Nru 13,920
It-Tnejn, 8 ta‘ Diċembru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
“Sparajt fuqu... se nibqa’ nagħtih it-tiri”
€511,767 – Grazzi mill-qalb. Din hija s-somma miġbura lbieraħ fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista, li din is-sena, għall-ewwel darba kienet tifforma parti minn erbat ijiem ta’ attivitajiet, li jkomplu llum, fl-avveniment “Misraħ il-Milied”. Aktar minn nofs miljun ewro, li huwa rekord assolut għall-maratoni organizzati mill-PN. Ara aktar dettalji f’paġni 3 u 32. (Ritratt: Roberto Runza)
– ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia lill-Control Room tal-Pulizija
‘In-Nazzjon’ għandha f’idejha b’mod esklussiv ir-rekordings tat-telefonati li saru qabel, waqt u wara l-isparatura, mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia
Joe Mikallef
Wara li lbieraħ filgħaxija Netnews u l-MaltaRightNow żvelaw sitliet mill-ewwel u t-
tieni telefonata tax-xufier talMinistru Manwel Mallia lillControl Room fid-Depot talPulizija, illum il-ġurnal ‘InNazzjon’ se jiżvela t-telefonati
sħaħ u minn issa ‘l quddiem, blaktar mod esklussiv se jkun qed jiżvela t-telefonati kollha bilkonverżazzjonijiet li saru qabel, waqt u wara l-isparatura mix-
xufier Paul Sheehan, ix-xufier tal-Ministru tal-Intern u sSigurtà Nazzjonali, lid-Depot tal-Pulizija. ‘In-Nazzjon’ għandha f’ide-
jha r-rekordings tal-konverżazzjonijiet li saru dakinhar u lgħada, f’dak li għandu x’jaqsam għal paġna 4
www.maltarightnow.com
2
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
Il-President ta’ Malta fil-ftuħ ta’ “Bethlehem f’Għajnsielem” nhar isSibt (Ritratt: MGOZ, George Scerri)
Inawgurat “Bethlehem f’Għajnsielem”
Il-President ta’Malta Marie Louise Coleiro Preca inawgurat is-sitt edizzjoni ta’“Bethlehem f’Għajnsielem”, Presepju Ħaj f’Għawdex li jfakkar ilġrajja tat-twelid ta’ Ġesù Bambin ftit aktar minn elfejn sena ilu. Il-Kumitat Organizzattiv magħmul mill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, il-Ministeru għal Għawdex, ilParroċċa Madonna ta’ Loretu u lNGOs ta’Għajnsielem, ilu għal dawn l-aħħar xhur jiltaqa’ u jipprepara għal dan l-avveniment li ta’ kull sena jiġbed lejh eluf ta’ persuni. Dan ilKumitat ħadem id f’id mal-Kumitat Milied f’Għawdex, li twaqqaf millMinisteru għal Għawdex biex jikkoordina u joħloq attivitajiet madwar Għawdex kollu tul żmien il-Milied. Minbarra messaġġ mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, saru messaġġi mis-Sindku ta’ Għajnsielem Frans Cauchi u minn Fr Joe Cardona, f’isem il-parroċċa Madonna ta’ Loretu. Il-President kienet ippreżentata b’kopja tal-ktieb li tħejja, li jinkludi l-
attivitajiet li se jsiru f’Għawdex fi żmien il-Milied u kartolina speċjali bit-timbru speċjali tal-posta f’din lokkażjoni. L-attrazzjonijiet prinċipali f’“Bethlehem f’Għajnsielem” jinkludu l-ħanut tal-mastrudaxxa, il-ħaddied, il-furnar, it-taverna u s-suq talħxejjex, dawk li jagħmlu l-ħwejjeġ mis-suf, is-suq tal-artiġġjanat, ilqiegħa u d-diversi għelieqi bir-rgħajja u l-annimali. Ovvjament il-qofol hija l-grotta tal-Bambin Ġesù. Din is-sena, il-Forti Chambray ukoll inbidel f’villaġġ tar-Rumani filwaqt li wieħed se jkollu wkoll opportunità li jitla’ fuq dgħajsa li se tkun miexja tul xmara artifiċjali, liema attrazzjoni se tkun inawgurata lġimgħa d-dieħla. F’dan il-presepju ħaj jieħdu sehem aktar minn 150 attur. “Bethlehem f’Għajnsielem” ikun animat kull nhar ta’ Sibt, il-Ħadd u fil-festi pubbliċi bil-qofol tiegħu jintlaħaq nhar il-Ħadd 4 ta’ Jannar bil-miġja tas-Slaten Maġi.
LOKALI
BOS STOP FL-IKLIN. Fi Triq il-Wied, fl-Iklin, dan l-aħħar inżebgħet kaxxa kbira safra malart fejn tieqaf il-karozza tal-linja. Madanakollu jidher li min għamilha, wara li lestiha, ma ċċekkjax x’għamel u ma ndunax li minflok “Bus Stop” kiteb “Bos Stop”. B’riferenza għal dan, Transport Malta qalet li din ittriq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħha u ma kinux il-ħaddiema tagħha jew tadDipartiment tax-Xogħlijiet li ħadu dan l-iżball oħxon. TM qalet li jekk dan kien żball millkuntrattur, ikun hu li jħallas għall-iżball li sar.
Novembru kien iktar sħun u niexef iżda karatterizzat minn riħ qawwi Matul ix-xahar ta’ Novembru li għadda t-temperatura f’Malta kienet aktar sħuna u niexfa missoltu. Madanakollu, skont statistika mill-Uffiċċju Meteoroloġiku, kien reġistrat laktar riħ qawwi fil-gżejjer Maltin mill-1947 lil hawn. F’ġurnata partikulari, il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru, Malta ntlaqtet minn ċiklun mill-Majjistral il-Punent li kejjel qawwa ta’ 64 mil nawtiku. Il-veloċità medja tar-riħ għallbqija ta’ Novembru kienet ta’ 7.9 mili nawtiċi (0.4 mil nawtiku inqas mill-medja), li kien ġej laktar mid-direzzjoni tanNofsinhar ix-Xlokk. L-aktar ġurnata sħuna kienet nhar is-6 ta’ Novembru meta t-
temperatura laħqet 25.3°C. Laktar lejl kiesaħ kien nhar il-21 ta’ Novembru meta t-temperatura niżlet għal 12.8°C. Ġeneralment it-temperatura medja tal-arja għax-xahar ta’ Novembru tkun fil-livell ta’ 18.9°C biex b’hekk Novembru 2014 kien 1.3°C aktar sħun mit-temperatura medja talistess xahar. It-temperatura tal-baħar għal Novembru kellha medja ta’ 21.5°C, li wkoll hija ftit ogħla minn dik normali ta’ 21.0°C. Ix-xahar li għadda l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rreġistra 88.6mm ta’ xita, li jfisser 13.1mm inqas min-norma ta’ Novembru. L-ikbar ammont ta’ xita reġistrata f’Novembru
kienet 420.3mm fl-1999. Is-sajjetti nstemgħu fi tmien ġranet tul Novembru ta’ din issena, tlett ijiem aktar minn dak li normalment ikun mistenni matul dan il-perjodu. Kien hemm jum wieħed biss ta’ ċpar, filwaqt li l-livell ta’ umdità f’Novembru kien ta’ 5% iktar min-norma, għal medja ta’ 82%. Matul Novembru Malta rat medja ta’ 5.6 sigħat ta’ xemx kuljum, ammont li hu 0.4 sigħat inqas min-normal. B’kollox ilgżejjer Maltin gawdew minn 169.3 sigħat ta’ xemx qawwija. L-aktar jiem mudlama reġistrati matul ix-xahar kienu fis-6, 26 u 29 ta’ Novembru.
RAYMOND CARUANA. Fil-Gudja tfakkar il-qtil ta’ Raymond Caruana, il-Martri tal-Libertà. F’għeluq it-28 sena minn dan il-qtil politiku, saret iċ-ċerimonja li ssir kull sena, u li kienet tikkonsisti fi tqegħid ta’ fjuri fuq il-qabar tiegħu fiċ-ċimiterju tal-lokal, segwit minn quddiesa fil-knisja parrokkjali u tifkira proprju fil-każin tal-PN talGudja fejn inqatel fil-5 ta’ Diċembru 1986. Preżenti, minbarra membri tal-familja ta’ Raymond Caruana, kien hemm l-ogħla uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista mmexxija mill-Kap tal-PN Simon Busuttil, il-President Emeritu Eddie Fenech Adami u l-eks PM Lawrence Gonzi kif ukoll diversi deputati. (Ritratt: John Paul Bonanno)
www.maltarightnow.com
3
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru, 2014
LOKALI
Mijiet ta’ Maltin jimlew id-Dar Ċentrali Minkejja x-xita u l-maltemp li ħakmu lil Malta fis-sigħat ta’ filgħaxija, mijiet ta’ familji lbieraħ ikkonkorrew bi ħġarhom u wieġbu għas-sejħa li jagħmel fi tmiem kull sena l-Partit Nazzjonalista permezz tal-maratona annwali ta’ ġbir ta’ fondi li ssir fid-Dar Ċentrali. Maratona li din is-sena ħadet xejra differenti hekk kif kienet tifforma parti minn erbat ijiem ta’ attivitajiet mifruxa bejn il-Ġimgħa u llum it-Tnejn 8 ta’ Diċembru, festa pubblika, f’”Misraħ il-Milied” – avveniment li għall-ewwel darba ttrasforma lid-Dar Ċentrali tal-PN litteralment f’Villaġġ tal-Milied. Attivitajiet li l-Partit Nazzjonalista qed jorganizza biex, filwaqt li jservu bħala mezz ta’ ġbir ta’ fondi, jiċċelebra wkoll l-ispirtu tal-Milied mal-familji Maltin u Għawdxin li laqgħu l-istedina li saritilhom, u b’mod partikolari lbieraħ minn nofsinhar ‘il quddiem, imlew kull rokna tad-Dar Ċentrali biex mhux biss isegwu u jipparteċipaw fl-ispettaklu ta’ divertiment tal-maratona fuq NET TV u Radio 101, imma wkoll biex igawdu lattrazzjonijiet u l-istands li ttellgħu apposta. “Misraħ il-Milied” beda nhar ilĠimgħa bil-ftuħ uffiċjali millPresident ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca li għamlet ukoll lewwel żjara uffiċjali tagħha bħala
Kap tal-Istat fid-Dar Ċentrali. F’”Misraħ il-Milied”, li jibqa’ miftuħ sal-lejla, wieħed isib wirjiet tal-Milied, flimkien ma’ bejgħ ta’ affarijiet relatati ma’ dan iż-żmien tas-sena – minn ikel tradizzjonali sa dekorazzjonijiet, ponsjetti, ġugarelli, kotba u tiżjin tal-Milied. Dan minbarra wirja ta’ presepji, zona għat-tfal u divertiment bissehem ta’ kantanti lokali fil-Foyer tad-Dar Ċentrali. Għal diversi ħinijiet matul il-ġurnata tal-bieraħ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u logħla uffiċjali tal-PN diversi drabi żaru l-attivitajiet u għamlu l-interventi tagħhom li fihom appellaw għall-ġenerożità tal-Maltin, sejħa li ma waqgħetx fuq widnejn torox hekk kif sal-għeluq tal-maratona, il-PN kien ġabar somma sabiħa li se tgħin biex ikompli jsaħħaħ ilħidma politika tiegħu, flimkien mal-finanzi u l-media tiegħu. Minbarra l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li ngħaqad mal-voluntieri u f’ħinijiet differenti tal-ġurnata laqa’ t-telefonati tal-pubbliku – li seta’ jikkontribwixxi wkoll biddonazzjonijiet tiegħu permezz ta’ linji tat-telefon apposta – fil-maratona ħadu sehem ukoll il-Viċi Kapijiet tal-PN Mario de Marco u Beppe Fenech Adami, isSegretarju Ġenerali Chris Said,
uffiċjali oħrajn tal-PN u għadd kbir ta’ deputati u kandidati għall-elezzjoni ġenerali u l-elezzjonijiet lokali. Spikkat ukoll il-preżenza talPresident Emeritu, eks PM u eks Kap tal-PN Eddie Fenech Adami, u tal-eks PM u eks Kap tal-PN Lawrence Gonzi u s-Sinjura Gonzi li ngħataw merħba mill-isbaħ millfolla preżenti xħin waslu fid-Dar Ċentrali.
Gvern fi stat ta’ paniku u disperazzjoni
Kif il-kliem ‘kemm-il tir tajtu?’ jistgħu qatt jinftehmu ‘tiri fl-ajru’? – Simon Busuttil Il-Gvern jinsab fi stat ta’ paniku u disperazzjoni, u jrid jisma’ dak li jrid hu biss. F’intervista fuq Radio 101 ilbieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil tkellem dwar il-mod kif il-Gvern, fil-paniku li jinsab fih, għadda lill-media biċċa minn rekording sħiħ tat-telefonata li saret bejn ix-xufier ta’ Manwel Mallia u l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit, li fuq illinja miegħu kellu lil Kurt Farrugia, il-Kap talKomunikazzjoni tal-Prim Ministru, ftit wara li seħħet lisparatura mix-xufier Paul Sheehan. Simon Busuttil qal li r-rekording li l-uffiċċju tal-Prim Ministru għadda lill-media, juri li l-Gvern rema lill-Aġent Kummissarju talPulizija u lill-Ministru Manwel
Mallia u qed jiffoka biss biex jipproteġi lill-Kap talKomunikazzjoni Kurt Farrugia, u allura lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Simon Busuttil qal li dan ilpaniku li jinsab fih il-Gvern qed iqajjem aktar dubji u suspetti. Saħaq li l-Oppożizzjoni tinsab diżgustata bid-diżonestà politika tal-Prim Ministru, li qed jippermetti dan kollu jsir. Saħaq li aktar ma Muscat idum ma jieħu passi, aktar se jiżdiedu s-suspetti u ddubji, li jwassal għal mistoqsija sempliċi – il-Prim Ministru jista’ jitwemmen? Aktar minn hekk, ir-rekordings li l-Gvern għadda lill-media filpaniku li jinsab fih, ikomplu jikkonfermaw dak li żvelat ilmedia tal-PN. Simon Busuttil qal li r-rekording li l-Gvern għadda lill-media ma jsemmix biss
‘warning shots’, iżda jsemmi wkoll “kemm-il tir tajtu?” Simon Busuttil staqsa kif ilkliem “kemm-il tir tajtu?” jistgħu qatt jiġu interpretati bħala “tiri flajru”. Mir-rekordings li ħareġ ilGvern, il-kliem ‘tiri fl-ajru’ ma jissemmew qatt.. u kienu invenzjoni ta’ Kurt Farrugia. Simon Busuttil temm jgħid li hawnhekk tidħol ir-responsabbiltà tal-Prim Ministru Joseph Muscat, għax hu ovvju u ċar li jekk kien jaf il-Kap tal-Komunikazzjoni talPrim Ministru, mela allura kien jaf ukoll bil-każ il-Prim Ministru Joseph Muscat nnifsu. Il-Kap tal-Oppożizzjoni tenna l-isfida li għamel lill-Prim Ministru – biex dan jippubblika llista ta’ telefonati li għamel u rċieva tul is-sagħtejn u nofs wara li seħħet l-isparatura mix-xufier talMinistru Manwel Mallia.
Il-PM jammetti li l-poplu jistenna aħjar mill-Gvern
“Naf li dawn l-aħħar ġimgħat kienu diffiċli imma l-Gvern issa se joħroġ iktar b’saħħtu. Naf li għandi d-difetti tiegħi imma jien ma naħbix taħt it-tapit”. Hekk sostna lbieraħ il-Prim Ministru u mexxej laburista Joseph Muscat f’diskors li għamel fiċ-Ċentru Laburista talMarsa, diskors li kien karatterizzat minn ċajt partiġġjan u minn attakki lejn l-Oppożizzjoni, fost l-applaws tal-udjenza preżenti. B’referenza għall-każ talisparatura mix-xufier ta’ Manwel Mallia, u fid-dawl tal-aħħar rivelazzjonijiet f’dan il-każ, inkluż ir-rekordings tat-telefonati, ilPrim Ministru ammetta li l-poplu jistenna aħjar minnu u wiegħed li lest li jaġixxi. Hu qal li se jkun qed jippubblika r-rapport tal-Bord tal-Inkjesta u li se jieħdu d-deċiżjoni tiegħu wara li jara l-informazzjoni kollha. Muscat qal li jieħu pjaċir li lġurnalisti jsaqsuh mistoqsijiet diffiċli, u li hu qiegħed hemm
biex jirrispondi. Dan minkejja li fl-aħħar ġimgħat, ripetutament ħarab milli jwieġeb b’mod dirett għad-domandi tal-media b’rabta mal-każ ta’ Manwel Mallia. Minn attakk fuq il-Partit Nazzjonalista għal eloġju dwar ilGvern, il-Prim Ministru ftaħar li qiegħed hemm biex iwettaq ilġustizzja soċjali, joħloq il-ġid, jaqsam il-ġid ma’ kulħadd u joħloq iktar xogħol. Għal darb’oħra, Joseph Muscat ftaħar bilbejgħ tal-Enemalta lill-kumpanija Ċiniża u, b’referenza għall-petrol u d-diesel, hu qal li l-prezzijiet f’Malta huma orħos mill-medja Ewropea. Dan filwaqt li wiegħed li se jkompli jraħħas il-prezzijiet fil-ġimgħat li ġejjin, mingħajr ma semma kif fil-baġit wiegħed li se jraħħashom biss b’ċenteżmu jew tnejn kull litru. Muscat qal ukoll li s-sena li ġejja se jkun qed iwaqqaf monument tal-eks Prim Ministru Mintoff – aħbar li wkoll intlaqgħet b’applaws kbir mill-partitarji preżenti.
www.maltarightnow.com
4
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
LOKALI
“Ħriġt l-arma għalih, ħa tkun taf” L-ewwel telefonata. 20.46: ixxufier tal-Ministru Manwel Mallia jċempel għall-assistenza tal112... jinstemgħu ż-żewġ tiri lejn il-karozza tas-sewwieq Skoċċiż... ix-xufier jgħid li lest ikompli jispara fuqu. Jgħid ukoll lillControl Room tal-Pulizija li għandu l-Ministru miegħu!
minn paġna 1
mal-komunikazzjoni bejn ilPulizija, u se tkun qed tiżvelahom ftit ftit, bl-aktar mod esklussiv, fid-dawl tal-fatt li l-Gvern qiegħed jipprova jissokta bit-tentattiv tiegħu li jostor il-verità talfatti kif ġraw fil-lejl tal-Erbgħa, 19 ta’ Novembru li għadda meta x-xufier tal-Ministru Manwel Mallia spara tiri ta’ arma tan-nar fuq karozza misjuqa minn sewwieq Skoċċiż wara ħabta filGżira. Fl-ewwel telefonata x-xufier
tal-Ministru Manwel Mallia jinstema’ jċempel lill-Control Room u jitlob għall-assistenza
tar-Rapid Intervention Unit (RIU) wara li karozza laqtitlu lkarozza Ministerjali tal-Ministru Manwel Mallia. Jinstema’ jitlob lill-Control Room biex jibgħatulu l-RIU b’urġenza fejn il-Pixxina f’TalQroqq “għax faqgħuli l-karozza tal-Ministru u baqa’ sejjer.” Hu jinstema’ jgħid “attakkawni u ħa ngħidlek, ħriġt bl-arma għalih.” Aktar minn hekk, ilKuntistabbli Paul Sheehan, filwaqt li jkompli jinsisti għallassistenza, jgħid lill-Control
Il-konverżazzjoni sħiħa tal-ewwel telefonata Dan huwa transcript fidil talewwel telefonata ta’ Sheehan lill-Control Room tal-Pulizija li fiha jinstemgħu t-tiri qed jiġu sparati.
Control Room: Hello 112 Emergenza.
Sheehan: 112, id-driver talMinistru, ibgħatli tal-RIU. Control Room: X’għandek?
Sheehan: Urġenti fejn ilpixxina.
Control Room: Pixxina fejn? Sheehan: Tal-Qroqq.
Control Room: Ehe, fejn eżatt? Fil-parking?
Sheehan: Ehe, fejn il-parking. Control Room: X’għandek?
Sheehan: Jarawni. Faqgħuli l-karozza tal-Ministru u baqa’ sejjer. Ġie biex jattakkani u ħriġt l-arma għalih, ħa tkun taf. Control Room: Sorry?
Sheehan: Għedtlek faqagħli l-karozza tal-Ministru. Control Room: Sewwa...
Sheehan: Orrajt. Ejjew issa.
Control Room: Issa għidli lkarozza li ħabtet miegħek. Inutli nibgħatlek l-RIU hemmhekk. Inti trid tmur leqreb għassa. Sheehan: Ma nistax. Qed inkellmek jiena. Għandi lMinistru miegħi.
Control Room: Iwa, naf x’inti tgħidli jaħasra...ilMinistru. Il-karozza, għandek idea x’kienet il-karozza? Sheehan: Opel Vauxhall. Ħa jsuqli, ħarabli.
Hawnhekk jinstemgħu ttiri jiġu sparati. Sheehan: Ħarabli!
Sparajt
fuqu.
Control Room: X’inhu?
Sheehan: Ħarabli. Sparajt fuqu! Control Room: Sparajt fuqu? Fuq min sparajt?
Sheehan: Ehe, Pulizija jien. Għax stajt ma bgħatthomlix. Prosit.
Control Room: Ma bgħatthomlix, qed ngħidlek... il-karozza... Sheehan: Qed niġri warajh
direzzjoni lejn Regional Road. Ibgħatli għax ħa nibqa’ ntih ittiri sakemm tiġu.
Control Room: Għidli x’inhi l-karozza. M’intix tgħidli x’inhi. Sheehan: Opel Vauxhall.
Control Room: X’kulur?
Sheehan: Silver. Qed niġri warajh. Lejn Regional Road.
Control Room: Regional Road, direzzjoni ‘il fejn? Lejn Santa Venera? Sheehan: Għadni tiela’ ‘l fuq. Għadni ħa noħroġ għal Regional Road. Control Room: Lejn Santa Venera, jiġifieri? Sheehan: FEIO...
Control Room: Sorry?
Sheehan: Għax pjanċi ta’ barra. FEIO... Control Room: FEIO?
Sheehan: Iva. Ija. Direzzjoni lejn il-mini ta’ Santa Venera.
Control Room: Lejn ilmini ta Santa Venera. Hekk orrajt. Ha nibgħathom issa. Tal-għassa ħa nibgħathom hemmhekk.
Room li għandu l-Ministru miegħu! Imbagħad f’daqqa waħda jinstema’ jgħid: “Ħarabli... se jsuqli...” U hawn jinstemgħu jiġu sparati żewġ tiri ta’ arma tan-nar. Ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia jissokta: “sparajt fuqu... ħarabli... sparajt
fuqu...” filwaqt li mill-Control Room jinstemgħu jistaqsuh fuq min kien spara. Hu jkompli jinsisti li ħarablu fid-direzzjoni ta’ Triq Reġjonali u li kien se jibqa’ jispara fuqu... “se nibqa’ nagħtih it-tiri”. Jgħid ukoll li l-pjanċi talkarozza huma barranin.
“Tagħmilx kummiedji”
– ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia lill-Iskoċċiż It-tieni telefonata. 20.49: ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia jerġa’ jċempel għall-assistenza tal-112... jerġa’ jitlob l-għajnuna filwaqt li lix-xufier Skoċċiż tal-karozza Vauxhall jgħidlu biex ma jagħmilx kummiedji
Fit-tieni telefonata lill-Control Room fid-Depot tal-Pulizija, ixxufier tal-Ministru Manwel Mallia, Paul Sheehan, jammetti li spara fuq ix-xufier l-ieħor u jinsema’ jheddu meta jgħidlu biex ma “jikkummidjax”. F’din it-telefonata, li saret tliet minuti wara l-ewwel waħda, ixxufier tal-Ministru Manwel Mallia jinstema’ jċempel għal darba oħra lill-Control Room u jitlob għallassistenza tar-Rapid Intervention Unit (RIU) wara li karozza laqtitlu l-karozza Ministerjali tal-Ministru
Manwel Mallia. Ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia jinstema’ jgħid: “Ejjew tuni l-għajnuna... diġà sparajt fuq wieħed...Erġajt waqqaftu... Għinuni naqra għax diġà ħarabli darbtejn!” Hu jinstema’ wkoll jisgħol u f’ħin minnhom jgħid lil xi ħadd li kienu laqtulu l-karozza talMinistru. Jinstema’ jindirizza wkoll lixxufier tal-karozza l-oħra biex u jwissih “tagħmilx kummiedji... ara ma tikkumidjax!”
www.maltarightnow.com
5
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
LOKALI
Il-Gvern ta’ Joseph Muscat qed jimmina l-istituzzjonijiet
Waħda mill-bidliet li seħħew wara l-aħħar elezzjoni ġenerali hija l-attitudni tal-Gvern malistituzzjonijiet tal-pajjiż. Dak li qal l-Ombudsman aktar kmieni din il-ġimgħa fir-rapport tiegħu jikkonferma kemm il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat jimmina l-istituzzjonijiet f’pajjiżna, mhux b’inqas lUffiċċju tal-Ombudsman li huwa rwol li suppost huwa indipendenti. Għalhekk, meta Muscat jgħid li hu ma jimminax l-istituzzjonijiet, ma jkunx qiegħed jitwemmen. Dan intqal f’konferenza talaħbarijiet indirizzata millKelliem tal-Oppożizzjoni għallIntern u s-Sigurtà Nazzjonali Jason Azzopardi, mill-Kelliem għall-Ippjanar u sSimplifikazzjoni tal-Proċessi Ryan Callus u mill-Kelliema għad-Djalogu Soċjali u lLibertajiet Ċivili Claudette Buttigieg. B’referenza għal dak li qal ilPrim Ministru nhar it-Tnejn li għadda, jiġifieri li hu ma jimminax l-istituzzjonijiet, Jason Azzopardi qal li dan mhuwiex minnu. “Dan mhux jien qed ngħidu, imma qed jgħidu lOmbdusman,” sostna Jason Azzopardi. Hu għamel referenza għall-mod kif il-Gvern fetaħ battalja kontra l-Uffiċju talOmbudsman biex ma jħallix lill-
Ombudsman jinvestiga lmenti dwar transfers vendikattivi filForzi Armati ta’ Malta. Jason Azzopardi sostna li kif qal l-Ombudsman stess, huwa lUffiċċju tiegħu li jgawdi millġurisdizzjoni biex jiġu investigati każi ta’ lmenti dwar promozzjonijiet fl-Armata. Hu sostna li l-Ombudsman għandu jkollu l-libertà li jagħmel xogħlu mingħajr indħil, għall-kuntrarju ta’ dak li ġara f’dan il-każ li issa mistenni jispiċċa l-Qorti. Ryan Callus sostna li lOppożizzjoni Nazzjonalista minn issa qed twiegħed li meta tkun fil-Gvern se tagħmel ġlieda kontra kull abbuż tal-poter, u dan jista’ jsir billi jkun hemm garanzija li l-istituzzjonijiet li suppost jiddefendu ċ-ċittadin, ikunu tassew indipendenti u mhux pupazzi f’idejn il-Gvern. Ryan Callus qal li lindipendenza tal-istituzzjonijiet mhux biss għandha tkun assigurata, iżda għandha tkun garantita mill-Gvern, ikun min ikun. Hu rrefera għal numru ta’ punti li qajjem l-Ombudsman firrapport tiegħu li huma kollha ta’ tħassib fosthom li hemm żieda fit-talbiet għal informazzjoni li ġew miċħuda, li hemm numru ta’ Segretarji Permanenti u CEOs li mhux jikkollaboraw malOmbudsman u li hemm numru ta’ bordijiet interni li twaqqfu
European Campus for Creativity
L-iskola post-sekondarja Sir Mikelanġ Refalo Sixth Form ta’ Għawdex ħadet sehem fi programm edukattiv bl-isem European Campus for Creativity mis-6 sat-12 ta’ Novembru 2014 f’Perugia fl-Italja. Il-programm kien immirat għall-għalliema u l-istudenti mit28 stat membru tal-Unjoni Ewropea, u ġie organizzat millMinisteru Taljan għallEdukazzjoni, l-Università u rRiċerka. L-iskola Għawdxija kienet rappreżentata mill-għalliema Marisa Cauchi Hili u Michael Debono flimkien mal-istudenti Anna Marie Cini u Veronica Vella. Dan grazzi għall-għajnuna tad-Direttur Ġenerali għas-
Servizzi Edukattivi Gorġ Borg, il-Kap tal-iskola Daniel James Cassar u l-Kap tad-Dipartiment Frankline Zammit Galea. It-tema prinċipali ta’ dan ilprogramm kienet “L-Iskola li tinbidel u li tiġġedded” – tema attwali għall-metodi ġodda ta’ tagħlim fil-qasam edukattiv. Kemm l-istudenti kif ukoll lgħalliema kellhom l-opportunità li jattendu għal għadd ta’ sezzjonijiet ta’ tagħlim flimkien ma’ workshops dwar din it-tema marbuta mal-kreattività u jiltaqgħu ma’ diversi personalitajiet fosthom l-awtur Franċiż Daniel Pennac, awtur kontemporanju li l-kitbiet tiegħu huma indirizzati l-aktar għat-tfal u għaż-żgħażagħ tal-lum.
Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni jindirizzaw il-konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Parlament (Ritratt: Martin Agius)
mill-Gvern li wasslu biex huma stess ħolqu inġustizzji li spiċċaw għand l-Ombudsman Claudette Buttigieg qalet li lOppożizzjoni għandha fiduċja
assoluta fl-istituzzjonijiet u lentitajiet li jiggarantixxu ddemokrazija tant li aktar kmieni din il-ġimgħa, ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni
Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza dwar diskors li għamel il-Ministru Evarist Bartolo nhar il-Ħadd li għadda, li hu diskriminatorju kontra n-nisa.
Bejn nhar il-Ġimgħa li għadda 5 ta’ Diċembru 2014 u l-4 ta’ Jannar 2015, l-Amministrazzjoni talMużew tad-Dar ta’ Karmni Grima qed toffri prezz ridott għal dawk kollha li f’dawn il-ġranet tal-Milied jixtiequ jżuru dan il-Mużew, id-Dar fejn twieldet, għexet u mietet Karmni Grima, ix-xebba li semgħet il-leħen tal-Madonna Ta’ Pinu. F’dawn il-ġranet, f’waħda mill-
kmamar ta’ dan il-mużew qed tiġi mtella’ wirja bl-isem “Dawk li jemmnu f’ismu…” – wirja ta’ presepji tradizzjonali minn diversi pajjiżi mill-ħames kontinenti. Għal dawn il-ġranet wieħed jista’ wkoll jakkwista ikel tradizzjonali Għawdxi, kuruni tar-rużarju maħduma miż-żerriegħa u anki presepji żgħar miġjuba minn Betlehem. Il-Mużew tad-Dar ta’ Karmni
Grima jinsab fi 2, Triq l-Għarb, lGħarb, Għawdex, u jiftaħ f’dawn ilħinijiet: mit-Tlieta sas-Sibt mid9am sal-4pm, u l-Ħadd mid-9am san-12.30pm. B’eċċezzjoni, illum it-Tnejn 8 ta’ Diċembru, festa tal-Kunċizzjoni, ilMużew se jkun miftuħ bejn id-9am u n-12.30pm, waqt li nhar il-Milied u l-ewwel tas-sena l-Mużew ikun magħluq.
Prezz ridott għad-dħul fil-Mużew tad-Dar ta’ Karmni Grima
www.maltarightnow.com
6
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
QORTI
Ditta taż-żraben ordnata tħallas €15,000 lill-Air Malta wara li ordni li għamlet ma kinitx ta’ livell
Il-Qorti tal-Appell ordnat lil kumpanija taż-żraben biex tirrifondi lil-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, is-somma ta’ €15,253 wara li l-kwalità ta’ żraben provduti ma kinitx skont il-kuntratt. Ilkawża tmur lura 21 sena u kienet preżentata miċ-Chairman tal-Air Malta ta’ dak iż-żmien Joseph N. Tabone kontra British Shoe Store Company Ltd. Il-kumpanija tal-ajru qalet li hija kienet ħadet konsenja ta’ żraben f’April tal-1993 biex jintużaw mill-ħaddiema nisa tal-Air Malta. Skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt, iż-żraben suppost kienu magħmula minn ġilda
oriġinali. Wara li l-konsenja kienet saret u l-kumpanija tħallset, irriżulta li ż-żraben kienu magħmula minn materjal talplastik sintetiku u nfurzat biddrapp. Il-ħaddiema tal-Air Malta kienu sabu li dawn iż-żraben ma kinux komdi u mhux adattati u l-linja tal-ajru kienet sfurzata tixtri konsenja oħra mingħand kumpanija oħra. Sadanittant il-konsenja oriġinali kienet depożitata filQorti sakemm jinqata’ l-każ. L-Air Malta kienet talbet biex il-Qorti tordna lill-kumpanija British Shoe Store biex tirrifondi l-ħlas tal-konsenja ħażina li saret,
flimkien mad-differenza tal-ispejjeż li kellha tidħol għalihom illinja tal-ajru biex kellha tixtri żraben mingħand kumpanija oħra. Min-naħa tagħha il-kumpanija British Shoe Store kienet insistiet li ż-żraben li ssupplixxiet kienu
skont il-kampjun li uriet lill-Air Malta u li din kienet approvat. F’Ottubru tal-1996 il-Qorti kienet iddeċidiet li ż-żraben provduti ma kinux skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u għalhekk l-Air Malta kellha dritt li tirrifjutahom. Il-kumpanija British Shoe Store
kienet appellat, iżda l-każ kien miċħud f’Jannar tas-sena 2000. Fis-sentenza tiegħu l-Imħallef Wenzu Mintoff osserva li l-Air Malta kienet xtrat iż-żraben għallprezz ta’ Lm12.50 kull par u wara kienu nxtraw żraben mingħand ilkumpanija Edwards li swew Lm16.20 kull par, differenza ta’ Lm3.70 kull par. Kien għalhekk li l-kumpanija British Shoe Store kienet ordnata tirrifondi ammont għall-ħlas talkonsenja oriġinali u ħlas ieħor addizzjonali għall-flus żejda mħallsa mill-Air Malta meta din xtrat iż-żraben mingħand Edwards.
Rumen mixli bi traffikar ta’ żewġ nisa, u li sfurzahom jagħmlu xogħol ta’ prostituzzjoni ngħata l-libertà proviżorja wara li lQorti semgħet diversi persuni jixhdu fuq il-każ. Il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’Alexandru Onofrei ta’ 26 sena, kompliet nhar itTnejn. Hu qed iwieġeb mhux ħati li żamm lin-nisa kontra l-volontà tagħhom billi ssekwestrahom, u li għex minn fuq il-prostituzzjoni, kif ukoll li mexxa burdell. L-Ispettur Antoine Cilia mirRapid Intervention Unit (RIU) qal li huwa kien investiga rapport ta’ storbju f’Ħal Qormi. Mar filpost wara li xi uffiċjali talPulizija kien nfurmawh li l-
appartament li kien mikri lillakkużat kien qed jintuża għal skopijiet ta’ prostituzzjoni. IlPulizija kien daħlet fir-residenza u arrestat lil Onofrei. Min-naħa tiegħu s-Surġent Wayne Borg xehed li fis-7 ta’ Settembru hu kien wasal fl-appartament f’Ħal Qormi fejn hemm kien diġà sab lil tal-RIU. Hemm qal li kien hemm erba’ persuni, tliet nisa u Onofrei. Mara minnhom qalet li kien Onofrei li ħajjarha tiġi Malta biex tibda familja miegħu, iżda wara l-akkużat tefa’ ritratt tagħha fuq dik li tissejjaħ “escort site” biex min jidħol fiha jkun jista’ jagħmel kuntatt magħha għal skopijiet sesswali.
Xehed ukoll sid il-post li qal li huwa kien kera proprjetà li għandu, li tinsab bieb ma’ bieb ta’ fejn joqgħod hu fil-Kappara, lil żewġ nisa Rumeni, u dan permezz ta’ aġent. Wara 15-il ġurnata huwa kien temm il-kirja. Hu qal li kien jara ħafna rġiel deħlin u ħerġin filproprjetà wara t-8pm, u li kienu jdumu fil-post bejn kwarta u 20 minuta. Qal li kienet il-mara tiegħu li tefgħet lir-Rumeni ‘l barra. Raġel ieħor xehed li huwa kien kera l-post tiegħu f’Ħal Qormi lil Onofrei u raġel ieħor f’Mejju li għadda. Kien ġie ffirmat kuntratt ta’ sitt xhur u dawn qalulu li lpartners tagħhom kienu se jingħaqdu magħhom.
Qal li Onofrei kien ħallas iddepożitu fuq l-appartament u żżewġ pagamenti l-oħra kienu saru minn mara, u li l-ħlas dejjem sar bi flus kontanti. Wara tmiem il-kuntratt ta’ sitt xhur, kien sar ftehim ieħor, iffirmat minn oħt Onofrei u dan peress li l-akkużat kien il-ħabs. Hu ddeskriva lil Onofrei bħala inkwilin tajjeb u li qatt ma kellu problemi mniegħu. Qal li darba biss kien waqa’ lura fil-ħlas, bilkaż jiġi riżolt b’mod amikevoli u dan wara li qallu li jekk se jerġa’ jirrepetiha, kien se jitfgħu ‘l barra. Huwa għaraf lil Onofrei fil-Qorti. L-Avukat Giannella de Marco, li qed tidher għall-akkużat, talbet
lill-Qorti biex id-Direttur talĦabs jippreżenta recording speċifiku ta’ telefonata li saret lill-akkużat. Qalet li din saret minn waħda min-nisa, Anisoara, meta hu kien il-ħabs. L-Avukat qalet lill-Qorti li r-recording fiha ammissjoni minn Anisoara li kienet gidbet minħabba li beżgħet li jeħdulha lit-tifla. Il-Qorti laqgħet it-talba għallibertà proviżorja fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €15,000. Il-Qorti ordnat ukoll li Onofrei ma jħallix Malta jew jersaq lejn xhieda, u li jiffirma flGħassa tal-Pulizija kuljum u ma joqgħodx barra matul il-lejl. Ilkaż ikompli f’Jannar.
John Bartolo ta’ 57 sena millMosta u Conrad Bonett ta’ 40 sena minn San Pawl il-Baħar ġew liberati minn kull akkuża millMaġistrat Marseann Farrugia, fosthom l-akkuża li fl-2006 kellhom sehem fit-tħaddim ta’ burdell fil-gentleman’s club AO li jinsab fil-Qawra. Dan wara li xhud talProsekuzzjoni stess xehed li ma kinitx qed issir attività ta’ burdell. Bartolo u Bonett kienu tressqu l-Qorti wara rejd li kien sar millPulizija u kienu ġew mixlija b’seba’ akkużi, kollha relatati, fosthom li l-użu tal-istabbiliment tagħhom kien qed jintuża għal skopijiet ta’ prostituzzjoni u skopijiet immorali, u li taw xogħol lil persuni meta ma kellhomx liċenzja u permess taxxogħol.
Mill-provi rriżulta li fit-18 ta’ Novembru ta’ tmien snin ilu lPulizija waslu fuq il-post u kien hemm security guard fuq barra u l-bieb tal-bar kien magħluq u msakkar. Il-Pulizija kienu tawh ordni biex jiftaħ dan il-bieb, u dan hekk għamel. Kif daħlu ġewwa lPulizija osservaw li fil-post kien hemm pjattaforma u kien hemm tfajla tagħmel il-pole dancing. Kien hemm ukoll tfajla oħra bilqiegħda fuq sufan titkellem ma’ xi klijenti u żewġ tfajliet oħra maġenb il-bar, ukoll jitkellmu ma’ xi klijenti. Kien hemm tfajla oħra fiċ-changing room, li kienet liebsa l-ħwejjeġ ta’ taħt. Dawn it-tfajliet kollha kienu barranin. Tliet tfajliet minn dawn kienu kkonfermaw mal-Pulizija li kienu jaħdmu bħala lap dancers fl-AO
Gentleman’s Club fil-Qawra u kienu joqogħdu f’appartament bil-kera fuq dan l-istabbiliment. Kienu qalu li huma jitħallsu għasservizzi tagħhom mingħand Conrad Bonett. Bonett kien preżenti wkoll waqt ir-rejd u qal lill-Pulizija li kien responsabbli għall-istess stabbiliment. Il-post kien liċenzjat bħala bar li kien jgħajjat lil John Bartolo. Is-Supretendent Neville Aqulilina qal li fil-post ma nstab xejn relatat ma’ burdell jew prostituzzjoni. L-allegazzjoni, qal, kienet tikkonċerna biss il-pole dancing u l-ilbies indiċenti tat-tfajliet. Il-Qorti għalhekk innutat li fuq żamma ta’ burdell u prostituzzjoni l-istess Prosekuzzjoni qed taqbel li ma kien hemm xejn.
Soumia Mansouri, Marokkina li fl-24 ta’ Novembru li għadda kienet ammettiet li tat il-mediċina lit-Tuneżina Raya Stellini Zammit, u li għalhekk għenitha biex tagħmel abort, appellat mill-każ minħabba li skont hi ġiet żgwidata fuq il-fatti. Mansouri, li kienet kundannata 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin, qalet li lProsekuzzjoni żgwidatha fuq ilfatti u dan għaliex kollox jindika li l-fetu ma kienx ifforma u li listess tqala ma kinitx konfermata. L-Avukat Roberto Montalto, li deher għaliha, qal li l-akkużata kienet ammettiet minħabba ċerti garanziji li saru millProsekuzzjoni, u li iżda l-infor-
mazzjoni mogħtija kienet skoretta. Ingħad li l-Qorti għandha tiskarta l-ammissjoni reġistrata fil-Qorti tal-Maġistrati u tordna li l-każ ikompli. It-Tuneżina ta’ 30 sena, miżżewġa Malti, min-naħa tagħha ġiet kundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettiet li fl-10 ta’ Novembru li għadda u fil-jiem ta’ qabel għamlet abort meta kellha bejn sitt u seba’ ġimgħat tqala. Mill-provi rriżulta li l-abort sar fil-Fgura meta Zammit belgħet numru ta’ pilloli u poġġiet ukoll pilloli fil-parti intima tagħha. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Isptetturi Joseph Busuttil u Spiridione Zammit.
Libertà proviżorja għal Rumen mixli bi traffikar ta’ nisa, u li kien jużahom għall-prostituzzjoni
Mhux ħatja li ħaddmu burdell f’gentleman’s club fil-Qawra
Tappella għax tgħid li ġiet żgwidata
www.maltarightnow.com
7
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
FINANZI
minn MPM Capital Investments Ltd
L-Ewropa għadha qed tirkupra mill-kriżi
Kienet ġimgħa movimentata fis-swieq finanzjarji. Rajna żidiet tajbin fis-swieq Ewropej, li iżda, ntilfu malli l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Ewropew qal li għadu mhux il-mument ta’ iktar interventi mill-Bank. Linteressi offruti mill-banek bħalissa huma baxxi ferm. Madanakollu dan mhux qed iwassal biex l-Ewropej jinvestu iktar jew jissellfu iktar biex jinvestu fi proġetti. Bosta qed jaraw li hemm nuqqas ta’ fiduċja, u għaldaqstant nuqqas ta’ konsum, f’diversi pajjiżi
Iż-żejt baqa’ nieżel
F’nofs din is-sena l-prezz tażżejt kien 100 dollaru kull barmil. Illum jinsab 65 dollaru kull barmil. Konna ilna ma naraw prezz tant baxx għal iktar minn ħames snin. Bosta huma talfehma li l-prezz jista’ jinżel iktar. Sadanittant pajjiżi bħall-Malasja, ir-Russja u l-Venezwela qed jifffaċjaw problemi kbar flekonomiji tagħhom. L-ekonomiji ta’ dawn il-pajjiżi jiddependu ħafna mill-prezz taż-żejt.
Ewropej. Is-suq Ġermaniż magħruf bħala DAX, li jinkludi 30 kumpanija kbira Ġermaniża, ra żieda tajba li ntilfet proprju fi ftit minuti. Is-suq tal-bonds baqa’ wieħed b’saħħtu. Fl-aħħar ġimgħat l-indiċi Amerikan S&P 500 ma żdiedx bir-rata qawwija li konna rajna f’Ottubru. Dan l-indiċi jinkludi 500 kumpanija Amerikana minn industriji differenti. L-indiċi Amerikan magħruf bħala Nasdaq, li jkopri kumpaniji li huma fl-informazzjoni teknoloġika, ukoll kien kajman
L-interessi baxxi offruti mill-banek mhux qed iwasslu biex l-Ewropej jinvestu aktar, jew jissellfu aktar biex jinvestu fi proġetti. In-nuqqas ta’ fiduċja qed iġib miegħu nuqqas ta’ konsum f’diversi pajjiżi Ewropej
fl-aħħar ġimgħat. Fl-aħħar jiem kemm hemm żidiet fil-prezz talishma ta’ Commerzbank, Deutsche Bank u Lufthansa. Rajna wkoll titjib fl-ishma ta’
Telf għall-kumpaniji tal-enerġija
Kumpaniji minn madwar iddinja kollha li joperaw fis-settur tal-enerġija raw tnaqqis filvalur tal-ishma tagħhom din issena. Kumpaniji li jipprovdu
apparat ta’ tħaffir taż-żejt tilfu 43% fil-valur. Kumpaniji li jipprovdu l-enerġija raw tnaqqis ta’ madwar 7% fil-valur talishma.
Vodafone. L-iktar kumpanija li rat żieda tajba fil-prezz talishma fl-aħħar jiem kienet Ryanair, bil-prezz jiżdied b’10% f’jumejn. Dan wara li l-linja tal-
L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment
ajru ħabbret li se żżid il-profitti. Il-prezz taż-żejt qed jgħin lillkumpaniji tal-ajru sabiex inaqqsu l-ispejjeż. Madanakollu diversi konsumaturi qed jistennew li l-prezzijiet tal-biljetti talajru jorħsu. Dan jidher li mhux qed iseħħ. Bosta qalu li lGħarabja Sawdita, pajjiż kunsidrat li jikkontrolla l-produzzjoni u l-prezz taż-żejt, tiflaħ tissaporti xhur u anke snin b’dan il-prezz baxx taż-żejt. Jidher li dan il-pajjiż għandu iktar minn 800 biljun dollaru f’riżervi.
www.maltarightnow.com
8
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
PARLAMENT
Id-drittijiet tal-konsumatur għandhom ikunu minsuġa fil-Kostituzzjoni
Id-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici appellat lillGvern biex id-drittijiet tal-konsumatur ikunu minsuġa wkoll filKostituzzjoni ta’ pajjiżna. Meta tkellmet fil-Parlament dwar il-qasam tal-konsumatur fiddiskussjoni dwar il-Baġit 2015, fissret li wasal iż-żmien biex dawn id-drittijiet ukoll jiddaħħlu fil-Kostituzzjoni biex il-konsumatur ikollu dritt għal kwalità tajba ta’ informazzjoni, dritt għal kwalità tas-servizz, u għad-drittijiet dwar danni li l-konsumatur jista’ jsofri. Semmiet li hemm diversi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea fejn id-drittijiet tal-konsumaturi diġà ddaħħlu fil-Kostituzzjoni u li ssarrfu f’passi kbar favur il-konsumatur. Id-drittijiet fil-Kostituzzjoni, qalet Paula Mifsud Bonnici, jagħtu garanzija istituzzjonata wkoll lid-drittijiet lill-għaqdiet tal-konsumatur. Irriferiet ukoll għall-każ li kienet ressqet l-Oppożizzjoni dwar l-Avviż Legali 76 li kien imur kontra d-drittijiet tal-privatezza tal-istudenti, kontra lKostituzzjoni u kontra l-Att tadData u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Fakkret li meta l-Oppożizzjoni ressqet il-mozzjoni biex jitneħħa dan l-Avviż, il-Gvern kien ivvota kontra meta llum jaf li għamel żball u baqa’ ma rerevokax lAvviż legali, u għaliex ma tneħħiex, baqa’ fis-seħħ. Paula Mifsud Bonnici fissret li l-kritika li qed tressaq dwar ilqasam tal-affarijiet tal-konsumatur, hi mibnija mir-risposti u minn nuqqas ta’ informazzjoni li
tħalli barra l-Ministru Helena Dalli fit-tweġibiet li tagħti għallmistoqsijiet parlamentari. Staqsiet x’għamlet u x’inhuma l-pjani għal din l-Awtorità. Flebda ħin il-Baġit ma rrefera għal dan is-settur tal-konsumatur, u dan hu ta’ nkwiet li ma kienx hemm nofs ta’ kelma waħda dwar inċentivi proposti f’dan il-qasam. Paula Mifsud Bonnici tkellmet dwar kif il-wegħdi tal-Partit Laburista llum saru bħal bżieżaq tas-sapun. Sa Marzu 2013, kien hemm 56 uffiċjal professjonali fl-Awtorità, sa Ottubru niżlu għal 41 u żdiedu erbgħa biss meta llum l-Awtorità wirtet responsabbiltajiet aktar mill-MEPA. Spjegat li ma jistax ikun li Direttur Ġenerali b’esperjenza kellha tirriżenja minħabba ttaħwid u l-indħil f’xogħolha. Il-Ministru wkoll ilha 21 xahar biex tara l-busines plan għall-
2014-2016 li jkun approvat. Fi Frar li għadda wieġbet li dan ilpjan hu avvanzat u dalwaqt ikun ippreżentat biex jiġi ppubblikat. Fl-aħħar tweġiba dwar dan il-pjan qalet li meta dan il-pjan jitlesta jkun ippreżentat. U mitluba tgħid meta se jkun lest, wieġbet li tagħmel dan meta jkun lest – insult lejn it-trasparenza ta’ dan ilGvern u insult lejn in-nies. Il-Ministru wkoll ilha 21 xahar biex issir il-likwidazzjoni talMalta National Laboratory u ma sar ebda pass biex tfassal pjan għall-amalgamazzjoni tal-laboratorji. Fi tweġibiet li tat għal mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru
Dalli twieġeb li aktar informazzjoni tingħata meta jkun il-waqt. Damet ukoll 19-il xahar biex taħtar rappreżetanti tal-għaqdiet tal-konsumaturi fuq il-Kunsill talKonsumatur. Filwaqt li fissret li għandna Awtorità li qed tiddgħajjef bilħaddiema jistennew x’se jkun iddestin tagħhom, irreferiet għallkwestjonarju fost il-ħaddiema talAworità, u qalet li meta mitluba tagħti informazzjoni dwar dan filParlament, ukoll il-Ministru ma tat ebda informazzjoni bl-iskuża li l-ewwel irid ikun diskuss fil-livell ta’ management. Ministru wkoll li baqgħet taħbi
wkoll għal xhur sħaħ u għadha ma tatx l-informazzjoni dwar liema huma l-playing fields li mhumiex safe fil-lokalitajiet tagħna kif iddikjarat ukoll l-Awtorità. Dwar it-tnaqqis fil-prezz ta’ mediċini, ma qalitx ukoll li hawn mediċini li qed jogħlew ukoll u li meta ħabbret il-prezzijiet ta‘ roħs, dawn kienu diġà mraħħsa flixkaffef tal-ispiżeriji u fisser li jekk hu dan il-każ, dan hu ngann ieħor kontra l-konsumatur. L-MCCAA mhux biss tilfet uffiċjali, iżda wkoll marret lura. Fl-aħħar tal-2012 l-Awtorità spiċċat bi profitt meta llum irreġistrat żbilanċ ta’ kważi b’€1 miljun. Ikkritikat kif il-baġit għas-sena ddieħla żdied biss b’€150,000 meta żdiedu wkoll r-responsabbiltajiet li ħadet mill-MEPA. Appellat għall-indipendenza fit-tmexxija tal-Awtorità fid-dawl ta’ dak għaddej mill-Bord u miċChairman tal-Awtorità li jrid li jneħħi d-deċiżjonijiet tekniċi tadDirettorati. Paula Mifsud Bonnici saħqet li l-Gvern għandu jpoġġi l-konsumatur l-ewwel u qabel kollox. In-nies mhix qed tħoss li d-drittijiet tagħhom qed jiġu mħarsa. Dwar l-ispezzjonijiet tal-lifts mill-Awtorità, appellat biex din ilħidma u l-azzjoni tkun aktar frekwenti. Semmiet li f’20 spezzjoni li saru fuq lifts, kollha nstabu b’xi nuqqas ta’ konformità mal-liġijiet, tnejn ingħalqu u ieħor instab li ma jaħdimx. Appellat ukoll għal aktar spezzjonijiet u azzjonijiet fl-istabbiliment fejn kien hemm biss 154 li ngħataw twissija dwar nuqqasijiet fil-prezzijiet.
Il-Gvern se jkun qed jippreżenta white paper għall-att dwar lugwaljanza u l-att dwar id-drittijiet tal-bniedem. Dan ħabbritu l-Ministru Helena Dalli, meta fil-Parlament tkellem dwar il-baġit għas-settur tad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili. Ir-riforma tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) immexxija minn William Portelli ma kinitx konkluża mill-amministrazzjoni preċedenti u danix-xogħol tkompla. Dwar l-awtonomija talMCESD, il-Ministru Helena Dalli qalet li ilha tiġi diskussa u kemm ilu jiltaqa’ dejjem tmexxa
fil-preżenza tal-Ministru responsabbli mill-Kunsill. Semmiet li lkritika dwar dan il-Kunsill ilha tinstema’ tul is-snin. Dwar l-MCCAA qalet li l-kritika li kienet distruttiva mhix se twieġeb għaliha u qalet li l-intervisti li saru f’karigi għolja huma quddiem il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità. Iddaħħlu wkoll numru ta’ professjonisti li ssieħbu fl-MCCAA li wkoll se joħroġ il-magazin li jmiss li qiegħed għall-istampar. Dwar l-amalgamazzjoni tallaboratorji qalet li dak li m’għamilx Gvern Nazzjonalista jrid jagħmel dan il-Gvern f’sena u nofs u fissret li dan hu proċess li jieħu ż-żmien iżda li qed isiru x-xogħol ukoll dwar dan.
Dwar l-Awtorità tal-Mediċini u l-Awtorità tal-Konsumatur, ilMinistru Dalli qalet li qed jaħdmu flimkien dwar roħs ta’ prezzijiet tal-mediċini. Semmiet ukoll l-ispezzjonijiet li saru fil-playing fields iżda ma qalitx liema huma dawk li nstabu safe. Tkellmet dwar Abbozz ta’ Liġi għar-riforma fl-MCCAA li se jkun qed jiġi imressq mill-Gvern. Dwar ix-xiri online qalet li f’pajjiżna jsir ħafna xiri minn pajjiżi barranin u qalet li rridu naraw kif isir aktar xiri online u jkun hemm aktar customer care biex ix-xerrejja jixtru online mill-ħwienet lokali. Il-konsumatur, qalet ilMinistru Dalli, matul din is-sena
gawda mir-roħs fid-dawl u lilma, minn rata ta’ inflazzjoni baxxa, tnaqqis fil-burokrazija tal-amministrazzjoni pubblika, u roħs ta’ aktar mediċini u li qalet jintużaw ħafna. Il-Gvern hu impenjat li lAwtorità tkun sostenibbli u tkun indipendenti u trasparenti. Semmiet inizjattivi li ttieħdu fosthom fl-Aworità talMediċini li qed taħdem biex ikollha wkoll dħul minn servizzi li tagħti lil hinn minn xtutna.Se jissħħu wkoll ittaġriġ tal-impjegati li tidħol f’xogħol ġdid li jġib Semmiet ukoll li l-Awtorità li se tiċċaqlaq għas-Science Park. Tkellmet ukoll dwar il-kampanja ta’ edukazzjoni u informaz-
zjoni li qed titmexxa millAwtorità tal-Mediċina u lMCCAA dwar il-mediċini. Semmiet ukoll ħidma li qed issir biex ikun hemm alternattivi bi prezzijiet orħos ta’ mediċini li kienu jinġiebu f’pajjiżna bi prezz għoli ħafna, bħalma kien il-każ ta’ mediċina partikolari għallkura tal-kanċer. Se jinfetaħ ukoll l-ewwel ċentru ta’ volontarjat fejn jiltaqgħu lgħaqdiet volonatarji u hemm pjanati żewġ ċentri oħrajn matul issena d-dieħla. Se jkun emendat ukoll l-att li jirregola l-għaqdiet volontarji għax il-Gvern iqis l-għaqdiet volontarji bħala imsieħba ewlenin fit-tfassil tal-politika talGvern fis-settur tal-volontarjat.
Id-drittijiet fil-Kostituzzjoni jagħtu garanzija wkoll lid-drittijiet lill-għaqdiet tal-konsumatur
L-MCCAA mhux biss tilfet uffiċjali, iżda wkoll marret lura minn profitt fl-2012 għal żbilanċ ta’ kważi €1 miljun
White paper dwar l-ugwaljanza u l-att dwar id-drittijiet tal-bniedem
www.maltarightnow.com
Il-Festa tal-Kunċizzjoni RELIĠJON
Fil-persuna tal-Verġni Marija naraw l-isbaħ storja ta’ mħabba bejn Alla u l-bnedmin tiegħu. Xi jfisser li Marija tnisslet bla tebgħa tad-dnub oriġinali? Dan ifisser li ġiet ppreservata middnub ta’ Adam u Eva u tnisslet bl-ikbar intimità u għaqda ma’ Alla. Mhux ta’ b’xejn mela li f’Marija naraw il-glorja t’Alla, dik li hi mimlija bil-grazzja. Dik li hi l-ewwel frott tar-redenzjoni ta’ Kristu. Id-dnub hu distakkat minn Alla, imma f’Marija ddnub m’għandux postu, għaliex hija qegħda tassew f’għaqda perfetta ma’ Alla. Hija ġiet magħżula sabiex tkun Omm il-Feddej. Kien hemm bżonn li titnissel qaddisa sabiex trawwam fiha littarbija Ġesu`. Din l-istorja ta’ mħabba ħija inizjattiva ta’ Alla. Sa mill-eternità Alla għażel biex tkun Omm Ibnu, waħda minn ulied Iżrael, tfajla Lhudija minn Nażaret talGalilija: “xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David. Din ix-xebba kien jisimha Marija.” (Lq 1:26-27). Marija tnisslet l-ewwel fil-moħħ ta’ Alla. Alla, li sa minn qabel lemaħ il-kobor ta’ din il-mara ta’ Iżrael. Il-missjoni ta’ Marija tħejjiet ukoll minn diversi persunaġġi flAntik Testment sepeċjalment meta nħarsu lejn xi wħud millpersunaġġi nisa. Dan narawh ukoll fil-Ġenesi 3:15: “U jien, inqajjem mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha, u hu jisħaqlek rasek u int tisħaqlu għarqubu”, f’Sara li Alla jbierek il-wild tagħha, fl-istorja ta’ Samwel u Ġwanni l-Battista. Marija tnisslet minn familja liktar safja u ta’ mħabba, dik kif jurina l-ktieb apokrifu ta’ San Ġakbu, il-Proto-evanġelju tiegħu, fejn Marija tnisslet frott tal-imħabba li tant kienu ilhom jistennew il-ġenituri tagħha Sant’Anna u San Ġwakkin. Dik li kienet fost iċ-ċkejknin ta’ Iżrael ġiet magħżula sabiex tkun Omm il-Feddej, ġiet mogħtija minn Alla doni li jixirqu lilluffiċċju għoli tagħha. Il-ġamar li kien qed jinħema fl-istorja, sar dawl għad-dinja kollha fil-persuna ta’ Marija. Kien għalħekk li l-anġlu fit-tħabbira tiegħu, isellem lil Marija “mimlija bilgrazzja” (Lq 1:28). Il-Knisja ntebħet matul iżżminijiet li Marija mimlija bilgrazzja ġiet mifdija sa mit-tnissil tagħha kif tgħid id-Domma tatTnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija fil-Bolla “Ineffabilis Deus” tal-Papa Beatu Piju IX fl1854: “L-Imqaddsa Verġni Marija sa mill-ewwel mument
tat-tnissil tagħha, bi grazzja u favur singulari ta’ Alla li jista’ kollox, f’ġieh il-merti magħrufin minn qabel ta’ Ġesu’ Kristu, isSalvatur tal-bnedmin kollha, kienet għal kollox ħielsa minn kull tebgħa tad-dnub tan-nisel”, wara li fl-1849 kien ħareġ lenċiklika tal-Immakulata Kunċizzjoni ‘Ubi Primum’. Din id-domma ġiet imfakkra mill-Knisja ħamsin sena wara, fl1904 fl-Enċiklika ‘Ad Diem illum Laetissimum’, fl-1954 mill-Papa Piju XII fil-‘Fulgens Corona’ u fil-Konċilju Vatikan II
Madonna bħala l-verġni bla tebgħa (bil-grieg: ‘parthenos agne’). B’rabta mal-qdusija talMadonna u l-ħelsien tagħha għal kollox minn kull tebgħa taddnub, it-tradizzjoni tal-lvant tuża t-titlu grieg ta’ ‘Panamonos’. San Ġustinu Martri u Filosofu (miet 165 A.D.) jgħidilna: “Eva hija lomm tal-umanità midinba, Marija bl-ubbidjenza saret Omm il-bnedmin mifdija. Marija hija lġenna verġinali mħarsa missaħta ta’ Alla” (ara Djaloġi 100). San Irinew ta’ Lyon (miet 202 A.D.) jgħid: “L-għoqda tad-
“Xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David. Din ixxebba kien jisimha Marija” fil-‘Lumen Gentium’ fin-numru 59. Insibu wkoll l-Ittra Appostolika ‘Alma Parens’ talPapa l-Beatu Pawlu VI fl-1966. Missirijiet il-Knisja tal-Lvant isejħu lil Omm Alla ‘Panaghia’, dik li hi kollha kemm hi qaddisa; u jqimuha bħala dik li kienet ħielsa minn kull tebgħa ta’ dnub għax qisha magħġuna millIspirtu s-Santu u magħmula ħolqien ġdid. Skrizzjoni bikrija nisranija tat-tieni seklu b’rabta mal-Isqof ta’ Hierapolis, Abercius, titkellem dwar il-
diżubbidjenza ta’ Eva nħallet blubbidjenza ta’ Marija, dak li rabtet Eva bin-nuqqas ta’ fidi tagħha, ħallitu Marija bil-fidi tagħha.” San Epifanju ta’ Ċipru (310404) jgħid li Marija kienet dik innagħġa immakulata li nisslet ilĦaruf Ġesu’. San Amfilokijus ta’ Ikonju fir-raba’ seklu jgħidilna li Marija hija dejjem verġni u mingħajr ħażen. Għandna fuq kollox id-domma tat-Theotokos, Marija Omm Alla, fil-Konċilju ta’ Efesu nhar it-22 ta’ Ġunju tas-
sena 431. San Efrem, San Ambroġġ, Santu Wistin, San Massimu ta’ Turin u San Indrija ta’ Kreta għallmu l-istess tagħlim dwar Marija Immakulata. Hija sSantwarju Qaddis tal-Ispirtu sSantu, kif jgħidilna San Ġwann Dammaxxenu. San Ġermanu ta’ Kostantinopli (635-733) jindirizza lill-Madonna bit-titlu ‘l-Iktar Immakulata’ (bilgrieg: panachrante). L-Imperatur Biżantin Ljun IV il-Filosofu (896-903) ried li l-festa ta’ Marija Immakulata tinxtered fl-imperu kollu tiegħu. Fil-fatt din il-Festa
tal-Kunċizzjoni diġà nsibuha filkunventi tal-Palestina sa misseklu tmienja. Il-festa talKunċizzjoni fit-8 ta’ Diċembru nsibuha wkoll fid-9 seklu filmonasteri benedettini ta’ Winchester u Worcester imwaqqfin minn Etelwold. Fissena 1139 insibu l-Festa talKunċizzjoni f’Lyon, fi Franza. Insibu l-Benedittin Eadmer ta’ Canterbury li kiteb it-trattat dwar l-Immakulata ‘Tractatus de conceptione Sanctae Mariae’ fl-1141. Insibu wkoll il-festa talImmakulata fil-monasteru ta’ St. Albans fl-Ingilterra fis-sena 1146. San Anselmu (1033-1109) jgħidilna li Marija hi verament imlibbsa bil-kwiekeb, hi vera-
9
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
minn Fr Charles Buttigieg
ment dawl għall-ħolqien, hi barka li jitbierek biha kulħadd: “Bik mhux biss il-ħolqien jitbierek mill-Ħallieq iżda wkoll il-Ħallieq jitbierek mill-ħolqien. Alla nissel lil dak li bih sar kollox. Marija welldet li dak li bih ġie salvat kollox.” Insemmu fuq kollox d-duttur tal-Immakulata, l-iskoċċiż Franġiskan il-Beatu Ġwanni Duns Scotus (1226-1308), li tkellem dwar ir-redenzjoni speċjali ta’ Marija li kienet mifdija minn qabel minn Binha Ġesu’: “Kienet ħaġa xierqa li Omm ilFeddej tkun ħielsa mill-ħakma tad-dnub u ta’ Satana sa millewwel waqt tal-eżistenza tagħha, kien fis-setgħa ta’ Alla li jagħtiha dan il-privileġġ, mela tahulha” (ara Kolossin 1:16). Is-sinodu ta’ Londra mmexxi mill-isqof Anselmu ż-żgħir (1127-1129) waqqaf il-festa tal-Kunċizzjoni fit-8 ta’ Diċembru. Il-Fanġiskani fil-Kapitlu Ġenerali tal-1263 komplew saħħew din il-festa sabiex ixerrduha mad-dinja kollha. Il-festa nsibuha meta l-Papat kien fi Franza ġewwa Avignon fis-sena 1330. It-tagħlim kompla jissaħħaħ permezz tal-Isqof martri San Pietru Pascasio fl-1300; ilMartri Raimondo Lullo fl-1315; fl-1435 Giovanni di Romiroy, imsaħħaħ f’Basilea fl-1436 fejn kien hemm il-Franġiskan Ġwanni Aymerici u l-Arċidjaknu ta’ Villaviciosa Ġwanni ta’ Segovja, Kosma l-Melode, u permezz talkonċilju ta’ Trento fl-1545 filpersuna tal-Kardinal Pacheco u l-Papa Piju V fl-1568, Pawlu V fl-1617, Gregorju XV fl-1622; ilPapa Alessandru VII bid-digriet ‘Sollicitudo Omnium Ecclesiarum’ fis-sena 1661; San Leonardu ta’ Portomaurizio; u Mariano Spada (li miet fl-1872). Jaqbel ħafna li niċċelebraw isSolennità tal-Immakulata Kunċizzjoni proprju fil-bidu talAvvent li hu preparazzjoni għal Kristu permezz tal-Ispirtu sSantu. Hekk għamlet ukoll Marija li mimlija bl-Ispirtu f’Santwarju mmakulat aċċettat lil Kristu. Din l-istorja ta’ mħabba li rajna f’Marija, Alla jagħmilha wkoll magħna għalkemm żgur b’mod differenti. Ejjew għalhekk nitfgħu l-ħarsa tagħna lejn Marija Immakulata, ejjew nintrabtu mal-ankra soda tagħha u ttama tagħna tkun zgura f’din listorja famuża ta’ mħabba.
www.maltarightnow.com
10
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
OPINJONI
Bla Triq u bla Mappa (63)
Joseph Muscat ftaħar b’pompa kbira qabel l-elezzjoni li fil-Gvern tiegħu se jkollu politiċi responsabbli u kontabbli għal egħmilhom. Lanqas hu mhu qed jerfa r-responsabbilta’ politika tiegħu
mil-lenti ta’ Analista
Joseph Muscat irrefera għaddiskors b’viżjoni li għamel ilKap tal-Oppożizzjoni b’reazzjoni għall-baġit tas-sena ddieħla bħala “l-aktar diskors negattiv ta’ Kap talOppożizzjoni”. Il-Kap talOppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista għandhom ikunu kburin li, f’dan il-każ, Joseph Muscat qed jgħajjarhom negattivi. Muscat jgħajjar lillOppożizzjoni b’negattivita’ għax qed tgħid bl-aktar mod ċar u kategoriku LE għal gideb sfaċċat, LE għall-ingann filwegħdiet elettorali, LE għannuqqas ta’ kontabbilita’ u ttrasparenza, LE għall-iffangar mit-taxxi tal-poplu, LE għal politiċi nkompetenti li qed igerfxu bla rażan waħda wara loħra. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, f’isem l-Oppożizzjoni, qed jgħid dak li l-Maltin u lGħawdxin ta’ rieda tajba jemmnu. F’għajnejn il-poplu, id-dehra ta’ Joseph Muscat qed tisfaxxa. Tilef l-awtorita’ morali. Hekk jiġrilu min jipprova jgħati mpressjoni tiegħu nnifsu mingħajr appoġġ bis-sustanza, meta kliemu jkun fieragħ u
populist. Il-gideb, in-nuqqas jew tgħawwiġ tal-verita’, ilħabi u n-nuqqas tal-irfiħ tarresponsabbilta’ politika jmorru kontra l-wegħdiet li għamel Muscat. Meta ffaċjat minn din ir-realta’, Muscat qiegħed jinġieb dahru mal-ħajt. Muscat jinsab fi stat ta’ paniku. Joseph Muscat qed jgħix fil-passat – jaġixxi bħal meta kien floppożizzjoni u mhux ta’ Prim Ministru.
Muscat mhux kredibbli F’diversi opportunitajiet matul l-aħħar tlett ġimgħat ilKap tal-Oppożizzjoni ġab fixxejn lil Joseph Muscat: ġabu għarwien, dgħajjef u, fuq kollox, mingħajr kredibbilta’. Muscat tant jinsab b’dahru malħajt bl-argumenti talOppożizzjoni li jipprova jirritalja bħat-tfal iż-żgħar. Muscat jinsab fi kriżi li ħoloq hu stess. Wara kważi sentejn il-poplu irrejalizza li bejn il-wegħdiet u l-fatti ta’ Muscat hemm baħar jikkumbatti. Għandna ħafna provi ta’ kemm Muscat huwa populist, li jgħid dak li jaħseb li jkunu jridu jisimgħu n-nies u mhux dak li suppost jgħid. Hekk għamel qabel l-elezzjoni biex jinganna u hekk qed ikom-
pli jagħmel bħala Prim Ministru. Il-fatti jitkellmu weħidhom u jixhdu l-kuntrarju ta’ dak li jgħid Muscat. Billi jfarfar minn fuqu r-responsabbilta’ politika, id-demokrazija f’pajjiża qed tiġi redikolata. Ilparoli fil-vojt ta’ Muscat li lest jerfa r-responsabbilta’ politika ma jiswew xejn għax Muscat mhux kredibbli – jgħamel loppost u ma jerfax. Maż-żmien, il-kredibbilta’ ta’ Joseph Muscat qed titnawwar u tisparixxi. Madwar xahrejn ilu ħabbar l-ittardjar tal-proġett talpowerstation li Muscat wiegħed, u stqarr li kien konvintissmu, li jkun lest sa Marzu tas-sena d-dieħla. Saħansitra rabat il-futur politiku tiegħu miegħu. Iffaċċjat b’din ir-realta’, ċaħad li wiegħed li jirriżenja jekk jittardja l-proġett. Muscat ma jitwemminx f’dak li jgħid. Wara li tħabbar l-ittardjar talproġett, fit-12 ta’ Ottubru f’Marsaxlokk Muscat wiegħed li d-dewmien fit-tlestija se jkun biss “ta’ ftit xhur, mhux ta’ snin”. Anke hawn mar żmerċ u l-kredibbilta’ tieghu kompliet nieżla. Għadhu kif tħabbar li ddewmien mistenni jkun sa madwar Ġunju 2016, ħmistax –il
xahar wara d-data mwegħda oriġinarjament; aktar milli ftit xhur. Jista jitwemmen Joseph Muscat li jitlesta?
Responsabbilta’ politika “Nemmnu f’politika u f’politiċi ta’ responsabbilta’ u ta’ kontabbilita’. Politiċi li jirrispondu għal għemilhom u li jaraw li għemilhom ikun trasparenti”. Din kienet wegħda oħra solenni li għamel Joseph Muscat qabel l-elezzjoni. Muscat qal mod, qed isir ieħor. Ir-responsabbilta’ u l-kontabbilta’ politika qed jisparixxu għax Muscat tilef il-kontroll. Id-demokrazija fiha ħafna tifsiriet, implikazzjonijiet u konsegwenzi iżda l-kontabbilita’ u r-responsabilta’ politika huma ngredjenti fondamentali. F’demokrazija, min jiggverna jinżamm kontabbli u responsabbli. Joseph Muscat ftaħar b’pompa kbira qabel l-elezzjoni li fil-Gvern tiegħu se jkollu politiċi responsabbli u kontabbli għal egħmilhom. Lanqas hu mhu qed jerfa r-responsabbilta’ politika tiegħu. Fl-aħħar ġranet ħarab mir-responsabbilta’ tiegħu ta’ Prim Ministru meta ma aġixxiex fil-konfront talMinistru Manwel Mallia li,
min-naħa tiegħu, ma refax irresponsabbilta’ politika talgħemil ta’ persuna tal-fiduċja tiegħu. Li jkeċċi lill-Ministru talIntern u s-Sigurta’ Nazzjonali hi t-tieni l-akbar sfida li qed iħabbat wiċċu magħha Joseph Muscat matul il-21 xahar li ilu Prim Ministru. L-ewwel sfida kienet li jirriżenja, kif wiegħed, jekk il-powerstation ma tkunx lesta sa erba' xhur oħra. Dik lisfida tilifha. Meta wiegħed li jirriżenja, Muscat kien qed jinganna, kien qed jilgħab għallgallarija. Issa għandu sfida ġdida: li jkeċċi lill-Ministru Manwel Mallia. Jidher li Muscat se jitlef din l-isfida wkoll. Il-kredibbilta’ u r-responsabbilta’ politika ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru qed jevaporaw. Muscat tilef kull kredibbilta’. Muscat ma jistax jitwemmen f’dak li jwiegħed u f’dak li jgħid. Inganna lill-poplu meta wiegħed il-kontabbilta’, l-irfiħ tar-responsabbilta’ politika u lkultura tar-riżenji. Fil-Gvern qed jagħmel il-kontra ta’ dak li kien jgħid fl-oppożizzjoni. Muscat jinsab skomdu u dahru mal-ħajt għax l-Oppożizzjoni kixfitlu l-ingann tiegħu.
www.maltarightnow.com
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
Fabbrika tal-gideb
Qabel l-elezzjoni Muscat wiegħed li se jneħħilna ‘l-fabbrika talkanċer’. Apparti li din għadha hemm – u jidher li hemm se tibqa’– li ma qalilniex Muscat kien li minflok, se jkollna fabbrika tal-gideb. L-akbar eżempju ta’ dan huwa l-każ ta’ Manwel Mallia, li fih il-Ministru talIntern u s-Sigurtà Nazzjonali, u issa anke l-Prim Ministru, qed jinqabdu f’gidba, wara gidba, wara gidba...biex jippruvaw jgħattu l-gideb tagħhom stess.
Ir-recordings prova ċara tal-cover-up Jekk qatt kien hemm xi dubju kemm dan verament kien cover-up, din toħroġ mit-transcripts li xxandru nhar il-Ġimgħa, tat-telefonati li saru bejn il-mument li fih Paul Sheehan fetaħ in-nar fuq sewwieq Skoċċiż, u l-ħin li fih ħarġet il-famuża stqarrija tad-DOI li kienet tiddeskrivi dan linċident bħala wieħed ta’sempliċi ‘hit and run’li fih ġew sparati biss ‘tiri ta’ twissija’. Li ma kienx, fil-bidu nett, għall-media tagħna, dak li ġara verament fid-19 ta’ Novembru ma ħariġx fil-beraħ. Bl-istess mod, kieku ma kienx għall-media, għadhom mistura d-dettalji dwar it-tbagħbis tal-evidenza fix-xena tar-reat: il-każ tal-low-loader, il-ġbir tal-iskrataċ, il-filmat miġbud minn żewġ nisa li ntalab minn xi ħadd ‘misterjuż’. Probabbilment, li ma kienx ukoll għall-media, kieku s’issa ħadd ma tressaq mixli b’attentat ta’ qtil. U kieku għadna ma nafux li Manwel Mallia u Sheehan kienu ilhom jafu lil xulxin. U bl-istess mod, issa kellna nerġgħu nkunu aħna li niżvelaw it-telefonati li saru bejn diversi persuni dakinhar tal-każ.
Cover-up li jinvolvi ħafna persuni Episodju ieħor f’din l-istorja, li jixkef gidba oħra minn kullana ta’ gideb li fihom inqabdu l-gvern u l-Ministru Mallia, li l-għada – wara li nduna li nqabad – kellu jammetti li dawk li spara x-xufier tiegħu ma kienu tiri fl-ajru xejn. Imma agħar minn hekk, dawn it-telefonati issa jimplikaw aktar nies, li jidher ċar li kienu jafu sew x’ġara, fil-minuti eżatt wara l-isparatura, u ħbew il-verità. F’dan l-istadju, minbarra l-Ministru Mallia, lanqas il-pożizzjoni tal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit, u ta’ Kurt Farrugia, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru – li t-tnejn kienu nvoluti f’din is-sensiela ta’ telefonati – m’għadhom tenibbli. Sa fejn kien jaf il-Prim Ministru? Ma’ dawn, wieħed jistaqsi wkoll x’kien jaf il-Prim Ministru. Sa fejn kien infurmat Joseph Muscat? U fi xħin ġie nfurmat? Żgur li l-Kelliem uffiċjali tiegħu ma ħallihx fil-għama. U kif kien f’kuntatt kontinwu malMinistru u mal-Kap tal-Korp, b’mod jew ieħor, żgur li kien qed jaġġorna wkoll lill-PM b’dak li kien qed jiġri. Sakemm il-PM ma jilqax l-isfida talOppożizzjoni u jippubblika l-logs tat-telefonati personali tiegħu dakinhar, jibqgħu d-dubji li Muscat ukoll huwa kompliċi f’dan il-cover-up. Minn cover-up għal frame-up Hi sfortuna li f’dawn l-intriċċi kollha, biex ħaddieħor ikompli jgħatti xturu, jidher li se jerġa’ jeħel iż-żgħir. F’din il-leġiżlatura diġà esperjenzajna ċirkostanzi meta l-Gvern l-ewwel jgħaffiġha, imbagħad xħin jinduna li nqabad, iwaħħal f’ħaddieħor...jitfa’ t-tort fuq il-ħaddiema taċĊivil. U jidher li l-istorja se tirrepeti ruħha. Minn cover-up, dan se jinbidel fi frame-up...u se jinstab scapegoat.
Biex jiskolpa lilu nnifsu, isib ħaruf tas-sagrifiċċju Il-ħaruf tas-sagrifiċċju f’dan il-każ jidher li se jkun is-Surġent li tressaq il-Qorti – u jekk ma tridx intbagħat il-Ħabs ta’ Kordin – għax allegatament bagħbas mal-evidenza. Imma kif jgħid il-Malti, il-ħuta minn rasha tinten. Dan il-każ hu mdawwar minn sensiela ta’ gideb li joriġinaw minn fuq. Allura, ir-responsabbiltà għandha tintrefa’ minn fuq. S’issa l-Ministru ma jridx jerfa’ r-responsabbiltà politika u jirrizenja, ladarba l-PM ma jridx ineħħih hu. Nisperaw li issa ma jiġix jgħidilna li qed jinvestiga, kif wara kollox għamel diġà fil-passat, lil min qed joħroġ l-informazzjoni sensittiva u jwassalha lill-media. Għal dan żgur li mhu se jsib l-ebda oppożizzjoni mill-Pulizija. Għax wara l-ftehim li ddaħħal minn wara dahar kulħadd li poġġa t-tmexxija tal-Korp għad-diskrezzjoni tiegħu u tal-Gvern, min se jażżarda jipprova jwaqqfu?
11
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
Il-każini għandna bżonn nużawhom aħjar
Jien xejn ma kont ħadt gost meta sirt naf li l-programmi fuq Radio 101 u NET TV kienu se jinbidlu. Imma jkolli nammetti li l-bidla kienet suċċess, anke jekk forsi nixtieq li jkun hemm aktar programmi politiċi. Naħseb li għandna bżonn ta’ aktar preżentaturi bħal David Thake, li saħanistra qed jerġa’ jsemmagħlna l-clips li jikxfu l-gideb ta’ Joseph Muscat u sħabu. Hemm bżonn infakkruhom lin-nies x’wiegħed u x’għamel dan ilGvern wara li daħaq b’ħafna nies u rebaħ l-elezzjoni li għaddiet. Fejnhom il-mediċini wara biebna? Lanqas sa l-ispiżerija għadhom ma waslu, aħseb u ara sad-dar! Fejn hu ż-żejt li skont Joe Mizzi diġà kien jaf fejn hu qabel l-elezzjoni? Lanqas f’wiċċhom ma baqagħlhom żejt dawn! Kulħadd imaqdar it-trasport pubbliku, imma għal Joe Mizzi kollox miexi fuq ir-rubini. Issa anke l-famuża powerstation nafu li se ssir aktar minn sena tard, u sadanittant inkomplu
25 sena ilu f’In-Nazzjon
nimirdu bil-kanċer. Residenti ta’ Marsaxlokk, issa ħadulkom ilvot u għalissa m’hemmx bżonnkom iżjed. L-isptar għadu li kien, jibagħtu għalik fid-9am u sas-1pm għadek hemm u ma rak ħadd, għax dejjem jaqgħu lura, u povri aħna lpazjenti għax nibqgħu nistennew sigħat sħaħ għal viżta ta’ 10 minuti. X’sar minnhom it-trasparenza u l-meritokrazija li tant issemmew qabel l-elezzjoni? Nistgħu nibqgħu sejrin hekk, u għalhekk naħseb li għandna nużaw il-każini tagħna aħjar. U dan proprju jġibni għall-punt li diġà ktibt fuqu lil Dr Simon Busuttil fis-27 ta’ Mejju li għadda. Kif jista’ jkun li meta dan il-Gvern għaddej minn perjodu diżastruż bħal dan, ma tarax kartellun wieħed mal-faċċati tal-każini tagħna biex ifakkru lill-poplu fuq din is-sitwazzjoni tal-biki? Din għandha tkun inizjattiva ta’ kull Kumitat, bħalma kien isir żmien ilu mal-faċċata tal-każin tal-Furjana. Hemm xalata ta’ punti li jistgħu jikkritikaw lill-Gvern ilKumitati tagħna, u b’hekk anke l-laburisti tal-lokali, li ssoltu jaqraw l-Orizzont biss, jibdew jaqrawhom. Mario A Farrugia Ħaż-Żabbar
Is-Solar Panels
Nixtieq nistaqsi jekk ilgvern preżenti hux jaħseb f’dawk il-familji li ma jistgħux iwaħħlu solar panels – anke jekk jixtiequ – għax m’għandhomx bejt, f’dawk li ma jistgħux iwaħħlu pannelli solari għax hemm il-periklu li ta’ ħdejhom se jibni dalwaqt jew jista’ jibni u jitfa’ d-dell fuq il-bjut tagħhom, u fil-vittmi tal-permessi eċċessivi talMEPA li wara li waħħlu ssolar panels lanqas ħadu lura li nvestew għax tela’ bini u tfielhom ir-raġġi tax-xemx biddell. Il-gvern lest li dawn il-kategorji ta’ nies jibda jitkellem għalihom ukoll? Għal min ikun f’din is-sitwazzjoni tkun aħbar tajba jekk ilgvern iwiegħed li jgħin lil dawn in-nies biex huma wkoll ikollhom solar panels jekk jixtiquhom, jew jagħtihom iċ-ċans jirrijallokaw dawk li diġà waħħlu fuq bjut alternattivi. Hawnhekk naturalment jeħtieġ possibiltà teknika biex dan ikun jista’ jsir. Pero’ il-gvern jista’ jara kif xorta dawn il-familji l-investiment li għamlu ma jitilfuhx. A Vella Il-Mosta
Il-ġurnal ‘in-Nazzjon tagħna’ rrapporta kif f’konferenza talaħbarijiet is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Austin Gatt giddeb lill-Partit Laburista u lill-mexxej tiegħu l-Kap talOppożizzjoni Karmenu Mifsud Bonnici dwar l-istedina li l-Partit Soċjalista għamel lill-PN biex jieħu sehem f’manifestazzjoni għall-paċi li saret waqt li kien għaddej is-Summit bejn Bush u Gorbachev f’Malta. Karmenu Mifsud Bonnici kien imgiddeb ukoll mid-dinja kollha dwar il-kummenti li għadda dwar l-istess summit meta ddeskrivih bħala non-event – kumment li qanqal ukoll stmerrija internazzjonali għax ħadd ma stenna li Kap tal-Oppożizzjoni tal-pajjiż li ospita dawn it-taħditiet jitkellem b’dan il-mod.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
www.maltarightnow.com
INTERVISTA
Fl-isfond tat-triloġija ‘Hekk tħabbat il-Qalb Maltija’ (130)
13
Insiru Nafu Min Aħna
It-tagħlim huwa l-għarfien tar-regoli li bihom il-bniedem jgħix tajjeb u ma jagħmilx ħsara lil kulma hemm madwaru
it-tagħlimiet fuq il-bank bikri taliskola u tal-Università, aktarx li jgħix ħajtu kollha u jmut mingħajr ma jkun kisibhom. Aħna lkoll aħna prodott ta’ dawn iż-żewġ kawżi kbar: in-Natura u l-Kultura. In-Natura hi dak kollu li jagħmilna bnedmin: il-karattru, it-temperament, il-kwalitajiet mitwielda. Il-Kultura hi kulma aħna nitgħallmu minn meta nitwieldu. Tarbija li għadha kemm twieldet issa hi prodott tan-Natura (bħal tarbija, li għadha ma messet ma’ xejn), imma minnufih tibda ssir prodott tal-Kultura. Kif? Malli titwieled, it-tarbija tingħata lħarsien u kulma toffri s-soċjetà li hi tkun twieldet fi ħdanha. Mela: hemm differenza bejn ilkultura li titwieled fiha tarbija sinjura, fi ħdan familja komda, għanja, u l-kultura li titwieled fiha tarbija fqira, nieqsa minn kollox. Fi kliem ieħor, dak kollu li tagħtina l-Kultura jintiseġ ma’ dak kollu li tagħtina n-Natura. U x’taħseb li qiegħed jiġri fl-edukazzjoni ta’ żmienna? L-Iskola ma għadhiex l-aktar
istituzzjoni importanti fil-ħajja tal-istudenti. Hekk ukoll forsi lfamilja stess. L-iskola ma għadhiex prominenti daqskemm kienet sa ftit snin ilu. L-internet u l-mezzi tal-komunikazzjoni jikkompetu magħha u jistgħu jħallu effett wisq aktar qawwi mill-iskola.
Inti qiegħed tirreferi, bħal drabi oħra, għad-dimensjoni morali tal-edukazzjoni. Iva. It-tagħlim huwa l-għarfien tar-regoli li bihom il-bniedem jgħix tajjeb u ma jagħmilx ħsara lil kulma hemm madwaru. Għalhekk il-kundizzjoni ta’ pajjiż tiftiehem l-aħjar jekk wieħed janalizza x’qiegħed jiġri fl-iskejjel. Il-korp tal-għalliema fil-pajjiż hu l-aqwa ġemgħa ta’ nies li jistgħu jinterpretaw lirrealtà ta’ żmienna. Għala sikwit naraw il-qerda tal-ambjent, u t-twarrib ta’ kulma hu sabiħ u tajjeb fil-pajsaġġ Malti? Ħadd ma jista’ jħobb xi ‘ħaġa’ li hu ma jafhiex, jew jafha ftit li
xjen. L-Iskola Maltija hi l-post fejn nitgħallmu napprezzaw lillpajjiż li ngħixu fih. Jekk lil pajjiżna ma nafuhx, ma nistgħux inħobbuh. Storja, pajsaġġ, ambjent, drawwiet tajbin. Dawn huma wirt li jista’ jintilef matul is-snin.
Jiġifieri l-edukazzjoni ma hix biss il-ħila li biha tkun tgħallimt tagħmel xi ħaġa...Fi kliem ieħor, mela, l-iskop tal-istudju jmur ħafna lil hinn mill-istudju stess. Meta qiegħed titgħallem il-lingwa, inti qiegħed tiskopri l-kapaċità tiegħek li tlissen il-kliem biex titkellem ma’ xi ħadd ieħor. X’inhu l-iskop tal-istudju , mela? Semmejna r-rispett, li jfisser li l-maħluq ikollu relazzjoni tajba mal-ħolqien. Il-kultura favur ilpaċi toħroġ minn dan kollu. LIngliż, il-Malti, kull ilsien ieħor... dawn huma biss mezzi li bihom nesprimu ruħna u nikkomunikaw, u xejn aktar. Sikwit nisimgħu lil min jgħid li l-kompjuter għad
jeqred lill-ktieb. Taqbel ma’ dan il-ħsieb? Hu diskors li ilu jingħad madwar għoxirn sena sħaħ. Jien ukoll naħseb li l-kompjuter, fost l-oħrajn, jista’ jeqred il-ktieb – jekk ma jinstabx il-kompromess bejn iżżewġ invenzjonijiet kbar talktieb u tal-kompjuter. Imżewġin flimkien, iż-żewġ mezzi sikwit iroddu riżultati mill-aqwa, l-aktar fil-qasam xjentifiku. Ninsabu fl-era diġitali, fl-epoka tal-immaġni, postletterarja. L-effetti ta’ bidla mill-qiegħ bħal din imissu lil kull qasam tal-għajxien, u qabelxejn lill-edukazzjoni. Il-ktieb ma jistax jitwarrab għaliex l-informatika ma hix maħsuba li tkun minfloku, imma li tkun ħdejh, takkumpanjah. Hawn tidħol illiġi tal-bilanċ, tal-qies. Hi kwistjoni ta’ pjanifikazzjoni għaqlija fi ħdan sistema ta’ tagħlim li, anki fi żminijiet differenti u ġodda, għandha dejjem l-istess skopijiet. Ir-rispett u dak kollu li jiddependi minnu – jiġifieri kollox, minn kelma sa gwerra.
Il-Kultura hi kulma aħna nitgħallmu minn meta nitwieldu. Tarbija li għadha kemm twieldet issa hi prodott tan-Natura (bħal tarbija, li għadha ma messet ma’ xejn), imma minnufih tibda ssir prodott tal-Kultura. Kif? Malli titwieled, it-tarbija tingħata l-ħarsien u kulma toffri s-soċjetà li hi tkun twieldet fi ħdanha
www.maltarightnow.com
14
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Ma kienux jafu li kien hemm it-tieni ostaġġ Il-JEMEN
L-EĠITTU: L-Ambaxxata tar-Renju Unit fil-Kajr li lbieraħ għalqet għall-pubbliku minħabba raġunijiet tassigurta mingħajr ma ngħataw aktar dettalji mill-Gvern f’Londra. (Ritratt: EPA)
Twissija dwar l-ISIS fil-Libja L-UNJONI EWROPEA
Gilles de Kerchove, ir-responsabbli tal-Unjoni Ewropea għal ħidma kontra t-terroriżmu, wissa li l-preżenza tal-ISIS fil-Libja tista’ tinfirex aktar. Hu qal dan waqt intervista li ta lill-istazzjon Al Arabiya. Hu saħaq ukoll dwar it-theddida ta’ Musulmani li huma ċittadini ta’ pajjiżi Ewropej u wissa li filBelġju –fejn hemm is-sede kemm tal-Unjon i Ewropea kif ukoll tan-NATO –30 fil-mija talGħarab li jużaw l-Internet urew appoġġ għall-ISIS. Hu qal li kien hemm tħassib
għall-effetti tas-sitwazzjoni filLibja fuq l-Eġittu imma qal li s’issa ma kienu approvati ebda miżuri biex titrażżan it-theddida. Ġellieda tal-ISIS ix-xahar li għadda kienu dikjarat lill-belt ta’ Derna fil-Lvasnt tal-Libja bħala parti mill-imperu tal-ISIS. Ftit talġranet ilu l-militar Amerikan stqarr li l-kampijiet tat-taħriġ talISIS fil-Libja kienu qed ifaqsu u filwaqt li dan kien lok ta’ tħassib, ma kien hemnm ebda intenżjoni li jsiru attakki mill-ajru kontrihom. Sadattant fi żviluipp ieħor, qed jiżdiedu l-indikazzjonijiet li l-
Gvern Libjan bażat f’Tobruk għandu l-intenżjoni li jaħtar lillĠeneral Khalifa Hafter bħala lkmandant tal-Armata Libjana Haftar bħalissa qed imexxi loffensiva ewlenija kontra l-militanti Iżlamiċi fil-Libja imma hu mhux parti mill-Gvern fl-eżilju Libjan. Fil-bidu li feġġ fix-xena f’Mejju, kien hemm ħafna filGvern Libjan li ħaduha kontriħ. F’Novembru tħabbar li l-offensiva li kien qed imexxi kienet taħt il-kappa tal-Armata nazzjonalim Libjana u ftit wara tħabbar li hu reġa ddaħħal fl-Armata Libjana.
It-truppi speċjali Amerikani li ppruvaw issalvaw lill-ġurnalist Luke Somers mill-al-Qaeda filJemen ma kienux jafu li kien hemm ostaġġ ieħor miżmum miegħu. Kemm Somers kif ukoll Perre Korkie, mill-Afrika t’Isfel, inqatlu mill-militanti matul irrejd. Wara li sar magħruf li kien sar ir-rejd, l-organizazzjoni karitatevoli li kien jaħdem magħha Korkie ħabbret li hu kellu jinħeles illum wara li tħallas raħan. Iżda uffiċjali Amerikani qalu li huma ma kienux jafu li Korkie kien qed jinżamm ma’ Somers u
r-rejd sar għaliex huma kellhom indikazzjoni li l-ostaġġ Amerikan kien se jinqatel minn ħin għall-ieħor. Sadattant sar magħruf li madwar 40 suldat ħadu sehem flattakk li sar wara attakki biddrone fiz-zona. Jidher li t-truppi speċjali Amerikani mxew madwar għaxar kilometri sal-post fejn kienu qed jinżammu lostaġġi u kienu waslu sa 100 metru mill-post meta jidher li kollox inkixef minħabba kelb li beda jinbaħ. Ir-rejd b’kollox dam 30 minuta u ż-żewġ ostaġġi mietu mill-feriti li ġarbu mit-tiri tal-militanti.
www.maltarightnow.com
15
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Kate u William jmorru New York L-ISTATI UNITI
Id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, ilbieraħ marru New York għal żjara ta’ tlett ijiem fejn fost l-oħrajn se jkollhom laqgħa mal-President Barack Obama apparti żjara fil-post fejn ilWorld Trade Center. Il-Prinċep William se jmur Washington biex jiltaqa’ ma’ Obama kif ukoll mal-Viċi President Joe Biden waħdu filwaqt li martu se tibqa’ f’New York. Hawn il-Prinċep se jagħmel ukoll diskors kontra lkaċċa illegali tal-annimali waqt
konferenza organizata mill-Bank Dinji. Il-koppja mhux qed tivjaġġa bit-tarbija tagħhom George u Kate hi tqila bit-tieni tarbija talkoppja. Waqt li jkunu l-Istati Uniti, ilkoppja wkoll se jattendu għal serata fi New York fejn 15-il koppja sinjura ħallsu tal-anqas 23,000 Lira Sterlina biex jattendu għaliha. Il-flus li jinġabru se jintużaw biex igħinu kawżi li għandhom għal qalbhom il-koppja.
IL-MESSIKU: Parti mill-parata li saret f’Mexico City biex tfakkar il-100 sena tad-dħul fil-kapitali Messikana ta’ Francisco Villa u Emiliano Zapata waqt ir-rivoluzzjoni Messikana u li waslet għal bidla kbira fl-Amerika t’Isfel. (Ritratt: EPA)
Ġlied f’Ateni Il-GREĊJA
Ġlied fit-toroq ta’ Ateni matul il-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd wara d-dimostrazzjoni li saret biex tfakkar il-mewt sitt snin ilu ta’ Alexis Grigoropoulos mill-Pulizija. (Ritratt: EPA)
Aktarx Mugabe jċedi l-poter lil martu IŻ-ŻIMBABWE
Kollox qed jindika li wara tmexxija ditattorjali ta’ 34 sena, Robert Mugabe, li għandu 90 sena, qed illesti biex iċċedi lpoter lil martu Grace, li għandha 49 sena. Dan hekk kif qed jikbru l-għajdut li hi se tinħatar Viċi President tal-pajjiż. Pass li jekk jitwettaq mistenni jqajjem agħa sħiħ fil-pajjiż, li hu mdorri kważi għal kollox minn Mugabe, u li jista’ anki joħloq problemi interni kbar fil-partit tiegħu z-ZANU-PF. F’dawn l-aħħar xhur, Grace Mugabe splodiet fix-xena politika u fid-diskorsi tagħha, mira ewlenija qed tkun Joice Mujuru, il-Viċi President attwali.
Osservaturi qalu wkoll li hi għandha ilsienha ħażin ħafna imma minkejja t-tġerġir kollu, hemm possibbilta kbira li jekk isir elezzjoni tkun eletta. Apparti li ħafna ma jridux li jkun hemm trasferiment tal-poter ta’ dan it-tip, hemm ħafna partitarji ta’ Mugabe li qatt ma ħafrulha talli kienet marret ma’ Mugabe. Grace kienet is-segretarja tiegħu u kienet miżżewwġa, u Mugabe kien qed ikollu relazzjoni magħha meta kien għadu miżżewweġ lil Sally Mugabe li mietet ftit wara. Apparti minnhekk, hi magħrufa għal kemm tonfoq flus fuq affarijiet lussużi.
Matul il-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd kien hemm ġlied qalil fit-toroq ta’ Ateni. Dan wara protesti biex jitfakkar il-qtil sitt snin ilu ta’ żagħżugħ li kien qed jaħrab millPulizija. Matul il-ġlied il-Pulizija sparat il-gass tad-dmugħ hekk kif follol ta’ żgħażagħ wadbu bombi tal-petrol u kisru ħwienet u karrozzi. Ħafna mill-ġlied kien lokaliżat fl-inħawi madwar il-Parlament għalkemm kien hemm ukoll inċidenti serji fid-distrett ta’ Exarcheia, fejn fl-2008 kien inqatel Alexis Grigoropoulos – il-qtil li kien qed jitfakkar fid-dimostrazzjoni. Organizzaturi qalu li madwar 10,000 persuna attendew iddimostrazzjoni u kienet biss parti żgħira li qalgħet l-inkwiet. Saret
ukoll dimostrazzjoni fit-tieni lakbar belt Griega, Thessaloniki u hu stmat li hawn attendew madwar 6,000 persuna. Il-Pulizija ta’ kontra l-irvellijiet Griegi kienu fuq l-allert għal dan l-anniversarju li din is-sena ħa signifikat aktar. Dan peress li saret dimostrazzjoni ta’ appoġġ anki ma’ Nikos Romanos ta’ 21 sena li qed jisskonta piena l-ħabs. Romanos kien aċċettat biex jisstudja l-universita imma x-xahar li għadda beda strajk tal-ġuħ wara li l-awtoritajiet irrifjutaw li jħalluħ joħroġ mill-ħabs biex jisstudja. Romanos kien ma’ ġenb Grigoropoulos meta nqatel – inċident li dak iż-żmien ukoll kien qanqal protesti vjolenti fil-Greċja.
L-ITALJA: Żewġ qtates tar-razza Sphynx waqt l-International Cat Exhibition f’Firenze. (Ritratt: EPA)
18
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
It-tifun iħalli ħerba IL-FILIPPINI
Il-Lvant tal-Filippini beda bilmod jirkupra mill-qilla tat-Tifun Hagupit. Maltemp li wassal biex madwar nofs miljun persuna jaħarbu minn djarhom hekk kif dawn kienu għadhom qed jippruvaw jirkupraw mill-qilla tatTifun Haiyan li laqat l-istess zona s-sena li għaddiet. F’Tacloban, fejn minħabba Haiyan is-sena li għaddiet eluf kienu nqatlu, reġa’ kien hemm ħerba kbira imma sa tard ilbieraħ ma kienx hemm rapporti ta’ vittmi. In-nuqqas ta’ vittmi aktarx kien kemm għaliex il-maltemp
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
ma kellux l-qawwa li ħafna kienu qed jistennew kif ukoll għaliex lawtoritajiet din id-darba kienu preparati aktar mis-sena li għaddiet. Fattur ieħor kien li ma kienx hemm xita qalila u għalhekk inqas valangi għalkemm ir-riħ xorta għamel ħafna ħsara. It-Tifun Hagupit qanqal riħ li laħaq il-qawwa ta’ madwar 200 kilometru fis-siegħa u qaċċat siġar, soqfa ta’ djar u arbli talelettriku bil-konsegwenza li ħafna djar spiċċaw bla provista tal-elettriku.
Attakki mill-ajru Iżraeljani IS-SIRJA
It-televiżjoni nazzjonali Sirjan u Lebaniż ilbieraħ ħabbru li ajruplani militari Iżraeljani wettqu attakki mill-ajru fis-Sirja. Jidher li fil-mira kien hemm zona qrib l-ajruport internazzjon-
ali ta’ Damasku u post fil-belt Sirjana ta’ Dimas. S’issa il-Gvern Iżraeljan m’hux qed jikkummenta dwar dawn ir-rapporti u l-awtoritajiet Sirjani ftit li xejn taw dettalji dwar fejn kien fil-mira.
Raġel jipprova jneħħi siġra li waqgħet fuq dar f’Borongan waqt it-Tifun Hagupit. (Ritratt: EPA)
Bazi militari permanenti fil-Lvant Nofsani IR-RENJU UNIT
Għall-ewwel darba mill1971, ir-Renju Unit se jerġa jkollha bazi militari permanenti fil-Lvant Nofsani. Il-bazi se tkun fil-port ta’ Mina Salman fil-Bahrain u hawn se jibdew jitrakkaw bastiment tar-Royal Navy fosthom aircraft carriers. Ir-Renju Unit qal li ilpreżenza tar-Royal Navy kienet se ssaħħaħ l-istabbilta fir-reġjun tal-Golf. Il-Bahrain se jkun qed iħallas parti kbira mit-23 miljun dollaru meħtieġa biex il-port isir bazi tar-Royal Navy Fl-1968, il-Gvern Ingliż kien ħa d-deċiżjoni li mill1971, il-bazijiet kollha Ingliżi fil-Lvant Nofsani jingħalqu. Dejjem kien hemm preżenza navali Ingliża fir-reġjun imma dan kien dejjem b’għajnuna tal-militar Amerikan. Philip Hammond, isSegretarju għallAffarijiet Barranin Ingliż, qal li din kienet se tkun waħda millbazijiet l-aktar importanti għar-Royal Navy madwar iddinjakif ukoll għall-bqija talmilitar Ingliż.
www.maltarightnow.com
19
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
KONSUMATUR
Meta tixtri fittex il-marka Trust You Din l-iskema hija volontarja imma la darba negozju jissieħeb fl-iskema għandu obbligu li josserva l-kodiċi ta’ kondotta
Wasal iż-żmien sabiħ talMilied. Ftit ġranet oħra u nkunu qed niċċelebraw ilMilied mal-familja u l-ħbieb tagħna. F’dan iż-żmien nonfqu aktar flus minħabba x-xiri tarrigali. Biex nassiguraw li nieħdu l-aqwa valur għal flusna, huwa fl-interess tagħna li nduru l-ħwienet u nfittxu laħjar offerti. Minbarra lprezzijiet, għandna nqabblu sservizz li ningħataw mingħand il-bejjiegħ u kemm dan lest li jassistina f’każ li tinqala problema bil-prodott jew servizz mixtri. Mod kif nagħmlu dan huwa billi nfittxu l-isticker talmarka Trust You fil-ħwienet li nkunu ser nixtru mingħandhom. Il-bejjiegħa li jiddeċiedu li jissieħbu f’din l-iskema jingħataw ċertifikat u stickers bil-logo tal-iskema. Dawn għandhom jiġu esibiti f’post prominenti fl-istabbiliment fejn il-konsumaturi jkunu jistgħu jarawhom. Kull sena lparteċipanti jingħataw logo ġdid bis-sena kurrenti. L-iskema Trust Mark twaqqfet mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-
Konsumatur (MCCAA) sabiex tinkuraġġixxi relazzjoni ta’ fiduċja bejn il-konsumatur u min ibigħ. Il-bejjiegħa li jissieħbu fl-iskema Trust Mark ikunu qed jimpenjaw ruħhom li josservaw il-kodiċi ta’ kondotta marbuta ma’ din l-iskema. Dan il-kodiċi jirrappreżenta ċċiklu tal-proċess tax-xiri kollu. Bejgħ jibda permezz tar-riklamar tal-prodotti jew servizzi offruti għall-bejgħ. Il-kodiċi ta’ kondotta jirrikjedi li lbejjiegħa għandhom jirreklamaw u jipprovdu informazzjoni ċara u korretta li ma tqarraqx bil-konsumatur. Il-prezz jilgħab rwol importanti ħafna fid-deċiżjoni ta’ xiri tal-konsumatur, għaldaqstant il-kodiċi jistipula li l-bejjiegħ għandu jindika/jikkwota l-prezz finali li se jħallas il-konsumatur, inkluż it-taxxi kollha. Komunikazzjoni tajba bejn il-bejjiegħ u l-konsumatur hija wkoll fundamentali. Fil-kodiċi ta’ kondotta hemm stipulat li lbejjiegħ għandu jifhem dak li għandhom bżonn il-klijenti tiegħu u jagħtihom parir. Wara li jsir il-ftehim imbagħad iseħħ ix-xiri u sservizz ta’ wara. Dan tal-aħħar
Il-parteċipanti li ma jimxux mal-kodiċi ta’ kondotta jitneħħew mill-iskema. Dawk li jitneħħew ma jitħallux jerġgħu japplikaw qabel ma jgħaddi ż-żmien ta’ sospensjoni
Odette Vella
odette.vella@mccaa.org.mt
huwa element importanti li jista’ jsaħħaħ jew ikisser ilfiduċja bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. Fil-fatt il-kodiċi ta’ kondotta jiffoka ħafna fuq is-servizz ta’ wara x-xiri. Il-kodiċi jgħid li l-bejjiegħ għandu jipprovdi servizz ta’ wara x-xiri adegwat. Il-bejjiegħ għandu wkoll jimxi ma’ dak li jkun ġie miftiehem u f’każ ta’ ilmenti għandu jara li dawn jiġu solvuti fi żmien raġonevoli. Barra minn hekk, il-bejjiegħ għandu kemm jista’ jkun jevita li l-ilmenti jitressqu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi billi jagħżel li jsib soluzzjoni xierqa permezz tal-medjazzjoni. Il-kodiċi ta’ kondotta tal-
iskema Trust You tinkuraġġixxi lil min jissieħeb fl-iskema biex jippromwovi relazzjoni tajba mal-klijenti u biex jaċċerta li lpost tan-negozju huwa aċċessibbli u sigur. Din l-iskema hija volontarja imma la darba negozju jissieħeb fl-iskema għandu obbligu li josserva l-kodiċi ta’ kondotta. L-MCCAA tagħmel moniteraġġ biex tassigura li lkodiċi qed ikun osservat. Dan il-moniteraġġ isir permezz talilmenti tal-konsumaturi li tirċievi l-Awtorità u anke permezz ta’ mystery shopping filħwienet. Il-parteċipanti li ma jimxux mal-kodiċi ta’ kondotta jitneħħew mill-iskema. Dawk li jitneħħew ma jitħallux jerġgħu japplikaw qabel ma jgħaddi żżmien ta’ sospensjoni. L-iskema hija miftuħa għal
negozji kbar u żgħar, għal min jipprovdi servizz, kif ukoll għal organizzazzjonijiet mhux governattivi li jbigħu prodotti jew joffru xi servizzi għallkonsumaturi. Biex wieħed jissieħeb f’din l-iskema jrid jimla applikazzjoni u jibgħata bil- posta flindirizz: ‘Mizzi House’, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, jew permezz ta’ emajl fuq info@mccaa.org.mt. L-iskop ta’ dan l-artiklu huwa biss li jipprovdi informazzjoni u mhux li jagħti parir legali. F’każ ta’ ilment jew bżonn ta’ aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju għallAffarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għallKompetizzjoni u l-Affarijiet talKonsumatur fuq il-Freephone 80074400.
www.maltarightnow.com
20
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
0600 0602 0755 0800 0900 0902 1000 1002 1057 1100 1155 1200 1230 1430 1500 1502 1600 1602 1657 1700 1755 1800 1830 2000 2002 2130 2230 2233 2325 0020
TV/RADJU
News Update Radio 101 Breakfast Club Obituaries/Angelus Radio 101 Breakfast Club (Cont) News In Brief Magazine 101 News In Brief Magazine 101 (Cont) Editorjal Club 101 Obituaries/Angelus News Bulletin The Big Show Hitsteria News Update Hitsteria (Cont) News Update Hitsteria (Cont) Editorjal Newsdesk Obituaries News Bulletin Replay Ikompli News Update Fuzzbox Mill-Parlament Editorjal Newsdesk (R) Marci U Bandalori (R) Music For The Night
Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:05 - Austin & Ally 06:30 - Jessie 06:55 - Sonny With a Chance 07:20 Wizards of Waverly Place 07:45 - Hannah Montana 08:10 - That’s So Raven 08:35 The Naughty List 09:25 - A Monster Christmas 10:15 - Austin & Ally 10:40 Jessie 11:05 - I Didn’t Do It 11:30 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 11:55 - Liv & Maddie 12:20 - The Adventures of Disney Fairies 12:45 - Mickey Mouse 13:00 - I Didn’t Do It 13:20 - Shake It Up! 13:45 Liv & Maddie 14:10 - Violetta 15:00 - I Didn’t Do It 15:25 - Jessie 15:50 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 16:15 - Dog With a Blog 16:40 - Good Luck Charlie 17:05 - Liv & Maddie 17:30 – Violetta 18:20 - I Didn’t Do It 18:45 - Shake It Up! 19:10 - Hannah Montana 19:35 - That’s So Raven 20:00 - The Suite Life on Deck 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 – Wolfblood 21:35 – Wolfblood 22:00 - Violetta 22:45 - The Hive 22:50 Art Attack 23:15 - Art Attack 23:40 Jungle Junction 23:50 - Jungle Junction
Nickelodeon 06:15 - The Penguins of Madagascar 06:40 - SpongeBob SquarePants 07:05 SpongeBob SquarePants 07:30 - The Fairly OddParents 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 – Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 - PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 Olive the Ostrich 10:50 - Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 - Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 - iCarly 12:55 – Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 - Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 - iCarly 17:10 Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 – Victorious 20:05 iCarly 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar: The Legend of Aang 21:20 - Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar 22:35 - The Penguins of Madagascar 23:00 - iCarly 23:25 - iCarly 23:50 Victorious Jim Jam 06:05 - Monkey See, Monkey Do 06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky &
Friends 07:05 – Rubbadubbers 07:15 - Gombby’s Green Island 07:30 Fluffy Gardens 07:40 - Noksu 07:45 – Jarmies 08:00 - Kipper 08:10 – Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 – Gazoon 08:35 – Snapatoonies 09:00 Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 Igloo-Gloo 10:20- Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 – Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 - Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 Gombby’s Green Island 14:00 Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 – Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 – Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 - Noksu 15:15 – Jarmies 15:30 - Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 – Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 See the Sea 17:35 - Monkey See, Monkey Do 17:45 - Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 - Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 – Noksu 19:20 – Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 - Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 Gombby’s Green Island 20:35 Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 - Dougie in Disguise 22:45 Slim Pig
Wheelspin – NET Television
Il-programm Wheelspin ta’ din il-ġimgħa hu mtela minn Barcelona fejn it-team ta’ Wheelspin kien preżenti għat- test drives ta’ żewġ mudelli mid-ditta Smart, il – fortwo u il- forfour. F’dan l-ewwel programm minn Barcelona inħarsu lejn il-mudell Smart fortwo, nitkellmu ma’ wieħed mid-disinjaturi ta’ din il- karozza Stefan Handt waqt li niskopru il-features ta’ sigurtá li Daimler group introduċew f’din il karozza flimkien mal-inġinier ta’ sigurtá Niels Stepper. Wheelspin għandu ripettizzjoni nhar ta' Erbgħa fil-11:30pm u l-Ħadd fil-5:10pm Il-programm għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Fleur Balzan bil-parteċipazzjoni ta’ Pierre Vella. Produzzjoni Eżekuttiva, b Right new media Ltd
TVM 06:00 - Shoe Box 06:30 - Ħbieb u Għedewwa 07:00 – TVAM 08:30 – Gourmet 09:30 - Il-Gwerra l-Kbira 10:00 - Animal Diaries 11:00 - House Hunt 11:30 – Teleshopping 12:00 – Aħbarijiet 12:10 – TVPM 15:00 – Aħbarijiet 15:05 - Ħbieb u Għedewwa 15:45 – Teleshopping 16:20 – Sandokan 16:50 - Ace lightning 17:20 - Shoe Box 17:50 - It-triq 18:00 – Aħbarijiet 18:15 – Teleshopping 18:45 Madwarna 20:00 – Aħbarijiet 20:45 – 40 Sena Repubblika 21:45 – Aħbarijiet punti ewlenin 21:45 – Reporter 23:05 – Aħbarijiet 23:35 - Ħbieb u Għedewwa.
TVM 2 07:00 - News Loop 08:30 - TVAM (r) 10:00 – Celts 11:00 - Malta u lil hinn minnha 12:30 – Valletta 13:00 – Gourmet 14:00 – Celts 15:00 – Ittriq/Twelid 15:10 - TVPM (r) 18:00 – Kontrattakk 20:00 – Dreamwrecks 20:30 – Aħbarijiet għal persuni neqsin mis-smiegħ 20:40 – Pellikola 21:10 – Madwarna 21:40 – Aħbarijiet punti ewlenin 21:45 - Frekwenzi Hiemda 22:15 - Għawdex illum 22:45 Champions League Magazine 23:15 Sports News 23:30 – Aħbarijiet finanzjarji 23:35 - Aħbarijiet bl-Ingliż
Smash 07:40 - Erġa’ Lura 08:40 – Aħbarijiet 09:00 – Ħabbejtek 10:00 Fil-Kċina ma’ Farah (r) 10:50 - TSN Teleshopping 13:00 – Ato Z Teleshopping 14:20 – Ma' Majsi 16:10 - Fil-Kċina ma’ Farah (r) 17:10 - Erġa’ Lura 17:50 - Aħbarijiet ta’ Barra 18:15 - Bingo 75 19:00 – Aħbarijiet 19:30 – Ħabbejtek 20:30 –Forum 21:30 – Dokumentarju 22:00 – Aħbarijiet 22:30 – Poker. Raiuno 06:45 – UnoMattina (Jinkludi t-Tg 1 07:30am, 8am, 9am, 9:30am, 11:00am) 10:00 - Storie vere 10:30 – A sua
immagine 10:55 – Santa Messa dalla Cattedrale di Lucca Solennità dell'Immacolata Concezione della Beata Vergine Maria 12:00 – Angelus12:20 – La prova del cuoco 13:30 – Telegiornale 14:00 – Tg 1 economia 14:05 – Dolci dopo il tiggi 14:40 – Torto o ragione? Il verdetto finale 15:55 – Omaggio di Papa Francesco Alla Statua della Madonna Immacolata 16:40 – Tg 1 16:55 – La vita in diretta 18:50 – L'eredita 20:00 – Telegiornale 20:30 –Affari tuoi 21:10 – Carosello reloaded 21:15 Francesco 23:15 – Porta a porta 00:50 – Tg 1 notte 01:25 – Sottovoce. 01:55 – Terza pagine.
Raidue 07:20 – Army wives 08:00 – Sorgente di vita 08:30 – Il Tocco di un angelo 10:00 – Tg 2 Insieme Estate / Meteo 2 / Tg 2 Insieme 11:00 – I fatti vostri 13:00 – Tg 2 giorno / Tg 2 Costume e societa 13:50 – Medicina 33 14:00 – Detto fatto 16:15 – Castle (TF) 17:00 – Supermax 17:45 – Tg Parlamento /Tg 2 flash L.I.S. 18:50 – NCIS los Angeles 19:40 NCIS – unita anticrimine 20:30 – Tg 2 21:00 – Impazienti 21:10 – La papera non fa l’eco 22:50 – Quanto manca 23:15 – TG2 notizie 00:10 – Protestantestimo 00.40 – Babylon A.D. Film 2008 02:15 – La terra degli uomini rossi. Film 2008.
Raitre 06:30 – Rassegna stampa italiana 07:00 – TRG Buongiorno Italia 08:15 – Il fidanzato della mia ragazza. Film 2010 09:35 – My sassy girl. Film 2008 11:15 – La signora del west 12:00 – TG3, Tg3 fuori TG 12:45 – Rai Cultura – speciale gap 13:20 – Il Tempo e la storia 14:00 – Tg regione/Regione meteo 15:10 –Terra nostra 2 15:55 – Aspettando geo 16:40 – Geo 19:00 - TG3 20:00 – Blob 20:15 – Tre mogli per un papà 20:35 – Un posto al sole 21:05 – Amore criminale 23:10 – Gazebo 24:00 – TG3 Linea
notte 01:15 – Fuori orario 01:25 – Retrospettiva di Leningrado.
Canale 5 06:00 – Prima pagina 07:55 – Traffico / Borse e monete 07:58 – Meteo.It / Tg 5 08:45 – 112 Cane di natale. Film 2005 11:00 - Forum 13:00 – Tg 5 / meteo.It 13:40 – Beautiful 14:10 – Centrovetrine 14:45 – Come un delfino 17:00 – Caro Babbo Natale. Film 2011 18:45 – Avanti un altro! 20:00 – Tg 5/ Meteo.It 20:40 – Striscia la notizia 21:10 – Lezioni di cioccolato 2. Film 2011 23:30 – Hostages (TF) 00:30 – X-Style motori 02:00 – Striscia la notizia 02:35 – A casa con Babbo Natale. Film 2008 Rete 4 06:50 – Zorro 07:10 – Hunter 08:05 – Cuore ribelle 2 09:30 – Carabinieri 7 10:45 – Ricette all'Italiana 11:30 – Tg 4 / Meteo.It 12:00 – Un detective in corsia 13:00 – La signora in giallo 14:00 – Lo sportello di forum 15:30 –Hamburg distretto 21 (TF) 16:35 – Amare per sempre. Film 1996 18:55 – Tg 4/ Meteo.It 19:35 – Il segreto 20:30 – Tempesta d'amore 21:15 –The untouchables – gli intoccabili. Film 1987 23:45 – Confessione reporte 00:50 – Tg 4 Night news.
Italia 1 06:10 – I maghi di waverly 06:50 – Tutto in famiglia 07:15 – Mike & Molly 08:10 – Psych 10:05 – The closer 12:05 – Cotto e mangiato 12:25 – Studio apert / Meteo.It 13:00 – Sport mediaset 14:05 – I simpson 14:35 – Futurama 15:00 - The big bang theory 15:50 – Mom! 16:45 – White collar (TF) 18:30 – Studio aperto / Meteo.It 19:20 – C.S.I. - NY ( TF) 21:10 – Johnny English – La rinascita. Film 2011 23:15 – Tika Taka 01:35 – Magazine champions league 02:00 – Sport Mediaset 02:25 – Studio aperto.
www.maltarightnow.com
21
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
TV/RADJU
Go Stars 06:50 - Ender's Game 08:45 - Clear and Present Danger 11:05 - The Office 11:30 - G.I Joe Retaliation 13:20 - The Amazing Spider-Man 15:35 - Percy Jackson: Sea of Monsters 17:20 Drinking Buddies 18:50 - Arthur Christmas :30 - The Big Bang Theory 21:00 - The Secret Life of Walter Mitty 23:00 – Dracula 00:30 - The Amazing Spider-Man 02:50 - Drinking Buddies 04:20 - Ender's Game 06:15 - Percy Jackson: Sea of Monsters, 08:00 - CLOSE Melita More 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 – Perception 12:00 - Devious Maids 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 - Rude Tube 14:15 Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 - Chicago Fire 17:15 – Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 - The Amazing Race 19:45 Supernatural 20:30 - The Mentalist 21:15 - Person Of Interest 22:00 - Game Of Thrones 23:00 – Spartacus 00:00 Guinness World Records Gone Wild Series 01:00 - Rude Tube 01:30 - Mike & Molly 02:00 - GO ON Mediaset Italia 08:10 - Avanti un altro! 09:00 - Zelig 11:01 - Centovetrine 11:25 - Finchè c’è ditta c’è speranza 11:40 - Il falco e la colomba 13:20 - Uomini e donne 14:25 Vivere IV 14:50 - Avanti un altro! 15:40 – Sarabanda 16:25 - Mezzogiorno di cuoco 17:10 Forum 18:35 – Centovetrine 19:00 - TG5 19:35 Sai cosa mangi? 19:45 – Carabinieri 20:30 - Mattino cinque 22:10 - Uomini e donne 23:15 - Avanti un altro!
BBC Entertainment 06:00 - Me Too! 06:20 - Mr Bloom’s Nursery 06:40 - Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 07:05 - Garth and Bev 07:15 - Me Too! 07:35 - Mr Bloom’s Nursery 07:55 - Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 08:15 - The Weakest Link 09:00 - The Vicar of Dibley 09:30 – Hebburn 10:00 - Doctors 10:30 – Casualty 11:20 - The Weakest Link 12:05 - The Vicar of Dibley 12:35 - Hebburn 13:05 - The Impressions Show With Culshaw and Stephenson 13:35 - My Family 14:05 – Doctors 14:35 - King George & Queen Mary: The Royals Who Rescued the Monarchy 15:25 - Casualty 16:15 - Hustle 17:05 - The Vicar of Dibley 17:35 - The Weakest Link 18:20 - EastEnders 18:50 – Doctors 19:20 Little Dorrit 20:15 - The Office 21:00 – Hustle 21:50 - Life on Mars 22:40 - Last of the Summer Wine 23:10 - Lorna Doone TCM 06:40 – Catlow 08:20 - The Yellow Rolls-Royce 10:20 - Kelly’s Heroes 12:40 - The Fighting 69th 14:00 - Show Boat 15:50 - April in Paris 17:30 - The Dirty Dozen 20:00 - Wild Rovers 22:10 - The Philadelphia Story MGM Channel 06:55 - Yours, Mine and Ours 08:20 Impromptu 10:05 - Clambake 11:45 - X15 13:30 - The Horse Soldiers 15:30 – Teachers 17:15 - Hannah and Her Sisters 19:00 - The Object of Beauty 20:40 - The Couch Trip 22:15 - Scandal Diva Channel 06:00 - Agatha Christie’s Poirot 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s
Poirot 09:43 - Great Women 09:50 Kommissar Rex 10:50 - Agatha Christie’s Poirot 11:50 - Agatha Christie’s Poirot 13:42 - Great Women 13:50 - Kommissar Rex 14:50 - Quincy, M.E. 15:50 - Agatha Christie’s Poirot 16:50 - Agatha Christie’s Poirot 18:45 – SMS 18:50 - Quincy, M.E. 19:50 - Agatha Christie’s Poirot 20:50 - Great Women 21:00 - Murder, She Wrote 21:53 - Murder, She Wrote 22:46 - Great Women 22:55 - Miss Fisher’s Murder Mysteries 23:58 - Miss Fisher’s Murder Mysteries Discovery Channel 06:00 - How It’s Made 06:25 Auction Kings: Buckets of Silver; USS Yorktown Locker 06:50 - Salvage Hunters 07:15 - Mega Builders: London 2012 Aquatics Centre 08:10 Ultimate Survival: Patagonia 09:05 Flying Wild Alaska: Money in the Sky 09:55 - Gold Divers: A Viking Funeral 10:50 - Dual Survival: The Green Hell 11:40 - Wheeler Dealers: G-Wagen 12:35 - Rise of the Machines: Super Airship 13:30 - The Big Brain Theory: Pure Genius: The Wildcard 14:25 Alien Mysteries: Reed Family 15:20 Alien Mysteries: Rendlesham Forest 16:15 - Alien Mysteries: Kecksburg 17:10 - The Liquidator: Settling the Score 17:40 - Storage Hunters: Deceptive Deals 18:05 - Auction Hunters: Choo-Choo Cha-Ching 18:35 Auction Kings: Redneck Chariot; Japanese Antique Daggers 19:00 - How It’s Made 19:30 - How Do They Do It?: Pretzels, Gondolas, Pearls 20:00 - You Have Been Warned: Licence To Thrill 21:00 - River Monsters: Killer Mysteries 22:00 - Naked and Afraid: Bares All 23:00 - Manhunt: Poland
07:00 07:30 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 16:45 18:00 18:05 18:30 19:00 19.30 19:50 20:30 21:30 21:45 22:30 23:00
Sport fuq il-Cable
Fox Sports Europe 06:00 - Major League Baseball 08:30 - MLB 162 09:00 – Speedmakers 10:00 – Speedmakers 11:00 - MLB 162 11:30 - World Championship Ping Pong 12:30 World Championship Ping Pong 13:30 - World Championship Ping Pong 14:30 - World Championship Ping Pong 15:30 - Major League Baseball 18:00 – Speedmakers 19:00 - Live: Major League Baseball 22:00 - PGA EuroPro Tour Golf
Johnny English, Italia 1
Wara li sar attakk mhux mistenni fuq l-MI5, Johnny English ġie mitlub li jidħol f'missjoni ta' spjunaġġ. Il-problema iżda li dan Johnny hu magħruf bħala l-aktar spija Ingliża li juri nuqqas ta' intelliġenza iżda flistess ħin ma baqax ħliefu!
Net News Iswed fuq l-Abjad (r) Klinika (r) Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Telebejgħ NET News Big Time Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika Newsfeed NET News Newsfeed Maltese Survivor NET NEWS Wheelspin Rafiki NET News
GO sports 1 07:00 - Ligue 1 - Round 17 Olympique de Marseille v Metz 09:00 European Rugby Champions Cup - Round 3 Leicester Tigers v Toulon 11:00 - Barclays Premier League - Week 17 - Aston Villa v Leicester City 13:00 - Ligue 1 - Round 17 Toulouse v AS Monaco 15:00 Serie A - Round 14 - Inter v Udinese 17:00 - Barclays Premier League - Week 17 Newcastle Utd v Chelsea 19:00 - European Rugby Champions Cup - Round 3 - Harlequins v Leinster LIVE 21:00 - Barclays Premier League - Week 17 - Southampton v Manchester Utd 23:00 - Premier League Monday Review - Week 17 00:00 - Vincennes Horseracing 02:00 European Rugby Champions Cup - Round 3 Munster v Clermont Auvergne 04:00 - Trans World Sport /1440 05:00 - Barclays Premier League Week 17 - Hull City v West Brom
Albion GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 09:00 - PGA European Tour Nedbank Golf Challenge - Day 1 16:00 - FIFA Futbol Mundial /498 16:30 - Serie A - Round 14 - Parma v Lazio 18:30 - Ligue 1 - Round 17 – Highlights 19:30 - Premier League Sunday Review - Week 17 20:30 - Serie A - Round 14 - Roma v Sassuolo 22:30 - Ligue 1 Round 17 - AS Saint-Etienne v SC Bastia 00:30 - European Rugby Challenge Cup - Round 3 - Cardiff Blues v London Irish 02:30 Premier League Legends – Tony Adams 03:00 - FIA Formula E - Putrajaya - Round 2 – Race 05:00 - Serie A - Round 14 - Torino v Palermo
GO sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 11:00 - PGA European Tour Nedbank Golf Challenge - Day 1 18:00 - FIFA Futbol Mundial /498 18:30 - Serie A - Round 14 - Parma v Lazio 20:30 - Ligue 1 -Round 17 – Highlights 21:30 - Premier League Sunday Review - Week 17 22:30 - Serie A Round 14 Roma v Sassuolo 00:30 - Ligue 1 - Round 17 - AS Saint-Etienne v SC Bastia 02:30 - European Rugby Challenge Cup - Round 3 Cardiff Blues v London Irish 04:30 - Premier League Legends – Tony Adams 05:00 - FIA Formula E - Putrajaya - Round 2 – Race 07:00 - Serie A - Round 14 - Torino v Palermo
www.maltarightnow.com
22
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess
KLASSIFIKATI
Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġt ikmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu
99428000.
GĦALL-KIRI L-Iklin GARAXX jew store 60 pied twil u 15-il pied wisa’, livell mattriq, bil-parapett, toilet u bitħa.
Idejali għal ħanut, hairdresser, etc. Ċemplu 99271803 jew 21446811. NIKRI Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għall-perjodu ta’ 4 snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655.
AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Xogħlijiet GĦAL kull xogħol ta’kostruzzjoni ta’ bini, alterazzjonijiet ta’
bini, ftuħ ta’ ħitan bi travi talħadid, ftuħ ta’ bibien, twieqi,, ħnejjiet, bdil ta’ soqfa talkonkos, xorok, nirranġaw, induru fejn ikun hemm ħsara fis-soqfa, gallarijiet, travi u xibka b’materjal apposta, qlugħ ta’ madum, kmamar tal-banju, tibjid, kisi, żebgħa, tikħil. Xogħol b’esperjenza kbira u xogħol fil-pront. Ċemplu 99602436. JINĦTIEĠU
Ħaddiema GĦAL-xogħol ta’ bini, pagi u kundizzjonijiet mill-aħjar. Ċemplu lil John fuq 99491029. Mastrudaxxa FUQ bazi full-time bis-sengħa u bl-esperjenza fuq kull kwalunkwe xogħol tal-injam. Ċemplu 79448262.
Jekk se ssuq tixrobx!!
www.maltarightnow.com
23
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF
TISLIBA
Rapport tat-temp
UV INDEX
3
IT-TEMP Ftit imsaħħab, kultant isir pjuttost imsaħħab, u b’xi ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad kultant. VIŻIBBILTÀ Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita IR-RIĦ Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral. Bil-buffuri qrib il-maltempati bir-ragħad BAĦAR Moderat għal qawwi li jsir lokalment qawwi għal qawwi ħafna IMBATT Ftit li xejn li jsir baxx għal moderat mill-Punent għal-Lbiċ TEMPERATURA L-ogħla 17˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 0.01mm Xita mill-1 ta’ Settembru 154.0mm IX-XEMX titla’ fis-06.59 u tinżel fil-16.48
Il-ħamest ijiem li ġejjin
IT-TNEJN L-ogħla 17˚C L-inqas 11˚C
3
UV
IT-TLIETA L-ogħla 17˚C L-inqas 11˚C
2
UV
L-ERBGĦA L-ogħla 17˚C L-inqas 12˚C
2
UV
IL-ĦAMIS L-ogħla 17˚C L-inqas 12˚C
2
UV
Temperaturi fi bliet barranin
Mimdudin:5. Idea (5) 6. Kejl ta’ raba’ (5) 7. F’ħakka t’għajn (5) 10. Isem ta’ opra li morna naraw? (5) 11. Trabijiet għall-wiċċ innisa (5) 12. Jistgħu jkunu ta’ studju li nixtru fihom (5) 14. Hawn tmur tiddepożita jew issarraf xi ċekk (5) 16. Swaba’ iebsa rħam imħolli mall-blat (5) 17. Mit-total joħroġ logħba tas-Sumo (5) 18. Għotja mogħtija b’ħajr (5)
Weqfin:1. Plural ta’ duħħan (6) 2. Għamel ħażin (6) 3. Rasu iebsa (6) 4. Minnufih (6) 8. Tagħmilha gġand il-konfessur (5) 9. Lest (5) 12. Cospicua (6) 13. Beda jisbaħ (6) 14. Bil-ħeffa kollha (6) 15. Issokta (6)
Soluzzjoni tat-Tisliba tal-Ġimgħa
Mimdudin:- 5. Reżħa; 6. Anita; 7. Ħdura; 10. Iswed; 11. Buful; 12. Preti; 14. Dalam; 16. Tqimu; 17. Toqol; 18. Sofra. Weqfin:- 1. Grazzi; 2. Saddad; 3. Ġarrab; 4. Tawwal; 8. u 13. Swied il-qalb; 9. Sfoll; 12. Petitu; 14. Damask; 15. Misraħ
Sudoku
Qiegħed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru lkbir. Kull numru għandu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru żgħir ta’ tliet kaxxi bi tlieta.
Soluzzjoni Sudoku
IL-ĠIMGĦA L-ogħla 18˚C L-inqas 13˚C
2
UV
It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienet: Malta 16˚C imsaħħab, Alġeri 10˚C xita, Amsterdam 6˚C imsaħħab, Ateni 20˚C ftit imsaħħab, Liżbona 11˚C xemxi, Berlin 5˚C imsaħħab, Brussell 4˚C imsaħħab, il-Kajr 22˚C xemxi, Dublin 5˚C sabiħ bi nhar, Kopenħagen 5˚C xita, Frankfurt 5˚C ftit imsaħħab, Milan 10˚C ftit imsaħħab, Istanbul 16˚C xemxi, Londra 10˚C sabiħ bi nhar, Madrid 10˚C xemxi, Moska -3˚C imċajpar, Pariġi 5˚C imsaħħab, Barċellona 13˚C sabiħ bi nhar, Ruma 15˚C ftit imsaħħab, Tel Aviv 23˚C xemxi, Tripli N/A, Tuneż 16˚C ftit imsaħħab, Vjenna 5˚C xita, Zurich 4˚C imċajpar, Munich 4˚C imċajpar, San Pietruburgu 2˚C imsaħħab
Spiżeriji li se jifttħu llum
Il-Furjana: Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna; Il-Ħamrun: Thomas's Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp; Ħal Qormi: Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan; Birkirkara: Marrity Pharmacy, Triq l-1 ta' Mejju, Fleur-de-lys; Il-Gżira: D'Argen's Pharmacy, 330, Triq D'Argens; San Ġwann: San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg; Tas-Sliema: Victor's Pharmacy, 9, Triq it-Torri; Ħ'Attard: M4 Pharmacy, Triq il-Linja; Il-Mosta: Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni; Il-Qawra: Euro Chemist, Triq il-Kurazza; Ħal Tarxien: Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun; Il-Birgu: Milia's Pharmacy, Triq il-Kottonera; Ħaż-Żabbar: Polymer, Triq ix-Xagħjra; Iż-Żejtun: Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosnigli; IlQrendi: Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira; Is-Siġġiewi: Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit; L-Imtarfa: Imtarfa Pharmacy, 207, St. David Road; u Għawdex: Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria u Laurentana Pharmacy, 36, Triq lImġarr, Għajnsielem.
Tagħrif
Timbru Speċjali – Milied f’ Għawdex
Għall-okkażjoni tal-ftuħ talattivitajiet relatati mal-Milied f’Għawdex, MaltaPost p.l.c. tinforma li timbru speċjali intuża nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2014 fil-Fergħa Postali tar-Rabat Għawdex. Dan it-timbru speċjali jista jiġi ordnat mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, jew online fuq maltaphilately.com Telephone 2596 1740 – email: info@maltaphilately.com 30 siegħa 'Fund Raising Marathon' L-istudent tal-MCAST se jorga-
nizza 30 siegħa ta' fund raising marathon b'riżq l-Istrina. Din lattività se tibda nhar is-Sibt 13 ta' Diċembru fl-10 ta' filgħodu u tispiċċa l-Ħadd 14 ta' Diċembru fis-6p.m. Waqt din l-attività se jkun hemm, mużika, ikel, divertiment fost oħrajn.
Kunċert minn Din l-Art Ħelwa Bħal kull sena, b'talba ġenerali, Din l-Arti Ħelwa għandhom pjaċir iħabbru l-kunċert tal-Milied, A Christmas Lullaby, minn Enkor. Dan se jsir nhar is-Sibt, 20 ta' Diċembru fis-7.30p.m. fil-Knisja tal-Vitorja, Pjazza De Valette, ilBelt Valletta.
www.maltarightnow.com
25
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
SPORT
Opal Hall u Mint Kronos jispikkaw fil-heats Premier TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Kenneth Vella
It-42 laqgħa tas-sena li saret fil-Marsa kienet tikkonsisti fi 11il tiġrija kollha heats ta’ kwalifika mill-festival ekwestru għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ mil. Minn dawn l-aktar żewġ tiġrijiet importanti kienu heats tal-klassi Premier u li ntrebħu minn Opal Hall u Mint Kronos rispettivament. Mill-heats tal-klassi Premier sitt żwiemel ikkwalifikaw għall-finali. Fl-ewwel minn dawn il-heats ġrew b’kollox għaxar żwiemel. Kien Lineup Du Jape (Noel Baldacchino) l-aktar veloċi wara li ngħata l-bidu uffiċjali tat-tiġrija. Dan l-Iżvediż ta’ tmien snin mexxa lill-kumplament taż-żwiemel sa madwar 300m mil-linja finali. Kien f’dak il-ħin li beda jnaqqas mill-ġiri u fid-dritta finali nqabeż fost l-oħrajn minn Opal Hall li f’idejn sidu stess, Tony Mallia, qasam il-linja finali l-ewwel, b’vantaġġ ta’ seba’ tulijiet minn Over Oaks (Carl Caruana). Phenix De La Roque (Ronald James) daħal ir-raba’. L-ewwel rebħa staġjonali ta’ Opal Hall waslet f’medja ta’ 1.14.6” fil-kilometru. Fit-tieni heat tal-ogħla klassi kien it-Taljan Mint Kronos (Julian Farrugia) li akkwista lewwel rebħa f’Malta fit-tielet ħarġa tiegħu. Dan beda jżid filpass madwar dawra mit-tmiem, mar quddiem fl-aħħar battuti tattiġrija u ttrijonfa b’tul quddiem Cloria Victis (Charles Camilleri). B.W.L. Champion (Noel Baldacchino) u Quiet Du Chene (Rodney Gatt) kellhom ukoll wirja tajba bi pjazzament fittielet u r-raba’ post rispettivament. L-ewwel suċċess ta’ Mint Kronos wasal f’medja ukoll tajba ta’ 1.14” fil-kilometru li kien ukoll l-aħjar ħin tal-ġurnata. L-ewwel minn żewġ heats tal-
KUMMENTI
Opal Hall misjuq minn sidu stess Tony Mallia jirbaħ waħda mill-heats Premier (ritratt: Roderick Cachia - Pinkish line)
klassi Gold kienet ikkaratterizzata minn taqtiegħa bejn erba’ żwiemel fid-dritta finali. Kien Quicker Magoda (Michael Sultana) li rreġistra l-ewwel rebħa fi xtutna wara li xejjen l-isfida ta’ Argus Hanover (Noel Baldacchino). Pro Shop (Felix Casha) u Markus Klipp (Tyler Mifsud) daħlu warajhom f’dik l-ordni. Attakk mibdi 400m mit-tmiem wassal lil Quito De Femisson (Kirsten Gialanze) jieħu t-tieni rebħa staġjonali fit-tieni heat Gold. Dan faċilment bi tmien tulijiet vantaġġ quddiem Sigurd Speed (Mark Tanti), Troy Boshoeve (Salvu Vella) u Pan Des Couperies (Charles Camilleri). Intant laqgħa oħra fuq għaxar heats mill-istess kompetizzjonijiet, issir illum wara nofsinhar. Għal darba’oħra minn dawn lgħaxar tiġrijiet, l-aktar heat mistennija se tkun id-disa’ waħda miftuħa għal żwiemel tal-klassi Premier. L-ewwel tiġrija, heat Silver, tibda fis-1.15pm.
Ma stennejtx rebħa daqshekk faċli
– Tony Mallia (sewwieq u sid)
Mitlub jikkummenta dwar issuċċess ta’ Opal Hall fl-ewwel heat Premier, Tony Mallia qal li baqa’ sorpriż bil-mod faċli kif ħareġ rebbieħ biż-żiemel tiegħu.
“Aktar ma beda jidħol fil-ġirja aktar Opal Hall beda jżid fil-velocità. Kuntent ukoll għax din kienet l-ewwel rebħa tieghi permezz ta’ dan iż-żiemel,” tenna Mallia.
Mint Kronos wera l-kapacità tiegħu
– Julian Farrugia (sewwieq)
Min-naħa tiegħu s-sewwieq ta’ Mint Kronos, Julian Farrugia tenna li fit-tieni heat Premier, iżżiemel wera l-kapaċità tiegħu. “Ma kenitx tiġrija faċli tikkunsidra wkoll kemm
tqalet l-art minhabba x-xita u l-kwalità taż-żwiemel. Ma ridtx ngħaġġel liż-żiemel mill-bidu nett iżda ħallejt kollox għall-aħħar elf metru,” qal Farrugia.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Voila Dry (I. Bilocca) Ħin – 2.05.9” (1.16.8”) 2. Ronin Del Brenta (S. Vella) 3. Phoenix Des Baux (M. Mifsud) 4. Ballad Ribb (T. Demanuele) II Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Maiden Flash (Jos. Farrugia) Ħin – 2.08.2” (1.18.2”) 2. Solo D’Occagnes (C. Camilleri) 3. Adream Wish (J. Gafa’) 4. Quipo Du Tronquay (M. Borg) III Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Silver A. Dist – 1640m. 1. Pepita Ans (R. Gatt) Ħin – 2.03.6” (1.15.4”) 2. Wonderofyou (J. Farrugia) 3. Petrus Du Vivier (M. Desira) 4. Pacha De Sassy (O. Cauchi) IV Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Silver B. Dist – 1640m. 1. Victory Pointer (K. Gialanze’) Ħin – 2.07” (1.17.5”) 2. Noble Raun (C. Farrugia) 3.
Cross Country FC (M. Debono) 4. Julian Port (J. Gafa’) V Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Britt Buitenzorg (R. Gatt) Ħin – 2.06.7” (1.17.3”) 2. Buckens Stjarna (T. Tanti) 3. Nympheta De Bisoir (P. Cachia) 4. Quipo De Billeron (R. Magro) VI Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Norfolk De Gouerie (C. Calleja) Ħin – 2.05.8” (1.16.7”) 2. Ostheo D’Havetot (A. Farrugia) 3. Pout De Quelaines (K. Galea) 4. Jonah Frontline (M. Sultana) VII Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Opal Hall (T. Mallia) Ħin – 2.02.4” (1.14.6”) 2. Over Oaks (C. Caruana) 3. Lineup Du Jape (N. Baldacchino) 4. Phenix De La Roque (R. James) VIII Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Quicker Magoda (M.
Sultana) Ħin – 2.04.1” (1.15.7”) 2. Argus Hanover (N. Baldacchino) 3. Pro Shop (F. Casha) 4. Markus Klipp (T. Mifsud) IX Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Mint Kronos (J. Farrugia) Ħin – 2.01.4” (1.14”) 2. Cloria Victis (C. Camilleri) 3. B.W.L. Champion (N. Baldacchino) 4. Quiet Du Chene (R. Gatt) X Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Janitor (M Cauchi) Ħin – 2.07.5” (1.17.8”) 2. Mint Condition (J. Vassallo) 3. Livi Dida (T. Mifsud) 4. Nimbus Bjeregard (M. Farrugia) XI –il Tiġrija. Heat Festival Ekwestru. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Quito De Femisson (K. Gialanze’) Hin - 2.02.4” (1.14.7”) 2. Sigurd Speed (M. Tanti) 3. Troy Boshoeve (S. Vella) 4. Pan Des Couperies (C Camilleri)
YFA Rabat Grd – 9am. U/17. Qrendi v Mġarr., 10.45am. U/17. B’Kara v Kirkop., 12.30pm. U/15. Żabbar v Balzan Sirens Grd – 9am. U/17. Floriana v Sliema., 10.45am. U/17. St Andrew v San Ġwann., 12.30pm. U/15. Rabat v Kirkop Mġarr Grd – 1pm. U/15. Luqa v Tarxien., 2.45pm. U/15. Mġarr v Fgura., 4.30pm. U/15. Paola v Sliema Kerċem Grd – 1.30pm. U/15. Gozo v Floriana
IASC Santa Lucia Grd – 8.30am. I Div. Ħamrun L v B’Bugia T., 9.45am. I Div. Burmarrad AFC v Msida RS., 11am. I Div. Marsa T. v Senglea Y. SPARAR Qormi – 10am. Attività Mira għall-Istrina. TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Marsa - L-44 laqgħa tassena b’10 tiġrijiet u jkomplu lkwalifiki għall-Festival Ewkestriju
BASKETBALL Ta’ Qali – 11.15am. Kampjonat Nisa. Hibs v Phoenix., 1pm. Kampjonat Nisa. Luxol v Depiro., 2.45pm. Tazza Louis Borg. II Leg. Athleta v Depiro., 4.30pm. Tazza Louis Borg. II Leg. Virtus v Siġġiewi., 6.15pm. Tazza Louis Borg. II Leg. Luxol v Mellieħa ASMK – 11am. Issir ir-raba’ attività Autocross millKampjonat ASMK Pasta Poiatti
Sport lokali għal-lum
www.maltarightnow.com
SPORT
Dan kien unur doppju għalija
27
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
POWERBOATS
Ilbieraħ wara nofsinhar wasal lura Malta mill-Emirati s-sewwieq Malti Aaron Ciantar li fuq powerboat maħduma minnu u min missieru Charles, rebaħ għar-raba’ darba t-titlu tad-Dinja talPowerboats fil-Klassi V1 organizzat mill-UIM. Ciantar kellu miegħu fit-tim lit-throttle man, il-Franċiż Dominique Martini. Fis-sala tal-wasla fl-ajruport Ciantar, apparti l-familjari sab jilqgħuh numru kbir ta’ partitarji u ħbieb li kollha marru jagħtu merħba u jifirħulu għal dan is-suċċess. Ciantar u Tim Chaudron marru għal dan l-aħħar Grand Prix b’punt wieħed biss vantaġġ u għalhekk riedu rebħa bilfors fl-Emirati. Madankollu waqt it-tlielaq għall-pole u fl-ewwel tiġrija, iċ-Champion tad-Dinja qal li
l-powerboat kienet f’kundizzjoni perfetta u rebaħ faċilment l-ewwel tiġrija fejn iddomina mill-bidu sattmiem. “Kellna dominju kbir flewwel tiġrija u nista’ ngħid li ksibna rebħa relattivament faċli. Dan kompla qawwieli lmoral għaliex kulma ridt fittieni tiġrija kien li nispiċċa mqar fir-raba’ post biex naċċerta mit-titlu.” Aaron Ciantar qal li fit-tieni tiġrija reġa’ kellu tluq perfett u għal darb’oħra deher qed jiddomina meta fetaħ vantaġġ qawwi. Iżda f’nofs it-tiġrija beda jħoss li makna minnhom mhix qed taħdem kif suppost. “Ħassejt makna minnhom tnaqqas ħafna mit-tidwir u biex nibża’ għad-dgħajsa u nieħu kemm nista’ punti għażilt li nnaqqas kemm nista’ u nħalli lil ta’ warajja jaqbżu-
– Aaron Ciantar (Champion tad-Dinja)
ni u nkompli t-tiġrija bil-mod sal-aħħar. Imma f’nofs l-aħħar dawra kissirt makna minnhom u kelli nidħol fuq waħda fejn spiċċajt ir-raba’, il-pożizzjoni li ridt biex inkun dikjarat Champion.” Fiż-żewġ tiġrijiet l-oħra li saru aktar kmieni din is-sena fil-mediterran, Tim Chaudron kien rebaħ it-tiġrija f’Ibiza fi Spanja u temm it-tieni f’dik tal-Italja f’Terracina. Ciantar qal li dan ir-raba’ titlu mondjali għalih bħala membru tal-ekwipaġġ ifisser ukoll unur doppju għaliex hu s-sitt titlu mondjali mirbuħ minn Chaudron. “Dan għalija jfisser unur doppju għax kif tafu x-xogħol tagħna hu li nimmanifatturaw il-powerboats Chaudron li bħala produtturi jfisser ukoll is-sitt titlu mondjali,” qal Ciantar.
Aaron Ciantar mal-wasla tiegħu lura Malta lbieraħ
Is-sewwieq Malti tenna wkoll li mhux se jieqaf hawn u diġà għandu f ’moħħu ttiġrija li se ssir fir-Russja
f’April li ġej u lest li jkompli jaħdem biex jikseb aktar unuri mhux biss għalih personali imma wkoll għal Malta.
Gudja jilħqu lil St. Andrew’s u Melita fl-ewwel post KAMPJONAT BOV L-EWWEL DIVIŻJONI
GUDJA U. .............................. 2 ST. ANDREW’S ..................... 1 Gudja U – M. Xerxen, G. Sammut (M. Groves), D. Antonucci (R. Cauchi), C. Giordemaina, E. Micheletti Awoh, M. Brincat, G. Chircop, A. Carabott, P.P. Sammut, U. Nwoko, A. Catania (S. Fall). St.Andrew’s – J. Galea, M. Johnson, M. Sehitaj, B. Said, J. Farrugia, D. Camilleri, M. Guillaumier (J. Walker), E. Lattes, T. Grozev, M. Desira Buttigieg (K. Nwoko), L. Busuttil Referee – Matthew Degabriele Gudja United dawru telfa f’rebħa u laħqu lill-istess St Andrew’s u Melita momentanjament filquċċata tal-klassifika, anki jekk dawn iridu jistennew ir-riżultat ta’ Pembroke. Għal Gudja dan kien suċċess importanti u jtemm serje ta’ tliet logħbiet mingħajr rebħa. Għal St Andrew’s kienet l-ewwel telfa wara serje ta’ erba’ rebħiet konsekuttivi. Logħba ferm missielta u sabiħa bejn tnejn mill-aqwa timijiet f’din il-kategorija. Is-Saints kellhom bidu tajjeb iżda lejn tmiem lewwel taqsima Gudja ħadu kontroll u wara li marru fil-vantaġġ ikkontrollaw u kien jimmeritahom li jiksbu t-tliet punti minn din il-logħba. Bidu mill-aqwa ta’ St Andrew’s li fl-ewwel minuti Matteo Desira
Buttigieg beda jħarbat id-difiża avversarja bil-ġirjiet tiegħu. U ma kinitx sorpriża li t-tim immexxi minn Billy Mock mar fil-vantaġġ fir-raba’ minuta wara li ftit qabel Xerxen kien salva daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Brian Said. Lazzjonij tal-gowl kienet ta’ Desira Buttigieg li qassam lejn LATTES li spara fir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Gudja kellhom reazzjoni tajba u ħames minuti wara Carabott ġab waħdu lil Nwoko li quddiem Galea ra x-xutt tiegħu salvat bi bravura mill-gowlkiper tasSaints. Gudja bdew jattakkaw iktar iżda s-Saints kellhom ċans tad-deheb wara f’azzjoni millisbaħ ta’ kontrattakk mibdi minn Joseph Farrugia li qassam lejn Desira Buttigieg li żmarka lil Grozev li x-xutt tiegħu kien salvat minn Xerxen. Emiliano Lattes kellu xutt jgħaddi ftit għoli u fit-32 minuta ċans tajjeb għal Gudja fejn Carabott żmarka lil Peter Paul Sammut li x-xutt tiegħu kien salvat minn Galea b’titjira spettakolari. F’rsipsosta immedjata ħarba oħra ta’ Desira Buttigieg li minn qagħda angolata għeleb lil Xerxen iżda Sammut tajjar minn fuq illinja. Gudja għafsu fl-aħħar battuti tat-taqsima u kienu ppremjati filħin miżjud meta minn freekick ta’ Mauro Brincat, kien ANGELO
CATANIA li skorja b’daqqa ta’ ras preċiża. Fit-tieni taqsima St Andrew’s reġgħu bdew tajjeb u kien hemm xutt ta’ Grozev salvat b’diffikultà minn Xerxen. Fit-62 minuta Gudja marru fil-vantaġġ meta Nwoko xeħet ballun fil-kaxxa, iddifiża tas-Saints ma kklerjatx u lballun lwasal għand PETER PAUL SAMMUT li għeleb lil Galea b’xutt bid-dawra. Fl-aħħar minuti f’xita qliel Gudja kellhom għadd ta’ ċansijiet fejn ikabbru l-iskor iżdda għal darba darbtejn Jake Galea ċaħħad lil Peter Paul Sammut mis-sodisfazzjon tat-tieni gowl.
Rabat iwaqqfu lil Pembroke RABAT A. .............................. 3 PEMBROKE A. ..................... 1 Rabat A – J. Azzopardi, S. Gauci, W. Borg (C. Vella), J. Caruana, N. Caruana, A. Smeir, L. Cauchi (Z. Tanti), L. Chiedozie, E. Scicluna, D. Azzopardi, A. Azzopardi (S. Abela). Pembroke A – M. Calleja Cremona, C. Mamo, O. Sidibe, G. Azzopardi, A. Azzopardi, A. Agius, D. Sammut, A. Laudisi (D. Toure), G. Spiteri (L. Micallef), L. Omeruo, S. Arab (S. Hili). Referee – Malcolm Spiteri Wara ħames rebħiet konsekuttivi l-mixja ta’ Pembroke intem-
met ħesrem minn Rabat Ajax li għelbuhom u kisbu punti prezzjużi min-naħa t’isfel tal-klassifika. Pembroke b’hekk fallew iċċans tad-deheb li jitilgħu weħidhom fl-ewwel post. Ir-rebħa Rabtija waslet għassaves mill-aqwa tal-gowlkiper Rabti Jamie Azzopardi u għallkapiċitajiet fl-attakk ta’ Wayne Borg li ħataf l-uniċi żewġ ċansijiet ta’ skor li kellu. L-ewwel azzjonijiet kienu ta’ Pembroke bil-gowlkiper Rabti jimblokka għal darba darbtejn lewwel ix-xutt ta’ Andrew Agius u wara inxteħet f’saqajn Omeruo. Ftit wara Pembroke kellhom ukoll daqqa ta’ ras ta’ Sidibe tmur ftit barra u fil-11-il minuta minn azzjoni ta’ freekick daqqa ta’ ras oħra din id-darba ta’ Ayrton Azzopardi marret ftit barra. Pembroke baqgħu jżommu kontroll iżda ma kienux perikolużi. Ir-Rabtin kellhom lewwel tentattiv fit-28 minuta permezz ta’ Aidan Azzopardi, xutt li mar ferm għoli. Fit-38 minuta kienu Rabat li fetħu l-iskor b’azzjoni mibdija minn Smeir u Chiedozie bil-ballun jispiċċa għand WAYNE BORG li quddiem Calleja Cremona ma żbaljax. Fit-tieni taqsima Pembroke ħarġu determinati li jiksbu l-gowl tad-draw u bdew jassedjaw il-
Kif Jinsabu
Gudja U St. Andrew’s Melita Lija A Pembroke A St. George’s Vittoriosa S Fgura Utd Mqabba Gżira U Rabat A Msida SJ Żurrieq Birżebbuġa
L 10 10 10 10 10 10 10 10 10 10 10 10 10 10
R 5 6 6 6 5 5 4 3 4 4 3 3 3 0
D 4 1 1 0 2 1 4 5 1 1 2 1 1 2
T 1 3 3 4 3 4 2 2 5 5 5 6 6 8
F 23 22 15 20 20 19 18 11 19 13 10 8 12 13
K 10 18 12 14 12 16 12 11 18 16 15 21 19 29
Pt 19 19 19 18 17 16 16 14 13 13 11 10 10 2
lasta Rabtija. Fil-51 minuta lgowlkiper Rabti salva b’siequ xutt bomba ta’ Ayrton Azzopardi. Pembroke komplew jinsistu u fil61 minuta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Omeruo marret ftit barra. Fit-68 minuta l-mument opportun tal-kontrattakkk Rabti wasal meta Smeir qassam lejn WAYNE BORG li b’lob pinġut għeleb lil Calleja Cremona li kien ferm barra minn postu, għal gowl verament sabiħ. Pembroke iżda ma qatgħux qalbhom u wara li daqqa ta’ ras ta’ Toure ħabtet mal-mimduda, kien l-istess DEMBA TOURE li fit-80 minuta naqqas l-iskor b’daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ korner. Iżda fl-84 minuta Rabat aċċertaw b’kontrattakk veloċi ieħor u xutt fil-baxx ta’ CHIEDOZIE li għalaq il-logħba.
www.maltarightnow.com
28
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
SPORT
Doppjetta ta’ Carroll u West Ham fit-tielet post PREMIERSHIP
Andy Carroll skorja darbtejn hekk kif West Ham telgħu fittielet post tal-Premier League b’rebħa kontra Swansea li temmew il-partita b’għaxar plejers wara li kienu huma li fetħu l-iskor. Wilfried Bony poġġa lilviżitaturi fil-vantaġġ b’konklużjoni tajba imma Carroll kiseb id-drawe bir-ras għall-ewwel gowl tiegħu sa minn Marzu. Bony mbagħad kien sfortunat li laqat il-mimduda għal Swansea u ftit wara Carroll skorja t-tieni gowl tiegħu bir-ras meta tħalla żmarkat fil-kaxxa. L-affarijiet komplew imorru mill-ħażin għall-agħar għal Swansea meta r-referee keċċa lill-gowlkiper Lukasz Fabianski għal fawl fuq Diafra Sakho li kien ħarab waħdu. Madankollu r-refere kien għaqli li ħalla l-azzjoni tkompli bil-ballun ta’ Sakho jispiċċa ma’ sieq il-lasta qabel keċċa lill-gowlkiper. B’raġel aktar kien l-istess Sakho li għalaq il-logħba b’chip sabiħ lejn it-tmiem. B’din ir-rebħa, it-tielet waħda konsekuttiva, West Ham taħt it-tmexxija ta’ Sam Allardyce issa għandhom 27 punt u jinsabu sitt punti biss taħt iċ-Champions Manchester City li jinsabu ttieni. Alan Hutton skorja l-ewwel gowl tiegħu ma’ Aston Villa li wkoll kellhom ji;u minn wara
Riżultati Premiership West Ham v Swansea Aston Villa v Leicester Illum Southampton v Man Utd Kif Jinsabu
Chelsea Man City West Ham Southampton Man Utd Arsenal Newcastle Swansea C Liverpool Tottenham Aston Villa Everton Stoke City Sunderland C. Palace West Brom QPR Hull City Burnley Leicester C
L R 15 11 15 10 15 8 14 8 14 7 15 6 15 6 15 6 15 6 15 6 15 5 15 4 15 5 15 2 15 3 15 3 15 4 15 2 15 2 15 2
D 3 3 3 2 4 5 5 4 3 3 4 6 3 9 5 5 2 7 6 4
(21.00)
T F 1 34 2 32 4 26 4 24 3 24 4 24 4 17 5 20 6 19 6 18 6 10 5 24 7 17 4 13 7 18 7 14 9 16 6 15 7 10 9 15
FA Cup - II Rd Gateshead v Warrington T. Aldershot v Rochdale Barnsley v Chester Bradford v Dartford Bristol City v Telford Cheltenham v Dover Scunthorpe v Worchester C Southport v Eastleigh Wycombe v Wimbledon Colchester v Peterborough
3-1 2-1
K 13 14 18 10 16 18 18 17 19 21 19 23 20 23 23 20 27 21 24 26
Pt 36 33 27 26 25 23 23 22 21 21 19 18 18 15 14 14 14 13 12 10
2-0 0-0 0-0 4-1 1-0 0-1 1-1 1-1 0-1 1-0
biex għelbu lil Leicester City 2-1. It-tim ta’ Paul Lambert sab ruħu minn taħt wara li Leonardo Ulloa sikket il-folla f ’Villa Park meta approfitt
Andy Carroll jikseb id-draw għal West Ham kontra Swansea bl-ewwel gowl tiegħu sa minn Marzu
aminn żball rari tal-gowlkiper Brad Guzan. Imma Ciaran Clark skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Premier sa minn Settembru tal-2012 biex ġab id-draw wara biss tliet minuti. Ir-rimonta kompluta waslet minn plejer ieħor li mhux soltu jiskorja, Hutton li kien ilu ma jiskorja sa minn meta kien ma’ Tottenham fl-2010. Fit-80 minuta Leicester tkeċċielhom Konchesky talli rifes lil Hutton u minn hemm Villa kkontrollaw u marru ferm vicin it-tielet gowl. Leicester issa ilhom 10 partiti mingħajr rebħa.
LA LIGA
Ronaldo jiskorja t-23 hat-trick Messi jirrispondi bi tlieta oħra
Cristiano Ronaldo laħaq żewġ tragwardi oħra personali meta mexxa lil Real Madrid lejn it18-il rebħa konsekuttiva biex laħqu r-rekord eżistenti f’rebħa storika fil-Bernabeu. L-attakkant Portugiż issa skorja l-akbar ammont ta’ hat-tricks minn kwalunkwe plejer ieħor f’La Liga wara li għamel it-23 treble bil-200 gowl tiegħu flogħla diviżjoni Spanjola. Ronaldo poġġa lil Real fil-vantaġġ meta skorja penalty diskuttibbli wara fawl fuqu stess fejn ftit deher li kien hemm kuntatt. Imbagħad skorja b’volley u ieħor b’xutt mill-viċin.
Ronaldo li hu favorit li jirbaħ il-Ballon d’Or għall-wirjiet tiegħu din is-sena, ingħata ovazzjoni meta kien mibdul lejn tmiem il-partita wara wirja oħra memorabbli. Il-plejer ta’ 29 sena skorja l-istess numru ta’ hat-tricks bħalleġġendarju ta’ Real Alfredo Di Stefano u Telmo Zarra ta’ Athletic Bilbao u issa qabiżhom ukoll meta kompla ġewwa cross ta’ Marcelo. Dan kien ifisser ukoll li Ronaldo laħaq il-200 gowl tiegħu f’La Liga f’178 logħba. Kienet ukoll it-18-il rebħa konsekuttiva għal Real fil-kompetiz-
zjonijiet kollha u b’hekk laħqu rrekord imwaqqaf minn Barcelona ta’ Frank Rijkaard bejn Ottubru tal-2005 u Jannar tal-2006. Intant anqas minn 24 siegħa wara Lionel Messi wkoll mexxa lil Barcelona lejn rebħa kbira 5-1 fid-derby kontra r-rivali mill-istess belt, Espanyol. It-tim ta’ Luis Enrique kien kastigat għall-bidu mħawwad li kellu meta Sergio Garcia poġġa lill-viżitaturi filvantaġġ. Imma Barcelona malajr sabu r-ritmu u Lionel Messi li għandu r-rekord ta’ gowls f’La Liga skorja tliet darbiet. Il-gowls l-oħra waslu minn Pique u Pedro.
Mifsud isofri ksur Wara l-partita kontra l-liders Hibernians fejn tilfu 2-1 is-Sibt li għadda, Sliema Wanderers ħadu aħbar oħra aktar ħażina fejn jidher li tilfu lill-attakkant Michael Mifsud għal diversi ġimgħat. Il-captain tat-tim nazzjonali Malti kellu jinbidel fil-45 minuta. Sorsi viċin il-klabb
ta’ Sliema li tkellmu ma’ dan il-ġurnal ilbieraħ qalu li Mifsud sofra ksur f’siequ wara daħla ma’ Andre Agius u għandu madwar sitt ġimgħat barra. Dan ifisser li Sliema se jkollhom jgħaddu mingħajr Mifsud fl-aktar punt kruċjali tal-kampjonat.
Deheb storika għall-Ġamajka GĦAWM
Alia Atkinson rebħet l-ewwel midalja tad-deheb li qatt rebħet il-Ġamajka waqt il-kampjonati tad-dinja tal-Għawm f’pixxina ta’ 25 metru, u saret ukoll lewwel għawwiema sewda li rebħet titlu mondjali fl-għawm. L-għawwiema ta’ 25 sena laħqet ukoll ir-rekord tad-dinja mwaqqaf miċ-Champion Olimpika mil-Litwanja, Ruta Meilutyte fil-100m breaststroke ta’ minuta u 2.36 sek. Atkinson ġiet minn wara fittieni leg biex issuperat liċChampion renjanti Meiluyte b’0.01 sek. Kien is-17-il rekord imwaqqaf fiċ-Ċentru Akwatiku ta’ Hamad f’Doha. Atkinson, li spiċċat ir-raba’ flOlimpjadi ta’ Londra, kienet
Alia Atkinson
rebħet tliet midalji tad-deheb qabel fil-kampjonati tad-dinja f’pixxina qasira.
www.maltarightnow.com
30
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
Punt kull wieħed għal Pietà H. u Tarxien R. BOV PREMIER
PIETÀ H. ............................... 0 TARXIEN R. .......................... 0 Pietà H.: D. Cassar, C. Attard, C. Grech, LF Dos Santos, J. Pisani, O. Anonam, T. Agius (D. Agius 90), L. Micallef (G. Da Silva 68), C. Frances, R. Zacarias , Rodrigues Da Silva (K. Cesare 72) Tarxien R.: S. Mintoff, K. Farrugia, M. Caruana, A. Rodrigies Silva (L. Aquilina 90), C. Barbosa Viana, T. Caruana, R. Sammut, C. Hevia Menendez, A. Cini (J. Santos Silva 67), M. Tabone, A. Lopes Pereira Imwissija: C. Grech, T. Agius, L. Fortunato Dos Santos (P), J. Santos Silva (T) Referee: Fyodor Zammit In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Hevia Menendez (T) Attendenza: 354
Pietà Hotspurs u Tarxien Rainbows ħadu punt kull wieħed fi draw mingħajr goals f’partita bilanċjata li kien jonqosha biss ilgowl imam x-xita kontinwa li għamlet għamlet l-affarijiet diffiċli għall-plejers. Pietà kellhom sospiż lil Nikola Tasic u fadlilhom żewġ partiti oħra mingħajru imma rritorna Cain Attard wara li tilef il-konfront kon-
tra Mosta. Clive Mizzi min-naħa tiegħu kellu bosta plejers nieqsa peress li qed jikkuraw xi injury. Kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-ewwel periklu meta wara 12 -il minuta freekick ta’ Triston Caruana spiċċa ftit għoli. Fil-21 minuta waslet ir-risposta ta’ Pietà Hotspurs meta xutt minn distanza notevoli tal-veteran Orosco Anonam għadda ftit barra mil-lasti difiżi minn Sean Mintoff. Fit-38 minuta xutt ta’ Claudio Frances għal Pietà kien imdawwar f’korner bi bravura mill-gowlkiper ta’ Tarxien Rainbows, Sean Mintoff. L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess Fil-51 minuta xutt ta’ Cleber Barbosa Viana għadda għoli mil-lasti difiżi minn Sean Mintoff. Il-logħob kien staġnat għal ħin twil bid-difiżi rispettivi jikkontrollaw lill-avversarji. Madankollu fl-aħħar għaxar minuti ż-żewġ naħat marru viċin il-gowl tarrebħa. Pietà fit-80 minuta Pietà kellhom xutt b’saħħtu ta’ Rafael Xavier Zacarias li stampa malmimduda u tliet minuti wara kien imiss lil Cleber Barbosa Viana li jkun sfortunat għal Tarxien meta ra t-tentattiv tiegħu jistampa malmimduda.
SPORT
Triston Caruana ta’ Tarxien jindirizza xutt imblukkat minn Terrence Agius ta’ Pietà.
Żebbuġ jieħdu punt imma jibqgħu bla rebħa ŻEBBUĠ R. ........................... 1 MOSTA .................................. 1 Żebbuġ R.: F. Morales, T. Paris, M. Bartolo, M. Gauci (17 – M. Ciantar 46), 6 – Y. Camilleri, C. Monti, J. Borg, MO. Rodrigues Britto, L. Galea, M. Muchardi, LA Pena Marquez (B. Mamic 61) Mosta: O.Borg, R. Ekani, T. Farrugia, A. Borg, K. Pulo, N. Milovanovic, R. Grech, K. Zammit, DM Bueno (B. Kaljevic 43), P. Calcado (K. Frendo 63), M. Ribeiro Dos Santos Imwissija: Y. Camilleri, Monti, L. Galea (Ż), K. Zammit, K. Pulo, T. Farrugia, B. Kaljevic (M) Skorjaw: M. Ribeiro Do Santos 41 (M), Rodrigues Britto 73 (Z) Referee: Marco Borg In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Ribeiro Dos Santos (M)
Żebbuġ Rangers irnexxielhom iżommu fi draw 1-1 u jieġdu punt lill-avversarji aktar kwotati minnhom Mosta imma madankollu xorta għadu l-uniku tim mingħajr rebħa fil-Premier. Żebbuġ kellhom jiddebutta
magħhom il-Messikan Luis Alfredo Pena Marquez waqt li Mosta, apparti s-sospiżi Dyson Falzon u Kurt Magro, kellhom nieqes ukoll lil Mano Micallef li jinsab imweġġa’ waqt li Kaljevic beda fuq il-bank. Bidu tajjeb għal Żebbuġ li wara appena tliet minuti kellhom xutt ta’ Rodrigues Britto li iżda kien salvat tajjeb millattent Omar Borg b’riflessi tajbin. Risposta minn Mosta fl14-il minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Tyrone Farrugia salvata minn Morales. Mosta komplew fuq l-attakk u erba’ minuti wara freekick tajjeb ta’ Pedro Calacado stampa malmimduda. Il-partita għaddiet minn fażi f’nofs il-ground bl-ebda tim ma jkun perikoluż sakemm fil-41 minuta Mosta fetħu l-iskor meta Morales żbalja l-passaġġ tiegħu li spiċċa għand MATTEUS RIBEIRO DOS SANTOS li approfitta u skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk Mosti. Żewġ minuti wara Mosta tilfu lillatakkant Mariano Bueno u floku daħal Bojan Kaljevic.
Yessous Camilleri ta’ Żebbuġ jindirizza bir-ras quddiem Matteus Ribeiro Dos Santos ta’ Mosta
L-ewwel azzjoni denja fit-tieni taqsima waslet minn Żebbuġ mas-siegħa logħob meta Miguel Ciantar stampa l-mimduda. Fit68 minuta fuq in-naħa l-oħra kien Kaljevic li mpenja lil Morales.
Imma fit-73 minuta Żebbuġ kisbu d-draw meta cross Matthew Bartolo sab lil RODRIGUES BRITTO li bir-ras xeħet fix-xibka. Sat-tmiem Mosta ppruvaw jiksbu l-gowl tat-tliet punti
imma Milovanovic reġa’ kien imċaħħad minn Morales. B’hekk Mosta naqsu milli jżommu l-pass mat-timijiet ta’ fuq u komplew iwaqqgħu punti mhux mistennija.
www.maltarightnow.com
SPORT
Rebħa għall-Istripes wara ħasda inizjali BOV PREMIER Stewart Said
NAXXAR ............................... 1 BIRKIRKARA ...................... 3 Naxxar: J. Azzopardi, A. Scicluna, I. Edet, T. Vella, D. Falzon (M. Del Negro 65’), G. Da Silva Ribeiro, R. Cassar, A. Buhagiar, D. Reano (P. Gueye 65’), E. Uchenna Mbachy, U. Edafe Birkirkara: J. Haber, M. Bissi, E. dos Santos Gonzaga (A. Borg 80’), R. Ledesma (E. Agius 75’), A. Mendoza, G. Sciberras, Z. Muscat, P. Fenech, R. Camenzuli, R. Scicluna, A. Costa Morais (Shodiya 67’) Imwissija: Z. Muscat 44’, M. Bissi 68’ (B), U. Edafe (N) Skorjaw: G. Da Silva Ribeiro 10’ (N), R. Scicluna 44’, R. Ledesma pen 49’, M. Biss 60’ Referee: Alan Mario Sant In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Rafael Ledesma (BK)
Birkirkara komplew isaħħu ttielet post meta għelbu lil Naxxar Lions 3-1 f’partita li kellhom jirkupraw gowl żvantaġġ wara ħasda inizjali. B’hekk żammew ukoll il-pressjoni fuq Valletta u żammew il-punt distakk. Il-Karkariżi bdew b’ritmu kajman iżda l-gowl qabel il-mistrieħ bidel il-partita u fit-tieni
taqsima l-Istripes kkontrollaw. Għal Naxxar minkejja t-telfa, ppruvaw jagħmlu l-aħjar tagħhom iżda quddiemhom sabu tim komplessivament aħjar u issa jħarsu lejn id-derby b’ottimiżmu. Wara r-ritorn għar-rebħ kontra Żebbuġ, il-kowċ ta’ Birkirkara Paul Zammit wettaq żewġ bidliet b’Mendoza jieħu post Vukanac filwaqt li Ryan Camenzuli ġie preferut minn Edward Herrera. Min-naħa l-oħra l-kowċ Jesmond Zerafa wara r-rebħa kontra Balzan fil-kampjonat, għamel bidla waħda biss b’Edafe Uzeh jilgħab flok Pablo Doffo. Lewwel azzjoni denja waslet fis-7 minuta meta minn pass ħażin ta’ Mendoza, Vella għadda lejn Eminike li kellu x-xutt imblukkat, il-ballun spiċċa għand Terence Vella iżda x-xutt tiegħu spiċċa barra. In-Naxxarin marru fil-vantaġġ fl-10 minuta meta minn żball ta’ Gareth Sciberras, GILMAR DA SILVA RIBEIRO ħasad lil Justin Haber b’xutt minn madwar 30 metru. In-Naxxar marru viċin it-tieni gowl fl-24 minuta meta minn korner ta’ Gilmar, id-daqqa ta’ ras ta’ Terence Vella ġiet salvata minn Haber. Il-Karkariżi heddew il-lasta
Kif Jinsabu
Hibernians Valletta Birkirkara Mosta Balzan Floriana Qormi Sliema W. Naxxar L. Tarxien R. Pieta` H. Żebbuġ R.
L R 14 13 14 9 14 9 14 6 14 4 14 4 14 4 14 4 14 3 14 2 14 3 14 0
D 1 1 0 2 6 5 5 4 5 7 4 6
T 0 4 5 6 4 5 5 6 6 5 7 8
F 45 34 25 15 18 20 15 14 18 14 12 15
K 7 9 17 27 21 29 21 17 22 22 23 33
Pt 40 28 27 20 18 17 17 16 14 13 13 6
fit-32 minuta meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Bissi għadda ftit barra. Birkirkara bdew iżidu ftit fillogħob u rnexxilhom jagħmlu liskor indaqs fl-44 minuta meta RYAN SCICLUNA irċieva mingħand Costa Morais u b’xutt fil-baxx mill-ewwel għeleb lil Azzopardi. Il-Karkariżi ħarġu fittieni taqsima jfittxu l-gowl u marru fil-vantaġġ fid-49 minuta meta kross ta’ Ryan Camenzuli ġie ġudikat mir-referee Alan Mario Sant li ħabat m’id Andrew Scicluna. Mill-11-il metru RAFAEL LEDESMA ma żbaljax. Erba’ minuti wara xutt ta’ Gonzaga għadda fuq il-lasti. L-Istripes skorjaw it-tielet gowl fis-60 minuta meta minn free-kick ta’ Ledesma, kien MATTHEUS
Punt li ma jikkuntenta lil ħadd BALZAN ................................ 1 QORMI .................................. 1 Balzan: S. Sultana, J. Grioli, S. Bezzina, E. Serrano Valero, E. Bilbao Zarate, S. Arab, L. Micallef (D. Grima 82’), J.P. Mifsud Triganza, O. Guerrero, L. Sciberras, G. Piccioni Qormi: M. Farrugia, B. Bondin (A. Bruce 82’), M. Mazzetti Latini, J. Chetcuti (R. Micallef 65’), A. Effiong, F. Temile, E. Vella (S. Agius 72’), Z. Levnaic, D. Pisani, J. Bondin, A. Santos Imwissija: O. Guerrero 23’, S. Arab 36’, L. Sciberras 57’ (B), M. Mazzetti Latini 17’, B. Bondin 63’, Z. Levnaic 90’, F. Temile 90’(Q) Tkeċċa: S. Aarab 46’ (B), M. Mazzetti Latini 66’ (Q) Skorjaw: O. Guerrero 19’ (B), R. Micallef 82’ (Q) Referee: Andre Arciola In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Anderson Santos (Qormi) Attendenza: 606
F’partita li qamet fit-tieni taqsima, Qormi u Balzan ħadu punt kull wieħed fi draw meritat. Balzan kienu aħjar fl-ewwel taqsima iżda wara li sfaw b’raġel anqas, Qormi ħadu r-riedni tal-logħba, iżda żżewġ timijiet għadhom qed ifittxu
31
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
Temile u Effiong ta’ Qormi fl-azzjoni kontra d-difiża ta’ Balzan
r-rebħa b’Qormi jieħdu r-raba’draw mill-aħħar ħames partiti filwaqt li Balzan ilhom tmien logħbiet bla rebħa b’ħames punti mill-aħħar tmien konfronti. Il-kowċ Oliver Spiteri għamel żewġ bidliet mill-aħħar konfront tagħhom b’Samir Arab jibda flok Clive Brincat filwaqt li Jean Pierre Mifsud Triganza beda flok is-sospiż Ice-Cream Guobadia. Min-naħa l-
oħra l-kowċ Josef Mansueto għamel xejn anqas minn erba’ bidliet mittelfa kontra Hibernians b’Mazzetti Latini jieħu post Roderick Sammut fid-difiża, Emerson Vella ħa post Steve Agius filwaqt li Bjorn Bondin u Joseph Chetcuti bdew flok Ryan Micallef u Pietro Viggiani. Qormi marru viċin il-gowl talvantaġġ fl-ewwel azzjoni tagħhom meta Alfred Effiong prova b’xutt
Naxxar ħasdu lil B’Kara b’gowl kmieni imma makienux kapaċi jżommu r-riżultat
BISSI li tar minn tulu u b’daqqa ta’ ras dajagonali għeleb lil Azzopardi. Ma’ dan il-gowl il-partita naqqset mir-ritmu bilKarkariżi jikkontrollaw u għajr xutt fil-baxx li għadda ftit barra
tas-sostitut Edmond Agius, iżżewġ timijiet rari heddew il-lasti rispettivi. Fl-aħħar mumenti talpartita Naxxar ippruvaw b’xutt b’saħħtu ta’ Eminike iżda Haber kien attent u salva.
fuq il-ġirja iżda l-gowlkiper Steve Sultana salva b’siequ. Balzan marru fil-vantaġġ fid-19il minuta meta minn free-kick ta’ Justin Grioli, id-difiża Qormija naqset li tbiegħed il-periklu u millkaxxa kien pront OSCAR GUERRERO li mill-viċin għeleb lil Matthew Farrugia. Qormi marru viċin ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta
minn azzjoni ta’korner, id-daqqa ta’ ras ta’ Mazzetti għaddiet ftit barra. Balzan kellhom ikomplu l-partita b’għaxar plejers meta fis-47 minuta tkeċċa Samir Arab għal Balzan wara li sofra t-tieni karta safra. B’vantaġġ numeriku Qormi bdew jilagħbu lpartita kollha fuq in-naħa ta’ Balzan iżda kellhom jistennew sad-59 minuta biex imorru viċin b’xutt b’saħħtu fil-baxx ta’Anderson Santos li għadda ċentimetri barra. {ames minuti wara, Temile dar ma’Serrano Valero iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet fuq il-lasti. Il-kowċ Josef Mansuto għażel li jinkludi lil Ryan Micallef bil-għan li jsaħħaħ l-attakk, iżda minuta wara l-Qriema spiċċaw b’għaxar plejers meta f’azzjoni identika għ attkeċċija ta’ Balzan, Mazzetti Latini ġie muri t-tieni karta safra għal fawl ħdejn il-kaxxa. Iżda minkejja t-tkeċċija Qormi baqgħu fil-kmand tal-logħba u marru viċin fl-74 minuta meta minn kross ta’ Bjorn Bondin, is-sostitut Ryan Micallef prova b’daqqa ta’ ras li iżda ġiet mċaħħda mill-mimduda. Balzan baqgħu jiddefendu fiżżona tagħhom u Qormi irnexxilhom jiskorjaw fit-82 minuta meta ssostitut RYAN MICALLEF b’xutt b’saħħtu fil-baxx għeleb lil Sultana.
www.maltarightnow.com
32
It-Tnejn, 8 ta’ Diċembru, 2014
LOKALI
MISRAĦ IL-MILIED. Suċċess għall-attività organizzata mill-Partit Nazzjonalista għall-ewwel darba din is-sena, li laħqet il-qofol tagħha bil-Maratona Ġbir ta’ Fondi li saret ilbieraħ. “Misraħ il-Milied” fetaħ nhar il-Ġimgħa u jibqa’ għaddej sal-lejla, b’attivitajiet mifruxin fuq erbat ijiem li biddlu l-kunċett tas-soltu, ta’ kif issir il-maratona annwali. L-ispirtu tal-Milied spikka fid-Dar Ċentrali tal-PN li kienet imżejna għall-okkażjoni u fost l-attrazzjonijiet għall-familja kollha fil-forma ta’ Christmas Markets wieħed jista’ jsib wirja ta’ presepji, apple strudel show, zona għad-divertiment tat-tfal, stands bil-ponsjetti, kotba, ġugarelli, tiżjin tal-Milied, kif ukoll ikel, ħelu u xorb tradizzjonali ta’ dawn il-festi. Fil-foyer ittella’ programm varjat fuq palk armat apposta. (Ritratt: John Paul Bonanno)
Aktar intriċċi fil-ħatriet għal tal-qalba fid-Dipartiment tal-Libreriji
Min verament ħadem għal-libreriji u qeda s-servizz pubbliku b’ mod effiċjenti se jkompli jingħata l-ġenb biex jixxalaw nies li lanqas biss jafu fejn għandhom jitpoġġew il-kotba Joe Mikallef
Jidher li għall-Gvern m’hemm lebda limitu għall-intriċċi li qiegħed ikompli jagħmel biex jaġevola lil tal-qalba fid-diversi dipartimenti u istituzzjonijiet governattivi. Bosta għadhom jiftakru l-intriċċi li seħħew ftit tal-ġimgħat ilu biex persuna tal-qalba ddaħħlet bħala trainee fil-Librerija Ċentrali ta’ Għawdex. Issa fil-jiem li għaddew il-Malta Libraries, permezz talKorporazzjoni Maltija għaxXogħol u t-Taħriġ (ETC) ħarġet sejħa għal applikazzjoni għal Administrative Officer (Scale 10 u iktar ‘il quddiem Scale 9) filLibrerija Nazzjonali ta’ Malta. Din l-applikazzjoni ħarġet baxx baxx ftit tal-jiem ilu u ngħalqet ftit tal-jiem wara. Din is-sejħa ħarget mill-ETC bil-vacancy number 286366 u setgħu japplikaw għaliha
biss dawk li qed jirreġistraw fuq lewwel parti tar-reġistru tal-qgħad mal- ETC. Dawk l-uffiċjali li diġà huma fiċĊivil u diġà jaħdmu mal-libreriji – inkluż dawk li ilhom ħafna snin u huma fi skala inqas – ma setgħux japplikaw għal din il-pożizzjoni.
saru jafu li ma setghux japplikaw għal Administrative Officer għax kienu se jiġu aċċettati applikazzjonijiet minn barra biss, qamet rabja kbira, u saħansitra kien hemm min ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u lmenta dwar dan. Nifhmu li dan kollu sar biex per-
Dawk li kienu jirreġistraw Part 1, ġew kuntattjati mill-ETC u ntalbu biex jekk kienu interessati jibagħtu ittra lis-CEO tal-Malta Libraries, ilBiblijoteka fil-Belt Valletta sa nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru. Hekk kif diversi uffiċjali mpjegati f’libreriji f’Malta u f’Għawdex
suna li xi ftit tal-ġimgħat ilu beda bħala trainee fil-Librerija Pubblika Ċentrali ta’Għawdex, tiġi aġevolata. Sadanittant kienet qed issir pressjoni minn fuq biex il-Malta Libraries taċċettah bħala trainee ħalli jkollu xi ftit esperjenza qabel jingħata din il-pożizzjoni. Beda
Il-Malta Libraries, permezz tal-ETC, toħroġ baxx baxx applikazzjoni għal Administrative Officer fil-Librerija Nazzjonali ta’ Malta li għaliha setgħu japplikaw bniss dawk li jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru
joħroġ aktar fid-deher li kien se jkun hemm diskrepanza anke fuq persuni oħra li qed jirreġistraw malETC għax it-trainee li ddaħħal filLibrerija ta’ Għawdex minn Kastilja diġà se jkun ippreferut. Sorsi qrib l-ETC li marru biex jiċċekkjaw dwar l-Applikazzjoni Vacancy Number 286366 qalu li lETC tar-Rabat Għawdex ma kienu jafu xejn għar-raġuni li kollox tmexxa mill-ETC f’Malta fuq talba tal-Malta Libraries. Is-sorsi qalu li fil-libreriji kien hemm għadab kbir għar-raġuni li uffiċjali li ilhom snin sħaħ iservu f’libreriji differenti ġew mogħtija lġenb biex jitpoġġa xi ħadd bla esperjenza u b’inqas kwalifiki. Fil-libreriji f’Malta qed jitpoġġew ukoll diversi persuni li kienu jservu lill-Ministru talEdukazzjoni preżenti li kif daħlu fiċ-Ċivil għall-ewwel darba filMinisteru, xebgħu jew riedu trans-
fer u ntbagħtu l-Biblijoteka ta’ Malta. Eżempju ċar huwa dak ta’ Keith Axiaq, attivist tal-Partit Laburista, li kien fil-Ministeru ma’ Evarist Bartolo u issa tpoġġa filBiblijoteka Nazzjonali ta’ Malta fittaqsima tad-Digitisation. Is-sorsi li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’temmew li dan kollu juri li min verament ħadem għal-libreriji u qeda s-servizz pubbliku b’ mod effiċjenti se jkompli jingħata l-ġenb biex jixxalaw nies li lanqas biss jafu fejn għandhom jitpoġġew il-kotba. Dan qed joħloq iżjed problemi u qed ikompli jgħarraq is-servizzi pprovduti mil-libreriji f’Malta u f’Għawdex.