Nru 13,913
Is-Sibt, 29 ta‘ Novembru, 2014 €0.80
Malta mwissija mill-UE fuq il-Baġit 2015
www.maltarightnow.com
Il-produtturi lokali tal-inbid iwissu li t-taxxa ġdida fuq l-inbid timmina dak kollu li nkiseb fl-aħħar 10 snin
Garanzija ta’ politika onesta favur is-sewwa
Il-Viċi Kap tal-PN għall-Ħidma tal-Parlament Mario de Marco waqt id-diskors tiegħu lbieraħ fid-Dar Ċentrali
Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem, anki jekk illum jinsab fl-Oppożizzjoni, biex jagħti lill-poplu u lill-pajjiż, politika onesta li tkun garanzija soda u serja, politika ta’ Gvern għas-sewwa, fis-sewwa u favur is-sewwa. Dan sostnieh il-Viċi Kap talPartit Nazzjonalista għallĦidma tal-Parlament Mario de Marco meta għalaq l-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali bittema “Politika Onesta” li fetaħ
- Il-Viċi Kap tal-PN Mario de Marco
ilbieraħ fid-Dar Ċentrali tal-PN. Mario de Marco tkellem fit-tul dwar is-sensiela ta’ wegħdiet li għamel il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni, wegħdiet li llum ilpoplu qed jara anki fi żmien qasir ta’ ftit xhur li kienu kollha wegħdiet fiergħa intiżi biss biex jintużaw bħala lixka għall-ksib tal-voti. Mario de Marco qal li qabel lelezzjoni, Joseph Muscat għamel konvenju mal-poplu b’ħafna wegħdiet. Konvenju normalment
hu wegħda ta’ rabta bejn żewġ partijiet li jagħtu kelmthom li jonoraw il-ftehim li jagħmlu. Għal Joseph Muscat dan ilkonvenju jfisser li naħa jkollha d-dritt li tikser il-wegħdiet b’detriment għall-parti l-oħra. Joseph Muscat wiegħed ilmeritokrazija, iżda llum qed naraw il-muscatokrazija fejn kollox jiddependi jekk wieħed hux minn ta’ ġewwa jew barra mill-klikka ta’ Joseph Muscat. għal paġna 3
Il-Kummissjoni Ewropea lbieraħ wissiet uffiċjalment lil Malta dwar ir-riskju li l-Baġit 2015 imressaq mill-Gvern filParlament il-ġimgħa l-oħra ma jkunx konformi mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Kif kien qed jiġi antiċipat, Malta qalgħet din it-twissija flimkien mal-Belġju, Spanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija u lPortugall. Min-naħa l-oħra lbaġits li ppreżentaw l-istati membri l-oħra kollha tal-UE ġew approvati. Wara analiżi li lKummissjoni għamlet tal-baġit ta’ Malta għas-sena d-dieħla, qalet li t-tnaqqis fl-iżbilanċ filfinanzi tal-Gvern din is-sena hu ’l bogħod minn dak li ġie rakkomandat meta l-UE fetħet proċeduri ta’ defiċit eċċessiv kontra Malta s-sena l-oħra. U dan iġib miegħu riskju li l-korrezzjoni tal-iżbilanċ ma ssirx kif suppost, minħabba li ma sarx sforz biżżejjed biex tiġi indirizzata din il-problema. Malta ġiet imwissija wkoll minħabba d-dejn, li fl-2014 se jkun ogħla milli rikjest mirregolamenti Ewropej. Il-Kummissjoni appellat lillGvern Malti biex jieħu l-miżuri
neċessarji biex jiġi konformi mal-Patt ta’ Tkabbir u Stabbiltà, fi kliem ieħor marregolamenti li Malta trid tosserva bħala membru taz-zona ewro. Dawn huma żbilanċ taħt it-3% u dejn nazzjonali taħt is60% ta’ dak li jipproduċi lpajjiż. Ġibdet ukoll l-attenzjoni talGvern Malti biex jaħdem iktar biex itejjeb is-sostenibbiltà tassistema tal-kura tas-saħħa, idaħħal aktar miżuri biex jirriforma l-pensjonijiet, u jiżgura li jkompli jnaqqas l-evażjoni tattaxxa. Għal dan ir-rapport, fi stqarrija, il-Ministeru tal-Finanzi wieġeb billi nnota li Malta mhix qed tintalab tbiddel ilbaġit li ppreżentat għas-sena li ġejja. U ġab l-iskuża li l-miżuri ta’ konsolidament fiskali mħabbra fil-baġit, li jammontaw għal €28 miljun, ma ġewx ikkunsidrati formalment millKummissjoni, fl-evalwazzjoni li għamlet. Dan, skont il-Gvern, seħħ għaliex id-deadline għas-sottomissjoni tal-abbozz tal-pjan finanzjarju kien ferm qabel ma tħabbar il-baġit fil-Parlament. għal paġna 4
www.maltarightnow.com
2
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
LOKALI
Servizzi lil pazjenti f’kundizzjoni kritika f’Mater Dei mhumiex jingħataw minħabba nuqqas ta’ fondi – l-MUMN
Minkejja l-ftaħir tal-Gvern li qed jinvesti b’qawwa fil-kura tas-saħħa, servizzi kruċjali għall-pazjenti f’qagħda kritika, li jiġu ordnati mit-tobba, mhux qed jingħataw fl-Isptar Mater Dei minħabba li m’hemmx biżżejjed fondi. Dan qalitu fi stqarrija lUnion tal-Infermieri u l-
Testijiet tas-saħħa b’xejn
Illum il-pubbliku hu mistieden għal testijiet tas-saħħa li se jkunu qed jingħataw b’xejn fil-kumpless “The Point” f’Tigne bejn l10am u l-4pm. L-attività se ssir f’Level-1 (maġenb l-Intercomp) u qed tkun organizzata millkumpanija ATG li dan l-aħħar introduċiet fis-suq il-prodotti innovattivi “iHealth” li jgħinuk tieħu ħsieb saħħtek. Prodotti li jagħmlu użu mit-teknoloġija moderna bħalma huma smart phones u tablets, u li permezz tagħhom ir-riżultat tat-test talpazjent imbagħad ikun jista’ jiġi aċċessat direttament mit-tabib tiegħu. Dan ix-xahar din il-kumpanija mexxiet kampanja ta’ promozzjoni dwar il-kundizzjoni tadDijabete.
Qwiebel (MUMN), li spjegat kif it-tobba regolarment jitolbu li ċerti pazjenti jiġu sorveljati b’mod kostanti minn carer minħabba l-kundizzjoni kritika tagħhom li tista’ twassal biex iweġġgħu lilhom infushom, iwettqu suwiċidju, jew jaħarbu mill-isptar. Imma minħabba nuqqas ta’ fondi, it-tmexxija
tal-isptar Mater Dei ma tistax timpjega l-carers meħtieġa għal ma’ dawn il-pazjenti. Jekk jiġri każ bħal dan, linfermieri fis-sala partikolari jiffaċċjaw akkużi kriminali u jistgħu saħanistra jiġu akkużati bi qtil involontarju. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni allarmanti, l-MUMN
Mario Philip Azzopardi, li nħatar mill-Gvern Laburista bħala Direttur Artistiku talFondazzjoni Valletta 2018, fetaħ attakk fuq it-twemmin Iżlamiku permezz tas-sit soċjali Facebook. Fil-kummenti tiegħu, Azzopardi jirreferi għallMusulmani bħala “idjoti” li qed isegwu l-liġi tax-Sharia. Jinsisti li l-pajjiżi tal-Punent għadhom ma qamux quddiem din ir-realtà inkwetanti. Mario Philip Azzopardi, li imbotta lill-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013, sostna li l-Musulmani jimxu fuq liġi li tikser id-drittijiet tal-bniedem. Il-kummenti tiegħu, li issa skuża ruħu li qalhom, ġibdu lkundanna tal-Ministru responsabbli mill-kultura Owen Bonnici,
li ddikjara li kienu żejda u mhumiex fil-linja tal-pożizzjoni talGvern. Irreaġixxiet ukoll permezz ta’ stqarrija l-Fondazzjoni V18 li qalet li Azzopardi għadu mhux Direttur Artistiku tagħha, għax ilħatra tiegħu hi b’seħħ mill-1 ta’ Jannar li ġej. “Dak li seta’ nkiteb jew intqal minn Azzopardi qabel din id-data bl-ebda mod ma kien konness mal-Fondazzjoni li magħha Azzopardi qatt ma kellu rabtiet qabel”, qalet il-Fondazzjoni. Fl-istqarrija intqal illi dak li kiteb Azzopardi jirreferi għallfehma personali tiegħu dwar x’jaħseb dwar l-ISIS u l-estremiżmu Iżlamiku. Madanakollu, fl-istess nifs ilFondazzjoni għażlet li tiddefendi lil Mario Philip Azzopardi fejn
ħabbret li qed twissi lillMaġistrati u lill-Ispetturi talPulizija li meta jiġu msejħa fuq każ bħal dan, l-ebda infermier m’għandu jinżamm responsabbli u huwa l-management tal-isptar li għandu jiġi investigat. L-MUMN avżat ukoll lillpubbliku li jekk tinfetaħ xi
kawża minħabba każ bħal dan li jista’ jinqala’, għandu jfittex lill-awtoritajiet tas-saħħa u mhux lill-infermieri jew ilqwiebel fis-sala konċernata. Il-Union temmet tgħid li diġà hemm ftehim, li ilu li ntlaħaq, li jiżdied l-istaff flisptar fis-swali, imma dak li ġie maqbul qatt ma ġie attwat.
Attakk fuq l-Iżlam minn dak li se jkun Direttur Artistiku tal-V18
KWAŻI GĦAL ĠOL-FOSS. Kmieni lbieraħ filgħodu karozza tal-linja kważi spiċċat fil-foss li jdawwar parti mill-Park & Ride tal-Blata l-Bajda. Jidher li għal xi raġuni l-karozza tal-linja bdiet miexja lura, faqgħet il-ħajt li jifred il-foss mill-Park & Ride u spiċċat nofsha mdendla għal isfel. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar.
Rebbieħ ma’ In-Nazzjon
Ir-rebbieħ ma’ In-Nazzjon ta’ Changhong R7 Dual Sim Mobile Phone mingħand Telecom talġimgħa li għaddiet, hu Kenneth Mahoney.
Mario Philip Azzopardi – fil-bidu tas-sena jieħu l-kariga ta’ Direttur Artistiku tal-Fondazzjoni Valletta 2018
qalet li hu “jiddispjaċih li lespressjoni tiegħu ma kinitx ċara jew agħar minn hekk, b’xi mod tinftiehem li huwa kontra iddiversità kulturali f’sens ta’ etniċità, reliġjon u aktar”. Skont il-V18, issa Azzopardi qed jiddikjara li mhux biss jaħ-
dem tajjeb fid-diversità imma filpassat ħadem regolarment f’soċjetajiet u f’timijiet fejn id-diversità kienet iċċelebrata bil-kbir. Azzopardi, tgħid l-istqarrija tal-V18, jiddispjaċih jekk dak li kiteb seta’ insulenta s-sentimenti ta’ xi wħud.
www.maltarightnow.com
KUNSILL ĠENERALI PN
Illum, iktar minn qatt qabel, tinħass il-ħtieġa ta’ politika onesta – Chris Said
CHRIS SAID: “Min huwa l-veru Prim Ministru? Min qed jgħatti lil min?”
Illum li għandna gvern mibni fuq gidba, qed tinħass iktar minn qatt qabel il-ħtieġa ta’ politika onesta. Kien dan il-messaġġ ewlieni tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said meta kien qed jindirizza l-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali talPartit Nazzjonalista bit-tema ‘Politika Onesta’. Chris Said elenka numru ta’ episodji li seħħew fl-aħħar ġimgħat u li laħqu l-qofol tagħhom bl-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia. Episodji li juru li dan il-Gvern qabad it-triq tan-niżla. Episodji li juru li dan il-Gvern bidel biss ilqoxra iżda ma nbidilx. Fost dawn huwa semma l-iskandlu tal-għoti tal-liċenzja tal-Casino millMinistru Chris Cardona, il-ksur tal-liġi tal-ippjanar mill-Ministru Helena Dalli, il-mawra tinten talMinistru Joe Mizzi b’rabta malgħoti tal-liċenzja tat-trasport.
L-episodji li ġraw fl-aħħar ġimgħat, saħaq Chris Said, kienu ta’ deni kbir għall-politika u wasslu biex in-nies jitilfu l-fiducja fil-politiċi. ‘Kif tista’ jkollok fiduċja fil-politiċi jekk il-politiċi jippretendu li huma ’l fuq milliġi?’ staqsa Chris Said b’referenza għall-każijiet tal-Ministru Manwel Mallia, il-Ministru Helena Dalli, il-Ministru Chris Cardona u d-Deputat Luciano Busuttil. B’referenza għall-każ talisparatura mix-xufier talMinistru Manwel Mallia, isSegretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Prim Ministru Joseph Muscat imissu jistħi li ma refax responsabbiltà ta’ dan il-każ. “Min huwa l-veru Prim Ministru? Min qed jgħatti lil min? Min jinsab taħt il-kontroll ta’ min?” staqsa sSegretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said li rrefera wkoll għad-differenza
bejn kif il-Prim Ministru Joseph Muscat mexa fil-każ ta’ Manwel Mallia u kif mexa fil-każ ta’ Anġlu Farrugia u Godfrey Farrugia. Chris Said saħaq li, fis-sena u nofs li ilu jmexxi l-pajjiż, ilGvern Laburista nawwar lindipendenza u attakka lawtonomija tal-istituzzjonijiet indipendenti. Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista sostna li jekk il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jingħata lfiduċja jerġa’ jsaħħaħ dawn listituzzjonijiet. Hu tenna wkoll l-impenn tal-Partit Nazzjonalista li jfassal stil ta’ politika differenti li tegħleb il-mentalità ta’ xejn mhu xejn. Fit-tmiem id-diskors tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said sostna li huwa biss permezz ta’ politika onesta li l-Partit Nazzjonalista jista’ jerġa’ jikseb il-fiduċja talpoplu.
Ir-responsabbiltà politika jrid jerfagħha l-politiku minn paġna 1
Wiegħed ukoll trasparenza assoluta u minflok qed joffri politika ta’ ħabi mingħajr preċedent. Il-Prim Ministru għadu jmexxi b’politika ta’ ħabi. Il-Ministeru tal-Intern għadu jaħbi żewġ rapporti serji. IlPrim Ministru għadu jaħbi l-kuntratt mal-Electrogas. Għadu jżomm mistur il-ftheim ma’ Shanghai Electric li suppost ħallsu l-miljuni għax-xiri tal-impjant talBWSC u għal terz mis-sehem talEnemalta. Għal sena sħiħa ħeba lkuntratt ta’ Sai Mizzi u għadu sallum jaħbi l-kuntratt tas-sieħba finnegozju tal-mara tal-Prim Ministru li nħatret rappreżentanta tal-Gvern Malti fi New York. Mario de Marco qal li l-Gvern Laburista qed juri konsistenza kbira fl-arti tal-ħabi, kif għamel fil-każ tal-isparatura fil-Gżira. Il-Prim Ministru wiegħed ukoll tmexxija għaqlija mill-Gvern tiegħu iżda għandna ministru li ndaħal darbtejn fi proċessi ta’ sejħiet għall-offerti u waqqaf bord ta’ għażla minħabba dak li sejjaħ bħala kunflitt ta’ interess mingħajr ma qal x’kien dan il-kunflitt. Mario de Marco qal li kunflitt ta’ interess għandu Luciano Busuttil kif dikjarat mill-Qorti tal-Appell meta ta pariri f’sejħa għall-offerti lil Kunsill Lokali. Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li wara kważi sentejn il-Gvern għadu ma ppreżenta ebda proġett konkret u l-uniċi proġetti li beda, dak talcasinos u dak tat-trasport pubbliku,
spiċċaw b’intoppi fil-Qorti proprju minħabba n-nuqqas ta’ tmexxija għaqlija. Wegħda ta’ Joseph Muscat kienet dik ta’ kontabbiltà, jiġifieri fejn kulħadd jirrispondi għal għemilu. Jidher li l-Prim Ministru tilef għalkollox it-tifsira ta’ din ilkelma. Illum trabbiet kultura fejn kulħadd iħoss li jista’ jagħmel li jrid. Ministru tgħid li ma tafx li qed isiru xogħlijiet illegali fi proprjet tagħha ftit passi bogħod minn fejn tgħix. Dwar dan kollu l-Prim Ministru għażel li ma jagħmel xejn bħalma ma għamel xejn fil-każ ta’ Luciano Busuttil u fil-każ ta’ Manwel Mallia. Mario de Marco qal li l-każ talisparatura fil-Gżira hu każ serju ħafna mhux biss għaliex kien hemm reat ta’ attentat ta’ qtil iżda għaliex hemm involut il-Ministru li hu responsabbli mis-sigurtà u li għandu jara li ħadd ma għandu jispara fuq ħadd. Hu każ fejn ilvittma sar il-ħati u l-ħati sar ilvittma. Każ fejn il-Pulizija li spara, l-għada filgħodu ġie deskritt millMinistru bħala pulizija tal-affari tiegħu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li l-cover up ma sarx biss bl-istqarrija li ħarġet fil-lejla tal-isparatura iżda anki mill-fatt li ġew kontaminati l-provi fuq ix-xena tar-reat meta tneħħiet il-vettura qabel ilwasla tal-Maġistrat inkwirenti. Mario de Marco qal li l-Ministru hu avukat u jaf sewwa li l-provi ma
3
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, flimkien mal-Viċi Kap għall-Ħidma tal-Parlament Mario de Marco u l-President tal-Kunsill Ġenerali Paula Mifsud Bonnici, isegwu d-diskors tas-Segretarju Ġenerali Chris Said waqt il-Kunsill Ġenerali tal-bieraħ
għandhomx ikunu mbagħabsa. Hu staqsa min ta l-ordni biex il-vettura milquta titneħħa mill-post fejn twaqqfet. Min se jerfa’ r-responsabbiltà politika? Dan il-każ jitlob risposta għarresponsabbiltà politika u mhux biss għar-responsabbiltà legali. Ma tagħmilx sens għalhekk il-ħatra ta’ tliet eks imħallfin mill-Prim Ministru biex jiddeċiedu jekk ilMinistru Mallia kellux responsabbiltà legali. Ir-responsabbiltà politika jrid jerfagħha l-politiku. Għalhekk hu d-dmir tal-Prim Ministru li jieħu azzjoni u mhux jinħeba wara tliet eks imħallfin. Mario de Marco sejjaħ lill-Prim Ministru biex jerfa’ r-responabbiltà politika u mhux jaħrab minnha. Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li wegħda oħra importanti li magħha
rabat il-kampanja elettorali Joseph Muscat kienet dik tal-bini talpower station ġdida. Minnha kellha tiddependi l-ġenerazzjoni talenerġija bi prezz irħas u b’hekk inaqqas it-tariffi għall-familji u għan-negozji. Il-pjani li l-Prim Ministru u l-Ministru Konrad Mizzi tant ftaħru bihom donnhom inbidlu minn power station tal-gass għal power station tar-riħ għaliex s’issa għad ma hemm xejn konkret. Issa l-Prim Ministru qed jgħid li se jħalli l-unur lill-Ministru Mizzi biex jagħti d-dettalji tal-proġett. Mario de Marco qal li l-Prim Ministru kien wiegħed li mhux se jżid id-dħul tal-Membri Parlamentari iżda Simon Busuttil fid-diskors dwar il-Baġit wera kemm dik il-wegħda wkoll kienet daħqa fil-wiċċ.
Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li għandha ssir distinzjoni bejn dak li hu leġiżlattiv u dak li hu eżekuttiv u għandhom ikunu introdotti sistemi biex ma jkunx hemm abbużi f’ħatriet eżekuttivi għaliex dawn huma ħlasijiet li jsiru mill-bwiet tal-poplu. Għandu jispiċċa żżmien fejn il-postijiet pubbliċi jitħallew fid-diskrezzjoni tal-politiċi. Mario de Marco qal li l-UE issa esprimiet tħassib dwar il-finanzi kif ippreżentati mill-Gvern bilMinistru tal-Finanzi u l-Prim Ministru jagħtu tifsiriet differenti għal din it-twiddiba. Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li hu fatt li l-esportazzjoni f’pajjiżna fl-aħħar sentejn irreġistrat l-akbar tnaqqis. Il-Gvern għandu jara kif isaħħaħ l-esportazzjoni u l-manifattura. Hemm bżonn jinstabu niċeċ ġodda li jsaħħu l-ekonomija u mhux jibqa’ kollox jiddependi mit-turiżmu. Minbarra ħolqien talġid għandu jkun hemm ukoll tqassim ġust u l-ħaddiema, il-pensjonanti u ż-żgħażagħ ma jkunux minsija. Mario de Marco qal li l-Partit Nazzjonalista għadu jħaddan prinċipji ta’ partit ta’ ċentru xellugi li jemmen f’ekonomija ħielsa. Għandu jkun imħares l-ambjent għaliex ma jistgħux ikomplu jsiru aktar żbalji. Il-PN anki mill-Oppożizzjoni għadu t-tarka tal-interessi tal-pajjiż u se jkompli b’din il-politika biex iġib il-pajjiż ’il quddiem.
4
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
Twissija dwar l-iżbilanċ u d-dejn minn paġna 1
Minkejja f’dan, qal il-Ministru tal-Finanzi, Malta xorta ma tpoġġietx fil-kategorija ta’ stati membri li l-pożizzjoni tagħhom se terġa’ tiġi eżaminata f’Marzu tas-sena d-dieħla. Hu tfakkar li fir-reazzjoni li ħarġet ilKummissjoni fis-17 ta’ Novembru għall-abbozz tal-baġit, kien rikonoxxut il-progress li għamlet Malta fuq ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu s-sena li għaddiet. F’konferenza tal-aħbarijiet, ilMinistru tal-Finanzi Edward Scicluna ma bagħatx iċ-ċifri dettaljati dwar il-miżuri ta’ taxxi indiretti biex tkun evitata lispekulazzjoni, speċjalment fejn jidħlu spirti u sigaretti. Għall-Kummissjoni Ewropea, dak li mhux miktub jitqies li mhux se jsir u kien għalhekk li nħarġet dik it-twissija. Il-Ministru Edward Scicluna qal li l-Gvern se jipprova jirranġa din is-sitwazzjoni u fost is-soluzzjonijiet hemm li l-Baġit jibda jkun preżentat iktar kmieni. Sadanittant, propju fl-istess ħinijiet li minn Brussell ħarġet din it-twissija, f’Malta ħarġet ukoll stqarrija mingħand il-produtturi lokali tal-inbid, li kkritikaw b’qawwa t-taxxa ġdida li daħħal il-Gvern Laburista fil-baġit fuq linbid, li qed jiġi intaxxat għallewwel darba. Il-kumpaniji Marsovin, Meridiana
u Camilleri Wines u l-organizzazzjoni tal-produtturi Vitimalta, fi stqarrija li ħarġu flimkien, iddeskrivew din it-taxxa ġdida bħala “riskju li jiġi imminat dak kollu li nkiseb fis-settur tal-inbejjed lokali flaħħar għaxar snin”. Huma żvelaw ukoll kif din ittaxxa ddaħħlet mingħajr konsultazzjoni, u wissew li se tkisser ilkompetittività li kiseb is-settur tal-produzzjoni lokali matul issnin. It-taxxa li daħħal il-Gvern ilġimgħa l-oħra tammonta għal 20 ċenteżmu fuq kull litru, li jfisser 15-il ċenteżmu fuq kull flixkun. Fl-istqarrija tagħhom, ilkumpaniji lokali fakkru fixxogħol siewi li kien sar qabel pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea għaxar snin ilu. U fakkru kif minkejja l-preokkupazzjoni li s-sħubija fl-Ewropa setgħet tkisser lill-kumpaniji lokali minħabba l-importazzjoni ta’ nbejjed irħas minn barra hekk kif jinfetaħ is-suq, grazzi għan-negozjati bil-għaqal li saru, inkisbu salvagwardji u dan ma seħħx. Mhux talli hekk, qalu, imma talli l-bdiewa Maltin kisbu għajnuna finanzjarja biex ikomplu jinvestu fl-għenba Maltija, u llum fis-suq Malti nsibu inbid rikonoxxut internazzjonalment taħt it-tikketta DOK u IGT. Huwa dan kollu li jinsab f’riskju li jtir mar-riħ minħabba din it-taxxa ġdida, wissew il-produtturi fl-istqarrija tagħhom.
Partit li jrid iħaddan www.maltarightnow.com
KUNSILL ĠENERALI PN
Dan kien il-messaġġ komuni tal-kunsilliera kollha li tkellmu lbieraħ filgħaxija waqt l-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema Politika Onesta. Il-Kunsill Ġenerali jkompli l-Ħadd li ġej fid-9.30am b’aktar interventi mill-kunsilliera, ir-replika tas-Segretarju Ġenerali Chris Said, u jagħlaq bid-diskors mistenni mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Dawn huma sintesi mid-diskorsi li għamlu lbieraħ il-kunsilliera fis-sala Poplu li jrid futur ġust – Jerome Caruana Cilia “Pajjiżek qed isejjaħlek u jekk int tħobb lil pajjiżek għandek tirrispondi.” Qal dan Jerome Caruana Cilia li fid-diskors tiegħu tkellem dwar dak li għaddej minnu pajjiżna. Hu semma’ ż-żmien turbolenti li għadda minnu pajjiżna fi żmien Gvern Laburista tattmeninijiet. Illum dan mhuwiex biss passat għax xorta waħda għadu jhedded lil pajjiżna. Dan hu rifless fl-ammont ta’ transfers politiċi ta’ gvern li jwiegħed mod u jwettaq ieħor. Caruana Cilia qal li hu, bħal żgħażagħ oħra, qed iwasslu messaġġ li xebgħu minn politika bħal din għax jixtiequ opportunitajiet ġusti, irrelevanti mit-twemmin politiku tagħhom. Għalhekk hu appella biex ilPartit Nazzjonalista jkompli jitkellem man-nies u jibni politika għan-nies tat-triq biex ikollna soċjetà onesta li timxi bissewwa.
Bil-moħbi Gvern Laburista għakkes lill-batut – Alex Perici Calascione Alex Perici Calascione, itteżorier tal-Partit Nazzjonalista, tkellem dwar żewġ miżuri li daħħal il-Gvern bil-moħbi; iżżieda fil-miżati għall-eżamijiet u l-kera tal-proprjetajiet tal-Gvern. Perici Calascione tkellem dwar kif Gvern li suppost hu soċjalist, għakkes lil min hu fil-bżonn u li dawn il-miżati se jolqtu lil min verament hu fil-bżonn. U dan minn Gvern li ħa l-poter wara li tkellem fit-tul dwar kemm ilħaddiem hu għal qalbu. Għalhekk hu qal li l-Partit Nazzjonalista hu msejjaħ biex għal darb’oħra jkun qalbu malħaddiema, speċjalment dawk li qed iħossu xogħolhom mhedded bħal tal-Enemalta, dawk li jaħdmu fil-manifattura, ġenituri li jaħdmu biex uliedhom igawdu fledukazzjoni, u dawk li huma
qiegħda jew jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.
Gvern li tilef il-maskra ta’ qabel l-elezzjoni – Mark Anthony Sammut Mark Anthony Sammut fakkar kif il-Gvern Laburista llum qed jitlef il-maskra li kellu qabel lelezzjoni u li llum qed juri lingann kollu tiegħu. “Illum għandna Gvern li pprova jgħatti dak li għamel ix-xufier talMinistru Manwel Mallia,” sostna Mark Anthony Sammut, li qal li dan hu xhieda ta’ Gvern li jimxi bin-nepotiżmu. Hu qal li dan mhux l-ewwel każ, għaliex il-Prim Ministru ma ressaqx impeachment kontra Maġistrat waqt li għannaq lil min kien ħati ta’ reati bħala eroj, suldat tal-azzar. Mark Anthony Sammut qal li lpoplu jrid li l-prinċipji bażiċi tiegħu jiġu protetti, poplu li hu lest li jiġġieled għad-drittijiet tiegħu u mhux lest li jħalli gvern jagħmel dak li jrid speċjalment għax għandu l-poter. “Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qed jaħdem fuq politika onesta,” temm jgħid Mark Anthony Sammut. Politika għall-ġid talpajjiż – Trevor Degiorgio Trevor Degiorgio, isSegretarju Internazzjonali talPartit Nazzjonalista, fisser ilpolitika bħala mezz li tgħin u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja. Filwaqt li fakkar li s-slogan tal-Partit Nazzjonalista għal dan il-Kunsill Ġenerali hu Politika Onesta għaliex għandu viżjoni. “Il-prinċipji li għandu l-Partit Nazzjonalista ma nbidlux meta tlifna l-aħħar elezzjoni ġenerali,” qal Trevor Degiorgio. Hu kompla li l-Partit Nazzjonalista li hu jifforma parti minnu għaraf li żbalja fil-passat. Illum il-ġurnata qal li l-partit qed jaħdem biex jerġa’ jkun qrib ilpoplu. Madankollu fakkar kif dan il-partit ma ppruvax jagħmel
bħall-Gvern Laburista, li rrefera għalih bħala gvern diżonest. IlPN qed jimxi mas-slogan talonestà u hekk se jibqa’ jagħmel.
Diskors ta’ tama fil-futur li jixraq lil pajjiżna – Claudio Grech Claudio Grech, il-kelliem talOppożizzjoni għas-Saħħa, iddeskriva l-aħħar jiem bħala jiem li fihom saru ħafna affarijiet, fosthom baġit twil ħafna imma nieqes mis-sustanza u rruħ soċjali. “Jiem biss wara, imbagħad, morna għall-azzjoni, b’xufier talMinistru Mallia jispara fuq persuna oħra,” qal Claudio Grech. Imma hu rrefera għad-diskors ta‘ Simon Busuttil b’reazzjoni talbaġit bħala l-apiċe tal-avvenimenti għaliex il-Kap talOppożizzjoni għamel lill-Partit Nazzjonalista mill-ġdid partit rilevanti, partit onest. “Id-diskors ta’ Simon Busuttil irrifletta t-tama ta’ ħafna li lPartit Nazzjonalista jista’ verament jagħti futur lil pajjiżna,” temm jgħid Claudio Grech.
Pakkett ileqq imma vojt – Angelo Micallef Il-Partit Laburista rnexxielu juri konsistenza biss fil-mod kif iħalli l-affarijiet għaddejjin għal riħhom kif għamel fil-kaz tattrasport, fis-saħħa, fil-ġustizzja u kif għamel fil-kaz tal-Ministru Manwel Mallia. Joseph Muscat qabel l-elezzjoni offra pakkett ileqq iżda issa qed jiftħu u l-poplu qed jara li dan hu pakkett vojt mingħajr ideat. L-enerġija kienet waħda mill-wegħdiet ta’ Joseph Muscat
politika onesta www.maltarightnow.com
5
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
KUNSILL ĠENERALI PN
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Ryan Callus waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ quddiem il-bini tal-MEPA
Il-Kummissarju għall-Ambjent u Ippjanar mitlub jinvestiga l-każ Dalli
u tant ta importanza li ħa rresponsabbiltà tagħha hu stess. Illum kważi sentejn wara, ilpajjiż għadu fejn kien. Ma hemm ebda proposta ta’ enerġija minn sorsi nodfa. Il-Prim Ministru jinteressah biss jiddefendi lil dawk ta’ madwaru kif qed jagħmel fil-każ ta’ Manwel Mallia minkejja l-lista ta’ skandli attribwiti lit-tmexxija tiegħu.
Aktar viċin il-poplu – Wayne Hewitt Għal darb’oħra qed ikun ilPartit Nazzjonalista li juri li jemmen verament fil-Kunsilli Lokali. Hu bis-saħħa tal-PN li lelezzjoni tal-Kunsilli Lokali se jsiru s-sena li ġejja biex il-poplu jkun jista’ jagħżel lil dawk li jridu jirrappreżentawh. Il-Partit Laburista wera li jemminx fil-Kunsilli u dawn iridu dejjem isibu lill-PN biex isaħħaħhom finanzjarjament biex ikunu ta‘ servizz għar-residenti. Wayne Hewitt qal li hu se jaħdem biex iressaq lill-PN aktar qrib il-poplu u jikkonvinċih jagħti l-vot lill-partit li lest ikun ta’ servizz għall-komunità. Il-PN hu partit b’koalizzjoni ta’ ideat u għandu politika li terġa’ tagħti d-direzzjoni li dan il-pajjiż illum tilef.
Partit li jħaddem prinċipji sodi – Elaine Camilleri Il-Partit Nazzjonalista ta prova kontinwa li jħaddem prinċipji sodi u dejjem mexxa l-pajjiż ’il quddiem b’ekonomija soda. IlPN mar fl-Oppożizzjoni minħabba l-astensjoni ta’ numru kbir ta’ votanti. Il-PN għalhekk jibqa’
jżomm kuntatt mill-qrib mannies. Permezz tal-Kunsilli Lokali jrid jibqa’ jżomm ir-rabtiet soċjali u ma jkunx biss vuċi izda wkoll jimplimenta dak li jistennew minnu n-nies. Min iservi fil-politika għandu jemmen li dak is-servizz li jagħti hu missjoni li jrid jaqdi b’mod serju. Dan kollu jista’ jseħħ jekk tkun applikata politika onesta.
L-onestà hi l-qofol ta’ politika serja – Aaron Micallef Jekk kien hemm żmien li fih kellu dubji jekk hux lest iservi fil-politika, it-tema tal-Kunsill inkoraġġietu jagħmel għażla favur li jagħti servizz lill-poplu. Meta wieħed iħobb lill-pajjiż jemmen li s-servizz li jagħti għandu jkun imnebbaħ millonestà. Il-poplu jsib li hu l-Partit Nazzjonalista biss li dejjem offra lill-pajjiż rekord eċċellenti ta’ proġetti li offrew lill-poplu ħajja aħjar. Biex dan l-għan jintlaħaq hi meħtieġa l-ħidma ta’ kulħadd u mhux ħidma fl-interess individwali. Imma ħidma favur l-interess tal-komunità.
Prim Ministru li jkaxkar saqajh – Alan Abela Wedge Illum hawn Prim Ministru li minbarra li jigdeb, ikaxkar ukoll saqajh biex jieħu deċiżjonijiet importanti. Hekk għamel fil-każ tal-Ministru Manwel Mallia. IlPN mhux se jħalli li jtawwal iżżmien biex jieħu deċiżjoni bilħsieb li jintilef l-interess. Il-PN kien dejjem fuq in-naħa tajba tal-
istorja u se jkompli jaħdem biex iwassal il-verità.
Tibdil għal-politika onesta – Pierre Portelli Simon Busuttil bħala Kap talPN mhux biss wera x-xewqa li jseħħ it-tibdil iżda wera li t-tibdil jista’ jsir b’mod konkret. Sa tliet snin ilu Pierre Portelli qal li ma kienx jinteressah millpolitika iżda llum irrealizza li għandu sehem x’jagħti u jrid ikun għodda biex iġib titjib fillokalità tiegħu u anki fil-pajjiż. Hu jrid iwassal messaġġ li hu l-PN il-partit li jista’ jwassal politika ta’ onestà u integrità. Il-PN jibqa’ mibni fuq il-valuri li sawruh. Il-poplu jista’ jimxi ’l quddiem jekk ineħħi l-biża’ billi jemmen li s-sewwa jirbaħ żgur. Gvern li jikber izda jċekken il-poplu – Charlot Cassar Illum qed naraw Gvern li jinteressah biss li jikber hu mingħajr ma jirrealizza li aktar ma jikber il-Gvern aktar qed inaqqas it-tkabbir tal-persuni individwali. L-ekonomija trid li jkun il-poplu li jikber biex jgħin fil-ħolqien tal-ġid. Aktar ma jkun hemm indħil mill-Gvern aktar se jtellef il-ħelsien personali. Charlot Cassar qal li minbarra l-indħil, dan il-Gvern reġa’ ġab il-biża’ li l-poplu kien insieha. Bil-każ tax-xufier ta’ Manwel Mallia, il-poplu qed jerġa’ jħoss il-biża’ u għalhekk jitlob għallimpenn ta’ kull persuna li temmen fil-libertà biex din terġa’ ġġib il-ġustizzja soċjali.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjanar u sSimplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Ryan Callus ilbieraħ ippreżenta ittra lillKummissarju għall-Ambjent u lIppjanar fl-Uffiċċju talOmbudsman li talab jinvestiga allegat każ ta’ ksur tal-liġi millMEPA dwar ix-xogħol illegali li kien qed isir fil-proprjetà talMinistru Helena Dalli. Waqt konferenza talAħbarijiet, id-Deputat Ryan Callus qal li l-MEPA kisret il-liġi tal-Ambjent u l-Ippjanar meta lKummissjoni għall-Ippjanar u lAmbjent – Bord fi ħdan il-MEPA li jisma’ applikazzjonijiet għal zoni barra mill-Iżvilupp – sema’ l-każ u ddiferieh għal data oħra. Ryan Callus sostna li l-Liġi talAmbjent u l-Ippjanar hi ċara. Fejn ikun hemm każ ta’avviż ta’ infurzar fuq xogħol illegali li qed jiġi injorat, l-Awtorità għandha tiċħad immedjatament kwalunkwe applikazzjoni biex jiġi sanzjonat dan l-iżvilupp. Minflok, dan il-bord, li kien magħmul mill-ġdid b’membri nominati mill-Prim Ministru fl-
aħħar ġimgħat, flok ċaħad l-applikazzjoni, aċċetta li jismagħha u ta differiment. Ryan Callus kompla li minkejja ċ-ċaħdiet kollha tal-Ministru Helena Dalli u żewġha Patrick Dalli li l-proprjetà mhux tagħhom u ma jafux bix-xogħlijiet, kien proprju Patrick Dalli nnifsu li deher biex jiddefendi din l-applikazzjoni quddiem ilBord tal-MEPA. Ryan Callus qal li Helena Dalli ppruvat tqarraq f’żewġ okkażjonijiet. L-ewwel nett mhux veru li poġġiet il-konvenju talproprjetà fiż-Żejtun fuq il-Mejda tal-Kamra, iżda biss dokument li jestendi ż-żmien tal-konvenju. It-tieni punt li l-Ministru ppruvat tqarraq hu dak dwar ilkomunjoni tal-akkwisti bejn koppja miżżewġa. Il-komunjoni talakkwisti tidħol fis-seħħ mażżwieġ u mhux mat-tmiem tiegħu b’separazzjoni jew mewt. Ryan Callus qal li l-oppozizzjoni mhux se tibqa’ siekta fuq lillegalitajiet. Sfortunatament, flok difensur tal-Ambjent, ilMEPA qed issir difensur taxxogħol illegali.
Il-Maġistrat Aaron Buġeja laqa’ t-talba sabiex Sebastiano Brunno jiġi estradit lejn l-Italja ħalli jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li kien instab ħati ta’ qtil li seħħ fl-1992. F’sentenza twila madwar 50 paġna, il-Qorti ċaħdet l-argument tad-difiża li kien hemm żbalji fil-proċedura. Brunno, Sqalli ta’ 56 sena,
kien inqabad f’pajjiżna f’Buġibba fit-2 ta’ Ottubru li għadda wara li kien ilu mfittex mill-pulizija Taljana mill-2009. Minbarra l-kawża għallestradizzjoni, f’Malta huwa ffaċċja wkoll akkużi ta’ falsifikazzjoni ta’ karta tal-identità li tagħhom instab ħati u ġie kkundannat għal tliet xhur ħabs.
Sebastiano Brunno se jkun estradit
www.maltarightnow.com
6
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
Wara li x-xufier tal-Ministru Manwel Mallia tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil
Prosekuzzjoni inċerta, skomda u inkonsistenti Joe Mikallef Lil hinn mill-aħbar li Paul Sheehan, ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, tressaq il-Qorti u kien akkużat b’disa’ kapi ta’ akkuża, fosthom ukoll ta’ attentat ta’ qtil volontarju, dak li spikka flAwla nhar l-Erbgħa filgħaxija kien l-atteġġjament inċert, skomdu u inkonsistenti tal-Prosekuzzjoni. Kien il-Maġistrat tal-Għassa Giovanni Grixti li quddiemu nstemgħet l-ewwel seduta ta’ din il-kumpilazzjoni, li salva lillProsekuzzjoni – is-Supretendent Alexandra Mamo u l-Ispetturi Jesmond Micallef u Saviour Baldacchino – li dehru jitfixklu f’saqajhom stess u mhux kapaċi jwieġbu għal domandi sempliċi mhux biss mid-Difiża, imma anki mill-Qorti nnifisha. ‘In-Nazzjon’ qiegħda iwassal dak li ġara fl-istess Awla wara jiem ta’ stennija – ġimgħa sħiħa – sakemm Paul Sheehan tressaq ilQorti akkużat bl-isparatura talErbgħa tal-ġimgħa l-oħra fil-Gżira fuq karozza pajżana misjuqa minn sewwieq Ingliż – Stephen Smith. Dan kollu kellu jseħħ ladarba lattentat ta’ cover up f’dan il-każ falla u dan kemm mill-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, kif ukoll mill-Pulizija nnifisha. Filfatt fid-dawl ta’ dak kollu li ġara fil-jiem ta’ wara, il-Pulizija rriżulta li ma kellha l-ebda alternattiva oħra ħlief dik li tipproċedi fil-Qorti fil-konfront ta’ wieħed minnha stess – il-Kuntistabbli Paul
Sheehan. Il-pressjoni qawwija tal-opinjoni pubblika ma wasslitx biss biex ilPulizija tipproċedi fil-Qorti – wara sensiela ta’ żbalji premeditati kbar – imma saħansitra biex il-Prim Ministru Joseph Muscat janalizza serjament kemm il-pożizzjoni talMinistru Manwel Mallia llum għadha tenibbli. Aħna mmorru wkoll pass oltre għax nemmnu li anki l-pożizzjoni ta’ rjus għolja fisSegretarjat tal-Ministru Manwel Mallia għandhom il-pożizzjoni tagħhom preġudikata. Dak li ġara fil-Qorti nhar lErbgħa ssorprenda lillProsekuzzjoni, l-aktar meta lAvukat Difensur Edward Gatt, qabel ma talab għal-libertà proviżorja – ladarba ma kienx kontestat l-arrest u ladarba l-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih – talab lill-istess Prosekuzzjoni biex twieġeb numru ta’ mistoqsijiet li kellu x’jagħmel. Għal dan il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat, anki jekk lanqas biss kienet taf x’kellu mistoqsijiet f’moħħu l-Avukat Difensur. Wara battibekki bejn iż-żewġ naħat, l-Avukat Difensur qal li hu, fost l-oħrajn, xtaq jistaqsi għaliex Paul Sheehan ma kienx arrestat qabel u kien biss dakinhar filgħodu li kien ġie arrestat; li lanqas ilmobile tiegħu ma kien elevat millPulizija biex jgħin fl-istħarriġ; kemm kien minnu dan ix-xenarju ta’ attentat ta’ omiċidju volontarju; u jekk din l-akkuża serja kinitx qed
Ix-xufier ta’ Manwel Mallia, il-Kuntistabbli Paul Sheehan (fin-nofs), jitressaq il-Qorti nhar l-Erbgħa li għadda (Ritratt: Martin Agius)
tinħareġ invista tal-ballun politiku li kien spiċċa fiha dan il-każ? L-Avukat Difensur enfasizza li hu fid-dawl ta’ dan ix-xenarju li lQorti għandha tiddeċiedi dwar lgħoti tal-libertà proviżorja... naturalment wara li l-Prosekuzzjoni twieġeb u tiċċara dawn id-domandi leġittimi ladarba qed toġġezzjona għal-libertà proviżorja minħabba biża’ ta’ kontaminazzjoni tal-evidenza. Hu enfasizza li dak li allegatament għamel Paul Sheehan qatt ma kien attentat ta’ omiċidju volontarju u għalhekk ma jistax jifhem kif il-Prosekuzzjoni ħarġet b’din l-akkuża... forsi biex tissalvagwardja xi ħaġa? Hawnhekk il-Prosekuzzjoni qalet li dan id-diskors kollu jista’ jsir waqt it-trattazzjoni. Fid-dawl ta’ dan ix-xenarju lMaġistrat issospenda s-seduta għal ftit tal-ħin, sakemm reġa’ ħareġ u talab lill-Prosekuzzjoni biex titla’ fuq il-pedana u tagħti x-xhieda tagħha dwar ir-raġunijiet veri għall-oġġezzjoni tagħha għal-libertà proviżorja. L-Ispettur Saviour Baldacchino mid-Dipartiment talInvestigazzjonijiet Kriminali qal li l-Pulizija, dakinhar tal-isparatura, kienet ġabret numru ta’ xhieda. Qal li l-imputat fil-fatt kien arrestat immedjatament wara l-isparatura, iżda ma baqax miżmum għalkemm kien għamel xi ħin flGħassa tal-Imsida. Fil-fatt dak li kien ġara kien li kienet itteħditlu stqarrija bil-miktub u kien rilaxxat. Hu qal li sussegwentement ilPulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha u ġabret ukoll informazzjoni oħra li rriżulta li ma kinitx qed taqbel ma’ dak li kien qalilhom Paul Sheehan. Għalhekk, fid-dawl ta’ dan kollu l-Pulizija talbet lill-Maġistrat biex jintlaqa’ mandat ta’ arrest kif filfatt sar nhar l-Erbgħa filgħodu biex hu seta’ jitressaq il-Qorti aktar tard matul il-ġurnata. Hu qal li l-oġġezzjoni talPulizija għal-libertà proviżorja kienet ġejja mill-fatt ukoll li kien hemm il-vittma u xhud okulari. Id-Difiża qalet li fid-dawl ta’ dak li kienet qalet il-Prosekuzzjoni ma kellha l-ebda mistoqsija
x’tagħmel, għax fil-verità l-biża’ tal-kontaminazzjoni tal-provi kienet għal kollox ineżistenti. Hu kompla li l-Qorti kellha quddiemha sitwazzjoni fejn ilProsekuzzjoni għażlet hi biex kienet se takkuża lil Paul Sheehan u issa qed tgħid li ma tistax tagħtih il-libertà proviżorja. “L-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni hi waħda farseska għax ix-xhieda kollha hi diġà ppriservata”, qal. F’dan listadju hu temm li d-Difiża kellha interess kbir li joħorġu l-fatti kollha dwar dan il-każ u importanti li lverità toħorġ kollha. Hawn il-Prosekuzzjoni qalet li lallegat vittma kien għadu ma tax xhieda ġuramentata. Għal mistoqsijiet oħra kemm mid-Difiża kif ukoll mill-Qorti, lIspettur Saviour Baldacchino qal li hu ma setax iwieġeb għal dawn iddomandi għax ma kienx involut mill-bidu fl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ. F’dan ix-xenarju l-Qorti qalet li hi riedet tkun taf, anzi tinsisti, li xxhieda tal-Prosekuzzjoni tkun waħda aktar elaborata u għalhekk reġgħet talbet lill-Ispsettur Saviour Baldacchino jerġa’ jieħu l-pedana tax-xhieda. Għall-inċertezzi mill-istess Spettur, il-Qorti insistiet miegħu jekk kienx kapaċi jwieġeb iddomandi tagħha jew le, jekk kienx jaf l-affarijiet jew ma kienx jaf. F’dan il-mument isSupretendent Alexandra Mamo ħadet il-pedana tax-xhieda hi u spjegat kif nhar l-Erbgħa talġimgħa l-oħra wara li seħħet lisparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, l-imputat u lvittma ttieħdu fl-Għassa tal-Imsida u taw xhieda li kienet rekordjata. Dakinhar l-imputat ikkonsulta u kkonferma l-istqarrija tiegħu filpreżenza wkoll tal-Avukat tiegħu, filwaqt li l-vittma ma kienx f’kundizzjoni li jagħmel dan. Hi qalet li għall-ħabta tat-3.20 a.m. huma kienu meħlusa. Hi kompliet li minn aktar stħarriġ li għamlet il-Pulizija fil-jiem ta’ wara, irriżulta li dak li ngħad millimputat ma kienx jaqbel ma’ dak li ġabret il-Pulizija u għalhekk għamlet talba għal mandat ta’ arrest li ntlaqa’.
QORTI
Hawnhekk id-Difiża insistiet li tkun taf x’kienu dawn iddiskrepanzi. Il-Prosekuzzjoni qalet li dawn id-diskrepanzi huma tali li wasslu lill-Pulizija biex toħroġ din l-akkuża b’disa’ kapi, fosthom waħda ta’ attentat ta’ omiċidju volontarju. Id-Difiża qalet li mill-mod kif kienu qed jiġru l-affarijiet, fosthom kif l-ewwel xehed Uffiċjal Prosekutur u issa kompliet tixhed Uffiċjal Prosekutur oħra li hi ogħla fil-grad mill-ewwel wieħed, madankollu risposti validi ma kenux qed jingħataw. “Għax filverità m’hemm l-ebda raġuni valida biex joġġezzjonaw għal-libertà proviżorja.” Il-Prosekuzzjoni reġgħet spjegat li kienet qed toħroġ din l-att ta’ akkuża minħabba dak li rriżulta minn iżjed investigazzjonijiet. Għal dan, l-Avukat Difensur akkuża lill-Prosekuzzjoni bi żviluppi fantażma... aktar u aktar meta m’hemm l-ebda periklu ta’ kontaminazzjoni ta’ evidenza. Hawnhekk il-Prosekuzzjoni qalet li dakinhar tal-isparaturi mixxufier tal-Ministru Manwel Mallia, Paul Sheehan kien ċempel lill-Control Room tal-Pulizija (112) għall-assistenza. Hawnhekk il-Qorti staqsiet b’mod ripetut x’inhi din il-biża’ tal-Prosekuzzjoni u xtaqet tkun taf aktar informazzjoni. “Fixkilkom?” staqsiet il-Qorti. “Le,” qalet il-Prosekuzzjoni. “Ikkollabora magħkom?” staqsiet mill-ġdid il-Qorti. “Iva.” Fid-dawl ta’ dan kollu lMaġistrat għadda għad-digriet tiegħu li fih qal li fid-dawl talakkuża serja u li għad hemm xhieda okulari li għadhom iridu jagħtu l-istqarrija tagħhom, il-Qorti f’dan l-istadju tiċħad it-talba tad-Difiża. Appena niżel is-siparju fuq din lewwel seduta tal-Qorti f’dan il-każ kumplikat, il-Maġistrat Giovanni Grixti rritorna fis-sigrieta tiegħu u l-Awla kważi tbattlet mill-ġurnalisti. Dak il-ħin Paul Sheehan mexa ’l barra minn wara l-post fejn jinżammu l-akkużati waqt issmigħ tal-kawżi tagħhom u mexa lejn waħda mill-irkejjen fl-istess Awla fejn wiċċu mal-ħajt infexx f’bikja. B’idejh ma’ wiċċu hu kompla jibki, bl-Avukat Difensur jinstema’ jgħid li l-attentat tagħhom għal-libertà proviżorja ma ntlaqax bi ftit. Fid-dawl ta’ dan kollu, Paul Sheehan, wiċċu aħmar nar, beda jżomm sidru u jgħid li kien qiegħed iħoss uġigħ kbir. Hawnhekk il-Pulizija fl-Awla talbu l-assistenza medika u ftit talħin wara fil-post waslet ambulanza u tim ta’ paramediċi li poġġew lixxufier tal-Ministru Manwel Mallia fuq stretcher, tgħabba fl-ambulanza u ttieħed minnufih lejn l-Isptar Mater Dei – għat-tieni darba fi spazju ta’ ftit jiem biss.
www.maltarightnow.com
7
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
LOKALI
Il-każ ta’ Manwel Mallia fil-media internazzjonali
Wara li kien rappurtat bi prominenza f’The Scotsman, tirrapporta wkoll dwaru l-European Voice Il-każ tal-isparatura tal-Ministru tal-Intern Manwel Mallia ma baqax limitat għall-media lokali iżda sab spazju wkoll fil-media internazzjonali bil-gażżetta influwenti Ewropea “European Voice” wkoll issegwi dan il-każ u tippubblika dettalji dwaru. L-artiklu jiffoka fuq l-inċident tax-xufier tal-Ministru Mallia u jgħid li normalment meta f’Malta jkunu sparati tiri, l-aħbar il-ħażina tkun għall-għasafar, iżda din iddarba kien hemm aħbarijiet ħżiena għall-Ministru tal-Intern u sSigurtà Nazzjonali meta x-xufier tiegħu spara fuq vettura oħra f’każ ta’ inċident tat-traffiku. L-artiklu jsemmi kif oriġinarjament il-Gvern qal li x-xufier talMinistru Mallia kien spara tiri ta’ twissija, iżda aktar tard il-gvern biddel din il-pożizzjoni u ammetta li t-tiri kienu sparati fuq il-karrozza ta’ xufier Ingliż. F’iktar dettalji, l-artiklu jispeċifika kif Sheehan hu wieħed miżżewġ xufiera tal-Ministru Mallia li jgorru arma. Dwar l-aspett politiku tal-każ, l-
artiklu jispeċifika li l-Prim Ministru Muscat iddefenda lill-Ministru Mallia, b’dan isostni li ma kien għamel xejn ħażin. Il-“European Voice” tkompli tirrapporta kif quddiem din is-sitwazzjoni lOppożizzjoni sostniet li hemm cover-up u qed tinsisti li Mallia għandu jirriżenja jew jitneħħa. L-artiklu jittratta wkoll il-mod kif ix-xufier tal-Ministru Mallia kien involut f’inċident ieħor u ddaħħal l-isptar meta wara diversi ġranet il-pulizija marret biex tarrestah. Il-każ ta’ Manwel Mallia kien diġà ngħata prominenza fil-gażżetta “The Scotsman” li f’artiklu li fih spikka ritratt kbir tal-Ministru Mallia, bit-titlu “Malta MP accused of cover up over Scot shooting”, spjegat kif Skoċċiż spiċċa f’nofs dak li ddeskrivietu bħala skandlu fil-Gvern ta’ Malta wara li spara fuqu uffiċjal tas-sigurtà ta’Ministru wara inċident bil-karozza. Anke din il-gażżetta spjegat kif il-Gvern biddel il-verżjoni wara li inizjalment kien qal li ġew sparati biss tiri ta’ twissija.
(Fuq) L-artiklu pubblikat fil-European Voice tal-bieraħ tlula u (lemin) l-artiklu li kien pubblikat nhar il-Ġimgħa f’The Scotsman. Fit-tnejn li huma, l-awturi tal-artikli jiffukaw fuq il-cover-up li żviluppa wara li l-ewwel ingħad li t-tiri kienu ta’ twissija, biex imbagħad l-għada l-Ministru ammetta li dawk li spara x-xufier tiegħu Paul Sheehan ma kienu tiri ta’ twissija xejn
Flok jindirizza l-problemi, il-Gvern ikompli jattakka l-istituzzjonijiet Għal darba oħra, iffaċċjat minn realtajiet inkwetanti f’numru ta’ setturi ekonomiċi ta’ pajjiżna – realtajiet li qed titkellem dwarhom anke lKamra tal-Kummerċ, lIntrapriża u l-Industrija – ilMinistru Edward Scicluna reġa’ ħeles mill-problemi billi attakka lil ħaddieħor u waħħal fl-istatistika tal-NSO u tal-Eurostat. Wara li ddefinixxa l-istatistika bħala “fażulla”, waqt laqgħa ta’ diskussjoni dwar il-baġit, Scicluna ddeskriva l-istatistika
bħala “perversa”. Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li minbarra li qed ikompli jirredikola r-reputazzjoni ta’ pajjiżna quddiem l-istituzzjonijiet internazzjonali, dan l-aġir ikompli jixhed l-ipokrezija tal-Gvern Laburista. Dan għaliex, tkompli l-istqarrija, matul il-leġiżlatura li għaddiet, l-istess Scicluna kien regolarment jikkwota jew jirreferi għal pubblikazzjonijiet talEurostat u lill-NSO biex jattakka l-Gvern Nazzjonalista.
Aktar minn hekk, f’artiklu pubblikat fil-ġurnal ‘lOrizzont’, li l-PN hemeż malistqarrija tiegħu, sena qabel laħħar elezzjoni ġenerali, Edward Scicluna kiteb hekk, b’referenza għall-NSO: “Fejn tidħol l-istatistika, l-istorja talUnjoni Ewropea mhix sabiħa. Kellna iktar minn pajjiż wieħed li għawweġ il-figuri u uża dak li ngħidulu ‘creative accounting’, numri b’ħafna rtokk kosmetiku. Imbagħad kien hemm pajjiż, ilGreċja, li għal żmien twil
ippreżenta statistika li ma kienet reali xejn, kienet falza, u tat stampa li xejn ma kienet tirrifletti s-sitwazzjoni tal-pajjiż. Irriżultat ta’ dan kollu nafuh. Minħabba f’hekk bata kulħadd u kellna kriżi fiz-zona ewro u li għadha ma telqitx....” Scicluna kien kompla jikteb “L-aġenzija tal-pajjiż hija lqofol. Ħadd ma jrid li aġenzija jkollha ndħil politiku f’dak li tirrapporta dwar l-andament talpajjiż jew dwar id-dħul u nefqa tal-Gvern. Dan m’għandux ikun
L-Oppożizzjoni qed tressaq diversi proposti għal titjib floperat tal-kunsilli lokali, proposti li għandhom isaħħu lawtonomija tal-kunsilli. L-operat tal-kunsilli lokali u rrwol tas-Segretarji Eżekuttivi kienu trattati f’laqgħa għasSegretarji Eżekuttivi tal-kunsilli lokali li kienet indirizzata millKelliem tal-Oppożizzjoni għallKunsilli Lokali David Agius. David Agius qal li l-proposti li għamel il-PN dwar il-Kunsilli Lokali kienu jinkludu li jkun hemm żieda ta’ €5 miljun filfondi tal-kunsilli, iżda dan ma
kienx aċċettat mill-gvern. Hu qal li l-Oppożizzjoni pproponiet ukoll li l-fondi għall-kunsilli lokali jiżdiedu anki permezz ta’ inizjattivi li permezz tagħhom 10% tal-liċenzji tal-vetturi jmorru għall-kunsilli lokali. Il-proposti jinkludu wkoll sistema kif anke persentaġġ milliċenzji tal-ristoranti u stabbilimenti fil-lokalitajiet jgħaddu għand il-kunsilli lokali. Il-proposti tal-PN jittrattaw ukoll il-gwardjani lokali fejn ilPN qed joġġezzjona li jitwaqqaf unit ċentrali li jiddeċiedi hu fejn jintbagħtu l-gwardjani lokali.
u mhux suppost li jsir….Hemm mod kif int tara li jkun verament indipendenti u n-nies ikunu indipendenti…” Għalhekk, ittemm tgħid listqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar ilFinanzi Tonio Fenech, l-appell tal-Partit Nazzjonalista lillMinistru Scicluna huwa sempliċi: segwi dak li inti stess wegħidt lill-poplu Malti, u ħalli l-istituzzjonijiet tal-istatistika jaħdmu mingħajr pressjoni politika.
Proposti mill-PN għal titjib fl-operat tal-kunsilli lokali
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali David Agius jindirizza l-laqgħa għas-Segretarji Eżekuttivi (Ritratt: Martin Agius)
David Agius qal li l-PN jemmen li għandhom ikunu l-kunsilli lokali li jiddeċiedu fejn għandhom ikunu assenjati l-gwardjani lokali. Flimkien ma’ dawn il-proposti, il-PN qed jipproponi wkoll li jitwaqqaf Ombudsman għall-kunsilli lokali bl-iskop li jittratta lkażi li jinqalgħu. Dwar is-Segretarji Eżekuttivi tal-kunsilli lokali, id-deputat Nazzjonalista qal li m’għandux ikun hemm distinzjoni bejn ilħlas ta’ Segretarju Eżekuttiv f’kunsill lokali kbir u ieħor f’kunsill lokali iżgħar.
www.maltarightnow.com
8
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
PARLAMENT
Il-Gvern m’għandux jagħmel distinzjoni Jaħbi wkoll il-playing fost iż-żgħażagħ bi dritt tal-vot ta’ 16 grounds li mhumiex
Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella lill-gvern ma jċaħħadx żgħażagħ u ma jagħmilx distinzjoni fid-dritt li se jingħata għall-ewwel darba bilVot 16, bejn żgħażagħ li għandhom jivvutaw fl-elezzjonijiet talkunsilli lokali s-sena d-dieħla u dawk li jkun imisshom jivvutaw fis-sena ta’ wara. Robert Cutajar qal li lParlament kollu qabel li jingħata lVot ta’ 16-il sena kif kien imwiegħed ukoll minn qabel lelezzjoni kemm mill-Gvern kif ukoll mill-Oppożizzjoni. Iżda rrimarka li rajna lill-Gvern u lill-Ministru Bonnici jipprova jaħtaf id-dritt ukoll liż-żagħżagħ kollha meta pprova jipposponi lelezzjonijiet tal-kunsilli lokali għas-sena d-dieħla, u li l-Gvern għadu ma tax data meta se jsiru. Robert Cutajar qal li ż-żgħażagħ
kollha għandhom id-dritt jivvutaw u m’għandix issir distinzjoni. Tkellem ukoll dwar il-baġit għall-Kunsilli Lokali u qal b’dispjaċir, li dan hu settur li għall-Partit Laburista jibqa’ mmarkat bħala settur li naqas fih u ma jistax ikun kredibbli u jitwemmen. Irrimarka li f’sena u nofs inbidel darbtejn is-Segretarju Parlamentari u nbidel ukoll ilMinistru, u għalhekk hu ċar li mh’emmx stabbilità fil-politika tal-Gvern għall-Kunsilli Lokali u dan jikkuntrasta mal-ħidma kbira li twettqet biex il-Partit Nazzjonalista welled u kabbar lillKunsilli Lokali minkejja d-diffikultajiet li ħoloq il-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni. Wara l-ewwel sena u nofs, Robert Cutajar qal li l-Kunsilli Lokali għandhom ħafna mistoqsijiet u qed jiltaqgħu ma’ diversi dif-
– Robert Cutajar
fikultajiet u problemi fosthom mal-MEPA, u mal-problemi li qed jiffaċċjaw fil-qasam tat-trasport pubbliku fejn f’dan il-qasam fisser li ħafna kunsilli lokali għadhom ingannati bis-servizz li qed jingħata u li wkoll li naqas. Irrifera għal diffikultajiet oħra li qed jiffaċċjaw il-Kunsilli Lokali, fosthom fil-prożess għal fondi Ewropej, tnaqqis drastiku fil-fondi għal attivitajiet kulturali u fl-iskema tal-isport fejn għall-ewwel darba l-Kunsilli Lopkali qed jintalbu li jkun hemm ħlas ta’ €20 għal kull zagħżugħ li jipparteċipa. Irrimarka wkoll li m’hemm ebda inizjattiva għal aktar twaqqif ta’ open air gyms u talab lill-Gvern jgħid xi pjani hemm dwar dan. Staqsa wkoll jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra ring fencing biex il-Kunsilli jagħtu aktar edukazzjoni dwar stil ta’ ħajja aħjar.
ta’ sigurtà għat-tfal
– Paula Mifsud Bonnici
Il-Gvern mhux biss qed jaħbi informazzjoni dwar materji importanti bħalma huma kuntratti li ffirma mal-kumpanija Henley and Partners dwar ilbejgħ taċ-ċittadinanza Maltija, u jaħbi wkoll kuntratti dwar ilbini tal-power station li ma nafux meta se ssir, iżda wkoll informazzjoni li hi ta’ interess għas-sigurtà tat-tfal meta jibqa’ jaħbi informazzjoni dwar liema huma l-34 playing grounds li lawtoritajiet iddikjaraw li mhumiex safe għat-tfal. Id-Deputtat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici appellat lill-Gvern ikun trasparenti u jagħti l-informazzjoni mitluba.
Ministru ieħor, staqsiet jekk dan l-aġir hux biex jaqtgħu qalb id-deputat li jingħata l-informazzjoni mitluba. Fissret li l-Gvern qed iċaħħad mill-informazzjoni u b’dan mhux jagħti serħan il-moħħ lillġenituri li jridu wkoll ikunu jafu liema huma l-playing fields li huma safe u dawk li mhumiex. Staqsiet ukoll x’qed isir biex isiru safe. Appella għal fond speċjali għall-manutenzjoni tal-playing fields biex dawnikunu safe. Dwar il-Kunsilli Lokali, Paula Mifsud Bonnici qalet li kien il-Partit Nazzjonalista li ta opportunità lill-Maltin jagħżlu lil min jirrappreżentahom fil-
Meta tkellemet fiddiskussjoni fil-Parlament dwar il-Baġit u l-vot tal-Gvern għallKunsilli Lokali, Paula Mifsud Bonnici irrimarkat li dwar ilplaying grounds fil-lokalitajiet, irreferiet għal diversi mistoqsijiet parlamentari li għamlet lillMinistru Helena Dalli dwar dawn il-playing grounds, u staqsiet liema huma dawk li mhumiex safe , u f’liema lokalitajiet qegħdin. Paula Mifsud Bonnici fissret li mit-tweġibiet li ngħataw, intqal li saru 158 spezzjoni u nstabu 34 li mhumiex safe, u li dwarhom l-awtoritajiet ippreżentaw rapport biex jittieħdu l-miżuri neċessarji iżda ma qalitx u ma tatx l-informazzjoni dwar liema huma dawn ilplaying grounds u f’liema lokalitajiet. Għal aktar mistoqsijiet biex tingħata lista ta’ dawn il-lokalitajiet fejn hemm dawn iz-zoni ta’ rikreazzjoni li mhumiex safe għat-tfal, il-Ministru Helena Dalli tefgħet ir-responsabbiltà fuq Ministru ieħor, il-Ministru Owen Bonnici, responsabbli mill-Kunsilil Lokali, li wkoll ma qalx liema huma l-34 playing grounds bl-iskuża li hi informazzjoni sensittiva. Filwaqt li rrimarkat li lGvern qed jagħmel lid-deputati ballun tal-ping pong meta Ministru jibgħatek għand
lokalità tagħhom u din l-opportunità ħatfuha u għoġbithom. Ma tifhimx, iżda kif il-Gvern iddeċieda li jipposponi l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla għaliex il-poplu għejja jivvota, u ġġustifika wkoll ir-raġuni tiegħu biex jiffranka l-flus. Ikkritikat lill-Gvern li qed iċaħħad il-poplu minn informazzjoni importanti – dik taddritt li jkun jaf meta se jsiru lelezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Fissret li l-Oppożizzjoni qed tikkritika lill-Gvern dwar ilKunsilli Lokali biex tittranġa ssitwazzjoni u mhux qed ikun negattiv. Dwar il-Kumitti Amminsitrattivi, qalet li lGvern qiegħed jinjora dawn ilKumitati, u rrimarkat li m’hemm ebda proposta waħda għas-16-il Kumitat Ammistrattiv li jvarjaw filkobor tagħhom. Appellat lill-Gvern biex jagħti wkoll aktar poteri lillKunsilli Amministrattivi u ma jibqgħux dipendenti biss fuq ilkunsilli lokali u dan meta nafu li hemm sitwazzjonijet fejn m’hemmx relazzjonijiet tajba bejn Kunsill u Kumitati Ammnistrattivi. Staqsiet ukoll jekk hux il-każ li Kunsilli Amministrattivi kbar għandhomx jingħataw status ta’ kunsilli lokali.
Iċaħħad ukoll id-dritt li l-poplu jkun jaf meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali
www.maltarightnow.com
9
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
PARLAMENT
Il-Gvern m’għandux il-polz tal-bżonnijiet tal-Kunsilli Lokali f’idejh – David Agius
Is-sitwazzjoni fil-qrati hi agħar Għad hemm diżappunt f’min emmen fil-proposti tal-Partit Laburista li se jirranġa s-sistemi tal-qrati
– Beppe Fenech Adami
Gvern li qed jabbuża mis-sistema ġudizzjarja
Minkejja li l-Oppożizzjoni kkoperat mal-Gvern f’emendi għal sistema ta’ qrati aħjar, il-qasam talġustizzja, b’aġir ħafna drabi ta’ Gvern li abbuża u żeblaħ il-qasam tal-ġustizzja, illum hu agħar u jissarraf f’diżappunt għal min emmen fil-proposti u fir-roadmap li wiegħed il-Partit Laburista. Il-Viċi Kap għall-Ħidma filPartit u Kelliem għall-Ġustizzja, Beppe Fenech Adami, qal filParlament li l-Oppożizzjoni tat sehemha u pparteċipat biex proposti ta’ liġijiet jiġu aħjar, iżda staqsa jekk effettivament dawn ilmiżuri hux qed iħallu l-effett mixtieq. Meta tkellem dwar is-settur talġustizzja fid-diskussjoni dwar ilBaġit, Beppe Fenech Adami qal li mill-kliem sabiħ tal-Ministru, hemm realtà differenti. Daħlu diversi liġijiet iżda s-sitwazzjoni fil-qrati hi agħar. Fisser kif il-Gvern jipprova jagħti l-impressjoni li fil-qrati kollox miexi fuq ir-rubini. Fisser li għad hemm sistema fejn il-kawżi għadhom qed idumu, ilġustizzja ddum ma ssir, ħafna ħela ta’ħin u appella li jkun hemm aktar ħidma għaliex is-soluzzjonijiet mhumiex faċli. Fakkar li fil-leġiżlatura l-oħra kien hemm il-Partit Laburista flOppożizzjoni li għamlet attakk selvaġġ fuq il-Ministru tal-Ġustizzja, u kienet titkaża bis-sitwazzjoni dakinhar, u kienet tgħid li kellha roadmap u ċ-ċavetta għas-soluzzjonijiet. Beppe Fenech Adami fisser li min isib ruħu fil-qrati, ir-realtà hi li għad hemm diżappunt f’min emmen fil-proposti tal-Partit Laburista. Għad hemm nies li ilhom is-snin jistennew biex jgħaddu ġuri u min kien jitkaża waqa’ fil-każa għax is-sitwazzjoni għadha li kienet, b’ġurijiet serji għadhom pendenti. Irrifera għall-kawżi tad-distrett – il-kawżi sommarji li jinstemgħu
u jinqatgħu fl-istess seduta. Beppe Fenech Adami irrifera għal numru ta’ seduti, fosthom dik tad-distrett ta’ Ħal Qormi fejn f’seduta, ma kinux notifikati 28% tal-każijiet, filwaqt li 81% tal-kawżi sommarji kienu differiti. Seduta tad-Distrett ta’ Birkirkara f’Ottubru, kien hemm 71% talkawżi differenti; u f’seduta oħra 66% differeti. F’seduta fid-distrett tal-Qawra 44% ma kinux notifikati u ma jafux li kelhom il-kawżi. F’seduta taż-Żejtun, 60% talkawżi kienu differiti; u f’dik talBelt, 72% tal-kawżi differiti. Semma wkoll kif fil-kamp ċivili, hemm 640 appell, kawżi maqtugħin u ilhom aktar minn sena biex jiġu appuntati; 6,130 appell pendenti, aktar minn 312 il-kawża quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. Dan iwassal biex kull min imiss mal-Qorti llum jaf li mhux se jieħu ġustizzja malajr u effiċjenti Beppe Fenench Adami qal li mhux qed jikkundanna t-tmexxija ta’ dawn il-kawżi, iżda biex jikxef il-maskra tal-kritika inġusta li kienet saret kontra l-Ministru talĠustizzja fil-leġiżlatura l-oħra, u lmaskra li 18-il xahar wara birroadmap, qegħdin f’sitwazzjoni agħar. Tkellem dwar kif il-Gvern qiegħed iżeblaħ il-qasam tal-ġustizzja li mhix ugwali għal kulħadd. Fisser li għandna sistema li fiha, is-saħħa tal-liġi fil-konfront ta’ xi persuni li tressqu l-Qorti tingħata bl-ingwanti tar-rix, mingħajr ittoqol li hu mistenni. Bħala eżempju semma tliet inċidenti. Semma l-każ ta’ madwar elf persuna li kienet inqabdet tisraq lismart metres tal-Enemalta bilGvern jagħti amnestija u maħfra. Staqsa minn dawk l-elf kemm hemm minhom li ma irregolawx mal-offerta ġeneruża li ta l-Gvern u għadhom sal-lum ma tressqux ilQorti. Staqsa wkoll kemm minn dawk li serqu d-dawl, minflok ma tressqu qed isir negozjar magħhom
kif iħallsu dak li serqu. Fakkar fid-diskorrs tal-Partit Laburista li kien jgħajjat li jrid jaqbad il-big fish, u llum, sena wara, iż-żgħir tfajnih il-ħabs u ma tressaq ħadd mill-big fish. Saħaq li din mhix ġustizzja. Semma wkoll li kien hemm persui b’knarigi għolja fl-Enemalta u kapijiet tad-dipartiment talaccounts li serqu d-dawl ukoll, u flok tressqu l-Qorti b’reat, kienu trattati bl-ingwanti tar-rix. Semma wkoll il-famuż skandlu taż-żejt u fakkar kif gvern preċedenti kien assigura u ħa passi kriminali biex issir ġustizzja. Gvern Laburista llum, wara li tbiddlu linvestigaturi fil-każ, ma ressaqx persuna waħda għaliex anke fuq ilġustizzja qed jabbuża. Fakkar fil-każ tal-kaċċaturi li kissru l-liġi fi protersta li ħadu sehem fiha, b’ġuvnot li kellu azzarin mhux ta’ veru l-Pulizija qabżet fuqu u resqitu l-Qort. Iżda fl-inċident tax-xufier talMinistru Mallia li spara, qal Beppe Fenech Adami, il-Pulizija ħadet ġimgħa biex tressaq xufier ta’ Ministru. Sejjaħ lill-Gvern li jinsab fi kriżi, u Gvern li qed jabbuża missisetma ġudizzjarja. Fakkar ukoll fil-kawża talGvern laburista kontra l-Partiti Laburista biex il-Qorti tara jekk patrimonju ta’ €10 miljun jibqax f’idejn il-Partit Laburista, b’Muscat jaħfer lil Muscat bilGvern iċedi l-kawża fil-Qorti. Irrifera wkoll għal żewġ inċidenti oħra serji li jtellfu l-fiduċja tal-Qrati – l-iskandlu tal-Maġistrat Peralta fejn deherlu li għandu jagħmel party f’awla tal-Qorti meta ħass li għandu l-libertà li jagħmel li jrid u fil-każ talImħallef Farruia Sacco li l-Gvern tefagħha taħt it-tapit meta ressaqha quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni talĠustizzja, u l-Imħallef laħaq irtira bl-età.
Transport Malta ma tistax tkompli tirrombla fuq il-Kunsilli Lokali L-Oppożizzjoni staqsiet lillGvern jekk għandux il-polz f’idejh tal-bżonnijiet talKunsilli Lokali meta r-rivoluzzjoni siekta li kien qal li qed iwettaq, qed tirriżulta fi gvern rieqed u li qed jaqta’ qalb ilKunsilli Lokali. Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u Kelliem dwar il-Kunsilli Lokali, David Agius, tkellem dwar in-nuqqas ta’ politika ċara tal-Gvern għall-Kunsilli Lokali meta fil-Parlament kien qed jiġi approvat il-baġit tal-Kunsilli Lokali għas-sena d-dieġla. Irrifera għar-risposti li kellu lGvern fl-aħħar ta’ Ottubru filkonsultazzjoni li għamel biex ma jagħmilx l-elezzjonijiet talKunsilli tas-sena 2017.
Birgu u f’Ħal Balazan u filwaqt li fil-Birgu qed jingħad li se jinfetaħ, ma ssemma xejn dwar Ħal Balzan. Staqsa jekk it-tindif hux se jibqa’ fir-responsabbiltà talKunsili Lokali għax qal li numru ta’ servizzi komunitarji se jibdew isiru mill-gvern ċentrali. Appella lill-Gvern jieħu deċiżjoni dwar is-sistema talgwardjani lokali, u li dwarha lOppożizzjoni għaddiet proposta u trid tpoġġi mal-Gvern biex tiddiskuti. Staqsa jekk il-Gvern illum jaqbilx li jkun hemm Kummissarju fl-Uffiċċju talOmbudsman, u biex jieħu pożizzjoni. Fisser il-Baġit ta’ kliem biss u
Appella lill-Gvern ma jħallix l-istat li jinsabu fih il-Kunsilli Lokali, u dan qed jitolbuh ukoll Sindki Laburisti bħalma huma ta’ Birżebbuġa u Ħaż-Żebbuġ David Agius fisser li saru 40 sottomissjoni, li minnhom kien hemm biss 11 li qalu li jridu li lelezzjonijiet lokali jsiru kull ħames snin, u staqsa kif ilGvern jiddeċiedi fuq 11-il sottomissjoni mill-pubbliku. Hu qal li l-Gvern kien deċiż li ma jagħmilx dawn l-elezzjonijiet fuq raġuni politika. Filwaqt li sema’ minn 11-il persuna biex ma jagħmilx lelezzjonijiet lokali David Agius qal li -Gvern qed jinjora lappelli u l-proposti talOppożizzjoni bħalma kienet ilproposta li 10% tal-liċenzji mill-karozzi jmorru għallKunsili Lokali. Dan ikun ifisser €5 miljun għall-Kunsilli Lokali. Dan hu Gvern li l-Kunsilli Lokali jrid iħallihom fis-sitwazzjoni li jinsabu fiha llum u qal li s-sitwazzjoni hi diżastruża. Staqsa x’qed isir biex Transport Malta ma tirromblawx fuq il-Kunsilli Lokali Fakkar li l-Gvern wiegħed ukoll ċentru għall-anzjani fil-
xejn fatti dwar il-Kunsilli Lokali. Appella wkoll lillGvern jagħti data dwar meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsili Lokali. Fisser il-Kunsilli Lokali bħala r-raba’ pilastru tad-demokrazija, filwaqt li l-baġit ma joffrix 1% lill-kunsilli Lokali. Staqsa jekk dan ifissirx li l-Gvern m’għandux fiduċja fil-Kunsilli Lokali u li jrid idgħajjef u jaqta’ qalb il-Kunsilli Lokali. Appella lill-Gvern ma jħallix l-istat li jinsabu fih il-Kunsilli Lokali, u dan qed jitolbuh ukoll Sindki Laburisti bħalma huma ta’ Birżebbuġa u Ħaż-Żebbuġ. Il-Gvern irid jisma’ lillKunsilil Lokali u għandu jmur fil-Kunsilli Lokali u jara lbżonnijiet tagħhom. LOppożizzjoni lesta tgħin filkonsultazzjonijiet meħtieġa. Appella lill-Gvern jibda jitkellem dwar finanzjament sew għall-Kunsili Lokali u dan wara li jara l-bżonnijiet tagħhom.
www.maltarightnow.com
10
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
PARLAMENT
Notifiki ma jsirux u kawżi differiti
Nies pajżana jqassmu n-notifiki flok pulizija
Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-kritika tal-Oppożizzjoni ma offriet ebda proposta għalkemm qal li jirrikonoxxa l-kritika dwar ammonti kbar ta’ notifiki li ma jsirux b’riżultat li kawżi jiġu differiti u ma jsirux. Meta tkellem dwar il-qasam tal-ġustizzja u l-kultura fiddiskussjoni fil-Parlament dwar il-Baġit, il-Ministru Bonnici fisser li beda fl-awla talMaġistrat Depasquale eżerċizzju b’sistema kompjuterizzata. Bin-notifika mhux qed jitbagħtu pulizija iżda nies pajżana fejn l-affissjoni tista’ titħalla wkoll fil-kaxxa tal-ittri iżda jekk persuna ma titlax, jintbagħat il-Pulizija. Fost l-emendi li hemm bżonn ukoll il-kunsens talOppożizzjoni għal riformi filkawżi żgħar, hemm li kawżi sa sitt xhur priġunerija, meta jkun notifikat u ma jitlax, il-kawża tista’ tkompli u x-xhieda ma jitilgħux għal xejn. Dwar is-sitwazzjoni tal-ġurijiet, il-Ministru Bonnici qal li llum hi aħjar iżda fl-appelli superjuri, appelli mill-Prim Awla quddiem tliet Imħallfin, ammetta li hemm ammonti kbar ta’ kawżi pendenti u se jkunu preżentati emendi biex ikunu indirizzati dawn il-kawżi, b’emendi wkoll Kostituzzjonali. Fisser ukoll li hemm problemi biex jiżdiedu l-ġudikanti minħabba n-nuqqas ta’ spazju fil-bini tal-Qrati. Iżda bi proġett li diġà beda, binja tal-Gvern ġiet trasformata għal uffiċċji tal-ġudikanti b’kumdità u nħoloq issa spazju ġdid filQorti li jagħti lok għal żieda ta’ ġudikanti ġodda, Imħallfin u assistenti ġudizzjarji. Qal ukoll li żgur se jsir Imħallef għal Għawdex. Hu qal li kienu emendati diġà numru kbir ta’ liġijiet fil-qasam penali u saru abbozzi ta’ liġijiet fil-qasam kriminali. Iddaħħlu drittijiet biex jintużaw f’mumenti diffiċli u debboli meta persuna jkun qed jiġi interrogat u arrestat u se jingħataw aktar drittijiet fosthom li jkun hemm avukat ta’ assistenza. Se jiddaħħlu wkoll drittijiet għall-vittmi ta’ reati kriminali. Saru wkoll żviluppi fitteknoloġija tal-informazzjoni bl-aħħar servizz li jidħol online hu dak marbut mal-mandati.
Dwar il-Qorti f’Għawdex, saret sistema fejn it-tobba f’Għawdex jixhdu mill-isptar stess b’sistema ta’ video conference u din tkun applikata wkoll fl-isptarijiet f’Malta wkoll. Twaqqaf ukoll Direttorat talĠustizzja biex jinħeles aktar xogħol minn fuq il-qrati, u pjani għal asset management buraeu fil-qrati, ċentru tal-arbitraġġ internazzjonali fil-qasam finanzjarju, u riforma fil-liġi tal-istampa. Tkellem ukoll dwar il-viżjoni tal-gvern fil-Kultura u qal li fissoċjetà hemm enerġija fis-settur tal-kultura. Il-baġit se jiżdied b’25% fil-qasam kulturali. Hemm ukoll reġistrati 3,308 intrapriża fil-kultura.
Ammonti kbar ta’ kawżi pendenti fl-appelli superjuri
Tkellmet ukoll id-Deputat Laburista Deborah Schembri li fissret li llum għandna Gvern li mhux biss jippreżenta baġit, iżda wkoll jagħti rendikont dwar xi jkun wettaq minn dak il-baġit li ppreżenta u fissret li hemm ċerta informazzjoni li ma tistax issibha f’dan id-dokument li ppreżenta għall-ewwel darba f’pubblikazzjoni. Dwar il-kawżi li mhux qed jiġu notifikati u kawżi li jiġu differiti, qalet li dan hu minnu iżda dan hu Gvern li qed jindirizza l-problema, filwaqt li fakkret li l-Gvern preċedenti kien konxju wkoll b’din is-sitwazzjoni. Dwar is-serq tal-Enemalta, qalet li l-Gvern beda jaġixxi fuq serq li kien qed isir. Dwar l-inċidenti tal-Maġistrat Carol Peralta qalet li l-każ għadda quddiem ilKummissjoni għallAmministrazzjoni tal-Ġustizzja li fissret li hi awtonoma millGvern u għandha tibqa’ awtonoma. Dwar il-każ tal-Imħallef Farrugia Sacco, Deborah Schembri qalet li hemm kawża Kostituzzjonali li għadha għaddejja u għaldaqstant m’għandhomx ikunu mittiefsa d-drittijiet tal-bniedem minħabba kwistjonijiet politiċi.
Gvern nieqes mill-viżjoni kulturali u artistika
Iċ-Ċentru ta’ Kreattività f’St James Cavalier li kien twettaq mill-amministrazzjoni preċedenti, hu eżempju tal-infrastrutta tal-viżjoni kulturali f’pajjiżna
Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech qal li lqasam tal-kultura jrid jitqies bħala xprun għat-tisħiħ talpoplu tagħna u rrimarka li lGvern qed juri li hu nieqes millviżjoni kulturali u artistika li għandu bżonn pajjiżna. Minflok investiment li jħalli wirt, hemm enfasi fuq it-tlellix tal-organizzazzjoni ta’ diversi attivitajiet mingħajr attenzjoni għall-infrastruttura meħtieġa. Il-proġett ta’ Ċentru ta’ Kreattività f’St James Cavalier li kien twettaq mill-amministrazzjoni preċedenti, qal ilKelliem tal-Oppożizzoni għallKultura u l-Komunikazzjoni, hu eżempju tal-infrastruttura talviżjoni kulturali f’pajjiżna. Francis Zammit Dimech għamel dawn l-appelli filkuntest ukoll ta’ avvenimenti importanti li għandu pajjiżna quddiemu fis-snin li ġejjin, fosthon is-summit taċ-CHOGAM is-sena d-dieħla bi spiża ta’ €4.5 miljun, il-presidenza tal-UE fl2017, u l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl2018. Appella li dawn l-avvenimenti għandhom iservu għat-tisħiħ tal-infrastruttura fis-settur kulturali. Staqsa jekk hemmx il-kunċett ta’ budgeting għat-tliet snin li ġejin u x’sar s’issa minn dan ilGvern biex jassigura l-programm kulturali ma’ dawn ittliet avveniment importanti u kbar f’pajjiżna. Din hi infrastruttura li trid tkun f’postha ferm qabel dawn l-avvenimenti. Staqsa wkoll x’qed isir ukoll
Il-Gvern għandu jispjega jekk għadux marbut mal-bid book dwar l-applikazzjoni ta’ Malta għall-Belt Kapitali Ewropea
biex nibnu l-professjonalità meħtieġa f’dan is-settur. Dwar l-inizjattiva Valletta 2018, Francis Zammit Dimech ikkritika t-tqaċċit tad-direttur artistiku prinċipali li kellu rispett anke fil-komunità kulturali internazzjonali, u t-tneħħija wkoll taċ-Chairman. Li hu żgur hu li l-Gvern irid jifhem bejn id-differenza kruċjali, bejn proġetti u programmi differenti li jkunu qed jitwettqu u għalhekk il-viżjoni trid tkun ċara u li turi Gvern b’impenn. Fisser ukoll li l-kultura mhix forma biss ta’ divertiment u tkabbir ekonomiku, għax min jagħmel hekk ikun qed jabbuża u mhux jgħin il-kultura. Dwar il-ħatriet li saru, Francis Zammit Dimech semma l-każ ta’ William Mangion, il-persuna li għax ħa sehem fil-kampanja elettorali tal-Partit Laburista ngħata l-kariga li jfittex garaxx għall-baned taż-żgħażagħ. Staqsa lill-Ministru responsabbli jgħid x’seħħ dwar dan, u jqiegħed ukoll kopja tal-kuntratt li l-Gvern għadu ma poġġiex fuq il-mejda tal-Kamra biex ukoll tingħata informazzjoni dwar ixxogħol li qed isir mal-komunità. B’riferenza għall-pubblikazzjoni ppreżentata fil-Baġit bittitlu ‘It-twettiq tal-Baġit 2014’,
Francis Zammit Dimech qal li dan hu biss lista ta’ appuntamenti ta’ laqgħat u ta’ attivitajiet bla ebda informazzjoni ta’ sustanza. Dwar il-proġetti kapitali, Francis Zammit Dimech staqsa jekk il-Gvern għadux marbut mal-bid book dwar l-applikazzjoni għall-belt kapitali Ewropea. Kien hemm mira ta’ nefqa ta’ €16-il miljun b’diversi proġetti kbar u importanti. Staqsa x’qed isir dwar dan u meta se jitlestew. Appella għall-motivazzjoni tal-ħaddiema f’dan is-settur, u appella biex ma tiddaħħalx ilpolitika partiġjana fuq qasam li hu tal-poplu kollu. Staqsa wkoll lill-Ministru jispjega dwar public service obbligation ġdid għal tv station culture. Irrifera wkoll għall-affarijiet tal-mistħija fil-websajt dwar iċCHOGM fejn tidħol it-taqsima tal-kultura, u rrimarka li hemm dettalji bażiċi żbaljati bħalma hi d-data ta’ meta nbniet il-belt kapitali ta’ Malta u użu ta’ Ingliż ħażin li flimkien joħolqu taħwida u kawlata. Qiegħed fuq il-mejda talkamra kopji tal-paġni tal-websajt tal-Gvern u appella għal politika ta’ sustanza u onestà, u mhux ta’ tlellix.
www.maltarightnow.com
PARLAMENT
L-istudju dwar il-mina m’għandux isir mill-istess kumpanija blacklisted li trid tibni l-bridge – Chris Said L-istudju dwar il-mina bejn Għawdex u Malta m’għandux isir mill-istess kumpanija black listed li qed tagħmel l-istudji u li trid tibni l-bridge hi bejn il-gżejjer. Dan hu kunflitt ta’ interess għaliex il-kumpanija jaqblilha finanzjarjament li tibni bridge – liema possibbiltà il-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx magħha kemm mil-lat ambjentali kif ukoll minn dak ekonomiku. Dan iddikjarah fil-Parlament is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said meta tkellem dwar ilMinisteru għal Għawdex fiddiskusssjoni li għaddejja dwar ilBaġit. Chris Said kellem ukoll dwar il-fast ferry service li kienet ukoll wegħda elettorali tal-Gvern li kellha ssir żgur f’qasir żmien. Illum, din l-inizjattiva u lwegħda ġiet mormija mill-Gvern, u dan jirriżulta minn numru ta’ mistoqsijiet parlamentari li fihom il-Ministru Refalo ma ċaħadx meta kien mistoqsi jgħid jekk f’laqgħat li saru kienx hemm diskors li ma jissemmiex aktar ilfast ferry service . Cris Said qal li l-Ministru seta’ ċaħad, jew jgħid li qed jikkonsulta, jistudja jew jesplora kif wieġeb għal mistoqsijiet parlamentari oħra dwar proġetti oħrajn dwar il-konnettività. Fakkar li lPartit Laburista wiegħed li dan is-
11
s-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
Id-Deputat Għawdxi Franco Mercieca qal li ma kienx għal qalbu bil-kariga li kien ingħata fil-Kabinett, bil-konklużjoni li l-Prim Ministru jaf x’irid Franco Mercieca
servizz kellu jsir mill-aktar fiss. Filwaqt li qal li dwar il-konnettività il-Gvern wiegħed kollox, wara sentejn għadu ma sar xejn ħlief studji li qatt ma raw dawl. Kien Gvern Nazzjonalista li wettaq investiment kbir fil-Port tal-Imġarr u fil-vapuri tal-Gozo Channel biex żamm il-konnettività ħajja. Fakkar ukoll fil-wegħda tal-air link, fil-permanent link, fisservizz ta’ fast ferry u issa wkoll fil-casino l-ġdid, l-cruise liner terminal. Chris Said qal li l-Gvern qed jaħrab ukoll li jwieġeb dwar ilcruise liner terminal u l-yacht marina, kif qed jaħrab ukoll li jwieġeb fid-dettall dwar ilproġetti l-oħrajn imsemmija. Dwar l-airstrip rurali, Chris Said qal li dan hu kunċett tajjeb, u talab lill-Ministru x’rapporti saru fid-dawl ukoll ta’ nuqqas ta’ informazzjoni, u jpoġġi dawn irrapporti fil-Parlament. Irrifera wkoll għad-diskors talBaġit dwar il-fees tal-Gvern li se jogħlew, u staqsa jekk dawn hux
se jirduppjaw kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta minħabba li mill-voti tal-baġit għal Għawdex jirriżulta li mill-ħlasijiet li jsiru lill-Qorti f’Għawdex id-dħul se jiżdied minn €350,000 għal €550,000 s-sena d-dieħla. Chris Said qal li filwaqt li ssena li għaddiet fid-diskussjoni dwar il-baġit għal Għawdex lOppożizzjoni kkritikat lillMinisteru għal Għawdex li kien bla saħħa meta ttiħdulhu ddeċiżjonijet minn taħtu dwar issaħħa u l-edukazzjoni, issa għandna Ministeru mifni bi problemi intern. Irrimarka li llum spiċċa sSegretarju Permamenti f’Għawdex u l-Konsulent filMinisteru għal Għawdex, u numru ta’ membri fis-Segretarjat tal-Ministru spiċċaw taħt ċirkustanzi suspettużi. Saħaq li xi ħadd irid jispjega dwar dan. Irrifera wkoll għal rapport ippubblikata fil-gazzetta Illum fejn jirriżulta li l-akbar problema hi li sieħeb il-Ministru Refalo stess irid jeħodlu s-siġġu.
Din il-konklużjoni, qal Chris Said, toħroġ minn dak li jirriżulta mill-gazzetta Illum fejn idDeputat Laburista Franco Mercieca qal li ma kienx għal qalbu bil-kariga li kien ingħata mill-Prim Minsitru bil-konklużjoni li l-Prim Ministru jaf x’irid Franco Mercieca, u x’ministeru jrid. Is-Segretaru Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista qal li din hi sitwazzjoni ta’ problema li turi li lMinistru għal Għawdex ma jistax jaħdem b’serenità b’risq lGħawdxin. Chris Said qal li l-Għawdxin jinteressahom ix-xogħol. Fakkar li filwaqt li l-Gvern tela’ bl-għajta li joħloq xogħol ta’ kwalità għall-Għawdxin f’Għawdex stess, nafu li sal-lum għad hemm kuntratti ta’ xogħol b’kundizzjonijiet prekarji. Fakkar ukoll fil-gymmick talkampanja elettorali meta qasam il-vapur mal-vapur tas-6am lejn Għawdex. Filwaqt li staqsa jekk reġax qasam f’dan il-ħin lejn Għawdex, irrimarka li l-vapur kmieni filgħodu jkun mimli hekk kif żdiedu l-Għawdxin, studenti u ħaddiema sejrin għax-xogħol. Filwaqt li qal li l-proġett ta’ investiment li se joħloq 100 impjieg sal-2020 hu tajjeb, irrimarka li laqwa investiment hu tal-Għawdxin għax dan jibqa’ tul is-snin.
Dwar il-proposta biex isir xogħol ta’ back office f’Għawdex, qal li l-Ministru Refalo qed jiġi injorat minn Ministri oħrajn fl-implimentazzjoni ta’ din il-miżura. Semma l-iskema Ħaddar u Sebbaħ li kellha tagħti taħriġ lil 60 persuna, u rrimarka li dwar din l-iskema hemm numru ta’ mistoqsijiet parlamentari li lMinistru Refalo qatt ma wieġeb, iżda li twieġbu lill-Ministru Bartolo li kkontradixxih u wieġeb. Mill-informazzjoni li ta lMinistru Bartolo, jirriżulta li tħarrġu 166 ruħ u kellhom jispiċċaw fl-20 ta’ Settembru. Spjega li l-Ministru Refalo ma riedx jagħti l-informazzjoni għaliex kien wegħedhom post fiss mal-Gvern. Iżda kienu disgħa biss li sabu xogħol permanenti minn skema ta’ 60 ruħ li minflok saret għal 166 iżda għal perjodu anqa, us bi ħlasijiet ta’ xogħol prekarju. Semma wkoll kif dawn il-ħaddiema tħallsu mill-vot għall-EkoGħawdex, mill-vot tal-Fiera Internazzjonali ta’ Malta u minn dak tan-Notte Gozitana li ma sarux, kif ma sar xejn lanqas għall-festi tal-50 anniversarju tal-Indipendenza meta anqas bandiera waħda fit-toroq ewlenin tar-Rabat ma ttellgħet.
Qed naħdem mal-Ministru għal Għawdex għall-partit Il-Ministru Anton Refalo u dDeputat Laburista Joe Debono Grech li qed jaħdmu flimkien filMinisteru għal Għawdex, ikkritikaw bl-aħrax lill-amministrazzjoni preċedenti, fosthom b’aġġettivi goffi u mhux xierqa minn Joe Debono Grech Id-Deputat Laburista u eks Ministru Laburista Joe Debono Grech qal li qed jgħin u jaħdem mal-Ministru għal Għawdex għall-partit u għax hu Laburist. Joe Debono Grech kien lewwel kelliem li tkellem minnaħa tal-Gvern dwar il-Ministeru għal Għawdex, u warajh tkellmu t-tliet Deputati Għawdxin. Joe Debono Grech qal li lOppożizzjoni ppruvat tbeżża’ għar-responsabbiltà li ngħata f’Għawdex mill-Gvern. Qal li lGvern Laburista sab inkwiet u tkissir f’Għawdex. Iddikjara wkoll li m’hemmx għaġla biex il-Ministru llum jgħid meta se ssir il-cruise terminal u l-yacht marina f’Għawdex
Tkellem ukoll il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo li qal li l-kritika li għamlet lOppożizzjoni dwar il-Baġit hi negattiva u qal li l-amministrazzjoni preċedenti ma kellhiex pjani serji u konkreti li jagħmlu ġid lil Għawdex. Qal li dan hu baġit b’aspett soċjali li jindirizza l-problemi taż-żgħażagħ u ta’ dawk in-nies li f’Għawdex huma vulnerabbli, fosthom il-persuni b’diżabbiltà li issa se jkunu jistgħu jagħmlu xogħol ta’ back office. Hu qal li l-Gvern Laburista jrid ikun differenti u qal li lOppożizzjoni tkisser, tfarrak u ma toffrix soluzzjonijiet. Qal li fl-elezzjoni li ġejja lPartit Laburista se jkompli jissaħħaħ fl-elezzjoni meta jibda jara l-proġetti ta’ dan il-Gvern u qal li fi 18-il xahar se tinvesti lRS2 u li se jagħti identità għallekonomija ta’ Għawdex u b’fondi tal-UE wkoll se jitwaqqaf sit minn fejn jaħdmu l-SME’s.
– Joe Debono Grech
Anton Refalo
Dwar il-cruise liner terminal u yacht marina qal li hemm proposta waħda għal dan il-proġett li dwar dan għadha għaddejja levalwazzjoni tal-konsorzju li wera interess. Il-Ministru Refalo qal li mhux veru li twarrbu proġetti oħrajn li l-Gvern qed jagħti importanza dwar il-konnettività tal-gżira Għawdxija. Dwar ‘Ħaddar u Sebbaħ’ qal li din l-iskema kienet ippjanata wkoll mill-amministrazzjoni
Joe Debono Grech
preċedenti u dan il-Gvern kompliha għax kienet tajba. Mis-sena d-dieħla se jiġi mgħallem f’Għawdex is-suġġett tal-hospitality biex ikompli jikber is-settur turistitiku, bilMinistru Refalo jgħid li faqa’ kull rekord fil-qasam tat-turiżmu. Dwar il-Gozo Channel, ilMinistru Refalo qal li l-Gozo Channel ma kinitx taf x’direzzjoni kienet miexja fiha u flaħħar sena tal-Gvern preċedenti
tilfet €1.6 miljun u issa t-telf iddawwar fi qligħ għal €363,000. Dwar il-heliport qal li l-Gvern preċedenti qatt ma tah sussidju u qal li dan il-Gvern se jagħmel airstrip rurali u Għawdex jingħaqad ma’ Malta u ma’ Sqallija. Qal li żewġ studji huma lesti u qed isir l-aħħar rapport dwar l-impatt ambjentali. Tkellem ukoll dwar il-bini lġdid tal-Qorti li qal dan se jsir fuq pjanti li kienu lesti millamministrazzjoni preċedenti u wkoll fl-istess post fejn kien ippjanat. Dwar dan qal li sal-aħħar ta’ Jannar jinħarġu l-permessi mill-MEPA. Għall-kritika li saret li ma saritx in-Notte Gozitana, il-Ministru Refalo qal li dik kienet inizjattiva tajba għal sena waħda biss. Semma li l-Betlehem f’Għajnsielem se jerġa’ jsir. Dwar il-proġett tal-pixxina ppjanat ukoll mill-amministrazzjoni preċedenti, qal li din il-proposta qed tiġi studjata.
www.maltarightnow.com
12
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
OPINJONI
Il-passat li sawwar il-preżent
Minn xi sentejn qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kien hemm edituri li kienu argumentaw li l-Partit Laburista kien tassew inbidel u għalhekk dawk li kienu jiktbu dwar l-imġieba ta’ gvernijiet Laburisti fis-snin 70 u 80 kienu qed jgħażqu fl-ilma. Huwa veru li kien hemm sezzjoni mdaqqsa tal-elettorat li għaliha l-istejjer ta’ qtil u għejbien ta’ persuni, il-korruzzjoni istituzzjonalizzata, pulizija li kienet spalla ma’ spalla malkriminali, it-theddida serja għad-demokrażija u episodji oħra....għal ħafna Maltin u Għawdxin dawn kienu affarijiet li ma jitwemmnux, għax gvernijiet Nazzjonalisti kienu biddlu l-Malta f’pajjiż ferm aħjar, b’demokrazija b’saħħitha u fejn il-liġi kienet tiġi applikata. Il-punt li kittieba bħali riedu jwasslu lill-elettorat kien li mhux veru li l-Partit Laburista kien inbidel. Dawk li emmnu li kien hemm xi sustanza fil-bdil kożmetiku li kien daħħal Joseph Muscat fil-PL ħarsu biss lejn ilpakkett minn barra. Muscat kien mar quddiem l-elettorat b’partit magħqud għax żamm fil-partit, anzi b’mod pożitiv, involva fil-partit lil dawk li kienu responsabbli direttament jew indirettament għall-ħniżrijiet li kienu twettqu fis-snin 70 u 80. Dawn il-persuni llum qegħdin f’pożizzjoni ta’ setgħa f’kull fergħa tal-partit, qegħdin jitħallsu minn flus il-poplu Malti għas-suppost xogħol li qegħdin jagħmlu u fuq kollox għandhom influwenza kbira fuq il-Ministri, biex ma nsemmiex li x’uħud minnhom huma filfatt Ministri. Dan huwa xenarju realistiku li jispjega għala s-sitwazzjoni llum qed turi li l-pajjiz qed jerġa jmur lura lejn aspetti koroh tas-snin 70 u 80. Nibda bl-attentat ta’ Joseph Muscat li jwaqqaf il-proċess demokratiku
Salvu Felice Pace sfelicep@go.net.mt
bil-kanċellament tal-elezzjonijiet lokali tas-sena d-dieħla. Hekk ried, iżda bil-poter kollu li għandu, Muscat xorta waħda kellu jbaxxu rasu għar-rieda talpoplu kif espressa milloppożizzjoni Nazzjonalista kemm fil-Parlament kif ukoll barra. Fis-snin 70 u 80 kienet spikkat l-arroganza tal-poter. X’qed naraw illum? Ministri li jindaħlu fi proċessi li suppost qegħdin hemm ħielsa għal kollox mill-indħil politiku. Ministri li qatt ma jwieġbu għal għemilhom u jkomplu jaħbu rapport dwar materji serji minkejja li tlestew xhur ilu. Ministri li prattikament jagħmlu li jridu, jimpjegaw lil min iridu u kemm nies iridu fiddipartimenti tagħhom, addio lispiża u addio wkoll kull riċerka dwar il-passat tagħhom. Basta jinqdew tal-qalba. Smajniha minn fomm ilMinistru Manuel Mallia li qabel ma kien ingħata x-xogħol ta’ xuffier u sigurta’, il-pulizija li allegatament spara lejn karozza f’inċident li jiġri ta’ kuljum minn jaf kemm-il darba, ma kienx għadda minn xi investigazzjoni qabel ma kien ingħata l-inkarigu tiegħu. Din hija sitwazzjoni inkwetanti. Kemm daħlu pulizija filkorp mill-elezzjoni ‘l hawn mingħajr ebda eżami tal-passat tagħhom? Hemm abbużi oħra-
Meta Joseph Muscat kien injora l-mod kif il-Ministri tiegħu fid-dikjarazzjonijiet tal-assi tagħhom kienu qarqu bil-Parlament u bil-poplu, kien ta’ messaġġ li għalih il-medjokrità, id-diżonestà, il-ħabi, il-gideb, larroganza - dawn jgħaddu daqs li kieku kollox kien miexi sew
jn. Għala l-karozzi tal-Ministri qegħdin sfaċċatament jiġu wżati għall-bżonnijiet talfamilji ta’ xi Ministri? Għala lliġijiet tal-MEPA m’humiex listess għal kulħadd? It-tweġiba hi dik li ta Simon Busuttil fir-risposta tiegħu għal baġit. Joseph Muscat daħħal ilprattika ta’ xejn m’hu xejn u li għalih kollox jgħaddi u dawk li fil-passat kienu għamlu li riedu u oħrajn li llum iħossuhom politikament potenti, waqgħu għas-sintomu li ħadd ma jista’ jmisshom.
Meta Joseph Muscat kien injora l-mod kif il-Ministri tiegħu fid-dikjarazzjonijiet talassi tagħhom kienu qarqu bilParlament u bil-poplu, kien ta’ messaġġ li għalih il-medjokrità, id-diżonestà, il-ħabi, ilgideb, l-arroganza - dawn jgħaddu daqs li kieku kollox kien miexi sew. Il-wegħda li kien għamel li r-reviżjoni talKodiċi tal-Etika kienet ser tkun lesta f’sit xhur sfumat ma’ wegħdiet oħrajn. Dan qed isir bi skop. Irid iderri lill-poplu jaċċetta livelli
ta’politika msejjsa fuq il-qadi sfrenat, fuq livelli tal-passat li kienu ddominaw amministrazzjonijiet Laburisti. Il-passat talPL qed isawwar il-preżent. Mhux għalhekk persuni bħal Cyrus Engerer sabu l-protezzjoni ta’ Joseph Muscat wara li l-qorti kienet sabitu ħati ta’ att kriminali. Dan kien ġara fil-passat meta b’xi eċċezzjoni kien jittalla’ xi ħadd il-qorti. Imbagħad Joseph Muscat kellu l-wiċċ tost jiddikjara filParlament li hu ma jipproteġi lil ħadd.
www.maltarightnow.com
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
Politika Onesta, meħtieġa llum aktar minn qatt qabel
Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li beda jiltaqa’ lbieraħ ma setax ikollu tema aħjar u aktar adattata għażżmien u ċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom bħalissa. “Politika Onesta” – diskussjoni li qed tiffoka fuq il-ġrajjiet politiċi li għaddej minnhom pajjiżna f’dawn il-ġimgħat, konsegwenza ta’ Gvern mibni fuq gidba li għalkemm għadhom lanqas biss għaddew sentejn minn meta ħa l-poter f’idejh, diġà ddistingwa ruħu proprju għan-nuqqas ta’ politika onesta. Dokument li jħares lejn il-futur Imma minbarra li qed jitkellmu fuq l-iskandli li hu mifni bihom il-gvern laburista, minħabba s-sensiela ta’ gideb li qed jinqabdu fihom id-diversi Ministri tal-Kabinett ta’ Joseph Muscat, il-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista, f’dawn iljumejn qed iħarsu wkoll ‘il quddiem, u qed jiddiskutu anke d-dokument politiku li għandu quddiemu dan il-Kunsill Ġenerali, intiż li jibni qafas politiku biex id-diversi strutturi tal-PN, b’mod speċjali l-Policy Fora, fix-xhur u s-snin li ġejjin ikunu jistgħu joħorġu bi proposti konkreti msejsa, appuntu, fuq politika onesta.
Parteċipazzjoni u interess qawwi mill-kunsillieri Kif rajna fl-ewwel sessjoni tal-Kunsill, li jkompli u jintemm għada filgħodu, kienu diversi l-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista li qamu jitkellmu biex jaqsmu l-ideat tagħhom. U din il-parteċipazzjoni b’saħħitha tkompli ma’ dak li rajna fil-Konvenzjoni Ġenerali li organizza l-Partit Nazzjonalista aktar kmieni din is-sena, li matulha sema’ wkoll kif jaħsbuha dawk li ma jimmilitawx fi ħdanu.
Għaliex politika onesta? Xi tfisser politika onesta? Tfisser stil ta’ tmexxija li ma tkunx ibbażata fuq l-abbuż tal-poter, politika li ma tippremjax lil dawk ta’ madwarek, il-bażużli. Politika li ma tagħtix ir-riħ lil kulħadd biex jagħmel li jrid. Tmexxija li turi li lpolitika qegħda hemm għas-servizz tan-nies, u mhux għal tal-qalba biex jaħtfu kemm jifilħu. Iggvernar iggwidat millprinċipju tal-verità u l-onestà, u mhux mill-gideb. Fi kliem ieħor, politika ffurmata proprju minn dak kollu li huwa bilkontra ta’ dak li rajna fl-aħħar 21 xahar ta’ gvern laburista.
Stennija għad-diskors ta’ Simon Busuttil għada Wara d-diskors, imfaħħar minn ħafna, li għamel il-Kap talOppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil filParlament, bi tweġiba għall-Baġit 2015, issa hemm stennija għall-indirizz tiegħu li bih jiġi fi tmiemu dan il-Kunsill Ġenerali għada. Matulu, Simon Busuttil mistenni jkompli juri kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat hu gvern mibni fuq gidba, kuntrarju għall-politika li qed iħaddem il-Partit Nazzjonalista, anke mill-oppożizzjoni, politika mibnija fuq il-verità u l-onestà politika. Politika li qed tagħti nifs ġdid lil pajjiżna fi żmien li fih qed tispikka nuqqas ta’ viżjoni fittmexxija.
13
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
Diskors maġistrali
Id-diskors li għamel Dr Simon Busuttil dwar il-Baġit 2015 nhar it-Tnejn fil-Parlament kien wieħed maġistrali. Jidher ċar li Simon Busuttil, aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed ikabbar il-kunfidenza tiegħu bħala Kap tal-PN, b’diskorsi u inizjattivi dejjem aktar importanti. L-avversarji ma kellhomx xi jgħidu u sejħulu “diskors negattiv”, għax ma daqqilhomx għal widnejhom. Simon għamel kritika bis-sens għall-baġit u ġabar f’daqqa l-iskandli l-kbar kollha tal-Ministri Soċjalisti u kixef ilqerq ta’ dan il-gvern. Prosit Dr Simon Busuttil. Ilpolitika tal-verità u tal-onestà għad tirrendi riżultati tajbin ħafna. Keep it up. G. L. Camilleri Il-Furjana
Ir-Replika tal-Prim Ministru għall-baġit
Mid-diskors li għamel nhar it-Tlieta l-Prim Ministru Joseph
25 sena ilu f’In-Nazzjon
Muscat iżjed nikkonferma li għandna Gvern li miegħu qed igawdu tal-qalba biss, u li kulma qal qabel l-elezzjoni kien gidba. Nibda billi nsemmi l-powerstation. Qabel l-elezzjoni kien qal li jekk ma tkunx lesta fi żmien sentejn se jirriżenja, imma issa nhar it-Tlieta biddel il-verżjoni u qal li kien qal li jekk ma japplikawx biżżejjed konsorzja jirriżenja. Taf li kont qed tigdeb Sur Joseph Muscat, jew tant drajt tħarref li lanqas biss indunajt! Qal li d-diskors ta’ Dr Simon Busuttil, li tkellem it-Tnejn, kien miktub minn xi ħadd, naħseb iżjed id-diskors tiegħek Sur Joseph Muscat kien miktub minn xi ħadd, għax dak li qal Dr Busuttil qalu bil-fatti u l-istatistika, u mhux bil-paroli biss. Għaliex Sur Joseph Muscat, dak li għedt ma wrejtux iswed fuq labjad? Ħaġa oħra li nnutajt it-Tlieta kienet li wara d-diskors ma saritx konferenza tal-aħbarijiet. Dan għaliex, Sur Joseph Muscat? Forsi dak li kellek miktub ma kienx miktub minnek, allura ma kontx taf x’inti tgħid? Jew forsi kien gidba? Dr Simon Busuttil iffaċċjahom darbtejn lill-ġurnalisti, itTnejn u anke t-Tlieta, meta suppost it-Tlieta iffaċċjajthom int.
Allura l-mistoqsija tiġi waħidha, int għaliex ma ffaċċjajthomx? Forsi tibża li jġibuk darek malħajt u tinqabad li qed tigdeb! Fid-diskors tiegħek, int għedt ukoll li Dr Simon Busuttil ilġurnata ta’ qabel għamel diskors partiġġjan. Ma tistħix tgħid hekk? Intom, l-istazzjon nazzjonali għamiltuh stazzjon partiġġjan bil-promos li għamiltu fuq il-baġit, il-Partit Nazzjonalista qatt ma għamel dawn il-kummiedji. Haġa oħra li messek tistħi titkellem fuqha huma l-flus li kienu ħadu l-Ministri Nazzjonalisti, u għedtilhom biex jirritornawhom lura. Ħaġa taliskantament, ma kontx taf li dawn ġew ritornati. Fl-aħħar u mhux l-inqas, ma nistax ma nsemmix il-każ tassettur tal-casinos fejn min tefa’ l-inqas offerta ġie preferut fuq dak li offra €3 miljun aktar. Għal li jista’ jkun Sur Joseph Muscat, dan mhux xi wieħed minn tar-raba’ sular fi żmien lelezzjoni hux? Nispera li jkun hawn xi ħadd kapaċi jirrispondini għal dawn il-mistoqsijiet, u nispera li min jirrispondini jagħtini risposti bil-fatti, u mhux bit-tgħawwiġ tal-kliem. Brandon Sciberras Is-Siġġiewi
Il-ġurnal ‘in-Nazzjon tagħna’ irrapporta fil-faċċata tiegħu li kollox jinsab lest għasSummit storiku bejn Bush u Gorbachev li kien se jsir fi ftit tal-jiem oħra f’Malta. Dan hekk kif wara l-bastiment Amerikan USS Belknap, daħal ukoll fil-port ta’ Marsaxlokk il-Cruiser Sovjetiku Slava. Ittaħditiet kienu se jsiru fuq dawn iż-zewġ bastimenti tas-superpotenzi. Kien rappurtat ukoll fil-faċċata li ‘inNazzjon tagħna’ kien l-ewwel ġurnal fiddinja li ħabbar li l-President Bush u lPresident Gorbachev kienu se jiltaqgħu fuq dawn iż-żewġ vapuri tal-gwerra f’Malta. Fil-bajja ta’ Marsaxlokk inġabru ħafna Maltin, turisti u ġurnalisti fuq ix-xatt biex isegwu l-operazzjoni tal-irmiġġ taż-żewġ vapuri.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
14
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Rejds kbar kontra min qed jirrekluta lill-estremisti L-AWSTRIJA
Il-Pulizija Awstrijaka wettqet rejds f’djar u moskej madwar ilpajjiż ilbieraħ, f’ħidma kbira li fil-mira kien hemm persuni li qed jirreklutaw lill-estremisti Iżlamiċi. Madwar 20 mandat għallarrest ukoll ħarġu kontra dawn ilpersuni, iżda mhux ċar jekk kienx hemm xi ħadd li ġie arrestat. Xi 500 pulizija ntbagħtu f’dawn ir-rejds, li seħħew fi Vjenna, Graz u Linz. Dawn segwew investigazzjoni li damet sentejn dwar diversi persuni suspettati li rreklutaw żgħażagħ biex jiġġieldu fis-Sirja. Reliġjuż millBosnija kien is-suspettat prinċipali. Minbarra li ġew mixlija li rreklutaw il-ġellieda, is-suspettati kienu investigati talli għenu biex jiffinanzjaw lill-ISIS. Sorsi uffiċjali, la kkonfermaw u lanqas ċaħdu, li r-rejd kien qed isir. Madwar 150 persuna s’issa telqu mill-Awstrija biex jingħaqdu mal-ġiħaddisti fis-Sirja jew flIraq, jew inkella twaqqfu waqt li ppruvaw jagħmlu dan. Skont il-Ministeru għallIntern, każ partikulari li kiseb pubbliċita’ fl-Awstrija kien dak ta’ żewġ tfajliet li marru s-Sirja
f’April, u qalu lill-ġenituri tagħhom li riedu jiġġieldu għallIżlam. Vjenna hi kunsidrata, minn esperti kontra t-terroriżmu bħal John R. Schindler, li hi ċentru tal-ġiħad dinji. F’Awwissu, disa’ Ċeċeni li kienu qed jippjanaw li jqajmu gwerra qaddisa mal-ISIS fis-Sirja kienu arrestati millpulizija Awstrijaka, u qed jistennew biex jgħaddu ġuri. Jidher li ġew identifikati tliet movimenti ġiħaddisti li qed jaħdmu mill-Awstrija. Wieħed minn dawn il-movimenti għandu rabtiet kbar mal-Bożnija, u allegatament hu finanzjat minn uffiċjali Iranjani. L-attakki setgħu ġew marbuta ma’ rejds tal-pulizija madwar ilBożnija-Herzegovina li saru fit13 ta’ Novembru bħala parti minn Operation Damascus, fejn awtoritajiet mill-Bożnija arrestaw 11-il radikali Iżlamiċi suspettati li appoġġjaw il-ġiħad u t-terroriżmu fis-Sirja u fl-Iraq. L-arresti fil-Bożnija saru għax il-grupp Iżlamiku appoġġjat misSalafisti kien allegatament attiv fir-reklutar tal-ġiħaddisti biex jiġġieldu fis-Sirja u fl-Iraq, kienu qed jiġbru l-armi u l-isplussivi u kienu qed jiffinazjaw aktar ħidmiet terroristiċi.
Bastimenti Russi jgħaddu mill-Kanal Ingliż IR-RENJU UNIT
Bastimenti tar-Royal Navy kienu seba’ għajnejn għal grupp ta’ bastimenti militari Russi li għaddew mill-Kanal Ingliż. Wara li għaddew mill-Kanal, il-bastimenti ankraw barra lBajja ta’ Seine fi Franza. IlMinisteru għad-Difiża tar-Russja ġie kkwotat minn media Russi li qal li l-bastiment Russi daħlu filKanal biex jistkennu minn maltempata wara ġimgħa ta’ manuvri fil-Baħar tat-Tramuntana. Imma rapporti oħra qalu li dawn kienu qed jagħmlu xi taħriġ militari. Il-Ministeru qal fi stqarrija pubblikata minn aġenziji talaħbarijiet Russi li destroyer, landing craft, lanċa tas-salvataġġ u bastiment għal ġarr tat-tankijiet, kellhom jankraw f’ibħra internazzjonali tal-Bajja ta’ Seine, ‘il barra mill-kosta ta’ Franza. Listqarrija qalet li l-bastimenti
kienu qed jagħmlu eżerċizzji navali fil-Baħar tat-Tramuntana sa mill-20 ta’ Novembru. Il-preżenza rappurtata tal-bastimenti f’ibħra Ingliżi ġiet fost tensjonijiet jaħarqu bejn ir-Renju Unit u r-Russja dwar l-aġġoġġ tal-President Vladimir Putin għar-ribelli separatisti flUkrajna. L-Unjoni Ewropea imponiet numru ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja, fosthom l-iffriżar tal-assi u waqfien minn vjaġġar fuq individwi. Fis-summit tal-G20 kmieni dan ix-xahar, il-Prim Ministru David Cameron avża lil Putin li r-relazzjonijiet tal-pajjiżi talPunent mar-Russja laħqu sitwazzjoni ta’ salib it-toroq. Il-prim ministru kien wieħed minn diversi mexxejja dinjija li appella lil Putin dwar l-Ukrajna u avżah dwar il-probabbilta’ li jingħataw aktar sanzjonijiet ekonomiċi.
Il-Papa Franġisku jmur jpoġġi kuruna fil-mawsolew ta’ Mustafa Kemal Ataturk, il-fundatur tat-Turkija moderna, f’Ankara waqt iż-żjara uffiċjali li qed jagħmel fit-Turkija. (Ritratt: EPA)
L-akbar sfida għall-Papa mindu beda jmexxi l-Knisja Kattolika IT-TURKIJA
Il-Papa Franġisku lbieraħ beda jwettaq waħda mill-aktar missjonijiet delikati mindu ilu jmexxi l-Knisja Kattolika. Dan waqt żjara li beda fit-Turkija fejn il-Papa se jkun qed jitratta mal-problemi tal-persekuzzjoni Nisranija fid-dinja Musulmana kif ukoll se jkun qed jitratta relazzjonijiet mal-Iżlam fi żmien fejn l-estremiżmu qed jinfirex. Hekk kif dan mhux biżżejjed, il-Papa Franġisku se jkun qed jiddiskuti x-xiżma li ilha għaddejja f’dawn l-aħħar elf sena bejn il-Kattoliċiżmu u l-Knisja Ortodossa li ċċentrat fuq il-belt li issa hi Istanbul.
Ir-raba’ kap tal-Knisja Kattolika li qed iżur it-Turkija, il-Papa Franġisku qed jemfasizza l-impenn għal djalogu bejn ilMusulmani u Insara oħrajn fi żmien ta’ vjolenza li qed tiżdied kontra minoranzi Kristjani firreġjun. F’Ankara, il-Papa Arġentin ta’ 77 sena se jżur id-direttorat Tork għal affarijiet reliġjużi, jew idDiyanet, kif ukoll jiltaqa’ ma’ Mehmet Görmez, l-aktar persuna reliġjuża fil-pajjiż. Görmez saħaq mal-Papa dwar il-biża’ mill-Iżlam. “Affarijiet orribbli qed isiru kullimkien fid-dinja Musulmana,”sostna Görmez
mal-ġurnalisti. “Dawn l-inċidenti affettwaw b’mod negattiv lill-Musulmani mhux biss fir-reġjun, imma wkoll fl-Ewropa. Filwaqt li qed jiġru dawn l-avvenimenti koroh, hemm dawk li jargumentaw li ssors ta’ dawn il-problemi hu lIżlam, li jwassal għal inġustizzji li qed jitwettqu kontra l-Iżlam. Il-Papa Franġisku daħal għal kontroversja oħra meta ltaqa’ mal-President Tork, Recep Tayyip Erdogan, fil-palazz ilġdid tiegħu. Il-Mexxej talKnisja Kattolika kien l-ewwel dinjitarju barrani li ntlaqa’ filpalazz li għandu madwar elf kamra.
www.maltarightnow.com
15
is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Lejn kontrolli ġodda fil-benefiċċji soċjali għall-immigranti IR-RENJU UNIT
Il-Prim Ministru David Cameron tkellem b’passjoni kbira u appella lil mexxejja Ewropej biex jappoġġjaw il-proposti “raġonevoli” tiegħu ta’ kontrolli kbar fuq il-benefiċċji tas-sigurta’ soċjali għall-immigranti. Il-Prim Ministru tar-Renju Unit qal li migrazzjoni baxxa flUnjoni Ewropea trid tkun il-prijorita’ fin-negozjati għall-futur dwar is-sħubija tar-Renju Unit flUE u qal li “mhu se jeskludi xejn” jekk ma jiksibx il-bidliet meħtieġa. Taħt il-pjani tiegħu, l-immigranti se jkollhom jistennew erba’ snin għal ċertu benefiċċji. Iżda l-mexxej Laburista Ed Miliband qal li l-Prim Ministru “ma kellu ebda kredibbilta’” dwar l-immigrazzjoni. F’diskors tant mistenni ġewwa fabbrika fil-West Midlands, David Cameron qal li hu jinsab fiduċjuż li jista’ jbiddel il-bażi tal-immigrazzjoni tal-UE firRenju Unit u għalhekk kampanja biex ir-Renju Unit jibqa’ fl-UE, f’referendum għall-futur, hu ppjanat għall-2017. Iżda hu avża li jekk it-talbiet tar-Renju Unit jaqgħu fuq “widnejn torox”, mhu “se jeskludi xejn”. Il-proposti prinċipali fiddiskors – li jiddependu fuq li David Cameron jibqa’ fil-poter wara l-elezzjonijiet ta’ Mejju – huma, fost oħrajn, il-waqfien talimmigranti milli jiksbu benefiċċji tal-ulied u tax credits għal tfal li jgħixu ‘l barra mir-Renju Unit.
Iżda l-Prim Ministru Cameron qal li livelli tal-immigrazzjoni f’dawn l-aħħar snin, li hu qal huma l-akbar fi żmien ta’ paċi, poġġew pressjoni mhux sostenibbli fuq is-servizzi pubbliċi. Hu qal li t-tħassib pubbliku tarRenju Unit dwar livelli tal-immigrazzjoni tal-UE f’dawn l-aħħar għaxar snin huma raġonevoli u lbidliet se jkunu qed joħolqu “laktar sistema ta’ welfare diffiċli” għall-immigrazzjoni fl-Ewropa. “Jixirqilna li n-nies jisimgħuna u aħna rridu lil min jismagħna,” qal Cameron. “Hawn għandna kwistjoni li tolqot lill-poplu Ingliż u lill-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea. “Il-poplu Ingliż mhux se jifhem – frankament jien mhux se nifhem – jekk mod sensibbli ma jinstabx, li jgħin biex ipoġġi lpost ta’ dan il-pajjiż fl-Unjoni Ewropea darba għal dejjem.” Il-Prim Ministru David Cameron qal li hu ried li lpakkett ikun addottat madwar lUnjoni Ewropea, u jkun apprezzat li jeħtieġlu l-bidliet neċessarji għal trattati eżistenti. Iżda dan ma jkunx il-każ, allura Cameron kien se jfittex arranġament ġdid li japplika biss għar-Renju Unit. Analisti politiċi Ingliżi qalu li l-kontrolli tal-welfare mill-Prim Ministru Cameron kienu “verżjoni aktar b’saħħitha ta’ idea diġa’ ippreżentata milLabour u mil-Liberal Demokratiċi iżda l-limitu propost ta’ erba’ snin dwar il-benefiċċji jkun diffiċli ferm biex ikun negozjat fi Brussell.
Proposti ġodda fit-tisħiħ tal-Pulizija
Il-ĠERMANJA: Ħabta bejn żewġ trams f’Karlsruhe li ħalliet tmien persuni midruba. (Ritratt: EPA)
IL-MESSIKU
Il-President tal-Messiku Enrique Pena Nieto ħabbar proposti ġodda biex l-istruttura disorganizzata tal-pulizija tkun simplifikata. Il-lista ta’ pjani tiegħu hi estensiva u tinkludi: riforma kostituzzjonali biex tgħaddi liġi malajr kontra l-kriminalita’ organizzata; inizjattiva sabiex numru ta’ poteri mill-awtoritajiet ikunu ċċarati u definiti mill-ġdid fi ħdan sistema penali; u s-suġġeriment ta’ riforma kostituzzjonali sabiex ikun stabbilit korp talpulizija tal-istat aktar magħqud. “Għal ħafna snin, bħala pajjiż, ilna niddiskutu l-ħtieġa għal forzi tal-pulizija tal-istat magħqudin. Iżda s’issa ma konniex kapaċi li
nsarrfru din ir-resoluzzjoni f’azzjoni,” qal Nieto. Is-sistema preżenti hi waħda kaotika: mijiet ta’ muniċipalitajiet, 31 stat u l-kapitali Messikana għandhom ilkoll il-forza talpulizija tagħhom. Id-diskors ta’ Pena Nieto ġie fost tħassib dejjem jikber minn dimostranti li qed jitilbu t-tmiem tal-brutalita’ imwettqa millpulizija. “In-nies li marru fit-toroq talMessiku u madwar id-dinja biex jipprotestaw, ilkoll jaqblu fuq punt fundamentali – li l-Messiku ma jistax jibqa’ għaddej hekk. U għandhom raġun. Wara li dak li seħħ f’Iguala, il-Messiku jrid jinbidel,” sostna l-President Pena
Nieto. Fis-27 ta’ Novembru, instabu 11-il katavru ma’ ġenb ta’ triq flistess stat, fil-Lbiċ tal-pajjiż, fejn 43 student li kienu qed jistudjaw biex isiru għalliema, ġew rappurtati nieqsa f’Settembru. Il-gvern qed jgħid li l-istudenti kienu mmassakrati wara li diversi pulizija korrotti għaddewhom lil grupp kriminali li jittraffika ddroga. L-istudenti allegatement inqatlu u l-iġsma tagħhom ingħataw in-nar. Wieħed irid jara jekk ir-riformi humiex se jsiru u, jekk iva, x’impatt se jħallu. Ħafna mill-predeċessuri tal-president attwali wkoll ippruvaw iwettqu riformi fil-pulizija, iżda bi ftit suċċess.
www.maltarightnow.com
16
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Tissospendi l-vaċċin tal-influwenza wara l-mewt ta’ erba’ anzjani L-ITALJA
L-Italja ssospendiet l-użu talvaċċin kontra l-influwenza, magħmula mill-kumpanija Svizzera talfarmaċewtiċi Novartis, nhar ilĦamis fost tħassin serju li seta’ ikkawża l-mewt ta’ erba’ persuni. L-Aġenzija tal-Farmaċewtika Taljana (AIFA) waqfet l-użu ta’ żewġ kunsinji tal-vaċċin Fluad wara li tliet persuni li ngħataw ittilqima mietu u r-raba’ persuna twasslet l-isptar għax ħassitha marida ħafna, iżda mbagħad mietet ftit wara.
zjoni u ta’ kwalita’,” qalet inNovartis. L-istess studju żied li “is-sigurta’ għall-pazjent hi ta’ prijorita’ u lkumpanija tieħu dawn ir-rapporti b’serjeta’ kbira”. Uffiċjali u ħaddiema tas-saħħa talbu biex tirrenja l-kalma hekk kif l-aħbar dwar ilwaqfien minn dan il-vaċċin inferxet malajr. Codacons, l-assoċjazzjoni għallkonsumatur fl-Italja, talbet lill-ministru tas-saħħa biex jissospendi lkampanji kollha dwar it-tilqim
Uffiċjali u ħaddiema tas-saħħa talbu biex tirrenja l-kalma hekk kif l-aħbar dwar il-waqfien minn dan il-vaċċin inferxet malajr.
Il-vittmi kienu żewġ nisa ta’ 87 sena u 79 sena kif ukoll anzjan ta’ 68 sena, it-tlieta li huma mietu bejn it-12 u d-19 ta’ Novembru finNofsinhar tal-Italja. Skont rapporti fil-media, ir-raba’ persuna, anzjan ta’ 92 sena, spiċċa rikoverat l-isptar f’qagħda serja ħafna, iżda qaleb għall-agħar u miet ftit tas-sigħat wara. “In-Novartis ġiet notifikata minn AIFA dwar is-sospensjoni ta’ prekawzjoni f’żewġ kunsinji ta’ Fluad fl-Italja, wara rapporti taleffetti serji li rriżultaw kawża tattilqima,” qalet il-kumpannija rappreżentata f’Basel. “Ma kienet rappurtata ebda raġuni għaliex dan il-vaċċin wassal għall-imwiet,” sostniet il-kumpanija. Studju dwar iż-żewġ kunsinji “ikkonfermaw li huma f’konformita’ mal-livelli kollha ta’ produz-
kontra l-influwenza, iżda l-AIFA insistiet li l-vaċċini kienu “riżorsa prezjuża għall-prevenzjoni kontra l-influwenza staġjonali.” “Irridu nkunu ċerti li n-numru ta’ persuni li jkunu mlaqqma ma jonqosx, sostna Sergio Pecorelli, ilkap ta’ AIFA, u żied li “8,000 persuna jmutu minħabba l-influwenza staġjonali kull sena. “Irridu jkollna fiduċja filvaċċin.” Il-kunsinji suspettati ġew manifatturati f’impjant ta’ Novartis fil-belt ta’ Siena fir-reġjun tatToscana. Il-kumpanija Svizzera qalet li lvaċċin Fluad ilu jintuża sa mill1997, u matul dan iż-żmien aktar minn 65 miljun doża ġew amministrati madwar id-dinja. “Dan jikkonferma li t-tagħrif miġbur matul l-istudji kliniċi li involvew 70,000 pazjent”.
L-AWSTRALJA: Silġ li nġabar fiċ-ċentru kummerċjali ta’ Brisbane wara l-maltempata kbira li ħakmet il-Lvant tal-kosta Awstraljana. (Ritratt: EPA)
Ħidma kbira ta’ tindif wara maltempata qalila fi Queensland L-AWSTRALJA
Ħidma kbira ta’ tindif għadha għaddejja fil-belt Awstraljana ta’ Brisbane wara li maltempata qalila ħakmet ix-Xlokk ta’ Queensland. Il-maltempata żviluppat f’silġ, kbir daqs il-blalen tal-golf, li ħoloq danni kbar madwar il-belt. Aktar minn 90,000 dar spiċċaw mingħajr provvista taddawl hekk riħ qawwi b’veloċita’ ta’ 140 kilometru fis-siegħa qaċċat is-siġar u l-wires taddawl. Persuni li kienu qed jistennew il-ferrovija wkoll waslu tard fiddestinazzjoni tagħhom hekk kif dan il-mezz ta’ trasport kien
sospiż madwar Brisbane. Scott Emerson, il-Ministru għat-Trasport qed jistma li lispiża tal-ħsarat se tlaħħaq aktar minn $A100 miljun. Hu qal li x’aktarx din kienet lagħar maltempata li Brisbane rat fi kważi 30 sena. Campbell Newman, il-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensland, ukoll qal li l-maltempata kienet lagħar waħda li ħakmet il-belt sa mill-1985. Energex, il-kumpanija tal-istat li tissuplixxi l-elettriku, qalet li timijiet tal-emerġenza ħadmu matul il-lejl sabiex jagħtu d-dawl lir-residenzi. Iżda sal-bieraħ,
68,000 dar kienu għadhom bla dawl. Il-maltempata bdiet il-Ħamis wara nofsinhar, u ħalliet ħafna passiġġieri maqbuda f’trenijiet li jaħdmu bid-dawl. Il-qawwa tal-maltempata ċarrtet is-soqfa tad-djar u n-negozji, u qalbet ajruplani żgħar flAjruport Archerfield ta’ Brisbane. Sadattant mara mietet u tliet persuni jinstabu nieqsa wara li maltempata kbira ħoloqt għargħar fix-Xlokk ta’ Franza. Ilġisem bla ħajja tal-mara ta’ 68 sena nstab qrib il-vettura tagħha, qrib il-ġenb ta’ xmara.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
L-ISTATI UNITI: Parti mit-88 edizzjoni tal-Macy’s Thanksgiving Day Parade fi New York. Parata karatterizzata minn bżieżaq enormi ta’ karattri popolari tal-films u li ssir fil-festa Amerikana tat-Thanksgiving. (Ritratt: EPA)
Jużaw il-Facebook sabiex iħajru tfajliet vulnerabbli jsiru skjavi għas-sess L-EWROPA
Traffikanti ta’ persuni għal skopijiet ta’ sess qed jużaw ilFacebook biex iġiegħlu lin-nisa jkunu skjavi, jisforzawhom jidħlu fil-prostituzzjoni u f’attivita’ kriminali oħra. Rob Wainwright, id-direttur tal-Europol, qal li reklami fuq siti tal-media soċjali, li qed iwiegħdu xogħol fil-ħarsien tat-tfal jew fittindif, kienu wżati minn gruppi kriminali sabiex jattiraw l-attenzjoni ta’ tfajliet vulnerabbli. Hu stqarr li t-traffikanti mbagħad użaw it-teknoloġija talinternet bħalma huma l-webcams sabiex jimmonitorjaw il-vittmi tagħhom, jikkontrollaw il-movimenti tagħhom u jassiguraw li jiġu jaħdmu fi briedel jew f’intrapriżi kriminali oħrajn. Hu u jkellem liċ-Ċentru għallĠustizzja Soċjali f’Londra, Wainwright qal li l-użu ta’ teknoloġija moderna wassal għall-industrijalizzazzjoni talattivitajiet tat-traffikanti, u ppermettilhom jikkontrollaw ħafna aktar problemi. Effettivament, il-Facebook qed ikun użat f’ħafna każi bħala lmezz biex ikunu attirati tfajliet vulnerabbli. Wainwright żied li minflok iżuruhom kuljum, it-traffikanti jużaw is-servizzi tal-webchat kif
ukoll il-kameras tal-webcam biex jikkonfermaw li huma qegħdin fejn suppost għandhom ikunu - jiġifieri f’xi burdell jistennew għall-klijent li jmiss. Fil-passat, il-pimps u t-traffikanti kellhom jagħmlu dan kollu billi jżuruhom fiżikament. Issa dan jista’ jagħmluh billi wieħed jagħfas buttuna u b’hekk b’mod virtwali jikkontrollaw 50 vittma bl-aktar mod faċli. Wainwright qal li t-traffikar tal-persuni hu meqjus bħala “attivita’ riskjuża li trendi profitt kbir” minn gruppi kriminali. Dawn qed jiġġeneraw kważi ₤100 biljun kull sena għall-kriminalita’ organizzata. Id-direttur tal-Europol qal li sa 36 miljun persuna madwar iddinja huma maħsuba li qed jinżammu taħt skjavitu’ moderna – mill-inqas 500,000 fl-Ewropa. Ħafna mill-vittmi fl-Ewropa huma mir-Rumanija, millBulgarija u mill-Ungerija birRenju Unit, il-Ġermanja, ilBelġju u l-Olanda bħala d-destinazzjonijiet prinċipali għat-traffikar. Wainwright qal li jeħtieġ li jkun hemm aktar kooperazzjoni fost aġenziji dwar l-infurzar talliġi internazzjonali sabiex jitrattaw din il-problema.
17
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
18
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
Il-prostituzzjoni għandha tkun legali?
Soċjetà demokratika hija b’saħħitha meta tiddiskuti, b’mod oġġettiv, dawk is-sitwazzjonijiet kollha li jinfluwenzawha u jisfidaw il-valur li diġà tħaddan. Is-soċjetà hija magħmula minn persuni taddemm u l-laħam. Mela minni u minnek. U dawn il-persuni ilkoll għandhom l-istorja tagħhom. Ilkoll iħaddnu laspettativi tagħhom personali u anki għal soċjetà aħjar għaliex aktar inklussiva. Bħalissa għaddejja diskussjoni interessanti dwar jekk f’Malta għandiex tiddaħħal liġi li tirregola l-prostituzzjoni u li, fl-istess ħin, tipproteġi lill-ħaddiema fl-industrija tas-sess. Dawk li jaqblu ma’ din il-liġi jgħidu li l-interess primarju tagħhom huwa lġid tal-persuni li huma involuti f’din l-industrija. Huma jirraġunaw li liġijiet ta’ din ixxorta jiżguraw is-sigurtà ta’ dawn il-persuni b’tali mod li dawn il-ħaddiema fil-qasam tas-sess ma jiġux sfruttati kemm mill-pimps u kif ukoll mill-klijenti. Kien hemm min qal li waqt li jinħtieġ li nisa vulnerabbli jiġu ipproteġuti u lmard li jittieħed mis-sess jiġi kontrollat talab li jkun hemm distinzjoni ċara bejn li wieħed jirregola s-sess għalli wieħed jillegalizza s-suq tas-sess. Imma qabel jiġi deċiż jekk ilprostituzzjoni tiġix legalizzata jew le huwa importanti li wieħed jara ftit x’inhi u x’mhijiex il-prostituzzjoni. L-ewwel nett, il-prostituzzjoni m’hijiex bħal kwalukwè xogħol ieħor. Fil-prostituzzjoni l-irġiel ineħħu d-dinjità tan-nisa. Meta l-irġiel jixtru mara għall-prostituzzjoni huma jiksbu poter li jdawru lil mara li jixtru f’oġġett ħaj ta’ f’fantasija u masturbazzjoni. Il-klijent jisraq il-personalità u dawk il-kwalitajiet li jiddefinixxu lill-mara bħala persuna dinjituża. Għalhekk, fil-prostituzzjoni lmara għar-raġel issir biss partijiet tal-ġisem li huma sesswalizzati. Il-mara tispiċċa taġixxi l-ħaġa li r-raġel jixtieqha li tkun. Darba staqsew żewġ klijenti dwar x’inhi l-prostituzzjoni. Wieħed minnhom wieġeb: “Ilprostituzzjoni hija qisek qiegħed tikri organu għal għaxar minuti”. Filwaqt li klijent ieħor qal: “Nużahom bħalma nuża’ faċilitajiet oħra bħal restorant jew toilet pubbliku”. Dawn it-tweġibiet xokkanti u ta’ qsim il-qalb jaqblu ħafna mad-deskrizzjonijiet li taw xi
www.maltarightnow.com
RIFLESSJONI
F’diversi studji li saru juru li nisa li jipprostitwixxu ruħhom iddeskrivew il-prostituzzjoni bħala stupru imħallas jew jasar volontarju
nisa dwar il-prostituzzjoni. Dawn in-nisa fissru kif tħossok meta tkun ittrattata daqslikieku kont organu mikri. Mara qalet: “Tagħmillek ħsara interna. Issir f’moħħok dak li dawn in-nies iriduk u jgħidulek li tkun. Tibda tistaqsi lilek innifsek l-għaliex tkun ħallejt lilek innifsek tagħmel dan? U l-għaliex dawn in-nies iridu jagħmlulek hekk?”. F’diversi studji li saru juru li nisa li jipprostitwixxu ruħhom iddeskrivew il-prostituzzjoni bħala stupru imħallas jew jasar volontarju. Il-prostituzzjoni hija harassment u sfruttament sesswali. Il-fatt biss li l-klijent iħallas għas-servizz sesswali li jingħata ma jħassar xejn dak li nafu dwar il-vjolenza sesswali, domestika u l-isturpu. Mingħajr dubju l-għarfien dwar il-prostituzzjoni, kif imfisser minn dawn il-klijenti u anki minn nisa li semmejna jmorru kontra l-ideja li l-prostituzzjoni hija sempliċiment xogħol mhux daqstant pjaċevoli li għandu jiġi legalizzat. Kif wieħed jista’ jinnota, irrilevanti jekk hijiex legali jew le, il-prostituzzjoni hija ta’ dannu kbir għan-nisa involuti. Tajjeb infakkru li n-nisa fil-
Patri Mario Attard OFM frmarioa@gmail.com
prostituzzjoni jesperjenzaw logħla rati ta’ stupri u omiċidji ta’ kull grupp ta’ nisa li qatt ġie studjat. Dawn in-nisa huma regolarment attakkati u verbalment abbużati, kemm jekk jipprostitwixxu ruħhom fit-toroq inkella fil-parlours tal-messaġi, f’burdelli jew f’lukandi. Filfatt vjolenza sesswali u attakki fiżiċi huma n-norma għan-nisa li jinsabu fil-prostituzzjoni legali. Fi studju fl-Olanda instab li 60 fil-mija tan-nisa li qiegħdin fil-prostituzzjoni legali kienu fiżikament attakati. 70 fil-mija minnhom kienu mhedda b’attakki fiżiċi. 40 filmija esperjenzaw vjolenza sesswali filwaqt li 40 fil-mija oħra sfaw imġegħla jidħlu fil-
prostituzzjoni legali. Fi studju li sar f’disa’ pajjiżi nstab li 68 fil-mija tan-nisa, irġiel u persuni transesswali filprostituzzjoni soffrew minn post-traumatic stress disorder (PTSD). Din il-prevalenza hija komparabbli ma’ dik ta’ nisa imsawta jew stuprati li qiegħdin ifittxu għajnuna u kif ukoll ta’ dawk il-persuni li soffrew minn tortura mill-istat. Mifruxa mal-ħames kontinenti kollha l-konsegwenzi trawmatiċi tal-prostituzzjoni kienu l-istess kemm jekk il-prostituzzjoni kienet legali, ittollerata jew illegali. Madankollu xi wħud li m’humiex familjari mal-industrija tas-sess jibqgħu jsostnu li l-leġiżlazzjoni se tnaqqas il-ħsara tal-prostituzzjoni. Ejjew ma ninsewx li taħt kull liġi li tillegalizza l-prostituzzjoni hemm it-twemmin li lprostituzzjoni hija inevitabbli. Għalkemm il-prostituzzjoni tista’ titwaqqaf l-ideja li ma tistax titwaqqaf qatt hija, b’xorti ħażina, strateġija tajba biex ilkummerċ tas-sess jissokta jikber, ikattar l-aċċettazzjoni soċjali li s-sess tista’ tixtrieħ u jħajjar lil għadd ta’ irġiel biex jonfqu l-belli tal-Ewros fis-sess. Interessanti ngħidu li meta
f’Amsterdam, f’xi snin ilu, bdew jingħalqu xi burdelli legali, is-Sindku ta’ dak iżżmien, Job Cohen, ammetta kemm l-Olandiżi kienu żbaljaw bil-kbir meta illegaliżaw ilprostituzzjoni. Din il-leġiżlazzjoni m’għamlitx lill-prostituzzjoni anqas riskjuża. Minflok il-prostituzzjoni aktar kattret lattività kriminali organizzata. Din it-tip ta’ leġiżlazzjoni aktar serviet bħala kalamita għallpimps u l-klijenti. It-traffikar tal-persuni sploda meta l-prostituzzjoni ġiet legalizzata. Filfatt 80 fil-mija tan-nisa Olandiżi fil-prostituzzjoni spiċċaw ittraffikati. Id-dilemma fil-liġi li tillegalizza l-prostituzzjoni hija li la darba l-prostituzzjoni tkun rikonoxxuta m’hemm xejn xi jwaqqaf ilharassment, l-esplojtazzjoni, listupru u atti sesswali li huma ekwivalenti għal tortura mentali. Tgħid il-Knisja, filKatekiżmu tagħha, għandha raġun tgħid li “l-prostituzzjoni tmur kontra d-dinjità tal-persuna li tingħata għall-prostituzzjoni, għax minnha jiġi mfittex biss il-pjaċir venerju”? (nru 2355). Jekk inhu hekk għalfejn għandha tiġi legalizzata?
www.maltarightnow.com
19
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
RIFLESSJONI
Kull laqxa tirfed l-imramma
Jgħidu li l-paraguni oddjużi, imma bla ma rridu jkollna nagħmlu paraguni ma’ servizzi ta’ karozzi tal-linja barra minn Malta biex nippruvaw intejbu l-qagħda ta’ pajjiżna
Ħsibijiet minn fuq tal-linja
Il-garr minħabba s-sigħat twal li jinħlew fit-traffiku ilna nisimgħuh. Jekk kien hawn min kien ħaseb li din hija immaġinazzjoni issa jaf li kellu żball għaliex anke l-gvern ċentrali issa ħabbar li se jipprova jaffronta din il-problema billi jistudja lpossibilità li l-karozzi li jġorru lit-tfal lejn l-iskejjel ma jkunux fit-triq fl-istess ħin li l-ħaddiema jkunu sejrin lejn xogħolhom. Ma ninsewx li t-tfal mhux kollha jaslu l-iskola bil-karozzi l-kbar imma hemm ġenituri li jwasslu lill-uliedhom huma stess lejn liskola u għalhekk jekk din ilmiżura jkollha sseħħ, jitnaqqsu anke karozzi privati mit-toroq waqt fil-ħin magħruf bħala rush hour.
Tal-linja Mill-banda l-oħra nisimgħu garr minħabba n-nuqqas ta’ puntwalità fil-ħin mill-karozzi tal-linja. Irridu nżommu f’ moħħna li karozza tal-linja hija karozza bħal kull karozza oħra u ma għandiex ġwienaħ biex meta ssib it-traffiku tkun tista’ ttir. Tassew li f’ xi partijiet ta’ Malta jeżistu l-bus lanes, imma dawn ma nsibuhomx kullimkien u għalhekk f’ xi parti jew oħra talvjaġġ il-karozza tal-linja jkollha tistenna wara ta’ quddiemha.
Hija kwistjoni ta’ pjanifikazzjoni bil-għaqal, pjanifikazzjoni li tipprova ma taħlix riżorsi u fl-istess waqt ma tħallix poplu jgorr
Meta t-toroq tagħna jistaġnaw bil-karozzi, id-dewmien filvjaġġ ikun għal kulħadd, tallinja jew le.
Toroq żejda Ladarba qegħdin insemmu lkarozzi tal-linja nixtieq naqsam magħkom xi ħsibijiet li jiġuni meta nkun riekeb fuqhom, ħsibijiet li għandhom x’ jaqsmu ma’ dak li qegħdin nitkellmu fuqu llum, il-ħela ta’ ħin fittraffiku. Ċerti rotot jistgħu jonqsilhom il-ħin tal-vjaġġ bi ftit ħsieb u b’ xi tibdiliet żgħar. Ħalli nagħti xi eżempji: Ir-rotta 213, li mill-Kottonera twassal għall-isptar Mater Dei, tgħaddi minn Triq Aldo Moro il-Marsa. Bħalha jgħaddu dawk ilkarozzi kollha li jkunu telqu min-nofsinhar ta’ Malta u li jkunu sejrin l-isptar. Minn fejn iċ-ċimiterju tat-Torok salMarsa Park and Ride ma hemmx djar u għalhekk tista’ tgħid li ħadd ma jirkeb għallisptar mill-waqfiet ta’ dawn ittoroq. Min ikun irid jidħol ilBelt jinqeda b’ numru kbir ta’ karozzi oħra li jgħaddu minn din it-triq. Allura biex jiġi evitat il-ħin, u anke d-diesel, ma jkunx jaqbel li meta dawn ilkarozzi jaslu fejn iċ-ċimiterju tat-Torok, minflok jiġbdu għal
Fr Reno Muscat
renosop@gmail.com Triq Aldo Moro, jiġbdu millewwel għall-Park and Ride talMarsa? Il-karozzi li jgħaddu millMellieħa meta jaslu fejn kien hemm il-Belle View, jidħlu jduru dawra fil-Park and Ride ta’ hemmhekk. Dawra inutli li ssir kemm waqt li l-karozza tkun tielgħa lejn il-Mellieħa kif ukoll meta tkun sejra lura. Meta tkun sejra lura l-ħaġa hija agħar għax il-karozza trid taqsam it-triq darbtejn. Kieku jsiru waqfiet fuq iż-żewġ naħiet tat-triq ma niffrankawx ilħin? U jekk niffrankaw il-ħin ma niffrankawx it-tgergir? Dawn huma biss żewġ eżempji fejn jistgħu jitqassru t-toroq, hemm ħafna oħrajn jekk wieħed joqgħod ftit jaħseb.
Ħela ta’ riżorsi Ġejt minn ġurnata Għawdex u mort biex nirkeb miċ-Ċirkewwa għall-Belt. Sibt li kelli għażla bejn il-karozza numru 37 u dik bin-numru 41. Dawn telqu fl-istess ħin, mill-istess post u kienu sejrin jaslu wkoll fl-istess post. Il-passiggieri kollha li konna fiżżewġ karozzi lanqas konna nimlew karozza waħda. Dan allura mhux ħela ta’ riżorsi? Kienu fittard dawn iż-żewġ rotot jingħaqdu u jsiru waħda jkunu ffranakati ma nafx kemm il-litru diesel, jkun iffrankat xufier kif ukoll ilwear and tear tal-karozza. Innutajt id-differenza bejn ittfassil tar-rotot ta’ Malta ma’ dawk ta’ Għawdex. Inħoss li dawn tal-ġżira tat-tliet għoljiet huma aktar imfasslin bil-għaqal. Paraguni Jgħidu li l-paraguni oddjużi, imma bla ma rridu jkollna nagħmlu paraguni ma’ servizzi ta’ karozzi tal-linja barra minn Malta biex nippruvaw intejbu l-qagħda ta’ pajjiżna. Personalment l-aktar belt barranija li fiha użajt mezzi
ta’ trasport pubbliku hija Ruma u għalhekk dejjem insemmi lilha. Ruma hija belt kaotika li ma tantx nistgħu nipparagonawha ma’ pajjiżna minħabba d-differenza fin-numru ta’ nies li jivjaġġaw ta’ kuljum fiha. Hemmhekk hemm faxxi ta’ ħin fejn il-karozzi tal-linja jkunu aktar frewenti. Hemm ukoll ċerti rotot li f’ xi jiem tal-ġimgħa ma jaħdmux. Hija kwistjoni ta’ pjanifikazzjoni bil-għaqal, pjanifikazzjoni li tipprova ma taħlix riżorsi u fl-istess waqt ma tħallix poplu jgorr minħabba n-nuqqas ta’ servizz. Ma nippretendix li b’dak li qiegħed ngħid jien sejrin jissolvew il-problemi kollha tattraffiku li jinstabu f’ pajjiżna, imma bin-naqra n-naqra nistgħu nibdew innaqqsuhom. Ma ninsewx x’ jgħid il-Malti li kull laqxa tirfed l-imramma. U għal min qatt ma sama’ dan il-qawl ngħidlu li dan ifisser li anke laktar ħwejjeġ żgħar jistgħu jgħinu fil-komplessità tal-oġġett, kollox għandu l-ħtieġa tiegħu anke jekk ħaġa tkun ċkejkna.
20
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
Wirja pittura astratta ta’ Anthony Spagnol Meta dħalt fis-sala ewlenija tal-Malta Chamber Of Commerce, il-Belt Valletta, biex nara l-wirja ta’ pittura ta’ ħabib tiegħi, ma kontx qed nistenna dak li ħataf mill-ewwel l-attenzjoni kompleta tiegħi. Għallewwel daqqa’ t’għajn kienet tidher kollezzjoni ta’ numru ta’ kwadri kbar, ikkuluriti, vjolenti u lokwaċi. Imma mbagħad għaraft komunikazzjoni sinċiera. Wirja tal-pittura ta’ Spagnol tinżel għasel, għax għalkemm huwa magħruf hawn Malta, liżjed bħala wieħed mill-iprem restawraturi tal-pittura, huwa jista’ jingħadd faċilment malaħjar artisti wkoll. U din ma kinitx l-ewwel darba li kien qed jesibixxi l-pittura tiegħu. Pittura astratta u reliġjuża Kienet pittura reliġjuza – astratta u reliġjuża. In-numru 15 ifakkrek mill-ewwel fil-Via Sagra – erbatax-il stazzjon u ieħor għall-qawmien. U hekk kien. Imma kelli bżonn nieħu nnifs, nieqaf u nħares sewwa - u anke nimmedita. Għax l-astratt mhux dejjem faċli biex tidħol fih. Dan kien astratt li JIĠBDEK għal ġo fih bla ħniena. U jekk stess ma tistax issarrfu – dan l-astratt f’immaġni faċli, jew figuri rikonoxxibbli , jew stejjer rakkontati, imma tista’ tħoss li hemm avventura, profondità, krudeltà, tbatija u sbuħija. Ħadt ħafna pjaċir b’din il-wirja għax pittura reliġjuza mhix moda llum, meta nħobbu nixxukkjaw, nitpastsu u b’xi mod jew ieħor
www.maltarightnow.com
OPINJONI
Fr Norbert Ellul Vincenti nibit2@gmail.com
niksru xi tabu, biex niġbdu lattenzjoni bis-sewwa jew biddnewwa. Hawn Malta m’aħniex daqshekk ikonoklastiċi daqs ħafna pajjiżi moderni u progressivi jew liberali fejn xejn mhu xejn, u fejn il-ħajja titkejjel skont il-kumdità jew ix-xewqa li ngħixuha jew le. Triumvirat tal-pittura reliġjuża Il-pittura reliġjuża hawn Malta għadha ħajja. Wieħed jaħseb f’Martin Borg u Anthony Mahoney li ma’ Spagnol jiffurmaw triumvirat serju. It-tlieta huma ta’ stili u espressjoni differenti, imma m’hemmx dubju li isimhom jibqa’ fost dawk li spikkaw. Naturalment hawn ħafna oħrajn ukoll. L-astratt qed isir popolari hawn Malta. Kulħadd qed jitħajjar għall-astratt. Għal xi wħud jista’ jidher bħala tidlik ta’ kuluri. Jgħidulek li ma tista’ tifhem xejn, u la taf jekk hux mara u lanqas jekk hux raġel – jew ajruplan. Imma min
Pittura li turi l-istazzjon ta’ meta Kristu ltaqa’ ma ommu
Pittura astratta li turi l-istazzjon l-ewwel waqgħa
jifhem, iħares aktar bir-reqqa. Armonija kuluri u spazji Huwa veru li kultant quddiem kwadru li ma tkun taf xejn fuqu, la ta’ min hu u lanqas xi jrid jgħid bih il-pittur, jista’ jkun li inti wkoll titħawwad. Kultant l-
astratt huwa komdu wisq biex jaħbi nuqqas ta’ kompetenza jew ta’ rieda tajba. Imma mhux daqshekk diffiċli biex wieħed jeżamina it-teknika, il-kompożizzjoni, l-armonija ta’ kuluri, l-ispazji li jokkupaw ċerti kuluri, il-profondità tat-tila, it-temperament, l-istil, l-emozzjoni u ssuġġerimenti li pinzel intelliġent seta’ jissuġġerilek. Li tkun taf l-artista jista’ jiswilek u jista’ le. L-artista joħloq it-tila, imma mbagħad lopra artistika joħolquha l-kritiċi, u l-poplu, li kollha jiżviluppaw matul is-snin dak li ħalla l-artist. Hekk aħna ngħidu li kieku kellu jiġi Leonardo jew Mikelanġelo u jisma’ dak li għedna fuqhom tul is-sekli, lanqas jagħrfu l-opri
tagħhom. Darba, kienet issir il-mistoqsija mill-filosfi: “Jekk kwadru jibqa’ dejjem magħluq mingħajr ħadd ma jarah, dan jibqa’ sabiħ?” U ieħor staqsa, “Jekk siġra tkun f’nofs ta’ bosk fejn ħadd ma jaraha, tibqa’ sabiħa?” M’hemmx tweġiba għal dawk il-mistoqsijiet. Imma għal min jemmen f’xi ħaġa, iva hemm. Wieħed tifel żgħir darba wieġeb, “Iva, jibqgħu sbiħ anke jekk ħadd ma jarahom, għax Alla ħalaq kollox u jara kollox. U jara li dak li ħalaq hu, huwa kollu tajjeb u sabiħ. Mela x’inhi l-pittura reliġjuza jekk mhux att ta’ gratitudni lejn Alla li ħalaq is-sbuħija li ddawwarna?
Kultant l-astratt huwa komdu wisq biex jaħbi nuqqas ta’ kompetenza jew ta’ rieda tajba. Imma mhux daqshekk diffiċli biex wieħed jeżamina t-teknika, l-kompożizzjoni, l-armonija ta’ kuluri, l-ispazji li jokkupaw ċerti kuluri, il-profondità tat-tila, t-temperament, l-istil, l-emozzjoni u s-suġġerimenti li pinzel intelliġenti seta’ jissuġġerilek
www.maltarightnow.com
21
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF
Mimdudin:1. Tabilħaqq, veru (6) 4. Nuqqas ta’ fidi (8) 9. Oppressjoni, inkwiet qawwi (6) 10. Wieħed imqabbad jagħmilha flok xi ħadd (8) 12. Nuqqas ta’ dawl (4) 13. Servizz ta’ tqassim ta’ ittri u pakki (5) 14. L-iqsar xahar (4) 17. Kull min hu lawreat fil-liġi jew fil-mediċina (6) 18. u 20. Parti ta’ fuq fid-dahar (6) 20. Ara 18 21. Kjeriku inqas minn qassis (6) 27. Kull min jiċħad l-eżistenza ta’ Alla (4) 28. Gendus salvaġġ b’ras kbira (5) 29. Strumenti tad-daqq bi gwarniċa forma ta’ trijanglu b’46 korda (4) 32. Mifrudin (8) 33. Logħba Ġappuniża fejn tnejn jissaraw u jsegwu ċerti regolamenti (6) 34. Biċċa mużika ferrieħa (8) 35. Ma baqax fi stat likwidu (6)
Weqfin:1. Tferragħ (7) 2. Tedjanti (8) 3. Numru bejn tliet u ħames oġġetti (4) 5. Sawt (6) 6. Kulma jingħata lill- għarusa mill-enituri qabel ma tiżżewweġ (4) 7. Dgħajsa bil-qiegħ ċatt (6) 8. Ħajjar imur xi ħadd ħdejh (6) 11. u 26. Kull waħda mill-ittri: A, E, I, O, U (6) 15. Torta tal-ħelu bil-krema miksija bil-pasta reali (5) 16. Aġent sigriet (5) 19. Li huma ta’ lewn aħmar jgħajjat (8) 22. Kulma hemm fis-sema u flart (7) 23. Saċerdot (6) 24. Nifs ta’ arja dieħla u ħierġa fil-pulmun (6) 25. Ġenb is-sider fejn hemm ilkustilji (6) 26. Ara 11 30. Fihom jinħema ħafna ħobż (4) 31. Il-pompa li taħdem fl- intern tal-ġisem (4) Soluzzjoni tat-Tisliba li dehret is-Sibt li għadda
Mindudin:- 1. Livell; 4. Salvatur; 9. Krozza; 10. Żvintura; 12. Isem; 13. Skuża; 14. u 29. Sputatur; 17. Anzjan; 18. u 20. Skorta; 21. Ħdaret; 27. Nies; 28. Razza; 32. ffordja; 33. Żassa; 34. Agrikolu; 35. Ersaqt. Weqfin:-1. Likwida; 2. Vjolenza; 3. Lazz; 5. Avvi]i ; 6. Vina; 7. Truppi; 8. Realtà; 11. u 26. Akkuża; 15. !Ċajta; 16. Skada; 19. Protesta; 22. Tarraxt; 23. Indana; 24. Ferfer; 25. Majjal; 30. Frak; 31.Żgur
Spiżeriji li jiftħu għada
Il-Belt Valletta: Empire Pharmacy, 77. Triq it-Teatru l-Antik; IlĦamrun: Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp; Ħal Qormi: Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan; Birkirkara: St. Paul’s, Triq Brared; Ta’ Xbiex: Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird; San Ġiljan: Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorg; Tas-Sliema: Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri; Ħal Lija: St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni; InNaxxar: Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja; San Pawl ilBaħar: St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira; Santa Luċija: Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell; Il-Birgu: Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira; Il-Fgura: Cilia’s Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar; Iż-Żejtun: John J.Borg Pharmacy, Triq ilKostituzzjoni: Iż-Żurrieq: Salus Pharmacy, 21, Misraħ irRepubblika; Ħaż-Żebbuġ: Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira; IrRabat: St. Anthony Pharmacy, 18, Triq il-Kbira u Għawdex: Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria u Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, ix-Xagħra.
‘Blood Donation Unit’ Nhar il-Ħadd 30 ta’ Novembru 2014, se jkun hemm il-mobile blood donation unit ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali tal-Qrendi. Il-ħin għall-għoti tad-demm ikun mit-8.30am sas-1.00pm. Ġentilment nitolbu biex tinġieb il-karta tal-identita`.
Rebbieħa tat-tisliba tas-Sibt li għadda
Ir-rebbieħ tal-Crossword tal-ġimgħa li għaddiet hi Sarah Sultana ta’ 115, Evergreen, Spiteri Fremond str., Qormi
Rapport tat-temp
UV INDEX
3
IT-TEMP Imsaħħab b'ħafna sħab għoli VIŻIBBILTÀ Ġeneralment Tajba IR-RIĦ Ħafif għal moderat min-Nofsinhar għaxXlokk li jsir min-Nofsinhar BAĦAR Ġeneralment ħafif IMBATT Moderat mix-Xlokk li jsir baxx għal moderat TEMPERATURA L-ogħla 24˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 0.1mm Xita mill-1 ta’ Settembru 150,5mm IX-XEMX titla’ fis-06.51 u tinżel fil-16.49
Il-ħamest ijiem li ġejjin
IS-SIBT L-ogħla 24˚C L-inqas 19˚C
IL-ĦADD L-ogħla 25˚C L-inqas 19˚C
IT-TNEJN L-ogħla 22˚C L-inqas 18˚C
IT-TLIETA L-ogħla 20˚C L-inqas 16˚C
L-ERBGĦA L-ogħla 20˚C L-inqas 14˚C
UV
UV
UV
UV
UV
3
3
Temperaturi fi bliet barranin 3
3
3
It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienet: Malta 22˚C xemxi, Alġeri 23˚C xemxi, Amsterdam 9˚C imsaħħab, Ateni 22˚C ftit imsaħħab, Liżbona 14˚C xita, Berlin 4˚ imsaħħab, Brussell 8˚C imsaħħab, il-Kajr 24˚C imsaħħab, Dublin 11˚C imsaħħab, Kopenħagen 6˚C imsaħħab, Frankfurt 11˚C imsaħħab, Milan 12˚C xemxi, Istanbul 19˚C imsaħħab, Londra 11˚C xemxi, Madrid 14˚C xemxi, Moska -4˚C xemxi, Pariġi 7˚C imsaħħab, Barċellona 19˚C xemxi, Ruma 20˚C ftit imsaħħab, TelAviv 27˚C ftit imsaħħab, Tripli NA, Tuneż 24˚C xemxi, Vjenna 10˚C imsaħħab, Zurich 10˚C imsaħħab, Munich 6˚C xita, St. Petersburg –3 ˚C imsaħħab
www.maltarightnow.com
22
Is-Sibt, 22 ta’ Novembru, 2014
FESTI
Il-festa liturġika ta’ Sant’Andrija Appostlu
Ħal-Luqa F’Ħal-Luqa qed issir il-festa liturġika ta’ Sant’ Andrija Appostlu. Nhar it-Tnejn jum ilfesta liturġika fil-5.30 p.m. jibda ir-rużarju u fis-6 p.m. tibda Translazzjoni Solenni tarRelikwija ta’ Sant’ Andrija minn fuq l-altar tal-Madonna taċĊintura għal fuq l-altar maġġur. Jindaqqu l-Innu ta’ l-Appostlu u lAntifona ‘Cum Perveniset’. Wara jkun hemm Quddiesa Solenni Konċelebrata bis-sehem tal-Kleru tal-Parroċċa. Il-funzjoni tintemm birRepożizzjoni tar-Relikwija ta’
Sant’ Andrija u ssir Barka Ewkaristika. Se jieħu sehem ilChorus ‘Excelsior’ u l-organista Joseph Cassar taħt it-tmexxija ta’ Mro Norbert Camilleri.
Il-Banda ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ ĦalLuqa llejla se ttella’ il-programm annwali tagħħa flokkażjoni tal-festa litruġika ta’ Sant’ Andrija. Il-programm se
Il-Fontana – Għawdex Fil-Parroċċa tal-Fontana Għawdex qed tkun iċċelebrata wkoll il-festa ta’ Sant’ Andrija Appostlu, Patrun tas-Sajjieda. Illum lejlet il-festa fid-9 a.m. ilKappillan Dun John Muscat imexxi quddiesa illi tkun għat-tfal u l-adoloxxenti bis-sehem talgrupp tal-Kitarri ‘Qlub Ferħana Fontanin’.
Fid-9.30 a.m. isir il-ftuħ talMini Fiera fiċ-Ċentru Parrokkjali. Fil-5.30 p.m. tibda Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ Sant’ Andrija Appostlu, Antifona u jibda l-Ewwel Ghasar. Se jmexxi il-Kappillan il-Kanonku John Muscat. Fis-6 p.m. tibda Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Monsinjur Rużar Borg u fiha se jinseġ l-Omelija fuq il-Qaddis. Waqt il-quddiesa se jsir it-tberik ta’ l-għodod tas-sajd tradizzjonali u huma mistiedna ssajjieda Għawdxin. Fis-7 p.m. kant ta’ l-Innu Popolari lil Sant’
Andrija u ssir Barka Ewkaristika. Għada il-ħin tal-quddies se jkun fis-6 a.m. fis-7 a.m. fit-8.30 a.m. u fl-10.30 a.m. Fit-3.15 p.m. jibda it-Tieni Għasar u se jmexxi Monsinjur Rużar Borg. Fl-3.45 p.m. jibda il-Pontifkal Solenni mmexxi minn Monsinjur Isqof Mario Grech. Għall dina iċĊelebrazzjoni huma mistiedna lIskoċċizi residenti f’Għawdex, peress illi Sant’ Andrija huwa ilPatrun ta’ l-Iskozja. Mistiedna wkoll dawk illi jisimhom għall Sant’ Andrija u s-sajjieda Għawdxin kif ukoll membri talKunsill Lokali ta’ Hal-Luqa.
Fl-4.45 p.m. isir il-ħruġ talpurċissjoni bl-istatwa ta’ Sant’ Andrija, xogħol l-istatwarju Karlu Mallia u se jemxxi Dun Franklin Vella. Il-purċissjoni se tkun akkumpanjata mill Banda tas Soċjeta Filarmonika Prekursur tax-Xewkija Għawdex. Fid-dħul tal-purċissjoni titkanta l-Antifona u ssir Barka Ewkaristika.Lejlet u nhar il-festa se jiehu sehem ilKor ‘Stella Maris’ taħt id Direzzjoni tas Surmast Carmel Peter Grech. Wara li tintemm ilfunzjoni fil-Knisja jinħaraq ħruq tan nar ta’ l-art.
jibda fis-7.30 p.m. u se jsir fitTeatru Metanoia Ħal-Luqa. IlBanda Sant’ Andrija se tkun taħt id Direzzjoni tas Surmast Paul Schembri. Id-dħul huwa mingħajr ħlas u kulħadd huwa
mistieden sabiex jattendi. Issiltiet illi se jindaqqu huma: Chiara ta’ Mro Paul Schembri, William Tell ta’ G. Rossini, If were a Rich Man – J.Bock/S. Harwick, In the Mystic Land of
Egypt ta’ A.W. Ketelby, Latin Pop Special fuq Arr ta’ M. Myokoin,The Boys from Liverpool fuq arr ta’ J. Biiik, O Sommo Carlo ta’ G. Verdi u Best of Maltese Folklore ta’ A.
Chircop. Flimkien mal-Banda ta’ lGħaqda Mużikali Sant’ Andrija se jieħdu sehem il-Baritonu Alfred Camilleri u it-Tenur Joseph Aquilina.
Programm Mużikali mill Banda ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija
www.maltarightnow.com
23
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
FESTI
Kunċert ta’ Santa Ċeċilija mill-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Santa Venera
Minn Joe Chetcuti – joechetcuti@onvol.net
Il-Vara tal-Madonna tal-Patroċinju li tinsab fl-Għasri f’Għawdex
Il-Madonna tal-Patroċinju Għasri – Għawdex
Fl-Għasri Għawdex qed tkun iċċelebrata il-festa tal Madonna tal-Patroċinju. Ta’ minn jgħid illi din il-festa ġiet trasferita għal Novembru sabiex ikun laħaq wasal l-artal ġdid ta’ l-irħam li sar fuq disinn tal-mejjet Ġuże Galea. Il-programm ta’ din il-festa jitkompla illum fis-6 p.m.
tibda Konċelebrazzjoni talQuddiesa u se jmexxi ilMonsinjur Dekan Dun Mikiel Mintoff. Fit-8 p.m. tibda Pizza Party għal kulħadd fuq iz-zuntier tal-Bażilika jekk it-temp jippermetti. Għada jum il-festa il-ħin talQuddies filgħodu se jkun fit-
8.30 a.m. fl-10 a.m. fil-11 a.m. fl-12 p.m. u fis-1 p.m. Fil-5 p.m. jibda l-Għasar Solenni u fil-5.30 p.m. tibda Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Monsinjur Isqof Mario Grech. Fis-6.30 p.m. tibda l-aħħar Quddiesa immexxija mill Kanonku Dun Anton Refalo.
Is-Soċjeta Filarmonika Santa Venera V.M. se tagħti Kunċert Strumentali fit-Teatru Manoel għada il-Ħadd 30 ta’ Novembru, 2014 fis-7 p.m. Dan il-Kunċert li huwa mtellgħa mill-Għaqda Każini talBanda se jkun taħt ilPatroċinju distint ta’ lEċċellenza tagħħa Marie Louise Coleiro Preca President tar-Repubblika. Il-Kunċert huwa wieħed prestiġġjuż u uniku għall kull Soċjeta Mużikali li se tkun se ddoqq peress li l-baned kollha ta’ Malta jdoqqu b’roster, wara minn imissu kull sena. Meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni li f’Malta u Għawdex
hawn mat-80 Banda ifisser li Banda ddoqq kull tmenin sena. Din l-okkażżjoni għasSoċjeta Filarmonika Santa Venera se tkun aktar unika għaliex proprju dina is-sena isSoċjeta qed tiċċelebra għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif tagħħa. Dan il-Kunċert se jagħlaq sena impenjattiva ħafna għasSoċjeta. Id-dħul għall dan il-Kunċert annwali huwa mingħajr ħlas iżda kulħadd irid ikollu biljett. Dawn jistgħu jinkisbu millKażin tal-Banda Santa Venera jew minn fuq info@banda santavenera.com jew minn fuq ilmobile 99474239.
Fl-Okkażżjoni tal-140 sena mit-twaqqif tas Soċjeta Mużikali Santa Katarina Verġni u Martri taż Żurrieq għada il-Hadd se tkun organizzata attivita bl-isem ‘MiżŻurrieq għall-Istrina’ mit-8 a.m. il-quddiem f’Misraħ irRepubblika iż-Żurrieq.
Waqt dina l-attivita se jkunu qed jinġabru fondi b’risq lIstrina. Se jkun hemm stands, ħelu ikel u xorb u ħafna affarijiet oħra. Se jkun hemm il-parteċipazzjoni wkoll tal-Banda tas Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M.
Miż-Żurrieq għall-Istrina mis-Soċjeta Mużikali Santa Katerina
www.maltarightnow.com
24
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
06:02 07:55 08:00 09:00 09:02 10:00 10:02 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:02 16:00 16:02 17:00 17:55 18:00 19:20 20:00
TV/RADJU
Radio 101 breakfast club Obituaries/angelus Radio 101 breakfast club (cont) News update Magazine 101 News update Magazine 101 (cont) Editorjal Club 101 Obituaries/angelus News bulletin The big show Hitsteria News update Hitsteria (cont) News update Hitsteria (cont) Newsdesk Obituaries News bulletin Lura d-dar News update
Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:05 - Liv & Maddie 06:30 - My Babysitter’s a Vampire 06:55 - I Didn’t Do It 07:20 - Dog With a Blog 07:45 - Girl Meets World 08:10 - Liv & Maddie 08:35 - I Didn’t Do It 09:00 - Phineas and Ferb: The Movie: Across the 2nd Dimension 10:15 Dog With a Blog 10:40 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 11:05 - Austin & Ally 11:30 - Girl Meets World 11:55 - I Didn’t Do It 12:20 Sabrina Secrets of a Teenage Witch 12:45 - Mickey Mouse 12:55 Gravity Falls 13:20 - Dog With a Blog 13:45 - Good Luck Charlie 14:10 Austin & Ally 14:35 - Liv & Maddie 15:00 - Girl Meets World 15:25 - Liv & Maddie 15:50 - I Didn’t Do It 16:15 - Phineas and Ferb: The Movie: Across the 2nd Dimension 17:55 Gravity Falls 18:20 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 18:45 Spooksville 19:10 - Wolfblood 19:35 - The Suite Life on Deck 20:00 Good Luck Charlie 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 Wolfblood 21:35 - Wolfblood 22:00 Violetta 22:40 - The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 - Art Attack 23:40 Jungle Junction 23:50 - Jungle Junction Nickelodeon 06:00 - Olive the Ostrich 06:15 Dora the Explorer 06:40 - Little Kingdom 07:05 - Bubble Guppies 07:30 - Bubble Guppies 07:55 - Go, Diego, Go! 08:20 - Winx Club 08:45 - The Fairly OddParents 09:10 Sanjay and Craig 09:35 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 10:00 - The Legend of Korra 10:25 – Turtles 10:50 - T.U.F.F. Puppy 11:15 - Winx Club 11:40 – iCarly 12:05 Sam & Cat 12:30 - Victorious 12:55 - Big Time Rush 13:20 - Marvin Marvin 13:45 - SpongeBob SquarePants 14:10 - SpongeBob SquarePants 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - The Fairly OddParents 15:55 – iCarly 16:20 Big Time Rush 16:45 – Victorious 17:10 - Life With Boys 17:35 SpongeBob SquarePants 18:00 Turtles 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - Sanjay and Craig 19:15 - The Thundermans 19:40 - The Haunted Hathaways 20:05 - Sam & Cat 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar: The Legend of Aang 21:20 - Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of
Madagascar 22:35 - The Penguins of Madagascar 23:00 – iCarly 23:25 iCarly 23:50 - Victorious
Jim Jam 06:05 - Monkey See, Monkey Do 06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky & Friends 07:05 – Rubbadubbers 07:15 - Gombby’s Green Island 07:30 Fluffy Gardens 07:40 - Noksu 07:45 - Jarmies 08:00 – Kipper 08:10 – Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 – Gazoon 08:35 – Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40- Hip Hip Hurray 09:55 Benjamin’s Farm 10:00 - Camelot 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 – Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 - Tiny Planets 11:20 Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 - Monkey See, Monkey Do 11:40 - Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 – Jarmies 12:40 What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 - Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 – Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 – Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 – Noksu 15:15 – Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 - Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 – Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 – Camelot 17:50 - See the Sea 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 - Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 My Animal Family 19:15 – Noksu 19:20 - Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 - Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 Gombby’s Green Island 20:35 Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea
Rafiki – NET Television
Il-programm tal-lum, Rafiki se jkun qiegħed jitkellem mal-groomer Koren Scicluna li se tkun qed itina pariri dwar il-grooming tal-animali tagħna.Se tkun qed issir diskussjoni wkoll ma' Denis Calleja, artist u wieħed li jħobb l-annimali.Denis se jkellimna fuq il-pets tiegħu u kif dawn jagħtuh inspirazzjoni biex ipitter. Darren Alexander, mid-Dogs Trus Malta flimkien mal-kelba tiegħu Tash se jitkellem fuq id-Dogs Trust, kif din tgħin biex naqqas il-problema tal-animali abbandunati mit-toroq tagħna.Bħas-soltu, Chris Mcgowan se jkompli jkellima fuq l-annimali eżotiċi, u l-kura tagħhom u ma jonqox li nitkellmu fuq Baby Benji, il-kelb li minn twelidu dejjem segwejnieh.
TVM 08:30 - It-triq 08:35 - Nisga Maltija 08:40 - Paq paq on Test 08:45 – Nisġa Maltija 08:50 - Twelid il-kelma 09:00 – Valletta 09:30 – MEA 10:00 - Għawdex illum 10:30 – L-irkant 11:30 – Pellikola 12:00 – Aħbarijiet 12:10 - Paq Paq Lifestyles 12:45 – Sibtek 15:00 Aħbarijiet 15:05 – Sibtek.... 16:00 – Luxdesign 17:15 – Househunt 17:45 Kelma għall-ħajja 18:00 - Aħbarijiet 18:15 - Paq Paq on Test 18:20 – Gadgets 18:50 - Animal Diaries 19:45 – Lotto 20:00 - Aħbarijiet 20:50 - Film 2009. 23:00 - Aħbarijiet. TVM 2 06:00 – Euronews 07:00 - News Loop 08:30 - Ancient Discoveries 09:30 - Paq Paq Lifestyles 10:00 – Valletta 10:30 – Pellikola 11:00 – Madwarna 11:30 – MEA 12:00 – Venere 12:30 - Tiġrijiet Biss 13:00 - 3 Pointer 13:30 - GFA round up 14:00 BOV Premier 16:00 - Champions League - Maribor vs Chelsea 18:15 BOV Premier 20:15 –Triq/twelid ilkelma 20:30 – News for the hearing impaired 20:40 – RAW WWE 21:40 – Sports News 21:45 – House Hunt 22:15 – Animal Diaries 23:15 – Sports News 23:15 – News in English.
One 06:30 - ONE News 07:00 – Ilsien innisa 08:30 – Telebejgħ 08:45 – Telebejgħ 09:00 – Siegħa żmien 10:00 – Dak li jgħodd 11:00 – Clint on one 12:30 – One News 12:40 – Strada 15:00 – Esperti 15:30 – Talk to me 16:30 – Dchange 17:00 - Fresh & Funky 17:30 ONE News 17:40 – Pink panther 18:25 – Identità 18:40 – Dak li jgħodd teens 19:30 - ONE News/ Sport / Weather 20:15 – Ieqaf 20 minuta 20:35 – The Saturday night project 21:35 - Tete-ATete 22:30 – Is-sess 22:55 - Popcorn 23:30 - ONE News. Smash 07:30 - News 08:30 – Ħabbejtek 09:30 – A to Z Teleshopping 13:00 - Fil-
Kċina ma’ Farah ® 14:00 - Erġa’ Lura 15:30 - Dokumentarju 16:00 – M'Intix wahdek 16:30 – D bride 17:30 – CNI 18:00 - Aħbarijiet ta’ Barra 18:15 – Bingo 75 18:40 – Dokumentarju 19:00 – Aħbarijiet 19:30 – Nursery Stars 20:30 – Forum 21:30 – Documentary 22:00 – Aħbarijiet
Raiuno 07:05 – Rai Parlamento Settegiorni 08:00 - TG 1 08:25 Unomattina in famiglia 09:00 - TG 1 09:00 – Linea verde orizzonti 09:30 – TG1 L.I.S. 10:30 – Buongiorno benessere 11:05 – Linea verde orizzonti 12:00 – La prova del cuoco 13:30 – Telegiornale 14:00 Linea Blu 15:05 – Legami 15:55 – Leader – femminile singolare 16:25 – A sua immagine 17:00 - TG 1 17:10 - Che tempo fa 17:10 – Zecchino d’oro 20:00 – Telegiornale 20:35 – Affare tuoi 21:10 - Carosello reloaded 00:30 – S’e fatta notte 01:15 - TG 1 Notte 01:30 – Cinematografo 02:30 – Questione di cuore. Film 2008 Raidue 07:00 – Lassie 08:15 – Il nostro amico Charlie 09:00 - Sulla Via di Damasco 09:30 – TG Parlamento 10:00 – I dinosauri del mare 10:45 – Cronache animali 11:30 – Mezzogriorno in famiglia 13:00 - TG 2 Giorno 13:25 – Rai sport dribbling 14:00 – Una scatenata coppia di sbirri 15:40 – Fattore alfa 16:25 – Sqadra speciale stoccarda 17:10 – Sereno variabile 18:05 – 90 minuto serie B 18:50 – Sea petrol (TF) 19:35 – Squadra speciale cobra 11 20:30 - TG2 20.30 21:05 –Castle (TF) 21:50 – Elementary (TF) 22:40 - TG 2 23:50 - TG 2 Dossier 01:50 - TG 2 Eat Parade. Raitre 06:00 – Fuori orario 07:15 – Ai confini dell'arizona 08:05 – La signora del west (TF) 08:50 – L’ultimo incontro. Film 1951 10:00 – Ponderosa (TF) 11:00 – TGR Bellitalia 12:00 – TG3 12:55 – TGR Ambente Italia 14:00 - TG
Regione 14:20 – TG3 14:55 – TV Talk 16:30 – Report 18:10 – Squadra speciale Vienna 19:00 – TG3 19:30 - TG Regione 19:53 - TG Regione Meteo 20:10 – Che fuori tempo che fa 21:30 – Ulisse: il piace della scoperta 23:55 – TG regione 24:00 – Un giorno in pretura 01:15 – TG3 Telegiornale 01:30 – TG 3 chi e di scena 01:50 – Furoi orario
Canale 5 06:00 – Prima pagina 07:50 – Traffico/Meteo.It / Tg 5 09:10 – Superpartes 10:00 – Informa – dimensione benessere 11:00 – Forum 13:00 – Tg5 telegiornale 13:40 – Beautiful 14:10 – Amici 16: 00 – Il segreto 16:30 – Verissimo 18:45 – Avanti un altro! 20:00 – Tg 5 / Meteo.It 20:40 – Striscia la notizia 21:10 – Tu si que vales 00:30 – Tg 5 / Rassegna / Meteo.It 01:00 – Striscia la notizia 01:50 – Cuore contro cuore (TF) Italia 1 06:10 – I maghi di waverly 06:45 – Supercar 08:35 – A-Team 10:30 – Beethoven 4. Film 2001 12:25 – Studio aperto / Meteo.It 13:00 – Sport mediaset 14:00 – Res bull peaks trilogy 15:00 – Mr. Nice guy. Film 1997 16:50 – Stuart Little 2. Film 2002 18:30 – Studio aperto / Meteo.It 19:00 – Balto. Film 1996 20:40 – Dragons L’inizio delle corse dei draghi 21:40 – Kung Fu panda. Film 2008 22:55 – Sport Night 23:45 – Titolo Continentale WBS Superleggeri 01:30 – Sport mediaset 01:55 – Studio aperto. Rete 4 06:50 – Mediashopping 07:40 – Hunter 09:40 – Carabinieri 4 10:45 – Ricette all'Italiana 11:30 – Tg 4 # Meteo.It 12:00 – Un detective in corsia 13:00 – La signora in giallo 13:55 – Lo sportello di forum 16:10 – Ieri e oggi in TV 17:00 – Poirot 18:55 – Tg 4 # Meteo.It 19:35 - Ieri e oggi in TV 19:55 - Tempesta d'amore 21:30 – Il vendcatore. Film 2003 23:15 – Cape fear – il promontorio della paura. Film 1991. 01:50 – Tg 4 02:10 – Festivalbar 1993.
www.maltarightnow.com
25
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
TV/RADJU Go Stars
06:50 – The Lone Ranger 09:20 – Bless me ultima 11:15 – Philadelphia 13:20 – Ponyo 15:10 – The Book thief 17:20 – This is 40 19:30 – The blacklist 21:00 – Red 22:50 – Red 2 00:50 – Mr. Brooks 02:50 – This is 40 05:05 – Red 07:00 – Close Mediaset Italia
07:35 – Zelig 09:35 - Pomeriggio cinque 11:01 - Vivere IV 11:25 Vivere IV 11:50 - Vivere IV 12:15 Vivere IV 12:40 - Vivere IV 13:05 Finchè c’è ditta c’è speranza 13:15 Mattino cinque 14:55 - Zelig 17:00 I Cesaroni 18:30 - A cuccia di cuori 19:00 - TG5 19:35 - Sai cosa mangi? 19:45 - Melaverde 20:35 - Il mondo di California Bakery 21:00 - Il mondo di California Bakery 21:25 - Il mondo di California Bakery 21:50 - Finchè c’è ditta c’è speranza 22:15 - Squadra Antimafia BBC Entertainment
06:00 - Charlie and Lola 06:15 Woolly & Tig 06:20 - Mr Bloom’s Nursery 06:40 – Teletubbies 07:05 Garth and Bev 07:15 - Charlie and Lola 07:30 - Woolly & Tig 07:35 Mr Bloom’s Nursery 07:55 – Teletubbies 08:15 - The Weakest Link 09:00 - Doctor Who 09:45 - Peckham Finishing School for Girls 10:35 Outcasts 11:30 - Me and Mrs Jones 12:00 - Me and Mrs Jones 12:30 - Me and Mrs Jones 13:00 - Doctor Who 13:40 - Casualty 14:30 – EastEnders 15:00 – EastEnders 15:30 EastEnders 16:00 - EastEnders 16:30 - Doctor Who 17:15 - The Weakest Link 18:00 - Me and Mrs Jones 18:30
- Peckham Finishing School for Girls 19:20 – Outcasts 20:15 - Doctor Who 21:00 - Alan Carr: Chatty Man 21:45 - Michael McIntyre’s Comedy Roadshow 22:30 - Ideal 23:00 – Threesome 23:25 - Stewart Lee’s Comedy Vehicle 23:55 - Doctor Who TCM
06:00 - Texas Carnival 07:20 Jailhouse Rock 08:55 - Rebel Without a Cause 10:45 - The Three Musketeers 12:50 - The Champ 15:00 - Sunday in New York 16:45 The Wreck of the Mary Deare 18:30 Lust for Life 20:30 - TCM Presents Under the Influence 21:00 - Cool Hand Luke 23:05 - Young Bess MGM Channel
07:45 - The Aviator 09:20 Company Business 11:00 - North of Chiang Mai 12:35 - In the Heat of the Night 14:25 - MGM’s Big Screen 14:40 – Clambake 16:20 - Little Man Tate 18:00 – Manhattan 19:35 Cohen and Tate 21:00 - Dream Lover 22:40 - MGM’s Big Screen 22:55 No Way Out Diva Universal
06:00 - Kojak 06:55 - Kojak 07:50 – Kojak 08:50 - Quincy, M.E. 09:45 - Quincy, M.E. 10:43 - Great Women 10:50 - Agatha Christie’s Poirot 12:30 - Great Women 12:40 - Miss Fisher’s Murder Mysteries 13:43 - Miss Fisher’s Murder Mysteries 14:50 Father Brown 15:50 - Father Brown 16:50 - Downton Abbey 18:30 - Great Women 18:45 - Fede Cieca 19:00 Murder, She Wrote 19:53 - Murder, She Wrote 20:50 - Great Women
VOTUM, NET Television 20.40
21:00 - McBride: Requiem 22:35 The Phone Call 23:00 - Wolff’s Turf 23:53 - Wolff’s Turf Discovery Channel
06:00 - How Do They Do It?: Tennesse Whiskey; Nightvision; Saunas 06:25 - Fast N’ Loud: Chopped Cabriolet and ‘Vette Rescue’ 07:15 - Fifth Gear 08:10 - Extreme Car Hoarders: What’s a Partner For? 09:05 - Auction Hunters: Fire in the Hole! 09:30 - Auction Hunters: Animal Instincts 09:55 - The Real Hustle: High Stakes 10:25 - The Real Hustle: High Stakes 10:50 - Dynamo: Magician Impossible 11:40 Dynamo: Magician Impossible 12:35 - Dynamo: Magician Impossible: South Africa 13:30 - Dynamo: Magician Impossible: UK 14:25 How Do They Do It?: Tennesse Whiskey; Nightvision; Saunas 14:55 - How Do They Do It?: Vanilla; Anchors; Lighters 15:20 - Rise of the Machines: Mega Truck 16:15 - Strip the City: Machu Picchu 17:10 - Dirty Great Machines: Monsters of Mining 18:05 - Classic Car Rescue: DeLorean 19:00 - Dallas Car Sharks: Rust Bucket Ranchero Resto 19:30 Dallas Car Sharks: Amazing Apache, Restless Renegade 20:00 FantomWorks: 1965 Mustang and 1951 Studebaker Truck 21:00 Storage Hunters: Score of the Century 21:30 - Auction Kings: Iron Maiden; 1917 T-Bucket Roadster 22:00 - The Liquidator: Armed to the Rafters 22:30 - Auction Hunters: Miami Heat 23:00 - American Digger: Cherokee Treasure Trove 23:30 - Backyard Oil: Kentucky Fried Church
Aktar stejjer waqt VOTUM li jwassluna nifhmu u nirrealizzaw li dawn kienu parti mill-istorja ta’ ħajjitna u m’aħniex destinati li nibqgħu imwaħħlin magħhom. Hi x’inhi s-sitwazzjoni u l-istorja ta’ ħajtek illejla waqt il-programm soċjali VOTUM ser tingħata pariri biex 5ibqa miexi u tibqa għaddej u ma tibżax mill-bidla. Għax din il-bidla ser tressqek lejn ħajja aħjar, lejn ħajja nkredibli, dejjem jekk minn issa stess tiddeċiedi tieħu l-kontroll f’idjek.
07:00 09:30 12:30 13:00 14:00 14:05 14:30 16:45 17:30 18:00 18:05 19:10 19:30 20:15 20:40 21:40 21:45 22:00 23:00
Net News Telebejgħ Indibate Becky NET News Style Watch Sagħtejn Flimkien Rafiki Elle NET News The Weds Għalik fl-Ewropa NET News Għalik fl-Ewropa Votum NET News Votum Meander Arti u Kultura NET News
Sport fuq il-Cable
GO sports 1 07:00 - FIFA Futbol Mundial /497 07:30 - Aviva Premiership - Round 9 - Bath Rugby v Harlequins 09:30 - Barclays Premier League - Week 15 - Aston Villa v Tottenham H 11:30 - Ligue 1 - Round 15 - Olympique de Marseille v Nantes 13:30 Guinness Pro12 - Round 9 - Munster v Ulster LIVE 15:30 - Autumn Internationals - England v Australia 17:30 - UEFA Champions League Magazine Programme 13 LIVE 18:10 - Guinness Pro12 - Round 9 Leinster v Ospreys LIVE 20:30 Guinness Pro12 - Round 9 Connacht v Scarlets 22:30 Premier League Saturday Review Week 16 23:30 - Autumn Internationals - Wales v South Africa 01:30 - Vincennes Horseracing 03:00 - Barclays Premier League Week 16 - Liverpool v Stoke City 05:00 - Ligue 1 - Round 15 - Paris Saint-Germain v OGC Nice GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 08:30 - Serie A - Round 12 - Napoli v Cagliari 10:30 - Netbusters Week 15 11:00 - Aviva Premiership - Round 9 - Bath Rugby v Harlequins 13:00 - Serie A Round 12 - Genoa v Palermo 15:00 - FIA Formula E - Putrajaya - Round 2 – Highlights LIVE 16:00 Barclays Premier League - Week 16 Burnley v Aston Villa 18:00 Autumn Internationals - England v Australia 20:00 - Barclays Premier League - Week 16 - West Brom Albion v Arsenal 22:00 - Trans World Sport /1439 23:00 - Serie A - Round 13 - Sassuolo v Hellas Verona 01:00 - Guinness Pro12 -
Round 9 - Connacht v Scarlets 03:00 - Barclays Premier League Week 16 - Swansea City v Crystal Palace 05:00 - Ligue 1 - Round 15 - Stade Rennais v AS Monaco
GO sports 8 09:00 FIA Formula E - Putrajaya Round 2 – Highlights 10:00 Vincennes Horseracing 11:30 Serie A - Round 12 - Napoli v Cagliari 13:30 Netbusters - Week 15 14:00 Aviva Premiership Round 9 - Bath Rugby v Harlequins LIVE 16:00 Barclays Premier League - Week 16 - Queens Park Rangers v Leicester City 18:00 Serie A - Round 12 - Genoa v Palermo 20:00 Autumn Internationals - England v Australia 22:00 Barclays Premier League Week 16 - West Brom Albion v Arsenal 00:00 Trans World Sport #1439 01:00 Serie A - Round 13 - Sassuolo v Hellas Verona 03:00 Guinness Pro12 - Round 9 Connacht v Scarlets 05:00 Barclays Premier League - Week 16 Swansea City v Crystal Palace 07:00 Ligue 1 - Round 15 - Stade Rennais v AS Monaco GO sports 2 12:30 Premier League Match Pack - Week 16 13:00 Premier League Preview - Week 16 LIVE 13:45 Barclays Premier League - Week 16 - West Brom Albion v Arsenal LIVE 16:00 Barclays Premier League Week 16 - Manchester Utd v Hull City LIVE 18:30 Barclays Premier League - Week 16 Sunderland v Chelsea 20:30 Milan Channel
www.maltarightnow.com
26
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
KLASSIFIKATI
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġt ikmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000.
NIKRI Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għall-perjodu ta’ 4 snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655. GĦALL-BEJGĦ Pasturi TAT-tafal tradizzjonali, set ta 20 pastur, €10. Offerta – presepji kull daqs, naħdimhom b’delizzju. Prezz tal-materjal biss. Ċemplu 21495253.
AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Xogħlijiet GĦAL kull xogħol ta’kostruzzjoni ta’ bini, alterazzjonijiet ta’ bini, ftuħ ta’ ħitan bi travi tal-ħadid, ftuħ ta’ bibien, twieqi,, ħnejjiet, bdil ta’ soqfa tal-konkos, xorok, nirranġaw, induru fejn ikun hemm ħsara fis-soqfa, gallarijiet, travi u xibka b’materjal apposta, qlugħ ta’ madum, kmamar tal-banju, tibjid, kisi, żebgħa, tikħil. Xogħol b’esperjenza kbira u xogħol fil-pront. Ċemplu 99602436.
www.maltarightnow.com
27
Is-Sibt, 29 ta’ Settembru, 2014
SPORT
Jaqblu dwar it-tneħħija tar-regola tal-punti doppji FORMULA 1
Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li l-Kapijiet tal-Formula 1 qablu biex titneħħa r-regola talpunti doppji, regola li tant qajmet kontroversja matul dan l-istaġun. Qabel beda dan l-istaġun ġiet introdotta regola fejn fl-aħħar Grand Prix bdew jingħataw punti doppji u dan sar biex ikun hemm aktar element ta’ interess fl-isfida għat-titlu. Fl-aħħar tellieqa din ir-regola ma kinitx determinanti biex iddeċidiet min rebaħ il-kam-
FUTBOL
Uffiċjali Maltin impenjati f’San Marino
L-Elite Referees Mario Apap u André Arciola matul tmiem ilġimgħa se jkunu qed jikkontrollaw partiti mill-ogħla diviżjoni tal-Kampjonat f’San Marino. Illum, Apap se jkun qed jikkontrolla l-partita bejn Tre Penne u Faetano waqt li għada lĦadd, Arciola se jkun qed jikkontrolla l-partita bejn Domagnano u Virtus. Apap u Arciola se jkunu assistiti millassistant referee tal-FIFA Christopher Francalanza u l-Elite assistant referee Luke Portelli. Il-Maltin se jkunu qed jiġu akkumpanjati minn Tony Brigulio li se jkun ukoll qed jagħmel xogħol ta’ referee observer għall-partita bejn Juvenes/Dogana kontra Pennarossa.
BALLUN TAD-DEHEB Ancelotti jattakka lil Platini
Il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti attakka lill-President tal-UEFA Michel Platini wara li dan tal-aħħar qal li għandu jkun plejer Ġermaniż u mhux Cristiano Ronaldo ta’ Real li jirbaħ il-Ballun tad-Deheb. “Nemmen li meta tokkupa lkariga ta’ President tal-UEFA m’għandekx tesprimi pubblikament l-opinjoni tiegħek dwar min għandu jirbaħ unur bħal dan,” qal Ancelotti. F’dawn l-aħħar ġimgħat kienu ħafna dawk, fosthom, il-manager ta’ Man Utd Van Gaal u l-winger Franċiż Ribery, li qalu li għandu jkun plejer Ġermani li rebaħ itTazza tad-Dinja li jirbaħ dan lunur tant prestiġjuż.
pjonat għax il-lider Lews Hamilton, li kellu vantaġġ ta’ 17il punt fuq l-eqreb rivali tiegħu Nico Rosberg, rebaħ it-tellieqa biex ġie inkurunat champion. Jidher issa la darba l-kapijiet qablu bejniethom biex din irregola titneħħa issa jħabbru ddeċiżjoni waqt il-laqgħa talKunsill tal-FIA li se ssir ġimgħa oħra. Il-grupp li jieħu dawn iddeċiżjonijiet hu magħmul minn Bernie Ecclestone, Kap tal-F1,
Jean Todt, il-President tal-FIA u sitt timijiet prinċipali. Ta min jiftakar li Ecclestone kien insista ħafna biex minflok jingħataw punti doppji biss flaħħar GP, jingħataw punti doppji fl-aħħar tliet Grand Prix. Diversi sewwieqa, matul l-istaġun kieni kontra din ir-regola minħabba li jista’ jkun hemm possibiltà li ttitlu ma jintrebħax mill-aktar sewwieq li kien konsistenti tul listaġun.
Il-Kapijiet tal-F1, fosthom Ecclestone (xellug) u Jean Todt (lemin) qablu biex mill-istaġun li ġej titneħħa ir-regola tal-punti doppji fl-aħħar GP
www.maltarightnow.com
28
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
Roma jittamaw f’żelqa ta’ Juventus fid-derby FUTBOL TALJAN
Bejn illum u nhar it-Tnejn jitkompla l-kampjonat Taljan u laktar żewġ partiti li jispikkaw se jkunu t-tnejn li fihom hemm involuti Juventus u Roma, it-timijiet li qed jokkupaw l-ewwel u ttieni post rispettivament fil-klassifika. Dawn it-tnejn huma impenjati għada fejn l-ewwel flazzjoni, fis-6pm Juventus jilagħbu kontra r-rivali Torino filwaqt li ftit sigħat wara Roma jilqgħu lil Inter fl-Olimpico. Ġimgħa ilu Roma kienu għelbu lil Atalanta 2-1 barra minn darhom u ftit sigħat Juventus wieħbu għar-rebħa ta’ Roma b’wirja mill-aqwa meta ħarġu rebbieħa 3-0 barra minn darhom kontra Lazio. Din id-darba issa jmiss lil Juventus l-ewwel flazzjoni u jekk dawn jirbħu kontra Torino, tim li qiegħed fil-15-il post, jitfgħu pressjoni fuq Roma li jkollhom jirbħu kontra Inter, li issa huma immexxija mil-kowċ Roberto Mancini. Bħalissa Torino ma tantx huma għaddejin minn forma mil-aqwa u fl-aħħar ħarġa tagħhom tilfu 10 f’darhom kontra Sasuolo. Flaħħar ħames partiti Torino rebħu biss logħba
Minn naħa tagħhom Juventus se jkunu ġejjin minn tliet rebħiet konsekuttivi fil-kampjonat filwaqt li matul il-ġimgħa rebħu 2-0 barra minn darhom kontra Malmo fiċ-Champions League. Fuq ilkarta Juventus m’għandhomx ifallu milli jieħdu t-tliet punti madankollu, kif jaf kulħadd, kwalunkwe derby fil-futbol jaf ikun wieħed li joffri sorpriżi. Juventus se jkollhom lil Padoin sospiż għal logħba kontra Torino. Wara l-logħba bejn Juventus u Torino, Roma għandhom konfront diffiċli kontra tim li se jkun ġej minn draw ta’ 1-1 kontra Milan u li qiegħed fid-disa’ post. Inter ilhom dawn l-aħħar tliet logħbiet ma jirbħu logħba filkampjonat u żgur li jekk iridu jikkwalifikaw għal-kompetizzjoni Ewropea fl-istaġun li ġej ma jistgħux iwaqqgħu aktar punti. Matul il-ġimgħa Inter ibbukkjaw post mal-aħħar 32 flEuropa League meta għelbu lil Dnpiro filwaqt li Roma kienu ferm viċin li jiksbu rebħa barra minn darhom fiċ-Champions League kontra CSKA Moscow imma r-Russi skurjaw fl-aħħar biex salvaw draw ta’ 1-1.
Il-Programm Serie A Illum Sassuolo v Verona Chievo v Lazio Għada Cagliari v Fiorentina Cesena v Genoa Empoli v Atalanta Milan v Udinese Palermo v Parma Juventus v Torino Roma v Inter It-Tnejn Sampdoria v Napoli
(18.00) (20.45) (15.00) (15.00) (15.00) (15.00) (15.00) (18.00) (20.45) (20.45)
Wara d-draw kontra Inter, għada Milan jilagħbu kontra Udinese f’logħba li tista’ titqies bħala konfront dirett għax iżżewġ timijiet qegħdin fis-seba’ post bl-istess ammont ta’ punti. Bħal Milan, Udinese wkoll se jkunu ġejjin minn draw ta’ 1-1, kontra Chievo. Il-gowl tas-solitu Di Natale ma kinx biżżejjed biex jagħti t-tliet punti lill-Bianconeri. Bla dubju, l-akbar theddida għal Milan se jkun l-istess Di Natale, li ġimgħa ilu, fl-400 dehra tiegħu fis-Serie A skurja l-200 gowl f’dan il-kampjonat.
Sport lokali għal tmiem il-ġimgħa
Illum MFA Kordin – 2pm. BOV Premier. Mosta v Pietà H., 4pm. BOV Premier. Tarxien R v Valletta., 6.30pm. Malta International Futsal Tournament. Malta v Serbja Victor Tedesco Std – 2pm. BOV Premier. Balzan v Naxxar L., 4.15pm. BOV Premier. Qormi v Hibs Centenary Std – 2pm. FA Trophy. Swieqi Utd v Gżira Utd., 4pm. FA Trophy. Msida SJ v Żabbar SP Sannat Std – 3pm. FA Trophy. Nadur Y v Għargħur GFA Sannat Grd – 12.30pm. II Div. Qala S v Għarb R. Kerċem Grd – 3.30pm. II Div. Għajnsielem v Xagħra Utd GFA Mosta Grd – 1pm. U17. Cottonera v Melita., 2.45pm. U17. Żabbar v Tarxien., 4.30pm. U15. Pietà v San Ġwann Sirens Grd – 1pm. U17. Mellieħa v Naxxar., 2.45pm. U17. Ħamrun v Siġġiewi., 4.30pm. U15. St Andrews v Floriana SWAN Tarxien Grd – 1.45pm. Xmas Cup. Ħamrun T v Cospicua D.,
3.15pm. Xmas Cup., Lija-Iklin v San Ġwann K. Qormi Grd – 1.45pm. Xmas Cup. Baħrija AFC v Ta’ Ġiorni W., 3.15pm. Xmas Cup. Marsa SM v Dingli E. Kordin – 2.30pm. Xmas Cup. Għargħur v Mrieħel J.
BASKETBALL TA’ Qali – 2.45pm. BOV KO II Div. (I). SN Suns v Mellieħa., 4.30pm. BOV KO II Div. (I). Hibs v Athleta
Għada MFA Ta’ Qali – 2pm. BOV Premier. Floriana v Sliema W., 4pm. BOV Premier. B’Kara v Żebbuġ R. Sirens Std – 3pm. FA Trophy. Sirens v Lija A. YFA Victor Tedesco Std – 9am. U17. Mqabba v Żebbuġ., 10.45am. U17. Luqa v Qrendi., 12.30pm. U15. Lija-Iklin v Mqabba Luxol Grd – 9am. U17. Pembroke v B’Kara., 10.45am. U15. Attard v Żabbar Mosta Grd – 1pm. U17. Kirkop v Qormi., 2.45pm. U17. Lija-Iklin v Dingli., 4.30pm. U15. Mellieħa v Qormi Żebbuġ Grd – 1pm. U17.
SPORT
Msida v Swieqi., 2.45pm. U17. Fgura v Gżira., 4.30pm. U15. Żebbuġ v Dingli GFA Kerċem Std – 1pm. I Div. Victoria H v Victoria W., 3pm. I Div. Oratory Y v Kerċem IASC Santa Lucia Grd – 8.30am. I Div. Senglea Y v Burmarrad AFC., 9.45am. I Div. Msida RS v Mosta G., 11am. Floriana A v Marsa T. BASKETBALL Ta’ Qali – 11.15am. BOV KO. S-F. (N). Luxol v Depiro., 1pm. BOV KO. S-F. (I). Depriov Virtus., 2.45pm. BOV KO. S-F. (N). Athleta v Hibs., 4.30pm. BOV KO. S-F. (I). Floriana v Athleta SPARAR Bidnija – 10am. Sparatura Skeet u Double Trap. B’Bugia – 10am. Sparatura Trap. HOCKEY Kordin – 9am. Lig. Floriana YS v Sliema HS., 11am. Lig. Rabat v Qormi TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Marsa – 1.15pm. Issir it-42 laqgħa tal-istaġun fejn isiru ssemi finali tal-Kampjonati talFranċiżi.
Wara d-draw kontra CSKA Moscow fiċ-Champions League Roma għada jilagħbu fl-Olimpico kontra Inter
Konfront dirett
Nhar it-Tnejn jintlagħab ilkonfront dirett għat-tieni post bejn Sampdoria u Napoli. Dawn tal-aħħar bħalissa qed igawdu vantaġġ ta’ punt fuq Sampdoria. Iż-żewġ timijiet se jkunu jridu jwettqu reazzjoni wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom ġew miżmuma draw. Sampdoria ġew draw 1-1 kontra Cesena filwaqt li Napoli iddiżappuntaw u ġew 3-3
f’darhom kontra Cagliari. It-tim ta’ Benitez, matul il-ġimgħa ibbukkja post mal-aħħar 32 talEuropa League bi draw kontra Sparta Prague. Ta min jinnota li minn dan ilkonfront jistgħu jgawdu Genoa. Dan għaliex, jekk huma, għada jirbħu barra minn darhom kontra Cesena u Napoli u Sampdoria jispiċċaw fi draw, Genoa jitilgħu fit-tieni post flimkien ma’ Napoli.
Jintlagħbu s-semi finali tan-Knockout BASKETBALL – SEMIFINALI TAN-KO
Għada waranofsinhar jintlagħbu s-semi-finali tanKnockout tal-BOV fejn l-aktar loghba mistennija hi dik bejn Floriana Café Del Mar u A to Z Electronics. It-tieni semi-finali se tkun bejn Virtus Cynergi u Pavi Depiro. Virtus, wara s-suċċess fis-St James Hospital Shield jibdew favoriti biex jiksbu post fil-finali. Virtus għandhom materjal biżżejjed biex jiġġieldu għarrebħ tal-unri fejn l-Amerikan E. Durinsma qed juri l-potenzjal tiegħu. Depiro huma tim mibdul millistaġun l-ieħor u qed jibbażaw fuq iż-żagħżagħ taħt it-tmexxija tal-kowċ Taljan. A. Degabrieli. Athelta, wara t-telfa fil-finali tas-Shield se jipprovaw iwettqu reazzjoni kontra Floriana li huma t-tielet tim li jistgħu jirbħu lunuri. Floriana jittamaw li lOlandiż N. Oudendag jkompli juri titjib fl-attakk. Il-kowċ il-gdid M. Tabone jittama li t-twil D. Schembri juri titjib fil-forma tiegħu u li x-xutter N. Vasovic jilgħab aktar għat-
tim. Il-problema tal-kowċ ta’ Athleta J. Galea hi li għandu bank limitat u ma jistax jilgħab b’difiża aggressiva daqs kemm jixtieq minħabba l-fawls. Athleta huma tim li jkompli jiġġield sa laħħar tisfira . Mill-BOV K.O. tan-nisa iżżewġ timijiet li iddominaw dawn l-aħħar staġuni, Caffe Moak Luxol u Pavi Depiro jiltaqgħu flewwel semi-finali. Għalkemm Luxol ħarġu rebbieħa fl-aħħar logħbiet, diffiċli biex wieħed ibassar min se jgħaddi għallfinali. Għal Depiro mistenni jirkupra l-captain S. Brincat. Fit-tieni semi-finali, Hibs, li għaddejjin minn mument tajjeb jibdew kemmxejn favoriti kontra Honey Athleta . Il-problema għall-kowċ R. Spiteri hi li Athleta jnaqqsu mil-logħob speċjalment wara l-mistrieħ. Illum jintlagħbu żewġ logħbiet minn K.O. tat-Tieni Diviżjoni tal-irġiel. Mellieħa Mr Green jibdew favoriti kontra SN. Suns filwaqt li Hibs, friski mir-rebħ talewwel unur tal-istaġun, jibdew favoriti kontra Athleta.
www.maltarightnow.com
29
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
SPORT
Chelsea jistgħu jkabbru d-distakk FUTBOL INGLIŻ
Il-Programm Premiership Ingliż Illum West Brom v Arsenal Burnley v Aston Villa Liverpool v Stoke Man Utd v Hull QPR v Leicester Swansea v C.Palace West Ham v Newcastle Sunderland v Chelsea
(13.45) (16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (18.30)
Għada Southampton v Man City(14.30) Tottenham v Everton (17.00) The Championship Charlton v Ipswich Birmingham v Nottm Forest Bolton v Huddersfield Bournemouth v Millwall Brentford v Wolves Brighton v Fulham Leeds v Derby M’boro v Blackburn Norwich v Reading Rotherham v Blackpool Sheff Wed v Wigan Watford v Cardiff League One Barnsley v Scunthorpe Bradford v Leyton Orient Coventry v Walsall Crawley v Chesterfield Crewe v Doncaster Gillingham v Port vale MK Dons v Colchester Rochdale v Oldham Swindon v Fleetwood Yeovil v Preston League Two Wimbledon v Cambridge Bury v Dag & Red Carlisle v Newport Cheltenham v Oxford Utd Hartlepool v Wycombe Luton v Mansfield Plymouth v York Shrewsbury v Burton Southend v Northampton Stevenage v Morecambe Tranmere v Portsmouth Skozja Tazza Skoċċiża Dundee v Aberdeen Bo’ness United v Arbroath Alloa v Hibernian Annan Athletic v Brechin Berwick v Albion Falkirk v Cowdenbeath Motherwell v Dundee Utd Partick Thistle v Hamilton Queen of Sth v Brora Rangers Spartans FC v Morton St Johnstone v Ross County St Mirren v Inverness CT Stirling v Raith Rovers Stranraer v Dunfermline Għada Rangers v Kilmarnock Hearts v Celtic II Div Clyde v Queen’s Park East Stirling v East Fife
Bejn illum u għada jitkompla lPremiership Ingliż u l-liders Chelsea llum jilagħbu barra minn darhom kontra Sunderland. Jekk dawn jirbħu għall-11-il darba filkampjonat żgur li se japprofittaw mill-konfront dirett ta’ għada bejn Southampton u ċ-champions Manchester City. Bħalissa Chelsea qegħdin sitt punti fuq Southampton, is-sorpriża ta’ dan l-istaġun, u tmienja fuq Man City. Fuq il-karta Chelsea m’għandhomx ifallu milli jegħlbu lil Sunderland, speċjalment meta wieħed iqis li dawn bħalissa għaddejin minn forma mill-aqwa u minkejja li għadu kmieni fl-istaġun hemm min diġa’ qed jara lil Chelsea champions. Ġimgħa ilu Chelsea kisbu ttielet rebħa konsekuttiva fil-kampjonat meta għelbu lil West Bromwich Albion filwaqt li matul il-ġimgħa dawn komplew jimpressjonaw hekk kif kisbu rebħa ta’ 5-0 barra minn darhom kontra Schalke fiċ-Champions League. Fl-aħħar ħarġa tagħhom Sunderland ġew draw 0-0 barra minn darhom kontra Leicester City u dan kien it-tieni draw konsekuttiv wara li ġimgħa ilu kienu ġew 1-1 kontra Everton. Għada Southampton jilagħbu kontra Man City u wieħed irid jara kif se jkampa t-tim ta’ Koeman kontra tim tal-ogħla livell. Matul is-sajf Southampton biegħu diversi stilel mit-tim, il-maġġoranza tagħhom lil Liverpool, imma minkejja dan il-wirjiet tal-plejers li baqgħu mal-klabb qed ikunu mill-aqwa u issa dawn għandhom test importanti kontra ċ-champions tal-pajjiż. Nhar it-Tnejn li għadda Southampton kellhom kemmxejn ta’ żelqa hekk kif dawn ħadu draw ta’ 1-1 barra minn darhom kontra Aston Villa. Il-moral tal-plejers ta’ City se jkun wieħed għoli għax minbarra li rebħu ġimgħa ilu kontra Swansea fil-kampjonat, matul il-ġimgħa dawn kisbu rebħa mill-aktar drammatika
kontra Bayern Munich fiċChampions League. It-tim ta’ Pellegrini kien qed jitlef kontra Bayern li kienu qed jilagħbu b’10 plejers sakemm żewġ gowls ta’ Sergio Aguero fi spazju ta’ ftit minuti lejn l-aħħar fażi tal-logħba taw rebħa ta’ 3-2 lil City. Aguero, li hu l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 12-il gowl mistenni jerġa’ jibda malewwel 11 kontra Southampton, tim li ta min jinnota għandu laħjar difiża fil-kampjonat. Dawn qalgħu biss sitt gowls. Illum ukoll fl-azzjoni hemm Man Utd u dawn se jilagħbu f’Old Trafford kontra Hull. Filwaqt li r-Red Devils se jkunu ġejjin minn rebħa importanti ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Arsenal, Hull tilfu f’darhom kontra Tottenham. Għal Hull din kienet it-tielet telfa konsekuttiva hekk kif dawn, mil-aħħar 11-il logħba rebħu biss waħda u hu għalhekk li Man Utd m’għandhomx ifallu milli jieħdu t-tliet punti. Luke Shaw ta’ Man Utd mistenni jitlef il-logħba minħabba injury fl-għaksa imma jidher li se
jirritorna l-attakkant Falcao li ikrupra minn injury fil-pexxul. Minbarra Shaw, ta min jiftakar li Man Utd se jkunu wkoll mingħajr Blind, Rojo u Phil Jones. Lakbar theddida għal Hull mistenni jkun Ronney, plejer li dan laħħar qed isib ix-xibka b’mod regolari kemm mal-klab kif ukoll mal-Ingilterra. Arsenal se jipprovaw iwettq reazzjoni wara t-telfa kontra Man Utd hekk kif illum jilagħbu barra minn darhom kontra West Browmich Albion. Madankollu t-tim ta’ Wenger diġa’ irkupra mit-telfa kontra r-Red Devils hekk kif matul il-ġimgħa dawn għelbu lil Borussia Dortmund 20 fiċ-Champions League. Laħbar ħażina għal Arsenal hi li dawn se jkollhom jgħaddu mingħajr Arteta u Wilshere. Arteta weġġa’ kontra Dortmund filwaqt li Wilshere mistenni jdum tliet xhur barra wara li matul il-ġimgħa ġie operat flgħaksa. Qegħdin fi kriżi Liverpool, li bħalissa qegħdin fit-12-il post ma jistgħux ikom-
plu jwaqqgħu aktar punti u dawn illum iridu rebħa kontra Stoke ġewwa Anfield. It-tim ta’ Brendan Rodgers se jkun ġej minn tliet telfiet konsekuttivi filkampjonat. Ir-Reds ilhom dawn l-aħħar ħames logħbiet ma jirbħu logħba hekk kif nhar l-Erbgħa dawn ġew miżmuma draw 2-2 barra minn darhom kontra Ludogorets fiċ-Champions League. Fl-aħħar ħarġa tagħhom filkampjonat Liverpool tilfu 3-1 kontra Crystal Palace filwaqt li Hull tilfu kontra Burnley. Liverpool iridu jkunu ferm attenti minn Stoke, speċjalment meta wieħed jiftakar li dawn, dan listaġun diġa’ rebħu għand Tottenham u Man City. Għal kontra Hull ir-Reds se jkollhom jgħaddu mingħajr lattakkant Daniel Sturridge li reġa’ weġġa’ kif ukoll mingħajr Balotelli, Enrique, Sakho u Suso. Intant, wara li t-tnejn li huma matul il-ġimgħa ibbukkjaw post mal-aħħar 32 tal-Europa League, għada Tottenham u Everton jilagħbu kontra xulxin f’White Hart Lane.
Il-FIFA ħabbret lista ta’ 15-il midfielder li minnhom iridu jiġu magħżula tlieta biex jifformaw parti mill-aqwa tim tas-sena. Sal1 ta’ Diċembru il-FIFA trid tħabbar ukoll in-nominazzjonijiet għall-aqwa attakkanti. L-aqwa
tim se jkun magħmul minn formazzjoni ta’ 4-3-3 u l-plejers magħżula se jkunu żvelati fit-12 ta’ Jannar, fil-jum li fih se jingħata wkoll l-unur tal-Ballun tadDeheb. Il-midfielders nominati huma:
Xabi Alonso (B. Munich) Angel Di Maria (Man Utd) Cesc Fabregas (Chelsea) Eden Hazard (Chelsea) Xavi Hernandez (Barcelona) Andres Iniesta (Barcelona) Toni Kroos (R. Madrid) Luka Modric (R.
Madrid) Mesut Ozil (Arsenal) Andrea Pirlo (Juventus) Paul Pogba (Juventus) James Rodriguez (R. Madrid) Bastian Schweinsteiger (B. Munich) Yaya Toure (Man City) u Arturo Vidal (Juventus).
Liverpool għaddejin minn mument kemmxejn diffiċli tilfu l-aħħar tliet konfronti fil-kampjonati. Illum dawn jilagħbu kontra Stoke wara li matul il-ġimgħa ġew draw kontra Ludogorets fiċ-Champions League (ritratt)
Il-FIFA tħabbar in-nominazzjonijiet għall-aqwa midfielders
www.maltarightnow.com
31
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
SPORT
Hibs mistennija komplu jirbħu KAMPJONAT BOV PREMIER
B’Kara u Valleta f’taqtigħa għat-tieni post
Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħab programm ieħor mill-Kampjonat BOV Premier fejn il-liders Hibernians illum mistennija jkomplu jirbħu meta jiltaqgħu kontra Qormi filwaqt li Valletta u B’Kara se jkomplu jisfidaw lil xulxin għat-tieni post. Ġimgħa ilu Hibernians, fl-ewwel logħba tat-tieni rawnd ġabu fix-xejn lil Floriana meta rebħulhom 5-0 f’logħba li kienu fi klassi għalihom u logħba li tat sinjal ċar li se tkun ferm diffiċli għal kwalunkwe tim biex iwaqqaf littim ta’ Branko Nisevic milli jirbaħ il-kampjonat, anke jekk għadu kemmxejn kmieni biex wieħed jagħmel il-pronostiċi tiegħu. Hibs bħalissa għandhom vantaġġ komdu ta’ 12-il punt fuq Valletta, tim li tela’ jokkupa ttieni post ġimgħa ilu wara li għeleb lil Mosta u fl-istess ħin approfitta mit-telfa xejn mistennija li sofrew B’Kara kontra Pietà. Illum Hibs jilagħbu kontra Qormi, tim li jinsab fil-ħames post u li fl-aħħar ħarġa tiegħu ħa draw ta’ 1-1 kontra Naxxar. Bilmod ta’ kif żvolġiet il-partita bejn il-Qriema u n-Naxxarin wieħed jista’ jgħid li għalihom, id-draw kontra Naxxar kien qisu telfa meta wieħed iqis li l-gowl tad-draw ta’ Gilmar ġie skurjat fil-ħin miżjud wara li Qormi kienu iddominaw għal ħin twil. Bla dubju l-akbar theddida għal Qormi se jkun Edison Luis dos Santos ‘Taraba’i li bil-gowl tiegħu kontra Floriana kompla saħħaħ postu fil-quċċata tal-klassifika tal-aqwa skorers bi 12-il gowl, tnejn aktar minn Costa Morais ta’ B’Kara. Fl-ewwel rawnd Hibs ma ġrewx b‘Qormi u kienu rebħulhom 2-1. Qormi se jkollhom lil Latini Mazzetti sospiż. Illum Valletta jilagħbu kontra
Tarxien u l-Beltin se jippruvaw jagħtu t-tielet telfa konsekuttiva lill-avversarji tagħhom u fl-istess ħin ikomplu jibnu fuq il-wirja mill-aqwa li kellhom ġimgħa ilu meta għelbu lil Mosta 5-0. Flewwel rawnd Tarxien kienu ħadu draw ta’ 0-0 kontra Valletta imma fuq il-karta żgur li Valletta se jibdew favoriti li jieħdu t-tliet punti. Valletta, grazzi għar-riżultati pożittivi li kisbu dan l-aħħar issa telgħu fit-tieni post. Għada wieħed se jkun qed jistenna reazzjoni minn naħa ta’ B’Kara li m’għandhomx ifallu kontra Żebbuġ, tim li qiegħed filqiegħ tal-klassifika u li ġimgħa ilu kien ferm viċin li jikseb lewwel rebħa fil-kampjonat iżda spiċċa draw 1-1 kontra Balzan. Il-Karkariżi żgur li qed jonqsu milli juru l-potenzjal tagħhom u fl-aħħar logħba kontra Pietà iddiżappuntaw bil-kbir. Kulħadd kien qed jistenna lit-tim ta’ Pawlu Zammit iwettaq reazzjoni wara t-telfa kontra Floriana iżda jidher li l-plejers ma qamux għall-okkażjoni u sofrew it-tieni telfa konsekuttiva u l-ħames waħda fil-kampjonat. Ġimgħa ilu B’Kara ċedew it-tieni post u issa jridu joqgħodu attenti li ma jħallux anke lil Balzan jilħquhom. Bħalissa B’Kara qegħdin erba’
Illejla se ssir l-edizzjoni li jmiss tal-Gladiators Night fillukanda Dolmen. Din il-kompetizzjoni se ssir taħt l-awspiċi talWorld Kickboxing Network (WKN) filwaqt li l-Boxing se jkun taħt l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing (MBA-Boxing). Iddettalji dwar din l-attività ingħataw waqt konferenza talaħbarijiet li saret ilbieraħ. Hawnhekk grupp ta’ atleti
Maltin se jiltaqa’ kontra grupp mill-Italja fid-dixxiplini talKickboxing, K1 u Boxing. Lispettaturi se jassistu għal Fight Card ta’ 16-il taqbida ta’ livell professjonali u semi-professjonali. Team Malta se jkun magħmul minn atleti tal-klabbs ta’ Ying Yang Team Noel Kickboxing, Art of Fighting, Basement Kickboxing, Wu Shu Ky, Brown Boxing u Fight Factory.
Il-programm
Illum Kordin 2pm – Mosta vs Pieta’ H 4pm – Tarxien R vs Valletta Victor Tedesco Std 2pm – Balzan vs Naxxar L 4.15pm – Qormi vs Hibs Għada Ta’ Qali 2pm – Floriana vs Sliema W 4pm – Birkirkara vs Żebbuġ R
Wara li telgħu fit-tieni post issa Valletta se jippruvaw joqorbu lejn il-liders Hibernians
punti fuq Balzan u jekk dawn talaħħar jirbħu kontra Naxxar u B’Kara jsofru telfa oħra id-distakk jinżel għal punt. Fl-ewwel rawnd B’Kara kienu sabuha faċli biex għelbu lil Żebbuġ 4-0. Tim ieħor li jrid iwettaq reazzjoni hu dak ta’ Mosta. Meta inħatar Peter Smith minflok Piccioni Mosta kienu wieġbu immedjatament b’rebħa fuq Tarxien iżda l-problemi reġgħu kienu evidenti hekk kif dawn qalgħu ħames gowls kontra ċchampions. Illum Mosta jmisshom kontra Pietà, tim li żgur li se jkollu l-moral għoli wara rrebħa mill-aqwa kontra B’Kara. Ta min jinnota li jekk il-Hotspurs jegħlbu lil Mosta d-distakk bejn dawn it-tnejn ikun biss ta’ punt. Għal Mosta, t-telfa kontra Valletta kienet is-sitt waħda
f‘seba’ partiti filwaqt li Pieta issa se jkunu qed ifittxu li jiksbu rraba’ rebħa fil-kampjonat. Flewwel rawnd kellu jkun gowl ta’ Bueno li kien iddeċieda l-konfront favur Mosta. Cain Attard ta’ Pietà Hotspur se jkun sospiż. Illum ukoll fil-Victor Tedesco Stadium, Balzan u Naxxar jiltaqgħu kontra xulxin, żewġ timijiet li fl-ewwel konfront tagħhom kontra xulxin dan l-istaġun kienu ġew draw 1-1. Balzan se jkunu ġejjin minn telfa ta’ 2-0 kontra Sliema filwaqt li Naxxar salvaw draw kontra Żebbuġ, anke jekk kellhom wirja negattiva. Balzan se jkollhom lil Samir Arab sospiż. Fl-ewwel logħba ta’ għada f’Ta’ Qali, dik ta’ qabel B’Kara v Żebbuġ, Floriana jaffrontaw lil Sliema f’logħba li fil-passat
kienet meqjusa bħala waħda bejn żewġ rivali kbar tal-futbol Malti. Rebħa għal Floriana tkun tfisser li dawn jaqbżu lill-istess Sliema li bħalissa qegħdin żewġ punti fuqhom. Sliema jittamaw li lattakkant tagħhom, Michael Mifsud, issa jkompli jsib ixxibka wara li ġimgħa ilu skurja lewwel gowl fil-kampjonat biex witta t-triq għar-rebħa kontra Balzan. Fuq in-naħa l-oħra, l-partitarji tal-Greens se jkunu qed jittamaw li l-peljers jinsew id-disfatta li kellhom kontra Hibs u jirrepetu l-wirja li kelhom kontra B’Kara, wirja li biha kienu rebħu 2-1. Flewwel rawnd Sliema u Floriana kienu spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Ta min jiftakar li Sliema se jkollhom lill-midfielder Mark Scerri sospiż.
L-atleti li se jikkompetu fittaqbidiet tal-K1 huma Daniel Zahra, Reuben Azzopardi, Brandon Spiteri, Courtney Vella, Brandon Borg, Keith Micallef u Christian Schembri. G’at-taqbidiet tal-Kickboxing Malta se tkun rappre|entata minn Keith Azzopardi, waqt li għal dawk talBoxing se jkunu Tyrone Borg, Richard Vella, Malek Alzanat u Garth Galea.
L-isfidi prinċipali se jkunu dawk ta’ Daniel “the Jet” Zahra u Tyron “el Terribile” Borg fuq livell professjonali. Zahra se jaffaċċa lil Samuel Hadzima misSlovakkja f’taqbida K1 ta’ 3x3. Borg se jiltaqa’ ma’ Nardo Calzetti f’taqbida Boxing ta’ 6x3. Se jkun hemm ukoll tliet taqbidiet lokali bir-regoli talKickboxing. Fosthom taqbida
għat-Titlu Nazzjonali talGladiators fil-kategorija tat68kg. Din se tkun “rematch” bejn Melvin Fenech minn Team Noel u Darren Scerri mill-Basement Kickboxing. Aktar informazzjoni fuq ilpaġna tal-facebook ta’ Gladiators Promotions jew mingħand Master Noel Mercieca fuq 79208283 u Isaac Chetcuti fuq 79098181.
Edizzjoni oħra ta’ Gladiators Night KICKBOXING – BOXING
www.maltarightnow.com
32
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru, 2014
LOKALI
TINSTAB BOMBA TAT-TIENI GWERRA. F’Couvre Port fil-Birgu, ilbieraħ instabet bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija. Il-bomba jidher li nstabet wara li xi ħaddiema kienu qed jagħmlu xi xogħol fil-foss tal-Birgu. Il-ħaddiema ġew evakwati immedjatament. Fil-post waslu membri tal-Korp tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla kif ukoll issejħu membri mill-Explosives Ordinary Disposal (EOD) tal-Forzi Armati Maltin. Il-Membri tal-FAM ikkonfermaw li l-bomba ma kinitx ta’ periklu u din tneħħiet minn fuq il-post. Il-bomba probabbilment hi waħda minn dawk li twaddbu minn ajruplan fuq dawn l-inħawi ta’ Malta waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. (Ritratt: Roberto Runza)
Każ ta’ bullying f’Raħal Ġdid iqajjem ġlieda bejn il-ġenituri
Ritratt tal-gidma li sofra fi spalltu t-tifel ta’ ħames snin fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid
Omm ta’ tifel ta’ ħames snin, student tal-Year 1 fl-Iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca, ilmentat fuq Facebook li binha u studenti oħra fl-istess klassi ripetutament qed jisfaw vittmi ta’ bullying minn student ieħor. F’post li poġġiet fuq il-profil fuq Facebook tal-Ministru talEdukazzjoni Evarist Bartolo, din l-omm poġġiet ukoll ritratt ta’ gidma li binha sofra fi spalltu, allegatament minn dan l-istess tifel. Kompliet tispjega kif minbarra din il-gidma, binha qala’ wkoll
daqqa ta’ sieq f’geddumu, tifla oħra spiċċat bin-nuċċali mkisser filwaqt li tifel ieħor qala’ daqqa f’nagħsu. Qalet li dawn huma biss tlieta mill-każi li seħħew flaħħar tliet xhur. L-istess omm qalet ukoll li din kienet ir-raġuni għaliex nhar lErbgħa nqalgħet ġlieda taħraq bejn żewġ ġenituri, omm it-tifel u omm tifel ieħor li ġie bullied, u kellha tissejjaħ l-assistenza talPulizija, kif irraportat Maltarightnow.com. L-omm li binha safa’ migdum saħqet li hemm il-biża’ li fil-jiem li ġejjin tinqala’ ġlieda ferm ikbar għaliex skont hi, omm it-tifel li
qed isawwat lill-oħrajn saħansitra qed iġġib lil uliedha l-oħra magħha l-iskola biex jiġġieldu jekk jinqala’ argument. Filwaqt li appellat biex ilMinistru Evarist Bartolo jieħu azzjoni, hi saħqet li l-ġenituri diġà tkellmu mal-madam taliskola, l-assistant heads tal-iskola kif ukoll lid-Dipartiment talEdukazzjoni.