In-Nazzjon 10 ta' Diċembru 2014

Page 1

Nru 13,922

l-Erbgħa, 10 ta‘ Diċembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

L-aħħar żviluppi... Tibda l-kumpilazzjoni ta’ Paul Sheehan, akkużat b’attentat ta’ qtil Ara paġni 2-5

Joseph Muscat falla fl-ewwel test veru ta’ tmexxija għalih SIMON BUSUTTIL: “Il-Prim Ministru missu ilu tliet ġimgħat lil neħħa lil Manwel Mallia”

Il-Prim Ministru missu aġixxa ta’ Prim Ministru tliet ġimgħat ilu – Simon Busuttil

Dak li kulħadd assista għalih kien prova ċara kemm Joseph Muscat falla mill-ewwel test veru ta’ tmexxija għalih. Meta ġie biex jieħu l-aktar deċiżjoni importanti li jneħħi ministru abdika, wera li hu dgħajjef u beża’ minkejja li dan kien iddmir tiegħu. Imkien ma tiġri li

Prim Ministru jħalli f’idejn Ministru jekk jirriżenjax jew le. Dan sostnieh il-Kap talOppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil meta indirizza konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali lbieraħ filgħodu wara li kien ippubblikat ir-rapport talinkjesta dwar il-każ tal-

isparatura tax-xufier talMinistru tal-Intern Manwel Mallia. Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru missu ilu li neħħa lil Manwel Mallia għal tliet ġimgħat sħaħ. Hu qal li minkejja din is-sitwazzjoni, fi ftit ħin ieħor se jinħatar ministru ieħor

floku. Din hi sitwazzjoni ta’ pajjiż f’konfużjoni għaliex ilpajjiż għandu Prim Ministru li missu aġixxa ta’ Prim Ministru tliet ġimgħat ilu. Issa l-pajjiż għadu lanqas jaf jekk hux se jkollu iktar minn Ministru talIntern wieħed. għal paġna 7

Il-Prim Ministru jneħħi lil Manwel Mallia u jaħtar floku lil Carmelo Abela

Ara paġni 7, 11 u 32


www.maltarightnow.com

IL-KUMPILAZZJONI TA’ PAUL SHEEHAN

Kif rajtu jipponta l-arma bżajt, irkibt fil-karozza u ħrabt għax bżajt għal ħajti – Stephen Smith, is-sewwieq Skoċċiż

Is-sewwieq Skoċċiż Stephen Smith irrakkonta fil-Qorti kif wara li hu laqat il-karozza Mercedes MG14 ipparkjata fi Triq Wied il-Kappara fil-Gżira, hu niżel mill-karozza biex jara x’kien ġara u fil-pront ħareġ għalih Paul Sheehan, ix-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia, u beda jipponta l-arma u hu, bilbiża’, reġa’ rikeb fil-karozza u ħarab għax beża’ għal ħajtu. Meta kien qiegħed jagħti x-xhieda tiegħu fl-ewwel jum tal-kumpilazzjoni, Stephen Smith, b’xhieda bil-lingwa Ingliża, qal li hu jismu Stephen Morrison Smith, hu miżżewwġ u joqgħod Birkirkara. Hu involut bin-negozju u għalhekk minn żmien għal żmien ikollu jsiefer fuq xogħol. Mistoqsi numru ta’ domandi mill-Avukat Joseph Giglio, Stephen Smith beda biex qal li dakinhar tal-Erbgħa, 19 ta’ Novembru li għadda hu għadda xi ħin jixrob flimkien ma’ numru ta’ persuni oħra fil-ħanut Black Gold.

Għall-ħabta tat-8.30 p.m. hu telaq biex imur lura d-dar, iżda qabel ried jieqaf f’xi confectionary minħabba li ried jixtri lilma għad-dar. Ma rnexxilux jieqaf fl-ewwel confectionary li xtaq għax ma sabx parkeġġ u għalhekk baqa’ sejjer biex imur f’confectionary oħra. F’mument minnhom waqt li kien qiegħed isuq fi Triq Wied il-Kappara laqat karozza u sema’ ħoss u għalhekk waqaf u niżel mill-karozza biex jara x’kien ġara. Fil-pront appena waqaf sema’ ħsejjes kbar u għajjat u ra raġel verament irrabjat b’arma tan-nar f’idu. Hu beża’ ħafna b’dak li kien qiegħed jiġri u għalhekk waqt li r-raġel l-ieħor kien fuq ilmobile, reġa’ rikeb fil-karozza tiegħu u saq lil hinn għax tassew beża’ u ried jibża’ għal ħajtu. Stephen Smith qal li hu kien taħt xokk kbir bid-dehra ta’ dak ir-raġel bl-arma f’idu, iżda appena hu dar għal Triq Edgar

Rapporti ta’ Joe Mikallef

Is-sewwieq Skoċċiż Stephen Smith: “Ħrabt għax bżajt għal ħajti”

Bernard, sema’ lir-raġel l-ieħor jispara għal darbtejn. Hu qal li ma kienx irrealizza li fil-fatt il-karozza Vauxhall tiegħu kienet intlaqtet darbtejn. “Ippruvajt naħrab lejn Triq Reġjonali, bil-karozza Mercedes tiġri warajja. “Taħt il-Mina ma nafx x’ġara u l-karozza tiegħi waqfet. Fil-pront laħqitni l-karozza l-oħra, iżda kien ta’ solliev kbir għalija meta bdejt nisma’ mhux biss lis-sireni tal-karozzi tal-Pulizija resqin lejna, imma anki bdejt nara wkoll

Meta rajt dik ix-xena, kelli l-mobile f‘idi u bdejt nirrekordja kollox

Lidgia Farrugia Sammut hi waħda mix-xhieda l-aktar importanti li rat in persona l-inċident u l-isparatura tax-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia fuq lIskoċċiż Stephen Smith fil-lejl tal-Erbgħa, 19 ta’ Novembru li għadda fil-Gżira u spjegat li appena hi rat dik ix-xena, kellha l-mobile f’idha u bdiet tirrekordja dak kollu li kien qiegħed iseħħ. Fuq il-pedana tax-xhieda u f’Awla mimlija Pulizija, Avukati, ġurnalisti u anki familjari talKuntistabbli Paul Sheehan, Lidgia Farrugia Sammut bdiet biex qalet li hi miżżewġa Malti u ilha toqgħod Malta għal dawn laħħar sentejn u nofs. Qalet li flimkien ma’ ommha dakinhar kienu qed jirritornaw id-dar wara li kienu marru dawra bil-klieb tagħhom. Għall-ħabta tat-8.30 huma kienu sejrin lura, iżda fi Triq Edgar Bernard raw dak li huma ddeskrivew bħala inċident tat-traffiku. Iżda dak li ma kienx normali kien li wieħed mill-irġiel – li hi għarfitu fl-Awla bilqiegħda ġewwa l-iżbarra – kellu f’idu lleminija pistola u beda jxejjirha.

– Lidgia Farrugia Sammut

“Għedt lil ommi u din inħasdet.” Kien f’dan il-mument li hi bdiet tirrekordja kollha u filwaqt li l-ewwel raġel – l-Iskoċċiż – kien qiegħed jistrieħ mas-saqaf tal-karozza tiegħu b’idejh impoġġija fuq l-istess saqaf talkarozza, ir-raġel l-ieħor kien jinstema’ jgħajjat u bil-pistola f’idu. Hi qalet li huma nħasdu b’dak li kienu qed jaraw, sal-mument li l-ewwel raġel rawh jirkeb filkarozza u jsuq biex jipprova jaħrab. It-tieni raġel għamel passejn lejn in-nofs tat-triq, immira dritt u spara żewġ tiri konsekuttivi. Għal mument l-ewwel karozza bħal donnha waqfet u ommha qaltilha li s-sewwieq tagħha kien intlaqat. Iżda immedjatament issewwieq aċċellera l-veloċità u żied jaħrab. Huma ħadu nifs ’il ġewwa għax dan kien ifisser li hu ma kienx intlaqat bit-tiri. Immedjatament ir-raġel lieħor, kompliet tispjega Lidgia Farrugia Sammut li hi minn Nikaragwa, daħal fil-karozza skura tiegħu u saq bis-saħħa biex isegwi l-ewwel karozza. Hi qalet li tiftakar sew li dik ilkarozza sewda kellu l-pjanċi

GM14 u aktar tard saret taf li dik kienet karozza ta’ Ministru. Waqt li kienu għadhom taħt xokk qawwi, waqfet ħdejhom karozza oħra b’żewġ persuni fiha – sewwieq u passiġġier. Il-passiġġier staqsiha dwar l-inċident u dwar l-isparatura. Staqsiha wkoll id-direzzjoni li fiha saqu kif ukoll dwar il-filmat li kienet ġibdet, iżda hi beżgħet u filwaqt li qaltlu f’liema direzzjoni saqu żżewġ karozzi, ħbiet il-mobile għaliex beżgħet. Lidgia Farrugia Sammut fissret li l-passiġġier li kellimha kellu għajnejh ċari u kellu xi ftit talleħja. Lis-sewwieq ma ratux għax kien id-dlam. Mistoqsija jekk lill-ewwel raġel ratlux xi ħaġa f’idejh, hi wieġbet fin-negattiv, filwaqt li ddeskriviet kif it-tieni raġel mhux biss kellu arma f’idu lleminija u l-mobile fl-id l-oħra, iżda kien jinstema’ aggressiv ħafna. Lidgia Farrugia Sammut ikkonfermat għal aktar minn darba li t-tiri sparati kienu tiri diretti lejn il-karozza li kienet qed taħrab mill-post tal-inċident.

3

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

id-dawl blu tal-istess karozzi,” irrakkonta lill-Qorti Stephen Smith. Hu kompla li filwaqt li kien taħt xokk kbir, il-Pulizija qabduh u poġġewh wiċċu fl-art u mmanettjawh, fost ħafna għajat biex ma jitkellimx u biex ma jiftaħx ħalqu. Jiftakar tajjeb ħafna kif il-Pulizija kienu raffi miegħu u lanqas iċaqlaq rasu ma ħallewh. Hu rrakkonta kif matul dik illejla ttieħed fi tliet Għases differenti tal-Pulizija. Ħadulu wkoll

test tan-nifs iżda ma jiftakarx jekk ingħadlux l-eżitu ta’ dak ittest li kien għamel. Stephen Smith żied jispjega lill-Qorti li d-distanza bejnu u bejn ir-raġel l-ieħor meta dan beda jipponta l-arma kienet waħda qasira ta’ ftit metri biss – forsi bejn 25 u 30 pied biss. Hu qal li mhux biss jagħraf sew lill-imputat bħala r-raġel li aggredieh fil-lejl tal-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, imma wkoll jiftakar tajjeb li dakinhar Paul Sheehan kien liebes top abjad u qalziet skur. Mistoqsi jekk fil-ħin tal-argument kellux xi ħaġa f’idu, hu qal li ma kellu assolutament xejn f’idejh. Hu qal li jiftakar tajjeb kif irraġel l-ieħor (Paul Sheehan) kellu f’idu l-leminija l-arma, iżda ma jiftakarx li fl-id l-oħra kellu xi ħaġa oħra. Hu temm li din għalih kienet esperjenza xokkanti u ħarab biss mill-post għax tassew beża’ għal ħajtu.

Kif rajt lir-raġel jipponta l-arma ksaħt

Lidgia Sammut, li flimkien ma’ bintha fil-lejl tal-Erbgħa, 19 ta’ Novembru 2014 kienet sejra lura d-dar wara passiġġata bilklieb, qalet li meta rat lil wieħed mill-irġiel bl-arma tan-nar f’idu beżgħet ħafna u “ksaħt”. Lidgia Sammut, li kienet qed tixhed quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja fl-ewwel jum talkumpilazzjoni tal-isparatura mix-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia, il-Kuntistabbli Paul Sheehan qalet li hi ilha Malta għal dawn l-aħħar sentejn u nofs u tgħix flimkien ma’ bintha. Fil-ħin tal-inċident hi u t-tifla tagħha kienu sejrin lura lejn iddar wara li kienu marru dawra bil-klieb tagħhom. F’mument minnhom fil-kantuniera jew kważi ta’ Triq Edgar Bernard filGżira huma raw żewġ karozzi li milli jidher kienu involuti f’ħabta. Madankollu kien hemm ukoll żewġt irġiel u t-tifla tagħha ġibditilha l-attenzjoni li wieħed minnhom kellu arma tan-nar f’idu. Meta hi tat kas għal dan inħasdet u “ksaħt”.

– Lidgia Sammut

Hi qalet li lil dan ir-ragel – li hi ma kenitx kapaċi tagħrfu fl-Awla għax fix-xena tad-delitt ratu biss minn wara – semgħetu jargumenta b’vuċi għolja ħafna, filwaqt li f’idu kellu l-arma tannar. Sadattant l-ieħor rikeb filkarozza u saq biex jaħrab millpost, iżda r-raġel l-ieħor ipponta l-arma u spara lejn il-karozza. Hi qalet li fid-dawl ta’ dan ixxenarju kollu hi ħassitha xxukkjata għall-aħħar u anki beżagħna ħafna. Immedjatament ir-raġel li kellu l-pistola f’idu rikeb ilkarozza l-oħra u saq għal warajh. Hi qalet li din kienet xena talbiża’. Fil-pront waslet ħdejhom karozza oħra b’żewġ persuni fiha u wieħed minnhom staqsihom x’kien ġara u dwar il-filmat li kienu ġibdu, iżda t-tifla tagħha beżgħet u ħbiet il-mobile. Din il-karozza saqet għal wara l-oħrajn. Mistoqsija mill-ġdid jekk tagħrafx lir-raġel li kellu l-arma f’idu, hi qalet li ma tistax tagħmel dan għax lil dan ir-raġel bl-arma f’idu ratu minn wara.


4

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

Rajtu jispara żewġ tiri u t-tifla bdiet tibki bil-biża’

Rapporti ta’ Joe Mikallef

www.maltarightnow.com

IL-KUMPILAZZJONI TA’ PAUL SHEEHAN

– Claudia Nicastro

Claudia Nicastro hi omm ta’ żewġt itfal li toqgħod fi Triq Wied il-Kappara fil-Gżira u lbieraħ xehdet fl-ewwel jum talkumpilazzjoni tal-isparatura mix-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia u rrakkontat kif rat iseħħu quddiemha ż-żewġ sparaturi, filwaqt li t-tifla tagħha li kienet ġewwa u li kienet għadha kemm ġejja d-dar mill-Isptar, bdiet tibki bil-biża’. Hi qalet li l-kċina tad-dar tagħti għal fuq Triq Wied ilKappara u għall-ħabta tad-8.45 p.m. tal-Erbgħa, 19 ta’ Novembru li għadda, bdiet tisma’ ħafna għajat u storbju u ttawlet barra u rat żewġt irġiel jargumentaw. Wieħed mill-irġiel kellu lkarozza wieqfa fuq sinjal Stop fit-triq, filwaqt li l-ieħor kellu pistola f’idejh. L-ewwel raġel beda jgħid lit-tieni wieħed: “Għalfejn għandek l-arma? Tista’ tneħħiha...”, filwaqt li l-ieħor beda jgħidlu li kellu l-arma f’idu għax kien ipprova jħebb għalih. Dak li kellu l-pistola f’idu, kompliet tirrakkonta Claudia Nicastro, fl-id l-oħra kellu mobile u deher jitkellem ma’ xi ħadd, x’aktarx mal-Pulizija u f’daqqa waħda l-ewwel sewwieq deher jidħol fil-karozza tiegħu u jsuq. Hi qalet li dak il-ħin ir-raġel li kellu l-arma f’idejh ratu jispara żewġ tiri, jirkeb fil-karozza tiegħu u jmur jiġri jsegwi lewwel karozza.

Talab l-assistenza legali ta’ Manwel Mallia... u ma setax jifhem li dan ma setax isir Ftit mumenti biss wara l-inċident li fih kienu sparati tiri mix-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia Paul Sheehan fil-mini ta’ Santa Venera

Paul Sheehan

Hi qalet li kollox ġara f’temp ta’ ftit ħin. Mistoqsija jekk l-ewwel raġel – is-sewwieq Skoċċiż – kellux xi ħaġa f’idu, hi wieġbet li ma tiftakar li kellu xejn f’idejh. Hi kompliet li kollox sar fi ftit tal-ħin u d-distanza ta’ bejn iżżewġt irġiel kienet biss ta’ ftit metri. Claudia Nicastro, li fil-ħin talinċident kienet qed tistenna littifel tagħha jirritorna mill-futbol, kompliet li hi segwiet kollox mittieqa li għandha fit-tielet sular tal-blokka bini fejn toqgħod. Hi kkonfermat li rat liż-żewġ tiri jiġu sparati, kif ukoll lillewwel xufier jirkeb u jaħrab bilkarozza tiegħu u wara jkunu sparati ż-żewġ tiri.

L-Ispettur Saviour Baldacchino mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali (DIK) xeheb ilbieraħ li Stephen Smith, is-sewwieq Skoċċiż, ried li jkollu l-assistenza legali talAvukat Manwel Mallia iżda dan ma kienx possibbli għax Manwel Mallia, sa dakinhar, kien jokkupa l-kariga ta’ Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Madankollu dan l-argument hu ma setax jifhmu, forsi wkoll għax kien taħt l-effett tax-xorb. L-Ispettur Saviour Baldacchino fix-xhieda tiegħu beda biex qal li għall-ħabta tal9.45 p.m. ċemplitlu sSupretendent Alexandra Mamo u ordnat lilu u lit-tim tiegħu biex imorru jassistuha fil-post talisparatura. Hu qal li huma marru fil-post indikat fil-Mina ta’ Santa Venera

– Spettur Saviour Baldacchino

fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar. Hemmhekk sabu lill-Assistent Kummissarju Sandro Zarb u tkellmu dwar dak li kien ġara. Stabbilew li l-karozza Mercedes sewda tal-eks Ministru Manwel Mallia kienet intlaqtet minn karozza oħra, kienu ġew sparati xi tiri u kienu intervjenew tal-RIU. Il-karozza l-oħra involuta kienet bi pjanċi ta’ barra u kienet milquta wkoll minn żewġ balal – waħda fil-bumper fuq wara u l-oħra fin-naħa ta’ fuq talwindscreen ta’ wara. Hu qal li kien infurmat li kienet qed issir Inkjesta bilMaġistrat Natasha Galea Sciberras li kellha jgħinuha numru ta’ esperti tal-Qorti. Hu qal li l-Assistent Kummissarju Sandro Zarb u xi Pulizija oħra marru fil-post fejn kienu sparati t-tiri biex forsi jinstabu l-iskrataċ u jinġabru. Filfatt huma marru fil-post indikat iżda minkejja tfittxijiet estensivi l-iskrataċ – tnejn b’kollox – baqgħu ma nstabux! L-Ispettur Saviour Baldacchino kompla li sadattant Stephen Smith ittieħed fl-Għassa ta’ San Ġiljan biex jitteħidlu test tan-nifs. Dan wara li kien imwissi dwar id-drittijiet tiegħu. Hu rrifjuta li jagħmel dan it-test. Wara ttieħed fl-Għassa talPulizija tal-Imsida fejn kienet qed titmexxa l-Inkjesta bilMaġistrat. Hemmhekk reġa’ ntalab biex jagħmel dan it-test tannifs u hu aċċetta. Dejjem filpreżenza tal-Maġistrat. Hu qal kif Stephen Smith ripetutament ried li jkun assistit mill-Avukat Manwel Mallia iżda ngħadlu u kien spjegat lilu li dan ma kienx possibbli.

Hu qal li fl-Għassa tal-Imsida ttieħed ukoll il-Kuntistabbli Paul Sheehan li talab id-dritt tal-assistenza legali u għal dan l-iskop identifika lill-Avukat Arthur Azzopardi biex imur, kif fil-fatt għamel, jassistih. Hu qal li l-involviment tiegħu fl-investigazzjonijiet dwar dan ilkaż komplew fl-24 ta’ Novembru meta reġa’ tkellem max-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia. Hu spjega li l-verżjoni li kien tahom Paul Sheehan ma kinetx taqbel mal-provi miġbura minnhom fir-recording tat-telefonata lill-Control Room talPulizija. Invista ta’ dan intalab mandat ta’ arrest li nħareġ u fis-26 ta’ Novembru hu kien arrestat millġdid u tressaq il-Qorti u kien akkużat b’disa’ kapi ta’ akkuża. Hu qal li qabel ma tressaq ilQorti, huma semgħu b’mod ripetut ir-recordings tat-telefonata li saret lill-Control Room fejn jinstemgħu ż-żewġ tiri u minn hemm ħareġ ċar li qabel ma spara, Paul Sheehan ma kienx ikklokkja l-arma biex itella’ lballa. Minħabba f’hekk il-Pulizija ddeċidew li joħorġu l-att ta’ akkuża li fil-fatt ħarġu. L-Ispettur Saviour Baldacchino kompla li huma investigaw ukoll lit-tielet karozza, dik li marret fil-post fi ftit sekondi wara. Dik li fiha ngħad li kien hemm passiġġier b’leħja ta’ ftit jiem u b’għajnejn ċari. Saret identifikazzjoni ta’ din il-persuna u fil-fatt il-Pulizija talbu lil Daniel Grech biex jgħin fl-investigazzjonijiet tagħhom wara li rriżulta li dan mar jassisti lillKuntistabbli Paul Sheehan.


www.maltarightnow.com

IL-KUMPILAZZJONI TA’ PAUL SHEEHAN

Paul Sheehan bħalissa hu sospiż mill-Korp

5

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

Rapporti ta’ Joe Mikallef

– Il-Maġġur Joseph Farrugia

Il-Maġġur Joseph Farrugia li hu stazzjonat fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-Pulizija, xehed ilbieraħ fil-kumpilazzjoni u qal li bħalissa l-Kuntistabbli Paul Sheehan, li fost l-oħrajn qiegħed jiffaċċja akkuża ta’ attentat ta’ omiċidju volontarju, hu sospiż mill-Korp tal-Pulizija.

Hu qal li PC 533 Paul Sheehan daħal fil-Korp tal-Pulizija nhar il-15 ta’ Ottubru 1992. Mistoqsi hux awtorizzat biex iġorr arma tan-nar, hu wieġeb flaffermattiv b’permessi li ngħatawlu fit-2 ta’ Jannar tal2008, fl-14 ta’April tal-2011 u fl1 ta’ Marzu tal-2012.

Spara żewġ tiri u lili qalli li (lil tal-RIU) ma bgħatthomlux! Il-Kuntistabbli Eman Grima (PC1223), li hu stazzjonat filControl Room tad-Depot talPulizija, qal li dakinhar talisparatura, jiġifieri fil-lejl talErbgħa, 19 ta’ Novembru li għadda, hu kien xogħol bejn it-8 p.m. u l-5 a.m. Ftit qabel id-9 p.m. daħlet telefonata minn xi ħadd li talab lgħajnuna tar-Rapid Intervention Unit (RIU). Xtaqhom ħdejn ilPixxina fil-Gżira. Hu qal li hu talbu jgħidlu fejn riedhom eżattament u hu beda jgħidlu li xi ħadd kien faqagħlu lkarozza tal-Ministru. Qallu wkoll li hu kien ix-xufier tal-

– PC1223 Eman Grima

Ministru. Hu kompla jgħidlu li ma setax isuq għax kien bil-karozza mifqugħa. F’daqqa waħda f’dan ilmument instemgħu ż-żewġ tiri u l-persuna fuq in-naħa l-oħra tallinja beda jgħid li kien ħarablu u li kien qed isuq fid-direzzjoni tatTriq Reġjonali. F’mument minnhom qallu wkoll li se jibqa’ jagħtih it-tiri sakemm jieqaf. Il-Kuntistabbli Eman Grima qal li min kien qiegħed ikellmu fl-ebda ħin ma qallu min kien, għajr li kien ix-xufier ta’ Ministru.

Il-kumpilazzjoni għall-Ġimgħa li ġej fl-10 a.m. Paul Sheehan meta tressaq għall-ewwel darba l-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil volontarju

– Il-Maġistrat Aaron Bugeja

Meta kien qiegħed jitlob għallħelsien mill-arrest ta’ Paul Sheehan, l-Avukat Difensur Edward Gatt qal li aktar ’il quddiem jgħid għaliex l-imputat inżamm arrestat. Qal li l-Qorti żammet lil Paul Sheehan il-Ħabs biex ma jkunx hemm leakages, iżda dan kollu falla għax kulħadd jaf x’ġara fil-mezzi tax-xandir. Żied jgħid li l-leakages żgur li mhux responsabbli għalihom Paul Sheehan. Qal ukoll li xhieda pajżana xehdu u Paul Sheehan m’għandux jibqa’ arrestat. Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest.

Fi tmiem seduta twila aktar minn tliet sigħat, il-Maġistrat Aaron Bugeja ddifferixxa l-kontinwazzjoni tal-kumpilazzjoni għal nhar il-Ġimgħa li ġej fl-10 a.m. sal-11 a.m. biss għax wara għandu delegazzjoni minn barra. Dwar talba għall-ħelsien talimputat, anki taħt numru ta’ kundizzjonijiet, il-Maġistrat qal li dwar dan għad irid jiddeċiedi. F’digriet hu qal li l-Qorti kienet rat kif kienet ġiet trattata ttalba tar-Rikors għall-ħelsien mill-arrest; rat ukoll ir-risposta mill-Avukat Ġenerali u semgħet ukoll lill-Prosekuzzjoni tiddik-

jara li f’dan l-istadju il-biża’ talintraċċ hi ormaj sorpassata minħabba li xehdu fis-seduta talbieraħ ix-xhieda u kien fadal biss jixhdu membri tal-Korp u esperti li ħafna minnhom diġà xehdu flatti tal-Inkjesta bil-Maġistrat. Hu żied li f’dan l-istadju lProsekuzzjoni m’għandhiex oġġezzjoni għall-għoti talħelsien mill-arrest preventiv għax m’hemmx il-biża’ li jintmessu xi xhieda jew li jkun hemm intraċċ tax-xhieda. Hu qal li din it-talba għallħelsien mill-arrest għad irid jieħu deċiżjoni dwarha.

15.14 : Il-ħdax-il telefonata

17.35 : It-tnax-il telefonata

Il-kontenut tal-kumplament tar-recordings tal-konverżazzjonijiet

15.09 : L-għaxar telefonata (l-għada)

“Il-Ministru qalli biex noqgħod id-dar” – Maġġur midDepot iċempel lil Paul Sheehan

Il-Maġġur tal-HR iċempel lillKuntistabbli Paul Sheehan u jgħidlu li kellu envelopp mingħand il-Kummissarju għalih “aqbeż qabża għalih jekk jogħġbok.” Hawnhekk Paul Sheehan iwieġeb li: “bil-Malti qaluli biex għalissa ma noħroġx mid-dar.” Il-Maġġur: “Min qallek imma? Forsi min qiegħed jinvestiga?” Paul Sheehan: “Il-Ministru hekk qalli.” Il-Maġġur: “Il-Kummissarju qalli biex inċempillek u nibgħat

għalik ħalli tippikkja l-ittra li għandek mingħandu u kif tkun hawnhekk irid ikellmek lAssistent Kummissarju Magri.” Paul Sheehan: “Orrajt.” Il-Maġġur: “Li qalli lKummissarju qiegħed ngħidlek ħija... żomm naqra...naħseb li qallek il-Ministru jirbaħ! Mela oqgħod id-dar ħalli nerġa’ nkellem lill-Kummissarju u se nerġa’ nċempillek lura. Ma jmurx jgħidlek li ma obdejtux.” Paul Sheehan: “L-ewwel kienu xi l-ħdax u nofs, hekk qalli... għidlu li qed nistenna biex immur lGħassa biex nagħmel l-istqarrija.” Il-Maġġur: “Se nċempillek lura, Pawl.”

“Sheehan, tini n-numru ħa nċempillek fuq il-mobile” – lAġent Kummissarju Ray Zammit mill-ġdid ikellem lillKuntistabbli Paul Sheehan F’din it-telefonata qasira, lAġent Kummissarju jistaqsi lil Paul Sheehan għan-numru talmobile tiegħu. Paul Sheehan jgħaddilu nnumru u l-Kummissarju jgħidlu: “Ok ġej”, qabel ma jaqta’.

“Għalfejn tiġi?! Mhux biex naraw x’ġara u ma ġarax!” – ilMaggur Monreal (Police Internal Affairs) f’telefonata ma’ Sheehan

F’din l-aħħar telefonata missensiela li qed nippubblikaw, bil-konverżazzjonijiet bejn Paul Sheehan u d-Depot talPulizija dakinhar tal-isparatura u l-għada, il-Maġġur Monreal jiġi mqabbad ma’ Paul Sheehan, u jsaqsih jekk hux “ġej hawn, fejn qiegħed?” Sheehan jistaqsi lill-Maġġur għalfejn għandu jmur, u tinstema’ daħqa minn taħt. IlMaġġur jispjega lil Sheehan li

għandu jmur sabiex “naraw x’ġara u ma ġarax”. Sheehan jispjega li ħadd ma qallu li għandu jmur id-Depot, u jtenni kif hu kien “qed jistenna biex jeħdulu statement” flgħassa ta’ Tas-Sliema. Mistoqsi jekk hux qiegħed l-għassa, Sheehan jirrispondi li ma kienx, u li dak il-ħin kien iddar. Il-Maġġur jgħid lil Sheehan li hu d-Depot kellu jmur, u li minn tas-Sliema ma kienu se jeħdulu xejn. Il-Maġġur jagħlaq billi jgħid lil Sheehan biex imur id-Depot minnufih, “ejja, mhux gas down, imma ejja issa.”


6

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

Jammetti sensiela ta’ serqiet ta’ fuel

Raġel ta’ 36 sena miżŻejtun mar sentejn ħabs, iżda sospiżi għal erba’ snin, wara li ammetta li matul din issena wettaq sensiela ta’ serqiet ta’ fuel kemm minn karozzi kif ukoll minn kumpanija. Charles Farrugia ammetta li fil-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Novembru seraq b’€60 fi fuel minn karozza pparkjata filGudja b’dannu għal Dylan u Daniel Baldacchino. Huwa ammetta wkoll li fit22 ta’ Novembru, f ’xi ħin bejn nofsillejl u 10 minuti wara, seraq vettura Isuzu miżŻejtun u li fil-lejl ta’ bejn it22 u t-23 tal-istess xahar, għal darb’oħra miż-Żejtun, seraq Suzuki Samurai. Farrugia ammetta wkoll li fil-lejl ta’ bejn is-26 u s-27 ta’ Novembru seraq b’€110 fi fuel minn karozza pparkjata fiż-Żejtun b’dannu għal Salvatore Spagnol kif ukoll li kkaġuna ħsara fl-imsemmija vettura. Hu ammetta li fis-26 ta’ Novembru, għall-ħabta tas7.30 p.m. f ’Ħaż-Żabbar, seraq b’€70 fi fuel b’dannu għal Clint Gouder u Kylie Riolo u li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq listess Riolo. Farrugia wieġeb li kien ħati wkoll li fis-27 ta’ Novembru ipprova jisraq fuel mill-fabbrika MCL Components li tinsab fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel u li l-għada 28 ta’ Novembru, għall-ħabta tal11.30 p.m., seraq b’€230 fuel minn karozza pparkjata f’Raħal Ġdid b’dannu għallkumpanija Steel Structures. L-aħħar reat dwar serq kien dwar l-attentat tasserqa ta’ vettura Isuzu li kienet seħħet fid-29 ta’ Novembru, għall-ħabta tannofs siegħa ta’ filgħodu fiżŻejtun, b’dannu għal Alan Spiteri. Ma’ dawn l-akkużi fuq serq u attentati ta’ serq, Farrugia ammetta anki li naqas li jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Maġistrat Neville Camilleri fit-18 ta’ April 2013. Minbarra s-sentenza sospiża, il-Maġistrat Doreen Clarke ikkundannatu jħallas multa ta’ €500 fi żmien sena talli kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti tal-Maġistrati u poġġietu taħt ordni ta’ ‘probation’ għal sentejn.

www.maltarightnow.com

Ħabta tispiċċa fi ġlieda u b’theddid ta’ qtil lil żewġ persuni

QORTI

Ħabta bejn żewġ karozzi f’ Ħal Qormi fis-sajf tas-sena l-oħra spiċċat fi ġlieda fejn iż-żewġ naħat qalu li kienu aggrediti sofrew ġrieħi u anki ħsara f’waħda mill-karozzi. Il-vittma fil-każ skont lakkużat saħansitra bdiet thedded li kienet se terġa’ tmur il-ħabs minħabba l-aġir tal-akkużat u ttfajla tiegħu, u dan għax kienet se toqtolhom. Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ma sabitx lil Chris Vassallo ta’ 21 sena minn Ħal Qormi ħati li saq karozza b’manjiera traskurata u perikoluża, li insulenta lix-xufiera Mary Farugia, il-mara li kien involut f’inċident magħha u li kkaġunalha ferita ħafifa. Madankollu huwa ġie mmultat €100 talli fl-10 ta’ Lulju tal2013, għall-ħabta tas-6.30 p.m.

għamel il-ħsara fuq il-karozza ta’ Farrugia, li hija propjetà tassieħeb tagħha Joseph Zammit. Fix-xhieda tagħha Mary Farrugia qalet li kienet qed issuq karozza Golf, sejra minn Ħal Qormi direzzjoni lejn ĦażŻebbuġ. Qalet li Chris Vassallo kien qed isuq quddiemha u beda jserrep. Qalet li miegħu kien hemm ukoll l-għarusa tiegħu. Qalet li dawn kienu qegħdin jidħqu, u li Vassallo beda juri subgħajh tan-nofs. Farrugia kompliet tgħid li meta waslu viċin il-ħanut Shopwise, fi Triq l-Imdina, il-karozza l-oħra qisha daret lejn in-naħa tax-xellug u ħasduha u hija għamlet listess manuvra biex ma jolqtux il-ġenb tagħha. Hi qalet li taħseb li kienet laqtitlu xi ftit il-bieba u wara waqfu t-tnejn li huma. Qalet li Chris Vassallo beda

jagħti b’kemm jiflaħ fuq il-bonnet tagħha u bid-daqqiet li ta larma tal-Golf ta’ max-xibka waqgħet. Ix-xhud qalet li hija staqsietu għalfejn għamlilha hekk fejn skont hi għawġilha subgħajha u qalet ukoll li qalgħalha difrejha u beda dieħel ħafna demm. Xehdet ukoll Charlene Abela, it-tfajla ta’ Chris Vassallo, li qalet li kienet riekba ma’ Vassallo u huma kienu telgħin mid-direzzjoni ta’ Ħal Qormi lejn ĦażŻebbuġ, fejn hemm l-istabbiliment Krea. Qalet li l-għarus tagħha kien qiegħed fuq ilkareġġata ta’ barra u raha lil Mary Farrugia riesqa fil-viċin. Hija qalet li huwa paqpaq ilħorn u din resqet aktar viċin tiegħu u bdiet tgħid xi kliem iżda ma semgħuhiex peress li t-twieqi kienu magħluqa.

L-akkużat qabiżha, baqa’ tiela’ ’l fuq u waqaf mas-“service lane” u kif ħareġ mill-karozza, u kif fetaħ il-bieba raha ġejja għal fuqu u biex iżommha milli tidħol fih taha xi daqqiet fuq il-bonnet u dan fil-paniku li qabdu għax ħaseb li kienet se tweġġgħu. Qalet li l-mara ħarġet mill-karozza bdiet tgħajjat u toffendihom u bdiet tgħid li se terġa’ tmur ilħabs minn fuqhom u se toqtolhom u xi diskors ieħor. Skont ix-xhud Farrugia marret ħdejn l-għarus tagħha qisha se tagħtih daqqa ta’ ponn u wara marret fuqha u tatha daqqa fuq xoffitha. Chris Vassallo prattikament ikkorrabora x-xhieda tattfajla tiegħu u qal ukoll li kienet Mary Farrugia li bdiet isserrep u tmur quddiemu. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Agius.

Il-Qorti, preseduta millImħallef Abigail Lofaro, ordnat li l-kura u l-kustodja ta’ tifla minorenni titħalla f ’idejn missierha, wara li ommha bħall-Erbgħa fost ilĠimgħa, telqitha u marret lura l-Ingilterra. L-omm kellha relazzjoni ma’ electrician u raġel ieħor fuq l-internet u ma kellhiex rabta bejn l-omm u t-tarbija, tant li meta kienet treddagħha kienet tpoġġi magazin fuq ras it-tarbija. Fil-Qorti tal-Familja missier irrakkonta kif hu u martu, it-tnejn millIngilterra, stabbilixxew ruħhom hawn Malta, wara li kienu żżewġu u wara li diġà kienu għaddew minn diversi ntoppi fir-relazzjoni tagħhom. Qal li kif meta ltaqa’ ma’ dik li saret martu, din diġaà kellha tifel minn relazzjoni preċedenti. Il-mara u t-tifel bdew joqogħdu miegħu. Jammetti li għall-ewwel ir-relazzjoni bejnu u bejn it-tifel ma kinitx tajba, iżda maż-żmien tjiebet tant li jqis lil dan ittifel daqslikieku kien tiegħu. Il-missier qal kif matul ir-

relazzjoni tagħhom kellhom diversi problemi li ħafna minnhom kienet toħloqhom omm is-sieħba tiegħu. Huwa qal li s-sitwazzjoni marret għall-agħar meta kien se jkollhom tarbija, iżda kien jaf ukoll li mhux se jitlaq mir-relazzjoni għax ma kienx se jħalli lit-tifel tas-sieħba u t-tarbija warajh. Dwar ilkarattru tas-sieħba tiegħu jgħid li kien wieħed ta’ żewġ estremi daqqa ferħana se ttir u xi kultant dipressa. Qal li wara skopra li kellha storja ta’ skiżofrenija, kundizzjoni li kellu wkoll missierha. Dwar it-twelid tat-tifla talkoppja, il-missier jgħid li kien hu li kien iżomm lil bintu għax is-sieħba tiegħu kienet tgħid li tinsab muġugħa u li tibża’. Qal li wara xi żmien issieħba tiegħu xtaqet terġa’ tmur taħdem u kien għamel xi żmien hu d-dar mat-tfal, iżda ma damux wisq għax kellhom bżonn aktar flus u ħareġ jaħdem hu wkoll. Issitwazzjoni f ’dan il-perijodu tjiebet sakemm miet missier is-sieħba u ommha qalet li kien kollu tort tagħha.

Maż-żmien reġa’ kellhom perijodi sbieħ u ddeċidew li jiżżewġu. “Iż-żmien feliċi tażżwieġ dam biss tliet xhur għaliex l-intimata reġgħet waqgħet f’dipressjoni u kien hemm ukoll problemi finanzjarji. Kien f’dan iż-żmien li lpartijiet iddeċidew li jiġu jgħixu Malta,” intqal fil-Qorti. Fi żmien li għamlu Malta r-raġel issuspetta li martu kellha relazzjoni adultera mal-electrician u wara reġgħet waqgħet f ’dipressjoni. Lejn żmien ilMilied kien skopra li kellha relazzjoni oħra fuq l-internet, ir-raġel għażel li ma jgħid xejn dwarha biex ma jħassarx festi. Huwa qal li ma kienx ħadha bi kbira meta rċieva telefonata tgħid li martu kienet telqet l-Ingilterra bittifel. Kien wara dan lepisodju li r-raġel fetaħ kawża ta’ kustodja fil-Qrati ta’ Malta. Wara li semgħet dan kollu, il-Qorti, preseduta mill-Imħallef Abigail Lofaro, iddeċidiet li l-kustodja tat-tifla għandha tibqa’ f ’idejn il-missier b’mod esklussiv.

Il-Qorti, preseduta millMaġistrat Francesco Depasquale, wissiet żagħżugħ ta’ 15-il sena biex ma jkomplix fit-triq li qabad u jibda jmur l-iskola u jekk jonqos milli jagħmel dan jispiċċa lħabs. Il-Maġistrat qallu wkoll biex ma jibqax jagħmilha ma’ ċirku ta’ persuni li qegħdin idaħħluh f’xeba’ inkwiet. Akkumpanjat minn ommu, ż-żagħżugħ, li huwa minn San Pawl il-Baħar u li ismu ma jistax jissemma’ peress li huwa taħt l-età, ġie akkużat b’numru ta’ serqiet, li jinkludu “snatch and grabs”. Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur James Grech, qalet li każ minnhom jinkludi li flimkien ma’ persuni oħrajn żamm mara Ingliża, Angela Eve Reid, u wara li taha daqqa ta’ ponn serqilha l-‘handbag’ u t-telefon ċellulari. Kien mixli wkoll li daħal f ’kamra ta’ lukanda minn tieqa, u seraq ammont ta’ flus li kienu ta’ koppja Olandiża, residenti fil-lukanda Sunflower, f ’San Pawl ilBaħar, u b’serq ta’ oġġetti oħra.

Missier jirbaħ il-kustodja ta’ bintu bl-omm ikollha relazzjoni ma’ rġiel fuq l-internet

Żagħżugħ ordnat ma jkomplix it-triq li qabad


www.maltarightnow.com

LOKALI

Il-Pulizija tinsab fi stat ta’ sfiduċja li ilha snin twal ma tkun fiha minn paġna 1

Simon Busuttil qal li l-PM hu dgħajjef quddiem l-iktar deċiżjoni importanti u għalhekk mhux kapaċi jieħu deċiżjonijiet oħrajn li ma jkunux fil-pubbliku. Dan juri li l-Prim Ministru ma jistax ikun fdat fit-teħid taddeċiżjonijiet. Il-Kap tal-PN semma l-inkjesta li speċifikat li l-Prim Ministru wieġeb għal email ta’ Kurt Farrugia li fiha qalu biex jivverifika mal-Aġent Kummissarju lkorrettezza tal-istqarrija qabel mar jorqod. Hu qal li l-Prim Ministru ma jorqod quddiem sitwazzjoni bħal dik u kompla li jekk veru mar jorqod, il-Prim Ministru mhux fit for purpose. Madankollu Simon Busuttil staqsa jekk hawnx min tassew jemmen li l-Prim Ministru quddiem sitwazzjoni bħal dik mar jorqod. “Tlett ijiem ilu sfidajt lill-Prim Ministru biex jippubblika rekord tat-telefonati li hu għamel jew kellu mill-inċident sa meta ħarġet l-istqarrija.” Il-Kap tal-PN ikompla li ilu ċar li Manwel Mallia kellu jirriżenja sa mill-bidu nett iżda l-Prim Ministru dam tliet ġimgħat sħaħ biex jammetti li l-Oppożizzjoni kellha raġun. Hu staqsa kemm hu tajjeb il-ġudizzju politiku talPrim Ministru. Dwar il-ministru l-ġdid, Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru m’għandux iħalli dak il-poter kollu konċentrat f’idejn persuna waħda, fosthom il-pulizija, larmata u x-xandir. Hu appella biex il-portafol jinbidel u jitqassam fost il-ministri. Dwar Kurt Farrugia, Simon Busuttil qal li dan kiteb l-istqarrija li nħarġet mill-Gvern iżda blaktar mod stramb l-inkjesta ma sabet ebda ħtija u qalet li Manwel Mallia kellu jerfa’ rresponsabbiltà għax l-istqarrija ma kinetx korretta. Dan meta din inktibet minn Kurt Farrugia. Dan ma jagħmilx sens, sostna Simon Busuttil. L-inkjesta għamlet akrobazija biex tiddefendi lil Kurt Farrugia bl-iskop li tiddefendi lil Joseph Muscat. Hu qal li hemm dubju li Kurt Farrugia u Joseph Muscat kienu involuti f’dak li seħħ. M’hemmx dubju li l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija ma ttrattax il-kwistjoni sew u kellu jerfa’ r-responsabbiltà, iżda lPrim Ministru ħallieh second in

comand wara li ma refax irresponsabbiltà kif messu għamel. Simon Busuttil tkellem dwar ilKummissarju l-ġdid Michael Cassar u qal li dan hu r-raba’ Kummissarju f’20 xahar ta’ Gvern Laburista. Dan juri x’jiġri meta jkun hawn gvern li jagħmel kollox minħabba l-kompromessi politiċi, l-istess kif għamel meta neħħa lil John Rizzo minn Kummissarju meta dan kien abbli u rispettat. Dwar l-inkjesta, Simon Busuttil qal li din kienet inutli għax wasslet għall-konklużjoni li kienet ovvja. L-inkjesta serviet biss biex inħlew tliet ġimgħat bil-pajjiż jistaqsi f’perjodu meta kulħadd jistaqsi jekk kienx hawn min kien lest jerfa’ r-repsonsabbiltà. L-inkjesta bl-ebda mod ma sserraħ ras in-nies li l-verità ħarġet kollha. L-inkjesta ma bagħtitx għall-Prim Ministru u għal Keith Schembri. L-inkjesta għalhekk ma investigatx l-operat tal-Prim Ministru waqt li l-anexes bix-xhieda ma kinux pubblikati. L-Oppożizzjoni titlob li jkun pubblikat kollox, sostna lKap tal-Oppożizzjoni. Li kieku ma kienx għallOppożizzjoni u għall-media indipendenti, kieku l-verità ma kinetx toħroġ u kieku l-pajjiż baqa’ bi stqarrija uffiċjali talGvern li kienet tgħid li kienu sparati tiri fl-ajru meta dan ma kienx minnu. Simon Busuttil qal li llum ilPulizija tinsab fi stat ta’ sfiduċja li ilha snin twal ma tkun fiha. IlKummissarju l-ġdid għandu responsabbiltà kbira fuqu u li tagħmel dak li hu suppost, inkluż li n-nies jitressqu l-Qorti kif suppost. Il-Kap tal-PN qal li lOppożizzjoni dejjem qalet li linkjesta kienet inutli għaliex din kienet kwistjoni ta’ responsabbiltà politika. Il-verità kienet magħrufa u ma kienx hemm bżonn inkjesta bil-pajjiż jistenna. L-inkjesta tħalli d-dubji, fosthom għaliex il-Prim Ministru u Keith Schembri ma kinux intervistati meta dawn kienu involuti. Simon Busuttil qal li l-PN ħareġ it-transcrpit mal-mument li kienu qed jaslulu. Dan meta kellu jkun ilGvern li jippubblika d-dettalji kollha mill-ewwel. L-inkjesta hi ta’ paraventu għar-responsabbiltà li għandu jerfa’ Kurt Farrugia, sostna Simon Busuttil.

7

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

Il-PM jsostni li l-poplu qed jistagħġeb bil-kontabbiltà tal-Gvern Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-poplu mhux biss qed jilqa’ l-mod kif il-Gvern qed jaħdem bih fil-każ tal-isparatura mixxufier tal-eks Ministru Manwel Mallia, iżda qed jistagħġeb dwar il-kontabbiltà li l-Gvern miexi biha. Din il-pożizzjoni l-Prim Ministru esprimieha f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja li fiha hu kien akkumpanjat millMinistru l-ġdid tal-Intern Carmelo Abela u l-Kummissarju talPulizija l-ġdid Michael Cassar. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jimxi b’umiltà dwar dan il-każ għaliex dan jirrifletti kemm hemm bżonn ta’ politika li tkun qrib innies. Joseph Muscat sostna li lPulizija użat forza sproporzjonata u għalhekk il-poplu ħassu inkwetat. Jeħtieġ li l-fiduċja u l-kredibbiltà tal-Pulizija terġa’ tinbena mill-ġdid, sostna l-Prim Ministru, li kompla li l-Korp tal-Pulizija mhux igawdi fiduċja tal-poplu minħabba laxkezza u nuqqas ta’ investiment fih. Fil-Pulizija hemm kultura ta’ ħabi, li kien konfermat fl-inkjesta dwar l-isparatura taxxufier tal-eks Ministru Mallia, sostna Joseph Muscat. Il-Prim Ministru qal li dan il-każ wera d-differenza bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni għaliex, skont hu, dan hu Gvern li jaġixxi. Hu sostna li t-tneħħija tal-Ministru Mallia ma kinetx deċiżjoni faċli iżda permezz tagħha l-pajjiż qed jgħaddi għal perjodu ġdid fl-istorja politika tiegħu għaliex issa hawn min qed iħallas għal dak li jitwettaq. Filwaqt li qal li l-Gvern mhux se joqgħod jattakka lill-Oppożizzjoni bil-passat, il-Prim Ministru qal li lKap tal-Oppiżizzjoni għad għandu miegħu eks Ministri. Mistoqsi għaliex ma jridx jippubblika l-logs tat-telefonati li hu kellu bejn l-isparatura u l-istqarrija, l-Prim Ministru ftakar li kien ċempillu Gavin Gulia, Kurt Farrugia, Keith Schembri u Manwel Mallia. Hu ċaħad li f’dak il-mument kien jaf li x-xufier Sheehan kien spara fuq il-karozza u mhux fl-ajru. Il-Prim Ministru qal li Manwel Mallia jinsab imweġġa’ bis-sitwazzjoni u l-pożizzjoni tiegħu li ma jirriżenjax. Muscat qal li lil Mallia hu tah żewġ għażliet, dik li jirriżenja jew li jitkeċċa u li lgħażla biex jirriżenja ngħatat b’kortesija u deċenza lejn Mallia. Joseph Muscat qal li l-Gvern se jipproponi lill-Oppożizzjoni biex minflok il-mozzjoni ta’ sfiduċja, llum il-Parlament jiddiskuti s-sitwazzjoni madwar il-każ. Fi stqarrija b’reazzjoni għall-

Joseph Muscat fil-konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ waranofsinhar fil-preżenza tal-Ministru l-ġdid tal-Intern Carmelo Abela u l-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar

konferenza tal-aħbarijiet tal-Prim Ministru, il-PN qal li ‘About time! Fl-aħħar, il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel dak li kellu jagħmel tliet ġimgħat ilu. Il-PN sostna li Prim Ministru għadda lill-pajjiż minn agunija ta’ tliet ġimgħat li matulhom wera li ma kienx kapaċi jagħmel ġudizzju politiku tajjeb kif kien mistenni minnu bħala Prim Ministru u minflok kaxkar saqajh sakemm ma kien baqagħlu l-ebda għażla ħlief li jagħmel dak li kellu jagħmel sa mill-bidu nett – li jneħħi lil Manwel Mallia minn Ministru. L-Oppożizzjoni tfakkar li kien bis-saħħa tagħha u bis-saħħa talmedia tal-PN u tal-media indipendenti li llum tkeċċa Manwel Mallia. Il-Prim Ministru kien kostrett jagħmel dan wara diversi sejħiet mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, mill-media indipendenti kif ukoll minn diversi stħarriġ tal-opinjoni pubblika, qal il-PN. Li kien għal Joseph Muscat, Manwel Mallia baqa’ Ministru jmexxi l-Korp tal-Pulizija, minkejja l-każ tal-isparaturi mix-xufier tiegħu, tant li Muscat baqa’ jidde-

fendi lil Mallia għal tliet ġimgħat sħaħ sakemm is-sitwazzjoni ħarbet minn idejh u kellu jagħmel dak li kien ovvju mill-bidu nett. Anki l-istess inkjesta ħalliet bosta dubji dwar jekk ħarġitx ilverità kollha. Dan għaliex, fost loħrajn, ma nstabet l-ebda responsabbiltà tal-Kap talKomunikazzjoni tal-Prim Ministru Kurt Farrugia, ma ġewx interrogati l-Prim Ministru u ċChief of Staff tiegħu Keith Schembri u ma ġewx ippubblikati d-dokumenti annessi mar-rapport tal-inkjesta. Lanqas ma ħarġet ilverità kollha dwar it-telefonati li saru mal-Prim Ministru stess dakinhar tal-isparatura. Il-Partit Nazzjonalista huwa sodisfatt li grazzi għall-ħidma u ddeterminazzjoni tal-Oppożizzjoni sa fl-aħħar sar dak li kellu jsir. Issa jħalli f’idejn il-poplu Malti u Għawdxi biex jagħmel il-ġudizzju tiegħu dwar jekk il-Prim Ministru hux tassew kapaċi jerfa’ r-responsabbiltà tal-kariga ta’ Prim Ministru. Il-kredibbiltà tal-Prim Ministru qalgħet tisbita kbira u huwa għalhekk li n-nies qed jiddubitaw mill-kelma tiegħu.


8

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

Studji dwar il-breakwaters

L-applikazzjoni mal-MEPA għax-xogħlijiet fuq il-breakwaters ta’ Marsaxlokk ġiet riattivata u tqabbdet kumpanija, wara sejħa għall-offerti, biex tipprepara żewġ rapporti. Meta wieġeb fil-Parlament mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, ilMinistru Leo Brincat qal li se jsiru rapporti dwar l-Appropriate Assessment u l-Environmental Impact Statement, ħalli jiġu sottomessi lill-MEPA hekk kif mitluba, bħala parti minn proċess għall-applikazzjoni tal-permessi meħtieġa.

18,775 familja gawdew mill-ikel għal dawk fil-bżonn

Bejn l-1 ta’ April 2013 sa Marzu 2014 kien hemm 18,775 familja li gawdew minn ikel għal dawk fil-bżonn taħt il-European Aid Programme. Din l-informazzjoni taha filParlament il-Ministru Leo Brincat, għal mistoqsija tadDeputat Nazzjonalista Marthese Portelli.

Anqas flus fil-baġit għal titjib fi proġetti ambjentali

Il-Gvern ivvota anqas flus għal proġetti ta’ landscaping meta għas-sena 2015 naqqas in-nefqa u l-investiment meta mqabbel ma’ dak li kien ivvota għal din issena. Minn informazzjoni li ta filParlament il-Ministru Joe Mizzi għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, jirriżulta li għas-sena 2014 ġew ivvutati €7,500,000 u €200,000 f’upgrading filwaqt li għas-sena 2015 ġew ivvutati €7,500,000 u €100,000 f’upgrading.

Aktar żidiet qawwija fil-ħlasijiet tal-eżamijiet tal-Matsec

Il-Ministru Evarist Bartolo kompla jħabbar aktar żidiet filħlasijiet tal-eżamijiet tal-Matsec wara li ftit tal-ġimgħat ilu lGvern kien ta dettalji filParlament dwar iż-żidiet filħlasijiet għall-eżamijiet fuq mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni. Minbarra ż-żieda li kienet diġà mħabbra fil-ħlas tal-eżamijiet tal-Matsec, il-Ministru Bartolo qal li b’żieda ma’ dik l-informazzjoni, il-ħlas għal applikazzjonijiet li jidħlu tard żdied minn €46.59 għal €70. Il-ħlas għal applikazzjonijiet li jidħlu tard ħafna, minn €46.59 u €23.29 kull suġġett sa massimu ta’ erba’ suġġetti, issa żdied għal €70 u €35 kull suġġett sa massimu ta’ erba’ suġġetti. L-informazzjoni fuq dawn iżżidiet ingħatat fil-Parlament għal mistoqsijiet li għamlet idDeputat Nazzjonalista Marthese Portelli li talbet lill-Ministru Bartolo jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li tħabbru fil-Baġit li se jkunu qed jogħlew, u b’kemm se jiżdiedu.Tfisser ukoll li minnaħa tal-MCAST, filwaqt li ma kienx hemm żidiet ta’ miżati,

Jiżdiedu wkoll il-ħlasijiet għal applikazzjonijiet li jidħlu tard

minn din is-sena l-miżata amministrattiva marbuta marreġistrazzjoni tal-istudenti malawarding bodies barranin tnaqqset minn €11.65 għal €10. Dawn iż-żidiet isegwu ż-żidiet qawwija li għal ċerti eżamijiet kienet ta’ 186% aktar. Għal eżamijiet għal suġġetti oħrajn, iżżieda kienet ta’ 50% waqt li kien introdott ħlas ġdid. Quddiem dawn il-miżati goffi, fil-Baġit listudenti se jkunu qed jieħdu 2ċ biss kuljum.

Kien proprju fil-jum li l-Gvern ħabbar il-Baġit, li fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tadDeputat Nazzjonalista Joe Cassar, il-Ministru Bartolo kien ikkonferma b’kemm żdiedu lħlasijiet għall-eżamijiet. Dawn iż-żidiet, il-Gvern ma inkludihomx fid-diskors tal-baġit. Żidiet oħrajn kienu fil-ħlas ta’ reġistrazzjoni, li żdied bi €3.35 – minn €11.65 għal €15 (żieda ta’ 28.7%). Is-suġġetti tas-SECE għolew

www.maltarightnow.com

PARLAMENT

b’€7.02, minn €13.98 għal €21 (żieda ta’ 50.2%); l-eżamijiet talIntermediate għolew b’€6.37 minn €18.63 għal €25 (żieda ta’ 34.2%); u tal-Matsec (livell avvanzat) b’€7.04 minn €20.96 għal €28 (żieda ta’ 33.6%. Minbarra dawn iż-żidiet, iddaħħal ukoll ħlas għall-prattiku tas-SECE ta’ €10; filwaqt li lprattiku tal-Intermediate u talMATSEC (Livell Avvanzat) minn €6.99 sar jiswa €20 (żieda ta’ 186.1%).

Il-websajt Rapporti ta’ aggressjoni minn studenti fuq għalliema f’seba’ kulleġġi tal-MTA ...19 ta’ natura sesswali Matul is-sena skolastika li għaddiet kien hemm għadd ta’ rapporti ta’ aggressjoni minn studenti fuq għalliema f’seba’ kulleġġi. Il-Ministru Evarist Bartolo, filParlament qal li kien hemm rappurtati tali każi fil-Kulleġġ Santa Margerita, fil-Kulleġġ San Benedittu, fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, fil-Kulleġġ Santa Klara, fil-Kulleġġ Maria Regina, fil-

Kulleġġ Santa Tereża u filKulleġġ San Tumas More. L-informazzjoni ngħatat għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Joe Cassar li talab lill-Ministru jikkonferma li matul is-sena skolastika 2013-2014 kien hemm numru ta’ aggressjonijiet rappurtati minn studenti fuq għalliema, LSAs u kindergarten assistants, inkluż każi ta’ aggressjoni sesswali fuq

għalliema. Il-Ministru Bartolo qal li fittliet kulleġġi l-oħra, jiġifieri Kulleġġ San Injazju, Kulleġġ San Nikola u l-Kulleġġ ta’ Għawdex, ma ġewx rappurtati każi. L-ammont ta’ aggressjonijiet ta’ natura sesswali, inkluż allegati attentati vjolenti fuq il-pudur ta’ għalliema, LSAs u kindergarten assistants kien ta’ 19.

Pelican light ġdida li hemm fi Triq Psaila, Birkirkara, għadha mhix ikkonnettjata minkejja li ilha installata ’l fuq minn sena. Għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, il-Ministru Joe Mizzi qal li l-pelican lights ta’ Triq Psaila, f’Birkirkara, għad fadlilhom xogħol infrastrutturali xi jsir. Meta dan ix-xogħol jitlesta, jinbeda x-xogħol fuq is-sistema

tad-dawl u s-sistema elettronika u xogħol ieħor relatat. Id-Deputat Nazzjonalista staqsa wkoll lill-Ministru Mizzi kemm normalment tieħu żmien biex tiġi installata sistema ta’ traffic lights minn meta jibda xxogħol infrastrutturali relatat magħhom sa meta jibdew jiffunzjonaw. Il-Ministru Joe Mizzi wieġeb li jinsab infurmat li l-istallazzjoni

ta’ sistema pedonali għandha proċess li jinvolvi diversi aspetti li jinkludu tħaffir ta’ trinek, tqegħid ta’ cables, installazzjoni u programmazzjoni tas-sistemi elettroniċi, permessi millEnemalta u xogħol ta’ żebgħa u tabelli. Għaldaqstant, il-perjodu li jieħu dan il-proċess ivarja għax jiddependi minn ħafna fatturi li mhux dejjem hemm kontroll fuqhom.

Pelican light ġdida baqgħet ma taħdimx wara sena

bit-Tork u ċ-Ċiniż

Is-sit elettroniku tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) www.visitmalta.com, li bħalissa huwa disponibbli f’għaxar lingwi differenti, qed jiġi żviluppat fl-ilsien Tork u Ċiniż ukoll. Dan ikkonfermah il-Ministru Edward Zammit Lewis meta wieġeb mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli li staqsiet lill-Ministru x’inhuma t-timeframes li qed jara biex ilwebsajt tal-MTA tiġi upgraded biex tibda tipprovdi wkoll għal turisti ġejjin mit-Turkija u miċĊina. L-ewwel fażi tal-proġett tikkonsisti fit-traduzzjoni talpaġni ewlenin tas-sit f’dawn iżżewġ lingwi ġodda u l-integrazzjoni tat-test fl-istruttura talpaġni tas-sit. Din il-fażi hija kważi lesta u lverżjoni Torka u dik Ċiniża se jkunu onlajn fil-ġimgħat li ġejjin. Wara dan, huwa mistenni li jitkompla x-xogħol fuq ilkumplament tal-paġni tas-sit matul l-ewwel nofs tas-sena 2015.


www.maltarightnow.com

9

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

PARLAMENT

€42,664 għaż-żjara tal-PM fiċ-Ċina

Iż-żjara tal-Prim Ministru Joseph Muscat fiċ-Cina f’Lulju li għadda, swiet lill-Gvern €42,664. Matul dik iż-żjara fiċ-Ċina, ilPrim Ministru ffirma memorandum of understanding mal-Gvern Ċiniż. Din l-informazzjoni ngħatat filParlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg. Minbarra laqgħat uffiċjali fi Brussell, il-Prim Ministru għamel ukoll żjarat f’Pariġi, Zagreb, ilLitwanja, Ruma, il-Libja, New York, San Francisco, Miami, Ottawa, Londra, Milan, Sri Lanka, l-Afrika t’Isfel, Londra u Glasgow. Żjara oħra fiċ-Ċina saret is-sena li għaddiet f’Beijing. Fit-tweġiba tiegħu, il-Prim Ministru qal li fuq impenji uffiċjali barra l-pajjiż ikun akkumpanjat minn membri tal-Kabinett, membri tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern, minn uffiċjali tasSegretarjat privat u minn uffiċjali oħra tal-Gvern. F’numru ta’ okkażjonijiet kien akkumpanjat ukoll mill-mara tiegħu. Il-bookings tat-titjiriet saru permezz tal-Air Malta, Brittania Travel, Hamilton Travel, Tristar Travel u Untours Travel. Fejn ikun japplika, l-akkomodazzjoni kienet offruta mingħajr ħlas millgvernijiet tal-pajjiżi li żar jew mill-organizzaturi tal-konferenzi, waqt li f’każijiet oħra kienet identifikata b’koordinazzjoni bejn irrappreżentazzjonijiet diplomatiċi ta’ pajjiżna, fil-pajjiżi li żar u luffiċċju tiegħu. Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet.

169 pazjent fuq stretcher

Il-pazjenti li tħallew jistennew fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f’xi parti oħra talIsptar Mater Dei, bejn Ġunju u Settembru ta’ din is-sena, kienu 169. Kien biss f’Lulju li għadda li ma kien hemm ebda pazjent li tħalla fuq stretcher. F’Ġunju kien hemm 37 pazjent, f’Awwissu 43 u f’Settembru li għadda kien hemm 89 li tħallew fuq stretcher. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Konrad Mizzi għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, il-Kelliem dwar is-Saħħa.

Jaħbi rapport dwar l-Isptar Mater Dei

L-amministrazzjoni preċedenti ma kienet issib ebda diffikultà li tippubblika r-rapport dwar l-attività tal-Isptar Mater Dei, u dan il-Gvern Laburista llum ma jridx jippubblikah

Filwaqt li l-Gvern preċedenti ma kien isib ebda diffikultà li jippubblika l-Hospitality Activity Report tal-Isptar Mater Dei, dan il-Gvern illum qed jirrifjuta li jippubblika dan ir-rapport. Id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem dwar is-Saħħa, Claudio Grech, talab diversi drabi filParlament lill-Ministru għallEnerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi, ipoġġi fuq il-Mejda tal-

Kamra r-rapport imsemmi, li qabel kien jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li ma fih l-ebda kontenut kummerċjali. Ir-risposta tal-Ministru Konrad Mizzi kienet fil-qasir – li r-rapport mitlub fih kontenut ta’ natura kummerċjali. Ir-rapport li kien jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ma kien jinkludi ebda informazzjoni personali iżda rapporti u tabelli dettal-

jati dwar il-pazjenti li jidħlu flIsptar Mater Dei, kif ukoll dettalji ta’ dawk li jkunu rilaxxati mill-Isptar anke meta mqabbla man-numru ta’ pazjenti ġodda li jidħlu fl-Isptar. Ir-rapport jinkludi wkoll lattivitajiet fis-swali tal-isptar kif ukoll rapport bi grafika wkoll dwar l-attendenzi u l-attività fiddipartiment tal-out-patient. Parti importanti mir-rapport

tittratta dettalji dwar l-attività fid-Dipartiment tal-Emerġenza, li tinkludi wkoll f’liema kundizzjoni jiddaħħlu l-pazjenti f’dan id-dipartiment b’rabta malemerġenza tal-każ u min ikun irreferiehom fid-Dipartiment talEmerġenza. Informazzjoni oħra dettaljata fir-rapport tagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni tas-sodod fl-Isptar Mater Dei.

L-Awtorità ta’ Malta għallKompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ħarġet ċertifikati għal żewġ playing fields minn ħamsa li hemm fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. Minn informazzjoni li ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, il-Ministru Helena Dalli qalet li l-MCCAA wettqet spezzjonijiet fuq il-ħames playing fields li huma taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li huma Ġnien itTfulija, Ġnien Joseph P. Caruana, Ġnien Bertu u Tumas Gauci, Ġnien Anton Butigieg, u Masġar Olimpiku. Dawn l-ispezzjonijiet twettqu matul Ġunju 2014. Irriżulta li tlieta minn dawn il-playing fields

(Ġnien Bertu u Tumas Gauci, Ġnien Anton Butigieg, u Masġar Olimpiku), instabu magħluqa għal refurbishment. Għaldaqstant inħarġu biss żewġ ċertifikati għal Ġnien itTfulija u Ġnien Joseph P. Caruana. Dawn iċ-ċertifikati jinħarġu għal sena u huma validi sas-16 ta’ Ġunju 2015. Din l-informazzjoni ngħatat wara li x-xahar li għadda, żewġ ministri tal-Gvern, Helena Dalli u Owen Bonnici, ma qalux liema huma l-34 playing field fillokalitajiet li din is-sena kienu dikjarati mill-awtoritajiet li mhumiex safe, minkejja mistoqsijiet diretti fil-Parlament biex tingħata l-informazzjoni u jiġu ppubblikati r-rapporti ta’ dawn l-ispezzjonijiet.

Id-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici kienet ressqet diversi mistoqsijiet filParlament dwar is-sigurtà talplaying fields fil-lokalitajiet, kemm lill-Ministru Owen Bonnici responsabbli millĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali, kif ukoll lill-Ministru Helena Dalli, responsabbli midDjalogu Soċjali, Affarijiet talKonsumatur u Libertajiet Ċivili. Għal żewġ mistoqsijiet parlamentari li oriġinarjament saru lill-Ministru Helena Dalli, li f’risposta minnhom qalet li lmistoqsija trid tiġi riferuta lillMinistru responsabbli midDipartiment tal-Gvern Lokali, ilMinistru Owen Bonnici kien mitlub jgħid liema huma l-playgrounds li nstabu mhux safe

matul din is-sena mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, u jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin. Paula Mifsud Bonnici talbet ukoll lill-Ministru Bonnici jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti ta’ dawn lispezzjonijiet li saru. Il-Ministru Owen Bonnici qal li bħalissa għaddejja ħidma bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u s-Segretarjat responsabbli mill-Gvern Lokali fuq dawn ir-rapporti li ħadmet fuqhom l-Awtorità. Bl-iskuża tas-sensittività ta’ dawn l-investigazzjonijiet, ilMinistru Bonnici kien qal li kopja tar-rapporti ma tistax tiġi ppubblikata f’dan l-istadju qabel ma ssir l-analiżi meħtieġa.

Il-Ministru għas-Saħħa ma qalx kemm hemm filpreżent azzjonijiet industrijali fil-Ministeru, dipartimenti u l-entitajiet li

jaqgħu taħt il-qasam tassaħħa. G ħal mistoqsija tadDeputat Nazzjonalista Claudio Grech, il-Ministru

K onrad Mizzi talab lidDeputat Nazzjonalista jispeċifika liema dipartimenti qiegħed jirreferi għalihom. Il-Ministru Mizzi lanqas

ma ta informazzjoni dwar liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet, u meta nħarġu l-azzjonijiet industrijali.

Żewġ playing fields minn ħamsa ċertifikati li huma safe f’San Pawl il-Baħar

Ma jagħtix informazzjoni dwar l-azzjonijiet industrijali fil-qasam tas-saħħa


www.maltarightnow.com

10

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

OPINJONI

Muscat żbalja u kompla jiżbalja!

Issa hi uffiċjali aktar minn qatt qabel; pajjiżna hu mmexxi minn dilettant li m’għandu ebda sens ta’ tmexxija u mhux kapaċi jieħu deċiżjonijiet. Quddiem l-ewwel kriżi vera li qed iħabbat wiċċu magħha Joseph Muscat, il-Prim Ministru ħasel idejh u ħalla f’idejn Manwel Mallia biex jiddeċiedi hu jekk kellux jirriżenja minn Ministru. F’każ ta’ mexxej tajjeb u kredibbli, jaqbad u jiddeċiedi hu x’għandu jsir u mhux iħalli f’idejn il-Ministru tiegħu jieħu l-ħin kollu tiegħu biex jiddeċiedi jekk għandux jibqa’ Ministru jew le. Il-Prim Ministru hu Muscat u mhux Mallia. Fl-isfond ta’ dan it-tgerfix kollu, deher ċar li Muscat naqas milli jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu u jagħmel dak li kellu jagħmel wara li kellu r-rapport tal-inkjesta f’idejh. Muscat qatt ma messu ħalla f’idejn Mallia biex jirriżenja iżda kieku jrid iwassal messaġġ pożittiv, u li hu tassew Prim Ministru responsabbli u li jiddeċiedi, kien jaqbad u jkeċċi lil Mallia l-Ħadd filgħaxija stess. Wieħed bilfors jistaqsi, għaliex? X’jaf Mallia dwar Muscat biex ħalla d-deċiżjoni f’idejh jekk iridx jirriżenja jew le? Fuq kollox, ilkoll nafu li Prim Ministru serju u kredibbli u li tassew jispira kredibbiltà, onestà u serħan il-moħħ fost lelettorat, jasal biex jieħu ddeċiżjoni hu u mhux iħalli f’idejn ħaddieħor. X’wassal biex ilPrim Ministru ma ħax iddeċiżjoni hu iżda ħalla f’idejn Mallia? Anke jekk illum għandna Ministru ġdid u Mallia m’għadux fir-rwol li kien fih qabel, xorta ħarġet fiċ-ċar iddgħufija ta’ Muscat li għal tliet ġimgħat sħaħ inżamm ostaġġ ta’ membru tal-kabinett tiegħu. Dan kollu juri li Muscat qiegħed hemm għall-isem għaliex effettivament mhuwiex hu l-persuna li qed tiddeċiedi f’dan il-pajjiż. Muscat m’għandux il-kuraġġ jieħu d-deċiżjonijiet. Muscat jibża’ jieħu ċerti deċiżjonijiet speċjalment fejn hemm ċerti nies involuti li min jaf x’jafu dwar ilpassat ta’ Muscat. Pajjiżna jixraqlu aħjar minn hekk! Dan il-każ juri biċ-ċar li Muscat qed ifalli bil-kbir. Jibża’ u mhux kapaċi jmexxi fl-aħjar interess tal-pajjiż. Muscat qatt ma messu stenna lil Mallia biex ikun hu li jieħu d-deċiżjoni dwar il-futur politiku tiegħu iżda messu tal-anqas ta widen lillmaġġoranza tal-grupp parlamentari tiegħu stess li minn qabel ma ntemmet l-inkjesta ta’ dan il-każ kienu diġà qed jesprimu ruħhom fil-miftuħ u fil-magħluq li Mallia għandu jitlaq illum qabel

David Casa

dcasa@pn.org.mt

għada. Anke wara li ħareġ ilverdett mill-inkjesta, Muscat ma kellux il-kuraġġ jieħu deċiżjoni u għażel li ma jiħux deċiżjoni. IlĦadd filgħaxija Muscat kien maħkum minn paniku u flok iddeċieda kif kienet qed tgħidlu l-maġġoranza tal-poplu Malti, għażel li jissalvagwardja l-interessi personali tiegħu u ma jkeċċix lil Mallia u jħalli ddeċiżjoni f’idejn il-persuna konċernata! Dan hu aġir irresponsabbli minn Prim Ministru nieqes mill-abbiltajiet politiċi li wieħed jistenna minn xi ħadd li tant ftaħar bih innifsu. Il-ħsara li saret minn Mallia lil dan il-Gvern u l-mod kif Muscat mexa f’din il-kwistjoni huma irreparabbli. Il-kredibbiltà ta’ Muscat qed tonqos. Muscat kellu ċans tad-deheb li f’mument tal-prova jesprimi lħiliet tiegħu bħala mexxej serju u kapaċi iżda falla u falla bilkbir. Pajjiżna kien imwiegħed aħjar minn hekk qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Anzi, fil-verità, pajjiżna kien imwiegħed trasparenza totali u dan il-każ kien konferma ċara li kieku ma kienx għall-ġurnalisti tal-Partit Nazzjonalista u għal xi ġurnalisti serji mill-media indipendenti, kieku qatt ma konna nkunu nafu x’ġara f’dak il-famuż lejl meta x-xufier taleks-Ministru Mallia spara fuq karozza bi pjanċi barranin. Ilverità hi li filwaqt li l-Partit Laburista wiegħed li se jagħti trasparenza meta rebaħ b’36,000, illum qed naraw li lGvern mhux qed ikun trasparenti u minflok, dak li wiegħed ilPL qed iwettqu l-Partit Nazzjonalista millOppożizzjoni. It-trasparenza u l-verità ta’ x’qed jiġri f’dan ilpajjiż qed jagħtihom il-PN. Quddiem sitwazzjoni fejn għandna Prim Ministru dgħajjef u nieqes mill-kredibbiltà, pajjiżna bilfors irid idur fuq ilKap tal-Oppożizzjoni biex ikun hu li jispira fiduċja u tama għal futur aħjar f’dan il-pajjiż. Dan hu każ oxxen u jekk irridu nkunu sinċieri magħna nfusna,

Dan il-każ juri biċ-ċar li Muscat qed ifalli bil-kbir. Jibża’ u mhux kapaċi jmexxi fl-aħjar interess tal-pajjiż

kieku l-Prim Ministru Muscat ried jirbaħ il-kredibbiltà u jiskorja punti politiċi mal-elettorat kien ikeċċi mill-ewwel lil Mallia, lill-eks-Kummissarju Ray Zammit u dak li sal-lum għadu u mistenni jibqa’ Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tiegħu, Kurt Farrugia. Muscat kien kapaċi jtajjar biss lil Zammit iżda ma kellux ilkuraġġ li jkeċċi lil Mallia u lil Farrugia. Lil hinn minn dan kollu, wieħed idur fuq il-Kap talPartit Nazzjonalista, Simon Busuttil u jara fih tmexxija serja u soda ta’ bniedem li millbidu nett qal x’jagħmel kieku hu jkun il-PM ta’ dan il-pajjiż f’sitwazzjoni bħal din. Busuttil kien ineħħi lil Mallia millewwel u mingħajr telf ta’ żmien biex pajjiżna ma jibqax jgħix jiem ta’ spekulazzjoni li jwasslu biex issir aktar ħsara milli

Lil hinn minn dan kollu, wieħed idur fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u jara fih tmexxija serja u soda

ġid. Il-każ kien ċar mill-bidu nett; Mallia reġa’ żbalja u rrwol tiegħu ma kienx tennibbli minn meta feġġ dan il-każ talisparatura l-ewwel darba. Tort tal-inkompetenza ta’ Muscat, ilpajjiż tilef tliet ġimgħat ta’ xogħol u ħidma. Muscat ipprefera jħalli lil ħaddieħor jispekula. Muscat lanqas kellu jistenna daqshekk biex jasal għad-deċiżjoni li jitlob lil Mallia biex jirriżenja iżda Muscat kellu jneħħi lil Mallia mill-ewwel. Iż-żmien ta raġun lill-PN u konferma ta’ Gvern immexxi minn Prim Ministru inkompe-

tenti u li lest li jagħmel kollox biex jaħbi l-verità. Illum nafu b’ċertezza li Muscat is not fit for the job u mhux kapaċi jkun hu lmexxej ta’ pajjiż Ewropew. Issa naf u nifhem għaliex waqt illaqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej, persuna bħallKanċillier Angela Merkel tinjora lil Muscat għax taf u tifhem li Muscat hu inkompetenti u mhux kapaċi jpoġġi mal-istess mejda li mexxejja oħra kbar bħalha jpoġġu madwarha meta jiltaqgħu flimkien! Joseph, il-ħobż tih lil min jaf jieklu. Ieqaf mexxi ta’ dilettant, kun int il-Prim Ministru jew warrab!


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Joseph Muscat ċass u dgħajjef: 19-il ġurnata u 16-il siegħa tard wisq

Xi dgħufija ta’ Prim Ministru! Joseph Muscat ċass għal 19-il ġurnata u 16-il siegħa sħaħ quddiem l-unika deċiżjoni li kellu jieħu sa mill-bidu: li jkeċċi lill-Ministru tal-Intern wara sparatura tax-xufier ta’ Ministru tal-Gvern tiegħu u cover-up politiku.

Muscat l-ewwel ipprova jgħattilu għal ġranet sħaħ, imbagħad inħeba... Imma Joseph Muscat – ċass u dgħajjef – l-ewwel ipprova jgħattilu lill-Ministru tal-Intern għal ġranet sħaħ. Imbagħad – meta ma setax jibqa’ jgħattilu għax il- media tal-Partit Nazzjonalista u dik indipendenti bdew joħorġu l-verità kollha dwar il-gideb tal-Gvern – Muscat inħeba wara inkjesta li, 19-il ġurnata tard wisq, qaltlu anqas milli kien diġà ovvju mill-bidu nett u indikatlu dak li messu għamel mill-ewwel.

... u, wara, qagħad jistenna lill-Ministru tal-Intern jirriżenja U anke hawn, bl-inkjesta f’idejh, Muscat baqa’ ċass u dgħajjef: flok keċċa lill-Ministru tal-Intern 19-il ġurnata tard, tah l-għażla jekk jirriżenjax jew le. U Manwel Mallia hu ċar li rrifjuta l-għażla ta’ Muscat. Il-Prim Ministru Muscat qagħad iwaqqa’ lilu nnifsu għaż-żufjett fil-Berġa ta’ Kastilja meta ġabar lill-ġurnalisti nhar il-Kunċizzjoni biex jagħtihom l-aħbar li qatt ma ġiet – ir-riżenja ta’ Manwel Mallia li Muscat baqa’ jiċċassa lejn l-arloġġ jistennieha, bil-ġurnalisti jistennew ukoll.

19-il ġurnata u 16-il siegħa jiċċassa U meta r-riżenja ma ġietx, Joseph Muscat fl-10 ta’ billejl lill-ġurnalisti kellu jbenġilhielhom li kien qed jagħti l-għażla lil Manwel Mallia jirriżenjax jew le. Il-kaċċaturi li daħlu l-Belt flIndipendenza jipprotestaw b’senter tal-plastik u għajru lill-Prim Ministru ‘pulċinell’ spiċċaw ġimgħa l-ħabs mill-ewwel, imma xxufier tal-Ministru tal-Gvern ta’ Muscat li spara fuq vittma baqa’ ġimgħa jiġri barra, u lill-Ministru tal-Intern tiegħu li hu ċar li gideb u ndaħal fl-investigazzjoni fuq ix-xufier tiegħu – quddiem Manwel Mallia Muscat qagħad jiċċassa 19-il ġurnata u 16-il siegħa.

Gvern giddieb u mingħajr l-iċken diċenza L-inkjesta li Joseph Muscat inħeba warajha, lill-Prim Ministru qaltlu anqas milli kien ovvju mill-bidu: li l-Gvern ta’ Joseph Muscat hu Gvern giddieb u mingħajr l-iċken diċenza. Dan hu kliem qawwi imma ma tistax tgħid mod ieħor dwar il-Gvern ta’ Muscat. Gvern li gideb fuq inċident biex jagħmel cover-up. U bilkontra ta’ li qed jgħid Joseph Muscat, dan hu cover-up politiku bil-Ministru tal-Intern jindaħal fl-investigazzjoni kif juru t-telefonati maħruġin mill-whistleblower u li Muscat kellu f’idejh. Gvern mingħajr l-iċken diċenza ta’ riżenja mill-ewwel fuq każ bħal dan.

Għaliex Muscat kien daqstant ċass u dgħajjef? Xi xtur qed jgħatti? Li l-Prim Ministru kien dgħajjef ħafna u ċass hu ovvju, imma rridu nistaqsu x’inhuma r-raġunijiet għala qagħad jiċċassa u wera did-dgħufija kollha. Xi xtur qed jgħatti Muscat? Meta se jippubblika l- logs tat-telefonati u l-messaġġi li kellu wara d-9 ta’ billejl tal-Erbgħa 19 ta’ Novembru? Jekk ikollu l-kuraġġ jippubblikahom Joseph Muscat, ma nindunawx biss kemm hu ċass u dgħajjef imma forsi nibdew nifhmu wkoll l-għala wera tant dgħufija u qagħad jiċċassa għal 19-il ġurnata u 16-il siegħa.

11

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

Bejn kliem u fatti

Il-Gvern li għandna, li jilgħabha tad-dinamiku, tela’ bl-għajta biex jeqred il-korruzzjoni, imma sa ftit xhur biss wara nafu x’differenza kien hemm bejn il-kliem ta’ qabel l-elezzjoni u l-fatti ta’ wara. Se nagħti ftit eżempji. Il-Prim Ministru qiegħed jiddefendi lil Helena Dalli u lil żewgha fejn qal li d-dar mhux tagħhom meta hemm sfurzar mill-MEPA biex ma jkomplux ix-xogħol illegali li qiegħed isir fuqha, sa anki rajna l-makkinarju ta’ żewġha quddiem id-dar. Luciano Busuttil kellu konflitt ta’ interess biex biddel tender fuq ġbir ta’ skart f’Bormla biex jagħtiha lil klijent tiegħu għax hu l-avukat tiegħu. Chris Cardona b’konflitt ta’ interess fuq il-Casino bejn Decesare u Dragonara gaming fejn issa wara li ġie ppressat se jgħid min huma dawk wara dan il-konflitt. Il-Ministru Mallia jixtri għaxar muturi second hand għal pulizija marka BMW RT 1200 bil-prezz ta’ €91,000 b’insult kbir għallPulizija u kollu ħabi dwar ilkumpanija magħżula. Dan hu eżempju ċar ta’ kif għaddej il-Gvern, qiegħed jaħbi lil kulħadd u jħallihom jagħmlu li jridu, veru tilef mhux is-sens biss imma anki r-roadmap li

ħareġ jiftaħar biha, bħalma huma l-Power Station, l-Air Malta, iddejn nazzjonali, ix-xiri taż-żejt u oħrajn. Dan hu Gvern li fi żmien l-imgħoddi qatt ma kien hawn bħalu li jiddefendi lil min għamel il-ħażin. Rajna lil Joseph Muscat kuntent u sodisfatt li Emanuel Galea, l-Ambaxxatur ta’ Malta għal Libja, ippreżenta dak il-bukkett fjuri lil terrorista mfittex minn kulħadd fejn anki ħriġtlu permess għal residenza għalih u għallfamilja. George Vella jaf biha din il-manuvra li ħarġet minn wara dahru? Mis-6 ta’ Novembru, Muscat qatt għadu ma qal xejn fuqha, jista’ jgħid lill-poplu x’ġie jagħmel Mahdi Al Harati? Tgħid ġie biex jiddiskutu fuq iż-żejt maħruq tal-Libja? Il-poplu mbeżża’ u mxebba’ b’dawn il-manuvri u bl-ingann ta’ min wiegħed mod u għamel mod ieħor. G. Busuttil In-Naxxar

Tweġiba minn Wasteserv

Nagħmel referenza għall-artiklu li deher fil-ġurnal In-Nazzjon nhar il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru 2014, bit-titlu “Il-Wasteserv taħli ġurnata xogħol”. Assolutament ma kienx il-każ li l-operat tal-WasteServ twaqqaf

25 sena ilu f’il-Mument

għal ġurnata minħabba li ma kinux imġedda l-liċenzji tal-vetturi tal-kumpanija fil-ħin. Il-vetturi kollha tal-kumpanija sarilhom it-tiġdid tal-polza talassikurazzjoni meħtieġa, u wara li ġew proċessati, waslu għand WSM tard filgħodu nhar it-Tnejn 1 ta’ Diċembru u komplew jaħdmu b’mod regolari. Mhux minnu li l-impjant tal-kumpanija twaqqaf milli jopera. Huwa vera ironiku li l-gazzetta In-Nazzjon tat tant prominenza lil dan il-fatt meta, fl-istess ġurnata l-WasteServ iffirmat ftehim kollettiv storiku mal-UĦM li kien ilu jkarkar għal aktar minn erba’ snin. Fit-tnax-il sena li l-kumpanija WSM ilha mwaqqfa, dan kien lewwel ftehim kollettiv li fl-aħħar qed jagħti lill-ħaddiema element ta’ stabbiltà u direzzjoni – xi ħaġa li dawn il-ħaddiema, speċjalment il-ħaddiema tal-kuntrattur, qatt ma kellhom. Il-kumpanija se tagħti wkoll żidiet li jmorru lura għall-2010. Bħalissa l-kumpanija għaddejja minn proċess serju ta’ vaċinazzjoni għall-ħaddiema kollha tagħha, speċjalment dawk li joperaw dirett mal-iskart, wara li ġie stabbilit li kien hemm numru ta’ ħaddiema li kienu ilhom snin ma jingħataw din il-prekawzjoni. Elaine Briffa PR & Communications Assistant WasteServ Malta Ltd

Il-gazzetta Il-Mument tgħid li Guido de Marco, il-Viċi Prim Ministru u Ministru talIntern u Ġustizzja, ta indikazzjoni li dalwaqt jitressaq it-tibdil meħtieġ fid-distretti u fil-liġijiet elettorali. Hu kien qed jitkellem f’konferenza politika fil-Każin Nazzjonalista tal-Furjana. IlMinistru de Marco qal li t-tibdil fil-liġijiet elettorali hu intiż biex jirrendi aktar korretta s-sistema elettorali tal-pajjiż. Hu għamel riferenza għal dan it-tibdil waqt li kien qed jitkellem dwar il-Baġit li qal li ntlaqa’ tajjeb mill-poplu Malti kollu ħlief il-Membri tal-Oppożizzjoni li waqt li l-Ministru tal-Finanzi kien qed jaqra d-diskors tiegħu, waqgħu fil-muta, mhux biss għax irrealizzaw kemm dan il-Baġit hu tajjeb, iżda wkoll għax ħasbu li l-Gvern qed iħejji għal elezzjoni bikrija. Il-Ministru de Marco qal li indipendentement mill-fattur ta’ elezzjonijiet u mhux elezzjonijiet, “li ċertament aħna m’aħniex qed nikkontemplaw għall-inqas f’dan il-mument”, il-Gvern jaf li l-Baġit intlaqa’ tajjeb.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

12

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

LIL HINN MINN XTUTNA: IL-ĠAPPUN

Prim Ministru jissogra… għax hekk ried hu

Sentejn biss ilu, il-Prim Ministru tal-Ġappun Xinzo Abe għamel rebħa kbira meta l-Partit Liberali Demokratiku tiegħu kiseb maġġoranza assoluta ta’ 294 siġġu mill-480 fil-parlament, filwaqt li lPartit Demokratiku mhux biss kien tilef il-gvern, imma sofra likbar telfa tiegħu meta minn 230 kien spiċċa b’75 siġġu biss. Allura għaliex nhar il-Ħadd li ġej l-elettorat Ġappuniż se jkollu jerġa’ jmur jivvota sentejn qabel iżżmien biex jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu fil-parlament? Probabbli tibqgħu skantati jekk ngħidilkom li l-gvern ta’ Abe ma tilef l-ebda vot ta’ fiduċja u lanqas kien hemm xi qasma fil-partit, li tellfitu l-maġġoranza komda li għandu, imma kien il-Prim Ministru nnifsu li ddeċieda li jxolji l-parlament biex b’hekk qed ikollha ssir elezzjoni bikrija. Hu ddikjara li jrid lill-votanti japprovaw id-deċiżjoni tiegħu li jipposponi żżieda ppjanata fit-taxxa fuq ilbejgħ (il-VAT, jew kif tissejjaħ hemm, in-National Sales Tax), li hu jsostni li kieku din kellha tidħol issa kienet se tkompli tnaqqas irritmu ta’ tkabbir ekonomiku. Dan fi żmien meta ċifri ppubblikati dan l-aħħar urew li l-Ġappun kien reġa’ resaq f’xifer reċessjoni. Abe rebaħ l-elezzjoni b’wegħdiet ta’ stimolu drastiku u bidla, bi programm miżgħud b’nazzjonaliżmu, li hu offra bħala antidotu għal snin ta’ stanjazzjoni ekonomika, skonfort u diqa ġenerali. Iżżejjed jew mhux biżżejjed Imma jidher li dan il-programm ekonomiku ambizzjuż tiegħu, magħruf bħala Abekonomija, beda jiġġammja. Il-mistoqsijiet li bdew isiru kienu jekk dan kienx għax kien qed isir iżżejjed – billi lbank ċentrali, pereżempju, beda jiġi mħeġġeġ joħroġ dejjem aktar flus fis-suq, filwaqt li jogħlew ittaxxi, ħalli jiġi kontrollat id-dejn nazzjonali, jew inkella għax Abe ma fetaħx is-suq biżżejjed u naqas milli jwettaq tibdil strutturali meħtieġ biex l-irkuprar ekonomiku jtul, u ma jkunx talmument biss. Issa Abe xeħet id-dadi u qed jittama li jġibha żewġ billi l-votanti jagħżlu t-tkabbir ekonomiku. “Hemm opinjonijiet konfliġġenti dwar il-politika ekonomika li qed inwettqu,” qal Abe waqt diskors fuq it-televiżjoni. “Hemm ukoll reżistenza. Biex inkomplu navvanzaw fl-istrateġija tat-tkabbir bl-appoġġ tal-poplu, jeħtieġ li nisimgħu lill-poplu.”

OPINJONI

Wara l-elezzjoni tal-Ħadd tgħid Xinzo Abe jerġa’ jkollu biżżejjed ward aħmar fuq l-ismijiet tal-kandidati li jitilgħu biex ikun jista’ jkompli jmexxi l-gvern?

Għalhekk, prattikament Abe jrid li din l-elezzjoni sservi wkoll ta’ referendum dwar Abekonomija – din hija taħlita ta’ nfiq dejjem jikber mill-Gvern, u ċirkulazzjoni aggressiva ta’ flus fl-ekonomija mill-Bank Ċentrali. Programm li ta spinta lill-irkuprar tal-ekonomija, qajjem lis-suq tal-ishma (stock market), u li ġie mfaħħar bħala mudell potenzjali għall-ekonomiji żviluppati. Li ġara, però, kien li dan ma waqqafx it-tnaqqir fid-dħul taċċittadin medju, speċjalment dawk li ma bbenefikawx mill-irkuprar tas-suq tal-ishma. Din il-problema kompliet iggravat meta l-Bank Ċentrali ħa azzjoni drastika biex itemm għoxrin sena ta’ deflazzjoni negattiva, li tgħolli l-valur veru tal-munita. B’hekk il-ħajja bdiet togħla u l-ħaddiema Ġappuniżi ftaqru aktar, hekk kif inqabdu bejn prezzijiet jogħlew u pagi jonqsu. Għalkemm l-ikbar daqqa lillAbekonomija x’aktarx kienet ġejja miż-żieda din is-sena fin-National Sales Tax. Fil-verità din iż-żieda (minn 8% għal 10%) kienet ġiet approvata qabel Abe sar Prim Ministru, fi żmien il-gvern tadDemokratiċi, għalkemm kellha lappoġġ ta’ xi Liberali Demokratiċi li raw fiha mod kif jitrażżan iddefiċit kbir fil-baġits. Tnaqqis fl-infiq Iżda bħalma qed nikteb, dik iżżieda fit-taxxi kellha effett ferm ikbar milli mistenni fit-trażżin talekonomija li rriżulta fi tnaqqis flinfiq mill-konsumatur, u ġab fix-

Joe Calleja jocal@me.com

xejn l-irkupru, fejqan fraġli li kien beda jitfaċċa. Madankollu, il-kobor ta’ din ilħsara ma kienx magħruf qabel nofs ix-xahar li għadda meta ċifri uffiċjali wrew li l-ekonomija talĠappun kompliet tonqos għattieni kwart tas-sena infila, li fisser li l-pajjiż teknikament jinsab f’reċessjoni. Dan, flimkien mal-kritika talOppożizzjoni, wassal lil Abe biex isejjaħ elezzjoni bikrija, filwaqt li qal, “Nisimgħu kritika li lAbekonomija falliet. Allura x’se nagħmlu? Sfortunatament, għad irrid nisma’ lil xi ħadd joħroġ b’xi idea konkreta, alternattiva.” Fil-fatt, iċ-ċifri tal-qgħad qatt ma kienu tajbin daqs bħalissa, u lopportunitajiet tax-xogħol qatt ma kienu aħjar. Sadanittant, xi analisti qed iwissu li jekk l-ekonomija tibqa’ ‘tkarkar’ tista’ twassal għat-tmiem ta’ sentejn suċċess għal Abe, li ħarġu lill-Ġappun mid-dalma

Abe jrid li din l-elezzjoni sservi wkoll ta’ referendum dwar Abekonomija – programm li ta spinta lill-irkuprar tal-ekonomija, qajjem lis-suq tal-ishma (stock market), u li ġie mfaħħar bħala mudell potenzjali għall-ekonomiji żviluppati

ekonomika u ġeddew il-fiduċja. Dawn huma vitali għall-popolarità tiegħu. Jekk l-Abekonomija tibda tfalli dan jista’ jfixkel l-isforzi ta’ Abe biex jieħu miżuri inqas popolari, bħat-tkabbir tar-rwol militari talĠappun u t-tħaddim mill-ġdid talpower stations nukleari. Xi kritiċi politiċi raw sinjali ta’ pessimiżmu fid-deċiżjoni ta’ Abe li jsejjaħ l-elezzjoni, għax prattikament kien qed jammetti li ma tantx ra l-ekonomija tirkupra filġejjieni qrib, u li allura qed jippreferi jaffronta lill-elettorat issa, milli meta tidħol aktar diqa. Imma l-ekonomija batuta mhix l-unika raġuni li naqqset il-popolarità ta’Abe. Kien hemm sensiela ta’ skandli finanzjarji politiċi li għamlu ħsara lill-amministrazzjoni tiegħu, u li ġeddew memorji xejn sbieħ ta’ meta l-ewwel gvern tiegħu wettaq skandli simili u kien waqa’ seba’ snin ilu. Aktar popolari Minkejja dan kollu, Abe jidher konvint li l-partit tiegħu huwa

aktar popolari minn dak Demokratiku, li jinsab f’kaos u diżordni sħiħa wara t-tkaxira li ħa fl-elezzjoni ta’ sentejn ilu. Din hija raġuni oħra għaliex, skont l-esperti, Abe sejjaħ elezzjoni biex ma tax ċans lidDemokratiċi u partiti oħra talOppożizzjoni jorganizzaw ruħhom u jsibu kandidati biex joffru alternattiva kredibbli. Fil-fatt, skont l-aħħar tbassir talopinjoni pubblika, il-Partit Liberali Demokratiku għalkemm mhux mistenni jżomm il-maġġoranza assoluta li kiseb sentejn ilu (61.7%), xorta waħda se jibqa’ likbar partit b’madwar 40% talvoti, filwaqt li l-aktar partiti żgħar probabbli jitilfu l-ftit siġġijiet li għandhom. Abe qed jittama li wara l-elezzjoni tal-Ħadd li ġej, hu jiggwadanja sentejn u nofs biex ikompli jattwa l-Abekonomija li l-iskop ewlieni tagħha huwa li toħroġ lillĠappun mid-deflazzjoni, li f’dan il-każ kabbret il-valur veru taddejn, u b’hekk tkompli taggrava rreċessjoni.


www.maltarightnow.com

13

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Sigurtà madwar id-dinja b’rabta ma’ rapport sensittiv dwar ħidmet is-CIA IL-ĠERMANJA: L-orsijiet polari tewmin Nela u Nobby jieklu kejk magħmul mill-ġelat f’għeluq sninhom fiz-zoo Hellabrunn fi Munich (Ritratt: EPA)

L-ISTATI UNITI

Dettalji ta’ tekniki dwar interrogazzjonijiet ħorox, ikkunsidrati minn ħafna bħala tortura, ġew żvelati f’rapport sensittiv ilbieraħ. Ir-rapport tal-Kumitat tasSenat dwar affarijiet sigrieti sab li tali interrogazzjonijiet naqsu milli jikkonsolidaw informazzjoni li permezz tagħha setgħu ġew salvati lħajjiet.

It-tekniki kienu użati fuq membri tal-al-Qaeda fis-snin wara l-attakki fuq it-Twin Towers fi New York fil-11 ta’ Settembru 2001. B’riżultat ta’ dan ir-rapport, is-sigurtà żdiedet f’faċilitajiet madwar id-dinja qabel ma ġie ppubblikat ir-rapport. L-ambaxxati u siti oħrajn ħadu l-prekawzjonijiet kollha fost “xi indikazzjonijiet” ta’

Splużjonijiet fatali IL-BAHRAIN

Ċittadini mill-Bahrain inqatel u persuna barranija li tgħix filpajjiż indarbet minn splużjoni li seħħet fil-Lbiċ ta’ Manama. Uffiċjali tas-sigurtà qalu li din kienet it-tieni splużjoni f’jumejn. Il-ministeru tal-intern qal li “lattakk terroristiku” twettaq filvillaġġ ta’ Karzakan. Pulizija mill-Ġordan inqatel tard it-Tnejn filgħaxija fil-villaġġ ta’ Damistan. Il-Bahrain ilu mifni bil-vjolenza mindu seħħet rewwixta fl2011 u l-maġġoranza Xija talbu riformi demokratiċi mill-gvern immexxi minn awtoritajiet Sunni. It-tensjonijiet eskalaw mindu saru l-elezzjonijiet matul ix-

xahar li għadda u li kienu bbojkottjati mill-Oppożizzjoni, li sostniet li l-parlament ma kellux biżżejjed poteri filwaqt li akkużat lill-awtoritajiet li dawret mill-ġdid il-fruntieri tal-kostitwenza sabiex ikunu aġevolati s-sostenituri tal-awtoritajiet Sunni. Il-grupp tal-Oppożizzjoni prinċipali Xija, al-Wefaq, ikkundanna l-aħħar attakki u talab biex issir investigazzjoni indipendenti u trasparenti. Il-gvern tal-Bahrain kien akkuża lill-Hezbollah u lill-Iran talli appoġġjaw lill-militanti Xija fir-renju. Iżda kemm ilHezbollah kif ukoll l-Iran ċaħdu dawn l-akkużi.

“riskju akbar”. Ir-rapport mill-kumitat tasSenat, li hu twil aktar minn 6,000 paġna, jinkludi ħafna evidenza, iżda jibqa’ mistur u se jkun pubblikat biss sommarju ta’ 480 paġna. Filwaqt li jfisser b’mod dettaljat il-metodi kontroversjali użati minn uffiċjali tas-CIA, fi sforz biex tinħareġ informazzjoni minn suspettati ewlenin,

ir-rapport wera li numru ta’ interrogazzjonijiet naqsu milli jwasslu għal riżultati tanġibbli. Il-pubblikazzjoni tar-rapport ittawwal fost diżgwid f’Washington dwar jekk ir-rapport għandux ikun pubbliku. Dianne Feinstein, iċChairman tal-Kumitat tasSenat dwar l-affarijiet sigrieti, li bdiet l-investigazzjoni ħames snin ilu, kienet involuta f’xhur

ta’ diskussjoni ma’ uffiċjali filWhite House dwar x’għandu jkun pubblikat. Il-President Amerikan Barack Obama waqqaf il-programm ta’ interrogazzjoni mwettaq mis-CIA meta tela’ fil-poter fl-2009, u fehem li lmetodi użati sabiex ikunu interrogati priġunieri tal-alQaeda kkwalifikaw bħala tortura.

l-kundizzjonijiet li kien qed jgħix fihom u kien fi triqtu lejn il-pajjiż ġar tan-Niġer biex minn hemm imur lura f’art twelidu. L-AQUIM kien ħataf numru ta’ ostaġġi mill-Punent qabel malmilitar Franċiż bagħat it-truppi tiegħu kontra l-grupp f’Jannar tas-sena li għaddiet. F’mument minnhom kien hemm mill-inqas 14-il ċittadin Franċiż li kienu miżmuma bħala ostaġġi mill-militanti Iżlamiċi filPunent tal-Afrika. Il-President Hollande rringrazzja lill-awtoritajiet fin-Niġer u filMali, li “ħadmu lejn din l-aħbar sabiħa”. Ma kien rappurtat ebda dettall dwar kif Lazarevic inħelef filwaqt

li l-gvern Franċiż ċaħad għal aktar minn darba li ħallas xi forma ta’ rahan għall-ħelsien tal-ostaġġi. Matul il-priġunerija tiegħu, Lazarevic deher f’diversi filmati tal-AQUIM. Kien hemm tħassib dwar saħħet il-missier ta’ 50 sena f‘Novembru wara li hi kien iffilmjat jitlob għall-ħelsien tiegħu. Hu kien deher fraġli fil-filmat u kien iffilmjat ħdejn ostaġġ Olandiż blisem ta’ Sjaak Rijke. Mhux ċar dwar fejn kienu miżmuma ż-żewġt irġiel jew jekk inżammux flimkien. Rijke kien inħataf f’Novembru 2011, waqt li kien qed iżur il-belt ta’ Timbuktu bħala turist. Ma kien hemm ebda aħbar dwaru mindu xxandar il-filmat.

Jinħeles l-aħħar ostaġġ Franċiż IL-MALI

Il-President Franċiż Francois Hollande ħabbar li l-aħħar ostaġġ Franċiż li nżamm minn militanti Iżlamiċi nħeles wara aktar minn tliet snin. Serge Lazarevic kien inħataf fil-Mali f’Novembru 2011 flimkien ma’ Philippe Verdon, ċittadin Franċiż ieħor. Militanti mill-grupp ta’ alQaeda fil-Maghreb Iżlamiku (AQIM) qatel lil Verdon is-sena loħra b’ritaljazzjoni għall-intervent Franċiż fil-Mali. Il-President Hollande qal li ma kien hemm ebda ostaġġ Franċiż ieħor li kien qed jistenna biex jinħeles. Francois Hollande stqarr li Lazarevic kien b’saħħtu minkejja


www.maltarightnow.com

14

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

L-imwiet mill-malarja naqsu bin-nofs IL-WHO

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) qalet li sforzi dinjija naqqsu bin-nofs in-numru ta’ persuni li jmutu bil-malarja, u għall-WHO, din hi kisba tremenda. Intqal li bejn l-2001 u ssena li għaddiet, 4.3 miljun mewta ġew evitati u 3.9 miljun persuna minnhom kienu tfal taħt il-ħames snin f ’pajjiżi taħt id-deżert Saħara. Kull sena, aktar persuni qed jintlaħqu permezz ta’ inter-

venti kontra l-malarja li qed isalvaw il-ħajjiet. Fl-2004, tlieta fil-mija ta’ dawk il-persuni li kienu f’riskju kellhom aċċess għal xbieki kontra nnemus, u llum 50 fil-mija tal-persuni qed ikollhom aċċess għal xbieki bħal dawn. Margaret Chan, id-direttur ġenerali tal-WHO, qalet li “dawn il-kisbiet kbar huma r-riżultat ta’ għodda msaħħa, żieda fir-rieda politika, l-isforzi għal inizjattivi reġjonali u żieda fl-iffinanzjar internazzjonali u domestiku.”

IĊ-ĊINA: Investitur jidher fir-rifless ta’ monitor, jivverifika l-prezzijiet fi brokerage house f’Fuyang, fil-provinċja ċentrali ta’ Anhui. L-indiċi tal-benchmark taċ-Ċina niżel b’5.43 fil-mija lbieraħ wara sensiela ta’ kisbiet (Ritratt: EPA)

L-attakki fuq Gaza kienu reati tal-gwerra AMNESTY INTERNATIONAL Skont Amnesty International, l-attakki mill-ajru minn Iżrael fuq erba’ binjiet għoljin fl-aħħar jiem tal-konflitt f’Gaza matul issajf li għadda, kienu reati talgwerra. F’rapport ġdid mill-grupp dwar id-drittijiet tal-bniedem, levidenza ssuġġeriet li l-qerda “twettqet apposta u bla ebda ġustifikazzjoni militari”. Amnesty International talbet biex tinfetaħ investigazzjoni indipendenti u imparzjali. Min-

naħa l-oħra, l-awtoritajiet Iżraeljani qalu li r-rapport għamel allegazzjonijiet infondati u injora l-użu tal-bini millĦamas għal skopijiet militari. Fi stqarrija, l-ambaxxata Iżraeljana f’Londra qalet li Amnesty International għandha tinvestiga l-attakki Palestinjani permezz tar-rockets fuq nies ċivili Iżraeljani. Skont in-Nazzjonijiet Uniti, ilkonflitt f’Gaza li dam 50 jum bejn Iżrael u gruppi militanti

mmexxija mill-Ħamas, ħalla mill-inqas 2,189 Palestinjan mejjet, fosthom aktar minn 1,486 persuna ċivili filwaqt li 11,000 persuna ndarbu. Min-naħa l-oħra, 67 suldat Iżraeljan u sitt persuni ċivili nqatlu, u għexieren ta’ persuni ndarbu. Matul l-aħħar erbat ijiem qabel ma daħal fis-seħħ ftehim ta’ waqfien mill-ġlied, ajruplani talgwerra Iżraeljani waddbu bombi kbar fuq erba’ binjiet.

IL-FILIPPINI: Ċittadini Filippini jirkbu jeepney, mezz ta’ trasport popolari, fi triq fuq il-gżira ta’ Samar li hi milquta mit-tifun (Ritratt: EPA)

L-INDONESJA: Ċittadini ta’ Bali jittrasportaw sarkofagu fl-għamla ta’ barri matul iċ-ċerimonja rjali ta’ kremazzjoni għal Tjokorda Raka Sukawati, membru tal-familja rjali Ubud, f’ċimiterju f’Ubud, f’Bali (Ritratt: EPA)

Waqfien ieħor mill-ġlied L-UKRAJNA

Forzi leali lejn il-Gvern talUkrajna u ribelli favur l-unjoni mar-Russja fil-Lvant talUkrajna qed josservaw waqfien ieħor mill-ġlied wara ġimgħat ta’ ġlied qalil. Il-President tal-Ukrajna Petro Poroshenko kien sejjaħ “Jum ta’ Silenzju”, sabiex ftehim ta’ waqfien mill-ġlied li nkiser kemm-il darba, jibqa’ fis-seħħ. Taħditiet ġodda bejn ir-ribelli u l-Gvern jistgħu jsiru filBelarus fil-jiem li ġejjin. IrRussja kompliet tipprovdi provvisti tal-gass lill-Ukrajna wara xhur ta’ taħditiet diffiċli. Ukrtransgaz, l-operatur Ukren tal-pipeline tal-gass, qal li sa 43.5 metru kubu ta’ gass se jkunu importati kuljum, sabiex ma jkunx hemm nuqqasijiet matul ix-xitwa. L-Ukrajna ħallset lil Gazprom tar-Russja €308 miljun bil-quddiem għal provvisti li se jaslu

matul dan ix-xahar. Ir-Russja kienet qatgħet ilprovvista tal-gass lill-Ukrajna f’Ġunju hekk kif il-konflitt bejn il-gvern fi Kiev u r-ribelli filLvant eskalaw. Iżda ftehim ġdid dwar il-gass intlaħaq permezz ta’ medjazzjoni mill-Unjoni Ewropea f’Ottubru. L-Ukrajna u pajjiżi alleati filPunent akkużaw lir-Russja talli pprovdiet armi u truppi lis-separatisti – xi ħaġa li l-awtoritajiet fir-Russja ċaħdu għal aktar minn darba. Iż-żewġ naħat iffirmaw ftehim għal waqfien mill-ġlied f’Minsk f’Settembru, iżda aktar minn 1,000 persuna nqatlu filġlied minn dak iż-żmien ’l hawn. Mindu beda l-konflitt f’April, aktar minn 4,300 persuna mietu u kważi miljun persuna ħarbu minn djarhom kawża talvjolenza.


www.maltarightnow.com

15

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Appell biex ikunu aċċettati aktar refuġjati mis-Sirja IN-NAZZJONIJIET UNITI

L-aġenzija dwar ir-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti u aktar minn 30 organizzazzjoni umanitarja appellaw lill-pajjiżi madwar id-dinja sabiex jaċċettaw aktar refuġjati Sirjani. F’laqgħa li saret mill-UNHCR f’Ġinevra lbieraħ, pajjiżi sinjuri ntalbu jilqgħu mill-inqas 130,000 Sirjan. Dan in-numru għandu jammonta għal ħamsa fil-mija biss ta’ dawk li x’aktarx ħarbu millkonflitt fis-Sirja, sas-sena ddieħla. Aktar minn tliet miljun per-

suna diġà huma rappurtati li ħallew djarhom u jinsabu ’l barra mis-Sirja. Il-maġġoranza tar-refuġjati Sirjani li ħarbu mill-vjolenza jgħixu f’kampijiet iffullati tarrefuġjati f’pajjiżi ġirien. Ariane Rummery, kelliema għall-UNHCR, qalet li madwar għaxra fil-mija tar-refuġjati huma “vulnerabbli ħafna”. Uffiċjali minn uħud mill-40 gvern ħadu sehem fil-konferenza tal-bieraħ u ddiskutew l-għajxien tar-refuġjati ’l barra mil-Lvant Nofsani.

Maqtula tliet suldati Torok

Pajjiżi sinjuri ntalbu jilqgħu mill-inqas 130,000 Sirjan

Aktar minn 30 organizzazzjoni umanitarja avżaw li “l-ġenerożità straordinarja” ta’ pajjiżi bħalma huma l-Libanu u lĠordan dalwaqt tilħaq il-limiti

tagħha. Dawn iż-żewġ pajjiżi talbu lill-pajjiżi li għadhom ma aċċettawx refuġjati Sirjani, sabiex jgħinu mill-aktar fis possibbli. It-talba saret jum wara li nNazzjonijiet Uniti appellat għal $2.8 biljun sabiex ikunu megħjuna r-refuġjati li ħarbu millvjolenza fis-Sirja. Valerie Amos, il-kap dwar ilħidma umanitarja tanNazzjonijiet Uniti, qalet li l-livell ta’ għajnuna li hu meħtieġ hu wieħed impressjonanti. Sadattant, in-Nazzjonijiet

Uniti fissret li €13.3-il biljun għandhom jitħallsu sabiex jagħmlu tajjeb għall-ħtiġiet umanitarji dinjija matul is-sena d-dieħla, għal aktar minn 57 miljun mill-persuni l-aktar vulnerabbli fid-dinja li huma milquta minn konflitti u diżastri naturali. L-appell ikopri wkoll irRepubblika Afrikana Ċentrali, lIraq u n-Nofsinhar tas-Sudan, kif ukoll l-Afganistan, il-Kongo, Myanmar, it-territorji okkupati Palestinjani, is-Somalja, lUkrajna u l-Jemen.

Jissoktaw aktar każi ta’ korruzzjoni

L-IRAQ: Pellegrini Iraqin Xiti fi triqithom lejn il-maqdes ta’ Imam Hussein f’Karbala minn Bagdad (Ritratt: EPA)

IS-SIRJA

Tliet suldati Torok inqatlu minn tiri ta’ arma tan-nar fil-belt ta’ Ceylanpinar, mal-fruntiera masSirja. Mhux ċar min kienu dawk li sparaw fuq is-suldati u jekk lisparar kienx ġej tul il-fruntiera. Ceylanpinar tinsab qrib il-belt ta’ Ras al-Ain. Iż-żewġ pajjiżi huma maqtugħin minn xulxin permezz ta’ lqugħ bil-barbed wire. Iżda l-militanti tal-ISIS jikkontrollaw il-biċċa l-kbira taz-zona mal-fruntiera mas-Sirja li tgħaqqad mas-Sirja. Izzettin Kucuk, il-gvernatur lokali ta’ Ceylanpinar, qal li “qed ninvestigaw jekk l-isparar ġiex min-naħa Sirjana jew le. L-inves-

tigazzjoni estensiva tagħna fizzona għadha għaddejja. Ikollna spjegazzjoni aktar ċara fis-sigħat li ġejjin.” Ġlied bejn l-armata u l-grupp separatista Kurd, KKK, seħħ b’mod regolari fir-reġjun f’dawn l-aħħar snin. Madankollu, f’Ottubru, itTurkija ħalliet madwar 150 suldat Peshmerga Kurd biex jaqsmu lfruntiera ħalli jiddefendu l-belt ta’ Kobani mill-militanti Iżlamiċi. It-Turkija tqis lil PKK bħala organizzazzjoni terroristika u lmexxej tagħha Abdullah Ocalan jinsab il-ħabs. Iżda Ocalan kien ilpunt ta’ referenza fin-negozjati ta’ paċi mindu spiċċa l-ħabs fl-2012.

IĊ-ĊINA

Ġeneral militari Ċiniż ta numru ta’ karozzi Mercedes mimlija b’diversi ingotti taddeheb bħala parti minn ‘racket’ ta’ korruzzjoni li jammonta għal biljuni ta’ ewro. Dan hekk kif l-awtoritajiet f’Beijing komplew jippromwovu l-kruċjata tagħhom kontra uffiċjali tal-Partit Komunista li sfaw ħatja ta’ serq. Gu Junshan, Logutenent Ġenerali fl-Armata Ċiniża, kien arrestat fil-bidu tal-2012 u minn dak iż-żmien ’l hawn ma deherx fil-pubbliku. Hu jinsab suspettat b’involviment f’każ kbir ta’ korruzzjoni li allegatament jinvolvi t-tixħim ta’ karigi fil-militar.

Kmieni din is-sena, il-media Ċiniża ddeskriviet rejd imwettaq mill-pulizija matul is-sena li għaddiet fid-dar tal-Ġeneral filprovinċja ta’ Heran. Erba’ trakkijiet mimlijin b’affarijiet lussużi nħatfu mid-dar ta’ Junshan, fosthom għexieren ta’ nbejjed prezzjużi li kienu f’kantina, kif ukoll statwa tad-deheb ta’ Chairman Mao. Aktar dettalji dwar l-allegati reati ta’ Gu ħarġu din il-ġimgħa, fosthom stqarrijiet li l-Ġeneral kien involut f’‘racket’ ta’ 30 biljun yuan u li minnu hu daħħal fil-but madwar 600 miljun yuan. Il-Ġeneral qassam madwar 100 kilo deheb – li jiswa xi €5 miljun

– billi stiva ingotti tad-deheb f’vetturi tat-tip Mercedes. L-awtoritajiet Ċiniżi dawru ttisbita tal-Ġeneral bħala rebħa prinċipali fil-ġlieda tal-President Xi Jinping dwar il-korruzzjoni, li bdiet fi tmiem l-2012 wara li tela’ fil-poter. Sadattant, il-kritiċi qed jakkużaw lill-awtoritajiet f’Beijing talli qed jaljenaw linnies dwar każi ta’ korruzzjoni fost uffiċjali fil-Partit Komunista biex jgħattu l-waqgħa politika ta’ diversi rivali tal-president Jinping, fosthom il-kap tas-sigurtà Zhou Yongkang, li l-arrest formali tiegħu tħabbar nhar ilĠimgħa.


www.maltarightnow.com

16

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

1 1) L-ITALJA: In-nies iħarsu lejn id-dawl tas-siġra tal-Milied fi Piazza del Duomo f’Firenze 2) IR-RENJU UNIT: Il-Prim Ministru David Cameron iħares lejn siġra tal-Milied flimkien ma’ martu Samantha u kadetti militari matul il-mixegħla tas-siġra tal-Milied f’Downing Street 3) IL-KOREA T’ISFEL: Sewwieqa tal-karozzi tal-linja libsin ta’ Santa Klaws jippużaw quddiem ix-xarabanks tagħhom imżejnin bħal Rudolph the red-nosed Reindeer f’garaxx fit-Tramuntana ta’ Seoul 4) IL-ĠERMANJA: In-nies jimxu tul kumpless tal-ħwienet imżejjen għall-Milied f’Hamburg (Ritratti: EPA)

2

3

4


www.maltarightnow.com

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

17

1 1) IL-POLONJA: Nies jixtru f’suq tal-Milied fid-dħul prinċipali tal-Istadium Nazzjonali f’Varsavja 2) L-OLANDA: Siġar tal-Milied jinbiegħu f’The Hague. Fil-jiem li għaddew beda l-bejgħ annwali tas-siġar tal-Milied, iżda l-maġġoranza tan-nies tradizzjonalment jixtru s-siġra wara l-festival ta’ San Nikola 3) IL-POLONJA: Diversi persuni jispezzjonaw l-affarijiet imdawla hekk kif tnediet l-illuminazzjoni tradizzjonali tal-Milied fit-toroq prinċipali ta’ Varsavja 4) IL-ĠERMANJA: Figura ta’ Santa Klaws tiddendel minn gallarija bejn dwal ikkuluriti f’Kaufbeuren (Ritratti: EPA)

2

4

3


www.maltarightnow.com

18

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

MADWARNA

Infittxu l-aċċessibbiltà b’parteċipazzjoni attiva

‘Infittxu l-aċċessibbiltà b'parteċipazzjoni attiva’ hu lisem ta' proġett li sar miċ-Ċentru LEAP tal-Qawra u hu ffinanzjat mill-iskema Be Active talAġenzija Żgħażagħ. Ir-riżultati tal-proġett tnidew waqt konferenza tal-aħbarijiet minn Youth Included, miċ-Ċentru LEAP talQawra, mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà (KNPD), mill-Aġenzija Żgħażagħ u mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, lInnovazzjoni, iż-Żgħażagħ u lIsport. F'dan il-proġett, grupp ta' żgħażagħ ingħataw l-opportunità biex jiddiskutu kwistjonijiet marbutin mal-aċċessibbiltà fiżika biex jitgħallmu aktar dwar ilħtiġiet fil-komunitajiet. Din iddiskussjoni wasslet biex sar eżerċizzju fejn iż-żgħażagħ

marru f'numru ta' toroq f'San Pawl il-Baħar, ħadu ritratti dwar diffikultajiet għall-aċċessibbiltà u anke ta' prattiki tajbin fillokalità. Waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata miċ-Ċentru LEAP tal-Qawra, iż-żgħażagħ tkellmu dwar ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju li kienu inklużi f'rapport li tfassal bħala parti minn dan ilproġett. Ir-rapport kien ippreżentat lill-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, lisSegretarju Parlamentari għarRiċerka, l-Innovazzjoni, iżŻgħażagħ u l-Isport, u lisSegretarju Parlamentari għadDrittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva. Kienet ippreżentata kopja ta’ dan ir-rapport lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ukoll. Fost ir-riżultati ewlenin li

ħarġu minn dan il-proġett kien hemm tħassib serju dwar innuqqas ta' għarfien fil-lokalità. Iż-żgħażagħ sabu bankini blukkati bi pparkjar ħażin ta' karozzi, karozzi pparkjati quddiem rampi, boroż taż-żibel impoġġija f'nofs il-bankini, imwejjed u siġġijiet f'nofs ilbankini u wkoll fejn suppost hemm aċċess għaż-zebra crossing. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, iż-żgħażagħ qalu li għalkemm il-Kunsill Lokali u lGvern Ċentrali għandhom obbligi li jridu jkunu osservati biex titjieb l-aċċessibbiltà fil-komunità, kull azzjoni ta' kull persuna hi ta' importanza biex ikun hemm aktar aċċessibbiltà. Huma qalu li wieħed irid jaħseb qabel jagħmel xi azzjoni li tista' twassal għal inkonvenjenza lil ħaddieħor.

Twaqqaf monument ta' tifkira fil-bitħa quddiem iċ-Ċentru LEAP tal-Qawra u kien ippubblikat poster li jippromwovi lmessaġġ tal-proġett f'postijiet pubbliċi. Martin Chetcuti, l-Aġent Reġjonali taċ-Ċentru LEAP talQawra qal li dan il-proġett hu waħda mill-inizjattivi li ħa ċĊentru LEAP tal-Qawra biex ilmembri tal-komunità jipparteċipaw f'ċittadinanza attiva. Ilgrupp ta' żgħażagħ urew li bilparteċipazzjoni attiva huma jistgħu joħolqu differenza pożittiva madwarhom u b'hekk hu importanti ħafna li ż-żgħażagħ u ġenerazzjonijiet oħra jingħataw lispazju meħtieġ biex ikunu attivi u biex joħolqu din id-differenza pożittiva. Oliver Scicluna, iċ-Chairman tal-KNPD qal li dan il-proġett

wera biċ-ċar storja ta' suċċess. Hu qal li ż-żgħażagħ huma importanti ħafna fis-settur soċjali minħabba li permezz tal-entużjażmu tagħhom, huma jistgħu joħolqu l-pożittività fost membri oħra tas-soċjetà. Il-Ministru Michael Farrugia faħħar din l-inizjattiva u qal li kollaborazzjoni bejn entitajiet differenti bl-involviment talNGOs u entitajiet tal-Gvern hi miżura kruċjali li qed twassal għal storja ta' suċċess. Hu qal li lGvern hu impenjat li joħloq aktar opportunitajiet f'dan is-settur permezz tal-Proġett LEAP li qed jinfirex madwar Malta. Tkellmu wkoll is-Segretarji Parlamentari Justyne Caruana u Chris Agius. Aktar informazzjoni dwar dan il-proġett tista' tinkiseb mingħand Martin Chetcuti fuq in-numru 7985 6471.


www.maltarightnow.com

19

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

FINANZI

Stokks Ewropej jilħqu l-ogħla livell fi kważi seba’ snin Stokks Ewropej laħqu l-ogħla livell fi kważi seba’ snin hekk kif l-iStoxx 600 issaħħaħ b’1.8 filmija fl-aħħar ġurnata ta’ erba’ ġimgħat pożittivi. L-iStoxx Europe 600 Index issaħħaħ b’1.1 fil-mija għar-raba’ ġimgħa pożittiva, b’tisħiħ matul l-aħħar ġurnata fost ottimiżmu li l-bank ċentrali fir-reġjun se jtejjeb listimolu. Żewġ uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew familjari mad-diskussjonijiet qalu li dawk li jfasslu l-politika se jikkunsidraw proposta biex jixtru dejn sovran waqt il-laqgħa li jmiss. Fl-4 ta’ Diċembru l-kejl kellu l-agħar ġurnata f’seba’ ġimgħat

wara li l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi żamm lura milli jwiegħed quantitative easing fiz-zona ewro u ddiżappunta lil xi investituri li kienu qed jistennew azzjoni immedjata. Stokks fl-Istati Uniti ssaħħu għas-seba’ ġimgħa u wasslu lidDow Jones Industrial Average 10 punti ’l bogħod mil-livell ta’ 18,000 hekk kif sensiela ta’ rapporti dwar ix-xogħol urew li dawk li jħaddmu qed jimpjegaw b’pass mgħaġġel biżżejjed biex iwasslu għat-tkabbir ekonomiku. Id-Dow issaħħaħ b’0.7 fil-mija fuq ħamest ijiem għall-ogħla liv-

ell li qatt kien fih ta’ 17,958.79, fl-itwal sensiela ta’ ġimgħat pożittivi minn Novembru 2013. Fil-Ġappun, it-Topix kompla jissaħħaħ fuq l-ogħla livell f’seba’ snin hekk kif l-esportaturi ssaħħu wara li l-yenn iddgħajjef għal 120 yenn kontra d-dollaru. Matul din il-ġimgħa t-Topix issaħħaħ bi 2.5 fil-mija. Stokks tas-swieq emerġenti tilfu 1.9 fil-mija matul din ilġimgħa hekk kif it-tisħiħ flekonomija fl-Istati Uniti wassal għal tħassib li l-Fed iżid ir-rati tal-interessi aktar malajr minn mistenni u tappan id-domanda għal assi b’ritorn għoli ta’ pajjiżi

li qed jiżviluppaw. Fiċ-Ċina, ixShanghai Composite Index issaħħaħ b’9.5 fil-mija f’ħamest ijiem, l-aktar għall-perjodu minn Frar 2009, fost spekulazzjoni li l-People’s Bank of China se jnaqqas ir-riserva bżonjuża għal dawk li jsellfu biex iżid it-tkabbir. Ishma tal-enerġija ssaħħu b’1.2 fil-mija matul din ilġimgħa. Il-grupp issaħħaħ bi 3.2 fil-mija matul l-ewwel tlett ijiem qabel ma reġa’ kien hemm ilbejgħ mal-prezz taż-żejt mhux maħdum. Iż-żejt kien negattiv fost l-akbar produzzjoni millIstati Uniti fi tletin sena u sinjali

ta’ tnaqqis fit-tkabbir globali tad-domanda. Dan ir-rapport inkiteb minn Valletta Fund Management Limited, kumpanija sussidjarja tal-BOV Group. L-uffiċċji talkumpanija jinsabu f ’TG Complex, Suite 2, Level 3, Brewery Str., l-Imrieħel BKR 3000. Valletta Fund Management Limited hi liċenzjata mill-MFSA. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-VFM permezz tal-email infovfm@bov.com, billi ċċempel Freephone 80072344 jew żur il-websajt www.vfm.com.mt.


20

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

60 presepju esibiti fil-wirja mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju fil-Belt

www.maltarightnow.com

MILIED

Charles Muscat Il-wirja annwali tal-presepji mtellgħa mill-Għaqda Ħbieb talPresepju (Malta) kienet inawgurata nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru fis-Sala San Franġisk, Triq Melita, il-Belt Valletta. Madwar 60 presepju maħdumin minn materjal u fuq stili differenti se jkunu għall-wiri sal-Ħadd 21 ta’ Diċembru. Id-dħul huwa mingħajr ħlas u l-wirja tkun miftuħa kuljum bejn id-9.30 a.m. u n-12.30 p.m. u bejn l-4.30 p.m. u s-7.30 p.m. Jistgħu jsiru arranġamenti oħra għal gruppi ta’ turisti jew tfal tal-iskejjel. Għal dan wieħed għandu jċempel fis-Sala tal-Wirja fuq in-numru 2124 4333 biex isiru l-arranġamenti meħtieġa.

It-28 edizzjoni tal-wirja Il-wirja ta’ din is-sena hija t-28 edizzjoni minn meta l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju (Malta) twaqqfet fl-1986. Il-presepji huma riżultat ta’ xogħol millmembri tal-Għaqda wara lectures li jingħataw lilhom dwar issuġġett tal-presepju. It-tradizzjoni tal-presepju reġgħet ħadet ir-ruħ Ta’ min jgħid li bis-saħħa talħidma li twettaq l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju (Malta), it-tradizzjoni tal-presepju fi żmien ilMilied Malti reġgħet ħadet ir-ruħ wara li kienet ġiet kważi fix-xejn fis-snin ħamsin. Illum nistgħu ngħidu li l-presepju reġa' sab il-

post xieraq fid-djar Maltin u lwirja mtellgħa mill-Għaqda saret parti integrali mill-kalendarju tal-attivitajiet għall-Milied f’Malta.

L-għanijiet tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju L-għanijiet tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju huma li taħdem biex il-presepju jsib post xieraq fid-

djar u fil-familji Maltin u li toħloq kuntatt u ħbiberija fost id-dilettanti tal-presepju. L-Għaqda tinkoraġġixxi artisti u kittieba Maltin biex jinkludu l-Milied u jew ilpresepju fix-xogħlijiet tagħhom u tappoġġja dawn ix-xogħlijiet meta u fejn isiru. Għanijiet oħra tal-Għaqda huma li torganizza lezzjonijiet dwar il-bini tal-presepju u l-istorja ta' din it-tradiz-

zjoni kemm f'Malta kif ukoll f'pajjiżi oħra u li twaqqaf wirja permanenti jew mużew tal-presepju f'Malta. L-Għaqda Ħbieb talPresepju taħdem ukoll biex toħloq relazzjonijiet ma’ entitajiet presepistiċi, kemm f'Malta, kif ukoll barra bl-iskop li jsir skambju ta' ideat, aħbarijiet u pubblikazzjonijiet dwar il-presepju.

L-istorja tal-presepji f’Malta L-eżistenza tal-presepji f'Malta hi magħrufa minn kmieni fisseklu 17 meta presepji mdaqqsa kienu jittellgħu f'diversi knejjes f'pajjiżna. Sfortunatament, minħabba li l-pasturi li kienu jintużaw dak iż-żmien li kienu jinġiebu mill-Italja kienu jiswew ħafna flus, l-introduzzjoni talpresepji fid-djar tal-Maltin damet ma bdiet. Madankollu, fl-ewwel snin tasseklu 19, id-dilettanti lokali bdew jagħmlu figurini żgħar tattafal li mbagħad bdew jinbiegħu sold jew bil-flus tal-lum €0.1. Fil-fatt, dawn il-figurini li ma kinux xi biċċa xogħol ta' arti kbira, kienu u għadhom magħrufin bħala l-pasturi tassold minħabba li kienu jinbiegħu sold. Minkejja l-forma goffa tagħhom, tant li kieku ma kienx għall-fattizzi mpinġija, ma kontx tagħraf jekk intix tħares lejn quddiem jew il-wara tagħhom, dawn

il-figurini taw spinta lill-presepji fid-djar tal-poplu Malti.

Tradizzjonijiet barranin kienu impurtati f’Malta Il-popolarità tal-presepji kompliet tikber sa wara t-Tieni Gwerra Dinjija għax imbagħad bdew jidħlu f'pajjiżna drawwiet moderni tal-Milied u tradizzjonijiet barranin kienu impurtati f'Malta, l-aktar mill-membri tasservizzi Ingliżi li kienu stazzjonati f'Malta. Dawn id-drawwiet jew tradizzjonijiet wasslu biex f'Malta kienu introdotti s-siġra talMilied, Santa Klaws u t-tiżjin ilellex li jżejjinhom. Dawn iddekorazzjonijiet moderni talMilied li kienu faċli biex jintramaw u attraenti, bdew jidħlu fiddjar tal-Maltin u warrbu t-tradizzjoni tal-presepju. It-twaqqif tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Kien bis-saħħa ta’ diversi dilettanti, li l-istilla fuq il-presepju tal-Milied kompliet tpetpet, jekk mhux tiddi. Dawn il-persuni impenjaw ruħhom li jkomplu jibnu l-presepji u jpoġġuhom għall-wiri. Inkoraġġiti birrispons tal-pubbliku għall-isforzi tagħhom, dawn il-persuni ngħaqdu u ffurmaw is-soċjetà tal-presepju. Fis-7 ta' Ottubru 1986, saret l-ewwel laqgħa ġenerali tal-


www.maltarightnow.com

21

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

MILIED

Wirja ta’ 20 presepju maħdumin f’Malta f’Alcitrezza, fir-reġjun ta’ Katanja, fi Sqallija

Għaqda Ħbieb tal-Presepju (Malta). L-iskop ewlieni maqbul bejn il-membri preżenti kien li jirriġeneraw il-popolarità tal-presepju fost il-poplu Malti. Bdiet tittella’ l-wirja tal-presepji Minn dak iż-żmien, il-membri tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju (Malta) taħt it-tmexxija talKunsill Amministrattiv, ħadmu bla heda biex jilħqu l-miri tagħhom. Kull sena numru sabiħ ta' presepji żgħar li jinbnew millmembri tal-Għaqda, ikunu esibiti fil-Belt fl-ewwel ġimgħat ta' Diċembru. Dawn il-presepji huma riżultat tal-lectures u korsijiet prattiċi li jkunu organizzati għall-membri u l-ħbieb matul is-sena. Dawn illectures jibdew kmieni f'April u jkomplu anke matul ix-xhur tas-

sajf. Isiru wkoll dimonstrazzjonijiet u lectures oħra dwar listorja tal-presepju u l-bini tagħhom fl-iskejjel, fil-gruppi parrokkjali u f'soċjetajiet oħra tal-lajċi.

Aktar minn 450 membru L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju tippubblika wkoll magażin kull tliet xhur għall-membri tagħha li llum ilaħħqu aktar minn 450 u f'Diċembru jkun hemm ħarġa speċjali. Din il-ħarġa tal-magażin jisimha ‘Il-Presepju’ u tinkludi stejjer u informazzjoni dwar tradizzjonijiet tal-Milied, kemm lokali u anke internazzjonali miktubin minn awturi magħrufa Maltin. B'kollox, ikunu stampati madwar 2,000 kopja li jitqassmu b'xejn lil membri tal-Għaqda u lil dawk li jżuru l-wirja.

Il-presepju reġa’ sar popolari Bis-saħħa tal-isforzi u l-entużjażmu tal-Għaqda Ħbieb talPresepju, il-presepju reġa’ sar popolari u għal darb'oħra qed isir l-attrazzjoni ewlenija taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied f'Malta. Xhieda ta' dan huma presepji mdaqqsa li qed jinbnew u jkunu għall-wiri madwar il-gżejjer Maltin u anke diversi wirjiet ta' presepji żgħar li jkunu organizzati minn għaqdiet volontarji. LGħaqda Ħbieb tal-Presepju (Malta) li għandha wkoll diversi kuntatti barra minn Malta, qed tilħaq l-għanijiet tagħha, jiġifieri billi żżomm ħajja t-tifsira vera u l-ispirtu tal-Milied veru fil-gżejjer Maltin. Tippromwovi l-Milied Malti barra minn Malta

Minkejja r-riżorsi limitati, lGħaqda Ħbieb tal-Presepju qiegħda tħares kontinwament lejn possibbiltajiet kif tippromwovi lkultura tal-Milied Malti barra minn Malta. Permezz tal-websajt tagħha, il-kuntatti ma’ għaqdiet oħra simili barra minn Malta dejjem qed jiżdiedu u dejjem qed jinqalgħu opportunitajiet ta' kollaborazzjoni ma’ gruppi bħal dawn. B'riżultat ta' dan, l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju (Malta) irnexxielha tesibixxi l-presepju Malti fl-Awstrija u fl-Italja.

Presepji Maltin esibiti fi Sqallija Fl-20 ta' Novembru li għadda, kienet inawgurata wirja ta' 20 presepju maħdumin f'Malta f'Alcitrezza, fir-reġjun ta' Katanja, fi Sqallija. Il-wirja li ttellgħet fil-bini ta' Pro Loco f'Aci

Castello, kienet inawgurata misSindku ta' Aci Castello u se tibqa' miftuħa sal-aħħar ta' Diċembru.

Bdil ta’ presepji ma’ Caltagirone Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet għal bdil ta' numru ta' presepji mal-Associazione Amici del Favo, f'Caltagirone, fi Sqallija. Dawn id-diskussjonijiet inbdew mis-Sindku ta' Caltagirone li laqa' lil membri tal-Assoċjazzjoni Maltija fluffiċċju tiegħu waqt żjara talgrupp f'Caltagirone ftit ilu. Dan kollu sar possibbli grazzi għallmembri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju (Malta) flimpenn dejjiemi tagħhom li jfittxu possibbiltajiet ġodda biex jippromwovu l-Milied Malti barra minn Malta.


www.maltarightnow.com

22

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

06:02 07:55 08:00 09:00 09:02 10:00 10:02 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:02 16:00 16:02 17:00 17:55 18:00 19:20 20:00

TV/RADJU

Radio 101 breakfast club Obituaries/angelus Radio 101 breakfast club (cont) News update Magazine 101 News update Magazine 101 (cont) Editorjal Club 101 Obituaries/angelus News bulletin The big show Hitsteria News update Hitsteria (cont) News update Hitsteria (cont) Newsdesk Obituaries News bulletin Lura d-dar News update

Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:05 - Austin & Ally 06:30 - The Suite Life on Deck 06:55 - Dog With a Blog 07:20 - Wizards of Waverly Place 07:45 - Hannah Montana 08:10 - That’s So Raven 08:35 - Freaky Friday 10:15 - Austin & Ally 10:40 Jessie 11:05 - I Didn’t Do It 11:30 Sabrina Secrets of a Teenage Witch 11:55 - Liv & Maddie 12:20 - The Adventures of Disney Fairies 12:45 Mickey Mouse 13:00 - Liv & Maddie 13:20 - A.N.T. Farm 13:45 - Liv & Maddie 14:10 – Violetta 15:00 Freaky Friday 16:35 - Wolfblood 17:00 - Gravity Falls 17:30 – Violetta 18:20 - Liv & Maddie 18:45 - A.N.T. Farm 19:10 - Hannah Montana 19:35 - That’s So Raven 20:00 - The Suite Life on Deck 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 Wolfblood 21:35 - Wolfblood 22:00 – Violetta 22:45 - The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 - Art Attack 23:40 - Jungle Junction 23:50 - Jungle Junction Nickelodeon 06:15 - The Penguins of Madagascar 06:40 - SpongeBob SquarePants 07:05 - SpongeBob SquarePants 07:30 - The Fairly OddParents 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 – Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 - Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 - iCarly 12:55 Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 - iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 – Victorious 20:05 - iCarly 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar: The Legend of Aang 21:20 - Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 The Penguins of Madagascar 22:35 The Penguins of Madagascar 23:00 – iCarly 23:25 – iCarly 23:50 Victorious Jim Jam

06:05 - Monkey See, Monkey Do 06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky & Friends 07:05 - Rubbadubbers 07:15 Gombby’s Green Island 07:30 Fluffy Gardens 07:40 - Noksu 07:45 - Jarmies 08:00 - Kipper 08:10 – Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 – Gazoon 08:35 - Snapatoonies 09:00 Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 – Igloo-Gloo 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 – Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 - Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 - Noksu 15:15 - Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 – Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 – Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 Monkey See, Monkey Do 17:45 Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 - Noksu 19:20 – Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 – Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 Dougie in Disguise 22:45 - Slim Pig

Malta Llejla – NET Television

Malta Llejla Stephanie Spiteri tlaqqana ma' Nancy Buhagiar li terġa’ tingħaqad magħna tul il-programm għal ħafna riċetti nteressanti u bnini. Illum jmiss lil Andrew Agius biex jtina xi pariri mediċi, waqt li llum niltaqghu ukoll mal-pedjatra t-tabib Ryan Farrugia. Bħal kull nhar ta’ Erbgha, fl-aħħar tal-programm Stephanie tilqa’ mistieden speċjali biex jduq l-ikel ta’ Nancy. Ħafna mistednin, suġġetti nteressanti u kompetizzjonijiet kuljum fuq Malta Llejla, bejn il-4:45pm u s-6:30pm fuq Net Television. TVM 07:00 - News 08:30 – Times talk 09:30 – L-irkant 10:30 – Għawdex illum 11:00 – Gadgets 11:30 -Teleshopping 12:00 News 12:10 - TVPM 15:00 – Aħbarijiet 15:05 – Ħbieb u għedewwa 15:45 – Teleshopping 16:15 – Sandokan 16:45 – Ace Lightning 17:15 – Shoe Box 17:45 – Pap paq on test 18:00 - News 18:15 – Teleshopping 18:45 - Realta 19:45 – Super 5 20:00 - News 20:45 – Merlin 21:35 – Mrs Brown’s Boys 22:10 Aħbarijiet 22:15 – Mixage 23:00 – Aħbarijiet 23:20 – Ħbieb u għedewwa.

TVM 2 07:00 – News Loop 08:30 – TVAM 10:00 – Saints and Sinners 11:00 – Animal Diaries 12:00 – Kurrenti 13:00 – Times talk 14:00 – Saints and Sinners 15:00 – It-triq /twelid 15:10 - TVPM 18:00 - Gadgets 18:30 – 3 Pointer 19:00 – Valletta 19:30 – Saints and Sinners 20:30 - News for the hearing impaired 20:45 – Champions League: Manchester City -Roma 22:30 – Highlights programme 23:00 – Sports news 23:15 Financial news 23:20 – News in English One 06:30 - One news 07:00 – One breakfast 09:00 – Siegħa żmien 10:00 – Telebejgħ 11:00 Aroma Mattina 12:30 One news 12:40 - Kalamita 16:15 – Salgister 16:55 - Telebejgħ 17:30 - One news 17:40 – Telebejgħ 18:00 - Better living 19:00 - Samsara 19:05 – Snajja' Maltin 19:30 - One news 20:20 – Talk to me 22:50 – On D road 23:30 - One news. Raiuno 06:45 - Unomattina (Jinkludi t-TG1 u

r-rapport tat-temp) 10:00 – Storie vere 11:10 – A conti fatti 12:00 – La prova del cuoco 13:30 - Telegiornale 14:00 - Tg1 Economia 14:05 -Dolci dopo il tiggi 14:40 – Torto o ragione? Il verdetto finale 16:00 – La vita in diretta 16:30 – Telegiornale 18:50 - L'eredita 20:00 Telegiornale 20:30 – Affari tuo 21:10 – Carosello Reloaded 21:15 - Velvet 22:45 – Miss Fisher – Delitti e misteri (TF) 23:50 – Porta a porta 01:15 – Tg1 01:50 – Sottovoce 02:20 – L'età di Augusto: La dolcezza della vita. Raidue 07:05 – Army wives 08:30 – Il tocco di un angelo 10:00 - TG2 Insieme 11:00 – I fati vostri 13:00 - TG2 giorno 13:30 – Costume e socjetà 13:50 TG Medicina 33 14:00 – Detto fatto 16:15 – Castle (TF) 17:00 – Supermax TV 17:45 – TG Rai Parlamento 18:00 TG Sport 18:20 – TG2 Notizie 18:50 NCIS Loc Angeles (TF) 19:40 – NCIS Unita anticrimine (TF) 20:30 - TG2 21:00 – Impazienti 21:10 – Alvin superstar. Film 2007 22:55 - TG 2 Notizie 23:10 – Emozioni 00:25 – 2Next economia e futuro 01:30 – La piovra 5 fiction.

Raitre 06:00 – Rai news 08:00 – Agorà 10:00 – Mi manda raitre 11:00 - Elisir 12:00 - TG3 12:25 – TG3 fuori tg 12:45 – Pane quotidiano 13:10 – Rai cultura 14:00 – Tg Regione 15:00 – TGR piazza affari 15:50 – Terra nostra 15:55 – Aspettando geo 16:40 – Geo 19:00 TG3 20:00 – Blob 20:15 – Tre mogli per un papà 20:35 – Un posto al sole 21:05 – Chi l'ha visto? 00:10 - Tg Regione 01:05 – Rai Parlamento 01:15 – Rai

Cultura 02:15 – Furoi orario.

Canale 5 06:00 - Traffico / Borse e monete 07:55 Meteo.It / T:5 08:45 – Mattino cinque (attwalita) 11:00 - Forum 13:00 - TG5 / Meteo.It 13:40 - Beautiful 14:15 – Centrovetrine 14:45 – Uomini e donne 16:15 – Il Segreto 17:00 – Pomeriggio cinque 18:45 – Avanti un altro 20:00 - TG5 / Meteo.it 20:40 – Roma – Manchester City Champions League 22:45 – Speciale champions league 24:00 – TG5 notte 00:40 – Striscina la notizina 01:15 – Uomini e donne.

Rete 4 06:50 - Zorro 07:10 - Hunter 08:05 – Cuore ribelle 2 09:30 – Carabinieri 7 10:45 - Ricette all'italiana 11:30 - TG4 / Meteo.It 12:00 – Un detective in corsia 13:00 - La signora in giallo 14:00 – Lo sportello di forum 15:30 Hamburg distretto 21 16:35 – L'oca selvaggia colpisce ancora. Film 1980 18:55 - Tg4 19:35 - Il segreto 20:30 – Tempesta d’amore 21:15 – Major crimes 23:05 - The mentalist 00:45 - Tg4 night news 01:05 – Appuntamento con Gianni Morandi 02:15 – Gianni Morandi in concerto 1991.

Italia 1 06:05 – I maghi di waverly 06:50 – Tutto in famiglia 07:15 – Mike & Molly 08:10 – Psych (tf) 10:05 – The closer 12:25 - Studio aperto / Meteo.It 13:00 Sport mediaset 14:05- I simpson 14:35 Futurama 15:00 – Big bang theory 15:50 – Mom 16:45 – White collar 18:30 – Studio aperto/Meteo.It 19:20 – CSI: NY 21:10 – Jack Frost. Film 1998 23:15 – La sposa Cadavere. Film 2005 00:55 - X Style motori 01:50 – Sport Mediaset.


www.maltarightnow.com

23

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

TV/RADJU

Go Stars 08:00 - The Croods 09:35 - Drew Peterson: Untouchable 11:00 - The Office 11:30 - The Armstrong Lie 13:30 - Nativity 2: Danger in the Manger 15:20 - The Lost World: Jurassic Park 17:25 - Drew Peterson: Untouchable 18:50 - Closed Circuit 20:30 - Mrs Brown’s Boys 21:00 - I Give It a Year 22:40 - The Raven 00:30 - Diaz: Don't Clean Up This Blood 02:30 - The Office 02:55 - I Give It a Year 04:30 - Diaz: Don't Clean Up This Blood 06:30 - Mrs Brown’s Boys 07:00 – CLOSE

Melita More 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 Chicago Fire 12:00 - The Mentalist 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 Rude Tube 14:15 - Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 Criminal Minds 16:30 - Person Of Interest 17:15 - Psych 18:15 Days Of Our Lives 19:00 - Person Of Interest 19:45 - The Mentalist 20:30 - Devious Maids 21:15 - 2 Broke Girls 21:45 Psych 22:30 - Mike & Molly 23:00 – VEEP 23:30 - So You Think You Can Dance 00:30 – Dallas 01:15 - Rude Tube 01:45 - SMASH

Mediaset Italia 06:15 - Quinta colonna 09:00 - Se Sei Cosi’ 10:35 - Finchè c’è ditta c’è speranza 11:01 - Centovetrine 11:25 Finchè c’è ditta c’è speranza 11:40 Mattino cinque 13:20 - Uomini e donne 14:25 - Vivere IV 14:50 Avanti un altro! 15:40 – Sarabanda 16:25 - Mezzogiorno di cuoco 17:10 Forum 18:35 – Centovetrine 19:00 – TG5 19:35 - Cotto e mangiato 19:45 Carabinieri 20:30 - Mattino cinque 22:10 - Uomini e donne 23:15 - Avanti un altro! BBC Entertainment 06:00 - Me Too! 06:20 - 3rd & Bird 06:30 - Bobinogs 06:40 - Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 07:00 - Garth and Bev 07:10 - Me Too! 07:30 - 3rd

& Bird 07:40 - Bobinogs 07:50 Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 08:15 - The Weakest Link 09:00 - Last of the Summer Wine 09:30 - One Foot in the Grave 10:10 - EastEnders 10:40 - Doctors 11:10 - Little Dorrit 12:00 The Impressions Show With Culshaw and Stephenson 12:30 - Lorna Doone 13:20 - Last of the Summer Wine 13:50 - One Foot in the Grave 14:30 EastEnders 15:00 - Doctors 15:30 The Impressions Show With Culshaw and Stephenson 16:00 - Lorna Doone 16:55 - Last of the Summer Wine 17:25 - The Weakest Link 18:10 EastEnders 18:40 - Doctors 19:10 Little Dorrit 20:00 - Rev. 20:30 Getting On 21:00 - The Town 21:50 Luther 22:40 - Absolutely Fabulous 23:10 - Mad Dogs 23:55 - Bedlam TCM 06:40 - Two Weeks in Another Town 08:25 - The Arrangement 10:30 - The Hill 12:35 - The Fighting 69th 14:00 Robin and the 7 Hoods 16:05 Rhapsody 18:00 - The Ballad of Cable Hogue 20:00 - A Streetcar Named Desire 22:00 - The Fastest Gun Alive 23:30 - A Streetcar Named Desire

MGM Channel 06:15 - For Better or for Worse 07:50 - City Slickers 09:45 - Frankie and Johnny 11:10 - The Bridge at Remagen 13:05 - The Passage 14:50 Game of Arms 15:50 - Golden Gate 17:20 - Cold Heaven 19:00 – Network 21:00 - Cuba 23:00 - Thunderbolt and Lightfoot Diva Universal 06:00 - Agatha Christie’s Poirot 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s Poirot 09:40 - Great Women 09:50 - Kommissar Rex 10:50 Agatha Christie’s Poirot 11:50 Agatha Christie’s Poirot 13:42 - Great Women 13:50 - Kommissar Rex 14:50 - Quincy, M.E. 15:50 - Agatha Christie’s Poirot 16:50 - Agatha Christie’s Poirot 18:45 - Great Women 18:50 - Quincy, M.E. 19:50 - Agatha Christie’s Poirot 20:50 - Great Women

21:00 - Downton Abbey 22:00 Downton Abbey 23:00 - Agatha Christie’s Poirot

Discovery Channel 06:00 - How It’s Made: CDs; Tights; Mozzarella 06:25 - Auction Kings: Drive-in Speakers; Royal Saddle 06:50 - Salvage Hunters 07:15 - Mega Builders: Gautrain: The Fast Track South Africa 08:10 - Born Survivor: Bear Grylls: Siberia 09:05 - Flying Wild Alaska: Tomorrow Island 09:55 Gold Divers: Eureka! 10:50 - Dual Survival: On the Menu 11:40 Wheeler Dealers: Cobra 12:35 - Fast N’ Loud: Holy Grail Hot Rod 13:30 Bike Battles: Heart of Dixie 14:25 Moonshiners: Storm’s a Brewing 15:20 - Moonshiners: A Shiner’s Last Stand 16:15 - Moonshiners: Prophecy Fulfilled 17:10 - The Liquidator: Bailiff Booty 17:40 - Storage Hunters: Buried Alive 18:05 - Auction Hunters: Big Easy Money 18:35 - Auction Kings: Yankee Stadium Ticket Light; Vintage Watch Collection 19:00 - How It’s Made: Sanders; Solid Terrain Models; Stucco; High-Speed Roll-up Doors 19:30 - How Do They Do It?: Ice Rink; Car Plant 20:00 - Hell Roads 21:00 - Jungle Gold: Deal With the Devil 22:00 - Outback Truckers 23:00 - Railroad Alaska: Frozen Danger

Discovery World 06:00 - Lake Escapes 06:25 - Tattoo Hunter 07:15 - American Car Prospector 08:05 – Trashopolis 08:55 - Don’t Drive Here 09:45 - Battlefield Mysteries 10:35 - I’m Alive 11:25 - Inventions That Shook the World 12:15 - Tattoo Hunter 13:05 - American Car Prospector 13:55 - Against the Odds 14:45 Trashopolis 15:35 - Battlefield Mysteries 16:25 - I’m Alive 17:20 Mystery Cars 17:45 - Mystery Cars 18:15 - Inventions That Shook the World 19:10 - Tattoo Hunter 20:05 - American Car Prospector 21:00 - Mystery Cars 21:25 - Mystery Cars 21:55 - Final 24 22:50 - Great Crimes and Trials 23:15 Great Crimes and Trials 23:45 American Car Prospector

07:00 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 16:45 18:00 18:05 18:30 19:00 19:30 19:50 20:40 21:40 21:45 22:15 23:00

Sport fuq il-Cable

GO sports 1 07:00 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 6 - Juventus v Club Atletico de Madrid 09:00 Premier League Monday Review Week 17 10:00 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 Liverpool v FC Basel 1893 12:00 Netbusters - Week 17 12:30 - UEFA Champions League - Group Stage Matchday 6 - Galatasaray A.S. v Arsenal 14:30 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 6 - Real Madrid v PFC Ludogorets 1945 16:30 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 6 - Matchnight Review 17:00 - Barclays Premier League - Week 17 - Tottenham H v Crystal Palace 19:00 - Trans World Sport /1441 20:00 - Premier League World /17 LIVE 20:45 - UEFA Champions League - Group Stage Matchday 6 - Bayern Munchen v CSKA Moskva 22:45 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 Matchnight Review 23:30 - FIA Formula E - Putrajaya - Round 3 – Highlights

Klinika, NET Television

Illum flimkien mad-dentisti Jonathan Mifsud u Edward Fenech se nitkellmu dwar implants u kif isiru crowns u bridges. Zorna wkoll laboratorju fejn isiru dawn is-snien foloz u segwejna l-proċess kollu ta’ kif isiru.

News feed (r) Klinika (r) Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Telebejgħ NET News Big Time Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika News feed NET News News feed Iswed fuq l-Abjad NET News Distinti Style Watch NET News

GO sports 7 07:00 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 6 - SL Benfica v Bayer 04 Leverkusen 09:00 FIFA Futbol Mundial /499 09:30 UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 - AS Monaco v FC Zenit 11:30 - PGA European Tour - Nedbank Golf Challenge - Day 3 18:30 - Vincennes Horseracing LIVE 20:45 UEFA Champions League Group Stage - Matchday 6 - AFC Ajax v APOEL FC 23:00 - Premier League World/17 23:30 - PGA European

Tour - Nedbank Golf Challenge - Day 4 06:30 - Netbusters - Week 17

GO sports 8 09:00 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 6 - SL Benfica v Bayer 04 Leverkusen 11:00 - FIFA Futbol Mundial /499 11:30 - UEFA Champions League - Group Stage Matchday 6 - AS Monaco v FC Zenit 13:30 - PGA European Tour - Nedbank Golf Challenge - Day 3 LIVE 20:45 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 - Athletic Club v BATE Borisov 23:00 - Vincennes Horseracing 01:00 - Premier League World /17 01:30 - PGA European Tour - Nedbank Golf Challenge - Day 4 08:30 - Netbusters - Week 17 GO sports 2 LIVE 20:45 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 Roma v Manchester City 22:45 Milan Channel GO sports 3 LIVE 20:45 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 NK Maribor v Schalke 04 22:45 Inter Channel GO sports 4 LIVE 20:45 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 Chelsea v Sporting Clube de Portugal 22:45 - Juve Channel

GO sports 5 LIVE 20:45 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 Barcelona v Paris Saint-Germain 22:45 - LFC TV


www.maltarightnow.com

24

TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

TISLIBA

Rapport tat-temp

UV INDEX

2

IT-TEMP Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad f’xi waqtiet li jsir ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBBILTÀ Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita IR-RIĦ Ftit qawwi għal qawwi mill-Grigal u bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad BAĦAR Qawwi IMBATT Baxx għal moderat mill-Majjistral li jsir baxx TEMPERATURA L-ogħla 15˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 0.1mm Xita mill-1 ta’ Settembru 162.7mm

Il-ħamest ijiem li ġejjin

L-ERBGĦA L-ogħla 15˚C L-inqas 11˚C

2

UV

IL-ĦAMIS L-ogħla 16˚C L-inqas 12˚C

2

UV

IL-ĠIMGĦA L-ogħla 18˚C L-inqas 14˚C

2

UV

IS-SIBT L-ogħla 18˚C L-inqas 14˚C

2

UV

Temperaturi fi bliet barranin

Mimdudin:5. Wasal biex (5) 6. Plural ta’ seqer (5) 7. Kollox (5) 10. Kemxejn (5) 11. Uża l-pettne (5) 12. Ħall tnejn minn ġlieda (5) 14. Biċċa mil-logħba taċ-ċess (5) 16. Qadim (5) 17. Bexbex (5) 18. Naħnaħ (5)

Weqfin:1. Pejjep (6) 2. Daħal jgħix f’post ġdid (6) 3. Finalizzat (6) 4. Tisbit (6) 8. Nefaq il-flus għal xi oġġett (5) 9. Aħbar (5) 12. Qalu baxx baxx fil-widnejn (6) 13. Fonqla (6) 14. Tqanna (6) 15. Inkwiet qawwi, ħolma kerha (6)

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-bieraħ

Mimdudin:- 5. Mormi; 6. Vampa; 7. Armat; 10. Skars; 11. Zekka; 12. Fjakk; 14. Ċiera; 16. Sptar; 17. Minsk; 18. Pjaga. Weqfin:- 1. Immens; 2. u 13. Mikroskopiku; 3. Avvanz; 4. Ganfra; 8. Dafar; 9. ?kien; 12. Fatima; 14. Ċlampu; 15. Avukat

Sudoku

Qiegħed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru lkbir. Kull numru għandu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru żgħir ta’ tliet kaxxi bi tlieta. Soluzzjoni Sudoku

IL-ĦADD L-ogħla 19˚C L-inqas 15˚C

2

UV

It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienet: Malta 16˚C imsaħħab, Alġeri 9˚C bir-ragħad, Amsterdam 6˚C imsaħħab, Ateni 17˚C ftit imsaħħab, Liżbona 13˚C ftit imsaħħab, Berlin 5˚ xemxi, Brussell 6˚C imsaħħab, il-Kajr 21˚C xemxi, Dublin 12˚C imsaħħab, Kopenħagen 4˚C imsaħħab, Frankfurt 11˚C imċajpar, Milan 11˚C xemxi, Istanbul 9˚C imsaħħab, Londra 9˚C xemxi, Madrid 10˚C imsaħħab, Moska -1˚C imċajpar, Pariġi 6˚C imsaħħab, Barċellona 13˚C imsaħħab, Ruma 15˚C ftit imsaħħab, Tel Aviv 22˚C xita, Tripli NA, Tuneż 12˚C imsaħħab, Vjenna 5˚C xemxi, Zurich 3˚C imsaħħab, Munich 4˚C imċajpar, St. Petersburg 3 ˚C imsaħħab

Tagħrif

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi

Illum l-Erbgħa 10 ta' Diċembru, fid-9.30 a.m., l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa tal-Milied għat-tfal tal-iskejjel primarji, filKon-Katidral ta' San Ġwann, ilBelt Valletta. Il-Ġimgħa 19 ta' Diċembru, fis6.30 p.m., fil-knisja parrokkjali tal-Kalkara, l-Isqof Scicluna ser jagħti l-ministeru tal-akkolitat lil sitt seminaristi. L-Erbgħa 24 ta' Diċembru, fil11.30 a.m., fil-Katidral talImdina, l-Isqof Scicluna ser imexxi t-talba tal-Liturġija tasSigħat u l-Quddiesa ta' Nofsillejl fis-Solennità tat-Twelid ta' Sidna Ġesù Kristu. Il-Ħamis 25 ta' Diċembru, fid9.15 a.m., fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Isqof Scicluna jiċċelebra mal-Kapitlu Metropolitan Quddiesa Stazzjonali fl-okkażjoni tasSolennità tat-Twelid ta' Sidna Ġesu' Kristu. L-Erbgħa 31 ta' Diċembru fil5.30 p.m., fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa ta' Radd il-Ħajr ta' tmiem is-sena. Kunċert minn Din l-Art Ħelwa Bħal kull sena, b'talba ġenerali,

Din l-Arti Ħelwa għandhom pjaċir iħabbru l-kunċert talMilied, A Christmas Lullaby, minn Enkor. Dan se jsir nhar isSibt, 20 ta' Diċembru fis-7.30p.m. fil-Knisja tal-Vitorja, Pjazza De Valette, il-Belt Valletta. Donazzjoni ta' €10 tkun apprezzata bħala kkontribut għall-ispejjeż għar-restawr ta' dan it-teżor nazzjonali. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99637409 jew ibagħtu email: marioscib@gmail.com

'Il-Qabża' Il-Kummissjoni Kultura fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria se torganizza IlQabża nhar is-Sibt 20 ta' Diċembru, 2014 f'Wied iż-Żurrieq. Se tinġabar donazzjoni ta' €5 b'risq il-Maratona annwali 'Minn qalb iż-Żrieraq' jekk l-attività titħassar minħabba l-maltemp, xorta tinġabar din id-donazzjoni.

Kunċert bl-Orgni Se jsir Kunċert bl-Orgni filKnisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru 20014 fis-7.00 pm. Idoqq l-organista Żabbari Robert Buhagiar. Din l-attività qed tiġi organizzata millKunsill Ċiviku mal-Kappillan u lKleru.


www.maltarightnow.com

25

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

MADWARNA

€6,200 għad-Dar tal-Providenza mill-maratona ta’ abseiling Waqt maratona ta' 34 siegħa abseiling organizzata millGrupp tal-iScouts tal-Mosta bilkollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u RTK4Charity li saret bejn it-22 u t-23 ta' Novembru fuq il-pont tal-Mosta, inġabru €6,200 b'risq id-Dar talProvidenza. Numru rekord ta’ 622 ruħ niżlu mal-pont megħjuna minn għadd sabiħ ta’ voluntiera. Issomma miġbura se tkun ippreżentata waqt il-Festa ta’

Ġenerożità organizzata minn RTK4Charity fl-1 ta’ Jannar li ġej. Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza qal li attivitajiet bħal dawn huma tassew apprezzati għax jirriflettu l-appoġġ mogħti mis-soċjetà Maltija għall-ħidma li ssir midDar tal-Providenza u jservu wkoll biex jiġbru l-fondi tant meħtieġa biex id-Dar tkompli fil-ħidma tagħha u ttejjeb isservizzi li tipprovdi.

Ċelebrazzjoni ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Mellieħa Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jkun qiegħed jorganizza ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena għall-pubbliku filPjazza tal-Parroċċa, fil-Mellieħa. Din l-attività qiegħda tkun organizzata bl-appoġġ tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Din l-attività tibda għall-ħabta tad-9 p.m. u se jkun hemm kant u mużika għall-familja kollha. Se jieħdu sehem ukoll kor tat-tfal u mużiċisti Melleħin. Għall-ħabta ta’ nofsillejl se tintwera projettazzjoni 3D fuq il-faċċata talknisja parrokkjali u wara tintlaqa’ s-sena l-ġdida b’ħarqa spet-

takolari ta’ nar ikkordinata millGħaqda tan-Nar Maria Bambina. Wara dan ikompli programm ta’ mużika varjata għal kulħadd. Bħala parti mill-preparamenti għal din l-attività, il-Kunsill ippubblika programm fejn ingħata spazju lill-għaqdiet Melleħin biex jippromwovu lattivitajiet li qegħdin jorganizzaw għal żmien il-Milied. Dan il-programm se jitqassam f’diversi rħula madwar Malta bilgħan li l-Kunsill ikun qiegħed joffri l-appoġġ tiegħu lil dawn lgħaqdiet u l-attivitajiet li jorganizzaw. Il-Kunsill Lokali ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi għal

dawn l-attivitajiet. Dan il-programm jinsab ukoll fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill www.mellieha.gov.mt. Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa rringrazzja lil dawk kollha li qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom biex din l-ewwel edizzjoni ta’ din l-attività tkun suċċess. Fl-istess waqt, l-istess Kunsill ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet lEwwel tas-Sena biex igawdi minn attività oħra ta’ livell għoli organizzata għall-pubbliku Malti u Għawdxi u kif ukoll għat-turisti li jiffrekwentaw il-Mellieħa matul dan iż-żmien.


www.maltarightnow.com

26

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. GĦALL-KIRI

L-Iklin GARAXX jew store 60 pied tul u 15-il pied wisa’, livell mat-triq, bil-parapett, toilet u bitħa. Ideali għal ħanut, hairdresser, eċċ. Ċemplu 99271803 jew 21446811. NIKRI

Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għal perjodu ta’ 4 snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655. AVVIŻI

Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing

KLASSIFIKATI

machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Xogħlijiet GĦAL kull xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ bini, alterazzjonijiet ta’ bini, ftuħ ta’ ħitan bi travi talħadid, ftuħ ta’ bibien, twieqi, ħnejjiet, bdil ta’ soqfa tal-konkos, xorok, nirranġaw, induru fejn ikun hemm ħsara fis-soqfa, gallarijiet, travi u xibka b’materjal apposta, qlugħ ta’ madum, kmamar tal-banju, tibjid, kisi, żebgħa, tikħil. Xogħol b’esperjenza kbira u xogħol fil-pront. Ċemplu 99602436. JINĦTIEĠU

Ħaddiema GĦAL xogħol ta’ bini. Pagi u kundizzjonijiet mill-aħjar. Ċemplu lil John fuq 99491029. Mastrudaxxa FUQ bażi full-time bis-sengħa u bl-esperjenza fuq kwalunkwe xogħol tal-injam. Ċemplu 79448262.


www.maltarightnow.com

27

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

L-ebda sorpriża fil-kwarti tal-finali BASKETBALL- TAZZA LOUIS BORG

Athleta, Virtus u Luxol jingħaqdu ma’ Floriana mal-aħħar erbgħa

Kif kien mistenni t-tliet timijiet favoriti, kisbu post fis-semifinali tat Tazza Louis Borg. Athleta A to Z Electronics, Virtus Cynergi u Bupa Luxol għelbu lil Pavi Depiro, Remax Siġġiewi Citadel u Mellieħa Mr Green biex ingħaqdu ma’ Floriana Cafe Del Mar. Is-semi-finali se jintlagħbu nhar is-Sibt u Ħadd.

Athleta A to Z ............165 Pavi Depiro...............134 (89-64, 76-70) Athleta kien l-ewwel tim li kkwalifika ma’ Floriana fissemi-finali wara li għeleb lit-tim żagħżugħ ta’ Depiro. Athleta kellhom sieq fis-semi-finali wara l-ewwel leg meta bnew vantaġġ tajjeb ta’ 25 punt. Wara bidu ekwilibrat, Athleta bdew jersqu lejn ir-rebħa meta kisbu għaxar punti mingħajr risposta bl-iskor ikun 18-8. Depiro rkupraw u reġgħu bdew jaqsmu l-logħob, imma fl-aħħar ħames minuti qabel il-mistrieħ, Athleta ippressaw u l-vantaġġ kiber għal 59-33 sal-intervall. Kien fl-aħħar parti tat-tielet sessjoni li Athleta reġgħu ħasdu lil Depiro meta kisbu 15-il punt konsekuttiv u bdew l-aħħar 10 minuti b’vantaġġ tajjeb ta’ 80-44. Depiro, fl-aħħar sessjoni daħlu aktar fil-logħba meta ħadu vantaġġ mill-fatt li Athleta naqqsu rritmu u taw ċans lis-sostituti. Fit-tieni logħba Athleta fetħu tajjeb u marru 13-2 minn fuq. Depiro tjiebu u qasmu l-logħob sa tmiem is-sessjoni 21-10. Birrebħa ċerta, Athleta naqqsu mirritmu u taw iċ-ċans liż-żgħażagħ u Depiro approfittaw fejn bdew

jaqsmu l-logħob u naqqsu liżvantaġġ sal-mistrieħ għal dak ta’ sitt punti bl-iskor 39-33. Depiro komplew juru logħob tajjeb wara l-intervall u komplew inaqqsu l-iżvantaġġ għal punt 46-45. Athleta wettqu reazzjoni u sa tmiem is-sessjoni kienu tmien punti minn fuq 61-53. Fl-aħħar 10 minuti, Athleta kkontrollaw tajjeb il-vantaġġ u rebħu anki ttieni leg 76-70. Ikomplu jirbħu Virtus Cynergi............169 Remax Siġġiewi C......126 (84-63, 85-63) Virtus komplew bil-mument tajjeb meta ġabu fix-xejn lisforzi ta’ Siġġiewi li m’humiex konsistenti fil-logħob. Virtus għadhom bit-twil A. Axiaq imweġġa’. Siġġiewi kellhom bidu tajjeb u bdew jaqsmu l-logħob ma’ Virtus u anki rnexxilhom jispiċċaw lewwel sessjoni basket minn fuq 18-16. Punt kien jifred liż-żewġ timijiet sa ħames minuti millintervall 24-23 favur Virtus. Siġġiewi, bl-Amerikan tagħhom xejn fil-forma, tilfu l-konċentrazzjoni u bdew jgħaġġlu biex Virtus ħadu vantaġġ u marru jistrieħu 42-32 minn fuq. Bir-reazzjoni ta’ Siġġiewi ma tasalx wara l-intervall, Virtus blAmerikan E. Bruinsma bdew jiddominaw u komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom u bdew l-aħħar 10 minuti 64-43. Virtus naqqsu r-ritmu fl-aħħar 10 minuti u Siġġiewi qasmu llogħob sat-tmiem biex l-iskor finali kien 84-63. Fit-tieni logħba, Siġġiewi qatt

Virtus Cynergi għamlu pass ieħor lejn unur ieħor dan l-istaġun meta warrbu l-isfida ta’ Siġġiewi

ma taw l-impressjoni li setgħu jpoġġu lil Virtus taħt pressjoni u b’logħob tajjeb għalqu l-ewwel sessjoni 27-14 minn fuq. Bir-reazzjoni ta’ Siġġiewi ma tasalx, Virtus b’ E. Bruinsma jkompli jagħmel ħafna kienu 5021 sal-mistrieħ. Wara l-intervall, iż-żewġ kowċis bdew jagħtu ċans lis-sostituti tagħhom biex il-logħob sar aktar bilanċjat b’Siġġiewi jaqsmu l-logħob sat-tmiem. Virtus reġgħu rebħu kważi bi skor identiku tal-ewwel leg 85-63.

Jikkwalifikaw faċilment Bupa Luxol.................169 Mellieħa Mr Green........97 (83-41, 86-56) Luxol ma kellhomx diffikultà jiksbu post fis-semi-finali kontra t-tim tat-Tieni Diviżjoni

Mellieħa. Tajjeb wieħed jgħid li minkejja li kien hemm differenza kbira bejn il-livelli taż-żewġ timijiet Mellieħa ma qatgħu qalbhom qatt. Fl-ewwel sessjoni Mellieħa żammew tajjeb il-pass ma’ Luxol u l-vantaġġ ta’ Luxol kien minimu 18-11. Luxol, li kellhom ix-shooter C.J. Cordina nieqes, kienu aktar aggressivi fit-tieni sessjoni u l-vantaġġ kiber għal 43-15 sal-mistrieħ. Waqt li Mellieħa ħarġu aħjar wara l-intervall, Luxol naqqsu ftit mir-ritmu biex il-logħba sar aktar bilanċjat b’Luxol jibdew l-aħħar sessjoni 58-31 minn fuq. Luxol żiedu fil-logħob flaħħar 10 minuti u b’Mellieħa jsibuha diffiċli kontra lpressjoni ta’ Luxol, il-vantaġġ

kompla jikber sat-tmiem bliskor ikun dak ta’ 83-41. Luxol bdew tajjeb it-tieni leg meta kisbu l-ewwel 13-il punt. Wara li kisbu l-ewwel basket, Mellieħa tjiebu u spiċċaw lewwel sessjoni 25-8 minn taħt. B’O. Rutledge jagħmel ħafna ħsara, il-vantaġġ ta’ Luxol kompla jikber sal-interval u kienu 44-22 minn fuq. It-tielet sessjoni kienet l-aktar waħda diżastruża għal Mellieħa meta kisbu biss tliet punti, bixxutt mill-bogħod ta’ C. Polis. Għall-aħħar 10 minuti, Luxol daħħlu lis-sostituti u Mellieħa b’xuttijiet mill-bogħod ta’ Polis naqqsu l-iżvantaġġ għal 71-40. Luxol għamlu xi tibdil u ma ħallewx lil Mellieħa jkomplu jersqu viċin u ħarġu rebbieħa 86-56.

Rebħiet għal Sliema Hotsticks u Qormi Poiatti

HOCKEY

Fi tmiem il-ġimgħa kompla lkampjonat nazzjonali tal-Hockey bit-tieni ġurnata fejn Sliema Hotsticks għelbu lil Young Stars 2-1 waqt li fil-logħba l-oħra Qormi kellhom jitħabtu biex għelbu lil Rabat 3-1.

Young Stars Remax.......1 Hotsticks........................2 Umpires: Luke Busuttil Leaver u Raymond Micallef Iż-żewġ timijiet kellhom iċċansijiet tagħhom kmieni fillogħba iżda ma rnexxielhomx jieħdu vantaġġ. Fil-21 minuta Lukas Plaehn skorja minn azzjoni ta’ short corner u tefa’

lil Hotsticks minn fuq. Il-logħba kienet milgħuba f’nofs il-grawnd għal ħinijiet twal iżda żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Sliema rduppjaw il-vantaġġ. Ryan Dalli rċieva l-ballun fidDee u b’dahru lejn il-lasta skorja gowl mill-isbaħ li ta vantaġġ aktar komdu lit-tim tiegħu. Fil-bidu tat-tieni taqsima Sliema ingħataw penalty iżda Steve Portelli ra l-ballun milqugħ tajjeb minn James Mizzi, l-gowlkiper ta’ Young Stars. Hawn Floriana għamlu l-kuraġġ u għafsu lid-difiża

ta’ Sliema għal ħinijiet twal. Fit-58 minuta Floriana ingħataw penalty u Andrew Camilleri skorja biex għamel l-iskor 2-1. Imma l-ħin li kien għad baqa’ ma kienx biżżejjed biex Floriana jiksbu l-gowl tad-draw u Sliema żammew sod u ħadu l-punti kollha minn din il-logħba.

Rabat.............................1 Qormi Poiatti................3 Umpires: Manuel Imbroll u Edward Hughes Rabat taw kedda kbira lil Qormi u permezz ta’ kontratttakki veloċi ħolqu l-aħjar

okkażjonijiet fl-ewwel taqsima. Rabat kellhom l-ewwel azzjoni tajba wara 20 minuta iżda Ramon Chircop, ilgowlkiper ta’ Qormi salva tajjeb. Tmien minuti wara Rabat marru minn fuq meta Kevin Micallef skorja gowl stupend. Dan qabad il-ballun min-nofs il-grawnd u baqa’ għaddej fost ħafna difensuri qabel xeħet fix-xibka biex l-ewwel taqsima spiċċat b’Rabat gowl minn fuq. Fit-tieni taqsima Qormi żiedu l-pressjoni fuq id-difiża Rabtija u fit-42 minuta skorjaw il-gowl tad-draw. Dan

wasal minn azzjoni ta’ short corner meta Steve Tanti wasal l-ewwel fuq il-ballun li kien ġie milqugħ mill-gowlkiper u tefa’ fix-xibka. Fis-57 minuta Justin Bonello għal Qormi u Jonathan Micallef għal Rabat resqu viċin ferm li jiskorjaw għat-timijiet tagħhom. Fit-62 minuta Qormi ingħataw penalty li minnu Juan Sarcia għamel l-iskor 2-1 u tefa’ lil Qormi fil-vantaġġ għall-ewwel darba. Qormi għalqu l-logħba żewġ minuti mit-tmiem meta John Williams skorja b’xutt għoli fix-xibka biex ta rebħa ta’ 3-1 lil Qormi.


www.maltarightnow.com

28

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

Miġbura €2,500 mill-Futsal b’risq Puttinu Il-parteċipanti li ħadu sehem fil-fest ta’ Futsal b’risq Puttinu

Matul dawn l-aħħar tliet ijiem, il-Futsal Malta Association għall-ewwel darba organizzat maratona tal-Futsal b’risq Puttinu Cares fejn inġabret issomma sabiħa ta’ €2,500. F’Settembru waqt laqgħa talKunsill tal-Futsal Malta, kien ġie mistieden Dr Victor Calvagna u tnehdiet is-sistema tal-ibbukjar għall-FMA Futsal Festival b’risq Puttinu Cares.

Fost dawk li ħadu sehem kien hemm it-tfal mill-Malta Futsal School li ħolqu atmosfera sabiħa fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, matul il-jum tas-Sibt. Il-qofol ta’ din l-attività intlaħaq aktar kmieni waranofsinhar, b’turnament magħmul mittim tal-Corradino Sports Bar, Membri tal-Kunsill, Referis u Ġurnalisti Sportivi. Fl-ewwel logħba Corradino

Sports Bar ġew fi draw ta’ 1-1 mar-referis. Il-membri talKunsill kisbu l-akbar rebħa, meta għelbu lill-ġurnalisti bl-iskor ta’ 8-1. Għaldaqstant il-ġurnalisti ġabru ftit ġieħhom meta ġew 4-4 ma’ Corradino Sports Bar. IlMembri tal-Kunsill għelbu lirreferis 4-0 u tilfu kontra Corradino Sports Bar 6-2.Flaħħar logħba r-referis għelbu lillġurnalisti 4-0.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tassisti għall-isparatura ‘Mira għall-Istrina’

Lamera joffri spettaklu fil-‘Mira għall-Istrina’ SPARAR

Il-Federazzjoni Maltija talIsparar bil-kollaborazzjoni talMalta Community Chest Fund organizzat b’suċċess l-isparatura ‘Mira għall-Istrina’. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li lFederazzjoni organizzat din lattività biex jinġabru l-fondi bilkollaborazzjoni mal-FKNK u ħafna mill-klabbs tal-isparar f’Malta u Għawdex. Matul il-Ħadd filgħodu lPresident ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca żaret ukoll irranges tal-Federazzjoni fil-

Bidnija fejn iltaqgħet malPresident u l-kunsill waqt li assistiet ukoll għal sparatura ‘dinamika’ mill-mistiedna speċjali Renato Lamera u t-tiratur rebbieħ ta’ midalja fl-Olimpjadi t-Taljan Francesco D’Aniello flimkien mat-tiraturi Maltin tadDouble Trap. F’din l-attività ħadu sehem tiraturi minn madwar Malta kollha u fid-dixxiplini kollha bilgħan li jiġbru l-fondi bil-finali jsiru t-Tnejn fil-Bidnija. Ir-rebbieħ ta’ kull dixxiplina li

se jkunu preżentati b’ċertifikat fl-uffiċċju tal-President kienu Noel Scicluna (Sporting), Anthony Zammit (Dritta), Antoine Bugeja (Trap), William Chetcuti (Double Trap), Jason Agius (Skeet) u Peter Muscat (American Trap). Il-qofol tal-attività ntlaħaq tTnejn waranofsinhar meta ttiratur Renato Lamera ta wirja ta’ sparar ‘Dinamiku’ mill-aqwa lillfolla sabiħa preżenti. Lamera nġieb Malta bl-għajnuna ta’ Fieldsport Malta u Benelli Armi.

Mellieħa jibqgħu fuq quddiem FUTSAL

Mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Futsal kien hemm rebħiet xejn faċli għall-Mellieħa u Lija rispettivament. Mellieħa għelbu lil Qrendi bliskor ta’ 6-3 u Lija Athletic għelbu lil Mqabba bl-iskor ta’ 7-4. Msida u Attard it-tnejn li huma qegħdin jitħabtu għar-raba’ u lħames post tal-klassifika. Meta deher li Attard kienu se jirbħu din il-logħba, l-iskor finali spiċċa 5-4 favur ilMisidjani. Naxxar għelbu lil Mdina Knights 3-1, u b’hekk inNaxxarin baqgħu fit-tielet post, b’żewġ punti biss wara Lija Athletic. Fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni Mellieħa komplew

isaħħu posthom fil-quċċata talklassifika b’27 punt, segwiti minn Lija Athletic b’24 punt, Naxxar 22 punt, Luqa 18-il punt, Attard 15-il punt, Msida 12-il punt, Sirens bi 11-il punt, Mqabba u Siggiewi b’9 punti, Mdina u Qrendi b’7 punti u flaħħar post B’Bugia b’punt wieħed biss. Matul din il-ġimgħa tkompli lkompetizzjoni b’eliminazzjoni diretta fejn Naxxar jiltaqgħu kontra Gżira, Lija Athletic kontra Balzan, Qormi kontra Mdina, Valletta kontra Attard u Mosta kontra Luxol. Ma’ dawn il-logħbiet ikun hemm ukoll logħba waħda millEwwel diviżjoni bejn Birżebbuġa u Siġġiewi.

Il-Youth Nursery ta’ Għaxaq FC se tkun qed torganizza maratona ta’ futbol b’risq l-Istrina 2014, li se tkun qed tfakkar lil Juan Barbara li kien tifel li attenda din in-nursery. Din il-maratona se tibda nhar is-Sibt 20 ta’ Dicembru fit-8am fejn jingħata l-kick off uffiċjali fil-ground sintetiku ta’ Għaxaq FC. Dawk kollha nteressati li jibbukkjaw wieħed mit-tlett pitches (tnejn 5-a side u ieħor 7 a-side) jistgħu jagħmlu dan permezz ta l-

email ghaxaqfcyn@gmail.com jew billi jċemplu fuq 79322299.

Maratona minn Għaxaq YN b’risq l-Istrina

Riżultati YFA

U/17 Valletta v Pietà Paola v Mosta Żebbuġ v Cottonera Qormni v Pembroke Melita v Mqabba Xgħajra v Luqa Balzan v Attard Żejtun v Għaxaq Sirens w/o Gudja

2-1 2-2 0-3 1-0 2-1 2-1 5-1 3-0


www.maltarightnow.com

SPORT

Hull jistgħu jpattuha lil Arsenal FA CUP

FA Cup

Il-poloz tat-tielet Round Arsenal v Hull City Southampton v Ipswich Stoke v Wrexham Charlton v Blackburn Dover Athletic v Crystal P. AFC Wimbledon v Liverpool Man City v Shef. Wed. Aldershot/Rochdale v Nottm F. West Brom v Gateshead Blyth S v Birmingham C Aston Villa v Blackpool Rotherham v AFC Bournemouth Huddersfield v Reading Oxford/Tranmere v Swansea Cardiff v Colchester Bolton v Wigan Sunderland v Leeds Burnley v Tottenham Millwall v Bradford Derby v Southport Brentford v Brighton Fulham v Wolves Leicester v Newcastle Scunthorpe/Worcester v Chesterfield Everton v West Ham Cambridge Utd/Mansfield v Bury/Luton Chelsea v Watford Barnsley/Chester v Middlesbrough QPR v Sheffield United Accrington/Yeovil v Man Utd Preston v Norwich Doncaster v Bristol City Jintlagħbu bejn it-3-6 ta’ Jannar

Hull City se jkollhom l-opportunità li jpattuha lill-holders Arsenal fit-tielet round tal-FA Cup wara li ttellgħu kontra xulxin f’dik li se tkun ripetizzjoni talfinal tal-istaġun li għadda. Iżżewġ klabbs tal-Premier se jkunu qed jiltaqgħu fl-Emirates Stadium kmieni f’Jannar. It-tim ta’ Steve Bruce sab ruħu 2-0 minn fuq wara tmien minuti fil-final tal-2013-14 f’Wembley f’Mejju, bid-difensuri James Chester u Curtis Davis jiskorjaw il-gowls. Imma t-tim ta’ Arsene Wenger kien wettaq rimonta u sforza lħin barrani hekk kif Santi Cazorla u Laurent Koscielny għamlu l-iskor indaqs qabel Aaron Ramsey skorja l-gowl rebbieħ fil-108 minuti u temm disa’ snin stennija tal-klabb biex jirbaħ unur. Dan se jkun wieħed mill-erba’ konfronti diretti bejn tal-Premier hekk if Burnley ttellgħu biex jilqgħu lil Tottenham, West Ham imorru għand Everton u Newcastle iżuru lil Leicester City. Il-klabbs non-league ta’ Wrexham, Gateshead u Dover se jiltaqgħu kontra Stoke City, West Brom u Crystal Palace rispettivament. AFC Wimbledon, debuttanti fit-tielet round jilqgħu lil Liverpool waqt li Manchester United imorru għand Accrington Stanley jew Yeovil.

QPR jiċħdu inċident ta’ Caulker PREMIERSHIP

QPR ċaħdu li Steven Caulker kien involut f’argument u qalu li ttieħed l-isptar wara li qasam rasu waqt l-ikla ma’ sħabu tattim. Rangers qalu li d-difensur żelaq waqt l-ikla jum wara rrebħa tas-Sibt 2-0 fuq Burnley. Il-ġurnal Sun qal li Caulker weġġa’ wara li nqalgħet ġlieda f’Pub fejn kien hemm ukoll plejers ta’ Crystal Palace. Imma l-kap tal-kommunikazzjoni ta’ QPR Ian Taylor insista, “Steven Caulker ma kienx involut f’inċident. Sofra qasma f’rasu li għaliha kellu jittieħed l-isptar qabel tħalla jitlaq ftit wara.” Taylor spjega wkoll li l-plejers kienu ngħataw permess li jmorru jieklu flimkien il-Ħadd peress li l-logħba li jmissu t-tim hi nhar it-Tnejn 15 ta’ Diċembru. Anke l-proprjetarju ta’ QPR

29

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

Tony Fernandes fuq Twitter qal, “Steven Caulker żelaq u ħabat rasu imma jinsab tajjeb. M’hemm xejn aktar x’nirrapporta,” kiteb Fernandez. Caulker, eks difensur ta’ Tottenham u Cardiff li lagħab ukoll darba mal-Ingilterra, lagħab 15-il logħba dan l-istaġun u skorja gowl.

Craig jirriżenja Tommy Craig irriżenja minn manager tal-klabb Skoċċiż St. Mirren wara l-bidu fqir tat-tim. Il-manager ta’ 64 sena telaq ilklabb tal-Premier Skoċċiż wara 19-il logħba fejn mingħajr rebħa fi tmien partiti jinsabu t-tieni mill-aħħar quddiem Ross County b’differenza ta’ gowls. Taħt Craig, St. Mirren rebħu tliet partiti, ġew draw fi tlieta u tilfu 13.

It-tim ta’ Louis Van Gaal rebaħ l-FA Cup 11-il darba, imma darba biss sa mill-bidu tas-seklu u jrid jistenna sas-16 ta’ Diċembru biex ikun jaf l-avversarji tiegħu. B’kollox dakinhar se jkunu qed jintlagħbu seba’ replays biex in-numru ta’ timijiet fil-kompetizzjoni jonqas minn 71 għal 64 qabel it-tielet round li se jintlagħab fi tmiem il-ġimgħa li tibda fit-3 ta’ Jannar. “Ma jistax ikollok replay aqwa minn din. Tirbaħ u tilgħab kontra Manchester United tista’ tkun iddifferenza li wieħed jara jekk hux kapaċi jagħti sfida għall-promozzjoni jew le. Ittaffilek kwalunkwe problema finanzjarja,” qal il-manager ta’Accrington John Coleman. Dawk fit-tielet round jinsabu ħames rebħiet bogħod mill-final ta’ Wembley u meta ż-żewġ timijiet mill-final tal-istaġun li għadda ttellgħu l-ewwel flimkien, instemgħet għajta ta’ sorpriża. L-anqas tim fir-ranking li fadal fil-kompetizzjoni, Blyth Spartans, jiltaqgħu kontra Birmingham City. Imma f’Dover, Wrexham u Gateshead se jkunu qed jiltaqgħu kontra timijiet mill-Premier b’tal-aħħar fit-tielet round għallewwel darba f’60 sena. Chelsea, seba’ darbiet rebbieħa tal-FA Cup u liders talPremier League, jilagħbu kontra Watford li jinsabu fis-sitt

Ilbieraħ ittellgħu l-poloz tat-tielet round tal-FA Cup bl-ewwel żewġ timijiet mill-urna jkunu proprju l-finalisti ta’ Mejju li għadda f’Wembley, Arsenal u Hull City

post fiċ-Championship. Manchester City wkoll għandhom logħba f’darhom kontra avversarji minn diviżjoni inferjuri, Sheffield Wednesday. Nofs it-timijiet miċChampionship se jkunu qed jiltaqgħu kontra xulxin fit-tielet round hekk kif hemm sitt konfronti diretti. Madankollu, l-liders Derby County se jilqgħu lil Southport li bħalissa jinsabu fl-20 post fil-Conference. Sunderland tal-Premier, rebbieħa darbtejn tal-FA Cup, jiltaqgħu kontra Leeds United f ’ripetizzjoni tal-final tal1973, waqt li Ipswich se jkunu

qed ifittxu parteċipazzjoni firraba’ round għall-ewwel darba sa mill-1993, meta jiltaqgħu kontra Southampton f’St. Mary. Aston Villa, li fl-aħħar sentejn kienu eliminati minn timijiet ta’ diviżjoni inferjuri, se jilqgħu lil Blackpool f’Villa Park. Chesterfield ta’ League One qed jiffaċċjaw akkuża mill-FA talli lagħbu plejer ineliġibbli kontra MK Dons fit-tieni round, imma telgħu barra minn darhom għand Worcester City jew Scunthorpe United. IdDons se jkunu qed jieħdu post is-Spireites jekk il-klabb minn Derbyshire jitneħħa.

istaff tagħhom għal Novembru u Diċembru tal2013 lil-Lega Taljana qabel is-17 ta’ Frar tal-2014, qalet l-istqarrija. Parma issa jinsabu tmien punti bogħod miz-zona tassalvazzjoni.

Il-Preident tal-UEFA Michel Platini jemmen li wasal iż-żmien biex il-President tal-FIFA Blatter kien elett fil-kariga fl-1998 u minn dakinhar baqa’ jżomm b’suċċess il-kariga f’ħames elezzjonijiet konsekuttivi. Madankollu Platini qal li limmaġini tal-FIFA madwar iddinja kienet imtappna u jixtieq li jara wiċċ ġdid fit-tmexxija. “Appoġġjajtu fl-1998 għaliex naħseb kien il-persuna idejali. Wara ħames termini, wasal iżżmien għal xi ħadd ġdid u li jagħmel l-ispazju għal ħaddieħor. Naħseb li r-reputazzjoni tal-FIFA hi ħażina ħafna u għalhekk għandu jwarrab.” Platini aktar kmieni din is-sena ħabbar li ma kienx se jisfida lil Blatter għall-Presidenza u ħalla lil Jerome Champagna bħala luniku avversarju ta’ Blatter għall-elezzjoni s-sena d-dieħla.

Platini Parma jitnaqqsilhom punt jitlob it-tluq ta’ Blatter Il-klabb li jinsab fl-aħħar ħallsu t-taxxi u s-salarji talSERIE A

post tas-Serie A bħalissa, Parma, tnaqqaslu wkoll punt ieħor minħabba propblemi finanzjarji li jinsab fihom. It-tim tat-Tardini qed ikollu staġun mill-aktar negattiv kemm fil-pitch kif ukoll barra u kien mistenni li se jitnaqqsulu l-punti talli naqas milli jħallas it-taxxa u s-salarji talplejers u l-istaff tiegħu. L-FIGC lbieraħ ikkonfermat li Parma tnaqqsilhom punt mit-total ta’ 6 li rebħu dan listaġun wara 14-il logħba u mmultati wkoll €5,000. Il-President Tommaso Ghirardi u l-Kap Eżekuttiv Pietro Leonardi wkoll ġew sospiżi minn kull attività talklabb għal xahrejn u mmultati €5,000 kull wieħed. “Iż-żewġ uffiċjali ta’ Parma ġew sospiżi talli ma bagħtux l-irċevuti li kienu

Almeria jkeċċu lil Francisco Il-klabb Spanjol ta’ Almeria keċċa lil Francisco minn kowċ tat-tim wara bidu diżappuntanti. It-tim bħalissa jinsab tliet postijiet mill-aħħar għalkemm bl-istess punti daqs Cordoba, Deportivo la Coruna u Elche taħthom. Francisco kien maħtur kowċ ta’ Almeria f ’Ġunju tal-2013 imma dan l-istaġun kellhom seerje negattiva, l-aħħar waħda telfa 5-2 għand Eibar it-Tnejn.


www.maltarightnow.com

30

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

It-tielet round se jkun kif mabqul bejn il-klabbs MILL-KUNSILL TAL-MFA It-tielet rawnd tal-Kampjonat BOV Premier se jkompli skont kif kien diskuss u maqbul malIstanding Committee talPremier. Dan sar magħruf waqt laħħar laqgħa tal-Kunsill tal-MFA għal din is-sena fejn ittieħdet ukoll votazzjoni li kellha 32 vot favur. Il-proposta tal-Eżekuttiv ġabet 11-il vot u kien hemm ukoll 6 astensjonijiet. Dan ifisser li l-Kunsill talMFA injora l-proposta talEżekuttiv li l-ewwel 10 partiti tat-tielet rawnd jittellgħu b’polza u minflok aċċetta l-proposta deċiża bejn il-klabbs stess. Madankollu din il-proposta tista’ tinbidel wara dan l-istaġun skont il-ħtiġijiet tal-format talkampjonat Premier. Il-President Norman Darmanin Demajo qal li hu favur li l-aħħar partita tal-Kampjonat BOV għandha tkun: l-ewwel post mattieni post; it-tielet post mar-raba’ post, ħames post mas-sitt post, is-seba’ post mat-tmien post, iddisa’ post mal-għaxar post u lħdax il-post mat-tnax-il post.

FRANZA

Is-suġġeriment tal-Eżekuttiv kien li l-ewwel 10 partiti jittellgħu bil-polza mentri l-Istanding Committee qabel fuq skeda kif għandhom ikunu l-partiti sal-10 ġurnata tal-kampjonat. Fuq laħħar ġurnata kien hemm il-qbil propost. Fl-indirizz tiegħu fil-bidu talKunsill il-President faħħar lil Rodney Pisani, Deputat Segretarju Ġenerali u lil Jesmond Abela, Operations Manager fiċĊentru Tekniku, taċ-ċertifikat li kisbu mill-UEFA f’kors li għamlu fil-Football Management. Semma wkoll l-unur li rebħet lMFA bil-Kampanja Reach Out tal-UEFA, KISS Marketing Awards. Hu faħħar il-ħidma ta’ kulmin kien involut biex 42,000 spettatur isegwu xi partita jew oħra fit-turnament tal-UEFA U/17 li sar f’Mejju li għadda. Multa lill-MFA Il-President qal ukoll li l-MFA kienet immultata €8,000 millUEFA talli persuni ostakolaw ilpassaġġi fis-South Stand fil-par-

Arrestat il-President ta’ Bastia

tita mill-Euro 2016 bejn Malta u l-Italja.

Le għal passi bil-Qorti Darmanin Demajo mbagħad qara ittra ta’ Kevin Azzopardi, f’isem it-tliet uffiċjali tal-logħba, fejn intalab jittieħdu passi kontra Johann Vella, eks-Membru talKunsill tal-MFA għal Santa Venera Lightnings dwar kumment li għamel fuq il-facebook personali tiegħu wara s-sospensjoni li ngħata. Il-President qal li l-każ għadda u Vella ddispjaċih għal dak li għamel u lest jitlob skuża. Alex Arena, f’isem ir-referees, qal li ma jaqbilx ma’ dak li qal ilPresident għax Vella kellu ċans jikkalma u jaħseb qabel jikteb dak li kiteb. Is-Segretarjuj Ġenerali Bjorn Vassallo spjega li l-plejer diġa’ tressaq quddiem ilKummissarju tad-Dixxiplina talMFA u ġie sospiż sena. Hu qal li jekk jingħata permess biex iżżewġ partijiet imorru l-Qorti ma kien se jaqbel għal ħadd. Finalment il-permess biex il-każ

L-OLIMPJADI TAL-2016

Norman Saliba mid-dipartiment tal-marketing tal-MFA (xellug) u Joe Cassar direttur tat-turnament tal-U/17 tal-UEFA, ippremjati għall-kampanja Reach Out tal-UEFA, KISS Marketing Awards

imur fil-Qorti ma ngħatax. Is-Segretarju Ġenerali Bjorn Vassallo qal li dan ix-xahar se jinħatar il-Licensing Board talMFA biex jibda jaħdem mixxahar id-dieħel. Ippropona biex

jerġgħu jkunu l-istess persuni li jagħmlu x-xogħol li dejjem għamlu tajjeb ħafna u l-Kunsill approva kif approva wkoll ilħafna riżenji u l-ħatriet ġodda filklabbs.

f’Monte Carlo. Fil-preżent, il-Kosovo hu rikonoxxut, bħala pajjiż, minn 108 fost il-193 Stati-membri tanNazzjonijiet Uniti. Il-Kosovo hu wkoll membru sħiħ ta’ sitt federazzjonijiet tal-isport Olimpiċi – it-table tennis, l-isparar bil-qaws, il-judo, l-ibburdjar, il-weightlifting u l-pentathlon modern. Il-KOI beda jirrevedi l-każ talKosovo ħames snin ilu, iżda ma ntlaqgħetx it-talba tal-pajjiż biex jikkompeti bħala l-Kosovo, waqt l-Olimpjadi tal-2012 f’Londra.

Fil-fatt, Majlinda Kelmendi kienet l-unika atleta mill-Kosovo li kkompetiet f’Londra u irrappreżentat lill-Albanija fil-judo. Intant, il-Gvern tal-Kosovo jinsab sodisfatt ferm birrikonoxximent tal-KOI, bil-Prim Ministru, Hashim Thaci, jibgħat messaġġ ta’ kongratulazzjoni lill-atleti kollha. Thaci kkonferma wkoll li Majlinda Kelmendi hi l-atleta li se ġġorr il-bandiera tal-Kosovo waqt iċ-ċerimonja għall-inawgurazzjoni talOlimpjadi tal-2016, f’Rio.

Il-bidu tat-Tour de France tal2016 se jsir min-Normandija, biċ-ċiklisti jitilqu minn Mont St Michel fil-’Grand Depart’ u bittielet tappa tat-tellieqa titlaq minn Granville, fi Franza. Din hi l-ewwel darba mill2011 li t-Tour de France – l-aktar tellieqa tar-roti prestiġjuża għal ċiklisti professjonali — se titlaq mill-Punent ta’ Franza. Fl-2011, iċ-ċiklisti li pparteċipaw f’dik ledizzjoni kienu telqu mir-reġjun ta’ Vendee.

L-ewwel tappa tal-2016 tinvolvi distanza ta’ 188 Km minn Mont St Michel sal-Bajja ta’ Utah, it-tieni tappa twassal liċċiklisti sa Cherbourg u t-tielet tappa ssir minn Granville u tintemm f’destinazzjoni li għad trid titħabbar. Ir-rotta sħiħa tal-2016 tkun magħrufa f’Ottubru. Intant, it-Tour de France tal2015 jitlaq minn Utrecht, flOlanda u se jkun ir-raba’ ‘Grand Depart’ li se jsir barra Franza għal dawn l-aħħar sitt snin.

Il-Kosovo jikkompeti bħala pajjiż

Il-Pulizija Franċiża arrestat lill-President ta’ Bastia, PierreMarie Geronimi, bħala parti minn investigazzjoni dwar ilfinanzi tal-klabb li jinsab l-aħħar fil-Ligue 1. L-investigazzjoni qed tikkonċentra fuq il-finanzjament ta’ pitch artifiċjali fil-ground ta’ Bastia fejn qed jitħarrġu t-timijiet taż-żgħar, minbarra l-pagamenti li saru lis-sieħba tal-klabb, fosthom kumpannija tat-trasport. Bastia ikkonfermaw li Geronimi tressaq quddiem ilProsekutur tar-reġjun f’Korsika u ċaħad li hu involut f’xi attività

illegali. Kelliema għal Bastia insistew li l-klabb m’għandux x’jaqsam maċ-’ċirkolazzjoni ta’ flus illegali’ b’konnessjoni mat-tqegħid tal-pitch artifiċjali. Huma sostnew ukoll li kienu ‘ġustifikati’ lpagamenti għall-kiri ta’ minibuses biex iwasslu lill-plejers lejn iċ-ċentru tat-taħriġ tal-klabb. F’Awwissu, Bastia kienu involuti f’kontroversja oħra, meta lattakkant tagħhom, Brandao, attakka lil Thaigo Motta, ta’ Paris St Germain, u kisirlu mnieħru. Linċident kien seħħ eżatt wara lkonfront ta’ Ligue 1.

Il-Kosovo se jibgħat kontinġent ta’ atleti biex jirrappreżentawh fl-Olimpjadi tal2016 li se jsiru f’Rio de Janeiro, fil-Brażil. Dan hu tragward storiku wara li l-pajjiż, li fl-2008, iddikjara l-indipendenza misSerbja, kien ikkonfermat membru sħiħ tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI). Is-Serbja ma tirrikonoxxix lillKosovo bħala Stat u l-Kumitat Olimpiku Serb kien ipprotesta meta l-Kosovo ingħata l-għarfien proviżorju mill-KOI, f’Ottubru. Il-Kumitat tal-Kosovo, ilbieraħ, kien ikkonfermat bħala l-205 kumitat nazzjonali Olimpiku waqt is-sessjoni tal-KOI,

Il-Prosekuturi fl-Afrika t’Isfel appellaw mill-verdett tal-qorti fil-każ ta’ Oscar Pistorius u ssentenza ta’ ħames snin priġunerija għall-atleta bħala ‘deċiżjoni li tmur ‘il hinn minn dak meqjus bħala xieraq’. Dan wara li qorti fi Pretoria, f’Ottubru, iddeċidiet li Pistorius kien ħati dwar il-qtil tat-tfajla tiegħu, Reeva Steenkamp fi Frar tal-2013 b’tiri ta’ arma tan-nar. Il-verdett sab li Pistorius kien ħati ta’ traskuraġni imma ma kel-

lux l-intenzjoni speċifika li jwettaq omiċidju. Il-ġuri dam seba’ xhur, bl-atleta jinsisti li kien spara fuq it-tfajla tiegħu bi żball għax ħaseb li kien daħallu xi ħadd fil-proprjetà. Il-Prosekuzzjoni ma kkonvinċietx lill-Imħallef li Pistorius kellu tassew il-ħsieb li joqtol lil Steenkamp meta spara minn bieb tal-kamra tal-banju. B’hekk ilverdett ta’ Ottubru kien ibbażat fuq negliżenza li ġġorr sentenza ta’ ħames snin ħabs.

Madankollu, Gerrie Nel, ilProsekutur tal-Istat ta’ Pretoria, appella mill-verdett u s-sentenza quddiem l-Imħallef Thokozile Masipa. Intant, il-liġi fl-Afrika t’Isfel tesiġi biex l-istess imħallef li jgħaddi l-verdett waqt każ partikolari, jiddeċiedi dwar il-validita ta’ appell. Oscar Pistorius, ilbieraħ, ma kienx preżenti fil-qorti u lavukati tiegħu qed jopponu għall-appell tal-Prosekuturi.

TOUR DE FRANCE 2016

It-Tour jibda Jappellaw mill-verdett ta’ Pistorius min-Normandija


www.maltarightnow.com

32

L-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

AKTAR GRADWATI. Aktar studenti friski fil-gradwazzjoni tagħhom, f’dan il-każ l-istudenti tal-Liġi, ikomplu bit-tradizzjoni tal-buscade li wasslithom sad-Dar Ċentrali tal-PN f’Tal-Pietà fejn il-gradwati ġodda niżlu mit-trakk u stennew f’atmosfera ċelebrattiva sakemm tfaċċa l-Kap tal-Partit Simon Busuttil u ħadu ritratt kommemorattiv miegħu, kif juri dan ir-ritratt ta’ hawn fuq, minbarra diversi oħrajn li ħadu ‘selfies’ mal-Kap Nazzjonalista.

Carmelo Abela jinħatar Ministru ġdid tal-Intern minflok Manwel Mallia

Carmelo Abela jieħu l-ġurament bħala Ministru ġdid għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fil-Palazz tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca

Wara li tard it-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru Joseph Muscat talab għar-riżenja ta’ Manwel Mallia minn Ministru għallIntern u s-Sigurtà Nazzjonali, ilbieraħ inħatar Carmelo Abela bħala l-Ministru l-ġdid minflok Manwel Mallia. Fil-Palazz tal-President, filBelt Valletta, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, ħatret lil Carmelo Abela bħala Ministru għall-Intern u sSigurta’ Nazzjonali fil-preżenza tal-familja tiegħu. Preżenti għaċċerimonja tal-għoti tal-ġurament tal-ħatra kien hemm ukoll ilPrim Ministru Joseph Muscat, iċChief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, il-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar u l-Prim Imħallef Silvio Camilleri. Il-ħatra saret fl-isfond li l-Prim Ministru, it-Tnejn filgħaxija, talab għar-riżenja tal-Ministru Mallia, riżenja li l-Ministru

Mallia baqa’ ma bagħatx. Għaldaqstant il-Prim Ministru kien kostrett ikeċċi lil Mallia mill-kariga u aktar tard ħabbar li kien qed jaħtar lil Carmelo Abela bħala Ministru ġdid. Madankollu, mill-portafoll ta’ Carmelo Abela tneħħa s-settur tax-xandir tal-Istat, li issa ngħadda f’idejn il-Ministru Owen Bonnici, filwaqt li s-settur talIndustrija tal-Films għadda f’idejn il-Ministru Edward Zammit Lewis. Qabel inħatar Ministru lbieraħ waranofsinhar, Carmelo Abela kien il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista u l-kelliem uffiċjali tal-Gvern.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.