2014 12 11

Page 1

Nru 13,923

Il-Ħamis, 11 ta‘ Diċembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Fl-inkjesta ma xehdux żewġ persuni importanti li setgħu ħarġu l-verità kollha

Ara paġna 6

Irridu ngħixu f’pajjiż normali L-Oppożizzjoni trid li l-poplu jgħix f’pajjiż normali. Dak li seħħ f’pajjiżna f’dawn l-aħħar jiem ma jiġrix f’pajjiż normali, la l-inċident u wisq inqas il-mod kif mexa l-Prim Ministru. Dan qalu l-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil meta lbieraħ fil-Parlament għalaq id-diskussjoni dwar irrapport tal-inkjesta dwar il-każ ta’ sparatura mix-xufier talMinistru Manwel Mallia fuq persuna oħra fid-19 ta’ Novembru li għadda fil-Gżira. Simon Busuttil qal li filwaqt li jirrikonoxxi li l-PN għamel żbalji, hu fatt li ta’ dawn l-iżbalji ħallas prezz politiku. Hu wiegħed li se jibni Oppożizzjoni u Partit Nazzjonalista fuq il-verità. Ir-rwol importanti talOppożizzjoni se jkun li tgħid lillpoplu l-verità li ma jridx jgħid ilGvern, Simon Busuttil qal li wasal il-

mument li l-poplu jgħaddi lġudizzju tiegħu. Il-poplu jrid jiddeċiedi jekk l-Oppożizzjoni kinetx kruċjali biex toħroġ il-verità li ma riedx joħroġ il-Prim Ministru, u kemm Joseph Muscat jista’ jitwemmen. Dan se jħallih fil-ġudizzju tal-poplu. Fil-bidu tal-intervent tiegħu, Simon Busuttil qal li r-raġuni ma tridx forza u lanqas il-verità ma trid forza. L-argumenti li għamlet l-Oppożizzjoni kienu sodi għaliex kienu mibnija fuq irraġuni u fuq il-verità. Kieku ma kinux mibnija fuq ir-raġuni, ilverità ma kinetx toħroġ. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li d-diskors tal-Prim Ministru kien diskors ta’ attakk kontra lOppożizzjoni u partikolarment kontrih. Il-Prim Ministru kien irrabjat għaliex ħarġet il-verità u l-verità ma għoġbitux. Il-Prim Ministru qed jattwa politika ta’ rikatt u bullying.

Malala Yousafza tingħata l-Premju Nobel għall-Paċi

Ara paġna 14

- Simon Busuttil, Kap tal-PN

Simon Busuttil qal li la hu u lanqas l-Oppożizzjoni ma huma se jibżgħu mit-theddid tal-Prim Ministru u se jkomplu jaqdu dmirhom skont il-Kostituzzjoni. Simon Busuttil qal li l-każ kien wieħed traġiku-komiku. Hu pożittiv li ma weġġa’ ħadd. Linċident ġab sitwazzjoni li ma tiġrix f’pajjiż normali. LOppożizzjoni trid li pajjiżna jibqa’ pajjiż li fih kulħadd jgħix mingħajr theddid u biża’. Hi sitwazzjoni traġika-komika wkoll minħabba l-mod kif il-Prim Ministru u l-eks Ministru ġabu ruħhom. Kulħadd qed jidħaq bilmod kif il-Prim Ministru ġab ruħu. Dak li ġara kien riżultat ta‘ kultura li Prim Ministru ppermetta li tidħol fil-pajjiż minn meta ħa l-ġurament. Sitwazzjoni li kulħadd jista’ jagħmel li jrid sakemm hu parti miċ-ċirku talPrim Ministru. Qisu li xejn mhu

xejn anki jekk wieħed jikser illiġi. Dan qed jagħti r-riżultati ħżiena. Il-Prim Ministru wiegħed kollox lil kulħadd, għamel kompromessi kbar qabel l-elezzjoni u issa kuħadd jippretendi li jagħmel li jrid. Simon Busuttil qal li ma jistax ikollok lil Cyrus Engerer li jikser il-liġi u l-għada l-Prim Ministru jitgħannaq miegħu u jsejjaħlu suldat tal-azzar. Ma jistax ikollok lil Luciano Busuttil li jiġi dikjarat mill-Qorti tal-Appell b’indħil fi proċess ta’ sejħa għallofferti, jew lill-Ministru Helena Dalli tħalli jsiru xogħlijiet fuq proprjetajiet tagħha kontra enforcementt notice tal-MEPA u l-Prim Ministru ma jiħux passi. Dan iwassal biex kulħadd jagħmel li jrid. Din hi kultura li żera’ l-Prim Ministru. Issa kien imiss il-każ ta’ Manwel Mallia, qal Simon għal paġna 5

Roderick Fenech u Massimo Grima sospiżi għal għomorhom mill-futbol

Ara paġna 31


www.maltarightnow.com

2

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

Marlene Farrugia ssejjaħ biex tiltaqa’ Konferenza Ġenerali urġenti tal-PL

Id-deputat Laburista Marlene Farrugia qed issejjaħ lill-Partit tagħha biex ilaqqa’ immedjatament Konferenza Ġenerali Straordinarja. Dan sabiex tkun diskussa “is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora malajr”. Fuq Facebook, Farrugia m’għamlet l-ebda referenza addizzjonali għal din “is-sitwazzjoni” preżenti fil-Partit Laburista. Aktar kmieni matul il-ġurnata, hi qalet ukoll li “dan jista’ jkun il-bidu tat-tmiem għallMoviment Laburista”. Din

kienet dkjarazzjoni qawwija ħafna saret kmieni lbieraħ filgħodu fuq Facebook stess mid-deputat laburista. Marlene Farrugia issostni li ċertu żviluppi li seħħew wara l-każ tal-isparatura huma “xokkanti”. Il-Moviment, issostni d-deputat Labuirista, qed juri sinjali ta’ xquq profondi. Filwaqt li skont Marlene Farrugia, ilpartit laburista “mhu jagħmel xejn biex iwaqqaf milli jkompli jitkisser”. U tgħid li dan jaf ikun il-bidu tat-tmiem għallMoviment Laburista.

Il-Kamra tal-Avukati Żvelat kif Kurt Farrugia tappella għal-libertà ma qalx il-verità fl-inkjesta u s-serenità fil-Korp tal-Pulizija Il-Kamra tal-Avukati esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-kuntratti li għamel il-Gvern malKummissarju tal-Pulizija u luffiċjali fl-għola karigi tal-Korp. Dan wara li l-Gvern iddeċieda li jingħataw kuntratt definit għal tliet snin, li jkun jista’ jiġġedded skont il-performance. Il-Kamra tal-Avukati fi stqarrija użat kliem iebes għal dawn ittip ta’ kuntratti. “Il-Kamra tħoss

li dan il-metodu m’għandux jintuża f’ċerti karigi fil-Korp talPulizija. Il-Kamra tal-Avukati sostniet li m’għandux ikun hemm xi inċentiv biex l-uffiċjali jintgħoġbu mal-Eżekuttiv (ilGvern)”. Il-Pulizija għandhom ikollhom il-liberta’ u s-serenita’ li jaqdu dmirhom bl-aktar mod ħieles u awtonomu mill-Eżekuttiv, ittemm tgħid l-istqarrija.

Skont rapport fuq The Times tal-bieraħ, irrizulta li l-Kap talKommunikazzjoni tal-Prim Ministru Kurt Farrugia ma qalx il-verità lit-tliet eks Imħallfin waqt l-inkjesta li saret dwar ilcover-up fil-kaz tal-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia. Il-ġurnal The Times żvela kif il-Kap tal-Komunikazzjoni flUffiċċju tal-Prim Ministru, u persuna daqstant qrib ta’ Joseph Muscat, qal lit-tliet eks Imħallfin waqt l-inkjesta li kien jaf bi tliet toqbiet fil-vettura ta’ Stephen Smith għall-ħabta ta’ 12am fillejl tal-inċident stess mill-ġurnalista ta’ The Times Ariadne Massa jew xi ġurnalist ieħor. Li kieku dan il-fatt kien veru, juri li l-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru seta’ faċilment jikkjarifika l-istqarrija maħruġa mid-Dipartiment talInformazzjoni ftit minuti biss qabel. Madankollu, The Times irrapporta li l-Head of News ta’ The Times Ariadne Massa kienet taf li t-tiri ma kienux warning shots l-għada fid-9.30am. Tant hu hekk li l-ġurnal irrapporta wkoll kif fil-lejla tal-isparatura, Massa għamlet kuntatt ma’ Kurt Farrugia diversi drabi matul dik il-lejla, iżda fl-ebda ħin ma kienet mgħarrfa bil-verità millKap tal-Komunikazzjoni talPrim Ministru dwar it-tiri sparati minn Paul Sheehan.

Fil-fatt, The Times ikkjarifika li kien kawża ta’ dan li fil-ħarġa tal-għada l-ġurnal semma’ biss warning shots waqt li kkwota lill-“kelliem tal-Gvern”. Iżda minkejja li Massa kienet kitbet fuq Twitter l-għada tal-każ, ftit wara d-9.37am, li saret taf li t-tiri ma kienux warning shots, Kurt Farrugia sostna li l-Head of News ta’ The Times kienet qaltlu li t-tiri kienu indirizzati lejn ilkarozza dakinhar filghaxija. The Times kompla jiżvela li lit-tliet eks Imħallfin li mexxew l-inkjesta dwar din l-isparatura, Kurt Farrugia qalilhom li wara li allegatament ġie mgħarraf minn Massa jew xi ġurnalist ieħor bittiri fil-karozza ta’ Smith, hu u Ramona Attard, il-Kap talKomunikazzjoni tal-eks Ministru Manwel Mallia, kienu qed itellgħu u jniżżlu jekk joħorġux

stqarrija ta’ kjarifika … xi ħaġa li iżda baqgħet ma saritx. Dan ir-rapport ta’ The Times, b’informazzjoni żvelata millinkjesta mmexxija mit-tliet eks Imħallfin, ikompli jitfa’ dawl dwar kemm il-Kap talKomunikazzjoni tal-Prim Ministru kien jaf bid-dettalji kollha dwar il-każ iżda xorta ma kkjarifikax l-istqarrija tad-19 ta’ Novembru filgħaxija. Dan qed ikompli jitfa’ wkoll pressjoni fuq l-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara li t-Tnejn li għadda tard filgħaxija, wara li ħalla lill-ġurnalisti jistennew għal aktar minn sagħtejn, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li għal dan il-cover-up kellhom jerfgħu r-responsabbiltà politika biss l-eks Ministru Manwel Mallia u l-eks Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit.


www.maltarightnow.com

3

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

“Fabbrika tal-kanċer” sa Ġunju 2016

Il-power station ta’ Delimara se tibqa’ taħdem bil-heavy fuel oil mill-inqas għal sena u nofs oħra u iktar minn tliet snin wara l-Elezzjoni Ġenerali

Ma tinżammx il-wegħda li l-power station ta’ Delimara tinqaleb mill-HFO għad-diesel

Il-power station ta’ Delimara se tibqa’ “fabbrika tal-kanċer” għal mill-inqas sena u nofs oħra. Meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari dwar kemm se jdum juża l-heavy fuel oil (HFO), il-Ministru Konrad Mizzi qal li se ssir “qalba waħda” għall-gass. Jiġifieri, il-power station ta’ Delimara se tibqa’ taħdem bilheavy fuel oil sakemm titlesta lpower station l-oħra – suppost f’Ġunju tal-2016.

Ħafna jiftakru d-dibattitu fuq ‘Xarabank’ fil-11 ta’ Jannar tal2013, fl-eqqel tal-kampanja elettorali li fl-ewwel jiem tagħha kienet karatterizzata minn attakk sħiħ fuq il-power station ta’ Delimara li kienet imlaqqma fabbrika tal-kanċer, bil-Ministru Leo Brincat, dak iż-żmien Deputat Laburista, juri flixkun bl-HFO. Dan id-dibattitu sar fl-istess jum li f’Marsaxlokk, Joseph Muscat u l-media Laburista

Jeħtieġ li Malta tibda tipprepara għall-possibbiltà ta' influss ta' immigranti fil-futur qrib. Dan filwaqt li l-pajjiżi Ewropej għandhom juru sostenn għas-sitwazzjoni delikata ta' pajjiżna. Hekk stqarr Francois Crepeau, espert tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti. Hu qal li jemmen li s-sena d-dieħla linfluss ta' immigranti f'Malta jaf ikun ferm akbar wara li l-Gvern Taljan issospenda l-proġett Mare Nostrum fil-Mediterran. Fl-aħħar sena, l-immigranti salvati fil-Mediterran mill-proġett Mare Nostrum ġew kollha trasportati lejn l-Italja. Dan wassal

biex in-numru ta' wasliet f'Malta jonqos. Madankollu, isostni l-espert tan-NU, is-sitwazzjoni issa taf tieħu xejra oħra minħabba li ssospensjoni tal-proġett Taljan tista' twassal biex l-immigranti ma jibqgħux jiġu salvati millItalja biss. L-espert tan-NU, li għamel lanaliżi tiegħu waqt żjara ta' ħamest ijiem, ikkritika bl-aħrax il-politika ta' detenzjoni mħaddma minn pajjiżna. Min-naħa loħra, sostna li Malta qed turi sinjali pożittivi fejn tidħol ilkwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari.

nqdew bil-biża’ u s-sentimenti tan-nies għall-iskopijiet politiċi tagħhom Iżda minbarra l-power station il-ġdida, anki l-wegħda dwar lużu tal-heavy fuel oil, li tant kien ikkritikat mill-Partit Laburista flOppożizzjoni, waqgħet lura bi tliet snin. Dan kien ikkonfermat millMinistru għall-Enerġija Konrad Mizzi meta fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tadDeputat Nazzjonalista George

Pullicino qal li l-“Pjan talEnerġija tal-Gvern jispeċifika qalba waħda għall-gass.” Fi kliem ieħor, il-power station ta’ Delimara se tibqa’ taħdem bilheavy fuel oil mill-inqas għal sena u nofs oħra u iktar minn tliet snin wara l-Elezzjoni Ġenerali. Kuntrarju għal dak li stqarr Konrad Mizzi, il-Partit Laburista wiegħed li immedjatament iwaqqaf l-użu tal-heavy fuel oil fil-power station. Waqt il-kampanja elettorali,

fis-Swieqi, Muscat kien ta x’wieħed jifhem li sakemm jitlesta l-proġett tal-power station il-ġdida, dik ta’ Delimara kienet se tinqaleb għad-diesel. Fi stqarrija li ġġib id-data tas-6 ta’ Diċembru 2011, il-Partit Laburista wiegħed li Gvern ġdid Laburista “jibda minnufih ilproċess biex jaqleb l-estensjoni tal-power station biex taħdem bil-gass, u li l-ewwel pass se jkun li tinqaleb biex taħdem bil-gas oil (diesel).

Possibbiltà ta’ influss ta’ immigranti lejn pajjiżna


www.maltarightnow.com

4

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

PARLAMENT

F’20 xahar it-tajjeb sar ħażin u l-ħażin sar tajjeb

Għoxrin xahar wara li sar kap tal-Gvern il-Prim Ministru għandu problema dwar is-serjetà talKorp tal-Pulizija. Dan stqarru il-Viċi Kap talPartit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami waqt li kien qed jindirizza l-Parlament ilbieraħ filgħaxija meta kien għaddej iddibattitu dwar ir-rapport ta’ inkjesta dwar il-każ tal-isparatura tal-eks ministru Manwel Mallia. Beppe Fenech Adami li dan stqarru l-Prim ministru stess meta qal li l-Pulizija huma at home mal-kriminali. Dikjarazzjoni bħal din kienet biżżejjed biex Manwel Mallia

ma jitħallix fil-kariga ta' Ministru. Iżda sa ftit jiem ilu, fiddibattitu tal-Baġit kien għadu jsir diskors ta' eloġju lill-Ministru. Illum qed naraw sistema bħal dawk tal-Korea meta jsiru diskorsi kontinwi ta' eloġji favur ilPrim Ministru meta l-poplu għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat għadda minn esperjenzi li ddisgustaw lil kulħadd. Illum, Membri Parlamentari talGvern qed jiddistanzjaw ruħhom mill-Ministru Manwel Mallia. F'20 xahar, il-Gvern kisser il-Korp talPulizija kif ukoll l-Armata, ġabu sitwazzjoni fejn it-tajjeb sar ħażin u l-ħażin sar tajjeb. Il-Prim Ministru qed jaħsad ir-

riefnu wara li żera' r-riħ. F'20 xahar kellna erba' Kummissarji tal-Pulizija, saru mijiet ta' trasferimenti, saru promozzjonijiet flarmata biex ikunu aġevolati talqalba. Meta rrefera għar-rapport,

Beppe Fenech Adami qal li l-Prim Ministru jħossu li tnaddaf bir-rapport tal-inkjesta. Hu qal li l-awtur tal-istqarrija li nħarġet wara l-każ fil-Gżira hu Kurt Farrugia li hu lid il-leminija tal-Prim Ministru. Meta nkitbet l-istqarrija din intbagħtet lill-Prim Ministru. Dan qal li ma daħalx fuqha. Beppe Fenech Adami sejjaħ lillPrim Ministru biex jippubblika llogs tat-telefonati li saru bejn ilPrim Ministru u Kurt Farrugia qabel l-istqarrija, wara l-istqarrija kif ukoll l-għada filgħodu meta Kurt Farrugia ntbagħat l-konferenza tal-aħbarijiet. Beppe Fenech Adami qal li rrapport jgħid li wara li ġie nfur-

Indarbet il-kredibbiltà tal-Prim Ministru li ma qalx il-verità

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li bil-mod kif aġixxa l-Prim Ministru quddiem sparatura ta' xufier ta' Ministru tal-Kabinett tiegħu, indarbet il-kredibbiltà tal-Prim Ministru li ma qalx il-verità. Fid-dibattitu fil-Parlament dwar ir-rapport tal-inkjesta b'rabta mal-investigazzjoni tal-każ tal-isparatura mix-xufier tal-eks Minsitru Manwel Mallia, idDeputat Nazzjonalista Jason Azzopardi irrefera għal dak li qalet persuna li kienet qed taqra fuq il-PBS li għamlet battuta (bi żvista), li l-Ministru Mallia neħħa lill-Prim Ministru Muscat, u qal li din kienet qed tgħid verità għaliex meta seħħet lisparatura u dak li seħħ wara, waqgħet il-maskra ta' Gvern u tneħħiet il-libsa ta' dan il-Gvern li ħonoq il-verità. Indarbet ukoll il-kredibbiltà tal-Prim ministru li ma qalx ilverità u wera li hu dgħajjef ma' min hu b'saħħtu u ndifnet l-għajta tal-Gvern li wiegħed stil ġid ta' politika. Fisser ir-riżultat tal-inkjesta dwar il-każ tax-xufier tal-eksMinistru Mallia bħala rapport li joħloq ħafna aktar mistoqsijiet milli tweġibiet. Rapport li jaħbi għax miegħu jgħid li kien hemm kopja tat-traskrizzjoni tat-telefonati li saru, li iżda l-Gvern ħbihom. Irrifera wkoll għall-konklużjonijiet tal-inkjesta li teżonera lil numru ta' nies li kienu viċin ħafna u li kienu qed isegwu dak kollu li seħħ wara li seħħet lisparatura mix-xufier tal-eksMinistru Mallia, fosthom iċChief of Staff tal-eks-Ministru Mallia, Silvio Scerri; u tal-Kap tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni

fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Kurt Farrugia. Bħala eżempju Jason Azzopardi semma l-mod kif wieġeb Silvio Scerri meta kien mistoqsi dwar ta' min hi l-karozza GM 14, bit-tweġiba tiegħu kienet li kien se jiċċekkja. Staqsa, jekk din hix kompetenza jew ħabi meta r-rapport jeżonera lil Silvio Scerri.

Iżda minflok, qal id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem għallIntern u s-Sigurtà Nazzjonali, is-

Irrimarka wkoll nuqqas ieħor tal-inkjesta li ma sematx lillPrim Ministru, lil Silvio Scerri u lill-membri tal-Rapid Intervention Unit li kienu filpost hekk kif seħħ l-inċident talisparatura. Lanqas ma kienu konfrontati xhud ma' ieħor biex tkun tista' toħroġ il-verità. Jason Azzopardi fisser kif f'dak kollu li seħħ f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat, assistejna għal storja patetika u gravi meta lPrim Ministru ma aġixxiex bittama li l-affarijiet imutu mewta naturali.

sitwazzjoni ħarbet minn idejn ilPrim Ministru. Spjega kif stħarriġ li sar filmedia wera li dan l-inċident u laġir tal-Prim Ministru u talMinistru Mallia ġab rabja filpajjiż, u sfiduċja f'Ministru li ma qalx il-verità, u l-Prim Ministru Muscat li għamel tgħaffiġa u ħalla tliet ġmgħat biex jieħu deċiżjoni. Staqsa jekk għandniex Prim Ministru f'dan il-pajjiż, jew jekk għandniex Prim Ministru li jħalli lill-Ministri jagħmlu li jridu. Prim Ministru li fissru bħala

mat bl-istqarrija, il-Prim Ministru mar jorqod. Hu żied li min jorqod ma jaqbadx ħut, min jorqod ma jaqbadx il-korruzzjoni. Min jorqod ma' jaqbadx ix-sharks li dawwar madwaru l-Partit Laburista. Beppe Fenech Adami qal li Manwel Mallia kien deskritt bħala accident ready to happen. Dak li l-Prim Ministru ddeskriva bħala l-aqwa Kabinett li kellu pajjiżna, illum diġà tilef ħames membri minnu. Hemm membri oħra fil-Kabinett li huma wkoll accident ready to happen u appella lill-Prim Ministru biex jieħu tagħlima minn dan kollu u jaġixxi bis-serjetà mistennija minnu.

Jason Azzopardi qal li l-isparatura ta' xufier ta' eks-Ministru tal-Gvern hu effett ta' kultura li nżerat kemm ilu dan il-Gvern, li min hu ta' ġewwa ħadd ma jista' għalih

Fisser ir-riżultat tal-inkjesta dwar il-każ tax-xufier tal-eks-Ministru Mallia bħala rapport li joħloq ħafna aktar mistoqsijiet milli tweġibiet

dgħajjef quddiem il-verità. Staqsa kif il-Prim Ministru mar jorqod quddiem sitwazzjoni bħal din mingħajr ma jaġixxi u jassigura li toġroġ il-verità, filwaqt li talab lill-Prim Ministru jippubblika t-telefonati u l-kuntatti li saru miegħu dwar il-każ. Filwaqt li saħaq li l-verità kollha ma ħarġitx fir-rapport, irrifera għal mod kif l-inkjesta teżonera lill-Kap talKomunikazzjoni tal-Uffiċċju talPrim Ministru, u fisser li l-loġika twassal li min kiteb l-istqarrija li ħarġet ftit wara l-inċident, għandu jerfa' wkoll ir-responsabbiltà. Staqsa wkoll kif dan il-Gvern jista' jiftaħar bil-whistle blower meta qal li bħalissa għaddejja kaċċa dwar kif waslu t-telefonati tal-Pulizija għand ilmedia. Jason Azzopardi qal li lisparatura ta' xufier ta' eksMinistru tal-Gvern hu effett ta' kultura li nżerat kemm ilu dan il-Gvern, li min hu ta' ġewwa

ħadd ma jista' għalih. Fisser ukoll li kien il-Prim Ministru li ta r-riħ lill-Ministru Malli. Semma wkoll kif iddiġenerat it-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija u kif naqas il-livell tal-Korp taħt dan il-Gvern. Bħala eżempju semma kif tnaqqsu minn disgħa għal ħamsa l-kriterji ta' eksmembri tal-Korp biex jerġgħu jidħlu fil-Korp. Fisser kif il-fiduċja fil-Korp naqset tul it-tmexxija ta' dan ilGvern li kellha impatt qawwi b'ħafna deċiżjonijiet li ttieħdu u bl-attitudni li biha mexa lMinistru responsabbli millPulizija. L-inċident hu riżultat ukoll tal-effett ta' ħafna dikjarazjzonijiet li għamel l-istess Prim Ministru li faħħar persuna ħatja mill-Qorti Kriminali meta fissru bħala suldat tal-azzar. Fisser it-tmexxija ta' dan ilGvern bħala inkompetenza ta' Gvern li qatt ma kien lest jiggverna.


www.maltarightnow.com

3

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

L-Oppożizzjoni mhux se tibża mit-theddid tal-Prim Ministru minn paġna 1

Busuttil. Kieku ma kienx għallOppożizzjoni, dan ukoll kien jibqa’ għaddej. Kien jibqa’ każ ta’ hit and run. Il-Prim Ministru mexa b’mod differenti minn kif mexa ma’ ħaddieħor. Mexa differenti minn kif mexa malIspeaker meta kien Deputat Mexxej. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hawn Gvern li ma jgħidx il-verità. Din toħroġ ripetutament. IlPrim Ministru u Gvern li qed jinqabdu l-ewwel istint hu mhux li jgħid il-verità imma li jaħbu. Dan hu atteġġjament li jfakkar filġurnalist tas-Super One. Gvern ta’ manipulazzjoni tal-verità. Hekk kienet l-istqarrija. Meta l-Oppożizzjoni ħarġet ilverità, il-Gvern beda bl-attakki u qal li l-Oppożizzjoni bagħabset it-transcripts. Simon Busuttil qal li l-media tal-Oppożizzjoni ġarret dak li kellha għandha meta l-affarijiet kienu għandha. Il-Prim Ministru, li kellu f’idejh il-verità kollha, ħareġ biss dak li jaqbel lilu. Simon Busuttil qal li l-effett tar-recordings ħasdu lill-pajjiż għaliex il-poplu rrealizza li ħarġet il-verità u rrealizza kemm kienet kbirail-manipulazzjoni tal-verità mill-Gvern. Kienet xokkanti għan-nies li Pulizija waqt li qed jitkellem fuq it-telefon spara żewġ tiri lejn persuna oħra. Il-poplu fehem li l-Prim Ministru kien jaf b’dawk irrecordings u għal ġimagħtejn ma qal xejn. Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru kkritikah għaliex ikkritika l-mod kif tkellem dwar linkjesta. Hu fakkru meta bħala

Kap tal-Oppożizzjoni kien qal li ma kellux fiduċja fl-Imħallef Manchè. Simon Busuttil żied li lOppożizzjoni ma ħaditx sehem fil-bord ta’ inkjesta għaliex kienet xi ħaġa li għaffeġ il-Prim Ministru u kellu jkun hu li jieħu ħsiebha. L-Oppożizzjoni ma kinetx rieqda bħall-Prim Ministru. Kien ċar mill-ewwel li kien hemm ix-xufier tal-Ministru li spara fuq persuna oħra. IlMinistru kellu jerfa’ r-responsabbiltà. L-inkjesta ma kinetx meħtieġa għaliex il-verità kienet magħrufa mill-ewwel. Dak li kien hemm bżonn kien li tintrefa’ r-responsabbiltà politika. L-inkjesta rrikonoxxiet li kien hemm cover up. Ma kienx hemm

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco waqt id-dibattitu qal li dak li ġara fil-pajjiż dan l-aħħar ma bediex mal-isparaturi fil-Gżira iżda bidet mill-għada tar-riżultat tal-elezzjoni meta ħaddem strateġija li jpoġġi fit-tmexxija ta' kull awtorità niex li lesti jbaxxu rashom għal dak li jrid ilGvern tal-ġurnata. Dan wassal għal mentalità li min hu ta' ġewwa seta' jagħmel li jrid. Twassal messaġġ li min hu minn ta' ġewwa kollox jgħaddi. Mario de Marco qal li diskorsi li qed isiru fil-Parlament mhux jgħinu biex tikber il-fiduċja filklassi politika. Il-Gvern dawwar madwar nies lesti biss biex

ibaxxu rashom kif ukoll nies b'element ta' biża' u lesti biss biex jgħidu dak li jrid jisma' lMinistru milli dak li verament għandu jingħad. Mario de Marco qal li min sema' t-telefonata li għaddiet bejn il-Kummissarju, il-persuna li sparat u Kurt Farrugia jifhem li l-Kummissarju minflok mexa kif suppost u jinvestiga, mexa b'mod li jgħid dak li ried jisma' Kirt Farrugia biex ikun imħares l-interess tal-Prim Ministru. Mario de Marco qal li listqarrija kellha tgħid biss li kien hemm każ li fih seħħet sparatura u li l-Pulizija kienet qed tinvestiga. Hu qal li jittama li l-Gvern fehem is-sitwazzjoni

bżonn tliet ġimgħat biex ikun stabbilit dan. Il-Prim Minsitru jaf li kien hemm il-persuna inkarigata mill-komunikazzjoni. Linkjesta qalet dak li hu ovvju. Kien hemm cover up u li ma ntqalitx il-verità mill-Gvern. Simon Busuttil qal li wara linkjesta għadha ma ħarġitx ilverità kollha. Ma nafux ir-rwol tal-Prim Ministru u tal-Kap talUffiċċju Keith Schembri. Għaliex l-inkjesta ma bagħtitx għalihom meta hu magħruf li dawn irċevew email dwar listqarrija, staqsa Simon Busuttil. Staqsa kif l-inkjesta taf li lPrim Ministru mar jorqod. Hu staqsa kif il-Prim Ministru mar jorqod wara każ serju bħal dan. Qal li kien tkellem ma’ Gavin

Gulia, Manwel Mallia, Kurt Farrugia u l-Kummissarju talPulizija u Keith Schembri. Minkejja li kellem lil dawn innies kollha, il-Prim Ministru qal li ma jafx li ġew sparati lejn ilkarozza u mhux fl-ajru. Filwaqt li kulħadd kien jaf li mhumiex warning shots, il-Prim Ministru qal li hu ma kienx jaf. Ma jitwemminx li minn pajjiż sħiħ kien il-Prim Ministru biss li ma jafx. Il-Prim Ministru “qed jilgħabha tal-iblah biex ma jħallasx dwana,” sostna Simon Busuttil. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hemm il-kwistjoni tal-kredibbiltà u tal-ġudizzju politiku tal-Prim Ministru. Xi kredibbiltà għandu l-Prim Ministru u kemm hu tajjeb jew ħażin il-ġudizzju politiku. Il-Prim Ministru wera li hu dgħajjef u abdika mir-responsabbiltà biex jerfa’ r-responsabbiltà mill-ewwel. Wara li ħarġet linkjesta, flok mar għall-konklużjoni ovvja li jneħħi lil Manwel Mallia, talbu biex jiddeċiedi hu jekk jirriżenjax jew le. Il-poplu jistaqsi jekk jafdahx lillPrim Ministru biex jiddeċiedi f’ismu. Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru neħħa lil Manwel Mallia mhux għax ried, iżda kontra qalbu u għaliex kien hemm pressjoni qawwija talOppożizzjoni, tal-media u talopinjoni pubblika. Ċeda għallpressjoni li saritlu għal tliet ġimgħat sħaħ. Għamilha għaliex bilfors u kontra qalbu. Simon Busuttil qal li kien hemm responsabbiltà politika għaliex Manwel Mallia kien ilMinistru responsabbli. Ħarġet

mill-inkjesta li kien jaf. Jekk Manwel Mallia tneħħa għaliex ħareġ stqarrija żbaljata, kemm għandu jerfa’ r-responsabbiltà min kiteb l-istqarrija, Kurt Farrugia? staqsa Simon Busuttil. Farrugia hu responsabbli għalih il-Prim Ministru. Simon Busuttil qal li kien hemm diversi kontradizzjonijiet fl-aġir tal-Prim Ministru. Filwaqt li keċċa lil Manwel Mallia, fl-istess nifs ifaħħru. Wara li kaxkar saqajh għal tliet ġimgħat issa jrid jieħu l-prosit għaliex daħħal kultura ta’ responsabbiltà politika. Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru jrid lill-Kap talOppożizzjoni jerfa’ r-repsonsabbiltà politika. Hu refagħha billi qal il-verità, kixef il-verità u hekk se jibqa’ jagħmel. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li kull meta jkun dahru mal-ħajt, ilPrim Ministru jibda jhedded b’rapporti ta’ skandli. “Qed jispiċċa dan iż-żmien ta’ x’għamlet in-naħa l-oħra,” qal Simon Busuttil. Anki deputati fuq innaħa tal-Gvern qed jgħidu li dan hu l-bidu tat-tmiem tal-moviment laburista. M’hemmx dubju li dwar ilkredibbiltà tal-Prim Ministru jistgħu jitkellmu l-Oppożizzjoni u lpoplu. Il-kredibbiltà tal-Prim Ministru tilfet ħafna għaliex ma mexiex kif kellu jimxi. Il-poplu jistaqsi jekk hux kapaċi jiddeċiedi. L-Oppożizzjoni trid li l-poplu jgħix f’pajjiż normali. Dak li seħħ ma jiġrix f’pajjiz normali. Simon Busuttil qal li jwiegħed Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista li jmexxi mibnija fuq il-verità.

u jirranġa l-iżbalji li saru. Hu pass tajjeb li tneħħa x-xandir minn taħt l-istess ministeru issa jmiss li titneħħa r-responsabbiltà tal-Armata mill-istess minisrteru responsabbli millPulizija. Mario de Marco qal li għandu

jieqaf l-indħil politiku u ma jibqax ikun hemm ostakolu biex ma jkunux ippubblikati rapporti dwar persuni li aggredew Pulizija. Għandha terġa' tingħata fiduċja lill-Korp u tkun ritornata l-fiduċja tal-poplu filKorp. Id-dover tal-Ministru mhux li jindaħal u jmexxi linvestigazzjonijiet hu. Id-Deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern għandu jammetti li saru żbalji ħoxnin. Mario de Marco qal li għandhom jittieħdu passi biex ma jkunx hemm indħil talKummissarju tal-Pulizija. Kif isiru ħatriet oħra, anke l-ġatra tal-Kummissarju tal-Pulizija għandha ssir b'kunsens. Mario de Marco qal li wara l-

ħafna wegħdiet li għamel ilPartit Laburista llum qed jgħid li l-poplu għadu jistenna aħjar. Illum spiċċa ż-żmien tal-kliem. Hu esprima t-tama li l-Prim Ministru woke up and smelt the coffee. Jistenna li l-affarijiet jitbiddlu iżda fl-istess waqt għandu dubju kbar kemm dan se jseħħ. Mario de Marco qal li l-Prim Ministru (li ma baqax preżenti fil-Kamra) se jsib il-poplu jdur lejh. Spiċċa ż-żmien li jipponta subajgħ lejn ħaddieħor. Il-poplu jistenna li l-Prim Ministru jaġixxi ta' Prim Ministru. Gġandu jara li l-Korp talPulizija, l-Armata u ċ-Ċivil ikunu verament tal-poplu Malti kollu.

Għandu jieqaf l-indħil politiku


www.maltarightnow.com

6

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

PARLAMENT

Ma jixhdux żewġ persuni importanti li setgħu ħarġu l-verità kollha Żewġ persuni importanti li skont il-Ministru Mallia kienu jafu l-verita' u iktar fatti dwar ilkaż tax-xufier tiegħu u r-raġel li spiċċa fil-miri ta' tiri ta' arma tannar, baqgħu ma xehdux fl-inkjesta tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Dan joħroġ minn ittra li l-eks

Ministru Manwel Mallia ppreżenta fil-Parlament, fejn qal li dawn iż-żewġ persuni “ma xehdux jew ma ntalbux jixhdu dan il-fatt importanti quddiem linkjesta.” Mallia saħaq li hu ma rax listqarrija qabel ġiet ippublikata u ma kellu xejn x'jaqsam ma'

dak li kien miktub fiha. Qal li meta ċemplitlu Ramona Attard biex tinfurmah li t-tiri laqtu lkarozza tal-Iskoċċiż, hi kienet mal-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Kurt Farrugia. Kompla li din ma kinitx lewwel darba li hu ma qarax

stqarrija li tkun inħarġet millMinisteru tiegħu stess. “Dan kien jiġri meta l-fatti fi stqarrija jkunu determinati minn ħaddieħor,” sostna l-Ministru Mallia. Fl-ittra tiegħu, Manwel Mallia tkellem ukoll dwar is-sewwieq tiegħu Paul Sheehan u qal li dan

kien issuġġerit lilu u aċċettah wara li kien assigurat li kien security screened. Qal ukoll li hu ma rriżenjax għaliex l-inkjesta sabitu li ma kienx parteċipi f'cover up. Manwel Mallia temm l-ittra tiegħu billi kkommetta ruħu lillPartit Laburista u qal li se jibqa' jservi lill-elettorat fil-Parlament.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat poġġa fuq il-mejda talkamra ittra li rċieva mill-eks Ministru Manwel Mallia u li fiha ipprezenta ittra li fiha spjega n-nuqqas tal-preżenza tiegħu fis-seduta tal-bieraħ filwaqt li qal li kien se jibqa' leali lejn ilPartit Laburista u lejn il-Gvern. Il-Prim Ministru tkellem filbidu tad-dibattitu tal-bieraħ filParlament, li ddiskuta r-rapport tal-inkjesta dwar il-każ talisparatura tax-xufier tal-eks Ministru Mallia. Fl-ittra tiegħu, l-esk-Ministru Mallia spjega kif jirriżultaw lilu l-fatti dwar il-każ. Fil-bidu tad-dibattitu, il-Prim Ministru qal li fil-Parlament qed nagħtu sinjal li ddemokrazija qed timmatura, u b'sens ukoll ta' umiltà, kien lest li jitgħallem mill-esperjenzi filwaqt li ammetta li l-ġimgħat li għaddew ma kinux ġimgħat faċli. Tkellem dwar kif fl-aħħar snin naqset il-fiduċja tal-poplu fil-Korp tal-Pulizija u fisser kif fil-fehma tiegħu f'dan il-Korp hemm xi ħaġa nieqsa li mhux qed taħdem, li hu għalhekk li lkultura fil-Korp trid tinbidel. Qal li jekk hu minnu li membru tal-korp spara għax intlaqtet karozza, hemm xi ħaġa li hi gravi. Sejjaħ ukoll bħala proble-

ma ta' mentalità li membru filKorp jaqbeż għal membru ieħor fil-Korp. Attakka lill-Kap talOppożizzjoni u lill-media talPartit Nazzjoanlista għal mod kif xandret u ppubblikat materjal sensittiv u qal li dak li ġara kien manipulat b'mod goff. Muscat qal li bil-mod kif ixxandru telefonati sensittivi li ħarġu mill-Korp tal-Pulizija, iċċittadini qed jiddubitaw kemm is-sigurtà hi protetta. Attakka lill-Oppożizzjoni li immanipulat is-sitwazzjoni u ċ-ċittadini issa qed iħarsu lejn il-forzi talOrdni b'aktar suspett. Appella lill-Oppożizzjoni biex ma tnawwarx istituzzjoni-

jiet fil-pajjiż meta skont il-Prim Ministru, l-Oppożizzjoni attakkat il-membri tal-inkjesta maħtura dwar il-każ tax-xufier tal-eks-Ministru Mallia. Filwaqt li qal li jista' jkollu riservi dwar il-konklużjonijiet tal-inkjesta, qal li għażel li jistenna r-rapport u jkun wara li jagħmel id-deċiżjonijiet. Fisser id-deċiżjonijiet li ħa bħala deċiżjonijiet ta' uġigħ li kelhom jittieħdu fid-dawl tarrapport tal-inkjesta. Il-Prim Ministru Muscat qal li ta lil Manwel Mallia għażla jekk jirriżenjax jew inneħħihx. Ikkritika lill-Kap talOppożizzjoni li għamel allegazzjonijiet u pressjoni

politika mhux xierqa fuq linkjesta. Irrifera għal inkjesta li saret dwar il-mewt ta' immigrant li kien f'pajjiżna f'Ġunju tal-2012 u qal li dak ir-rapport ma kienx ippubblikat għax skont Muscat kien jirreferi wkoll għal każ ieħor ta' Niġerjan li wkoll kien miet, u li wkoll ir-rapport dwar din il-mewt ma kienx ippubblikat. Muscat qal li l-inkjesta kienet tgħid li Ministru tal-Gvern kien qal lill-Kap ta Detention Service biex ma jiħux passi fuq ir-rapport tal-inkjesta minħabba li lPulizija kienet qed tinvestiga. Muscat qal li dik l-inkjesta kienet irrakkomandat il-passi li

jridu jittieħdu kontra tliet persuni kontra l-każ tal-mewt tanNiġerjan. Semma wkoll li l-persuni tressqu l-Qorti fi Frar li għadda. Staqsa min se jġorr din irresponsabbiltà u staqsa lill-Kap tal-Oppożizzjoni jieħu passi. Muscat qal li qed jippubblika dan ir-rapport tal-inkjesta u se jkun ikkomunikat ukoll lill-Kap Kmandant tal-Armata. Fid-dibattitu għan-naħa talGvern tkellmu wkoll il-Ministru Owen Bonnici, il-Ministru Leo Brincat, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, ilMinistru Evarist Bartolo, lMinistru Edward Zammit Lewis u l-Ministru CarmeloAbela.

L-eks Ministru Mallia ma jattendix il-Parlament u jibgħat ittra lill-Prim Ministru

Il-Gvern dahru mal-ħajt u jerġa’ jagħżel li ma jippubblikax rapport Jien ma għandix x’naħbi, żgur li ma għamilt l-ebda cover up -

Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnic qal li wara l-każ tal-mewt tal-immigrant irregolari msemmi mill-Prim Ministru, saru żewġ inkjesti, waħda interna minn Martin Scicluna u oħra mill-Maġistrat inkwerenti. Meta ġie ppubblikat ir-rapport

intern, hu ppubblika l-konklużjonijiet u kien qed jistenna l-inkjesta Maġisterjali biex jiġi ppubblikat ir-rapport sħiħ. Iddewmien biex ikun ippubblikat dan ir-rapport kien ġej mill-fatt li kien hemm dewmien millMaġistrat inkwirenti biex ilesti r-rapport tal-inkjesta tiegħu.

Hu qal li jinkwetah il-fatt li lPrim Ministru, filwaqt li għamel allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, ma ppubblikax ir-rapport intern li sar minn Martin Scicluna. Carm Mifsud Bonnici qal li hu ma ħeba xejn u ma ta ordni lil ħadd biex jaħbi. Ir-rapport intbagħat lill-Kmandant

Carm Mifsud Bonnici

taċ-Ċentru ta' Detenzjoni, lillKap Kmandant tal-Armata kif ukoll lill-Kummissarju talPulizija. Carm Mifsud Bonnici spjega li lanqas ma kien hemm ħabi filkaż tal-persuna li mietet wara inċident allegat fid-Depot talPulizija.


www.maltarightnow.com

7

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

M’hemmx kunflitt ta’ interess – IL-PERMESS TA’ CASINO

Ir-rapport li ġie “mgħoddi” mill-Gvern lill-gazzetta bl-Ingliż marbut ma’ dak li l-Ministru qed jallega li hemm serje ta’ kunflitti ta’ interess qawwija f’kumitat maħtur mill-Gvern stess, hu konferma oħra tal-proċess ivvizzjat rigward il-liċenzja ta’ casino ġdid f’Malta. Dragonara Gaming Limited f’korrispondenza dwar artiklu li deher f’gazzetta bil-lingwa Ingliża fil-5 ta’ Diċembru li għadda u wkoll b’reazzjoni għad-dikjarazzjoni li saret filParlament minn Chris Cardona, il-Minisru tal-Ekonomija, Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, fissret li l-aħħar żvilupp f’din ilfarsa kien il-konferma li lproċess ta’ evalwazzjoni ġie mogħti d-dehra ta’ proċedura uffiċjali li l-għan prinċipali tiegħu kien li jasal għal konklużjoni li ried jasal għaliha lGvern mill-bidu nett ta’ dan ilproċess. Dragonara Gaming Limited ma taċċettax dawn l-iskużi patetiċi u l-attentati mhux kredibbli għall-aħħar mill-Ministru biex jipprova jiġġustifika l-interventi tiegħu biex ixolji l-kumitat li kien iffurmat biex jevalwa laħjar possibbiltajiet. L-istess kumpanija tixtieq tagħmel dawn il-punti li ġejjin:

1. L-ewwel nett il-membri kollha ta’ dan il-kumitat, li aħna qed nassumu li ġew magħżula minħabba l-kompetenza tagħhom fis-suġġett, ġew appuntati mill-Ministru u/jew millBord tal-Privatizzazjoni. Aħna qed nassumu li dawn ilmembri ġew magħżula wara li saret ċerta evalwazzjoni u ċertu ħsieb. Allura ma jagħmilx sens u mhux kredibbli l-fatt li lMinistru kellu jxolji dan il-kumitat minħabba l-fatt li skont kif qed jallega hu, kellu ċerti dubji dwar il-kompetenza ta’ wħud mill-membri ta’ dan il-kumitat. Iktar minn hekk, mill-proċeduri tal-qorti, ħareġ il-fatt li lmembri kollha ta’ dan il-kumitat magħżula mill-Ministeru u millBord ta’ Privatizzazzjoni, iffirmaw dikjarazzjoni li huma m’għandhom l-ebda kunflitt ta’ interess. Il-ħin ta’ meta l-Ministru intervjena personalment għandu jingħata ċerta importanza u għandu jiġi nnutat. Issa huwa fatt magħruf li l-“Valencia report” (kif inhu magħruf issa) kien ippreparat, approvat u ffirmat qabel l-intervent tal-Ministru. Allura l-Ministru intervjena u

xolja l-kumitat għaliex b’xi mod sar jaf li l-konklużjonijiet li wasal għalihom dan il-kumitat ma kinux dawk li ried il-Gvern.

2. Nittrattaw issa l-allegati kunflitti ta’ interess. Il-fatt li membru ta’ dan il-kumitat (maħtur direttament mill-Gvern) u lmara ta’ membru ieħor (li wkoll ġie maħtur direttament millGvern) fis-snin ta’ qabel kienu diretturi tal-bord tal-Lotteries and Gaming Authority (LGA) hu fatt li jista’ jwassal għall-kunflitt ta’ interess, hu skuża oħra patetika u banali biex jixteħet dell u dubju u joħloq kontroversja għalxejn. Il-permess li ngħata lill-casino ta’ Dragonara fl-2010 kien ibbażat fuq “l-aħjar offerta”, li ngħatat f’envelopes issiġillati li ġew miftuħa u l-kontenut ġie moqri fil-pubbliku quddiem uffiċjali tal-Gvern u persuni interessati, ġew diskussi u wara ngħata l-permess; żgur li dan ma kienx proċess ta’ nuqqas ta’ trasparenza li ġie deċiż b’mod sigriet u b’xi intervent dirett mill-Ministeru konċernat.

3. Ħaġa oħra li titfa’ dubju inutli hi d-dikjarazzjoni talMinistru Cardona li wieħed millmembri tal-kumitat (maħtur millGvern innifsu) għandu kumpanija ta’ konsultazzjoni maniġerjali li tipprovdi s-servizzi tagħha lil Malta International Airport plc, fejn il-membri tal-familja Bianchi b’mod indirett permezz ta’ żewġ kumpaniji għandhom xi ishma. Dawn il-membri tal-familja Bianchi m’għandhom l-ebda dritt li jkunu involuti fit-tmexxija tal-

Dragonara Gaming Limited

Il-permess li ngħata lill-casino ta’ Dragonara fl-2010 kien ibbażat fuq “l-aħjar offerta”, liema offerta ngħatat f’envelops issiġillati li ġew miftuħa u l-kontenut ġie moqri fil-pubbliku quddiem uffiċjali tal-Gvern u persuni interessati Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, iżda qegħdin fl-istess pożizzjoni tas-6,500 ruħ oħra li għandhom l-ishma fl-MIA. Ilpożizzjoni komuni li jħaddnu dawn in-nies hi kkwotata permezz tal-Malta Stock Exchange. Li huwa ironiku huwa l-fatt li l-Gvern għandu 20 fil-mija talishma tal-MIA u dawn jiggarantixxu post fil-bord u dan jagħmel l-istqarrija tal-Ministru li l-membri tal-familja Bianchi għandhom kunflitt ta’ interess, waħda li mhux ta’ min jeħodha daqstant bis-serjetà. Is-serjetà tal-allegazzjoni tkompli tikber bil-fatt li lMinistru issa qed jitfa’ f’dubju rreputazzjoni ta’ waħda millkumpaniji l-iktar serji b’rekord impekkabbli fit-tmexxija u li minnha l-Gvern għandu ħafna x’jitgħallem. 4. Il-membri tal-familja Bianchi li ssemmew b’isimhom, dawk kollha li għandhom lishma fi Dragonara Gaming Ltd, flimkien mad-diretturi tal-istess kumpanija, jiddikjaraw kategorikament li huma ma jafux lil Jesmond Pace, Kevin Fenech u Roberta Fenech u qatt ma ltaqgħu ma’ xi ħadd minn dawn il-persuni ħlief meta saret il-

preżentazzjoni uffiċjali ta’ Dragonara Gaming Ltd lillkumitat. Jiddikjaraw ukoll li qatt ma għamlu xi tip ta’ negozju magħhom u jinnegaw b’mod kategoriku li għandhom jew jista’ jkollhom xi forma ta’ kunflitt ta’ interess ma’ dawn il-persuni. 5. Għall-kuntrarju ta’ dak li allega l-Ministru b’tant konvinzjoni, il-Gvern ma ngħatax raġun fil-qorti. Il-Ministru Cardona bħala avukat jaf li lallegazzjoni li għamel hu ma tirriflettix l-affarijiet kif inhuma, għalhekk din l-allegazzjoni kienet attentat ieħor biex jitgħawġu l-fatti. Il-qorti ma aċċettatx it-talba ta’ Dragonara Gaming Limited biex isir mandat, għaliex il-qorti ħasset li dan il-mandat ma kienx “neċessarju” biex l-affarijiet isiru kif suppost fil-konfront talkumpanija. Għaldaqstant il-qorti ma dehrilhiex li d-Dragonara għandha d-dritt biex tipproteġi lilha nnifisha “Tqis għalhekk li sa fejn Dragonara qiegħda titlob il-ħarsien ta’ dawn l-elementi tal-jedd mad-daqqa t’għajn huwa sodisfatt,” u l-qorti għamlitha ċara li lGvern m’għandu l-ebda dritt li jagħmel dak li jogħġob lilu, “dan

jgħodd ukoll għal min iqis li nnuqqas ta’ ħruġ tal-mandat ikun xi assoluzzjoni ġenerali li jista’ jagħmel li jogħġbu jew li dak li sar ma jistax ikun mistħarreġ mill-ġdid fis-sediu fi proċediment xieraq”. Dan huwa messaġġ ċar u ta’ twiddiba lillGvern. X’messaġġ iktar ċar minn hekk qed jistenna l-Gvern biex jaġixxi kif suppost? 6. Il-verità kollha hi li meta b’xi mod il-Ministru sar jaf biddeċiżjonijiet ċari u b’nuqqas ta’ ambigwità li wasal għalihom ilkumitat immexxi mill-imħallef irtirat Valencia, hu għażel li jxolji l-kumitat u jwarrab ix-xogħol kollu u r-rapport li għamel bħal donnhom qatt ma eżistew. Din hija r-raġuni għala lMinistru waqt il-proċeduri talqorti li bdiet id-Dragonara qatt ma qal li l-kumitat hekk imsejjaħ Valencia ġie xolt u qatt ma ta spjegazzjoni għaliex hu jsostni li r-rapport Valencia ma jeżistix (meta fil-fatt dan jeżisti) u għaliex oġġezzjona biex tinstema’ l-verzjoni tal-Imħallef Valencia.

7. Issa nafu li r-rapport talkumitat immexxi minn Valencia jeżisti u grazzi għal ċertu ġurnaliżmu investigattiv nafu lkonklużjonijiet tiegħu wkoll. F’dan ir-rapport il-konklużjoni ċara kienet li Dragonara Gaming Limited tefgħu l-aħjar proposta u kienu r-rebbieħa assoluti f’dan il-“kuntest” L-attentati biex dawn il-fatti jiġu miċħuda anke miċChairman tal-Bord talPrivatizzazzjoni tal-Gvern waqt ix-xhieda tiegħu fil-qorti (u din il-ħaġa tiġi msemmija meta jkun il-waqt), komplew iservu bħala prova ta’ proċess ivvizzjat. Jekk kien hemm bżonn provi bħal dawn wara kollox. Meta jasal il-waqt li r-rapport Valencia jiġi ppubblikat, aħna ma għandna l-ebda dubju li żżejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Dragonara Gaming Ltd qed tirriserva d-drittijiet tagħha kollha skont il-liġi u tappella lill-Gvern biex jaġixxi b’mod ġust ħalli finalment ir-riżultat ta’ dan il-proċess ikun wieħed trasparenti u ġust għar-reputazzjoni tar-Repubblika ta’ Malta bħala post fejn wieħed jista’ jagħmel xi tip ta’ negozju speċjalment fejn tidħol l-industrija tal-“Gaming” li tikkontribwixxi għal iktar minn 10 fil-mija talprodott gross domestiku ta’ Malta.


8

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

Xewqa li persuni b'diżabilta' jkunu eletti fil-Parlament Il-ħolma tal-partiti politiċi għandha tkun li pajjiżna jkollu persuni b'diżabilita' eletti filParlament. Dan għaliex ħadd ħlief il-persuni b'diżabilta' ma jistgħu jiddeċiedu u jieħdu deċiżjonijiet li jwettqu bidla għall-aħjar f'ħajjtihom jekk mhux il-persuni b'diżabilta' stess. Qal dan il-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil waqt li kien qed jindirizza l-Parlament tal-Persuni b'Diżabilta' li ta' kull sena jkun organizzat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilta'. Simon Busuttil fisser il-qasam tad-diżabilta' bħala wieħed li fih hemm ħafna kunsens politiku. Qal li anke fl-aħħar baġit kien hemm passi pożittivi 'l quddiem. Madankollu qal li baqa' ħafna xi jsir bħal fl-edukazzjoni u xxogħol. F'dawn is-setturi sar pass

kbir 'il quddiem imma persuni b'diżabilta' għadom mhux integrati totalment fis-soċjeta'. Qal li għandha tkompli ssir ħidma biex persuni b'diżabilta' jkomplu jgħixu fis-soċjeta', malfamilja u għandha tkun il-familja li tiiġi mgħejuna biex tkun tista' tgħin qarib b'diżabilta'. “L-istat għandu jintervjeni meta d-diffikultajiet huma kbar u ta' piż qawwi fuq il-familja,” sostna Simon Busuttil. Hu appella biex il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li ġiet iffirmata sentejn ilu tiddaħħal fis-seħħ u sostna li hu jittama li tiġi diskussa u tiddaħħal fis-seħħ malajr ilproposta tal-Oppożizzjoni li tiġi rikonixxuta d-diskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabilta' fil-liġi Maltija. Finalment Simon Busuttil

Libjan li erba’ snin ilu kellu 40 sena, kellu imsarnu barra minn żaqqu wara li qala’ daqqa ta’ sikkina fi ġlieda li seħħet f’appartament fil-Marsa. Is-sikkina li ntużat f’din il-ġlieda baqgħet qatt ma nstabet. Dan ħareġ mix-xhieda ta’ lIspettur Daniel Zammit waqt ilġuri li beda l-Erbgħa filgħodu quddiem l-Imħallef Michael Mallia fil-konfront ta’ Noel Farrugia, ta’ 35 sena, mill-Marsa u li hu magħruf bħala “Il-Giża”. Huwa qed jiġi mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Omar Faiz El Sallak,

liema reat seħħ fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa stess. L-Ispettur Daniel Zammit qal li huwa kien infurmat mill-Isptar Mater Dei Hospital li kien hemm persuna mitluqa barra dDipartiment tal-Emerġenza. “Jien mort l-isptar u sibt ilvittma, raġel ta’ nazzjonalita’ Libjana u li dan kien ilu Malta għal diversi snin. Huwa kien fuq “stretcher” b’imsarnu barra. Għall-ewwel kien beda jsibha bi tqila li jkellimni, iżda wara qallu li kellu argument ma’ Noel “IlGiża” fuq droga u fuq mara u li

www.maltarightnow.com

LOKALI

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil waqt li kien qed jindirizza l-Parlament tal-persuni b'diżabilta'

appella biex il-Kunsill Nazzjonali Persuni b'Diżabilta' jkun indipendenti. Anke' dwar dan lOppożizzjoni ressqet mozzjoni

fil-Parlament. Minn naħa tal-Oppożizzjoni, preżenti għal dan il-Parlament kien hemm ukoll il-Kelliema tal-

Oppożizzjoni Stephen Spiteri u Joe Cassar, kif ukoll il-Membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia.

kien qala’ daqqa ta’ sikkina f’appartament fil-Marsa. Ftit wara huwa iddaħħal biex jiġi operat u għalhekk jien u lkollegi tiegħi morna l-Marsa nfittxu lil Farrugia,” qa li-ispettur Zammit. Marru fl-appartament u sabu l-bieb imbnexxaq. Dak ilħin, qal l-Ispettur, irrealizzaw li l-bieb kien għadu kemm jinħasel pero kien għad hemm xi qtar ta’ demm ma’ l-art, fuq il-“cupboard” tal-kċina u demm ma’ purtiera. Il-Pulizija rnexxielha ssib lil Farrugia ftit tal-jiem wara l-inċi-

dent, bis-sikkina li ntużat fir-reat tibqa’ ma tinstab qatt. Meta kien interrogat jumejn wara l-inċident, Farrugia ammetta li kien hu li ta d-daqqa ta’ sikkina, iżda lAvukat tiegħu Edward Gatt kien qal lill-Pulizija li l-klijent tiegħu kien ammetta l-akkużi minħbba li dak il-ħin li ta l-istqarrija kien taħt l-influwenza tad-droga, u ma kienx jaf x’qiegħed jagħmel. Farrugia kien qal lill-Pulizija li el Sallak ried id-droga kokaina bla ħlas u kien għalhekk li qamet il-ġlieda. Xehed ukoll it-tabib Karl Refalo, li eżamina lil el Sallak , fil-lejl tal-inċident, u qal li huwa seta’ jara l-imsaren talLibjan imdendlin il-barra miżżaqq. Qal li din kienet ferita serja

u kellu jiġi operat mill-ewwel. Noel Farrugia magħruf bħal “Il-Giża” qed jiġi akkużat li fit22 ta’ Lulju tal-2010 fl-appartament tiegħu stess ta daqqa ta’ sikkina fuq Omar Faiz El Sallak. Il-Libjan li llum għandu 44 sena, kien ittieħed l-isptar Mater Dei u tqiegħed fit-Taqsima talKura Intensiva jiġġieled għal ħajtu. Huwa qed jiġi mixli wkoll li kellu fil-pusses tiegħu strument li jaqta’ bil-ponta waqt li wettaq ir-reat. Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo filwaqt li l-Avukati Kevin Valletta u Vincienne Vella qegħdin imexxu l-Prosekuzzjoni f’isem l-Avukat Ġenerali.

Marsi jibda għaddej ġuri fuq attentat ta’ qtil ta’ Libjan


www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Il-Ministru Bartolo wieġeb b’mod sarkastiku għall-kritika tal-Oppożizzjoni dwar l-edukazzjoni

Id-Deputat Nazzjonalista Joe Cassar esprima dispjaċir għallmod kif fil-Parlament il-Ministru Evarist Bartolo wieġeb b’mod sarkastiku għall-kritika talOppożizzjoni rigward l-estimi tal-Baġit. Mhux xieraq li lMinistru jipprova jirredikola lillOppożizzjoni li qed twettaq dmirha u tikkritika. Meta tkellem fil-Parlament filħin tal-Aġġornament, id-Deputat Nazzjonalista Joe Cassar ikkwota minn email li rċieva mingħand persuna li wriet id-dispjaċir tagħha għas-sitwazzjoni li tinsab fiha rigward l-istipendju ta’

9

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

Il-kritika tal-Oppożizzjoni tkun qed twassal ukoll il-weġgħat tan-nies

binha. Fisser li dan hu każ li juri l-għaġla li qed isiru biha l-affarijiet u li qed toħloq diffikultajiet lil ħafna nies. Joe Cassar qal li tibdil li kellu l-Ministru tal-Edukazzjoni fidDirettorat wassal biex qed jittieħdu deċiżjonijiet mhux korretti ta’ segregazzjoni fis-sistema edukattiva. Id-Deputat Nazzjonalista qal li

mhix korretta l-impressjoni li jrid jagħti l-Ministru meta jgħid li lOppożizzjoni hi kontra l-koedukazzjoni. L-Oppożizzjoni dejjem sostniet li anke jekk dan ilkunċett diġà jintuża fl-iskejjel privati, ma kienx hemm preparazzjoni biżżejjed biex listess kunċett jiddaħħal fil-livell sekondarju fl-iskejjel tal-Gvern. Il-ħsieb oriġinali kien li l-

kunċett jiddaħħal inizjalment f’kulleġġ wieħed bil-kulleġġi loħrajn isegwu b’mod volontarju. Iżda f’daqqa waħda ġie impost fuq il-kulleġġi kollha.

Messaġġ ċar li kull droga hi ħażina

Joe Cassar qal li hu importanti li jinżamm kuntatt bejn Gvern u Oppożizzjoni biex ikun hemm kordinament fil-policies dwar ledukazzjoni. Hu fatt li fl-amministrazzjoni preċedenti kien hemm progress kbir fl-edukazzjoni anke jekk forsi kien hemm każi fejn kien hemm min ħassu mweġġa’ u seta’ kien hemm irfinar fl-atteġġjament. Fisser li mhux ġust li lMinistru Bartolo jħossu offiż meta l-Oppożizzjoni tagħmel ilkritika tagħha, li biha jkunu qed jitwasslu anke l-weġgħat tannies.

- Beppe Fenech Adami

L-Oppożizzjoni taqbel fil-parti l-kbira mal-abbozz ta’ liġi dwar id-dipendenza fuq id-droga, trattament mhux priġunerija, u qed tinsisti li dan l-abbozz jibgħat messaġġ ċar li kull droga hi ħażina u li bl-ebda mod mhu qed jiġġustifika l-użu tad-droga. Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma filPartit, Beppe Fenech Adami, qal fil-Parlament li hu importanti li dan is-suġġett ma jkunx politiċizzat. Fisser li tajjeb li wieħed jirrealizza l-problema kbira li hawn f’Malta meta jara ċ-ċifri. Malta għandha t-tieni l-akbar rata ta’ użu tal-eroina u miċ-Ċentri tasSaħħa jitqassmu 340,000 siringa fis-sena. Ħażin jekk b’din il-liġi tingħata l-impressjoni li hemm drogi li mhumiex ħżiena. Il-messaġġ li jrid joħroġ hu li d-droga hi xi ħaġa ħażina. L-abbozz qed jagħmel differenza biss fil-mod kif is-soċjetà tittratta ma’ min juża d-droga. Messaġġ ċar u qawwi jrid jintbagħat kontra min imexxi ddroga. Din il-liġi ma tapplikax għal dawn in-nies u l-liġijiet iridu jkomplu jissaħħu biex jiħraxu l-pieni kontra dawn innies. Beppe Fenech Adami qal li hemm imbagħad nies li jinqabdu b’sempliċi pussess, ħafna drabi żgħażagħ f’mument ta’ speri-

mentazzjoni f’ħajjithom. Dawn għandhom ikunu evitati mill-piż tal-proċess dejjem segwit s’issa, li jtebba’ l-kondotta tal-persuna u probabbilment jitfagħha f’abbiss akbar. F’dawn il-każi, l-abbozz qed jipproponi termini biex il-persuna f’ċirkostanzi bħal dawn tingħata l-opportunità li tifhem u tirrealizza l-perikli tat-triq li qabdet u tkun offruta għajnuna. Beppe Fenech Adami qal li jara li jagħmel aktar sens li l-proposta tal-liġi biex jibda l-proċess ta’ riabilitazzjoni jibda malewwel okkażjoni ta’ ħtija u mhux mat-tieni okkażjoni kif hu propost fl-abbozz. Il-liġi mhix tawtorizza t-tipjip

tal-kannabis. Hu ħażin li qed titmexxa impressjoni li l-liġi se tippermetti t-tipjip tal-kannabis. Dan xorta se jibqa’ meqjus bħala reat. Lanqas mhi korretta limpressjoni li l-Bord suġġerit mill-abbozz se jħaffef il-proċess legali. Dan il-Bord se jkun wieħed b’responsabbiltà kbira li jimponi riabilitazzjoni fuq min jinstab ħati. Fin-nuqqas li l-ħati jaċċetta d-direzzjoni li jingħata mill-Bord, ikun suġġett għal

il-każi fejn ir-reati jitwettqu f’postijiet viċin skejjel, ċentri tażżgħażagħ u postijiet oħra fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ. Il-Ministru Owen Bonnici qal li l-liġi s’issa tittratta b’mod iebes mhux biss lil min jittraffika ddroga iżda anke lil min jispiċċa dipendenti mid-droga. Owen Bonnici qal li qiegħed fil-politika biex jieħu d-deċiżjonijiet. Sakemm il-politika tibqa’ waħda li tibża’ tieħu d-deċiżjoniji-

et, il-vittmi tad-droga se jibqgħu vittmi. Kien hemm ħafna każi fejn persuni dipendenti mid-droga ħarġu mill-vizzju, iżda minkejja li jkunu rkupraw minn dan l-iżball, kien ikollhom jintbagħtu l-ħabs minħabba l-obbligu tal-liġi. Owen Bonnici spjega li filproċess ta’ konsultazzjoni kellu lopportunità jiltaqa’ ma’ żgħażagħ fil-programm ta’ riabilitazzjoni tal-CARITAS u faħħar l-impenn li hemm biex dawn jerġgħu jaqbdu t-triq li jkunu tilfu. Dawn għenuh isaħħaħ it-twemmin tiegħu li persuna li żbaljat tingħata l-opportunità li tirriforma ruħha. L-abbozz jaħseb biex persuni li jikkonvinċu lill-Qorti li jkunu rriformaw ruħhom, jingħataw lopportunità li jagħtu kontribut b’xogħol lis-soċjetà. Provvedimenti oħra jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi differenti li fihom il-Qorti tingħata l-fakultà li ma tagħtix piena ta’ ħabs. Qed tingħata eżenzjoni f’każi fejn lużu tal-kannabis ikun qed isir għal raġunijiet mediċinali. Hemm il-ħsieb li tinħoloq ‘sentencing policy’ biex kemm hu possibbli jkun hemm uniformità fl-għoti tas-sentenzi. Owen Bonnici qal li se jistenna li din ilpolicy tkun approvata millKummissjoni għallAmministrazzjoni tal-Ġustizzja. Fin-nuqqas ikun hu li jnediha.

Il-Parlament approva millistadju tat-Tieni Qari u anke mill-Kumitat l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar ilLotteriji u Logħob ieħor. Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera spjega li l-abbozz

hu maħsub li jwaqqaf Fondazzjoni bil-għan li tippromwovi l-industrija tal-gaming f’pajjiżna li tgawdi leġiżlazzjoni serja u ta’ fama. Il-Fondazzjoni bl-isem Gaming Malta se tkun iffurma-

ta mill-Kamra tal-Kummerċ, ilKunsill Malti tar-Remote Gaming, il-Kamra tal-Avukati u l-Istitut Malti talAccountants. Gaming Malta se tkun awtonoma u mmexxija b’mod

indipendenti. Il-fondi se jkunu ġejjin perċentwal mit-taxxi u milliċenzji u anke minn donazzjonijiet. L-għan hu li lFondazzjoni tippromwovi lil Malta bħala ċentru ta’ eċċellen-

za fil-ġurisdizzjoni tal-gaming. B’dan il-mod, l-Awtorità tkun tista’ tikkonċentra aktar fuq ir-rwol tagħha bħala regolatur. Dwar dan l-abbozz hemm ilqbil tal-Oppożizzjoni.

Il-liġi mhix tawtorizza t-tipjip tal-kannabis

piena ta’ ħabs. Beppe Fenech Adami qal li m’għandux diffikultà li l-persuni fil-Bord ikunu nominati millMinistru, iżda għandu jkun stabbilit li dawk nominati jkunu jinkludu nies professjonali bħalma huma psikologi, social workers u nies oħra relatati ma’ dan iċċirkostanzi. Id-Deputat Nazzjonalista qal li hawn każi fejn persuni li jaqgħu fil-vizzju jirrikorru għal twettiq ta’ reati oħra u jaslu anke għal traffikar. Dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw mil-liġi biss jekk juru b’konvizjoni l-volontà li jirriformaw ruħhom. Il-liġi ma tapplikax għal dawk

Malta bit-tieni l-akbar rata ta’ użu tal-eroina u miċ-Ċentri tas-Saħħa jitqassmu 340,000 siringa fis-sena.

Titwaqqaf il-Fondazzjoni Gaming Malta


www.maltarightnow.com

10

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

Oppożizzjoni b’mentalità ta’ Gvern

Qatt daqs dawn il-ġimagħtejn, din l-Oppożizzjoni ma wriet kemm verament għandha mentalità li tiggverna u li jistħoqqilha tiggverna. Dan mhux b’partiġjaniżmu, iżda b’onestà u lealtà lejn il-pajjiż. Il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni ddetta d-deċiżjoni (sfurzata) ta’ Joseph Muscat filwaqt li l-Prim Ministru stess dejjem żamm lura milli jieħu deċiżjonijiet u jaġixxi verament ta’ mexxej ta’ pajjiżna. Fl-artiklu tiegħi tal-ġimgħa li għaddiet, ktibt proprju li “jekk inti tista’ tieħu azzjoni u ma teħodhiex, allura m’intix denju li tokkupa dik il-pożizzjoni għax mhux kapaċi teżerċita r-responsabbiltà li dik il-pożizzjoni ġġib magħha.” L-aġir tal-Prim Ministru wera proprju dan il-punt – mexxej li

mhux kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet f’waqthom, iżda li jipprova jitfa’ r-responsabbiltà fuq ħaddieħor f’tentattiv li d-deċiżjoni ma jeħodhiex hu. Għamel dan meta pprova jitfa’ r-responsabbiltà fuq Simon Busuttil meta talbu jagħżel il-bord tal-inkjesta; reġa’ għamel l-istess meta tefa’ r-responsabbiltà fuq il-bord tal-inkjesta stess; u flaħħar, farfar ir-responsabbiltà fuq Manuel Mallia meta talbu (mhux ordnalu) jirriżenja – mossa li flaħħar mill-aħħar sfat fix-xejn. Kien biss wara dawn it-tliet tentattivi li fallewlu, li l-Prim Ministru ħa l-azzjoni li messu ħa ġimgħat ilu li jkeċċi lil Mallia minn Ministru. Deċiżjonijiet żbaljati Din il-leġiżlatura, minkejja li ma qabżitx in-nofs tagħha, kienet

L-istar candidates ta’ Muscat, li mhux talli ma tantx xegħlu, talli tefgħu dlam fuq il-Gvern immexxi minn Muscat stess

Manwel tagħna lkoll

Is-saga Manwel Mallia sa flaħħar rat it-tmiem li messu seħħ tliet ġimgħat ilu, jiġifieri li Mallia jerfa', irid jew ma jridx, il-piż politiku ta' dak li ġara. Kienu tliet ġimgħat li kixfu beraħ kemm il-gvern ta' Muscat huwa dominat minn attitudni non chalant ħafna lejn is-saltna tad-dritt. Attitudni li fiha, il-mentalità hija li might is right. Attitudni li ma tawgura xejn tajjeb għad-demokrazija. Attitudni li sfortunatament iddgħajjef mhux biss lill-Partit Laburista iżda lil Malta bħala pajjiż ukoll, kemm f'termini tal-fiduċja tal-poplu fil-ġustizzja, iżda wkoll f'termini ta' kif nidhru f'għajnejn demokraziji oħra fejn drammi bħal dawn sempliċement mhumiex immaġinabbli.

Saluti Manwel! Bħala avukat, lil Mallia trid tinżagħlu l-kappell għax huwa avukat ta' ħila kbira, iżda bħala politiku, wettaq l-iżbalji politiċi kollha possibbli. F'demokrazija oħra kien ikun ilu li tilef postu fil-kabinett jekk mhux anke mill-parlament. It-tmexxija tiegħu wasslet sabiex il-fiduċja talpoplu fil-forzi tal-ordni ddgħajfet b'mod allarmanti għal pajjiż demokratiku. Ix-xandir nazzjonali sar partiġjan aktar

mill-media Laburista xi kultant sabiex b'hekk tilef il-kredibbiltà mhux biss ma' min hu ta’ fehma Nazzjonalista iżda anke ma’ min iħobb l-oġġettività assoluta fil-media. Ministeru li kien spiss taħt il-lenti għal raġunijiet xejn sbieħ. It-tmiem ta' Mallia bħala ministru għalhekk prattikament huwa biss nifs ta' ħajja għad-demokrazija Maltija.

Prim ministru dgħajjef Li jkollok ministru inkarigat minn ministeru mill-aktar sensittivi li jinjora talba serja minnaħa tiegħek bħala Prim Ministru sabiex jirriżenja turi li Malta għandha Prim Ministru li anke fi ħdan ilkabinett tiegħu jqanqal dubji serji dwar kemm tassew huwa mexxej fis-sens pożittiv talkelma mexxej. Prim Ministru li issa l-mistoqsijiet dwar listil ta' tmexxija tiegħu huma ċari. Mistoqsijiet li jdgħajfu luffiċċju ta' Prim Ministru, lil Malta u fuq kollox il-persuna ta' Joseph Muscat innifsu. Żgur li min wera fiduċja f'Muscat f'Marzu 2013 ried mexxej ferm aktar deċiż u ferm aktar ċar fis-sens ta' direzzjoni. Awguri Michael Cassar Nixtieq nawgura lill-Aġent Kummissarju ġdid Michael

Antonello Cuschieri

antonello.cuschieri@gmail.com

karatterizzata minn deċiżjonijiet żbaljati. Din il-ġimgħa, kellna lħatra tat-tielet Kummissarju talPulizija fi żmien għoxrin xahar – il-Kummissarji l-oħra sfaw imneħħija mir-rwol tagħhom. Rwol li, kif tgħid il-liġi, ġew appuntati għalih direttament millPrim Ministru, li iżda ma qdewx id-dmir sew. Għażliet żbaljati ta’ Joseph Muscat. Mallia huwa biss ir-raba’ star candidate li ttradixxa l-aspettattivi. Kulħadd jiftakar lil Cyrus Engerer, is-suldat tal-azzar, li ngħata sentenza sospiża mill-Qorti. Godfrey

OPINJONI

Din il-leġiżlatura, minkejja li ma qabżitx in-nofs tagħha, kienet karatterizzata minn deċiżjonijiet żbaljati. Din il-ġimgħa, kellna l-ħatra tat-tielet Kummissarju tal-Pulizija fi żmien għoxrin xahar

Farrugia li rriżenja mir-rwol tiegħu ta’ Ministru tas-Saħħa fi żmien sena. Kellna lil Franco Mercieca li talab lil Muscat biex ma jikkunsidrahx għal kariga fil-Kabinett. U laħħar u mhux l-inqas, Manuel Mallia li tneħħa mir-rwol ta’ Ministru tal-Intern … ta’ min jgħid iżda, li dan ġara biss wara pressjoni mill-Oppożizzjoni u fatturi determinanti li nħarġu millmedia tal-Partit Nazzjonalista u dik indipendenti – il-media nazzjonali, li tagħha hu responsabbli Mallia stess ma tantx tat kas ta’ dawn l-avvenimenti. L-istar candidates ta’ Muscat, li mhux talli ma tantx xegħlu, talli tefgħu dlam fuq il-Gvern immexxi minn Muscat stess. Kollha deċiżjonijiet żbaljati ta’ Joseph Muscat.

Min hu responsabbli? Is-swaba’ ta’ Muscat jippuntaw lejn ħaddieħor – imma dawn innies, ma kinux f’pożizzjoni li jagħmlu dawn l-azzjonijiet żbaljati, jekk mhux għax poġġiehom hu f’dawn il-karigi. Għalhekk, Joseph Muscat, għandu parti mittort ta’ dan kollu, għaliex inti ma tappuntax nies, f’karigi għoljin, sempliċiment għax hu konvenjenti għalik, jew minħabba l-opinjoni politika tagħhom, iżda tappuntahom minħabba l-kapaċitajiet tagħhom – il-famuża meritokrazija, kelma li tant ftaħar biha Muscat, li iżda jidher li nesiha wara l-10 ta’ Marzu. Il-kaġun ta’ dan qed narawh b’għajnejna, deċiżjonijiet żbaljati li għandu jħallas għalihom min għamilhom, jiġifieri, Joseph Muscat.

Bħala avukat, lil Mallia trid tinżagħlu l-kappell għax huwa avukat ta' ħila kbira, iżda bħala politiku, wettaq l-iżbalji politiċi kollha possibbli Angelo Micallef

angelo.micallef@gmail.com

Cassar li tela' fil-quċċata talKorp tal-Pulizija f'ċirkostanzi xejn sbieħ. Minn hawn nawgura li permezz tal-ħidma tiegħu tisaħħaħ il-fiduċja tal-poplu fil-Korp li mill-ġdid jerġa’ jkun istituzzjoni prestiġjuża. Żgur li

wara Pietru Pawl Zammit u Ray Zammit il-Korp jeħtieġ riforma sew. Bħalma jgħidu l-Ingliżi, it needs all the help it can get. Riforma li għandha tkun ħielsa minn kull xorta ta' ndħil politiku. Simon Busuttil bir-raġun Tul dawn it-tliet ġimgħat ħareġ ukoll sens kbir ta' politika onesta u ġenwina minn

Simon Busuttil. Politika li toffri lid-demokrazija Maltija nifs ġdid u pożittiv. Politika li tagħmilni kburi li nifforma parti mill-Partit Nazzjonalista u kburi li qiegħed noffri lenerġija u l-ħin tiegħi b'risq ilPartit Nazzjonalista. Partit li mill-ġdid huwa partit tan-nies u jinsab fuq in-naħa ttajba tal-istorja. Partit li għal darb'oħra kien xhieda ta' politika onesta.

It-tliet Kummissarji maħtura sa issa minn Gvern Laburista, Peter Paul Zammit, Ray Zammit u Michael Cassar


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Manuel Mallia hu biss sintomu ta’ Gvern ta’ gideb u tax-xejn mhu xejn

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, aktar minn tliet ġimgħat wara l-isparatura tax-xufier ta’ Ministru tiegħu, qed toħroġ dejjem aktar id-dgħufija tiegħu. Mill-kabinett rekord li għamel wara l-elezzjoni – li kien ftaħar bil-mod bombastiku tiegħu li kellu jkun l-aqwa kabinett fl-istorja ta’ Malta – diġà spiċċaw ħamsa.

Gvern li ddeġenera mmexxi minn Prim Ministru ċass quddiem l-abbużi Tnejn mill-Ministri li spiċċaw tahom daqqa ta’ sieq ‘il fuq, kif jgħidu l-Ingliżi. Imma tliet Ministri ta’ Muscat spiċċaw f’ċirkostanzi li juru li f’Joseph Muscat hemm differenza kbira bejn il-kliem bombastiku tiegħu u r-realtà ta’ Gvern li ddeġenera – Gvern immexxi minn Prim Ministru ċass quddiem l-abbużi ta’ sħabu li jtihom hu stess ir-riħ fl-atmosfera li ħoloq Muscat tax-xejn mhu xejn. Telagħlhom għal rashom Li l-Ministri ta’ Muscat telagħlhom għal rashom u jippretendu li jistgħu jagħmlu li jridu hu fatt magħruf minn kulħadd u kkritikat l-aktar minn personalitajiet li jikkummentaw fil-media u li issa qed jaraw kemm ipprova jqarraq bihom Muscat qabel l-elezzjoni bil-paroli tiegħu. Li Manuel Mallia kien każ klassiku tal-gideb li hu timbru kbir tal-Gvern ta’ Muscat deher mill-bidu nett. Joseph Muscat ta r-riħ lill-gideb kontinwu tal-Gvern tiegħu Joseph Muscat ta r-riħ lil Manuel Mallia jbigħ passaporti sigrieti – għax hekk kien se jkun il-bejgħ taċ-ċittadinanza qabel il-kampanja qawwija tal-Oppożizzjoni biex l-iskema nbidlet u tneħħiet issegretezza. Muscat ta r-riħ lil Manuel Mallia jaħbi b’mod millagħar informazzjoni li l-Parlament u l-pubbliku għandhom kull dritt għaliha. Joseph Muscat ta r-riħ lil Manuel Mallia jigdeb filwiċċ meta kien mistoqsi minn fejn ġab in-nofs miljun ewro li kellu taħt is-saqqu. Jekk Muscat ħalla lil Mallia jagħmel dan kollu, x’kien qed jistenna li jiġri meta x-xufier tiegħu spara fuq in-nies?

Prim Ministru li spiċċa dahru mal-ħajt Il-fatt li għandna Prim Ministru bla awtorità fuq il-kabinett tiegħu stess joħroġ anke mill-mod kif spiċċa Manuel Mallia. Li ma kienx għall-Oppożizzjoni, kieku Manuel Mallia għadu Ministru. Il-Prim Ministru ddefenda lil Manuel Mallia b’kull mod. Kien biss minħabba li l-media tal-Partit Nazzjonalista bdiet toħroġ l-informazzjoni dwar il-gideb tal-Gvern fuq l-isparatura li Joseph Muscat spiċċa dahru mal-ħajt.

Joseph Muscat bla awtorità fuq il-kabinett tiegħu stess U meta ġie bilfors irid jagħmel dak li messu għamel tliet ġimgħat qabel, Joseph Muscat kompla joħroġ id-dgħufija kbira tiegħu. Ried li Manuel Mallia jirriżenja minn jeddu, imma Manuel Mallia rrifjuta. U Joseph Muscat, dgħajjef u ċass, kellu joqgħod jistenna r-riżenja li qatt ma waslet. Ir-riħ li ta lil Manuel Mallia fil-21 xahar ta’ qabel ġie lura kollu f’wiċċ Muscat li deher kemm tilef kull awtorità fuq il-kabinett tiegħu. Manuel Mallia issa spiċċa, imma mhux b’raj Muscat. Anzi, Manuel Mallia hu biss sintomu ta’ marda ferm aktar fonda: Gvern li ddeġenera fil-gideb – anke tal-Prim Ministru stess dwar riżenja fuq il-power station: Gvern li ddeġenera fl-abbuż ta’ flus il-poplu fl-atmosfera tan-nies tal-qalba jaħtfu kemm jifilħu; u Gvern li ddeġenera fl-atmosfera tax-xejn mhux xejn li issa bdiet trewwaħ, anke f’każi quddiem il-Qrati, intejjen ta’ ħmieġ.

11

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

Il-ferħ tal-Milied

Fil-fehma tiegħi ninsabu flisbaħ żmien tas-sena meta qed joqrob sewwa l-Milied, festa li titfakkar mad-dinja kollha. Il-bniedem bla ma jrid iħossu li jrid jifraħ u ħafna drabi dan ilferħ iħoss li jrid jesprimih u jaqsmu ma’ ħaddieħor. Fid-dar jibni l-presepju, jarma l-Christmas Tree, iħallat u jaħmi xi ftit ħelu u jżejjen il-kmamar u l-ambjent li jgħix fih. Jiena noqgħod fil-qalba talBelt Victoria u dan il-ferħ talMilied inġarrbu kuljum meta noħroġ mal-mara nagħmlu xi xirja hekk kif jibda jroxx id-dlam u nara żewġ triqat tant mixgħula u mżejna tajjeb fil-Fontana. Triq ir-Repubblika wkoll fiha għaxqa timxi matulha u anki tisma’ lgħana sabiħ tal-Milied jirbombja minn fuq loudspeakers imferrxa maż-żewġ naħat tagħha. Anki l-qsari huma mixgħula u iktar ’l isfel tilmaħ ukoll xi siġar imdawla qrib il-kumpless ftit ’il bogħod mill-iskola sekondarja tal-bniet. Nemmen li fl-irħula tagħna wkoll jeżistu xi toroq imżejna li jkomplu jżidu d-doża ta’ ferħ talMilied. Kemm tkun idea sabiħa kieku tal-ħwienet jiftiehmu bejniethom u jżejnu xi triq li wara kollox tiġbed l-attenzjoni tax-xerrejja u jgawdu huma wkoll.

Issa tibda tara wkoll ħafna presepji għall-wiri u Kumitat tal-Milied imwaqqaf f’Għawdex dan l-aħħar millMinistru għal Għawdex taħt ilpresidenza għaqlija ta’ Dr Joe Mifsud ippubblika ktejjeb mimli tagħrif dwar x’inhu għaddej fi gżiritna. Bla dubju ma tistgħux tfallu li tmorru taraw Betlem f’Għajnsielem għax l-esperjenza hija unika; morru araw ukoll il-presepju ħaj li se jagħmlu żżgħażagħ tan-Nazzarenu fixXagħra u dak li qed jitħejja finNadur. Ma jonqsux diversi kunċerti tal-Milied; jien kommess ma’ dak li se jippreżenta l-Chorus Urbanus fil-Bażilika ta’ San Ġorġ is-Sibt 20 ta’ dan, ieħor fil-Knisja ta’ San Franġisk millKor Santa Ċeċilja jumejn fuq ilMilied, kif ukoll dak li se jippreżentaw il-Gozo Youth Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Grech fi Pjazza San Ġorġ eżatt wara li tispiċċa lQuddiesa ta’ nofsillejl talMilied fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Bla dubju dan mhux kollox; imma segwu l-ġurnali u l-mezzi tax-xandir biex tgawdu l-għadd sabiħ ta’ attivitajiet tal-Milied li jimla lil qlubna b’tant ferħ ġenwin u sinċier li ġarrbu dawk lewwel ragħajja fl-ewwel lejl tal-Milied. Nawguralkom minn qalbi Milied hieni u qaddis u toqogħ-

25 sena ilu f’In-Nazzjon

dux lura minn xi ċikkulatina jew biċċa qagħak tal-għasel! Joe M. Attard Victoria

Bżonn ta’ dixxiplina akbar

Ma naħsibx li qed ninnota waħdi kemm dal-aħħar naqset id-dixxiplina mis-sewwieqa Maltin u l-ksur tar-regolamenti sar xi ħaġa ta’ kuljum u ta’ kull ħin tal-ġurnata fittoroq tagħna. U issa li bdiet ix-xita u t-toroq isiru aktar perikolużi, il-periklu jikber iktar. Qed ninnota ta’ kuljum, jiem u ħiereġ għax-xogħol, li ħafna mhumiex josservaw it-traffic lights kif suppost u jibqgħu għaddejjin anki meta jkun mixgħul l-aħmar. Din storja ta’ kuljum fit-traffic lights ta’ hekk kif titla’ ’l fuq minn ħdejn il-Palazz tal-President f’San Anton. Imma donnu l-wardens iktar ikunu moħħhom f’xi ħadd li bi żvista jgħaddi f’ħin mhux suppost mit-triq ta’ ħdejn ir-residenza tal-Ambaxxata Amerikana milli dawn in-nuqqasijiet iktar gravi għax iktar perikolużi. Dan biex ma nsemmix ukoll innumru kbir ta’ sewwieqa li tinnota jitkellmu fuq il-mowbajl waqt li jsuqu. Albert Caruana Ħ’Attard

In-Nazzjon tirrapporta li fis-seduta parlamentari ta’ filgħaxija, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami se jagħmel id-diskors dwar il-Baġit għas-sena ddieħla, li kien preżentat mill-Ministru tal-Finanzi. Id-diskors tal-Prim Ministru, li jkun tul is-seduta kollha tal-lejla, kellu jkun trażmess fuq TVM fis6.30pm. F’rapport ieħor separat, In-Nazzjon tirrapporta diskors li għamel il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami fi tmiem il-Laqgħa Ġenerali Annwali talMoviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista. IlPrim Ministru qal li l-Partit Labuhrista m’għandux il-ħila jinqata’ mill-imgħoddi. “M’għandhomx ilħila jaqbżu dan il-foss tal-imgħoddi u għall-ġid tagħhom stess jgħdu li dan l-imgħoddi kissirhom u li jekk il-preżent se jibqa’ mibni fuq l-imgħoddi qed ikompli jkissirhom. Politikament, għall-Partit Nazzjonalista dan jista’ jkun ta’ vantaġġ, iżda għallġid tal-pajjiż, il-PN ma jridx li jkomplu r-raġunijiet tal-firda.”

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

12

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

X’NARA U X’NISMA’

qażżu Korp tal-Pulizija jindaħal fejn ma jesgħux!” Fil-pront ilpartitarju l-ieħor wieġbu, “Dak

f’widnejhom qalilhom, “Din ilfarsa kollha kienet bla bżonn, għax Mallia messu l-ewwel nett ma ħalliex lil ta’ madwaru jrabbu dik l-arja kollha, u t-tieni kien messu rriżenja malli sar jaf mhux baqa’ jgħaffeġ. Hemm ara issa. Mela hu tkeċċa, għamilna t-tielet Kummissarju tal-Pulizija fi żmien għoxrin xahar u daħħakna n-nies bina. U anke Joseph żbalja bl-ikrah, għax la Mallia ma kellux id-

Nazzjonalisti mhumiex ċwieċ laħwa u jkunu jafu x’qed jgħidu. Jien ma jien xejn, għax m’iniex ta’ ġewwa ma’ Joseph, imma xorta noqgħod attent xi ngħid u x’nagħmel għax malajr jagħmlu ‘show’ bija. Issa Mallia jerġa’ jibda jaħdem ta’ avukat bħali. Xejn xejn ikun jista’ jekk irid, jiddefendi lil dak l-għaref xufier sieħbu li daħħlu f’din ilbasla kollha. Insomma f’għoxrin xahar fil-gvern,

jagħmel li jrid basta jieqaf millarroganza li kellu, bħalma jmissha tagħmel dik l-għarfa l-oħra, il-PRO li kellu u li mingħaliha konna niggustawha!” Id-deputat Laburista li kien hemm magħhom, ġibidhom lejh u

deċenza u rriżenja mill-ewwel, kien messu qaċċtu l-għada talinċident u mhux ħafna logħob bil-kliem mal-ġurnalisti. Meta ried iqaċċat lil Anġlu Farrugia ma qagħadx jaħsibha. Minn dan beża’ allura? Il-ġurnalisti

iddeġenerajna daqslikieku ilna għoxrin sena. Imma l-aqwa li għandna l-bravi jmexxu lillpartit u l-Gvern.”

X’Qalilna l-Għasfur Il-pantomima Ġurnata wara l-oħra qegħdin dejjem noqorbu lejn il-Milied b’dak kollu li jġib miegħu, iżda qatt ma konna nobsru li l-Gvern tal-Labour se jipprovdilna wkoll pantomima bil-protagonisti ewlenin Joseph il-bully u dak li kien jagħmel kollox bizzilla, jiġifieri l-eks-Ministru Manuel Mallia. “Qed ngħidlu leks-Ministru,” qalilna l-għasfur, “għax bis-suppervja kollha tiegħu u mħabbel ġol-gideb, ried jibqa’ jwebbes rasu sakemm Joseph kellu jkeċċih, biex hekk jibqa’ mniżżel flistorja bħala l-Ministru li tkeċċa wara għoxrin xahar.” Għax mill-bidu nett, Manuel Mallia kien jagħmel kollox bizzilla, bħall-promozzjonijiet fl-armata u fil-Korp talPulizija. U meta ra li kollox kien qed jiġih żewġ, ħaseb li laħaq is-sema b’idu u li jista’ jagħmel li jrid u jitmejjel bilpoplu kemm irid. Iżda l-istorja tax-xufier cowboy li kellu Mallia, li miskin wara kollox lanqas biss kien jafu, avolja jindirizzah bħala ‘sieħbi’, ma ġitux bizzilla għax b’gidba minn hawn, u gidba minn hemm aktar għarraq is-sitwazzjoni la inzerta lill-ġurnalisti tal-Medialink u l-oħrajn indipendenti. Għax ngħiduha kif inhi, li kieku ma kienx għal dawn il-ġurnalisti, Mallia kien diġà qed jaħdem il-bizzilla talistorja kollha. “Tiftakru,” qalilna l-għasfur, “meta ħabbruh bħala kandidat fil-konferenza ġenerali? Qishom kienu qed iħabbru xi statista kbir u kienu jirreferu għalih bħala ‘star candidate’. Tgħid issa, wara kummiedja bħal din, dawk li kienu orkestrati biex il-ġimgħa l-oħra jmorru taħt it-tinda mħallsa bi flus il-poplu jgħajtu Manuel Manuel, x’qegħdin jgħidu? Għax għandkom tkunu tafu,” komplielna l-għasfur, “li dawn il-ġranet kont fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u smajt deputat Laburista jitkellem ma’ żewġ partitarji.” “Basta ħafna qżież u arja,” instema’ jgħid wieħed minnhom, “biex issa hemm ara fiex ġabna. Kien ilu jgħaffeġ u jistma lil kulħadd ta’ żibel. Issa x’se jagħmel dak lgħaref li kellu miegħu, li bħalu kien jaħseb li ħadd ma jista’ għalih? Għax Silvio Scerri kien

Il-Ministru l-ġdid “Mela issa,” qalilna l-għas-

fur, “għandna Ministru ġdid. LOnorevoli Carmelo Abela, li minn hawn nifirħulu u nawgurawlu biex għall-inqas ma jgħaffiġx daqskemm għaffeġ ta’ qablu.” Iżda finanzjarjament naħseb li ma tantx mar tajjeb għax sa nhar it-Tlieta li għadda, jiġifieri qabel ma sar Ministru, Carmelo Abela kien qed jaqla’ 73,000 ewro fis-sena. Iktar mill-Prim Ministru. Dan ilqligħ kien ġej minn tliet karigi li kien ingħata mill-Gvern tagħna lkoll. Kellu l-kariga ta’ kelliem tal-Gvern b’salarju ta’ 31,000 ewro, flimkien ma’ 6,000 ewro bħala allowance għal spejjeż addizzjonali u użu ta’ karozza b’valur ta’ 4,658 ewro oħra. Minbarra dawn, Carmelo Abela kien ukoll ilWhip tal-Grupp Parlamentari Laburista b’salarju ieħor ta’ 20,604 ewro bħala Deputat u 10,302 ewro bħala Whip talGvern. Dan kollu jeskludi capping ta’ 6,000 ewro oħra fissena għall-mobile lill-Whips u internet b’xejn id-dar imħallas mill-Parlament. “Għodduhom naqra,” qalilna l-għasfur, “u ara jaqbżux it-73,000 ewro tondi tondi fis-sena!” Iżda issa sar Ministru u allura għandna nifhmu li jiqfulu ċerti benefiċċji u jibda jieħu s-salarju u l-benefiċċji tal-Ministri. “Nittama,” żied jgħidilna l-għasfur, “li meta l-Ministru l-ġdid jagħmel id-dikjarazzjoni tal-assi ma jinsa xejn. Għax barra minn hekk, jekk dawn il-karigi, bleluf kollha magħhom li kellu Carmelo Abela jispiċċawlu, iridu jgħaddu għand xi deputat tagħna lkoll ieħor. Hekk, Joseph b’ġebla waħda jkun laqat tliet għasafar, jiġifieri jkun keċċa lil Mallia la ġie dahru mal-ħajt, ikun għamel lil Carmelo Abela Ministru, u flistess ħin jagħżel deputat ieħor fidil u leali lejh u jgħaddilu dak li kellu Carmelo Abela u jkun qed jagħlaq ħalq ta’ ieħor.” U mela tiġu tgħiduli li dan mhux il-Gvern tagħna lkoll? Jew toqogħdu tinkwetaw li ż-żieda fil-baġit kienet ta’ tmienja u ħamsin ċenteżmu biss? L-aqwa li tal-Labour ma tawx 500 ewro żieda, ma tarax. Tal-Labour jaħdmu mod ieħor. Joħolqu lkarigi għad-deputati tagħhom u b’ħafna eluf imferrxin ikunu qed inewlulhom xkora eluf ta’ ewro fis-sena. “U l-ħaddiema Maltin u Għawdxin,” qalilna lgħasfur, “ikollhom jikkuntentaw biż-żieda miżera ta’ tmienja u ħamsin ċenteżmu filġimgħa. U dan mingħand ilGvern tal-Labour Tagħna Lkoll li dejjem kellu qalbu perżuta għall-ħaddiem, għall-fqir u għall-batut.


www.maltarightnow.com

13

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

OPINJONI

Tliet ġimgħat tard

Li hu żgur hu li l-aktar li qala’ daqqa b’dan id-dewmien kien il-Korp tal-Pulizija nnifsu

Sa fl-aħħar, il-Prim Ministru għamel dak li l-Oppożizzjoni kienet ilha tgħid li għandu jagħmel tliet ġimgħat, u talab irriżenja ta’ Manuel Mallia. Din ir-riżenja missha ġrat l-għada tal-każ, malli sar magħruf li dak li spara fuq persuna oħra kien ix-xufier tal-Ministru. Għalhekk biss, ukoll il-Ministru kellu jirriżenja sa ma jiġi investigat ilkaż, u jekk jirrifjuta, il-Prim Ministru kellu jkun assertiv u jneħħih hu. Minflok x’rajna? Rajna membri tal-Korp tal-Pulizija jneħħu evidenza mix-xena tar-reat. Rajna u smajna l-Kap talKomunikazzjoni tal-Prim Ministru f’komunikat dirett mal-Kummissarju u malakkużat jippruvaw jaraw kif laħjar ipinġu l-każ. Rajna u smajna lill-Ministru Mallia joħroġ stqarrija qarrieqa. Rajna u smajna lill-Kummissarju tal-Pulizija jwieġeb “u ijja” xħin l-akkużat jgħidlu “tajtu ġiex tiri”. Quddiem dan kollu, il-Prim Ministru baqa’ indeċiż. Kienet biss il-pressjoni tal-opinjoni pubblika, u l-mod kif il-media

ħarġet il-verità kollha, li wassluh jieħu azzjoni. U ħadha għax kien dahru mal-ħajt. Għax kien wasal f’punt fejn kien se jitlef wisq iżjed voti jekk ma jiħux azzjoni milli jekk ineħħi lil Manuel Mallia. U anke hawn, baqa’ jibża’ jieħu d-deċiżjoni loġika. Staħba wara rapport ta’ bord ta’ inkjesta ffurmat minn tliet eksimħallfin, rapport li filverità ma kienx hemm bżonnu. Għax kulħadd għajnejh f’wiċċu. Kulħadd ra l-karozza bit-tiri, grazzi għal fotografi li laħqu ħaduhom qabel il-karozza tneħħiet mill-post u l-cover-up kien komplut. U anke meta rrapport ikkonferma l-cover-up, beża’ jkeċċi lil Mallia u qalilna li se jħalli f’idejh. U ħalla salaħħar minuta qabel il-ġurament tal-Ministru l-ġdid biex ikeċċih, bit-tama li ma jkollux għalfejn jiddeċiedi hu. Naħseb qatt flistorja ma niftakar Prim Ministru li jibża’ daqshekk biex jieħu deċiżjoni. Mhux ta’ b’xejn li l-ħin kollu jtanbar li hu “jiddeċiedi” biex jipprova jbellagħhielna li bil-kontra. Li hu żgur hu li l-aktar li qala’

Mark Anthony Sammut markasammut@gmail.com

daqqa b’dan id-dewmien kien ilKorp tal-Pulizija nnifsu. Ilfiduċja li n-nies għandu jkollhom fil-Korp illum tinsab ilbaħar. Meta n-nies semgħu lmod mhux professjonali li ġab ruħu bih il-Kummissarju nnifsu ma’ min kellu jkun investigat dak il-ħin stess, ixxukkjaw ruħhom. U din l-isfiduċja filKorp ilha tinħass mindu dan waqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Manuel Mallia, u beda jinħass lindħil ta’ Silvio Scerri. It-transfers lill-pulizija għax jagħmlu xogħolhom, il-każ ta’ Darryl

Luke Borg, il-ftehim ġdid li jneħħi l-awtonomija tal-Korp, it-twaqqif tal-investigazzjonijiet fil-każi ta’ John Dalli u tattixħim taż-żejt, il-bidla tat-tielet Kummissarju f’20 xahar, kollha wasslu biex kissru l-fiduċja tannies f’din l-istituzzjoni daqstant importanti. U r-responsabbiltà ta’ dan kollu hi biss ta’ Manuel Mallia u ta’ Joseph Muscat li tah il-barka tiegħu. Nawgura minn qalbi lil Karmenu Abela, ilMinistru l-ġdid tal-Intern, u lillKummissarju l-ġdid Michael Cassar, sabiex jirnexxilhom jiksbu lura l-fiduċja li l-pajjiż għandu jkollu fil-Korp talPulizija bħala Korp awtonomu, indipendenti u li ma jħarisx lejn l-uċuħ. Il-ħasra hi li l-Kummissarju li mexa b’mod daqstant ħażin ma tneħħiex iżda tniżżel biss minn Kummissarju għal Assistent Kummissarju. X’jibqa’ issa li Mallia tneħħa u dan kollu għadda? Jibqa’ Prim Ministru li beża’ u dam wisq biex jieħu deċiżjoni, jibqa’ Prim Ministru li ma refax ir-responsabbiltà tiegħu u tal-uffiċċju

tiegħu li kitbu l-istqarrija qarrieqa, jibqa’ Korp tal-Pulizija li għandu ħafna x’jaqdef biex iħassar il-marki ħżiena li ttmexxija ta’ Mallia ħalliet fuqu, u jibqa’ Gvern li għadu ma rrikonoxxiex li dan kollu ġara frott l-attitudni li żera’ hu. Lattitudni li jekk int magħna, tista’ tagħmel li trid għax irbaħna b’36,000. L-attitudni li jekk int magħna, meta tikser il-liġi ħa ngħattulek u nagħmluk eroj, kif għamlu b’Cyrus Engerer. Listess ippruvaw jagħmlu bixxufier tal-Ministru. Għalhekk ħarġu stqarrija jgħidu li dan spara tiri ta’ twissija biex waqqaf xufier fis-sakra li kien qed jaħbat fil-karozzi. Ippruvaw jagħmluh eroj u suldat tal-azzar ukoll, bħal Cyrus. Biss diddarba fallielhom. U fallielhom bis-saħħa tal-media li laħqet ħarġet il-verità, għal pressjoni li għamlet l-Oppożizzjoni, u għal pożizzjoni soda li żamm Simon Busuttil. Iva, li jibqa’ minn dan il-każ hu li fl-aħħar, is-sewwa jirbaħ żgur. Li fl-aħħar, il-politika onesta tirbaħ żgur.


www.maltarightnow.com

14

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Ministru Palestinjan imut waqt protesta IX-XATT TAL-PUNENT

Ministru Palestinjan miet wara konfront ma’ truppi Iżraeljani waqt protesta fix-Xatt talPunent. Tobba Palestinjani fissru li Ziad Abu Ein miet kawża talgass tad-dmugħ waqt inċident qrib il-villaġġ ta’ Turmusaya. Iżda diversi xhieda qalu li lministru ntlaqat u ngħata l-ġenb mis-suldati. Xhud partikulari stqarr li Abu Ein intlaqat f’sidru minn kontenitur tal-gass taddmugħ li ġie sparat mis-suldati. Il-militar Iżraeljan qal li hu se jkun qed jistħarreġ ir-rapporti. Dan il-każ seħħ fi żmien meta qed jiżdiedu t-tensjonijiet bejn Iżrael u l-Palestinjani fir-reġjun. F’dawn l-aħħar ġimgħat, 11-il Iżraeljan inqatlu millPalestinjani, fosthom ħamsa li

qalgħu daqqiet ta’ sikkina u ġew sparati tiri lejhom f’sinagoga f’Ġerusalemm. Inqatlu wkoll tlettax-il Palestinjan. Abu Ein, ministru mingħajr portafoll, kien fost għexieren ta’ attivisti barranin u Palestinjani li ħadu sehem fi protesta nhar itTlieta filgħodu kontra t-teħid talart. Il-protesta kienet organizzata mill-Kumitat ta’ Reżistenza kontra l-Artijiet u l-Ħajt. Id-dimostranti ppjanaw li jħawlu arbuxelli taż-żebbuġ fuq biċċa art, li huma qed jibżgħu li se tingħaqad ma’ Iżrael. Hekk kif avviċinaw l-art, id-dimostranti – immexxija minn Abu Ein – twaqqfu minn suldati Iżraeljani. F’daqqa waħda, il-protesta kibret u żviluppat f’konfront kontra xi

15-il suldat Iżraeljan. Id-direttur tal-isptar ta’ Ramallah qal li Abu Ein “spiċċa martri wara li qala’ daqqa f’sidru”. Rapporti oħrajn qalu li Abu Ein kellu kundizzjoni medika li wasslet għal mewtu. Il-President tal-Awtorità Palestinjana Mahmoud Abbas ikkundanna “l-attakk brutali” li ddeskrivieh bħala “att barbaru li m’għandux ikun tollerat jew aċċettat”. “Se nieħdu l-passi neċessarji wara r-riżultati mill-investigazzjoni ta’ dan l-inċident,” sostna Abbas. Uffiċjal għoli Palestinjan qal li l-Awtorità Palestinjana se twaqqaf il-koordinazzjoni tassigurtà ma’ Iżrael.

Raġel b’bandiera Messikana jitwaqqaf hekk kif tela’ fuq il-palk meta Kailash Satyarthi (lemin) u Malala Yousafzai (xellug) ilbieraħ ingħataw il-Premju Nobel għall-Paċi f’Oslo (Ritratt: EPA)

Malala tingħata l-Premju Nobel għall-Paċi IN-NORVEĠJA

Malala Yousafzai, l-attivista Pakistana dwar l-edukazzjoni u Kailash Satyarthi, Indjan li ġġieled dwar id-drittijiet tat-tfal, irċivew il-Premju Nobel għallPaċi lbieraħ. Il-kumitat tal-Premju Nobel iddeskriva liż-żewġ rebbieħa bħala “strumenti tal-paċi”. Qabel ma daħlet għaċ-ċerimonja, Malala Yousafzai kkummentat li hi qed tikkunsidra li tagħmel karriera fil-politika jekk dan hu l-aħjar mod biex isservi lil pajjiżha. Fid-diskors tagħha, Yousafzai qalet li l-premju ma kienx biss għaliha. “Hu għal dawk it-tfal minsija li jridu edukazzjoni; hu għal dawk it-tfal imbeżżgħin li jridu l-paċi, hu għal dawk it-tfal bla vuċi li jridu l-bidla.” “Jien ninsab hawn biex nipproteġi ddrittijiet tagħhom, u biex inqajjem il-vuċi tagħhom. Dan mhux żmien biex nitħassruhom. Hu żmien ta’ azzjoni sabiex tkun laħħar darba li naraw tifel jew tifla mċaħħda mill-edukazzjoni.” Kailash Satyarthi qal li għalih il-premju hu “opportunità kbira” sabiex isaħħaħ xogħlu kontra liskjavitù tat-tfal. Malala Yousafzai u Kailash Satyarthi rċivew il-premjijiet tagħhom mingħand iċ-chairman tal-kumitat Nobel Norveġiż, filpreżenza tar-Re Harald V tanNorveġja. Fid-diskors tiegħu, Kailash

Satyarthi qal li hu qed jirrappreżenta s-silenzju u lill-miljuni tat-tfal li tħallew lura. Hu qal li ħalla siġġu vojt fiċ-ċerimonja bħala simbolu ta’ dawk it-tfal mingħajr vuċi. “M’hemm ebda vjolenza akbar milli ċċaħħad ilħolm lit-tfal,” qal Satyarthi. Thorbjorn Jagland, iċ-chairman tal-kumitat tal-Premju Nobel saħaq dwar l-importanza tal-edukazzjoni, u qal li “t-triq tad-demokrazija u l-ħelsien hi msejsa fuq l-għerf”. Jagland ukoll faħħar l-isforzi ta’ Yousafzai sabiex tippromwovi ledukazzjoni, minkejja theddid mit-Taliban, u qal li “l-kuraġġ tagħha hu indeskrivibbli”. Talibani armati sparaw f’ras Malala Yousafzai, ta’ 17-il sena, f’Ottubru tal-2012. U dan għaliex ħadmet għall-edukazzjoni tal-bniet. Illum tgħix firRenju Unit. Malala hi l-iżgħar rebbieħa tal-Premju Nobel għallPaċi. Malala kienet akkumpanjata fin-Norveġja minn delegazzjoni ta’ tfal bniet tal-iskola – fosthom żewġ studenti li wkoll spiċċaw vittmi tat-Taliban. Permezz tal-isforzi ta’ Satyarthi, li għandu 60 sena, għexieren ta’ eluf ta’ tfal ġew salvati minn industriji perikolużi. Hu rnexxielu jeħles minn theddid tal-mewt minħabba xogħlu, u tnejn mill-kollegi tiegħu spiċċaw biex inqatlu.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Lejn sjuf aktar sħan IR-RENJU UNIT

IL-FILIPPINI: Tfajjel f’għadira mimlija skart wara nar li qered zona fqira f’Malabon fit-Tramuntana ta’ Manila. Sitt persuni ndarbu fl-inċident li qered aktar minn 200 residenza u ħalla 400 persuna mingħajr dar (Ritratt: EPA)

Sejħa biex uffiċjali tas-CIA jitressqu l-qorti

Ma jridux li wliedhom jagħmlu t-tpinġija

In-Nazzjonijiet Uniti u gruppi dwar id-drittijiet tal-bniedem sejħu għall-prosekuzzjoni ta’ uffiċjali Amerikani involuti f’dak li rapport tas-Senat fisser bħala “interrogazzjoni brutali mis-CIA ta’ suspettati tal-al-Qaeda”. Mibgħut speċjali tanNazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem qal li kien hemm “politika ċara orkestrata f’livell għoli”. Is-CIA ddefendiet lazzjonijiet kollha tagħha fis-snin wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru fuq l-Istati Uniti, u sostniet li dak li għamlet wassal biex ġew salvati lħajjiet. Il-President Amerikan Barack Obama qal li issa wasal iżżmien biex nimxu ’l quddiem. Ben Emmerson, ir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u Kontra t-Terroriżmu, qal li uffiċjali għoljin mill-amministrazzjoni ta’ George W. Bush li ppjanaw u ħadu azzjoni kontra reati kriminali, għandhom jitressqu l-qorti, kif ukoll uffiċjali tas-CIA u tal-Gvern Amerikan li kienu responsabbli għat-tortura. Għall-fini tal-liġi internazzjonali, l-Istati Uniti hi obbligata legalment li tressaq lil dawk responsab-

Kemm Angelina Jolie kif ukoll Brad Pitt għandhom kollezzjoni ta’ tpinġija fuq ġisimhom, iżda d-direttur talfilm il-ġdid tagħha ‘Unbroken’ ibbażat fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, żvelat li żewġha Brad hu kontra li wliedhom jagħmlu

L-ISTATI UNITI

bli, qal Emmerson fi stqarrija magħmula f’Ġinevra. “L-avukat ġenerali tal-Istati Uniti għandu d-dmir legali li jressaq passi kriminali kontra dawk responsabbli.” Kenneth Roth, id-direttur eżekuttiv ta’ Human Rights Watch, qal li l-azzjonijiet tas-CIA kienu kriminali “u qatt m’għandhom ikunu ġustifikati”. Hu stqarr li “sakemm dan ilproċess importanti biex tkun magħrufa l-verità jwassal għallprosekuzzjoni ta’ uffiċjali, it-tortura se tibqa’ ‘għażla ta’ policy’ għall-presidenti tal-futur.” Fost il-konklużjonijiet li ħarġu mir-rapport tas-Senat, irriżulta li ebda wieħed mill-20 każ ta’ “suċċessi” kontra t-terroriżmu li kien attribwit għat-tekniki, ma wassal għal xi ħaġa konkreta; isCIA qarrqet bil-politiċi u bil-pubbliku; mill-inqas 26 mill-119-il priġunier kienu innoċenti u ħafna minnhom inżammu għal aktar xhur milli suppost; filwaqt li metodi ta’ tortura inkludew nuqqas ta’ rqad għal aktar minn 180 siegħa hekk li d-detenuti tħallew joqogħdu bilwieqfa jew f’pożizzjonijiet ta’ tbatija.

15

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

L-ISTATI UNITI

xi forma ta’ tpinġija fuq ġisimhom. L-attriċi popolari diġà qalet ‘le’ lil Pax, li għandu 11-il sena, biex jagħmel tpinġija, u issa Zahara ta’ 9 snin, qed tinteressa ruħha – xi ħaġa li qed tinkwieta lil missierha Brad.

Żdiedet b’għaxar darbiet ilpossibbiltà li f ’partijiet talEwropa s-sajf ikun aktar sħun minħabba l-bdil fil-klima kkawżat mill-bniedem. Dan qalu l-Met Office Ingliż f’artiklu ppubblikat fir-rivista ‘Nature Climate Change’. L-istudju qal li fost dawk li l-aktar se jkunu effettwati se jkun hemm il-Ġermanja, Franza u l-Italja. Intqal ukoll li bħala medja, it-temperatura fis-sajf fiz-zona Ewropea talMediterran u Ċentrali żdiedet b’rata ferm aktar mgħaġġla mill-bqija tad-dinja, b’periklu akbar ta’ perjodi f’daqqa ta’ sħana kbira. Intqal li sjuf bi sħana kbira kienu jiġru darbtejn f’seklu u issa mistennija jibdew jiġru darbtejn kull għaxar snin, skont ir-rapport minn Nikos Christidis. L-2003 kienet karatterizzata minn sajf ta’ sħana kbira u ntqal li fejn qabel sajf simili kien jiġi darba kull 1,000 sena, issa dan se jiġri darba kull 100 sena u jekk it-tniġġis tal-arja jkompli kif inhu, bejn l-2030 u l-2040 dan se jiġri aktar spiss. Fl-2003, l-Ewropa kienet inħakmet minn sajf ta’ sħana kbira li kien wassal għallmewt ta’ madwar 70,000 persuna. Intqal ukoll li heatwaves se jsiru xi ħaġa normali flEwropa kif ukoll fl-Istati Uniti u partijiet oħra tad-dinja. Intqal li fil-każ tal-Istati Uniti sal-2045, il-kosta tal-Lvant se tibda ssofri regolarment minn għargħar filwaqt li l-Lbiċ talpajjiż se jibda jinħakem minn nuqqas ta’ ilma.


www.maltarightnow.com

16

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Ikompli jorħos il-prezz taż-żejt mhux maħdum L-ISTATI UNITI

Il-Bank of America avża li lprezz taż-żejt mhux maħdum se jorħos għal $50 l-barmil, b’riżultat tal-waqfien millOPEC biex taħdem b’mod raġonevoli. Il-bank qed jistenna li forzi tas-suq se jeliminaw l-aktar produtturi dgħajfa b’riżultat ta’ dan, tant li qed ikun hemm tnaqqis fil-prezz taż-żejt. Ġie rappurtat li bidliet flindustrija dinjija tal-enerġija se jkunu qed iniżżlu l-prezz tal-liquefied natural gas (LNG). B’hekk se jkun qed jinħoloq sors ta’ gass aktar irħis għallEwropa.

Is-suq ħieles se jkun qed jieħu r-riedni bħala mezz sabiex tkun stabbilita l-ispiża dinjija taż-żejt, u dan se jkun qed joħloq era ġdida ta’ bidliet kbar fil-prezzijiet. L-Arabja Sawdija, fost oħrajn, se tkun qed tgawdi minn benefiċċji finanzjarji kbar. Madankollu, pajjiżi oħrajn li jipproduċu żżejt se jbatu. Il-bank irrimarka li millinqas 15 fil-mija tal-produtturi taż-żejt shale qed jitilfu l-flus skont il-prezzijiet kurrenti, u aktar min-nofs se jbatu jekk iżżejt shale tal-Istati Uniti jinżel ’l isfel minn $55.

IL-VATIKAN: Buffura riħ ittajjar il-karlotta tal-Papa Franġisku waqt l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar ta’ Erbgħa (Ritratt: EPA)

Elezzjoni presidenzjali bikrija IL-GREĊJA

IL-ĠERMANJA: Ors tar-razza Kamchatkan jiekol il-frott fuq siġra tal-Milied fiz-zoo ta’ Hamburg (Ritratt: EPA)

Mietu kważi 3,500 immigrant f’sena

Il-Greċja ressqet ’il quddiem għal dan ix-xahar, id-data talelezzjoni presidenzjali li jmiss, li se titmexxa mill-parlament talpajjiż. L-aħbar ġiet wara li ministri fiz-zona tal-ewro approvaw talba Griega sabiex tingħata estensjoni ta’ xahrejn għallbailout tal-Greċja. L-elezzjoni presidenzjali, li issa se ssir fis-17 ta’ Diċembru, se tkun test importanti għallPrim Ministru Antonio Samaras. Id-deċiżjoni tiegħu wasslet biex is-suq fil-Borża f’Ateni niżel b’9.5 fil-mija nhar it-

Tlieta. L-analisti qalu li s-swieq kienu qed ibassru r-riskju ta’ elezzjonijiet bikrija, li se jsiru jekk innomina tal-gvern immexxi millkonservattivi ma tkunx approvata mill-parlament. It-terminu ta’ ħames snin talPresident Karolos Papoulias jintemm f’Marzu, u elezzjoni kienet mistennija ssir fi Frar. Il-koalizzjoni mmexxija millkonservattiv Antonio Samaras teħtieġ l-appoġġ ta’ partijiet oħrajn jekk il-kandidat tagħha jrid is-sostenn tal-membri parlamentari.

IN-NAZZJONIJIET UNITI

“L-aktar triq li twassal għallmewt” - hekk fisser lill-Baħar Mediterran il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR). Minn Jannar sal-lum, in-numru ta’ immigranti li tilfu ħajjithom biex isibu għajxien aħjar kien ta’ 3,419. Skont it-tagħrif miġbur millaġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti, it-tluq tal-immigranti biex isibu xortihom xi mkien fl-Ewropa, kważi dejjem beda minn fuq il-

kosta Libjana. Barra minn hekk, il-konflitti fl-Ukrajna, fis-Sirja u fl-Iraq żiedu n-numru ta’ persuni li ta’ kuljum jippruvaw jilħqu xi fruntiera Ewropea. Mill-bidu tas-sena, sostna lUNHCR, kien hemm aktar minn 207,000 immigrant li ppruvaw jaqsmu l-Baħar Mediterran: ċifra kważi tliet darbiet aktar mirrekord preċedenti tal-2011. Dan mindu 70,000 immigrant kienu ħarbu mill-pajjiżi tagħhom matul ir-Rebbiegħa Għarbija.

IL-KOREA TA’ FUQ: Id-dittatur tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un (fin-nofs) waqt taħriġ tal-militar Korean f’zona mhux magħrufa f’ritratt maħruġ mill-KCNA, l-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Korea ta’ Fuq (Ritratt: EPA)


www.maltarightnow.com

17

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Twissija dwar asterojde IR-RUSSJA

Xjenzjat Russu wissa li hemm asterojde kbira ħafna li se tgħaddi qrib id-dinja u tenna appell li hemm bżonn isir studju akbar ta’ dan il-blat fl-ispazju u l-periklu għad-dinja. Vladimir Lipunov, profesur flUniversità tal-istat ta’ Moska, qal li din il-blata spazjali li ngħatat lisem ta’ ‘2014 UR116’ tgħaddi viċin id-dinja kull tliet snin imma

s’issa ma jidhirx li kienet ta’ theddida għad-dinja. Opinjoni li jaqblu magħha anki n-NASA. Imma hu wissa li l-fatt li din instabet issa juri kemm id-dinja taf ftit dwar l-asterojde partikolarment dawk li jistgħu jkunu ta’ periklu għad-dinja. Hu qal li żball żgħir f’kalkolu jista’ jkollu konsegwenzi serji għad-dinja. Hu stmat li hemm 100,000

blata fl-ispazju li jistgħu jidħlu fl-orbita tad-dinja u kbar biżżejjed biex ikunu ta’ periklu. Minn dawn madwar 11,000 s’issa qed ikunu mgħassa. Dwar l-asterojde 2014 UR116, in-NASA qalet li l-kalkoli juru li din se tkun ta’ theddida għaddinja fi żmien 150 sena. Il-ġimgħa li għaddiet xjenzjati minn madwar id-dinja nġabru

biex iwissu li asterojde tista’ teqred lill-bniedem minn wiċċ id-dinja jekk ma jsirx sforz akbar biex ikun hemm għassa tagħhom. Qed issir ħidma minn xjenzjati ewlenin minn madwar id-dinja biex ikun hemm sistema ta’ għassa avvanzata tal-asterojde u lperiklu għad-dinja. Fid-dinja hawn sistemi biex jgħassu lasterojdijiet imma riċerka reċenti

turi li blat spazjali anki ta’ 50 metru jista’ jkun ta’ periklu kbir għad-dinja. Fl-2013, id-dinja nħasdet meta meteorita d-daqs ta’ xarabank splodiet fuq il-belt Russa ta’ Chelyabinsk. Fortunatament, dik l-isplużjoni ma kkawżatx vittmi imma għamlet ħsara kbira għal ħafna kilometri mill-post fejn seħħet.

IŻRAEL: Suldat Iżraeljan iħares lejn F-16 Iżraeljan mat-tluq mill-bażi tal-ajru ta’ Ovda fid-deżert tan-Negev qrib Eilat. Dan hekk kif Iżrael flimkien mal-Greċja temmew ġimgħa ta’ taħriġ bejn il-bdoti taż-żewġ pajjiżi (Ritratt: EPA)

Ir-RAF bla kapaċità li tfittex is-sottomarini IR-RENJU UNIT

Sar magħruf li minħabba lqtugħ li kien hemm fil-qasam militari, ir-Renju Unit kellu jitlob l-għajnuna minn pajjiżi alleati fin-NATO biex ifittxu sottomarin f’Novembru. Dan wara li ntlemaħ periscope barra l-kosta fil-Punent talIskozja. It-tfittxija għal dan issottomarin suspettat kompliet sal-ġimgħa li għaddiet b’ajruplani mill-Istati Uniti, Franza u lKanada jittajru mill-bażi tar-

RAF f’Lossiemouth. Dan peress li r-RAF m’għadx għandha lajruplani biex tfittex is-sottomarini mill-ajru. F’dawn l-aħħar xhur kien hemm żieda fl-attività militari Russa partikolarment fitTramuntana tal-Ewropa. Fi stqarrija, il-Ministeru tadDifiża Ingliż ikkonferma li kien talab għajnuna barranija imma ma qal xejn jekk dan kienx minħabba sottomarin barrani.

Politiċi Ingliżi qalu li kien imbarazzanti ħafna li l-kosta Ingliża hi esposta totalment għal sottomarini barranin u trid tiddependi mill-għajnuna tal-alleati biex issibhom. Is-soltu dan ix-xogħol kien isir minn ajruplani tat-tip Nimrod imma dawn l-ajruplani tneħħew mis-servizz. L-inċident seħħ ftit aktar minn xahar wara li l-Iżvezja waqqfet tfittxija għal dak li hu mifhum li

hu sottomarin barrani li daħal flibħra tal-pajjiż. Kien hemm ukoll l-inċident fit-28 ta’ Novembru meta erba’ bastimenti tal-gwerra Russi għaddew mill-Kanal Ingliż u ntbagħtet patrol boat biss tarRoyal Navy. Dak iż-żmien ir-Royal Navy qalet li bagħtitx bastiment talgwerra biex tgħasses il-bastimenti Russi għaliex patrol boat kienet biżżejjed. Issa sar magħruf li l-vapur li seta’ jagħmel dan ix-

xogħol kien qed jgħin fit-tfittxija għas-sottomarin suspettat barra mill-kosta Skoċċiża. In-NATO dan l-aħħar ilmentat li kien hemm żieda drammatika fl-attività militari Russa filBaħar Baltiku filwaqt li Philip Hammond, is-Segretarju talAffarijiet Barranin Ingliż, ilmenta li ajruplani militari Russi qed ikunu dejjem aktar aggressivi madwar l-ispazju talajru Ingliż.


www.maltarightnow.com

18

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

IL-ĠERMANJA: Partijiet kbar mill-Ġermanja u mit-Tramuntana tal-Ewropa bħalissa jinsabu mifnija b’temp kiesaħ. Is-siġar huma miksijin bis-silġ ’l isfel mill-Kastell Hohenzollern qrib Hechingen (Ritratt: EPA)

Il-maltemp joħloq rebus IR-RENJU UNIT

Eluf ta’ djar fl-Iskozja jinsabu mingħajr provvista tad-dawl hekk kif maltemp qawwi ħakem zoni kostali fil-Punent tar-Renju Unit. L-elettriku nqata’ fil-gżejjer fil-Punent, b’riżultat li ntlaqtu 17,000 dar, u hemm problemi kbar li wasslu biex tħassru traġitti bil-ferrovija u bil-vapuretti. L-Uffiċċju Meteoroloġiku avża lil partijiet mill-Iskozja u mill-Irlanda ta’ Fuq biex ikunu ppreparati hekk kif il-maltempa-

ta li qed tiżviluppa malajr tista’ toħloq buffuri sa 80 mil fissiegħa. Hu u jitkellem minn Barra flOuter Hebrides, Donald Macleod, coxswain tal-lifeboat tal-gżira, qal li hemm ix-xita, issilġ u riħ qawwi. Macleod stqarr li l-maltempata qlielet matul il-lejl u żied li lkundizzjonijiet tal-mewġ huma ħżiena ħafna fil-Punent tant li qed jogħlew madwar 14-il metru. SSE, kumpanija li tipprovdi d-

dawl, qalet li l-problema li effettwat lill-Gżejjer fil-Punent inħolqot minħabba s-sajjetti u ddjar se jkollhom il-provvista taddawl mill-ġdid matul in-nofstanhar ta’ dalgħodu. Il-Kunsill tal-Gżejjer filPunent qal li l-iskejjel kollha se jkunu magħluqin, flimkien ma’ faċilitajiet oħrajn. F’Aberdeenshire, madwar 20 vettura spiċċaw staġnati minħabba s-silġ fuq il-B974 Banchory sa Fettercairn road.

Jiżdiedu l-każi L-EBOLA

Il-virus tal-Ebola li qatlet eluf ta’ persuni fil-Punent tal-Afrika għadu joħloq każi ġodda, minkejja l-isforzi biex ikun ikkontrollat. Margaret Chan, id-direttur ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li s-sitwazzjoni tjiebet f’xi partijiet talaktar pajjiżi milquta, iżda avżat biex wieħed ma jkunx prużuntuż. Hi qalet li r-riskju għad-dinja hu dejjem preżenti filwaqt li qed jitfaċċaw numru ta’ każi ġodda. Margaret Chan żiedet li lWHO u l-komunità internazzjonali fallew milli jaġixxu malajr. Ir-rata ta’ mwiet fil-Guinea, filLiberja u fi Sierra Leone laħqet iċ-ċifra ta’ 6,331. Skont il-WHO, aktar minn 17,800 persuna ġew infettati. “Fil-Liberja qed nibdew naraw xi forma ta’ progress tajjeb, speċjalment fil-kontea ta’ Lofa,” qalet Chan. Każijiet fil-Guinea u fi Sierra Leone kienu “inqas serji” minn dawk ta’ ftit xhur ilu, iżda hi qalet li “għadna qed naraw numri kbar ta’ każijiet”. Margaret Chan qalet li “s-sitwazzjoni mhix daqshekk ħażina minn dik ta’ Settembru. Iżda meta nħarsu ’l quddiem, issa qed niġġieldu l-virus, u niġru wara lvirus. Nittamaw li nġibu l-każi fix-xejn.” Iċ-ċifri uffiċjali ma jurux l-

istampa sħiħa tal-virus. F’Awwissu, il-WHO qalet li nnumri ma kinux eżatti, peress li n-nies ma kinux qed jirrappurtaw il-mard u l-imwiet mill-Ebola. Margaret Chan qalet li l-kwalità tal-informazzjoni ssaħħet minn dak iż-żmien ’l hawn, iżda għad fadal ħafna xogħol xi jsir. Hi sostniet li fattur importanti biex il-virus ikun ikkontrollat hu l-assigurazzjoni li l-komunitajiet fehmu r-riperkussjonijiet talEbola. Id-direttur ġenerali talWHO qalet li timijiet li jmorru f’xi zoni għadhom qed jiġu attakkati minn komunitajiet imbeżżgħin. “Meta jaraw persuni libsin ‘qishom sejrin fl-ispazju’ ġejjin fil-villaġġ tagħhom biex jieħdu lill-maħbubin tagħhom li kienu mietu bl-Ebola, qed ikunu mwerwrin. Qed jaħbu lill-qraba morda tagħhom fid-djar, u qed jaħbu wkoll il-katavri.” “Dan hu estremament perikoluż biex il-marda tinfirex. Allura rridu nġibu l-komunità magħna sabiex niġġieldu l-marda tal-Ebola. Il-parteċipazzjoni talkomunità hi fattur kritiku ta’ suċċess għall-kontroll tal-Ebola. “Fil-mardiet kollha li l-WHO kienet kapaċi tikkontrolla b’suċċess – dak kien element ta’ suċċess u dan mhux qed iseħħ fissitwazzjoni tal-lum.”


www.maltarightnow.com

19

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

OPINJONI

L-anzjani fis-soċjetà minn Joseph Troisi, Direttur Università tat-Tielet Età

attendenza kbira għal-lezzjonijiet matul is-sena kollha tagħti indikazzjoni ċara tal-kwalità tal-programmi offruti kif ukoll tal-ħeġġa talmembri li jipparteċipaw.

Fil-passat, ħafna gvernijiet u aġenziji volontarji kienu aktar jagħtu kas kif se jipproteġu u jieħdu ħsieb lill-membri anzjani tassoċjetà. Ftit kienet issir enfasi fuq il-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni tal-anzjani fil-proċess taliżvilupp tal-pajjiż stess. Dan irriżulta biex l-anzjani kienu aktar jiddependu minn ħaddieħor u anke kienu jiġu mwarrbin.

Il-Pjan Internazzjonali ta’ Azzjoni fuq l-Anzjanità Biex dan ma jibqax iseħħ, trid issir bidla radikali billi nimxu minn perspettiva ta’ segregazzjoni għal strateġija ta’ parteċipazzjoni. IlPjan Internazzjonali ta’Azzjoni fuq l-Anzjanità ta’ Madrid tal-2002 jenfasizza li waqt li kull soċjetà għandha d-dmir li tgħin lill-persuni anzjani, trid ukoll tara li tibbenefika mir-riżorsi varji li huma jistgħu joffru. Fil-fatt, l-ewwel tliet Direzzjonijiet ta’ Prijorità tal-Pjan Internazzjonali ta’ Azzjoni ta’ Madrid huma dwar l-anzjani u liżvilupp. Artiklu 16 juri biċ-ċar li “l-anzjani għandhom jipparteċipaw fil-proċess ta’ żvilupp u anke jkollhom sehem mill-benefiċċji li dan jista’ jkollu”. Artiklu 19 jgħid “Lgħan ta’ soċjetà għal kulħadd huwa li l-anzjani jkollhom l-opportunità jkomplu jagħtu l-kontribut tagħhom fis-soċjetà”. Peress li ledukazzjoni hija bażi kruċjali għall-ħajja attiva u sodisfaċenti, Argument 4 tal-ewwel Direzzjoni ta’ Prijorità jittratta dwar lAĊĊESS GĦALL-GĦARFIEN, EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ. Lewwel Objettiv f’dan l-argument jittratta dwar ugwaljanza ta’ opportunitajiet matul il-ħajja rigward edukazzjoni kontinwa, taħriġ u taħriġ mill-ġdid kif ukoll gwida vokazzjonali u servizzi ta’ tfittxija għax-xogħol.

L-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Reġjonali L-istess ideat kienu enfasizzati fl-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Reġjonali li ħarġet f’Settembru tal-2002 mill-Konferenza Ministerjali tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa. Impenn 6 jittratta dwar il-promozzjoni ta’ tagħlim kontinwu matul il-ħajja u adattament tas-sistema edukattiva biex jintlaħqu l-kundizzjonijiet ekonomiċi, soċjali u demografiċi li qegħdin jinbidlu. L-edukazzjoni hija l-bażi kruċjali għall-ħajja attiva u sodisfaċenti. Fis-summit talMillennju ġie deċiż li għandu jiġi żgurat l-aċċess għal tagħlim kontinwu matul il-ħajja.

It-twaqqif tal-Università tat-Tielet Età Wieħed mill-aktar metodi effettivi ta’ parteċipazzjoni tal-anzjani fil-proċess ta’ żvilupp huwa ttwaqqif tal-Università tat-Tielet Età (U3E). Artiklu 47 tal-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Reġjonali talUNECE jgħid li “l-promozzjoni tal-edukazzjoni tal-adulti u l-anzjani għandha tkun rikonoxxuta bħala investiment produttiv, għax ... ittejjeb il-kwalità tal-ħajja u liżvilupp soċjali tal-anzjani”. “F’dan ir-rigward, ir-rwol ta’ istituzzjonijiet edukattivi għall-anzjani, bħall-Università tat-Tielet Età, għandu jkun rikonoxxut u appoġġjat aktar. F’numru ta’ pajjiżi, dawn kienu mezz importanti ta’ parteċipazzjoni u involviment tal-anzjani fis-soċjetà”.

L-għanijiet tal-U3E Ħafna drabi nassoċjaw l-edukazzjoni ma’ edukazzjoni formali. Blistess mod, meta nirreferu għalledukazzjoni u t-taħriġ fl-aspetti differenti tal-anzjanità, hemm riskju li nillimitawhom għal livelli għoljin ta’ speċjalizzazzjoni bħalma huma l-ġerjatrija u l-ġerontoloġija. Lgħanijiet tal-U3E huma differenti minn dawk ta’ istituzzjonijiet ta’ tagħlim oħra li jippreparaw liżżgħażagħ għall-ħajja u x-xogħol, jew li jerġgħu jħarrġu persuna ta’ mezza età f’nofs il-karriera. Dawn joffru impjieg b’salarju. L-għan talU3E huwa li jingħata għarfien fejn m’hemmx bżonn ta’ kwalifiki speċjali biex wieħed jingħaqad bħala membru u lanqas jiġu mogħtija ċertifikati. Għalhekk nirreferu għal min jattendi bħala membru u mhux bħala student. Persuni li għandhom ’il fuq minn 60 sena jistgħu jkunu membri.

Dawn jiġu minn diversi oqsma talħajja, bħal nies professjonali, għalliema, infermieri, nisa tad-dar, eċċ. Il-metodu użat huwa dak fejn ilparteċipanti jinvolvu ruħhom kompletament. Il-programmi tal-U3E huma eżempji ċari tal-frażi “millanzjani għall-anzjani”.

L-ewwel U3E L-ewwel U3E twaqqfet fl-1972 fl-Università tax-Xjenzi Soċjali f’Toulouse fi Franza, fuq l-inizjattiva tal-Professur Pierre Vellas. Lgħan tagħha kien biex titjieb ilkwalità ta’ ħajja tal-anzjani permezz ta’ edukazzjoni għall-adulti u riċerka f’kuntest ta’ università bilpotenzjal ta’ nies intellettwali u amministrattivi. Il-proġett kien wieħed ta’ suċċess. Numru ta’ universitajiet oħra fi Franza, il-Belġju, l-Iżvizzera, il-Polonja, l-Italja u lKanada għamlu l-istess. L-ewwel Universitajiet tat-Tielet Età ħadmu flimkien biex bnew relazzjoni ta’ ħbiberija kollaborattiva li wasslet biex fl-1975 inħolqot lAssoċjazzjoni Internazzjonali talUniversitajiet tat-Tielet Età. Filwaqt li l-U3E Franċiża kienet aktar fuq orjentazzjoni edukattiva, fir-Renju Unit, numru ta’ U3E kienu aktar fuq orjentazzjoni soċjali. Dawn ippermettew biex l-anzjani jiltaqgħu flimkien u jagħmlu ħbieb ġodda. Għan ieħor tal-U3E huwa li tgħallem kif wieħed għandu jgħix f’età avvanzata biex jibqa’ b’saħħtu, jaqdi lil ħaddieħor, jiżviluppa lilu nnifsu u jibqa’ attiv. L-Università tat-Tielet Età f’Malta Fit-23 ta’ Jannar 1993, l-Istitut tal-Ġerontoloġija, kif kien magħruf dak iż-żmien, waqqaf l-Università tat-Tielet Età f’Malta. L-ewwel koordinatur kien il-mibki Anthony M.

Schembri, li flimkien ma’ grupp ta’ voluntiera ddedikati, ħadmu ħafna biex għelbu l-problemi li sabu biex titwaqqaf organizzazzjoni bħal din. Kienu appoġġjati mill-Professur John Rizzo Naudi, l-ewwel Segretarju Parlamentari għall-Kura tal-Anzjani. Ir-rispons tal-pubbliku kien ta’ kuraġġ kbir b’numru sabiħ ta’ 190 membru. L-U3E f’Malta hija taħlita tal-mudelli Franċiżi u Ingliżi. B’hekk, l-U3E ta’ Malta rnexxielha toħloq l-aspett soċjali bis-saħħa tal-edukazzjoni, kif ukoll, l-aspett edukattiv bis-saħħa tal-attivitajiet kulturali u soċjali. Ilprogrammi tal-U3E huma ppjanati mhux biex jgħaddu l-informazzjoni biss imma wkoll biex ikunu ta’ sfida intellettwali u biex jippromwovu l-għarfien. 14,200 parteċipant fl-U3E Matul dawn l-aħħar wieħed u għoxrin sena, in-numru ta’ parteċipanti jammonta għal 14,200 membru. Kif mistenni, peress li l-anzjanità hija iktar fenomenu femminili, hemm iktar membri nisa milli rġiel. Barra minn hekk, lakbar numru ta’ membri komplew ikunu rappreżentati mill-gruppi ta’ bejn il-65-69 sena u s-70-74 sena. Iċ-ċentru prinċipali tal-U3E qiegħed l-Istitut Kattoliku filFurjana. Dan għandu tliet fergħat oħra, tnejn f’Malta u oħra f’Għawdex. Iż-żewġ fergħat f’Malta jinsabu fl-Iskola Sależjana ta’ St. Patrick f’Tas-Sliema u fiċĊentru tar-Riżorsi tal-Kottonera, fil-Birgu. Dik ta’ Għawdex tinsab fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum f’Għajnsielem. It-tielet fergħa f’Malta hija mistennija li tinfetaħ f’Ottubru fil-Mosta biex tkopri linħawi ta’ Burmarrad, Ħal Għargħur, il-Mosta u n-Naxxar. L-

L-aspett soċjali huwa ta’ importanza daqs l-aspett akkademiku Il-pjan tal-U3E huwa biex ilmembri jinvolvu ruħhom f’kull qasam. B’hekk l-aspett soċjali huwa ta’ importanza daqs l-aspett akkademiku. Il-membri tal-U3E għandhom l-Assoċjazzjoni tagħhom. Huma jħejju programm soċjali li jinvolvi żewġ ħarġiet kull xahar. Kull erba’ xhur joħorġu ġurnal li huwa editjat u organizzat mill-membri stess. L-U3E tinkoraġġixxi gruppi ta’interessi speċjali biex jitkomplew il-passatempi. Tmintax-il sena ilu, il-membri ffurmaw kor. Dan kien ta’ suċċess enormi. Il-kor tal-U3E ta numru ta’ kunċerti f’okkażjonijiet differenti f’diversi lokalitajiet. Grupp ta’ interess speċjali ieħor huwa lEdukazzjoni Fiżika u l-Line Dancing.

Miftuħa għal kull min għandu ‘l fuq minn sittin sena L-Università tat-Tielet Età hija miftuħa għal kull min għandu ’l fuq minn sittin sena. M’hemm bżonn tal-ebda kwalifika akkademika jew livell ta’ edukazzjoni partikulari. Hemm bżonn biss tax-xewqa li tiltaqa’ ma’ ħaddieħor u li tagħmel l-aħjar li tista’f’ħajtek. Dawn l-universitajiet tat-tielet età għandhom rwol importanti biex ikun hemm bidla fl-isterjotipi tal-anzjanità li huma ta’ ħsara mhux biss għallanzjani nfushom imma wkoll għassoċjetà stess. Matul dawn il-wieħed u għoxrin sena, l-U3E f’Malta u Għawdex għenet lil ħafna membri biex jiskopru għan ġdid f’ħajjithom. L-U3E uriet li hija eżempju ħaj tal-frażi “mill-anzjani għallanzjani”.

Konklużjoni L-anzjanità la hija problema u lanqas iġġib xi kriżi. Jarawha hekk dawk il-persuni li jħarsu lejn l-anzjani bħala sempliċi riċevituri. Ilproċess tal-iżvilupp, kif spjegat min-Nazzjonijiet Uniti, għandu jsaħħaħ id-dinjità umana u jassigura li jkun hemm ugwaljanza fittqassim tar-riżorsi tas-soċjetà, iddmirijiet u d-drittijiet bejn il-gruppi ta’ etajiet differenti. L-anzjanità tkun ta’ suċċess meta tingħata importanza kbira lid-dinjità personali tal-anzjan, li l-anzjan huwa parti mis-soċjetà u r-rispett lejn l-anzjan innifsu. Wieħed jista’ jirreġistra billi jinkiteb fl-uffiċċju tal-Furjana fl-Istitut Kattoliku bejn id-9 a.m. u l-11 a.m.


www.maltarightnow.com

20

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

ĊINEKRITIKA

Father Christmas (Jim Broadbent) jispiċċa arrestat f’Get Santa

GET SANTA

Meta Father Christmas spiċċa l-ħabs! Direzzjoni: Chris Smith; Ħin: 102 minuti; Ċert.: U; KRS

Wasal film ieħor maħdum espressivament għal dawn iljiem ta’ festi u għat-tfal. B’differenza minn oħrajn talMilied, dan jibda f’ħabs fejn aktar tard jispiċċa proprju Father Christmas! Il-parti tiegħu jerġa’ jaħdimha Jim Broadbent, li donnu sar sinonimu ma’ Santa Klaws, u anki leħnu silef lil dan il-karattru. Il-ħrafa hija oħra minn dawk fejn anki l-kbar, mhux it-tfal biss jibdew jemmnu li Father Christmas jgħix veru u li f’dawn il-jiem jittajjar bis-slitta jqassam ir-rigali! Nibdew bi Steve (Rafe Spall) li narawh ħiereġ mill-ħabs fejn skonta sentenza għax kien kompliċi f’serqa meta saq il-karozza użata. Issa hu jkun deċiż li jgħaddi aktar ħin ma’ ibnu Tom (Kit Connor) li kellu mill-eksmartu Alison (Jodie Whitaker), li issa jkollha maħbub ġdid. Imma jiġri li t-tifel isib raġel moħbi fir-remissa tal-ġnien li jsostni li kien San Klaws u li spiċċa hemmhekk meta s-slitta biċ-ċriev b’kollox ikkraxxjatlu. B’hekk, issa, ikun hemm ilperiklu li hu ma jilħaqx iqassam ir-rigali lit-tfal tad-dinja. Meta Klaws jipprova joħroġ

liċ-ċriev minn riserva, jiġi arrestat, għax naturalment ma jemmnuhx li kien Father Christmas. Issa, għalhekk, ikollu jkun Steve u ibnu li mhux biss joħroġ lil Klaws mill-ħabs, imma jsewwilu s-slitta. Iżda biex jagħmlu dan, iridu jġibu trab imsaħħar li jservi bħala fjuwil għaliha, li però dan jinsab fir-raħal ta’ Santa Klaws, Lapland. B’daqsxejn immaġinazzjoni fertili żżejjed it-tfajjel Tom jirnexxilu jsolvi enigma fi ktieb ta’ Klaws, biex permezz ta’ portal hu u missieru jivvjaġġaw lejn Lapland. Hemm, bl-għajnuna u permezz ta’ slitta oħra, jibdew il-vjaġġ lura lejn Londra … Get Santa hija produzzjoni lussuża b’biżżejjed umoriżmu, maġija u logħob li għandu jiddeverti liż-żgħar. Rafe Spall iżommok bħala Steve bir-relazzjoni tiegħu ma’ ibnu, l-attur ċkejken Kit Connor, li jipprometti, filwaqt li Broadbent iqaxxar ilparti mill-ġdid bħala Father Christmas. Għalkemm l-effetti speċjali mhumiex daqstant tal-għaġeb, xorta waħda għandhom jixegħlu l-immaġinazzjoni tal-aktar tfal ċkejknin, f’din il-ħrafa differenti mis-soltu dwar Father Christmas.


www.maltarightnow.com

ĊINEKRITIKA

minn Joe Calleja - jocal@me.com

Thorin (Richard Armitage) ma’ Elrond (Hugo Weaving) f’The Hobbit: The Battle of the Five Armies

THE HOBBIT: THE BATTLE OF THE FIVE ARMIES

Tmiem miżgħud b’azzjoni u spettaklu Direzzjoni: Peter Jackson; Ħin: 144 minuta; Ċert.: 12A; KRS

M’hemm l-ebda dubju li l-aktar ħaġa li se tispikka f’dan l-aħħar kapitlu tal-fantasija epika li J. R. R. Tolkien kiteb 77 sena ilu hija lazzjoni spettakolari li se tisboq ferm liż-żewġ films ta’ qablu. Filfatt, The Battle of the Five Armies bilkemm ma ‘jistonax' maġenb ilfilms ta’ qabel, l-aktar l-ewwel wieħed, An Unexpected Journey, li tant kienu ‘mdallma’. Imma jekk dawk it-tnejn iwasslu dak li wieħed jistenna, dan anki mill-istess trailers tkun taf eżatt x’se tara, bis-sekwenzi ta’ battalji sider ma’ sider bejn armati ta’ mijiet ta’ eluf ta’ suldati, mhux kollha umani. Apparti l-azzjoni u l-ispettaklu għall-maġġoranza tal-ispettaturi taċ-ċinema, vantaġġ ieħor ta’ dan il-film huwa l-ħin: Sagħtejn u 24 minuta – 20 minuta inqas mittul taż-żewġ predeċessuri tiegħu. The Battle of the Five Armies ikompli fejn ħalla Desolation of Smaug. B’hekk insibu li d-dragun qed javvanza lejn Laketown, fejn Thorin xejn ma jkun kalm fissala/kaxxaforti mixija bid-deheb, filwaqt li s-saħħar xwejjaħ Gandalf jinsab imdendel magħluq f’gaġġa jixxejjer maż-żiffa tal-ħerba talkastell ta’ Sauron. Imma ma ndumux ma nsibu ruħna f’ġenn ta’ proporzjonijiet grandjużi hekk kif Smaug jibda

jonfoħ sriep ta’ nar u jagħmel irmied oħra tal-belt, biċ-ċittadini jippruvaw jaħarbu din il-qilla tiegħu. Imma Bard the Bowman (Luke Evans) jirnexxilu jaħrab mill-ħabs u wara diversi tentattivi, bl-għajnuna ta’ ibnu jirnexxilu joqtol lid-dragun bi vleġġa kbira talħadid. Sadanittant Thorin (Richard Armitage) jinqabad fi kriżi minħabba l-ġenn tiegħu għaddeheb, u jinsa, għal mument, iddinjità u l-unur a la Braveheart. Intriċċ ieħor ikun dak ta’ Cate Blanchett, Christopher Lee u Hugo Weaving bħala tim ta’ eroj li jmorru biex jiddefendu li jerħulha biex jiddefendu lil Sauron, u hawn irreġista Jackson ikompli jixxala bleffetti speċjali. Mill-banda l-oħra, Bilbo Baggins (Martin Freeman) ma tantx ikollu x’jagħmel din id-darba. Fil-fatt jidher ċar li l-karattru ewlieni din id-darba huwa Thorin. Kollox ma’ kollox, dan hu tmiem xieraq għal din is-saga, u għal min tilef, jew ma jixba’ qatt jintilef f’din id-‘Dinja tan-Nofs’, il-KRS Releasing qed joħorġu wkoll iż-żewġ films ta’ qabel li qed jintwerew bejn illum u għada, filwaqt li The Battle of the Five Armies jibda jintwera nhar ilĠimgħa.

L-aqwa films f’Malta

1. 2. 3. 4. 5.

(Bejn it-3 u s-7 ta’ Diċembru – KRS)

(1) (2) (–) (–) (4) .

21

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

The Hunger Games: Mockingjay (Part 1) Paddington Penguins of Madagascar Horrible Bosses 2 The Imitation Game


www.maltarightnow.com

22

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

06:02 07:55 08:00 09:00 09:02 10:00 10:02 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:02 16:00 16:02 17:00 17:55 18:00 19:20 20:00

TV/RADJU

Radio 101 breakfast club Obituaries/angelus Radio 101 breakfast club (cont) News update Magazine 101 News update Magazine 101 (cont) Editorjal Club 101 Obituaries/angelus News bulletin The big show Hitsteria News update Hitsteria (cont) News update Hitsteria (cont) Newsdesk Obituaries News bulletin Lura d-dar News update

Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:05 - Austin & Ally 06:30 - Liv & Maddie 06:55 - A.N.T. Farm 07:20 Wizards of Waverly Place 07:45 Hannah Montana 08:10 - That’s So Raven 08:35 - Snow Buddies 10:15 Austin & Ally 10:40 – Jessie 11:05 I Didn’t Do It 11:30 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 11:55 - Liv & Maddie 12:20 - The Adventures of Disney Fairies 12:45 - Mickey Mouse 13:00 - Dog With a Blog 13:20 – Jessie 13:45 - Liv & Maddie 14:10 – Violetta 15:00 - I Didn’t Do It 15:25 Jessie 15:50 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 16:15 - Dog With a Blog 16:40 - Good Luck Charlie 17:05 - Liv & Maddie 17:30 – Violetta 18:20 - Dog With a Blog 18:45 - Jessie 19:10 - Hannah Montana 19:35 That’s So Raven 20:00 - The Suite Life on Deck 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 – Wolfblood 21:35 - Wolfblood 22:00 Violetta 22:45 - The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 - Art Attack 23:40 Jungle Junction 23:50 - Jungle Junction Nickelodeon 06:15 - The Penguins of Madagascar 06:40 - SpongeBob SquarePants 07:05 - SpongeBob SquarePants 07:30 - The Fairly OddParents 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 – Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 - Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 - iCarly 12:55 Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 Rocket Monkeys 15:55 - Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 – iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 The Fairly OddParents 19:15 SpongeBob SquarePants 19:40 – Victorious 20:05 - iCarly 20:30 SpongeBob SquarePants 20:55 Avatar: The Legend of Aang 21:20 Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar 22:35 - The Penguins of Madagascar 23:00 – iCarly 23:25 - iCarly 23:50 Victorious

Jim Jam 06:05 - Monkey See, Monkey Do 06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky & Friends 07:05 – Rubbadubbers 07:15 Gombby’s Green Island 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 - Noksu 07:45 – Jarmies 08:00 - Kipper 08:10 - Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 What’s The Big Idea? 08:30 - Gazoon 08:35 – Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 - Igloo-Gloo 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 - Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 - Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 - Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 - Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 What’s The Big Idea? 12:50 - Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 – Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 – Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 Noksu 15:15 – Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 – Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 - Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 Monkey See, Monkey Do 17:45 Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 - Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 My Animal Family 19:15 – Noksu 19:20 - Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 Dougie in Disguise 22:45 - Slim Pig

Malta Llejla – NET Television

Fl-assenza tal-Gagas illum, il-programm se jittratta s-suġġett tan-nisa fi sports li ssoltu nassoċjawhom mal-irġiel – bħal football, water polo u l-judo. Fil-bidu tal-programm jingħaqad magħna l-istilista taxxagħar Gordon Mayo. Logħob mat-telespettaturi permezz tat-telefon u Facebook, ħafna premjijiet x’jintrebħu u diversi affarijiet oħra fuq Malta Llejla, bi produzzjoni ta’ FMJ.

TVM 07:00 – TVAM 08:30 – Realtà 09:30 – Malta u lil hinn minna 11:00 – Valletta 12:00 - Aħbarijiet 12:10 – TVPM 15:00 – News 15:05 – Ħbieb u għedewwa 15:45 – Teleshopping 16:30 – Secret show 16:45 – Deadly art 17:00 - Secret show 17:15 – Me and my monsters 17:50 – Nisġa Maltija 18:00 – Aħbarijiet/sports/ rapport tattemp 18:15 – Crosscraft Teleshopping 18:45 – Dissett 20:00 – Aħbarijiet 20:50 – Katrina 21:50 – Headline news 21:55 – Paq Paq lifestyles 22:30 – Gadgets 23:00 – Aħbarijiet 23:20 – Ħbieb u Għedewwa. TVM 2 06:00 – Euronews 07:00 – News Loop 08:30 – TVAM 10:00 – Science exposed 11:00 – Kultema 11:15 – Luxdesign 12:30 – MEA 13:00 - Realtà 14:00 – Science exposed 15:00 – Ittriq/twelid 15:10 – TVPM 18:00 – Venere 18:30 – GFA roundup 19:00 – Pellikola 19:30 - 40 Sena Repubblika 20:30 - Aħbarijiet għal dawk neqsin mis-smigħ 21:00 – Europa League Napoli – Slovan Bratislavia 22:45 – Sports News 23:00 – Financial news 23:15 – News in English One 06:30 - ONE News 07:00 – One breakfast 09:00 – Siegħa żmien 10:00 – Telebejgħ 11:00 – S41 12:10 – Ieqaf 20 minuta 12:30 - ONE News 12:40 – Kalamita 16:20 – Żona sports 17:30 ONE News 17:40 – Aroma kitchen 18:45 – Interessi u investimenti 19:10 – Samsara 19:30 - ONE News 20:30 – Rifless 21:30 – Ilsien in-nisa 23:00 – Is-sess 23:30 - ONE News

Smash 07:40 - Erġa’ Lura 08:40 – Aħbarijiet 09:00 – Ħabbejtek 10:00 Fil-Kċina ma’ Farah (r) 10:50 - TSN Teleshopping 13:00 - A to Z Teleshopping 14:20 – Ma' Majsi 16:10 - Fil-Kċina ma’ Farah (r) 17:50 -

Foreign news 18:15 - Bingo 75 18:40 – Teleshopping 19:00 – Aħbarijiet 19:30 – Documentary 20:30 – IlParlament tal-poplu 21:30 – CNI 22:00 – Aħbarijiet 22:30 Motordrome.

Raiuno 06:45 – Unomattina per Telethon (jinkludi t-Tg 1 u r-rapport tat-temp) 10:00 – Storie vere 11:10 – A Conti fatti per Telethon 12:00 – La prova del cuoco – Speciale Telethon 13:30 – Telegiornale 14:00 - TG1 Economia 14:05 – Dolci dopo il tiggi 14:40 – Torto o ragione? 16:00 – La vita in diretta per telethon 16:30 - TG 1 18:50 - L'eredità 20:00 – Telegiornale 20:30 – Affari tuoi 21:10 – Carosello reloaded 21:15 – Che Dio ci aiuti 2 23:30 – Porta a porta 01:01 – TG1 Notte 01:40 – Sottovoce 02:10 – Rai Cultura. Raidue 07:05 – Army wives 08:30 – Il tocco di un angelo 10:00 - Tg2 Insieme 11:00 – I fatti vostri 13:00 - TG2 Giorno 13:30 – Costume e società 13:50 - Medicina 33 14:00 – Detto fatto 16:15 - Castle (TF) 17:00 – Supermax TV 17:45 – TG Parlamento 18:00 - TG Sport 18:20 - TG 2 Notizie 18:50 – NCIS los Angeles 19:40 – NCIS Unità anticrimine (TF) 20:30 TG2 20.30 21:00 – Impazienti 21:10 Virus 23:50 - TG 2 Notizie 00:05 – Obiettivo pianeta 01:00 – Hawaii five O. 01:50 – La piovra 5 fiction 03:20 – TG2 eat parade Raitre 08:00 - Agorà 10:00 – Mi manda raitre 11:00 – Elisir 12:00 – TG3 12:45 – Pane quotidiano 13:10 – Rai cultura 14:00 - TG Regione 14:18 - TG Regione Meteo 14:20 – TG3 14:50 – TGR Leonardo 15:05 – TGR Piazza 15:10 – Terra nostra 2 15:55 – Aspettando Geo 16:40 - Geo 19:00 – TG3 19:30 - TG Regione 19:53 - TG

Regione Meteo 20:00 – Blob 20:15 – Tre mogli per un papà 20:35 – Un posto al sole 21:05 – The grey. Film 2012 23:10 – The newsroom 24:00 – TG3 Linea notte 01:05 – Rai Parlamento 01:15 – Rai Cultura 01:45 - La Musica di Raitre 02:25 – Fuori Orario.

Canale 5 07:50 – Traffico - Borse e monete Meteo.It - Tg 5 08:45 – Mattino cinque 11:00 – Forum 13:00 – Tg 5 /meteo.It 13:40 – Beautiful 14:15 – Centrovetrine 14:45 – Uomini e donne 16:15 – Il segreto 17:00 – Pomeriggio cinque 18:45 – Avanti un altro! 20:00 – Tg 5 / Meteo.It 20:40 – Striscia la notizia 21:10 – Zelig 23:30 – Matrix 01:30 – Tg 5 / Rassegna / Meteo.It. 02:00 – Striscia la notizia. Italia 1 06:05 – I maghi di waverly 06:50 – Tutto in famiglia 07:15 – Mike & Molly 08:10 – Psych 10:05 - The closer 12:25 – Studio apert / Meteo.I 13:00 – Sport mediaset 14:05 – I Simpson 14:30 – Futurama 15:00 – Big bang theory 16:15 – Mom 16:45 – White collar 18:30 – Studio aperto / Meteo.It 19:20 – CSI: NY 20:20 – Europa League Napoli - Bratislava 23:05 – UEFA Euroap League – speciale 00:35 – L'alba dei morti viventi. Film 2004 02:35 – Sport Mediaset 03:00 – Studio aperto

Rete 4 07:10 – Hunter 08:05 – Cuore ribelle 2 09:30 – Carabinieri 7 10:45 – Ricette all'Italiana 12:00 – Un detective in corsia 13:00 – La signora in giallo 14:00 – Lo sportello di forum 15:35 – Hamburg distretto 21 16:35 – Ieri e oggi in tv speciale 17:00 – Non mandarmi fiori! Film 1964 18:55 – Tg 4 / Meteo.It 19:35 – Il segreto 20:30 – Tempesta d’amore 21:15 –Downtown Abbey 4 23:25 – L'età dell'innocenza. Film 1993 02:25 – Faccia da schiaffi. Film 1970 04:10 – Lucky Luke


www.maltarightnow.com

23

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

TV/RADJU

Go Stars 07:00 - The Armstrong Lie 09:00 - The Lost World: Jurassic Park 11:10 - Angels Sing 12:40 - Closed Circuit 14:15 – Smashed 15:35 Grown-Ups 2 17:20 - Hunt for Red October 19:30 - Worried About the Boy 21:00 - Special Forces :50 - A Very Harold & Kumar Christmas 00:30 - Shakespeare in Love 02:30 Worried About the Boy 04:10 Angels Sing 05:40 - Hunt for Red October 08:00 - CLOSE Melita more 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 - The Amazing Race 12:00 – Glee 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 - Rude Tube 14:15 - Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 - Dallas 17:15 - Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 Chicago Fire 19:45 – Suits 20:30 – Perception 21:15 - Supernatural 22:00 – Resurrection 23:00 - Game Of Thrones 00:00 - Chicago Fire 00:45 - The Mentalist 01:30 - Rude Tube 02:00 - Whitney

Mediaset Italia 06:55 - Avanti un altro! 07:45 – Sarabanda 08:30 - Pomeriggio cinque 09:55 - Mezzogiorno di cuoco 10:40 - Finchè c’è ditta c’è speranza 11:01 - Centovetrine 11:25 - Finchè c’è ditta c’è speranza 11:40 - Mattino cinque 13:20 Uomini e donne 14:25 - Vivere IV 14:50 - Avanti un altro! 15:40 Sarabanda 16:25 - Mezzogiorno di cuoco 17:10 - Forum 18:35 Centovetrine 19:00 – TG5 19:35 Cotto e mangiato: Il menù del giorno 19:45 – Carabinieri 20:30 Mattino cinque 22:10 - Uomini e donne 23:15 - Avanti un altro! BBC Entertainment 06:00 - Me Too! 06:20 - 3rd & Bird 06:30 – Bobinogs 06:40 Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 07:00 - Garth and Bev 07:10 - Me Too! 07:30 - 3rd & Bird 07:40 Bobinogs 07:50 - Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 08:15 - The

XIFT - Net Television

Weakest Link 09:00 - Absolutely Fabulous 09:30 - Rev. 10:00 – EastEnders 10:30 - Doctors 11:00 Little Dorrit 11:50 - Absolutely Fabulous 12:20 - The Weakest Link 13:05 – Rev. 13:35 - Keeping Up Appearances 14:05 – EastEnders 14:35 - Doctors 15:05 - Little Dorrit 15:55 - Absolutely Fabulous 16:25 - Rev. 16:55 - Keeping Up Appearances 17:25 - The Weakest Link 18:10 – EastEnders 18:40 Doctors 19:10 - Little Dorrit 20:00 - Only Fools and Horses... 20:30 Absolutely Fabulous 21:00 - Mad Dogs 21:50 – Bedlam 22:35 Hebburn 23:05 - King George & Queen Mary: The Royals Who Rescued the Monarchy TCM 06:25 - Robin and the 7 Hoods 08:25 - Rhapsody 10:20 - The Ballad of Cable Hogue 12:20 - Key Largo 14:00 - Skyjacked 15:40 Rio Bravo 18:00 - Never So Few 20:00 - Shaft in Africa 21:45 - The Man Who Came to Dinner 23:40 Shaft in Africa

MGM Channel 06:20 - The Passage 08:05 Golden Gate 09:35 - Cold Heaven 11:15 - Master of the World 12:55 The Killing 14:20 - Infinity 15:50 Unmasking the Idol 17:20 - Mr. Wonderful 19:00 - The Believer 20:40 - Betrayed 22:45 - Candyman II: Farewell to the Flesh Diva Universal 06:00 - Agatha Christie’s Poirot 06:55 - Law & Order 07:50 - Agatha Christie’s Poirot 09:40 - Great Women 09:50 - Kommissar Rex 10:50 - Agatha Christie’s Poirot 11:50 - Agatha Christie’s Poirot 13:43 Great Women 13:50 – JAG 14:50 Quincy, M.E. 15:50 - Agatha Christie’s Poirot 16:50 - Agatha Christie’s Poirot 18:45 - SMS 18:50 - Quincy, M.E. 19:50 - Agatha Christie’s Poirot 20:50 - Great Women 21:00 - Father Brown 22:00 - Father Brown 23:00 - Murder, She Wrote 23:53 - Murder, She Wrote DiscoveryChannel

06:00 - How It’s Made: Apple Juice; Cosmetics; Steel 06:25 Auction Kings: U-Boat Telescope; Helen Keller Letter 06:50 - Salvage Hunters 07:15 - Mega Builders: Tunnel Vision 08:10 - Born Survivor: Bear Grylls: Siberia, Part 2 09:05 Flying Wild Alaska: Guts and Glory 09:55 - Gold Divers: Bad Vibrations 10:50 - Dual Survival: Meltdown 11:40 - Wheeler Dealers: Jaguar Mark 2 12:35 - Futurescape With James Woods: I Know What You’re Thinking 13:30 - James May’s Man Lab 14:25 - Siberian Cut: Ice Gauntlet 15:20 - Siberian Cut: Belly Up 16:15 - Siberian Cut: Road From Hell 17:10 - The Liquidator: Size Matters 17:40 - Storage Hunters: Rednecks & Riches 18:05 - Auction Hunters: Voodoo Moola 18:35 Auction Kings 19:00 - How It’s Made: Pressed Glass; Pickup Truck Caps; Alpaca Yarn; Utility Knives 19:30 - How Do They Do It?: Duck Calls; Wasabi; Accordions 20:00 Baggage Battles: Florida 20:30 Baggage Battles: Vancouver 21:00 What’s in the Barn?: 100-Year-Old Harley 21:30 - Garage Gold: Proceed With Caution: Ammo and Artwork 22:00 - Container Wars: Boom or Bust 22:30 - Container Wars: Matt Attack 23:00 - Flip Men: The Stench 23:30 - Flip Men: Bloody Crime Scene

Discovery World 06:00 - Lake Escapes 06:25 Tattoo Hunter 07:15 - American Car Prospector 08:05 – Trashopolis 08:55 - Against the Odds 09:45 Battlefield Mysteries 10:35 - I’m Alive 11:25 - Inventions That Shook the World 12:15 - Tattoo Hunter 13:05 - American Car Prospector 13:55 - Mystery Cars 14:20 Mystery Cars 14:45 - Trashopolis 15:35 - Battlefield Mysteries 16:25 - I’m Alive 17:20 - Surviving the Cut 18:15 - Inventions That Shook the World 19:10 - Tattoo Hunter 20:05 - GT Racer 21:00 - Surviving the Cut 21:55 - Final 24 22:50 Great Crimes and Trials 23:15 Great Crimes and Trials 23:45 - GT Racer

Il-programm tal-lum il-Ħamis 11 ta' Diċembru 2014 il-programm Xift, se tiġi diskussa t-tema tal-isbuħija kif mara tista tagħmel il-make up aħjar dawn il-pariri se jingħataw grazzi lil Antonella Vella mill-Beauty Team. L-avukat Roberto Montalto b'aktar pariri legali, filwaqt li flimkien ma' Rachel Cini grazzi B4 Textiles, kif wieħed se jkollu ambjent isbaħ fid-dar tiegħu, u żgur ma jistax jonqos grazzi għall Baba Ganoush aktar riċetti Sirjani.

07:00 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 16:45 18:00 18:05 18:30 19:00 19:30 19:50 20:40 21:40 21:45 22:30 23:00

Net News Klinika Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Telebejgħ NET News Big Time Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika Newsfeed NET News Newsfeed Mitqlu Deheb NET News Mitqlu Deheb Indibate NET News

Sport fuq il-Cable

GO sports 1 07:00 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 6 - Roma v Manchester City 09:00 - Premier League World /17 LIVE 09:30 - PGA European Tour - Alfred Dunhill Championship - Day 1 (part 1) 11:30 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 Chelsea v Sporting Clube de Portugal LIVE 13:30 - PGA European Tour - Alfred Dunhill Championship - Day 1 (part 2) 16:30 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 - Matchnight Review 17:00 - Trans World Sport /1440 18:00 Ligue 1 - Round 17 - Evian TG v Olympique Lyonnais 20:00 - Premier League Legends - Sol Campbell LIVE 20:45 - European Rugby Challenge Cup Round 4 - Stade Francias Paris v Newcastle Falcons 22:45 - The Ligue 1 Show Round 18 23:15 - Premier League Match Pack - Week 18 23:45 - Vincennes Horseracing 02:00 - Ligue 1 - Round 17 - AS Saint-Etienne v SC Bastia 04:00 Premier League Monday Review - Week 17 05:00 - Serie A - Round 14 - Fiorentina v Juventus GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 09:30 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 6 - FC Porto v Shakhtar Donetsk 11:30 - Barclays Premier League - Week 17 - Manchester

City v Everton 13:30 - UEFA Champions League - Group Stage Matchday 6 - Bayern Munchen v CSKA Moskva 15:30 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 - AFC Ajax v APOEL FC 17:30 - Serie A Round 14 - Atalanta v Cesena 19:30 Premier League Match Pack - Week 18 20:00 - The Ligue 1 Show - Round 18 20:30 - PGA European Tour - Alfred Dunhill Championship - Day 1 01:30 Netbusters - Week 17 02:00 - Serie A Round 14 - Torino v Palermo 04:00 Trans World Sport /1440 05:00 - Barclays Premier League - Week 17 - Newcastle Utd v Chelsea GO sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 11:30 - UEFA Champions League Group Stage - Matchday 6 - FC Porto v Shakhtar Donetsk 13:30 - Barclays Premier League - Week 17 - Manchester City v Everton 15:30 - UEFA Champions League - Group Stage Matchday 6 - Bayern Munchen v CSKA Moskva 17:30 - UEFA Champions League - Group Stage - Matchday 6 - AFC Ajax v APOEL FC 19:30 - Serie A Round 14 - Atalanta v Cesena 21:30 Premier League Match Pack - Week 18 22:00 - The Ligue 1 Show - Round 18 22:30 - PGA European Tour - Alfred Dunhill Championship - Day 1


www.maltarightnow.com

24

TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

TISLIBA

Rapport tat-temp

UV INDEX

2

IT-TEMP Imsaħħab u bix-xita jew b'ħalbiet tax-xita li jkunu birragħad u qawwija kultant u possibilment bis-silġ f'xi nħawi li jsir ftit jew wisq imsaħħab b'xi ħalbiet tax-xita iżolat VIŻIBBILTÀ Tajba minbarra fix-xita IR-RIĦ Moderat għal ftit qawwi mill-Grigal li jdur mill-Majjistral it-Tramuntana. Bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad BAĦAR Qawwi li jsir moderat għal qawwi IMBATT Baxx għal moderat mill-Grigal li jsir baxx TEMPERATURA L-ogħla 15˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 24.2mm Xita mill-1 ta’ Settembru 186.9 IX-XEMX titla’ fis-07.02 u tinżel fil-16.48

Il-ħamest ijiem li ġejjin

IL-ĦAMIS L-ogħla 15˚C L-inqas 11˚C

2

UV

IL-ĠIMGĦA L-ogħla 18˚C L-inqas 11˚C

2

UV

IS-SIBT L-ogħla 18˚C L-inqas 11˚C

2

UV

IL-ĦADD L-ogħla 18˚C L-inqas 12˚C

2

UV

Temperaturi fi bliet barranin

Mimdudin:-

5. Aladdin kellu waħda maġika (5) 6. Metall irħis mill-Olanda? (5) 7. Kanzunetta bejn tnejn biss (5) 10. Il-lewn ta’ dak li jsir kiefer (5) 11. Ma baqax fuq u jidher li tg[akkes (5) 12. Imċaħħdin minn ftit papri u sitt Rumani? (5) 14. Kiel f’salt l-ikel (5) 16. Ftira tal-bajd (5) 17. Ma ħallejtx ġdid (5) 18. Ħotba mżerżqa li ssib qalb ir-ram Pawlu! (5)

Weqfin:1. Assenja bil-kolla ta’ taħt fuq (6) 2. Biddel id-direzzjoni (6) 3. Rejiet (6) 4. Ħanut tax-xorb u distanza twila jagħtuk issatal (6) 8. u 12. Imfantas, biċ-ċiera (11) 9. Preċiż (5) 12. Ara 8 13. Imbarazza lil xi ħadd bit-tir ta’ Rita? (6) 14. Issuttah bil-ġebel (6) 15. Fired tnejn waqt ġlieda (6)

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-bieraħ

Mimdudin:- 5. Appik; 6. Isqra; 7. Kulma; 10. Nitfa; 11. Maxat; 12. Feraq; 14. Torri; 16. Antik; 17. Sebaħ; 18. Karab. Weqfin:- 1. Daħħan; 2. Okkupa; 3. Mitmum; 4. Taħbit; 8. Xtara; 9. Bxara; 12. Fesfsu; 13. Qanżħa; 14. Twikka; 15. Inkubu

Sudoku

Qiegħed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru lkbir. Kull numru għandu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru żgħir ta’ tliet kaxxi bi tlieta. Soluzzjoni Sudoku

IT-TNEJN L-ogħla 19˚C L-inqas 13˚C

2

UV

It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienet: Malta 12˚C xita, Alġeri 14˚C imsaħħab, Amsterdam 9˚C ftit imsaħħab, Ateni 13˚C xita, Liżbona 13˚C sabiħ, Berlin 2˚ borra, Brussell 9˚C sabiħ, il-Kajr 22˚C xemxi, Dublin 6˚C sabiħ, Kopenħagen 5˚C xita, Frankfurt 2˚C xita, Milan 8˚C imsaħħab, Istanbul 8˚C imsaħħab, Londra 8˚C sabiħ, Madrid 10˚C xemxi, Moska -1˚C borra, Pariġi 9˚C imsaħħab, Barċellona 11˚C imsaħħab, Ruma 14˚C xemxi, Tel Aviv 23˚C xemxi, Tripli NA, Tuneż 15˚C imsaħħab, Vjenna 3˚C ftit imsaħħab, Zurich 3˚C imċajpar, Munich 1˚C xemxi, St. Petersburg 3˚C imsaħħab

Tagħrif

30 siegħa 'Fund Raising Marathon'

L-istudent tal-MCAST se jorganizza 30 siegħa ta' fund raising marathon b'riżq lIstrina. Din l-attività se tibda nhar is-Sibt 13 ta' Diċembru fl10 ta' filgħodu u tispiċċa lĦadd 14 ta' Diċembru fis6p.m. Waqt din l-attività se jkun hemm, mużika, ikel, divertiment fost oħrajn.

Kunċert bl-Orgni Se jsir Kunċert bl-Orgni filKnisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru 20014 fis-7.00 pm. Idoqq l-organista Żabbari Robert Buhagiar. Din l-attività qed tiġi organizzata millKunsill Ċiviku mal-Kappillan u l-Kleru. Kunċert minn Din l-Art Ħelwa Bħal kull sena, b'talba ġenerali, Din l-Arti Ħelwa għandhom pjaċir iħabbru l-kunċert tal-Milied, A Christmas Lullaby, minn Enkor. Dan se jsir nhar is-Sibt, 20 ta' Diċembru fis-7.30p.m. filKnisja tal-Vitorja, Pjazza De Valette, il-Belt Valletta. Donazzjoni ta' €10 tkun

apprezzata bħala kkontribut għall-ispejjeż għar-restawr ta' dan it-teżor nazzjonali. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 99637409 jew ibagħtu email: marioscib@gmail.com Party tal-Milied għat-tfal Il-Junior Club fi ħdan isSoċjetà Mużikali Madionna talĠilju tal-Imqabba se jorganizza l-party annwali tal-Milied għattfal Imqabbin. Dan se jsir nhar il-Ħadd 28 ta' Diċembru mid9.30 a.m. 'il quddiem fis-Sala tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Għal aktar informazzjoni u bookings ċemplu fuq 99275037 jew idħlu fuq is-sit www.talgilju.com.

Avviż Ninfurmaw il-pubbliku li nhar il-Ġimgħa 12 ta' Diċembru 2014, il-Kurja talArċisqof u l-Uffiċċji talCaritas, il-Furjana u t-Tribunal Ekklezjastiku, il-Belt Valletta, se jkunu magħluqa. L-isqfijiet, is-saċerdoti u l-impjegati lajċi tal-Kurja, tat-Tribunal Ekkleżjastiku u tal-Caritas se jattendu irtir fl-okkażjoni ta' żmien l-Avvent. L-uffiċċji talCaritas biss jerġgħu jiftħu fl-4 p.m.


www.maltarightnow.com

25

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

MADWARNA

‘Vuċi Waħda’ għall-quddiesa animata mit-tfal

Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal għadha kif nediet is-CD album, ‘Vuċi Waħda’ maħsub biex jagħti iktar ħajja lill-quddiesa animata mit-tfal. Joseph Pellicano, membru talKummissjoni, qal li matul dawn l-aħħar snin inħass il-bżonn li lquddiesa animata għat-tfal tingħata iktar ħajja biex it-tfal iħossuhom parti minn din iċ-ċelebrazzjoni. Iżda fost id-diffikultajiet li wieħed jista’ jsib hemm lgħażla tal-kant bil-Malti. Għalhekk il-Kummissjoni Djoċesana Tfal ħadmet fuq isCD album ‘Vuċi Waħda’, bilkant u mużika adattati għat-tfal li jistgħu jindaqqu u jitkantaw waqt il-quddiesa jew ċelebrazzjonijiet oħra. Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal kienet imwaqqfa millArċisqof Pawlu Cremona fl-2008 bil-għan li t-tfal ikollhom vuċi

fil-Knisja u biex il-Knisja tagħraf aspetti differenti tal-ħajja millenti tagħhom. Il-Kummissjoni trid tara li fil-Knisja u fis-soċjetà qed jingħata kas ta' dak li għandhom xi jgħidu t-tfal u li fil-Knisja t-tfal jagħtu sehemhom, u lKnisja tieħu parir dwar dak li se jsir għalihom. Il-Kummissjoni trid tgħaqqad lil dawk li jaħdmu mat-tfal u tgħin biex it-tfal jikbru b'valuri Nsara. Il-Kummissjoni se tara li f'kull parroċċa jkun hemm kummissjoni tfal li tara li permezz talKunsill magħmul mit-tfal jingħataw l-opportunità li jesprimu l-ħsibijiet tagħhom. IlKummissjoni tgħin lillKappillani biex it-tfal jieħdu sehem akbar fil-parroċċa u tagħmel riċerka dwar sitwazzjonijiet li t-tfal isibu ruħhom fihom. Trid ukoll issemma' leħinha f'isem it-tfal dwar suġġetti li

jolqtu lilhom u żżomm kuntatt ma’ għaqdiet fil-Knisja u fis-soċjetà li jieħdu interess fit-tfal. IlKummissjoni trid tara li ttagħlim li ħiereġ mill-Knisja jkun jista' jinftiehem mit-tfal u tressaq suġġerimenti lillArċisqof dwar x'għandu jsir filKnisja favur it-tfal. Kull ħidma u attività li ssir millKummissjoni Djoċesana Tfal issir mit-tfal għat-tfal. Huma t-tfal stess li joħolmu b’inizjattivi fejn bil-għajnuna tal-adulti jaħdmu biex dawn isiru realtà. IlKummissjoni hi magħmula minn Delegat għall-Arċisqof, tliet adulti oħra u rappreżentanza tat-tfal minn kull unità tal-parroċċi f'Malta. Il-kant tas-CD tkanta kollu mill-kor tat-tfal Jubilate li għandha d-Djoċesi taħt id-direzzjoni ta’ Carlos Vella u Donna Agius. Carlos Vella kiteb ukoll il-kliem

u l-mużika. Il-preparamenti għal din is-CD kienu ħafna. Minbarra sponsors li taw l-għajnuna tagħhom, it-tfal riedu li huma wkoll ikollhom sehem dirett fiha. Għalhekk saru attivitajiet ta’ fund raising f’diversi parroċċi u l-qligħ mar kollu għall-ispejjeż tas-CD. Is-CD album fih 17-il kanzunetta bil-Malti li jistgħu jindaqqu waqt il-quddiesa u hemm ukoll tracks strumentali. Is-CD se tintuża wkoll fl-iskejjel u fl-għaqdiet tat-tfal. IlKummissjoni qed taħdem biex tippubblika n-noti tal-kanzunetti biex ikunu jistgħu jindaqqu bilpjanu jew bil-kitarra. It-tnedija tas-CD saret waqt iċċelebrazzjoni għat-tfal li saret flokkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re. Din saret nhar is-Sibt 22 ta’ Novembru fis-Santwarju Ġesù Ħniena Divina, in-Naxxar fejn

kienet iċċelebrata quddiesa animata għat-tfal bis-sehem ta’ diversi kummissjonijiet u għaqdiet li jaħdmu mat-tfal fil-parroċċi u ndaqqu l-kanzunetti tas-CD. Il-quddiesa kienet ikkonċelebrata mill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona fejn kienet laħħar laqgħa tiegħu mat-tfal fuq livell djoċesan. Għal din il-quddiesa attendew numru kbir ta' tfal u ġenituri kif ukoll katekisti. Għal din iċ-ċelebrazzjoni kienu mistednin it-tfal kollha bilfamilji tagħhom u l-operaturi pastorali li jaħdmu mat-tfal. Is-CD album jista' jinxtara minn diversi ħwienet reliġjużi fosthom il-Librerija Preca, Emmaws u Radju Marija u ħwienet oħra. Aktar tagħrif jinkiseb minn fuq il-paġna ta' facebook Vuċi Waħda, jew ċemplu 7900 5037 jew 9984 6310.


www.maltarightnow.com

26

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

KLASSIFIKATI

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. AVVIŻI

Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Xogħlijiet GĦAL kull xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ bini, alterazzjonijiet ta’ bini, ftuħ ta’ ħitan bi travi talħadid, ftuħ ta’ bibien, twieqi, ħnejjiet, bdil ta’ soqfa tal-konkos, xorok, nirranġaw, induru fejn

ikun hemm ħsara fis-soqfa, gallarijiet, travi u xibka b’materjal apposta, qlugħ ta’ madum, kmamar tal-banju, tibjid, kisi, żebgħa, tikħil. Xogħol b’esperjenza kbira u xogħol fil-pront. Ċemplu 99602436. GĦALL-KIRI

L-Iklin GARAXX jew store 60 pied twil u 15-il pied wisa’, livell mat-triq, bil-parapett, toilet u bitħa. Ideali għal ħanut, hairdresser, eċċ. Ċemplu 99271803 jew 21446811. NIKRI

Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għal perjodu ta’ 4 snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655. JINĦTIEĠU

Ħaddiema GĦAL xogħol ta’ bini, pagi u kundizzjonijiet mill-aħjar. Ċemplu lil John fuq 99491029. Mastrudaxxa FUQ bażi full-time bis-sengħa u bl-esperjenza fuq kwalunkwe xogħol tal-injam. Ċemplu 79448262.


www.maltarightnow.com

27

Il-Ħamis 11 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

Possibbiltà ta’ rekord ieħor fil-Euromed Malta! IBBURDJAR

Wilfred Sultana Id-dinghy tat-tip ottimist huwa rikonoxxut bħala ‘one design’ li jinsaq minn baħri wieħed fejn baħħara ta’ taħt is-16-il sena biss huma eliġibbli li jikkontestaw f’din il- klassi. Din hi l-akbar klassi għat-tfal fid-Dinja u rikonoxxuta bħala Klassi internazzjonali ISAF. Il-Malta Young Sailors Club ilu jorganizza f’Diċembru lklassi Optimists EUROMED Malta Championship sa mill2004. L-edizzjoni tas-sena l-oħra attirat 138 parteċipant minn 8 pajjiżi. Dan l-avveniment hu organizzat bil-kooperazzjoni talKunsill Malti għall-iSport u lKunsill Lokali tal-Mellieħa u jsir taħt il-patronċinju talFederazzjoni Maltija talIbburdjar. Din is-sena l-15 Edizzjoni talOptimists Class EUROMED Malta Championship se ssir bejn id-19 u l-22 ta’ Diċembru filBajja tal-Mellieħa. Il-Kampjonat ta’ Malta huwa wkoll attrazzjoni għall-kompetituri tad-dinghies Laser fejn ilparteċipazzjoni ma tkunx kostretta b’limitu ta’ età. Ilparteċipanti se jinqasmu f’ħames kategoriji, jiġifieri l-Klassi Optimist Kadetti, l-Klassi Open, l-Klassi tan-Novizzi u żewġ

Il-Kampjonat Euromed ta’ Malta jġib flimkien baħrin żgħażagħ multinazzjonali li jtellqu għall-unur u għall-gost!

Klassijiet tad-dinghy Laser Radial u 4.7. Il-parteċipanti 120 baħri minn 9 pajjiżi - Ċipru, l-Irlanda, irRussja, Spanja, l-Italja, ir-Renju Unit, il-Greċja, ir-Rumanija u Malta. L-Irlanda, Spanja u lGreċja huma ġodda għall-avveniment Malti. Bla dubju din hi konkorrenza eċċellenti li tista’ tiżdied fl-aħħar jiem u jista’ anke jinqabeż irrekord tas-sena l-oħra. L-akbar

Dan l-aħħar l-Unjoni Ewropeja tal-Judo (EJU) stiednet 50 president li jirrappreżentaw lill-membri tagħha biex jattendu għas-66 Kungress ordinarju fil-kapitali Kroata Zagreb u li tmexxa mis-Segretarju Ġenerali tal-EJU Envic Galea. Iċ-ċelebrazzjonijiet li rrimarkaw il-50 anniversarju tal-Judo bħala sport Olimpiku fl-1964 f’Tokjo, laħqu lqofol b’serata Gala. Waqt din il-laqgħa, Patrick Hickey (xellug) membru onorarju tal-EJU u President tal-Kumitat Olimpiku Ewropew qal li sa minn meta kien teżorier tal-EJU ħadem bis-sħiħ biex jaċċerta li lJudo ma jitlifx postu mill-Olimpjadi

tliet kontinġenti barranin huma dawk minn Sqallija b’29 baħri, lIrlanda b’16 u r-Russja b’14-il parteċipant. Parteċipanta distinta din issena hi r-Rumena Ebru Bolat li f’Lulju f’Dublin ġiet dikjarata ċChampion tan-nisa tal-Optimist fl-Ewropa. Bolat se tkun fittielet parteċipazzjoni tagħha filEuromed li qatt ma rebbħet. Wara 14-il edizzjoni l-baħħara Maltin jinsabu fuq quddiem

b’ħames rebħiet, ir-Russi għandhom tlieta u l-Iżvediżi bi tnejn. Il-Gran Brittanja, l-Irlanda, lItalja u t-Turkija huma kollha irrappreżentati b’rebħa kull wieħed. Il-Malti Thomas Zammit Tabona hu l-uniku parteċipant li rebaħ il-Euromed f’żewġ okkażjonijiet - 2006 u 2007 - filwaqt li r-Russa Nikita Ushakov fl-2009 ta’ 11-il sena saret liżgħar parteċipant li rebħet ilKampjonat.

Bħas-soltu l-Kampjonat Euromed se jsit taħt il-ġurisdizzjoni ta’ bord ta’ ġurija internazzjonali. Luigi Bertini talFederazione Italiana Vela se jkun President tal-ġurija li se jkun megħjun minn Henry Sleutel (Olanda), Bojan Gale (Slovenja), Carol Heines (Gran Brittanja), Jovin Rausi u Godwin Zammit (Malta). Peter Dimech se jkun Principle Race Officer talKampjonat.

Pace u Grech jirbħu l-finali tar-Red Bull Kart Fight Malta

Lucas Pace u Nathan Grech se jirrappreżentaw lil Malta filfinali tad-Dinja tar-Red Bull Kart Fight fl-Awstrija. Għall-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Red Bull Kart Fight Malta ħadu sehem aktar minn 600 sewwieq fis-sessjonijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru fil-Badger Karting matul ix-xahrejn li għaddew, bl-aktar sewwieqa veloċi jieħdu sehem fil-finali li saret fis6 ta’ Diċembru. Il-finali kienet avveniment li wera talent u karting mill-aqwa. Lucas Pace rebaħ il-kategorija tal-kbar u temm quddiem Jake Said li spiċċa fit-tieni post waqt li Clayton Laus daħal fit-tielet post. Fil-kategorija taż-żgħar, Nathan Grech rebaħ it-tellieqa wara sfida ma’ Jon Said li spiċċa t-tieni post. Ryan Borg temm fittielet post. “Kont verament ħerqan għal finali u lanqas nista’ nemmen li rbaħt,” qal Lucas Pace wara r-

Ir-rebbieħa tar-Red Bull Kart Fight Malta (ritratt: Andrea Urso)

rebħa. “It-tellieqa kienet waħda mill-isbaħ u kuntent ħafna li se nirrapreżenta lil Malta flAwstrija. Tistgħu tibqgħu żguri li se nagħmel dak kollu li nista’ biex nirbaħ.”

Nathan Grech ukoll kien kuntent bir-riżultat. “Naf li hu diffiċli li żagħżugħ jikkompeti f’avveniment daqshekk kbir iżda se nipprova nagħmel l-almu tiegħi.”


www.maltarightnow.com

28

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

Nadur iżommu l-vantaġġ u Xewkija jirbħu fl-aħħar FUTBOL F’GĦAWDEX - L-EWWEL DIVIŻJONI

Nadur Y. ..................................3 St Lawrence S. ........................0 Nadur Youngsters kisbu rebħa mportanti u mhux biss kisbu double fuq St Lawrence Spurs, iżda żammew it-tliet punti vantaġġ fuq ir-rivali Xewkija Tigers. Kienet rebħa li mmaturat b’gowl fl-ewwel taqsima u mbagħad doppjetta ta’ Joseph Vella lejn ittmiem ssiġillat dan is-suċċess. Nadur ħarġu jattakkaw u fis16-il minuta minn kross ta’ Joseph Vella, CLAUDIO ANTUNES ma falliex b’xutt filbaxx. Mal-45 minuta Grima salva mal-art ix-xutt angulat ta’ Claudio Antunes. Wara l-intervall minkejja li Nadur komplew jamministraw, mal-hin iżda St Lawrence bdew ikunu wkoll xi ftit iktar avventuruzi. Fir-raba’ minuta xutt ta’ Antunes kien imxellef mid-difiża biex Grima mbagħad salva bla wisq diffikulta. Mbagħad bosta logħob żvolġa f’nofs pitch sakemm fit-32 minuta f’risposta ta’ St Lawrence konklużjoni birras ta’ Lawrence Grima kienet idawra b’diffikultà għal korner mill-gowlkiper Naduri. Fil-41 minuta Nadur irduppjaw b’xutt angulat mill-isbaħ ta’ JOSEPH VELLA wara li kien ħarab fuq ix-xellug. Żewġ minuti wara listess VELLA kiseb doppjetta personali meta wara pass ta’ Antunes irnexxielu jitfa’ firrokna minkejja l-attentatt ta’ Joseph Grima li jsalva. Nadur Youngsters: M. Grima, J. Buttigieg, F. Camilleri, C. Mercieca, S. Attard, C. Debono, J. Vella, M. Stojanovic, C. Antunes, J. Grima (M. Hyzler), C. Hili. St. Lawrence S: J. Grima, J. Micallef, W. Barbosa, C. Cauchi, L. Buttigieg, J. Thewma (S. Cauchi), M. Vella, L. Grima, D. Micallef, S. Mizzi, M. Uzur. Referee: Jules Ngangue

Sannat Lions...........................0 Xewkija T. ..............................1 Xewkija Tigers b’gowl żewġ minuti mit-tmien kisbu rebħa ferm importanti biex żammew ilpass mal-liders Nadur. Kienet rebħa meritata li pero rriżultat ferm sofferta u bdew isibuha ferm diffiċli jinfdu lid-difiża organizzata tal-Lions. Madankollu il-kontinwazzjoni tal-attakki tagħhom ippremjathom bil-gowl tar-rebħa u b’hekk it-Tigers kisbu double fuq lavversarji. Sannat min-naħa tagħhom urew pjan difensiv kontra l-qawwa tal-avversarji, liema tattika għal ftit ma tathomx punt minn konfront ferm delikat. Xewkija ħarġu fuq l-attakk bi frikik ta’ Bogdanovic salvat malart minn Brignoli. Fit-32 minuta Xewkija nsidjużi b’xutt ta’ Mercieca salvat minn Brignoli. Fis-37 minuta kien Akande Williams li evita gowl ċert meta kklerja x-xutt ta’ Dene Shields. Ħames minuti fit-tieni taqsima Bugeja falla bi ftit u fis-27 minuta Xewkija kellhom gowl tassostitut Chris Camilleri mħassar għal offside. Fis-37 minuta minn kross ta’ Bogdanovic, Dene Shields kien sfortunat li d-daqqa ta’ ras tiegħu ħabtet darbtejn malmimduda. Xewkija komplew blassedju tagħhom u fit-43 minuta kisbu l-gowl tar-rebħa b’xutt għar-rokna ta’ DENE SHIELDS wara kross ta’ Cefai. Sannat Lions FC: A. Brignoli, J. Buttigieg, P. Camilleri, L. Pisani, A. Williams, N. Micallef (E. Gauci), L. Attard, C. Azzopardi, F. De Andrade (D. Borg (I. Manpaloa), E. Nwankwo, M. Muscat. Xewkija Tigers FC: A. Parnis, J. Cefai, P. Buttigieg (J. Vella), D. Sakic, G. Hili, K. Mercieca, C. Bugeja, D. Bogdanovic, J. Camilleri, J. M. Vella (C. Camilleri), D. Shields. Referee: Esther Azzopardi

Dan l-aħħar f’Lisbona filPortugall, saret l-Assembleja Ġenerali tal-Logħob tal-Fisec li matulha ngħatat ħarsa lejn illogħob tas-sajf li għadda, li saru fi Vjenna fl-Awstrija. Wara din lanaliżi saret diskussjoni dwar illogħob tas-sena dieħla li se jsiru Malta. Wara preżentazzjoni dwar pajjiżna, il-Kumitat internazzjonali laqa’ t-talba ta’ Bro Martin

Borg biex Malta terġa’ torganizza dan il-logħob. Finalment is-segretarja internazzjonali tal-Bureau Carmen Carabott sejħet lil Bro Martin f’isem Malta kif ukoll lilllPresident tal-Fisec, l-Olandiża Lies Jennsen biex jiffirmaw ilftehim. B’hekk għal darb’oħra illogħob għaż-żgħażagħ ta’ taħt 17-il sena se jerġa’ jsir f’pajjiżna f’Lulju tas-sena d-dieħla.

Il-logħob tal-FISEC se jerġa’ jsir f’Malta

Bogdanovic ikollu xutt mill-viċin salvat minn Brignoli

Żebbuġ jinqalgħu mill-aħħar IT-TIENI DIVIŻJONI

Qala Saints...............................1 Żebbuġ R. ................................3 Żebbuġ Rovers kisbu double fuq Qala Saints u nqalgħu millaħħar post tal-klassifika u laħqu wkoll lill-istess avversarji filpost ta’ qabel tal-aħħar. Kienet rebħa meritata għar-Rovers li bħala protagonista għalihom spiċċa Matthion Formosa li skorja doppjetta. Qala min-naħa l-oħra sfaw sorpriżi mill-grinta tal-avversraji minkejja li momentanjament kienu kisbu d-draw. Żebbuġ Rovers fetħu fuq lattakk u wara 9 minuti fetħu liskor b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ MATTHION FORMOSA wara azzjoni ta’ frikik ta’ Alex Tramboo. Żebbuġ baqgħu l-aħjar madankollu fis-16-il minuta kienu s-Saints li tilfu ċans tajjeb meta Shaun Muscat wara li anke dar mal-gowlkiper Saliba, nkredibbilment xeħet barra minn qagħda ferm tajba. Huma baqgħu jipprovaw u fis27 minuta nagħtaw penalty wara fawl tal-gowlkiper Baskal Saliba fuq Shaun Muscat u mill-11-il metru MANWEL BUTTIGIEG kiseb id-draw. Żebbuġ wieġbu minuta wara bi frikik ta’ Manwel Cordina li għadda ftit barra. Fl-għaxar minuta kien MATTHION FORMOSA li b’xutt ieħor minn barra l-kaxxa ssorprenda lill-gowlkiper Buttigieg u reġa’ poġġa liż-Żebbuġin fuq quddiem. Żewġ minuti fuq il-ħin Qala

tkeċċielhom l-istess Alan Cini wara li xeħet ballun lill-avversarju. Erba’ minuti fuq il-ħin Żebbuġ issiġillaw ir-rebħa meta minn pass ta’ Formosa, SAMWEL MUSCAT illobbja minn fuq Buttigieg. Qala Saints FC: F. Buttigieg, M. Cefai, J. Rapa, M. Buttigieg, N. Portelli, D. Cutajar (S. Spiteri), A. Cini, J. Attard (M. Scerri), D. Portelli, S. Muscat, J. Galea. Żebbuġ Rovers: B. Saliba, A. Tramboo, A. Zammit, M. Formosa, P. Cardona, M. Cordina, J. P. Saliba, G. Portelli (P. Frendo), O. Saliba (F. Cassar), W. Cassar, S. Muscat. Referee: Lorry Sammut

Munxar isaħħu it-tieni post Għarb Rangers........................1 Munxar Falcons.......................2 Munxar Falcons għamlu double fuq Għarb Rangers meta reġgħu għelbuhom bl-istess skor biex żammew il-pass mal-liders Għajnsielem. Kienet rebħa mportanti għal Falcons u issa d-distakk mal-Blacks huwa ta’ sitt punti. Għarb reġgħu fallew u issa ntlaħqu minn żewġ timijiet oħra fit-tielet post tal-klassifika. Wara kwarta logħob Għarb kienu sfortunati meta Stephen Apap għadda mid-difiża bix-xutt tiegħu jispiċċa ma’ sieq il-lasta bil-gowlkiper mgħelub. Fil-35 minuta Munxar skorjaw b’xutt fil-baxx ta’ FRANK PAUL

AZZOPARDI wara pass ta’ Orlando Atzori. Fl-14-il minuta tat-tieni taqsima Għarb spiċċaw bi plejer inqas meta tkeċċielhom Josef Portelli wara li kien muri t-tieni karta safra. Fid-19-il minuta Vella salva għal korner ix-xutt minn barra lkaxxa ta’ Christian Attard. Mannofs siegħa Munxar irduppjaw meta xutt tas-sostitut Peter Paul Spiteri kien salvat parzjalment minn Daniel Spiteri u approfitta STEFAN AZZOPARDI li xeħet f’lasti vojta. Fl-34 minuta Għarb naqqsu liskor b’xutt angulat ta’ FRANK ATTARD. Sitt minuti wara l-istess Attard viċin id-draw b’xutt fil-baxx li kien salvat ferm tajjeb minn George Vella. Fuq in-naħa l-oħra fl-40 minuta s-sostitut Mario Azzopardi għadda tajjeb iżda Spiteri ħareġ imblokkalu. Minuta wara l-istess Spiteri salva x-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Farrugia. Għarb Rangers FC: D. Spiteri, C. Attard (J. Muscat), M. Grech, C. Gafa, R. Vella, C. Attard, N.Borg, J. Portelli, J. Azzopardi, F. Attard, S. Apap (D. Muscat). Munxar Falcons FC: G. Vella, R. Meilak, M. Pace, D. Borg (A. Vella), P. Parnis, M. Grech, P. Falzon, S. Farrugia, A. Sacco (M. Azzopardi), F. P. Azzopardi, O. Atzori (P. P. Azzopardi) Referee: Emmanuel Grech


www.maltarightnow.com

SPORT

Ħajja jew mewt għall-holders Seville EUROPA LEAGUE

Ir-round finali tal-logħob millgruppi ta’ kwalifikazzjoni talEuropa League jintlagħab illum u jiddeċiedi t-32 klabb li se jikkontestaw il-fażi li jmiss ta’din il-kompetizzjoni. Il-programm jagħlaq iddiskors dwar ‘l-aħħar għaxra’ li jingħaqdu mat-22 klabb li kkwalifikaw diġà, b’Seville, il-holders, isiru jafu d-destin tagħhom ladarba jikkonfrontaw lill-Kroati ta’ Rijeka minn Grupp Ġ. Il-klabb Spanjol jinsab it-tieni fil-grupp bi tmien punti, wieħed aktar minn Rijeka, b’talaħħar jafu li jridu bilfors rebħa biex javvanzaw. Rebħa għall-Kroati fis-Stadio Ramon Sanchez Pizjuan tfisser kwalifikazzjoni awtomatika peress li jkunu qabżu lill-istess rivali talLa Liga, b’Rijeka, f’dan il-każ jistgħu anki jikkwalifikaw bħala rebbieħa ta’ Grupp Ġ f’każ li Feyenoord jitilfu għandu Standard Liege. Filwaqt li dan hu konfront ta’ ‘ħajja jew mewt’, riżultat ta’ draw hu wkoll tajjeb għal Seville, peress li Feyenoord, il-liders ta’ Grupp Ġ, huma diġà ċerti mill-kwalifikazzjoni. Seville, li fl-istaġun li għadda għelbu lil Benfica bil-penalties filfinali tal-Europa League, salvaw draw, 2-2, ma’ Rijeka fil-konfront ta’ Ottubru fil-Kroazja.

29

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

f’każ ta’ telfa jistgħu jinqabżu mill-istess avversarji Żvizzeri kif ukoll minn Villareal, li għada jeħtieġu jegħlbu lil Apollon Limassol f’Ċipru. Intant, is-sitwazzjoni fi Grupp B hi prattikament l-istess, bil-liders Club Brugge tal-Belġju jilqgħu lil HJK Helsinki waqt li Torino, tasSerie A, jikkonfrontaw lil Copenhagen fid-Danimarka. Club Brugge jikkwalifikaw mill-grupp b’rebħa jew bi draw inkella f’każ li t-Toro jitilfu ma’ Copenhagen. Torino, imbagħad, jgħaddu għar-round li jmiss b’rebħa jew f’każ li Helsinki ma jegħlbux lill-Belġjani. F’każ li Torino jispiċċaw draw u Helsinki jirbħu, it-Taljani jinqalgħu f’każ li d-differenza tal-gowls ma tkunx superjuri għal ta’ Club Brugge. Intant, rebħa għal Torino fil-logħba finali tfisser li Helsinki huma eliminati anki jekk joħorġu mill-Belġju bit-tliet punti.

Sevilla jridu bilfors jevitaw telfa biex jaspiraw li jżommu t-titlu

M’għandux dubju Intant, il-kowċ tal-Los Rojiblancos, Unai Emery, m’għandu l-ebda dubju dwar l-importanza tal-logħba, iżda Seville jistgħu jieħdu kuraġġ mill-fatt li Rijeka m’għandhomx xi rekord tajjeb barra l-Kroazja u meta ilhom ma jirbħu ‘away’ ħames darbiet flEuropa League. Grupp A wkoll għadu indeċiż, bi tliet klabbs jinsabu f’taqtigħa diretta għall-kwalifikazzjoni. Il-liders, Borussia Moenchengladbach, li jilqgħu lil FC Zurich fil-Ġermanja, ukoll m’humiex matematikament ċerti mill-kwalifikazzjoni u meta

Jirbħu l-grupp Min-naħa tagħhom, Tottenham Hotspur jistgħu jikkwalifikaw bħala rebbieħa ta’ Grupp Ċ b’rebħa fit-Turkija kontra Besiktas, it-tieni fil-grupp. Il-logħba l-oħra hi bejn Partizan u Asteras Tripolis, li qed itemmu kull interess f’din il-kompetizzjoni. Fi Grupp D, Salzburg (ir-rebbieħa) u Celtic huma diġà kwalifikati waqt li fi Grupp E, Dinamo Moscow imorru fl-Olanda fejn se jippruvaw jagħlqu l-impenji b’rekord perfett wara li rebħu ħamsa minn ħamsa. Huma se jikkonfrontaw lil PSV Eindhoven li wkoll ikkwalifikaw bħala runnersup tal-grupp. Fi Grupp F, Qarabag għandhom ċans li jikkwalifikaw fl-ewwel avventura f’din il-fażi, u jridu jiksbu l-istess riżultat bħal St Etienne. Iż-żewġ klabbs jinsabu fuq ħames punti wara l-liders, Inter, bilFranċiżi jiksbu ħames draws millħames impenji tal-grupp.

Qarabag, li jilagħbu kontra Inter fl-Azerbaijan għandhom vantaġġ fuq St Etienne fil-konfronti diretti, bil-Les Verts jikkonfrontaw lil Dnipro Dnipropetrovsk fl-Ukrajna. Everton, ir-rebbieħa ta’ Grupp H, jilqgħu lil Krasnodar f’Goodison Park waqt li Lille, klabb ieħor minn Franza, għandhom ċans żgħir li jikkwalifikaw f’każ li jegħlbu lil Wolfsburg, bil-Ġermaniżi jridu draw minn dan il-konfont. Fi Grupp I, Napoli, li jilagħbu fis-Stadio San Paolo kontra Slovan Bratislava, huma diġà kwalifikati u jistgħu jirbħu l-grupp anki bi draw. Fil-logħba l-oħra, Sparta Prague jilagħbu kontra Young Boys flIżvizzera, biċ-Ċeki jeħtieġu draw biex javvanzaw u meta xejn anqas minn rebħa ma tgħodd għall-avversarji. Dinamo Kiev huma kwalifikati minn Grupp J u jilagħbu kontra Steaua Bucharest fir-Rumanija. Steaua jikkwalifikaw b’rebħa, iżda r-Rumeni jisfaw eliminati f’każ li Aalborg jegħlbu lil Rio Ave filPortugall. Intant, Fiorentina huma diġà kkonfermati bħala rebbieħa ta’ Grupp K, bil-konfront ta’ għada bejn PAOK u Guingamp jiddeċiedi

Iċ-Champions tad-Dinja lĠermanja se jkunu qed jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra lAwstralja f’Marzu tas-sena ddieħla. L-FA Awstraljana kkonfermat dan fi stqarrija fejn qalet li t-tim ta’ Joachim Loew se jkun qed jilqa’ lill-Awstralja fil-FritzWalter-Stadion f’Kaiserslautern fil-25 ta’ Marzu. Din se tkun partita importanti għall-preparazzjoni tal-Awstralja

fil-kwalifiki tat-Tazza tad-Dinja tal-2018. “Il-logħba f’Kaiserslautern hi l-idejali biex nippreparaw għallpartiti diffiċli ta’ kwalifikazzjoni,” qal il-kowċ tal-Awstralja Ange Postecoglu. Għall-Ġermanja, li rebħu tlieta mill-erba’ konfronti kontra lAwstralja, l-logħba se tasal erbat’ijiem qabel jiltaqgħu kontra Georgia fil-kwalifikazzjoni tal-Euro 2016.

Imħallef fl-Afrika t’Isfel ikkonkludiet li l-prosekuturi jistgħu jappellaw mis-sentenza ta’ ‘ħati ta’ qtil’ li ngħata l-atleta Paralimpiku Oscar Pistorius. L-atleta mingħajr saqajn kien intbagħat ħames snin ħabs f’Ottubru talli spara u qatel lillgħarusa Reeva Steenkamp fiddar tiegħu is-sena l-oħra. Il-prosekuturi qed ifittxu li Pistroius ikun akkużat bi qtil volontarju u issa l-każ se jmur quddiem il-

t-tieni tim li jikkwalifika matTaljani. Fi Grupp L, Legia Warsaw jilqgħu lil Trabzonspor, biż-żewġ timijiet huma diġà kwalifikati, u meta l-Pollakki jridu biss draw biex jirbħu dan il-grupp.

Il-programm

Grupp A A. Limassol v Villarreal 19:00 B. M’gladbach vZurich 19:00 Grupp B Club Brugge v HJK 19:00 FC Copenhagen v Torino 19:00 Grupp C Besiktas v Tottenham H. 19:00 P. Belgrad v A Tripolis 19:00 Grupp D Dinamo Zagreb v Celtic 19:00 Salzburg v Astra Giurgiu 19:00 Grupp E PSV v D. Moscow 19:00 Panathinaikos v Estoril 19:00 Grupp F Dnipro v St Etienne 18:00 Qarabag v Inter 18:00 Grupp G Sevilla v Rijeka 21:05 S Liege v Feyenoord 21:05 Grupp H Everton v FC Krasnodar 21:05 Lille v Wolfsburg 21:05 Grupp I Napoli v S. Bratislava 21:05 Young Boys v S Prague 21:05 Grupp J Rio Ave v AaB 21:05 S. Bucharest v D. Kiev 21:05 Grupp K Fiorentina v D. Minsk 21:05 PAOK v Guingamp 21:05 Grupp L L. Warszaw v Trabzonspor 21:05 Metalist K v Lokeren 21:05

Roma jikkonfermaw il-parteċipazzjoni CHAMPIONS CUP

AS Roma tas-Serie A hu ttielet u l-aħħar tim li se jkun qed jilgħab fiċ-Champions Cup Internazzjonali fl-MCG. Roma, li bħalissa jinsabu ttieni fis-Serie A se jkunu qed jingħaqdu maċ-Champions Ewropej Real Madrid u r-rebbieħa tal-Prermier League Manchester City f’turnament li se jintlagħab bejn it-28 u l-24 ta’ Lulju. Rapport fil-Herald Sun ilbieraħ żvela li Roma aktarx jagħtu bidu għat-turnament kontra Real Madrid fit-18 ta’ Lulju u tliet ijiejm wara

jilagħbu kontra Manchester City qabel ma t-tim ta’ Manuel Pellegrini jilgħab kontra Real fl-aħħar jum tat-turnament fl24 ta’ Lulju. Hu mifhum li l-organizzaturi, Nine Live u TLA Worldwide, iffirmaw ftehim ta’ erba’ snin biex jorganizzaw l-ICC flAwstralja. Dan ifisser li fis-snin li ġejjin, klabbs bħal Barcelona, Manchester United, Chelsea, Liverpool, Bayern Munich, Juventus, AC Milan, Paris Saint Germain u Arsenal, imorru jilagħbu fl-Awstralja.

Qorti Suprema tal-Appell. Huma qed jargumentaw li lImħallef Thokozile Masipa interpretat ħażin il-liġi meta ddeċidiet li Pistorius ma kellux l-intenzjoni li jispara lil Steenkamp. L-Imħallef Masipa ħabbret iddeċiżjoni fil-Qorti ta’ Pretoria, lErbgħa. “Ma nistax ngħid li lprospetti ta’ suċċess fil-Qorti Suprema tal-Appell huma remoti. Għalhekk it-talba fil-każ tal-ewwel kap ta’ akkuża hi

deċiża favur l-applikant,” qalet lImħallef Masipa. Il-prosekuturi kienu talbu għal massimu ta’ 15-il sena għal ħtija ta’ qtil u Pistorius qed iservi sentenza ta’ ħames snin ħabs flinfermerija tal-ħabs Kgosi Mampuru fi Pretoria. Huwa kien spara u qatel lil Steenkamp fiddar tiegħu meta qal li ħasibha ħalliel. Hu mifhum li l-appell mistenni li jinstema s-sena d-dieħla.

IL-KAŻ TA’ PISTORIUS Il-Ġermanja se tilgħab mal-Awstralja L-Imħallef taċċetta li jappellaw


www.maltarightnow.com

30

il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

Ma konniex tajbin biżżejjed – Brendan Rodgers (manager Liverpool) CHAMPIONS LEAGUE

Il-manager ta’ Liverpool Brendan Rodgers ammetta li t-tim ma kienx tajjeb biżżejjed wara li ġie eliminat mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League. Ir-Reds waqgħu fl-Europa League wara draw 1-1 kontra Basel f’Anfield biex kienu l-Iżvizzeri li avanzaw. “Irridu nkunu aħjar fil-prestazzjonijiet tagħna. Matul din ilkwalifikazzjonijiet ma konniex tajjeb biżżejjed. Kien hemm diżappunt imma issa rridu nissieltu għall-kumplament tal-istaġun. Ma nistgħux insibu skużi,” qal Rodgers. “Kellna ħafna partiti fejn stajna ġibna punti biżżejjed imma llogħba deċiżiva kienet dik għand Basel fejn iddiżappuntajna u tlifna. Jekk jimmeritak li tgħaddi, tikseb il-punti. Ridna nikkwalifikaw imma ma konniex tajjeb biżżejjed. Madankollu tridu tiftakru minn fejn bdejna. Għamilna triq twila f’perjodu qasir.” Rodgers ammetta wkoll li se jkun hemm analiżi bir-reqqa fuqu u l-plejers wara li naqsu milli javanzaw fl-aktar kompetizzjoni prestiġjuża tal-klabbs. “Meta ma tikkwalifikax, kulħadd ikun analizzat. Għalina ssoluzzjoni hi sempliċi. Irridu nagħtu wirjiet aħjar. L-aspetattiva qabel l-istaġun kienet għolja imma din hi skwadra differenti u grupp ta’ plejers differenti.” Rodgers tkellem ukoll fuq ittkeċċija tas-sostitut Markovic wara li dan għolla idu ma’ wiċċ Behrang Safari ta’ Basel. “Difrejh missu mnieħer il-plejer. Kien il-plejer ta’ Basel li messu tkeċċa għar-reazzjoni tiegħu. Hi ħasra għaliex Lazar kien tajjeb imma t-tkeċċija kienet diżappunt għalina.” Paulo Sosa, kowċ ta’ Basel qal, “Li għaddejna jfisser li l-pleje su l-istaff tekniku kitbu paġna oħra fantastika fl-istorja tal-klabb. Din hi l-ħolma. Ma kinitx faċli. Ma

naħsibx li Liverpool lagħbu ħażin imma nippreferi nħares lejna u ngħid li għamilna ħafna affarijiet tajbin.”

Allegri fiduċjuż Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri qal li lfiduċja ta’ Juventus se tikber wara li kisbu post mal-aħħar 16 bi draw 0-0 kontra Atletico Madrid. “Li spiċċajna t-tieni jfisser li rridu nilagħbu kontra rebbieħ ta’ grupp. Fl-ewropa hemm tlieta jew erbgħa timijiet li huma fuq l-oħrajn kollha, Bayern Munich, Barcelona, Real Madrid u

Wenger jiddispjaċih Il-manager ta’ Arsenal Arsene Wenger ammetta li qed jiddispjaċih li t-tim spiċċa t-tieni wara Borussia Dortmund minkejja rebħa 4-1 fuq Galatasaray. “Ħriġna b’saħħitna u dan hu li ridt mill-plejers. Jiddispjaċini li spiċċajna t-tieni imma konna nafu li ridna niskorjaw sitta mingħajr ma naqilgħu gowl. Irbaħna erba’ partiti, tlifna waħda u kellna draw. Meta nħares lura forsi jiddispjaċini għall-punti li tlifna għand Anderlecht. Issa naraw ma min se niġu.”

Tliet plejers ta’ Qormi, Zoran Levniac, Bjorn Bondin u Maurizio Latini Mazzetti kienu kollha sospiżi logħba kull wieħed mill-Kummissarju tadDixxiplina tal-MFA. Magħhom kienu sospiżi wkoll logħba, Samir Arab ta’ Balzan, Matheus Bissi Da Silva ta’ Birkirkara, Amadou Samb ta’ Floriana, Tyrone Farrugia Mosta, Fabio Mangiacasale ta’ Sliema u Carlo Monti ta’ Żebbuġ Rangers.

Mill-Ewwel Diviżjoni kienu sospiżi logħba Darrell Grech (B’Buġa), Giancarlo Sammut (Gudja), Moises Avila Perez (Gżira), Patrick Borg (Lija), Mark Anthony Psaila (Mqabba), Gianluca Vella (Msida), Glenn Azzopardi (Pembroke A), Michael David Johnson u Joseph Farrugia (St. Andrews). Mit-Tieni Diviżjoni Dunstan Zarb ta’ Dingli S. kien sospiż tliet partiti u Richard Curmi

(Żejtun) żewġ partiti, waqt li Alistair Scerri (Għargħur), Luke Grech u Rodney Refalo (Ħamrun), Matthew Vella u Stephane Manasse Sylla (Mellieħa), logħba kull wieħed. Darren Cristina (Kalkara), Terence Farrugia u Dylan Rapinett (Kirkop), Claudio Pace (Marsaskala), Shawn Peplow (Mtarfa), Ryan Refalo (Sta Lucia) kienu sospiżi logħba kull wieħed fit-Tielet Diviżjoni.

Rekord ieħor għal Real Intant fl-istess grupp, Real Madrid waqqfu rekord Spanjol ta’ 19-il rebħa konsekuttiva meta għaddew mal-aħħar 16 taċChampions League b’punti massimi wara rebħa 4-0 fuq Ludogorets. Is-serje pożittiva ta’ Real bdiet fis-16 ta’ Settembru fl-ewwel logħba miċ-Champions League meta għelbu lil Basel fi Grupp C u issa qabżu r-rekord ta’ 18-il rebħa konsekuttiva li kienu waqqfu Barcelona fl-istaġun 2005-06. Dan kollu wara li t-tim ta’ Carlo Ancelotti kellu bidu ta’ staġun imħawwad bi tliet telfiet fl-ewwel ħames partiti. “Dan it-tim waqqaf dawn irrekords għaliex fih plejers li wrew professjonalità. Ma nixba’ qatt ngħid li dawn il-plejers huma fantastiċi. Ir-relazzjoni tiegħi malplejers hi tajba ħafna u nirringrazzjahom kull ħin. Għandi wkoll appoġġ mill-klabb. Qatt ma mmaġinajt li se nirbħu daqshekk partiti wara li tlifna ma’ Real Sociedad. Immaġinajt li se mmorru tajjeb imma mhux daqshekk,” qal Ancelotti. Il-ġimgħa Real jilagħbu kontra Almeria f’La Liga qabel imorru lMarokk għat-Tazza tad-Dinja talklabbs.

Id-diżappunt jidher evidenti fuq wiċċ il-plejers ta’ Liverpool fi tmiem il-logħba

Chelsea. L-oħrajn bħalna qed jissieltu u nafu l-kwalitajiet li għandna.” Il-kowċ ta’ Atletico Madrid Diego Simeone qal li t-tim għamel dak li kien miltub minnu f’Turin. “Lgħabna l-logħba li kellna nilagħbu biex nispiċċaw l-ewwel. Fl-ewwel taqsima kien hemm żewġ ċansijiet u wara l-mistrieħ għamilna li kien hemm bżonn. Kuntenti li għat-tieni sena konsekuttiva rbaħna l-grupp.”

Qormi bi tliet plejers sospiżi DIXXIPLINA

WARA L-KRITIKA TA’ VAN GAAL

Il-mara ta’ Falcao tiddefendi lill-attakkant

Il-kummenti riċenti tal-manager ta’ Manchester United, Louis van Gaal, rigward il-plejer Radamel Falcao ma niżlux tajjeb mal-mara tal-attakkant Kolombjan, li wżat il-media soċjali biex tesprimi d-diżapprovazzjoni tagħha. Lorelei Taron Falcao bagħtet messaġġ fuq Instagram – flimkien ma’ ritratt ta’ żewġha bi tbissima waqt sessjoni ta’ taħriġ mal-klabb – biex tenfasizza li Falcao “lest mija-fil-mija, biex jagħti kollox għal United.” IrRed Devils, fil-preżent, jinsabu t-tielet fil-Premiership wara rrebħa fuq Southampton li kienet anki l-ħames waħda konsekuttiva fil-kampjonat. Qabel il-logħba mas-Saints, Van Gaal qal li Falcao – li hu misluf lil Man United minn ma’ Monaco – hu f’sikktu biss ‘biex jilgħab għal 20 minuta’ u jeħtieġ jilgħab mat-tieni tim ta’ United qabel jista’ jikkunsidra li jibda bih fil-kampjonat. Van Gaal kompla li ‘ma jimpurtahx’ jekk Falcao hux imdejjaq bis-sitwazzjoni u spjega li lanqas ma seta’ jilagħbu b’mod regolari mat-tim tar-riservi, għaliex kellu bżonnu bħala sostitut għal-logħbiet tal-kampjonat kontra Hull u Stoke City. Fil-logħba ma’ Hull, li United rebħu 3-0, Van Gaal ma setax jutilizza lil James Wilson u Falcao kien daħal minflok Robin Van Persie, 20 minuta mittmiem. L-attakkant Kolombjan, imbagħad, lagħab l-aħħar 12-il

minuta kontra Stoke, b’Van Gaal, nhar it-Tnejn, jiddeċiedi li jħallih fuq il-bank ma’ Southampton. Van Gaal qal li Falcao kien ġie inkluż fl-iskwadra (kontra Hull u Stoke) minkejja li l-Kolombjan, għalissa, jista’ jilgħab 20 minuta biss f’dan il-livell. Il-manager Olandiż kompla li l-Premier League ‘jibqa’ l-aktar kampjonat intensiv fid-dinja’, u saħaq li Falcao jeħtieġ jirrispetta lfilosofija tiegħu. Madankollu, il-kummenti ta’ Van Gaal qanqlu tweġiba mhix mistennija, b’Lorelei Taron Falcao toħroġ tiddefendi lil żewġha pubblikament permezz ta’ Instagram. Iżda din mhix l-ewwel darba li l-mara jew is-sieħba ta’ plejer użat il-media soċjali f’ċirkostanzi simili. F’Mejju, Anara Atanes, it-tfajla tal-midfielder ta’ Manchester City, Samir Nasri, infexxet f’attakk aħrax, fuq Twitter, kontra l-kowċ tat-tim nazzjonali Franċiż Didier Deschamps wara li nkludihx fliskwadra għall-finali tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil. Fl-2013, kien hemm il-każ ta’ Kissa Abdullah, it-tfajla talattakkant minn Trinidad, Kenwyne Jones, li kkundannat lill-kollegi tiegħu – fiż-żmien meta kien plejer ta’ Stoke City bħala ‘nies diżgustanti’ talli poġġewlu ras ta’ ħanżir fil-locker, bħala ċajta. Illum Jones jilgħab ma’ Cardiff City f’The Championship tal-Ingilterra.


www.maltarightnow.com

32

Il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

Maltempata qawwija tolqot lill-gżejjer Maltin

L-aktar partijiet effettwati mill-ħsarat huma s-saqaf u l-faċċata. L-istess sajjetta għamlet il-ħsara fuq il-kwadru li hemm fuq ġewwa, li jirrappreżenta lil Santa Marija Maddalena

Sajjetta tħalli ħsarat konsiderevoli fil-kappella ta’ fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli

Le, dan mhux ritratt meħud barra minn Malta, iżda hu ritratt ta’ Ħaż-Żebbuġ fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa

Kif kien imbassar, Malta u Għawdex fl-aħħar sigħat intlaqtu minn maltempata qawwija kkaratterizzata minn xita qawwija, riħ, sajjetti u f’ċerti postijiet anke silġ. Fil-fatt, f’xi nħawi, b’mod partikulari Ħaż-Żebbuġ u sSiġġiewi, niżel ammont sostanzjali ta’ silġ li kesa l-karozzi u ttoroq tal-lokal fil-lejl ta’ bejn itTlieta u l-Erbgħa. Il-maltemp ħalla wkoll ħsarat konsiderevoli fuq il-kappella li tinsab fuq l-irdum ta’ ĦadDingli. Nies li tkellmu magħna qalulna li parti mill-kappella tkissret b’sajjetta li faqqgħet matul illejl. L-aktar partijiet effettwati mill-ħsarat huma s-saqaf u lfaċċata. L-istess sajjetta għamlet il-ħsara fuq il-kwadru li hemm fuq ġewwa, li jirrappreżenta lil Santa Marija Maddalena. Dan għaliex biċċiet ta' ġebel li faqqa’ mas-sajjetta tar u taqqab ilkwadru. Din il-kappella storika tissejjaħ ukoll “ta’ Rdum”, u tiġi f’xifer l-irdum fuq il-baħar. Il-binja

Il-ħsara li kkawżat is-sajjetta fuq ġewwa tal-kappella

tmur lura għas-seklu ħmistax. Minħabba l-importanza storika tagħha, diversi residenti Dinglin diġà esprimew ix-xewqa tagħhom li jibda r-restawr kemm jista’ jkun malajr ħalli l-kappella ma tkomplix tiġġarraf b’aktar xita u riħ. Il-maltemp wassal ukoll biex parti minn Vjal Millbrae filMosta ngħalqet wara inċident li seħħ l-Erbgħa filgħodu. Jirriżulta li kawża tax-xita li kienet ilha nieżla mil-lejl ta' qabel, karozza skiddjat fin-niżla ta’ din it-triq

f’Tarġa Gap, biswit l-MCAST, u kellha impatt ma’ żewġ vetturi oħra. Fl-inċident kienu involuti Ford Escort, Toyota Hilux u vann tat-tip Bedford. Is-sewwieq tal-Ford Escort ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ħass uġigħ f’sidru.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.