In-Nazzjon 4 ta' Diċembru 2014

Page 1

Nru 13,917

Il-Ħamis, 4 ta‘ Diċembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Private Member’s Bill mill-Oppożizzjoni biex il-KNPD issir awtonoma

Ara paġna 3

Mument rilassanti għall-President Emeritu Eddie Fenech Adami u l-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta Gina Abercrombie-Winstanley, waqt iċ-ċerimonja li saret ilbieraħ fl-iskola ta’ Birżebbuġa biex jitfakkar il-25 Anniversarju mis-Summit storiku li kien sar f’Malta fit-2 u t-3 ta’ Diċembru 1989 bejn Bush u Gorbachev. Eddie Fenech Adami kien il-Prim Ministru ta’ Malta li ospita lill-mexxejja taż-żewġ superpotenzi l-kbar għat-taħditiet li ġabu fi tmiemha l-gwerra l-bierda proprju f’pajjiżna. Ara l-istorja f’paġna 2 (Ritratt: Martin Agius)

Il-Ministru Manwel Mallia u l-Kuntistabbli Paul Sheehan ilhom snin jafu lil xulxin Joe Mikallef

Kuntrarju għal dak li qal ilMinistru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manwel Mallia filjiem li għaddew fil-Parlament li hu ma kienx jaf lill-Kuntistabbli Paul Sheehan qabel sar xufier tiegħu, il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ illum jista’ jiżvela li l-ħbiberija ta‘ bejniethom tmur lura bosta snin. Meta l-ġimgħa l-oħra Manwel Mallia kien qiegħed jitkellem fil-Parlament u kien qiegħed ukoll iwieġeb xi mistoqsijiet, hu qal li lill-Kuntistabbli Paul Sheehan ma kienx jafu u li kien l-eks Kummissarju John Rizzo li assenjahulu bħala x-xufier tiegħu. Il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ f’dawn il-jiem għamel stħarriġ dwar din id-dikjarazzjoni u sab li l-fatti huma dijametrikament opposti għal dan, għax fil-fatt ilMinistru Manwel Mallia u lKuntistabbli Paul Sheehan ilhom qatigħ jafu lil xulxin. Jirriżulta fil-fatt li Paul Sheehan kien fost il-kanvassers

Paul Sheehan, ix-xufier ta’ Mallia, kien kanvasser tal-Ministru qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, u mhux veru li sar jafu meta ġie assenjat lilu bħala xufier

ta’ Manwel Mallia meta kien imur iħabbat bieb bieb biex idur lill-familji qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Jirriżulta wkoll li Paul Sheehan kien jagħti daqqa t’id tajba lil Manwel Mallia meta kienu jkunu organizzati attivitajiet soċjali li għalihom kienu jkunu mistiedna familji biex imbagħad ikunu mħajra jivvutaw lil dak li sa dak iżżmien kien kandidat ġdid f’isem il-Partit Laburista. ‘In-Nazzjon’ hi nfurmata tajjeb ferm li qabel l-elezzjoni, ilkanvassers ta’ Manwel Mallia kienu jgħidu lin-nies tad-Distrett biex jivvutaw bi ħġarhom lil Manwel Mallia biex hekk jitla’ bis-saħħa għax Joseph Muscat kien se jagħtih l-aqwa Ministeru

– dak tal-Pulizija, l-Armata, isServizz tas-Sigurtà u anki xXandir. Fil-fatt Manwel Mallia kien elett miż-żewġ distretti li kkontesta u Joseph Muscat ħatru lMinistru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u miegħu, kif imwiegħed minn qabel, ħa bħala Chief of Staff lil Silvio Scerri. Iżda Manwel Mallia ħa miegħu wkoll lill-Kuntistabbli Paul Sheehan, x’aktarx imwiegħed minn qabel ukoll, biex flimkien ma’ persuna oħra, jservih ta’ xufier. Dan kollu jgiddeb dak li qal Manwel Mallia fil-Parlament ilġimgħa l-oħra, għax mhux talli lil Paul Sheehan kien jafu u jafu sew, iżda talli kien hu li għażlu biex ikun ix-xufier tiegħu.

U Paul Sheehan jidher li tant kien qrib Manwel Mallia u lfamilja tiegħu li mhux ta’ xufier biss kien jagħmilha miegħu, iżda kien iservi lill-Ministru Mallia f’dak kollu li kien jitolbu, sa meta jkun possibbli jeħodlu ħsieb lit-tfal jew inkella jwassalhomlu minn post għallieħor. Dan apparti li mhux lewwel darba li x-xufier Paul Sheehan ħa lill-Ministru Manwel Mallia jagħmel xi xirja minn xi supermarket! Fil-fatt, kif diġà żvelat ‘InNazzjon’, fil-ħin tal-isparatura nhar l-Erbgħa 19 ta’ Novembru li għadda, fil-karozza mal-istess xufier Paul Sheehan kien hemm ukoll it-tifla ta’ Manwel Mallia. Dan kollu jfisser li anke hawnhekk il-Ministru Manwel Mallia qiegħed jinqabad jigdeb. Il-Ministru Mallia diġà nqabad jigdeb fuq l-istqarrija li nħarġet dakinhar stess talisparatura mid-DOI – ftit biss wara – u li fiha ntqal li kienu sparati biss tiri fl-ajru, f’każ ta’ hit and run. għal paġna 4

Malta mill-ġdid bl-akbar tnaqqis fil-bejgħ mill-ħwienet fl-Ewropa f’Ottubru

Ara paġna 4

L-investigaturi kollha tal-Pulizija kienu qablu li jibdew proċeduri fil-Qorti kontra Dalli

Ara paġna 5


www.maltarightnow.com

3

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

L-Oppożizzjoni tressaq Private Members’ Bill dwar l-awtonomija tal-KNPD Abbozz li jassigura li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom verament opportunitajiet indaqs

L-Oppożizzjoni ppreżentat lgħoxrin Private Members’ Bill tagħha f’din il-leġiżlatura, li din id-darba tiffoka fuq is-settur talpersuni b’diżabbiltà. L-iskop wara din il-mozzjoni privata, li tressqet proprju filJum Dinji għall-Persuni b’Diżabbiltà, hu biex ilKummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà (KNPD) tkun awtonoma, u tkun imwaqqfa bħala Uffiċċju tal-Parlament indipendenti mill-Gvern. Il-mozzjoni, li temenda l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs, tressqet lill-Ispeaker talParlament Anġlu Farrugia midDeputat Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar dan ilqasam Stephen Spiteri, li kien akkumpanjat mill-Whip talGrupp Parlamentari tal-PN David Agius. Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri spjega kif dan hu settur mill-iktar sensittiv li

jeħtieġ ideat proattivi lil hinn mill-politika partiġġjana. Hu enfasizza l-importanza li tkun eliminata kull forma ta’ diskriminazzjoni u għalhekk Kummissjoni bil-forma li qed tipproponi l-Oppożizzjoni għandha taħdem b’mod awtonomu u taqdi l-funzjoni ta’ Regolatur. Dan għandu jwassal biex il-Kummissjoni tiffunzjona b’mod aħjar. Waqt il-preżentazzjoni talabbozz, l-Ispeaker faħħar il-mod li bih qed taħdem l-Oppożizzjoni u qal li din il-leġiżlatura hi waħda li fiha l-Oppożizzjoni ressqet rekord ta’ Private Members’ Bills. L-Ispeaker sostna li dan hu aspett pożittiv li juri l-ħidma li qed twettaq l-Oppożizzjoni tul din il-legiżlatura. Anġlu Farrugia tkellem dwar limportanza ta’ inizjattivi pożittivi fis-settur tal-persuni b’diżabbiltà, settur li jinkludi fih bejn 30,000 u 40,000 persuna.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia faħħar l-inizjattivi u l-ħidma tal-Oppożizzjoni f’din il-leġiżlatura – tal-bieraħ kien l-għoxrin Private Members’ Bill li ressqet (Ritratt: Martin Agius)

L-abbozz ta’ liġi li tressaq filParlament ilbieraħ inħadem b’kollaborazzjoni mal-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista (FOIPN), b’mod speċjali mas-sotto-kumitat inkarigat mid-Diżabbiltà.

F’kummenti lill-ġurnalisti, ilPresident tal-FOIPN Graziella Schembri qalet li l-Forum huwa kommess li jippromwovi, jipproteġi u jqajjem għarfien u kuxjenza fuq issues ta’ minoranzi fissoċjetà.

L-iscreening għandu jkun estiż għad-dijabete u l-mard tal-qalb

L-Oppożizzjoni kontra l-privatizzazzjoni taċ-Ċentri tas-Saħħa

Wara li ċ-Ċentru Nazzjonali tal-Iscreening għall-Kanċer irnexxielu jsalva tant ħajjiet billi jidentifika l-kanċer fil-mumenti meta jista’ jkun ikkurat, lOppożizzjoni qed tipproponi li sservizzi tal-iscreening issa jkunu estiżi wkoll għal żewġ kundizzjonijiet oħra – il-mard tal-qalb u d-dijabete. Din il-pożizzjoni talOppożizzjoni kienet espressa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudio Grech f’konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem żjara fiċ-Ċentru Nazzjonali talIscreening fil-Belt Valletta.

Dan iċ-Ċentru, li twaqqaf fl2009, s’issa joffri servizzi ta’ screening għall-kanċer tassider u tal-musrana. Is-sena ddieħla, se jibda jagħmel liscreening tal-għonq tal-utru biex b’hekk jibda jiġi indirizzat riskju ieħor potenzjali fittfajliet u n-nisa Maltin u Għawdxin. Claudio Grech qal li lOppożizzjoni lesta toffri l-koperazzjoni biex jiġu introdotti inizjattivi ta’ screening għaddijabete u l-mard tal-qalb ukoll, għaliex dawn isalvaw lħajjiet tan-nies. Fl-istess ħin

jitnaqqsu l-piżijiet minn fuq lisptar Mater Dei, sostna d-deputat Nazzjonalista, li faħħar ilkontribut kbir u siewi li jagħti dan iċ-Ċentrru biex il-kanċer ikun identifikat fi stadju bikri. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni qal li l-Gvern għandu jwettaq il-ftehim kollettiv li diġà hu maqbul bejn il-partijiet kollha għaliex dan jinkludi numru ta’ soluzzjonijiet fuq perjodu fittul. Il-mod kif il-Gvern qed jintroduċi lill-privat fiċ-ċentri tassaħħa mhux il-mod li se jħalli l-aħjar riżultati, għaliex it-titjib għandu jsir f’setturi oħra.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudio Grech: aktar screening għal aktar kundizzjonijiet jista’ jsalva aktar ħajjiet (Ritratt: Martin Agius)

Fil-konferenza tal-aħbarijiet, Claudio Grech tkellem dwar ilkontroversja riċenti li nqalgħet fuq il-privatizzazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla. Hu qal li l-Oppożizzjoni ma taqbilx li ċ-Ċentri tas-Saħħa jiġu privatizzati, u dak li għandu jsir minflok hu li jkun hemm aktar investiment f’dawn iċ-ċentri u fiċ-ċentri reġjonali biex b’hekk titnaqqas il-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei. Hu kkritika lill-Gvern għall-mod kif investa biss €500,000 fiċ-ċentri tas-saħħa minn baġit totali ta’ €400 miljun. Grech qal li bla dubju li dan lammont mhux biżżejjed biex iċċentri tas-saħħa jtejbu s-servizzi tagħhom, u kompla li s-settur privat m’għandux jintuża b’dan ilmod, iżda fil-każi fejn tkun tista’ tiġi massimizzata l-kapaċità li dan jista’ joffri. Hu sostna li din it-tip ta’ sħubija mal-privat mhix se twassal biex fil-fatt ikun hemm titjib f’dawn iċ-ċentri. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa qal li lOpożizzjoni tibqa’ kontra li sservizz taċ-Ċentri tas-Saħħa jkun privatizzat għaliex temmen li linvestiment għandu jsir fiċ-ċentri reġjonali.

Din il-liġi, qalet, hija waħda mill-inizjattivi li qed jieħu lFOIPN fil-ħidma kontinwa tiegħu biex jassigura li persuni b’diżabbiltà jkollhom verament opportunitajiet indaqs fis-soċjetà.

L-MUMN ukoll kontra l-privatizzazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla Tgħid li żżid l-ispejjeż u jonqos il-livell tal-kura

Il-Union tal-Infermieri u lQwiebel (MUMN) iddikjarat li ma taqbilx li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla għandu jiġi privatizzat, minkejja li l-Gvern se jibqa’ għaddej b’dan il-pjan tiegħu. Fi stqarrija l-MUMN qalet li ssħubija bejn il-Gvern u l-privat twassal biex jiżdiedu l-ispejjez, tiżdied in-nefqa fis-settur pubbliku, u jonqos il-livell ta’ kura għal dawk verament fil-bżonn. Dan meta ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla qed joffri servizz eċċellenti diġà lir-residenti kollha tal-Kottonera u l-madwar. L-MUMN tistaqsi għaliex ilGvern se jibqa’ għaddej b’din ilprivatizzazzjoni taċ-Ċentru tasSaħħa ta’ Bormla, meta dawn huma kollha spejjez fuq it-taxxi tal-poplu. Sar magħruf wkoll permezz ta’ din l-istqarrija li l-ebda infermiera li hemm f’dan iċ-Ċentru ma trid taħdem mal-privat.


Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

4

Fil-karozza ma’ Sheehan dakinhar kien hemm it-tifla tal-Ministru minn paġna 1

Biex l-għada, f’konferenza talaħbarijiet, il-Ministru kellu jammetti li t-tiri sparati ma kienu ta’ twissija xejn – bl-Oppożizzjoni tagħmel l-akkuża li dan kollu jfisser cover-up u ssejjaħ lill-

Prim Ministru biex ineħħi lil Manwel Mallia, waqt li aktar tard ressqet ukoll mozzjoni ta’ sfiduċja fih, fil-Parlament. Wara dan, kompliet ħierġa aktar informazzjoni li tikkonferma din it-teżi ta’ cover-up, fost l-oħrajn

Paul Sheehan, ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, dakinhar li seħħ il-każ

id-diversi telefonati li saru bejn ilpartijiet kollha li b’xi mod kienu nvoluti, l-ordni biex il-karozza milquta mit-tiri titgħabba fuq illow-loader tal-pulizija qabel linkjesta maġisterjali u anke listruzzjonijiet li ngħataw biex kull

Il-Ministru Manwel Mallia, meta l-għada tal-każ indirizza konferenza stampa mal-Kelliem tal-PM Kurt Farrugia

Flok iwieġeb, il-PM jinfexx f’attakk sfrenat

Flok wieġeb għall-mistoqsijiet serji li qajjem il-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil dwar il-każ tal-Ministru Manwel Mallia, ilbieraħ, fil-Parlament, il-Prim Ministru Joseph Muscat infexx f’attakk sfrenat li mhux denju talkariga tiegħu. Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-akkuża tal-Prim Ministru li lOppożizzjoni għamlet attakk kontra l-ġudikatura hi għal kollox infondata għaliex il-membri tal-inkjesta li lPrim Ministru qed jinħeba warajha lanqas biss għadhom membri tal-

min b’xi mod kien involut jaqbel ma’ verżjoni waħda – dik li xxufier tal-Ministru kien spara flajru. Għalhekk, jibqgħu l-mistoqsijiet u d-dubji kbar dwar dan l-inċident. Għaliex dan il-gideb kollu

ġudikatura. Għaldaqstant, bħala eks Imħallfin, m’għandhom l-ebda garanzija ta’ indipendenza fixxogħol li jagħmlu. Tant m’għandhomx garanzija ta’ indipendenza, li wieħed mill-membri, Philip Sciberras, saħansitra reġa’ qiegħed jipprattika l-Qorti bħala avukat, apparti li nħatar membru mill-Gvern Laburista fuq bordijiet pubbliċi. Kif jista’ allura lPrim Ministru jitwemmen meta jgħid li dan huwa indipendenti? Jekk kien hemm xi ħadd li immina l-indipendenza tal-ġudikatura,

tgħid l-istqarrija, dan kien il-Prim Ministru li ra kif għamel biex Imħallef li nstab li wettaq irregolaritajiet, ħeles minn kull responsabbiltà flok tneħħa permezz ta’ impeachment. Flok jinfexx f’attakki bħal dawn, ikun aħjar jekk il-Prim Ministru iwieġeb il-mistoqsijiet li qed tistaqsi l-Oppożizzjoni kif ukoll ilpoplu Malti, fosthom: X’kien ir-rwol tal-Uffiċċju talPrim Ministru fil-ħruġ tal-istqarrija dwar l-isparatura tax-xufier ta’ Manuel Mallia? X’kien l-involviment ta’ Kurt Farrugia fil-ħruġ tal-istqarrija? Għaliex ġiet imbagħbsa x-xena tad-delitt? X’kien l-involviment tal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija u lil min kellem eżatt wara l-każ? Aktar kmieni, fi stqarrija separata, il-PN kien qal li qabel jipponta subgħajh lejn ħaddieħor, il-Prim Ministru messu jagħmel eżami talkuxjenza. Huwa Joseph Muscat li wera nuqqas kbir ta’ ġudizzju filmumenti li jgħoddu. Muscat farfar mir-responsabbiltà li għandu bħala Prim Ministru u ma ħax deċiżjoni li jneħħi lill-Ministru Manwel Mallia. Minflok, għażel li jiddefendih u li jistaħba wara inkjesta li ma tista’ qatt tiddeċiedi dwar irresponsabbiltà politika. Joseph Muscat spiċċa l-avukat difensur ta’ Manuel Mallia.

www.maltarightnow.com

LOKALI

fuq dan il-każ? X’qed iżomm moħbi aktar il-Gvern f’dan il-każ li fih ix-xufier tal-Ministru responsabbli mis-sigurtà u l-pulizija – li kien ukoll kuntistabbli tal-pulizija – fetaħ in-nar fuq vettura misjuqa mill-Iskoċċiż Steve Smith?

L-Iskoċċiż Steve Smith, li fuqu spara x-xufier tal-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali

Malta mill-ġdid bl-akbar tnaqqis fil-bejgħ mill-ħwienet f’Ottubru

Il-bejgħ mill-ħwienet fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea u dawk taz-zona ewro f’Ottubru li għadda żdied, sew fuq ix-xahar ta’ qabel, kif ukoll meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet. Imma f’Malta, skont ċifri uffiċjali pubblikati mill-Aġenzija Ewropea tal-Istatistika (EUROSTAT), ilbejgħ naqas fiż-żewġ każi. Mhux talli hekk, imma talli, fuq perjodu ta’ sena, meta xxahar li għadda jitqabbel ma’ Ottubru 2013, Malta u s-Slovenja biss irreġistraw tnaqqis. Bittnaqqis fil-kummerċ f’pajjiżna jkun l-ogħla wieħed, fil-livell ta’ 3.7%, li hu ferm iktar mit-tnaqqis minimu ta’ 0.1% tas-Slovenja. L-istatistika turi li f’Ottubru 2014 il-bejgħ mill-ħwienet flEwropa bħala medja żdied b’0.7% fit-28 stat membru tal-

UE, u b’0.4% f’dawk taz-zona ewro, fuq Settembru. F’dan ilkaż, kien hemm tnaqqis biss b’seba’ pajjiżi, fosthom Malta, li rreġistrat tnaqqis ta’ 0.6%, li jfisser ir-raba’ l-akbar tnaqqis. Meta wieħed imbagħad jagħmel il-paragun fuq perjodu ta’ sena, jiġifieri jqabbel Ottubru li għadda ma’ Ottubru tas-sena loħra, isib li bħala medja l-bejgħ mill-ħwienet żdied bi 2% fl-UE u b’1.4% fil-pajjiżi tal-ewro. F’dan il-każ il-bejgħ żdied kullimkien, ħlief f’Malta u f’pajjiż ieħor. Miż-żewġ pajjiżi, Malta rreġistrat l-akbar tnaqqis, ta’ kważi 4%, bis-Slovenja tirreġistra tnaqqis ta’ 0.1%. Għall-kuntrarju, il-pajjiżi blakbar żieda fil-kummerċ fuq sena ilu kienu l-Lussemburgu (+12.5%), l-Estonja (+6.9%) u sSlovakkja (+6.5%).

Fl-istati tal-UE u taz-zona ewro, il-bejgħ mill-ħwienet jiżdied b’rata qawwija fuq sena ilu, imma Malta tirreġistra l-akbar tnaqqis, ta’ 3.7%


www.maltarightnow.com

5

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

Il-Prim Ministru jikkonferma li żied is-sussidji lill-Enemalta b’€14-il miljun għal kważi €40 miljun

Konferma oħra li kien hemm provi biżżejjed biex jittieħdu passi kontra Dalli L-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Joe Cachia ddikjara li l-membri kollha tat-tim ta’ investigaturi li kien qed jinvestiga lkaż ta’ John Dalli kienu qablu li kien hemm provi biżżejjed biex jinbdew proċeduri fil-Qorti kontra l-eks Kummissarju Ewropew u kontra Silvio Zammit. Cachia kien qed jixhed quddiem il-Kumitat Parlamentari talPrivileġġi li lbieraħ kompla jisma’ l-każ ta’ Ksur ta’ Privileġġ li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jagħmel kontra l-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil b’rabta mal-investigazzjonijiet li kienu qed isiru f’pajjiżna dwar leks Kummissarju Ewropew, u llum konsulent tal-Prim Ministru John Dalli. Muscat qed jgħaddi “ġuri” lil Simon Busuttil fil-Kumitat talKamra minħabba l-akkuża li għamillu l-Kap tal-Oppożizzjoni fis-seduta Parlamentari tat-30 ta’ Settembru, li kien hemm indħil politiku fl-investigazzjoni tal-

Pulizija dwar il-każ ta’ John Dalli li wassal biex Dalli ma jitressaqx il-Qorti. Dalli kellu jirriżenja millKummissjoni Ewropea wara rrapport li ħejja l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) dwar l-allegat tixħim b’rabta mad-Direttiva tat-Tabakk. Quddiem il-Kumitat Parlamentari tressqet ukoll ixxiehda li kien ta fil-Qorti l-istess Cachia dwar dan il-każ. Cachia spjega li fl-2012 hu kien Deputat Kummissarju, u li f’Ottubru ta’ dik is-sena kien involut fl-investigazzjoni filkonfront ta’ John Dalli. Dak iż-żmien il-Korp talPulizija mmexxi minn John Rizzo kien beda investigazzjoni ġdida fuq il-konklużjonijiet talOLAF, li minnha kien irriżulta li kien hemm raġunijiet biżżejjed biex jittieħdu passi fil-konfront ta’ John Dalli u anke tan-negozjant Silvio Zammit, li ssemma f’dan il-każ.

Dawn il-konklużjonijiet kienu miġburin f’rapport, iffirmat millIspettur Angelo Gafà u Cachia innifsu, bid-deċiżjoni tkun waħda unanima fost il-membri kollha tat-tim ta’ investigaturi. Cachia spjega li f’Diċembru tal-2012 hu ma baqax involut flinvestigazzjoni ta’ dan il-każ. Quddiem il-Kumitat Parlamentari, Joe Cachia, li llum huwa Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija, qal li l-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit qatt ma nvolvih uffiċjalment f’dan il-każ marbut mal-investigazzjoni ta’ John Dalli, u qatt ma ltaqa’ miegħu biex jiddiskuti l-każ. Hu kkonferma li mill-erba’ persuni li bdew l-investigazzjoni fl-2012, it-tlieta l-oħra ngħataw xogħol ieħor f’April 2013, u hu kien għadu fl-istess pożizzjoni fil-Korp sal-bidu ta’ din is-sena. Is-smigħ se jkompli f’Jannar, meta fis-seduta li jmiss mistenni jixhed l-Ispettur Angelo Gafà.

Fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi lbieraħ wara nofsinhar ingħatat l-aħħar tislima lil George Fenech, iċ-Chairman ta’ Tumas Group, li miet il-ġurnata ta’ qabel fl-età ta’ 63 sena. Preżenti fost l-oħrajn kien hemm il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-quddiesa tal-funeral tmexxiet minn Dun Ġorġ Dalli. Sadanittant, fi stqarrija, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tiegħu, u sellem il-memorja tal-imprenditur George Fenech, li qal li kien strumentali twaqqfet il-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu. Fondazzjoni li tul is-snin li ilha mwaqqfa, tat kontribut kbir fl-edukazzjoni tal-ġurnaliżmu f’Malta permezz ta’ diversi korsijiet u inizjattivi edukattivi oħra. L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qal li jibqa’ rikonoxxenti lejn il-familja Fenech li minbarra li tiffinanzja l-imsemmija Fondazzjoni u l-ħidma tagħha, tisponsorja wkoll il-Gold Award li kull sena jingħata lil xi ġurnalist li jkun iddistingwa ruħu f’dan il-qasam. (Ritratt: Martin Agius)

Bid-dikjarazzjonijiet li għamel il-Prim Ministru filParlament nhar it-Tnejn filgħaxija u l-istqarrija li ħareġ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru aktar tard dakinhar stess, ilGvern ikkonferma li żied issussidji lill-Enemalta b’€14 il-miljun għal kważi €40 miljun. Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li dan jikkonferma dak li qed tgħid lOppożizzjoni dwar il-falliment tal-pjan tal-enerġija ta’ Muscat ibbażat fuq it-tlestija ta’ powerstation ġdida li suppost kellha tibda taħdem bilgass sa tliet xhur oħra, liema proġett spiċċa off track millanqas b’sena u tliet xhur, u li qed ifisser li r-roħs tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jitħallas mit-taxxi tal-poplu Malti permezz ta’ sussidji akbar, u dejn akbar milEnemalta. Mhux minnu li teżisti xi Direttiva tal-Unjoni Ewropea li tobbliga lill-Gvern biex jagħti xi ħlas lill-Enemalta biex iżomm security of supply kif qal il-Prim Ministru fil-Parlament, qal il-PN. Tant mhux minnu dak li qed jgħid il-Prim Ministru, li din id-Direttiva ilha fis-seħħ mill-2006 u l-Gvern Malti qatt ma ħallas tali obbligazzjoni lill-Enemalta, u qatt ma nfetħu xi proċeduri kontrieh

mill-Unjoni Ewropea għax m’għamilx dan. Din hija biss skuża minn Joseph Muscat biex jaħbi lfalliment finanzjarju flEnemalta. Sadanittant, wara li aktar tard ilbieraħ il-Ministru Konrad Mizzi ħareġ stqarrija li fiha ammetta li d-deċiżjoni li jagħti sussidju ta’ €14-il miljun lill-Enemalta kienet tiegħu, u mhux għax obbligat, fi stqarrija oħra l-PN qal li tant kemm Muscat tilef kull tip ta’ kredibbiltà, issa anke lMinistri tiegħu spiċċaw igiddbuh. Wara li Muscat gideb filParlament meta qal li l-€14-il miljun lill-Enemalta qed jingħataw minħabba direttiva tal-Unjoni Ewropea, issa lMinistru tal-Enerġija tiegħu ħareġ igiddbu. Muscat u Mizzi tant jinsabu daharhom mal-ħajt biex isalvaw il-falliment tagħhom flenerġija, li issa spiċċaw igiddbu lil xulxin, qal il-PN. L-Oppożizzjoni sfidat lillPrim Ministru biex jikkwota d-direttiva li qed jgħid li qed jimxi magħha u ma jibqax jidħaq bin-nies. LOppożizzjoni tibqa’ tinsisti li l-€14-il miljun qed jingħataw lill-Enemalta bħala sussidju biex jagħmlu tajjeb għattaħwid ta‘ dan il-Gvern fissettur tal-enerġija.


www.maltarightnow.com

LOKALI

Il-WasteServ taħli ġurnata xogħol

7

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

Tinsa ġġedded il-liċenzji tal-vetturi bil-konsegwenza li ma setgħux jintużaw Traskuraġni mit-tmexxija talkumpanija WasteServ wasslet biex il-vetturi tal-kumpanija ma setgħux jintużaw u għalhekk inħliet ġurnata xogħol fl-Impjant ta’ Sant’Antnin. Sorsi li tkellmu mal-ġurnal ‘InNazzjon’ spjegaw kif fil-jiem li għaddew il-Management talWasteServ nesa jġedded il-liċenzji tat-trakkijiet u vetturi oħrajn li l-kumpanija tuża fil-ħidma tagħha, u hekk kif dawn il-liċenzji skadew nhar il-Ħadd, l-aħħar jum ta’ Novembru, fil-bidu taxxahar il-ġdid, it-Tnejn li għadda, dawn il-vetturi ma setgħux jintużaw. Il-persuni li tkellmu magħna qalu li minħabba din it-traskuraġni, il-vetturi lanqas setgħu jintużaw internament fl-impjant

għax mingħajr liċenzja mġedda l-vetturi ma jkollhomx l-assikurazzjoni meħtieġa għall-impjegati. Bl-istess mod, il-materjal maħdum ma setax jintbagħat lejn il-miżbla tal-Magħtab għax naturalment il-vetturi ma setgħux jintużaw fit-triq. Dan kollu wassal biex il-ħaddiema tal-WasteServ spiċċaw jiċċassaw, bil-makkinarju kellu jinżamm mitfi. Il-persuni li tkellmu ma‘ ‘In-Nazzjon’ qalu li normalment l-impjant jibda lħidma tiegħu minn kmieni ħafna, ftit wara s-6.30am. Qalulna wkoll li fis-snin kollha kemm ilha teżisti l-WasteServ, qatt ma esperjenzaw traskuraġni bħal din, li wasslet biex jinħela daqstant ħin prezzjuż mill-ħidma fl-Impjant ta’ Sant’Antnin.

Il-każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Birgu qed jorganizza programm ta’ attivitajiet mifrux fuq ħmistax biex jiċċelebra l-Ġublew tad-Deheb tiegħu. Dan il-każin infetaħ uffiċjalment fl-1963. L-attivisti Nazzjonalisti tal-Belt Vittoriosa, fis-snin ta’ qabel, kienu jiltaqgħu f’ħanut privat, proprjetà ta’ wieħed minnhom. Wara ħafna taħbit, irnexxielhom jakkwistaw lokal fi Triq Desain, ftit passi ‘l bogħod mill-pjazza priniċipali. Il-ftuħ ta’ dan il-każin fil-Birgu kienet ħolma għal dawn lattivisti, l-aktar meta wieħed iqis kemm is-sitwazzjoni politika f’dawk iż-żminijiet kienet waħda taħraq u ma kien faċli xejn li tiftaħ każin tal-Partit Nazzjonalista fil-qalba talKottonera. F’50 sena, dan il-każin għadda

minn diversi mumenti sbieħ, bħalma kienu ż-żjarat talKapijiet tal-Partit Ġorġ Borg Olivier u Eddie Fenech Adami f’perjodu meta ħadd ma kien joħlom li Kap tal-PN seta’ jidħol il-Birgu. Mumenti sbieħ oħrajn kienu ċ-ċelebrazzjonijiet tarrebħiet elettorali tal-PN, l-aktar dik tal-1987. Madanakollu, f’dawn il-50 sena, għadda wkoll minn mumenti ferm koroh fejn il-fost l-oħrajn spiċċa mkisser totalment u maħruq mill-partitarji Laburisti, kif ukoll fejn kull membru tal-Kumitat ta’ din ilkażin kien ikun mhedded, hu u familtu. Iżda minkejja dan kollu, u anke minkejja l-qtugħ ta’ qalb, ilKażin Nazzjonalista fil-Birgu baqa’ sod u miftuħ, u kien hemm biex ra l-istorja ta’ Malta tis-

Il-Każin tal-PN fil-Birgu jiċċelebra l-Ġublew tad-Deheb sawwar. Kien għalhekk li l-Kumitat ta’ dan il-każin ħejja programm ta’ attivitajiet biex jitfakkar dan ilġublew tad-deheb tal-Partit Nazzjonalista fil-Birgu. L-attivitajiet, li bdew nhar ilĠimgħa 28 ta’ Novembru b’ikla f’Marsaskala, se jibqgħu għaddejjin sal-10 ta’ Diċembru, u jinkludu attività soċjali fil-każin stess, diskussjoni politika bissehem tal-eks Kapijiet tal-PN Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi u l-kandidati tad-distrett fl-isfond tal-50 Anniversarju talIndipendenza u quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Knisja Parrokkjali. Il-festi jilħqu l-qofol tagħhom b’ċerimonja uffiċjali ta’ tifkira li se ssir l-Erbgħa 10 ta’ Diċembru fil-50 anniversarju tal-każin u kxif ta’ lapida kommemorattiva mill-Kap tal-PN Simon Busuttil.

Iż-zjara tal-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami fil-każin tal-Birgu fl-1990

Dan ir-ritratt juri l-attakk li twettaq minn partitarji laburisti fuq dan il-każin fl-1976 meta l-post spiċċa totalment maħruq u mkisser


www.maltarightnow.com

8

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

PARLAMENT

Il-MEPA mhi tagħmel xejn ħlief taħbi l-illegalità fil-każ tal-Ministru Dalli

L-Oppożizzjoni fissret filParlament fid-dibattitu dwar lUffiċċju tal-Prim Ministru, bħala eżempju li ma jawgurax tajjeb għall-Gvern il-mod kif l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u lIppjanar (MEPA), li għadha ma nfirditx kif wiegħed li se jagħmel dan il-Gvern, iddefendiet lillMinistru Helena Dalli dwar xogħol illegali fi proprjetà tagħha. Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus tkellem dwar ir-responsabbiltà politika u l-politika li qed juri l-Gvern f’dak li jsejjaħ bħala good governance. Fil-każ tal-Ministru Helena Dalli, il-MEPA donnha interessata li tiddefendi lill-Ministru minflok il-liġi tal-Ambjent u tal-Ippjanar. Filwaqt li qalet li proprjetà mhix tagħha, niżżlitha fid-dikjarazzjoni tal-assi. Hi tal-iskantament kif ebda membru fil-Bord imwaqqaf millPrim Ministru m’għamel ebda mistoqsija meta tratta x-xogħol li sar illegalment. Il-MEPA qalet li ma sarx xogħol illegali u sar biss xogħol ta’ radam meta fisser li hemm ritratti li juru li sar xogħol fuq is-sit u l-MEPA mhi tagħmel xejn ħlief taħbi l-illegalità ta’ dak li sar. Ryan Callus tkellem dwar proposta li kien għamel biex proġetti ta’ bini fuq spazju kbir ma jtellifx l-aċċess għall-pubbliku. Esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-proposta li għamel hu kienet aċċettata. Id-Deputat Nazzjonalista qal li fil-policy dwar dan l-iżvilupp kienet inkluża ż-żona tal-Imrieħel,

iżda dan sara wara li kien spiċċa leżerċizzju ta’ konsultazzjoni. Għalhekk kulmin hu interessat dwar żvilupp f’din iż-żona ma kellux l-opportunità li jintervjeni. Ryan Callus irrefera wkoll għall-policy dwar iċ-ċimiterji u sostna li jekk se jitħalla li jsiru estensjonijiet f’ċimiterji storiċi, dawn ikunu qed jitilfu l-importanza storika tagħhom. Meta tkellem dwar policy ta’ rilokazzjoni ta’ pompi ta’ petrol biex ma jibqgħux f’żoni abitati, Ryan Callus qal li ma jaqbilx li ma jkunx hemm termini dwar limitu ta’ spazju li dawn jistgħu jokkupaw. Id-Deputat Nazzjonalista qal li ma jaqbilx li jitneħħa l-limitu ta’ 75 fil-mija meħtieġa ta’ approvazzjoni mill-ġirien meta jkun hemm ċertu tip ta’ żvilupp.

Fil-każ tal-Ministru Helena Dalli, il-MEPA tat l-impressjoni li kienet interessata li tiddefendi lill-Ministru minflok il-liġi tal-Ambjent u tal-Ippjanar

Ryan Callus qal li ma ngħad xejn dwar ir-reklamazzjoni tal-art. Għandu jkun hemm linja strateġika li tgħin lill-iżviluppatur. Id-Deputat Nazzjonalista qal li qed jara ħafna nuqqas fil-ħidma tad-Direttorat tal-Ambjent, u staqsa meta se ssir is-separazzjoni bejn l-ambjent u l-ippjanar millMEPA kif inhi llum. Ryan Callus tkellem ukoll dwar id-Dipartiment tal-Artijiet u sostna li r-riżenja tad-Direttur tad-

Joseph Muscat ma wieġeb xejn fil-Parlament dwar x’responsabbiltà u x’sehem kellu lUffiċċju tal-Prim Ministru flistqarrija ppubblikata sagħtejn wara l-każ tal-isparatura mixxufier tal-Ministru Manwel Mallia fil-Gżira. Minflok wieġeb għas-sensiela ta’ mistoqsijiet li sarulu mill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jispjega l-aġir tal-Uffiċċju tiegħu, il-Prim Ministru akkuża lill-Kap tal-Oppożizzjoni li għamel attakk fuq il-ġudikatura. F’intervent fi tmiem iddiskussjoni dwar il-voti talMinisteru tal-Prim Ministru, Joseph Muscat irrefera għallkummenti li saru minn Simon Busuttil dwar il-każ tax-xufier

tal-Ministru Manwel Mallia. Hu qal li lest jerfa’ r-responsabbiltà u mhux se jiddejjaq jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn. Il-Prim Ministru qal li hu lest joqgħod għal kull deċiżjoni talinkjesta, u stieden lill-Kap talOppożizzjoni biex jagħmel listess dikjarazzjoni. Hu rribatta l-akkuża tal-Kap talOppożizzjoni li bl-aġir tiegħu bħala Prim Ministru kien qed jinkoraġixxi aġir bħal dak taxxufier tal-Ministru Mallia. Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ kien negattiv u akkuża lil Simon Busuttil b’diskors goff u filwaqt li qal li hu mhux se jkun bħalu, iddeskriva l-kritika talKap tal-Oppożizzjoni bi kliem goff u b’ton aggressiv.

Dipartiment kienet minħabba nuqqas ta’ komunikazzjoni. Dan sar wara ndħil politiku ripetut. Hu staqsa jekk hux se jingħata kumpens fil-każi fejn il-Gvern ikun ħa proprjetà tal-privat. Ryan Callus irrefera wkoll għattneħħija tas-Segretarji Permanenti u sejjaħ bħala xokkanti l-ħatra talKap taċ-Ċivil, li f’intervista qal li l-bidla fil-ħatriet pubbliċi kienet ġustifikata wara 25 sena flOppożizzjoni.

Id-Deputat Nazzjonalista tkellem dwar abbozz imħejji minn Kumitat tal-Kamra dwar l-imġiba tal-politiċi u appella lill-Gvern biex iressaq dan l-abbozz għaddiskussjoni fil-Parlament mingħajr dewmien. Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li l-kelliema talOppożizzjoni qed jikkollaboraw mal-Gvern u mhux ġust li min jikkritika jiġi ttimbrat negattiv. Fejn il-Gvern lest jiddiskuti u mhux jimponi, l-Oppożizzjoni lesta tikkollabora u dan qed tagħmlu kontinwament għall-ġid tal-poplu. Toni Bezzina kkritika n-nuqqas ta’ ħatra ta’ direttur fid-direttorat tal-ambjent. Hu qal li m’għand-

hiex tinġieb l-iskuża li l-eżerċizzju tas-separazzjoni bejn l-ambjent u l-ippjanar wasal fl-aħħar stadji tiegħu. Hu kkritika wkoll it-trasferimenti ta’ ħaddiema li filwaqt li jsiru bl-iskuża tal-esiġenzi tasservizz, ikunu fil-fatt trasferimenti għal raġunijiet ta’ opinjoni politika. Id-Deputat Nazzjonalista Charlò Bonnici qal li ngħata lkelma li sa nofs is-sajf li ġej ilqasma bejn l-ambjent u l-ippjanar se tkun daħlet fis-seħħ. Sadanittant l-ambjent tħalla għal riħu kif esprimew ripetutament lgħaqdiet ambjentali partikolarment il-Presidenti ta’ Din l-Art Ħelwa f’ittra lill-Prim Ministru. Huma għamluha ċara li t-tajjeb kollu li sar fis-snin li għaddew qed jitkisser. Charlò Bonnici esprima tħassib dwar ideat li qed jinxterdu dwar żvilupp li jista’ jinfirex f’żoni li llum huma barra miż-żona ta‘ żvilupp u li jistgħu jolqtu żoni ekoloġikament importanti. Fost affarijiet oħra, Charlò Bonnici tkellem ukoll dwar il-proposta ta’ pont bejn Malta u Għawdex kif ukoll dwar studju għal proġett ta’ mina, u kkritika li l-istudji li qed isiru minn kumpanija li hi black listed millBank Dinji. Irrefera wkoll għan-nuqqas ta’ impenn meħtieġ rigward l-infurzar dwar żvilupp illegali. Issuġġerixxa li l-Kumitat tal-Parlament dwar ilĦarsien tal-Ambjent ikun ilgwardjan tal-ambjent.

Għad-domandi talOppożizzjoni dwar il-bini talpower station, il-Prim Ministru qal li l-Ministru Konrad Mizzi diġà rrisponda għall-mistoqsijiet li saru. Hu qal li l-Ministru spjega li dak li l-Kap talOppożizzjoni qal li huma sussidju, fil-fatt mhumiex hekk. Dawk huma obbligazzjonijiet li Malta hi marbuta bihom millUnjoni Ewropea. Joseph Muscat qal li fis-sejħa li saret biex ikun provdut elettriku lil Malta permezz talinterconnector, ir-rati huma ogħla minn dawk li se tkun qed tipproduċi l-Enemalta. Bil-ftehim maċ-Ċina, il-Gvern se jkun qed inaqqas nofs id-dejn tal-Enemalta, qal Joseph Muscat.

Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon qal li jaqbel li hemm diffikultajiet dwar ilkwistjoni tal-esproprjazzjoni mill-Gvern. Se tingħata kirja stabbli ta’ ħames snin fil-każ ta’ art indikata għall-caravans fil-Mellieħa. Se jkun hemm ukoll żieda fil-kera. Semma wkoll skema għal sidien ta’ ħwienet fil-belt li għandhom listabbiliment f’bini proprjetà tal-Gvern. Dwar il-kirjiet tar-residenzi, Michael Falzon qal li ż-żidiet li kien hemm huma riżultat talliġi tal-kera kif approvata fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Hu ma kkummentax dwar il-kwistjoni talPremier u sostna li hemm inkjesta għaddejja u lest josser-

va l-konklużjonijiet tagħha. Michael Falzon ta lista ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu biex saru policies dwar il-bini u qal li Membru Parlamentari jkun elett fil-Gvern biex jieħu deċiżjonijiet, u hekk qed jagħmel. Id-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis ikkritika lil Simon Busuttil għaliex skont hu ma tkellimx dwar ilBaġit. Hu kompla jattakka lillKap tal-Oppożizzjoni u akkużah li jrid idaħħal l-għira u jgħid nofs verità. Semma mbagħad miżuri li ttieħdu biex titnaqqas il-burokrazija. Dwar l-operat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru tkellmu wkoll id-Deputati Laburisti Joe Sammut u Joe Debono Grech.

L-ambjent tħalla għal riħu minn dan il-Gvern, kif qed jesprimu ruħhom ripetutament l-għaqdiet ambjentali

Ma jwieġeb xejn dwar ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru


www.maltarightnow.com

9

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

PARLAMENT

Baġit għas-settur edukattiv fqir fid-direzzjoni u ftit fl-azzjoni Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada taħt dan il-Gvern m’għadhiex responsabbli aktar għall-proġett tal-MCAST

L-Oppożizzjoni appellat lillGvern biex ibiddel ir-rotta fledukazzjoni u ma jinqabadx fi staġnar u bla tmexxija soda. IlBaġit 2015 ma joffri xejn millista ta’ wegħdi ta’ ħolm u xewqat li wiegħed il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni. Baġit li hu fqir fid-direzzjoni u ftit flazzjoni kif tmexxa s-settur flaħħar 20 xahar. Din kienet it-tifsira li ta lillbaġit id-Deputat Nazzjonalista Joe Cassar, li appella filParlament għal pjan sod u miri ċari għall-edukazzjoni biex it-tfal kollha jimxu ‘l quddiem fliżvilupp tal-edukazzjoni. Meta tkellem dwar il-Baġit 2015 għas-settur tal-edukazzjoni, il-Kelliem għall-Edukazzjoni Joe Cassar fisser li l-Gvern Laburista f’Marzu 2013 sab bażi tajba, u b’direzzjoni ċara għas-settur edukattiv, bħalma kienet ukoll ċara r-roadmap tal-Partit Laburista mibnija iżda fuq listi ta’ ħolm u xewqat. Baġit li kellu bżonn aktar ħsieb fl-edukazzjoni obbligatorja u semma kif l-ewwel falza stikka tal-Gvern kienet dwar ilKulleġġi. Filwaqt li rrikonoxxa li kien hemm bżonn ta’ titjib filKulleġġi, il-Kelliem talOppożizzjoni għall-Edukazzjoni qal li fil-konsultazzjoni tħallew barra l-protagonisti ta’ dawn ilkulleġġi fi proċess superfiċjali li tilef l-iskop biex tingħata aktar attenzjoni lill-iskejjel bi sfidi kbar. Semma kif il-pjani għall-middle schools ingħataw il-ġenb u laltarnattivi ta’ dan il-Gvern ma kinux maħsuba sew. Semma lKulleġġ Maria Regina fejn qal li l-pjani nbidlu biex jiġu indirizzati l-kostitwenti tal-Ministru talEdukazzjoni.

Bidliet li wasslu għal sitwazzjoni ta’ tfal li se jkollhom jitqannew bi skejjel fiżikament inferjuri u ma jixirqilhomx it-titlu ta’ skejjel ta’ għada b’nofs l-istudenti tas-sekondarja se jkollhom skejjel tas-second hand u dan jarmi l-wegħda tal-Gvern li jkun hemm riżorsi fil-klassijiet. Ma kien hemm ebda żieda filbaġit għal material and supplies għall-iskejjel. Il-Baġit ma jsemmi xejn dwar ir-riżorsi fil-klassijiet li jridu jintagħżlu mill-għalliema. Qed nerġgħu mmoru għallpolitika ta’ ċentralizzazzjoni talMinisteru. Semma t-taħriġ fejn għal snin twal id-direttorati dejjem kellhom flus ivvutati għattaħriġ. Fl-2013, il-baġit kien ta’ €80,000 u din is-sena hu ta’ €5,000. Il-Gvern semma baġit ta’ €65,000 għall-Malta Institute for Education Training, iżda rrimarka li ħadd ma jaf x’inhu dan listitut għaliex dan kien deċiż mill-uffiċċji fir-raba’ sular talMinisteru tal-Edukazzjoni bliskejjel ma kinux konsultati. Is-sentiment ta’ politika ta’ ħabi u ta’ segretezza jinsab ukoll fost l-ogħla uffiċjali talMinisteru u tas-sistema edukattiva, bil-laqgħat isiru biex jingħataw l-istruzzjonijiet u xejn diskussjoni. Ħafna edukaturi qed jgħidu li huma mbeżżgħin jitkellmu, li ma jawgura tajjeb xejn għall-edukazzjoni futura. Fakkar li Gvern Nazzjonalista kellu pjan għal bini ta’ skola ġdida kull sena u pjan ta’ manutenzjoni. Joe Cassar qal li resqin lejn it-tmiem tat-tieni sena ta’ dan il-Gvern u m’hemmx skola waħda lesta, bil-baġit isemmi biss li s-sena d-dieħla se jibda l-ippjanar fuq żewġ skejjel – konferma li għadu ma nbeda xejn fuq bini ta’ skejjel ġodda.

L-MCAST waqa’ lura fil-bini tal-kampus il-ġdid u biex jagħlaq il-ftehim għal fondi strutturali Ewropej

Joe Cassar qal li kien jistenna li l-Gvern jirrevedi l-pjan għal skejjel ġodda iżda mhux li ma jsir xejn u appella biex jingħata time frame ta’ kull skola li se tinbena fit-tliet snin li ġejjin flimkien mal-pjan għallmanutenzjoni. Id-Deputat Nazzjanlista qal li l-politika għas-settur edukattiv qed turi li dan hu Gvern espert fit-tfarfir tar-responsabbiltà. Semma kif Skolasajf kienet cover-up tad-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu tant li twaqqfu żewġ inkjesti – l-ewwel waħda biex tistabilixxi għaliex Skolasajf bdiet tard u l-oħra meta ħarab tifel mill-bini ta’ Skolasajf. Li ma investigax il-Gvern, qal Joe Cassar, hi d-deċiżjoni politika li ttieħdet dwar l-organizzazzjoni ta’ Skolasajf u l-mod kif ittieħdet id-deċiżjoni politika f’April li għadda biex Skolasajf tingħaqad ma’ Klabb 3-16 – deċiżjoni li kkawżat frakass sħiħ fi Skolasajf, u għal dan weħlu lħaddiema. Joe Cassar qal li l-Ministru Bartolo kellu jerfa’ r-responsabbiltà tad-deċiżjoni politika, iżda minflok waqqaf bordijiet immexxija minn kandidata Laburista għall-elezzjonijiet talParlament Ewropew, u persuna li indirizzat mass meeting fil-kampanja elettorali tal-Partit Laburista. Staqsa lill-Ministru Bartolo x’se jsir u min se jerfa’ r-resposabbiltà politika ta’ waħda millkonklużjonijiet tal-inkjesti li kkritikat il-ħatra ta’ Direttur tas-

Servizzi tal-Istudenti li kien iddikjarat li m’għandhiex esperjenza. Joe Cassar qal li kien hemm kandidati oħrajn b’aktar esperjenza, u staqsa għalfejn inħatret u kif saret din il-ħatra. Ikkritika wkoll li ħafna millfondi allokati mhux se jmorru għal inizjattivi ġodda iżda għal spejjeż li ma kienx hemm biżżejjed fondi għalihom din is-sena, fosthom għaċ-child care li din issena se tiswa €5 miljun u s-sena d-dieħla €8 miljun. Irrimarka li qabel l-elezzjoni l-PL kien qal li din l-inizjattiva kienet se tħalli qligħ ta’ miljun ewro, filwaqt li staqsa jekk il-miri ntlaħqux għall-2014. Semma wkoll li lbaġit jaħseb għal inizjattiva waħda biss għal child care centre wieħed flimkien mal-privat fiċċentru tal-pajjiż. Staqsa għaliex kien deċiż li dan isir fiċ-ċentru ta’ Malta. Semma wkoll li l-kredibbiltà tal-Ministru tiddependi wkoll fuq kemm ix-xogħol isir b’għaqal u mhux b’għaġġla hekk kif irrefera għal dak li sejjaħ bħala l-fjask li seħħ f’anqas minn sena flAlternative Learning Programm. Staqsa lill-Ministru jispjega ddiffikultajiet li kien hemm. Fisser dan bħala riżultat tad-deċiżjonijiet politiċi bla ppjanar, bla konsultazzjoni u bla finanzi meħtieġa. Filwaqt li qal li dan il-programm mhux salvabbli kif ġie ppjanat, semma kif f’ħafna ġranet l-għalliema tilfu l-kontroll tal-istudenti.

Joe Cassar qal li dan il-falliment hu riżultat ta’ politika talGvern li jrid jagħmel kollox differenti. Dwar l-istipendji, Joe Cassar qal li wara li l-Gvern kellu jdawwar id-deċiżjoni politika, din is-sena kulħadd kellu japplika online bi studenti kienu f’diffikultà minħabba li ma kellhomx karta tal-identità elettronika meħtieġa li dwarha l-istudenti ma kinux infurmati. Ikkritika wkoll lill-Ministru tal-Finanzi li ma kienx kapaċi fil-baġit jgħid lill-istudenti li kien qed iżidhom b’2ċ meta leżamijiet tal-MATSEC żdiedu b’mod xokkanti b’żieda ta’ 33%. Semma kif il-bini tal-kampus il-ġdid tal-MCAST ukoll waqa’ lura u l-Gvern għandu jagħti rraġunijiet għal dan ukoll wara li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada taħt dan il-Gvern m’għadhiex responsabbli aktar għal dan il-proġett. Kien hemm fondi biex jinbeda x-xogħol fuq ir-raba’ binja talkampus tal-MCAST, u waqa’ lura wkoll l-għeluq tal-ftehim għal fondi strutturali Ewropej li kellu jagħti bidu għat-tieni fażi ta’ dan il-proġett importanti. Tkellem ukoll dwar l-edukazzjoni inklussiva u qal li wara 20 xahar il-Gvern għandu jagħti informazzjoni dwar ir-rapport konkluż. Dwar l-LSAs, il-Gvern ukoll qed jitlef il-kredibbiltà għax ma ħareġ ebda pjan u stimi għal taħriġ. Ikkritika wkoll li l-Gvern ma jemminx fl-importanza taledukazzjoni indipendenti, privati u tal-knisja meta ħalla lil dawn l-iskejjel jistennew ilfondi għal-LSAs. Dwar dan, qal Joe Cassar, trid ukoll tintrefa’ rresponsabbiltà.


www.maltarightnow.com

10

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

PARLAMENT

Il-Gvern għadu bla pjani dwar l-użu tal-fondi Ewropej Il-baġit juri li l-Gvern għad m’għandux pjani dwar in-nefqa tal-fondi Ewropej hekk kif lOppożizzjoni se tibqa’ tagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex jagħmel l-aħjar użu mill-fondi Ewropej li fil-baġit jissemmew darba biss. Meta tkellem fil-Parlament dwar il-baġit b’rabta mal-fondi Ewropej, id-Deputat Nazzjonalista Antoine Borg, Kelliem tal-Oppożizzjoni għallPresidenza tal-UE u għall-Fondi Ewropej, qal li sena minn meta beda l-programm ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ seba’ snin, pajjiżna għadu ma nefaq xejn. Dan jikkuntrasta ma’ dak li seħħ fil-programm finanzjarju għal Malta ta’ bejn l-2004 u l-2006; u għall-perjodu 2007 – 2013. Għall-propaganda ta’ dan ilGvern li fl-aħħar sena kien hu li salva l-fondi tal-Unjoni Ewropea, Antoine Borg fisser li l-Gvern m‘għamel xejn speċjali fl-aħħar sena, u qal li matulha kienu qed jiġu finalizzati ħafna programmi li kienu nbdew fissnin ta’ qabel u kienu waslu fi stadju ta’ ċertifikazzjoni biex isiru l-ħlasijiet.

Appell għall-aħjar użu tal-fondi Ewropej li joħolqu x-xogħol

Antoine Borg qal li n-nuqqas ta’ pjani hu rifless ukoll filkuntest ta’ wegħdi oħra mhux imwettqa, bħalma hi dik talpower station li kellha titlesta sa Marzu li ġej u lanqas nafu meta se tibda; u l-bini tal-Parlament ilġdid li l-Gvern iddikjara li lewwel seduta kellha ssir fit-13 ta’ Ottubru u sal-um għadna ma nafux meta se jitlesta. Ikkritika din il-politika talGvern li tela’ b’ħafna slogans, u qal li llum il-Gvern qed iwieġeb għall-kompromessi li għamel qabel l-elezzjoni. Ikkritka wkoll id-deċiżjoni talGvern li għall-ewwel darba jintaxxa l-produzzjoni tal-inbid, u għall-miżura li introduċa fuq setturi tas-soċjetà, bħalma huma nisa tad-dar li jagħmlu xi ftit xogħol fil-ġimgħa u jdaħħlu ftit flus extra għal ftit xogħol li jagħmlu. Semma wkoll il-prezzijiet

għolja li żamm fil-prodotti tażżejt u l-fuel filwaqt li dam sentejn biex jiddeċiedi x’se jagħmel bil-€1.128 biljun mill-fondi Ewropej li akkwista u ftiehem mal-UE Gvern Nazzjonalista Irrimarka wkoll li l-Gvern irid jiddevja mill-problemi reali li qed iħabbat wiċċu l-Gvern, fost l-oħrajn bl-isparatura li fiha kien involut ix-xufier ta’ Ministru; ilkaż tal-Ministru Helelna Dalli dwar xogħlijiet illegali fi proprjetà, u allegazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess f’każijiet li hu involut fihom il-Ministru Chris Cardona. L-akbar inkwiet għallOppożizzjoni, qal Antoine Borg, hu l-ħolqien tax-xogħol, u appella għall-aħjar użu tal-fondi Ewropej biex ikollna opportunitajiet ġodda għal aktar xogħol. Fisser li l-investiment fledukazzjoni u fit-taħriġ; l-inċentivi għas-settur privat u l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, huma ċ-ċavetta għall-ħolqin taxxogħol fis-snin li ġejjin, u għallkompetittività ta’ pajjiżna li ġġib l-investiment, ix-xogħol u l-flus f’idejn il-poplu. L-appell tal-Oppożizzjoni jibqa’ biex pajjiżna jibda jgawdi kemm jista’ jkun malajr millfondi Ewropej li minnhom jistgħu jibbenefikaw l-organizzazzjonijiet, għaqdiet u s-settur privat. Appella biex ikun hemm aktar faċilità fl-applikazzjonijiet ta’ dawn il-fondi, u biex il-Gvern jorganizza ruħu u jkun effettiv għall-aħjar użu tal-fondi tal-UE, u li tintuża l-esperjenza tal-aħħar 10 snin. Dwar il-presidenza tal-UE, Antoine Borg semma l-każ tadDeputat Mexxej Laburista għallAffarijiet tal-Partit, li f’laqgġat fiċ-Ċina kien ikkwotat li ddiskuta l-presidenza ta’ Malta. Antoine Borg irrimarka li Toni Abela hu konsulent tal-Kabinett u għaldaqstant saħaq li jekk mar jiddiksuti fil-livell ta’ pajjiż, ilpoplu għandu jkun infurmat. L-Oppożizzjoni dejjem assigurat li pajjiżna jkollu suċċess flUE, iżda fisser li l-każ ta’ Toni Abela ma jawgurax tajjeb f’dan ir-rigward. Appella għal rieda qawwija biex nagħmlu suċċess mill-presidenza u mis-sħubija fl-UE. L-Oppożizzjoni se tkompli ssegwi l-fondi Ewropej, anke jekk qegħdin sena tard, u dan biex il-fondi jissarrfu f’ġid għallpajjiżna, għall-ġid tan-nies tannegozju u tal-ħaddiema.

Ħaddiema tal-Enemalta mħassba dwar il-futur tagħhom Il-Gvern għandu jispjega wkoll x’se jiġri mill-kmamar tan-nar taż-Żejtun u Ħal Għaxaq

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella lill-Gvern biex jisma’ l-appelli tal-ħaddiema talEnemalta li huma mħassba dwar il-futur tal-impjieg tagħhom. Meta tkellem fil-Parlament fid-diskussjoni dwar il-baġit għas-settur tal-enerġija, Toni Bezzina spjega li l-Oppożizzjoni mhix kontra r-roħs tal-kontijiet jew l-użu tal-gass fil-powerstation għal arja aktar nadifa. Iżda hemm affarijiet serji u nkwetanti fil-pjani tal-Gvern dwar lenerġija.

Lill-ħaddiema tal-Enemalta, spjega d-Deputat Nazzjonalista, jirriżulta wkoll li l-Gvern wegħedhom ħaġa u għamel oħra, bil-ħaddiema ma jafux x’se jiġri minnhom, fosthom dawk il-ħaddiema bix-shift u dawk fl-impjant tal-BWSC li huma nkwetati jekk hux se jkun hemm xogħol assigurat għalihom. Toni Bezzina esprima t-tħassib ta’ ħafna ħaddiema talEnemalta li ma jafux jekk hux se jibqgħu wkoll iżommu l-istess

kundizzjonijiet ta’ xogħol taħt il-kumpanija Ċiniża. Staqsa jekk hux se jkun hemm xi skema ta’ rtirar għall-ħaddiema tal-Enemalta. Tkellem ukoll dwar ilpreokkupazzjoni dwar il-ħażna tal-gass fil-Port ta’ Marsaxlokk li tfisser wegħda oħra miksura meta kien wiegħed tankijiet ta’ ħażna fuq l-art. Staqsa wkoll x’se jiġri dwar ilkmamar tan-nar taż-Żejtun u ta’ Ħal Għaxaq meta tkun lesta lpowerstation il-ġdida.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal b’ton iktar għoli fil-Parlament, li Gvern Nazzjonalista m’għamel xejn fis-saħħa u qal lid-Deputati Nazzjonalista iktar minn darba “issa oqogħdu hemm isimgħu” filwaqt li rrepeta li f’25 sena Gvern Nazzjonalista m’għamel xejn fis-saħħa. Meta tkellem dwar il-baġit għas-sena d-dieħla fis-settur tassaħħa, is-Segertarju Parlamentari Chris Fearne tkellem dwar ilkura primarja u qal li sar xogħol fuq ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat u Raħal Ġdid filwaqt li żdiedu lħinijiet taċ-Ċentru ta’ Birkirkara. Hu qal li bdew isiru operazzjonijiet kiruġiċi fiċ-Ċentru tal-Mosta biex jitnaqqsu l-waiting lists mill-Isptar Mater Dei. Sostna wkoll li beda proċess biex xi Bereġ tas-Saħħa jgħaddu għand il-Kunsilli Lokali. Fearne qal li żdiedu l-ħinijiet għat-

tilqim, se jiġu mtejba s-servizzi fil-Kottonera u għaddejjin taħdidiet mal-MUMN għal servizz ta’ outreach fil-komunità. Skont Fearne, naqsu l-mediċini out-of-stock kemm mis-sistema tal-POYC u anke fl-Isptar Mater Dei, filwaqt li ddaħlet sistema ta’ allert li tindika meta mediċina tkun se tiġi out-of-stock. Hu attakka lill-Kap tal-Oppożizzjoni li fid-diskors dwar il-Baġit 2015 li ma rreferix għall-mediċini outof-stock. Chris Fearne qal li l-Gvern qed jagħmel xogħol ta’ tisbiħ ta’ swali fl-Isptar Monte Carmeli u beda x-xogħol fuq sezzjoni għattfal b’mard mentali. Sostna li ddaħlet sistema fejn pazjent li jmur f’dan l-Isptar isirlu viżtà minn speċjalista fi żmien 24 siegħa. Chris Fearne ħabbar li se titwaqqaf ukoll sezzjoni tal-psikjatrija. Is-Segertarju Parlamentari

tkellem ukoll dwar il-waiting lists u qal li l-Gvern qed inaqqas waiting lists ta’ sentejn għal kważi ħames xhur. Hu qal li lGvern qed jara kif se juża r-riżorsi aħjar biex jitwaqqfu l-waiting lists u qed isiru d-diskussjonijiet fuq ftehim kollettiv ħalli tiġi indirizzata din il-problema. Fearne tkellem ukoll dwar isservizzi tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei u qal li jkun hemm madwar 20% tal-pazjenti li ma jkollhomx każ ta’ emerġenza imma każ li jista’ jiġi trattat minn tabib tal-familja. Hu qal li għalhekk il-Gvern se jwaqqaf GP Clinic biex dawn ilpazjenti jkollhom viżta’ minn tabib tal-familja u ma joqogħdux jistennew fis-sezzjoni talemerġenza. Fearne tkellem ukoll dwar isservizz tal-IVF u qal li din s-sena

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa jgħid lill-Oppożizzjoni li m’għamlet xejn fis-saħħa

għal paġna 11


www.maltarightnow.com

11

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

PARLAMENT

Appell lill-Gvern biex ma joħloqx diskriminazzjoni u jisma’ mill-professjoni medika L-Oppożizzjoni appellat lillGvern biex jisma’ lill-professjoni medika u ma joħloqx diskriminazzjoni fost il-professjonisti flIsptar Mater Dei bil-mod kif qed jindirizza l-problema tal-waiting list tal-operazzjonijiet meta waqqaf mekkaniżmi li ħolqu kumpanija tal-gvern li ftehmet ma’ kumanija privata ffurmata minn sitt konsulenti li jaħdmu wkoll fl-isptar Mater Dei biex isiru l-operazzj onijiet fil-Ħdud. Id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, għamel dan lappell meta fil-Parlament irrifera għall-problema marbuta malwaiting lists fl-out-patients u floperazzjonijiet Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa irrifera fid-dibattitu tal-Baġit dwar is-saħħa, għallmiżura mħabbra fil-baġit ta’ public private partnership biex isiru operazzjonijiet ta’ hip u knee replacements. Jirriżulta iżda, li rreazzjoni tal-professjoni medika kienet negattiva għal din il-proposta. Staqsa jekk dan hux korrett u talab lill-Gvern jispjega. Claudio Grech qal li jiirriżulta li l-Gvern għamel kumpanija tiegħu mmexxija mill-uffiċjali għolja filqasam tas-Saħħa u fil-Ministeru, li daħlet fi ftehim ta’ sena malkumpanija Malta Orthopedic Cosultancy Servies, immexxija minn sitt konsulenti li jaħdmu wkoll fl-Isptar Mater Dei, biex isiru mal-150 operazzjoni tul dan il-kuntratt, meta l-waiting list hi ta’ madwar 5,000 każ. Staqsa għaliex il-Gven m’użax il-ftehim kollettiv eżistenti li jaħseb ukoll għal operazzjonijiet li jsiru l-Ħadd, kif se jsiru filkuntratt miftiehem mal-privat. Ikkritika li dan hu kuntratt talGvern ma’ konsulenti tal-Gvern stess. Għalkemm għandna naħdmu biex jitnaqqsu l-waiting lists, appella biex ma noħolqux inizjattivi ta’ konfront bejn il-ħaddiema u l-professjonisti nfushom li ma jwassalx għal titjib fisservizzi tas-saħħa.

Ftehim ta’ sena mal-kumpanija Malta Orthopedic Consultancy Services, immexxija minn sitt konsulenti li jaħdmu wkoll fl-Isptar Mater Dei, biex isiru mal-150 operazzjoni tul dan il-kuntratt, meta l-waiting list għal hip u knee replacement hi ta’ madwar 5,000 każ

Fisser li l-ftehim kollettiv eżistenti hu ċar biex jaħseb kif isiru aktar operazzjonijiet, u kif ukoll isir il-ħlas. Appella lill-Gvern jisma’ lill-professjoni medika u ma jiddaħħlux mekkaniżmi li joħolqu diskriminazzjoni bejn professjoni u oħra. U dan biex ma jintbagħatx il-messaġġ li sitwazzjoni ta’ wating list tkun indirizzata b’mod different u li taġevola xi professjoni. Claudio Grech, Kelliem għassaħħa, qal li l-Baġit kellu aspirazzjonijiet kbar iżda dawn ma ntlaħqux, u kellhom risposta fjakka kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll fis-sustanza tad-diskors tal-Baġit b’nuqqas ta’ koerenza strateġika. Mil-lat pożittiv semma l-kontinwazzjoni tal-pjani talIsptar tal-Onkoloġija. Claudio Grech semma li l-aktar element inkwetanti fil-baġit hu l-

fatt li mhux qed jagħti l-prijorità u l-importanza meħtieġa lil dan is-settur. Semma li żieda ta’ €29 miljun mhumiex marbuta ma’ investiment iżda mal-ispejjeż filpagi riżultat tal-ftehim kollettiv tal-2013. Ikkritika u fisser bħala nkwetanti li matul l-2014 il-Gvern ma nvestiex €25 miljun tal-ispiża kapitali mis-€60 miljun allokati. Dan kompla bl-allokazzjoni għall-2015 meta l-baġit kapitali reġa’ niżel b’€27 miljun – tnaqqis ta’ 44%. Inkwetanti wkoll il-mod kif ilGvern alloka l-baġit għas-settur tas-saħħa, b’setturi ma jingħatawx importanza u oħrajn li bħal donnu l-ħsieb sar wara, ma kinux ippjanati u saru b’mod kosmetiku. Tkellem dwar l-iffullar tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei u semma kif għadna naraw pazjenti li ma

jirċivux il-kura meħtieġa b’dinjità. Semma li hemm madwar 100 każ soċjali fl-Isptar Mater Dei, u fisser li l-proposta ta’ investiment f’binja oħra biex jiżdiedu s-sodod mhix is-soluzzjoni għall-problema tal-pazjenti fil-kuruduri tal-Isptar. Id-Deputat Nazzjonalista qal li wasal iż-żmien għal diskussjoni miftuħa fuq private health insurance biex fuq bażi volontarja nnies jersqu lejn din il-polza volontarja biex jonqos il-piż fuq l-Isptar Mater Dei u s-servizz tas-saħħa jkun jista’ juża lkapaċità kollha. Ikkritika wkoll li fil-Baġit, ilGvern m’għamel ebda riferenza għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar id-drittijet tal-pazjenti. Irrifera wkoll għall-qasam tasservizzi ta’ riabilitazzjoni u rrimarka li l-Baġit ma jsemmi xejn dwar l-Isptar Karen Grech li joffri s-servizzi ta’ riabilitazzjoni. Hi sfortuna li f’Karen Grech innumru ta’ long term beds qed jiżboq dak li hemm f’Mater Dei, li jfisser li hemm numru kbir ta’ pazjenti li m’għandhomx fejn imorru u jtellfu l-funzjoni ta’ sptar ta’ riabilitazzjoni li jwassal

imtejba s-servizzi tal-kimoterapija. Ħabbar ukoll li se titwaqqaf skola medika f’Għawdex u li se jsir investiment fit-turiżmu mediku. Fearne tkellem ukoll dwar miżuri għal stil ta’ ħajja sana fosthom li se titnieda breastfeeding policy, food and nutrition policy u

ġiet imnedija l-politika dwar iddijabete. Ħabbar li se jibda jiġi provdut servizz ta’ screening talgħonq tal-ultru għal nisa ta’ bejn il-25 u l-35 sena. Mistennija tiġi ppublikata wkoll White Paper fuq d-donazzjoni tal-organi, u qed isir ukoll masterplan fuq kif jista’ jiġi utilizzat aħjar l-Isptar San Luqa.

Fid-dibattitu dwar l-enerġija u ssaħħa li jinsabu taħrt ir-responsabbiltà ta’ Mnistru wieħed, ħadu sehem ukoll id-Deputat Marlene Farrugia li appellat biex ilMinistru Konrad Mizzi jagħti stamp ċara tal-pjani tal-Gvern għall-enerġija, id-Deputat Godfrey Farrugia li tkellem dwar

Kumpanija mwaqqfa mill-Gvern fis-settur tas-saħħa f’kuntratt ma’ kumpanija ta’ sitt konsulenti li jaħdmu f’Mater Dei

biex il-pazjent ikun integrati mill-ġdid fil-komunità. Fisser li hu żball li fil-politika ta’ dan il-Gvern, il-qasam talanzjani mhux integrat mal-qasam tas-saħħa. Appella lill-Gvern iħares lejn strateġija komuni li tnaqqas l-iffullar u l-waiting list u mhux jibqa’ jiffoka biss l-attenzjoni tiegħu fuq Mater Dei. Claudio Grech staqsa jekk hux se jibqa’ mal-pjan dwar iċ-ċentri reġjonali tas-saħħa u jekk hux se jkompli l-programm ta’ modernizzar fiċ-ċentri tas-saħħa eżistenti. Irrimarka li l-Gvern mhux qed jippjana investiment adegwat għas-sena d-dieħla meta alloka biss nofs miljun għall-immodernizzar taċ-ċentri tas-saħħa. Tkellem ukoll dwar il-privatizzazzjoni taċ-ċentru tas-saħħa ta’ Bormla u qal li jidher li hemm nuqqas ta’ konsultazzjoni u kontradizzjoni meta kien il-Partit Laburista stess li kkritika l-ftuħ tal-emerġenza fi sptar privat, u kif tela’ fil-Gvern waqqafhom għaliex qal li dan jista’ jingħata miċ-ċentri tas-saħħa. L-Oppożizzjoni temmen ukoll li l-Gvern għandu s-soluzzjoni f’idejh fil-kamp tal-kura tassaħħa primarja bil-ftehim diġà milħuq dwar it-tobba tal-familja. Fisser li jekk il-Gvern jimxi malftehim u jwettqu, ikun qiegħed jagħmel qabża kbira fis-servizz tas-saħħa fil-komunità. Fisser li pajjiżna għandu quddiemu sfidi kbar, fosthom floqsma tal-anzjanità, fil-faqar u fl-istil ta’ ħajja li qed jgħix ilpoplu u li qed joħolqu problemi bħalma huma dawk relatati maddijabete u l-obeżità. Appella lillGvern jindirizza dawn l-isfidi u joffri soluzzjoniiet billi jimxi minn proġetti piloti għal miżuri konkreti li jagħmlu differenza. Claudio Grech spjega li lOppożizzjoni se tibqa’ taħdem bil-politika ta’ kunsens ħolistiku u nazzjonali u appella għall-ġustizzja soċjali fil-qasam tal-kura tas-saħħa.

diversi oqsma fis-saħħa anke proġetti li qed jaqgħu lura u f’mument waqt id-diskors appella lil Chris Fearne biex juża l-frosta b’rabta ma’ proġett li waqa’ lura kif ukoll id-Deputat Franco Mercieca li fost oqsma differenti tas-saħħa sostna li naqsu l-waiting lists fl-operazzjonijiet tal-kataretti.

Id-Deputat Laburista Godfrey Farrugia jappella lill-Gvern juża l-frosta fi proġett li waqa’ lura minn paġna 10

saru 28 ċiklu ta’ IVF li mistennija jkomplu u jiżdiedu s-sena ddieħla. Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll dwar s-servizzi tassaħħa f’Għawdex, u qal li nfetħet sezzjoni ta’ day care fejn idaħħlu 54 infermier ġdid filwaqt li ġew


www.maltarightnow.com

12

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

Politika diżonesta ta’ lewn aħmar Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kelli l-unur nindirizza l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Għalkemm ma’ kienetx l-ewwel darba li indirizzajt il-Kunsill Ġenerali, kienet l-ewwel darba li għamilt dan bħala kandidat għallElezzjoni Ġenerali. Ma’ stajtx għalhekk ma’ nħossnix kburi li jien kandidat f’isem partit politiku li jemmen bil-fatti mhux bilkliem biss f’politika onesta’. Qiegħed hawn nirriproduċi ddiskors tiegħi fil-Kunsill Ġenerali bit-tema Politika Onesta’.

L-Enerġija u l-Wegħdiet Elettorali F’paġna ħamsin tal-programm elettorali tal-Partit Laburista ‘Malta Tagħna Lkoll’ kien hemm miktub “Gvern ġdid jaħdem fuq pjan biex fi żmien stipulat u relattivament qasir jindirizza bis-

serjeta’ l-isfidi fil-qasam talenerġija. Minn naħa tagħha il-gazzeta uffiċjali tal-Partit Laburista ilKullħadd fit-12 ta’ Jannar 2013 kitbet, “il-pjan dwar l-enerġija se jidħol responsabbli għalih hu bħala Prim Ministru flimkien ma' Ministru li se jkun responsabbli mill-Enerġija”. Il-gvern illum wasal biex jagħlaq sentejn. Wasal x’mkien fil-pjan tiegħu? Qlibna għallgass jew għadna fejn konna? Tjiebet l-effiċenza jew morna lura għaż-żmien meta l-provista tal-elettriku mhix garanzija li għandek tieħu for granted? Ilgvern ħareġ imqar bi proposta waħda ta’ kif ser ikollna enerġija minn sorsi nodfa oltre mill-pjan mill-aktar intelliġenti li jankra tanker mimli gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk? U dwar dan kollu ħa responsabbilita’ il-

F’Marzu 2013 il-Partit Laburista biegħ pakkett. Pakkett li kien kollu jleqq, kollu sbuħija u dekorazzjonijiet sbieħ. Pakkett li iżda issa qiegħed jidher tassew il-wiċċ vera tiegħu. Pakkett li ma’ kull jum li jgħaddi qiegħed biss jinkixef kemm kien biss pakkett maħdum bizzila biex tintrebaħ elezzjoni

Angelo Micallef

angelo.micallef@gmail.com

Priministru? Ħa responsabbilita’ Konrad Mizzi?

Stil Konsistenti U dan l-istil ta’ politika li jista’ jsejjaħ kollox apparti stil onest mhuwiex limitat biss għallenerġija. Le, għaldaqshekk trid ittihom waħda lil tal-Labour; konsistenti, għaliex addotaw l-istess still politiku fuq kull qasam. Fit-trasport; wegħduna servizz tat-trasport pubbliku aħjar; illum il-kjuwijiet għal tal-linja huma itwal minn qatt qabel. Fis-saħħa, wegħduna l-anġli jiżfnu; illum għandna biss gvern mgħedi jallega li l-Mater Dei għandu difett filconcrete. Fil-ġustizzja; wegħduna soċjeta’ meritokratika fejn kollox jimxi bir-riga tas-sewwa; illum għandna Ministru tal-Intern u sSigurta Nazzjonali l-wisq

Inkomplu t-triq li qbadna

Wara 20 xhar li fihom ilPartit Nazzjonalista beda bidla radikali fil-Partit inniffsu u anke fil-mod kif jagħmel ilpolitika – filwaqt li żamm ilprinċipji tiegħu, li fl-opinjoni tiegħi hi fundamentali – issa qed nibdew naraw, u mhux biss naqraw dwar, il-bidla, it-tiġdid u l-formazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. F’dawn l-aħħar ġimgħatejn, rajna diversi drabi dibattiti bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, u l-Prim Ministru, kif ukoll rajna rrisposti li taw lil xulxin filParlament bħala parti millproċess tal-baġit. Waħda millaqwa xempji tal-bidla li qed isseħħ fil-Partit Nazzjonalista huma indubjament dawn linterventi tal-Kap tal-Partit. Simon Busuttil preżenta ruħu bħala mexxej ta’ Partit, b’potenzjal ta’ Prim Ministru – diskorsi li jolqtu l-punti li jinteressaw lill-poplu u li quddiemhom, il-Prim Ministru ħafna drabi spiċċa jdawwar id-

diskors, jinterpreta l-affarijiet kif jaqbillu, jew bħal ma rajna l-aħħar fil-programm Reporter, juża lingwaġġ li mhux xieraq li jintuża fil-media b’mod speċjali minn Prim Ministru ta’ pajjiż. Riżenja li qatt ma seħħet u azzjoni li qatt ma ttieħdet Smajna ħafna dwar il-wegħda li kien għamel il-Prim Ministru, li jekk il-powerstation il-ġdida ma tkunx bdiet topera sa’ Marżu tas-sena d-dieħla, hu kien se jirreżenja. Bil-kappell ta’ ġurnalist, Joseph Muscat prova jgħawweġ id-diskors u jgħid li mhux vera li qal hekk. Ovvjament, il-filmati qegħdin hemm, id-diskors jinstema ċar, u l-poplu kapaċi jasal għallkonklużjoni tiegħu. Minn naħa l-oħra, għandna lkaż tax-xufier ta’ Manuel Mallia li minkejja li l-kwistjoni hija ċara għal kulħadd, il-Prim Ministru ma ħa l-ebda azzjoni konkreta kontra membru tal-

Antonello Cuschieri

antonello.cuschieri@gmail.com

kabinet tiegħu. Din m’hux sorpriża meta dan huwa l-istess bniedem li rabat il-futur tiegħu mal-powerstation, qabel l-elezzjoni, pero meta nduna ma falla, ħarab mir-responsabbilta u qed jgħid li mhux vera qal hekk. Konsistentement, jaħrab mir-responsabbilta politika, u anke umana għaliex meta jkollok persuna jispara fuq persuna oħra, ma tistax ma tikkundannahx. U jekk inti tista tieħu azzjoni u ma toħodiex, allura

OPINJONI

Dan l-istil ta’ politika li jista’ jsejjaħ kollox apparti stil onest mhuwiex limitat biss għall-enerġija. Le, għaldaqshekk tal-Labour; konsistenti, għaliex addotaw l-istess still politiku f’kull qasam

Onorevoli Manwel Mallia li ma ddejaq xejn jibqa’ fil-kariga minkejja li t-tmexxija tiegħu tant wasslet għal skandli differenti li The Sunday Times il-Ħadd li għadda tellgħet feature fuq liskandli tiegħu biss. Ministru li issa saħansitra spiċċa b’allegazzjonijiet serji ħafna ta’ cover up....iżda Joseph Muscat li qabel qal li ser jimxi bl-aktar ġusta imaġinabbli issa ħassu komdu qisu xejn ma hu xejn jiddefendi dan l-istess Ministru. Dan biex ma niftħux il-kotba fuq Helena Dalli, Chris Cardona u Luciano Busuttil li wkoll dan laħħar tawna mhux ħażin x’naqraw. Jew xi ngħidu għallħabib tagħna Carmelo Abela li flok żieda ta’ 58 cents bħalna jieħu ħlas ta’ 58,000 Ewro!

Fooling all of the people all of the time F’Marzu 2013 il-Partit Laburista biegħ pakkett. Pakkett li kien kollu jleqq, kollu sbuħija u

dekokrazzjonijiet sbieħ. Pakkett li iżda issa qiegħed jidher tassew ilwiċċ vera tiegħu. Pakkett li ma’ kull jum li jgħaddi qiegħed biss jinkixef kemm kien biss pakkett maħdum bizzila biex tintrebaħ elezzjoni ġenerali. Onorevoli Priministru, għalaqt dan id-diskors billi fakkartek fi kliem l-President Amerikan Abraham Lincoln, “You can fool all the people some of the time, and some of the people all the time, but you cannot fool all the people all the time”.

Awguri Nixtieq nagħlaq dan l-artiklu b’awgurju lil sħabi Bormliżi li nhar it-Tnejn li ġej ser jiċċelebraw il-Festa tal-Kunċizzjoni. Għalkemm jien dejjem għixt u trabbejt f’Marsaxlokk u għalhekk jien Xlukkajr, ir-rabtiet tiegħi ma’ Bormla huma ntimi ħafna hekk kif il-familja ta’ ommi huma familja Bormliża. Awguri u lfesta t-tajba!

Jekk inti tista tieħu azzjoni u ma toħodiex, allura m’intix denju li tokkupa dik il-pożizzjoni għax mhux kapaċi teżerċita r-responsabbiltà li dik il-pożizzjoni ġġib magħha m’intix denju li tokkupa dik ilpożizzjoni għax m’hux kapaċi teżerċita r-responsabbilta li dik il-pożizzjoni ġġib magħha.

Ġejjini li jipprometti Pero minkejja dan kollu, ilPartit Nazzjonalista, filwaqt li bħala oppożizzjoni għandu, kif qed jagħmel, jiskrutinja xxogħol tal-Gvern u joħroġ liskandli li qed iseħħu kuljum mill-Gvern u esponenti tiegħu, ma jistax jaljena rasu wisq għaliex internament ix-xogħol fit-tibdil tal-Partit Nazzjonalista jrid ikompli għaddej. Indubjament, it-tmexxija talPartit flimkien mad-deputati, kunsilliera u kumitati sezzjon-

ali qed jagħmlu ħafna xogħol, pero issa jmiss lill-poplu jingħaqad f’dan l-istadju filbini tal-Partit Nazzjonalista kif nafuh u fit-tfassil tal-politika tal-Partit. Nibdew billi fl-erbat ijiem li ġejjin, bi ħġarna nżuru d-Dar Ċentrali, nipparteċipaw fl-attivitajiet, ngħinu volontarjament u finanzjarjament biex flimkien, naraw lill-Partit Nazzjonalista jkompli jissaħħaħ sabiex eventwalment, jerġa jikseb lura l-preferenza fost il-poplu. Għaliex il-Partit Nazzjonalista jistħoqlu jmexxi, u l-pajjiż jistħoqlu tmexxija aqwa minn dik tal-lum – u lalternattiva għal pajjiżna, huwa l-Partit Nazzjonalista.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Korruzzjoni tax-xena tal-isparatura tax-xufier tal-Ministru, ħabi, u gideb

L-iskandlu tal-ħabi u l-gideb dwar l-isparatura tax-xufier ta’ Ministru tal-Gvern ta’ Joseph Muscat nhar il-Ħadd li għadda kompla jikber bil-gazzetti jkomplu jirrappurtaw żviluppi ġodda f’din l-istorja ta’ gideb qawwi mill-Gvern ta’ Muscat u saħansitra ta’ korruzzjoni tax-xena tad-delitt.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru involut fil-cover-up tal-isparatura Il-Mument żvelat kif fil- cover-up, fil-ħabi, tal-isparatura mixxufier ta’ Ministru tal-Gvern ta’ Muscat kien involut direttament u b’mod sħiħ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Muscat. L-istqarrija giddieba li qalet li dan kien xi inċident hit and run u li x-xufier talMinistru spara fl-ajru ħarġet mingħand il-Kelliem tal-Prim Ministru. Joseph Muscat, li qed jara fuq min ifarfar, irid bilfors fil-fatt ifarfar fuqu nnifsu.

L-iskrataċ tat-tiri – apparti l-karozza milquta – tneħħew mix-xena tad-delitt Is-Sunday Times kixfet il-fatt li anke l-iskrataċ tat-tiri li spara x-xufier tal-Ministru tal-Gvern ta’ Muscat tneħħew mix-xena taddelitt. Dan apparti li hu diġà magħruf li l-karozza milquta tneħħiet minn postha qabel waslet il-Maġistrata u dan ikkorrompa xxena tad-delitt li trid tibqa’ kemm jista’ jkun bla mimsusa. Jiġifieri, dan mhuwiex biss każ ta’ gideb u ħabi oxxen mill-Gvern imma wkoll ta’ korruzzjoni tax-xena tad-delitt.

Ir-rapport tal-vittma tal-isparatura tħassar mir-rekords tal-Pulizija U aktar. Il-Malta Today żvelat kif anke r-rapport li għamel ilvittma, l-Iskoċċiż li fuqu spara x-xufier tal-Ministru tal-Gvern ta’ Muscat, dan ir-rapport ukoll tħassar mir-rekords tal-Pulizija. X’ma messux irriżenja l-Ministru li taħtu taqa’ l-Pulizija mqar għal dal-fatt biss, apparti l-gideb qawwi tiegħu – mhux dwar dalkaż biss – u apparti l-gideb bix-xandir pubbliku li jikkontrolla hu wkoll. U jekk ma rriżenjax, x’ma messux keċċieh il-Prim Ministru; Prim Ministru li jew ma jridx ikeċċih jew ma jistax. Iħassru r-rekords anke ta’ każ ieħor gravi – a la 1984 U biex nikkonfermaw dejjem aktar xi Gvern giddieb għandna u kemm ma tista’ tafda xejn l-investigazzjonijiet li jgħid li jagħmel, f’każ ieħor separat spiċċajna wkoll b’korruzzjoni tal-linja tal-każ. L- Independent on Sunday kixfet il-fatt li l-karozza li mblukkat ħelikopter milli jinżel b’pazjent Għawdxi li kien qed imut inbidlulha n-numri u tħassret mir-rekords. Gvern giddieb bil-kbir li, bħalma ddeskriva George Orwell fil-ktieb tiegħu 1984, jipprova jħassar u jibdel anke l-aktar fatti bażiċi.

Korruzzjoni tax-xena tad-delitt u gideb sfaċċat mill-Gvern stess Mhux bilfors li l-Oppożizzjoni tinsisti li l-Prim Ministru Muscat ma jibqax jinħeba wara inkjesta li ħatar hu stess u li ma jibqax jaħrab mir-responsabbiltà gravi tiegħu li jkeċċi lill-Ministru tal-Intern. Min gideb fil-wiċċ lill-poplu kollu diversi drabi se jiddejjaq jigdeb lil tliet membri ta’ inkjesta maħtura mill-Prim Ministru stess? U x’baqa’ x’jinvestigaw il-membri tal-inkjesta li għażel Muscat ħlief xena taddelitt korrotta u gideb sfaċċat mill-Gvern stess?

13

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

Binja illegali?

Dawn ir-ritratti li bagħtilna qarrej ta’ ‘In-Nazzjon’ juru kamra li nbniet matul dawn laħħar ġimgħat, li tidher mit-triq waqt li tkun miexi minn Triq iżŻejtun għal Triq Ħaż-Żabbar. Matul l-aħħar jiem, min bena din il-kamra – x’aktarx mingħajr ilpermessi tal-MEPA, u allura b’mod illegali – l-ewwel għatta lparti fejn sar l-iżvilupp bi drapp kbir aħdar, imbagħad meta tella’ l-ħitan u saqqaf il-binja, żebagħha pariġġ kamra oħra li hemm biswit, u neħħa l-għata kollu li kien hemm. Il-qarrej li bagħtilna dawn ir-ritratti qalilna li hu kien ilu jinnota dan il-bini illegali, li f’parti minnu għandu wkoll bieb dejjaq, li jindika blaktar mod ċar li din il-kamra la se tintuża biex jitpoġġew għodod tar-raba’, u lanqas għall-bhejjem.

L-awtur N. Micallef

Nixtieq nitlob lill-pubbliku jgħinni nsib min kien, jew hu N. Micallef, awtur Malti, tar-rumanzi tal-

faxxikli. Min jista’ jgħinni, napprezza jekk jiktibli ittra elettronika fuq charles bspiteri@gmail.com. Nirringrazzja lil kulħadd. Charles B. Spiteri Birkirkara

25 sena ilu f’In-Nazzjon

L-ittri f’din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.co m.mt jew fl-indirizz ta’ Media Link Communications li jidher aktar ‘l isfel fil-paġna

Wara tant stennija, rapporti u aħbarijiet filjiem u l-ġimgħat ta’ qabel, il-faċċata tal-ġurnal ‘in-Nazzjon tagħna’ tat-Tnejn 4 ta’ Diċembru 1989 ma setax jonqos li tkun iddedikata kollha kemm hi għas-summit storiku li sar f’Malta bejn il-mexxejja taż-żewġ superpotenzi l-kbar, Bush u Gorbachev. Fil-fatt, il-ġurnal iddedikata l-paġna kollha għal ritratt kbir taż-żewġ Presidenti – tal-Istati Uniti tal-Amerika u tal-Unjoni Sovjetika, miġbud waqt it-taħditiet li kellhom il-ġurnata ta’ qabel, il-Ħadd, u li ġabu fi tmiemhom dan is-summit li sar fuq bastiment fil-port ta’ Marsaxlokk, f’maltemp qawwi. Bit-titlu magħżul mill-ġurnal għal din ilħarġa storika, li kienet dominata minn rapporti dwar dan is-summit anke fil-paġni ta ġewwa, ikun “F’Malta nżergħet il-paċi”. Għallokkażjoni, ‘in-Nazzjon tagħna’ kellha wkoll suppliment speċjali.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

14

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

X’NARA U X’NISMA’

X’Qalilna l-Għasfur Il-moderat u l-progressiv Xi ġranet ilu, dak li dejjem jara kif iwaħħal f’ħaddieħor, jew dak li jitfa’ l-ġebla u jaħbi idu, cioe l-Ministru Evarist Bartolo, spiċċa f’ilsien kulħadd għal mod kif għoġbu juża ċertu lingwaġġ. “Għal ġieħna,” qalilna lgħasfur, “dan il-Ministru talEdukazzjoni li jridha tal-moderat u progressiv. U sa fejn naf jien, hu lecturer ukoll lUniversita. Dan Ministru ta’ Gvern Laburista li qabel l-elezzjoni li għaddiet, fost il-wegħdi ta’ kollox lil kulħadd, kien wegħdna li se jkun Gvern femminista li jinvolvi ħafna iktar lin-nisa. Iżda biex idaħħaq lil ftit li kellu quddiemu, li x’aktarx jieħdu għalihom jekk tiddeskrivihom bħala ‘ħamalli’, Evarist ġab il-paragun tax-xogħol ta’ ċerti nisa fil-briedel u żeffen finnofs il-verġinità. Għax bħal dak li qallu, ma setax sab kliem differenti biex iwassal il-messaġġ politiku. Dan irid jitkellem fuq il-verġinità?” staqsiena l-għasfur, “meta bl-istess lingwaġġ li uża kien qed jistupra pubblikament s-serjetà politika li tant ħdimna għaliha fl-aħħar snin?” Bil-paragun bażwi tiegħu, ta’ kemm mara trid tħallas biex iġġib il-verġinità tagħha lura, Evarist Bartolo irredikola l-politika b’mod ġenerali u agħar minn hekk insulenta lid-dinjità tan-nisa kollha b’mod partikulari ta’ dawk li kellu quddiemu li flgħerf tagħhom dehrilhom li kellhom iċapċpulu u jidħqulu. “Imma tal-Labour,” komplielna l-għasfur, “dejjem hekk kienu, jemmnu fit-tejatrin, u biex jaljenaw lil dawk li jkollhom quddiemhom jużaw kliem mhux f’postu u jagħmlu t-tejatrini. Bħalma darba kellna Prim Ministru tal-Labour li ma kienx jitlef okkażjoni biex fid-diskorsi tiegħu ma jsemmix xi parti millġenitali tal-ġisem uman.” U la qed insemmu t-tejatrini u l-lingwaġġ, irrid infakkar fid-diskors tar-risposta tal-budget li għamel il-ġimgħa l-oħra Joseph il-bully. X’ħin ma jsibx argumenti u jħossu dahru mal-ħajt, ħallieh jipprova jdaħħaq b’sens ta’ umoriżmu riċiklat u sfurzat li jdardrek. “U bil-ħaqq,” qalilna l-għasfur, “kien hawn xi ħadd li rnexxielu jgħodd, kemm f’dak id-diskors, Joseph il-bully, uża l-frażi ‘f’ġieħ kemm hemm’?”

Il-ġlieda Nhar it-Tnejn li għadda l-għasfur kien qed jittajjar fuq Pjazza

San Franġisk fir-Rabat Għawdex fejn hemm il-Ministeru ta’ bla saħħa u bla edukazzjoni, suppost immexxi mill-ħaruf tas-sagrifiċċju cioe Anton Refalo. Minn barra kien jinstema’ għajjat kbir li kien ġej mill-uffiċċju tal-

Assistent Direttur għall-Proġetti u Żvilupp fl-istess Ministeru u kien jidher ċar li l-għajjat kien bejn żewġ nisa, waħda sSegretarja tal-Assistent Direttur Lorry Apap u mara oħra li skond kif sama’ l-għasfur hi xi ftit jew wisq qrib l-istess Apap. “Minn dak li stajt nisma’,” qalilna lgħasfur, “ma jidhirx li l-argument kien fuq xogħol, iżda pjuttost kien argument li ż-żewġ nisa kellhom minħabba Lorry Apap.” L-

għasfur tagħna nzerta ftit kurjuż u jixtieq ikun jaf jekk hux veru li ssegretarja nvoluta fl-għajjat ġieli tagħmel sa nofs il-lejl taħdem fluffiċċju u s-Sur Apap jawtorizzalha l-overtime minn fuq dahar il-poplu Malti u Għawdxi!!

“Veru,” staqsiena l-għasfur, “li lmara l-oħra li marret tfittex lissur Apap, bdiet iċċempillu fuq ilmobile, u tgħidlu li għalhekk kien qed iqum sa nofs il-lejl l-uffiċċju? Jaqaw din ix-xenata,” kompla jistaqsi l-għasfur, “xi parti minn episodju bħal dawk tas-soap operas? Għax mid-dehra fost lGħawdxin hemm xniehat li l-protagonisti ġieli parlaw ma’ terzi persuni, kemm ikollhom x’jagħmlu tard bil-lejl f’dak l-

uffiċċju!!! U kollu ċajt, il-ġarra ġejja u sejra, fl-aħħar tinkiser. Insomma,” ikkonkluda l-għasfur, “il-ħaruf tas-sagrifiċċju ma jistax joqgħod bi kwietu. Daqqa b’xi għasfur jiftaħar b’rixu jassumi poteri li m’għandux, daqqa xi

konsulent, li jew kif jgħid hu, inkella miegħu ma jaħdem ħadd, u daqqa b’xi wieħed bħat-tron tal-għerf u l-kultura Joe Debono Grech, biex jgħasses fuqu u fuq il-ħaddiema Għawdxin. Imbagħad biex jgħaxxaqielu tajjeb, sab fil-Parlament lill-espert tal-verġinita, cioe Evarist Bartolo, u kisru meta ma riedx jagħti risposti fuq kemm nefaq f’safar. Donnu dan l-aħħar qed iberraq fil-qrib għall-ħaruf tassagrifiċċju!! Nittama li t-tiġrija jlaħħaqha sal-barkun.”

Ħrejjef u maġija Ħaġa tal-iskantament, dan laħħar pajjiżna sar qisu ktieb talħrejjef jew tal-maġija li tant konna nistagħġbu bihom meta konna tfal żgħar. U ċerti karattri li dejjem jibqgħu popolari mattfal ta’ kull żmien, issa saru popolari mal-kbar ukoll għax saru lprotagonisti fil-ħajja ta’ kuljum. “Pinocchio,” qalilna l-għasfur, “li kien magħruf għall-gideb li kien jigdeb, illum sar il-qaddis protettur ta’ ċerti nies, li għax irnexxielhom ibellgħu l-wegħdi kollha mmaġinabbli lill-poplu Malti u Għawdxi, l-istess poplu afdhom biex imexxu lil pajjiżna għal ħames snin.” Għandna Prim Ministru fejn illum jgħid iswed, u għada jgħid li jkun qal abjad. U xħin issemmagħlu recording bilvuċi tiegħu fejn kien qal iswed, jibqa’ jipprova jikkonvinċik li kien qal abjad. Hekk għamel fuq il-Power Station tal-gas li jekk ma tkunx lesta sa Marzu li ġej, kellu jirreżenja għax hu bully u jżomm kelmtu, u mbaghad qal li mhux hekk qal. L-istess għamel fuq il-kwistjoni tal-onorarja taleks Ministri Nazzjonalisti. Lewwel ikkonferma li ħallsu kollox lura u ma ħallewx pendenzi, u issa qed jgħid li mhux hekk. Imbagħad għandna l-Ministru Manwel Mallia li l-ewwel qal li x-xufier tiegħu spara tiri ta’ twissija fl-ajru, u l-għada qal li mhux hekk. Warajh il-Ministra tal-Opportunitajiet indaqs Elena Dalli, li qalet li ma kienitx taf li qed isir xoghol fil-propjeta taghha u mbaghad qalet li hi kienet biss share holder u ma kellhiex x’taqsam, u mbaghad li ghamlet konvenju. “Iżda dan l-aħħar,” qalilna l-għasfur, “bdiet il-fażi tal-maġija. Xi file tal-MEPA jisparixxi biex nuru li sidu ndaqs bħal ħaddieħor. Xi number plate ta’ xi karozza li tkun ostakolat helicopter, tisparixxi minn kull sistema. U min jigdeb waħda llum, għada jigdeb oħra biex jgħatti l-gidba tal-lum. Min qed jaħseb li l-poplu għadu jibla’ lħrejjef ta’ Esopu sejjer żball, għax fl-aħħar mill-aħħar, min jgħollik isabbtek,” temm l-għasfur.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Rapporti konfliġġenti Zuara fil-mira IL-LIBJA dwar attakki mill-Iran L-IRAQ

L-azzjonijiet mill-ajru li twettqu mill-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti fuq l-ISIS ħolqu danni sinifikanti fuq il-kapaċitajiet tal-grupp. John Kerry, is-Segretarju talIstat Amerikan qal ukoll li l-kampanja militari kontra l-grupp militanti Izlamiċi tista’ tieħu s-snin, iżda l-koalizzjoni se tibqa’ għaddejja bl-attakki “sakemm ikun hemm bżonn”. Aktar qabel lIstati Uniti qalet li l-Iran, li mhux membru tal-koalizzjoni, wettqet attakki mill-ajru kontra l-ISIS flIraq. Madankollu, ftit wara l-Iran ċaħad dan għalkemm il-Pentagon qed tgħid li twettqu diversi attakki mill-ajru mill-Iran fil-Lvant tal-Iraq tul dawn l-aħħar snin.. L-ISIS jikkontrolla zoni kbar fis-Sirja u fl-Iraq filwaqt li impona verżjoni riġida tal-Iżlam Sunni u qed jippersegwita jew joqtol min ma jimxix mat-twemmin tiegħu. Sadattant il-Ministeru għallIntern tal-Iraq qal ilbieraħ li lmara li ġiet arrestata mill-awtoritajiet Lebaniżi ma kinitx il-mara ta’ Abu Bakr al-Baghdadi, ilmexxej tal-ISIS, iżda oħt raġel li

jinsab il-ħabs dwar splużjonijiet fin-Nofsinhar tal-Iraq. “Il-mara arrestata mill-awtoritajiet Lebaniżi kienet Saja Abdul Hamid al-Dulaimi, oħt Omar Abdul Hamid al-Dulaimi, li jinsab il-ħabs u qed jistenna li jingħata l-forka għall-parteċipazzjoni tiegħu f’numru ta’ splużjonijiet,”qal il-Brigadier Ġeneral Saad Maan. “In-nisa tat-terrorista alBaghdadi huma Asmaa Fawzi Mohammed al-Dulaimi u Esraa Rajab Mahel al-Qaisi, u hemm ebda mara bl-isem ta’ Saja alDulaimi,”stqarr Maan. Il-Brigadier Ġeneral Maan qal li Saja Dulaimi ħarbet mis-Sirja fejn hi kienet miżmuma millawtoritajiet. Hi kienet parti minn grupp ta’ ħabsin nisa li nħelsu bi skambju għall-ħelsien ta’ grupp ta’ sorijiet li nħatfu mir-ribelli Iżlamiċi fis-Sirja. Uffiċjali tas-sigurtà fil-Libanu qalu nhar it-Tlieta li l-armata Lebaniża kienet arrestat il-mara u waħda mit-tfal ta’ al-Baghdadi hekk kif qasmu mis-Sirja matul ixxahar li għadda. Il-mara kienet arrestata għax kellha passaport falz.

Ħadd m’għandu jissemma għall-mexxej IL-KOREA TA’ FUQ

Skont il-media tal-Korea t’Isfel, ir-reġim fil-Korea ta’ Fuq ordna lil min għandu ismu bħallmexxej, Kim Jong-un, biex jibdlu. L-ordni ngħatat f’direttiva tal2011 li issa saret pubblika. L-ordni tgħid li ebda tarbija m’għandha tingħata l-isem talmexxej, u dawk li diġa’ issemmew bħalu għandhom jemendaw iċ-ċertifikati tat-twelid. Jidher li l-istess regola kienet applikata għall-eks mexxejja Kim Jong-il u Kim Il-sung – missier u n-nannu ta’ Kim Jong-un.

Id-direttiva ġiet kwotata li tgħid li l-bidliet għandhom isir b’mod volontarju. Kim Jong-un spiċċa biex sar eredi matul l-2011, iżda ġenituri li semmew lil uliedhom fis-snin ta’ qabel, kellhom ftit li xejn twissija minn qabel. Teżisti segretezza kbira madwar il-familja li qed tirrenja, bilmexxej preżenti li ftit kien magħruf għall-Koreani ta’ Fuq u beda jissemma biss fl-aħħar jiem tal-ħakma ta’ missieru fi tmiem l2011.

Tal-anqas seba’ persuni nqatlu, fosthom ħames immigranti Afrikani, f’attakki mill-ajru fuq ilbelt ta’ Zuara mal-kosta Libjana mal-Mediterran. L-indikazzjonijiet huma li l-attakki – tal-anqas tlieta –saru mill-forzi taħt il-kmand

tal-eks Ġeneral Khalifa Haftar. Lindikazzjonijiet huma li l-ajruplani telqu minn bażi f’Al-Woutia. Sadattant f’Bengażi erba’ persuni oħra ndarbu u seba’ ndarbu meta rocket niżlet fiċ-ċentru talbelt. Ir-rocket jidher li kienet

15

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

immirata lejn l-isptar Al-Jala fejn qed jingħataw kura truppi taħt ilkmand ta’ Haftar. Haftar stqarr li f’temp ta’ ġimgħatejn irid jieħu l-kontroll ta’ Bengażi u f’tliet xhur ta’ Tripli.

SPANJA/ITALJA: Immigranti jifirħu wara li qabżu l-fruntiera bejn il-Marokk u t-territorju Spanjol fit-Tramuntana tal-Afrika ta’ Melilla. Dawn kienu fost 500 li pruvaw jaqsmu lejn it-territorju Spanjol. Sadattant f’Katanja fl-Italja l-Pulizija arrestat 11-il persuna mill-Eritreja b’rabta mal-vjaġġi li qed isiru ta’ immigranti fil-Mediterran. Il-kap tal-grupp kien arrestat fil-Ġermanja. Il-Pulizija qalet li dawn kienu responsabbli għal 90 fil-mija tal-vjaġġi mil-Libja lejn l-Italja. (Ritratt:EPA)

Ħabs minħabba ‘r-revenge porn’ L-ISTATI UNITI

Raġel intbagħat il-ħabs talli kiser liġi “kontra t-tpattija bilpornografija” magħrufa wkoll bħala ‘revenge porn’, li ġiet introdotta f’Kalifornja f’Ottubru.

Noe Iniguez poġġa ritratt taleks tfajla tiegħu għarwiena lillpaġna fuq il-Facebook ta’ min jimpjegaha, flimkien ma’ kummenti derogatorji. Iniguez ta’ 36 sena hu l-ewwel persuna li

ntbagħat il-ħabs taħt din il-liġi. Tlettax-il stat Amerikan żiedu liġijiet kontra t-tpattija bilpornografija f’dawn l-aħħar sentejn. L-Ingilterra u Wales wkoll qed jenforzaw din il-liġi.


16

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

Tallega li rat in-nies mixjin fuq Mars

www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

L-ISTATI UNITI

Mara fl-Istati Uniti qed isostni li kienet impjegata man-NASA qed tgħid li fl-1979, meta kienet taħdem man-NASA rat żewġ figuri umani b’ilbies tal-ispazju jimxu bil-kalma kollha lejn ilViking Lander fuq wiċċ il-pjaneta Mars. Il-mara, li ngħatat l-isem ta’ ‘Jackie’ ċemplet fuq l-istazzjon tar-radju Coast to Coast AM in America u talbet lill-preżentatur biex ‘isolvi misteru ta’ 27 sena’.

Hi qalet li kienet taħdem manNASA b’rabta mal-missjoni talViking Lander – li niżlet fuq Mars u kienet l-ewwel vettura li ġiet użata biex jintbagħtu ritratti tal-pjaneta meta rat żewġ persuni jimxu fuq wiċċ il-pjaneta. Il-mara qalet li hi u sitt kollegi oħra kienu qed isegwu il-missjoni fuq diversi screens. “Imbagħad rajt żewġ persuni lebsin ilbies tal-ispazju – mhux lilbies kbir li ssoltu naraw, iżda

Qed tgħid li hadmet fuq il-missjoni tal-Viking Lander fl-1979 dehru protettivi. Huma ġew minn fuq ix-xefaq mexjin lejn ilViking Explorer.

‘Jackie’ qalet li fil-kamra fejn kienu qed jaraw il-filmati, kien hemm xi sitt persuni. “Konna biss qed nieħdu ħsieb l-apparat meta f’daqqa waħda qatgħulna lfilmati”. “Grejna ‘l fuq – iżda nbagħad sakkru l-bieb, u ssiġillaw il-bieb bit-tape sabiex ma nkunux nistgħu naraw. Ilmistoqsija tiegħi – dawn kienu nnies tagħna?” Il-pjaneta Mars dejjem attirat limmaginazzjoni tal-bniedem u

minn dejjem kien hemm spekulazzjoni imma l-missjonijiet kollha li saru s’issa ma taw ebda ħjiel li hemm qatt kien hemm ħajja fuq il-pjaneta. Dawk li jispeċjalizzaw f’teoriji ta’ konspirazzjoni jgħidu li kien hemm inżul “sigriet” fuq Mars fis-snin Sittin – u l-inżul ta’ missjonijiet Apollo kienu seħħew biss biex jgħattu għal esplorazzjoni aktar wiesgħa tas-sistema solari.

Konkos speċjali għall-mili tal-ħofor IR-RENJU UNIT

IL-FILIPPINI: Ħaddiema Filippini jaħdmu qrib siġra tal-Milied fi proġett tal-housing tal-gvern hekk kif ajruplan ta’ Cebu Pacific Air itir fuqhom f’Paranaque City, fin-Nofsinhar ta’ Manila. Iċ-ċittadini Filippini jiċċelebraw l-itwal Milied fid-dinja li jibda f’Settembru kull sena. (Ritratt: EPA)

Mifnija bil-korruzzjoni IĊ-ĊINA

Skont Transparency International (TI), il-korruzzjoni qed tiggrava ħafna fiċ-Ċina, fitTurkija u f’ekonomiji li qed jikbru malajr. L-aġenzija appellat liċ-ċentri bankarji dinjija biex jgħinu fil-ġlieda tal-ħasil tal-flus. L-Indiċi dwar ilPerċezzjonijiet tal-Korruzzjoni elenka lis-Sudan, lill-Korea ta’ Fuq u lis-Somalja bħala l-agħar pajjiżi, filwaqt li d-Danimarka, New Zealand u l-Fillandja huma l-aktar nodfa. Tranparency International irri-

markat dwar iż-żieda ta’ rapporti ta’ korruzzjoni fit-Turkija, li ġarrbet l-ikbar daqqa ta’ ħarta din issena, prestazzjonijiet baxxi għall-ekonomiji li qed jikbru, bħal il-Brażil, ir-Russja, l-Indja u ċ-Ċina. It-tagħrif ta’ Transparency International, li hu bażat f’Berlin, hu l-aktar kejl dwar ilkorruzzjoni wżat minn gvernijiet, mill-pulizija, mill-qrati, millpartiti politiċi u minn burokraziji. L-aġenzija tisħaq li l-korruzzjoni tbiegħed l-iżvilupp u żżid

il-faqar. Imma din is-sena, TI enfasizzat ir-rwol ta’ banek multinazzjonali u ċ-ċentri finanzjarji dinjija biex qed iħallu l-elitisti ta’ uħud millpajjiżi li qed jiżviluppaw biex jagħmlu l-ħasil ta’ miljuni. Robin Hodes, direttur ta’ TI qalet li l-korruzzjoni hi problema għall-ekonomiji kollha u għalhekk ċentri finanzjarji ewlenin fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Uniti jridu jaġixxu flimkien ma’ ekonomiji li jikbru malajr sabiex iwaqqfu lil min hu korrott milli

jkompli jwettaq l-illegalitajiet. TI qalet li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom, bħadDanimarka, jaġixxu biex joħoqlu reġistri pubbliċi għall-kumpaniji kollha bażati legalment fil-pajjiżi tagħhom, u jelenkaw tagħrif dwar is-sidien. Cobus de Swardt, direttur maniġerjali ta’ TI, qal li reġistri pubbliċi li juru min verament hu s-sid ta’ kumpanija għandhom jagħmluha diffiċli ħafna għal min hu korrott biex jgħaddiha lixxa mill-abbuż ta’ poter.

Il-ħofor huma s-saħta tattoroq iżda dawn jistgħu jkunu xi ħaġa tal-passat peress li qed jitħejjew pjani biex ikun manifatturat konkrit speċjali. Ix-xjenzati qed jesperimentaw b’dan il-materjal ġdid, li juża bacteria speċjali biex isodd ħofor u konsenturi li jiżviluppaw waħdu wara xi maltempata. Jekk dan l-esperiment ikun suċċess, jista’ jintuża sabiex ikunu assigurati traġitti aktar aħjar madwar il-pajjiż. Riċerkaturi mill-Universita’ ta’ Bath, mill-Universita’ ta’ Cardiff u mill-Universita’ ta’ Cambridge ħolqu taħlita ta’ konkrit, li hu mimli bacteria moħbija f’kapsuli żgħar. Hekk kif l-ilma jgħaddi minn xi konsentura, il-bacteria tinfaqa’ malajr u tipproduċi lġebla, tissiġilla l-vojt qabel ma titwessa’ u ssir ħofra. Ix-xjenzati jemmnu li t-teknika tista’ iżżid il-ħajja talkonkrit, tneħħi l-ħtieġa għattiswijiet, u tnaqqas l-ispejjeż sa 50 fil-mija. Livelli tad-dijossina tal-karbonju fl-atmosfera jkunu inqas għax ma jkunx hemm ħtieġa li jinbidlu t-toroq. Aktar minn sebgħa fil-mija tal-emissjonijiet mid-dijossina tal-karbonju fiddinja ġejjin mill-produzzjoni tas-siment. Ir-riċerkaturi qalu wkoll li ttoroq ikunu wkoll aktar ħielsa għas-sewwieqa u għaċ-ċiklisti. Mill-inqas 40,000 sewwieq talbu kumpens mill-kunsilli għal danni kawżati mill-ħofor kull sena, filwaqt li ħofor fondi fittoroq ħolqu diversi ġrieħi u numru ta’ imwiet.


www.maltarightnow.com

17

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Investigat l-eks Sindku ta’ Ruma dwar rabtiet mal-Mafja L-ITALJA

IL-ĠERMANJA: Manku ta’ bieb ta’ residenza fuq il-muntanja Hoher Meisser, għolja madwar 750 metru, jitgħatta bis-silġ qrib Hessich Lichtenau. Temperaturi ta’ madwar 0 gradi kienu mbassra fir-reġjun. (Ritratt: EPA)

Elezzjoni bikrija f’Marzu IŻRAEL

F’Iżrael se jkun hemm elezzjoni bikrija fis-17 ta’ Marzu wara kriżi fi ħdan il-gvern ta’ koalizzjoni ta’ Benjamin Netanyahu. L-aħbar tad-data tal-elezzjoni ġiet biss jum wara li l-Prim Ministru Netanyahu keċċa żewġ ministri fil-kabinett mill-gvern diviżorju tiegħu. Eran Sidis, kelliem parlamen-

tari, qal li wara konsultazzjonijiet bejn id-diversi partijiet, ġie deċiż li l-elezzjonijiet isiru fis-17 ta’ Marzu. Netanyahu ordna t-tkeċċija ta’ Yair Lapid, il-Ministru għallFinanzi, u ta’ Tzipi Livni, ilMinistru għall-Ġustizzja, nhar itTlieta. “Mhux se nittollera kull oppożizzjoni fil-gvern

tiegħi,”qalet stqarrija kwotata mill-uffiċċju ta’ Netanyahu. Listqarrija kompliet li Netanyahu kien se jxolji l-parlament millaktar fis possibbli u jfittex “mandat ċar” mill-pubbliku biex imexxi n-nazzjon. Fi Brussell, John Kerry, isSegretarju tal-Istat Amerikan, naqas milli jikkummenta dwar “il-politika interna” ta’ Iżrael.

Il-pulizija Taljana għamlet tfittxija fid-dar tal-eks sindku ta’ Ruma Gianni Alemanno, bħala parti minn investigazzjoni ta’ korruzzjoni mal-Mafja u li qed timplika numru ta’ uffiċjali preżenti u oħrajn li kienu jservu. Alemanno, politiku tal-lemin u li serva bħala sindku għall-kapitali Taljana bejn l-2008 u Ġunju tas-sena li għaddiet, inżamm taħt investigazzjoni formali dwar assoċjazzjoni mal-Mafja u korruzzjoni. Hu ħareġ stqarrija u ċaħad kull involviment filwaqt li qed jistenna biex jinħeles minn kull akkuża. “Se nuri li jien m’għandi ebda rabta mal-Mafja u se noħroġ

minn dan il-każ inkredibbli b’rasi mgħollija,”qal Alemanno. L-investigazzjoni f’allegati frodi u kuntratti korrotti ta’ xogħolijiet pubbliċi hi l-aħħar minn serje twila ta’ każi kriminali u li jinvolvu politiċi Taljani, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak lokali. Il-pulizija fittxet f’diversi binjiet f’Ruma u fi bliet ġirien, arrestat 37 persuna u ħatfet assi li jammontaw €204 miljun. Lawtoritajiet ukoll qed jinvestigaw 40 persuna oħra, fosthom numru ta’ uffiċjali li għadhom iservu jew li servew fil-gvern lokali ta’ Ruma. Gianni Alemanno kien ministru għall-agrikoltura fi gvern immexxi minn Silvio Berlusconi.


www.maltarightnow.com

18

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Jiżdied l-inkwiet għal Bill Cosby Berlin...l-aqwa belt L-ISTATI UNITI għad-divertiment Qed ikomplu jizdiedu l-problemi legali għall-attur popolari Amerikan, Bill Cosby. Dan wara li mara issa fetħitlu kawża talli fl-1974 kien ta fastidju sesswali meta kellha biss 15-il sena. Dan l-aħħar kien hemm sensiela ta’ allegazzjonijiet dwar abbuż sesswali minn Cosby imma sa fejn hu magħruf dan hu l-ewwel każ li tressaq il-qorti kontra l-komiku Amerikan. Skont ir-rikors ta’ Judy Huth hi kienet ma’ ħabiba, ta’ 16-il sena, fil-Playboy Mansion f’Los Angeles waqt ġbid ta’ film meta għamlu ħbieb ma’ Cosby. Huma qalu li qabel ma seħħ l-inċident, Cosby kien staqsihom kemm kellhom eta u stedinhom imorru jiltaqgħu miegħu. Meta marru għall-appuntament hu beda jagħtihom ħafna x’jixorbu u talabhom li jekk xi ħadd jistaqsihom ma jgħidux il-verita

dwar l-eta tagħhom. Huma imbagħad marru lejn il-Playboy Mansion fejn hu abbuża minnhom. F’dawn l-aħħar ġimgħa ħafna nisa svelaw li tul il-karrierra tiegħu Cosby kien abbuża minnhom imma s’issa ħadd minhom ma jidher li ħadu passi legali kontriħ. Allegazzjonijiet li Cosby, li għandu 77 sena, droga u abbuża minn sensiela ta’ tfajliet tul issnin bħalissa kienu qed jiddominaw il-mezzi tax-xandir Amerikani u internazzjonali. Dan wara li komiku Amerikan, Hannibal Buress, f’Ottubru waqt wirja għajjar lil Cosby stupratur. Saħansitra kien hemm artiklu minn waħda minn dawk li qed isostni li hu abbuza minnha, Barbara Bowman, kitbet artiklu fil-Washington Post fejn sostniet li Cosby kien ħebb għaliha diver-

IL-ĠERMANJA

Bill Cosby

si drabi fl-1985 meta kellha biss 17-il sena. Minn mindu bdew ifeġġu dawn l-akkużi, Cosby żamm profil baxx ħafna u repetiżjonijiet tal-programmi tiegħu, fosthom “The Cosby Show” ma komplewx jixxandru.

Berlin hi l-aqwa belt fid-dinja għad-divertiment skont stħarriġ ġdid li jindika wkoll li l-birra hemmhekk tinbiegħ bl-inqas prezz minn fost l-ibliet ewlenin kollha. Filwaqt li l-belt kapitali talĠermanja hi vvutata bħala laqwa għaż-żgħażagħ, warajha, fit-tieni post hemm Londra, segwita minn Pariġi, fit-tielet post u New York, bħala r-raba’ fil-lista. Intant – 25 sena wara l-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin – il-belt partikolari, illum, hi kkunsidrata bħala l-aħjar waħda għall-persuni li jridu jgawdu kemm jifilħu waqt li jqattgħu btajjel memorabbli. Dan skont ir-riċerka ta’ GetYourGuide li analizzat mal1,800 belt rigward il-kwalita talbars, ir-ristoranti, il-mużewijiet u l-attrazzjonijiet kummerċjali. Kienu kkalkulati wkoll aspetti bħall-prezz ta’ flixkun birra u lħinijiet li jdumu miftuħin l-istabbilimenti tad-divertiment – b’Londra titqies bħala l-belt blaħjar kunċerti u kultura ta’ clubbing. Madankollu, iż-żgħażagħ, b’mod partikolari, jippreferu jmorru f’Berlin għall-esperjenza tan-nightlife, b’din il-belt tkun ivvutata bħala ‘l-aktar waħda bi

prezzijiet tal-birra kompetittivi’ kif ukoll bħala l-belt li ‘ma jirbħilha qatt għad-divertiment.’ GetYourGuide analizza l-evalwazzjonijiet tal-ibliet stabbiliti bħala ċentri ta’ divertiment fuq 17 il-websajt differenti li jinkludu TripAdvisor, Yelp u Time Out. Intant, ir-riżultati ddeċidew illista tal-aktar bliet xierqa li jkunu kkunsidrati għat-titlu Ultimate Fun City. Filwaqt li Berlin issuperat lillibliet l-oħra, ir-riċerka rreferiet ukoll għal Londra u sostniet li lfatt li din hi inkluża fost l-aktar bliet fejn pinta birra tiswa l-flus kellu jitqies bħala ‘punt negattiv’ li naqqsilha mill-attrazzjoni bħala belt fejn in-nies jiltaqgħu bħala gruppi għall-avvenimenti soċjali. Pariġi tinsab it-tielet fil-lista minkejja li ma rebħet l-ebda kategorija f’din l-analiżi, waqt li New York (fir-raba’ post) hi kkunsidrata bħala l-aħjar belt għall-attivitajiet. Mill-banda l-oħra, Tokjo, ilbelt kapitali tal-Ġappun, għandha ‘l-aqwa bars u faċilitajiet għaxxerrejja’. Hi tinsab il-ħames fillista tal-ibliet fl-istħarriġ ta’ GetYourGuide, u meta warajha hemm l-ibliet ta’ Hamburg (fissitt post), Ruma, Vjenna, Barċelona u Istanbul.



www.maltarightnow.com

20

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

NATIVITY 3: DUDE, WHERE’S MY DONKEY?

Banali kemm trid imma film fi żmienu

ĊINEKRITIKA

Direzzjoni: Debbie Isitt; Ħin: 110 minuti; Ċert.:U.; KRS

Bdejna x-xahar tal-festi u millKRS Releasing jibdew ħerġin ilfilms li normalment joħorġu għal dan iż-żmien ta’ festi. Films li għal uħud jistgħu jidhru “tassoltu”, infatti ħafna drabi jkunu sequels, appuntu bħal dan u lieħor animat dwar il-pingwini li beda jintwera din il-ġimgħa wkoll. Dan Nativity 2 mbagħad hiuwa wieħed minn dawk il-films mhux eżattament film għal min m’għadux ‘żgħir’ u allura tikkofondi x’se taqbad tgħid dwaru. Għal darb’oħra, bħat-tnejn ta’ qablu, huwa banali kemm trid u esaġerat, imma għal dan iż-żmien li joħorġu jgħaddi, għax appuntu hu żmienu. Kif tistà temmen, per eżempju, li raġel li jaħbat rasu u jitlef ilmemorja ma jingħatax il-kura meħtieġa u jiġi fdat f’idejn ieħor xejn normali li jkollu moħħ infantili. U kif qatt jistà ikun li dan tal-aħħar jiġi fdat b’għadd ta’ tfal żgħar li jitħalla waħdu jivvjaġġa bl-ajruplan magħhom minn naħa għal oħra tad-dinja?!

Imma dan kollu jseħħ tul ilfilm, hekk kif nerġgħu niltaqgħu mal-karattru nofs ras ferrieħi Poppy (Mark Wooton) li għadu jinkwieta lis-superjuri, iżda popolari mal-istudenti tas-St. Bernardette School f’Coventry. Iżda hawn tasal kap ġdida taliskola, Mrs. Keen (Celia Inmrie) li tkeċċih mill-ewwel. Jasal l-għalliem ġdid, Sheperd (Martin Clunes) li jeħles ukoll mill-poni ta’ Poppy, li kien ilmascot tal-iskola. Dan Sheperd ikun wasal biex jiżżewweġ lil Sophie (Catherine Tate) fi New York wara li f’daqqa waħda kienet telqet lill-eks maħbub tagħha Bradley (Adam Garcia) għax iġġennet fuq Sheperd. B’kumbinazzjoni fl-isess żmien fi New York ukoll, tkun se ssir kompetizzjoni ta’ flashmobs, fejn dawk li jikkompetu jitfaċċaw f’daqqa billi jiftiehmu grazzi għall-internet, u li tkun organizzata minn Bradley, li jkun deċiż li jirbaħ lura lil Sophie. Sadanittant jiġri li Sheperd jaqla’ daqqa fuq rasu u jitlef il-

PENGUINS OF THE MADAGASCAR

Poppy (Mark Wooton) iserraħ moħħ Lauren (Lauren Hobbs) dwar missieha f’ Nativity 3: Dude, Where’s My Donkey?

memorja u hawn bintu Lauren (Lauren Hobbs) tingħaqad ma’ Poppy biex jippruvaw iġeddulu lmemorja u fl-istess ħin jisfrattaw

it-tentattivi ta’ Bradley u jiżguraw li missierha jiżżewweġ lil Sophie. Bħas-soltu, fost ċajt ma jaqtà xejn li jinkludi wħud goffi u xi

kultant anki umiljanti għal min ikun il-vittma, il-loġika jaqblilkom tħalluha barra l-bieb taċ-ċinema!

Minn dokumentarju għal animazzjoni fl-Afrika Direzzjoni: John R. Leonetti; Ħin: 98 minuta; Ċert.:15; KRS

March of the Penguins kien dokumentarju sorpriża fl-2005 tant kemm mar tajjeb mal-pubbliku fil-box office meta tqis li biex inħadem kienu ntefqu ‘biss’ $8 Miljun u daħħal ‘l fuq minn $100 Miljun. Ir-raġuni kienet żgur għax ħafna, u mhux aħna lMaltin biss, saru jafu aktar milli kienu dwar dik id-dinja minn qatt qabel. Wara dak is-suċċess kien hemm min ħaseb li jisfrutta dak linteress, imma minħabba li March of the Penguins kien wassal biżżejjed dwar il-ħajja vera ta’ dawn il-ħlejjaq, u allura issa minflok dokumentarju ħadmu film animat biex setgħu ivarjaw aktar ir-rakkont, u fuq kollox emigrawhom mill-bjuda u d-deżert tal-Antartiku, u ħaduhom fissħana u l-ħdura tal-Madagaskar! Naturalment grazzi għall-artisti grafiċi u l-kompjuter hawn setgħu jixxalaw aktar, aktar u aktar mogħnija bit-teknika tat-3D. Jekk dan jinżilx aħjar maludjenza għax appuntu l-protagonisti mhumiex tad-demm u llaħam, irid jiddeċidieh min imur jara l-film, żgħar u kbar. Intant ir-rakkont jibda bil-ping-

wini Skipper (il-kap tal-gang), Kowalski (il-moħħ) u Rico (irribelluż) jingħaqdu mal-wasla ġdida, il-pingwin-tfajjel Private imwieled b’aċċent Ingliż. Dan il-gang jirnexxielu jinfiltra f’Fort Knox mhux biex jisirqu deheb, imma l-aħħar vending machine li tbiegħ ic-Cheese Dibbles li huma kienu tant iħobbu. Imma din fil-fatt tkun nassa magħmula minn Dr. Octopus Brine, magħruf ukoll bħala Dave (leħen John Malkovich), qarnita rrabjata għall-pingwini talli dawn kienu ħadu l-attenzjoni kollha fiż-zoo. Issa allura jkun dweċiż li jkerraħhom biex dawn ma jibqgħux popolari. Biex iwaqqfu l-pjan faħxi ta’ Dave, l-gang jingħaqdu ma’ tim ta’ aġenti sigrieti ‘North Wind’ immexxija minn lupu jismu Classified. Dan kollu iwassalhom f’Madagaskar. L-animazzjoni għamlet possibbli dak li l-limitazzjonijiet talfigura tal-pingwini inevitabilment kien joħloq kieku dawn ilprotagonisti kienu tad-demm u llaħam. Żgur li ma kienx ikun possibbli li dawn jużaw gadgets à la James Bond!

Il-pingwin Skipper jingħaqad mal-lupu Classified biex jegħlbu lill-qarnita f’Penguins of the Madagascar


www.maltarightnow.com

21

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

ĊINEKRITIKA

minn Joe Calleja - jocal@me.com

Nick, Dale u Kurf (Jason Bateman, Charlie Day u Jason Sudeikis) jifirħu bil-prodott li vvintaw f’ Horrible Bosses 2

HORRIBLE BOSSES 2

Fl-istess vena komika tal-ewwel wieħed Direzzjoni: Sean Amders; Ħin: 108 minuti; Ċert.:15; KRS

Din il-kummiedja tkompli mal-ewwel film ta’ sentejn ilu fl-istess vena komika, kultant goffa, imma divertenti, u min qed jara dan il-film, u ma kienx ra l-ewwel wieħed, probabbli jispiċċa jgawdih aktar minn min kien għamel dan. Dan għax inevitabilment f’dan is-sequel nsibu l-istess sitwazzjonijiert komiċi ripetuti, bl-istess karattri protagonisti: Nick, Dale u Kurf (Jason Bateman, Charlie Day u Jason Sudeikis), avolja min jiftakar lewwel film ma jistax ma jistaqsix kif isibu rwiehhom flimpjiegi tagħhom, wara l-praspar li temmew l-ewwel Horrible Bosses. Intant huma jiddeċiedu li ma jibqgħux jissaportu lill-bosses tagħhom, u jibdew jaħdmu għal rashom. Għalhekk jivvintaw doċċa li minbarra l-ilma, flimkien mal-ilma joħroġ anki sapun u shampoo. Imma biex jiftħu industrja jkun jeħtieġ finanzjament kbir, u dan isibuh minn bank wara li l-miljunarju Hanson (Christopher Waltz) jaqbel li jixtri mal-10,000 mid-doċċa li vvintaw, filwaqt li jirranġalhom biex jiksbu self konsidervoli

mill-bank. Ferħanin u fiduċjużi flintrapriża tagħhom, jibdew jimpjegaw il-ħaddiema, u l-produzzjoni. Jirnexxilhom ilestu lordni li kien tahom Hanson qabel iż-żmien, iżda dan jgħidilhom li ma kienx għadu interessat! L-iskop tiegħu kien li issa huma jkollhom ibiegħu d-doċċi b’irħis biex iħallsu d-dejn, u ddrittijiet tad-doċċa lilu, biex hu jibda jipproduċihom fiċ-Ċina fejn il-pagi huma baxxi! Iddisprati, jidher li ma tgħallmu xejn minn dak li għaddew fl-ewwel film fejn għal ftit ma spiċċawx fil-ħabs meta ppjanaw li joqtlu lill-bosses tagħhom, u jfasslu pjan ieħor daqstant perikoluż: jaħftu lill-iben Hanson, Rex (Chris Pine) u jitolbu somma kbira lillmissieru biex jeħilsuh. Jiġri, però, li l-makkak Rex jinduna bil-pjan tagħhom, u jkollhom idaħħluh kompliċi magħhom, jitolbu somma ikbar u, naturalment jaqsam l-flus magħhom… L-istess bħal fl-ewwel film ma jonqsux referenzi spissi għas-sess, l-aktar fejn tidħol Jennifer Aniston bħala l-eks boss b’ilsiena ħażin ta’ Dale.

L-aqwa films f’Malta

1. 2. 3. 4. 5.

(Bejn is-26 u t-30 ta’ Novembru – KRS)

(–) (–) (2) (3) (–)

The Hunger Games: Mockingjay (Part 1) Paddington Interstellar The Imitation Game Annabelle .

F’dan il-film naraw il-parteċipazzjoni ta’ Jennifer Anniston


www.maltarightnow.com

22

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

06:02 07:55 08:00 09:00 09:02 10:00 10:02 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:02 16:00 16:02 17:00 17:55 18:00 19:20 20:00

TV/RADJU

Radio 101 breakfast club Obituaries/angelus Radio 101 breakfast club (cont) News update Magazine 101 News update Magazine 101 (cont) Editorjal Club 101 Obituaries/angelus News bulletin The big show Hitsteria News update Hitsteria (cont) News update Hitsteria (cont) Newsdesk Obituaries News bulletin Lura d-dar News update

Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:05 - Win, Lose or Draw 06:30 Good Luck Charlie 06:55 - Good Luck Charlie 07:20 - Sonny With a Chance 07:45 - Sonny With a Chance 08:10 - The Suite Life on Deck 08:35 - The Suite Life on Deck 09:00 That’s So Raven 09:25 - That’s So Raven 09:50 - A.N.T. Farm 10:15 A.N.T. Farm 10:40 - Good Luck Charlie 11:05 - Good Luck Charlie 11:30 - Jessie 11:55 - Jessie 12:20 Austin & Ally 12:45 - Mickey Mouse 12:55 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 13:20 - I Didn’t Do It 13:45 - Liv & Maddie 14:10 - Violetta 15:00 - Liv & Maddie 15:25 – Jessie 15:50 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 16:15 - Dog With a Blog 16:40 - Win, Lose or Draw 17:05 - I Didn’t Do It 17:30 - Violetta 18:20 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 18:45 - Spooksville 19:10 - Wolfblood 19:35 - Gravity Falls 20:00 - The Suite Life on Deck 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 Wolfblood 21:35 - Wolfblood 22:00 – Violetta 22:45 - The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 - Art Attack 23:40 Jungle Junction 23:50 - Jungle Junction Nickelodeon 06:15 - The Penguins of Madagascar 06:40 - SpongeBob SquarePants 07:05 - SpongeBob SquarePants 07:30 - The Fairly OddParents 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 – Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 - Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 – iCarly 12:55 Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 – iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 - Victorious 20:05 - iCarly 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar: The Legend of Aang 21:20 - Big Time

Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 The Penguins of Madagascar 22:35 The Penguins of Madagascar 23:00 – iCarly 23:25 - iCarly 23:50 Victorious

Jim Jam 06:05 -Monkey See, Monkey Do 06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky & Friends 07:05 – Rubbadubbers 07:15 Gombby’s Green Island 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 - Noksu 07:45 – Jarmies 08:00 – Kipper 08:10 Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 – Gazoon 08:35 – Snapatoonies 09:00 Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 Igloo-Gloo 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 – Noksu 12:25 Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 – Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 Noksu 15:15 – Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 – Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 – Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 Monkey See, Monkey Do 17:45 Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 - Noksu 19:20 – Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures

Malta Llejla – NET Television

Fil-bidu tal-programme illum il-Ħamis, Stephanie tintroduċi r-rokna tal-annimali bil-‘behaviourist’ Robert Spiteri. Doreen Micallef tkompli ttina ftit pariri dwar ir-riciklaġġ, waqt li Janice Darmanin tkellimna dwar CD ġdida għat-tfal Vuċi Waħda. Fl-aħħar parti tal-programm, Bħal kull nhar ta’ Ħamis, jingħaqad magħna Anton Grech li jkellimna dwar is-saħħa mentali.

TVM 07:00 – TVAM 08:30 – Realtà 09:30 – Malta u lilhinn 11:00 – Valletta 12:00 - Aħbarijiet 12:10 – TVPM 15:00 – News 15:05 – Ħbieb u għedewwa 15:45 – Teleshopping 16:30 – Secret show 16:45 – Deadly art 17:00 - Secret show 17:15 – Me and my monsters 17:50 – Nisġa Maltija 18:00 – Aħbarijiet/sports/ rapport tat-temp 18:15 – Crosscraft Teleshopping 18:45 – Dissett 20:00 – Aħbarijiet 20:50 – Katrina 21:50 – Headline news 21:55 – Paq Paq lifestyles 22:30 – Gadgets 23:00 – Aħbarijiet 23:20 – Ħbieb u Għedewwa. TVM 2 06:00 – Euronews 07:00 – News Loop 08:30 – TVAM 10:00 – Science exposed 11:00 – Kultema 11:15 – Luxdesign 12:30 – MEA 13:00 - Realtà 14:00 – Science exposed 15:00 – Ittriq/twelid 15:10 – TVPM 18:00 – Venere 18:30 – GFA roundup 19:00 – Pellikola 19:30 - Science exposed 20:30 - Aħbarijiet għal dawk neqsin mis-smigħ 20:40 – Dwarna 21:40 – Sports News 21:45 – Kultema 22:15 – Kurrenti 23:15 – Sports News 23:30 – Financial news 23:35 – News in English

One 06:30 - ONE News 07:00 – One breakfast 09:00 – Siegħa żmien 10:00 – Telebejgħ 11:00 – S41 12:10 – Ieqaf 20 minuta 12:30 - ONE News 12:40 – Kalamita 16:20 – Żona sports 17:30 ONE News 17:40 – Aroma kitchen 18:45 – Interessi u investimenti 19:10 – Samsara 19:30 - ONE News 20:30 – Rifless 21:30 – Ilsien in-nisa 23:00 – Is-sess 23:30 - ONE News

Smash 07:40 - Erġa’ Lura 08:40 – Aħbarijiet 09:00 – Ħabbejtek 10:00 - Fil-Kċina ma’ Farah (r) 10:50 - TSN Teleshopping 13:00 - A to Z Teleshopping 14:20 – Ma' Majsi 16:10 - Fil-Kċina ma’ Farah

(r) 17:50 - Foreign news 18:15 - Bingo 75 18:40 – Teleshopping 19:00 – Aħbarijiet 19:30 – Documentary 20:30 – Il-Parlament tal-poplu 21:30 – CNI 22:00 – Aħbarijiet 22:30 - Motordrome. Raiuno 06:45 - Unomattina (jinkludi t-Tg 1 u r-rapport tat-temp) 10:00 – Storie vere 11:10 – A Conti fatti 12:00 – La prova del cuoco 13:30 – Telegiornale 14:00 TG1 Economia 14:05 – Dolci dopo il tiggi 14:40 – Torto o ragione? 16:00 – La vita in diretta 16:30 - TG 1 16:40 – La vita indiretta 18:50 - L'eredità 20:00 – Telegiornale 20:30 – Affari tuoi 21:10 – Carosello reloaded 21:15 – Che Dio ci aiuti 2 23:35 – Porta a porta 01:10 – TG1 Notte 01:45 – Sottovoce 02:45 – Prestami la tua mano. Film 2006. Raidue 07:05 – Army wives 08:30 – Il tocco di un angelo 10:00 - Tg2 Insieme 11:00 – I fatti vostri 13:00 - TG2 Giorno 13:30 – Costume e società 13:50 - Medicina 33 14:00 – Detto fatto 16:15 - Castle (TF) 17:00 – Supermax TV 17:45 – TG Parlamento 18:00 - TG Sport 18:20 - TG 2 Notizie 18:50 – NCIS los Angeles 19:40 – NCIS Unità anticrimine (TF) 20:30 TG2 20.30 21:00 – Impazienti 21:10 Virus 23:50 - TG 2 Notizie 00:05 – Obiettivo pianeta 01:00 – Hawaii five O. 01:50 – La piovra 4 fiction 03:50 – TG2 eat parade Raitre 08:00 - Agorà 10:00 – Mi manda raitre 11:00 – Elisir 12:00 – TG3 12:45 – Pane quotidiano 13:10 – Rai cultura 14:00 - TG Regione 14:18 - TG Regione Meteo 14:20 – TG3 14:50 – TGR Leonardo 15:05 – TGR Piazza 15:10 – Terra nostra 2 16:40 - Geo 19:00 – TG3 19:30 - TG Regione 19:53 - TG Regione Meteo 20:00 – Blob 20:10 – Scionosciuti 20:35 – Un posto

al sole 21:05 – Tutti i santi giorni. Film 2012 23:00 – The newsroom 24:00 – TG3 Linea notte 01:05 – Rai Parlamento 01:15 – Rai Cultura 01:45 La Musica di Raitre 02:35 – Fuori Orario. Canale 5 07:50 – Traffico - Borse e monete Meteo.It - Tg 5 08:45 – Mattino cinque 11:00 – Forum 13:00 – Tg 5 /meteo.It 13:40 – Beautiful 14:15 – Centrovetrine 14:45 – Uomini e donne 16:15 – Il segreto 17:00 – Pomeriggio cinque 18:45 – Avanti un altro! 20:00 – Tg 5 / Meteo.It 20:40 – Striscia la notizia 21:10 – Zelig 23:30 – Matrix 01:20 – Tg 5 / Rassegna / Meteo.It. 02:00 – Striscia la notizia.

Italia 1 06:05 – I maghi di waverly 06:50 – Tutto in famiglia 07:15 – Mike & Molly 08:10 – Psych 10:05 - The closer 12:25 – Studio apert / Meteo.I 13:00 – Sport mediaset 14:05 – I Simpson 14:30 – Futurama 15:00 – Big bang theory 15:50 – E alla fine arriva mamma! 16:45 – White collar 18:30 – Studio aperto / Meteo.It 19:20 – CSI: NY 21:10 – The town. Film 2010 23:40 – 15 minuti – follia omicida a New York. Film 2001 01:50 – Sport Mediaset 02:15 – Studio aperto Rete 4 07:10 – Hunter 08:05 – Cuore ribelle 2 09:30 – Carabinieri 7 10:45 – Ricette all'Italiana 12:00 – Un detective in corsia 13:00 – La signora in giallo 14:00 – Lo sportello di forum 15:35 – Hamburg distretto 21 16:35 – Merletto di mezzanotte. Film 1960 18:55 – Tg 4 / Meteo.It 19:35 – Il segreto 20:30 – Tempesta d’amore 21:15 – Life - Uomo e natura 23:55 – E adesso sesso. Film 2001 01:45 – Tg4 night news 02:05 – Dopo mezzanotte. Film 2003 03:50 – Lucky Luke – una notte di mezza estate. Film 1991.


www.maltarightnow.com

23

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

TV/RADJU Melita More

08:30 - Rude Tube 09:00 Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 - The Amazing Race 12:00 Glee 13:00 Days Of Our Lives 13:45 - Rude Tube 14:15 - Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 Dallas 17:15 - Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 - Chicago Fire 19:45 - Suits 20:30 – Perception 21:15 - Supernatural 22:00 - True Blood 23:00 - Game Of Thrones 00:00 - Chicago Fire 00:45 - The Mentalist 01:30 - Rude Tube 02:00 - Whitney Go Stars

07:50 - Mad Buddies 09:20 – Hitchcock 11:00 - The Office 11:25 - The Social Network 13:25 The Monuments Men 15:20 - Les Miserables 17:55 - Marine 3: The Homefront 19:25 - 12 Rounds: Reloaded 21:00 - Enough Said 22:30 - The King of Scotland 00:35 – Intruders 02:15 - The Office 03:05 - 12 Rounds: Reloaded 04:45 - The Social Network 06:50 CLOSE Mediaset Italia

07:05 - Avanti un altro! 07:55 Pomeriggio cinque 09:20 – Forum 10:45 - Finchè c’è ditta c’è speranza 11:01 - Centovetrine 11:25 Mattino cinque 13:05 - Uomini e donne 14:10 - Vivere IV 14:35 Avanti un altro! 15:25 - Sarabanda 16:15 - Due Per Tre I 16:40 Forum 18:05 – Centovetrine 18:30 - A cuccia di cuori 19:00 - TG5 19:35 - Sai cosa mangi? 19:45 – Carabinieri 20:30 - Mattino cinque 22:10 - Uomini e donne 23:15 Avanti un altro! BBC Entertainment

06:00 - Me Too! 06:20 - Mr Bloom’s Nursery 06:40 – Teletubbies 07:15 - Me Too! 07:35 - Mr Bloom’s Nursery 07:55 – Teletubbies 08:15 - The Weakest Link 09:00 - Absolutely Fabulous 09:30 - Rev. 10:00 – EastEnders 10:30 – Doctors 11:00 - Famous,

Rich and in the Slums 11:50 Tough Guy Or Chicken? 12:40 Absolutely Fabulous 13:10 - Rev. 13:40 - Keeping Up Appearances 14:10 - EastEnders 14:40 - Doctors 15:10 - Famous, Rich and in the Slums 16:05 - Tough Guy Or Chicken? 16:55 - Rev. 17:25 - The Weakest Link 18:10 - EastEnders 18:40 – Doctors 19:10 - Famous, Rich and in the Slums 20:00 - Only Fools and Horses... 20:30 Absolutely Fabulous 21:00 - Mad Dogs 21:50 - Bedlam 22:35 Hebburn 23:05 - King Edward VII: King of Pleasure TCM

06:20 - Sunday in New York 08:05 – Ivanhoe 09:50 - The Comedians 12:20 - The Prisoner of Zenda 14:00 - King Solomon’s Mines 15:45 - Captain Sindbad 17:10 - Bad Day at Black Rock 18:30 - 42nd Street 20:00 - Shaft 21:45 - Lone Star 23:20 - Shaft MGM Channel

06:25 - The Curse of Inferno 07:50 - UHF 09:25 - Canadian Bacon 11:00 - Hawaii 13:40 – Popi 15:35 - A Man of Passion 17:10 – Stella 19:00 – Rosebud 21:05 – Colors 23:00 - Love Crimes Diva Universal

06:00 - Agatha Christie’s Poirot 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s Poirot 09:42 - Great Women 09:50 - Kommissar Rex 10:50 - Agatha Christie’s Poirot 11:50 - Agatha Christie’s Poirot 13:45 - SMS 13:50 - Kommissar Rex 14:50 - Quincy, M.E. 15:50 Agatha Christie’s Poirot 16:50 Agatha Christie’s Poirot 18:50 Quincy, M.E. 19:50 - Agatha Christie’s Poirot 20:50 - Great Women 21:00 - Father Brown 22:00 - Father Brown 23:00 Murder, She Wrote 23:53 - Murder, She Wrote Discovery Channel

06:00 - How It’s Made 06:25 Auction Kings: Talladega Nights Fire Suit/Hydroplane 06:50 -

Salvage Hunters 07:15 - Mega Builders: Peak Power: Toba River, Canada 08:10 - Ultimate Survival: Panama 09:05 - Flying Wild Alaska: Every Dog Has Its Day 09:55 - Gold Divers: One Bad Deal 10:50 - Dual Survival: Into the Frying Pan 11:40 - Wheeler Dealers: Renault Alpine A310 12:35 - Futurescape With James Woods: Robot Revolution 13:30 James May’s Man Lab 14:25 Siberian Cut: Russian Roulette 15:20 - Siberian Cut: Age Old Enemies 16:15 - Siberian Cut: Civil War 17:10 - The Liquidator: You Get What You Pay For 17:40 Storage Hunters: Wine Country 18:05 - Auction Hunters: Ton’s Driller Instinct 18:35 - Auction Kings: Beatles “Butcher” Album; Fire Grenade 19:00 - How It’s Made: Indy Steering Wheels; Mixed Salad; Wind Turbines 19:30 - How Do They Do It? Brewery; Playing Cards; Gulfstream 20:00 - Baggage Battles: Los Angeles 20:30 Baggage Battles: Scotland 21:00 What’s in the Barn?: Peashooter! 21:30 - Garage Gold 22:00 Storage Hunters: Cash Wars 22:30 Storage Hunters: Bloody Battle 23:00 - Auction Hunters: Night of the Digging Dead 23:30 - Auction Hunters Discovery World

06:00 - Jungle Hooks 06:25 Tattoo Hunter 07:15 - American Car Prospector 08:05 - Shadow OPS 08:55 - Against the Odds 09:45 - Showdown: Air Combat 10:35 – Survivorman 11:25 Inventions That Shook the World 12:15 - Tattoo Hunter 13:05 American Car Prospector 13:55 Mystery Cars 14:20 - Mystery Cars 14:45 - Unsolved History 15:35 Showdown: Air Combat 16:25 – Survivorman 17:20 - Surviving the Cut 18:15 - Inventions That Shook the World 19:10 - Tattoo Hunter 20:05 - American Car Prospector 21:00 - Surviving the Cut 21:55 Human Sacrifice 22:50 - Great Crimes and Trials 23:45 - American Car Prospector

07:00 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 16:45 18:00 18:05 18:30 19:00 19:30 19:50 20:40 21:40 21:45 22:30 23:00

Sport fuq il-Cable

GO sports 1 07:00 - Barclays Premier League - Week 16 - Chelsea v Tottenham H LIVE 09:00 - 2015 PGA European Tour - Nedbank Golf Challenge Day 1 16:00 - Ligue 1 - Round 16 - Montpellier Herault SC v AS Saint-Etienne 18:00 - Premier League Midweek Review - Week 16 19:00 - Ligue 1 - Round 16 – Highlights 20:00 - Premier League Legends - Sol Campbell LIVE 21:00 - Ligue 1 - Round 16 Olympique Lyonnais v Stade de Reims 23:00 - Netbusters Week 16 23:30 - The Ligue 1 Show - Round 17 00:00 Premier League Match Pack - Week 17 00:30 - Vincennes Horseracing 03:00 - Ligue 1 Round 16 - LOSC Lille v Paris Saint-Germain 05:00 - Barclays Premier League - Week 16 - Everton v Hull City

Indibate - Net Television

L-iżvilupp tas-soċjeta Maltija b'konsegwenza tal-kisba tal-Indipendenza fl-1964 se jkun diksuss fil-programm Indibate tal-ljela li hu ppreżentat minn Matthew Paris u li bħala mistieden għandu lill-kittieb Sergio Grech. Il-programm se jiffoka wkoll fuq il-bidliet li saru fis-soċjeta Maltija u l-mod kif din żviluppat quddiem l-isfdi li għaddiet minnhom tul is-snin. Indibate se jitratta wkoll il-mod kif is-soċjeta Maltija rrnexxielha żżomm l-identita tagħha tul is-snin.

Net News Klinika Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Telebejgħ NET News Big Time Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika Newsfeed NET News Newsfeed Mitqlu Deheb NET News Mitqlu Deheb Indibate NET News

GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 09:30 - Barclays Premier League Week 16 - Swansea City v Queens Park Rangers 11:30 - Ligue 1 Round 16 - Nantes v Toulouse 13:30 - Serie A - Round 13 Palermo v Parma 15:30 Barclays Premier League - Week 16

- Crystal Palace v Aston Villa 17:30 - Serie A - Round 13 - Roma v Inter 19:30 - Premier League Match Pack - Week 17 20:00 The Ligue 1 Show - Round 17 20:30 - 2015 PGA European Tour Nedbank Golf Challenge - Day 1 03:30 - Netbusters - Week 16 04:00 - Autumn Internationals England v Australia 06:00 Premier League Midweek Review Week 16

GO sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 11:30 - Barclays Premier League Week 16 - Swansea City v Queens Park Rangers 13:30 - Ligue 1 Round 16 - Nantes v Toulouse 15:30 - Serie A - Round 13 Palermo v Parma 17:30 Barclays Premier League - Week 16 - Crystal Palace v Aston Villa 19:30 - Serie A - Round 13 - Roma v Inter 21:30 - Premier League Match Pack - Week 17 22:00 The Ligue 1 Show - Round 17 22:30 - 2015 PGA European Tour Nedbank Golf Challenge - Day 1 05:30 - Netbusters - Week 16 06:00 - Autumn Internationals England v Australia 08:00 Premier League Midweek Review Week 16


www.maltarightnow.com

25

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

MADWARNA

Life Still – l-ewwel wirja tal-arti minn Kevin Drake u Amanda

Il-wirja fiha 140 biċċa xogħol tal-arti li l-parti l-kbira tagħhom huma xogħol ta' Kevin Drake u l-kumplament ta' Amanda

Fil-kantini tal-Berġa ta' Kastilja minn għada se tkun qed tittella' l-ewwel wirja tal-arti ta' Kevin Drake bit-tema Life Still. Din hi l-ewwel draba li wirja ta' din ix-xorta qegħda ssir fil-kantini tal-Berġa ta' Kastilja u flimkien max-xogħol tal-arti ta' Kevin Drake hemm ukoll xogħlijiet tal-partner u s-sieħba tiegħu, Amanda Zammit. Kevin Drake hu magħruf aktar mal-pubbliku bħala xandar, ġurnalist, attur, direttur, mużiċist, kittieb, attivist politiku u speċjalist fil-komunikazzjoni. Hu ftit li xejn kien magħruf għar-rabta tiegħu malarti u l-pittura, imma issa qed joħroġ it-talent artistiku tiegħu f'din il-wirja mill-isbaħ. Il-wirja fiha 140 biċċa xogħol tal-arti li l-parti l-kbira tagħhom

huma xogħol ta' Kevin Drake u lkumplament ta' Amanda. Il-post fejn qegħda tittella' jkompli jagħti dak l-ambjent mill-aqwa għal dawn ix-xogħlijiet mill-isbaħ talarti. Ix-xogħlijiet li se jibqgħu għall-wiri sal-14 ta' Diċembru jinkludu numru kbir ta' pitturi, tpinġijiet u skulturi li saru fuq medda ta' sentejn. Madankollu, żżewġ artisti se jesebixxu numru ta' xogħlijiet oħra tal-arti li saru matul dawn l-aħħar 30 sena jew aktar. Għalkemm Kevin Drake qatt ma ingħata taħriġ formali fil-pittura, hu beda jidħol fid-dinja u lfantasija ta' dak kollu li hu arti sa minn eta' żgħira bis-saħħa talinfluwenza taż-żiju tiegħu, l-artist rinomat Malti, Antoine Camilleri. Minn hemm 'il quddiem hu

baqa' ħajtu kollha affaxxinat ma dak kollu li b'xi mod jew ieħor hu marbut mal-kreattivita', l-esplorazzjoni tal-ħsieb u ossessjoni ma dik li tissejjaħ il-kundizzjoni umana. It-tpinġijiet dettaljati bil-linka jidhru li huma l-favoriti ta' Kevin Drake u l-istil esklussiv tiegħu, għalkemm fl-aħħar żminijiet hu reġa' skopra l-kulur. Għal dawn l-aħħar seba' snin Kevin Drake kien qiegħed jikkumbatti l-kundizzjoni Myalgic Encephalomyelitis (ME) li wasslet biex hu jnaqqas b'mod drastiku l-involviment u rresponsabbiltajiet tiegħu, fosthom impenji professjonali, itteatru, it-televiżjoni, il-kitba u impenji oħra. Minkejja dan, Kevin Drake irnexxielu jsib l-opportunita' li

jesplora aktar il-pittura, it-tpinġijiet, l-iskultura u l-aspetti kollha tal-kreattivita' b'aktar liberta' u f'aktar fil-fond minn qatt qabel. Ir-riżultat finali ta' dan jistgħu jarawħ dawk kollha li jżuru lwirja Life Still. Min-naħa tagħha, Amanda ingħatat taħriġ formali fl-arti għal numru ta' snin fir-Renju Unit u f'Malta u skont Kevin Drake hi lartista ta' veru f'din il-wirja. Kevin Drake minn dejjem kien jammira t-talenti kbar ta' din lartista, anke qabel iltaqgħu għallewwel darba. Hi għexet f'Malta għal parti lkbira ta' ħajjitha u għamlet isem kemm f'Malta stess kif ukoll barra, mhux biss bħala artista' ta' talent, imma wkoll bħala disinjatriċi kreattiva u għandha wkoll itThreadbear puppets u l-Kush

N'Cover soft furnishings. Madankollu, il-pitturi, ittpinġijiet u l-iskultura jibqgħu lpassjoni ewlenija ta' Amanda u lwirja Life Still hi l-post ideali fejn hi turi t-talenti artistiċi tagħha għall-ewwel darba. Life Still hi wkoll l-ewwel inizjattiva li qed tittella' minn mAndraKe Creations, ko-finanzjata minn Amanda u Drake. Ilwirja li se tkun inawgurata għada mill-Prim Ministru Joseph Muscat qed issir ukoll fost l-oħrajn bil-għajnuna finanzjarja talMalta Arts Fund. Id-dħul għal din il-wirja filkantina tal-Berġa ta' Kastilja hu min-naħa ta' Triq Merkanti u lħinijiet tal-ftuħ huma bejn id-9 a.m u s-6 p.m minbarra l-Ħdud u l-festi pubbliċi meta l-wirja tkun miftuħa bejn id-9 a.m u s-1 p.m.


www.maltarightnow.com

26

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

KLASSIFIKATI

AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Xogħlijiet GĦAL kull xogħol ta’kostruzzjoni ta’ bini, alterazzjonijiet ta’ bini, ftuħ ta’ ħitan bi travi talħadid, ftuħ ta’ bibien, twieqi,, ħnejjiet, bdil ta’ soqfa talkonkos, xorok, nirranġaw, induru fejn ikun hemm ħsara fis-soqfa, gallarijiet, travi u xibka b’materjal apposta, qlugħ ta’ madum, kmamar tal-banju, tibjid, kisi, żebgħa, tikħil.

Xogħol b’esperjenza kbira u xogħol fil-pront. Ċemplu 99602436.

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ

Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġt ikmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000.

NIKRI

Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għall-perjodu ta’ 4 snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655.


www.maltarightnow.com

27

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

Ħamrun Liberty jirbħu n-Knock-Out POOL

Il-kompetizzjoni knockout tattimijiet, organizzati mill-Malta Pool Association, intemmu bilfinali taż-żewġ kategoriji. F’finali mill-aktar eċċitanti t-tim ta’ Ħamrun Liberty żamm it-titlu ta’ l-għola kategorija, mirbuh issena l-ohra, meta għeleb lit-tim ta’ Top Gun Bar 10-9. Wara li ttim Ħamruniż fetaħ vantaġġ ta’ 5-1 it-tim mill-Marsa rkupra tajjeb u ġab l-iskor indaqs 7-7. Ittim ta’ Top Gun Bar saħansitra rnexxilu jmur minn fuq 9-7 u kien għoddu rebaħ il-kompetizzjoni meta plejer Marsi kellu żewġ kolpi fuq is-sewda. Wara dan in-nuqqas it-tim Ħamruniz irkupra tajjeb għal 9-9 u kellu jkun frame deċiżiv li tahom rrebħa finali. Bi clearance fenomenali Anton Cuschieri rebaħ l-

aħħar frame u ta’ rebħa oħra li ttim Ħamruniż. Il-kategorijia tat-timijiet tatTieni u Tielet Diviżjoni fil-finali laqqgħet żewġ timijiet minn ĦalQormi. It-tim ta’ Michael’s Bar, li kien qed jilgħab għall-ewwel darba fi ħdan l-assoċjazzjoni, kiseb rebħa ta’ 10-7 fuq Qormi Football Ground. It-tim ta’ Michael’s Bar fetaħ vantaġġ ta’ żewġ frames bit-tim ta’ Qormi Ground jirkupra tajjeb u jagħmel l-iskor indaqs. It-tliet frames ta’ wara ntrebħu mit-tim ta’ Michael’s Bar li żamm dan ilvantaġġ sal-aħħar tal-logħba u kiseb l-ewwel titlu fl-istorja talclub. Il-kompetizzjonijiet kienu sponsorjati minn Maltasightseeing Tours.

Victoria Hotspurs…………....2 SK Victoria W…………….... 0 Dan id-derby Rabti spiċċa f’rebħa għal Victoria Hotspurs. Partita deċiża b’żewġ gowls lejn it-tmiem. Hotspurs issa telgħu għal għaxar punti fil-klassifika. SK Victoria lejn it-tmiem spiċċaw bi plejer inqas. Hotspurs fetħu fuq l-attakk fejn wara żewġ minuti kien Aguiar li kkonkluda ftit għoli wara azzjoni ta’ korner ta’ Buhagiar. Fis-37 minuta Vrndic wettaq save diffiċli għal korner fuq frikik ta’ Ferdinando Apap. Wara erba’ minuti tat-tieni taqsima minn frikik ta’ Apap, Vasilic b’xutt għolla bi ftit ilmira. Il-Wanderers wieġbu b’xutt qawwi angulat ta’ Oliver Farrugia li spiċċa mal-mimduda. Fit-18-il minuta Joel Xuereb kien sfortunat meta laqat sieq il-lasta. Fit-38 minuta Hotspurs fetħu liskor b’xutt fil-baxx minn tarf ilkaxx ta’ FERDINANDO APAP. Mad-90 minuta SK Victoria tkeċċielhom Luciano Mutasi Mba biex żewġ minuti fuq il-ħin RODNEY BUTTIGIEG irdoppja meta xeħet għar-rokna wara pass ta’ Vasilic. Victoria H: C. Mercieca, D. Mercieca, M. Buhagiar, D. Farrugia, F. Apap, M. Bezzina (O. Curmi), J. Bajada, R. Buttigieg, A. Camilleri, J. F. Aguiar, N. Vasilic. SK Victoria W: B. Vrndic, E. Bugeja, D. Monday, J.P. Grima, S. F. Bajada, A. Adesina, C. Sciortino, J. Xuereb, O. Farrugia, L. Dimech, L. Nutasi Mba. Referee: Chris Lautier

Rebħa importanti Oratory Youths…….......…….1 Kerċem Ajax……………........3 Kerċem Ajax għelbu lil Oratory Youths f’partita nteressanti. Oratory ukoll fil-bżonn talpunti kellhom il-mumenti tagħhom madankollu waqt li kienu qed jisfurzaw għad-draw, spiċċaw sofrew it-tielet gowl. Wara żewġ minuti Kerċem fetħu l-iskor b’daqqa ta’ ras ta’ ANDREW MIZZI wara korner ta’ ħuh Jean Paul Mizzi. Risposta mmedjata tal-Youths fis-7 minuta meta minn frikik ta’ Jeffrey Chetcuti, Thiago Dos Santos birras kompla lejn MARK CAMILLERI li b’rovexxjata mill-isbaħ kiseb id-draw. Fit-22 minuta frikik ta’ Petar Kyumyurdhziev għal Ajax spiċċa mal-mimduda. Wara minuta tat-tieni taqsima Jean Paul Mizzi kellu xutt minn barra l-kaxxa li għadda ftit għoli. Tliet minuti wara minn frikik ta’ Chetcuti, Tabone b’rovexxjata kompla lejn Thiago Dos Santos li kellu d-daqqa ta’ ras salvata b’diffikultà għal korner minn Spiteri. Fil-21 minuta Kerċem mill-ġdid marru minn fuq meta lob ta’ ANDERSON RIBIERO ħabat mal-mimduda u mirrebound l-istess plejer xeħet f’lasti vojta. Fid-90 minuta Kerċem aċċertaw mit-tliet punti bi frikik dirett ta’ MARIO MIFSUD. Oratory Y: E. Fenech, K. Borg, K. Farrugia, T. Dos Santos, S. Attard, A. Debrincat (M. Mumford), J. Attard (C. Cardona), F. Cini (M. Gauci), J. Chetcuti, M. Camilleri, J.

It-tim ta’ Ħamrun Liberty rebbieħ tal-kompetizzjoni KO

Hotspurs jirbħu d-derby Rabti FOOTBALL F’GĦAWDEX MELITA L-EWWEL DIVIŻJONI

Tabone. Kerċem A: B. Spiteri, P. Kyumyurdhziev, J. Azzopardi, M. Mifsud, O. Spiteri (A. Buttigieg), J. P. Mizzi, K. Mifsud, I. Xuereb, E. Vella, A. Mizzi (L. Meilak), A. Ribiero. Referee: Glenn Tonna

MELITA TIENI DIVIŻJONI ‘Double’ għas-Saints Qala Saints………….........…..2 Għarb Rangers ……......…….1 Qala Saints akkwistaw double fuq Għarb Rangers u laħqu lillistess avversarji fil-klassifika. Huma kisbu vantaġġ doppju flewwel taqsima u mbagħad wara l-intervall għarfu jikkontrollaw b’xi mod l-offensiva tal-avversarji. Fis-17-il minuta Qala fetħu liskor meta Scerri ħataf frikik qasir ta’ Vella, bil-konklużjoni tiegħu tkun ikklerjata mid-difiża ta’ Għarb u JOSEF GALEA b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Buttigieg. Żewġ minuti wara rduppjaw. Korner ta’ Shaun Muscat u JOHN RAPA b’xutt angulat ma ta ebda ċans lil Spiteri. Għat-tieni taqsima Għarb iktar determinati u wara minuta xutt tas-sostitut Frank Attard spiċċa ftit għoli. Fl-10 minuta minn frikik ta’ Josef Portelli, STEPHEN APAP bir-ras naqqas l-iskor. Erba’ minuti fuq il-ħin xutt tas-sostitut Anthony Micallef għadda għoli u minuta wara daqqa ta’ ras tas-sostitut Daniel Muscat għaddiet ftit barra. Qala S: F. Buttigieg, M. Cefai

(C. Vella), M. Buttigieg, N. Portelli, D. Cutajar, J. Attard, D. Portelli (C. Caruana), S. Muscat, J. Galea, M. Scerri. Għarb R: D. Spiteri, R. Vella, C. Attard, M. Grech, C. Gafa, J. Azzopardi, J. Portelli, T. Bartolo (F. Attard), C. Attard (D. Muscat), S. Apap, J. Muscat (A. Micallef). Referee: Gordon Barbara

Dawru telfa f’rebha Għajnsielem………….......…..2 Xagħra United……….....……1 Għajnsielem b’rimonta fittieni taqsima dawru telfa f’rebħa u mhux biss kisbu double fuq lavversarji issa fetħu vantaġġ ta’ xejn inqas minn disa’ punti fuq Munxar li jinsabu fit-tieni post. Kienu Xagħra li kellhom l-aħjar ċansijiet fl-ewwel taqsima u wara l-intervall il-liders organizzaw aħjar u qalbu r-riżultat. Għajnsielem ħarġu aggressivi fejn wara seba’ minuti kellhom xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Charlon Tabone li għadda jħakkek mal-lasta. Fit-28 minuta Xagħra fetħu liskor b’daqqa ta’ ras ta’ DANIEL BARTOLO wara suġġeriment ta’ Xerri u ftit wara kienu sfortunati meta Steve Sultana b’xutt ċentrali stampa lmimduda b’Buttigieg megħlub. Għajnsielem ħarġu aħjar fittieni taqsima u wara erba’ minuti kisbu d-draw minn penalty ta’ JASON PORTELLI wara hands ta’ Emanuel Galea. Huma komplew jistinkaw u fl10 minuta kien Charlon Tabone li bir-ras falla bi ftit wara korner ta’

Kif Jinsabu I Diviżjoni

L Nadur Y 7 Xewkija T 7 Kerċem A 8 Oratory Y 8 Victoria H 8 SK Victoria W 8 St Lawrence S 7 Sannat L 7 II Diviżjoni

Għajnsielem Munxar F Għarb R Qala S Xagħra Utd Żebbuġ R

L 9 8 8 8 9 8

R 6 5 5 3 3 2 1 0

D 1 1 1 2 1 1 2 1

T 0 1 2 3 4 5 4 6

F 13 19 17 13 17 9 11 3

K 5 8 10 16 14 12 21 14

Pt 19 16 16 11 10 7 5 1

R 7 4 3 3 2 2

D 1 1 1 1 3 1

T 1 3 4 4 4 5

F 17 13 13 11 12 15

K 7 13 12 16 14 19

Pt 22 13 10 10 9 7

Jason Portelli. Fl-24 minuta Għajnsielem marru minn fuq b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ KENNY HILI li ħabat mal-mimduda u kien salvat minn Galea minn wara l-linja. Xagħra pprovaw isalvaw ilpartita iżda kienu esposti għallħarbiet tal-avversarji. Fil-fatt kienu l-Blacks li ħolqu l-aħjar ċansijiet u setgħu għalqu l-partita meta fit-43 minuta xutt ta’ Charlon Tabone spiċċa ftit barra. Għajnsielem: Lu. Buttigieg, D. Debattista, R. Grima, S. Sultana, K. Hili, A. Attard, J. Attard (A. Xuereb), La. Buttigieg, C. Tabone, S. Azzopardi, J. Portelli. Xagħra United: D. Galea, E. Galea, J. Scerri (A. Bezzina), J. Xerri, J. Buhagiar, M. Grima, M. Azzopardi, D. Bartolo, S. Farrugia, V. J. Saliba, L. Attard (C. Hili). Referee: Darko Stakovic


www.maltarightnow.com

28

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

Il-FFP tipproteġi lill-klabbs il-kbar

Sebastien Vettel fil-kwartieri tr-Red Bull

FORMULA 1

Ir-Red Bull isellmu lil Vettel

Ir-Red Bull sellmu lillĠermaniż Sebastien Vettel filfabbrika ta’ Milton Keynes u ppreżentalwu tazza tal-kafe espresso, malja tal-għawm u xi nuċċalijiet - li xejn minnhom m’huma bżonnjużi fil-kwartieri tagħhom – meta l-erba’ darbiet champion tad-dinja għamel laħħar dehra tiegħu fil-fabbrika tat-tim qabel jibda l-era ġdida mal-Ferrari. Vettel irritorna għand ir-Red Bull wara żjara ta’ familjarizzazzjoni li kellu mal-Ferrari. “L-aħħar sitt snin kienu nkredibbli u ksibna dak li

ħdimna għalih. Dan dejjem se jibqa’ f’qalbi. Grat għal dak kollu li għamiltu miegħi,” qal Vettel. Sadanittant Vettel għamel lewwel dehra tiegħu bħala sewwieq tal-Ferrari f’Maranello u saq il-karozza tal-2012 waqt it-testijiet li qed isiru fi Fiorano. Hu ddeskriva din l-ewwel esperjenza bħala ‘ħrafa’. Dan wara li l-kap tar-Red Bull Helmut Marko kien qal li l-erba’ darbiet champion tadDinja kien kiser il-kuntratt li kellu meta żar il-garaxx tal-

Benitez ‘ottimist’ mill-progress ta’ Napoli

LOTTA

SERIE A

Dan l-aħħar il-lottatur żagħżugħ Gary Giordimaina kellu suċċess personali meta rebaħ midalja tal-fidda f’wieħed mill-aktar turnaments kompettitivi fil-Finlandja. Fil-kategorija tal-Kadetti tal-54kg, Giordimaina kellu bidu millaqwa meta għeleb lill-Iżvediż Melvin Lingren. Fit-tieni konfront il-Malti għeleb lil Kimi Holsa tal-Latvja u kompla jitjieb fil-wirjiet tiegħu u għeleb lillIżraeljan German Shubaevi. Fil-finali Giordimaina tilef kontra Kevin Ewal tal-Estonja u rebaħ il-fidda għat-tieni suċċess fi spazju ta’ ftit ġimgħat wara li kien inkurunat champion tarRenju Unit tal-Juniors tal-55kg.

Il-manager Spanjol ta’ Napoli, Rafa Benitez, hu fiduċjuż li l-Partenopei se jkunu ‘qawwijin u konsistenti’ fittieni parti tal-istaġun hekk kif it-tim tiegħu ilu ma jitlef għaxar logħbiet fis-Serie A. Napoli ġejjin minn draw, 1-1 ma’ Sampdoria fis-Stadio Luigi Ferraris fejn salvaw ir-riżultat fid-92 minuta minkejja li kellhom plejer inqas. Iżda Napoli, li jinsabu t-tielet fis-Serie A, qed juru determinazzjoni rari minn logħba għalloħra minbarra li qed jiġġieldu għall-punti sal-aħħar nifs. Filfatt, id-draw ta’ Zapata jirriflet-

Fidda għal Giordimaina

Ferrari waqt it-testijiet f’Abu Dhabi. Intant Jean-Eric Vergne xeħet ħarstu fuq l-IndyCar għall-2015 wara li tilef postu ma’ Toro Rosso li issa se jkollhom floku lil Carlos Sainz Jr waqt li Romain Grosjean li se jibqa’ mal-Lotus staġun ieħor qal li kellu taħdidiet ma’ bosta timijiet oħra, fosthom il-Ferrari. Sadanittant l-FIA tat lapprovazzjoni tagħha għallintroduzzjoni tas-safety car virtwali (VSC) fl-2015 wara t-testijiet pożittivi lejn tmiem listaġun.

Il-manager ta’ Chelsea, Jose Mourinho, irrefera għall-kunċett tal-Financial Fair Play (FFP) bħala ‘kontradizzjoni’ u sostna li dan iservi biss biex jibbenefikaw l-akbar klabbs tal-Ewropa. Intant, xi osservaturi jaraw ironija fil-kummenti ta’ Mourinho, li qatt ma żamm lura milli jakkwista plejers għal somom fenomenali u meta qabel l-istaġun nefaq il-miljuni kbar fuq plejers tal-ogħla kalibru bħal Cesc Fabregas, Diego Costa u Luis Felipe. Madankollu, hu minnu li Mourinho rkupra parti kbira millispejjeż bil-bejgħ ta’ plejers bħal David Luiz, li sieħeb lil Paris St Germain għal 50 miljun Sterlina. Dawn il-movimenti ta’ plejers huma importanti biex klabb partikolari jibbilanċja l-kotba skont il-kriterji tal-UEFA. Madankollu, Mourinho jemmen li l-klabbs sinjuruni – fosthom l-Ispanjoli, Real Madrid u Barcelona – huma l-uniċi li jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet minħabba li l-FFP għen iwaqqaf ‘ġerarkija’ li mhix daqstant ġusta mal-klabbs b’anqas riżorsi. Mourinho spjega li “FFP fiha kontradizzjoni għaliex meta lamministraturi tal-futbol indirizzaw il-kunċett ta’ ‘fair play’, kellhom l-iskop speċifiku biex ilklabbs kollha jkunu jistgħu jikkompetu daqs xulxin, fuq livell wieħed.” Madankollu, il-manager ta’ Chelsea jgħid li, għall-kuntrarju, l-FFP tagħti protezzjoni sostanz-

ti l-grinta tat-tim ta’ Benitez u wasal meta kollox deher mitluf għall-Partenopei. Il-kowċ Spanjol, intant, jammetti li t-tim jeħtieġ itejjeb xi aspetti tal-logħba tiegħu iżda, fl-istess ħin, jinsab ferħan blispirtu kumbattiv tal-plejers kontra Sampdoria. Benitez hu ottimist li Napoli se jilħqu t-tragward tagħhom – f’dan il-każ li jagħlqu l-impenji tal-kampjonat fit-tielet post u kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League, fl-istaġun li ġej. F’kummenti lil Sky Sport Italia, Rafa Benitez qal li l-

klabb kien jaf mill-bidunett li dan se jkun staġun diffiċli ħafna, bil-plejers konxji millkwalitajiet tagħhom u ‘fejn iridu jtejbu’. Filwaqt li qed iħares il-quddiem b’fiduċja, Benitez wissa wkoll li t-tim għandu jikkonfronta kull logħba skont il-merti partikolari, bil-plejers ma jridux jiffissaw fuq sfidi li għadhom ilbogħod inkella l-pożizzjoni attwali fil-klassifika. “Madankollu, jibqa’ l-fatt li Napoli ilhom ma jitilfu għaxar logħbiet u dan il-fatt għandu jitqies pożittiv fiċ-ċirkostanzi,” temm jgħid Benitez.

– Mourinho

jali lill-klabbs il-kbar u storiċi, li għandhom l-istrutturi finanzjarji u kummerċjali stabbiliti... “Klabbs li għandhom kollox f’postu u li listrutturi tagħhom jibbażaw fuq is-suċċessi storiċi li jmorru lura għal ħafna snin,” saħaq Mourinho. Il-Portugiż kompla li klabbs oħrajn, li għall-ewwel darba, qed igawdu minn investiment ġdid ma jistgħux iqisu lilhom infushom flistess livell ta’ dawn il-klabbs kbar u storiċi. Dan għaliex ilklabbs li huma mmexxija missidien ġodda ma jistgħux jindirizzaw b’mod immedjat il-kontroll u d-dominju tal-akbar klabbs. Sadanittant, Jose Mourinho irrepeta li Chelsea huma ‘żwiemel żgħar’ li jridu jikkompetu malkrema tal-klabbs fl-ogħla livell tal-futbol. Hu jtenni li l-klabb ta’ Londra “għandu l-ambizzjoni biex isir klabb kbir iżda, għalissa, għadu ma laħaqx dan il-livell.” Mourinho kompla li għalkemm Chelsea mhux ikkunsidrat fost lakbar klabbs tad-dinja bi storja twila, lanqas m’għandu jitqies bħala klabb immexxi minn sidien ġodda. “Il-klabb ta’ Chelsea ilu bl-istess proprjetarju (Roman Abramovich) għal aktar minn għaxar snin waqt li fl-istess ħin, għandu jitqies bħala entità sportiva stabbli, bi storja importanti,’” qal il-manager Portugiż — li iżda, jemmen li l-Blues għadhom “taħt il-ġganti tradizzjonali li jinkludu lil Real Madrid u Barcelona.”

BALLUN TAD-DEHEB

Muller ma jridx lil Ronaldo

L-attakkant Ġermaniż ta’ Bayern Munich Thomas Mueller qal li tkun ‘ħaġa monotona’ jekk ilwinger ta’ Real Madrid Cristiano Ronaldo jerġa’ jirbaħ il-Ballun tadDeheb għat-tielet darba fil-karriera tiegħu. Ronaldo, flimkien ma’ Lionel Messi ta’ Barcelona u lgowlkiper ta’ Bayern Munich Manuel Neuer huma t-tliet finalisti għar-rebħ ta’ dan l-unur. “Jekk jerġa’ jirbaħ Ronaldo tkun ħaġa monotona. Neuer rebaħ itTazza tad-Dinja u ma’ Bayern kellu wirjiet mill-aqwa u nemmen li għandu jkun hu li jingħata dan lunur. Robben kien ħaqqu jkun malaħħar tliet minflok Messi.


www.maltarightnow.com

32

Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

IL-PORTUGALL. Dan ir-ritratt juri t-tiżjin tal-Milied fit-toroq tal-kapitali Liżbona. Dan hekk kif bħalissa hemm ottimiżmu fost is-sidien tal-ħwienet fil-Portugall, wara li riċerka qed turi li wara ħafna snin ta’ awsterità, in-nies għandhom aktar flus fl-idejn. (Ritratt: EPA)

L-allegat kunflitt ta’ interess tas-Sindku Laburista f’Ta’ Sannat

Xahrejn wara, għadu mhux magħruf l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Bord ta’ Governanza Nathaniel Attard

Għaddew issa kważi xahrejn minn meta t-tliet kunsillieri nisa laburisti f’Ta’ Sannat, fosthom ilViċi Sindku, dehru quddiem ilBord ta’ Governanza Lokali biex jagħtu x-xhieda tagħhom fil-każ kontra s-Sindku Laburista Philip Vella. S’issa, pero’, minkejja li din illaqgħa saret fl-ewwel jiem t’Ottubru, għadu ma nstema’ xejn fuq l-eżitu tal-investigazzjoni, u dan il-ġurnal għandu

konferma li lanqas it-tliet kunsillieri nisa f’Ta’ Sannat m’għandhom informazzjoni dwar jekk din l-investigazzjoni ġietx konkluża, jew x’kien deċiż minn dan ilBord. Kien is-Sindku laburista nnifsu li talab lil dan il-Bord jinvestiga, wara li l-Viċi Sindku Frances Galea, u l-kunsillieri Maria Cassar Sultana u Margaret Said – it-tlieta li huma kunsillieri f’isem il-Partit Laburista f’Ta’ Sannat – ressqu mozzjoni ta’ sfiduċja fih minħabba allegat kunflitt ta’

Is-Sindku Laburista f’Ta’ Sannat Philip Vella: s’issa, minkejja li għaddew xahrejn, għadu mhux magħruf x’inhu l-eżitu tal-investigazzjoni li talab

interess fil-każ tal-film ta’ Angelina Jolie u Brad Pitt li nġibed f’Imġarr ix-Xini, bajja li taqa’ fil-konfini tal-lokalità tagħhom. Dan wara li omm is-Sindku kienet impjegata bħala Location Assistant mal-kumpanija talfilm, bil-kunsillieri laburisti kienu qed jargumentaw li filwaqt li huma ma kinux jafu b’dan limpjieg, is-Sindku ġie f’pożizzjoni li ma setax jinnegozja laħjar kumpens għal-lokal mingħand il-kumpanija tal-film. Il-kunsillieri laburisti kienu sostnew ukoll li qatt ma ngħataw oppourtunità jitkellmu malkumpanija tal-film għax isSindku dejjem ġab skuża wara loħra biex huma jitħallew barra mit-taħditiet. Kien dan kollu li wassal biex it-tliet kunsillieri laburisti sħab is-Sindku ressqu mozzjoni ta’ sfiduċja fih. Imma malli ġara dan, is-Sindku talab investigazzjoni min-naħa tal-Bord ta’ Governanza Lokali, u għal ġimgħa wara l-oħra kaxkar saqajh biex ma jlaqqax il-kunsill ħalli l-mozzjoni ma tiġix diskussa. Dan kien wassal biex il-kunsill lokali f’Ta’ Sannat kiser il-liġi tal-kunsilli lokali, li tgħid li

għandha ssir mill-inqas laqgħa waħda kull xahar, bil-kunsill f’Ta’ Sannat idum ma jiltaqa’ aktar minn xahrejn. Minkejja f’dan il-ksur tal-liġi, id-Direttur tal-Gvern Lokali ma kien ħa l-ebda passi fuq din issitwazzjoni u ħafna rawha stramba li minflok il-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment talKunsilli Lokali, dan il-każ beda jiġi investigat mill-Bord ta’ Governanza. Issa, għaddew xahrejn ukoll minn meta dan il-Bord, immexxi mill-Avukat Joe Mifsud, sema’ x-xhieda tal-partijiet kollha nvoluti, imma anke f’dan il-każ, ma ntqal xejn dwar x’iddeċieda dan il-Bord, li jinkludi wkoll bħala membri lil Ronnie Pellegrini, Arthur Ellul u Ivan Buttigieg bħala membru sostitut. Dan qed iwassal biex ħafna f’Ta’ Sannat qed jikkummentaw – b’mod ironiku – li l-film ġie u mar, Ta’ Sannat baqa’ bla kumpens, u l-unika ħaġa li ħa minn dan kollu kienet investigazzjoni li jidher li se tkun bla eżitu. Fid-dawl ta’ dawn iddewmien, bir-raġun li hemm min qed jistaqsi jekk issa li jidher li ninsabu fl-era tal-inkjesti, u f’dan il-każ l-inkjesta jidher li

ma tat l-ebda riżultat, jistax ikun li f’dan il-każ ukoll inħema cover-up biex ma toħroġx il-verità. Ta’ min ifakkar kif min-naħa tat-tmexxija tal-Partit Laburista kienu saru l-isforzi kollha biex lit-tliet kunsillieri nisa jikkonvinċuhom jirtiraw il-mozzjoni ta’ sfiduċja, u saħansitra kien mar Għawdex biex jiltaqa’ mal-kunsillieri u mas-Sindku, id-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela – li hu nkarigat mill-kunsilli lokali fi ħdan il-Labour – biex jagħmilha ta’ medjatur f’tentattiv li jipprova jsib soluzzjoni u din il-kwistjoni ma tibqax tkarkar. Imma f’dik il-laqgħa taħraq li kienet saret fil-każin laburista tar-Rabat Għawdex, is-Sindku Philip Vella kien irrifjuta l-medjazzjoni, u ried li l-investigazzjoni tibqa’ għaddejja. Dan minkejja li t-tliet kunsillieri kienu lesti jirtiraw il-mozzjoni tagħhom jekk is-Sindku jirtira ttalba għal investigazzjoni.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.