www.maltarightnow.com
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru 2014
Nru 2245 €1
IL-GVERN TA’ MUSCAT JAĦBI LI L-PROĠETT TAL-MONORAIL HU MIFTIEHEM MAĊ-ĊINIŻI
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qabbad lill-Ministru Joe Mizzi biex fit-22 ta’ Lulju li għadda ffirma l-ftehim sigriet maċ-Ċiniżi, li għall-kumpanija tal-Gvern Ċiniż China Overseas Engineering Group Co. Ltd iffirma l-President tagħha Shi Ping
L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT
il-mument jiżvela esklussivament kontenut mid-dokument sigriet li l-Gvern Laburista ffirma mal-Gvern Ċiniż f’Lulju li għadda u li żammu moħbi b’kundizzjoni maqbula mal-awtoritajiet Ċiniżi
Rapport investigattiv ta’ Joe Mikallef Ara paġni 2-4
2
Il-Ħadd, 14 ta’ D
Il-Belt: Royal Pharmacy, 271, Triq irRepubblika; Il-Ħamrun: Thomas’s Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp; Ħal Qormi: Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja; Birkirkara: Ħerba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira; L-Imsida: Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’Xbiex; San Ġwann: Lourdes Pharmacy, Triq inNaxxar; Tas-Sliema: Harley Pharmac 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone; Ħ’Attard: Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali; In-Naxxar: Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’Settembru; IlQawra: Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1 Triq l-Imħar; Santa Luċija: Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri; Il-Fgura: Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m. Vjal il-Kottoner; Marsaskala: San Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant Anna; Birżebbuġia: Brittania Pharmacy, 5, Triq il-Bajja s-Sabiħa; Iż-Żurrieq: Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon; Ir-Rabat: Nigret Pharmacy, Triq iż-Żahar, u Għawdex: Fontana Pharmacy, Triq ilGħajn, Fontana, u St. John’s Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, ixXewkija.
Temp: Ftit imsaħħab b’waqtiet xemxin. Viżibilità: Tajba. Riħ: Moderat mil-Lbiċ li jsir minn Nofsinhar. Baħar: Moderat.
Imbatt: Baxx mill-Punent. Temperatura tal-Baħar: 20°C
IL-ĦADD L-ogħla 19˚C L-inqas 10˚C
IT-TNEJN L-ogħla 19˚C L-inqas 11˚C
IT-TLIETA L-ogħla 18˚C L-inqas 12˚C
L-ERBGĦA L-ogħla 17˚C L-inqas 12˚C
Ħinijiet tal-vapur t’Għawdex
IL-ĦAMIS L-ogħla 18˚C L-inqas 11˚C
Mit-3 ta’ Novembru 2014 sat-3 ta’ Mejju 2015
Tluq mill-Imġarr Għawdex: 01.30, 3.30, 05.00, 06.00, 06.45, 07.30, 08.15, 09.00, 09.45, 10.30, 11.15, 12.00, 12.45, 13.30, 14.15, 15.00, 15.45, 16.30, 17.15, 18.00, 19.15, 20.45, 22.00, 23.45.
Il-proġett tal-monorail... ilĊiniż jiftehmu li jaħbu l-ft L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT
Spiżeriji li se jiftħu llum
Tluq miċ-Ċirkewwa Malta: 02.00, 04.00, 05.45, 06.30, 07.30, 08.15, 09.00, 09.45, 10.30, 11.15, 12.00, 12.45, 13.30, 14.15, 15.00, 15.45, 16.30, 17.15, 18.00, 18.45, 20.00, 21.20, 22.35, 00.20.
Lok
Joe Mikallef
joe.mikallef@media.link.com.mt
Dan il-ftehim sigriet bejn il-Gvern Malti u ċ-Ċina hu ftehim ieħor fis-sensiela ta’ ftehim sigrieti u kunfidenzjali li saru bejn iż-żewġ pajjiżi minn wara dahar kulħadd. il-mument illum qiegħed jiżvela b’mod esklussiv kif liżvilupp ta’ monorail f’Malta – ferrovija elevata li timxi fuq linja waħda u li jkollha veloċità qawwija ħafna – jinvolvi l-investiment qawwi ta’ €1.6 biljun. Din il-proposta ta’ monorail f’Malta hi waħda minn ħames proġetti li l-Gvern Laburista Malti ressaq għallkunsiderazzjoni talKummissjoni Ewropea bħala parti mill-pjan ta’ investiment tal-istess Kummissjoni. IlGvern Malti, bil-ħsieb li jtaffi l-problema akuta tat-trasport u tat-traffiku fil-gżejjer Maltin, qed jipproponi li tinbena sistema ta’ trasport pubbliku permezz ta’ monorail. Jidher li l-proposta tal-Gvern Malti qed issir fid-dawl ta’ riforma imminenti fit-trasport pubbliku fejn f’dawn l-aħħar xhur ħareġ ċar li minkejja lħafna wegħdi li l-Partit Laburista kien għamel qabel lelezzjoni ġenerali li għaddiet u li kellu diġà road-map kif se jsolvi l-problema tat-trasport, fil-verità ma kellu l-ebda pjan u llum is-sitwazzjoni tattrasport f’Malta hi tassew diżastruża għall-aħħar. Huwa fl-isfond ta’ dawn ilproblemi, li l-Gvern Malti qiegħed jipproponi li ssir ilmonorail u l-intenzjoni talGvern Laburista, hekk kif espressa wkoll fil-Baġit għassena d-dieħla li jkunu kkunsidrati modi ġodda ta’ trasport pubbliku f’Malta. Dan il-proġett ambizzjuż bi stima ta’ €1.6 biljun mistenni jieħu madwar tmien snin biex ikun lest.
Il-ftehim sigriet bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż il-mument qiegħed jiżvela kif il-ftehim sigriet bejn Malta u ċ-Ċina dwar dan il-proġett sar mill-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura u miċ-China Overseas Engineering Group Co.Ltd. (COVEC) li hi kumpanija oħra statali talGvern Ċiniż. Dan il-ftehim kien iffirmat fit-22 ta’ Lulju li għadda u skont il-Memorandum of
Dehra ta’ sistema ta’ monorail mibnija u mħaddma fiċ-Ċina
Understanding (MOU) kien iffirmat fil-Belt Valletta bejn iż-żewġ partijiet. Madankollu l-Gvern ma ta l-ebda pubbliċità għal dan il-ftehim li jinteressa lill-poplu kollu, tant li la kien stieden lill-media u lanqas kien ħareġ xi forma ta’ komunikazzjoni permezz tadDipartiment tal-Informazzjoni.
Il-ftehim sigriet jinvolvi direttament liċ-Ċiniżi fl-istadji kollha Il-ftehim jaħseb biex ilkumpanija Ċiniża tidħol f’kooperazzjoni mal-Gvern Malti biex tagħmel studju preliminari dwar il-vijabilità tal-proġett, bħala l-ewwel pass għal kooperazzjoni fil-proġett ta’ inġinerija, l-akkwist, kostruzzjoni u finanzjament ta’ proġett għal sistema ta’ monorail f’Malta. Minn investigazzjonijiet li
għamel il-mument jidher ċar ħafna li minn din il-parti ta’ dan il-ftehim joħroġ ċar limpenn tal-Gvern Malti li dan l-istudju preliminari dwar ilvijabilità tal-proġett se jwassal u jservi bħala l-ewwel pass lejn l-iżvilupp ta’ dan il-proġett massiċċ permezz talinvolviment ta’ din ilkumpanija tal-Gvern Ċiniż. F’dan il-ftehim il-Gvern Malti ntrabat mal-kumpanija COVEC li min-naħa tiegħu hu dispost li jibni u jopera l-monorail u lMinisteru għat-Trasport u lInfrastruttura jkun qiegħed jirrappreżenta l-interessi talGvern f’dan il-proġett. Jingħad bl-aktar mod ċar li lkumpanija COVEC, li hi kumpanija kbira Ċiniża li ssidien tagħha huwa l-istess Gvern Ċiniż, għandha dimensjoni internazzjonali f’dan is-settur u fil-qasam tal-
Diċembru, 2014
kali
-Gvern Laburista u kumpanija tal-Gvern tehim milħuq f’Lulju li għadda
3
Silta mill-ftehim li jorbot lill-Gvern Malti u lill-kumpanija tal-Gvern Ċiniż biex iżommu l-qbil ta’ bejniethom mistur u sigriet
Il-Gvern Laburista jaħbi finanzjament miċ-Ċina Interessanti ħafna mid-dokumenti li rajna li klawsola oħra ta’ dan il-ftehim sigriet issemmi li: “COVAC undertakes to recommend the Project to the Chinese Government and Chinese Financial Institutions. MTI undertakes to submit their applications to the relevant government authorities for the development of the Project.” Dan hu turija bl-aktar mod ċara kif ilGvern Malti, għal darba oħra minn wara dahar kulħadd, daħal għal dan ilftehim mal-Gvern Ċiniż għal dan ilproġett mingħajr ma jindenja jikkonsulta mal-poplu Malti.
inġinerija meħtieġa biex ikun żviluppat tali proġett kbir. Il-kumpanija COVEC fil-ftehim tgħid li hi għandha lkapaċitajiet u esperjenza kbira filqasam ta’ xogħlijiet relatati ma’ linji tal-ferroviji, inġinerija ċivili u xogħlijiet muniċipali u għalhekk tkun tista’ tidħol għal dan il-proġett f’Malta.
L-ewwel pass f’sensiela ta’ proġetti bl-involviment taċ-Ċiniżi Fil-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż, iż-żewġ partijiet qablu li jaħdmu id f’id anki biex isaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat biex hekk dan ilproġett ikun jista’ jsir b’suċċess u jwassal ukoll biex l-istess proġett ta’ monorail f’Malta jkun l-ewwel pass f’sensiela ta’ proġetti oħra u f’aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat. Huma jaqblu wkoll li hu l-objettiv komuni kemm tal-Gvern Malti kif ukoll tal-kumpanija COVEC li jipprovdu lillpoplu Malti b’sistema adekwata, konvenjenti u sigura ta’ monorail. il-mument jiżvela wkoll illum kif minn dan il-Memorandum of Understanding joħroġ ċar li l-partijiet wiegħdu lil xulxin li jaħdmu id f’id biex jidentifikaw problemi li jistgħu jinqalgħu dwar l-iżvilupp ta’ dan il-
Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Minsitru għat-Trasport u l-Infrastruttura qablu li dan il-ftehim mal-kumpanija Ċiniża jżommuh moħbi mill-Parlament u mill-poplu Malti proġett u oħrajn li jistgħu jkunu antiċipati minn qabel. Klawsola minnhom ta’ dan il-ftehim sigriet, il-kumpanija COVAC tagħmilha
ċara li hi kapaċi tagħmel dan il-proġett – kif jirriżulta li għamlet f’diversi pajjiżi oħrajn f’kontinenti varji – skont ilħtiġiet imfissra lilha mill-Gvern Malti.
Il-Gvern Malti u l-kumpanija Ċiniża jiftehmu fuq is-segretezza Dan il-Memorandum of Understanding bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż imbagħad jagħlaq bl-aktar mod perikoluż meta fi klawsola oħra tiegħu intitolata “Confidentiality” jgħid li “The Parties shall keep the execution of this MOU confidential and shall not furnish copies of it to anyone, or disclose its contents unless agreed otherwise.
għal paġna 4
4
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Niżvelaw ftehim ieħor maċ-Ċina li ħeba l-Gvern ta’ Muscat L-INVESTIGAZZJONI TA’ IL-MUMENT
Lokali
minn paġna 3
Information and documents given by any party to any other party shall be kept confidential by such other party unless a prior written consent has been served.” Din il-klawsola toħroġ blaktar mod ċar is-segretezza sħiħa u l-politika ta’ ħabi wara dan il-ftehim kemm mill-Gvern Malti kif ukoll mill-kumpanija statali Ċiniża responsabbli dirett minnha lGvern Ċiniż. Ta’ min jgħid li skont irrapporti li l-Gvern Laburista ressaq quddiem ilKummissjoni Ewropea, jidher li diġà qed isiru studji dwar dan il-proġett li mistenni jkun konkluż fixxhur li ġejjin u li mistenni jkun ko-finanzjat mill-Bank għall-Investiment Ewropew, flimkien ma’ bank ta’ żvilupp u bis-sehem talprivat ukoll. Interessanti ħafna l-fatt li filwaqt li l-Gvern qiegħed jitlob lill-Unjoni Ewropea għal fondi dwar dan ilproġett, irid jingħad bl-aktar mod ċar li mhix prassi talUnjoni Ewropea li tiffinanzja metodi ta’ proġetti bħal dawn billi l-Gvern l-ewwel jingħata hu l-flus mill-Unjoni Ewropea biex imbagħad jgħaddihom lil kumpaniji terzi biex ikunu jistgħu jaħdmu huma fuq l-istess proġetti.
Il-ftehim sigriet mal-kumpanija COVEC kien iffirmat mill-Ministru Joe Mizzi f’isem il-Gvern Malti u minn Shi Ping, il-President tal-kumpanija statali Ċiniża
Il-Gvern jibqa’ jaħbi dokumenti dwar il-proġett tal-power station
IL-FTEHIM TAL-GVERN MALTI MA’ SHANGAI ELECTRIC POWER
Minkejja li nhar il-Ġimgħa li għadda ġie finalizzat il-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija statali tal-Gvern Ċiniż Shangai Electric Power, dokumenti importanti marbuta ma’ dan il-ftehim u mal-proġett tal-Gvern dwar l-enerġija għadhom ma ġewx pubblikati. Dan qed isir minkejja li nhar lErbgħa li ġej, fil-bini tal-Parlament se jkun hemm dibattitu dwar dan ilftehim. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija George Pullicino qal dan waqt il-programm Il-Fatti Kollha, li xxandar fuq Radio lbieraħ filgħodu. George Pullicino tenna kif il-ftehim tax-xiri tal-impjant tal-BWSC li tħabbar fis-27 ta’ Novembru ta’ din is-sena għadu ma ġiex pubblikat, kif ma ġiex ippubblikat il-power purchase agreement bejn il-partijiet u l-business
plan tal-Enemalta li huwa mifrux fuq seba’ snin. Huwa staqsa għaliex dawn iddokumenti baqgħu mistura, filwaqt li ddikjara li l-Oppożizzjoni se tkun qed titlob għall-pubblikazzjoni ta’ dawn iddokumenti, speċjalment fid-dawl ta’ dikjarazzjonijet tal-Ministru talEnerġija Konrad Mizzi li hemm ‘interlocking agreement’ bejn ilpartijiet, jiġifieri bejn l-Enemalta, Shangai Electric Power u Electrogas. Huwa saħaq ukoll li huwa l-irwol talOppożizzjoni li tifli dawn id-dokumenti u li dan l-atteġġjament tal-Gvern iqajjem suspetti. George Pullicino tenna wkoll li lprezz li bih il-Gvern intrabat li jixtri lelettriku mill-Electrogas, jiġifieri dak ta’ 9.6ċ għal kull unit huwa ferm aktar minn dak li jiswa li kieku inxtara
permezz tal-interconnector. Huwa fakkar ukoll kif bħalissa jista’ jinxtara l-elettriku minn Sqallija għal prezz ta’ 5.2ċ kull unit, prezz li huwa mistenni li jinżel għal madwar 4.2ċ kull unit sassena d-dieħla. Huwa tenna li Gvern Nazzjonalista ma jqisx ruħu marbut ma’ dan il-ftehim u huwa kommess li jixtri l-elettriku mingħand min ikun qed ibiegħu bl-irħas prezz. Huwa tenna wkoll li meta ġie stabbilit il-prezz ta’ 9.6ċ għal kull unit, il-prezz taż-żejt kien $120 kull barmil, filwaqt li issa dan raħas għal $62.7ċ u allura messa saret reviżjoni li tirrifletti dan ir-roħs. Dan il-prezz jirrifletti wkoll ilprezzijiet ogħla li qed iħallsu l-familji Maltin fi fuel, prezzijiet li huma ferm ogħla minn dawk fl-Ewropa qal idDeputat Nazzjonalista. George Pullicino tkellem ukoll dwar
in-nuqqas ta’ progress fil-proġett talpower station, fejn dejjem baqgħu jinbidlu id-dettalji. Huwa semma l-mod kif il-Partit Laburista l-ewwel qal li kien se jaħżen l-LNG fuq tankijiet fuq l-art filwaqt li wara li tela’ fil-Gvern biddel ilpjan u qal li se jaħżen l-LNG fuq vapur antik ogħli 17-il sular f’Marsaxlokk, kif ukoll il-mod li bih ġiet posposta id-data meta kellha tinfetaħ il-power station ilġdida, dewmien ta’ madwar sentejn fuq id-data oriġinali ta’ Marzu 2015. Huwa saħaq ukoll li il-proġett talpower station il-ġdida huwa wieħed żejjed minħabba li l-interconnector se jkun qed iwassal iktar elettriku minn dak li jintuża f’Malta, filwaqt li fakkar kif ilpower station ta’ Delimara għada qed titħaddem bil-Heavy Fuel Oil minkejja lbiża’ li xerred il-Partit Laburista qabel laħħar elezzjoni ġenerali.
6
Il-Ħadd, 14 ta’
Inte
“Mhux se naċċetta ndħil… ħadd mhu se u anqas fl-amministrazzjoni. Dawn esklu
INTERVISTA MA’ MICHAEL CASSAR, IL-KUMMISSARJU L-ĠDID TAL-PULIZIJA... IT-TIELET W
Il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija Michael Cassar laqa’ mill-ewwel stedina ta’ il-mument għal intervista fil-bidu tal-ħatra tiegħu. Hu wiegħed impenn kbir biex il-Korp tal-Pulizija jerġa’ jikseb il-moral għoli tiegħu biex hekk jirbaħ mill-ġdid il-fiduċja tan-nies. Fuq l-aġenda – id-dixxiplina fuq kollox u r-rispett lejn il-ġerarkija filKorp. Attenzjoni kbira meta membri tal-Korp jiġu f’komunikazzjoni ma’ persuni b’karattru kkulurit u dwar dan se jinħarġu linji gwida ċara għal kulħadd biex wara ħadd ma jġib l-iċken skuża dwar dan. Il-Kummissarju Michael Cassar żvela li l-aħwa Farrugia implikati fl-iskandlu dwar ix-xiri taż-żejt se jkunu qed jitressqu l-Qorti fi Frar li ġej waqt li investigazzjonijiet dwar każi kbar oħra wkoll se jkunu għaddejjin bl-aktar mod effettiv biex jingħalqu numru ta’ kapitli ħalli ma jibqgħux ikarkru. Michael Cassar wiegħed tmexxija serja u fuq kollox impenn biex il-Korp jaħdem bi professjonalità u serjetà, inkluż mill-ġdid taħriġ effikaċi u kif suppost lill-membri kollha tal-Korp.
Joe Mikallef
joe.mikallef@media.link.com.mt
DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
● Impenn qawwi biex id-dixxiplina terġa’ tiddaħħal u tinħass; ● Impenn qawwi biex il-Korp jerġa’ jkun viċin in-nies; ● Impenn biex il-kwistjoni tal-Addendum sigrieta tkun solvuta b’taħditiet mal-partijiet konċernati; ● Il-kwistjoni tal-arretrati hi waħda mill-issues li se tkun indirizzata; ● Lejn linji gwida dwar il-komunikazzjoni ta’ membri fil-Korp ma’ persuni ta’ ċertu karattru; ● L-aħwa Farrugia implikati fl-iskandlu tax-xiri taż-żejt għall-Qorti fi Frar li ġej; ● Impenn biex l-investigazzjonijiet tal-Pulizija jsiru b’ċertu ritmu u ma jkunx hemm tkaxkir tassaqajn.
Ma’ Michael Cassar iltqajt nhar ilĦamis filgħodu fl-uffiċċju tiegħu quddiem il-Control Room tal-Korp fil-kuridur ta’ fuq tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fil-Furjana. Hu beda biex qal li sar jaf li hu kien se jinħatar Kummissarju talPulizija nhar it-Tnejn li għadda wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat bagħat għalih f’Kastilja u infurmah li kien se jgħabbih b’dan l-impenn ġdid li hu qiegħed jidħol għalih b’ħafna enerġija u entużjażmu.
Sitwazzjoni preokkupanti għall-Korp tal-Pulizija Hawnhekk irriferejna għal dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat aktar kmieni din il-ġimgħa meta wera l-preokkupazzjoni tiegħu dwar l-istat li jinsab fih il-Korp tal-Pulizija u li jeħtieġ direzzjoni ġdida biex millġdid jerġa’ jakkwista l-fiduċja talpoplu Malti u Għawdxi kollu. Michael Cassar qal li hu jrid jagħti direzzjoni ġdida lill-Korp tal-Pulizija li sfortunatament illum għaddej minn problemi serji biex hekk jerġa’ jakkwista l-fiduċja tan-nies. Mistoqsi jekk il-kariga tiegħu ta’ Kummissarju tal-Pulizija hix tingħatalu diversi xhur minn meta kien mistenni li jingħata dan linkarigu, Michael Cassar qal li kieku ngħatatlu qabel ma kienx ikollu ċċans li jmur imexxi s-Servizz tasSigurtà fejn matul dawn ix-xhur li għaddew irnexxielu jagħmel ħafna xogħol ta’ fejda.
“Quddiemi għandi biċċa xogħol enormi” Dwar dak li qal il-Prim Ministru li llum il-livell u l-kwalità fil-Korp talPulizija naqsu ħafna, Michael Cassar qal li quddiemu għandu biċċa xogħol diffiċli ħafna x’jiffaċċja, “imma mhux se naqta’ qalbi. F’ħajti kelli numru ta’ sfidi li rnexxieli niffaċċja f’suċċess.” Hu kompla li meta fil-karriera
tiegħu kien fl-Immigrazzjoni u fidDistrett, fost l-oħrajn, kien iffaċċja ħafna problemi iżda fl-aħħar millaħħar irnexxielu jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna. L-istess, żied Michael Cassar, irnexxielu jagħmel meta kien flIskwadra ta’ Kontra d-Droga u anki issa meta kien qiegħed imexxi sServizz tas-Sigurtà. Michael Cassar qal li dan l-impenn ġdid se jkun qiegħed jidħol għalih b’ħafna enerġija u entużjażmu. “Jien se nagħmel il-parti kollha tiegħi, iżda miegħi jridu jiġbdu ħabel wieħed ukoll kemm il-Pulizija kollha kif ukoll il-Fizzjali kollha. Flimkien irridu naħdmu ħafna biex il-Korp jerġa’ jakkwista l-fiduċja tan-nies.”
Trid tiddaħħal mill-ġdid id-dixxiplina fil-Korp tal-Pulizija Hu kompla li b’hekk jiġu r-riżultati. Il-problema li qiegħed jiffaċċja lKorp illum hi li rridu ndaħħlu millġdid id-dixxiplina li hemm bżonn. “Il-Prim Ministru għandu fiduċja li minn hawnhekk nista’ naħdem biex insolvi l-problemi li hawn fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li ngħolli u nkabbar l-isem tal-Korp u hekk nerġgħu niksbu l-fiduċja tan-nies. Naturalment din m’hix xi ħaġa faċli, iżda qed nidħol għal din l-isfida b’viżjoni ċara u b’determinazzjoni kbira.” Hu qal li se jkun impenn kbir għalih li l-Korp tal-Pulizija jerġa’ jersaq lejn in-nies u jkun viċin in-nies. Dan hu importanti ħafna għall-Korp għaliex b’hekk jinbena rapport dirett man-nies. In-nies tħobb lill-Korp u meta tara li l-affarijiet qed isiru bisserjetà, allura tikkollabora bis-sħiħ fil-ħidma tal-Pulizija, fosthom filġlieda lill-kriminalità. “L-ewwel kuntatt u messaġġ li rrid inwassal lill-membri kollha fil-Korp hi l-importanza tad-dixxiplina. Millkbir saż-żgħir. Kulħadd irid jifhem l-
Il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizij ukoll dwar membri ġodda reinst kwistjoni importanti... irrid nass Għalija r-risposta hi ħafifa imma importanza li aħna Korp dixxiplinat. Tajjeb li l-membri jkollhom id-drittijiet u li dejjem inkomplu nkabbru dawn id-drittijiet, iżda hu importanti ħafna wkoll li l-affarijiet isiru b’dixxiplina u serjetà.”
Fil-Korp… “x’se tagħti u mhux se tiggwadanja” Hawnhekk hu kellu kliem iebes ħafna għal dawk il-membri li moħħhom hu dwar x’se jiggwadanjaw u jiksbu mill-Korp. “Dan irid jieqaf. Irid jieqaf b’mod immedjat. Kull membru fil-Korp irid jibda jaħseb f’termini ċari ħafna – x’se jagħti lillKorp u kif se jservi l-uniformi aħjar milli għamel sa issa.” Il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar kompla li hu mhux se jaċċetta membri fil-Korp li jħarsu lejn ixxogħol tagħhom fil-Korp bħala xi xogħol part-time. “Din mhix se naċċettaha. Mhux qed nirriferi għal dawk li ddaħħlu bħala part-timers filKorp, iżda għall-membri kollha li flok ikun moħħhom fix-xogħol, ikun moħħhom f’affarijiet oħra.” Hu żied li l-poplu Malti u Għawdxi għandu dritt sħiħ li jkollu Korp talPulizija li jħarsu, jipproteġih u jagħtih is-sigurtà. Il-membri tal-Korp għandhom obbligu mhux biss lejn il-pubbliku imma anki lejn l-istess Korp.”
’ Diċembru, 2014
rvista
jindaħal la fl-investigazzjonijiet ussivi tal-Korp tal-Pulizija”
WIEĦED GĦALL-KORP F’TEMP TA’ 21 XAHAR TA’ GVERN LABURISTA
“Irrid nara li l-investigazzjonijiet li jkunu qed isiru, jsiru b’ritmu mgħaġġel biex ma jibqgħux ikarkru”
a Michael Cassar intervistat minn Joe Mikallef jitkellem tated fil-Korp tal-Pulizija fl-aħħar xhur u jgħid: “din hi sigura li l-Korp ikun fih membri serji u tal-affari tagħhom. a agħtini ċans nidħol dwar dawn il-każi.” “Mhux se naċċetta l-indħil” Mistoqsi kif bi ħsiebu jmexxi lillKorp tal-Pulizija, Michael Cassar għamilha ċara mill-ewwel li hu m’hux se jaċċetta ndħil. “Le ma naċċettax indħil. Le. Irrid li l-affarijiet isiru bisserjetà. Iva, naċċetta direzzjoni u nitkellmu dwar kif nistgħu jagħmlu laffarijiet bl-aħjar mod possibbli, iżda ħadd mhu se jindaħal la fl-investigazzjonijiet li nkunu qed nagħmlu bħala Pulizija u anqas fix-xogħol ta’ amministrazzjoni li jkun qiegħed isir. Dawn huma affarijiet esklussivi tal-Korp.”
Il-kwistjoni tal-Addendum sigrieta Hawnhekk tkellimna dwar dak li għamel il-Gvern ftit tal-ġimgħat ilu meta daħħal Addendum sigrieta minn wara lmembri fil-Korp tal-Pulizija – bla dubju ta’ xejn mossa mill-aktar perikoluża li issa tinsab quddiem il-Qorti wara li lAssoċjazzjoni tal-Pulizija ma rnexxiliex tasal fi ftehim mal-eks Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar qal li hu kellu l-opportunità li jisma’ diġà l-argumenti b’rabta ma’ din il-kwistjoni. Hemm argumenti millaktar validi miż-żewġ naħat. “Madankollu nemmen li għandhom isiru xi forma ta’ diskussjonijiet malpartijiet biex l-affarijiet ikunu risolti.
Dan mhux biex jintlaħaq xi forma ta’ kompromess għax fil-Pulizija ma rrid lebda forma ta’ kompromess, imma biex jinstab ftehim ġust. “Irid ikun hemm sistema ta’ checks and balances. Irridu nsibu l-aħjar sistema biex immexxu l-affarijiet ‘il quddiem biex fl-istess waqt ikun hemm lok għal checks and balances. Min ħareġ b’din l-idea ħaseb li kienet idea tajba, filwaqt li ħaddieħor ma qabilx u fehem li din is-sistema tista’ tintuża b’mod ħażin. Irridu nsibu t-triq tan-nofs.”
Il-kwistjoni tal-arretrati Mistoqsi dwar l-arretrati li għandhom jieħu numru ta’ Pulizija dwar xogħol li għamlu, il-Kummissarju tal-Pulizija qal li hu se jidħol f’kull issue li hemm quddiem il-Korp. “Se nidħol f’kull problema li għandu l-Korp quddiemu. Bħalissa qed nassorbi l-problemi li hawn u nsir naf aktar dwarhom biex inkun nista’ nindirizzahom għall-ġid tal-membri tal-Korp. Jekk hawn problema dwar arretrati nassigurak li se nidħol fiha wkoll u nara li din tissolva bl-aħjar mod possibbli.
Dixxiplina, rispett lejn il-ġerarkija, l-komunikazzjoni man-nies ta’ ċertu karattru u reinstatement ta’ ċerti Pulizija Mistoqsi jekk diġà ltaqa’ mal-
Fizzjali tal-Korp, Michael Cassar qal li dan beda jagħmlu mill-għada li ngħata l-ħatra ta’ Kummissarju. “Iltqajt mad-Deputati Kummissarji u mal-Assistenti Kummissarji u lkoll flimkien iltqajna wkoll ma’ Carmelo Abela, il-Ministru tal-Intern u sSigurtà Soċjali, biex tkellimna u introduċejna lilna nfusna lil xulxin. “Kelli l-opportunità li ngħid ilviżjoni tiegħi kif ukoll tkellimna dwar kif irridu nibdew naħdmu u nsaħħu lKorp tal-Pulizija. Għamilt ċara laffarijiet li għandi f’moħħi. Irrid li fil-ħidma tal-Korp ikun involut kulħadd. Mill-kbir saż-żgħir. Flimkien irridu naħdmu id f’id għallġid veru tal-Korp tal-Pulizija. Għandna ħafna x’nagħmlu, iżda lpunt tat-tluq iridu jkunu d-dixxiplina, ir-rispett lejn il-ġerarkija u lkomunikazzjoni man-nies ta’ ċertu karattru. “Għax kellna u għandna sitwazzjoni li membri fil-Korp jikkomunikaw ma’ ċerti persuni ta’ karattru bl-iskuża li dawn huma informers. Dwar dan bgħatt messaġġ ċar ħafna. Din hi kwistjoni li bdejt nindirizzaha sa mill-ewwel mumenti tiegħi bħala Kummissarju tal-Pulizija u aktar ‘il quddiem se noħroġ ukoll gwidi ċari dwar din it-tip ta’ komunikazzjoni. Tkellimna wkoll dwar membri ġodda reinstated fil-Korp tal-Pulizija li wħud minnhom għandhom rekord kulurit u l-Kummissarju tal-Pulizija fisser li din hi s-sitwazzjoni li wiret. “Din hi kwistjoni importanti ħafna għalija u se nidħol fiha. Irrid nassigura li l-Korp ikun fih membri serji u tal-affari tagħhom. Għalija rrisposta hi ħafifa imma tini ċans nidħol dwar dawn il-każi.”
Jgħid li se jaħdem bi trasparenza Michael Cassar wieġeb ukoll mistoqsija dwar il-fatt li hemm numru ta’ inkjesti li għadhom m’humiex ippubblikati u qal li kemm-il darba inkjesta ma tkunx ta’ preġudizzju għal xi investigazzjoni, allura m’għandhiex għaliex ma tkunx pubblikata. “Jien bniedem trasparenti għall-aħħar. Qabel kelli problemi kbar, iżda llum għandi problemi enormi iżda jien determinat li naħdem bl-akbar serjetà u f’din il-ħidma rrid li jipparteċipaw il-Maltin u lGħawdxin kollha biex jgħaddulna informazzjoni ġenwina. Għalhekk
7
irrid ngħolli l-moral tal-Korp biex hekk terġa’ tinbena l-fiduċja tan-nies fina.” “Il-Korp qiegħed hemm biex jipproteġi liċ-ċittadini, iżda min-naħa tagħhom il-Maltin u l-Għawdxin għandhom jgħinu lill-Korp u jkunu kburin bih. Se nkunu viċin in-nies u dan se nagħmluh bis-serjetà.”
Kuntatt mal-membri tal-Korp Michael Cassar qal li apparti mix-xogħol fl-uffiċċju hu se jkun qiegħed iżur l-uffiċini tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija kif ukoll lGħases. “Se ndur u niltaqa’ malPulizija fil-postijiet tax-xogħol tagħhom. Se nkun hemm magħhom u nixtieq li lkoll niġbdu ħabel wieħed. Min-naħa tagħhom in-nies jekk ikunu jafu b’xi membru jew membri li jkunu qed jonqsu fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom, għandhom jitkellmu u jgħaddulna linformazzjoni. Importanti li dak li jingħadilna jkun ġenwin u serju. Nassigurak li min-naħa tiegħi mhux se nkun qiegħed niddefendi l-ebda nuqqas ta’ ħadd. Hawnhekk irridu nkunu serji u nwasslu messaġġi ċari.” Mistoqsi dwar l-importanza tattaħriġ li matul ix-xhur li għaddew donnu ma tantx ingħatat importanza, il-Kummissarju tal-Pulizija qal li din hi xi ħaġa mill-aktar kardinali. “Iva, nassigurak li se nagħti importanza kbira lit-taħriġ tal-membri fil-Korp.”
Investigazzjonijiet Il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar qal li aktar kmieni din ilġimgħa nħarġu l-akkużi fil-konfront tal-aħwa Farrugia u żied li dawn mistennija jitressqu l-Qorti fi Frar li ġej madwar sentejn wara li kien ħareġ fil-beraħ dan il-każ. Hu qal li l-Pulizija f’dawn il-jiem ħarġet l-akkużi fil-konfront tal-aħwa Salvu, Antonio, Gaetano u Raymond Farrugia u l-każ mistenni jibda fi Frar li ġej. Fost l-oħrajn se jkunu qed jiffaċċjaw akkużi dwar għarfien ta’ tixħim lil uffiċjali fl-Enemalta biex jassiguraw kuntratti dwar xiri u negozju ta’ żejt. L-aħwa Farrugia oriġinarjament kienu arrestati f’Marzu tal-2013. Michael Cassar żied ukoll li fost loħrajn “irrid nara li linvestigazzjonijiet li jkunu qed isiru jsiru b’ritmu mgħaġġel biex ma jibqgħux ikarkru. Min-naħa l-oħra rrid li nagħti appoġġ lill-vittmi tarreati. Dawn ħafna drabi ma jingħatawx l-importanza li jkollhom bżonn. Irrid nassigura li kulħadd jingħata d-drittijiet kostituzzjonali sagrosanti li hu ntitolat għalihom u l-vittmi għandhom jingħataw lappoġġ u s-sostenn li jkollhom bżonn.”
8
Il-Ħadd, 14 ta’
Lo
Muscat kellu pressjoni kbira biex iwarra
WARA T-TKEĊĊIJA TA’ MANUEL MALLIA MINN MINISTRU U T-TLUQ TA’ SILVIO SC Joe Mikallef
joe.mikallef@media.link.com.mt
Bit-tkeċċija ta’ Manuel Mallia, l-eks Ministru responsabbli mill-Intern u mis-Sigurtà Nazzjonali aktar kmieni dil-ġimgħa u bit-tluq ta’ Silvio Scerri minn Chief of Staff ta’ Mallia, sorsi filPartit Laburista li tkellmu ma’ ilmument qalu li l-Prim Ministru Joseph Muscat spiċċa mirbuħ mill-pressjoni li kienet ilha ssirlu internament fil-Partit Laburista u fil-Gvern stess kontra Manuel Mallia u Silvio Scerri. It-tkeċċija ġabet arja ta’ solliev filKabinett tal-istess Prim Ministru Joseph Muscat. L-istess jista’ jingħad firrigward ta’ Silvio Scerri. Bosta kienu dawk il-membri fil-Korp tal-Pulizija u fl-Armata li tkellmu wkoll ma’ il-mument li qalu “ħadu r-ruħ” la darba dawn iż-żewġ persuni spiċċaw mill-karigi rispettivi tagħhom. Fl-aħħar 21 xahar, komplew dawn is-sorsi,
Mallia u Scerri kkontribwew dirett biex saret ħsara enormi lill-Korp tal-Pulizija u lill-Armata. Forsi wieħed mill-fatturi ewlenin għal din il-ħsara kbira li Manuel Mallia għamel fil-Korp tal-Pulizija u fl-Armata kienet ġejja mill-fatt li miegħu bħala Chief of Staff ħa lil Silvio Scerri li sa mill-bidu nett beda jindaħal fit-tmexxija u kien il-moħħ ta’ ħafna transfers vendikattivi li saru. Kif żvelajna fil-ġimgħat li għaddew f’din il-gazzetta stess, l-uffiċċju talPrim Ministru f’Kastilja xejn ma kienu kuntenti la bil-prestazzjoni tal-eks Ministru Manuel Mallia u wisq anqas b’dak li kien qiegħed jagħmel Silvio Scerri. Dan minbarra li fil-Partit Laburista kienet qiegħda ssir pressjoni kontra Manuel Mallia u Silvio Scerri. Il-Prim Ministru Joseph Muscat uża linkjesta li saret dwar l-isparatura talErbgħa, 19 ta’ Novembru li għadda, u sab ix-xoqqa f’moxtha biex jispiċċa Manuel
Mallia mill-kariga tiegħu ta’ Ministru talIntern u s-Sigurtà Nazzjonali, iżda indirettament wassal messaġġ ċar lil Silvio Scerri li postu ma kienx għadu filkariga li kien jokkupa – messaġġ ċar li Silvio Scerri ħa u warrab fi ftit sigħat. il-mument illum qiegħed jiżvela kif il-Kitchen Cabinet tal-Prim Ministru Joseph Muscat kien ilu għal dawn laħħar xhur iwiddeb lill-Prim Ministru biex b’mod jew ieħor ineħħi lil Manuel Mallia mill-Kabinett u biex sussegwentement Silvio Scerri jitneħħa minn Chief of Staff.
Ftit jiem ilu, jiġifieri fit-8 ta’ Diċembru, id-Dipartiment talInformazzjoni ħareġ stqarrija millUffiċċju tal-Prim Ministru, li permezz tagħha ppubblikat ir-rapport tal-Inkjesta li twaqqfet fl-24 ta’ Novembru, fuq talba tal-Prim Ministru Joseph Muscat, biex tinvestiga l-aġir, jew kondotta talMinistru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia u/jew uffiċjali oħra in konnessjoni mal-każ li kien involut fih membru tal-Korp tal-Pulizija assenjat mal-Ministru de quo, nhar id-19 ta’ Novembru, 2014. Qabel xejn, irid jingħad li din l-inkjesta ġiet ordnata mill-Prim Ministru bissaħħa tal-Artiklu 4, tal-Att Dwar lInkjesti, Kap 273 tal-Liġijiet ta’ Malta. B’mod partikolari, iżda mhux biss, ilBord tal-Inkjesta kellu jiddetermina: Jekk kienx hemm involvement mhux leċitu min-naħa tal-Ministru Manuel Mallia u/jew uffiċjali oħra fil-każ imsemmi; Il-veraċità jew le tal-allegazzjoni li lMinistru intervjena biex jgħatti l-aġir ta’ din il persuna; Kwalunkwe kwistjoni oħra anċillari li b’xi mod tolqot l-aġir jew kondotta talMinistru Mallia u/jew uffiċjali oħra filkaż imsemmi. Fil-qadi tad-doveri tiegħu, il-Bord kellu jużufruwixxi mill-poteri kollha mogħtija lilu minn artikolu 6 tal-Att dwar l-Inkjesti. Dawn setgħu jsejħu xhieda, jagħtu ġurament lil kull persuna u jiġbru dokumenti daqs li kieku quddiem Qorti.
Mallia biss, ġie identifikat, kemm bħala uffiċjal pubbliku kif ukoll b’ismu personali. D an min iddeċidih ? Wieħed bilfors irid jikkonkludi li peress li din l-inkjesta ġiet ordnata taħt issetgħa tal-Prim Ministru, allura kien Joseph Muscat innifsu li dan iddeċidih. Il-Prim Ministru seta’ għażel li jwessa liskop tal-inkjesta b’mod iktar sħiħ. Seta’ ma jsemmi ebda uffiċjal pubbliku b’ismu. Jew, seta’ semma bil-funzjoni u bl-isem uffiċjali pubbliċi oħrajn, li anke maddaqqa t’għajn kienu involuti direttament f’dan il-każ. Biex insemmu mqar xi wħud : iċ-Chief of Staff tal-Ministru Mallia, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija, il-Kap tal-Informazzjoni tal-Uffiċċju talPrim Ministru u … il-Prim Ministru nnifsu. Jew bl-ismijiet. Kif għamel fil-każ ta’ Manuel Mallia, billi jiddentifika b’isimhom lil: Silvio Scerri, Raymond Zammit, Kurt Farrugia u Joseph Muscat. Iżda l-Prim Ministru għażel li lil dawn ma jiddentifikax direttament il-kariga tagħhom, bħala skop ewlieni tal-inkjesta, jew saħansitra li jsemmihom personalment għall-istess skop. Għaliex? Iktar u iktar, jekk nosservaw millqrib id-differenza bejn l-ewwel u t-tieni punti li l-Prim Ministru talab li jigu investigati: fir-rigward tal-‘involviment mhux leċitu’ jiġu identifikati l-Ministru Mallia u/jew uffiċjali oħra fil-każ imsemmi, imma, fir-rigward tal-‘veraċità jew le tal-allegazzjoni li l-Ministru intervjena biex jgħatti l-aġir ta’ din il-persuna’ linkjesta kellha tinvestiga lill-Ministru biss, u ma kellhiex tindaga ukoll lilluffiċjali oħra fil-każ. Dan sar bi ħsieb? Għaliex hawnhekk mhux talli ma ssemmewx bil-kariga jew addirittura b’isimhom il-persuni li kienu involuti wara l-inċident, iżda lanqas biss ma ntalab b’mod ġeneriku, taħt il-kappa ta’ uffiċjali oħra, li l-inkjesa tindaga lilhom ukoll? Xi skop kellu l-Prim Ministru li jagħmel hekk?
Sensiela ta’ transfers u promozzjonijiet partiġjani Fl-istorja dawn iż-żewġ persuni se jibqgħu mċappsa ma’ numru ta’ avvenimenti xejn sbieħ fil-Korp talPulizija u fl-Armata Maltija. Fost l-oħrajn hemm is-sensiela ta’ transfers vendikattivi. Membri fil-Korp li ngħataw transfers ripetittivi. L-istess
Il-pressjoni interna fil-Partit Laburista u fil-Gvern li żdide Ministru Manuel Mallia, waslet lill-Prim Ministru Joseph M
kliem jgħodd ukoll għall-Armata fejn bażużli tgħallmu jaqbżu minn kariga għal oħra u ħadu promozzjoni waħda
L-inkjesta ma fittxitx il-verità kollha u ħ Adrian Delia Avukat
“Meta l-Pulizija tkun indagata hija stess; fejn il-Gvern jintervjeni, fejn mhux dovut li jagħmel hekk; meta l-poteri jitwaħħdu u ma jibqgħux ħielsa u awtonomi minn xulxin; meta, min, minkejja li x-xogħol tiegħu li jwassal l-aħbar, jipprova b’kull kif, isikket il-verità; meta, min jikkmanda, jaħseb, li jista’ jiġġudika lilu nnifsu u ma jaqa’ taħt ebda skrutinju; allura, ġudizzju wieħed biss jibqa’ li jsir. Il-ġudizzju tal-poplu.”
L-inkjesta ddur ma’ isem Manuel Mallia Mill-ewwel, wieħed jista’ jibda jagħmel xi kunsiderazzjonijiet preliminari, imqar qabel wieħed jidħol f’dak li sabet u kkonkludiet l-inkjesta, u cioe x’kien id-dmir tagħha ? X’kellha tinvestiga u min iddeċieda dan, x’kellu jkun u għaliex? Il-Ministru Mallia u l-Ministru
Osservazzjonijiet mir-rapport tal-inkjesta Niġu issa għal dak li t-tliet eks Imħallfin semgħu bħala l-isfond talinkjesta u nikkwota: Fid-19 ta’ Novembru 2014, għallħabta tad-8.45p.m, allegatament seħħ inċident awtomobilistiku meta vettura misjuqa minn Stephen Morrsion Smith ħabtet mal-vettura tal-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali, l-Onorevoli Dr Emmanuel Mallia li dak il-ħin kienet ipparkjata quddiem ir-residenza ta’ omm Paul Sheehan, id-driver u security officer tal-istess ministru. Mal-ħoss tal-impatt listess Paul Sheehan ħareġ mid-dar ta’ ommu u xi persuni indikawlu liema vettura kienet ħabtet fil-vetttura talMinistru. Billi Smith allegatament baqa’ mixi, Sheehan daħal fil-karozza u saq għal warajh u dawn waqfu fil-car park ta’ ħdejn il-pixxina nazzjonali f’TalQroqq. Hemm jidher li Smith ħareġ millkarozza tiegħu u huwa rapportat li kellu xi flixkun tal-birra f’idejh, mentri Sheehan li ukoll ħareġ mill-karozza kellu pistola f’idejh. Smith jgħid li Sheehan kien irrabjat u, meta ra l-pistola f’idejn Sheehan, dan reġa’ daħal fil-karozza u kien se jibda mixi. Dak il-ħin ġew sparati żewġ tiri. Dak il-lejl fit-tard inħarġet stqarrija mill-Ministeru għall-Intern u Sigurta Nazzjonali. Hawn ukoll xi osservazzjonijiet minnufih. L-ewwel li dan l-isfond qisu qed jattriwbixxi bħala fatti, għallinqas żewġ dettalji li llum lkoll nafu li ma kinux korretti jew imqar preċiżi. L-ewwel, li dik li kienet biss ‘mera’ li ntlaqtet qiegħda hawn tissejjaħ ‘ħabta’. It-tieni, li ‘huwa rrapportat li Smith kellu flixkun tal-birra f’idejh. Fatt li llum nafu mix-xhiedha okulari ta’ żewġ nisa li kienu qed jippasseġġjaw proprju fil-ħin tal-inċident ikkonfermaw li ma kienx minnu għaxSmith f’idejh ma kellu xejn. Wieħed isaqsi, allura dan l-isfond minn
’ Diċembru, 2014
okali
ab lil Manuel Mallia mill-Kabinett
CERRI MINN CHIEF OF STAFF TAL-EKS MINISTRU LABURISTA tagħhom u jekk kien imisshom huma li jingħataw il-promozzjoni jew le.
Ftehim sigriet Paġna oħra mill-aktar sewda fl-istorja tagħhom f’dawn l-aħħar 21 xahar kien il-ftehim sigriet minn wara dahar ilFizzjali fil-Korp tal-Pulizija u li wasslilhom messaġġ ċar ta’ nuqqas ta’ fiduċja. Din il-kwistjoni tinsab quddiem il-Qrati Maltin.
et wara l-inċident tal-isparatura tax-xufier tal-eks Muscat iwarrab lil Mallia u lil Silvio Scerri
wara oħra sakemm illum jokkupaw logħla karigi fl-Armata Maltija, irrispettivament mill-kapaċitajiet
Dejjem tqisu mażżra ma’ Muscat Sa ftit tal-jiem ilu dawk kollha viċin il-Prim Ministru Joseph Muscat kienu jikkunsidraw lil Manuel Mallia u lil Silvio Scerri bħala persuni li kienu ta’ mażżra ma’ saqajn Joseph Muscat u f’mument jew ieħor, kemm-il darba ma jibdlux l-atteġġjament tagħhom, dawn kienu se jispiċċaw itiru. L-ewwel sinjali konkreti li Silvio Scerri kien se jkun mażżra tqila ma’ Joseph Muscat bdew ifeġġu fis-sajf tas-
sena 2013 meta kienet qamet ilkontroversja dwar l-arrest illegali tażżagħżugħ Daryl Luke Borg. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien imxebba bl-attitudni ta’ Silvio Scerri li fi ħdan id-dekastru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali li kien jaħseb li jista’ jagħmel li jrid, x’ħin irid u meta jrid. Kampanja elettorali kapriċċuża minn Mallia Ir-relazzjoni bejn Manuel Mallia u Silvio Scerri tmur lura għal qabel lelezzjoni elettorali ta’ 21 xahar ilu meta fil-proċess għal dik l-elezzjoni jidher li Silvio Scerri għamel tajjeb għallispejjeż kollha, jew kważi kollha, talkampanja elettorali ta’ Manuel Mallia. Mill-investigazzjonijiet li għamel ilmument jirriżulta bl-aktar mod ċar li lkampanja elettorali li għamel Manuel Mallia – u li wasslitu biex kien eletti minn żewġ distretti elettorali – kienet waħda kapriċċuża ħafna tant li saħansitra
ħalliet aktar mistoqsijiet min ingħata lill-eks Imħallfin? Kien sejbien tagħhom stess ? (li qajla jista’ jkun għax joħroġ mill-ftuħ tal-inkjesta mhux il-konklużjoni) jew ingħata minn xi ħaddieħor? U jekk hu hekk, min minn? Ir-rapport tal-inkjesta jkompli mbagħad mill-ewwel bl-istqarrija kelma b’kelma kif ħarġet mid-Dipartiment talInformazzjoni imma r-rapport jgħid li nħarġet mill-Ministeru għall-Intern. Veru li kull stqarrija effittivament toħroġ formalment mid-Dipartiment talInformazzjoni, iżda din tkun ġiet riprodotta kelma b’kelma mill-Ministeru li jkun bagħtilhom. L-isfond fuq ċitat jippremetti li ħarġet mill-Ministeru għallIntern imma ir-rapport minnufih isib li ‘mill-korp kumplessiv tal-provi jirriżulta li l-istqarrija hawn fuq miġjuba ġiet kompilata minn Kurt Farrugia.’‘
Il-kwistjoni tal-cover-up Niġu issa għall-parti tal-inkjesta bittitlu ‘Dwar l-allegazzjoni jekk seħħx cover-up’. Ir-rapport jispjega id-differenza bejn cover-up li tista’ tkun passiva jew attivà. Jgħid, li cover-up passiva meta wieħed ma jipprovdiex informazzjoni li jkun mistenni minnu li jipprovdi f’soċjetà demokratika. Ikompli li biex ikun hemm cover-up attiva, dak li jkun jintervjeni biex jgħatti aġir kriminuż, blużu ta’ mezzi illeċiti. F’dan l-istadju deskrittiv, il-Bord ma jagħmilx differenza bejn il-cover-up materjali tax-xena taddelitt u dik il-parti tal-cover-up relatata mal-istqarrija . Mill-ewwel isib ir-rapport, li fil-każ attwali, ma jistax jingħad li kien hemm xi cover-up passiva. Meta jiġi biex jiddeċiedi dwar jekk kienx hemm cover-up attiva ir-rapport jelenka 7 punti, li sitta minnhom huma relatati ma’ fatti materjali, jew fuq ix-xena tad-delitt, bħal-low-loader li għabba l-vettura, iċċaqliq tal-vettura ta’ Smith, l-iskrataċ li ma nstabux, il-filmat tal-isparatura li persuna
provat tieħu mingħand iż-żewġ persuni diġà msemmija, partijiet tar-rapport li allegatament ġie mbagħbas fit-22 ta’ Novembru. Punt wieħed biss jirrigwarda listqarrija uffiċjali mill-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ftit tal-ħin wara linċident li fiha kien hemm informazzjoni skoretta. Il-Bord isib li fit-tliet ċirkostanzi mis-sebgħa, x’aktarx li kien hemm effettivament attentat ta’ cover-up minn persuna qrib Sheehan. Iżda meta jindaga dwar l-aġir talAġent Kummisarju Raymond Zammit, mbagħad jgħid hekk: il-provi miġbura jwasslu wkoll biex jista’ jinghad li lAġent Kummissarju tal-Pulizija Raymond Zammit għen ħafna biex din lallegazzjoni ta’ cover-up tissaħħaħ. IlBord mhux konvint li dan sar b’malizja jew b’intenzjoni li jgħin fil-cover–up, iżda l-Bord jifhem li dan aktarx kien riżultat ta’ ċertu nuqqas professjonali filqadi ta’ dmirijietu. Wieħed irid jikkumenta li dan l-aħħar sejbien jistona mad-dikjarazzjoni bikrija tal-istess Bord li jgħid li fil-każ odjern ma jistax jingħad li kien hemm cover-up passiva! Ma jgħidx jekk ir-responsabbiltà tal-Aġent Kummissarju kinetx marbuta ma’ cover-up attiva. Isib biss li l-Aġent Kummissarju għandu jġorr ħafna mirresponsabbiltà għall-iskorettezza li kien hemm fl-istqarrija uffiċjali maħruġa millMinisteru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Wieħed allura bilfors jistaqsi; min kellu r-responsabbiltà li joħroġ l-istqarrija? Il-Pulizija, il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jew l-Uffiċċju talPrim Ministru? Jekk wieħed mill-ewwel tnejn, allura kif indaħal Kurt Farrugia, li forsi b’kumbinazzjoni, jew, għax il-Prim Ministru ma semmiehx fis-sejħa għallinkjesta b’ismu, jew, għallinqas bilkariga tiegħu, huwa l-uniku persuna li fis-sejbien u konklużjonijiet tal-Bord
9
minbarra materjal ta’ leaflets u reklami pubbliċitarji oħra, ħallas ukoll xirjiet ta’ ikel lil diversi familji fiż-żewġ distretti. Dan apparti festini kbar u okkażjonijiet soċjali oħra organizzati mill-istess canvassers tal-Ministru Manuel Mallia. Fl-isfond kollu, wieħed jifhem aktar kif nhar il-jum tal-votazzjoni fl-elezzjoni ġenerali – jiġifieri nhar is-Sibt, 8 ta’ Marzu 2013 – Silvio Scerri nstema’ jgħid quddiem terzi persuni li hu kien jaf li hekk kif ilPartit Laburista jirbaħ l-elezzjoni, Manuel Mallia kien se jingħata l-inkarigu ta’ Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li hu (Silvio Scerri) kien se jkun il-Kap ta’ dan is-Segretarjat fil-Ministeru. Interessanti ħafna l-fatt li fl-istess konversazzjoni meta Silvio Scerri nstema’ jagħmel din id-dikjazzjoni, qal ukoll li kien jaf ukoll li l-Ministeru talIntern kien se jkun jinkludi wkoll lillForzi Armati ta’ Malta, lill-Korp talPulizija, lill-industrija tal-films u lillPublic Broadcasting Services.
L-inkjesta li ħarġet il-konfront bejn Mallia u Muscat
ma tissemmiex il-kariga tiegħu? Għaliex kien hu li ċempel lillAġent Kummissarju biex jiġbor l-informazzjoni kollha u jikkompila jew aħjar jikteb l-istqarrija jekk ma kinitx responsabbiltà tiegħu? U jekk kienet irresponsabbiltà tiegħu li joħroġ l-istqarrija, għaliex ħarġet mill-Ministeru talIntern? Dan kollu l-Bord ma weġbux. U ma weġbux forsi għax ma ġiex ordnat jew dirett fl-inkarigu tiegħu li jagħmel dan.
X’ħalla aktar nieqes ir-rapport tal-inkjesta Ikompli r-rapport biex jiskaġuna wkoll lil Silvio Scerri minkejja li nstab li kien hu, li mhux biss ra l-istqarrija qabel ma ħarġet, iżda li żied il-kliem it-tiri kienu ‘fl-ajru’ u li Smith irrifjuta li jagħmel ittest tal-alkoħol. Żewg dettalji, li għażel li jżid bi skop, u, li t-tnejn effettivament jgħinu biex itaffu l-gravità tal-aġir ta’ Sheehan u jtappnu dak ta’ Smith. Imkien ma tinvestiga l-inkjesta l-aġir tal-Prim Ministru f’dik is-serata. Ovvjament għax ma kienx kompitu talBord li jagħmel hekk, stante li l-inkarigu tagħhom ma kienx jitlobhom hekk, u qatt ma offra, jew issottometta ruħu l-Prim
Ministru nnifsu għall-iskrutinju tal-istess Bord. Ġudizzju li ħass li ma setgħax jasal għalih fuq il-Ministru Mallia qabel l-inkjesta, dwar responsabbiltà politika, ħass li seta’ jgħaddih fuqu nnifsu .
Inkjesta li ħalliet aktar mistoqsijiet Għalhekk ir-rapport, ftit li xejn tefa’ dawl ġdid fuq dak li konna nafu qabel linkjesta. Rapport li ftit li xejn staqsa domandi li wieħed minnufih jiġuh f’moħħu meta jifli dan il-każ. Inkjesta allura, li kienet iktar intiża biex tagħlaq episodju malajr milli biex verament tfittex il-verità kollha. Mistoqsijiet li ma sarux, li allura trid tistaqsi l-media. Mistoqsijiet li jridu tweġiba għalihom innies. Għax meta l-Pulizija tkun indagata hija stess; fejn il-Gvern jintervjeni, fejn mhux dovut li jagħmel hekk; meta l-poteri jitwaħħdu u ma jibqgħux ħielsa u awtonomi minn xulxin; meta, min, minkejja li xxogħol tiegħu li jwassal l-aħbar, jipprova b’kull kif, isikket il-verità; meta, min jikkmanda, jaħseb, li jista’ jiġġudika lilu nnifsu u ma jaqa’ taħt ebda skrutinju; allura, ġudizzju wieħed biss jibqa’ li jsir. Il-ġudizzju tal-poplu.
10
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Lokali
Il-Prim Ministru Joseph Muscat innomina biljunarju; il-Prinċep tal-Għarabja Sawdita, Alwaleed Bin Talal għall-Ogħla Unur tar-Repubblika bl-awtoritajiet Maltin ma juru ebda trasparenza dwar ir-rabtiet u l-interessi ta’ dan il-biljunarju Sawdi
Prinċep Sawdi jingħata l-ogħla unur tar-Repubblika iżda jinżammu moħbija r-rabtiet tiegħu ma’ Malta IĊĊELEBRAT L-40 ANNIVERSARJU TA’ MALTA REPUBBLIKA
L-40 anniversarju ta’ Malta Repubblika lbieraħ kien iċċelebrat fost oħrajn bl-għoti tal-unuri ta’ Jum irRepubblika, li f’ċerimonjja fis-Sala tal-Gran Kunsill fil-Palazz talPresident spikka l-Prinċep talGħarabja Sawdita, Alwaleed Bin Talal; biljunarju influwenti fid-dinja Għarbija u “għandu interess speċjali f’Malta”. Huwa ngħata l-ogħla unur; dak ta’ Kumpann ta’ Unur fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu – titlu li jista’ jinżamm biss minn tliet persuni, minbarra lPresidenti Emeriti. Dan il-Prinċep Sawdi kien nominat mill-Prim Ministru Joseph Muscat, deskritt “bniedem li jċomm ir-rabtiet ma’ pajjiżna għoljin fuq l-aġenda tiegħu.” Iżda fil-ktejjeb li tqassam għallokkażjoni, l-awtoritajiet Maltin imkien ma taw id-dettalji kif normalment isir dwar l-interessi, u f’liema oqsma f’Malta għandu rabta magħhom dan ilPrinċep Sawdi. Jirriżulta li f’Settembru li għadda, ilPrinċep Sawdi Alwaleed Bin Talal kellu rappreżentant tiegħu f’Malta, li kien iltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru Joseph Muscat. F’dik il-laqgħa kienet imtennija l-wegħda li fi żmien mhux ‘il bogħod il-Prinċep Alwaleed Bin Talal jżur Malta.
Intant, it-tieni grad ta’ unuri fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu, dik ta’ uffiċjal, ingħatat lil tliet Maltin. Fosthom l-eks Deputat Laburista Anġlu Camilleri, li ngħata l-unur 20 sena wara mewtu. Lunur inġabar min-neputi tiegħu, Clint Camilleri, is-Sindku Laburista talQala, u li aktar kmieni din is-sena ikkontesta bla suċċess l-elezzjonijiet Ewropej f’isem il-Partit Laburista u flelezzjoni ġenerali li jmiss se jkun kandidat Laburista fuq Għawdex. It-tieni grad ta’ unur ingħata wkoll lil Alfred Pisani, il-fundatur talCorinthia Group, għas-sehem tiegħu fl-industrija tal-lukandi f’Malta u lil hinn minn xtutna. Patri Marius J
Zerafa wkoll ingħata dan it-titlu għal kontribut akkademiku u universitarju, fejn għadu jgħallem fl-Università Angelicum f’Ruma u dik ta’ Toronto, fil-Kanada. It-tielet grad tal-Ordni, dak ta’ Uffiċjal Onorarju, ingħata lil Frank G. Zarb, għal ħidma finanzjarja tiegħu flIstati Uniti, fejn serva karigi importanti taħt diversi Presidenti talIstati Uniti fosthom Nixon, Ford, Reagan, Bush u Clinton. B’kollox kienu 59 persuna li nħatru fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu, jew inkella ngħataw Midalja għall-Qadi tar-Repubblika jew għall-Qlubija fosthom membri tal-Forzi Armati li
kienu involuti f’ħidmiet ta’ salvataġġ tal-immigranti. Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum irRepubblika bdiet b’marċ minn kontinġenti tal-Forzi Armati minn ħdejn il-monument ta’ Kristu Re, lejn Triq ir-Repubblika sa Misraħ San Ġorġ. Hemmhekk, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, spezzjonat il-gwardja tal-unur. Għallparata attaendew fost oħrajn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil, flimkien mal-għola uffiċjali tal-pajjiż. Iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-fjuri saret fuq il-Monument tar-Repubblika fil-Marsa.
Il-President tappella għal tibdil fil-Kostituzzjoni
F’diskors qabel l-għoti tal-unuri ta’ Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fakkret filmument li fih pajjiżna fassal l-ewwel Kostituzzjoni Repubblikana tiegħu u qalet il-mexxejja ta’ dak iż-żmien kellhom il-kuraġġ jipprovdu lil pajjiżna b’qafas li ippermetta lill-poplu jasal fejn qiegħed illum. Iżda waqt li ddeskriviet il-Kostituzzjoni Repubblikana bħala qafas għall-ħidma amministrattiva, fakkret kif din ilKostituzzjoni għandha tħares lejn ir-realtajiet ta’ Malta u l-ħtiġiet tal-poplu Malti. Għaldaqstant hi appellat għall-kuraġġ biex, bi proċess ta’ diskussjoni sħiħa, bissehem tal-politiċi u tal-poplu, issir evalwazzjoni u jiġu deċiżi l-bidliet meħtieġa għaż-żminijiet tal-lum. Il-President tkellemt ukoll dwar il-fidi Kattolika f’Malta, u osservat li din tilfet ħafna mill-influwenza kulturali ta’ pajjiż-
Id-delegazzjoni li ġab miegħu lbieraħ filgħodu l-Prinċep Sawdi permezz ta’ ajruplan tal-Familja Rjali Sawdita
na. Hi talbet biex ikun hemm rikunsiderazzjoni tal-mod kif pajjiżna jaħdem bħala stat sekulari, u li f’Malta għandna nagħtu iktar każ tad-diversita’ reliġjuża. L-appell tal-President kien li pajjiżna għandu jkollu demokrazija ibbażata fuq id-diversita’. Biex nilħqu dan il-għan, ilPresidenza qed isservi bħala pont, bittwaqqif ta’ Fondazzjoni apposta, kif ukoll ta’ numru ta’ fora, li għandhom iservu bħala pjattaformi ta’ djalogu bejn l-oqsma differenti tas-soċjeta’ Maltija. Hi għamlet analiżi retta tal-ħajja Maltija, b’emfasi fuq il-problemi soċjali li pajjiżna qed jiltaqa’ magħhom, fosthom il-qgħad, il-prekarjat, it-tluq bikri ta’ żgħażagħ mid-dinja edukattiva, il-vulnerabbilità ta’ saffi soċjali u minoranzi kulturali, l-esklużjoni soċjali, l-inugwaljanza bejn is-sessi u l-preġudizzji. Biex ikunu indirizzati dawn l-isfidi, ilPresident appellat lis-soċjetajiet ċivili, biex
jibqgħu jgħinu lil pajjiż jirrifletti b’mod kritiku. Hi appellat lill-mexxejja tal-pajjiż, jew inkella lil dawk li qed jaspiraw li jsiru mexxejja, biex iħeġġu djalogu ibbażat fuq l-umiltà, il-kuraġġ, l-imħabba u r-rispett reċiproku. Dan fi spirtu ta’ għaqda u bissehem tal-intellettwali u l-kritiċi, li fi kliem il-President ta’ Malta, “għandhom jingħataw rwol iktar importanti biex inkomplu nibnu l-istorja ta’ pajjiżna.” Il-President kellha wkoll kliem iebes kontra l-burokrazija, li fi kliemha mhux biss ixxekkel it-tiġdid tar-Repubblika iżda xxekkel is-solidarjetà soċjali. Hi appellat għall-azzjoni msejsa fuq l-istatistika, iżda talbet biex ir-riżultati statistiċi jitqiesu flimkien mal-emozzjonijiet u d-dimensjoni soċjali tal-poplu. Meta tkellmet dwar il-prekarjat, ilPresident iddeskrivietu bħala marda li tnawwar il-paċi u teqred il-familji u lindividwi milquta. Il-President ikkundan-
nat l-evażjoni tat-taxxa u qalet li din hi fost waħda mill-akbar għedewwa tarRepubblika tagħna, mibnija fuq xogħol u solidarjetà. Fid-diskors tagħha, b’referenza għallfaqar, il-President appellat biex din tkun indirizzatha b’sistema edukattiva b’saħħitha, li tinkludi l-edukazzjoni fliskejjel u fil-ħajja. Tkellmet ukoll dwar l-inġustizzja soċjali, li fi kliemha teqred l-ekonomija Maltija, u l-valuri tal-Maltin, fosthom ilħniena, is-solidarjetà u l-wens, li jidhru wkoll fil-mod kif nilqgħu lil dawk filbżonn u li jiġu f’pajjiżna minn pajjiżi ‘l bogħod. F’riflessjoni fuq l-ambjent, Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-ambjent mibni qed jisraq il-paċi interna u l-appell tagħha kien wieħed b’saħħtu: “irridu nibqgħu f’kuntatt mal-ambjent naturali li jsostnina.”
Il-Konvenzjoni Kostituzzjonali trid titmexxa minn persuna li jgawdi rispett minn kulħadd u ta’ integrità Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Lokali
11
– L-Imħallef Giovanni Bonello
... waqt li jiddikjara li “s’issa ħadd ma kkonvinċini li hemm bżonn li jsiru xi tibdiliet fil-Kostituzzjoni mill-aktar fis u li Malta se tikkrolla jekk ma nagħmluhomx jew se jkollna xi diżastru kbir jekk ma jsirux.”
L-Imħallef Giovanni Bonello ddikjara li s’issa ħadd ma kkonvincih li hemm xi bżonn urġenti li għandha tinbidel il-Kostituzzjoni ta’ Malta waqt li ddikjara li l-persuna li għandha tmexxi l-Konvenzjoni Kostituzzjonali trid tkun ‘il fuq millpartiti politiċi, li tgawdi rispett minn kulħadd u ta’ integrità kif seħħ flimgħoddi fl-1921 u wara t-Tieni Gwerra Dinjija. L-Imħallef Giovanni Bonello tkellem dwar dan meta kien qed jieħu sehem fil-programm Newsfeed nhar il-Ħamis li għadda fuq Net TV. Wara li din l-amministrazzjoni Laburista ħatret lil Franco Debono bħala Kummissarju tal-Liġijiet, ilPartit Nazzjonalista diġà ddikjara li din il-mossa ma tawgura xejn tajjeb għas-serjetà u s-serenità li biha għandu jitmexxa l-proċess tar-reviżjoni Kostituzzjonali. Il-PN ilu li appella li kellu jsir kunsens nazzjonali li jgħaqqad, u din il-mossa hija diviżiva, maħsuba biss biex tinsulenta lillOppożizzjoni. Fl-intervista tal-Ħamis li għadda, lImħallef Bonello spjega li lKostituzzjoni hija dik li tirregola dak kollu li jista’ jsir fil-pajjiż. “IlKostituzzjoni hija l-garanzija talistabbilità. M’għandhiex tiġi nbiddla, imbagħbsa, ħlief għal raġunijiet serjissimi. Trid toqgħod attent ħafna u ma tkunx frivolu meta tbagħbas ilKostituzzjoni għax il-konsegwenzi jkunu kbar ħafna.” L-Imħallef Giovanni Bonello ddikjara: “s’issa ħadd ma kkonvinċini li hemm bżonn assolutament li jsiru xi tibdiliet mill-aktar fis u li Malta se tikkrolla jekk ma nagħmluhomx jew se jkollna xi diżastru kbir jekk ma jsirux.” Mandankollu żied li kull min għandu proposti, għandu jagħmilhom b’sens ta’ prudenza u b’sens ta’ politika fl-aħjar sens tal-kelma. “Dejjem iżomm preżenti kif se jmur l-aħjar il-poplu, jekk hux bil-bidla jew mingħajr bidla, u jiġu diskussi b’mod demokratiku u ċivili. Iżda nixtieq nisma’ mingħand min għandu l-interess, x’inhi r-raġuni li rridu nbiddlu xi ħaġa radikali.” L-Imħallef Giovanni Bonello ddikjara wkoll li l-mod kif teżamina l-kunsens għall-bidla fil-Kostituzzjoni hija jew b’referendum jew b’elezzjoni li tkun imposta fuq dawk ilkwistjonijiet tal-Kostituzzjoni. Hu rrefera għall-iżviluppi li waslu għal Malta Repubblika. “Verament kienet parti mill-programm elettorali tal-Partit Laburista meta tela’ filGvern fl-1971. Dan ifisser li mandat
L-Imħallef Giovanni Bonello dwar ir-Repubblika: “Jiena li d-demokrazija qiegħda fil-mudullun tiegħi... la darba l-Kostituzzjoni tal-Indipendenza saret b’referendum b’maġġoranza popolari, la darba se ssir emenda, emendi sostanzjali (dwar ir-Repubblika), skont il-Kostituzzjoni ta’ dak iż-żmien kellhom jiġu approvati b’referendum... naċċetta r-Repubblika, iżda ma ngħidx li nħossni sodisfatt bil-mod kif il-Kostituzzjoni stess ġiet naqra mbenġla biex tgħaddi r-rieda tal-maġġoranza fil-Parlament u mhux il-maġġoranza tal-poplu.”
Il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza nkisbet b’maġġoranza f’referendum waqt li dik Repubblikana għaddiet biss b’vot tal-maġġoranza parlamentari
elettorali kien hemm. Iżda l-bidla tant kienet komplikata u tant kien hemm kontroversji dwar jekk saritx tajjeb jew le, jekk legalment setgħetx issir kif kienet, partikolarment il-fatt li ddeċiedew li kien hemm maġġoranza mhux ħażin fil-Parlament u ma jagħmlux referendum.” L-Imħallef Giovanni Bonello kompla: “ħaġa tajba jew ħażina. Jiena li d-demokrazija qiegħda fil-mudullun tiegħi, ngħid li ma kellix issir, għax la darba l-Kostituzzjoni talIndipendenza saret b’referendum b’maġġoranza popolari u l-poplu ġie mistoqsi x’jidhirlu mill-Indipendenza, la darba se ssir emenda, emendi sostanzjali, skont il-Kostituzzjoni ta’ dak iż-żmien kellhom jiġu approvati b’referendum. Għaliex m’għamlux referendum? Jien naċċetta rRepubblika, naċċetta dak kollu li sar, iżda ma nistax ngħid li nħossni sodisfatt bil-mod kif il-Kostituzzjoni stess ġiet naqra mbenġla biex tgħaddi r-rieda tal-maġġoranza fil-Parlament u mhux il-maġġoranza tal-poplu.” Hu semma kif fl-1921, meta Malta ma kelliex awtonomija, ma kien hemm self-government, u kien se jsir il-pass li minn pajjiż kolonjali għal pajjiż li kien se jkollu ċerta awtonomija u ċerti drittijiet li jiddeċiedi għalih innifsu, dak iżżmien kienet saret Konvenzjoni Kostituzzjonali u kienet fuq bażi ta’ kemm jista’ jkun wiesa’ u popolari. “Allura jekk issir Konvenzjoni Kostituzzjonali ma tkunx tal-klikek imma tkun tal-poplu. It-tieni punt; ilKonvenzjoni Kostituzzjonali għażlet bħala Chairman tagħha, persuna li kienet fuq il-partiti, li kien igawdi rrispett tal-partiti kollha, u saret ilKonvenzjoni għax kien se jsir pass kbir ta’ bidla minn stat kolonjali għal stat ta’ self-governement.” Hu qal li l-istess ġara fl-1947, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, meta ma kellnix gvern ta’ awtonomija, u ġie deċiż li se nerġgħu naqbdu t-triq ta’ gvern ta’ self-governement. “F’dak ilkaż ukoll ġiet imsejħa Konvenzjoni Kostituzzjonali għax kien hemm bidla importanti ħafna; minn kolonja għal sitwazzjoni fejn se tieħu rajk f’idejk, mhux għal kollox, għax dak inkiseb fl-Indipedenza. “L-għażla kienet mifruxa ma’ Malta kollha; kien hemm tfittxija ta’ kunsens kbir u l-istess lgħażla fuq il-President – li kien fuq il-partiti u ta’ integrità u li kien igawdi r-rispett tal-partijiet kollha.” Hu temm ir-rimarki tiegħu li xorta waħda llum mhu qed nara li m’hemmx bżionn ebda rivoluzzjoni Kostituzzjonali.
12
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Internazzjonali
Restrizzjonijiet għall-Milied minħabba l-Ebola
Fi Sierra Leone, il-Gvern waqqaf iċ-ċelebrazzjonijiet tal-massa għall-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena minħabba biża li dawn igħinu biex tkompli tinfirex l-Ebola. L-ordni se tkun enforzata mill-Armata u dan ifisser li dawk li jgħixu fil-kapitali
Freetown, mhux se jitħallew jivjaġġaw biex imorru jaraw qraba li jgħixu f’irħula. Ir-residenti ta’ Freetown huma terż tal-popolazzjoni ta’ Sierra Leone. Jidher li pass simili qed jittieħed ukoll f’Port Loko, fejn hemm popolazzjoni kbira u
qed jiżdiedu l-każi ta’ Ebola. Palo Conteh, il-Ministru tad-Difiza u li qed imexxi lħidma tal-Gvern kontra lEbola, qal li din is-sena għallMilied u l-ewwel tas-Sena, kullħadd irid jibqa’ d-dar. Hu wissa wkoll li fit-toroq kien se jkun hemm it-truppi biex ma
jħallu lil ħadd joħroġ u jiċċelebra fi gruppi fit-toroq. Aktar minn kwart tal-popolazzjoni ta’ Sierra Leone hi Nisranija. L-iskejjel fit-tliet pajjiżi filPunent tal-Afrika fejn l-Ebola infirxet sew – il-Guinea, Sierra Leone u l-Liberja – l-
iskejjel qed jinżammu magħluqa. Pass li effettwa ledukazzjoni ta’ ħames miljun tifel u tifla. Dan jgħodd ukoll għal-logħob tal-football u bars u klabbs huma magħluqa. Ilknejjes u postijiet ta’ qima qed jitħallew jiftħu imma b’diversi restizzjonijiet.
L-OLANDA: Crane li niżel fuq dar f’Ijsselstein. Dan wara raġel ipprova jissorprendi lill-għarusa tiegħu billi jipproponilha minn fuq il-crane imma dan inqaleb. Ma kienu rapportati ebda vittmi fl-inċident. (Ritratt:EPA)
Iżrael ilesti għall-elezzjoni fost tensjoni kbira
Hemm tħassib li minn ħin għall-ieħor jista’ jkun hemm splużjoni ta’ vjolenza bejn Iżraeljani u Palestinjani. Dan hekk kif din il-ġimgħa kien hemm sensiela ta’ inċidenti serji. F’temp ta’ ftit ġranet Ministru Palestinjani miet wara li tlewwem ma’ suldati Iżraeljani waqt protesta u wara kien hemm raġel Palestinjan li waddab l-aċtu lejn familja ta’ Lhud u f’Ateni, il-kapitali Griega, kienu sparati tiri lejn lAmbaxxata Iżraeljana massebħ tal-Ġimgħa.
Dan kollu hekk kif Iżrael qed jirranka għall-elezzjoni ġenerali bikrija li se ssir f’Marzu. Elezzjoni li mhux kullħadd hu konvint li Benjamin Netanyahu se jerġa joħroġ rebbieħ fiha biex jikseb ir-raba’ mandat tiegħu. Dan hekk kif Issac Herzog, il-mexxej tal-Partit Laburista, u Tzipi Livni, il-kap tal-Partit Hatnuah, din il-ġimgħa ħabbru li kienu se jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw koalizzjoni taċċentru xellug. Koalizzjoni li listħarriġ tal-opinjoni pubblika
qed juri li tista’ tirbaħ aktar voti mil-Likud ta’ Netanyahu. Fl-isfond ta’ dan kollu hemm ukoll it-tensjoni li qed tiżdied mal-Palestinjani li ħafna jsostnu tistsa’ tbatti biss jekk Netanyahu ma jibqax fil-poter. Iżda minkejja dan, għad-differenza tal-passat, il-kwistjoni Palestinjana m’hux qed tiddomina l-kampanja elettorali. Minflok hi l-ekonomija u xxogħol fil-pajjiż li osservaturi jfakru xorta għandhom rabta mal-paċi fil-Lvant Nofsani minħabba l-investimenti.
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Internazzjonali
Battalja qalila qrib terminal taż-żejt Libjan
Il-VATIKAN: Il-Papa Franġisku hekk kif kien preżentat b’flixkun żejt taż-żebbuġa u tliet flixken tal-inbid Vin Santo waqt udjenza privata mal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi lbieraħ. (Ritratt:EPA)
Twissija dwar id-drones f’idejn it-terroristi
Esperti ewlieni dwar iddrones wissa li hemm periklu kbir li dawn jibdew jintużaw għal attakki mit-terroristi. Attakki li fihom anki ajruplani tal-passiġġieri jistgħu jkunu fil-mira. Il-Professur David H. Dunn mill-Universita ta’ Birmingham, qal li militanti Iżlamiċi bħalissa jistgħu jtajru għadd ta’ drones lejn il-makni ta’ ajruplani tal-passiġġieri għaliex m’hemm ebda mekkaniżmu biex iwaqqafhom. Hu għamel dawn ilkummenti wara li kien svelat li drone tar sa sitt metrui minn
Airbus A320 hekk kif kien niżel f’Heathrow f’Lulju. Investigazzjoni sabet li kien hemm ħelikopter/drone li kien qed jittajjar minn xi ħadd f’għoli ta’ 200 metru fuq irrunway. Instab li dan lanqas intlemaħ fuq ir-radar u minn kien qed itajru ma nstabx. Dunn reċentament pubblika rapport fejn wissa lill-Gvern Ingliż biex jieħu miżuri urġenti biex jipproteġu l-ispazju talajru Ingliż minn xi attakk biddrones. Hu wissa li dawn jistgħu jinxtraw bla problema minn fuq l-Internet u wieħed jtajjarhom mingħajr ma jklun magħruf min hu għaliex
m’hemmx bżonn liċenżja. Hu illegali li wieħed itajjar drones fir-rotta tal-ajruplani imma Dunn saħaq li dan ma jfisser xejn għal terrorista. Hu fakkar ukoll li attakk b’drone kien ikollu signifikat kbir għall-al-Qaeda. Dan peress li l-Istati Uniti qed tużhom ħafna kontrihom f’postijiet bħall-Pakistan. Apparti attakk kontra lajruplani, dawn id-drones jistgħu jintużaw għal ġarr ta’ xi arma biex tintuża f’attentat kontra follol. Dunn qal li l-Gvern Ċiniż diġa adotta difiza mid-drones permezz ta’ armi bil-laser.
Kien hemm konfronti vjolenti bejn il-Pulizija u estremisti fit-toroq ta’ Zurich fl-Iżvizzera. Il-Pulizija kellhom jisparaw il-ballal tal-lasktu u l-gass taddmugħ kif ukoll jużaw ilkanuni tal-ilma biex iferxu ddimostranti. Skont xi kalkoli kien hemm madwar 200 żgħażugħ ħafna minnhom armati bi bsaten tal-ħadid u wiċċhom mgħammad. Fl-
inkwiet li kien hemm matul illejl tal-Ġimgħa, saret ħsara għal mijiet ta’ eluf ta’ ewro. Dan hekk kif karrozzi, siġar u affarijiet oħra ngħataw in-nar f’din il-belt meqjusa fost laktar sinjuri fl-Ewropa u fejn rarament ikun hemm inċidenti simili. L-inkwiet fit-toroq ta’ Zurich dam sejjer għal tal-anqas sagħtejn bid-dimostranti jat-
takkaw anki restaurants u stabbilimenti bin-nies fihom u twadbu diversi bombi tan-nar lejn il-Pulizija. Kien hemm erba’ persuni li kien u arrestati mill-Pulizija u minnhom wieħed kien mirRenju Unit u l-ieħor minn Liechtenstein. Jidher li dawn kienu parti minn movement internazzjonali kontra l-kapitaliżmu magħruf bħala “Occupy”.
Inkwiet fit-toroq ta’ Zurich
Uffiċjali Libjani qalu li t-terminal taż-żejt ta’ Sidra kien lok ta’ battalja qalila matul ilġurnata tas-Sibt. Dan hekk kif militanti Iżlamiċi wettqu attakk biex jieħdu l-kontroll tiegħu. It-terminal jinsab f’idejn il-ġellieda mil-Lvant tal-Libja mmexxija minn Ibrahim Jedran, li huma alleati tal-Gvern Libjan li għandu għarfien internazzjonali. Is-sorsi qalu li kien hemm imwiet waqt il-ġlied iżda ebda ċifra eżatta. Dan il-ġlied tal-bieraħ kien l-ewwel konfrontazzjoni bejn iż-żewġ naħat qrib impjant taż-żejt Libjan. Dan hekk kif il-Gvern bażat f’Bayda u lmilitanti Iżlamiċi taħt ittmexxija tal-ġellieda bażati f’Misrata u li issa jikkontrollaw il-kapitali Tirpli, qed jiġġieldu għall-kontroll talpajjiż. Sadattant rapporti minn Benġazi qalu li ħafna għasses tal-Pulizija u l-ħabsijiet reġgħu fetħu għall-ewwel darba f’sena. Dan hekk kif il-forzi talGvern f’Bayda reġgħu ħadu
13
lura parti mill-belt li kienet f’idejn il-militanti Iżlamiċi. Fix-xahrejn ta’ offensiva għal Benġazi, hu stmat li 450 persuna nqatlu. Rapporti qalu li issa, f’din it-tieni l-akbar belt Libjana, hemm daqsxejn sens ta’ normalita għalkemm għadd hemm ġlied fl-inħawi tal-port u zoni oħra. Il-kontroll ta’ Benġazi hu kruċjali għall-Gvern Libjan f’Bayda biex isir progress għat-tmiem tal-anarkija filLibja. Osservaturi iżda fakkru li ssuċċess militari li nkiseb s’issa nkiseb bis-saħħa tal-eks Ġeneral Khalifa Haftar li wża l-ajruplani għad-dispożizzjoni tiegħu li bumbardjaw anki zoni residenzjali. Min-naħa loħra truppi speċjali taħt ilkontroll tal-Gvern f’Bayda u appoġġjati mill-ġellieda ta’ Haftar keċċew il-militanti Iżlamiċi li kienu qed jikkontrollaw parti minn Benġazi. Madwar ħames għasses talPulizija, żewġ ħabsijiet, luffiċju tal-passaporti u tasservizzi sigrieti issa reġgħu nfetħu f’Benġazi.
Alleanzi mhux tas-soltu b’impenn ko 14
Filwaqt li l-Lvant Nofsani inħakem minn ‘tempesta’ li qed iġib it-taqlib kontinwu, iċ-ċirkostanzi tallum jiddettaw li d-deċiżjonijiet importanti u simboliċi li kienu ilhom effettivi għal snin f’dan irreġjun iridu jitwarrbu biex ikunu rispettati r-realtajiet ġodda. L-aktar deċiżjoni sinifikanti, f’dawn iljiem, kienet dik tar-Royal Navy Britannika lise tieħu lura bażi permanenti fil-Bahrain. Dan wara li r-Renju Unit kien ilu l-għexieren tas- snin jagħlaq bażi militari wara l-oħra fir-reġjuni mbiegħda. L-eks-Segretarju tal-Istat Amerikan, Henry Kissinger, darba qal li ‘l-ebda pajjiż ma jirtira għal dejjem’ u, fil-fatt, ilpreżenza tan-Navy Britanniku fil-Bahrain qed tagħmel ħafna sens fi żmenijietna. Jispikka l-fatt li r-Renju Unit għandu lbiljuni tal-liri f’investimenti fir-re;jun talGolf, b’xi 175,000 espatrijati qed jgħixu fl-inħawi. Il-bażi ġdida, fil-port ta’ Mina Salman, se sservi bħala faċilita għall-qawwiet talbaħar tar-Renju Unit. Fl-istess ħin, ilGvern tal-Bahrain se jiffinanzja l-bini ta’ din il-bażi, bil-Ministeru tad-Difiża tarRenju Unit jieħu ħsieb biss l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tagħha. Filwaqt li m’għandhiex tintuża biex tappoġġja l-koalizzjoni militari internazzjonali kontra t-terroristi talgrupp Stat Iżlamiku (ISIS) fis-Sirja u lIraq, din il-bażi se tgħin biex ilBritanniċi, ‘il quddiem, jistazzjonaw aktar vapuri tal-gwerra fir-reġjun tal-Golf. Il-
Il-Ħadd, 14 ta’
Interna
Ġellied tal-ISIS fis-Sirja Id-dell tal-ISIS jibqa' tqil fil-Lvant Nofsani u ħafna pajjiżi qed jirrevedu l-politika u l-istrateġiji tal-passat rigward ir-reġjun.
vapuri inkwistjoni għandhom jinkludu laircraft carriers ġodda tar-Royal Navy ladarba dawn jidħlu fis-servizz lejn l2019-20. Filwaqt li d-dell tal-ISIS jibqa’ tqil filLvant Nofsani, mhux ir-Renju Unit biss qed jirrevedi l-politika u l-istrateġiji talpassat rigward ir-reġjun u l-aspett politiku. Fil-fatt, l-Istati Uniti għadha kemm ikkummentat b’mod pożittiv rigward avversarju tradizzjonali u li żgur kien jitqies bħala xi ħaġa ‘impossibbli’ qabel feġġet it-theddida tal-ISIS. Dan meta s-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry, ħareġ b’tifħir kawt għall-preżenza tal-ajruplani tal-gwerra talIran fundamentalista fuq l-Iraq. Fil-fatt, żewġ jets Iranjani tat-tip Phantom ibbumbardjaw xi miri fit-territorji Iraqqin u, f’dan il-każ, Kerry sostna li ‘l-attakki setgħu jħallu l-effetti pożittivi’.
M’hemmx dubju li, hawnhekk, l-Iran kien qed jattakka lit-terroristi tal-ISIS, li jinkludu l-estremisti Sunniti, u meta magħruf li l-ISIS jobgħod lill-Iranjani daqskemm jobgħod lill-Istati Uniti. L-ISIS ma jċedix pulzier fl-iskop li ‘jeqred lill-Istati Uniti u l-Iran’ u lmexxejja rivoluzzjonarji f’Teheran, f’daqqa waħda, qed jaħsbuha l-istess bħall-Amerikani – is-super-potenza li rreġim Iżlamiku f’Teheran irrefera għaliha bħala ‘x-Xitan Ewlieni’. Ħafna anki jqisu l-fatt li l-ajruplani talgwerra tal-Istati Uniti, r-Renju Unit u lIran qed itiru mill-istess spazju tal-ajru bħala parti mill-impenn komuni għallqerda tal-ISIS bħala ‘l-aqwa element talironija’. L-avvanzi tat-terroristi tal-ISIS fis-Sirja u fl-Iraq m’humiex l-unika raġuni għalfejn inbidlu ħafna regoli u
pożizzjonijiet ‘statiċi’ fil-Lvant Nofsani – bl-avversarji antiki jinbidlu f’alleati – iżda, fl-istess ħin, għenu jwasslu għal din ir-realta ġdida. F’dan il-punt wieħed għandu jistaqsi jekk il-kampanja kontra l-firxa tal-ISIS hix turi progress minn jum għall-ieħor. Mit-8 ta’ Awwissu ‘l hawn, l-Istati Uniti u l-alleati, flimkien mal-Iran, wettqu ‘l fuq minn 1,000 attakk mill-ajru kontra l-ISIS. Mal-594 ta’ dawn l-attakki kkonċentraw fuq il-miri tat-terroristi flIraq, waqt li aktar minn 460 attakki oħra laqtu l-miri tal-ISIS fis-Sirja. Iżda l-aktar fatt importanti hu li, sat-8 ta’ Awwissu – id-data meta rrankat tassew il-kampanja mill-ajru kontra l-ISIS – itterroristi tal-grupp kienu diġa ħadu f’idejhom zoni kbar lejn il-Lvant tasSirja, minbarra reġjuni fin-naħa ta’ fuq tal-Iraq. L-ISIS, waqt l-offensiva tas-sajf, irnexxielu jaħtaf medda ta’ art inkredibbli li kienet tinkludi Mosul, l-akbar belt fitTramuntana tal-Iraq, fejn jgħixu mal-1.5 miljun abitant. Sa dak iż-żmien, l-Istati Uniti u l-alleati tagħha kienu aktar ‘segwaċi milli parteċipanti f’azzjoni deċiżiva’ u llum, ladarba qed isiru l-attakki regolari fuq itterroristi, wieħed jista’ jiġbed żewġ konklużjonijiet. L-ewwel konklużjoni importanti hi li, irrispettivament mill-istatistika uffiċjali, il-grupp ISIS għadu ‘l bogħod mit-telfa. Il-konklużjoni l-oħra hi li l-problemi li
għal paġna 15
ontra l-ISIS
15
’ Diċembru, 2014
azzjonali
minn paġna 14
ħolqu l-kundizzjonijiet ‘biex jiżviluppa l-mostru tal-ISIS’ m’humiex se jissolvew qabel issnin (dejjem jekk tinstabx tassew xi soluzzjoni dejjiema). Madankollu hemm ukoll lindikazzjonijiet pożittivi, bilqawwiet tal-ajru Amerikani, f’Ġunju, jwaqqfu lill-ISIS milli jattakkaw Baghdad, il-belt kapitali tal-Iraq, u meta waqfu wkoll l-avvanzi tat-terroristi fuq Irbil, il-belt tal-Iraqqin Kurdi lejn it-Tramuntana. Illum, Bagħdad għadu vulnerabbli għall-infiltrazzjoni mill-ISIS iżda naqas il-periklu li l-grupp iwettaq assalt totali fuq il-belt. Fl-istess ħin, it-terroristi kellhom jirtiraw minn diversi lokalitajiet importanti fl-Iraq – inkluża d-Diga ta’ Mosul – taħt il-pressjoni mill-qawwiet tal-ajru alleati u l-militar tal-Iraqqin u lKurdi. Hu minnu wkoll li Abu Bakr al-Baghdadi, li jsejjaħ lilu nnifsu l-’Kalif’ tal-’Istat ġdid Iżlamiku’, jeħtieġ jeżerċita kawtela fil-movimenti tiegħu flartijiet li qed jikkontrolla. Madankollu, hemm id-dubji dwar rapporti li Baghdadi spiċċa midrub waqt attakk tal-qawwiet tal-ajru Amerikani fuq Mosul, fl-10 ta’ Novembru li għadda. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Amerikan Kerry qal li ‘l-avvanzi tal-ISIS naqqsu ħafna millispinta allarmanti fl-Iraq’, għalkemm hu minnu li tterroristi għadhom qed jagħmlu l-kisbiet ġodda fis-Sirja. Fil-fatt, Baghdadi qed jestendi l-kontroll fuq zoni tas-Sirja fejn il-maġġoranza huma Sunniti. Hu adotta strateġija fejn qed jaħtaf it-territorji minn idejn ilmovimenti ta’ ribelli rivali, blISIS, fil-parti kbira, qed jevita lkonfronti mal-Armata talPresident Sirjan, Bashar alAssad. Fl-istess ħin, l-ISIS seta jkompli bl-avvanzi fis-Sirja għaliex m’hemmx il-qawwiet tal-art kapaċi jew lesti li joffrulu r-reżistenza. L-Armata ta’ Assad, diġa dgħajfa wara tliet snin ta’ gwerra ċivili, qed tevita l-battalji malISIS fejn hu possibbli. Intant, irribelli li m’humiex Iżlamiċi, fosthom il-grupp ‘Armata għal Sirja Ħielsa’, sofrew bil-kbir taħt idejn ir-reġim Sirjan u tterroristi ta’ Baghdadi. Fil-verita, l-Istati Uniti u lpajjiżi tal-koalizzjoni anti-ISIS m’għandhom l-ebda alleat effettiv fl-artijiet tas-Sirja. Dan meta dejjem kienet diffiċli għalihom biex imexxu strateġija li tirnexxi kontra t-terroristi fitterritorji Sirjani. Illum, l-Istati Uniti u r-Renju Unit qed jippruvaw ipattu għal dan in-nuqqas fost il-pjani biex iħarrġu u jipprovdu l-armi lill-
membri ta’ taqsimiet ‘magħżulin’ tar-ribelli Sirjani ġo kampijiet militari fil-Ġordan u lQatar. L-iskop wara dan hu liżvilupp ta’ ‘Tielet Forza’ ta’ qawwiet m’humiex Iżlamiċi li kapaċi jikkumbattu lill-ISIS kif ukoll lill-Armata ta’ Assad. Madankollu, anki f’każ li dan il-pjan jirnexxi, il-qofol ta’ kollox jibqa’ ż-żmien, u John Kerry diġa qal li l-kampanja
kontra l-ISIS trid titkejjel bissnin aktar milli x-xhur. L-ISIS wasal sa fejn wasal għaliex kellu diġa pjan u strateġija f’posthom. Il-Kap, Baghdadi, anki involva ruħu fid-diplomazija ma’ wħud millmovimenti militanti fitTramuntana tal-Iraq u fejn ma żammx lura mill-ponn talħadid fil-każi fejn ma sabx lappoġġ.
B’hekk, it-theddida ta’ dawn it-terroristi għal-Lvant Nofsani – u d-dinja – ma waslitx għallgħarrieda, anzi qed tidher bħala l-frott ta’ ħidma u ippjanar birreqqa li damu x-xhur u anki ssnin. Dan meta Baghdadi – minkejja l-brutalita tiegħu – wera wkoll li hu mexxej militari kapaċi u strateġista ta’ ħila straordinarja aktar milli ‘fanatiku bla viżjoni’..
Il-kap tal-ISIS Abu Bakr al-Baghdadi li kważi qatt ma jidher fil-pubbliku
16
Qbil fuq il-Baġit Ewropew u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni L-EWROPA F’IDEJK
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Aħbarijiet mill-UE
Ingrid Brownrigg Opinjonista
Hu stmat li madwar €120 biljun jintilfu fis-sena f’korruzzjoni fil-pajjiżi tal-UE.
Numru ta’ Membri fil-Parlament Ewropew iridu joħolqu grupp li jindirizza l-kriminalità, il-korruzzjoni u t-trasparenza, kemm fl-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll fil-pajjiżi membri tal-UE
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu fuq il-Baġit tal-UE Din il-ġimgħa ntlaħaq qbil proviżorju fuq il-Baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2015 min-negozjaturi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Baġit għas-sena d-dieħla jammonta għal €141.2 biljun. Dan il-qbil hu proviżorju għax għad irid ikun approvat mill-Kunsill tal-UE u mill-Parlament Ewropew. Fil-ġimgħat li għaddew kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn iżżewġ istituzzjonijiet tal-UE (il-Parlament u l-Kunsill jiddeċiedu flimkien il-Baġit) u kien hemm tħassib li l-Baġit ma kienx se jkun approvat sal-aħħar ta’ din is-sena. Kien għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea, l-istituzzjoni li tabbozza l-Baġit, kellha tippreżenta proposta oħra lil dawk li kienu qed jaġixxu bħala negozjaturi taż-żewġ istituzzjonijiet ewlenin biex jintlaħaq kompromess. Il-qbil proviżorju jinkludi wkoll numru ta’ kontijiet pendenti li jammontaw għal €23.4 biljun u li fuqhom kien hemm iddiżgwid. Il-President tal-Kumitati Parlamentari responsabbli mill-Baġit, Jean Arthuis, qal li l-Parlament ma setax ma jaġixxix quddiem numru ta’ kontijiet mhux imħallsa li kienu qed jheddu l-kredibbiltà tal-UE mas-settur privat. Arthuis, li kien qed imexxi d-delegazzjoni mill-Parlament Ewropew f’dawn in-negozjati mal-Kunsill, fisser li jifhem li l-istati membri (il-Baġit tal-UE hu ffinanzjat mill-istati membri) għaddejjin minn diffikultajiet finanzjarji, iżda madankollu kien jeħtieġ li jkun hemm soluzzjoni għal dawn il-kontijiet, li kif spjega hu stess, fuq kollox huma kontijiet ta’ kuntratti li kienu qablu fuqhom l-istati membri stess. Dawn il-kontijiet kienu €5 biljun fl-2010 u erba’ snin wara telgħu għal kważi €25 biljun! Il-Kummissjoni Ewropea talbet €4.8 biljun lill-istati membri biex tibda tħallas il-kontijiet pendenti. Dan mhux biżżejjed u lKummissjoni Ewropea tixtieq li taqta’ dawn il-kontijiet sal2016. Dawk li kienu qed jinnegozjaw għall-Parlament Ewropew qablu fuq il-Baġit b’kundizzjoni waħda, dik li lKummissjoni Ewropea tippreżenta pjan biex tnaqqas l-ammont ta’ dawn il-kontijiet b’mod sostenibbli sal-2016. Il-Baġit tal-UE jintefaq prinċipalment fl-attivitajiet agrikoli fl-istati membri, il-Fondi tal-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali; kif ukoll fir-reġjuni l-aktar foqra fl-Ewropa, il-fondi strutturali. Il-Parlament Ewropew innegozja €45 miljun aktar għar-riċerka u l-programm ta’ żvilupp Horizon 2020, filwaqt li nnegozja €16-il miljun aktar għal skambju ta’ studenti fil-programm Erasmus. Għall-politika barranija, il-Baġit żdied bi €32 miljun. Il-Baġit 2015 jinkludi wkoll €8 biljun li se jniedu pjan ta’ investiment ta’ €318-il biljun, imħabbar ftit tal-ġimgħat ilu mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker. Il-parti l-kbira minn din is-somma se tkun forma ta’ self garantit jew investiment privat. It-Task Force tal-UE għallInvestiment identifikaw 2,000 proġett potenzjali, li jinkludu titjib fl-infrastruttura tal-Ewropa f’oqsma bħat-trasport, lenerġija nadifa, skejjel u oħrajn.
MEPs iridu joħolqu grupp fuq il-korruzzjoni u t-trasparenza Numru ta’ membri fil-Parlament Ewropew iridu joħolqu grupp li jindirizza l-kriminalità, il-korruzzjoni u t-trasparenza, kemm fl-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll fil-pajjiżi membri talUE. Hu stmat li madwar €120 biljun jintilfu fis-sena f’korruzzjoni fl-UE. Hemm lista ta’ 12-il deputat li jridu jaħdmu fuq dan. L-idea tagħhom hi li jinħoloq grupp parlamentari fejn il-membri jkunu jistgħu jiddiskutu suġġetti varji b’mod informali. Jekk dan il-grupp jew kumitat parlamentari jitwaqqaf, skont ilproċeduri tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu huma intenzjonati li jikkomunikaw mal-Kummissjoni Ewropea fuq it-temi li jkunu qed jiġu diskussi. Il-Kummissjoni Ewropea, aktar kmieni din is-sena ppubblikat rapport fuq il-korruzzjoni fl-UE. Dan ir-rapport kien wera li sfortunatament il-korruzzjoni hi mxerrda sew filpajjiżi tal-UE, speċjalment fejn jidħlu kuntratti pubbliċi. IlKummissarju Ewropew ta’ dak iż-żmien responsabbli millIntern, Cecila Malmstrom, kienet qalet li mhux qed isir biżżejjed mill-istati membri biex jiġġieldu l-korruzzjoni. Iżda dan ir-rapport imħejji mill-Kummissjoni Ewropea ma kienx jinkludi l-istituzzjonijiet fi ħdanha. Skont id-Deputati Ewropej li jridu jwaqqfu dan il-Grupp jew Kumitat Parlamentari, rapport bħal dan fuq il-korruzzjoni fl-Ewropa għandu anke jinkludi kapitlu fuq l-istituzzjonijiet tal-UE, fejn numru ta’ kuntratti pubbliċi jingħataw kontinwament.
Proposta tajba għal Malta, speċjalment bil-Labour fil-Gvern Għażilt li nikteb fuq dan, anke jekk għad m’hemmx deċiżjoni biex jitwaqqaf dan il-grupp għax nemmen li fil-kuntest politiku li sfortunatament għaddejja minnu Malta bħalissa, Kumitat Ewroparlamentari fuq il-korruzzjoni u t-trasparenza hu idea tajba għax dawk l-affarijiet irregolari jew inġusti li jkunu qed jiġru f’Malta (bħalissa huma ħafna u jidher li huma destinati li jiżdiedu), ikunu jistgħu jiġu diskussi fuq livell Ewropew u jekk ikun hemm bżonn jintbagħat xi sinjal ta’ twissija lill-Gvern Malti. Qed nirreferi għas-saga tal-eks-Ministru Manuel Mallia u x-xufier tiegħu. L-istorja lkoll nafuha sew u l-iżviluppi li kellna din il-ġimgħa, speċjalment it-telefonati li xxandru fuq il-mezzi tax-xandir, żgur li ddisturbawna xi ftit, inkluż issottoscritta. Kienu konversazzjonijiet xokkanti li qatt ma stennejt li setgħu jiġru f’pajjiż modern fl-2014. Għalhekk jekk jitwaqqaf dan il-Grupp Parlamentari jista’ jkun ta’ relevanza għal pajjiżna għax donnu sakemm jibqa’ l-Partit Laburista fil-Gvern, stenna minn kollox anke dak li qatt ma stennejt u immaġinajt, qisna qed ngħixu f’soċjetà surreali. Jekk ikun hemm xi żviluppi fuq dan il-kumitat, inżommkom aġġornati.
17
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Editorjal
Xi ntqal dil-ġimgħa
“Il-Prim Ministru kompla tilef l-awtorità morali tiegħu hekk kif kompla juri li huwa dgħajjef u li falla fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Prim Ministru.” Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni, InNazzjon, 9 ta’ Diċembru
“Worst arrogance.” Carmel Cacopardo, Kelliem tal-Alternattiva Demokratika dwar l-isfida u r-rifjut ta’ Manuel Mallia li ma jirriżenjax minn Ministru, The Times of Malta, 10 ta’ Diċembru “I feared for my life.” Stephen Smith, il-vittma tal-isparatura taxxufier tal-eks Ministru Manuel Mallia, The Times of Malta, 10 ta’ Diċembru “The Labour Movement, is showing signs of deep cracks as Hard Line ‘Labourites’ are hurling all sorts of insults and threats at other moderate Labourites or ex-Nationalists. They want us out. None of us are left in Cabinet, except maybe the PM himself. The Party itself is doing nothing to stop the fragmentation. This might be the beginning of the end of The Labour Movement.” Id-Deputat Laburista Marlene Farrugia, Facebook, 10 ta’ Diċembru
“This was not the first time that someone else dictated facts in the press releases which were out of my control, as can be verified by my former communications coordinator.” L-eks Ministru Manuel Mallia fl-ittra mibgħuta lill-Prim Ministru Joseph Muscat, The Malta Independent, 11 ta’ Diċembru “Promises of transparency and inclusion for everyone have not been kept by some in government and attacks on anyone who criticizes the government are rampant.” Id-Deputat Laburista Marlene Farrugia, The Malta Independent, 11 ta’ Diċembru
“L-Oppożizzjoni trid li l-poplu jgħix f’pajjiż normali. Dak li seħħ f’pajjiżna f’dawn l-aħħar jiem ma jiġrix f’pajjiż normali, la l-inċident u wisq inqas il-mod kif mexa l-Prim Ministru.” Simon Busuttil, Kap tal-PN jindirizza lillParlament, In-Nazzjon, 11 ta’ Diċembru “Malta not prepared for a new wave of migrants.” Francois Crepeau, Espert tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, The Times of Malta, 11 ta’ Diċembru “The government is blatantly deceiving people by giving them lower electricity rates, and at the same time, charging them extra for fuel.” Il-Partit Nazzjonalista, The Times of Malta, 12 ta’ Diċembru “My friend stabbed me saying: Allah hu akbar.” Xhieda ta’ Omar Faiz el Sallak, Libjan fuq allegat ta’ qtil wara li abbuża mill-kokaina flimkien ma’ sieħbu, The Times of Malta, 12 ta’ Diċembru
Inkomplu nikxfu l-kultura ta’ ħabi fit-tmexxija ta’ Muscat il-mument fil-ħarġa tal-lum qiegħed jiżvela każ ieħor serju ta’ ħabi mill-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat. Aktar ma jgħaddu jiem, aktar qegħdin ifeġġu każi li jikkonfermaw li dan huwa Prim Ministru li qiegħed imexxi Gvern fuq ilpolitika tal-ħabi, tant li għall-poplu din saret parti millkultura, l-istil ta’ tmexxija tal-Prim Ministru Muscat.
Jiddiskuti u jiftiehem mal-barrani waqt li jaħbi mill-poplu Huwa Gvern li tela’ bl-għajta tat-trasparenza, iżda f’kulma qiegħed jagħmel; għalkollox l-oppost – Gvern immexxi minn Prim Ministru li jimmanuvra minn wara dahar kulħadd billi jostor dak kollu li jagħmel, anki jekk tkun inizjattiva tajba jew ta’ ġid għall-pajjiż. Għandna Gvern li minflok iġib lil kulħadd miegħu biex jikkonsulta u jiddiskuti proġetti fl-interess nazzjonali, jiddiskuti u jiftiehem mal-barrani minn wara dahar kulħadd. Din hija l-problema serja li għandna f’pajjiżna. Wara 21 xahar biss fis-siġġu tal-poter, il-poplu għandu Gvern; li f’dak li jagħmel huwa kollu kemm hu mnebbaħ minn din il-kultura ġdida ta’ ħabi li l-Gvern ta’ Muscat daħħal fil-politika lokali.
Ftehim maċ-Ċiniżi li ilu moħbi ħames xhur Illum qegħdin niżvelaw kif anki fil-proġett ta’ mezz alternattiv għat-trasport f’pajjiżna – is-sistema tal-monorail, il-Gvern tal-Prim Ministru Muscat jiftiehem minn wara dahar il-poplu, minn wara dahar l-Oppożizzjoni, minn wara dahar logħla istituzzjoni fil-pajjiż – il-Parlament, u jżomm mistur għalkollox dak li ftiehem maċ-Ċiniżi f’Lulju li għadda. Il-Gvern ta’ Muscat kien komdu jħabbar din il-ġimgħa li se jkun qiegħed jitlob finanzjament parzjali għal dan il-proġett mill-Unjoni Ewropea, iżda mkien ma qal li dwar dan il-proġett diġà laħaq ftehim maċ-Ċinizi li kien iffirmat ħames xhur ilu. Il-Prim Ministru jaf li proġett nazzjonali bħal dan, biex jikkwalifika għall-fondi Ewropej, hemm kundizzjonijiet li jrid jgħaddi mill-proċessi kollha ta’ trasparenza u li fost oħrajn jinvolvu ħruġ ta’ tenders pubbliċi biex ikun hemm kompetizzjoni ġusta fost min ikun interessat li jidħol għal proġett bħal dan? Jaqaw il-Gvern Laburista ta’ Muscat ried ukoll jaħbi mill-Unjoni Ewropea li diġà ftiehem ma’ kumpanija statali tal-Gvern Ċiniż dwar dan il-proġett – inkluż dwar l-istudji li se jsiru u kif eventwalment se jsegwu xxogħlijiet?
Għal darb’oħra l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tikxef il-ħabi ta’ Muscat fl-interess nazzjonali Għaliex il-Prim Ministru Joseph Muscat baqa’ jaħbi sallum dak li ftiehem maċ-Ċiniżi f’dan il-proġett? Muscat ma jgħidilniex imma għal darb’oħra hija l-media tal-Partit Nazzjonalista permezz ta’ din il-gazzetta li qed tikxef ilpolitika ta’ ħabi li tmexxi d-deċiżjonijiet li jieħu dan il-Gvern immexxi minn Muscat li tilef kull sens ta’ tifsira ta’ kif għandu jmexxi bi trasparenza u kontabbiltà. Għalhekk xogħol u dmir il-Prim Ministru kif mistenni millpoplu, għal darb’oħra qiegħda tagħmlu l-media talOppożizzjoni Nazzjonalista – Oppożizzjoni li fil-politika tagħha tagħraf il-valuri tas-sewwa, tat-trasparenza u tal-verità.
Gvern li jħobb il-politika tal-ħabi għax hu stess jintrabat li jagħmel dan il-mument illum qiegħed jippubblika r-raġuni għaliex il-Gvern ta’ Joseph Muscat ħeba wkoll mill-poplu d-dettalji dwar ilproġett tal-monorail. Din il-gazzetta għandha l-konferma iswed fuq l-abjad li l-Gvern ta’ Muscat intrabat mal-Gvern Ċiniż li jżomm dan il-ftehim moħbi, bla ma jgħaddi dettalji ta’ xejn lil ħadd. Dan ifisser ukoll li anki f’dan il-proġett ta’ interess nazzjonali, il-Gvern ta’ Muscat qed jintrabat esklussivament li jaħdem biss mal-kumpanija statali tal-Gvern Ċiniż u li jiddependi mill-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi, f’każ li jkun hemm jew ikunu se jidħlu xi interessi minn terzi. Għalhekk huwa l-Gvern Laburista stess ta’ Joseph Muscat li b’għemilu, u b’mod maħsub, qiegħed jikkonferma li l-politika tiegħu ma tagħraf xejn aktar f’dak li jagħmel għajr li hija mnebbħa mill-ħabi. Huwa l-Gvern Laburista stess li jaqbel u jiffirma li jaħbi dak li jkun qiegħed jinnegozja u jiftiehem.
Sitwazzjoni inaċċettabbli F’demokrazija serja u b’saħħitha m’hemmx lok għal skandli, għal aktar ħabi li jkun ġej minn gvern li jżomm laffarijiet mistura, daqslikieku huma meqjusa ta’ natura top secret. Dan il-każ se jkompli jqanqal ħafna aktar mistoqsijiet, iqajjem aktar dubji fil-konfront tal-istil ta’ tmexxija li qiegħed jadotta Muscat. Dan jimmina t-tħaddim tad-demokrazija, u għaldaqstant nistennew lill-Prim Ministru Joseph Muscat jieqaf minn din il-prattika inaċċettabbli għall-poplu kollu. Jekk le, se jsib lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista kif diġà wriet li se tkun qed tagħmel, tiskrutinja kull pass li jagħmel ilGvern ta’ Muscat, anki f’każi fejn lest li jkompli jaħbi!
media.link communications, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà 1450 Korrispondenza: mument@media.link.com.mt Editur: Roderick Agius, tel. 25965263 • email: roderick.agius@media.link.com.mt Reklamar: advertising@media.link.com.mt Stampata: Progress Press, l-Imrieħel
18
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Diċembru 1984 – KMB isir Prim Ministru RIĦ TA’ SIEGĦA
Michael Falzon Opinjonist
Ir-‘rigal’ li Mintoff ta lil KMB kien aktar kalċi bl-imrar milli ħaġa oħra.
Opinjoni
Mintoff jirtira minn Mexxej Laburista Wara li KMB mexxa t-‘truppi tal-poplu’ fil-battalja dwar liskejjel tal-Knisja, Mintoff ħass li kien wasal iż-żmien li jirtira minn leader tal-MLP biex jgħaddi l-poter lid-Designate Leader. Jingħad li meta wassal din id-deċiżjoni lill-membri talEżekuttiv tal-Partit, kien għamel diskors minn dawk li kien jaf jagħmel hu u donnu kien qed jistenna li jqum xi ħadd u jgħidlu biex ibiddel fehmtu u jibqa’ jmexxi lill-MLP. Iżda dan ma ġarax – għax, kif jgħidu, sħabu wkoll riedu jeħilsu minnu! Ma nafx jekk din l-istorja hix vera, iżda smajtha diversi drabi u, sa fejn naf jien, qatt ma kien hemm xi membru tal-eżekuttiv tal-MLP li ċaħadha. Minkejja dan kollu, id-data ta’ meta Mintoff kellu jgħaddi l-poter lil KMB baqgħet mistura sal-aħħar. Mintoff stenna li jkun diskuss il-Baġit għas-sena 1985 bilħsieb li jirriżenja minn Prim Ministru wara li dan ikun approvat. Kien ftit ġranet qabel il-Milied u forsi dik is-sena għal dik il-festa ried jagħti rigal speċjali lill-poplu u lil Karmenu Mifsud Bonnici. Kien ukoll iż-żmien meta Malta għalqet għaxar snin repubblika u n-nies fil-politika, mhux b’inqas Mintoff, huma magħrufa li jħobbu jorbtu xi deċiżjoni storika ma’ xi anniversarju ta’ avveniment storiku.
‘Titbassar’ xandira storika Fil-fatt, il-media Laburista kienet indikat li fl-aħħar ġurnata tad-diskussjoni dwar il-Baġit, is-Sibt 22 ta’ Diċembru, Mintoff kien mistenni jagħmel indirizz tiegħu li kellu jkun imxandar dirett fuq it-televiżjoni meta l-Kamra tasal għallaħħar parti tad-diskussjoni; u din kienet se sservi wkoll bħala x-xandira lin-nazzjon li kien soltu jagħmel fl-aħħar tas-sena. Kemm l-istess KMB kif ukoll il-gazzetti tal-GWU kienu ‘bassru’ li x-xandira kellha tkun waħda storika. Forsi għax ried ikun differenti fil-mod kif jitlaq il-poter minn idejh, Mintoff ried li jgħaddi l-poter quddiem ilParlament fil-preżenza tiegħu. Dan kien qalu espressament, bil-miktub, fl-ittra sabiħa ta’ riżenja li bagħat lill-President tar-Repubblika fit-22 ta’ Diċembru 1984, l-għada li splodiet bomba ħdejn il-Każin Nazzjonalista f’Tal-Pietà. Fost affarijiet oħra, il-Prim Ministru Mintoff lill-President Barbara kien kitbilha hekk: ‘Naf li int xtaqt li din it-tibdila ma ssirx kiesaħ u biered u offrejt li tagħmel xi ġest f’din l-okkażjoni. Jiena niżżik ħajr għax-xewqa li wrejt iżda naħseb li jkun aktar f’loku u aktar fl-interess tan-nazzjon Malti, f’dawn iż-żminijiet ta’ periklu li għaddejjin minnhom, li tilqa’ dan is-suġġeriment tiegħi, jiġifieri li għall-ewwel u forsi għall-unika darba fl-istorja ta’ pajjiżna, il-ħatra u l-investitura ta’ Prim Ministru ġdid issir mill-President quddiem ir-rappreżentanti tal-poplu.’ U, għaġeb tal-għeġubijiet, il-President Barbara wieġbet lillPrim Ministru b’ittra sabiħa oħra li fiha qaltlu li kienet qablet mas-suġġeriment tiegħu. L-etikett kien impekkabbli! Għalhekk kien miftiehem li dakinhar stess, nhar is-Sibt, it22 ta’ Diċembru, lejn l-aħħar tas-seduta, din tiġi sospiża biex tidħol il-President, Agatha Barbara, u tagħti l-ġurament ta’ Prim Ministru lil Karmenu Mifsud Bonnici. U hekk sar.
X’ġara fil-Parlament Meta daħlet fil-Kamra tal-Parlament, il-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra kienu preżenti kollha u naturalment meta liskrivan qal: ‘Il-President ta’ Malta’, kulħadd kellu jqum b’turija ta’ rispett – mhux lejn Agatha Barbara personalment iżda lejn l-istituzzjoni tal-Presidenza. Din distinzjoni li mhux kulħadd jifhimha! Insomma, Josie Muscat fil-bankijiet tal-Oppożizzjoni fettillu ma jqumx bilwieqfa u kienet se tqum waħda meta Lorry Sant qam minn postu jitmasħan ma’ Josie Muscat u kien se jaħbat jaqsam il-Kamra biex lil Josie ‘jtellgħu’ bilwieqfa – dejjem sforz ir-rispett kbir li Lorry Sant kellu lejn ilPresidenza bħala istituzzjoni demokratika. Insomma, is-sitwazzjoni kkalmat meta Josie Muscat tħarrek u qam ftit, nofsu bilwieqfa u nofsu bilqiegħda waqt li lPresident għaddiet minn nofs il-Kamra u resqet lejn is-siġġu tal-Ispeaker. Dak il-ħin, f’moħħi berren il-ħsieb li r-rabja ta’ Lorry Sant setgħet kienet xprunata minn raġunijiet apparti l-aġir ta’ Josie: tgħid kien joħlom li jissuċċiedi lil Mintoff u dan qlieh
Għal KMB kien sebaħ jum ġdid wara li Mintoff irnexxielu jarah ‘jeħodlu’ postu. Ma tantx tah rigal sabiħ għax, kif darba qal KMB stess f’konversazzjoni privata ma’ xi ħadd, sab ruħu b’ħafna responsabbiltajiet u bi ftit poter…
f’żejtu? It-teorija li Mintoff għażel lil KMB biex jissuċedih u imponieh fuq il-partit biex jevita li Lorry Sant isir Leader talMLP, wara kollox, ma kienet teorija xejn… U ġara li KMB sar l-uniku Prim Ministru li ngħata l-ġurament fil-Kamra tal-Parlament quddiem il-membri kollha talParlament u quddiem il-Prim Ministru ta’ qablu, li għamilha ta’ xhud bil-firma b’kollox. Wara, il-President telqet ’il barra, bil-pompa xierqa fiċ-ċirkostanzi, u s-seduta tal-Parlament kompliet.
L-aġġornament mingħajr Ministri Imbagħad, il-Kamra approvat mill-istadji kollha l-Estimi Ġenerali tal-1985. L-estimi supplimentari tal-1984 u l-abbozz ta’ liġi dwar l-approprjazzjoni 1984 – voti li kull sena jittieħdu fl-aħħar tad-diskussjoni dwar il-Baġit. Kien imiss l-aġġornament u kien se jqum Ġużè Cassar biex jipproponi l-mozzjoni tal-aġġornament u mill-ewwel Guido de Marco għamillu sinjal li dan ma setax isir! Ir-raġuni kienet li darba kien hemm Prim Ministru ġdid, il-Ministri ma baqgħux fil-kariga – li kien ifisser li dak il-ħin Malta ma kellhiex Kabinett, eżatt bħal dak il-perjodu wara kull elezzjoni meta l-Prim Ministru ġdid jingħata l-ġurament u jkun għadu ma ħatarx il-Kabinett. U għalhekk Ġużè Cassar ma kienx Ministru tal-Affarijiet Parlamentari. Mas-sinjal ta’ de Marco, Cassar fehem x’kienet il-problema. Is-soluzzjoni kienet li l-mozzjoni tal-aġġornament kellu jagħmilha l-uniku membru tal-Eżekuttiv tal-pajjiż, il-Prim Ministru. U għalhekk ġara li l-ewwel att ta’ KMB, ftit wara li ħa lġurament, bħala Prim Ministru kien li jipproponi l-mozzjoni tal-aġġornament tal-Parlament. L-għada, il-Ministri li kellu Mintoff kollha reġgħu ħadu lġurament u baqgħu eżatt bir-responsabbiltajiet li kellhom qabel. Iżda għal KMB kien sebaħ jum ġdid wara li Mintoff irnexxielu jarah ‘jeħodlu’ postu. Ma tantx tah rigal sabiħ għax, kif darba qal KMB stess f’konversazzjoni privata ma’ xi ħadd, sab ruħu b’ħafna responsabbiltajiet u bi ftit poter… Ir-‘rigal’ li Mintoff kien ta lil KMB kien aktar kalċi blimrar milli ħaġa oħra.
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Opinjoni
Il-Papa jrid isalva lill-Insara mill-Iżlam MINN MILAN GĦAL MALTA: AĦBARIJIET U KUMMENTI MILL-ITALJA U L-VATIKAN
19
Mons. Charles G. Vella Opinjonist
Il-Papa Franġisku u l-Patrijarka Bartolomew fi spirtu ta’ fraternità Nisranija
It-theddida tal-Musulmani radikali, li nittama huma s'issa l-minoranza, qed tikber u tixtered, tant li waslet qrib ix-xtut tagħna, fil-Libja.
Skont in-Nazzjonijiet Uniti u l-Amnesty International l-Insara llum huma l-iktar persegwitati. Spiss nisimgħu bil-qtil ta’ rġiel u nisa, saħansitra tfal. Dawn qabel ma ġew maqtula qalu I love Jesus. Mietu u bħalhom mijiet fl-Afrika u fl-Asja, bħal martri ta’ żmien ilkatakombi. Illum l-Insara u l-Knisja qed iġarrbu bosta sfidi minnaħa ta’ fanatiċi Musulmani u issa l-Kalifat tal-Istat Iżlamiku (IS). Matul iż-żjara fit-Turkija, il-Papa Franġisku saħaq fuq il-libertà reliġjuża, f’pajjiż fejn il-Kattoliċi huma madwar 56,000 u li r-reliġjon Kattolika f’dan l-istat lajk li waqqaf Attaturk, mhix rikonoxxuta. Il-Papa fakkar fiż-żewġ missjunarji Taljani, l-Isqof Padovan u Don Santoro. Kelli x-xorti li niltaqa’ magħhom fit-Turkija u nqatlu minn żgħażagħ Iżlamiċi. It-theddida tal-Musulmani radikali, li nittama huma s’issa l-minoranza, qed tikber u tixtered, tant li waslet qrib ix-xtut tagħna, fil-Libja. Il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni, kif fi żmienna kellna l-Komuniżmu, se jkollhom jgħixu fl-Ewropa mal-mewġa Musulmana fundamentalista. Dan mhux biss fl-Ewropa. Nieħdu l-Pakistan fejn 96% huma Musulmani, fosthom hemm persentaġġ għoli li huma fundamentalisti. Kien hawn fl-Italja l-avukat Pakistani (li hu mhedded kontinwament), biex jiddefendi l-każ ta’ omm ta’ ħamest itfal u li ilha l-ħabs ikkundannata għall-mewt ħames snin. Din hi Asia Bibi, li l-Papa u bosta nazzjonijiet qed jagħmlu pressjoni fuq il-Gvern biex tieħu l-maħfra. Hi mixlija min-nies tal-familja li pprofanat il-Koran. Lanqas taf taqra u l-Gvern offra maħfra jekk issir Musulmana. Bħalissa hi marida u dalwaqt se jsir appell. Ngħinu aħna lkoll billi kif qed jagħmlu eluf, nibagħtu ittra għall-maħfra lill-Konslu tal-Pakistan.
Il-Papa u l-Patrijarka Ortodoss Il-Papa Franġisku mar it-Turkija biex ikompli d-djalogu mal-Knisja Ortodossa, li tgħodd it-300 miljun. Kemm ilu Papa, kellu erba’laqgħat fraterni mal-Patrijarka Bartolomew. Ebda Papa ma kellu daqstant kuntatti u relazzjonijiet mal-Knisja Ortodossa ta’Kostantinopli. It-Turkija llum fl-Iżlam tara qawwa li ħakmet il-pajjiż, b’tifkiriet xejn sbieħ. Fil-1453 l-Iżlam invada u ħakem itTurkija, wara l-falliment mal-Knisja ta’ Ruma fil-kunalja ta’ Firenze. Fi tmiem dan il-kunalja l-monaki ta’ Kostantinopli qalu ‘aħjar inkunu sudditi tas-Sultan Mislem, milli taħt it-treġija ta’ Ruma’. Illum għadna nħossu l-kawża ta’ din il-firda, li l-Papa Franġisku jrid idewwi permezz tal-fraternità u d-djalogu. Meta l-Arċisqof Angelo Roncalli, li wara sar Papa Ġwanni XXIII, kien għal bosta snin Nunzju, hu pprova joħloq relazzjonijiet tajbin mal-Istat lajk ta’ Ataturk u mal-Ortodossi. Fi żmien ix-Shoah hu għen mit-Turkija lil eluf ta’ Lhud, jaħarbu mill-Ewropa ta‘ Hitler u jmorru l-Palestina. Niftakar ukoll fil-ħidma tal-Malti, Monsinjur Tonna, li kien Isqof ta’ Smirne. Ħadem ferm għad-djalogu mal-Ortodossi u niftakru, meta sirt nafu Ruma fil-1950 jgħidli kemm kien hemm tensjoni mal-Ortodossi u mal-Gvern Tork. Hu spiċċa u miet f’Ruma.
Ma tafx taqra u tikteb… Asia Bibi, li l-Papa u bosta nazzjonijiet qed jagħmlu pressjoni fuq il-Gvern Pakistani biex tieħu l-maħfra. Hija mixlija min-nies tal-familja li pprofanat il-Koran.
Il-Patrijarka jbus lill-Papa Mument kommoventi li rajna fuq it-televiżjoni kien meta lPapa Franġisku baxxa rasu quddiem il-Patrijarka Bartolomew. F’din il-ħin qallu: ‘Bierek lili u l-Knisja ta’ Ruma.’ Il-Patrijarka bierek lill-Papa u wara bies ras il-Papa, sinjal qawwi ta’ barka spiritwali li juri fil-bewsa fraterna u ħbiberija bejn il-Kattoliċi u l-Ortodossi. Min-naħa tal-Papa, dan l-att ta’ umiltà hu sinjal li rrelazzjonijiet bejn it-tnejn se jkunu ta’ ġid lill-Insara kollha, bla ebda differenza ta’ twemmin. Ta’min jinnota li din mhix l-ewwel darba li l-Papa Franġisku talab ilbarka, għaliex meta kien għadu fl-Arġentina għamel l-istess ġest malPentekostali u l-istess sar ftit xhur ilu f’Caserta lill-Knisja Evanġelika. B’dan l-ispirtu ta’ fraternità, imbierka minn Kristu, żgur li
maż-żmien iż-żewġ knejjes jirbħu l-ostakli, li għal sekli sħaħ żammewhom mifrudin minn xulxin.
Djalogu mal-Musulmani Il-Papa Franġisku hu konvint li l-unika triq kontra lpersekuzzjoni hi l-għaqda bejn ir-reliġjonijiet Insara. Hu għalhekk bla waqfien iħabrek biex ikun hemm għaqda malOrtodossi, l-Anglikani, il-Luterani u l-Evanġeliċi. Ut Unum Sint – it-talba ta’ Ġesù fl-Aħħar Ikla, biex inkunu lkoll ħaġa waħda. Is-sħaba sewda riesqa lejn iċ-ċiviltà Nisranija, qed ikollha qawwa kontra l-Insara. Fil-kampijiet tar-refuġjati mal-fruntiera tal-Iraq u Sirja hemm fuq il-miljun, nies li ħarbu minn fejn għexu biex jaħarbu l-persekuzzjoni. Il-Papa Franġisku ma ngħatax permess meta kien fit-Turkija, biex iżur il-kampijiet tar-refuġjati. L-istrateġija ta’Franġisku hi magħrufa. Hu kien li ordna jum ta’ sawm biex iwaqqaf il-bumbardament ta’Damasku. Hu uża wkoll djalogu mar-Russja u l-Amerikani biex iwaqqaf it-theddida tal-gwerra. Hu jrid l-għaqda bejn l-Insara kollha, bla ma tkun tixbah lil xi kruċjata biex jilqgħu t-theddida ta’ Musulmani fundamentalisti. Il-Patrijarka hu tal-istess fehma. It-tnejn talbu u tkellmu li lgħaqda ġġib il-paċi. Dak li jsalva lill-Insara hu l-paċi u l-fraternità: paċi bejn kulħadd, Insara u anki Musulmani. Qed naraw li l-klima bejn ir-reliġjonijiet qed tersaq lejn l-imħabba, li tnissel il-paċi. Hu għalhekk li fid-dinja maħkuma mix-xitan tal-firda, l-odju, il-vjolenza u l-gwerra, l-unika soluzzjoni hi l-għaqda tal-ġens uman. Din tinsab kif rajna fir-relazzjoni bejn Franġisku u Bartolomew, fl-imħabba u fraternità awtentiċi fuq il-mudell ta’ Ġesù: il-Prinċep tal-paċi! Din hi t-triq tal-Insara u l-Musulmani permezz ta’ djalogu.
Il-Professur Veronesi u l-kanċer tas-sider Għal iktar minn 20 sena kont fil-kumitati etiċi mal-Professur Umberto Veronesi. Kemm fl-Istat Nazzjonali ta’Tumuri u fl-IDEO (Istitut Ewropew Onkoloġiku) ta’Milan. Konna dejjem fuq ċerti kwistjonijiet bħall-abort u l-ewtanasja ta’ħsibijiet opposti, imma f’bosta kwistjonijiet etiċi kien hemm iktar ideat komuni, milli dawk li jifirduna. Umberto Veronesi hu ta’ fama mondjali dwar il-kanċer, sa minn meta beda l-karriera medika fl-1925. Hu xjenzjat uman u sibt dejjem li hu ġentlom, anki lejn ir-reliġjon li fiha twieled u għax bħala Kattoliku, sakemm sar anjostiku fi żmien il-Liceo. Issa hu magħruf l-iktar għax kien l-ewwel kirurgu li ħadem biex isib mezzi kirurġici għall-kanċer tas-sider. Hu opera eluf ta’ nisa famużi, fosthom il-kantanta Mina, għal din il-marda. Il-metodu tiegħu bl-isem Masectomia hu universali fil-kirurġija. Hu nnumber one tal-kanċer tas-sider, li dwaru kiteb 800 pubblikazzjoni xjentifika. Għandu 14-il lawrja honoris causa, kien Ministru tasSaħħa u issa Senatur għal dejjem. Kien għalhekk li kont ħadt lilleks-Ministru Joe Cassar u tim tiegħu li ġew Milan, biex l-Isptar tal-Onkoloġija jikkollabora ma‘ Malta. Sfortunatament ma rriżulta xejn u Malta reġgħet tilfet okkażjoni tad-deheb. Veronesi għadu kemm ħareġ ktieb li qanqal bosta kummenti. Jismu Il mestiere di uomo (Ed. Einaudi). Fih hemm l-element uman ta’ dan ix-xjenzjat magħruf. Jirrakkonta kif kellu mittfulija ħbiberija ma’ Don Giovanni, kappillan tar-raħal u anki kif bħala student sar anjostiku, li kontinwament jistaqsi dwar iddogmi u l-liġijiet ta’ twemmin. Hu jagħmel mix-xjenza reliġjon u dogma, filwaqt li jiċħad kull twemmin. Għalija din id-darba żbalja bil-goff meta sostna li ‘ladarba jeżisti l-kankru, Alla ma jeżistix’. Hu jistaqsi fejn hu Alla, ladarba jippermetti tifel marid bl-lewkimja jmut. Aħna li nemmnu, naf kemm hu falz l-argument ta’ Veronesi, li żgur sinċier fi kliemu. Bħala ħabib u saċerdot nitlob għalih!
20
Il-moralità u l-kwistjoni soċjali
MORALITÀ U POLITIKA – (18)
Joe Camilleri Opinjonist
Hu immorali li l-postijiet tax-xogħol jintużaw biex jitħallsu obbligi politiċi, l-aktar meta dan isir mill-awtoritajiet pubbliċi. Din hi inġustizzja grassa.
Opinjonist
Kummenti dwar kwotazzjonijiet li laqtuni
Opinjoni
Il-kwistjoni soċjali tiġbor fiha dak kollu li jolqot is-soċjal talbniedem. It-tagħlim soċjali tal-Knisja Kattolika, li jagħmel parti mid-duttrina morali tagħha, insibu l-oriġini tiegħu fil-ġrajjiet talAtti tal-Appostli u fil-patrimonju li ħallewlna Missirijiet ilKnisja. Il-Knisja minn dejjem fittxet li tittrasforma r-realtajiet soċjali bil-qawwa tal-Vanġelu, permezz ta’ rġiel u nisa xhieda tal-Mulej Ġesù, kif ukoll, speċjalment mill-enċiklika ta’ Ljun XIII, Rerum Novarum (1891) ’l hawn, permezz ta’ dokumenti ta’ kull sura, l-aktar l-enċikliki kbar soċjali, li jaslu sa żminijietna. Dan hu teżor li, diżgrazzjatament, għal ħafna hu moħbi. Il-ħajja soċjali tas-soċjetà u tal-istat hi essenzjalment determinata mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-proprjetà. It-taqbida għall-ġustizzja permezz ta’ rivoluzzjonijiet, strajkijiet, kwistjonijiet legali, u l-bqija, dejjem daret madwar ix-xogħol u l-proprjetà. Żewġ teoriji opposti influwenzaw dan kollu, il-Kapitaliżmu Liberali u s-Soċjaliżmu Marxista. Tal-ewwel, jiġifieri l-Kapitaliżmu Liberali, jikkonċentra fuq u jesiġi l-intrapriża libera, kompetizzjoni ħielsa u kummerċ ħieles, waqt li jassigura l-ikbar libertà ekonomika għall-individwu. Dan iġib progress kbir, imma min ma jkunx jista’ jipparteċipa f’din lattività, jaqa’ lura. F’din is-sistema qajla hemm spazju għad-debboli. Min hu kapaċi jisfrutta s-sistema jaqlagħha tajjeb, imma min ma jipparteċipax fiha, ikollu ħajja x’aktarx iebsa. Min-naħa l-oħra, is-Soċjaliżmu ateu Marxista jabolixxi l-proprjetà privata u jaħtaf kollox l-istat. Iħaddan il-ġlieda tal-klassi u jelimina l-kapitalisti u jinnazzjonalizza azjendi importanti. Listorja tispiċċa b’kollox f’idejn l-istat waqt li ċ-ċittadin qajla jagħmel progress għax m’għandux sehem fit-tmexxija u allura m’hemmx interess. Il-frott tal-ħaddiem ma jmurx għandu imma għand l-istat, li jqassam kollox hu u jindaħal f’kollox hekk li ċ-
ċittadini kollha jkunu jiddependu mill-ħniena tiegħu. Stati bħal dawn ifittxu li jkunu b’saħħithom huma u ċ-ċittadin jieħu lloqom. It-tagħlim soċjali tal-Knisja jopponi kemm il-Liberaliżmu sfrenat, kif ukoll is-Soċjaliżmu Marxista (KKK 2425) għax ittnejn għandhom idea żbaljata tal-bniedem. Fil-Kapitaliżmu Liberali l-bniedem hu sottomess għall-flus waqt li fis-Soċjaliżmu Marxista l-bniedem hu lsir tal-poter talistat. Dwar dan kollu, ara: Gaudium et Spes (1965), Rerum Novarum (1891), Quadragesimo Anno (1931), Mater et Magistra (1961), Pacem in Terris (1963), Populorum Progressio (1967), Laborem Exercens (1981), Sollicitudo Rei Socialis (1987), Centesimus Annus (1991), Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja (2004), u dokumenti oħra. Il-Knisja żviluppat it-tagħlim soċjali tagħha bħala esperta fl-umanità, fejn uriet biċċar li, għaliha, l-ewwel ma jiġi l-bniedem u li l-bniedem hu t-triq tagħha. Ix-xogħol u l-proprjetà huma temi ċentrali fit-tagħlim talKnisja. Ix-xogħol hu dik l-imġiba razzjonali (bl-użu tar-raġuni) umana bit-tħaddim tal-qawwiet korporali jew spiritwali għallmanteniment u żvilupp tal-ħajja tal-bniedem, tas-soċjetà u taddinja. Ix-xogħol hu l-fattur l-aktar deċiżiv fil-proċess ekonomiku. Bix-xogħol tkun akkwistata l-proprjetà. Huwa għalhekk meħtieġ li x-xogħol jiġi prattikat f’kundizzjonijiet li jixirqu lill-bniedem, waqt li fejn tidħol il-proprjetà, għandu jiġi rikonoxxut id-dritt tal-akkwist tagħha, bla ma iżda tiġi mifhuma b’mod assolut. Il-proprjetà għandha l-aspett soċjali tagħha. Hu immorali li l-postijiet tax-xogħol jintużaw biex jitħallsu obbligi politiċi, l-aktar meta dan isir mill-awtoritajiet pubbliċi. Din hi inġustizzja grassa.
“ Dr Muscat was repeatedly being caught in situations where he was not saying the truth” Din l-akkuża tal-Kap tal-Oppożizzjoni saret fl-għeluq taddibattitu fil-Parlament dwar il-każ ta’ Manuel Mallia, eks Ministru. Simon Busuttil insista jakkuża lill-gvern jimxi blewwel istint tiegħu li ma jgħidx il-verità, iżda li jaħbiha u jimmanipulaha. Bħallikieku Muscat baqa’ jġorr miegħu l-kultura ta’ meta kien ġurnalist ta’ Super One. Il-gvern baqa’ ma jgħidx il-verit anki wara li tħabbar ir-riżultat tal-inkjesta tat-tlett eks Imħallfin. Il-verità għadha ma ħarġitx kollha. Saru diversi tentativi ta’ cover-ups, indipendentement mill-motivazzjoni tagħhom. Dawn huma fatti innegabbli. Simon Busuttil qed jagħmel it-tiftix tal-verità u l-onestà filpolitika bħala l-battle-cry tiegħu. B’din l-għajta, li ovvjament trid tikkonvinċi billi tara koerenza fl-imġiba tiegħu bħala mexxej politiku fuq livell nazzjonali, jista’ jeqred ras is-serp talgidba. Jidher li beda jċaqlaq l-imħuħ tan-nies, u għandi fiduċja li jibqa’ jirbaħ kredibiltà ta’ mexxej determinat li juri li ma jieqafx ifittex il-verità. L-isfida bdiet minn issa waqt li jinsab imexxi oppożizzjoni kontra poter mibni, mirbuħ u mmexxi fuq il-kultura tal-ingann. Il-Prim Ministru Muscat qed juri jum wara l-ieħor, ministru wara ministru, li mhux kapaċi jfittex u jirrispetta l-verità. Din id-darba saħansitra “mar jorqod” fil-mument li kien mistenni minnu jibqa’ mqajjem biex jipproklama l-verità tal-fatti kriminali u jerfa’ r-responsabbiltà politika skont il-każ. Mhux ta’ xejn Simon Busuttil ċanfru fil-Parlament: “Wake up and smell the coffee!” L-iskandlu Malliagate jfakkarni f’mument drammatiku filQorti f’wieħed mill-films favoriti tiegħi A few good men meta Tom Cruise, fil-parti tal-avukat difensur ta’ cover-up ta’ qtil flarmata, jgħajjat: I want to know the truth, u Nicholson, fil-parti tal-kap tal-armata, jwieġeb: You cannot handle the truth. Il-poplu, il-media liberi u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista jisħqu b’vuċi għolja li quddiem il-verita’, il-gvern falla test importanti meta qed juri ripetutament li mhux kapaċi jmexxi mingħajr qerq u gideb, u raqqad il-kuxjenza tiegħu fuq l-imħadda. Nammettu li każi ta’ diffikulta mal-verità kellhom ukoll gvernijiet Nazzjonalisti, għalkemm mhux f’dawn l-eċċessi. Imma Simon Busuttil wieġeb għal din l-ammissjoni tal-verità meta qal li l-PN ħallas il-prezz dovut għall-iżbalji li wettaq.
Intant il-Mexxej Nazzjonalista sostna li l-ebda theddid u bullying mhu se jżommu milli jkompli jfittex il-verità, imbagħad ikun il-poplu li jiġġudika min hu onest u sinċier.
Il-punt hu… Richard Muscat
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
“Politics is dirty business, there is no denying that. Better a restored hymen, with political values in mind, than a degenerate government playing the virgin but is as promiscuous as they come”. A promiscuous virgin, Ivan Fenech, The Times of Malta, 9.12.14 Bla kummenti.
“ Jekk invece in-nuqqas li jkun isir magħruf, ilMinistru li jkun għaż el u innomina l-persuna li kkommettiet in-nuqqas, x’aktarx ma jkunx raġel biżżejjed biex jgħid pubblikament mea culpa u għ all-bżonn jixħet ir-riżenja tiegħu illi jkun għażel persuna li ma kellhiex il-kwalitajiet neċessarji biex taqdi d-dmirijiet li jkun assenjalha. Minflok dan ilMinistru malajr ixandar mal-erbat irjieħ li hu ma kien jaf b’xejn dwar dak li ġara…” Dan huwa kumment ġenerali dwar ir-responsabbiltà politika li nsibu fir-rapport ta’ inkjesta tat-tlett eks Imħallfin. Aktar ma naqrah, aktar jitħolli suspett li dan huwa kumment sottili intiż għall-istess Prim Ministru Muscat, jew għallinqas ma jeskludix lil Muscat mis-sens ta’ responsabbiltà politika. Dan is-suspett jidħolli aktar u aktar wara li qrajt l-ittra ta’ Manuel Mallia li ġiet irrappurtata fil-ġurnali kollha, fosthom maltarightnow.com bit-titlu: “ Fl-inkjesta ma xehdux żewġ persuni importanti li setgħu ħarġu l-verita’ kollha” Mallia kompla josserva (jew jakkuża?) li “ma xehdux jew ma ntalbux jixhdu dan il-fatt importanti quddiem l-inkjesta.” Huwa semma dettal sinifikattiv meta kiteb li “li meta ċemplitlu Ramona Attard biex tinfurmah li t-tiri laqtu l-karozza tar-raġel l-ieħor, hi kienet mal-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Kurt Farrugia.” Aħjar “ immur norqod” siegħa… “Former Acting Commissioner: ‘I did nothing wrong’ - will continue to serve in the police force” U ejja Sir! Għallinqas ammetti li żbaljajt, imbagħad ħalli tgħid li ma kontx taf tagħmel aħjar dak il-hin. U mela “nothing wrong”!
Il-politika fejn sejra
21
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Opinjoni
Carm Mifsud Bonnici Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin
Għaddew diġà 21 xahar u l-poplu qiegħed jistaqsi x’se jsir verament minn din l-amministrazzjoni. Iktar u iktar meta diversi jafu li m’hemmx programm preċiż.
1. F’dawn l-aħħar ġimgħat il-pajjiż kien maħkum jara l-iżviluppi ta’ dak li kien għaddej fuq sitwazzjoni li kkomplikat ruħha inutilment. Ir-riżenja tal-Ministru Manuel Mallia ġabet ħafna mistoqsijiet. Is-sistema li biha ħadem il-Gvern fiha waslet għal nuqqas ta’ trasparenza. Waslet ukoll għall-impressjoni ġenerali li dak li kien u qiegħed isir preżentement m’huwiex tajjeb. Isir x’isir f’dawn il-jiem b’attakki naħa jew oħra ma jwasslu mkien salv li jkomplu jġibu lill-pajjiż f’dawl ikrah. Kull pajjiż, kull ministru speċjalemnt dak tal-Intern jaf li l-komplikazzjonijiet huma dejjem kbar u s-sogri wkoll. Għalhekk kien inevitabbli li l-affarijiet spiċċaw fejn spiċċaw ikar u iktar wara r-rapport preżentat minn tliet eks ġudikanti.
2. Kien stramb ħafna kif pożizzjoni politika ġiet li tiġi deċiża minn eks membri tal-ġudikatura. Il-punt kien wieħed kellu jew le fiduċja l-Prim Ministru fil-Ministru tal-Intern. Ġie stabbilit preċedent li jġib konsegwenzi oħra iktar ‘il quddiem. Prim Ministru għandu d-dritt li jaħtar u d-dritt li jneħħi Ministru, xejn iktar u xejn inqas. Dan mhux tribunal ġudizzjarju iżda wieħed politiku ta’ ġudizzju. Kif il-politiku jitlaq minn idejh din l-linja, allura s-sistema politika tagħna tinbidel kompletament. M’għandniex mmorru għal sistema fejn il-ġudizzji politiċi jsiru bil-mekkaniżmi ta’ tribunal ġudizzjarju.
il-poplu u wara jiġi magħżul mill-Prim Ministru. Meta jitneħħa b’xi mod jew ieħor, allura jmur lura fil-pożizzjoni ta’ dak li tah il-poplu. Dak ma jeħodulu ħadd salv listess poplu f’elezzjoni ġenerali. 4. Ovvjament kien hemm ħafna aspettativa għal dak li kien se jrendi dan il-Ministru lill-Gvern Laburista. Diversi kienu ħadu l-impressjoni li l-pożizzjonijiet fl-intern kien se jimxu ‘l quddiem. Minflok sfortunatament marru lura. Kien hemm prezz politiku għoli li ġie mħallas f’dawn ljiem u li ġiebet lill-Gvern f’pożizzjonijiet diffiċili ħafna. Diffiċili għax il-Ministru li spiċċa kellu l-kredenzjali kollha f’posthom biex jirnexxi, biss ir-riħ nefaħ direzzjoni oħra. Kellu iktar kredenzjali għax jaf il-liġi u jaf kif jaħdmu diversi istituzzjonijiet qabel daħal fil-kariga. Kellu kontra tiegħu li kien ġej minn ambjent politiku differenti. Dan ma tantx għenu wisq u diversi fil-Partit Laburista wara li warrab ma tantx qattgħu l-ftit xagħar li għandhom.
3. Kull min qiegħed fil-politika jaf li hemm mumenti meta d-dinja tidher li se tispiċċa. Biss il-baħar imqalleb jiġi u għalkemm jkiddek fl-aħħar tal-ġurnata jerġa’ jissodak. Il-Ministru Mallia kellu ħafna maltempati fil-perijodu qasir tiegħu. Kellu diversi mumenti meta kellu sitwazzjonijiet komplikati iżda b’xi mod jew ieħor kien irnexxilu jibqa’ għaddej. Hekk għandu jkun la darba Ministru jgawdi mill-fiduċja tal-Prim Ministru tiegħu. Lgħażla biex wieħed jilħaq f’dik il-kariga ġejja proprju mill-fatt li membru parlamentari jiġi l-ewwel elett f’isem
5. Il-Gvern ġie ferut u sew. Fil-pożizzjoni dominanti li għandu u bil-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandu għaddispożizzjoni tiegħu xorta għandu l-possibiltà li jipperswadi li l-affarijiet m’humiex daqshekk ħżiena. Biss żgur mhux forsi l-politika f’pajjiżna nbidlet b’tali mod u manjiera li huwa diffiċili li tara fejn hija sejra. Jew aħjar fejn sejra tmur fil-jiem u x-xhur li ġejjin. Huma x’inhuma lattakki li jsiru fuq l-Oppożizzjoni, jibqa’ dejjem x’se jsir mill-Gvern. Sal-lum kull difett, kull żball ipprovaw jiġġustifikawh b’dak li seħħ qabel. Iżda issa għaddew diġà 21 xahar u l-poplu qiegħed jistaqsi x’se jsir verament minn din l-amministrazzjoni. Iktar u iktar meta diversi jafu li m’hemmx programm preċiż u li l-għalqa għadha ma bdietx tiġi maħruta. Ir-realtà hija li huwa lGvern li għandu r-responsabbiltà tat-tmexxija u huwa hu li jrid jagħti direzzjoni. Dmir l-Oppożizzjoni huwa li tosserva u tagħmel s-sehem tagħha biex t-tajjeb ma jonqosx.
“Li jaraw l-għajnejn u li jisimgħu l-widnejn, il-moħħ jemmen.” Din il-kwotazzjoni famuża kien qalha Harry Houdini. L-istess Harry Houdini li kulħadd jaf kemm kien illużjonista famuż fil-bidu tas-seklu 20. Ħafna diċennji ilu, Harry Houdini, b’għemilu kien uriena l-mod kif persuna tista’ tikseb il-popolarità billi tinganna lill-folla tagħha. Dan l-istess mod ta’ ingann jidher li qiegħed jitħaddem mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Jidher li l-Prim Ministru, fl-aħħar 20 xahar sar espert ta’ xi ħaġa oħra. Joseph Muscat sar espert ta’ kif għandu jaħbi l-manuvri tiegħu u jinkorporahom f’affarijiet ta’ inqas importanza iżda ta’ iktar interess. Eżempju ċar ta’ dan lingann ħareġ ftit tal-ġranet ilu. Matul is-saga Manuel Mallia, il-Prim Ministru ddeċieda li jippubblika biċċa mirrapport rigward il-pont li jgħaqqad lil Għawdex ma’ Malta. Din il-ħaġa lili tinkwetani minn żewġ aspetti li huma serji ħafna. L-ewwel aspett huwa li dan il-gvern qiegħed jipprova jaħrab l-verità billi jagħmel manuvri biex mingħalih jiddevja l-interess tal-media lokali kif ukoll linteress tan-nies inġenerali. Ħaġa tal-iskantament kif dan ir-rapport ġie ppubblikat biss meta l-Gvern sab ruħu fuq sieq waħda u induna li huwa impossibbli li joħroġ minn din il-froġa. Għalhekk, Joseph Muscat deherlu li l-aqwa ħaġa li jagħmel hi li jgħaddas rasu fir-ramel u joħroġ storja li m’għandha x’taqsam xejn u li se tqajjem diskussjoni nazzjonali. Nistaqsi, kemm kien ilu lest dan ir-rapport? Jekk kien ilu lest, għaliex ma nħariġx qabel? Issa la qegħdin fuq dan id-diskors tar-rapport tal-pont bejn Għawdex u Malta; ta’ min wieħed ifakkar li fl-aħħar leġiżlatura, Chris Said kien qal li hemm studju li juri li biex tinbena mina bejn
Għawdex u Malta, din kienet se tiswa viċin il-€250 miljun. Dan ifisser kwart ta’ kemm hu stmat li jiswa l-pont ta’ Muscat. Barra minn hekk, ilkoll nafu li pont huwa ħafna iktar viżwalment ħażin għall-ambjent tal-fliegu. Aspett ieħor li din id-devjazzjoni qiegħda toħloq huwa li Joseph Muscat donnu jidher kuntent li juża l-gżira Għawdxija għall-fini politikament perversi tiegħu. Xi dritt għandu Joseph Muscat li biex jiżgwida l-attenzjoni ta’ għemil il-Gvern tiegħu, juża l-gżira Għawdxija? Fi żmien Alfred Sant, konna waqajna fi stat fejn Għawdex tilef il-Ministeru tiegħu. Illum waqajna fi skaluna iktar baxxa fejn Għawdex sar oġġett taż-żuffjett għall-Prim Ministru Joseph Muscat meta jużah f’tentattiv sfurzat u mqanżaħ biex itellef minn dak li kienet qed taħseb l-opinjoni pubblika fuq l-iskandlu ta’ Manuel Mallia. Sal-lum il-ġurnata, 21 xahar wara li l-Gvern Laburista rebaħ maġġoranza ta’ voti fil-gżira Għawdxija, Joseph Muscat għadu ma għamilx proġett wieħed għall-ġid talgżira. Dan huwa l-grazzi li Joseph Muscat qiegħed jagħti lil dawk l-Għawdxin li fdawh għall-ewwel darba sentejn ilu. Wasal iż-żmien li Joseph Muscat jibda jkun responsabbli ta’ għemilu billi jiffaċċja r-realtà u l-konsegwenzi ta’ dak li qiegħed jiġri fil-pajjiż u mhux jiddevja l-attenzjoni biex jibqa’ jipposponi l-inevitabbli. Nagħlaq billi nuża l-kwotazzjoni li biha bdejt l-indirizz tiegħi fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, ġimagħtejn ilu; dik tal-eks-Prim Ministru Franciż Henry Queuille: “Il-politika hija l-arti fejn tipposponi deċiżjoni sakemm ma tkunx għadha relevanti.” Dan jidher biċ-ċar li huwa l-mod kif Muscat qiegħed imexxi l-politika f’pajjiżna f’ħafna mis-setturi ewlenin tal-pajjiż li huma mifnija b’ħafna intriċċi.
Meta tgħaddas rasek fir-ramel Alan Abela Wadge Kandidat PN Elezzjoni Ġenerali
Joseph Muscat jibda jkun responsabbli ta’ għemilu billi jiffaċċja r-realtà u l-konsegwenzi ta’ dak li qiegħed jiġri fil-pajjiż.
Is-setgħa tas-sewwa 22
Ivan Bartolo Kandidat PN Elezzjoni Lokali
Ftit ftit qed naraw f’dan il-pajjiż ir-ritorn għall-inkubi tas-snin 70 u 80.
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Opinjoni
“Inti spiċċatlek l-awtorità morali.” Hekk qal il-Kap talPartit Nazzjonalista Simon Busuttil lill-Prim Ministru Joseph Muscat fid-diskors tiegħu fit-tweġiba għall-Baġit. Ilġrajjiet li qed iseħħu madwarna flimkien mal-istess tfassil u pjani mfissra fl-itwal spjegazzjoni li qatt kellna, jixhdu għal dan li s-sewwa għal dan il-Gvern ma jeżistix. Insa għal mument min kitbu u agħtih f’idejn xi ħadd li b’Malta ma jafx. Staqsih jipprova jaqta’ liema gvern u xi twemmin għandu biex ħareġ b’dawn il-miżuri, bħal, ngħidu aħna, dawk dwar l-ommijiet mhux miżżewġa. Iwieġbek pront pront li dawk il-miżuri kollha antisoċjali, żgur li mhumiex ġejjin minn partit li suppost jirrappreżenta ċ-ĊentruXellug! L-affarijiet li qed jipproponi dal-Gvern iżjed misjuqin mill-ispag tal-Kapitaliżmu milli mir-ruħ soċjali taddemokrazija Nisranija. Dan il-Gvern aktar jixbah lil xi reġim tal-Amerika Latina u m’hemm xejn soċjaldemokratiku fih. Is-sabiħa hi li l-Laburisti tgħidx kemm daqqew trombi dwar il-kisbiet kbar li jgħidu li ġabu huma biss bħasservizzi soċjali, il-vot tan-nisa, l-aċċettazzjoni tal-omosesswali, id-divorzju u tant affarijiet oħra. Iżda mal-iċken żiffa, kollox itir bħad-duħħan tan-nar tattiben. Ħafna diskors u kliem imżejjen u sustanza xejn. Diġà ktibt u tkellimt dwar it-tbatija kbira li qed isofri l-poplu Malti u Għawdxi minħabba d-deċiżjonijiet ħżiena dwar ixxiri taż-żejt hekk kif il-prezz taż-żejt jinsab fl-inqas livelli f’dawn l-aħħar erba’ snin. Hedging jew mhux, Konrad Mizzi qabel u ftit wara lelezzjoni, meta kien jitkellem kont tistħajlu l-espert tal-
esperti, il-ġenju tal-ġenji. Tiftakru d-daqq tat-trombi fil-konferenza stampa meta l-petrol u d-diesel raħsu b’ċuċata? X’kien ir-riżultat wara ftit żmien? Daħħalna f’basla, deffisna fi sqaq iserrep twil li jagħlaq. Sallabna waħda nobis. Kieku qegħdin barra minn Malta, il-Ministru Konrad Mizzi diġà rriżenja bil-mistħija wara l-falliment ċar daqs il-kristall tal-istrateġija fil-qasam tal-enerġija. Mhux hekk biss, imma l-piż fuq is-sewwieqa qed ikompli jitqal: liċenzji ogħla, assigurazzjoni ogħla, taxxa fuq it-tyres. Dak li ffrankajna mir-roħs fid-dawl u l-ilma, ħadhulna minn xi mkien ieħor. L-awtorità morali ntilfet. Ħarsu lejn kif qed jingħata xSchengen Pass lil għadd numeruż ta’ Ċiniżi u Għarab millAfrika ta’ Fuq. Żvela kollox id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kif l-affarijiet huma inkwetanti. Suppost ikun hemm verifikazzjoni serja tar-residenza f’Malta. Mhux talli mhix qed issir, talli hemm suspetti dwar ħruġ ta’ indirizzi foloz fl-għoti tal-permessi. Dan ifisser li lanqas biss ikunu għexu f’Malta. Ftit ftit qed naraw f’dan il-pajjiż ir-ritorn għall-inkubi tassnin 70 u 80. Biex tingħata permess ta’ xi ħaġa, mhux jekk intix kapaċi jew għandekx dritt jgħodd, imma lil min taf u lil min kellimt. F’kollox, saħansitra biex tieħu biċċa televiżjoni tal-kulur. Kienet daħlet kultura fejn l-onestà u d-dritt ma baqgħux jeżistu. Ftakru kif kienu jidħlu n-nies jaħdmu mal-gvern, ftakru kif kienu jingħataw il-permessi, ftakru kif kienu jsiru l-promozzjonijiet, ftakru min kien jirbaħ borża ta’ studju, ftakru min kien jinqeda għall-mediċini jew biex jidħol f’dar tal-anzjani. F’kollox kien hemm arja ta’ tinwir u korruzzjoni. Lil hemm mexjin. L-awtorità morali ntilfet. Setgħa tas-sewwa m’hemmx.
F’dak li għandu x’jaqsam mat-trasport u l-infrastruttura, il-Baġit ippreżentat ftit tal-ġimgħat ilu fil-Parlament millMinistru tal-Finanzi ħareġ li hu bla direzzjoni ta’ fejn irid jasal il-Gvern u fejn ma jeżistux soluzzjonijiet tanġibbli għal diversi problemi li ġab il-Gvern stess fl-aħħar 21 xahar.
Ministru jgħid li dan il-proġett se jiswa madwar €1 biljun. Din hi kumpanija li hi sanzjonata milli tagħmel xogħol mill-Bank Dinji fuq prattiki ta’ korruzzjoni fil-Filippini. Ghalkemm qabel l-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru kien wiegħed lill-poplu: “Nemmnu f ’politika u politiċi ta’ responsabbiltà u kontabbiltà”, il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru tat-Traffiku stess ikkummissjonaw kumpanija blacklisted biex tagħmel studju għal pont bejn Malta u Għawdex. Każ ieħor fejn l-onestà politika hi ineżistenti. Nittama li fil-ġranet li ġejjin jitpoġġew l-istudji dettaljati ta’ din il-kumpanija ħalli naraw fid-dettall il-proposti li huma inklużi f’dan l-istudju.
Bla roadmap fl-infrastruttura Toni Bezzina
Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Infrastruttura u t-Trasport
Minn meta ħa t-tmexxija f’idejh il-Moviment Laburista, inħolqot arja ta’ instabbiltà kaġunata minn politika ta’ ħabi li jħaddan il-Gvern Laburista.
Baġit li kixef il-maskra tal-Gvern “L-isbaħ l-indafa,” tgħid il-maħmuġa. Għalkemm kien wasal iż-żmien li kliem il-Prim Ministru, li kien kliem taddeheb, jibda jissarraf u ma jkunx biss irmied li jittajjar marriħ, kellna Baġit li kompla jikxef il-maskra tal-Gvern. Wara 21 xahar, ħlief kliem m’għandux x’juri l-Prim Ministru. Għalhekk il-poplu għadu qed jistenna skambju ta’ dak li tah. Kulħadd jiftakar dak li pprietka b’tant konvinzjoni lMoviment Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Kien qal li: “fejn hu tajjeb se nibnu fuqu … għax għalina Malta mhix ta’ dak jew l-ieħor. Mhix ta’ xi klikka. Malta lanqas ma hi ta’ xi politiku jew ta’ xi partit … magħna tista’ ma taqbilx, iżda magħna tista’ taħdem”. Iżda wara li l-elettorat fdalu t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh, għamel totalment bil-kontra ta’ dak li pprietka. Dan hu gvern li minflok bena fuq it-tajjeb tal-gvern preċedenti u rranġa d-difetti li kien hemm, f’inqas minn sentejn li ilu fittmexxija tal-pajjiż irnexxielu jħott dak li b’tant sagrifiċċji lpoplu Malti u Għawdxi rnexxielu jibni tul is-snin.
Proġetti infrastrutturali Fir-rigward ta’ proġetti infrastrutturali, dan il-Gvern la kellu u lanqas għandu viżjoni. Minn dak li l-Gvern wiegħed fil-Baġit tas-sena li għaddiet, kważi ma sar xejn. Min-naħa l-oħra, proġetti li ngħatawlu fuq platt mill-gvern preċedenti, irnexxielu jwaqqagħhom lura bil-konsegwenza li l-problema tat-traffiku kompliet tikber kuljum. It-titjib fl-istat tat-toroq fiz-zona magħrufa bħala tal-Blata l-Għolja fil-Mosta baqa’ biss ħolma. Min-naħa l-oħra, millfamużi proġetti short term, medium term u long term ma sar xejn lanqas. Fil-fatt, ix-xogħol fuq il-junction tal-Kappara baqa’ ma bediex. Dan minbarra l-fatt li l-istudju dwar permanent link bejn Malta u Għawdex, li kellu jsir millkumpanija Ċiniża China Communications Construction Company Ltd, ġie ppreżentat ftit jiem ilu biss bil-Prim
Esplorazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport ġodda Fl-aħħar il-Gvern ħabbar ħames proposti għal proġetti infrastrutturali ġodda. Għalkemm, bħala Oppożizzjoni, ilna ngħidu lill-Gvern biex jesplora kif it-trasport ta’ Malta u Għawdex jista’ jitjieb għall-ġejjieni, fosthom billi jesploraw il-fattibbiltà ta’ modi ta’ trasport ġodda bħall-underground u monorail, fl-aħħar il-Gvern ħareġ bil-proposti. L-Oppożizzjoni kellha tisma’ b’dawn il-proposti minn fuq il-media: addijo konsultazzjoni u trasparenza. Iżda rridu nħarsu ’l quddiem. Fil-jiem li ġejjin nispera li l-Gvern jagħti aktar dettalji dwar dawn il-proġetti biex lOppożizzjoni Nazzjonalista tkun tista’ tagħti l-veduti tagħha f’dan ir-rigward ħalli dawk il-proġetti fattibbli u ta’ benefiċċju, ikunu implimentati fl-iqsar żmien possibbli. B’hekk innaqqsu drastikament mill-problemi tat-traffiku li għandna f’pajjiżna, li sfortunatament eskalat f’dawn l-aħħar xhur. Arja ta’ instabbiltà Kuntrarju għal dak li qal il-Ministru tal-Finanzi fiddiskors tiegħu, minn meta ħa t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh ilMoviment Laburista, inħolqot arja ta’ instabbiltà kaġunata minn politika ta’ ħabi li jħaddan il-Gvern Laburista. Linċertezza ekonomika fost l-imprendituri, li normalment jaqilgħu x’jieklu permezz tal-ħolqien tax-xogħol meta lGvern jinvesti f’diversi proġetti ta’ fejda għall-poplu tagħna, tħossha madwarek kull fejn tmur. Dan barra l-fatt li dan il-Gvern tilef il-boxxla u kull sens ta’ direzzjoni floqsma kollha li jikkonċernaw l-infrastruttura.
23
‘L-Ewropa jeħtieġ li tqum mill-ġdid bħala Ewropa umana ta’ ġid imqassam tajjeb’ Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Opinjoni
Fil-25 ta’ Novembru, aħna l-Ewroparlamentari kellna lesperjenza sabiħa li nilqgħu lill-Papa Franġisku li tkellem fissessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasbourg. Hi dejjem okkażjoni kbira li tkun f’laqgħa mal-Papa. Imma ddiskors tal-Papa Franġisku appella lilna u lill-Ewropej kollha għall-qawmien mill-ġdid tal-Ewropa bħala Ewropa li tħares ’il quddiem lejn aktar umanità u tqassim ġust tal-ġid. Kien diskors li ġegħelni nirrifletti ħafna.
Therese Comodini Cachia
Ewroparlamentari Partit Nazzjonalista
Irridu nerġgħu nimbarkaw fuq il-proċess tal-għaqda biex l-UE, aktar magħquda, tkun aktar rileventi fid-dinja u mutur li jimbotta lejn standards aqwa, fosthom fl-ambjent u fid-drittijiet tal-ħaddiema.
Diskorsi Karmenu Borg Opinjonist
Bżonn li fil-politika Maltija u mod speċjali fil-PN, il-pożizzjoni ideoloġika tibda tiġi mgħallma anke lill-partitarji u lill-attivisti, biex b’hekk jiddistingwu d-differenza ta’ forma u twemmin bejn partit u ieħor.
‘L-Ewropa xjieħet qabel il-waqt u trid terġa’ tqum fuq tagħha’ Il-Papa qalilna li l-Ewropa donnha xjieħet qabel il-waqt – ‘somewhat elderly and haggard’, sejħilha – imma trid terġa’ tkun il-katalista tal-bidla lejn il-paċi u l-prosperità ekonomika. Dan kien messaġġ rilevanti għalina fil-qalba tal-Ewropa biex ningħaqdu kontra x-xejra li ħarġet anke fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju meta f’ħafna pajjiżi rriżultat xaqliba lejn il-Lemin estrem. Il-burokrazija fl-Ewropa – anke jekk b’intenzjonijiet tajbin – saret eċċessiva u qed ittellef is-sens ta’ azzjoni effettiva. Kultant nara li m’għadniex inpoġġu l-għan tal-azzjoni l-ewwel, iżda liema azzjoni se tasal qabel l-oħra sabiex ma nitilfux flus. Anke fil-każ tal-fondi hawn Malta, l-ippjanar minn kmieni ntilef f’burokrazija li żżelleġ il-mira vera li għandu jkollna flinvestiment li nagħmlu bil-fondi Ewropej.
Għaqda akbar terġa’ tagħmel lill-Ewropa żagħżugħa u effettiva L-isfidi dinjin illum jitolbu dejjem aktar unjoni politika Ewropea, mira li konna mexjin lejha iżda li abbandunajnieha filferneżija li nilqgħu għall-kriżi ekonomika li laqtet lill-biċċa lkbira tal-Ewropa fis-snin ta’ wara l-2008. Jiena tal-fehma li rridu nerġgħu nimbarkaw fuq il-proċess tal-għaqda sabiex l-UE, aktar magħquda, tkun aktar rileventi fid-dinja u mutur li jimbotta lejn standards aqwa madwar id-dinja, fosthom fl-ambjent u fiddrittijiet tal-ħaddiema. B’għaqda akbar fi ħdanha, l-Ewropa jista’
Fl-aħħar ġimgħat smajna bosta diskorsi ta’ natura politika, sew minħabba l-Baġit, kif ukoll għaliex il-Partit Nazzjonalista kellu l-Kunsill Ġenerali. Iżda personalment naħseb li żewġ diskorsi li narahom laqtuni minħabba li jikkuntrastaw ma’ xulxin huma dak talViċi Kap tal-PN Mario de Marco waqt il-Kunsill Ġenerali talPN u l-ieħor mill-Ministru Evarist Bartolo, responsabbli milledukazzjoni f’attività politika f’Birkirkara. It-tnejn qajmu forom ta’ diskussjoni għalkemm ir-reazzjoni kienet differenti, bħalma kien il-kontenut.
Il-vulgarità minn fomm il-Ministru tal-Edukazzjoni Nibda mid-diskors tal-Ministru Bartolo li ħoloq daqsxejn ta’ kontroversja. Essenzjalment huwa qabbel il-PN ma’ mara li wara li tilfet il-verġinità, operat ruħha biex terġa’ ssib dak listat. Mhux biss l-analoġija hija sfortunata imma anke llingwaġġ użat li jqarreb lejn il-vulgari mhux denju ta’ ministru, wisq u wisq inqas ta’ wieħed responsabbli mill-edukazzjoni. Ir-reazzjoni kienet waħda mistennija, insult mhux tant lillpartit iżda lin-nisa kollha, u vulgarità, kienu fost l-affarijiet li ssemmew. Iżda l-aktar ħaġa li personalment laqtitni kienet ilmod kif irreaġixxew kemm il-Prim Ministru kif ukoll l-istess Ministru għal din ir-reazzjoni. Tal-ewwel qal li fuq kollox, aħna Ewropej, bħal dak li qallu li tkun Ewropew ifisser li tista’ tuża ċerta vulgarità mingħajr m’għandu jkun hemm reazzjoni ta’ xejn. Il-Ministru Bartolo min-naħa tiegħu, stqarr li dan ilkliem juri li hu ċajtier u li kemm-il darba semma partijiet mhux biss tan-nisa iżda wkoll tal-irġiel, mela allura ma għandu xejn kontra n-nisa. Quddiem sitwazzjoni bħal din, kif jgħidu lIngliżi, the mind boggles u nżid li boggles more meta kliem bħal dan jgħidu Ministru tal-Edukazzjoni. Interessanti li flistess diskors, il-Ministru Bartolo qal ġustament li l-Prim
jkollha leħen aqwa fid-dinja, leħen aktar żagħżugħ u effettiv.
L-Ewropa trid tħares aktar lejn il-lat uman Il-Papa Franġisku f’appell li jqanqal qalilna li ma nistgħux nagħmlu biss diskorsi ta’ sogħba quddiem l-imwiet ta’ eluf ta’ immigranti mgħarrqin u nxerrdu d-dmugħ tal-kukkudrilli għax il-Mediterran sar ċimiterju massiv. Irridu naġixxu għax inkella nkunu ipokriti u kompliċi. Il-Papa hawnhekk appella għall-umanità li, qal, dejjem kienet parti fundamentali mill-istrateġija Ewropea. Din hi sejħa biex, bħalma għamel il-Parlament Ewropew – li fil-maġġoranza tiegħu jiffavorixxi qsim ta’ piż tal-immigrazzjoni, jagħmel hekk ukoll il-Kunsill tal-Ministri, jiġifieri l-Prim Ministri tal-pajjiżi membri, u jaġixxu bis-serjetà.
Il-qasba biex taqbad il-ħuta L-Ewropa trid tirrikonoxxi li l-ġid fid-dinja, inkluż flEwropa stess, mhuwiex imqassam tajjeb. Il-Papa Franġisku fiddiskors tiegħu qalilna li l-Ewropa jeħtieġ li tieħu azzjoni kontra l-ħela u r-rimi tal-ikel, l-aktar ħaġa bażika li biljuni madwar iddinja huma neqsin minnha. Il-Politika Agrikola Ewropea suppost tgħin il-biedja imma għal tant snin tat kumpens lil raħħala fl-Ingilterra u fi Franza biex jarmu dak li għalihom hu żejjed. Din mhix miżura soċjali jew ambjentali iżda kompromess ta’ poter. Huwa tajjeb li l-UE tqassam il-ħobż, ilħalib u l-għaġin żejjed li jifdlilha, iżda trid tara wkoll kif tqassam il-‘qasba’ lil min għandu talent iżda ma jafx skola. Dan mhux biss il-ħuta fl-immedjat irid imma li jitgħallem jistad.
Diskors attwali u viżjonarju Id-diskors tal-Papa fil-Parlament Ewropew ta skossatura lil kull min semgħu u qrah, għax tkellem ċar. Id-diskors tiegħu kien wieħed pożittiv, attwali u viżjonarju. Qal dak li jaħsbu ħafna nies, inkluż politiċi li ma jgħiduhx fl-apert. Kien diskors li ta nifs ta’ arja friska u li appella għal spinta ġdida lill-kontinent sabiex tassew nagħmlu differenza konkreta fil-ħajja tan-nies.
Ministru ma għandux ikun goaler jilqa’ l-autogoals ġejjin minnaħa tal-Gvern, naħseb li mingħajr ma basar, daqsxejn ta’ autogoal kien qiegħed iseħħ dak il-ħin stess min-naħa tiegħu.
‘Fil-mument il-PN huwa aktar Xellugi mill-PL’ Id-diskors l-ieħor li ridt insemmi huwa dak tal- Viċi Kap talPN Mario de Marco. Diskors interessanti u verament kif tistenna minn politiku Ewropew. Espressjoni li ħolqot diskussjoni hija li fil-mument il-PN huwa aktar Xellugi millPartit Laburista. Ir-reazzjoni ta’ xi wħud kienet ta’ sorpriża u xi wħud aktarx ma qablux, iżda hawnhekk ta’ min wieħed jifhem kif kompla de Marco. Essenzjalment huwa ddeskriva lideoloġija li mis-snin 70 tal-inqas, mexxiet ’il quddiem lill-PN. L-espressjoni li de Marco uża hija li l-PN huwa wieħed taċĊentru jħares lejn ix-Xellug. Minħabba li bosta partitarji ta’ twemmin Nazzjonalista jassoċjaw ix-Xellug mas-Soċjaliżmu Mintoffjan, li fil-fehma tiegħi huwa tip ta’ Soċjaliżmu partikulari differenti minn dak Ewropew, din l-espressjoni kien hemm min ħadha ħażin. Iżda l-espressjoni li uża de Marco aktarx tagħti deskrizzjoni talkurrent popolari jew demokristjan li kif għedt, sawwar il-ħsieb Nazzjonalista tul dawn is-snin. Huwa, min-naħa l-oħra, ikkuntrastah ma’ dak it-twemmin neoliberali li jeżalta l-flus u l-kapital u jwarrab lil dawk li jinsabu fit-tarf tas-soċjetà u li jidher li qiegħed jidher sew fid-diskors u aktar fl-għemil talPartit Laburista. Dan id-diskors li kien wieħed mirqum u interessanti huwa lantiteżi ta’ dak tal-Ministru Bartolo. Aktar minn hekk, juri lbżonn li fil-politika Maltija u mod speċjali fil-PN, il-pożizzjoni ideoloġika tibda tintwera u tiġi mgħallma anke lill-partitarji u lill-attivisti, biex b’hekk ikunu jistgħu jiddistingwu ddifferenza ta’ forma u twemmin bejn partit u ieħor.
24
Il-Ħadd,14 ta’ Diċemb
Anniv
Meta sirna Repubblika... għaliex ivvutajt ma’ Bo L-40 ANNIVERSARJU TA’ MALTA REPUBBLIKA
Alfred Bonnici
Ġorġ Borg Olivier kien jisħaq lil biex isseħħ bidla kostituzzjonali daqstant importanti li kienet se twassal biex Malta ssir Repubblika, kien importanti li n-nies jiġu kkonsultati permezz ta’ referendum. Kien jemmen li ma kienx biżżejjed li, kif kien qed jiġi ssuġġerit, id-deċiżjoni tittieħed biss bi qbil bejn iż-żewġ naħat talParlament. Ried li jsir bħalma kien għamel hu meta l-Parlament Malti approva l-Att dwar l-Indipendenza fl-1964. Meta Borg Olivier kien qed jinnegozja l-abbozz tal-Att dwar l-Indipendenza mfassal minn J.J. Cremona f’Lancester House, Londra, Mintoff kien ressaq l-idea li Malta ssir repubblika u ried jinkludi s’sitt punti’, li l-Knisja f’Malta oġġezzjonat għalihom. Dawn il-punti tħallew barra mill-kostituzzjoni talIndipendenza, li ġiet approvata millParlament Malti u wara f’referendum kienet: ‘Tapprova l-kostituzzjoni proposta mill-Gvern ta’ Malta, approvata millAssemblea Leġiżlattiva u pubblikata filgazzetta tal-Gvern?’ Fi kliem ieħor, b’dan il-mod ġiet inkluża l-monarkija u ġew esklużi s-sitt punti li ried idaħħal Mintoff. Borg Olivier kien saħaq magħna li kieku kellu jivvota favur l-Abbozz dwar ir-Repubblika kif kien ġie ppreżentat filParlament minn Mintoff mingħajr konsultazzjoni mal-poplu, kien ikun qed jittradixxi lil dawk li kienu vvutaw ‘iva’
L-Ispeaker Alfred Bonnici jeskorta lir-Reġina Eliżabetta II għad-Diskors fit-Tron fl-inawgurazzjoni b’sessjoni ġdida tal-Parlament f’Novembru 1967
fir-referendum ddwar l-Abbozz dwar lIndipendenza kif approvat mill-Parlament ta’ Malta fl-1964. L-idea li tibqa’ l-monarkija u li lGvernatur ta’ qabel l-Indipendenza, Sir Maurice Dorman, jinżamm bħala lGvernatur ta’ wara l-Indipendenza, kienet biex inserrħu ras iċ-ċittadini Brittaniċi – li kienu qed jiġu intaxxati bil-kbir fir-Renju Unit – u ras iċ-ċittadini sinjuri fil-Lvant tal-Afrika, li kienu qed iħossuhom skomdi hemmhekk biex jiġu Malta u jissetiljaw hawnhekk, li dak li kien qed jiġri f’pajjiżna kien bidla kostituzzjonali mingħajr antagoniżmu fil-konfront talpoplu Brittaniku. It-tranżizzjoni seħħet f’kalma assoluta u bla skossi ta’ xejn.
Ġew u kienu jissejħu ‘six penny settlers’ L-istil tat-tmexxija ta’ Mintoff kien arroganti, intimidatorju u kien jinkoraġġixxi l-preżenza ta’ għaqdiet f’dimostrazzjonijiet spontanji waqt isseduti tal-Parlament. Lejla minnhom, waqt li l-Kamra kienet fi stadju ta’ kumitat, konna fil-kamra talOppożizzjoni niddiskutu l-atmosfera xejn pjaċevoli li kien hemm fit-toroq f’dak ilmument. Daħal Guido de Marco u qalilna li iben Sir Anthony Mamo, John, kien qallu li missieru kien lest ilaqqa’ flimkien delegazzjoni miż-żewġ partiti biex jiddiskutu l-emendi kostituzzjonali. Borg Olivier esprima r-riservi tiegħu
għal dan l-invit. Għalih, il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza tal-1964, li kien approvaha l-Parlament Malti u mbagħad il-poplu f’referendum, kienet qed taħdem tajjeb. Ma ħax gost, għax f’dak il-punt konna għadna ma nafux x’ried jibdel Mintoff. Hu qal li, ladarba kien hu li kien mexxa n-negozjati kollha dwar l-Indipendenza f’Londra, kien se jkun hu li jmexxi din id-delegazzjoni minħabba li kienu se jiġu proposti emendi għall-Kostituzzjoni. Ilmembri l-oħra li ppropona, li ġew aċċettati mill-Grupp Parlamentari tagħna, kienu Eddie Fenech Adami u Ugo Mifsud Bonnici. Id-delegazzjoni tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista bdiet id-diskussjoni billi talbet li tkun taf x’riedet tibdel eżatt innaħa Laburista. Wistin Abela ma kienx speċifiku, u ta lil wieħed x’jifhem li lKostituzzjoni tal-Indipendenza kellha titneħħa in toto, xi ħaġa li d-delegazzjoni tal-Oppożizzjoni kienet kontriha bilqawwi. Kienet qisha logħba noli, b’kull naħa tinbex lil oħra bil-minkeb biex tara r-reazzjoni. Saru diversi laqgħat, u fl-aħħar ġie deċiż li ż-żewġ naħat kellhom jiktbu l-proposti li setgħu jaqblu fuqhom. F’Mejju tal-1972 sar rally tal-massa tal-PN fir-Radio City, il-Ħamrun. Dakinhar, Borg Olivier għamel diskors iebes kontra l-emendi proposti, u ddikjara li, wara li l-Kostituzzjoni talIndipendenza kient għaddiet mill-
25
bru, 2014
versarju
org Olivier kontra l-Kostituzzjoni Repubblikana Parlament ta’ Malta u ġiet approvata f’referendum – li jfisser li approvaha lpoplu, u li allura kienet tappartjeni għallpoplu – ħadd ma kellu l-jedd li jeħodhielu mingħajr il-permess tiegħu. Fil-preżenza tiegħi, Borg Olivier kien talab lil Mintoff biex jagħmel referendum u qallu li jekk il-poplu jivvota ‘iva’, imexxi. Iżda saħaq li ma setax jippretendi li jivvota miegħu għall-Kostituzzjoni Repubblikana minnn wara dahar in-nies, li kienu vvutaw ‘iva’ għall-Kostituzzjoni tal-Indipendenza. Kien iħoss li, kieku jagħmel hekk, kien ikun qed jittradixxi lvot ‘iva’ tal-1964. Mintoff ma riedx jagħmel referendum, għax kien jibża’ li fil-partit tiegħu stess kien hemm sezzjoni qawwija li kienet favur li tinżamm il-monarkija. Iżda l-iktar li kien jibża’ kien li l-Knisja terġa’ tindaħal, minħabba l-emendi li kien ippropona hu għall-Kostituzzjoni talIndipendenza. Borg Olivier dan kien jafu u f’laqgħa fil-Berġa ta’ Kastilja, filpreżenza ta’ Ċensu Tabone u Guido de Marco, ippropona li l-kwistjoni talmonarkija titpoġġa quddiem il-poplu f’referendum u l-bqija jiġi aċċettat wara l-elezzjoni ġenerali li kien imiss. Mintoff irreaġixxa b’waħda mix-xenati isteriċi tipiċi tiegħu, irrifjuta kategorikament, u llaqgħa ntemmet hemm. B’hekk, Borg
Ġorġ Borg Olivier jieħu l-ġurament ta’ lealtà lejn ir-Repubblika ta’ Malta
Olivier irnexxielu jirbaħ iż-żmien. Ċensu Tabone u Guido de Marco kienu sorpriżi bis-suġġeriment spontanju ta’ Borg Olivier, għax ma kien semmieh ma’ ħadd qabel. F’dak il-mument, ma fehmux l-istrateġija makakka ta’ Borg Olivier, li permezz tagħha waqqaf lil Mintoff milli jkompli għaddej bil-pjanijiet tiegħu. Borg Olivier ma kellux għaġla u kulma ried kien li jirbaħ iż-żmien. Mintoff kien qed jgħid li ma kienx hemm bżonn ta’ referendum jekk ilKamra kollha taqbel dwar l-emendi. Kien
qed jgħid ukoll li lanqas biss kellu bżonn maġġoranza ta’ żewġ terzi biex jemenda l-Kostituzzjoni, għax il-Klawsola numru 6 ma kinitx entrenched. L-Oppożizzjoni talbet għall-parir legali kostituzzjonali firRenju Unit, iżda t-tweġiba la kienet unanima u lanqas konklużiva. J.J. Cremona ċaħad għalkollox u bilqawwa kollha allegazzjonijiet li dan kien sar apposta. Hu saħaq aktar minn darba li l-Klawsola numru 6 ma kienx hemm għalfejn tiġi entrenched għax the principle of the supremacy of the Constitution is
implicit in the Constitution itself. Il-kumitat eżekuttiv tal-PN iltaqa’ għall-aħħar darba f’Novembru 1974 u Guido de Marco, bħala segretarju, niżżel fil-minuti li Borg Olivier kien għalaq iddiskors tiegħu billi qal li skont dak li kienu jaħsbu hu u bosta membri talEżekuttiv, il-partit ma setax jinjora lħtieġa ta’ konsultazzjoni mal-poplu permezz ta’ referendum. Madankollu, fil-Grupp Parlamentari ma kienx hemm qbil dwar il-pożizzjoni aħħarija. Meta ra hekk, Borg Olivier ma insistiex li l-parir tiegħu jiġi sfurzat fuq il-grupp kollu. Għalhekk, tana l-vot liberu biex naġixxu skont il-kuxjenza tagħna. Il-vot ittieħed u konna sitta li vvutajna kontra l-Abbozz tal-Kostituzzjoni tarRepubblika – Ġorġ Borg Olivier, Alexdander Cachia Zammit, Pawlu Borg Olivier, Joseph Cassar Galea, Albert Borg Olivier di Puget u jien. Wara l-vot, ilkoll kemm aħna ħadna l-ħalfa tal-lealtà lejn irRepubblika ta’ Malta. Borg Olivier żied il-kliem, ‘salv ilvalidità tagħna’.
●Dr. Alfred Bonnici kien Deputat Parlamentari Nazzjonalista bejn l-1962 u l-1966, u bejn l-1971 u l-1976 serva wkoll bħala Speaker tal-Kamra tarRappreżentanti bejn l-1966 u l-1971.
26
Il-Ħadd, 14 ta’
Anniv
Perspettivi dwar it-twaqqif ta’ Malta Rep L-40 ANNIVERSARJU TA’ MALTA REPUBBLIKA
Sergio Grech
Fuq diversi livelli, l-elezzjoni tal-1971 kellha diversi riperkussjonijiet. Bla dubju, għalqet epoka politika u fetħet oħra. Fissret it-tmiem politiku tal-Mexxej Nazzjonalista Ġorġ Borg Olivier li twal sakemm postu ttieħed numru ta’ snin wara mill-Avukat Eddie Fenech Adami u l-miġja mill-ġdid ta’ Duminku Mintoff fil-poter wara nuqqas pjuttost twil għalkemm ma kienx nieqes mill-arena u l-fora politika. L-editur ta’ In-Nazzjon, Joe M. Zahra, il-ġurnal Nazzjonalista, l-għada tat-telfa elettorali ħareġ bil-karatellun kuraġġuż ifakkar lill-qarrejja li minkejja t-telfa, ilPartit Nazzjonalista kien żied il-voti meta mqabbla mal-elezzjoni tal-1967. Kollu minnu imma l-miżien kien xaqleb innaħa l-oħra. Il-fattur li għalaq ir-riżultat kien il-ħames distrett fejn it-taqtigħa baqgħet sal-aħħar. Mintoff kien l-aħħar darba fil-poter fl1958 meta rriżenja f’ċirkostanzi xejn sbieħ. Sadanittant Mintoff kien għamel rebħa ta’ ċerta importanza meta fl-1969, lejlet appuntament elettorali, il-Knisja Maltija qablet li kien iż-żmien, anki riżultat tal-Konċilju Vatikan it-Tieni, li ma tużax iktar is-sanzjoni tad-dnub ilmejjet f’appuntamenti politiċi. Fil-bijografija ta’ Ċensu Tabone, onorat ftit jiem ilu b’monument li artistikament fired il-komunità lokali fuq merti artistiċi, kien qal ċar u tond lil Henry Frendo, li Borg Olivier ma tantx kien entużjast fuq il-ftehim bejn Mintoff u Gonzi magħruf ukoll bħala l-ftehim talpaċi. Mintoff darba li sar Prim Ministru ma qagħadx iħares. Qabel ħatar il-Kabinett, biddel il-Kummissarju tal-Pulizija u iktar importanti minn hekk, neħħa lil Sir Maurice Dorman mill-kariga ta’ Gvernatur Ġenerali u poġġa minfloku lil Sir Anthony Mamo. Keċċa minn Malta lill-Kmandant tan-NATO Gino Birindelli u ddikjarah persona non grata. In-NATO
żarmat minn Malta u marret Napli. Dawn il-passi setgħu jittieħdu għax Malta kienet saret stat sovran fl-1964 u hawn toħroġ l-importanza talIndipendenza. Ir-riefnu Mintoff kompla għaddej b’diversi riformi u deċiżjonijiet. Ftit wara r-rebħa elettorali, it-tabib Sandy Cachia Zammit, ministru darbtejn flamministrazzjonijiet Borg Olivier, esperjenza ġuri stramb fejn ġie akkużat li seraq dokumenti tal-gvern. Din kienet sitwazzjoni ġdida għal Malta indipendenti. Fl-1975 l-gvern ta’ Mintoff ħa x-xandir nazzjonali f’idejh u issa li kien fil-gvern ried li s-sitt punti li tant kien ilu jħambaq fuqhom fil-pjazez u l-irħula, fil-gazzetti, fix-xandiriet u fl-Assemblea Leġiżlattiva kellhom isiru parti mil-liġijiet ta’ Malta. Tul il-leġiżlatura ta’ bejn l-1971 u l1976, ittieħdu diversi miżuri biex inaqqsu l-influwenza tal-Knisja fissoċjetà Maltija u tirrenja ssekularizzazzjoni. Bosta drabi l-bidliet seħħew mingħajr l-oppożizzjoni ta’ dari. Fost il-passi li ttieħdu kien hemm lintroduzzjoni taż-żwieġ ċivili fl-1975, ittneħħija tal-omosesswalità u l-adulterju mil-lista tar-reati, it-tneħħija talimmunità lill-Isqfijiet, l-introduzzjoni tattaxxa fuq id-dħul tal-Knisja u r-Ragħaj tagħha, reviżjoni tal-festi u l-btajjel pubbliċi, u l-għeluq tal-Fakultà tatTeoloġija mill-Università ta’ Malta. Twaqqfet ukoll iċ-ċerimonja talKandlora li l-għan tagħha kien spiċċa u d-dfin fil-parti mhux ikkonsagrata talAddolorata twaqqaf għalkollox. IlKostituzzjoni tar-Repubblika wkoll dgħajfet ir-rwol tal-Knisja fis-soċjetà meta mqabbla mal-Kostituzzjoni talIndipendenza li l-Arċisqof Gonzi kien xettiku dwarha. Ir-Repubblika – Kwistjoni taħraq Il-biċċa tar-Repubblika kienet kwistjoni taħraq għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett ma kinitx inkluża fil-
Dom Mintoff kien determinat li jasal u kien lest li l-Kostituzzjoni l-ġdida tar-Repubblika jgħaddiha b’maġġoranza parlamentari sempliċi. Fir-ritratt jidher Anthony Mamo fiċ-ċerimonja tal-ħatra tal-ewwel President tar-Repubblika
programm elettorali tal-Partit Laburista. Il-programm elettorali Laburista tal-1971 kien wiegħed reviżjoni tal-ftehim ta’ difiża u tal-kumpens imħallas millIngilterra għall-użu tal-faċilitajiet tadDifiża ta’ Malta u insista favur non-allinjament fil-politika barranija internazzjonali. Il-programm elettorali Laburista kien iddeskriva lil Malta moralment u ekonomikament marida imma r-Repubblika qatt ma ssemmiet. Il-mexxejja tal-partiti, Borg Olivier u Mintoff, kellhom attitudni differenti lejn il-monarkija Ingliża u dan fisser li skontru bejniethom kien se jkun inevitabbli fuq il-kwistjoni tarRepubblika. Ir-riċetta ta’ kif kellha tinkiseb l-Indipendenza wara kollox kienet iktar ta’ firda milli ta’ għaqda f’Malta. It-tnejn riduha imma mhux blistess kif u modi.
Ġorġ Borg Olivier kien qed jinsisti li l-Kostituzzjoni hi tal-poplu u din tinbidel biss b’referendum.
Hemm punt ieħor li jien semmejt filktieb In-Nisġa tal-Indipendenza li ħareġ ma’ din il-gazzetta. F’intervista li lAvukat Victor Ragonesi kien ta lillgazzetta Illum kien semma l-punt li hu kien iddispjaċieh li meta Malta saret Repubblika f’Diċembru 1974 ma baqgħetx taħt ir-Reġina. Probabbli dik kienet ukoll l-attitudni ta’ Borg Olivier. Ragonesi jamplifika li “aħna konna ħadna ġurament ta’ fedeltà, tajjeb jew ħażin, għaliex ir-Reġina saret ir-Reġina ta’ Malta u kienet aċċettat li tkun Reġina ta’ Malta u aħna ma ridniex niksru dak il-ġurament.” Agħar minn hekk għal Borg Olivier, irRepubblika kienet ġabet nuqqas ta’ qbil fi ħdan il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li trid tarah ukoll fi kwadru usa’. L-elementi żgħażagħ, fost l-oħrajn, miġbura fil-Moviment Żgħażagħ talPartit Nazzjonalista, riedu bidla fittmexxija u riforma sħiħa fil-mod ta’ kif jitmexxa l-partit. Is-sitwazzjoni sa ċertu punt kienet tixbah lill-konfront talħamsinijiet bejn in-Nutar Borg Olivier u l-Avukat Herbert Ganado (Dan kollu wieħed jista’ jaqra dwaru filpubblikazzjoni tal-PIN, Inservi, editjat minn Callus u Schiavone u fil-bijografija ta’ Borg Olivier ta’ Frendo ppubblikata wkoll minn PIN). Il-kwadru kkomplika ruħu wkoll għax għal Mintoff ma kienx aċċettabbli li jissejjaħ referendum u r-Repubblika tkun issiġillata mill-poplu. Mintoff kien jaf, bħal kull min kellu ftit melħ politiku f’rasu wara kollox, li r-referenda talIntegration u l-Indipendenza kienu ġabu ħalel ta’ interpretazzjonijiet differenti u kuntrastanti. U r-riżultati setgħu jħawdu l-imħuħ faċilment flok jiggwidawhom kif ġara. Borg Olivier kien qed jinsisti li l-Kostituzzjoni hi tal-poplu u din tinbidel biss b’referendum. Borg Olivier seta’ jargumenta li l-kostituzzjoni talIndipendenza, li Mintoff kien kontriha b’ruħu u ġismu, kienet suġġetta għal
27
’ Diċembru, 2014
versarju
pubblika
referendum popolari. Bħal fil-każ tal-Integration, Mintoff kien mgħaġġel biex ifittex jeħles u jgħaddi l-Kostituzzjoni tar-Repubblika. It-taħdidiet tar-Repubblika, kemm dawk li saru fid-dieher kif ukoll dawk ta’ wara l-kwinti, ma kinux faċli u barra minn hekk diversi deputati Nazzjonalisti għaddew minn episodji ta’ vjolenza waqt li kienu għaddejjin it-taħditiet. Ugo Mifsud Bonnici jagħti mappa ta’ dawn ittaħditiet fil-ktejjeb Kif Sirna Repubblika. L-eks-Ministru Michael Falzon, filvolum Duminku Mintoff Bejn Storja u Miti, isostni li dawn l-eżerċizzji ta’ vjolenza, “il-biċċa kbira minnhom waqt dimostrazzjonijiet favur il-gvern Mintuffjan, kollha kemm huma taparsi spontanji imma kollha fil-fatt maħsuba u ppjanati minn qabel.” Ugo Mifsud Bonnici jikkwalifika li dawn “iddimostrazzjonijiet kienu jfissru insulti u mbuttar ta’ Deputati Nazzjonalisti deħlin għas-seduta (parlamentari).” Mintoff kien determinat li jasal u kien lest li l-Kostituzzjoni l-ġdida tarRepubblika jgħaddiha b’maġġoranza parlamentari sempliċi. Fl-1965 waqt seduta parlamentari, meta Mintoff kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni, kien appella u rrimarka biex “ma nagħmlux il-Kostituzzjoni bħat-twavel ta’ Mosè.” Fis-16 ta’ Jannar 1973, Mintoff ġibed l-attenzjoni tad-deputati fil-Parlament li xi partijiet fil-Kostituzzjoni għandhom bżonn żewġ terzi biex jinbidlu. Sostna wkoll li l-Gvern Laburista kieku jrid seta’ jaqbad u jibdel il-Kostituzzjoni sħiħa jew biċċiet minnha għax meta għaddiet din kellha biss l-approvazzjoni ta’ 42% tal-elettorat Malti li nkisbu bissanzjonijiet tal-Knisja imposti fuq ilPartit Laburista u li għaddiet b’vot favur fil-Parlament ta’ deputat li tela’ fuq biljett kontra l-Indipendenza. Kien qed jirreferi għal Coronato Attard li għalkemm flelezzjoni tal-1962 tela’ mal-Partit Demokratiku Nazzjonalista ta’ Ganado ngħaqad mal-PN. Mintoff appella lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista biex jiddeċiedu flimkien liema partijiet mill-Kostituzzjoni kienu se jkunu emendati b’maġġoranza sempliċi u liema b’żewġ terzi. Dokument ippubblikat reċentement minn Wikileaks juri li l-Ambaxxata Amerikana f’Malta kienet perplessa dwar il-pożizzjonijiet ta’ Mintoff u nnutat li f’dan l-istadju kien diffiċli tbassar sa fejn Mintoff kien se jasal. Guido de Marco, bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, kien irreġistra fil-minuti tal-Eżekuttiv talPartit f’laqgħa li saret f’Novembru 1974 (xahar biss qabel id-data tat-13 ta’ Diċembru 1974), “Il-punt tad-diverġenza li kien fadal kien dwar il-metodu ta’ kif se jsiru l-emendi għall-Kostituzzjoni … Il-Kap tal-Partit ikkonkluda d-diskussjoni billi qal li skont il-fehma tiegħu u ta’ ħafna membri mill-Eżekuttiv, il-partit ma jistax jinjora xi konsultazzjoni malpoplu.” F’diskors twil li l-Viċi Prim Ministru Anton Buttigieg għamel fil-Parlament fit-3 ta’ Diċembru 1974 kien irrimarka
Ġorġ Borg Olivier ftit ħin qabel ma ħa l-ġurament ta’ lealtà lejn il-Kostituzzjoni ta’ Malta Repubblika – “salve l-validità tagħha.”
fost l-oħrajn li għall-Partit Laburista, ilKostituzzjoni preżenti (jiġifieri dik talIndipendenza) hija ferita kbira. L-għada Borg Olivier wieġeb lil Buttigieg u sostna li “biex ikollna Malta Maltija ma hemmx bżonn li jkollna Repubblika.” Fakkru li “l-Iżvezja hi Żvediża u għandha monarka imma ħadd ma jista’ jgħid li mhix Żvediża.” Bħala parti mir-replika lil Borg Olivier, Duminku Mintoff sostna li bilKostituzzjoni tal-1964, “għamiltu ssarimi, għamiltu t-two thirds u għamiltu l-entrenchment, u issa qed tgħidu li aħna ma nistgħux inneħħuh. Lesti biex nagħmluh weħidna dan.” Waqt li kompla jqatta’ l-Kostituzzjoni tal-Indipendenza, Mintoff iddeskrivieha bħala moqżieża u kostituzzjoni li f’għajnejh “ma tibżax għal Malta.” Dan id-diskors sa ċertu punt ma kellu għalfejn jimmeravilja lil ħadd. Kienet għadha ma għaddietx iċ-ċerimonja talgħoti tal-Indipendenza li Mintoff kien diġà fassal it-triq li ried jieħu ’l quddiem. Nhar is-Sibt 5 ta’ Settembru 1964 flewwel faċċata ta’ Il-Berqa deher rapport ikkwotat minn Reuters fejn il-Perit Mintoff għamilha ċara li ma jaqbilx malKostituzzjoni tal-Indipendenza u kien lest li jbiddilha bla żewġ terzi. Mintoff kien fi Brussell qed jindirizza lisSocialist International meta għamel dak id-diskors. Il-kelliem sostna li blIndipendenza Malta se tkun iktar kolonja milli qatt kienet. Fuq kollox, sostna li lKostituzzjoni kienet diskriminatorja. Waqt id-diskussjonijiet biex tiġi finalizzata l-Kostituzzjoni tarRepubblika, qam plejtu sħiħ fuq lArtiklu 6 li kien jenfasizza li lKostituzzjoni kienet suprema u kull liġi li setgħet kienet f’kontradizzjoni jew inkonsistenti, biex nużaw itterminoloġija mħaddma fil-klawsola, awtomatikament taqa’ u tirbaħ ilKostituzzjoni. L-artiklu 67 tal-istess Kostituzzjoni kien għamilha ċara li taqsimiet sħaħ minnha riedu ż-żewġ terzi tal-Kamra biex setgħu jkunu emendati. Dan kien jinkludi fost l-oħrajn taqsimiet fuq il-lingwa, id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet talindividwu, l-elezzjonijiet u l-qrati. Temi
li matul iż-żminijiet ta’ wara Mintoff ġie akkużat li lagħab magħhom. Kif kiteb Fenech Adami flawtobijografija My Journey, l-Artiklu 6 imma ma kienx inkluż fil-lista msemmija. Imma l-argument ewlieni kien li lArtiklu 6 għalkemm jipprovdi “għallentrenchment, ma kienx hu stess ġie entrenched.” Ugo Mifsud Bonnici jamplifika li għall-bidu filkostituzzjonijiet ta’ kolonji oħrajn lartiklu “ma kienx qed jiġi entrenched għaliex kien qed jittieħed sans dire li dak ma jistax jitbiddel.” Waqt minnhom fil-preżenza tal-Avukat Ugo Mifsud Bonnici, Sandy Cachia Zammit kien fakkar lil Borg Olivier li kienet deċiżjoni tal-Avukat J.J. Cremona nnifsu, l-awtur tal-Kostituzzjoni, li ma jagħmilx l-entrenchment tal-Artiklu 6 “biex f’każ ta’ kriżi, flok jaqa’ l-edifiċċju kollu, nibdlu lilu u dak biss li rridu nbiddlu.” Mifsud Bonnici jirrimarka li “Borg Olivier (lit-Tabib Sandy) kien tah daqqa’ ta’ għajn mimlija sinifikat” għal dak il-kumment. Cremona jsostni li “tant kien persważ li s-supremazija tal-Kostituzzjoni kienet sine qua non li ma ħassx il-ħtieġa li lartiklu jkun ankrat.” F’artiklu li kiteb bħala reazzjoni għal dak li sostna Mifsud Bonnici f’gazzetta lokali bl-Ingliż, Cremona ċaħad u rribatta d-dikjarazzjoni ta’ Cachia Zammit. Il-vot fil-Parlament Kienu sitta d-deputati Nazzjonalisti li wara li ngħataw il-vot ħieles ma qamux biex jivvutaw favur ir-Repubblika. Ilkumpalment, 21 deputat Nazzjonalista, ivvutaw favur. L-istess sitta wara kienu ħadu l-ġurament bħall-kumplament taddeputati l-oħra. Waqt il-ġurament, Borg Olivier instema’ jgħid “salve l-validità tagħha.” Kumment li fl-ewforija ta’ dakinhar ħadd ma qal xejn dwaru. Anthony Mamo nħatar l-ewwel President tar-Repubblika. L-emendi filLiġi l-ġdida kienu jinkludu li l-President kellu jkun il-Kap tal-Istat flok ir-Reġina u kellu jkun elett kull ħames snin millParlament. Il-President kellu jkun ċittadin Malti.
Xi ħaġa li Mintoff kien admanti fuqha u kellu jkun hemm provedimenti kontra l-corrupt practices li l-Kostituzzjoni talIndipendenza ma inkludietx. L-Att għadda fil-11 ta’ Novembru 1974. Għall-Gvern Laburista, din ilkostituzzjoni kienet “iktar liberali u demokratika ta’ veru.” Fis-sena tarRepubblika kważi 2,600 ruħ emigraw lejn l-Awstralja. Il-Gvern ta’ Mintoff biex jikkommemora dan il-jum ta amnestija lill-ħabsin.
Borg Olivier jiddikjara: ‘Inħarsu ’l quddiem’ Fil-programm elettorali tal-Partit Laburista tal-1981 sar l-argument li lkostituzzjoni Repubblikana kif saret millGvern Laburista kienet imsejsa fuq ilprinċipji tad-demokrazija, tal-libertà u tal-ġustizzja soċjali. Il-pedament talkostituzzjoni kien ix-xogħol. Żdied ilpunt li kull Malti kellu jkun lest li “anke jxerred demmu biex jiddefendi lKostituzzjoni.” L-Ambaxxata Amerikana f’Malta kienet tal-fehma li r-Repubblika kienet rebħa kbira għal Mintoff tant li ġabet lillPartit Nazzjonalista f’rokna minn fejn ma setgħux jirtiraw minn hemm. Kif jikkummenta Joseph M. Pirotta, “ilqasma fil-Partit Nazzjonalista issa kienet ħarġet fil-beraħ.” Il-PN kien f’riskju li jinqasam u jisparpalja ruħu iktar minn qatt qabel. U din Borg Oliver xammha. Xahar wara li r-Repubblika kienet fatt kompjut u l-voti favur u kontra kulħadd kien jaf fejn marru, Borg Olivier tkellem b’ton konċiljattiv fl-Eżekuttiv u insista biex il-Partit Nazzjonalista jħares lil hinn. Borg Olivier fakkar li “kulħadd jaf x’ġara fuq l-aħħar kwistjonijiet politiċi tal-mument. Minn issa ’l quddiem għandna nħarsu ’l quddiem lejn lelezzjoni.” Iżda kien għad jonqos li kemm Borg Olivier kif ukoll Malta jgħaddu minn ġuri serju u r-Repubblika tkun imtappna. ● Sergio Grech huwa l-awtur ta’ ‘It-Tabib Sandy Bijografija ta’ Alexander Cachia Zammit’ u editur talvolum ‘Monsinjur Victor Grech Bejn Storja u Miti’.
30
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Ittri lill-Editur
60 sena ordinazzjoni saċerdotali ta’ Mons. Charles Vella
Il-grazzja li Charles Vella jsir saċerdot ma nissilhiex hu, iżda Alla l-Imbierek. Il-ġenituri tiegħu ‘ħawlu, hu saqqa, iżda Alla kabbar’. Kif sar fil-Knisja ta’ San Girgor, nhar it-8 ta’ Diċembru, fil-festa talKunċizzjoni, fil-quddiesa talokkażjoni f’dan l-anniversarju speċjali, anki jien irrid, l-ewwel u qabel kollox, infaħħar u nrodd ħajr lill-Mulej tal-ġid kollu li sawwab fuqna lkoll permezz tal-ħidma saċerdotali u pastorali ta’ Dun Charles Vella. Jien personali nħoss gratitudni speċjali lejn Alla għall-ħbiberija u lbarkiet kollha li Dun Charles sawwab fuqi tul il-48 sena sħaħ li għaddew mill-ewwel darba li ltqajt miegħu filKampanja Djar għall-Maltin li bħala studenti universitarji organizzajna miegħu u mal-Moviment ta’ Kana fl1968. Kien f’din il-ħidma li żżerriegħa tal-vokazzjoni politika tiegħi ssaqqiet u nibtet sakemm ixxettlet u kibret tul is-snin. Meta tgħaddi snin twal ħabib u taħdem fil-qrib ma’ persuna tasal b’maturità taraha fid-dimensjoni sħiħa umana tagħha. L-ebda persuna mhi perfetta. Ibda minni. U Dun Charles ikun l-ewwel wieħed li jistqarr dan! Imma jekk perfett ma hux, żgur li hu persuna unika u eċċezzjonali, inkluż u l-aktar bħala saċerdot. X’kien jagħmel Dun Charles kieku ma sarx saċerdot? Probabbliment kien jidħol għan-negozju tal-familja. Kieku llum għandna xi imperu ta’ Vella Holdings b’sensiela ta’ lukandi, ristoranti u kumpaniji ta’ reklamar u marketing! U kieku llum irtirat igawdi l-frott ta’ ħidmietu u jara li lfamiljari, jekk mhux uliedu, ikomplu fejn ħalla! Forsi minflok kien jidħol filpolitika! Tgħid kien jiżżewweġ? Min jaf? Dejjem bin-nisa kien imdawwar! Għalkemm aktar mit-tip ta’ Marija milli minn ta’ Marta! Imma Dun Charles wieġeb għas-sejħa li
Mons. Charles Vella jikkonċelebra l-quddiesa fl-okkażjoni ta’ 60 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu
għamillu l-Mulej u sittin sena ilu sar saċerdot. Il-bqija hu storja ta’ personalità li ħalliet impatt fuq ilKnisja u fuq is-soċjetà Maltija. Bla qies hu n-numru ta’ dawk lindividwi li raw ġid kbir mill-ħidma tiegħu fil-parroċċi fejn ħadem f’Malta u fl-Italja, fil-pastorali talfamilja, fl-Isptar San Raffaele f’Milan, fil-qasam tal-media. Ilkariżma ta’ Dun Charles tibda biex tiġi apprezzata jekk wieħed jiftakar u jifhem l-ambjent soċjali, politiku, ekonomiku u kulturali f’Malta f’nofs il-ħamsinijiet tas-seklu l-ieħor meta sar saċerdot! Alla l-Imbierek tah iddon li mhux biss jagħraf is-sinjali ta’ dawk iż-żminijiet imma anki li jara viżjoni ċara tas-soċjetà Maltija filġejjieni. It-twaqqif tal-Moviment ta’ Kana minn Dun Charles f’dak iż-żmien bikri tal-1956 mhux biss kien att azzardat, iżda kien il-pass li inkarna l-Vanġelu f’aspett fondamentali talħajja tas-soċjetà – il-familja. Bissaħħa ta’ dan il-pass il-politika soċjali ta’ pajjiżna tlaqqmet u ħadet spinta f’direzzjoni ġdida u progressiva. M’hemmx dubju li Dun Charles kien wieħed mill-ħabbara taliżvolta li kellha tieħu l-Knisja Kattolika bil-Konċilju Vatikan II li nieda l-Papa San Ġwanni XXIII. Dun Charles – dielja għammiela u bnina, illum b’zokk oħxon, imxebilka u minsuġa ma’ ħafna ġrajjiet li sawru l-istorja ta’ Malta moderna, inkluż bil-kontribut li ta biex Malta għandha l-iktar sptar modern f’raġġ ta’ mijiet
ta’ mili fir-reġjun Ewro-Mediterranju. Grazzi Dun Charles. Issa strieħ... jekk taf! Louis Galea Is-Siġġiewi
Awguri
Mill-Albanija nħoss id-dmir li ningħaqad mal-ħabib tiegħi Monsinjur Charles Vella, fir-radd il-ħajr lil Alla flokkażjoni sabiħa tas-60 anniversarju talordinazzjoni saċerdotali tiegħu nhar it-8 ta’ Diċembru li għadda. Min jaf lil Dun Charles mill-qrib żgur li jibqa’ mistagħġeb bil-mod kif il-Mulej użah matul dawn is-60 sena. Kulħadd jafu, f’Malta, bħala l-kbir appostlu talfamilja Maltija. Iżda forsi ma jafux jew insew il-kontribut siewi tiegħu f’tant oqsma oħra. Kemm Maltin jiftakru l-ħidma intensa tiegħek fiċ-Ċentinarju Pawlin? Kemm minnhom jiftakru s-sehem tiegħek filkamp tax-xandir? U forsi wisq inqas filkamp tal-ekumeniżmu? Dan biex ma nsemmix ukoll il-ħidma tiegħek tul dawn l-aħħar 40 sena fl-Italja. Dan mhux qed ngħidu biex ninċensah, imma għaliex irrid ningħaqad miegħu fir-radd ta’ ħajr lil Alla dakinhar tat-8 ta’ Diċembru li għadda. Waqt li nsellimlu ta’ ħabib, nawguralu minn qalbi: AD MULTOS ANNOS! Mons. Ġorġ Frendo O.P. Tirana L-Albanija
Il-Kunċizzjoni fl-Imqabba
Bejn it-28 ta’ Novembru u s-7 ta’ Diċembru 2014 ġiet iċċelebrata lfesta tal-Immakulata Kunċizzjoni flImqabba. Il-festi fetħu bin-Novena tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Knisja Parrokkjali. Dakinhar tnediet l-14-il skeda tal-istazzjon tar-Radju talKomunità Tal-Ġilju FM 95.4. Il-Ħadd 30 ta’ Novembru saret iċċerimonja tal-ħruġ min-niċċa tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju u l-espożizzjoni tagħha għall-qima tad-devoti. Bejn il-Ġimgħa 5 u s-Sibt 6 ta’ Diċembru, il-Kumitat Amministrattiv organizza żewġ attivitajiet tradizzjonali. F’jum il-festa, il-fergħat kollha tas-Soċjetà Mużikali poġġew kuruni ta’ fjuri f’riġlejn il-monument talMadonna tal-Ġilju fil-ġnien talbypass tal-Imqabba u wara ħadu sehem fil-quddiesa tal-10am. Din kienet segwita minn ċerimonja filkumpless tan-nar Lily Fireworks marbuta mal-50 anniversarju millinawgurazzjoni tiegħu. Dawk involuti fil-bini mill-ġdid tal-kumpless 12-il sena ilu, ingħataw tifkira. Fl-4pm bdiet quddiesa kantata u konċelebrata minn Dun John Curmi, il-Kappillan tal-Parroċċa, għalkemm il-festi ta’ barra tħassru minħabba lmaltemp. Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u l-Fratellanza talImmakulata Kunċizzjoni jirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu biex din il-festa tirnexxi. Marvin Sciberras Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi Soċ. Muż. Madonna tal-Ġilju L-Imqabba
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Ittri lill-Editur
Muscat jipproteġi l-pożizzjoni tiegħu
Ma jien se nipproteġi lil ħadd, kien irrappurtat li qal Joseph Muscat wara l-laqgħa li qamet b’riżultat tal-isparatura taxxufier ta’ Manuel Mallia. Tridx tmur! Ilu tant jipproteġi lil sħabu. Kulħadd għadu jiftakar l-attitudni ta’ Muscat dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi redikoli ta’ wħud mill-Ministri tiegħu. Taf x’qed jiddefendi żgur Muscat? Qed jiddefendi lpożizzjoni politika tiegħu nnifsu biex jibqa’ fil-poter. Hekk kif laħaq mela l-armata, u l-pulizija b’salt ħatriet fl-ogħla karigi b’nies tagħna lkoll. Imbagħad lid-Deputati li ma daħħalx fil-Kabinett kważi kollha appuntahom f’xi bord u ħallashom tajjeb biex ħadd ma jaqlagħlu inkwiet. U issa dan l-aħħar, dil-ġimgħa stess, bil-pubblikazzjoni talinkjesta dwar l-iskandu talisparatura tax-xufier ta’ Manuel Mallia. Snin ilu l-Labour ukoll kien jgħid li ma kien se jiddefendi lil ħadd u kulħadd jaf f’liema straġi konna spiċċajna! F. Caruana Il-Marsa
Għassa tal-pulizija u l-isfiduċja
Għassa tal-pulizija. Le, m’iniex qed nirreferi għal dak ilbini li minnu l-pulizija jmexxu lħidma tagħhom. Qed nirreferi, iżda, għall-għassa li l-poplu qed ikollu jagħmel fuq il-Korp talPulizija għax mhux qed jafdahom f’xogħolhom. Għax issa wasalna li l-pulizija tagħna lkoll flok kif inhuma obbligati, jieħdu passi, dejjem
Il-mira antika tal-PL
qed jiġri li f’ċirkustanzi partikulari fejn jaqbel lil ċerti nies fil-politika, il-pulizija jew ma jmexxux, ikaxkru saqajhom, jew jieħdu passi parzjali. Dan, il-poplu qed jinduna bih minkejja l-ħabi tal-Gvern u qed tintilef il-fiduċja fil-pulizija. Dan ħażin ħafna għal pajjiżna, għax pulizija mingħajr il-fiduċja tan-nies tispiċċa pulizija tarreġim. U ma jistax ikun aktar evidenti dan in-nuqqas ta’ fiduċja, meta f’inqas minn 21 xahar ta’ Gvern Laburista mmexxi minn Muscat, il-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija se tkun qed tinbidel għal darb’oħra. Rekord ieħor għat-tmexxija talLabour – erba’ kummissarji talpulizija f’inqas minn sentejn fissiġġu tal-poter. M. Cassar Ħaż-Żebbuġ
Hedging u stabbiltà
Għadni niftakar fid-dibattitu u l-konferenzi ta’ qabel lelezzjoni lil Tonio Fenech iwissi lil tal-Labour dwar leffetti li setgħu jirriżultaw millhedging taż-żejt meta dan ma jsirx bil-għaqal. Minn dakinhar il-Labour jinsab fil-gvern u għamel qassata. Spiċċajna permezz ta’ hedging żbaljat u fit-tul flok xahar xahar kif konna qabel, bi stabbiltà fejn jidħlu prezzijiet tal-fuels bil-għoli. U dan meta l-prezz internazzjonali taż-żejt jinsab fl-aktar livell baxx f’dawn l-aħħar snin. Jiżbalja Muscat, jiżbalja Konrad Mizzi u tħallas int! Peter Borg Il-Mosta
L-NSO jew l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ilu żmien fil-mira tal-Partit Laburista. Tant hi inġusta l-kritika Laburista lejn l-NSO li fejn jaqbel, l-istatiska maħruġa tiġi aċċettata u użata, u fejn ma jaqbilx (sintendi lill-Partit Laburista), l-istatistika tiġi rrifjutata u attakkata. Niftakar lil Karmenu Mifsud Bonnici f’Jannar 2007 fuq Smash TV jgħid li l-Gvern kien qed ibagħbas l-istatistika bi ftehim mal-UE biex ikun aċċertat li fl-1 ta’ Jannar 2008 tidħol il-munita ewro f’pajjiżna. Niftakar meta tal-Labour kienu jattakkaw lill-NSO u lidDirettur Ġenerali tiegħu, lekonomista Gordon Cordina, u konna spiċċajna li Gordon
31 Cordina kellu jirriżenja millkariga tiegħu. Dan kollu juri li lLabour minn dejjem kien jipprova jċaqlaq il-lasti favur tiegħu. Imbagħad jgħidu li jridu jmexxu bi trasparenza. Trasparenti tassew, imma filqerq! F. Darmanin Ħ’Attard
Wiegħed mod u għamel ieħor
Malta Tagħna Lkoll – Proposti ewlenin mill-manifest elettorali 2013 tal-Partit Laburista, proposta numru 7 – soċjetà ġusta. Social Impact Assessment fuq
kull deċiżjoni maġġuri li jieħu lGvern. Hekk wegħidni Joseph Muscat f’fuljett li bagħatli d-dar qabel l-elezzjoni. Issa qabad u lilna liżvantaġġjati għollilna l-kera talakkomodazzjoni soċjali u dan bla kliem u bla sliem. Fejn hu ssocial impact assessment imwiegħed? Barra minhekk, spiċċajna wkoll inħallsu prezzijiet ogħla għall-fuel, u dan minkejja li lprezz internazzjonali taż-żejt jinsab fl-inqas livelli għal dawn l-aħħar ħames snin. Dwar dan ilGvern ma’ għamel l-ebda Social Impact Assessment għax jaqbillu jkompli jisloħna. Forsi għall-Gvern din mhix deċiżjoni maġġuri, iżda għalina jfisser diżastru finanzjarju. Fuq kollox, fejn hu l-Gvern li jisma’? Lilna lanqas biss kellimna aħseb u ara kemm semagħna! Dan romblu u mhux gvern! Mario Cassar Ħal Qormi
Rumanz realista u soċjali ta’ Alfred Massa 32
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Kotba
‘Taħt il-Ħarruba’ – Dom Communications, 2014-10-21 Reċensjoni ta’ Patrick Sammut
Illum lil Alfred Massa nafuh bħala poeta, rumanzier u esejista. Huwa President Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin. L-ewwel rumanz li ppubblika kien Is-Salib talĠiżirana fl-1972. Taħt ilĦarruba huwa l-ħdax-il rumanz li qed jippubblika. Jifrex fuq 170 paġna u huwa mqassam f’21 kapitlu ta’ tul li ma jgħajjix lill-qarrej.
Id-dimensjoni temporali Ir-rakkont jiftaħ fi żmien ilMilied, x’imkien matul issnin 50, mela Malta fil-bidu meta wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija kienet qed tirkupra bil-mod ħafna millqirda, it-tifrik u l-faqar li dan il-kunflitt ħalla warajh. Massa jgħidilna li kien żmien meta t-televiżjoni kien għadu lanqas daħal fid-djar Maltin. Jekk ir-rumanz jiftaħ filwaqt preżenti (is-snin 50), f’kapitlu 3 Massa jmur lura fiż-żmien permezz ta’ analessi jew flashback. Hawn Pawlu ssagristan jiftakar fl-imgħoddi tiegħu. Huwa hawn fejn jibda r-rakkont sekondarju ġewwa r-rakkont ewlieni, fejn naraw lil Pawlu żagħżugħ flimkien ma’ sieħbu Xandru, u l-ewwel laqgħat bejn Pawlu u Ġorġina. F’kapitlu 19 Massa jerġa’ jmur “Lura għall-bidu talġrajja...”, mela lura għarrakkont ewlieni (li kien waqaf f’kapitlu 3). Nerġgħu niftakru fil-mewt ta’ Stephen u l-vojt li ħalla warajh. Huwa hawn fejn tinħall kobba oħra rigward l-aġir negattiv ta’ Xandru. Fl-aħħar tliet paġni tar-rumanz jgħaddu bosta snin fejn naraw lil Pawlu u Katrin jixjieħu u jsiru nanniet; mela sseħħ qabża temporali wiesgħa.
Osservazzjonijiet tematiko-soċjoantropoloġiċi Il-familja ewlenija f’dan irrakkont hija l-familja Caruana, eżempju tal-familja Maltija tradizzjonali fejn taħkem fuq kollox l-għaqda, bit-tfal jistudjaw u wara jilagħbu fl-għelieqi, u birRuzarju jingħad qabel ma kulħadd jinġabar fis-sodda. Kien anki żmien meta linjoranza xi drabi kienet twassal għal traġedji mhux mistennija, u anki żmien meta tfajla li tinqabad tqila qabel iż-żwieġ kien ikollha tinqafel ġewwa minħabba sens qawwi ta’ mistħija u l-biża’ minn ilsien in-nies u l-umiljazzjoni li jaqa’ fuq isem il-familja. Jissemmew ukoll il-faqar, linjoranza li wasslet għal familji kbar, irġiel miżżewġin fis-sakra, swat lin-nisa, tfajliet stuprati u tqal qabel iż-żwieġ, ittri anonimi u kuljunar. Minkejja dan hemm ukoll elementi moderni, fosthom lidea tal-mara emanċipata – Katrin – li titħalla tiddeċiedi hi lil min tiżżewweġ, jew li tqum fuq tagħha u ma tħallix lill-ġenituri jagħmlulha lbsaten fir-roti. Lemanċipazzjoni tista’ tinftiehem anki f’sens usa’: hija dik tar-raġel li jifhem li deċiżjoni fil-familja trid tittieħed mhux minnu biss imma mill-membri kollha. Ir-rumanz huwa miżgħud b’tagħrif ta’ natura storika u folkloristika dwar tradizzjonijiet, xnigħat, twemmin u aġir tal-imgħoddi. Jaħkmu l-valuri tat-twemmin Nisrani. Bħal f’rumanzi oħrajn tiegħu, anki hawn Massa jsemmi spiss il-futur, mela d-
destin, li ħadd ma jaf x’jostor. Lejn l-aħħar tar-rakkont tidħol it-tema tal-adozzjoni. Fl-aħħar kapitlu nassistu għall-qlugħ minn għeruqha tal-ħarruba u għat-tqattigħ tagħha minħabba li l-għalqa kienet se tinbena. Dan hu rifless tal-bidla li żżmien iġib miegħu u tal-fatt li Malta kienet bdiet tintlaqat mill-iżvilupp - f’rabta malindustrija tal-bini - li ħakem lil pajjiżna fis-snin 60, 70 u 80. Personaġġi In-nisġa tar-rumanz hija msejsa fuq għadd ta’ personaġġi li l-parti l-kbira tagħhom tintrabat mat-tajjeb – fosthom il-membri talfamilja Caruana u l-Kappillan Dun Anton – imma hemm ukoll persunaġġ li jintrabat iktar mal-ħażin – Xandru. Pawlu, missier Stephen, jifhem li parti mit-tort għallmewt ta’ ibnu huma l-ġenituri ladarba qatt ma spjegawlu x’kien il-misteru wara lħarruba. Fl-ewwel nofs tar-rumanz bħal taħkem l-istorja ta’ mħabba bejn Pawlu u Ġorġina, biex, wara li tmut din tal-aħħar, Massa jintroduċi personaġġ ieħor – it-tfajla Katrin – u b’hekk jerġa’ jagħti enerġija ġdida lir-rakkont. Hemm żewġ personaġġi bl-isem ta’ Stephen, u t-tnejn huma wlied Pawlu, minn nisa differenti. Dawn it-tnejn bħal jgħaqqdu
flimkien il-ftuħ tar-rumanz mal-għeluq, l-ewwel parti (irrabta Pawlu-Ġorġina) mattieni parti (ir-rabta PawluKatrin) tar-rakkont. Strutturalment dan jagħti ċerta simetrija lill-istorja ta’ dan ir-rumanz.
Xejriet stilistiċi Fir-rumanz titħaddem ħafna n-narrazzjoni, imma mhux lewwel darba li Massa jidħol direttament fir-rakkont biex jintroduċi l-kumment jew ħsieb personali tiegħu. Jistaqsi għadd ta’ mistoqsijiet dwar l-awtorità, l-ubbidjenza, il-progress, filwaqt li jqiegħed f’konfront id-dinja tal-bieraħ, bir-regoli tagħha, u dik tal-lum, fejn taħkem iktar libertà li mhix dejjem pożittiva. Diġà mill-bidu Massa jibda jibni ċerta tensjoni drammatika f’rabta malmisteru li hemm moħbi wara l-ħarruba xiħa. Parti millgħan ta’ Massa hu anki li jnissel ċertu patos fil-qarrejja: hawn l-awtur jipprova jmiss il-qlub tal-qarrejja billi jirreferi għal ħsus qawwija bħall-ħniena u s-sens ta’ ħasra biex b’hekk jistieden lillqarrejja jipparteċipaw fl-istess rakkont. Massa jalterna bejn narrazzjoni, partijiet djalogati u kumment personali permezz ta’ leħen in-narratur-awtur. Lawtur iħallat ir-rakkont
mistħajjel (li jirrigwarda lil Pawlu, Xandru, Ġorġina u ħbiebha) ma’ fatti storiċi u reali (it-Tieni Gwerra Dinjija). Fir-rakkont traġiku dwar omm u missier Ġorġina nsibu rakkont (numru tlieta) ġo rakkont (dak sekondarju, Pawlu u Ġorġina) ġo rakkont (dak ewlieni, Pawlu u Katrin miżżewġin bl-ulied). Iż-żmien tar-rakkont numru tlieta huwa dak fejn naqraw ukoll dwar it-tfulija u l-imgħoddi ta’ Wenzu (mela xi mkien lejn laħħar parti tat-tieni nofs tasseklu 19, bidu seklu 20) biex nifhmu aħjar il-karattru diffiċli tiegħu, li kien diġà għadda minn bidla oħra. Kontra x-xorti ħażina u lkruha tal-gwerra jew li taf toffri l-ħajja inġenerali hemm l-imħabba dejjem tissaħħaħ bejn Pawlu u Ġorġina. Dan ilkuntrast hu parti essenzjali mill-istil li jħaddem l-awtur ladarba ma jixtieqx jgħejja lill-qarrej b’avvenimenti koroh biss. Hemm drabi meta Massa jikkonċentra fuq dak li jkun għaddej f’moħħ il-personaġġi tiegħu (bħas-sens ta’ suspett, biża’ u disperazzjoni). Hemm drabi meta Massa jħalli fil narrattiv miftuħ apposta biex jerġa’ jaqbdu aktar tard matul ir-rakkont. Drabi oħra Massa jintroduċi komplikazzjonijiet ġodda biex iġedded is-saħħa tar-rakkont, biex wara taħkem ir-rikonċiljazzjoni taħt għamliet differenti.
Għeluq F’dan ir-rumanz Massa jippreżenta l-ħajja kif inhi: blinżul u t-tlajja’ tagħha, bilferħ u n-niket, bis-sabiħ u likrah. Taħt il-Ħarruba huwa rumanz realista u soċjali fejn Massa jurina l-bniedem kif inhu, bla ebda tiżjin jew kożmetika żejda. Fih l-awtur jagħti spazju kemm lil personaġġi nisa u rġiel, u temporalment jifrex il-ġrajja tiegħu fuq mill-inqas tliet ġenerazzjonijiet. Kif rajna hu rakkont li jifrex fuq medda ta’ żmien li tibda xi mkien lejn l-aħħar tas-seklu 19 u tkompli sassnin tar-rikostruzzjoni, eżattament wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Taħt il-Ħarruba hu rumanz miktub b’lingwaġġ nadif u li żgur jinżel tajjeb ma’ min iħobb jaqra bla ħafna tbatija u ħsibijiet żejda, imma fl-istess ħin xogħol li jagħti kemm pjaċir kif ukoll tagħrif storiko-soċjali siewi, flimkien ma’ valuri pożittivi.
Rumanz realista u soċjali ta’ Alfred Massa 32
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Kotba
‘Taħt il-Ħarruba’ – Dom Communications, 2014-10-21 Reċensjoni ta’ Patrick Sammut
Illum lil Alfred Massa nafuh bħala poeta, rumanzier u esejista. Huwa President Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin. L-ewwel rumanz li ppubblika kien Is-Salib talĠiżirana fl-1972. Taħt ilĦarruba huwa l-ħdax-il rumanz li qed jippubblika. Jifrex fuq 170 paġna u huwa mqassam f’21 kapitlu ta’ tul li ma jgħajjix lill-qarrej.
Id-dimensjoni temporali Ir-rakkont jiftaħ fi żmien ilMilied, x’imkien matul issnin 50, mela Malta fil-bidu meta wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija kienet qed tirkupra bil-mod ħafna millqirda, it-tifrik u l-faqar li dan il-kunflitt ħalla warajh. Massa jgħidilna li kien żmien meta t-televiżjoni kien għadu lanqas daħal fid-djar Maltin. Jekk ir-rumanz jiftaħ filwaqt preżenti (is-snin 50), f’kapitlu 3 Massa jmur lura fiż-żmien permezz ta’ analessi jew flashback. Hawn Pawlu ssagristan jiftakar fl-imgħoddi tiegħu. Huwa hawn fejn jibda r-rakkont sekondarju ġewwa r-rakkont ewlieni, fejn naraw lil Pawlu żagħżugħ flimkien ma’ sieħbu Xandru, u l-ewwel laqgħat bejn Pawlu u Ġorġina. F’kapitlu 19 Massa jerġa’ jmur “Lura għall-bidu talġrajja...”, mela lura għarrakkont ewlieni (li kien waqaf f’kapitlu 3). Nerġgħu niftakru fil-mewt ta’ Stephen u l-vojt li ħalla warajh. Huwa hawn fejn tinħall kobba oħra rigward l-aġir negattiv ta’ Xandru. Fl-aħħar tliet paġni tar-rumanz jgħaddu bosta snin fejn naraw lil Pawlu u Katrin jixjieħu u jsiru nanniet; mela sseħħ qabża temporali wiesgħa.
10 x 2 APAN
Osservazzjonijiet tematiko-soċjoantropoloġiċi Il-familja ewlenija f’dan irrakkont hija l-familja Caruana, eżempju tal-familja Maltija tradizzjonali fejn taħkem fuq kollox l-għaqda, bit-tfal jistudjaw u wara jilagħbu fl-għelieqi, u birRuzarju jingħad qabel ma kulħadd jinġabar fis-sodda. Kien anki żmien meta linjoranza xi drabi kienet twassal għal traġedji mhux mistennija, u anki żmien meta tfajla li tinqabad tqila qabel iż-żwieġ kien ikollha tinqafel ġewwa minħabba sens qawwi ta’ mistħija u l-biża’ minn ilsien in-nies u l-umiljazzjoni li jaqa’ fuq isem il-familja. Jissemmew ukoll il-faqar, linjoranza li wasslet għal familji kbar, irġiel miżżewġin fis-sakra, swat lin-nisa, tfajliet stuprati u tqal qabel iż-żwieġ, ittri anonimi u kuljunar. Minkejja dan hemm ukoll elementi moderni, fosthom lidea tal-mara emanċipata – Katrin – li titħalla tiddeċiedi hi lil min tiżżewweġ, jew li tqum fuq tagħha u ma tħallix lill-ġenituri jagħmlulha lbsaten fir-roti. Lemanċipazzjoni tista’ tinftiehem anki f’sens usa’: hija dik tar-raġel li jifhem li deċiżjoni fil-familja trid tittieħed mhux minnu biss imma mill-membri kollha. Ir-rumanz huwa miżgħud b’tagħrif ta’ natura storika u folkloristika dwar tradizzjonijiet, xnigħat, twemmin u aġir tal-imgħoddi. Jaħkmu l-valuri tat-twemmin Nisrani. Bħal f’rumanzi oħrajn tiegħu, anki hawn Massa jsemmi spiss il-futur, mela d-
destin, li ħadd ma jaf x’jostor. Lejn l-aħħar tar-rakkont tidħol it-tema tal-adozzjoni. Fl-aħħar kapitlu nassistu għall-qlugħ minn għeruqha tal-ħarruba u għat-tqattigħ tagħha minħabba li l-għalqa kienet se tinbena. Dan hu rifless tal-bidla li żżmien iġib miegħu u tal-fatt li Malta kienet bdiet tintlaqat mill-iżvilupp - f’rabta malindustrija tal-bini - li ħakem lil pajjiżna fis-snin 60, 70 u 80. Personaġġi In-nisġa tar-rumanz hija msejsa fuq għadd ta’ personaġġi li l-parti l-kbira tagħhom tintrabat mat-tajjeb – fosthom il-membri talfamilja Caruana u l-Kappillan Dun Anton – imma hemm ukoll persunaġġ li jintrabat iktar mal-ħażin – Xandru. Pawlu, missier Stephen, jifhem li parti mit-tort għallmewt ta’ ibnu huma l-ġenituri ladarba qatt ma spjegawlu x’kien il-misteru wara lħarruba. Fl-ewwel nofs tar-rumanz bħal taħkem l-istorja ta’ mħabba bejn Pawlu u Ġorġina, biex, wara li tmut din tal-aħħar, Massa jintroduċi personaġġ ieħor – it-tfajla Katrin – u b’hekk jerġa’ jagħti enerġija ġdida lir-rakkont. Hemm żewġ personaġġi bl-isem ta’ Stephen, u t-tnejn huma wlied Pawlu, minn nisa differenti. Dawn it-tnejn bħal jgħaqqdu
flimkien il-ftuħ tar-rumanz mal-għeluq, l-ewwel parti (irrabta Pawlu-Ġorġina) mattieni parti (ir-rabta PawluKatrin) tar-rakkont. Strutturalment dan jagħti ċerta simetrija lill-istorja ta’ dan ir-rumanz.
Xejriet stilistiċi Fir-rumanz titħaddem ħafna n-narrazzjoni, imma mhux lewwel darba li Massa jidħol direttament fir-rakkont biex jintroduċi l-kumment jew ħsieb personali tiegħu. Jistaqsi għadd ta’ mistoqsijiet dwar l-awtorità, l-ubbidjenza, il-progress, filwaqt li jqiegħed f’konfront id-dinja tal-bieraħ, bir-regoli tagħha, u dik tal-lum, fejn taħkem iktar libertà li mhix dejjem pożittiva. Diġà mill-bidu Massa jibda jibni ċerta tensjoni drammatika f’rabta malmisteru li hemm moħbi wara l-ħarruba xiħa. Parti millgħan ta’ Massa hu anki li jnissel ċertu patos fil-qarrejja: hawn l-awtur jipprova jmiss il-qlub tal-qarrejja billi jirreferi għal ħsus qawwija bħall-ħniena u s-sens ta’ ħasra biex b’hekk jistieden lillqarrejja jipparteċipaw fl-istess rakkont. Massa jalterna bejn narrazzjoni, partijiet djalogati u kumment personali permezz ta’ leħen in-narratur-awtur. Lawtur iħallat ir-rakkont
mistħajjel (li jirrigwarda lil Pawlu, Xandru, Ġorġina u ħbiebha) ma’ fatti storiċi u reali (it-Tieni Gwerra Dinjija). Fir-rakkont traġiku dwar omm u missier Ġorġina nsibu rakkont (numru tlieta) ġo rakkont (dak sekondarju, Pawlu u Ġorġina) ġo rakkont (dak ewlieni, Pawlu u Katrin miżżewġin bl-ulied). Iż-żmien tar-rakkont numru tlieta huwa dak fejn naqraw ukoll dwar it-tfulija u l-imgħoddi ta’ Wenzu (mela xi mkien lejn laħħar parti tat-tieni nofs tasseklu 19, bidu seklu 20) biex nifhmu aħjar il-karattru diffiċli tiegħu, li kien diġà għadda minn bidla oħra. Kontra x-xorti ħażina u lkruha tal-gwerra jew li taf toffri l-ħajja inġenerali hemm l-imħabba dejjem tissaħħaħ bejn Pawlu u Ġorġina. Dan ilkuntrast hu parti essenzjali mill-istil li jħaddem l-awtur ladarba ma jixtieqx jgħejja lill-qarrej b’avvenimenti koroh biss. Hemm drabi meta Massa jikkonċentra fuq dak li jkun għaddej f’moħħ il-personaġġi tiegħu (bħas-sens ta’ suspett, biża’ u disperazzjoni). Hemm drabi meta Massa jħalli fil narrattiv miftuħ apposta biex jerġa’ jaqbdu aktar tard matul ir-rakkont. Drabi oħra Massa jintroduċi komplikazzjonijiet ġodda biex iġedded is-saħħa tar-rakkont, biex wara taħkem ir-rikonċiljazzjoni taħt għamliet differenti.
Għeluq F’dan ir-rumanz Massa jippreżenta l-ħajja kif inhi: blinżul u t-tlajja’ tagħha, bilferħ u n-niket, bis-sabiħ u likrah. Taħt il-Ħarruba huwa rumanz realista u soċjali fejn Massa jurina l-bniedem kif inhu, bla ebda tiżjin jew kożmetika żejda. Fih l-awtur jagħti spazju kemm lil personaġġi nisa u rġiel, u temporalment jifrex il-ġrajja tiegħu fuq mill-inqas tliet ġenerazzjonijiet. Kif rajna hu rakkont li jifrex fuq medda ta’ żmien li tibda xi mkien lejn l-aħħar tas-seklu 19 u tkompli sassnin tar-rikostruzzjoni, eżattament wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Taħt il-Ħarruba hu rumanz miktub b’lingwaġġ nadif u li żgur jinżel tajjeb ma’ min iħobb jaqra bla ħafna tbatija u ħsibijiet żejda, imma fl-istess ħin xogħol li jagħti kemm pjaċir kif ukoll tagħrif storiko-soċjali siewi, flimkien ma’ valuri pożittivi.
Il-widnejn u l-griżmejn Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Saħħa
Għalkemm il-widnejn jistgħu jidhru bħala organi separati, dawn huma magħqudin direttament mal-imnieħer u l-griżmejn. Il-parti tal-widna li tidher, magħrufa bħala l-pinna, hi mqabbda mal-kanal tal-widna li jieħu sat-tanbur. Wara dan insibu l-parti tannofs tal-widna li tikkonsisti fi spazju mimli bl-arja li hu magħqud mal-wara tal-imnieħer u l-gerżuma permezz ta’ tubu msejjaħ eustachian tube. Dan it-tubu jiżgura li jkun hemm listess pressa fiż-żewġ naħat tat-tanbur. Il-parti l-oħra tal-widna hi midfuna fil-kranju u fiha nsibu l-organi li jieħdu ħsieb is-smigħ u lbilanċ. Il-ħoss li jasal fil-widnejn iwassal informazzjoni essenzjali u jgħinna sabiex nikkomunikaw b’mod sofistikat ħafna. Pereżempju permezz tal-kliem u l-mużika. Barra minn hekk, il-widnejn huma wkoll responsabbli għall-bilanċ. Aħna nisimgħu l-ħoss meta dan jaħbat mattanbur u dan jiċċaqlaq. Dawn il-vibrazzjonijiet jitwasslu lejn tliet għadmiet magħrufa bħala l-auditory ossicles li huma wkoll jittrażmettu dawn il-vibrazzjonijiet lejn il-cochlea li fiha hemm riċevituri tal-ħoss, moviment u bilanċ. Minn hawn dawn il-vibrazzjonijiet jinbidlu f’impuls u jitwasslu għall-moħħ. Il-kapaċità li noqogħdu weqfin hi kkontrollata minn struttura fil-ġewwieni tal-widna magħrufa bħala l-vestibular apparatus li jinnota l-pożizzjoni u l-moviment tar-ras permezz ta’ xagħar żgħir, li jiċċaqlaq u jibgħat dawn is-sinjali lill-moħħ. Problemi fil-partijiet ta’ barra u tan-nofs talwidnejn jistgħu jkunu ġejjin minn inċidenti, infezzjonijiet, ħsara mill-pressa fl-atmosfera u mard li jintiret. Is-sintomi ta’ dawn jistgħu jkunu irritazzjoni, skumdità, uġigħ u xi drabi anki telf parzjali tas-smigħ. Il-problemi relatati mal-ġewwieni tal-widnejn ħafna drabi huma aktar serji u jistgħu jikkawżaw it-telf tas-sens ta’ smigħ u problemi fil-bilanċ. Is-sintomi jistgħu jkunu sturdamenti u dardir. Ħafna drabi l-isturdamenti jistgħu jkunu qawwija u ma jħallux lil dik il-persuna tqum minn fuq is-sodda jew minn bilqiegħda, u għalhekk importanti ħafna li tittieħed il-kura meħtieġa għax dan l-isturdament jista’ jikkawża waqgħat u problemi oħra. Problemi ta’ wġigħ li tikkawża l-widna jistgħu jkunu relatati ma’ diversi fatturi u forsi laktar wieħed popolari huwa dak relatat malgħawm li finalment jista’ jwassal għal xi infezzjoni. Pressjoni fuq it-tanbur tal-widna tista’ tkun ikkawżata b’mod partikulari meta wieħed jitla’ fil-għoli ħafna bħal pereżempju meta jkun f’ajruplan. Il-pharyngitis u t-tonsillitis huma problemi li normalment niddeskrivuhom bħala ħruq filgriżmejn. Il-pharynx jgħaqqad il-wara tal-ħalq u l-imnieħer mal-larynx u l-esophagus. It-tunsilli nsibuhom in-naħa ta’ fuq tal-pharynx u jgħinu sabiex jiddefendu kontra l-infezzjonijiet. Tunsilli morda huma aktar komuni fit-tfal għaliex dawn ikunu kbar imbagħad jibdew jiċkienu bil-mod aktar ma jikbru.
Laryngitis jew l-infjammazzjoni tal-kaxxa vokali normalment tkun ġejja minn infezzjoni li twassal għal ħanqa. Xi drabi sforzi fuq ilvuċi jistgħu jwasslu biex jitrabbew bħal tikek bojod fuq il-kordi vokali. Normalment dawn ma jikkawżawx kanċer u jvarjaw fil-qies minn ras ta’ labra sa daqs ta’ żerriegħa tal-għeneb. Din il-kundizzjoni ħafna drabi taqbad lil dawk il-persuni li jużaw ħafna l-vuċi bħallkantanti, u l-għalliema, fost oħrajn. Meta wieħed jinħanaq ta’ spiss għandu jfittex l-għajnuna għaliex hemm tipi ta’ kanċer li għandhom l-istess sintomi. Infezzjonijiet u problemi oħra li jikkawżaw l-uġigħ jew ħruq fil-griżmejn għandhom jingħataw attenzjoni u wieħed importanti li jiċċekkja mat-tabib tiegħu. Dawn it-tipi ta’ problemi, meta jiġu traskurati jistgħu jikkawżaw problemi serji f’organi oħra tal-ġisem u għalhekk il-messaġġ li dejjem ngħaddu permezz ta’ din il-paġna jkun dwar l-importanza li xi wġigħ jew sintomi mhux tas-soltu, nieħdu azzjoni mill-ewwel fuqhom sabiex ma tiġix aggravata s-sitwazzjoni u tkun tista’ tintlaħaq mill-bidu filwaqt li t-trattament ma jkunx aggressiv.
33
Għalkemm il-widnejn jistgħu jidhru bħala organi separati, dawn huma magħqudin direttament mal-imnieħer u l-griżmejn.
34
The Hobbit: The Battle (KRS – 12A) of the Five Armies
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Ċinema
It-tielet u l-aħħar film tas-sensiela mnebbħa, jew, skont xi wħud, imġebbda, mill-ktejjeb ‘The Hobbit’ miktub minn J.J.R. Tolkien jibda fejn prattikament beda lewwel “Hobbit”, jiġifieri bid-dragun Smaug jispara xita ta’ nar ma taqta’ xejn fuq l-imsejkna ċittadini ta’ Laketown bl-atti ddisprati ta’ Bard (Luke Evans) biex jeqirdu qabel jeqred il-belt. Wara, dak kollu li jiġri lill-karattri l-oħra f’Middle Earth, fosthom minn ta’ quddiemnett Thorin (Richard Armitage) u ftit inqas Bilbo (Martin Freeman) iservi biss biex naslu għall-qofol tas-sekwenzi finali spettakolari u miżgħuda b’azzjoni li r-reġista Peter Jackson ikun diġà tana ħjiel sewwa tagħhom. Biex wieħed jgħid is-sewwa, hawn ma jonqsux mumenti li qajla jitwemmnu bħal, pereżempju, Thorin u Legolas (Orlando Bloom) kważi jtiru fl-arja, u jaqbżu minn ġebla għal oħra, hekk kif ħitan u pont millbelt ikunu qed jiġġarrfu! Dan it-tielet kapitlu fih aktar azzjoni milli sustanza, u l-ftit li fih tistona. Bħal, pereżempju, sekwenza fejn il-kap tan-nani Thorin jibda jimmaġina ruħu qed jegħreq fid-deheb, suppost messaġġ ta’ kemm irregħba hija ħażina. Dan filwaqt li l-producers xejn ma ddejqu jisfruttaw kemm jifilħu l-ktejjeb ta’ Tolkien.
Get Santa
(KRS – U)
Din il-verżjoni oħra dwar il-karattru fittizju ta’ Santa Klaws jew, kif nafuh aktar aħna fl-Ewropa, Father Christmas hi miżgħuda b’sens ta’ umoriżmu u ċajt anki rozz (naturalment fil-limitu taludjenza infantili li l-film hu maħsub għaliha). Wara li skonta sentejn priġunerija, Steve (Rafe Spall) imur biex iżur lil ibnu ta’ 10 snin Tom (Kit Connor), minkejja li l-eksmartu ma tkunx trid taf bih iżjed. Meta jasal id-dar isib lil xwejjaħ jistaħba fil-garaxx, li jgħidilhom li kien Santa Klaws. Dan jitlob lil Steve jgħinu għax kien ikkraxxja bis-slitta u ċ-ċriev, u minħabba f’hekk ma kienx se jkun jista’ jqassam ir-rigali tal-Milied lit-tfal tad-dinja kollha. Meta ċ-ċriev mitlufa jkunu nqabdu u ngħalqu f’riserva, Santa jipprova jħarrabhom u jiġi arrestat. Issa jkun jiddependi minn Steve u Tom li jmorru fir-raħal ta’ Santa, Lapland, permezz ta’ portal li jsib it-tifel, minn fejn l-assistenti ta’ Santa jagħtuh trab maġiku biex ikun jista’ jħaddem is-slitta hu, u jkun irid iħarrab lil Santa mill-ħabs. Dan jagħti lok għal avventura li l-karattri kollha involuti jidħlu fiha b’ruħhom u ġisimhom, biex jipprovdu siegħa u tliet kwarti ta’ aljenazzjoni perfetta għaż-żgħar f’dawn il-jiem ta’ festi.
35
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Mużika
Noel D’Anastas - ndanastas@gmail.com
Il-memorji fis-suċċessi ta’ Al Bano u Romina Power Iż-żewġ kunċerti mtellgħin fis-7 u 8 ta’ Diċembru, kienu organizzati tajjeb minn CMC Promotions bl-għajnuna wkoll ta’ Twanny Scerri
Hekk kif il-mużika Taljana kienet maħsuda bil-mewt ħesrem tal-kantawtur, poeta u mużiċista bravu Pino Mango li tana diversi suċċessi, fosthom Bella d’estate, Mediterraneo, Lei verrà u Oro, fl-istess ħin fis-Sala talKonferenzi f’Dar il-Mediterran kien qed jittella’ l-ewwel kunċert minn tnejn talkantant Al Bano, li għalkemm illum jgħodd ‘il fuq minn 70 sena, il-kwalitajiet artistiċi tiegħu, il-vuċi dinamika u stupenda għadhom hemm. Iż-żewġ kunċerti mtellgħin fis-7 u 8 ta’ Diċembru, kienu organizzati tajjeb minn CMC Promotions bl-għajnuna wkoll ta’ Twanny Scerri, personalità li żgur m’għandu bżonn ta’ introduzzjoni mal-ammiraturi tal-mużika leġġera Taljana f’pajjiżna. Al Bano ġie Malta wara sensiela ta’ kunċerti li kien għadu kemm ta filLvant tal-Ewropa, fosthom fir-Rumanija u fir-Russja. Ġie Malta wkoll bħala imprendittur ta’ ‘Tenuta Al Bano Carrisi’, l-inbid ġenwin tiegħu li kellna l-opportunità nduquh waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li ta s-Sibt wara nofsinhar, lejlet l-ewwel kunċert. Al Bano, akkumpanjat minn kumpless ta’ 10 mużiċisti, fosthom ibnu Yari Carrisi, kittarista bravu li toħroġ fih lelement mużikali Amerikan, u 4 vokalisti nisa li mlew il-parti ta’ Romina Power, ta’ kunċert ieħor indimentikabbli. Lil dan il-kantant minn Puglia kelli l-opportunita’ narah tlett darbiet fl-MCC fejn bażikament l-identita’ tal-kunċerti tiegħu kienet dejjem evidenti u simili. Bħas-soltu, bejn kanzunetta u oħra, l-annedotti ma naqsux, l-episodji minn ħajtu, minn tfulitu
jiġġerra fl-għelieqi, is-suċċessi li ġabulu d-diski, Sanremo, u għal darba, tnejn issemmi lil Romina. Il-kunċert mimli nostalġija ta’ karriera ta’ 40 sena u aktar, kien imħawwar blaqwa siltiet tiegħu fejn għamluh ċelebri. L-aqwa diski tiegħu, propju fiż-żmien ta’ qabel ma’ ddebutta ma’ Romina Power, (kif ikkumentaw tajjeb Karm D’Amato u Michael Treeby, preżentaturi tal-mużika Taljana fuq One u Radio 101 rispettivament, waqt dik it-tazza inbid lejlet il-kunċert għand-Cafe Elia’ fil-Ħamrun), Al Bano wassalhom b’tant grinta, b’tant emozzjoni. Nel Sole fetħet il-kunċert bil-kbir, ovvjament bħassoltu. Il-memorji fis-suċċessi ta’ Al Bano u Romina Power L-emozzjoni u ċapċip mar-ritmu sploda mas-suċċessi li kellu f’Sanremo, fosthom Ci Sarà u Felicità – dawk preżenti li mlew l-MCC ikantaw ma’ kull vers, u xi standing ovation ma naqsitx! F’Libertà għamel daħla kemmxejn twila, silta interpretata b’mod brillanti bi projections effettivi. Nostalgia Canaglia u Sempre Sempre wkoll iddentifikaw l-ammirazzjoni popolari lejn l-artistrija tiegħu u l-memorji talkopja Al Bano u Romina tas-snin tmenin. Il-final tal-kunċerti tiegħu jkun dovut lejn il-mużika operistika li huwa ghandu passjoni kbira lejha. Il-Va Pensiero, Ave Maria, Il mio concerto per te joħroġ ilqawwa vokali tiegħu u għalkemm illum kiber, Al Bano ta interpretazzjonijiet mill-aqwa, forsi wkoll nammetti mhux fil-vibra tal-aħħar dehra tiegħu ta’ seba’ snin ilu.
Il-Kantawtur Pino Mango, li miet fl-istess ħin li f’Malta kien għaddej il-kunċert ta’ Albano
Spikkaw ukoll il-famużi Volare u Santa Lucia b’din tal-aħħar akkumpanjata minn bosta ammiraturi li telgħu fuq il-palk, bilqedgħa mdawrin ma’ żewġ jew tlett imwejjed, jixorbu l-inbid ta’ Carrisi u xi stonatura minn dawk ta’ hemm fuq ma’ naqsitx! Lejn tmiem il-kunċert wara aktar minn sagħtejn kontinwi, lil waħda staqsiha biex tkantalu kanzunetta Maltija. Toħroġ il-għaġeb, minn erbgħin sena ta’ għanjiet Maltin mill-era talMalta Folk Song Festival u l-kontinwita tal-Għanja tal-Poplu u f’dak li qed jitwassal kontemporanjament minn bands lokali fil-vernakular, bla mistħija toħroġ tkanta b’tant passjoni ‘Id-dgħajsa ġejja
u oħra sejra’ – qisna m’għandix repertorju tajjeb u biżżejjed x’nesponu bħala Maltin! Xi ħaġa li tweġgħani, tirredikulana u ġgħalna nistħu. U hawn ftakart fil-Prof. Manwel Mifsud meta xi ħadd 40 snea ilu, staqsieh kif twieled l‘Għanja tal-Poplu’. Bħala wieħed millewwel membri tal-YTC li meta kienu jsiefru jiltaqgħu ma’ żgħażagħ oħra u jintalbu jkantaw biċċa Maltija, kienu jispiċċaw jkantaw din l-għanja. Ħassewhom redikoli meta l-ġirien kellhom repertorju vast ta’ kanzunetta intelliġenti! Insomma b’dan kollu, Al Bano kien kbir f’dak li ta, f’dak li interpreta b’tant grinta u emozzjoni, kuncert li jtik pjaċir.
36
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Kultura
#babydadd tagħlaq l-attivitajiet ta’ #malteen Illum il-Ħadd fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta
Illum il-Ħadd jagħlqu attivitajiet organizzati għallewwel darba mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, Aġenzija Żgħażagħ u miċĊentru tal-Kreattività filKavallier ta’ San Ġakbu blattività #babydadd, li hi parti minn #malteen, l-avveniment ġdid tal-arti li jiffoka fuq iżżgħażagħ u l-adolexxenti. Ilprogramm għall-weekend – li ġie żviluppat b’konsultazzjoni ma’ grupp ta’ żgħażagħ u adolexxenti, hu intiż biex ipoġġi l-aspirazzjonijiet, ilkreattività u l-ilħna tażżgħażagħ fiċ-ċentru ta’ dan lavveniment. Ħadna l-kumment ta’ James Azzopardi Meli, protagonist firrappreżentazzjoni bħala Matt, li qalilna li #babydaddy huwa
kunċett li twieled ftit iżjed minn sena ilu “meta aħna bħala Studio18 sejjaħna lil Simone Spiteri biex niddiskutu magħha l-ideat tagħna biex noħolqu produzzjoni indirizzata lejn iżżgħażagħ. Inġbarna flimkien għal sessjoni ta’ brainstorming biex naraw f’liema direzzjoni xtaqna nieħdu dan il-proġett. “Minnha ħarġu diversi punti li aħna ħassejna jolqtu żżgħażagħ fil-laħam il-ħaj; suġġetti bħal bullying, kriżi t’identità, responsabbiltajiet ġodda, u bl-aktar mod prominenti t-tqala f’età żagħżugħa. Fil-fatt minn hemmhekk Simone ħadet l-ideat tagħna u f’perjodu ta’ 8 xhur iltaqgħet magħna bosta drabi biex naqraw u niddiskutu x-xeni ta’ din ir-reċta li tittratta fuq it-
tqala żagħżugħa, iżda mil-lenti tal-ġuvni. Aħna mill-ewwel ilqajna din l-idea b’entużjażmu kbir għaliex dehrilna li mhijiex indirizzata biżżejjed fis-soċjetà. “Kien importanti ħafna għalina li din ir-reċta tippreżenta rrealtà bl-iktar mod awtentiku, biex tgħin lill-udjenza żagħżugħa tirrelata bl-iktar mod possibbli mal-karattri ppreżentati quddiemhom. Għalhekk, meta beda ż-żmien ta’ prova filbidu tas-sajf 2014, kien hemm ammont sostanzjali ta’ ħin li kien iddedikat għall-bini talkarattri bl-iktar mod sħiħ u profond - kemm bl-espressjonijet verbali, kif ukoll fl-azzjonijiet non-verbali, fl-aġir tal-karattri u d-dinamiċi li jippreżentaw bejniethom. “Jien ħassejt li dan kien l-
iktar żmien ta’ benefiċċju ghallproċess produttiv ta’ #babydaddy proprju għaliex fih stajt nidħol fil-ħsibijiet ta’ ġuvni ta’ 17-il sena fil-ħajja tal-lum. Għalkemm m’ilux wisq żmien li jien stess kelli 17-il sena, ilkarattru ta’ Matt huwa differenti ħafna minn dak ta’ James meta kellu 17. Għal din ir-raġuni ma kinitx faċli li nidħol fid-dinja tas-sixth form minn lenti ġdida - mhux talli kelli nadatta personalità differenti, imma wkoll mentalità li se jkolli tarbija! “Diversi membri tal-udjenza wrew apprezzament ta’ kemm ilqatna punti delikati, fostom listigma lejn l-omosesswalità. Infatti, ġuvni partikolari kkuntattja b’email lill-attriċi millkast li tinterpreta karattru gay fejn fiha esprima sens ġenwin
ta’ apprezzament u gratitudni għal kif uriet b’mod tant reali dak li jgħaddi minnu hu kuljum. “Ma’ dan il-punt nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil Jean Marc Cafà, li bid-direzzjoni tiegħu, kif ukoll il-komunikazzjoni dinamika bejnu u l-kast u l-kru, twieldet produzzjoni, li nista ngħid qiegħda għal qalbi ħafna għaliex turi b’mod ċar, u fl-istess ħin artistiku, dak li aħna ħassejna kienu realtajiet veri taż-żgħażagħ tal-preżent. “#babydaddy hija waħda fost l-ewwel produzzjonijiet ta’ Studio18, iżda żgur mhix ser tkun l-aħħar! B’herqa kbira nistenna l-proġett li jmiss, ilmemorji li żgur se jġib miegħu, u d-divertiment kontinwu ma’ dan il-grupp ta’ nies tant għal qalbi.”
GO TEATRU UNPLUGGED. Illum il-Ħadd hu l-aħħar jum għal min jixtieq jattendi għall-kunċert annwali GO Teatru Unplugged 17 fitTeatru Manoel. L-edizzjoni ta’ din is-sena, li għal darb’oħra hija sponsorjata minn GO, tinkludi sitt atti mużikali li jvarjaw bejn pop, rock u jazz ippreżentati minn artisti stabbiliti u oħrajn li huma ġodda għal Malta. Fosthom hemm Simon Schembri, Berne u Emilia Wisniewska, Justin Galea u Claire Tonna flimkien ma’ bands bħal Gianni & Friends, nosnow/noalps u Stoned. Il-kunċert GO Teatru Unplugged 17 ser ikun preżentat minn Josef Bonello u l-biljetti jinsabu għal bejgħ bi prezz ta’ €10, €15 u €20 mis-sit http://www.teatrumanoel.com.mt/. Fir-ritratt jidher il-Kap Kummerċjali ta’ GO Kurt Camilleri flimkien malorganizzatur ta’ Teatru Unplugged 17 Jonathan Shaw u d-Direttur Mużikali Renzo Spiteri fit-Teatru Manoel.
37
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Media
Albert Spiteri af.spiteri@gmail.com Id-differenza fl-età turi l-kontinwità Ir-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi għas-sena 2014 huma Malala Yousafzai u Kailash Satyarthi. Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premju – li jikkonsisti f’midalja taddeheb (18-il karat) b’dijametru ta’ 66 millimetru, ċertifikat u kważi miljun ewro, li jinqasmu bejn it-tnejn – saret f’Oslo, lIżvezja, nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Diċembru. Is-CNN, permezz ta’ Christiane Amanpour, tana t-trasmissjoni diretta ta’ din l-okkażjoni, u wara, Amanpour għamlet taħdita ma’ dawn iż-żewġ persunaġġi. Għalfejn ingħataw dan il-premju: għallġlieda tagħhom kontra s-soppressjoni tattfal u ż-żgħażagħ u favur id-dritt tat-tfal għall-edukazzjoni. Ma’ Malala Yousafzai diġà ltqajna kemm-il darba għaliex l-istorja tagħha issa tmur lura xi ħames snin. Hija twieldet f’Mingora, il-Pakistan, nhar it-12 ta’ Lulju, 1997. Hi magħrufa għall-kuraġġ tagħha. Malala sfidat lit-Taliban f’pajjiżha u ħadmet fid-dieher biex il-bniet jingħataw huma wkoll edukazzjoni xierqa. Fl-2012, nhar id-9 ta’ Ottubru, itTalibani telgħu fuq il-karozza li kienet qed twassalha d-dar mill-iskola u sparawlha f’rasha. Minkejja l-ferita serja li sofriet, Malala salvat biex issa qiegħda tiddedika ħajjitha għat-taqbida favur ledukazzjoni tal-bniet. Malala Yousafzai hi l-iżgħar persuna li qatt rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi. Issa ddeċidiet li tagħti ħajjitha għall-politika.
Cyberspace
Ir-rieda, frott it-tbatija u l-esperjenza Impressjonani tassew il-filmat fuq ilYoutube ta’ Malala tagħmel diskors ta’ għaxar minuti fl-Università ta’ Harvard, lIstati Uniti, f’Ottubru tas-sena li għaddiet. X’diskors b’saħħtu tat din it-tifla ta’
Salvu Felice Pace sfelicep@go.net.mt
Kummenti dwar websajts li żort
sbatax-il sena! Is-sentenzi joħorġu minn fommha bħal minn machine gun bisslowmotion – imma minflok il-balal qattiela qed joħorġu b’artikulazzjoni perfetta u meqjusa kelma wara kelma ta’ ġid u ta’ għerf: meta kulħadd jagħżel li jibqa’ b’fommu sieket, ħlief għal imqar persuna waħda, dik il-persuna waħda, dik il-vuċi waħda, issir potenza enormi. “F’Jannar tal-2009, it-terroristi bdew joqtlu tnejn jew tliet persuni kull lejl; ħatfu, serqu d-dritt għal-libertà, u d-dritt għall-ugwaljanza min-nisa; tajru aktar minn 400 skola; serqulna l-pinen minn idejna, u aħna konna naħbu l-kotba taħt il-mant biex ma konniex inħalluhom jindunaw li konna studenti. Dawn itTalibani kienu mwerwrin mill-poter talmara, kienu mwerwrin mill-poter taledukazzjoni. “U aħna ma bqajniex siekta. Erfajna leħinna. Erfajna leħinna favur id-dritt għall-edukazzjoni. F’din l-era moderna, anki l-persuni b’xi diżabbiltà jew bi bżonnijiet speċjali qed jirċievu t-tagħlim; aħna n-nisa u l-bniet qed nintefgħu lura għal Żmien il-Ħaġar.” Filwaqt li dawk li semmgħu leħinhom ma kinux il-ħafna, kliemhom kien qawwi u favur il-paċi, tkompli tgħid b’forza talgħaġeb Malala lis-semmiegħa tagħha f’Harvard. “Ħbieb tiegħi,” tkompli Malala b’kunfidenza u determinazzjoni li jgħaġġbu, “għandkom għaliex tkunu kburin li intom studenti f’din l-università hekk prestiġjuża... li ggwidat matul is-snin ġenerazzjonijiet sħaħ, għal dawn l-aħħar 376 sena.” Ilkoll għandna l-ħolmiet tagħna, tkompli. U dan hu d-dritt tagħna lkoll. Imma żgur li hemm ħolma waħda li għandha tkun komuni bejnietna: l-edukazzjoni u lpaċi. Aħna rridu naħsbu f’futur ċar u mdawwal. U ħalli ma ninsew qatt li rridu naħdmu mingħajr waqfien favur it-tfal fil-pajjiżi l-batuti, għaliex hemm tant diffikultajiet li t-tfal, b’mod partikulari lbniet, qed jaffaċċjaw, bħalma huma xSuċċess frott media b’saħħitha Ftit li xejn ma jiġri b’kumbinazzjoni fil-politika. Kull suċċess trid taħdem għalih. Min jistrieħ biss fuq it-tama, mingħajr ma jagħti sehemu, ħafna drabi jispiċċa diżappuntat. Il-Partit Nazzjonalista minn mindu bdiet ir-riforma tiegħu taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil mill-ewwel ammetta li kien hemm muntanja x’jegħleb quddiemu. Iżda ma qatgħax qalbu. Beda jpoġġi l-pedamenti, b’żewġ deputati mexxejja, b’segretarju ġenerali ġdid u bi statut aktar dinamiku. Chris Said kien qalilna li kellna nirriformaw b’mod radikali lmedia tagħna. Priorita’ flimkien malfinanżi tal-partit. Żamm kelmtu. Illum il-media tagħna, ġimgħa wara ġimgħa, saret tfassal l-aġenda politika tal-pajjiż. Hawnhekk ma nistgħax ma nsem-
xogħol sfurzat, it-traffikar tat-tfal, l-inugwaljanza fin-normi u t-tradizzjonijiet kulturali; is-Sirjani li jinsabu bla saqaf fuq rashom, u wliedhom miċħudin mid-dritt għall-edukazzjoni. It-tfal fil-Pakistan u flAfganistan huma vittmi tat-terroriżmu, ittfal Indjani huma maqbudin fix-xogħol sfurzat – appuntu fuq dan Kailash Satyarthi ingħata l-Premju Nobel għallPaċi flimkien ma’ Malala din is-sena. Huwa ħeles, u qed jeħles, eluf ta’ tfal minn ħalq dan il-mostru ikrah.
X’effett tħalli fina d-determinazzjoni ta’ Malala u Kailash? Hu ġmiel ta’ diskors dan li Malala Yousafzai tat f’Harvard f’Ottubru tal2013. Għandhom jarawh il-Maltin kollha, imma fuq kollox it-tfal tagħna, li ma jonqoshom xejn għaliex qed jgħixu f’lussu kbir, u għalhekk jonqoshom ħafna għaliex qed jitilgħu għażżenin u mitluqin. Jaħsbu li kollox jaqa’ waħdu mis-sema, ma jħarsux ’il barra minn din id-daqsxejn ta’ blata li hi l-għażiża artna... għalkemm it-tort żgur li ma hux għalkollox tagħhom. Il-Premju Nobel għall-Paċi din is-sena, kif qed ngħidu, ingħata lil dawn iż-żewġ persunaġġi li qed jaħdmu għad-drittijiet tat-tfal. Jiena ma niskantax, għaliex ittnejn ġejjin mill-iebes – is-swat li qala’ Satyarthi minħabba l-attività tiegħu, kif huwa stess jirrakkonta lil Christiane Amanpour. Imma aħna x’nafu minn dan kollu? Din il-ġimgħa rġajna smajna l-leħen tal-Malta Union of Teachers – u issa wkoll tal-General Workers’ Union – dwar is-suġġeriment li qed joħroġ minn rapport tal-Knisja f’Malta dwar l-iskejjel tagħha u kif għandhom jingħażlu l-għalliema u lamministraturi fihom. Il-GWU fakkritna li għadha teżisti, imma li f’dan iż-żmien ta’ Gvern Laburista ‘titkellem’ biss dwar ħwejjeġ li ma joskurawx lill-gvern – ħalli joskuraw lill-Knisja, ma jimpurtax. Imma jiena ma nagħtix importanza lillmiex lil Joe Mikallef għall-kapaċitajiet investigattivi tiegħu. In-Nazzjon u l-Mument għamlu qabża enormi ta’ kwalita’ u kull min ta sehem biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Segretarju Ġenerali jistħoqqlu prosit mill-qalb.
U l-media elettronika? Il-maltarightnow.com qed taħdem b’sinerġija kbira mal-gazzetti tagħna u nieħu pjaċir nara rikonoxximent minn diversi sorsi tal-kontenut li qed jidher. Naturalment apparti mill-portal, il-partit jagħmel użu millFacebook, Twitter, Google, Linkedin u Pinterest u oħrajn. Illum il-portal tagħna qed iżid ilpopularita’ u jinsab fost l-aqwa billingwa Maltija. Hemm bżonn ta’ aktar parteċipazzjoni tal-viżitaturi bil-kummenti tagħhom. Nistgħu ninkuraġixxu s-sehem tal-qarrejja
Mhux biss l-edukazzjoni, imma anki l-paċi hi dritt fundamentali tat-tfal. “Kull tifel għandu jkun jaf li għandu d-dritt jgħix ħajtu fil-paċi.” – Kailash Satyarthi
GWU. Nagħti ħafna kas, imma, ta’ dak li tgħid l-MUT. Għal darba oħra, din ilunion taħli ħinha u ħin is-soċjetà Maltija fuq il-ftietaq. M’ilux wisq, il-President tagħha ssuġġerixxa li jkun aħjar li minflok it-tagħlim tar-reliġjon fl-iskola jkollna suġġetti oħrajn ‘aktar utli’ – għalija, bit-tradizzjoni kattolika tagħna, u birreliġjon Kattolika mħarsa fl-istess Kostituzzjoni tal-pajjiż, din hi dagħwa kbira... imbagħad ġejja mill-MUT! Issa, il-President qed jeħodha kontra lidea li l-Knisja tagħżel hi l-amministraturi tal-iskejjel tagħha; qed jakkużaha li se teħodna lura għall-Medjuwevu. Jiena qrajt, permezz tal-internet, ir-rapport li ġabet il-Maltatoday dwar is-suġġett, u mill-kummenti li għoġobhom jgħaddu lqarrejja, nikkummenta, għaliex laqatni ħafna, dwar dak li kiteb Alan Deidun. Qal: X’tistenna l-MUT, li l-iskejjel talKnisja jitmexxew minn xi ateu? Jew forsi l-MUT (jiena ngħid, il-President) trid tidher ‘trendy’, ‘timxi mal-mument’? X’nuqqas ta’ serjetà! U jkompli jgħid, Alan Deidun, “Minflok ma tiġġieled il-ġlidiet ta’ ħaddieħor, l-MUT jmissha taħdem biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-għalliema.” Kemm hu minnu dan! Mhux il-kundizzjonijiet biss għandhom ikunu riveduti, imma l-ħlas ukoll. Din is-sena, l-MUT qed tiċċelebra l-95 anniversarju mittwaqqif tagħha, nhar it-22 ta’ Novembru, 1919. Dan x’unur hu għal din l-ewwel trade union li twaqqfet f’Malta li taqa’ f’dawn il-bassezzi? L-MUT jmissha qed tirrappreżenta lill-aħjar ħassieba fil-pajjiż u mhux toħroġ b’dawn il-banalitajiet! X’rispett jista’ jiġbed lejh mis-soċjetà, lgħalliem, jekk min qed jirrappreżentah jippreżenta ruħu ta’ dilettant u mhuximħejji? ASTERISKA, għaliex hawn jitressqu punti lill-qarrejja biex flimkien nagħrfu iktar kemm dak li jiġri madwarna hu parti sħiħa minn ħajjitna. b’numru ta’ blogs minn kittieba li jiktbu fil-gazzetti tagħna jew nirriproduċu artikli minn In-Nazzjon u il-Mument f’forma ta’ blog. Ħafna mill-viżitaturi f’maltarightnow ma jaqrawx il-gazzetti tagħna b’mod regulari. Nistgħu wkoll nesperimentaw billi jkollna materjal ta’ interess kemm lokali u internazzjonali blIngliz. Ħafna Maltin jippreferu jesprimu ruħhom bl-Ingliż. 511,767 ewro Ma neskludix li l-media tagħna kellha sehem ukoll fis-suċċess talmaratona Ġbir ta’ Fondi tal-PN. Meta l-poplu jara s-serjeta’, meta jqabbel stili ta’ politika, meta jiżen is-sewwa kontra d-diżonesta’, jaf jasal għallkonkluzzjonijiet tiegħu u jippremja sserjeta’ u l-onesta’. Grazzi lil kull min ta sehemu f’dan is-suċċess.
38
L-ikel u x-xorb żejjed
“Kull ħi! Għax m’għandna xejn middinja!” Kemm-il darba għednieha din ilkelma hux! Tibżax! Ġieli għedtha jiena wkoll! Illum ngħid li jiena wkoll żbaljajt li għedtha. Għaliex? Ħafna jaħsbu li l-għaliex saħħithom, s’issa, tippermettilhom, jistgħu jieklu u jixorbu kemm jifilħu! Kul u ġib lil min jiekol! Madankollu jinsew ħaġa importanti: il-fidi Nisranija u Kattolika tagħna tgħallimna ċar u tond li hemm dnub li jissejjaħ “gula!” Għalkemm ma tantx insemmuħ jew nagħżlu li ma nsemmuħx ħalli ma ninqarsux fil-laħam il-ħaj, dan id-dnub għadu dnub! Irridu nqerruħ! Issa l-Knisja ma qabditx u ħolqot dan id-dnub hi. Il-bażi tat-tagħlim tagħha fuq dan is-suġġett jinstab imniżżel iswed fuq l-abjad fil-Kelma ta’ Alla stess. Fil-ktieb tal-Proverbji għandna dawn it-twissijiet li nagħmlu tajjeb jekk nagħtu kashom. “Tagħmilhiex ma' dawk li jlegilgu l-inbid, u ma' dawk li għandhom kilba għallaħam; għax l-ikel u x-xorb żejjed iwasslu għall-faqar, u min iħobb l-irqad iċċraret jilbes” (Prov 23:20-21). Ħames kapitli wara l-istess ktieb iwiddibna: “Min iħares il-Liġi hu tifel bil-għaqal, iżda min jagħmilha mal-wikkiela hu lgħajb ta' missieru” (Prov 28:7). Fiha innifsha li tagħmilha mal-wikkiela m’hemm xejn ħażin. Iżda l-periklu qiegħed f’li tiddakkar mal-wikkiel hu, f’għeluq is-sena, tieħu l-vizzju tiegħu u ssir bħalu! Wikkiel u wikkiela! Ġesù Bin Sirak jgħallem lit-tfal u żżgħażagħ Lhud li l-ikel u x-xorb żejjed jiftaħ il-qalb u r-ruħ tal-persuna għaddnub taż-żina. Għalhekk minn qalbu jitlob lill-Mulej: “Tħallix li jaħtfuni kilba għall-ikel u xewqat tal-ġisem, u titlaqnix fil-ħakma ta' xewqat faħxija” (Sir 23:6). Milli jidher din it-talba tant kemm daħlet fil-qalb u l-moħħ tal-awtur ta’ dan il-ktieb li f’kapiltu 37, meta jitħaddet fuq il-qies, huwa jgħid: “Għax l-ikel żejjed iġib ilmard, u l-kilba għall-ikel twassal għaddardir. Ħafna mietu għax ma kilux bilqjies; imma min joqgħod attent itawwal
ĦSIEB
ħajtu” (Sir 37 :30-31). X’parir dan għalina li mdawrin b’kull xorta ta’ ikel li jħaxxinna u joqtolna f’qasir il-għomor! Fit-Testment il-Ġdid hemm rabta qawwija bejn li tkun wikkiel jew wikkiela u għażżien u għażżiena. Fl-Ittra tiegħu lil Titu San Pawl jiktiblu: “Wieħed minnhom, poeta tagħhom stess, qal: ‘Innies ta' Kreta dejjem giddibin, bhejjem qliel, żaqqiqin u għażżenin’” (Tit 1:12). Filwaqt li fl-Ittra tiegħu lill-Filippin San Pawl iqabbel lil min jagħmel żaqqu alla tiegħu bħala għadu prim tas-salib ta’ Ġesù. “Għaliex hawn ħafna - dan għedthulkom bosta drabi, imma issa ntennihulkom bid-dmugħ f'għajnejja - hawn ħafna li jġibu ruħhom bħal għedewwa tas-salib ta' Kristu. It-telfien għad ikun tmiemhom; alla tagħhom hu żaqqhom, jiftaħru b'dak li jmisshom jistħu minnu, u moħħhom biss fil-ħwejjeġ tad-dinja” (Fil 3:18-19). Il-Knisja, fit-tagħlim tagħha, ma qagħditx lura milli tikkundanna bla riżervi d-dnub tal-ikel u x-xorb żejjed. Fil-Katekiżmu tagħha l-Knisja qalet hekk dwar dan is-suġġett: “Il-vizzji nistgħu nqassmuhom skond il-virtujiet li tagħhom huma l-kuntrarju, jew norbtuhom ma’ lirjus tad-dnubiet mejta skond l-għażla magħmula bl-esperjenza nisranija minn San Ġwann Kassjan u San Girgor il-Kbir. Jissejħu rjus għax minnhom jitnisslu dnubiet oħra, vizzji oħra. Dawn huma: ilkburija jew suppervja, ix-xeħħa, l-għira, l-għadab, iż-żína, l-ikel u xorb żejjed u lgħażż fil-ħwejjeġ ta’ Alla” (nru. 1866). Meta nieklu bil-mod, nogħmodu l-ikel għal ħafna drabi qabel nibilgħuh u nitolbu biex inżommu l-qies fl-ikel żgur li jseħħilna, bil-grazzja t’Alla, nieklu bilqies, ngħixu f’saħħitna, u nagħmlu aktar ġid lill-proxxmu tagħna. Eżami tal-Kuxjenza: Niekol bil-qies? Niekol ikel sustanzjuż jew imbarazz? Nitlob lill-Mulej biex jgħinni niekol bilqies? Ħadt pariri minn nies li jifhmu kif għandi niekol bil-għaqal? Qiegħed nimxi mal-pariri li tawni?
“Aġixxi b’tali mod li dak li tagħmel jagħmel differenza. Fil-fatt jagħmel tassew!” (William James)
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Reliġjon
ILLUM IL-ĦADD It-Tielet Ħadd tal-Avvent
Int għażiltni għalik Mulej!
Iżaija 61:1-2a, 10-11; Luqa 1:46-48, 49-50, 5354; 1 Tessalonkin 5:16-24; Ġwanni 1:6-8, 19-28
Il-Ħsieb L-impenn! Kemm hu sabiħ! U bżonnjuż! Biex ħaġa timxi l-quddiem bilfors li jrid ikollok persuni li jimpenjaw għaliha b’ruħhom u ġisimhom. Ħu, ngħidu aħna, il-professjoni ta’ tabib. Ara ftit kemm irid jistudja. Kemm irid jitħarreġ fil-qasam mediku tiegħu. Minn kemm skrutinju irid jgħaddi minnu. Sa ma fl-aħħar jasal għallgħan tiegħu! U x’inhu l-għan aħħari tiegħu? Li lin-nies li jservi permezz talprofessjoni medika tiegħu jgħinhom ikunu aktar f’saħħithom. Inaqqsilhom l-uġiegħ fejn il-kura ma tkunx għadha avvanzata fit-tip ta’ marda li jkun qiegħed jikkura. Insomma, fi ftit kliem, tabib jipprova itejjeb il-ħajja tal-persuna marida kemm fit-tul tas-snin u anki fil-kwalità tagħha. Kull impenn li jwassal biex fiddinja tagħna tikber is-solidarjetà, il-kompassjoni, il-fejqan, il-ġustizzja fis-sens tar-ritorn lejn issewwa, huwa impenn ġej millMulej. Ejjew ilkoll nimpenjaw ruħna biex, fil-vokazzjonijiet u lprofessjonijiet diversi tagħna, infejqu lil xulxin!
Il-Kelma Fl-ewwel qari tal-Liturġija tatTielet Ħadd tal-Avvent, li hu meħud mill-ktieb tal-Profeta Iżaija, nilmħu fih il-missjoni ta’ fejqan talqaddej tal-Mulej. Din il-missjoni tikkonsisti f’li “[j]wassal il-bxara ttajba lill-fqajrin”; “[j]dewwi l-qalb miksura”; “[j]ħabbar il-ħelsien lillimjassrin u lill-ħabsin il-ftuħ talħabs”; “[j]niedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej”; u “[j]farraġ lill-imnikk-
tin” (Iż 61: 1-2). Is-salm responsorjali, li f’dan ilĦadd hu meħud mill-Kantiku ta’ Marija, fih ma’ Marija aħna ilkoll imsejħa biex infaħħru lill-Mulej tal-ġid kollu li jagħmel magħna f’ħajjitna ta’ kuljum. “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej .. għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu” (Lq 1:46. 49). Fit-tieni qari, San Pawl iħeġġeġ lill-Insara ta’ Tessalonika biex jifirħu u jfaħħru lill-Mulej f’dak kollu li jgħaddu minnu, jitolbu bla heda u jħallu lill-Ispirtu sSantu juriehom u jmexxihom biex jagħżlu t-tajjeb u jaħarbu l-ħażin. Fil-vanġelu għandna l-preżentazzjoni tal-missjoni ta’ Ġwanni lBattista. “Ġwanni ma kienx iddawl, imma ġie biex jixhed għaddawl ... biex bih kulħadd jemmen” (Ġw 1: 8. 7).
Il-Ħajja 1. Nemmen li bil-magħmudija u bis-sejħa tiegħi, hi x’inhi, jiena ġejt imsejjaħ u msejħa biex inkun talMulej Ġesù? Kliemi u għemili qiegħdin juru dan? 2. Nemmen li bħala Nisrani u Nisranija l-Mulej sejjaħli biex indewwi l-qlub, infarraġ u nwassal aħbar ta’ tama ma’ dawk li magħhom ngħix u niltaqa’? Kemm tassew qed inwettqu dan? 3. Nemmen li jekk inħalli lIspirtu s-Santu jaħdem fija jiena jseħħli nagħmel it-tajjeb u naħrab il-ħażin? Id-Djalogu Mulej, nagħtik ħajti u dak kollu li jien bħala għotja ta’ mħabba lilek. Amen.
Samuel Taylor Coleridge Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Opinjoni
Dun Pawl Camilleri pauca43@gmail.com
C
oleridge (21.10.1772) – 25.07.1834) kien poeta, kritiku leterarju, u filosfu Ingliż, li, flimkien mal-ħabib tiegħu Wiliam Wordsworth kien ilfundatur tal-Moviment Romantiku fl-Ingilterra u membru ta' 'l hekk imsejħa Lake Poets. Xogħlijiet magħrufa tiegħu huma The Rine of the Ancient Mariner, Kerblai Khan, u l-Biografia Literaria. Ix-xogħol kritiku tiegħu, speċjalment dwar Shakespeare, kellu influwenza kbira, u għen biex il-filosofija idealista Ġermaniż tidħol fil-kultura tal-kitba Ingliża. Influwenza ħafna lil Ralph Waldo Emerson (1803 – 1882) u t-Traxxendentaliżmu Amerikan. Kien ibati minn ansjetà u depressjoni bħala adult. Kien fqir. Kien skjav ta' l-opuim. Iż-żwieġ fallielu. Miet b'attakk f'qalbu.
Aneddotu Darba kien f'diskussjoni ma' wieħed li kien iżomm li m'għandekx tagħti edukazzjoni reliġjuża lit-tfal: meta jikbru jagħżlu huma. Coleridge ma tantx merieħ, imma iktar tard stiednu jmur jara l-ġnien tiegħu. Meta rah, sieħbu qallu: ' dan ġnien? Ħlief ħaxix ħażin m'hawnx!' Coleridge wieġbu: intix tara! Ma xtaqx nifga l-libertà tal-ġnien! Kont qed nagħti ċans lill-ġnien jagħmel l-għażliet tiegħu!'
OMF Cap
Jekk se nissuġġerixxi xi ħaġa jew se nkun lest li nagħmilha inkella nagħlaq ħalqi
Trid ngħidlek ftit x'qalu / kitbu fuq l-ansjetà jew tal-fidi. Anais Nin: ' l-ansjetà toqtol l-imħabba. Tħossok qed iżommok wieħed qed jegħreq. Trid issalvah imma bil-paniku tiegħu jipperikola lilek.' Charles Spurgeon: 'l-ansjetà ma tbattalx l-għada min-niket, imma tiżvojta llum mis-saħħa tiegħu.' Esopu: 'loqma mikula fil-paċi aħjar minn pranzu mikul flansjetà.' Plato: xejn tal-bniedem ma jimmerita ansjetà. Rose Kennedy: ' l-atmosfera ta' ansjetà twaqqaflek ħajtek.' Pauline Kael: ' żball fil-ġudizzju jaf ma jkun fatali, imma wisq ansjetà fuq il-ġudizzju dejem hu fatali.' Ngħammduhom żgħar, jew inħallihom jikbru? Jekk irridu nkunu sinċieri, il-problema f'pajjiżna mhix dik (min ma jrid igħammed lil uliedu mhux jgħammidhom) imma għalfejn qed igħammduhom u xi trobbija qed jagħtu. L-għażla tal-magħmudija tal-ulied għandha tkun għażla matura u kovinta u ttrobbija li tingħata, bil-kliem u bl-eżempju, għandha tkun koerenti. Jekk il-valur il-valuri u l-prijoritajiet li l-ġenituri jgħaddu lil uliedhom wara l-Magħmudija ma jkunux skond il-Vanġelu, il-magħmudija weħidha ftit li xejn tiswa. Irrid nifhem li lil uliedek għammidthom. X'formazzjoni tajthom / qed tagħtihom? Għadek f'pożizzjoni li tgħinhom igħixu l-valuri insara?
Tbissima Pulizija waqqaf wieħed bil-mutur, li kien qed iġerri żżejjed. 'Imma kelli għalfejn ta'. 'Oqgħod kwiet: Sa nieħdok il-ħabs sakemm jiġi s-surġent. Ħallini nispjegalek.' Qed ngħidlek agħlaq ħalqek. Imxi miegħi il-ħabs. Wara ftit sigħat, il-pulizija mar jarah il-ħabs u qallu: Inti furtunat. Is-surgent għandu ttieġ tat-tifla. La jiġi jarak. Taħlifx, qallu ż-żagħżugħ dak li ridt ngħidlek għax jien l-għarus tagħha! - Inti prudenti xejn fissewqan? Jew avventuruż?
Kummenti Inti tbati bl-ansjetà? X'inhi l-ansjetà? L-ansjetà hi stat intern skomdu, spiss imsieħeb minn imġieba nervuża. Spiss tkun sentiment skomdu ta' biża' mnn xi ħaġa li aktarx ma tiġrix bħal tħossok wasalt biex tmut. Ġeneralment tħoss biża' mhux realistiku, ġeneraliżżat u konfuż. Spiss iġib miegħu għejja, nervi, nuqqas ta' konċentrazzjoni u tensjoni muskolari. Lansjetà mhix l-istess bħall-biża'. Il-biża' jkun dwar affarijiet reali u perikli ta' veru. L-ansjetà hi thewdin jew reazzjoni esaġerata li l-moħħ ikun qed jikkunsidraha ta' thewdin. Jekk lansjetà tkun f'livell xi ftit għoli, ħadd m'għandu jirrifjuta li jikkonsulta espert fil-materja. Jien għaddejt minnha.
Ħsieb finali Il-fidi tara opportunità f'kull diffikultà. Kemm tħali l-fidi tiegħek tgħinek fil-problemi tiegħek?
għidu li biex persuna tiġi iddikjarata beatu jew beata tgħidx kemm trid flus! Mhux l-għaliex biex issir qaddis u qaddisa jinvolvi xi flus tafux. Imma l-proċess, li fih jinvolvi ħafna nies, ifisser ħafna spejjeż. Mela ara kemm trid iżjed biex tikkanonizza lin-nies? Din il-biċċa xogħol nippreferi nħallieha għal min jifhem. Li ma mmurx ngħid xi bużullotta! Madankollu jeżiżtu żewġ qaddisin li, firrejaltà, jinġabru f’qaddis wieħed. Żinn imma veru! Jinġabru f’dik l-attitudni misħuta, (ħa la issa ħarġet), li wieħed iwikki xxogħol lil ħaddieħor. Xi kultant inkun preżenti għal xi laqgħat u emmnuni, ma nkunx nista’ ma nċarratx ħalqi. Jidher ċar li f’Malta l-ħolm huwa kbir tassew. Kulħadd taha għall-ħolm. Wara kollox ilħolm don ta’ Alla. Kulħadd jimmaġina. Jispekula. Għax issa kulħadd jista’ jgħid tiegħu. Kulħadd għandu d-dritt talespressjoni. Tajjeb sakemm ma jindaħnux nies innoċenti! Anki f’ħafna laqgħat tiġri l-istess storja. Ħafna huma dawk li joħorġu b’idejat. Waħda wara l-oħra. U xi uħud tant kemm huma bravi li saru magni tal-idejat. Ta’ kull tip u kwalità. Idejat li ġieli jdaħħkuk l-għaliex ma tafx minfejn ikunu ġabuhom. Filwaqt li oħrajn tgħidx kemm iġagħluk tagħti kemm tiflaħ fuq wiċċek meta tismagħhom. Għall-banalità tagħhom jitfgħuk f’bikja waħda u twila. Fejn tobsor hux fejn tista’ taqa’ l-assurdità umana! Imma illum, la hawn id-dritt tal-espressjoni, kull ideja tajba. Għax kull ideja, la għandha d-dritt li tiġi mitkellma, għandu jkollha l-istess piż daqs l-oħra ta’ qalbilha. Imma l-bużillis tal-istorja mhux hawn qiegħed! L-agħar hu meta persuna tgħid u tgħid imbagħad dak li tgħid ikollu jagħmlu ħaddieħor! Għaliex, meta niġu għas-sì u n-no, araha tivvinta partita skużi. “Għax ma nistax!” “Għax ma niflaħx”. “Għax ...” “Għax ...” “Għax ...” U l-istorja tkompli! Mur ifimha! Mhux ta’ b’xejn li f’kull organizzazzjoni, inkluż fil-Knisja, ikollok dawk il-persuni li għamluhom aċċjomu! Tistħajjilhom qishom Kristu marbut u jaqla’ kemm jiflaħ is-swat li jibdew iballtulu! Għax tassew jeżiżtu persuni li, imsieken, kulħadd iballtilhom. Għid li kull biċċa xogħol dejjem jagħtuha lilhom biex jagħmluha. U għaliex dan? Uuuu ... “għax dak ma jafx
jgħid le!” Issa ġieli dawn it-talin jammettu din id-dgħjufija filkarattru tagħhom huma stess. “Kemm inħossni ħati jekk ma naqdiħx!” Dan il-kumment jidher sabiħ. Anzi, virtuż. Imma ħej naħdem illum, naħdem għada, naħdem il-pitgħada u mbagħad? X’se jiġri minn saħħti? Jeżiżtu mbagħad dawk li huma esperti biex jaqilgħu l-parti tagħhom. Ġieli tiltaqa’ ma uħud li biex żgur qatt ħadd ma jqabbadhom jagħmlu xejn arahom jitkerrħu biex jagħmlulek xi ħaġa. Inkella l-attitudni aggressiva tagħhom meta tqabbadhom jagħmlulek xi ħaġa tgħaddilek il-messaġġ: “Sieħbi! Tqabbadnix! Ħallini fil-paċi!” U mhux għalhekk jinħolqu l-inġustizzji? Mhux għalhekk jomordu n-nies? Għax min miskin il-ħin kollu jgħabbulu xxogħol ħa jaħdem u min ma jqabbduħx! Għax dak ikollu ħafna x’jagħmel! Għax jinnervja! U l-verità tkun li jsib ħin għal kollox, inkluż li jqatta’ s-sigħat rieqed u ixxamplat, basta ma jqabbduh jagħmel xejn! U, aktar u aktar, jekk dak li jħeġġuħ jagħmel ikun xogħlu! Mhux l-ewwel darba li fl-ambjenti ekkleżjastiċi iltqajt malfrażi Latina regina profettarum! Din il-frażi idjomatika m’għandha x’taqsam xejn ma’ Ommna Marija. Dik kienet u għadha ittajjar in-nar bix-xogħol li tagħmel għalina l-bnedmin, mingħajr ma aħna nistgħu nobsru. Il-frażi tfakkarni f’dawk li japprofittaw ruħhom. Illum tagħmlilhom pjaċir. Għada ieħor. U imbagħad, kull darba li jarawk, mis-sebgħa li tagħtihom jippruvaw joħdulek mhux biss driegħek imma rasek ukoll! Kraxers ta’ veru! U kemm igergru hux il-membri fl-assoċjazzjoni regina profettarum! Kollox jaraw ħażin. Kollox imaqdru. Imgeddmin! Imqanżħin! U, importanti ħafna, ara tqabbadhom! Ħalliehom ħa jgħixu fil-kumdità anki jekk sħabhom qiegħdin jitkissru bixxogħol. Ma nistax ma nsejjaħx attitudni bħal din “purkerija u ħniżrija mill-kbar nett!” Jekk se nissuġġerixxi xi ħaġa jew se nkun lest li nagħmilha inkella nagħlaq ħalqi. Kulħadd jaf jordna. Imma l-ftit jispiċċaw iservu. Mela ħa nitgħallem ħabib! Kliem mill-anqas. U xogħol mill-iżjed!
J
San Farfar u San Wikki Patri Mario Attard
39
40
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Kurżitajiet
Ma tistax tilbes ta’ buffu Buffi li ma jdaħħkux
Karozza tal-linja li timxi bil-ħmieġ tan-nies Il-karozza li timxi bil-ħmieġ tal-bniedem imma ma tħammiġx
Karozza tat-tip Bio li timxi għalkollox permezz ta’ gass magħmul mill-ħmieġ uman u milliskart tal-ikel għadha kemm ġarret l-ewwel passiġġieri fl-Ingilterra. Il-karozza, li tesa' 40 passiġġier, tagħmel mal186 mil fuq tank wieħed biss ta' gass, ekwivalenti għal madwar il-ħmieġ ta' ħames persuni matul sena sħiħa. Il-vettura qed tintuża fuq servizz shuttle bejn l-ajruport ta' Bristol u ċċentru tal-belt ta' Bath. L-inġiniera li ħaddmuha jemmnu li din il-BioBus tista' tipprovdi servizz ta' trasport pubbliku sostenibbli filwaqt li ttejjeb il-kwalità tal-arja fil-bliet. Il-gass użat, il-biomethane, jipprovdi inqas emissjonijiet fl-arja mill-magni diesel tradizzjonali. Il-gass hu prodott mill-kumpanija
GENeco fi Bristol, li tittratta d-drenaġġ. Mohammed Saddiq, il-Manager Ġenerali ta' GENeco, qal li l-vetturi li jaħdmu bil-gass għandhom rwol importanti biex itejbu l-kwalità tal-arja fil-bliet Ingliżi. Kompla jgħid li l-BioBuses imorru lil hinn minn dan għax jitħaddmu attwalment minn nies li jgħixu fl-inħawi, inklużi dawk li jistgħu jkunu rekbin fuq il-karozza stess. "Fuq kollox," saħaq Saddiq, "meta nużaw ilbiomethane ma nkunux qed nipprovdu biss fuel sostenibbli imma nnaqqsu li niddependu fuq fuel tradizzjonali." Hu kkalkulat li ħmieġ ġenerat minn vjaġġ wieħed ta' karozza matul sena sħiħa jagħmel gass biżżejjed biex isir vjaġġ bir-ritorn minn tarf l-Ingilterra san-naħa l-oħra.
Mużew tal-Inħir fil-Ġermanja Il-Mużew tal-Inħir
Għadu kif infetaħ Mużew tal-Inħir fil-belt ċkejkna ta’ Alfeld, fil-Ġermanja. L-iskop tiegħu huwa li juri l-fenomenu tal-inħir u lmetodi li ntużaw matul l-Istorja biex iwaqqfuh. Skont kalkoli li saru, jirriżulta li 20 fil-mija tal-adulti kollha jonħru waqt li jorqdu. L-aktar li jonħru huma l-irġiel. Il-British Snoring and Sleep Apnoea Association, fi studju li għamlu, sabu li l-parti l-kbira ta’ dawk li jonħru jkunu joħolmu x’se
jagħmlu biex jaqtgħu din il-ħaġa. L-effett tal-inħir fuq in-nies huwa li dawn jorqdu anqas u 81 fil-mija minnhom iqumu għajjenin. Kien hemm każi fejn l-inħir wassal għall-uġigħ ta’ ras, għarraq il-ħajja sesswali tal-miżżewġin u anki wassal għal divorzju. Fost l-apparat li hemm għall-wiri fil-Mużew tal-Inħir hemm maskri apposta li jagħlqu fihom il-wiċċ ta’ min jilbishom. B’kollox hemm mal-400 rimedju għall-wiri, ilkoll miġbura mit-tabib u storiku Joseph Alexander.
Fil-belt ċkejkna ta' Vendargues fi Franza ħadd ma jista' jilbes ta' buffu. L-ordni ngħatat mis-sindku tal-belt wara li fi bliet oħra fi Franza kien hemm xi wħud li ġew attakkati u misruqa minn buffi. Fost dawn l-inċidenti kien hemm każ ta' żagħżugħ li attakkah buffu u tah 30 daqqa b'virga tal-ħadid f'ħanut tax-xorb, f’Montpellier. Il-'buffu' ntbagħat erba' xhur ħabs. Vendargues, li għandha popolazzjoni ta' 6,000 ruħ, hi l-ewwel belt Franċiża li ħadet dan il-pass kontra l-buffi.
Ried żibel f’għeluq sninu
Tifel Ingliż ta’ sitt snin iċċelebra għeluq sninu billi qatta’ l-ġurnata qrib munzell żibel. Il-ġenituri ta’ Gordon Bradley ħarġu bl-idea wara li raw kemm binhom jinteressah dan is-suġġett. Għalhekk ħaduh fil-post fejn jintrema ż-żibel li jinġabar f’Peterborough. Gordon għandu kollezzjoni minn madwar id-dinja kollha ta’ 15-il karozza li tiġbor l-iskart. Filġurnata ta’ għeluq sninu t-tifel qagħad jitkellem mal-ħaddiema li jiġbru l-iskart u ġabar xi laned bl-iskart li tefagħhom fit-trakkijiet. Ix-xewqa tiegħu hija li meta jikber imur jaħdem fid-dipartiment talindafa pubblika għax iħobb dak ix-xogħol.
Bankiera inkoraġġiti jorqdu Bankier rieqed
Bank fl-Awstrija qed jittama li jkollu impjegati aktar produttivi billi jagħithom nagħsa kuljum ta’ 20 minuta waqt li jkunu xogħol. Skont ix-xjenzjat Manfred Walzl, li jispeċjalizza fil-ħolm u nnervi fil-ġisem, terz mill-pajjiż ikollu jbati minn problemi ta’ rqad. Huwa qal li minħabba dan in-nuqqas ta’ rqad kien qed ikun hemm ħafna żbalji fuq il-postijiet tax-xogħol u kulħadd jittewweb. Walzl bħalissa qed jistudja x’inhu jsir bħalissa fi Sparkasse Bank fi Steiermark, fejn l-impjegati qed jitħallew jorqdu 20 minuta wara l-brejk ta’ nofsinhar.
41
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Passatemp
Mimdudin:
1. Ammetta ħtijietu (6) 3. Id-dar ta’ Alla (6) 7. Tagħmel il-ħoss tal-ħaxix jitħarrek bir-riħ (7) 8. Rabba sewwa u kabbar kif jixraq (5) 9. Dħul ta’ flus minn proprjetajiet (5) 10. Dikjarazzjoni bil-miktub u bilġurament biex isservi ta’ xhieda fil-qorti (9) 11. Fornut bil-għodod meħtieġa għaxxogħol tal-armata? (5) 13. Intebaħ (6) 15. Tipprovdi l-bżonnijiet (6) 17. Għaqadna bħall-żugraga, imma morna lura fl-istess ħin? (5) 21. It-tewba li l-konfessur jagħti lillpenitent (9) 23. Samta li tista’ tkun ta’ użu għattarbija? (5) 24. Hawn min ikun imxabba’ sa din ta’ mnieħru (5) 25. U l-virga tgħinek biex twissik kif ikun diskors baxx! (7) 27. Il-ħuta li b’xi mod naffru? (6)
Weqfin:
1. Il-ħin għadda (6) 2. Tar-re jew reġina (5) 3. Neħħa l-għatu billi skopra bħal Kolombu? (5) 4. Ilsienu ma jieqaf qatt! (7) 5. Ħut li kultant jaħraq u jinqabad (5) 6. Tajba nkaljata, imma hi wkoll ħaġa li tkun ħarġet ħażin minn taħt idejn min jagħmilha (6) 7. Kantant raġel li jkollu jasal salogħla nota (5) 12. Telaq (3) 14. Trid ħafna flus biex tibni waħda (3) 15. Fetħu u għalqu xfar għajnejhom b’ħeffa l-ħin kollu (6) 16. Nibqa’ nispera (7) 18. Nitfa’ fil-landa tal-iskart (5) 19. Ħut ikħal? (5) 20. Wieħed li jibla’ kulma jgħidulu (6) 22. Ngħarraf u nwiddeb (5) 23. Dannu li ġej minn ħarsa mhux tassoltu? (5)
Soluzzjoni tat-Tisliba li dehret il-Ħadd li għadda
Mimdudin: 1. Koppja; 3. Sakkar; 7. Fekruna; 8. Marzu; 9. Timxi; 10. Tissepara; 11. Tumur; 13. Attakk; 15. Tħarsu; 17. Kal/i; 21. Ibburdjar; 23. Serje; 24. Drapp; 25. Majjala; 26. Peduni; 27. Tilbes. Weqfin: 1. Kapott; 2. Jiksi; 3. Skars; 4. Kumment; 5. Luttu; 6. Mużajk; 7. Fommu; 12. u 14. Murtal; 15. Tmiddu; 16. Skruplu; 18. ?erna; 19. Briju; 20. Fellus; 22. Jimxi; 23. Swali.n
pin
PUBLICATIONS
Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà Tel: 25965412
IRBAĦ… voucher ta’ €15 li jissarraf f’għażla ta’ kotba tal-PIN (Pubblikazzjonijiet Indipendenza), Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà (Tel. 25965463). Indirizzaw is-soluzzjoni, flimkien mal-indirizz u n-numru tat-telefon tagħkom, hekk: TISLIBA il-mument, Stamperija Indipendenza, Triq Herbert Ganado, Pietà PTA1450. Għandkom żmien sa nhar is-Sibt li ġej. Ir-rebbieħ ikun mitlub iwieġeb mistoqsija sempliċi fuq it-telefon. Ir-rebbieħ tat-Tisliba tal-Ħadd 30 ta’ Novembru 2014 hu: Edward Decelis, 40, Triq tal-Awrora, Mosta.
Verdi
Xi ħaġa interessanti dwar Verdi hi li beda jikkomponi l-mużika ta’ ‘FALSTAFF’ fissena 1889, meta hu kien diġà kellu 76 sena; kien aċċetta li jikkomponi tali opra purament bħala passatemp u kien jaħdem fuqha sagħtejn biss kuljum sa ma spiċċaha, fl-1892.
Qawl Malti
Kollox jiswa u kull ħaġa għandha ħtieġa. Dan ifisser li kollox fid-dinja, anki l-affarijiet iż-żgħar, jiswew għal xi ħaġa.
Soluzzjoni
Invażjoni tal-aljeni
Invażjoni tal-aljeni
Kull aljen għandu valur mill-1 sat-8 u l-istess valur kull fejn jidher. In-numri fuq barra n-naħa ta’ fuq huma t-totali talkolonni u dawk ta’ fuq barra n-naħa tal-lemin huma t-totali tar-ringieli. Ara taħdimx u ssib il-valur korrett ta’ kull aljeni u li jagħtu dawn it-totali!
42
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Televiżjoni / Radju
NET TELEVISION
.................................................................................. 07:00 08:15 09:00 10:00 10:45 12:30 14:00 14:05 15:35 16:30 17:10 18:00 18:05 18:40 19:30 20:15 20:40 21:40 21:45 23:15
NET NEWS The Client (ripetizzjoni) Għalkulħadd Quddiesa mis-Santwarju Ta’ Pinu Se Niżżewġu Telebejgħ NET NEWS Telebejgħ Iswed fuq l-Abjad (ripetizzjoni) Sport Extra Wheelspin (ripetizzjoni) NET NEWS Flusek (ripetizzjoni) What’s for dinner NET NEWS Għalik fl-Ewropa Becky NET NEWS Replay NET NEWS
RAIUNO ......................
06:00 06:30 07:00 09:30 09:45 10:30 10:55
Rai Parlamento Punto Europa Unomattina in famiglia Tg1 (Telegiornale) TG1 L.I.S. Dreams road 2014 A sua immagine Santa Messe dalla Chiesa San Nicola di Bari in Mendicino (Cosenza) 12:00 Recita dell'Angelus 12:20 Linea verde estate 13:00 Telegiornale 14:00 L'arena 16:30 Tg 1 / Che tempo fa 16:35 Domenica in – speciale telethon 18:50 L'eredita 20:00 Telegiornale 20:35 Carosello reloaded 20:40 Affari tuoi speciale telethon 23:00 Speciale TG1 00:50 Tg 1 Notte
TVM ONE 2 ...................... TVM ...................... ...................... 06:00 07:30 08:30 09:00 09:30 10:00 10:30 12:00 12:10 15:05 18:00 18:15 18:40 18:55 20:00 20:50 21:50 21:55 23:00
RAIDUE ..................... ...................... RAITRE 06:30 07:00
08:10 08:35 10:00
10:45 11:30 13:00 13:30 13:45 15:30 17:05 17:10 18:10 19:35 20:30 21:00 21:45 22:40 01:20 01:50
Rai Cultura - Nautilus Jake i pirati dell'isola che non c'e Sofia la principessa Il Nostro Amico Charly (TF) Leoni ed elefanti: lotta (dokumentarju) Cronache animali Mezzogiorno in famiglia Tg 2 giorno/Motori / Meteo 2 TG Motori Quelli che aspettano Quelli che il calcio TG2 LIS Stadio sprint Rai Sport 90 minuto Squadra speciale cobra 11 Tg 2 NCIS unita anticrimine (TF) NCIS Los Angeles (TF) La domenica sportiva Sorgente di vita Hawaii-Five-O
06:00 07:10 08:00 08:35 10:25 11:10 12:00 12:25 13:05 14:00 14:30 15:05 19:00 19:30 20:00 20:10 21:45 23:30 23:45 00:45
06:00 07:00 08:30 09:00 09:45 10:15 11:15 12:30 13:00 14:00
16:00 16:30 17:00 17:30 18:00 18:30 19:00 19:30 20:00 20:30 20:40 21:00 23:00
Euronews News Loop Treasure Island Quddiesa tal-Ħadd Vatican magazine Kurrenti Luxdesign Valletta Househunt BOV premier – Qormi vs Sliema Madwarna Il-Gwerra l-Kbira GFA roundup Pellikola Treasure Island Venere Għawdex illum Superships MOC Awards Aħbarijiet għal dawk neqsin mis-smigħ Madwarna Kontrattakk Sport News
06:30 07:00 07:15 08:00 08:30 10:00 12:30 12:40 17:30 17:40 19:30 20:20 23:30
ONE News Snajja’ Maltin Pink Panther Flimkien ma' Nancy Paper scan Milied mill-aqwa ONE News Milied mill-aqwa ONE News Milied mill-aqwa ONE News Milied mill-aqwa One News
Fuori orario. Cose mai viste Ai confini dell'arizona La Signora Del West (TF) Angelino e il papa. Film 1986 Community – L'Altra Italia TGR Regioneuropa Tg 3 / Fuori Linea/Tg3 persone Ritratti Radici, L'altra faccia dell'immigrazione Tg regione / Regione Meteo In 1/2 ora Kilimangiaro Tg 3 Tg regione / Regione Meteo Blob Che tempo fa Report Tg 3 / Regione / Meteo 3 Gazebo Il candidato
A simple wish - Italia 1, 19.30
ITALIA 1 RETE 4 CANALE 5 ...................... ...................... ...................... 07:00 Supertpartes
06:00 07:50 07:55 08:50 10:10
Open Range - Rete 4, 21.30
News Loop Sports Science Madwarna Il-Gwerra l-Kbira Gadgets House hunt Malta u lil hinn minnha Aħbarijiet/ rapport tat-temp Ħadd Ghalik Ħbieb u għedewwa Aħbarijiet Għawdex illum Paq Paq on Test L-irkant Aħbarijiet/ sports/ rapport tattemp/ rapport finanzjarju X factor UK Headline news X-factor UK Aħbarijiet
11:10 12:00 13:00 13:40 14:00 16:25 18:45 20:00 20:40 21:10 23:30
Prima pagina/ Traffico Meteo.It / Tg 5 TG5 Mattina Le frontiere dello spirito The Chef - Talento e passione in cucina Le Storie Di Melaverde Melaverde Tg 5 / Meteo.It L'Arca Di Noe' Come un delfino Domenica Rewind Avanti un altro! Tg 5 / Meteo.It Paperissima Sprint Il Segreto (TN) X style motori
06:30 Tg 4 Night news 08:00 Ilmeraviglioso volo degli uccelli – Sud America 09:00 Confessione 10:00 Quddiesa 10:50 I grandi delle fede 11:30 Tg 4 telegioranale 11:55 Meteo.it 12:00 I grandi della fede 13:00 Pianeta mare 14:00 Donnaavventura 14:55 Joe versus the volcano 17:00 Cattle King. Film 1963 19:35 Il Comandante Florent 21:30 Open Range . Film 2003 00:15 Tombstone. Film 1993 00:50 TG4 Night News
07:35 08:35 10:30 12:25 13:00 14:00 16:45 18:30 19:00 19:30 21:30
Supercar A-Team Big fat liar. Film 2002 Studio aperto / Meteo.It Sport Mediaset – XXL Hercules. Film 2005 White Lion. Film 2010 Studio Aperto Love Bugs A simple wish. Film 1997 La Grande magia – the Illusionist 00:35 Derren Brown: I trucchi della mente 01:25 Sport mediaset 01:50 Studio aperto
43
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Televiżjoni / Radju
Illum fuq Radio 101
....................................................... 0600 0755 0800 0820 0915 1000 1002 1030 1155 1200 1230 1500 1502 16:00 16:02 1755 1800 1830 2000 2002 2030 2230
Fidi u ħajja Obituaries/Angelus News Marċi u u Bandalori Focus 101 / Analiżi tal-Ġurnali News Update Focus 101 / Analiżi tal-ġurnali (cont.) Magħkom... David Thake Obituaries/Angelus News Bulletin Skor (Part 1) News Update Skor(Part 2) News Update Skor (cont) Obituaries News Bulletin Slowdown News Update Slowdown (cont) Allegro Andante Italomix (r)
Wheelspin
Net Television, It-Tnejn, 21:45
Wheelspin din il-ġimgħa, It-tieni programm mtela minn Barcelona fejn it-team ta’ Wheelspin kien preżenti għat- test drives ta’ żewġ mudelli mid-ditta Smart, il – fortwo u ilforfour. F’dan il- programm inħarsu lejn il-mudell Smart forfour karozza immirata għal dawk li jħobbu il-karozzi Smart iżda li għandhom bżonn karozza xi ftit akbar. Nitkellmu wkoll ma’ Frank Zimmermann il- Head of Project
Manager tad-ditta. Pierre jitkellem ma’ Jason Sultana, persuna li tħobb u tifhem ħafna l-isport tal- Formula wieħed. Wheelspin jixxandar it-Tnejn fil 21:45 b’repettizzjoni l-Erbgħa fil- 23:30 u il-Ħadd fil 17:10 Il-programm għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Fleur Balzan bil-parteċipazzjoni ta’ Pierre Vella. Produzzjoni Eżekuttiva, b Right new media Ltd
Malta Llejla
Net Television, Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 17.00
Għal Kulħadd Net Television, Il-Ħadd. 09.00
Massimiliana De Martino se titkellem dwar suġġett li joħroġ missilta ddrammattizzata fejn is-suġġett prinċipali se jkun it-tolleranza li aħna bħala poplu nisrani għandu jkollna lejn il-barrani li għal xi raġuni jew oħra, jaf Malta wara li jkun telaq minn pajjiżu minħabba raġunijiet ta' sigurta', minħabba raġunijiet ta' ġlied f'pajjiżu. L-atturi huma Daniel Borg Carbot u Renald Formosa. Nistgħu nagħmlu xi ħaġa differenti aħna f'dan il-Milied? Hekk għamel wieħed mill-atturi li qed jieħdu sehem f'din is-silta miktuba minn Joe Brincat. Chris Vella, se jitkellem dwar dan. Clare Azzopardi se titkellem dwar Omelija tal-Papa Franġisku, fejn qed jgħid li l-Knisja hi nmnissla minn-natura spiritwali; hi l-Ġisem ta' Kristu, mibnija millIspirtu s-Santu. Madankollu meta nirreferu għall-Knisja moħħna mill-ewwel jaħseb fil-komunitajiet fil-parroċċi, fid-djoċesi u fl-istrutturi fejn soltu niltaqgħu. Allura għandna nsaqsu lilna nfusna, dawn huma żewġ ħwejjeġ differenti jew Knisja Wahda? Dan u aktar f'din l-omelija interessanti ħafna li kuljum jagħmel il-Papa Franġisku f'Santa Martha.
Għas-seba’ sena Malta Llejla qed ikompli jkun programm informattiv bil-preżentazzjoni eċċellenti tal-preżentatriċi Stephanie Spiteri. Dan il-programm ikollu mistiedna varji li jieħdu ħsieb id-diversi aspetti tal-ħajja li qed ngħixu fiha. Kull ma jmur dan il-programm qed jattira mistiedna ta’ livell għoli li jkomplu juru l-popolarita’ ta’ dan il-programm.
44
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Klassifikati
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ
Ħal-Tarxien APPARTAMENT fit-tieni sular, kantuniera b’żewġt ikmamar tas-sodda, open plan li tinkludi kċina u salott, washroom u toilet fuq il-bejt. Kollox lest u ġdid, sabiħ ħafna. Prezz €137,500. Ċemplu 99998952. Il-Gudja GĦALQA fertili 1025 metri kwadri bil-ġiebja u vaska fil-limit tal-Gudja. Tinfed min żewġ toroq. Idejali għas-saqwi. Ċemplu 79065415.
Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bilbitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000.
GĦALL-KIRI
Is-Siġġiewi GARAXX ta’ karozza waħda u garaxx ieħor ta’ karozza waħda ħdejn ilKnisja ta’ Santa Marija iżŻurrieq. Ċemplu 99856220 jew 21465976.
L-Iklin GARAXX jew store 60 pied twil u 15-il pied wisa’, livell mat-triq, bil-parapett, toilet u bitħa. Ideali għal ħanut, hairdresser, eċċ. Ċemplu 99271803 jew 21446811.
Paola MAISONETTE fuq, arjuż ħafna, bil-bejt kbir. €350 fixxahar. Ċemplu lis-sid fuq 99234572. NIKRI
Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għal perjodu ta’ 4 snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655. AVVIŻI
45
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Klassifikati
Tiswijiet fil-pront u filpost TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Toilet Seats NAGĦMEL xogħol ta’ toilet seats ġodda li jkunu maqsumin jew li ma ssibux tixtru bħalhom, ta’ kull tip bilkuluri li jaqblu u kif tixtiquhom intom, għall-kamra tal-banju kompluti bil-fittings. Għal aktar informazzjoni Ċemplu 21675053 jew 79675053.
Xogħlijiet GĦAL kull xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ bini, alterazzjonijiet ta’ bini, ftuħ ta’ ħitan bi travi tal-ħadid, ftuħ ta’ bibien, twieqi, ħnejjiet, bdil ta’ soqfa tal-konkos, xorok, nirranġaw, induru fejn ikun hemm ħsara fis-soqfa, gallarijiet, travi u xibka b’materjal apposta, qlugħ ta’ madum, kmamar tal-banju, tibjid, kisi, żebgħa, tikħil. Xogħol b’esperjenza kbira u xogħol fil-pront. Ċemplu 99602436. JINĦTIEĠU
Ħaddiema GĦAL xogħol ta’ bini, pagi u kundizzjonijiet mill-aħjar. Ċemplu lil John fuq 99491029.
Jekk se ssuq tixrobx!
46
SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN
MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 79990757.
SANTA VENERA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u nofs in-nhar se jkun hemm uffiċjal biex jiltaqa’ miegħek fl-Uffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys, Santa Venera. Tista tikkuntattjana wkoll billi ċemplu 21441438 / 21441682 jew e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt.
ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634. AVVIŻI SOĊJALI
JASON AZZOPARDI. IlĦbieb ta’ Jason Azzopardi se jorganizzaw Ikla buffet talMilied, nhar il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru fil-Lukanda Maritim Antonin, Mellieħa fin-12:30pm. Prezz 20 ewro. Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 21666736 jew 99841333.
RYAN CALLUS. Il-Ħbieb ta’ Ryan Callus se jorganizzaw Buffet tal-Milied nhar ilĦadd, 14 ta’ Diċembru firRazzett l-Antik, Ħal-Qormi f’nofs in-nhar. Prezz 20 ewro għall-kbar u t-tfal nofs prezz. Trasport provdut minn Luqa, Qormi u s-Siġġiewi. Għal aktar informazzjoni ċempel 99804142 jew 21461002.
GEORGE PULLICINO. Il-Ħbieb ta’ George Pullicino se jorganizzaw ikla tal-Milied,
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Avviżi PN
nhar il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru fis-1pm fil-Lukanda San Antonio and Spa, f’San Pawl il-Baħar. Prezz għall-kbar 24 ewro u tfal taħt it-12-il sena 12-il ewro. Il-prezz jinkludi inbid, ilma u kafe’. Trasport provdut mid-9 u l-10 distrett. Ikun hemm logħob għat-tfal. Ċemplu 79536857. BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza Konferenza Politika fil-Każin tal-Partit, nhar ilĦadd, 14 ta’ Diċembru fl10:30am. Niddiskutu l-baġit. Il-kelliema se jkunu Alessia Psaila Zammit, Stephen Spiteri u Tonio Fenech.
ĦAL LIJA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Lija se jorganizza Christmas Special in Gozo nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru. Niltaqgħu fid9:30am fit-terminal taċĊirkewwa biex naqbdu lvapur tal-9:45pm jew niltaqgħu fid-8:45pm Ħal-Lija. Inżuru diversi postijiet ta’ interess, ħin biex nixtru u lunch f’Marsalforn. Nirritornaw Malta mal-vapur tas-7:15pm. Prezz 18-il ewro. Għal aktar informazzjoni ċemplu lil Stephanie Zammit fuq 99461892. NAXXAR. Il-Kumitat Sezzjonali PN Naxxar se jorganizza żjara f’Betlehem f’Għajnsielem, nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru. Tluq fil11am minn quddiem il-każin tal-partit. Prezz 12-il ewro u jinkludi t-trasport minn quddiem il-każin sa Ċirkewwa u lura kif ukoll pizza ġewwa ristorant fl-Imġarr, Għawdex.
L-UFFIĊĊJU TAD-9 U L-10 DISTRETT. LUffiċċji distrettwali tad-9 u l10 distrett se jorganizzaw ġurnata f’Sqallija kemm bil-katamaran kif ukoll bl-ajruplan,
nhar is-Sibt, 20 ta’ Diċembru bħala Fund Raising fuq bażi distrettwali. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99337322.
H’ATTARD. Il-Kumitat Sezzjonali PN Attard se jorganizza Christmas Cup għal dawk kollha dilettanti tasSubbuteo nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru f’FX Dingli Club, Main Street, H’Attard fis6:30pm. Wara, fit-8:30pm jkun hemm Christmas Get Together għall-prezz ta’ 10 ewro. BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza Dinner Dance filLukanda Soreda, il-Qawra nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru, fis-7pm. Prezz 23 ewro bittrasport inkluż. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 79914618 jew billi tkellmu lil xi membru tal-kumitat.
SANTA LUĊIJA. IlKumitat Sezzjonali PN Santa Luċija se jorganizzaw Ikla talMilied nhar il-Ħadd, 21 ta’ Diċembru fil-12:30pm filLukanda Dolmen, il-Qawra. Prezz 23 ewro għall-kbar u 13-il ewro għat-tfal. Il-prezz jinkludi free flowing drinkgs (inbid, birra u soft drinks). Għall-biljetti għamlu kuntatt ma’ Jonathan Degabriele fuq 99890773 jew permezz ta’ email fuq jondeg80@maltanet.net jew ċemplu 99868415 jew 99494439. MTARFA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mtarfa se jorganizzaw Christmas Buffet Dinner nhar is-Sibt, 27 ta’ Diċembru fil-Lukanda Bellavista, Qawra mit-8:30pm ‘il quddiem. Prezz 18-il ewro għall-kbar u 10 ewro għat-tfal taħt it-12-il sena. Trasport 1 ewro. Jattendu l-ogħla uffiċjali tal-Partit. Għal aktar informazzjoni ċemplu
99474079, 99491849 jew 79452545. Bookings sat-23 ta’ Diċembru. IŻ-ŻURRIEQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Żurrieq se jorganizza Party għall-Anzjani Nazzjonalist tal-lokalita’ u lĦbieb, nhar it-Tlieta, 6 ta’ Jannar 2015 fil-Każin talPartit, mis-2pm ‘il quddiem. IŻ-ŻURRIEQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Żurrieq se jorganizza Get Together għanNazzjonalisti tal-lokalita’, nhar is-Sibt, 10 ta’ Jannar 2015 fl-Aida Hall, Żurrieq mis-7:30pm ‘il quddiem. AVVIŻI OĦRA
TONI BEZZINA. IdDeputat tal-PN jixtieq javża li qed jiltaqa’ man-nies, nhar ta’ Erbgħa mis-7pm ‘il quddiem fl-Uffiċċju taż-Żurrieq fi 2, Triq is-Sajjieda, Żurrieq u nhar ta’ Ħamis mill-4pm ‘il quddiem fl-Uffiċċju f’B’Buġia li jinsab 23, Misraħ il-Pjazza, B’Buġia. Għallappuntament ċemplu 21 490826.
STEPHEN SPITERI. IdDeputat tal-PN jixtieq javża li qed jiltaqa’ u jara l-kostitwenti fl-ewwel ħadd tax-xahar bejn l-10m u l-11am fil-Każin tal-Partit. Għal appuntament ċemplu fuq 99490593. BALZAN. Il-Kumitat Sezzjonali PN jixtieq javża li t-tesseri l-ġodda jistgħu jinġabru mill-Każin, jew inkella billi titkelmu ma’ xi membru tal-Kumitat.
NAXXAR. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li qed jilqa’ offerti għat-tmexxija talbar tal-Każin PN Naxxar. IlKumitat javża li dawk kollha interessati għandhom jibgħatu l-offerta tagħhom bid-dettalji kollha lis-Segretarju Kumitat PN Naxxar, Dar id-9 ta’ Mejju
1987, Vjal il-Labour, Naxxar, sa mhux aktar tard mill-Ħamis 8 ta’ Jannar fis-7pm. IlKumitat jirriserva d-dritt li jirrifjuta kwalunkwe offerta anke dik l-aktar vantaġjuża. L-ISLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li l-Bar tal-Uffiċċju PN qed jitmexxa minn Management ġdid. Qed ikun miftuħ kuljum sa tard filgħaxija, u s-Sibt u l-Ħadd jiftaħ fid-9 a.m. Qed ikunu servuti wkoll appetizers. ĦAL-SAFI. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li l-bar tal-Każin qed jitmexxa taħt management ġdid tas-Sur Ray Axiaq. Qed jiftaħ mit-Tlieta sal-Ħadd u qed jieħu booking għal ikliet. Għal iktar informazzjoni ċempel 79614916. SANTA VENERA. IlKumitat Sezzjonali PN javża li qed isir tqassim tat-tesseri fid-djar. Għal min ma jkunx id-dar meta jiġu r-rappreżentanti tal-Partit, l-uffiċjali talkumitat se jkunu fil-Każin biex iġeddu t-tesseri kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u 12pm fl-Uffiċċju Dar ilĦaddiem, Triq Fleur de Lys u nhar ta’ Ħamis filgħaxija bejn is-7:15pm u t-8:30pm flUffiċċju Enrico Mizzi, Triq Reġjonali. Tistaw iċċemplu ukoll fuq 99845132 jew email fuq pnsantavenera@pn.org.mt biex isir appuntament u niġu d-dar.
TA’ XBIEX. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li l-Bar tal-Uffiċċju PN tal-lokalità qed jitmexxa minn Management ġdid u b’esperjenza. Bħalissa qed ikun miftuħ kuljum bejn il-5 p.m. u l10 p.m. mit-Tnejn sas-Sibt u l-Ħadd bejn id-9 a.m. u t-3 p.m. Qed jitqassmu wkoll appetizers. Min jixtieq jorganizza xi fenkata jew ikla, jista’ jċempel 79813505
47
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Lokali
Kristal għall-wiri fil-Mużew Dinji tal-Ilma fil-Ġappun
Kristal, l-ilma popolari f’Malta, se jkun għall-wiri f’Mużew Dinji tal-Ilma li se jiftaħ fil-Ġappun dalwaqt. The General Soft Drinks Co. Ltd (GSD) ipproduċiet ilKristal għall-ewwel darba fl1988 u fl-2009 id-ditta nxtrat minn The Coca-Cola Company –rappreżentata f’Malta millGSD. Grazzi għat-togħma unika u l-popolarità tiegħu, il-Kristal se jkun espost flimkien ma’ aktar minn 1,000 ilma bbottiljat ieħor minn mad-dinja kollha fil-Mużew Dinji talIlma. Bħalissa l-mużew qed jinbena mid-ditta Ġappuniża
NAC li għaddejjin bil-proċess li jfittxu u jiġbru ditti tal-ilma differenti minn madwar iddinja. Huma talbu lill-GSD jissuplixxu l-mużew bi fliexken tan-nofs litru u żewġ litri tal-ilma mingħajr gass, kif ukoll bi fliexken tal-ilma tallitrukemm bill-gass kif ukoll mingħajr. “Inħossuna onorati li għandna ilma Malti għall-wiri flimkien ma’ ditti oħra minn mad-dinja kollha,” qalet iċChief Operating Officer Maria Micallef. “Dan mhux biss jagħmel ġieħ lilna bħala kumpanija, iżda lil Malta kollha.”
Mużika Jazz illum fil-Belt Valletta Tliet mużiċisti stabbiliti, Tony Sammut fuq il-pjanu, ħuh Simon Sammut fuq il-baxx, flimkien mal-perkussjonista Joseph (Bibi) Camilleri, se jippreżentaw programm ta’ mużika jazz b’siltiet ta mużiċisti leġġendarji tal-jazz, illum il-Ħadd fl-4.30pm flOratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti fi Triq l-Arċisqof, il-Belt. Dan huwa parti minn serje ta’ kunċerti bl-isem ‘The Oratory – Music and Art’ organizzati mill-Fond ta’ Riċerka talUniversità (RIDT).
Id-dħul għall-kunċert hu b’għotja rakkomandata ta’ €10. Il-kunċert li jmiss, li se jsir fit-28 ta’ Diċembru, hu dedikat għal xogħlijiet festivi talMilied mill-aqwa kompożituri tal-perjodu Barokk.
IKOMPLI L-PROĠETT TA’ FORESTA FIL-BRAŻIL MINN PEUGEOT. B’kontinwità mal-inizjattiva ‘Kick it to Brazil’, kampanja mnedija minn Peugeot f’Marzu u April 2014, li segwiet vjaġġ ta’ ballun talfutbol minn Franza sal-Brażil, u li għadda minn diversi kontinenti sa ma wasal fid-destinazzjoni tiegħu, 15,000 siġra ġdida se titħawwel fil-foresta PEUGEOT-ONF f’Fazenda Sao Nicolau, is-sit tal-proġett, flistat ta’ Mato Grosso, fil-Brażil. Dan it-tħawwil ta’ siġar jingħaqad ma’ żewġ miljuni ta’ siġar oħra ta’ aktar minn 50 speċi differenti diġà inklużi f’dan is-sit. Il-proġett beda fl-1998 u hemm il-ħsieb li jibqa’ għaddej sal-2038.
Imnedija l-KIA Soul – l-ewwel karozza li taħdem bl-elettriku tal-Kia
Cars International, rappreżentanti tal-Kia f’Malta, nidew l-ewwel karozza talelettriku – Soul – manifatturata mid-ditta Koreana li qed tkompli tirreġistra suċċessi kbar u tkabbar sehemha fis-suq talindustrija tal-karozzi. Huwa avveniment storiku flistorja tal-Kia li s-Soul EV – li ma tipproduċi l-ebda emissjonijiet – hija l-ewwel karozza li taħdem bl-elettriku li lkumpanija poġġiet fuq is-suq barra mill-Korea. Is-Soul għandha batterija ddisinjata b’mod uniku u hija perfettament addattata għal dawk lindividwi li jivvjaġġaw distanzi żgħar. Il-mudell għandu kabina spazjuża u joffri wkoll spazju abbundanti għat-tagħbija. Il-Kia Soul EV hi attrezzata b’batterija bl-aqwa enerġija u densità ta’ 200 Wh/kg. Il-batterija qiegħda taħt il-kabina, biex taċċerta ċentru ta’ gravità u tikkontribwixxi għall-aqwa rikba u mmaniġġjar irfinat talkarozza. Il-batterija tista’ tiċċarġjaha
anki sempliċement mad-dawl tad-dar, u kapaċi sservi sa ħames sigħat, billi tuża 6.6 kW AC slow charger. Din il-vettura elettrika b’emissjonijiet zero, marret tajjeb ħafna partikolarment fil‘Global Warming Potential’, billi pproduċiet 39.7% inqas gassijiet. Il-prezz tax-showroom talKia Soul huwa ta’ €29,900, li jinkludi l-ogħla inċentiv li jagħti l-Gvern. Bħal kull
mudell ieħor, Soul EV tiggarantixxi serħan tal-moħħ b’seba’ snin garanzija unikament provduti mid-ditta Kia, fosthom fuq il-batterija. Tista’ tibbukkja test-drive tal-Kia Soul EV għand Cars International, Triq l-Imdina, ?al Qormi. Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email fuq kiasales@cil.com.mt, iċċempel 22692120 jew iżżur is-sit www.kiamalta.com/mt u l-paġna Facebook – Kia Malta.
Kontribuzzjoni mill-impjegati tal-Università għal proġetti ta’ riċerka
Ir-riċerka qed issir waħda millprijoritajiet ewlenin tal-Università ta’ Malta. L-Università qed iżżid filħidma tagħha biex tattira fondi u ssaħħaħ l-investiment għal riċerka ta’ kalibru għoli u żvilupp permezz talfond independenti RIDT (Research, Innovation and Development Trust). L-iskema ġdida ta’ kontribuzzjoni mill-impejgati (Staff Contribution Scheme) tal-Università ta’ Malta u lJunior College, li tnediet minn RIDT, se tibda minn Jannar 2015. Il-membri tal-istaff qed ikunu mħeġġa biex, fuq bażi volontarja, jagħtu donazzjoni regolari ta’ ammont
żgħir ta’ flus li jkun imnaqqas awtomatikament mis-salarji tagħhom qabel it-taxxa. Dawn iddonazzjonijiet ta’ kull xahar ser imorru għal aktar studji ta’ riċerka fost il-fakultajiet u d-dipartimenti kollha. Din l-iskema l-ġdida ta’ kontribuzzjoni għandha l-appoġġ mittlett unjins li jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-impjegati tal-Università u l-Junior College. L-Assoċjazzjoni UMASA (University of Malta Academic Staff Association), l-MUT u l-UHM kollha wrew l-appoġġ tagħhom għal din l-iskema l-ġdida u
ser ikunu qed iħeġġu lill-membri tagħhom biex jipparteċipaw. LUMASA qed tkun tal-ewwel li tappoġġja din l-iskema b’mod konkret b’donazzjoni ta’ elf ewro lill-RIDT. L-Università għandha l-impenn li tibqa’ minn ta’ quddiem fir-riċerka, lil hinn jekk hux studji esplorattivi, immexxija b’riżultat, jew riċerka applikata, b’tali mod li l-iżvilupp u linnovazzjoni jitkomplu. Madankollu, ir-riċerka tiswa l-flus.. “L-Università tagħna qed issir ċentru importanti għal proġetti ta’ riċerka ta’ klassi dinjija, f’għadd ta’ dixxiplini, bħalma hi x-xjenza, il-
mediċina kif ukoll l-istudji umanitarji u l-arti. L-Università tikkollabora ma’ universitajiet internazzjonali oħra, u ċentri u istituzzjonijiet edukattivi fuq numru sostanzjali ta’ proġetti ta’ riċerka,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ RIDT Wilfred Kenely. L-applikazzjoni għall-iskema ta’ kontribuzzjoni mill-impjegati talUniversità tista’ titniżżel minn fuq issit tal-RIDT https://www.ridt.org.mt/downloads jew direttament mis-sit: http://www.ridt.org.mt/__data/assets/p df_file/0019/231832/RIDT_Contributi on_Scheme_form.pdf.
48
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Sport
Texas Charm (Julien Dubois) ir-rebbieħ tat-tieni tiġrija bi preparazzjoni għall-Gran Prix d’Amerique
Bold Eagle (Franck Nivard), bint il-popolari Ready Cash, rebbieħa tal-Criterium ta’ tliet snin
Texas Charm impressjonanti fil-Bourbonnais TROTT U GALOPP Kenneth Vella
Nhar is-Sibt li għadda, fil-korsa ta’ Vincennes f’Pariġi fi Franza, saret ittieni tiġrija minn erbgħa bi preperazzjoni għall-Gran Prix d’Amerique li ssir fi tmiem ix-xahar id-dieħel fl-istess korsa Pariġina. Din it-tiġrija, magħrufa bħala l-Prix Du Bourbonnais, kellha bidu bil-waqqaf u saret fuq distanza twila ta’ 2850m. Ġrew b’kollox 16-il żiemel u rebaħ il-Franċiż Texas Charm misjuq miż-żagħżugħ Julien Dubois. Sa mill-bidu nett, Texas Charm kellu bidu tajjeb ferm u kien evidenti li kien se jkun fost il-protagonisti tat-tiġrija. Temm rebbieħ f’medja ta’ 1.14.9” filkilometru quddiem il-kwotat Uhlan Du
Val (Cedric Megissier) li kien kontinwament isegwih u li rreġistra l-istess ħin tiegħu. Żewġ żwiemel ibbażati flIskandinavja, l-Amerikan Solvato (Orjan Kihlstrom) u l-Iżvediż Kadett C.D. (Dominik Locqueneux) temmew warajhom f’dik l-ordni. F’din it-tiġrija kien qed jagħmel irritorn tiegħu għat-tiġrijiet kompetittivi lpopolari Ready Cash. Rebbieħ fil-passat ta’ żewġ edizzjonijiet tal-Amerique, dan iż-żiemel kien ġie rtirat mit-tiġrijiet fi Frar biex jibda jintuża biss għattagħmir. Iżda ftit tal-ġimgħat ilu s-sidien taż-żiemel ħasbuha mod ieħor u reġgħu
rritornawh għat-tiġrijiet. Kollox ma’ kollox, ir-ritorn ta’ Ready Cash kien feliċi. F’idejn is-solitu Franck Nivard, għalkemm dan iż-żiemel temm fit-tmien pożizzjoni xorta rreġistra medja tajba ta’ 1.14.5” fil-kilometru. Mitlub jikkummenta dwar is-suċċess ta’ Texas Charm, Dubois qal li r-rebħa fil-Bourbonnais timlih bil-kuraġġ in vista ta’ aktar tiġrijiet impenjattivi filfutur qrib. Bint Ready Cash ma tfallix L-għada l-Ħadd, fl-istess korsa ta’ Vincennes saret il-finali tal-Criterium għall-aqwa żwiemel Franċiżi ta’ tliet
snin fuq distanza ta’ 2700m. Temmet rebbieħa d-debba Bold Eagle, bint Ready Cash u f’idejn ukoll Franck Nivard. Din kellha medja ta’ 1.13.6” u qasmet il-linja finali l-ewwel b’tul minn Brillantissime (Pierre Vercruysse) u Billie De Montfort (Eric Raffin). Sal-lum, Bold Eagle ħadet sehem fi 13-il tiġrija u rebħet 11 minnhom. Dan ifisser total ta’ 252,800 ewro fi premijiet. Fil-karriera tagħha għandha wkoll rekord ta’ 1.12.7” fil-kilometru fuq distanza ta’ 2175m li ġie mwaqqaf f’Vincennes ukoll fit-tlieta ta’ Novembru li għadda.
Jispikkaw il-finali tal-kampjonati Franċiżi LOKALI
Is-46 laqgħa tas-sena li se ssir illum fil-korsa tal-Marsa se tkun ferm mistennija mill-mijiet ta’ dilettanti ta’ dan l-isport. Il-programm se jikkonsisti minn disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tattrott b’ħamsa minnhom itemmu s-sensiela ta’ kampjonati għal żwiemel Franċiżi u li qed ikunu organizzati fuq distanza twila ta’
2640m. L-aktar finali importanti se tkun dik tal-Prix De Vincennes għal żwiemel talklassi Premier u li tibda fis6.10pm. Wara l-karozza tat-tluq se nsibu lil Ourasi Diams, Quillian Joyeux, Original Blue, Retroactif, Pedro Vici, Pouloud Keroc’H, Palazio
Valterne, Power Of Love, Quel Noir, Okilaibo, Pat De Fontaine u Oltedo De Rieux. Din għandha tkun finali ferm bilanċjata b’attenzjoni speċjali tingħata lit-tliet żwiemel li rebħu s-semifinali. Dawn kienu Pedro Vici (Johan Axisa), li ġej minn erba’ rebħiet infila, fosthom suċċess fil-finali tat-
Tazza tal-President; Oltedo De Rieux (Charles Camilleri) u Palazio Valterne (David Ellul). Madankollu nemmen li żiemel ieħor, Okilaibo (Julian Farrugia), rebbieħ fil-passat ta’ finali simili u li mpressjona wkoll fl-aħħar ħarġa tiegħu, mhux ta’ min jafdah. L-erba’ finali l-oħra se jkunu l-Prix d’Enghien għal żwiemel tal-klassi Gold, il-Prix De Cabourg tal-klassi Silver, ilPrix De Cagnes Sur Mer talklassi Bronze u l-Prix De Caen tal-klassi Copper. Barra dawn il-programm tal-lum se jinkludi wkoll tiġrija normali talklassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Intant lewwel tiġrija tal-ġurnata, riservata għal żwiemel tal-klassi Bronze, tibda fit-3.30pm.
PMU u Equidia TV Ta’ min wieħed jinnota li lfinali tal-klassi Premier, Gold u Silver mistennija jixxandru live fuq l-istazzjon televiżiv Franċiż Equidia TV. Barra dan, b’kollaborazzjoni mal-kumpanija ewlenija Franċiża tal-imħatri PMU mistennija jsiru imħatri fuqhom minn madwar id-dinja.
Tbassir
I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. Win – Adream Wish. Place – Loustic d’Anjou, Quipo Du Tronquay. II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – B. Smoked. Place – Rapnou Des Picanes, Pacha De Sassy. III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Win – Reflexe De Crennes. Place – Rocky Mati, Julian Port. IV Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. Win – Ohime Mag. Place – New Style DK, Quiet Du Chene. V Tiġrija. Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. Win – Uranium Des Arkads. Place – Uranos, Mirage D’Ete. VI Tiġrija. Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Quid De Belle Vue. Place – Qumran De La Motte, Polytain. VII Tiġrija. Finali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. Win – Pedro Vici. Place – Palazio Valterne, Oltedo De Rieux. VIII Tiġrija. Finali Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. Win – Quiz Du Lys. Place – Rodin Du Rib, Quel Homme. IX Tiġrija. Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. Win – Record Du Mexique. Place – Partisan De Bouere, Poustouf De Bleuet.
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Sport
Vejby Boom jirbaħ il-finali ewlenija TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Kenneth Vella Misjuq minn Charles Camilleri, l-Iżvediż Vejby Boom rebaħ ittiġrija ewlenija li saret ilbieraħ filkorsa tal-Marsa. Din kienet finali għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m, organizzata fl-okkażjoni tal-40 sena tar-Repubblika ta’ pajjiżna. Il-finali għamlet parti mill-45 programm tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tattrott. Sitta minn dawn kienu finali fl-okażjoni ta’ din il-festa nazzjonali. Fil-finali Premier ħadu sehem b’kollox 12-il żiemel. Hekk kif ingħata l-bidu uffiċjali osservajna l-bidu tajjeb għal Schwerin Boko (Rodney Gatt) li matul l-ewwel elf metru fetaħ vantaġġ żgħir minn Wiss Roadrunner (Mario Farrugia) u Gently Di Poggio (Brian Hili). Schwerin Boko baqa’ jżomm lewwel post sakemm iż-żwiemel bdew jippreparaw biex jaffrontaw id-dritta finali. Kien f’dak il-ħin li dan l-Iżvediż beda jnaqqas millġiri u nqabeż minn erba’ żwiemel oħra, fosthom mir-rebbieħ Vejby Boom li kellu jirsisti mhux ftit biex jegħleb l-isfida ta’ Veikko Hornline (Julian Farrugia). Tap Dance (Michael Ellul) u Carmen Sund (Kurt Saliba) kellhom ukoll wirja tajba bi pjazzamenti fit-tielet u r-raba’ pożizzjoni. Fi tmiem din il-finali, isSegretarju Parlamentari responsabbli mill-isport, Chris Agius ippreżenta plakka kommemorattiva lil Charles Camilleri u Dione Calleja is-sewwieq u s-sid rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Irraba’ rebħa tal-istaġun ta’ Vejby Boom waslet f’medja ta’ 1.18” filkilometru. Il-kumplament tal-finali kienu miftuħa għal żwiemel tal-klassi Gold, Silver A, Silver B, Bronze u Copper. Fil-finali Gold, il-kwotat Nico Oland (Julian Farrugia) ma falliex milli jitemm rebbieħ. Dan id-Daniż ħa l-kmand f’nofs id-distanza u ma kellu l-ebda problema
49
Vejby Boom misjuq minn Charles Camilleri jirbaħ il-finali Premier (ritratti: Trevor Sollars)
biex iżomm l-ewwel pożizzjoni sal-linja finali. B’hekk, Nico Oland ħa t-tieni rebħa nfila u f’Malta faċilment b’distakk ta’ erba’ tulijiet quddiem Daniż ieħor, Obelix Molgard (Salvu Vella) u Wies Buitenzorg (Eric Bezzina). Robin Du Suret (Cliferty Calleja) kellu wkoll pjazzament tajjeb firraba’ pożizzjoni. Saret ukoll tiġrija tal-ponijiet Maltin bin tal-galopp fuq 1140 metru. Din intrebħet minn Shelgar ta’ Gorg Falzon.
Ir-riżultati kollha I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Andri Boko (T. Demanuele) Ħin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Midoun Du Home (K. Sciberras) 3. Otas Fighter (J. Gafa’) 4. Magnum (D. Galea) II Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Lover Roc (J. Attard) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Quel Imprevu (C. Micallef) 3. Cowboy Party (C. Cassar) 4. Partner Blue (C. Xerri) III Tiġrija. Finali Jum irRepubblika. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Silvio Baldwin (M. Falzon) Ħin – 3.29.9” (1.19.5”) 2. Tornado Hornline (C. Camilleri) 3. Brokkur TYC (P. Farrugia) 4. Niko De Chamant (V. Fenech) IV Tiġrija. Finali Jum irRepubblika. Klassi Bronze. Dist –
Is-sidien ta’ Vejby Boom u s-sewwieq Charles Camilleri
2640m. 1. Roc Du Bois (R. Gatt) Ħin – 3.27.5” (1.18.6”) 2. Ramses De Tyrole (A. Cassar) 3. Ramelon (T. Cauchi) 4. Man Quick (J. Cordina) V Tiġrija. Finali Jum irRepubblika. Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Roc Magister (K. Axisa) Ħin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Insomnia Grif (N. Barbara) 3. Quo Vadis Phedo (C. Calleja) 4. Que Je T’Aime Rush (J. Farrugia) VI Tiġrija. Finali Jum irRepubblika. Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Roma M (P. Galea)
Ħin – 3.24.3” (1.17.4”) 2. All American Class (D. Ellul) 3. Sigurd Palema (R. Magro) 4. Reveal Champ Blanc (T. Cauchi) VII Tiġrija. Finali Jum irRepubblika. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Nico Oland (J. Farrugia) Ħin – 3.23.2” (1.17”) 2. Obelix Molgard (S. Vella) 3. Wies Buitenzorg (E. Bezzina) 4. Robin Du Suret (C. Calleja) VIII Tiġrija. Finali Jum irRepubblika. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vejby Boom (C. Camilleri) Ħin – 3.26” (1.18”) 2.
Veikko Hornline (J. Farrugia) 3. Tap Dance (M. Ellul) 4. Carmen Sund (K. Saliba) IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Markus Klipp (D. Mizzi) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Pro Shop (F. Casha) 3. Blizzard Ad (F. Cassar) 4. Charm Hammering (C. Farrugia) X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Zwinger Bobber (R. Gatt) Ħin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. Super Visor (C. Xerri) 3. Simb From Abroad (C. Gerada) 4. Newman (B. Hili)
50
Decider bejn Qormi u St. Andrew’s YFA U/17
Wara li l-Bord tal-Protesti tal-YFA matul din il-ġimgħa ddeċieda li l-partita mill-fażi tal-Gruppi tal-U/17, bejn St. Andrew’s u Dingli S. tingħata bħala rebħa lil Dingli, St. Andrew’s issa spiċċaw bl-istess punti daqs Qormi 6. Il-protest sar minħabba li għall-partita ma kienx hemm uffiċjal ta’ St. Andrews kif jitlob ir-regolament. Għalhekk waqt li din iddeċiżjoni ma kellha l-ebda effett fuq Dingli, li flimkien
ma’ Attard posthom hu konfermat f’Sezzjoni C, se jkun meħtieġ decider bejn St. Andrews u Qormi għal min minnhom se jkun qed jilgħab f’Sezzjoni A u f’Sezzjoni B. Din se tintlagħab it-Tlieta 16 tax-xahar fit-8.15 p.m. filground tar-Rabat. Minħabba li l-kampjonati talYFA bdew, u bil-għan li ma tfixkilx jew tħarbat l-andament ta’ dawn il-kampjonati, il-YFA iddeċidiet li sakemm tintlagħab id-decider illum, il-partiti li
fihom huma nvoluti St. Andrews u Qormi jkunu sospiżi. F’każ ta’ rebħa għal St. Andrews, li biha jkunu konfermati f’Sezzjoni A, u Qormi jmorru f’Sezzjoni B, ir-riżultat tal-partiti li diġà ntlagħbu jibqa’ jgħodd u l-kampjonat ikompli regolarment. F’każ li rrwoli jinqalbu, il-YFA se tkun qed tfassal programm ġdid tażżewġ partiti diġà milgħuba u dawk sospiżi, li jintlagħbu f’Jannar.
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Sport
Cho Eonrae (lemin) u Seo Hyundeok tal-Korea t’Isfel rebbieħa tal-finali tad-doubles tal-irġiel kontra l-Ġappuniżi Kenta Matsudaira u Koki Niwa fil-World Tour Table Tennis Grand Finals li saru f’Bangkok, fit-Tajlandja. Il-finali tan-nisa ntrebħet mill-Ġappuniżi Mima Ito u Miu Hirano li għelbu lill-Pollakki Katarzyna Grzybowska u Natalia Partyka.
Sport għal-lum
MFA Ta’ Qali – 2pm. BOV Premier. Qormi v Sliema W., 4pm. BOV Premier. Hibs v Valletta Luxol Std – 2pm. I Div. Pembroke A v Gudja Utd., 4.15pm. I Div. St Andrews v Żurrieq Victor Tedesco Std – 2pm. I Div. Fgura Utd v St George’s., 4.15pm. I Div. Lija A v Gżira Utd. Centenary Std – 2pm. III Div. Ta’ Xbiex v St Venera., 4pm. III Div. Marsaskala v Attard Charles Abela Std – 2pm. III Div. Santa Lucia v Qrendi., 4.15pm. III Div. Luqa SA v Kirkop Utd. Sirens Std – 2pm. III Div. Mdina K v Kalkara., 4.15pm. III Div. Marsaxlokk v Mtarfa YFA Rabat Grd – 9am. U17. Attard v Ħamrun., 10.45am. U17. Paola v Valletta., U17, 12.30pm. U15. Mtarfa v Mġarr Żabbar Grd – 1pm. U17. Cottonera v Mqabba., 2.45pm. U17. Żabbar v Xgħajra., 4.30pm. U15. Fgura v St Venera Siġġiewi Grd – 1 pm. U17. San Ġwann v Sliema., 2.45pm. U15. Mosta v San Ġwann GFA Sannat Grd – 1pm. I Div. Kerċem A v SK Victoria W., 3pm. I Div. Oratory Y v Victoria H. IASC Santa Lucia Grd – 8.30am. I Div. Mosta G v Ħamrun L., 9.45am. I Div. B’Bugia T v Floriana A., 11am. I Div. Burmarrad AFC v Marsa T. BASKETBALL Ta’ Qali – 11.15am. Tazza Louis Borg. II Leg. (I). Athleta v Virtus., 1 pm. Tazza Louis Borg II Leg. (N). Depiro v Hibs., 2.45pm. Tazza Louis Borg II Leg. (I). Floriana v Luxol. SPARAR Bidnija – 10am. RMF Cup. Sparatura Skeet u Double Trap. Qormi – 10am. Christmas Shoot. Sparatura Trap. HOCKEY Kordin – 9am. Lig. Rabat v Sliema., 11am. Lig. White Hart v Floriana HANDBALL Universita – 9am. U15. HMS v Kavallieri., 10am. U15. Aloysians v Swieqi., 11am. II Div. Aloysians v St Andrews, 12.30pm. U17. La Salle v Starmax, 1.45pm. U17. Kavallieri v Swieqi TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Marsa – Is-46 laqgħa li tikkonsisti fil-finali tal-Franċiżi
51
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Vittoriosa Stars jingħaqdu ma’ ta’ fuq Sport
BOV L-EWWEL DIVIŻJONI Christopher Cassar
VITTORIOSA S. ................ 2 MELITA .............................. 0 Vittoriosa S – J. Mercieca, M. Camilleri (O. Rababah), K. Scicluna, M. Barbara, C. Sammut (R. Sammut), L. Vella Critien, L. Gauci (R. Degiorgio), M. Buttigieg, A. Eviparker, S. Grech, J. Camilleri. Melita – P. Schranz, N. Micallef, G. Gribbon, R.Alinho, E. Cornago (K. Coleiro), A. Attard, M. Valenzia, J.P. Attard (A. Njie), F. Mennini Righini, K. Micallef (A. Borg Olivier), J. Galea. Referee – Trustin Farrugia Cann
Vittoriosa skorjaw darbtejn permezz ta’ Michael Camilleri fit-tieni taqsima, irritornaw għar-rebħ u għelbu lil Melita f’logħba ferm missielta u bilanċjata li setgħet marret kull naħa. Bis-saħħa ta’ din ir-rebħa Vittoriosa issa ngħaqdu malgrupp ta’ fuq, fejn issa hemm erba’ timijiet fl-ewwel post. Melita kellhom il-mumenti tajbin u sofrew l-ewwel gowl forsi fl-aħjar mumenti tagħhom, iżda Vittoriosa wara li marru filvantaġġ, ikkontrollaw tajjeb u kwarta mit-tmiem wasal it-tieni gowl ta’ Camilleri li għalaq definitivament il-logħba. L-ewwel azzjoni wara biss żewġ minuti minn Vittoriosa u xutt ferm għoli ta’ Michael Camilleri li ħela ċans tajjeb. Fl14-il minuta kien imiss lil Melita jfallu ċans tad-deheb meta Vittoriosa tilfu l-ballun banalment ftit barra l-kaxxa, u Julian Galea waħdu quddiem Mercieca xxuttja ftit barra. Il-logħob kien ferm bilanċjat u bi ftit azzjonijiet ta’ skor, iżda fit-23 minuta Melita resqu qrib b’daqqa ta’ ras ta’ Jean Pierre Attard tmur ftit barra u fuq innaħa l-oħra xutt ċentrali ta’ Carl Sammut kien faċilment salvat minn Schranz. Fil-31 minuta azzjoni tajba ta’ Melita bi kross ta’ Mennini Righini u daqqa ta’ ras millviċin ta’ Jean Pierre Attard salvata b’mod brillanti minn Mercieca. Sitt minuti wara lisbaħ ċans ta’ Vittoriosa flewwel taqsima meta Liam Gauci dar ma’ difensur fil-qalba tal-kaxxa l-kbira, u fajjar xutt sabiħ għar-rokna, iżda daqstant ieħor kienet brillanti r-risposta tal-gowlkiper ta’ Melita Schranz. Fit-tieni taqsima Melita ħarġu iktar determinati u Jean Pierre Attard resaq qrib fit-52 minuta b’xutt mill-viċin imur ftit barra. Erba’ minuti wara Vittoriosa marru fil-vantaġġ meta xutt mill-bogħod ta’ Mark Barbara
ħasad lil Schranz li salva kif seta’ iżda daħal MICHAEL CAMILLERI li kompla għal ġewwa. Melita wettqu reazzjoni tajba u resqu ferm viċin id-draw f’żewġ azzjonijiet b’xuttijiet ta’ Julian Galea u Antoine Attard jgħaddu minn quddiem il-lasta iżda ma jsibu lil ħadd li seta’ jkompli għal ġewwa. Bil-furja ta’ Melita tbatti, Vittoriosa bdew jikkontrollaw aħjar u kwarta mit-tmiem skorjaw it-tieni gowl meta Carl Sammmut qassam lejn MICHAEL CAMILLERI li b’xutt preċiż fil-baxx ma ta lebda ċans lil Schranz isalva. Minn hawn il-logħba kienet
mirbuħa u mitlufa u Vittoriosa ikkontrollaw mingħajr wisq problemi l-kumplament tal-ħin li kien fadal biex kisbu rebħa ferm importanti.
George Gribbon ta’ Melita jissielet ma’ Eviparker ta’ Birgu (ritratt: Trevor Sollars)
BIRŻEBBUGA SP .............. 0 MQABBA ............................ 0 Birżebbuga SP – A. Boatto, J. Ani, J. Briffa, R. Micallef, N. Clerico (G. Magri), L. Micallef, K. Muscat (G. Camilleri), E. Bonati, G. Caruana, L. Camilleri, S. Eboh. Mqabba – B. Debono, A. Cassar, M. Bonnici, R. Gomes, C. Micallef, G. Guedes de Freitas, C. Calleja, K. Cutajar, D. Da Silva Silveira, J. Fenech (A. Camilleri), R. Schembri. Referee – Eman Grech Mqabba u Birżebbuġa kisbu punt kull wieħed f’logħba milliktar fqira u monotona li spiċċat mingħajr gowls. Ir-riżultat jagħti stampa ċara ta’ dak li seħħ fejn Mqabba laqtu anki l-lasta u
Birżebbuġa fallew żewġ ċansijiet faċli. Fit-tieni taqsima iż-żewġ naħat naqsu li jgħollu r-ritmu tal-logħba li żvolġiet b’ħafna żbalji u għal ħinijiet twal f’nofs il-grawnd. Għal Mqabba r-riżultat jista’ jitqies bħala pożittiv, iżda mhux listess jista’ jingħad għal Birżebbuġa li taħt tmexxija ġdida ta’ Pino Murgia kienu qed jittamaw li jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun, rebħa li ma waslitx biex is-sitwazzjoni ta’ Birzebbuga f’qiegħ il-klassifika baqgħet waħda iddisprata. L-ewwel azzjoni fl-14-il minuta meta l-gowlkiper ta’ Birżebbuġa, Boatto dawwar f’korner b’diffikultà freekick preċiż ta’ Da Silva Silveira.
Ħames minuti wara azzjoni oħra ta’ Mqabba meta minn korner mogħti minn Calleja, kien Mauro Bonnici li bir-ras xeħet għoli. Mingħajr xi ritmu elevat Mqabba bdew jiddettaw il-logħob u kellhom għal kollox l-inizjattiva f’idejhom. Fil-31 minuta Mqabba sfortunati meta minn kross ta’ Da Silva Silveira, kien hemm iddaqqa ta’ ras ta’ Karl Cutajar, bilballun jispiċċa mal-lasta u wara jaħbat mal-gowlkiper bil-ballun imur f’korner. U mill-istess korner kien hemm id-daqqa ta’ ras tajba ta’ Gomes bil-ballun jgħaddi ftit għoli. Fis36 minuta azzjoni perikoluża ta’ kontrattakk minn naħa ta’ Birzebbuga fejn Bonati żmarka lil Ani li waħdu quddiem Debono
Kif Jinsabu
Gudja U St. Andrew’s Vittoriosa S Melita Lija A Pembroke A St. George’s Fgura Utd Rabat A Mqabba Gżira U Msida SJ Żurrieq Birżebbuġa
L 10 10 11 11 10 10 10 10 11 11 10 11 10 11
R 5 6 5 6 6 5 5 3 4 4 4 3 3 0
DT 41 13 42 14 04 23 14 52 25 25 15 17 16 38
F K Pt 23 10 19 22 18 19 20 12 19 15 14 19 20 14 18 20 12 17 19 16 16 11 11 14 11 15 14 19 18 14 13 16 13 8 22 10 12 19 10 13 29 3
Ebda gowl f’logħba fqira
anki jekk minn qagħda angolata xeħet inkredibbilment għoli. Fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima Mqabba reġgħu kienu perikolużi meta minn kross ta’ Clayton Micallef d-daqqa ta’ ras ta’ Claudio Calleja niżlet fuq issaqaf tax-xibka. Fit-tieni taqsima l-logħba saret monotona b’ħafna logħob bladdoċċ f’nofs il-grawnd. Massiegħa kien hemm attentat fjakk ta’ Clerico bil-ballun kompletament barra. Mill-bqija lebda azzjoni oħra. Fl-aħħar minuti Mqabba żiedu fl-isforzi tagħhom u kellhom tentattivi ta’ Gomes u Claudio Calleja jmorru ftit barra. Fil-ħin miżjud xutt ta’ De Freitas ukoll għadda ftit barra.
52
Jikbru l-problemi għal Borussia Dortmund
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Sport
Muscat jinħall mill-kuntratt
BUNDESLIGA
Julian Scheiber pattiha llileks klabb tiegħu hekk if kompla kabbar il-problemi ta’ Borussia Dortmund u skorja lgowl fir-rebħa 1-0 ta’ Hertha Berlin. Dortmund marru fil-kapitali Ġermaniża fiduċjużi li se jkomplu bil-momentum wara li rebħu 1-0 kontra Hoffenehim fl-aħħar logħba tal-kampojonat u aċċertaw l-ewwel post fi Grupp D taċ-Champions League f’nofs il-ġimgħa, imma kienu mċaħħda minn Schieber li kien telaq mis-Signal-Iduna Park f’Lulju. Scheiber li għandu 25 sena, żamm kalm u skorja fl-40 minuta wara li Per Ciljan Skjelbred kien seraq ballun lil Jakub Blaszczykowski u fetaħlu t-triq għal-lasta. Ir-riżultat iħalli lil Dortmund fin-naħa t’isfel tal-klassifika għalkemm il-partitarji tagħhom jistgħu jistabru ftit mill-fatt li rrivali Schalke tilfu 2-1 għand Cologne. Anthony Ujah skorja fis-47 minuta u penalty ta’ Matthias Lehmann għamlu l-ħsara kollha għall-viżitaturi b’Leroy Sane jiskorja biss gowl ta’ konsolazzjoni lejn it-tmiem għattim ta’ Di Matteo. Il-liders tal-Bundesliga ma kellhomx dawn il-problemi. Beyern Munich reġgħu taw wirja oħra spettakolari fit-tieni taqsima u għelbu 4-0 lil Augsburg. L-erba’ gowls ta’ Bayern waslu fi spazju ta’ 13-il minuta mid-difensur ċentrali Mehdi Benatia fit-58 minuta, doppjetta ta’ Arjen Robben u konklużjoni b’saħħitha ta’ Lewandowski. Ir-rebħa komda tfisser li ttim ta’ Pep Guardiola li sofra biss tliet gowls fi 15-il logħba fil-Bundesliga dan l-istaġun, issa jinsab 10 punti fuq Wolfsburg li llum jilagħbu ma’ Paderborn
Markus Feulner ta’ Augsburg (xellug) fl-azzjoni ma’ Arjen Robben ta’ Bayern Munich Riżultati Augsburg v B. Munich 0-4 Freiburg v Hamburg 0-0 H. Berlin v B. Dortmund 1-0 Hoffenheim v E. Frankfurt 3-2 Schalke v Cologne 1-2 W. Bremen v Hannover 3-3 Mainz 05 v Stuttgart 1-1 Illum B. Leverkusen v B. M’gladbach Wolfsburg v Paderborn Kif Jinsabu
L R B Munich 15 12 Wolfsburg 14 9 Augsburg 15 8 Leverkusen 14 6 M’gladbach 14 6 Schalke 04 15 7 Hoffenheim 15 6 E Frankfurt 15 6 Hannover 15 6 FC Cologne 15 5 Paderborn 14 4 Hertha B 15 5 Mainz 05 15 3 Hamburg 15 4 Freiburg 15 2 Dortmund 15 4 W Bremen 15 3 Stuttgart 15 3
D 3 2 0 5 5 2 5 3 2 3 5 2 8 4 8 2 5 4
T 0 3 7 3 3 6 4 6 7 7 5 8 4 7 5 9 7 8
F 37 28 20 25 19 26 24 29 17 16 19 20 18 9 15 15 23 19
K 3 13 18 18 12 20 24 29 24 21 23 26 21 18 21 22 34 32
Pt 39 29 24 23 23 23 23 21 20 18 17 17 17 16 14 14 14 13
Lazio fit-tielet post FUTBOL TALJAN
Lazio laħqu lil Genoa b’26 punt fit-tielet post imma b’logħba aktar meta għelbu lil Atalanta 3-0 fl-Olimpico. L-eroj tas-serata kien Stefano Mauri b’doppjetta fittieni taqsima biex skorja sitt gowls dan l-istaġun u Lulic għalaq il-logħba bit-tielet gowl. Fil-partita l-oħra Palermo kisbu rebħu fuq Sassuolo b’disgħa meta għelbuhom 2-1. Palermo fetħu l-iskor minn Luca Rigoni wara tliet minuti u fis-66 minuta Sassuolo tkeċċielhom Andrea Consigli. Madankollu b’raġel anqas ġabu d-draw minn Leonardo Pavoletti. Fl-94 minuta Palermo marru minn fuq minn Belotti u sekondi wara tkeċċa wkoll Paola Cannavaro għal Sassuolo li spiċċaw b’disgħa.
Riżultati Serie A Palermo v Sassuolo Lazio v Atalanta Illum Juventus v Sampdoria Genoa v Roma Parma v Cagliari Udinese v Verona Cesena v Fiorentina Milan v Napoli It-Tnejn Empoli v Torino Chievo v Inter
Serie B Bologna v Frosinone Brescia v Spezia Carpi v Modena Cittadella v Bari Crotone v Pro Vercelli Livorno v Catania Pescara v Avellino Ternana v V. Lanciano Trapani v Pergia V. Entella v Vicenza It-Tnejn Latina v Varese
Balotelli jaċċetta l-akkużi
L-attakkant ta’ Liverpool Mario Balotelli aċċetta lakkużi tal-FA għall-post li għamel fuq il-midja soċjali. L-internazzjonali Taljan kien akkużat skont ir-regolament E3(1) tal-FA għal post li għamel u li kien fiha referenza razzista u anti-semitika. Il-plejer ta’ 24 sena kiteb ittra lill-FA u m’għamilx talba biex ikollu smiegħ privat u Liverpool issa qed jittamaw li l-ispjegazzjoni tiegħu twassal
għal multa u mhux sospensjoni. Balotelli kien kiteb li l-karattru ‘Super Mario’ tal-logħba talkompjuter “jaqbeż bħal iswed u jaħtaf il-flus qisu Lhudi.” Balotelli tilef l-aħħar sitt partiti b’injury fil-groin u skorja biss żewġ gowls f’14-il logħba mal-klabb. KLOSE – Lazio ħabbru li lattakkant Ġermaniż Miroslav Klose mhux għall-bejgħ minkejja li ma tantx qed
jilgħab. Id-direttur Sportiv Igli Tare qal li kien Klose stess stqarr li qed jassumi li se jibqa’ ma’ Lazio. ANDERLECHT – IċChampions Belġjani Anderlecht se jkollhom parti mill-istadium tagħhom magħluq f’partiti tal-UEFA wara inċidenti ma’ Galatasaray fi Grupp D taċChampions League. Huma kienu immultati wkoll €17,000.
2-1 3-0
(1230) (1500) (1500) (1500) (1800) (2045)
(1900) (2100) 2-2 0-1 1-0 0-1 0-1 4-2 0-0 0-1 2-2 2-1
KROAZJA – Il-UEFA kkastigat lil-Kroazja bl-għeluq ta’ parti mill-istadium wara inċidenti fl-aħħar logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Euro 2016 kontra l-Italja x-xahar lieħor fejn kienu mitfugħa diversi flares fil-pitch billogħba tiġi sospiża għal 10 minuti. Il-UEFA ordnat li parti mill-istadium għall-partita f’Marzu kontra n-Norveġja jinżamm magħluq waqt li mmultat lill-FA €80,000.
Ilbieraħ wasal lura l-internazzjonali Malti Rowen Muscat wara li nħall mill-kuntratt li kellu mal-klabb Ungeriż ta’ Dunaujvaris PASE. Il-midfielder eks Birkirkara, kien iffirma kuntratt f’Ġunju mal-klabb Ungeriż imma fl-aħħar xhur dan il-klabb sab ruħu f’sitwazzjoni finanzjarja prekarja tant li ma bediex jilgħab lill-plejers kollha barranin li kellu fuq ilkotba tiegħu u lanqas kien qed iħallashom. Muscat kien qal li din il-mossa saret bil-ħsieb li lplejers barranin li kellu l-klabb jiddejqu u jfittxu klabb ieħor. F’intervista riċenti hu kien anke qal li l-plejers barranin (inkluż hu) ma kienux qed jitħallsu għalkemm ġew imwiegħda li se jkunu qed jieħdu l-flus kollha li għandhom jieħdu b’lura. Jidher li Muscat bil-għan li jżomm postu fit-tim nazzjonali Malti ma kienx lest jagħmel staġun ma jilgħabx u fl-aħħar jiem laħaq ftehim mal-klabb Ungeriż biex jinħall mill-kuntratt bit-tama li f’Jannar jibda avventura ġdida. Mhix eskluża l-possibiltà li Muscat jirritorna fil-Pemier Malti mal-klabb li tela’ miegħu, B’Kara għalkemm ilplejer dejjem wera x-xewqa li jilgħab barra.
Riżultati lokali BOV Premier Floriana v Pieta H. Mosta v Naxxar L. Tarxien R v Żebbuġ R B’Kara v Balzan I Div. Vittoriosa S v Melita B’Bugia SP v Mqabba II Div. Żabbar SP v Mellieħa Siġġiewi v Għaxaq Swieqi Utd v Għargħur Żejtun C v Senglea Dingli S v Marsa Sirens v Ħamrun S. San Ġwann v Xgħajra GFA II Div. Għajnsielem v Żebbuġ R Għarb R v Xagħra Utd SWAN S/F Xmas Cup I Div. San Gwann v Marsa SM Senglea G v Ħamrun T (wara l-ħin barrani) IASC II Div. Mġarr F v Safi AFC Żabbar CB v Rovers Utd B’Kara SJ v Gżira Utd. BASKETBALL Tazza L. Borg. I Leg. (I) Athleta v Virtus Floriana v Luxol Tazza L Borg (N) Depiro v Hibs HANDBALL I Div. La Salle U v Luxol Kavallieri v Aloysians II Div. Kavallieri v La Salle Swieqi v HMS
1-1 1-2 1-2 0-0
2-0 0-0
3-0 3-0 2-1 2-0 0-1 1-4 1-1 1-1 2-0 1-2 1-0 0-1 3-3 3-3
75-77 88-64 50-47 30-14 27-19
25-10 23-21
53
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Sport
Chelsea lura għar-rebħ u Lampard deċiżiv FUTBOL FIR-RENJU UNIT
Chelsea reġgħu sabu t-triq tar-rebħ fil-Premier League u żammew rekord perfett f’darhom b’rebħa xejn konvinċenti kontra Hull City b’10 plejers. Eden Hazard skorja bir-ras kmieni fil-partita wara seba’ minuti imma kien biss wara li tkeċċa Tom Huddlestone fis-60 minuta għal daħla fuq Filipe Luis li t-tim ta’ Mourinho aċċerta mit-tliet punti. Diego Costa serraħ ras il-partitarji meta rdoppja mill-viċin. Imma Chelsea kienu ferm bogħod mill-aqwa forma b’Willian imwissi għal simulazzjoni u Gary Cahill fortunat li ma tkeċċiex. Id-difensur Ingliż kien diġà muri l-karta s-safra fl-ewwel taqsima għal daħla minn wara, liema daħla l-manager ta’ Hull, Steve Bruce, jaħseb li kien jimmeritaha ħamra diretta, u wara l-mistrieħ id-difensur ċentrali waqa’ wisq faċilment fil-kaxxa. Hawn il-plejers ta’ Hull daru mar-referee Chris Foy għax sostnew li Cahill kellu jintwera t-tieni s-safra għal simulazzjoni imma l-plejer ta’ Chelsea ħelisha ħafif biex anqas minn 10 minuti wara kienu Hull li spiċċaw b’għaxra. Imma kellu jew ma kellux Cahill jitkeċċa, finalment kien Huddlestone li wettaq l-agħar mossa fil-logħba għal daħla ferm kerha fuq Felipe Luis. Iċ-Champions Manchester City żammew l-isfida b’gowl waħdani skorjat minn Frank Lampard kontra l-aħħar tim filklassifika Leicester. Il-veteran Ingliż qed ikun strumentali filperjodu li jinsab misluf lil City mingħand New York City u
kien hu li skorja fl-40 minuta fil-King Power Stadium. Kien il-175 gowl tiegħu fil-Premier li bih laħaq lil Thierry Henry fir-raba’ post tal-aqwa skorers tal-kull żmien. Oliver Giroud u Santi Cazorla (wieħed minn penalty) skorjaw doppjetta kull wieħed hekk kif Arsenal rebħu 4-1 kontra Newcastle United u taffew il-pressjoni minn fuq ilmanager Arsene Wenger wara t-telfa kontra Stoke il-ġimgħa l-oħra. Newcastle bdew il-partita b’telfa waħda biss millaħħar 10 fil-kompetizzjonijiet kollha imma qatt ma dehru li setgħu jtawlu din s-serje pożittiva fl-Emirates Stadium. Sunderland li qed jispeċjalizzaw fid-draws, waqqfu s-serje pożittiva ta’ West Ham bi draw 1-1 fi stadium of Light. West Ham, kienu qed ifittxu r-raba’ rebħa konsekuttiva imma sabuha diffiċli meta Jordi Gomez minn penalty deher li seta’ jagħti t-tielet rebħa filkampjonat lit-tim ta’ Gus Poyet. Madankollu West Ham wettqu reazzjoni mmedjata u kisbu d-draw ftit minuti wara minn Stewart Downing. Crystal Palace naqsu milli jiksbu r-raba’ rebħa kosnekuttiva fil-Premier meta kienu miżmuma 1-1 minn Stoke City. Ittim ta’ Neil Warnock kien laħjar f’Selhurst Park imma xejn ma kien effettiv quddiem il-lasta. Yannick Bolasie li għaddej minn f’forma tremenda ipprovda l-gowl għal James McArthur li bir-ras fetaħ liskor wara 11-il minuta. Imma Stoke, li kienu qed jippruvaw jibnu fuq ir-rebħa tal-ġimgħa loħra 3-2 fuq Arsenal, kisbu d-
Logħba bejn Manchester United u Liverpool dejjem tkun waħda mistennija u akkanita u dik tal-lum mhux se tkun eċċezzjoni. Matul is-snin iż-żewġ klabbs bi storja kbira fl-Ingilterra għaddew minn ħafna sfidi u battibekki, b’managers jinsulentaw lil xulxin, plejers jirrifjutaw li jieħdu b’idejn xulxin, kant bilmewt u saħansitra kant li jirredikola traġedji. Imma l-verità hi li finalment, iż-żewġ klabbs jiddependu minn xulxin u anke l-partitarji tagħhom. Jekk ikun hemm staġun u ma jkunx fih din lisfida, ħafna jqisuh kampjonat mejjet. Fis-snin 80 dan kien ikun l-uniku konfront li kulħadd jistenna u għalkemm issa tfaċċaw sfidi u rivalitajiet oħra, din hi l-logħba li fil-
verità kulħadd ikun qed jistenna. Iż-żewġ klabbs huma l-aktar li għamlu ġieħ lill-Ingilterra. United rebħu l-Kampjonat 20 darba u Liverpool 18, United rebħu l-FA Cup 11-il darba kontra 7 darbiet ta’ Liverpool li min-naħa tagħhom rebħu lLeague Cup tmien darbiet, iddoppju li rebħuha Man Utd u rebħu wkoll it-Tazza taċChampions tal-Ewropa ħames darbiet kontra t-tliet darbiet ta’ Manchester United. Għal Louis Van Gaal hi lewwel darba li qed jesperjenza partita bħal din f’Old Trafford imma Ryan Giggs ma’ ħallielux dubju dwar limportanza tal-logħba. L-eks internazzjonali ta’ Wales esperjenza din il-logħba għal 20 sena bħala plejer.
Eden Hazard jiċċelebra wara li fetaħ l-iskor bir-ras għal Chelsea kontra Hull
draw fit-13-il minuta minn Peter Crouch. L-ewwel goal ta’ Craig Gardner bil-flokk ta’ West Brom ta telfa lill-eks tim tiegħu Aston Villa b’għaxar plejers 1-0, u fl-istess ħin WBA temmew serje ta’ ħames partiti mingħajr telfa għal Villa. IlVillains kienu żammew 50 minuta bi plejer anqas wara li Kieran Richardson tkeċċa fit22 minuta għal fawl fuq Stephane Sessegnon. F’Turf Moor Ashley Barnes skorja l-gowl tar-rebħa wara li Tom Heaton kien salva penalty ta’ Dusan Tasic hekk kif Burnley għelbu lil Southampton 1-0. B’din irrebħa t-tim ta’ Sean Dyche inqala’ mill-aħħar tliet postijiet waqt li Southampton issa tilfu erba’ partiti konsekuttivi għalkemm xorta żammew ilħames post.
Konfront bejn ir-rivali eterni
United jinsabu seba’ punti fuq Liverpool fil-klassifika u se jfittxu s-sitt rebħa konsekuttiva. Liverpool naqsu milli jilħqu l-livelli tal-istaġun li għadda meta kienu rebħu 3-0 kontra United f’Old Trafford. United se jkunu mingħajr Di Maria, Luke Shaw, Chris Smalling u Daley Blind kollha mweġġgħin imma Phil Jones, u Rafael huma disponibbli waqt li Falcao jista’ jirritorna fl-azzjoni. Liverpool iridu reazzjoni wara l-eliminazzjoni miċChampions League u draw frustranti 0-0 kontra Sunderland. Huma għadhom mingħajr Sturridge imma Brendan Rodgers qal li Adam Lallana hu tajjeb waqt li anke Mario Balotelli jista’ jirritorna.
Riżultati u klassifiki
Premiership Burnley v Southampton 1-0 Chelsea v Hull 2-0 C. Palace v Stoke 1-1 Leicester v Man City 0-1 Sunderland v West Ham 1-1 West Brom v Aston Villa 1-0 Arsenal v Newcastle 4-1 Illum Man Utd v Liverpool (14.30) Swansea v Tottenham (17.00) It-Tnejn Everton v QPR (21.00)
The Championship M’boro v Derby Birmingham v Reading Bolton v Ipswich Bournemouth v Cardiff Brentford v Blackburn Brighton v Millwall Charlton v Blackpool Leeds v Fulham Norwich v Huddersfield Rotherham v Nottm Forest Sheff Wed v Wolves Watford v Wigan
LRDT Chelsea 1612 3 1 Man City 1611 3 2 Man Utd 15 8 4 3 West Ham 16 8 4 4 Southampton 16 8 2 6 Arsenal 16 7 5 4 Newcastle 16 6 5 5 Swansea C 15 6 4 5 Liverpool 15 6 3 6 Tottenham H 15 6 3 6 Stoke City 16 5 4 7 Aston Villa 16 5 4 7 Everton 15 4 6 5 West Brom 16 4 5 7 Sunderland 16 210 4 Crystal P 16 3 6 7 Burnley 16 3 6 7 QPR 15 4 2 9 Hull C 16 2 7 7 Leicester C 16 2 410
LRDT Bournemouth 2111 6 4 M’Boro 2111 6 4 Derby C 2111 5 5 Ipswich T 2110 8 3 Brentford 2111 4 6 Watford 2110 5 6 Norwich C 21 9 6 6 Blackburn R 21 8 7 6 Nottingham F21 7 9 5 Charlton A 21 612 3 Cardiff City 21 8 6 7 Wolves 21 8 6 7 Sheff Wed 21 610 5 Fulham 21 7 410 Birmingham 21 6 7 8 Reading 21 7 410 Huddersfield 21 6 6 9 Bolton W 21 6 510 Leeds Utd 21 6 510 Millwall 21 5 8 8 Rotherham 21 4 9 8 Brighton 21 3 9 9 Wigan A 21 3 810 Blackpool 21 2 712
Kif Jinsabu
F 36 33 26 27 25 28 18 20 19 18 18 10 24 15 14 19 11 16 15 15
League One Bristol City v Crawley Chesterfield v Bradford Colchester v Rochdale Doncaster v Gillingham Fleetwood v Sheff Utd Leyton O. v Peterborough Notts County v Swindon Oldham v Yeovil Port Vale v Coventry Preston v MK Dons Scunthorpe v Crewe Walsall v Barnsley
League Two Burton v Hartlepool Cambridge v Shrewsbury Dag & Red v Tranmere Exeter v Carlisle Mansfield v Cheltenham Morecambe v Luton Newport v Stevenage Northampton v Plymouth Oxford Utd v Bury Portsmouth v Accrington Wycombe v Southend York v Wimbledon
K 13 14 17 19 13 19 22 17 19 21 21 20 23 20 24 24 24 27 23 27
Pt 39 36 28 28 26 26 23 22 21 21 19 19 18 17 16 15 15 14 13 10 1-0 0-1 1-4 1-2 1-1 1-2 0-3 0-4 0-2 1-1 2-1 3-1 4-0 0-0 0-1 2-0 1-1 3-0 2-0 2-3 2-1 2-3 4-1 2-3
Kif Jinsabu
F 44 35 38 32 34 38 35 32 31 23 27 24 16 31 23 26 27 22 24 23 16 21 21 16
Premiership Skoċċiż Dundee Utd v Aberdeen Hamilton v Dundee Inverness CT v Partick T Kilmarnock v St Johnstone Motherwell v Ross County Illum Celtic v St Mirren Championship Skoċċiż Cowdenbeath v Hearts Dumbarton v Raith R Hibernian v Alloa Livingston v Falkirk Queen of S. v Rangers I Div Airdrie v Dunfermline Ayr v Stenhousemuir Forfar v Stirling Morton v Brechin Peterhead v Stranraer
2-0 6-1 0-0 5-3 3-1 0-1 2-2 0-1 5-0 0-0 0-1 2-1 K 24 15 21 20 27 23 24 31 26 22 27 31 17 39 32 36 38 28 31 31 26 29 28 33
Pt 39 39 38 38 37 35 33 31 30 30 30 30 28 25 25 25 24 23 23 23 21 18 17 13 0-2 2-1 0-4 0-1 2-2
posp 2-1 2-0 0-1 2-0 3-1 2-3 2-1 2-2 1-4
54
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Sport
Punt kull wieħed f’partita nieqsa mill-azzjonijiet BOV PREMIER Stewart Said
BIRKIRKARA .................................. 0 BALZAN ........................................... 0 Birkirkara: J. Haber, N. Vukanac, A. Costa Morais, E. dos Santos Gonzaga (K. Zammit 84’), S. Haruna Shodiya, A. Mendoza, G. Sciberras, Z. Muscat (E. Herrera 38’), P. Fenech (E. Agius 86’), R. Camenzuli, R. Scicluna Balzan: S. Sultana, J. Grioli, S. Bezzina, E. Serrano Valero, E. Bilbao Zarate, O. Guobadia, C. Brincat, J.P. Mifsud Triganza (L. Micallef 54’), O. Guerrero, L. Sciberras (D. Grima 80’), G. Piccioni (R. Darmanin 92’) Imwissija: R. Scicluna 37’ (BK), L. Sciberras 76’ (B) Tkeċċa: R. Scicluna 86’ (BK) Referee: Philip Farrugia Il-Mument Plejer tal-Logħba: Steve Sultana (Balzan) Attendenza: 612
F’partita li ftit offriet spettaklu, Birkirkara u Balzan ħadu punt ku wieħed meta spiċċaw 0-0. Dan kien lewwel draw tal-istaġun għall-Karkariżi li laħqu lil Valletta fit-tieni post b’logħba aktar. Il-partita kienet karatterizzata minn ftit azzjonijiet b’Balzan jiddefendu bilgħaqal konxji mill-qawwa tal-avversarji, filwaqt li Birkirkara ppruvaw jinfdu
lid-difiża organizzata ta’ Balzan iżda ma ħolqux biżżejjed azzjonijiet perikolużi biex jirbħu l-partita. Il-kowċ Karkariż Paul Zammit għamel żewġ bidliet mir-rebħa kontra Naxxar b’Nikola Vukanac u Shola Shodiya jieħdu post Mattheus Bissi u Rafael Ledesma. Minn naħa l-oħra lkowċ ta’ Balzan Oliver Spiteri għamel ukoll żewġ bidliet mid-draw kontra Qormi meta Clive Brincat ħa post issospiż Samir Arab filwaqt li Osa IceCream Guobadia beda flok Lydon Micallef. L-unika azzjoni denja fl-ewwel taqsima waslet fit-42 minuta meta Shola Shodiya għadda lejn Paul Fenech li pprova b’xutt fuq il-ġirja iżda Steve Sultana kien pront u mblokka tajjeb. It-tieni taqsima żammet l-istess ritmu baxx u l-ewwel azzjoni denja waslet fil61 minuta meta xutt fil-baxx ta’ Ryan Camenzuli ħabat mal-wieqfa, mirrebawnd ix-xutt ta’ Antonio Costa Morais ġie salvat parzjalment minn Sultana u l-istess Sultana biegħed ilperiklu fuq Ryan Camenzuli. Balzan wieġbu żewġ minuti wara b’xutt minn barra tas-sostitut Lydon Micallef li għadda fuq il-lasti. Fis-76 minuta xutt mid-distanza ta’ Mendoza għadda għoli fuq il-lasti. Hawnhekk Paul Zammit għamel
Il-gowlkiper ta’ Balzan Sultana joħroġ jimblokka fuq Morais (ritratti: Trevor Sollars)
żewġ bidliet biex jipprova jibdel landament tal-partita iżda l-Karkariżi spiċċaw b’raġel anqas fis-86 minuta
meta Ryan Scicluna tkeċċa b’karta ħamra diretta wara fawl fuq Edison Bilbao Zarate.
Camilleri jagħti l-ewwel rebħa lil Żebbuġ
TARXIEN R. ..................................... 1 ŻEBBUĠ R. ...................................... 2 Tarxien: S. Mintoff, K. Farrugia, M. Caruana, A. Rodrigues Silva (A. Cini 66’), C. Barbosa Viana, T. Caruana, R. Sammut, C. Hevia Menendez, M. Tabone, A. Lopes Pereira, J. Santos Silva Żebbuġ: F. Rapchan, T. Paris (L. Pena Marquez 87’), M. Bartolo, M. Gauci, Y. Camilleri, J. Borg, M. Rodrigues Britto, L. Galea, M. Muchardi, M. Farrugia (M. Ciantar 28’), B. Mamic Imwissija: Y. Camilleri 36’, M. Ciantar 62’ (Ż), A. Cini (T) Skorjaw: C. Hevia Menendez 13’ (T), B. Mamic 52’, Y. Camilleri 93’ (Ż) Referee: Clayton Pisani Il-Mument Plejer tal-Logħba: Matias Muchardi (Żebbuġ)
Gowl fl-aħħar minuti ta’ Yessous Camilleri ta l-ewwel rebħa lil Żebbuġ Rangers meta għelbu lil Tarxien Rainbows 2-1. Iż-Żebbuġin irkupraw minn gowl minn taħt u meritatament għelbu lil Tarxien Rainbows. Din ir-rebħa tgħin għall-moral talplejers Żebbuġin li jħarsu lejn ilpartiti li jmiss b’ottimiżmu. Minnaħa l-oħra Tarxien bla dubju jinsabu fi kriżi u l-kowċ Clive Mizzi għandu biċċa xogħol iebsa biex jerġa’ jgħaqqad lill-grupp flimkien filwaqt li jkomplu bil-prosegwiment tal-kampjonat. L-ewwel azzjoni denja waslet fit-8
Manuel Caruana ta’ Tarxien jissielet ma’ Jacob Borg ta’ Żebbuġ R.
minuta meta minn korner ta’ Muchardi, ix-xutt finali ta’ Lee Galea ġie salvat minn Mintoff. Żewġ minuti wara Britto għadda lejn Muchardi iżda x-xutt tiegħu ġie salvat faċilment minn Mintoff.
Iżda kontra x-xejra tal-logħob flewwel azzjoni tagħhom Tarxien fetħu l-iskor fit-13-il minuta meta CARLOS HEVIA MENENDEZ irċieva ballun barra l-kaxxa u b’xutt fil-baxx ħasad lil Rapchan.
Żebbuġ wieġbu meta Mamic għadda lejn Rodrigues Britto li pprova b’mod akrobatiku iżda lkonklużjoni għaddiet ftit barra u fit42 minuta Barbosa Viana qabeż żewġ difensuri iżda l-konklużjoni ċentrali tiegħu ġiet salvata minn Rapchan. Żebbuġ ħarġu aħjar u rnexxilhom jagħmlu l-iskor indaqs fit-52 minuta meta minn korner ta’ Muchardi, BOJAN MAMIC b’daqqa ta’ ras għeleb lil Mintoff. Minuta wara Matthew Bartolo għadda lejn Rodrigues Britto li kellu xutt salvat minn Mintoff. Tarxien baqgħu ma wettqux reazzjoni denja u Żebbuġ marru viċin fil-71 minuta meta Matthew Bartolo ipprova b’xutt dajagonali fuq ilġirja iżda xeħet barra. Żebbuġ baqgħu jippersistu u fis76 minuta Bartolo għadda lejn Rodrigues Britto iżda ż-żewġ konklużjonijiet tiegħu ġew salvati b’mod stupend minn Mintoff. Tliet minuti wara xutt tal-istess Britto ġie salvat f’darbtejn minn Mintoff. Ir-risposta ta’ Tarxien waslet minuta wara b’xutt dajagonali ta’ Cleber Barbosa Viana li għadda ftit barra. Imma Żebbuġ baqgħu jippersistu u marru viċin għal darba oħra fl-84 minuta meta Mamic għadda lejn Britto li xxuttja għoli sakemm fit-93 minuta minn free-kick ta’ Muchardi, YESSOUS CAMILLERI b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Mintoff għallewwel rebħa.
55
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Sport
Gilmar imexxi lin-Naxxarin lejn ir-rebħ tad-derby BOV PREMIER George Cassar
Kif Jinsabu
MOSTA .............................................. 1 NAXXAR LIONS ............................. 2
Hibernians Valletta Birkirkara Mosta Balzan Floriana Qormi Naxxar L. Sliema W. Pieta` H. Tarxien R. Żebbuġ R.
Mosta: O. Borg, R. Ekani (Y. Lo 84’), D. Falzon (S. Jovanovic 46’), M. Brincat, A. Borg, R. Grech,(K. Zammit 90’), K. Magro, K. Pulo, N. Milovanovic, M. Ribeiro, B. Kaljevic Naxxar L.: J. Azzopardi, R. Cassar, A. Buhagiar, I. Edet, A. Scicluna, U. Edafe, P. Doffo, D Falzon (V. Bellia 87’), U. Eminike (P. Gueye 61’), Gilmar, T. Vella (D. Fenech 84’)
Naxxar Lions fetħu tamiet ġodda meta għelbu lil Mosta f’derby li jfisser ħafna għalihom
Tyrone Farrugia, Mano Micallef u Daniel Mariano Bueno li huma fost liktar plejers effettivi ta’ Mosta fiddifiża, f’nofs il-grawnd u fl-attakk rispettivament. Naxxar bdew aħjar sa mill-bidu, meta wara kważi kwarta, xutt mill-viċin taleks Terence Vella kien salvat minn eks ieħor, Omar Borg fil-lasti ta’ Mosta. Tliet minuti wara, Naxxar marru minn fuq meta GILMAR, bi freekick mill-bogħod, ma ta l-ebda ċans lil Borg li jsalva.
Il-gowl ġab ċelebrazzjonijiet kbar min-Naxxarin u frustazzjoni millMostin, iktar u iktar meta dawn dehrilhom li daħla perikoluża ta’ Daren Falzon fuq Dyson Falzon ta’ Mosta, li ġrat preċiżament quddiemhom, kellha ssarraf fi tkeċċija diretta għall-plejer Naxxari u mhux f’sempliċiment karta safra. It-tensjoni kompliet tul il-partita kollha anki fil-pitch u b’kollox intwerew tmien karti sofor. Dak li għamel Gilmar fl-ewwel taqsima, għamlu wkoll għal Mosta l-captain
Botta u risposta fl-aħħar minuti FLORIANA ....................................... 1 PIETA HOTSPURS ......................... 1
Floriana: T. Gauci, A. Scicluna, G. Muir, S. Bonnici, D. Cobo, E. Briffa (I. Galea 71’), S. Pisani, E. Marcelina (B. Farrugia 59’), Conor Borg, (Clyde Borg 51’) M. Piciollo, V. Plut Pieta H.: D. Cassar, C. Attard, J. Pisani, C. Grech, L. Fortunato, O. Anonam, J. Gabriel (K. Cesare 79’), Rafinha, C. Frances, R. Xavier (M. Licari 85’), L. Micallef (T. Agius 64’) Imwissija: O. Anonam , J. Gabriel (P) Skorjaw: J. Pisani (pen) 89’ (P); S. Bonnici 90’ (F) Referee: C. Lautier Il-Mument plejer tal-partita: M. Piciollo (Floriana)
Gowl fuq kull naħa ftit qabel skorrew id-90 minuta iddeterminaw il-konfront bejn Floriana u Pietà Hotspurs, liema riżultat ħalla l-pakkett ta’ timijiet ta’ nofs il-klassifika kollha qrib xulxin. Il-kowċ Furjaniż Giovanni Tedesco ta fiduċja totali mill-bidu liż-żewġ żgħażagħ ta’ 17-il sena, Tyrone Gauci bejn il-lasti u l-eks-plejer ta’ Chievo Verona Conor Borg, għal spejjeż tażżewġ plejers tat-tim nazzajonali Clyde Borg u Brooke Farrugia li daħlu fit-
D T F 1 0 45 1 4 34 1 5 25 2 7 16 7 4 18 6 5 21 5 5 15 5 6 20 4 6 14 5 7 13 7 6 15 6 8 17
Illum Ta’ Qali 2pm - Qormi v Sliema 4pm - Hibs v Valletta
Skorjaw: Gilmar 17’ (N); B. Kaljevic 47’ (M); P. Gueye 72’ (N) Imwissija: M. Brincat, K. Pulo, A. Borg, K. Magro, R. Grech (M); U. Edafe, D. Falzon, U. Eminike (N) Referee: S. Spiteri Il-Mument plejer tal-partita: Gilmar (Naxxar) Attendenza: 842
Naxxar Lions rebħu l-ewwel derby tat-Tramuntana minn kemm ilhom li rritornaw fil-Kampjonat Premier, meta għelbu lil Mosta 2-1. It-tim immexxi minn Jesmond Zerafa kellu wirja mill-aqwa f’kull dipartiment u bil-Brażiljan Gilmar f’forma millaqwa żgur, li kien jimmeritahom li jirbħu lill-ġirien. Fuq in-naħa l-oħra it-tim immexxi minn Peter Smith, ikompli bl-istaġun enigmatiku tiegħu, fejn ilbieraħ kien inferjuri għan-Naxxarin, u ironikament fil-ftit mumenti li lagħab tajjeb, sofra lgowl fatali. Għalihom inħassew ferm
L R 14 13 14 9 15 9 15 6 15 4 15 4 14 4 15 4 14 4 15 3 15 2 15 1
tieni taqsima. Fuq in-naħa l-oħra, Noel Coleiro reġa’ beda mill-ewwel ħdax lil Joao Gabriel. Minkejja r-ritmu baxx tagħha, ilpartita kienet bilanċjata, fejn l-aħjar għal Floriana kienu Steve Pisani u Matteo Piciollo fl-attakk. Madankollu l-gowlkiper tal-Hotspurs u l-erba’ difensuri ta’ quddiemu kienu sodi, speċjalment il-Brażiljan Leonardo Fortunato u x-xellugi Jurgen Pisani b’tal-aħħar jiskorja l-gowl tal-vantaġġ temporanju. L-iktar azzjoni konkreta tal-ewwel taqsima waslet fis-27 minuta minn Floriana meta xutt mill-bogħod iżda b’saħħtu ta’ Steve Pisani kien imdawwar bi bravura minn Cassar. Floriana reġgħu kienu l-iktar qrib mas-siegħa logħob meta Piciollo nġieb waħdu quddiem il-gowlkiper minn Steve Pisani, iżda l-attakkant Taljan tilef il-bilanċ malli kien se jikkonkludi u tefa’ ferm barra. Pietà wieġbu bi freekick minn tarf ilkaxxa ta’ Frances li mar ftit barra u minuta qabel tmiem il-ħin regolamentari, il-gowlkiper Gauci ħareġ għal saqajn is-sostitut Licari bl-esperjenza tagħti vantaġġ lill-attakkant talHotspurs u r-referee Lautier ordna lpenalty, li kien skorjat minn JURGEN PISANI. Malli reġgħet bdiet il-partita, Floriana
K 7 9 17 29 21 30 21 23 17 24 24 34
Pt 40 28 28 20 19 18 17 17 16 14 13 9
tal-ġurnata BOJAN KALJEVIC żewġ minuti wara li bdiet it-tieni taqsima, meta skorja bi freekick ieħor perfett minn barra l-kaxxa. F’mument fejn Mosta bdew jidħlu fil-partita, Naxxar tawhom id-daqqa mortali, meta fit-72 minuta, is-sostitut PAPE GUEYE kompla bir-ras fix-xibka l-korner ta’ Gilmar. Il-Mostin baqgħu ma heddew qatt serjament il-lasti aversarji anki jekk ilgowlkiper Borg tela’ jgħin lil sħabu flattakk fl-aħħar minuti tal-partita. Mas-suffara finali, il-plejers Naxxarin marru jiċċelebraw taħt il-partitarji tagħhom, filwaqt li dawk Mostin kien jeħtiġilhom imorru jikkalmaw lil tagħhom li kienu frustrati li l-plejers ma qamux għall-okkażjoni f’partita ferm importanti kontra r-rivali.
Pieta u Floriana ħadu punt kull wieħed li fl-aħħar mill-aħħar ma jikkuntenta lil ħadd minnhom
donnhom kellhom ir-risposta lesta għax reġgħu ġabu r-riżultat indaqs, meta minn freekick ta’ Steve Pisani, STEVE BONNICI skorja bir-ras. Fi tmiem il-partita, malli l-plejers u d-diriġenti telgħu mill-pitch lejn iddressing rooms, deher li kien hemm
argument sħun bejn plejers u diriġenti taż-żewġ naħat li kien jeħtieġ l-intervent tal-pulizija. Dan ir-riżultat ikkuntenta l-iktar lil Floriana li baqgħu komdi f’nofs il-klassifika filwaqt li żammew erba’ punti vantaġġ fuq l-avversarji tal-ġurnata.
Jallega li anzjana daħlilha ġurdien waqt li kienet fis-sodda 56
Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru, 2014
Lokali
INĊIDENT FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL
Joe Mikallef
joe.mikallef@media.link.com.mt
Anzjana residenti f’waħda millħames swali tal-Blokka Rużar Briffa fir-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul dan l-aħħar għaddiet minn inċident mhux tas-soltu meta waqt li kienet rieqda fis-sodda tagħha, ġurdien tela’ mas-sodda u daħlilha filkomma tan-nightdress. “Ħaġa tal-biża’ u perikoluża għas-saħħa tal-bniedem.” Dan l-allegat każ li jidher li seħħ fillejl ta’ bejn it-28 u d-29 ta’ Novembru li għadda, kien rakkuntat fuq Facebook minn ċertu Anthony Boyianzis li jgħid li din l-anzjana, li għandha mal-95 sena, hi qariba tiegħu. Dwar dan l-allegat inċident aħna għamilna l-investigazzjonijiet biex nikkonfermawh, iżda filwaqt li sorsi qrib it-tmexxija ta’ din il-blokka bini fir-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul ikkonfermaw li ta’ spiss jaraw il-ġrieden, tant li minn żmien għal żmien jintefa’ volum ta’ velenu biex joqtolhom, dwar dan l-inċident partikulari li qiegħed isemmi Anthony Boyianzis ma hemm xejn irrekordjat fil-log books. Fil-paġna ta’ Facebook tiegħu, Anthony Boyianzis, nhar l-1 ta’ Diċembru li għadda fl-10.04 p.m. kiteb dwar pazjenta qariba tiegħu f’din ir-residenza u jgħid li dak li qiegħed jikteb mhux qiegħed jagħmlu b’xi mottiv politiku jew b’xi mod kontra xi ħaddiema fl-istess residenza, “għax naf kemm qed jagħmlu ħilithom biex jakkomodaw lill-pazjenti residenti.”
Hu żied: “imma ħassejt li għandi niġbed l-attenzjoni tal-management talistess residenza. Waħda mill-qraba tiegħi kellha esperjenza tal-waħx meta ħasset xi ħaġa dieħla fil-komma tannightdress u baqgħet miexja għal fuq żaqqha. “Din mill-ewwel għajtet għall-għajnuna għax hi anzjana u ma tistax timxi. Meta ġew il-carers sabu ġurdien finnightdress tagħha. Ħaġa tal-biża’ u perikoluża għas-saħħa tal-bniedem.” Hu kompla jikteb li “malajr ħasluha u ġiet mogħtija l-kura medika li kellha bżonn kontra xi grif fuq ġisimha u bid-
lulha s-sala fejn kienet qed tinżamm.” Anthony Boyianzis kompla: “nixtieq li dan l-inċident jinstema’ u jittieħdu lpassi għax din l-istorja tal-ġrieden ilha sejra għal dawn l-aħħar snin. Kont għamilt kors ta’ Assistent Carer firResidenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul u bagħtuni f’din is-sala u qaluli minn qabel biex ma neħodhiex bi kbira jekk nara xi ġrieden f’xi sala.” Hu jtemm din l-ewwel korrispondenza billi jgħid li lest li jagħti aktar informazzjoni dejjem lill-management ta’ din ir-residenza bi skop wieħed – “għall-ġid tar-residenti li m’għandhomx
“… mill-ewwel għajtet għall-għajnuna għax hi anzjana u ma tistax timxi. Meta ġew il-carers sabu ġurdien fin-nightdress tagħha. Ħaġa tal-biża’ u perikoluża għas-saħħa tal-bniedem.” leħen...” Sadattant, f’aġġornament, l-għada, Anthony Boyianzis reġa’ kiteb fuq Facebook u rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana għarrisposta li tatu u li fiha, fost l-oħrajn, għarrfitu li l-Blokka Rużar Briffa se tkun rinnovata.
Anzjana tingħata l-ilma f’kontenitur tal-awrina minflok f’tazza
... l-infermiera qalet lill-anzjana, li kienet fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, li ma kienx hemm tazzi
Qarrej ta’ il-mument dilġimgħa rrakkonta ma’ din ilgazzetta kif anzjana li kienet fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei kienet servuta l-ilma f’kontenitur tal-awrina minflok f’tazza wara li linfermiera infurmatha li ma kienx hemm tazzi. Il-każ seħħ nhar il-Ħamis 4 ta’ Diċembru għall-ħabta tan12.30 p.m. meta dan il-qarrej irċieva telefonata mingħand anzjana ta’ 84 sena ħabiba talfamilja tiegħu, li qaltilhom li l-ġurnata ta’ qabel, l-Erbgħa 3 ta’ Diċembru, marret l-isptar u xtaqet li tarahom biex tkellimhom. Il-qarrej ta’ din il-gazzetta
jsemmi li flimkien ma’ martu mar għand l-anzjana dakinhar stess li ċemplitilhom peress li kienet għadha ġejja mill-isptar.
jaraha t-tabib id-dar minħabba li hi ma toħroġx mir-residenza tagħha. Meta mar it-tabib biex jinviżtaha fir-residenza
“Wara ftit, tara lill-infermiera ġejja, biex ngħid hekk, bi grokk ilma ġo flixkun żgħir li normalment jintuża biex wieħed jagħmel l-awrina fih meta jkollu bżonn jagħmel xi testijiet mediċi.” L-anzjana rrakkuntat kif lErbgħa, 3 ta’ Diċembru ċemplet iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid biex imur
tagħha, qalilha li kien ikun aħjar li tmur l-Emerġenza lIsptar Mater Dei. L-istess tabib ċempel għall-ambulanza
biex tieħu lill-anzjana l-isptar fejn kienet akkumpanjata minn ħabiba tagħha. Meta waslet l-isptar, lanzjana ddaħħlet flEmerġenza ta’ ġewwa. “Sa hawn kollox sew, iżda peress li damu ma raw x’għandha bżonn din l-anzjana, għallħabta tas-2 p.m. il-ħabiba tagħha kellha tmur id-dar. Konsegwenza t’hekk din lanzjana baqgħet waħedha sakemm waslet in-neputija tagħha.” Peress li kien sar il-ħin, din l-anzjana talbet li tingħata tazza ilma. “Wara ftit, tara lill-infermiera ġejja, biex ngħid hekk, bi grokk ilma ġo
flixkun żgħir li normalment jintuża biex wieħed jagħmel lawrina fih meta jkollu bżonn jagħmel xi testijiet mediċi.” Il-qarrej ta’ il-mument kompla li “din l-anzjana, meta rat hekk, baqgħet iċċassata u qalet lill-infermiera, ‘iva ġo dan il-flixkun ġibtli l-ilma?’ Ir-risposta kienet, ‘għax m’għandniex tazzi’.”
media•link COMMUNICATIONS