċja fih. Għalhekk ma naqbilx mal-kumment li għamel il-President Emeritu George Abela li lil Lino “ħadd ma kien jiġbidlu l-ispag”. Lino kien deher skomdu għall-aħħar ħdejn Sant. Għala Lino kien ħareġ f’dik l-elezzjoni? Frott tal-kilba għall-poter? Ma naħsibx. Għallimħabba tal-partit? Jista’ jkun. Raġunijiet oħrajn? Żgur li kien hemm. Ir-riżenja ta’ Lino fl1997 kienet daqqa ta’ ħarta kbira għal Sant u l-mod kif Lino kien ikkritika lil Sant fil-Parlament, meta l-Gvern tiegħu kien assedjat, kien forma ta’ tpattija ġusti-

fikata. Iżda għala riżenja fl-1997 fuq materja ta’ opinjoni u mhux fl-eqqel snin tmenin fuq materji ta’ prinċipju? Hemm ħafna xogħol għall-istoriċi dwar Lino. Meħlus mill-irbit tal-partit, Lino kien kiteb li meta wieħed kien jikkunsidra kollox, kien ikun aħjar għal Malta li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. B’dan ilmod, Lino kien ħadha kontra lpolitika Laburista u favur dik tal-Partit Nazzjonalista. Bla ebda skruplu Eddie u oħrajn favur is-sħubija, jien inkuż, sibna f’Lino alleat formidabbli. Nemmen li sehem Lino favur irriżultat aħħari kemm fir-referendum kif ukoll fl-elezzjoni ta’ wara, kien importanti ħafna. Konna spiċċajna niktbu fl-istess gazzetti favur l-istess politika. Ir-rota kienet daret? Almenu konna qbilna f’xi ħaġa. Strieħ fil-paċi, Lino.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Gvern tal-Wild West

Sewwieq jaħbat ma’ karozza. Tinzerta ta’ Ministru. Ix-xufier tal-Ministru joħroġ għalih, ma jsibux, jiġri warajh u jfittxu sakemm isibu, jipponta arma lejn il-vettura u jagħtiha żewġ tiri...tlieta. Tiri sparati fl-arja, tiri ta’ twissija. Imma b’xi mod inspjegabbli jolqtu l-karozza tal-barrani, it-tlieta li huma. Wieħed fil-bumper ta’ wara, l-ieħor taħt l-indicator u l-ieħor qrib il-windscreen, għal ftit ma jolqotx il-ħġieġa. Din mhix xi xena minn xi film antik tal-Cowboys. Hija xena li seħħet verament...nhar l-Erbgħa filgħaxija fil-Gżira. Is-sewwieq kien Skoċċiż. U x-xufier tal-karozza l-oħra kien pulizija – ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia. Merħba f’Malta fis-sena 2014...immexxija minn Gvern tal-Wild West.

Mhux xufier kwalunkwe... ix-xufier tal-Ministru tal-Pulizija Kważi kważi, min hu x-xufier li wettaq dan l-att, hu irrelevanti. Li hu rilevanti f’dal-każ hu l-fatt li l-Ministru li tiegħu dan ilKuntistabbli hu, jew aħjar, sa ftit ilu kien, ix-xufier, huwa lMinistru li ironikament hu responsabbli mill-Korp tal-Pulizija. Forzi tal-ordni li l-pubbliku jistenna proprju li jipproteġuh minn atti ta’ dan it-tip.

Inqabad li gideb biex jgħatti l-verità Agħar minn dan kollu hu dak li ġara wara li ħareġ dan il-każ filmedia. Fejn il-Ministru nqabad li gideb biex jgħatti l-verità. Lewwel ħareġ stqarrija mgħaġġla biex fi kliemu, ma jagħtix lok għal spekulazzjoni, u qal li t-tiri kienu tiri ta’ twissija. Imma inqas minn 24 siegħa wara, iffaċċjat bir-ritratti u l-filmati, kellu jibla’ kliemu, u jammetti li ma kienu tiri ta’ twissija xejn.

Xejn ħlief cover-up F’dan kollu hemm xamma kbira tinten li dan ma kien xejn ħlief attentat ta’ cover-up. Tentattiv biex il-pubbliku u l-media ma jkunux jafu x’ġara verament. Imma meta ma kellux triq oħra u meta ma setax ikompli jgħatti lix-xufier tiegħu, il-Ministru ħabbar li ssospendieh. U hekk ikkonferma li dak li kien qal fl-istqarrija oriġinali kien biss intiż li jgħatti l-fatti kif ġraw. Sintomu ta’ Gvern li jagħti r-riħ lil kulħadd biex jagħmel li jrid Kieku tgħid din ġrat darba, darbtejn, fiha u ma fihiex. Imma listess Ministru diġà kien involut f’diversi każi. Kif kienu involuti Ministri oħra sħabu fil-Kabinett, u dan f’għoxrin xahar biss li ilhom fil-Gvern. Xhur li matulhom l-abbuż ta’ poter qisu sar lordni tal-ġurnata. Sinjal ta’ kemm sar sintomatiku ma’ dan ilGvern il-mod kif qed jagħti r-riħ lil kulħadd biex jagħmel li jrid. Fl-aħħar sena u nofs rajna ċar kif kull min hu parti mill-Gvern Laburista jħoss li jista’ jagħmel li jrid...nittamaw li issa dan ma jfissirx ukoll li tista’ tispara fuq ħaddieħor fuq sempliċi ħabta bejn żewġ karozzi.

L-ebda reazzjoni mill-PM ħlief li se jistenna l-inkjesta Kien f’dan l-ambitu li l-Partit Nazzjonalista, l-għada ta’ dan linċident serju, sejjaħ biex il-Prim Ministru jneħħi lil Manwel Mallia. Kif għamlet ukoll l-Alternattiva Demokratika li żiedet li Mallia għandu jirriżenja jew jitwarrab. Għax inċidenti bħal dawn huma xokkanti, u mhumiex aċċettabbli f’soċjetà demokratika...ħlief f’pajjiżi mmexxija minn Gvernijiet tal-Wild West!

11

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

Għadu “doable”?

F’Jannar 2013, kważi sentejn ilu, il-Partit Laburista kien ħabbar b’ħafna ftaħir u ewforja lproġett tal-powerstation ġdida li kellha tkun l-istrument biex jorħsu darba għal dejjem il-kontijiet tad-dawl u l-Ima. Dawk il-kontijiet li kienu tant jitkellmu fuqhom u jxewxu dwarhom kuljum u kullimkien. Suġġett li kien ġabilhom ħafna u ħafna voti. Niftakar fil-kritika kbira li kienet saret minn esponenti Nazzjonalisti li kienu jafu xi ħaġa dwar proġetti kbar għax għamlu 25 sena joħolqu minnhom f’kull settur talekonomija. Proġetti kbar bħal toroq ewlenin u komdi, mollijiet taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, ajruport internazzjonali, parks nazzjonali, sistema ta’ fejn imur lilma tax-xita, ħolqien ta’ Kunsilli Lokali li biddlu wiċċ l-irħula u lbliet ta’ Malta u Għawdex, programm enormi ta’ restawr tasswar u bini storiku u… araha ġejja… bini ta’ powerstation ġdida f’Delimara. Bir-raġun kollu, Tonio Fenech u esperti oħrajn kienu sostnew li

25 sena ilu f’In-Nazzjon

dan ma jistax isir, għall-inqas fiżżmien li kien jiftaħar u jsostni li ssir Konrad Mizzi li kien diġà beda jitqies bħala l-ġojjell ta’ Joseph Muscat. Star candidate! Kien hemm ukoll iżda, min, iva, kien tal-fehma li dalproġett seta’ jsir. Mhux biss, iżda li seta’ jsir fiż-żmien stipulat u mwiegħed minn Mizzi u Muscat, jiġifieri sa Marzu 2015. Tant kienu ċerti minn dilpromessa, li Muscat kien intrabat li jirriżenja jekk ma jitlestiex sa dik id-data. Ġew quddiem it-televiżjoni esperti u nies ta’ kalibru li qalu li dan, iva, seta’ jsir. Xi wħud kienu rrepetew dak li kien qal Konrad Mizzi, ilfamuża kelma bl-Ingliż li lproġett kien “doable”. Fost dawn li emmnu f’dilħaġa, minkejja li x’aktarx kienu jafu li biex isir dan, riedu jinkisru r-regolamenti kollha ta’ kif jingħataw il-kuntratti u kull kundizzjoni tal-MEPA, kien hemm żewġ eks-Ministri Nazzjonalisti: Jesmond Mugliett u Michael Falzon. Żewġ eks-Ministri li kienu jafu sew x’jirrikjedi proġett ta’ dan il-kobor għax huma t-tnejn, speċjalment Falzon kienu wettqu proġetti kbar fi żmienhom.

Issa li dal-proġett għadu lanqas biss inbeda, u ċertament li l-wegħda l-kbira tal-Partit Laburista ta’ Joseph Muscat ikkrollat, jistgħu jgħidulna jekk dal-proġett għadux “doable”? Qed nistaqsi dan mhux biex niġbdilhom saqajhom jew biex nikkundannahom, iżda għax għadni nemmen fl-integrità tagħhom u nistenna li issa jgħidulna kif jaħsbuha wara din il-paprata ta’ Muscat. Irrid infakkar li l-Partit Laburista ma kienx baqa’ lura ,illi jużahom bħala propaganda qabel lelezzjoni. Nistenna issa bil-ħerqa rreazzjoni tagħhom. Min-naħa tiegħi nemmen li żgur li dalproġett mhux biss ma kienx “doable”, iżda serva biss biex bl-aktar mod djaboliku jidħku bl-elettorat. Xandru Cassar Chetcuti Paola L-ittri f’din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.co m.mt jew fl-indirizz ta’ Media Link Communications li jidher aktar ’l isfel fil-paġna

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kompla biż-żjara uffiċjali ta’ sitt ijiem filĠermanja tal-Punent, u minn Bonn mar Berlin fejn sar l-ewwel Kap ta’ Gvern li żar din il-belt wara l-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin. F’Bonn, qabel ħalla din il-belt, il-PM Malti ltaqa’ mal-President tal-Ġermanja tal-Punent, Richard Von Weiszaecker. Aktar kmieni hu kien iltaqa’ wkoll malKanċillier Helmut Kohl f’laqgħa li ffukat fuq ir-relazzjonijiet ta’ Malta malKomunità Ewropea u l-aħħar żviluppi flEwropa. Sadanittant, f’intervista mal-istazzjon tar-radju internazzjonali Voice of the Mediterranean (VOM), Fenech Adami tkellem dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja, inkluż dwar it-Trattat iffirmat bejn iż-żewġ pajjiżi fl-1984, li kien se jiġi rivedut. Fl-intervista tkellem ukoll fuq is-summit storiku li kienet se tospita Malta filjiem ta’ wara, bejn Bush u Gorbachev.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

12

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Tinkwieta li ċ-Ċina tista’ tagħlqilha s-sistema tad-dawl L-ISTATI UNITI

Lu Wei, il-Ministru għall-Amministrazzjoni taċ-Ċiberspazju taċ-Ċina, jindirizza ċ-ċerimonja inawgurali tal-ewwel World Internet Conference f’Wuzhen, fil-provinċja ta’ Zhejiang. L-Istati Uniti, issa, hi konxja dwar tip ta’ ‘malware’ miċ-Ċina li jista’ jeffettwa l-ħajja ta’ kuljum ta’ kull Amerikan (Ritratt: EPA)

Ċiniżi arrestati f’azzjoni kontra ċ-ċiberkriminalità IL-ĠAPPUN

Il-Pulizija Ġappuniża wettqet numru ta’ rejds koordinati madwar il-pajjiż biex arrestat talanqas żewġ Ċiniżi suspettati li qed jipprovdu servizzi tal-internet illegali lil ċiberkriminali li huma bbażati fiċ-Ċina. Hu mifhum li ċ-Ċiniżi arrestati kienu awtorizzati biex jaġixxu flinteressi tal-kriminali u, fost affarijiet oħrajn, ipprovdew speċi ta’ ‘front’ għal din l-attività illegali. Intant, il-pulizija ta’ diversi distretti Ġappuniżi fittxew filkwartieri li qed jużaw tmien kumpaniji li jipprovdu s-servizzi bl-internet, u rapporti oħra jirreferu għall-arrest ta’ aktar nies li mistennija jiffaċċjaw l-akkużi fil-jiem li ġejjin. L-awtoritajiet Ġappuniżi

jemmnu li s-sistema permettiet biex il-kriminali fiċ-Ċina ‘jiżgiċċaw’ is-service providers tal-internet f’pajjiżhom u setgħu jutilizzaw l-identitajiet u l-passwords tas-sigurtà ta’ account holders leġittimi. Il-kriminali setgħu wkoll jidħlu fis-servizzi online (li suppost huma protetti) tal-banek, ilkumpaniji tal-gaming u lbejjiegħa bl-ingrossa. Permezz ta’ sistema magħrufa bħala ‘proxy server’, il-persuni li wettqu l-abbuż setgħu ma jiżvelawx l-indirizzi tal-internet fiċ-Ċina, minbarra li jwettqu lattakki ċibernetiċi kontra l-istituzzjonijiet u l-korporazzjonijiet Ġappuniżi. Fl-istess ħin, il-kriminali setgħu wkoll jagħmlu

trasferimenti ta’ flus illegali permezz tat-tranżazzjonijiet online. L-Aġenzija tal-Pulizija Nazzjonali, f’Tokjo, naqset milli tikkummenta għaliex l-investigazzjoni għadha għaddejja. Madankollu, il-gazzetta Yomiuri kkwotat uffiċjal ewlieni, f’Tokjo, li żewġ kumpaniji filkapitali Ġappuniża li jipprovdu servizzi proxy kienu kisbu u żammew id-dettalji tal-identitajiet u l-passwords tal-abbonaturi li ffirmaw man-networks domestiċi ewlenin li jipprovdu s-servizzi tal-internet. Ir-rapport kompla li kienu eżaminati rekords online li jindikaw it-trasferiment ta’ flus illegali permezz ta’ diversi kontijiet tal-bank.

Iċ-Ċina u probabbilment xi żewġ pajjiżi oħra kapaċi jagħlqu n-network li jipprovdi d-dawl lill-Istati Uniti permezz ta’ azzjoni speċifika, magħrufa bħala attakk ċibernetiku, li jippermetti aċċess illegali għassistema. Dan qalu l-Ammirall Michael Rogers, il-Kap tal-Aġenzija għas-Sigurtà Amerikana, waqt diskors li għamel lil panel talKungress filwaqt li sostna li lattakki inkwistjoni jistgħu wkoll jikkonċentraw fuq infrastruttura oħra li hi ‘kritika’ talAmerikani. Rogers hu wkoll Kap tal-US Cyber Command u spjega li lIstati Uniti saret taf li ċ-Ċina għandha tip ta’ software – magħrufa bħala malware – intiż biex jinfiltra u jħarbat is-sistemi tal-kompjuter tal-Istati Uniti li jeffettwaw il-ħajja talAmerikani kollha. Intant, Rogers informa lillHouse Intelligence Committee tal-Kungress li ‘dan il-malware jippermetti biex l-entità wara attakk ċibernetiku tagħlaq sezzjonijiet mill-aktar partikulari tal-infrastruttura (Amerikana), b’dan l-impenn itellef ilkapaċità ta’ din l-infrastruttura biex tipprovdi servizz liċ-ċittadini tal-Istati Uniti. Hu kompla li attakki ta’ dan it-tip huma parti ‘mix-xejra lġdida’ li, skont hu, tibbaża fuq it-tfittxija għall-informazzjoni. Dan meta l-pajjiżi, minbarra entitajiet oħrajn involuti, jistgħu jisfruttaw ‘xi punti dgħa-

jfin’ fis-sistemi ċibernetiċi talIstati Uniti. Rapport reċenti ta’ Mandiant, kumpanija tas-sigurtà ċibernetika, sab li l-hackers li qed jaħdmu għall-Gvern Ċiniż kienu kapaċi jippenetraw is-sistemi tal-utilitajiet pubbliċi talAmerikani. Dawn is-sistemi jipprovdu kull tip ta’ servizz, mill-ġenerazzjoni tad-dawl saċċirkolazzjoni tal-ilma u l-fuel madwar il-pajjiż. “Nemmnu li ċ-Ċiniżi qed jippruvaw jisirqu informazzjoni speċifika dwar is-sistemi talkontroll tal-Istati Uniti f’dawn is-setturi delikati, anki salinqas livell ta’ dettall marbut mal-inġinerija,” sostna lAmmirall Rogers. Hu spjega li dan hu intiż biex iċ-Ċiniżi jindikaw punti dgħajfin u jidentifikaw kif jistgħu jinfiltrawhom għall-iskopijiet tagħhom. Rogers kompla li diversi pajjiżi qed jinvestu f’dan it-tip ta’ kapaċità, għalkemm ma riedx jidentifika l-pajjiżi – minbarra ċ-Ċina – li qed jippersistu bil-prattika. Dan minħabba n-natura tal-identità klassifikata u minħabba li r-Russja, wkoll, hi ġeneralment meqjusa li qed tħaddem programm ċibernetiku għall-iskopijiet aggressivi. Minbarra dan, Rogers innota preżenza akbar ta’ entitajiet kriminali fiċ-ċiberspazju li jservu biex ‘jaħbu’ l-attivitajiet kriminali li jkunu qed jitwettqu f’isem ċerti pajjiżi.


www.maltarightnow.com

13

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

It-tieni siġġu għall-UKIP IR-RENJU UNIT

Il-UK Independence Party (UKIP) kiseb it-tieni siġġu filParlament wara li l-kandidat tiegħu, Mark Reckless, għeleb lir-rivali Konservattiva, Kelly Tolhurst, fl-elezzjoni każwali għal Rochester and Strood. Warajhom spiċċa Naushabah Khan tal-Partit Laburista flOppożizzjoni, waqt li l-Partit Liberali Demokratiku spiċċa blanqas total ta’ voti li qatt kiseb f’elezzjoni każwali. Mark Reckless kien telaq ilPartit Konservattiv fil-Gvern biex jissieħeb mal-UKIP u

kienet proprju din id-deċiżjoni li wasslet għall-elezzjoni f’Kent. Intant, Reckless ingħata lġurament bħala deputat filHouse of Commons u waqt li sostna li għandu bażi qawwija biex iżomm is-siġġu tiegħu flelezzjoni ġenerali ta’ Mejju, ilKonservattivi huma determinati li jieħdu lura d-distrett ta’ Kent and Strood. Id-deputat l-ieħor tal-UKIP fil-House of Commons hu Douglas Carswell li wkoll kien jimmilita fi ħdan il-Partit Konservattiv.

Tabib imut bl-Ebola IL-MALI

Tabib fil-Mali miet wara li kien ittratta pazjent li kkaġuna t-tieni inċidenza tal-Ebola f’dan il-pajjiż Afrikan. It-tabib, li ma ssemmiex b’ismu, kien jaħdem fil-klinika ta’ Bamako, fejn, ix-xahar li għadda, iddaħħal reliġjuż Iżlamiku millGuinea, u li – permezz ta’ analiżi żbaljata – kien iddikjarat li kellu marda fil-kliewi. Intant, ir-reliġjuż miet wara li kien espona lil ħaddieħor għall-virus qattiel. It-tabib li tilef ħajtu nstab pożittiv għallEbola dan ix-xahar. Il-Guinea, Sierra Leone u lLiberja huma l-agħar pajjiżi milqutin bil-virus tal-Ebola. Dan minħabba li mietu iktar minn 5,400 kaġun tal-Ebola f’dawn ittliet pajjiżi, minbarra ftit oħrajn fin-Niġerja, Spanja u l-Istati Uniti.

Il-Gvern tal-Mali kkonferma li, s’issa, mietu ħames persuni bl-Ebola f’artu. Proprju x-xahar li għadda, kienet mietet tifla ta’ sentejn fil-Mali, iżda dan il-każ ma rriżultax f ’aktar infezzjonijiet. Madankollu, l-awtoritajiet fil-Mali ammettew li bħalissa, tal-anqas 300 persuna qegħdin ikunu sorveljati għal sintomi tal-marda f’pajjiżhom. Din il-ġimgħa, l-organizzazzjoni Medecins Sans Frontieres (MSF) evakwat ċittadin Spanjol li kien espost għall-virus tal-Ebola, iżda hu mifhum li din kienet biss miżura ta’ prekawzjoni, peress li l-Ispanjol ma wera l-ebda sintomu tipiku tal-marda.

Protesti tal-massa dwar l-istudenti neqsin Dimostrant jisfida lill-qawwiet tas-sigurtà fil-Belt tal-Messiku (Ritratt: EPA)

IL-MESSIKU

Il-qraba ta’ 43 student Messikan li għebu mingħajr ħjiel xahrejn ilu, mexxew protesti talmassa fil-Belt tal-Messiku u insistew li l-Gvern jieħu azzjoni xierqa biex jinstabu. Dawn il-familji, li ġejjin millIstat ta’ Guerrero, waslu fil-kapitali wara li daru l-pajjiż. Eluf kbar ħadu sehem fid-dimostrazzjoni u mlew il-pjazza ewlenija ta’ Zocalo. L-istudenti neqsin kienu qed jitħarrġu bħala għalliema u għebu kollha wara li kienu ħadu sehem fi protesta f’Iguala, flinħawi ta’ Guerrero. Ma kkonvinċietx l-ispjegazzjoni uffiċjali

li l-istudenti nqatlu minn membri ta’ kartel tad-droga. Qed isiru testijiet forensiċi fuq il-katavri li nstabu ġo oqbra tal-massa f’dan l-istat partikulari. Is-Sindku ta’ Iguala, Jose Luis Abarca, spiċċa arrestat u qed jiffaċċja l-akkużi li kien ġiegħel lill-pulizija jikkonfrontaw lillistudenti dakinar tal-għajbien, fis-26 ta’ Settembru. Il-każ tal-istudenti qed jixpruna dimostrazzjonijiet ta’ għadab madwar il-Messiku hekk kif ilpoplu qed jesprimi rabja talli lGvern ta’ Enrique Pena Nieto naqas milli jwieġeb għall-kriżi. Sadanittant, il-Pulizija, ilbieraħ,

stinkat biex titfa’ lura lill-mijiet tad-dimostranti li nġabru qrib ilPalazz Persidenzjali, fil-Belt talMessiku. Filwaqt li kienu ftit iddimostranti li tefgħu l-fliexken u l-logħob tan-nar fid-direzzjoni tal-palazz, kienu rrappurtati inċidenti vjolenti qrib l-ajruport internazzjonali tal-Belt talMessiku qabel id-dimostrazzjoni, bi grupp ta’ nies jitfgħu bombi tal-petrol lejn il-pulizija li ppruvaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Id-dimostranti qed isejħu wkoll għal strajk fuq livell nazzjonali minħabba l-każ tal-istudenti neqsin.


www.maltarightnow.com

14

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Jinforza riformi dwar l-immigrazzjoni L-ISTATI UNITI

IL-ĠERMANJA: In-nies timxi fis-Suq tal-Milied ‘Santi Pauli’ f’Hamburg. Dan is-suq popolari jibqa’ miftuħ sat-23 ta’ Diċembru (Ritratt: EPA)

Twissija dwar iż-żejt mill-IMF

Miljuni ta’ immigranti li qed jgħixu illegalment fl-Istati Uniti se jitħallew japplikaw għal permessi biex jaħdmu. Dan se jsir skont riformi kbar li tnidew millPresident Amerikan Barack Obama. Dawn l-immigranti jinkludu dawk li ilhom jgħixu fl-Istati Uniti għal ħames snin u li għandhom uliedhom jgħixu legalment fl-Istati Uniti. Hemm ħames miljun immigrant li mistennija jibbenefikaw minn pakkett sfurzat ta’ riformi

bl-użu ta’ ordnijiet eżekuttivi, li se jagħtu lok lill-President Obama biex jaqbeż il-Kungress. Ir-Repubblikani akkużaw lillPresident Obama bi “ħtif ta’ poter illegali”. Madwar 11-il miljun immigrant illegali jgħixu fl-Istati Uniti. Taħt il-pjan ta’ Barack Obama, ġenituri mhux dokumentati ta’ tfal li huma ċittadini Amerikani jew residenti legali se jkunu jistgħu japplikaw għaxxogħol, u dawn il-permessi huma validi għal tliet snin.

L-AŻERBAJĠAN

Kull sforz li sar millAżerbajġan biex jiddiversifika lekonomija tiegħu mid-dipendenza miż-żejt u mill-gass, qed jisfuma fix-xejn hekk kif ilFond Monetarju Internazzjonali saħaq biex l-Ażerbajġan jiġġieled aktar kontra l-korruzzjoni sabiex isaħħaħ il-klima tan-negozju.

L-Ażerbajġan, eksrepubblika Sovjetika u pajjiż li għandu popolazzjoni b’maġġoranza Musulmana, ipprova jnaqqas iddipendenza mill-enerġija hekk kif il-produzzjoni taż-żejt eskalat, u uża d-dħul mill-fuel sabiex iqajjem setturi oħrajn flekonomija, bħall-industrija u lagrikultura.

L-OLANDA: Artisti jieħdu sehem fi spettaklu tad-dawl bit-tema ‘Turn on the Lights’ organizzat mill-ħanut lussuż Bijendorf sabiex jingħata bidu għall-istaġun festiv f’Amsterdam. L-avveniment annwali fi pjazza Dam joffri spettaklu ta’ dawl, logħob tan-nar u rappreżentazzjoni teatrali (Ritratt: EPA)

Ixolji l-parlament IL-ĠAPPUN

Il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe xolja l-parlament, biex hekk sejjaħ għal elezzjoni bikrija. Abe qed ifittex mandat ġdid għal riformi ekonomiċi u qed itawwal żieda fit-taxxa talbejgħ li mhix popolari fost lelettorat. Iżda stħarriġ dwar l-opinjoni pubblika, li sar mill-media lokali, jindika appoġġ baxx għall-Prim Ministru u li ħafna nies ma jistgħux jifhmu għaliex hu sejjaħ għal elezzjoni bikrija sentejn qabel ma tintemm illeġiżlatura. Għaldaqstant, fil-Ġappun se ssir elezzjoni ġenerali f’nofs Diċembru. Ix-xoljiment tal-parlament tħabbar mill-Ispeaker Bunmei Ibuki lbieraħ filgħodu. Il-leġiżlatura tal-Ġappun, magħrufa bħala n-National Diet, tkopri l-Kamra tal-Kunsillieri u l-Kamra tar-Rappreżentanti.


www.maltarightnow.com

15

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Imxejjen attentat fuq ħajjet Lieberman IŻRAEL

Erba’ Palestinjani ġew arrestati minn forzi tas-sigurtà Iżraeljani wara allegat attentat biex jinqatel Avigdor Lieberman, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, permezz ta’ rocket-propelled grenade (RPG). Skont Shin Bet, l-aġenzija tassigurtà Iżraeljana, il-Palestinjani ppjanaw li jixtru RPG u jisparaw

rocket lejn il-konvoj ta’ Lieberman qrib id-dar tiegħu f’Nokdim, fix-Xatt tal-Punent. L-aġenzija qalet li lPalestinjani kienu qed jissorveljaw il-konvoj tal-Ministru filwaqt li kienu qed ikejlu sezzjonijiet differenti tal-vjaġġ tal-konvoj sabiex jikkalkulaw l-aktar punt effettiv għall-attakk.

Żjara mill-Viċi President Amerikan L-UKRAJNA

Il-Viċi President Amerikan Joe Biden iltaqa’ mal-mexxejja Ukreni lbieraħ hekk kif dan li kien pajjiż Sovjetiku fakkar lewwel anniversarju mindu bdew il-protesti li waqqgħu r-reġim favur l-unjoni mar-Russja u nidew konflitt li qered il-Lvant tal-pajjiż. Il-laqgħa saret fost twissijiet mir-Russja kontra provvisti ta’

armi Amerikani lill-gvern. Joe Biden iltaqa’ malPresident Petro Poroshenko u mal-Prim Ministru Arseniy Yatsenyuk. Iż-żjara tal-Viċi President Amerikan saret fost tensjonijiet bejn l-Ukrajna u r-Russja li reġgħu eskalaw wara ftehim għal waqfien mill-ġlied li kien iffirmat f’Settembru.

Attakk mill-militanti IN-NIĠERJA

Ħafna persuni nqatlu f’attakk minn militanti, x’aktarx membri tal-grupp estremista Boko Haram, fil-Grigal tan-Niġerja. Irġiel armati daħlu fil-villaġġ ta’ Azaya Kura fiz-zona ta’ Mafa, fl-

istat ta’ Borno, u qatlu 45 persuna. L-aġenzija dwar id-drittijiet tal-bniedem, Human Rights Watch, saħqet li l-Boko Haram diġà qatel aktar minn 2,000 persuna matul din is-sena.

L-IRAQ: Membri mill-milizzja Xita fi ħdan il-brigati al-Abbas, li qed jiġġieldu ma’ forzi Iraqin kontra l-ISIS, ilestu biex jisparaw f’barracks militari qrib Tikrit. Il-militar Iraqi reġa’ ħa diversi zoni mill-militanti tal-ISIS f’sezzjoni fit-Tramuntana bħala parti minn kontrattakk prinċipali kontra l-ġiħadisti (Ritratt: EPA)

L-ISIS jistinka biex jikkontrolla l-Punent ta’ Bagdad L-IRAQ

Ġellieda tal-ISIS attakkaw kumpless tal-gvern fil-qalba ta’ Ramadi lbieraħ, bħala parti minn allegata offensiva koordinata sabiex l-estremisti jaħtfu l-kontroll assolut tal-kapitali provinċjali fil-Punent ta’ Bagdad. Irġiel armati sparaw minn fuq il-bjut tal-binjiet, li jospitaw ilbini tal-gvern ta’ Anbar u lkwartieri tal-pulizija, filwaqt li forzi tas-sigurtà u ġellieda tribali ppruvaw jipprevjenu lill-militanti milli javvanzaw. Il-Moskej xandru appelli għal rinforzi sabiex ibiegħdu lill-militanti Sunni milli jieħdu kontroll sħiħ ta’ Ramadi, li jista’ jkun ta’ żvantaġġ għal forzi tal-gvern wara li għelbu lill-ISIS milli dan jieħu lakbar raffinerija taż-żejt tal-Iraq.

Ħafna minn Ramadi, madwar 90 kilometru fil-Punent ta’ Bagdad, u l-provinċja Sunni Musulmana ta’ Anbar, diġà huma kkontrollati mill-ISIS. L-estremisti Iżlamiċi ħatfu wkoll ħafna territorji fitTramuntana tal-Iraq minn gvern immexxi mix-Xiti f’Ġunju, b’riżultat li l-Iraq spiċċa fl-agħar kriżi ta’ sigurtà mindu Saddam Hussein tneħħa mill-poter fl2003. Azzjonijiet militari mill-ajru mmexxija mill-Istati Uniti, b’appoġġ minn pajjiżi alleati tal-

Punent u minn stati Għarab, li twettqu minn Awwissu, inkludew offensiva tal-ISIS kontra forzi Kurdi, iżda ma sfidawx bis-serjetà il-kontroll tiegħu fuq ħafna mit-territorju tal-Għarab Sunni flIraq. F’Anbar, l-ISIS kompla javvanza, tant li ħataf il-belt ta’ Hit matul ix-xahar li għadda. Madankollu fil-provinċja ta’ Salahuddin, fit-Tramuntana ta’ Bagdad, forzi tas-sigurtà Iraqin irnexxielhom jilliberaw ir-raffinerija taż-żejt f’Baiji millestremisti Iżlamiċi.


www.maltarightnow.com

16

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

RIFLESSJONI

Wara ħamsa u għoxrin sena mill-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin

Aktar minn miljun Ġermaniż u Ġermaniża u nies minn kull rokna tad-dinja ċċelebraw ilħamsa u għoxrin anniversarju mill-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin. Dan l-avveniment, li ġie ċċelebrat nhar il-Ħadd 9 ta’ Novembru, fakkar it-tmiem talGwerra l-Bierda. Il-kurdun ta’ 15-il metru li kien imdawwal minn 7000 elef bużżieqa fakkar il-post fejn darba kien l-infami ħajt li kien jaqsam il-Belt ta’ Berlin. Dak il-ħajt li ma ħabbilx rasu jifred toroq, familji u, saħansitra, ċimiterji. Dawn il-bżieżaq tħallew itiru ’l fuq. Waħda wara l-oħra. Ġest bħal dan jissimbolizza l-waqgħa tal-ħajt mill-folla li kienet qiegħda tipprotesta fl-1989. Waqt dan lispettaklu l-orkestra Berlin Staatkapelle daqqet id-disa’ sinfonija ta’ Beethoven, Ode to Joy, quddiem il-Brandenburg Gate. Mhux ta’ b’xejn li waqt li ntelqu l-ewwel bżieżaq, isSindku ta’ Berlin, Klaus Wowereit, qal: “Aħna l-aktar nies ferħana fid-dinja. Aħna sodisfatti li intom ġarraftu lĦajt ta’ Berlin ħamsa u għoxrin sena ilu. Xejn u ħadd ma jista’ jwaqqaf it-triq tallibertà.” F’dan il-jum storiku għall-Ġermanja u għallEwropa kollha, tkellmet ukoll il-Kanċillier Angela Merkel. Hija qalet li l-waqgħa talĦajt uriet li “l-ħolm jista’ jitwettaq tassew”. Anzi! Din il-ġrajja jeħtiġilha tispira lil dawk il-popli li għadhom maqbuda fit-tirannija malerbat irjieħ tad-dinja. Merkel, li fl-era ta’ Berlin tal-Lvant Komunista kienet żagħżugħa meta ħadet l-ewwel togħma tal-libertà, f ’Novembru tal1989, qalet li l-waqgħa talĦajt kienet it-tweġiba għallpressjoni popolari tal-massa. Il-waqgħa tal-Ħajt tibqa’ mfakkra għal dejjem bħala ttrijonf tal-ispirtu uman. IlKanċillier Ġermaniża qalet: “Il-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin urietna li l-ħolm jista’ jseħħ. U xejn ma jista’ jxekkel irrealtà irrilevanti kemm lostakli jidhru li huma għoljin. Il-waqgħa tal-Ħajt urietna li għandna l-qawwa niffurmaw id-destin tagħna u li nagħmlu l-affarijiet aħjar.” Fid-diskors tagħha lKanċillier innutat li l-popli flUkranja, fis-Sirja, fl-Iraq u kullimkien madwar id-dinja hemm bżonn jieħdu kuraġġ

Il-waqgħa ta’ ħajt li ġabet bidla kbira mhux lill-poplu Ġermaniż biss iżda lid-dinja kollha

mill-eżempju tal-waqgħa ħesrem tal-Ħajt. Merkel issuktat tgħid: “Kienet rebħa tal-libertà fuq il-jasar”. Ta’ min japprezza wkoll il-fatt li Merkel ma ddejqet xejn issemmi lpaġni suwed li seħħew ukoll nhar id-9 ta’ Novembru. F’dan l-istess jum, din id-darba fl1938, in-Nażi attakkaw is-sinagogi u ħwienet Lhud malĠermanja Nażista kollha. Dan illejl tal-biża’ ssejjaħ flistorja bħala Kristallnacht jew inkella Il-lejl tal-Ħġieġ Imkisser. Ma kinitx biss il-politika li fakkret dan il-jum importanti fl-istorja globali minn wara tTieni Gwerra Dinjija. Kien issa jmiss lill-Papa Franġisku li jfakkar dan l-avveniment importanti. Fil-fatt, il-Papa qal li l-Ħajt jirrappreżenta l-qasmiet ideoloġiċi li kienu jeżistu fl-Ewropa u fid-dinja. Huwa fakkar ukoll lil dawk li mietu, iġġieldu u talbu biex il-Ħajt jiġġarraf, inkluż il-predeċessur tiegħu, San Ġwann Pawlu II, li għalih qal: “kellu rwol ewlieni” fil-waqgħa tal-Ħajt. Ta’ min jgħid li wara l-għażla tiegħu bħala Papa, is-sapport ta’ San Ġwann Pawlu II lillmoviment ta’ Solidarjetà f’art

Patri Mario Attard OFM frmarioa@gmail.com

twelidu l-Polonja kkontribwixxa għall-waqgħa talKomuniżmu kemm f’dan ilpajjiż u anki fil-maġġoranza tal-pajjiżi Komunisti Ewropej. Il-Papa Franġisku talab li lħitan li għadhom qegħdin jifirdu lid-dinja llum jistgħu jissuktaw jiġġarrfu u li “l-kultura tal-laqgħa tista’ tissokta tinfirex”. Il-Papa Franġisku kkonkluda li din il-kultura “kapaċi ġġarraf il-ħitan kollha li għadhom jifirdu d-dinja u li qatt mhu se jiġri li nies innoċenti jiġu ppersegwitati u saħansitra maqtula minħabba t-twemmin u r-reliġjon tagħhom.” Il-Papa saħaq: “Fejn hemm ħajt, hemm qalb magħluqa.

Neħtieġu pontijiet mhux ħitan!” Tajjeb li nisħqu mill-ġdid fuq ir-rwol imprezzabbli ta’ San Ġwann Pawlu II fil-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin. F’intervista li kellu dan l-aħħar dwar dan lavveniment storiku, Piotr Nowina Kokopka, lambaxxatur tal-Polonja għasSanta Sede, tħaddet mhux biss kif hu personali għex din lesperjenza storika imma wkoll kif San Ġwann Pawlu II kien figura importanti li għenet lillPollakki sabiex tingħatalhom mill-ġdid it-tama. Skont Nowina, l-istorja tal-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika tmur lura qabel il-miġja ta’ Ġwanni Pawlu II. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-Knisja Kattolika kellha awtorità morali filPolonja. Kienet hi li ddefendiet il-libertà tal-bniedem. Kienet hi li ssapportjat gruppi żgħar ta’ oppożizzjoni li ma kinux jidhru u li kienu taħt ilpressjoni Komunista. Imbagħad, bil-Konklavi tal1978, l-affarijiet tbiddlu. Ilpunt hu li għall-Pollakki, San Ġwanni Pawlu II tahom ittama. L-ambaxxatur Nowina ssokta jispjega li meta Ġwanni Pawlu

II żar il-Polonja fl-1979 ilKomunisti fferoċjaw. Madankollu, kienet diffiċli wisq għalihom li jimpedixxu lill-Pollakki li ġew minn kull rokna tal-pajjiż. Qalgħu lostakli kollha biex iż-żjara jagħtuha importanza millanqas. Iċċensurawha. Imma għalxejn. Għaliex aktar minn miljun persuna ġew bil-mixi lejn Varsavja għall-quddiesa. Min jista’ jinsa l-famuż diskors li għamel il-Papa hemmhekk: “Jalla l-Ispirtu s-Santu jinżel fuq l-art u jibdilha”? Dan ma kienx diskors rettoriku. In-nies bdew jintebħu li nies oħra kellhom l-istess twemmin tagħhom, jiġifieri li r-reġim Komunista kien imsejjes fuq il-qerda tal-avversarji tagħhom. Għalhekk l-Insara kellhom it-tama li l-affarijiet jitbiddlu. Kif fil-fatt ġara. San Ġwanni Pawlu II għallimna li huwa permezz ta’ Ġesù Kristu li l-bniedem terġa’ tingħatalu d-dinjità li jistħoqqlu. Mhux “Kristu hu s-sliem tagħna, hu, li minna t-tnejn għamel poplu wieħed, billi ġarraf il-ħajt li kien jifridna - ilmibegħda ta' bejnietna - u ħassar bis-sagrifiċċju ta' ġismu” (Efes 2:14)?


www.maltarightnow.com

17

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

RIFLESSJONI

Omografi

Fil-Malti nsibu xi omofoni bħal ‘dar’, fejn noqogħdu, u ‘dahar’, il-parti tal-ġisem, jew ‘nar’, dak li jsaħħan il-kamra, jew ‘nhar’, li huwa l-jum

Kull ilsien li jeżisti fid-dinja huwa mibni minn numru ta’ kliem li jinftiehem minn dak ilgrupp ta’ persuni li jkunu jitkellmu dak l-ilsien. Aktar ma jkun kbir il-grupp li jitkellmu dak lilsien, aktar tkun kbira l-għażla tal-kliem li jkun hemm fih. Għalhekk l-Ingliż huwa lsien għani għax huwa mitkellem minn bosta miljuni, filwaqt li lMalti huwa ifqar fil-kliem minħabba n-numru żgħir ta’ dawk li jitkellmuh. Minkejja li lsien ikun għani, xorta nsibu kliem li jkollu aktar minn tifsira waħda minkejja li jkun jinkiteb l-istess. Dawn il-kelmiet jissejħu ‘omografi’, li hi kelma ġejja mill-Grieg ‘omògraphos’, li tfisser l-istess sinjali ta’ kitba, lstess grafika. Fl-ilsna li nafu Aħna l-Maltin kważi kollha nitkellmu tliet ilsna, l-aktar ilMalti, l-Ingliż u t-Taljan. Ejjew inħallu barra l-mod kif nitkellmuhom għax jekk nieqfu fuq dan is-suġġett, ma nispiċċaw qatt. F’ dawn l-ilsna nsibu omografi li jistgħu jħawduna jekk ma nkunux nafu sewwa dak lilsien. It-Taljani kienu jagħmlu differenza fil-kitba tal-kelma billi jużaw l-aċċenti. Illum ħadd aktar ma jikteb l-aċċenti fuq il-

kliem u hekk sirna nsibu ‘principi’, it-tfal subien tar-re, u ‘principi’, dawk ir-regoli li nimxi magħhom, miktubin l-istess. Fis-sew dawn għandhom jinkitbu ‘prìncipi’ meta nkunu qegħdin insemmu lil ulied ir-re u ‘princìpi’ meta nsemmu rregoli. It-Taljani ma għadhomx jużaw aċċenti meta jiktbu imma meta jitkellmu ma jlissnux iżżewġ kelmiet l-istess. Kliem ieħor li nsibu miktub l-istess huwa ‘viola’, li jista’ jkun lewn jew inkella l-azzjoni ta’ bniedem li kiser il-liġi, mill-verb ‘violare’, ‘botta’ li tista’ tkun bettija tal-inbid jew kelma li ngħid biex niġbed saqajn xi ħadd. Fl-Ingliż insibu omografi wkoll li għandna mnejn naqrawhom spiss bla ma nagħtu każ li għandhom aktar minn tifsira waħda. Pereżempju l-kelma ‘lead’ tista’ tfisser l-azzjoni ta’ min imexxi jew inkella ċomb. Billi fl-Ingliż il-verb ma joqgħodx mingħajr is-suġġett, allura dlonk nintebħu għalxiex ikun qiegħed jirreferi l-kittieb. Omografi Ingliżi oħra huma: ‘tear’, li tista’ tfisser iċċarrat jew demgħa, ‘row’ li tista’ tfisser qadfa jew ringiela u ‘wind’, li tista’ tfisser tagħti l-ħabel lillarloġġ jew inkella riħ. Minkejja li dan il-kliem jinkiteb l-istess,

Aktar ma jkun kbir il-grupp li jitkellmu dak l-ilsien, aktar tkun kbira l-għażla tal-kliem li jkun hemm fih

Fr Reno Muscat

renosop@gmail.com mhux bilfors li jinħass l-istess u għalhekk wieħed irid jitħarreġ sewwa biex jippronunzja Ingliż tajjeb. Dawn huma biss ftit eżempji mill-bosta omografi li nsibu fl-Inġliż. F’dan l-ilsien insibu wkoll kelmiet omofoni, li jikitbu differenti imma jinħassu l-istess. Fost l-aktar li jgerfxuna nsibu ‘weather’, it-temp, u ‘whether’, u accept, naċċetta u except li tfisser minbarra.

It-tromba Fil-Malti wkoll insibu omografi u billi l-ilsien tagħna huwa wieħed b’numru ta’ kliem inqas mill-ilsna li semmejna aktar ’il fuq, xi kelma jista’ jkollha mhux żewġ tifsiriet imma tlieta jew erbgħa, jew aktar ukoll. Ħafna minna jif-

takruha l-poeżija ta’ Carmel G. Cauchi bl-isem ‘It-Tromba’ li kellna fil-ktieb ‘Id-Denfil’ filprimarja. F’din il-poeżija ħelwa, il-poeta jgħidilna li tromba tista’ tkun il-kamra talbejt fejn jispiċċa t-taraġ, jew parti mill-ispiritiera li konna nsibu fil-kċejjen tan-nanniet. Tromba tista’ tkun ukoll limnieħer tal-iljunfant, jew ilparti ta’ żarbun goff li nilbsu fix-xita. Tista’ tkun ukoll strument mużikali jew inkella kurrent qawwi ta’ riħ li jagħmel ħafna ħsara. Tromba hija wkoll strument li bih tara qrib dak li jkun ’il bogħod. Cauchi jagħtina seba’ tifsiriet ta’ kelma li tinkiteb l-istess. Ma nafx jekk hawnx kelma oħra, la fil-Malti u lanqas f’xi lsien ieħor, li għandha daqstant tifsiriet differenti. Naseb li ttromba Maltija għandha r-rekord dinji tal-omografija. Fil-Malti nsibu wkoll xi omofoni bħal ‘dar’, fejn noqogħodu, u ‘dahar’, il-parti tal-ġisem, jew ‘nar’, dak li jsaħħan il-kamra, jew ‘nhar’, li huwa l-jum.

Omografu importanti Fl-ilsien tagħna għandna omografu li hemm min spiss ma jintebaħx bih. Qiegħed ngħid għall-kelma ‘Fidil’. ‘Fidil’ jista’ jkun dak li jemmen, dak li jsegwi l-ideoloġija, it-twemmin ta’ persuna jew entità. Din hija kelma ġejja mitTaljan. Għat-Taljani, ‘fedele’ tfisser dak li ma jitraddixxix, dak li jemmen, dak li għandu lfidi. Imma fil-Malti għandna tifsira oħra tal-kelma ‘fidil’. Lil dak li nbellgħulu r-ross bil-labra, lil dak li jemmen kulma ngħidulu, insejħulu ‘fidil’ ukoll. Sfortunatament ċerti mexxejja ma jifhmux li din il-kelma fiha żewġ tifsiriet, jew jippruvaw ma jifhmux li hemm omografu u jgħaqqdu kollox flimkien. Irriżultat ta’ dan ix-xogħol ikun li l-fidili jkunu stmati ta’ fidili. Fi kliem ieħor ngħidu li hemm min jistma lis-segwaċi daqslikieku kienu boloh! Min jistma lill-fidili ta’ fidili jispiċċa biex jitlef il-qaleb u l-ġbejna! Sfortunatament dan jiġri spiss.


www.maltarightnow.com

18

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

OPINJONI

Placet/Non placet

Xi ġimgħat ilu spiċċa sSinodu tal-Isqfijiet Ruma. Iddiskutew fuq li ddiskutew. Issa jaqblu, issa le. Id-dinja Kattolika u min jinteressa ruħu l-aktar fis-suġġett tal-familja kien fuq ix-xwiek biex ikun jaf il-konklużjonijiet. Imma baqgħu b’xiber imnieħer għalkemm mhux għalkollox. L-ewwel nett id-deċiżjonijiet finali se jittieħdu sena oħra u ttieni għax kien hemm biss ftit punti li ma kinux aċċettati. Ma qablux fuq xi termini fejn jidħlu l-omosesswali u fejn jidħol it-tqarbin għal min hu ddivorzjat u reġa’ żżewweġ. Biss il-Papa xtaq li dawn ilpunti li ma qablux kollha fuqhom jingħaddu mal-oħrajn xorta waħda għas-sena ddieħla. Il-punti kienu qed jgħaddu jew bi ‘Placet’ (Naċċetta) jew b’‘Non placet’ (Ma naċċettax). F’dan l-artiklu jien m’iniex se nidħol aktar fuq x’sar u ma sarx fis-Sinodu. Allura, nistħajjilkom tistaqsuni għaliex din lintroduzzjoni kollha fuq isSinodu. Dan għax ma tħallihx għat-teologi, Sur Karm? L-ewwel nett das-suġġett veru li jrid ikun mistħarreġ mill-Knisja, ambjent tat-teologi, it-tieni nett mela m’hawnx lajċi li jifhmu daqs it-teologi, min jisimgħek? Imma xorta ngħidlek li mhix l-intenzjoni tiegħi li hawn nibqa’ sejjer fuq is-Sinodu. Mhux is-suġġett tallum. Se nitkellem fuq żewġ kotba li qrajt dan l-aħħar u nixtieq naqsam xi ħsibijiet fuqhom magħkom. Ara ma taħsbux li se nittimbrahom bil-‘Placet’ u n‘Non placet’, tafux. Xejn minn dan. Dan inħallih għall-qarrejja tagħhom. Imma xorta nistidinkom taqrawhom. U l‘Placet/Non placet’ jagħtuha lqarrejja nfushom. L-ewwel nett ikunu tgħallmu xi ħaġa ġdida. Il-qari dejjem jistimulalna ’l-moħħ biex ma ngħidx ’il-qalb ukoll; it-tieni kull qari jsaħħaħ u jkattar ittagħrif fuq id-dinja ta’ madwarna. Mela ż-żewġ kotba huma dawn: ‘It-Tfajla bil-Bikini Vjola’ ta’ Alfred Massa u lieħor ta’ xejra oħra: ‘Valuri biz-Zokkor’ ta’ Charles Magro. Iż-żewġ awturi inzertaw kienu għalliema u permezz ta’ kitbiethom għadhom għalliema. Imma niggarantilkom li meta taqraw dawn il-kotba taslu biex bħall-Isqfijiet tas-Sinodu tgħidu: ‘Placet’ (għoġbuni). Ibqgħu fuq kliemi.

Carmel Mallia

carmelmallia3@gmail.com

‘It-Tfajla bil-Bikini Vjola’ tal-awtur u poeta Alfred Massa hu rumanz b’omiċidju bħala ttema ċentrali tiegħu. Malomiċidju li jitwejjaq lIngilterra, Malta jitwettaq żwieġ li l-qarrej ma jkunx qed jistenna. Il-karattri jidħlu fiżżewġ taqsimiet tar-rumanz li ta’ min jgħid jidħlu f’xulxin u li għall-ewwel iħawduk imma fl-aħħar bħalma ngħidu, wara l-maltemp jiġi l-bnazzi, għalkemm dal-bnazzi jkun xi ftit imċajpar minn waqgħa ta’ ajruplan li fih ikun hemm ilkarattru ewlieni tar-rumanz. Massa, bħal fir-rumanzi loħra li kiteb, dejjem idaħħal ilfolklor, ir-reliġjon, u l-politika ta’ Malta. Hawn għandna l-festa talBambina, ir-rużarju, il-kappela ta’ San Bert ta’ Ħal Tarxien, iċċimiterju tal-istess raħal. U ma jiddejjaqx jagħtina tagħrif fuqhom barra milli wkoll jagħtina stampa ċara tal-arti u t-tiżjin tagħhom, qisu biex għal ftit inessina minn dak li jkun qed itaqqal il-ġrajjiet xejn feliċi tal-karattri. Ix-xbieki li ħabblu ħajjet Anton u Frans flimkien ma’ dik ta’ Peter u Margaret fl-aħħar jixpakkaw u kulħadd isib postu. Mir-rużarju ta’ omm Anton Ħal Tarxien għall-bikini vjola tal-Ingliża Margaret f’Birżebbuġa hemm sensiela ta’ ġlidiet bla jaqtgħu fejn jieqfu biss mal-waqgħa tal-ajruplan li ttemm ħajjet Anton, ilmaħbub ta’ Margaret. Hawn jieqaf il-maltemp qalil tar-rumanz, għalkemm imdieheb ukoll biż-żwieġ ta’ Frans u Silvana, hu ħabib ta’ Anton u hi eksmaħbuba għalkemm mhix mixtieqa minn Anton. Hawn għandkom issibu qari ħafif, mexxej, li jtik li la tibda taqra ma tiqafx sakemm ittemmu f’nifs wieħed. Dal-ktieb ta’ 241 paġna hu ppubblikat minn Dom Communications Ltd u hu t-

L-istejjer, f’dan il-ktieb, idaħħluk f’qoxortok, għalkemm kultant jekk mhux dejjem ukoll, iġegħluk titbissem

tieni edizzjoni; l-ewwel waħda kienet stampata fl-1979 banda oħra. It-tieni ktieb hu ta’ xorta oħra. Charles Magro, President tal-Għaqda Poeti Maltin, offrielna kollezzjoni ta’ stejjer qorsa, maħruġa mill-Edizzjoni Sagħtar tal-MUT; fih 107 paġni. Hawn ma tistax toħroġ uċuħ il-karattri, imma ssib tapizzerija sħiħa ta’ stejjer qosra, kollha bejn wieħed u ieħor ta’ żewġ faċċati u nofs, li jħallu tagħlima. L-istejjer idaħħluk f’qoxortok, għalkemm kultant jekk mhux dejjem ukoll iġegħluk titbissem. Niltaqgħu mal-qawwa talMadonna (Pietru, is-Suldat), ma’ Alla li jaħseb f’kulħadd (In-nagħġa n-ru 72), malFidwa (Il-Prezz), mal-imħabba (It-Tifkira), mal-kalma (Arloġġ Nevrotiku), it-telgħa ’l fuq dif-

Il-qari dejjem jistimulalna ’l-moħħ biex ma ngħidx ’il-qalb ukoll; kull qari jsaħħaħ u jkattar it-tagħrif fuq id-dinja ta’ madwarna

fiċli (Il-Qaddisa Ħelwa, Ħelwa), aċċetta l-għajnuna ta’ ħaddieħor (Is-Siġra li Dejjem Tgerger), tbissima tagħmel ilmirakli (L-Itjeb Pizza tadDinja), eċċ. Dawn huma stejjer sempliċi, qosra, li jtanbru fuq l-imħabba, is-solidarjetà, issigriet ta’ ħajja sempliċi. Kull storja għandha tpinġija ferm artistika apposta ta’ Fabio Agius, ħafna drabi tixxokkjak, li tirrelata magħha. Niggarantilkom li għallinqas ma’ dawn iż-żewġ kotba ma tistgħux tgħidu ‘Non placet’, għalkemm imbagħad

mitt bniedem, mitt fehma. U lbaqra kollha tinbiegħ. U nħallu ’l dawk il-kbarat tas-Sinodu jħabblu rashom huma għall-viżjoni u l-mixja tal-Knisja. U min irid jisma’, jisma’. Illum ħadd ma jikkmanda ’l ħadd. L-aqwa li fil-ħajja tibqa’ ssaltan dik il-biċċa qawsalla u ftit zokkor bħalma hemm fittitlu tal-ktieb ta’ Magro: ‘Valuri biz-zokkor’. U ħallini narak biex nistaqsik jekk għoġbukx jew le. Nittama li tweġibni: ‘Placet!’ U narak iċċapċap.


www.maltarightnow.com

OPINJONI

Żewġ kunċerti ta’ klassi mill-baned fil-Belt

Wieħed mil-appuntamenti dejjiema tas-sena, jiġbor iżżewġ baned ikoniċi tal-Belt Valletta, il-King’s Own u l-La Valette. Sabiħ kif dawn jiftiehmu bejniethom biex jirregalawlna żewġ kunċerti bomba Sibt wieħed wara l-ieħor fl-Istitut Kattoliku, fejn it-tnejn jimlew is-sala sabiħa b’nies li jafu japprezzaw il-ħoss sinfoniku talbanda. Titpaxxa fil-preżenza mhux biss tal-mistednin ewlenin, imma wkoll ta’ numru sabiħ ta’ sapporters u ħbieb talmużika mdaqqa tajjeb. Nistgħu ngħidu li dawn iż-żewġ baned, minbarra li jaqdu dmirhom filpurċissjonijiet u okkażjonijiet oħra magħqudin magħhom, jafu wkoll itellgħu kunċerti sinfoniċi b’ħoss ta’ orkestra. Baned fit-toroq Il-baned nafuhom l-aktar, aħna l-Maltin, biex isebbħu l-

19

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

festi parrokkjali li ħafna minnhom jafu l-eżistenza tagħhom lil dan il-għan, imma nħobbu wkoll narawhom u nimxu warajhom fil-marċijiet tagħhom madwar it-toroq tagħna. Fil-pjazez u fit-toroq, ilbaned Maltin jgħaxxqu lil “nieshom” u lil dawk kollha li jissaħħru bil-preżenza tagħhom, tant li jsegwuhom b’fedeltà tal-għaġeb. Ma rridux niftaħru żżejjed, imma l-baned tagħna għandhom dik ix-xi ħaġa, li anke lbarranin, tajbin kemm huma tajbin, ma jistgħux ikollhom. Għall-grazzja ta’ Alla issa ilna bosta snin, lil dawn il-baned lokali tagħa, nagħtuhom dik lgħajnuna u attenzjoni li jixirqilhom. Wieħed jinnota kif mhux biss iż-żewġ baned talBelt, imma l-baned tal-bliet u irħula kollha għandhom l-iskejjel tagħhom fejn jgħallmu żżgħażagħ, u jrawmuhom biex

Fr Norbert Ellul Vincenti nibit2@gmail.com

’il quddiem jingħaqdu malbanda li ħadet ħsiebhom.

La Valette Lura għall-kunċerti talBaned tal-Belt li saru fl-Istitut Kattoliku. L-ewwel kunċert li attendejna kien dak tas-Soċjetà Filarmonica Nazionale ‘La Valette’ A.D. 1874, direttur Mro. Dominic Darmanin u compere Mario Micallef. Kienet ħaġa sabiħa, li ġie mistieden Mro Joseph Sammut, li kien irtira wara snin twal firras ta’ din il-Banda. Huwa tana l-Preludju u Brindisi mitTraviata u Waltz minn Swan Lake. L-udjenza tatu apprezzament qawwi. Smajna żewġ innijiet La Valette u mużika ta’ Giuseppe Camlleri, Puccini, Schonberg, Brahms, Lehar (Merry Widow) u Tschaikowsky (1812 Overture). Niżlet għasel La Valette Overture ta’ Mro. Dominic Darmanin li smajna fl-ewwel parti tal-kunċert.

King’s Own It-tieni kunċert kien talFilarmonika King’s Own, ġimgħa wara l-ieħor fl-istess post. Idderieġa Mro John Galea u ppreżenta Clifford Galea. Fetaħ b’Fanfare Salute ta’ John Galea, bil-ħoss sabiħ tarram, qabel ma ntlaqna fi vjaġġ ta’ Findlandia ta’ Jean Sibelius.

Sinjuri, min tilef dawn l-appuntamenti tal-baned ewlenija tal-Belt, tilef xi ħaġa li ma kienx jaqbillu jitlifha. Imma Novembru ta’ sena oħra jasal ukoll Waltz ta’ Johann Strauss tana ftit żfin, qabel ma dħalna f’African Symphony ta’ Van McCoy bil-kulur jazz u lperkussjoni tal-ġungla. Wara l-intervall żorna lillaħħar Direttur bravu, il-mejjet Mro Carmelo Caruana, billejna l-gerżuma f’Bernstein talWest Side Story, u smajna żewġ biċċiet minn Jan Hadermann u Giuseppe Verdi (Il Trovatore). Xampanja Kien mument sabiħ meta,

għall-ftuh ta’ flixkun xampanja, is-sopran Julie Zahra u ttenur Bernard Busuttil, kantaw mal-banda, il-Brindisi mitTraviata. Mument apprezzat ħafna mill-udjenza. Spiċċajna b’żewġ innijiet ta’ John Galea u Gobet (Omaggio) u għalaqna bl-Innu Malti. Sinjuri, min tilef dawn lappuntamenti tal-baned ewlenija tal-Belt, tilef xi ħaġa li ma kienx jaqbillu jitlifha. Imma Novembru ta’ sena oħra jasal ukoll.


20

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

Konferenza Nazzjonali mill-KNPD

Wirja tal-għasafar tal-għana

Song Bird Association Malta se ttella' t-tmien wirja talgħasafar tal-għana fosthom vrieden, griedel, ekri, taż-żebbuġ, kruċjati u kardinali, kif ukoll mutazzjonijiet u bgħula tagħhom. Dawn l-għasafar kollha flimkien ma’ oħrajn se jkunu esibiti f'din il-wirja speċjalizzata. L-għasafar se jkunu qed jikkompetu f’diversi kategoriji u din il-kompetizzjoni se

tkun iġġudikata minn ġurija internazzjonali. Il-parteċipazzjoni hi miftuħa għall-membri tal-għaqda kif ukoll għaddilettanti kollha tal-għasafar tal-għana. Din il-wirja se tittella' fitTeatru tal-Isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard b’kollaborazzjoni mal-Mount Carmel Hospital Sports and Culture Club u l-Occupational Therapy Department. Il-ftuħ

għall-pubbliku se jkun is-Sibt 29 ta’ Novembru bejn id-9 a.m. u t-8 p.m. u l-Ħadd 30 ta’ Novembru bejn it-8.30 a.m. u l-5 p.m. Diversi importaturi se jkunu preżenti b’varjetà ta’ prodotti speċjalizzati u ta’ kwalità għolja, kif ukoll se jkun hemm sezzjoni b’għasfar għall-bejgħ kemm ta’ dilettanti Maltin kif ukoll oħrajn impurtati.

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Diżabbiltà, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà (KNPD) se torganizza Konferenza Nazzjonali bit-tema ‘Id-Deċiżjoni Tiegħi, il-Futur Tiegħi’. Il-Konferenza se ssir nhar lErbgħa 3 ta' Diċembru filLukanda Radisson Blu Resort & Spa, f'Għajn Tuffieħa. Il-konferenza se tiftaħ fid-9 a.m. bir-reġistrazzjoni u wara jsiru diskorsi minn Oliver Scicluna, il-President tal-KNPD u minn Marthese Mugliette, ilPresident tal-Federazzjoni Maltija għall-Organizzazzjonijiet għall-Persuni b'Diżabbiltà. Wara jkun hemm diskussjoni millpanel. Se jsiru wkoll diskorsi minn Arnold Cassola, kelliem talAlternattiva Demokratika, mittabib Stephen Spiteri, il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għad-

www.maltarightnow.com

MADWARNA

Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà, mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet talPersuni b'Diżabbiltà u lAnzjanità Attiva, Justyne Caruana, mill-Ministru għallFamilja u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia u l-konferenza tingħalaq mill-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca. Din l-attività hi ssapportjata mill-Programm għall-Impjieg u Solidarjetà Soċjali – PROGRESS (2007-2013) talUnjoni Ewropea. Dan il-programm qed jiġi implimentat millKummissjoni Ewropea u twaqqaf biex jagħti sapport finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-oġġettivi tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs biex b’hekk jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija 2020 tal-Unjoni Ewropea f’dawn loqsma.


www.maltarightnow.com

21

Is-Sibt 22 ta’ Novembru, 2014

TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF Mimdudin:1.Pjan u wiċċ bla żurżieqa (6) 4. Ħellies minn diżgrazzja (8) 9. Bħal bastun taħt l-abt biex jistrieħ fuqu min ma jimxix sew (6) 10. Sfortuna (8) 12. Nom li bih wieħed jissejjaħ (4) 13. Apoloġija (5) 14. u 29. Reċipjent fejn wieħed jista’ jobżoq (8) 17. L -iktar wieħed li jkun ilu filkariga (6) 18. u 20. Għassies li jimxi ma’ ħaddieħor biex jindukrah (6) 20. Ara 18 21. Bidlet lewnha bil-korla (6) 27. Popli (4) 28. Ħadida ċatta tawwalija li tissammar fis-sod biex iżżomm wieqaf l-oġġett (5) 29. Ara 14 32. Sata’ jonfoq għax kellu mnejn (8) 33. Sfronda biex daħal ġewwa (8) 34. Li għandu x’jaqsam malbiedja (8) 35. Avviċinajt, qrobt (6)

Weqfin:1. Sustanza maħlula b’id ta’ kilwa? (7) 2. Forza użata kontra xi ħadd (8) 3. Kurdiċella taż-żarbun (4) 5. Notifiki fuq kartelluni (6) 6. Għerq tad-demm (4) 7. Għadd kbir ta’ suldati fi gwerra (6) 8. Eżistenza vera, verità (6) 11. u 26. Xilja (6) 15. Ħlieqa li ġġiegħlek titbissem (5) 16. Skorra żmienu (5) 19. Dikjarazzjoni formali kontra (8) 22. Tellift is-smigħ (8) 23. Saff taraġ bejn sular u ieħor (6) 24. Irtogħod, skossja (6) 25. Porku (6) 26. Ara 11 30. Bċejjeċ żgħar (4) 31. Bla ebda dubju (4) Soluzzjoni tat-Tisliba li dehret is-Sibt li għadda

Mimdudin :- 1. Kosksu; 4. Ottimist; 9. Pjanċa; 10. Skartoċċ; 12. Tapp; 13. Qalil; 14. Imxi; 17. Lellux; 18. Ġuħ; 20. Nar; 21. Kappar; 27. Rtir; 28. Ħatab; 29. Griż; 32. Oċċident; 33. Maqtul; 34. Sorpriża; 35. Lanżit Weqfin :- 1. Kapital; 2. Skarpell; 3. Siċċ; 5. Tikmix; 6. I;ri; 7. Iżommu; 8. Tiċpis; 11. Kap; 15. Sular; 16. Xuxan; 19. Spirituż; 22. Riżolut; 23. Irdoss; 24. Biċċer; 25. Barnuż; 26. Par; 30. Ġdur; 31. Vara

Spiżeriji li jiftħu għada

Il-Belt: New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann; IlĦamrun: National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija: Ħal Qormi: Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz; Birkirkara: The Local Dispensary, Triq Kanonku K. Pirotta; Ta’ Xbiex: Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipesssa Margerita; San Ġwann: San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg; Tas-Sliema: Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira; Ħal Balzan: Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar; Il-Mosta: St. Louis Pharmacy, Triq Cali; Il-Mellieħa: Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier; Raħal Ġdid: De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule; Bormla: White Cross Pharamcy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl; Ħaż-Żabbar: Polymer, Triq ix-Xagħjra; Birżebbuġa: Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa; Il-Qrendi: Qrendi Pharamcy, 6, Triq il-Kbira; Ħaż-Żebbuġ: Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien; Ir-Rabat: Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira; Għawdex: Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Victoria u Għajnielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem.

‘Mobile Blood Donation Unit’

Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Novembru 2014, se jkun hemm il-mobile blood donation unit maġenb il-Power Station ta’ Delimara. Il-ħin għall-għoti tad-demm ikun mit-8.30 sas-1.00 p.m. Ġentilment nitolbu biex tinġieb il-karta tal-identità.

Rebbieħa tat-tisliba tas-Sibt li għadda

Ir-rebbieħ tal-Crossword tal-ġimgħa li għaddiet hu John Cassar ta’ 123, The Strand, Sliema.

Rapport tat-temp

UV INDEX

3

IT-TEMP Ftit jew wisq imsaħħab, li jsir ftit imsaħħab b'waqtiet xemxin VIŻIBBILTÀ Tajba IR-RIĦ Ħafif u varjabbli l-iktar mix-Xlokk il-Lvant, li jsir ħafif għal moderat mill-Grieg il-Lvant. BAĦAR Ġeneralment ħafif IMBATT Ftit li xejn TEMPERATURA L-ogħla 21˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 0mm Xita mill-1 ta’ Settembru 134.2mm IX-XEMX titla’ fis-06.45 u tinżel fil-16.51

Il-ħamest ijiem li ġejjin

IS-SIBT L-ogħla 21˚C L-inqas 15˚C

IL-ĦADD L-ogħla 21˚C L-inqas 14˚C

IT-TNEJN L-ogħla 20˚C L-inqas 15˚C

IT-TLIETA L-ogħla 19˚C L-inqas 15˚C

L-ERBGĦA L-ogħla 19˚C L-inqas 14˚C

UV

UV

UV

UV

UV

3

3

Temperaturi fi bliet barranin 3

3

3

It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienet: Malta 21˚C xemxi, Alġeri 23˚C xemxi, Amsterdam 9˚C imsaħħab, Ateni 22˚C ftit imsaħħab, Liżbona 14˚C xita, Berlin 4˚ imsaħħab, Brussell 8˚C imsaħħab, il-Kajr 24˚C imsaħħab, Dublin 11˚C imsaħħab, Kopenħagen 6˚C imsaħħab, Frankfurt 11˚C imsaħħab, Milan 12˚C xemxi, Istanbul 19˚C imsaħħab, Londra 11˚C xemxi, Madrid 14˚C xemxi, Moska -4˚C xemxi, Pariġi 7˚C imsaħħab, Barċellona 19˚C xemxi, Ruma 20˚C ftit imsaħħab, TelAviv 27˚C ftit imsaħħab, Tripli NA, Tuneż 24˚C xemxi, Vjenna 10˚C imsaħħab, Zurich 10˚C imsaħħab, Munich 6˚C xita, St. Petersburg –2 ˚C imsaħħab


www.maltarightnow.com

22

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

FESTI

Il-festa liturġika tal-Martirju ta’ Santa Katarina Verġni u Martri Fiż-Żurrieq qed tkun iċċċelebrata l-festa liturġika ta’ Santa Katarina Verġni u Martri. Nhar it-Tnejn fil-5.30 p.m. tibda translazzjoni solenni tar-relikwa u kant tal-Għasar tal-Martri. Wara tibda quddiesa, ċelebrazzjoni ewkaristika, bews tarrelikwa u kant tal-innu popolari. Nhar it-Tlieta, jum il-festa liturġika, fil-5.30 p.m. jibda lGħasar. Fis-5.45 p.m. titqiegħed kuruna tar-rand fuq il-monument ta’ Santa Katarina f’Misraħ ir-Repubblika millmembri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. Fis-6 p.m. tibda quddiesa konċelebrata solenni bil-

paneġierku minn Monsinjur Arċipriet Carmelo Refalo. Wara l-istatwa ta’ Santa Katarina tiġi mdawra mal-knisja, isir il-bews tar-relikwa, repożizzjoni tarrelikwa, issir barka ewkaristika u l-kant tal-innu popolari. F’jum il-festa se jmexxi ċ-ċelebrazzjoni l-Viċi Parroku Dun Raymond Cassar. Se jieħu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali ‘Exultate Domino’ taħt idDirezzjoni ta’ Mro Paul Portelli. Lejlet il-festa se jidderieġi lKor Mro Anton Briffa OFM Cap. Fit-8 p.m. il-Banda tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina Verġni u Martri taż-Żurrieq se tibda

Fiż-Żejtun Fiż-Żejtun qed tkun iċċelebratata wkoll il-festa liturġika ta’ Santa Katarina Verġni u Martri. Nhar it-Tnejn fil-5.30 p.m. jibda l-ewwel Għasar flOratorju fis-6 p.m. Tibda translazzjoni solenni bir-relikwa ta’ Santa Katarina għallKnisja Parrokkjali u wara tibda

Fil-Belt Valletta Fil-Knisja Monasteru

ta’

Santa Katarina Verġni u Martri fil-Belt Valletta li tinsab fi Triq ir-Repubblika qed issir ukoll ilfesta liturġika ta’ Santa Katarina Verġni u Martri. Nhar it-Tnejn fis-6 p.m. jibda rrużarju u fis-6.30 p.m. kant talEwwel Għasar segwit millquddiesa. Imexxi Dun Emmanuel Agius, Wara ssir Barka Ewkaristika. Nhar it-Tlieta, jum il-festa liturġika fis-7.25 a.m. tibda quddiesa konventwali u se jmexxi Patri Noah Schiavone O.S.A. Fis-6 p.m. jibda rużarju u fis-6.30 p.m. quddiesa kantata solenni bil-paneġierku minn Patri Mario Abela O.S.A.

Għada l-Ħadd 23 ta’ Novembru l-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun se ttella’ lkunċert annwali tagħha fis-7.30 p.m. fis-Sala tal-Kulleġġ Santa Margerita, Skola Sekondarja tal-Bniet, iż-Żejtun. Dan lappuntament annwali jaħbat ukoll maċ-ċelebrazzjonijiet relatati mal-festa liturġika ta’ Santa Katarina V.M. patruna taż-Żejtun, li tiġi ċċelebrata fil25 ta’ Novembru. Il-Banda Beland se tkun taħt

id-direzzjoni ta’ Mro Ray Sciberras. Għandha programm mill-isbaħ b’siltiet li jolqtu lgosti ta’ kulħadd, b’mużika li tvarja minn dik klassika sa kontemporanja. Għal dan il-kunċert, il-Banda Beland se ddoqq dawn is-siltiet: Innu lill-Patruna talBelt Beland ta’ Mro Ray Sciberras, Old Comrades March – Carl Teike, Pour una Cabeza – Tango – Carlos Gardel fuq Arr. Donato Semeraro, Arenas de Barcelona – Paso Doble for solo

trumpet and band – Mro Ray Sciberras, Liliana – Concert Piece ta’ Mro Hector Dalli, Tancredi – Overture – Gioachino Rossini, Napule 2014 Suite – Mro Ray Sciberras, King Arthur – Fil Music – Hans Zimmer fuq arr. Erick Debs, Pink Floyd Medley – Selection – arr ta’ Robert Fienga u Innu Beland – Paolino Vassallo. Id-dħul għal dan il-kunċert hu mingħajr ħlas u kulħadd hu mistieden jattendi.

Fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ Santa Kartarina Verġni u Martri, il-Banda Żejtun nhar is Sibt li ġej 29 ta’ Novembru se tippreżenta lprogramm mużikali annwali. Dan il-programm se jkun se jfakkar anniversarji talGħaqda Banda Żejtun permezz ta’ rakkonti u viżwali li jkunu

minsuġa mal-mużika bandistika. Din is-sena, il-programm mużikali se jsir nhar is-Sibt li ġej fit-8 p.m. fit-Teatru Pandora, iż-Żejtun. Il-Banda Żejtun se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur il-Maġġur Carmelo Mangion.

marċ minn Misraħ ir-Repubblika taħt id-direzzjoni tas-Surmast Josef Grech. Xħin il-banda tasal quddiem il-monument ta’ Santa Katarina jindaqq l-innu marċ ‘Semma’ lPoplu l-Vuċi Tiegħek’ ta’ Mro Espedito Deguara.

Kunċert annwali mill-banda tal-Għaqda Mużikali Beland

konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Arċipriet Dun Nicholas Pace. Nhar it-Tlieta li ġej, jum ilfesta liturġika fis-5.45 p.m. jibda l-Għasar solenni tal-festa. Fis6.30 p.m. tibda konċelebrazzjoni solenni tal-festa mmexxija minn Monsinjur Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku għal Malta. Il-mużika waqt il-quddiesa solenni ta’ nhar il-festa liturġika ta’ Santa Katarina, se tkun talkappella Diacono taħt idDirezzjoni ta’ Monsinjur Mro Dun Ġwann Galea.

Kunċert mill-Banda tal-Għaqda Mużikali Żejtun


www.maltarightnow.com

23

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

FESTI

Kunċert ta’ Santa Ċeċilja mill-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Santa Venera V.M.

Minn Joe Chetcuti – joechetcuti@onvol.net

Il-festa ta’ Kristu Sultan

F’Raħal Ġdid qed tkun iċċelebrata l-festa liturġika ta’ Kristu Sultan. Illejla fis-6 p.m. tibda quddiesa solenni mmexxija minn Monsinjur Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u fiha lKappillan Dun Marc Andre’ Camilleri se jingħata l-pussess tal-parroċċa għall-ħidma pastorali tiegħu. Għada jum il-festa fis-9.30 a.m. tibda quddiesa solenni liturġika ta’ Kristu Re u se jmexxi l-Kappillan Dun Marc Andre’ Camilleri. Il-kant se jsir mill-kor parrokkjali. Fil-11 a.m. tibda l-funzjoni tattfal b’korteo li se jibda minn Ġnien Pawlu Boffa sa fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali. It-tfal

Il-Belt Victoria – Għawdex Fil-Belt Victoria, Għawdex, qed jitkomplew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ Kristu Re. Għada fl-4.15 p.m. jitlaq Korteo minn Pjazza Santu Wistin u fl-4.30 p.m. tibda ċelebrazzjoni tal-Kelma quddiem is-Seminarju ta’ Għawdex. Imexxi Monsinjur Isqof Mario Grech. Wara ssir Tema Vokazzjonali minn Saċerdot mill-Iraq – Fr Douglas Yousif Shamshoom, li se jaqsam l-esperjenza tiegħu malmiġemgħa.

Il-festa ta’ Kristu Re f’Malta L-attivitajiet tal-festa ta’ Kristu Re se jitkomplew illum fl-4.30 p.m. Fil-Knisja Santwarju talĦniena Divina fin-Naxxar se ssir attività għat-tfal kollha b’tislima speċjali lil Monsinjur Arċisqof Paul Cremona OP. Għada l-Ħadd fil-5.30 p.m. tibda quddiesa solenni mmexxija minn Monsinjur Arċisqof Paul Cremona OP fit-tmiem talEpiskopat tiegħu. L-omelija se ssir minn Monsinjur Charles J. Scicluna. Din se ssir filKonkatidral ta’ San Ġwann, ilBelt. Kulħadd hu mistieden jagħti l-aħħar tislima lil Monsinjur Arċisqof.

Bħal kull sena, is-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni ta’ Ħal Luqa qed tippreżenta l-kunċert sinfoniku annwali tagħħa li din is-sena se jsir għada l-Ħadd 23 ta’ Novembru fit-Teatru Metanoia. Il-Banda l-Unjoni taħt id-direzzjoni tas-Surmast John David Zammit se teseg-

wixxi programm varjat ta’ mużika klassika, semiklassika, pop u soundtracks minn films popolari. Se jieħdu sehem malbanda żewġ kantanti stabbiliti, Eleonor Cassar u Tiziana Calleja. Barra minn hekk, se jieħdu sehem ukoll l-Unione Brass

Quintet kif ukoll l-alljievi talistess Soċjetà li se jesegwixxu xi biċċiet mużikali taħt iddirezzjoni tal-Assistent Surmast Norbert Camilleri. Dan il-kunċert se jsir taħt ilpatroċinju tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

huma mitluba jġibu magħħom ilpets sabiex jitbierku fuq iz-zuntier.

Kunċert sinfoniku annwali mill-banda tas-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni

Is-Soċjetà Filarmonika Santa Venera V.M. se tagħti kunċert strumentali fit-Teatru Manoel nhar il-Ħadd 30 ta’ Novembru fis-7 p.m. Dan il-kunċert hu mtella’ mill-Għaqda Każini talBanda u se jkun taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Il-kunċert hu wieħed prestiġjuż u uniku għal kull soċjetà mużikali li tkun se ddoqq peress li l-baned kollha ta’ Malta jdoqqu b’roaster wara minn imissu kull sena. Meta wieħed iqis li f’Malta u Għawdex hawn mat-80 banda,

dan ifisser li l-Banda ddoqq kull tmenin sena. Din l-okkażjoni għas-Soċjetà Filarmonika Santa Venera se tkun aktar unika għaliex proprju din is-sena, is-Soċjetà qed tiċċelebra għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha. Dan ilkunċert se jagħlaq sena impenjattiva ħafna għas-soċjetà. Id-dħul għal dan il-kunċert hu mingħajr ħlas, iżda kulħadd irid ikollu biljett. Dawn il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Każin talBanda Santa Venera, jew minn info@bandasantavenera.com inkella ċemplu 99474239.

Nhar il-Ħadd 2 ta’ Novembru 2014 Dr Joseph M. Buttigieg ġie elett bħala ddisa’ President tal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun wara proċess elettorali li sar matul il-ġimgħat preċedenti. B’hekk, Joseph M. Buttigieg se jkun is-suċċessur ta’ Dr Alexander Cachia Zammit li mexxa l-istess soċjetà tul dawn l-aħħar 54 sena. Imwieled iż-Żejtun fl-14 ta’ Novembru tal-1945, iben Peter u Maria Anna, Joseph Buttigieg attenda l-Iskola Primarja taż-Żejtun kif ukoll is-Seminarju Minuri talArċisqof. Huwa kompla blistudji tiegħu fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa b’Baċellerat tal-Arti u flIngliż, it-Taljan u l-Filosofija fl-1966 u wara kiseb Diploma bħala Nutar Pubbliku, segwita minn Dottorat fil-Liġi fl-1971. Minbarra x-xogħol tiegħu fil-professjoni tiegħu ta’ Avukat, Joseph Buttigieg okkupa l-karigi ta’ Direttur fil-Bord tad-Diretturi tal-

Bank Ċentrali ta’ Malta (1979-1982), Chairman talBord tad-Diretturi tal-Mid Med Bank (1982-1987), Membru Parlamentari (19871992) kif ukoll serva bħala Teżorier tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti (1996-2004) u Membru fil-Kummissjoni Elettorali (1999-2013). Attwalment Joseph Buttigieg huwa wkoll filKumitat Maniġerjali talFondazzjoni Patrimonju Malti, membru fil-Kunsill tal-Arkivji Nazzjonali kif ukoll talGaranzija dwar il-Wirt Kulturali. Barra minn hekk, Joseph Buttigieg huwa parttime lecturer fil-Liġi Rumana fl-Università ta’ Malta. Fl2013 inħatar Chairman talBord tad-Diretturi ta’ Heritage Malta. Joseph Buttigieg ilu membru tal-Għaqda Mużikali Beland mill-1972 u serva wkoll filKumitat Direttiv tal-istess Għaqda bejn l-1974 u l-1979 meta okkupa l-kariga ta’ Viċi President.

President ġdid għall-banda tal-Għaqda Mużikali Beland


www.maltarightnow.com

24

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

06:02 07:55 08:00 09:00 09:02 10:00 10:02 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:02 16:00 16:02 17:00 17:55 18:00 19:20 20:00

TV/RADJU

Radio 101 breakfast club Obituaries/angelus Radio 101 breakfast club (cont) News update Magazine 101 News update Magazine 101 (cont) Editorjal Club 101 Obituaries/angelus News bulletin The big show Hitsteria News update Hitsteria (cont) News update Hitsteria (cont) Newsdesk Obituaries News bulletin Lura d-dar News update

Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel

07:30 - Good Luck Charlie 07:55 - Good Luck Charlie 08:20 - Sonny With a Chance 08:45 Sonny With a Chance 09:10 - The Suite Life on Deck 09:35 The Suite Life on Deck 10:00 - That’s So Raven 10:25 - That’s So Raven 10:50 - A.N.T. Farm 11:15 A.N.T. Farm 11:40 - Good Luck Charlie 12:05 - Good Luck Charlie 12:30 - Jessie 12:55 Jessie 13:20 - Austin & Ally 13:55 Gravity Falls 14:20 - My Babysitter’s a Vampire 14:45 Mako Mermaids: An H2O Adventure 15:10 - Violetta 16:00 - Pixel Perfect 17:40 Win, Lose or Draw 18:05 - Liv & Maddie 18:30 - Violetta 19:20 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 19:45 - Spooksville 20:10 Wolfblood 20:35 - The Suite Life on Deck 21:00 - Good Luck Charlie 21:25 - A.N.T. Farm 21:50 - Shake It Up! 22:10 Wolfblood 22:35 - Wolfblood 23:00 - Violetta 23:40 - The Hive 23:50 - Art Attack Nickelodeon

07:30 - The Fairly OddParents 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 - Bubble Guppies 11:15 Winx Club 11:40 - Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 iCarly 12:55 Victorious 13:20 Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 -

Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 - iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 The Fairly OddParents 19:15 SpongeBob SquarePants 19:40 – Victorious 20:05 - iCarly 20:30 SpongeBob SquarePants 20:55 Avatar: The Legend ofAang 21:20 Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar 22:35 - The Penguins of Madagascar 23:00 - iCarly 23:25 – iCarly 23:50 - Victorious

Jim Jam

07:40 - Noksu 07:45 - Jarmies 08:00 - Kipper 08:10 - Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 - Gazoon 08:35 Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Hip Hip Hurray 09:55 Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 - Lots & Lots Of... 10:20 - Bob the Builder 10:30 Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 - Tiny Planets 11:20 Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 - Monkey See, Monkey Do 11:40 - Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 – Noksu 12:25 - Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 - Hip Hip Hurray 13:05 Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 Woody Buddies 14:10 Snapatoonies 14:35 - My Animal

Le 5 Leggende – Italia 1, 21.00

Meta l-ispirti ħżiena jitfaw attakk qawwi fuq id-dinja tagħna. Din kienet se tkun gwerra mitlufa għal bnedminn iżda fost in-nies tad-dinja hemm xi wħud li għandhom poteri strawdinarji u li jgħixu għallinfinit. Dawn huma magħrufa bħala l-gwardjani tal-eternita', u issa wasal iż-żmien li jingħqdu iżda kapaċi jagmlu dan u fuq kollox lesti li jiġġieldu kontra dan il-ħażen biex isalvaw għalinqas it-tfal innoċenti ta' madwar id-dinja?

TVM 06:00 - News Loop 07:30 - Treasure Island 08:00 - Wild Family Secret 08:30 - Kultema 09:00 - Valletta 09:30 - MEA 10:00 - Ghawdex illum 10:30 L-irkant 11:30 - Pellikola 12:00 - News 12:10 - Paq Paq Lifestyles 12:45 Sibtek 15:00 - News 15:05 - Sibtek.... 16:00 - Luxdesign 17:15 - Househunt 17:45 - Kelma ghall-hajja 18:00 - News 18:15 - MESC - Red Carpet 20:00 News 20:45 - Malta Eurovision Song Contest 2015 23:30 - News.

TVM2 06:00 - Euronews 07:00 - News Loop 08:30 - Sport Science 09:30 - Paq Paq Lifestyles 10:00 - Valletta 10:30 Pellikola 11:00 - Madwarna 11:30 MEA 12:00 - Venere 12:30 - Tigrijiet Biss 13:00 - 3 Pointer 13:30 - GFA round up 14:00 - Bulgaria vs Malta EURO 2016 (r) 16:00 - Hibs vs Floriana - BOV Premie 18:00 - Vatican Magazine 18:30 - Quddies misSantwarju ta' Pinu 19:15 - Kurrenti 20:15 - Triq/Twelid il-kelma 20:30 News for the hearing impaired 20:40 RAW WWE 22:40 - Madwarn 23:00 Sports News 23:15 - News in English.

Rai Uno 07:10 - Unomattina (jinkludi T-Tg1 Sal-11am) 10:00 - Storie Vere 11:10 - A Conti Fatti 12:00 - La Prova Del Cuoco 13:30 - Telegiornale 14:00 - Tg1 Economia 14:05 - Dolci Dopo Il Tiggì 14:40 - Torto O Ragione? Il Verdetto Finale 16:00 - La Vita In Diretta 16:30 - Tg1 16:40 - La Vita In Diretta 18:50 L'eredità 20:00 - Telegiornale 20:30 Flavio Insinna Affari Tuoi 21:10 Carosello Reloaded 21:15 - Velvet Blue Velvet 22:45 - Miss Fisher - Delitti E Misteri Morte Tra I Vigneti 23:36 Tg1 60 Secondi 23:40 - Porta A Porta

01:15 - Tg1 Notte 01:50 - Sottovoce 02:20 - Cultura Magazzini Einstein 02:50 - Jonnhy 7.

Rai Due 07:00 - Lassie 08:15 - Il Nostro Amico Charly 09:00 - Sulla Via Di Damasco 09:30 - Parlamento Punto Europa 10:00 - Tanzania: I Leoni E I Masai 10:45 - Cronache Animali 11:30 - Mezzogiorno In Famiglia 13:00 - Tg 2 Giorno 13:25 - Dribbling 13:45 - Gran Premio Di Abu Dhabi Di Formula 1 - Pit Lane 13:50 - Automobilismo: Gran Premio Di Abu Dhabi Di Formula 1 13:55 - Gran Premio Di Abu Dhabi Di Formula 1 - Qualifiche 14:14 Automobilismo: Gran Premio Di Abu Dhabi Di Formula 1 15:00 - Gran Premio Di Abu Dhabi Di Formula 1 - Pit Lane 15:20 - Automobilismo: Gran Premio Di Abu Dhabi Di Formula 1 15:30 - Fattore Alfa 16:25 - Squadra Speciale Stoccarda Allarme Ecologico 17:10 - Sereno Variabile 18:00 - Tg 2 Flash L.I.S. 18:05 - 90* Minuto Serie B 18:50 - Sea Patrol 19:35 - Squadra Speciale Cobra 11 20:30 - Tg2 20.30 21:05 - Castle 21:50 - Elementary 22:40 - Tg 2 22:55 - Rai Player 23:00 Sabato Sprint 23:50 - Tg2 Dossier 00:35 - Tg2 Storie. I Racconti Della Settimana. Rai Tre 07:15 - Ai Confini Dell'arizona Tornado Frances 08:05 - Speciale Cinema In Tv - Cinema D'oggi 08:20 F.B.I. Operazione Gatto 10:15 Ponderosa Il Mostro Del Lago 11:00 Tgr Bellitalia 14:55 - Tv Talk 16:30 Report 18:00 - Rai Player 18:10 Squadra Speciale Vienna Un Dettaglio Influente 19:00 - Tg3 20:00 - Blob 21:30 - Che Fuori Tempo Che Fa Futura 22:00 - Docufilm La Donna Delle Stelle

23:15 - Tg3 23:35 - Un Giorno In Pretura 00:40 - Tg3 01:20 Appuntamento Al Cinema 01:25 - Fuori Orario. Cose (mai) Viste 01:30 - I Lunghi Binari Della Follia.

Canale 5 07:00 - Prima Pagina Tg5 07:54 Traffico 07:59 - Tg5 09:30 - La Vita Dei Mammiferi 10:00 - Melaverde 11:00 - Forum 13:00 - Tg5 13:40 Beautiful 14:10 - Amici 16:00 - Il Segreto 16:30 - Verissimo 18:45 Avanti Un Altro 19:57 - Tg5 Prima Pagina 20:40 - Striscia La Notizia 21:10 - Tu Si Que Vales 00:31 - Tg5 01:01 - Striscia La Notizia 01:35 Cuore Contro Cuore.

Rete 4 06:30 - Tg4 Night News 06:50 Televendita Media Shopping 07:40 Hunter 09:40 - Carabinieri 10:45 Ricette All'italiana 11:30 - Tg4 12:00 Detective In Corsia 13:00 - La Signora In Giallo 14:00 - Lo Sportello Di Forum 15:30 - Come Si Cambia Celebrity 16:12 - Ieri E Oggi In Tv 16:40 - Poirot 18:55 - Tg4 19:35 Tempesta D'amore 21:29 - Accerchiato 23:25 - Potere Assoluto 01:45 - Tg4 Night News 02:07 - Ieri E Oggi In Tv Special. Italia 1 06:15 - I Maghi Di Waverly 06:45 Super Car 08:35 - A-Team 10:30 Beethoven 12:25 - Studio Aperto 13:02 - Sport Mediaset 14:00 - Land Of The Lost 15:55 - Captain Zoom 17:40 Mike & Molly 18:05 - Tom E Jerry 18:30 - Studio Aperto 19:02 - Scemo & Piu' Scemo 21:10 - Le 5 Leggende 22:55 - Sport Night 23:46 - Titolo Europeo Pesi Welter 01:30 - Sport Mediaset 01:55 - Studio Aperto 02:10 Hercules.


www.maltarightnow.com

25

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

TV/RADJU GO Stars

07:35 - Angels Sing 09:05 - Cuban Fury 10:45 White House Down 13:00 - Prisoners 15:35 - Argo 17:35 - The Monuments Men 19:30 - The Blacklist 21:00 - Noah 23:15 Behind the Candelabra 01:15 - Resident Evil: Retribution 02:50 - Cuban Fury 04:25 - The Blacklist 06:00 - Argo. Melita More

08:30 - Rude Tube 09:00 - Private Practice 09:45 - Private Practice 10:30 Private Practice 11:15 - Private Practice 12:00 - Private Practice 12:45 - Perception 13:30 - Psych 14:15 - Psych 15:00 - Psych 15:45 - Psych 16:30 - Psych 17:15 - Rude Tube 17:45 - Mike & Molly 18:30 - Hit The Floor 19:15 - Grey's Anatomy 20:00 - The Amazing Race 20:45 - 2 Broke Girls 21:15 - Guinness World Records Gone Wild Series 22:15 - Spartacus 23:15 - Devious Maids 00:00 - Suits 00:45 - Rude Tube 01:15 – Dallas 02:00 - VEEP Mediaset Italia

07:35 - Zelig 09:35 - Pomeriggio cinque 11:01 - Vivere IV 11:25 - Vivere IV 11:50 - Vivere IV 12:15 - Vivere IV 12:40 Vivere IV 13:05 - Finchè c’è ditta c’è speranza 13:15 - Mattino cinque 14:55 - Zelig 17:00 - I Cesaroni 18:30 - A cuccia di cuori 19:00 - TG5 19:35 - Sai cosa mangi? 19:45 - Melaverde 20:35 - Il mondo di California Bakery 21:00 - Il mondo di California Bakery 21:25 - Il mondo di California Bakery 21:50 - Finchè c’è ditta c’è speranza 22:15 - Squadra Antimafia BBC Entertainment

06:00 - Charlie and Lola 06:15 - Woolly & Tig 06:20 - Mr Bloom’s Nursery 06:40 – Teletubbies 07:05 - Garth and Bev 07:15

- Charlie and Lola 07:30 Woolly & Tig 07:35 - Mr Bloom’s Nursery 07:55 Teletubbies 08:20 - Little Human Planet 08:25 - The Weakest Link 09:10 - Doctor Who 09:55 - The World’s Toughest Driving Tests 10:50 - Outcasts 11:45 - One Foot in the Grave 12:20 - One Foot in the Grave 12:55 - Doctor Who 13:40 - Casualty 14:30 - EastEnders 15:00 - EastEnders 15:30 – EastEnders 16:00 - EastEnders 16:30 Doctor Who 17:15 - One Foot in the Grave 17:50 One Foot in the Grave 18:25 Peckham Finishing School for Girls 19:20 Outcasts 20:15 - Doctor Who 21:00 - Alan Carr: Chatty Man 21:45 - Michael McIntyre’s Comedy Roadshow 22:30 Ideal 23:00 - Threesome 23:25 - Stewart Lee’s Comedy Vehicle 23:55 - Doctor Who TCM 310

06:00 - Viva Las Vegas 07:25 - 2001: A Space Odyssey 09:45 - All the Fine Young Cannibals 11:40 - Casablanca 13:25 - Ride the High Country 15:00 - The Liquidator 16:45 - Humoresque 18:50 - Ocean’s Eleven 21:00 - The Wild Bunch 23:25 The Unsinkable Molly Brown MGM Channel

06:40 - Mr North 08:10 – UHF 09:45 City Slickers 11:35 - The Extreme Adventures of Super Dave 13:05 - For Better or for Worse 14:40 - Semi-Tough 16:25 - Stay Hungry 18:05 - Pieces of April 19:25 - Cherry 2000 21:00 - Art School Confidential 22:40 - MGM’s Big Screen 22:55 - The Coca-Cola Kid Diva Universal

06:00 - Kojak 06:55 - Kojak 07:50 Great Women 08:00 - Kojak 08:55 Quincy, M.E. 09:50 - Quincy, M.E. 10:45 -

Bernard and Doris 12:33 - Great Women 12:40 - Miss Fisher’s Murder Mysteries 13:43 - Miss Fisher’s Murder Mysteries 14:50 - Father Brown 15:50 - Father Brown 16:50 - Law & Order 17:45 - Law & Order 18:45 - Great Women 19:00 - Murder, She Wrote 19:53 - Murder, She Wrote 20:50 Great Women 21:00 - McBride: Dogged 22:45 - Great Women 23:00 - Wolff’s Turf 23:53 - Wolff’s Turf Discovery Channel

06:00 - How Do They Do It?: Guacamole; Swamp Buggy; Scissors 06:25 - Fast N’ Loud: Dale Jr.’s Sick Nomad 07:15 - Fifth Gear 08:10 Extreme Car Hoarders: Pickups and Slams 09:05 - Auction Hunters: The Chi-Town Showdown 09:30 - Auction Hunters: Top Gun Ton 09:55 - The Real Hustle: High Stakes 10:25 - The Real Hustle: High Stakes 10:50 - Troy 11:40 - Troy 12:35 Troy 13:30 - Troy 14:25 How Do They Do It?: Guacamole; Swamp Buggy; Scissors 14:55 - How Do They Do It?: Suspension Bridge; Crossbows; Tracking Clothes 15:20 - James May’s Man Lab 16:15 - Strip the City: Paris 17:10 - Dirty Great Machines: Titans of Tunneling 18:05 - Classic Car Rescue: The Ferrari Mondial 19:00 - Dallas Car Sharks: Mad About a Mustang 19:30 - Dallas Car Sharks: BMW Batting Average 20:00 FantomWorks: 1963 Corvette and 1931 Model A Hot Rod 21:00 - Storage Hunters: Boston’s Bad Blood 21:30 Auction Kings: Ship’s Cannon; Vitapulser 22:00 - The Liquidator: Tongue Twisted 22:30 - Auction Hunters: Disco and Dice 23:00 - American Digger: Blood Sweat and Money 23:30 - Backyard Oil: Milkshakin’.

07:00 09:30 12:30 13:00 14:00 14:05 14:30 16:45 17:30 18:00 18:05 19:10 19:30 20:15 20:40 21:40 21:45 22:00 23:00

Sport fuq il-Cable

Fox Sports Europe 06:00 - NASCAR Race Hub 07:00 Major League Baseball 09:30 - MLB Whiparound 10:30 - NASCAR Race Hub 11:30 - MLB 162 12:00 - PGA EuroPro Tour Golf 14:00 - Major League Baseball 16:30 - MLB Whiparound 17:30 NASCAR Race Hub 18:30 - MLB 162 19:00 - Boxing 20:30 - Bass Fishing 21:30 - MLB Whiparound 22:30 - MLB Whiparound 23:30 – Boxing.

GO sports 1 07:00 - Trans World Sport #1438 08:00 - ATP World Tour Finals – Final 11:00 Formula 1 - Abu Dhabi Grand Prix, Yas Marina - Practice 3 12:30 - Premier League World #14 13:00 -ATPWorld Tour Finals – Highlights 14:00 - Formula 1 - Abu Dhabi Grand Prix,Yas Marina – Qualifying 15:30 - FIA Formula E - Putrajaya - Round 2 – Race 17:30 - Autumn Internationals Ireland v Australia 19:30 - FIFA Futbol Mundial #496 20:00 - Autumn Internationals - England v Samoa 22:00 UEFA Champions League - Magazine Programme #12 22:30 - Premier League Saturday Review - Week 15 23:30 Formula 1 - Abu Dhabi Grand Prix, Yas Marina – Qualifying 01:00 - PGA European Tour - DP World Tour Championship, Dubai - Day 3 06:00 Trans World Sport #1438

Sea Patrol, NET Television 16.45

It-teleserje Sea Patrol jeħodna fuq bastiment tan-Navy Awstraljana fejn l-ekwipaġġ hu konvit u għandu l-missjoni li jneħħi kull azzjoni llegali mill-ibħra Awstraljana. Iżda x'jiġri meta l-ekwipaġġ jiltaqa' ma' organizzazzjoni kriminali ferm organizzata mis-soltu?

Net News Telebejgħ Indibate Becky NET News Style Watch Sagħtejn Flimkien Rafiki Elle NET News The Weds Għalik fl-Ewropa NET News Għalik fl-Ewropa Votum NET News Votum Meander Arti u Kultura NET News

GO sports 2 09:00 - PGAEuropean Tour - DPWorld Tour Championship, Dubai - Day 3 14:00 - Milan Channel 14:45 - Premier League Match Pack - Week 15 15:15 - Premier League Preview -Week 15 16:00 - Barclays Premier League -Week 15 - Chelsea vWest Brom Albion 18:30 - Barclays Premier League - Week 15 - Arsenal v Manchester Utd 20:45 - Serie A - Round 12 - Lazio v Juventus 22:45 - Milan Channel

GO sports 3 08:30 - FIA Formula E - Putrajaya Round 2 - Pre Race 09:00 - FIAFormula E - Putrajaya - Round 2 – Race 11:00 - Inter Channel 16:00 - Barclays Premier League - Week 15 - Manchester City v Swansea City 18:00 - SerieA- Round 12 Atalanta v Roma 20:00 - Ligue 1 - Round 14 -AS Monaco v SM Caen 22:00 - Inter Channel GO sports 4 16:00 - Barclays Premier League - Week 15 - Everton v West Ham Utd 18:30 Autumn Internationals - Wales v New Zealand 20:30 - Juve Channel GO sports 5 16:00 - Barclays Premier League - Week 15 - Newcastle Utd v Queens Park Rangers 18:00 - LFC TV

GO sports 6 16:00 - Barclays Premier League - Week 15 - Stoke City v Burnley 18:00 - MUTV

GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 09:00 -Aviva Premiership - Round 8 - Harlequins v Sale Sharks 11:00 - Ligue 1 - Round 14 - Metz v Paris Saint-Germain 13:00 Formula 1 - Abu Dhabi Grand Prix, Yas Marina - Practice 3 14:15 - Trans World Sport #1438 15:15 - Premier League Legends - Michael Owen 16:00 Barclays Premier League - Week 15 Leicester City v Sunderland 18:00 - PGA European Tour - DP World Tour Championship, Dubai - Day 3 23:00 Serie A - Round 12 - Atalanta v Roma 01:00 - Barclays Premier League - Week 15 - Chelsea v West BromAlbion 03:00 Ligue 1 - Round 14 - AS Monaco v SM Caen 05:00 - Autumn Internationals Ireland v Australia


www.maltarightnow.com

26

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

KLASSIFIKATI

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Gwardamanġa GARAXX ġdid fiċ-ċentru li fih jidħlu żewġ karozzi. Prezz €27,000. Ċemplu 99467024. Il-Ħamrun APPARTAMENT l-ewwel sular, għandu bejt għalih. Bla ċens. F’area bla tniġġis fl-arja. Prezz €65,000. Ċemplu 99467024. Il-Ħamrun GARAXX kbir livell mat-triq, 60 pied x 16-il pied x 19-il filata għoli. Bitħa kbira. Bla ċens. Prezz €75,000. Ċemplu 99467024. Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. GĦALL-KIRI

Is-Siġġiewi GARAXX ta’ karozza waħda u garaxx ieħor ta’ karozza waħda

ħdejn il-Knisja ta’ Santa Marija iż-Żurrieq. Ċemplu 99856220 jew 21465976. AVVIŻI

Nixtri XI erba’ appartamenti u penthouse b’kamra jew tnejn tassodda, il-Qawra, Buġibba jew San Pawl il-Baħar, mingħajr sensar. Ċemplu 99494990. Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. GĦALL-BEJGĦ Sufan L-Shaped u pultruna tal-bellus kannella €500, sufansodda u żewġ pultruni €380, vetrina/librerija antika talpine €200, billiard komplut 240x140 €500, forn tal-cast iron jaħdem bil-ħatab €350, żewġ komodini antiki tal-pine €30 u affarijiet oħra, kollha f ’kundizzjoni tajba. Ċemplu


www.maltarightnow.com

27

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

SPORT

FUTBOL

Xavi Xavi jrid isir kowċ

Il-midfielder ta’ Barcelona Xavi qal li la darba jirtira millfutbol irid jibda l-karriera ta’ kowċ. Xavi hu t-tieni plejer fi spazju ta’ ġimgħa li esprima din ix-xewqa wara li nhar it-Tlieta kien il-captain ta’ Roma Francesco Totti li qal dan. “F’Jannar li ġej nagħlaq 35 sena u naf li wasalt lejn l-aħħar fażi tal-karriera tiegħi. La nirtira irrid nitgħallem l-Ingliż u nibda nistudja biex insir kowċ. Ma nimmaġinanix li ma nibqax involut fil-futbol u l-ħolma tiegħi hi li nibqa’ naħdem fi ħdan dan ilklabb,” qal Xavi. ALVAREZ – Id-difensur Pablo Alvarez bħalissa qed jitħarreġ ma’ QPR bit-tama li dawn joffrulu kuntratt. Fl-istaġun li għadda Alvarez kien jilgħab

ma’ Catani imma fis-sajf intemmlu l-kuntratt u b’hekk jinsab bla klabb. Jidher li Alvarez, plejer ta’ 30 se jkun wieħed mill-akkwisti tal-klabb li s’issa ikkonċeda l-akbar ammont ta’ gowls fil-Premiership dan listaġun. ERIKSSON – F’dawn laħħar jiem Shanghai SIPG ippreżentaw lil Sven-Goran Eriksson bħala lkowċ il-ġdid, ġimgħa biss wara li telaq lir-rivali tas-Super League Ċiniż Guangzhou R and F. L-eks kowċ nazzjonali tal-Ingilterra kien ilu żmien jisemma bilqawwi li se jibdel il-klabb u jinsab ħerqan li jkompli l-mixja pożittiva ta’ SIPG wara li temmew fid-disa’ u l-ħames post rispettivament fl-ewwel żewġ staġuni fl-ogħla diviżjoni.

Il-midfielder ta’ Barcelona Xavi

Carlos Bugeja jippreżenta l-unur lil Steffi De Martino

Jippruvaw iwaqqfu lil Athleta BASKETBALL- ST JAMES HOSPITAL SHIELD Għada wara nofsinhar tintlagħab il-finali tas-St James Hospital Shield fejn Virtus Cynergi se jkunu qed jipprovaw iwaqqfu lil Athleta A to Z Electronics milli jirbħu ttielet unur tal-istaġun. Qabel din illogħba jkun hemm il-finali tatTieni Diviżjoni bejn Hibs u Mellieħa Tritones. Athleta jipprovaw jiksbu t-tielet unur tal-istaġun kontra it-tim ilġdid Virtus. Il-kowċ ta’ Athleta J. Galea se jibbaża fuq l-esperjenza imma l-bank limitat jista’ jkun fattur ewlieni fir-riżultat aħħari. Ħafna se jiddependi mi,l-barranin, C. Patus ta’ Athleta u E. Durinsma ta’ Virtus. P. Ferrante, kowċ ta’ Virtus jittama li jkollu lura lit-twil A. Axiaq li weġġa’ l-Ħadd biex ikun jista’ joffri aktar reżistenza taħt il-boards. Virtus għelbu lil Athleta dan l-

istaġun biss Athleta ħarġu rebbieħa fil-logħbiet aktar importanti. Hibs jibdew favoriti fil-finali tatTieni Diviżjoni kontra Mellieħa. Hibs saħħew it-tim żagħżugħ blakkwisti ta’ D. Camilleri u D. Ross. Mill-kampjonat St James Hospital tan-nisa, Honey Athleta jipprovaw jirritornaw għar-rebħ wara ż-żelqa li kellhom kontra Depiro kontra Caffe Moak Luxol, biss iridu juru l-aqwa logħob għax Luxol għaddejjin minn fażi tajba. Pavi Depiro mhux suppost ikollhom problemi biex jiksbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat kontra DHL Phoenix.

bħala l-aqwa plejer tax-xahar ta’ Ottubru. Għal De Martino din kienet ittielet darba li rebħet dan l-unur iżda l-ewwel wieħed ma’ Luxol wara li rebħet żewġ unuri oħra ma’ klabb ieħor. Matul ix-xahar ta’ Ottubru, Luxol kellhom xahar pożittiv hekk kif dawn rebħu sSt.James Hospital Super Cup u kien wkoll finalisti tal-Pre-Season Tournament. De Martino ikkontribwixxiet għal dawn il-wirjiet meta skorjat 65 punt fejn kellha wkoll 4 three pointers u lagħbet medja ta’ 35.53 minuti kull partita. Hi għandha wkoll medja ta’ 7.29 rebound kull loghba, 2.86 steals u 3.57 assists u sofriet ukoll medja ta’ 2.50 fouls. L-unur lil De Martino ġie pprezentat minn Carlos Bugeja, direttur tal-Malta Basketball Association.

VT v HMS., 3.30pm. I Div. La Salle R v Luxol., 5pm. I Div. Swieqi Phoenix Menrad – Kavallieri RS2

YFA Żebbuġ Grd – 9am. U17. Mtarfa v Gżira., 10.45am. U17. Gudja v St Lucia., 12.30pm. U15. B’bugia v Siġġiewi Rabat Grd – 9am. U17. Swieqi v Sirens., 10.45am. U15. Tarxien v Ħamrun., 12.30pm. Għaxaq v Kalkara Melita Grd – 1pm. U15. Balzan v Pembroke., 2.45pm. U15. B’Kara v Mosta., 4.30pm. U15. Xgħajra v Msida Mġarr Grd – 1pm. U15. Melita v Gozo., 2.45pm. U15. St Venera v Mtarfa., 4.30pm. U15. Marsaskala v Żejtun GFA Kerċem Std– 1pm. GFA Cup. K-F. Għajnsielem v Għarb R., 3pm. GFA Cup. K-F. Victoria H v Xewkija T. IASC Santa Lucia Grd – 8.30am. II Div. Mġarr F v B’Kara SJ., 9.45am. II Div. Żabbar CB v Gżira Utd., 11am. II Div. Safi AFC v Żurrieq W.

BASKETBALL Ta’ Qali – 11.15am. St James Hospital. Lig (N). Luxol v Athleta., 1pm. St James Hospital. Lig. Dpeiro v Phoenix., 2.45pm. St James Hospital Shield II Div . Finali.(I). Hibs v Mellieħa., 4.30pm. St James Hospital Shield I Div Finali. (I). Athleta v Virtus

Sport lokali għal tmiem il-ġimgħa

Illum MFA Kordin – 2pm. BOV Premier. Żebbuġ R v Balzan., 4pm. BOV Premier. Hibs v Floriana Victor Tedesco Std – 2pm. BOV Premier., Pietà v B’Kara., 4.15pm. BOV Premier. Sliema W v Tarxien R. Centenary Std – 2pm. I Div. Fgura Utd v Gudja Utd., 4pm. I Div. Msida SJ v Mqabba Charles Abela Std – 2pm. II Div. Siġġiewi v Dingli S., 4.15pm. II Div. Żejtun C v Għargħur Luxol Std – 2pm. II Div. Swieqi Utd v Marsa., 4.15pm. II Div. Żabbar SP v Xgħajra T. Sirens Std – 2pm. II Div. San Ġwann v Għaxaq., 4.15pm. II Div. Sirens v Mellieħa YFA M’Xlokk Grd – 1pm. U17. Żejtun v Fgura., 2.45pm. U17. Għaxaq v B’bugia., 4.30pm. U15. St Lucia v Gżira Għaxaq Grd – 1pm. U17. St

Venera v Msida., 2.45pm. U15. Sliema v Rabat., 4.30pm. U15. Marsa v Sirens GFA Sannat Grd – 1pm. GFA Cup. K-F. Nadur Y v Sannat L., 3pm. GFA Cup. K-F. Oratory Y v Kerċem A. Kerċem Grd – 2pm. II Div. Żebbuġ R v Xagħra Utd SWAN Żebbuġ Grd – 1.45pm. II Div. Senglea G v Dingli E., 3.15pm. I Div. Lija-Iklin v Valletta SP. Santa Lucia Grd – 1.45pm. II Div. Fleur de Lys v Tarxien AFC., 3.15pm. II Div. Ħamrun T v Luqa J. ISA Msida Grd – 2.30pm. Lig. Baxter v Aurobindo., 3.30pm. Lig. Toly v Trelleborg SPARAR Bidnija – 12pm. Sparatura Trap. HANDBALL Kordin – 2pm. I Div. Aloysians

Għada MFA Ta’ Qali – 2pm. BOV Premier. Naxxar L v Qormi., 4pm. BOV Premier.Valletta v Mosta Luxol Std – 2pm. I Div. Pembroke A v Gżira Utd., 4.15pm. I Div. St Andrews v Rabat A. Victor Tedesco Std – 2pm. I Div. Melita v Żurrieq., 4.15pm. I Div. Vittoriosa S v St George’s Centenary Std – 2pm. III Div. Luqa SA v Attard., 4pm. III Div. Kalkara v Kirkop Utd Charles Abela Std – 2pm. III Div. Marsaxlokk v Mġarr Utd., 4.15pm. III Div. Mdina K v Qrendi Sirens Std – 2pm. III Div. Santa Lucia v St Venera L., 4.15pm. III Div. Mtarfa v Ta’ Xbiex

De Martino l-aqwa plejer tax-xahar Steffi De Martino, captian ta’ Caffe Moak Luxol ġiet ivvutata

SPARAR Bidnija – 10am. Sparatura Trap. HOCKEY Kordin – 9am. Lig. Qormi v Floriana YS., 11am. Lig. Sliema HS v White Hart. HANDBALL Kordin – 11.30am. I Div. Kavallieri RS2 v Swieqi P., 1pm. I Div. La Salle U v Aloysians Ż. TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Marsa – 1.15pm. Issir l-40 laqgħa tal-istaġun b’heats għallkampjonati ta’ Jum irRepubblika


www.maltarightnow.com

28

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

Mancini ta’ Inter jiddebutta kontra Milan FUTBOL TALJAN

Bejn illum u nhar it-Tnejn jirritorna l-kampjonat Taljan wara li t-tim nazzjonali kien impenjat f’żewġ partiti, waħda kontra lKroazja u oħra kontra l-Albanija. Bla dubju l-aktar logħba li tispikka se tkun dik ta’ għada filgħaxija bejn ir-rivali Inter u Milan fejn il-kowċ il-ġdid ta’ Inter, Roberto Mancini se jkun qed jiddebutta mat-tim il-ġdid tiegħu wara li ħa post Walter Mazzarri li tkeċċa wara d-draw ta’ 2-2 kontra Verona. Il-pressjoni fuq Mazzarri minn dejjem kienet waħda kbira, speċjalment wara li Inter sofrew telfa umiljanti ta’ 4-1 f’San Siro kontra Cagliari u telfa kontra Parma li kienu fl-aħħar post talklassifika. Fl-aħħar ħarġa tagħhom Inter ġew draw 2-2 kontra Verona u kien hawn fejn il-President Erick Thohir iddeċieda li jkeċċi lil Mazzarri u jġib lura lil Mancini, kowċ li kien diġa’ mexxa lill-Inter bejn l-2004 u l-2008. Hu fil-fatt, kien bena lpedamenti li fuqhom is-suċċessur tiegħu Jose Mourinho kiseb suċċess kbir fis-snin ta’ wara. Bħalissa Inter qegħdin fiddisa’ post, punt taħt l-istess Milan li se jkunu ġejjin minn draw ta’ 2-2 kontra Sampdoria. Filwaqt li għal Mancini dan se jkun l-ewwel derby ta’ Milan minn meta ħalla lil Inter, għal Filippo Inzaghi dan se jkun lewwel derby tiegħu bħala kowċ. Fl-aħħar żewġ derbies li Mancini kien fit-tmexxija ta’ Inter, dawn tal-aħħar rebħu 2-1 fl-ewwel rawnd u tilfu 2-1 fittieni rawnd. B’kollox, minn tmien derbies, Mancini rebaħ erbgħa. Minn meta Mancini ħalla lil Inter it-tim inbidel kollu u hu biss id-difensur Marco Andreolli

Il-Programm Serie A Illum Atalanta v Roma Lazio v Juventus Għada

Torino v Sassuolo Cesena v Sampdoria Verona v Fiorentina Napoli v Cagliari Parma v Empoli Udinese v Chievo Milan v Inter It-Tnejn Genoa v Palermo

Serie B Illum Carpi v Cittadella Bologna v Brescia

SPORT

(18.00) (20.45) (12.30) (15.00) (15.00) (15.00) (15.00) (15.00) (20.45) (20.45)

Għada Trapani v Catania Crotone v Bari Latina v V.Lanciano Livorno v Pro Vercelli Pescara v Frosinone Ternana v Spezia Varese v Perugia V. Entella v Modena Avellino v Vicenza

li se jerġa’ jkun qed jaħdem ma’ Mancini. Milan se jkollohm lil Bonera sospiż wara li tkeċċa kontra Sampdoria filwaqt li Inter se jkollhom sospiż lil Medel wara li tkeċċa kontra Verona.

Tkompli l-isfida bejn Juventus u Roma Illejla ċ-champions u liders Juventus u Roma, li qegħdin ittieni, jkunu fl-azzjoni hekk kif ilBianconeri jilagħbu barra minn darhom kontra Lazio u Roma jaffrontaw lil Atalanta f’Bergamo.

Il-kowċ il-ġdid ta’ Inter Roberto Mancini se jkun qed jiddebutta magħhom fil-partita ta’ għada kontra Milan

Juventus bħalissa qed igawdu vantaġġ ta’ tliet punti fuq Roma. Il-Bianconeri, qabel il-waqfa minħabba l-partiti tal-Euro 2016, kienu ġabu fix-xejn lil Parma meta rebħulhom 7-0 filwaqt li Roma għelbu lil Torino 3-0. Roma jittamaw li r-rivali tagħhom Lazio jagħmlulhom favur u jwaqqfu lil Juventus li nhar l-Erbgħa jerġgħu jkunu impenjati kontra Malmo fiċChampions League. Minn naħa tagħhom Roma għandhom konfront delikat fi grawnd diffiċli. Atalanta se jkunu ġejjin minn draw ta’ 0-0 barra minn darhom kontra Sassuolo filwaqt li lBiancocelesti jridu jwettqu reaz-

zjoni wara li sofrew telfa xejn mistennija ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Empoli. L-akbar theddida għal Juventus se jkun bla dubju isSerb Filip Djordevic li s’issa skurja erba’ gowls u kellu wirjiet mill-aqwa. Fuq in-naħa l-oħra Lazio jridu jkunu ferm attenti għal Carlos Tevez, li bi tmien gowls, jinsab fil-quċċata talaqwa skores flimkien ma’ Callejon ta’ Napoli. Jidher li Roma, kontra Atalanta se jkollhom jgħaddu mingħajr id-difensur Maicon li ilu imweġġa’ sa minn meta Roma tilfu 7-1 kontra Bayern Munich u minfloku se jibda

Vasilis Torosidis. Huma se jkollhom jgħaddu wkoll mingħajr iddifensur Franċiż Mapou YangaMbiwa li weġġa’ fil-partita ta’ ħbiberija kontra l-Albanija. Wara l-konfront kontra Atalanta, Roma jilagħbu barra minn darhom kontra CSKA Moscow fiċ-Champions League. Wara bidu negattiv, Napoli jidhru li qabdu r-ritmu u għada jittamaw li jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta jilagħbu kontra Cagliari. Fl-aħħar ħarġa tagħhom Napoli kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 barra minn darhom kontra Fiorentina filwaqt li Cagliari, ħmistax ilu ġew draw 1-1 kontra Genoa.

Tard il-Ħamis filgħaxija l-gowlkiper internazzjonali Malti Andrew Hogg (lemin) rebaħ l-unur tal-‘Most Valuable Player’ fis-Super Liga fil-Greċja. Hogg, gowlkiper ta’ AEL Kalloni ilu 561 minuta mingħajr ma jsofri gowl. AEL Kalloni qegħdin fit-tielet post tal-kampjonat bi 18-il punt minn disa’ partiti, erbgħa inqas mil-liders PAOK u tnejn inqas minn Olympiakos.


www.maltarightnow.com

SPORT

Iċ-champions Manchester City ma jistgħux iwaqqgħu aktar punti FUTBOL FIR-RENJU UNIT

Il-Programm Premiership Ingliż Illum Chelsea v West Brom Everton v West Ham Leicester v Sunderland Man City v Swansea Newcastle v QPR Stoke v Burnley Arsenal v Man Utd Għada C. Palace v Liverpool Hull v Tottenham It-Tnejn A. Villa v S’thampton

(16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (18.30) (14.30) (17.00)

(21.00)

The Championship Huddersfield v Sheff Wed Blackburn v Leeds Blackpool v Bolton Bournemouth v Ipswich Charlton v Millwall Norwich v Brighton Rotherham v Birmingham Watford v Derby Wigan v M’boro Wolves v Nottm Forest League One Bradford v Gillingham Bristol City v Preston Chesterfield v Barnsley Colchester v Coventry Crawley v Scunthorpe Fleetwood v Walsall Leyton Orient v Crewe MK Dons v Port vale Notts County v Yeovil Peterborough v Swindon Rochdale v Doncaster Sheff Utd v Oldham

League Two Accrington v Cambridge Burton v Luton Bury v Newport Cheltenham v Wycombe Dag & Red v Carlisle Exeter v Shrewsbury Hartlepool v York Mansfield v Plymouth Northampton v Stevenage Oxford Utd v Wimbledon Portsmouth v Morecambe Tranmere v Southend

Premiership Skoċċiż Celtic v Dundee Dundee Utd v Kilmarnock Hamilton v St Mirren Inverness CT v Motherwell St Johnstone v Ross County Għada Partick Thistle v Aberdeen Championship Hearts v Rangers Alloa v Falkirk Cowdenbeath v Livingston Dumbarton v Hibernian Queen of Sth v Raith Rovers

29

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

Bejn illum u nhar it-Tnejn jintlagħab programm sħiħ millPremiership Ingliż u fl-azzjoni lum hemm il-liders Chelsea u ċchampions Manchester City filwaqt li nhar it-Tnejn jidħlu flazzjoni Southampton li qegħdin fit-tieni post. Illum Man City jilqgħu lil Swansea fl-Etihad Stadium f’logħba mill-aktar delikata għattim ta’ Pellegrini. Is-Citizens żgur li ma jistgħux jibqgħu jwaqqgħu l-punti għax diġa’ qegħdin tmien punti taħt Chelsea li qed juru konsistenza millaqwa. Swansea għandhom ilmorall għoli wara li ġimgħatejn ilu wettqu rimonta u rebħu 2-1 kontra Arsenal filwaqt li City, minbarra r-rebħa kontra r-rivali Man Utd (li lagħbu għal ħin twil b’10 plejers) ma tantx qed ikollhom wirjiet daqstant tajba. Tul dan l-aħħar xhur City tilfu kontra West Ham Utd, tilfu kontra CSKA Moscow fiċ-Champions League u fl-aħħar ħarġa tagħhom ġew draw 2-2 kontra Queens Park Rangers. Swansea jafu li jekk jegħlbu lil City jilħquhom b’21 punt u jistgħu saħanistra jkunu huma fit-tielet post dejjem jekk illum ukoll, Everton jirbħu kontra West Ham Utd li qegħdin ir-raba’ bi 18-il punt. Wieħed irid jara b’liema formazzjoni se jilagħbu City għax nhar it-Tlieta dawn għandhom konfront deċiżiv fiċ-Champions League kontra Bayern Munich u riżultat negattiv ikun ifisser eliminazzjoni bikrija minn din il-kompetizzjoni. Illum Chelsea mhux mistennija jfallu meta jilagħbu kontra West Browmich Albion, tim li qiegħed fit-13-il post tal-klassifika u li rebaħ biss tliet darbiet minn 11-il konfront. It-tim ta’ Jose Mourinho se jkun ġej minn rebħa ta’ 2-1 f’Anfield kontra Liverpool filwaqt li West Brom tilfu 2-0 f’darhom kontra Newcastle. Aħbar tajba għal Chelsea hi li kemm Diego Costa kif ukol Cesc Fabrgeas mistennija jirkupraw minn injuries ħfief li kellhom. Fabrgeas ħalla liskwadra Spanjola li kienet se tilgħab fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 minħabba xi uġiegħ filwaqtli l-kowċ nazzjonali Vicente Del Bosque sema’ t-talba ta’ Mourinho u ma irriskjax u ħalla lil Costa barra mit-tim. Costa kien deċiżiv f’Anfield hekk kif skurja l-gowl tar-rebħa u wieħed irid jara jekk dan hux se jibda llum mal-ewwel

L-attakkant ta’ Man Utd Wayne Rooney mistenni jkun ta’ theddida kontra Arsenal. Fi spazju ta’ ftit jiem Rooney skurja tliet gowls mat-tim nazzjonali Ingliż, wieħed kontra s-Slovenja u tnejn kontra l-Iskozja

11 jew inkella nhar it-Tlieta meta Chelsea jilagħbu barra minn darhom kontra Schalke fiċChampions League f’logħba li fiha jistgħu jibbukkjaw post filfażi li jmiss. Jekk Costa ma jibdiex mal-ewwel 11 jista’ jagħti lkaż li jkun Drogba li jeħodlu post. Nhar it-Tnejn Southampton jilagħbu barra minn darhom kontra Aston Villa u jibdew favoriti li jieħdu t-tliet punti kontra tim li qiegħed fis-16-il post fil-klassifika. Fl-aħħar ħarġa tagħhom Aston Villa ġew draw 0-0 kontra West Ham Utd filwaqt li Shane Long kien l-eroj ta’ Southampton hekk kif dan skurja doppjetta firrebħa tat-tim tiegħu fuq Leicester City. Xi ħaġa li qed tispika f‘dan it-tim hi-difiża fejn s’issa Southampton qalgħu biss ħames gowls u għandhom l-aqwa difiża fil-kampjonat.

Tispikka l-logħba fl-Emirates Stadium Filwaqt li l-attenzjoni tkun fuq il-battallja bejn Chelsea, Southampton u City, l-aktar logħba li tispikka fi tmiem ilġimgħa hi dik ta’ lum fl-Emirates Staidum bejn Arsenal u Man Utd. Dawn tal-aħħar se jkunu ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 kontra Crystal Palace filwaqt li Arsenal iridu jwettqu reazzjoni wara li tilfu kontra Swansea. Il-pressjoni fuq iż-żewġ managers ta’ dawn it-

timijiet hi waħda kbira fejn riċentament, Louis Van Gaal, manager ta’ Man Utd qal li hemm bżonn madwar tliet snin biex isolvu l-problemi kolha li hemm fi ħdan it-tim. Fuq in-naħa l-oħra jidher li Arsene Wenger m’għadux qed igawdi l-appoġġ ta’ ħafna mill-partitarji u hemm spekulazzjonijiet li minfloku, flistaġun li ġej, jista’ jeħodlu postu Jurgen Klopp ta’ Borussia Dortmund, tim li wkoll, wara ssuċċessi fl-aħħar snin, qed ikun diżappuntanti fil-wirjiet tiegħu. Minbarra t-telfa kontra Swansea, ġimgħatejn u nofs ilu Arsenal tilfu vantaġġ ta’ tliet gowls f’darhom kontra Anderlecht fiċ-Champions League biex spiċċaw 3-3. IlGunners, li qegħdin fis-sitt post qed igawdu punt vantaġ fuq Man Utd. Dawn tal-aħħar se jkolhom liddifensur Olandiż Daley Blind nieqes wara li weġġa’ f’logħba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 kontra l-Latvja. Blind hu t-tielet plejer ta’ Man Utd li weġġa’ waqt il-waqfa ta’ partiti mil-Euro 2016. Jiem qabel il-midfielder Ingliż Michael Carrick kien ħalla l-iskwadra minħabba injury fil-groin filwaqt li l-gowlkiper Spanjol David De Gea ħalla l-iskwadra wara li żloga subajh. L-akbar theddida għal Man Utd mistenni jkun l-eks plejer

tagħhom stess, Danny Welbeck, awtur ta’ żewġ gowls malIngilterra fil-logħba kontra sSlovenja. Plejer ieħor li sab ixxibka f’dik il-logħba li intemmet 3-1 favur l-Ingliżi kien il-captain ta’ Man Utd Wayne Rooney li kien qed jilgħab il-100 logħba tiegħu man-nazzjonal. L-istess Rooney skurja wkoll żewġ gowls matul il-ġimgħa f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Iskozja. Wara l-logħba kontra Man Utd, Arsenal, nhar l-Erbgħa għandhom konfront diffiċli kontra Borussia Dortmund fiċChampions League. Għada Crystal Palace jilagħbu kontra Liverpool u Palace se jkunu qed ifittxu rebħa biex inaqqsu d-distakk minn mat-tim ta’ Brendan Rodgers. Ir-Reds qegħdin fil-11-il post b’14-il punt filwaqt li Palace qegħdin fis-17-il post b’disa’ punti. Liverpool mhux biss se jkunu ġejjin minn telfa kontra Chelsea, imma anke telfiet kontra Newcastle u Real Madrid fiċChampions League. Minkejja li tilfu kontra Man Utd, fl-aħħar ħarġa tagħhom Palace urew logħob tajjeb u żgur li jekk jirrepetu l-wirja li kellhom f’Old Trafford kapaċi jieħdu xi punti fil-grawnd tagħhom. Jidher li Liverpool se jkollhom jgħaddu mingħajr l-attakkant Daniel Sturridge li weġġa’ waqt sessjoni ta’ taħriġ fil-bidu tal-ġimgħa.


www.maltarightnow.com

30

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

DIXXIPLINA

Dortmund u Galatasaray immultati

Borussia Dortmund u Galatasara ġew immultati millUEFA wara l-inċidenti li kien hemm fil-partita ta’ bejniethom valida miċ-Champions League. Il-logħba minn Grupp D li kienet intlagħbet f’ Signal Iduna Park f’Dortmund kienet intemmet 4-1 favur it-tim ta’ Jurgen Klopp imma kellha tieqaf darbtejn minħabba li twaddbu fil-grawnd numru ta’ flares. Galatasaray ġew immultati s-

somma ta’ €70,000 filwaqt li t-tim Ġermaniż ġie immultat €32,000. Ta min jiftakar li Galatasaray diġa’ ġew immultati minħabba inċidenti li kien hemm fil-logħba kontra Arsenal f’Ottubru li għadda. Intant, BATE Borisov ġew ordnati jilagħbu b’parti millgrawnd magħluq kontra Porto wara li kien hemm partitarji tagħhom li kantaw korijiet razzisti fil-konfront ta’ plejers ta’ Shakhtar Donetsk.

Fi tmiem il-ġimgħa tkompla lkampjonat nazzjonali tal-fustal u fl-Ewwel Diviżjoni spikkat irrebħa kbira ta’ Mdina kontra B’Bugia filwaqt li Mellieħa kisbu t-tmien rebħa konsekuttiva. Msida ħadu t-tieni rebħa f’dan listaġun meta għelbu lil Siġġiewi bl-iskor ta’ 8-2. Għal Msida skurjaw darbtejn Marian Gologan u Aleksander Ribic, Alan Micallef, Noel Portelli, Matthew Dingli u Ryan Xuereb. Andrew Briffa u Matthew Debono kienu naqqsu l-iskor għal Siġġiewi. Mdina Knights kellhom it-tieni u l-akbar rebħa f’dan l-istaġun, hekk kif għelbu lil Birżebbuġia bliskor ta’ 10-0. Cleaven Portelli kontra Birżebbuġia skurja erba’ gowls, bl-ewwel wieħed jasal wara biss 13-il sekonda mill-bidu tallogħba. Għal Imdina kien hemm ukoll doppjetti għal Ranald Portelli u Robert Peplow, flimkien malgowls ta’ Andrew Camilleri u Tyrone Grech.Mellieħa għamluhom tmien rebħiet konsekuttivi meta għelbu lil Luqa bl-iskor ta’ 42. Wara 10 minuti tkeċċielhom Radoslav Kovachev, wara li mess

b’idu l-ballun li kien dieħel fixxibka. Mill-penalty Andrew Scerri fetaħ l-iskor għal Luqa imma Fit-tieni taqsima, il-Mellieħin ħarġu determinati u f’temp ta’ erba’ minuti skurjaw permezz ta’ Nikolay Filipov, Robert Magro u Craig Pickard. Fis-27 minuta Luqa ngħataw penalty ieħor u reġa’ kien Andrew Scerri li ma ħafirx lillgowlkiper avversarju Deylan Ivanov. Ħames minuti mit-tmiem, Nikolay Filipov skurja t-tieni gowl personali tiegħu u ssiġġilla r-rebħa li ħalliet lil Mellieħa fil-quċċata tal-klassifika. Mill-Kampjonat Premier intlagħbet biss il-logħba bejn Żebbuġ Rangers u Swieqi Utd minħabba t-taħriġ tat-tim nazzjonali. Fabio Grech fetaħ l-iskor kmieni u b’doppjetta fl-aħħar ħinijiet ta’ Patrick Kinni, Swieqi United jirbħu 3-0 u jsibu posthom fir-raba’ post tal-kampjonat Premier.

Rebħiet għal Mdina u Mellieħa FUTSAL

Wara t-telfa kontra Floriana, B’Kara jridu jwettqu reazzjoni kontra Pietà u fl-istess ħin jittmaw li din id-darba Floriana jagħmlulhom pjaċir u jwaqqfu lil Hibs

B’Kara jittamaw f’żelqa ta’ Hibernians KAMPJONAT BOV PREMIER

Wara l-waqfa minħabba limpenn tat-tim nazzjonali Malti fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, il-Kampjonat BOV Premier jirritorna b’erba’ partiti llum u tnejn għada. Wara li ġimgħatejn ilu intemm l-ewwel rawnd Hibernians s’issa għandhom vantaġġ notevoli ta’ 10 punti fuq Birkirkara u minkejja li għadu kemmxejn kmieni flistaġun, żgur li t-tim ta’ Pawlu Zammit ma jistax ikompli jwaqqà aktar punti jekk beħsiebu jċaħħad lil dak ta’ Branko Nisevic mili jirbaħ it-titlu. Fl-aħħar ħarġa tagħhom ilKarkariżi, kontra kull mistenni spiċċaw tilfu 2-1 kontra Floriana. Din kienet ir-raba’ telfa għal B’Kara li minn meta bidlu diversi plejers matul is-sajf għadhom mhux qed juru l-istess konsistenza fil-logħob tagħhom bħal ma urew fl-istaġun li għadda. Hibernians approfittaw miżżelqa tal-eqreb rivali tagħhom meta faċilment rebħu 3-0 kontra Balzan biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti. Illum B’Kara mhux mistennija jfalu kontra Pieta fl-ewwel logħba fil-Victor Tedesco Stadium u jittamaw li ftit siegħat wara Floriana din id-darba jagħmlulhom pjaċir u jegħlbu lil Hibernians. Għal kontra Pieta B’Kara se jkolhom lil-midfielder Ryan Scicluna sospiż filwaqt li minn naħa tagħhom, Floriana, kontra Hibs se jkollhom lillPresident Ricardo Gaucci u lill-

SPORT

uffiċjal Anthony Grech Sant sospiżi minn fuq il-bank. Filwaqt li d-dwell bejn B’Kara u Hibs għadu wieħed kemmxejn mux daqstant aħrax dan listaġun, fit-tielet post hemm Valletta li sa nhar it-Tnejn jistgħu jkunu huma li jkunu fit-tieni post. Dan jekk huma għada jirbħu kontra Mosta u B’Kara jitilfu kontra Pieta. Il-Mostin, wara li kienu ġew umiljati minn Hibs kienu keċċew lil Enrico Piccioni u minfloku kien maħtru Peter Smith bħala lkowċ il-ġdid li se jibqa’ jmexxi lit-tim minn tal-anqas sa tmiem listaġun. Bħalissa Mosta qegħdn filħames post b’16-il punt filwaqt li Valletta għandhom 19 u jekk Mosta jirbħu l-konfront u Balzan ifalu kontra Żebbuġ dawn jitilgħu fit-tielet post u mta wieħed iqis li Mosta keċċew il-kowċ u sofrew ħames telfiet żgur li ttielet pożizzjoni tkun waħda ferm sodisfaċenti f’dan il-perjodu tal-istaġun. Iż-żewġ timijiet se jkunu ġejjin minn rebħa hekk kif Mosta rebħu 2-1 kontra Tarxien filwaqt li Valletta rebħu 2-0 kontra Żebbuġ. Illum Żebbuġ jilagħbu kontra Balzan f’partita bejn żewġ timijiet li se jkunu ġejjin minn telfa. Balzan tilfu kontra l-liders Hibs u llum jibdew favoriti li jiksbu lħames rebħa fil-kampjonat kontra t-tim li qiegħed fil-qiegħ. Għal kontra Balzan Żebbuġ se jkollhom lil Thomas Paris sospiż

filwaqt li Balzan se jkollhom neqsin lil Clive Brincat u lil Luke Sciberras. Għada Sliema se jkollhom jgħaddu mingħajr il-koppja Filippo Andrea Scozzese u Paltemio Barbetti meta jaffrtontaw lil Tarxien. Ġimgħatejn ilu l-Wanderers, kontra kull mistenni, sofrew telfa ta’ 1-0 kontra Naxxar filwaqt li Tarxine tilfu kontra Mosta u lkonfront ta’ għada jista’ jitqies bħala wieħed dirett għaliex Sliema għandhom vantaġġ ta’ punt fuq l-istess Tarxien. Naxxar, tim li s’issa dan listaġun ma tantx impressjona għada jilgħab kontra Qormi. Dawn tal-aħħar se jkunu ġejjin minn draw ta‘ mingħajr gowls u fuq il-karta l-Qriema m’għandomx ifallu milli jieħdu l-punti massimi, anke jekk jridu jkunu attenti minn Naxxar li se jkolhom il-moral għoli wara li għelbu lil Sliema b’awto-gowl.

Il-Programm Illum Kordin 2pm – Żebbuġ R vs Balzan 4pm – Hibernians vs Floriana

Victor Tedesco Std 2pm – Pieta’ H vs Birkirkara 4.15pm – Sliema W vs Tarxien R

Għada Ta’ Qali 2pm – Naxxar L vs Qormi 4pm – Valletta vs Mosta

Il-Programm Illum 2.30pm - Mqabba vs Attard 4pm - Qrendi vs Msida Għada 1pm - Sirens vs Mdina


www.maltarightnow.com

32

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Ilbieraħ waranofsinhar, l-avukati u l-periti li ggradwaw din il-ġimgħa żaru d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn intlaqgħu mill-Kap tal-PN Simon Busuttil, mis-Segretarju Ġenerali Chris Said u minn diversi impjegati fid-daħla tad-Dar Ċentrali. B’kollox nhar it-Tlieta ggradwaw 94 avukat filwaqt li l-Ħamis iggradwaw 51 perit. Simon Busuttil awgura lill-gradwati ġodda u ħa ritratti magħhom. Fosthom kien hemm il-kollegi min-Newsroom tagħna Lara Cassar u Edward Camilleri, kif ukoll il-kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Kevin Plumpton li ggradwaw bħala avukati. Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan Daniel Muscat kien fost il-periti ġodda li żaru d-Dar Ċentrali wkoll. (Ritratt: Roberto Runza)

Żewġ vapuri tal-Gozo Channel bla life boat Lejlet il-weekend b’roħs fit-tariffi tal-Gozo Channel Joe Mikallef

F’dawn il-jiem, dawk kollha li se jużaw is-servizzi tal-Gozo Channel, b’mod partikulari talMV Ta’ Pinu u tal-MV Gaudos, se jkunu jistgħu jinnutaw kif dawn iż-żewġ vapuri se jkunu qed ibaħħru mingħajr parti essenzjali mis-servizz ta’ sigurtà tant importanti – il-life boat li f’każ ta’ emerġenza trid tintuża minnufih. Dan minħabba li Transport Malta jidher li tat parir lill-Gozo Channel biex wara li waħda minn dawn id-dgħajjes tas-salvataġġ li bihom hu mgħammar il-vapur MV Gaudos fl-aħħar jiem tkissret waqt sessjoni ta’ taħriġ, sabiex is-servizz ikun

jista’ jkompli, allura waħda millife boats mill-vapur MV Ta’ Pinu kellha titneħħa minn fuq listess vapur u titpoġġa għal li jista’ jinqala’, fl-ilma, fil-port talImġarr. Dan ifisser li minn vapur wieħed mingħajr is-servizz ta’ life boat – jiġifieri l-MV Gaudos, issa se jkun hemm żewġ vapuri li se jkunu qed ibaħħru b’life boat nieqsa – l-MV Gaudos stess u lMV Ta’ Pinu. Sorsi qrib ħafna tal-kumpanija qalulna li ma jistgħux jimmaġinaw min ħareġ b’din l-idea u kif jista’ jkun li vapuri li jkunu qed jaħdmu bi skeda u ppakkjati bilkarozzi u bin-nies, ibaħħru b’sogru għax ma jkollhomx il-life boats kollha meħtieġa abbord.

Il-post fuq l-MV Ta’ Pinu fejn kien hemm il-life boat li nqalgħet biex tpoġġiet għal li jista’ jinqala’ fil-baħar, fil-Port tal-Imġarr

L-istess sorsi staqsew ukoll kif Transport Malta waslet biex ħarġet b’parir perikoluż bħal dan u staqsew ukoll jekk finalment dwar xi ħaġa bħal din kinux ikkonsultati wkoll il-kaptana tal-Gozo Channel li flaħħar mill-aħħar fuqhom taqa’ kull responsabbiltà. Sadanittant, meta ‘InNazzjon’ kellmet ukoll lil xi ħaddiema tal-Gozo Channel u staqsiethom jekk ħaġa bħal din qattx ġrat, huma qalu li sa fejn jafu huma tali ħaġa qatt ma jiftakru li ġrat għax hi xi ħaġa verament riskjuża. Fid-dawl ta’ dan kollu jidher li l-kumpanija f’dawn il-jiem se tkun qed taħdem bi tliet vapuri – l-MV Ta’ Pinu, l-MV Malita u

Transport Malta tirrakkomanda lill-Gozo Channel biex life boat titpoġġa għal li jista’ jinqala’ fil-Port tal-Imġarr, waqt li l-vapuri MV Gaudos u MV Ta’ Pinu jbaħħru b’life boat inqas l-MV Gaudos. Minkejja dan, mhux ċar jekk il-ħsarat li ġarrab l-MV Gaudos bil-ħabta mal-moll kinux imsewwija u jekk dan il-bastiment hux verament f’sitwazzjoni li jbaħħar. Nifhmu li l-probabbiltà hi li dan jista’ jbaħħar, imma mhux ċar jekk il-ħsarat fil-qiegħ tiegħu meta inkalja, kinux irranġati. L-inċident li fih kien

Il-life boat tal-MV Ta’ Pinu fl-ilma, fl-Imġarr

involut l-MV Gaudos seħħ wara li żviluppawlu ħsarat tekniċi, fi tmiem il-ġimgħa loħra waqt li l-vapur kien qiegħed iġorr tagħbija kummerċjali. Is-servizz b’vapur inqas fi tmiem il-ġimgħa l-oħra wassal biex dawk li kellhom bżonn jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer esperjenzaw servizz mill-aktar imqanżaħ u ħafna jittamaw li dan ma jerġax iseħħ matul tmiem din il-ġimgħa meta mistennija jaqsmu eluf ta’ passiġġieri u karozzi minħabba li n-nolijiet tal-Gozo Channel se jkunu orħos mis-soltu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.