Manifest Elettorali Elezzjonijiet Parlament Ewropew 24 ta’ Mejju 2014
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
2
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Daħla F’sena ta’ Gvern Laburista, l-istil tal-politiku f’pajjiżna nbidel. Iżda mar għall-aħjar jew għall-agħar? Jiena nemmen li l-politika għandha tkun mibnija fuq l-onestà, fuq il-verità u fuq l-umiltà. Fuq il-prinċipji u l-valuri. Fuq dak li hu sewwa. Il-politika qiegħda hemm biex isservi lin-nies, mhux biex tisserva bihom. Il-politika mhix hemm għall-gwadann tal-partit imma għall-interess tal-pajjiż. U tal-poplu Malti u Għawdxi. Sena ilu, jien ħadt it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u erġajt bdejt nibni l-partit mill-ġdid, flimkien ma’ tim ġdid ta’ tmexxija. Għadni fil-bidu tal-proġett tiegħi li nerġa’ nwassal lill-partit biex iqum fuq saqajh u jirbaħ il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi mill-ġdid. Ma nippretendix li f’sena biss il-Partit Nazzjonalista se jdawwar ir-riżultat. Irrid li l-partit isir mill-ġdid il-Partit tan-Nies, partit li jisma’ mingħand in-nies u li jifhem fejn żbalja. Partit li miegħu tkun taf fejn qiegħed anki meta ma taqbilx miegħu. Partit li ma jbigħx il-prinċipji tiegħu. Li ma jixtrix lin-nies.
U li ma jbigħx lilek. Li ma jużakx u jarmik. Partit li ma jippretendix li għandu dritt għall-vot tiegħek imma li, b’umiltà, jistinka biex jirbaħ il-fiduċja tiegħek. Partit li jkun il-vuċi tiegħek. Partit li jkun it-tarka tiegħek. Sena waħda mhix biżżejjed biex lill-Partit Nazzjonalista nwasslu fejn nixtieq jien. Iżda sena waħda hija biżżejjed biex int tinduna li l-Partit Laburista mhux qed jimxi sew. Int taf li Malta jixirqilha aħjar. Jiena rrid Malta Aħjar. Jekk taqbel miegħi, nhar is-Sibt, 24 ta’ Mejju tkellem bil-vot tiegħek.
Simon Busuttil Kap tal-Partit Nazzjonalista
3
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
X’inhu x-xogħol tal-Membri tal-Parlament Ewropew? Ix-xogħol tal-Membru tal-Parlament Ewropew hu li jirrappreżenta u jsemma’ leħnek fil-Parlament Ewropew u jieħu sehem fil-ħidma tal-Parlament, b’mod partikolari fit-tfassil tal-liġijiet u d-deċiżjonijiet Ewropej. Ħidma tajba fil-Parlament Ewropew minn Deputat Malti tagħti wkoll isem tajjeb lil pajjiżna. Kull xahar, il-Parlament Ewropew jiltaqa’ f’sessjoni plenarja fejn il-Membri kollha jkunu preżenti u jkollhom l-opportunità li jiddiskutu u japprovaw il-liġijiet Ewropej. Però ħafna mix-xogħol isir qabel, f’xi wieħed jew ieħor mill-għoxrin Kumitat Parlamentari fejn il-Membri jagħmlu ħilithom biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet fi stadju bikri. Il-Kumitati Parlamentari l-aktar importanti huma dak dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), dak dwar il-Baġit (BUDG), il-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern (LIBE), il-Kumitat tas-Suq Intern u Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) u l-Kumitat tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel (ENVI). 4
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Il-Partit Nazzjonalista dejjem poġġa lill-Membri eletti f’ismu fl-aktar kumitati importanti biex ikunu fl-aħjar pożizzjoni li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament. Rwol importanti huwa dak ta’ rapporteur, fejn Membru tal-Parlament Ewropew jiġi magħzul biex imexxi hu l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fuq liġi speċifika u jagħmel dan permezz ta’ rapport li jħejji sabiex jiġi diskuss u adottat mill-Parlament kollu, kif ukoll permezz ta’ negozjati f’isem il-Parlament mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Kunsill tal-Ministri. Dan huwa rwol importanti u jpoġġi lill-Membru f’pożizzjoni ta’ influwenza kbira fuq x’se jiddeċiedi l-Parlament. Il-Membri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista kellhom bosta responsabbiltajiet ta’ dan it-tip matul is-snin u għaldaqstant influwenzaw direttament bosta deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Parlament. Il-Membri jistgħu wkoll jippreżentaw mistoqsijiet parlamentari sabiex l-istituzzjonijiet Ewropej jagħtu aktar informazzjoni fuq suġġett partikolari jew sabiex tinġibed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej fuq kwistjonijiet partikolari, sabiex tittieħed
azzjoni. Il-Membri Nazzjonalisti kienu minn dejjem l-aktar membri li ppreżentaw mistoqsijiet parlamentari li kienu ta’ interess dirett għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Fuq kollox wieħed mill-akbar rwoli li għandu Membru tal-Parlament Ewropew huwa li jkun attiv fil-Parlament b’tali mod li jgawdi r-rispett tal-Membri l-oħrajn u tal-Istituzzjoni kollha. Fid-dawl tad-daqs tad-delegazzjoni Maltija, Membru Malti jista’ jagħmel l-aktar differenza jekk ikun attiv u jekk ikun rispettat. Il-Parlament Ewropew iservi l-interessi tiegħek sew jekk hemm persuni rispettati li jafu jaħdmu f’din l-istituzzjoni u li tassew huma konvinti mill-Unjoni Ewropea. Għax kif tista’ tinfluwenza xi ħaġa jekk m’intix konvint minnha? Huwa għalhekk importanti li fl-elezzjoni li ġejja nagħżlu nies ta’ kalibru u li huma konvinti biex jirrappreżentawna. Il-Membri Nazzjonalisti minn dejjem kienu l-aktar ħabrieka fil-Parlament Ewropew u fil-fatt, minkejja li kienu tnejn biss minn sitta, sena wara sena rnexxielhom jagħtu aktar riżultati mill-erba’ Membri Laburisti f’daqqa. Dan joħroġ minn statistika pubblika. 5
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
6
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Kif jista’ ċ-ċittadin juża lill-Ewroparlamentari? Il-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni Ewropea fejn il-membri jiġu eletti direttament mill-poplu. Għaldaqstant, huwa naturali li l-Membri tal-Parlament Ewropew ikunu viċin iċ-ċittadini Ewropej. Fil-fatt, apparti x-xogħol tagħhom fi Brussell u fi Strasburgu, il-Membri jqattgħu wkoll ħin fil-kostitwenza tagħhom, jiġifieri f’Malta u Għawdex, sabiex ikunu viċin iċ-ċittadini li jirrappreżentaw.
Huwa importanti li f’Mejju li ġej jintgħażlu membri li jkunu lesti li jagħtuk vuċi fl-Ewropa u li jkunu tarka għad-drittijiet tiegħek fil-Parlament Ewropew. Il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista lesti li jagħmlu dan u jitkellmu għall-interessi tiegħek fil-Parlament Ewropew.
Bis-saħħa tal-Ewroparlamentari Nazzjonalisti, fil-leġiżlatura li għaddiet, leħen il-Maltin issemma’ fil-Parlament Ewropew fuq diversi oqsma, fosthom dwar l-immigrazzjoni, dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza li wassal għal tibdil fl-iskema, kif ukoll dwar il-pjani tal-Gvern li jankra tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
7
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
8
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Il-Partit Popolari Ewropew Il-Membri tal-Partit Nazzjonalista li jiġu eletti fil-Parlament Ewropew jiffurmaw parti mill-partit Ewropew li l-PN huwa membru tiegħu, il-Partit Popolari Ewropew. Il-grupp tal-Partit Popolari Ewropew jgħaqqad fi ħdanu l-partiti taċ-ċentru u taċ-ċentru lemin talpajjiżi tal-Unjoni Ewropea, bħall-Partit Nazzjonalista. L-għan politiku tal-Partit Popolari Ewropew huwa li jmexxi ’l quddiem il-mira ta’ Ewropa aktar magħquda, aktar demokratika, aktar kompetittiva u aktar viċin iċ-ċittadini Ewropej. Il-PPE kien l-ewwel partit li ġie ffurmat fuq livell Ewropew u bħalissa huwa wkoll
l-akbar forza politika fil-Parlament Ewropew. Fil-fatt fil-leġiżlatura li spiċċat issa l-Partit Popolari Ewropew kellu l-akbar numru ta’ Membri (265), fosthom it-tnejn mill-PN. Il-Partit Popolari Ewropew ilu l-akbar forza politika fil-Parlament Ewropew mill1999. Dan ifisser li l-PPE huwa forza politika ewlenija fl-Unjoni Ewropea u huwa influwenti immens fit-teħid taddeċiżjonijiet. Tiġi waħedha allura li Malta għandu jkollha kemm jista’ jkun membri Maltin fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew sabiex inkunu aktar influwenti fl-Ewropa.
Il-President talKummissjoni Ewropea Għall-ewwel darba, il-vot għallelezzjoni tal-Parlament Ewropew se jeffettwa min se jiġi elett bħala President ġdid tal-Kummissjoni Ewropea. Fil-fatt, it-Trattat talUnjoni Ewropea jgħid li l-President tal-Kummissjoni Ewropea għandu jintgħażel skont min ikun rebaħ l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Jekk il-Partit Popolari Ewropew jirbaħ l-elezzjoni u jkun l-akbar forza politika fil-Parlament Ewropew allura l-President tal-Kummissjoni Ewropea jkun Jean-Claude Juncker.
Juncker huwa eks Prim Ministru talLussemburgu, l-iżgħar pajjiż tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ Malta u kien ilu Prim Ministru ta’ pajjiżu għal kważi għoxrin sena. Għandu esperjenza vasta fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u huwa ħabib sew ta’ Malta għaliex ħadem direttament u personalment kemm mal-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami, kif ukoll mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.
9
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
10
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Malta Aħjar
Pajjiżna din is-sena jagħlaq ħamsin sena indipendenti. Tul dawn issnin pajjiżna kiber ekonomikament, żviluppa politikament u stabbilixxa ruħu bħala pajjiż rispettat. Pajjiżna għamel progress kbir u r-raġuni prinċipali wara dan il-progress kienet il-poplu Malti. Kull meta l-poplu ngħata l-ispazju biex jiżviluppa l-ħiliet tiegħu, rajna l-ġid fil-pajjiż jitkattar. Tul dawn is-snin kien hemm żmien meta mhux kull Malti kellu l-istess opportunitajiet. Kien hemm żmien meta kien aktar importanti lil min taf milli x’taf. Dan huwa ħażin. Ilprogress veru jseħħ meta l-pajjiż juża kull talent li għandu. Il-progress veru jiġi meta s-sistema tal-gvern tgħin u mhux tfixkel li kull min għandu kontribut x’joffri. Il-progress veru jiġi meta l-opportunitajiet ikunu tabilħaqq l-istess għal kulħadd.
Sejrin lura lejn dak iż-żmien meta għal uħud jinfetħu l-bibien kollha, filwaqt li oħrajn li huma aktar kapaċi jsibu biss bibien magħluqin f’wiċċhom. Terġa’, tal-qalba jgawdu minn xogħol u pożizzjonijiet imħallsa minn flus ilpoplu. Barra minn hekk, qed naraw l-ambjent demokratiku li bnejna fis-snin li għaddew, u li sar parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum, jitherra bil-mod ilmod. L-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet, li huma l-pilastri tal-pajjiż, qed jaqgħu lura hekk kif il-Gvern ħataf il-kontroll politiku tagħhom u poġġa fihom nies li lesti jservu lill-Gvern Laburista u lil ħadd aktar – għaliex il-kariga tagħhom jafuha lill-Gvern Laburista. Dan qed iwassal biex, meta jiġu biex jiddeċiedu bejn il-lealtà tagħhom lejk jew il-lealtà tagħhom lejn il-Gvern Laburista, dawn in-nies qed jagħżlu lill-Gvern flok iservu lilek.
Hija sfortuna li llum f’pajjiżna reġgħet feġġet l-idea li timxi mhux skont kemm taf imma skont lil min taf. 11
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
F’każ wara ieħor, qegħdin naraw, pereżempju, il-Kummissarju tal-Pulizija jieħu direzzjoni politika mill-Gvern flok iservi l-interessi tiegħek. U meta kien hemm il-kwistjoni tat-tanker tal-gass, kemm il-MEPA kif ukoll l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għażlu dak li ried il-Gvern minflok l-interessi tar-residenti ta’ Marsaxlokk u ta’ Birżebbuġa. Reġgħet dieħla l-idea li l-Gvern jista’ jirrombla minn fuq kulħadd, li ma jikkonsultax u li jista’ jagħmel sarima ma’ ħalq kull min ma jaqbilx miegħu, inkluż l-Oppożizzjoni. Reġgħet dieħla l-attitudni li kull min jikkritika l-Gvern huwa “negattiv” jew qiegħed imur kontra “l-interess nazzjonali”. Reġgħet dieħla d-drawwa li trid tmur titkellem mal-politiku biex tinqeda. Dan kollu jmur kontra l-valuri taddemokrazija vera, imur kontra l-valuri Ewropej u jmur kontra wkoll dak li kien wiegħed il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni. Dan kollu qed jitfa’ lil Malta snin lura flok ’il quddiem. Il-poplu jistenna li jieħu dak li huwa tiegħu bi dritt u mhux bi pjaċir. Jistenna serjetà fit-tmexxija tal-pajjiż u fis-servizzi pubbliċi. Jippretendi li l-liġi u r-regolamenti jkunu l-istess għal 12
kulħadd u mhux jgħoddu għalik imma mhux għal tal-qalba. Dawn huma l-valuri Ewropej. Il-poplu għaraf dan u ra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea bħala mezz biex jissalvagwardja d-drittijiet tiegħu. Aħna nemmnu li kull bniedem għandu l-kapaċitajiet tiegħu. Is-soċjetà, il-pajjiż u l-Unjoni Ewropea għandhom jgħinuk tiżviluppa l-ħiliet u l-kapaċitajiet tiegħek mingħajr ma trid toqgħod tittallab għal pjaċir jew mingħajr m’għandek għalfejn tkun tal-qalba.
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
L-Impenn Tagħna Għaldaqstant, il-Membri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew se jaħdmu sabiex: L-Unjoni Ewropea tkompli tgħin fl-iżvilupp nazzjonali, ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna.
L-Unjoni Ewropea tagħraf iżjed l-importanza tad-dimensjoni soċjali fit-twettiq tal-politika tagħha.
Id-demokrazija f’pajjiżna tissaħħaħ billi fost affarijiet oħra tiġi assigurata l-indipendenza tal-awtoritajiet u istituzzjonijiet pubbliċi li qegħdin hemm biex iħarsu d-drittijiet tiegħek.
Isemmgħu l-vuċi tiegħek fl-Ewropa u jaraw li l-Parlament Ewropew ikun tarka għad-drittijiet tiegħek.
Jiġġieldu għad-drittijiet ta’ kull min iħossu trattat ħażin jew diskriminat mill-Gvern għax mhux tal-qalba u għal kull min qiegħed jiġġieled għal dak li hu tiegħu bi dritt.
Isemmgħu l-vuċi tiegħek fuq kwistjonijiet, bħall-immigrazzjoni irregolari, li huma ta’ interess dirett għal Malta.
Is-servizz pubbliku, inkluż il-Pulizija u l-Armata iżda anke l-awtoritajiet regolatorji, jaqdu lilek u mhux lillGvern Laburista.
13
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
14
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Xogħol Aħjar Il-Partit Nazzjonalista dejjem poġġa x-xogħol bħala l-pedament tal-politika tiegħu. Dan għaliex ix-xogħol huwa ċ-ċavetta tal-iżvilupp ta’ kull pajjiż. Mingħajr xogħol, pajjiżna ma jistax jinvesti fl-edukazzjoni u ma jistax ikollu servizz tas-saħħa ta’ kwalità jew sistema ta’ servizzi soċjali tajba. Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista f’kull programm elettorali jenfasizza l-bżonn li pajjiżna jkompli jiġġenera x-xogħol u xogħol ta’ kwalità aħjar. Ix-xogħol mhuwiex importanti biss għaliex jgħin fl-iżvilupp tal-pajjiż imma huwa importanti wkoll għaliex jgħin fl-iżvilupp sħiħ tal-bniedem. Ix-xogħol jagħti dinjità lill-persuna. Iżda jeħtieġ ukoll li x-xogħol ikun b’kundizzjonijiet denji lill-ħaddiema. Tul dawn l-aħħar għaxar snin, bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna akkwista opportunitajiet ġodda li qegħdin jgħinu fl-iżvilupp ta’ pajjiżna. Pajjiżna għandu jagħmel l-aħjar użu minn dawn l-opportunitajiet. Jeżistu opportunitajiet għall-pajjiż, għallindustriji u għan-negozji tagħna u anke għall-individwi.
Dawn l-opportunitajiet kienu kruċjali f’dawn l-għaxar snin biex pajjiżna jimxi ’l quddiem u jistgħu u għandhom ikunu ta’ għajnuna biex pajjiżna jibqa’ miexi u jiżviluppa. Biex dan iseħħ, irridu nassiguraw li pajjiżna jaħtaf dawn l-opportunitajiet u ma jitlifhomx. L-intrapriżi tagħna jeħtieġ ikunu jafu x’opportunitajiet jeżistu u għandhom jingħataw kull għajnuna sabiex jiksbu dawn l-opportunitajiet. L-Unjoni Ewropea, hekk kif seħħ tul dawn l-aħħar għaxar snin, għandha tibqa’ l-mutur għall-avvanz ekonomiku ta’ pajjiżna. Biex dan iseħħ, huwa importanti li l-ekonomija Ewropea tissaħħaħ. Huwa importanti wkoll li l-Ewropa tibqa’ magħquda, li l-Ewropa tibqa’ temmen u tipprattika l-valuri tassolidarjetà u ta’ intrapriża ħielsa. Il-Partit Nazzjonalista jaf kif jitkattar ix-xogħol u ta prova ta’ dan matul iż-żmien. It-turiżmu kabbru sena wara sena. Malta saret ċentru internazzjonali għas-servizzi finanzjarji. Pajjiżna żviluppa industriji ġodda bħal dawk tal-iGaming, tal-IT, gaming u tal-manutenzjoni fl-avjazzjoni. 15
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
Anke waqt l-agħar kriżi finanzjarja u ekonomika, pajjiżna baqa’ javvanza ekonomikament u joħloq ix-xogħol. Min-naħa l-oħra, f’sena ta’ Gvern Laburista nħoloq il-qgħad flok inħoloq ix-xogħol u l-qgħad tela’ b’aktar minn 540. Terġa’, li kieku mhux għax iddaħħlu aktar minn elf ruħ jaħdmu mal-Gvern, il-qgħad kien jitla’ ferm u ferm aktar. Il-Partit Nazzjonalista jaf jagħmel użu tajjeb mill-fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex ikattar ix-xogħol f’pajjiżna. Saru bosta proġetti li tejbu l-infrastruttura tal-pajjiż u li għenu lil intrapriżi Maltin jiżviluppaw prodotti u jidħlu fi swieq ġodda. Min-naħa l-oħra, il-Gvern Laburista għadu jkaxkar saqajh u għadu ma bediex juża l-fondi mill-Ewropa. Dan qiegħed iġib inċertezza fis-settur privat u qed jagħmilha iżjed diffiċli sabiex il-Gvern juża l-flus li kien innegozja l-Gvern Nazzjonalista. Dawn il-fondi jistgħu u għandhom jintużaw biex jitkattru l-postijiet tax-xogħol. F’pajjiżna qegħdin naraw għal darb’oħra n-numru ta’ persuni jfittxu x-xogħol jiżdied. Qegħdin naraw l-importazzjoni u l-esportazzjoni 16
jonqsu. Qegħdin naraw il-produzzjoni industrijali tonqos. Il-bejgħ millħwienet qed jonqos ukoll. Dawn huma kollha sinjali inkwetanti. Fl-istess ħin, qegħdin naraw ukoll żieda fin-numru ta’ ħaddiema tal-Gvern, li jfisser li l-ispiża tal-Gvern qiegħda tiżdied. Dan itellef ukoll il-kompetittività ta’ pajjiżna. S’issa, is-sitwazzjoni ekonomika mhix waħda allarmanti u kellu bżonn tkun tajba. Iżda jekk taħrab minn idejn il-Gvern, pajjiżna jista’ faċilment jiffaċċja d-diffikultajiet u aktar familji jitilfu l-għajxien tagħhom. Pajjiżna jrid jagħmel l-aħjar użu minn kull opportunità sabiex jitkattar ix-xogħol, inkluż billi ngħinu lin-negozji tagħna jaħtfu l-opportunitajiet tas-suq Ewropew u tas-swieq internazzjonali u billi nużaw il-fondi tal-Unjoni Ewropea b’mod tajjeb. L-Unjoni Ewropeja għandha ssostni l-ħidma ekonomika fil-pajjiżi membri billi tassigura li jissaħħaħ u jinfetaħ aktar is-suq ħieles, b’rispett dejjem lejn id-drittijiet soċjali. Il-Partit Nazzjonalista jemmen, kif jemmen ilPartit Popolari Ewropej, li l-ekonomija trid taħdem għaċ-ċittadin u mhux bil-kontra.
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
L-Impenn Tagħna Għaldaqstant, il-Membri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew se jaħdmu sabiex: L-Unjoni Ewropea taħdem aktar favur l-interessi tan-negozji żgħar u medji li huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea. L-Unjoni Ewropea tagħraf aħjar l-interessi tal-pajjiżi membri żgħar u stati gżejjer meta jkunu qegħdin jitfasslu programmi u pjani ekonomiċi. Pajjiżna jibqa’ jkun kompetittiv billi nassiguraw li kull inizjattiva li tittieħed fuq livell Ewropew ma ttellef xejn, anzi ssaħħaħ, il-kompetittività talekonomija tagħna, partikolarment issettur turistiku, finanzjarju u ta’ setturi ġodda bħall-iGaming.
Pajjiżna jagħmel l-aħjar użu mill-fondi li kiseb mill-Unjoni Ewropea u fondi oħra Ewropej intiżi sabiex ikattru l-kompetittività tal-industriji u tannegozji. Malta tgawdi iżjed minn fondi ta’ edukazzjoni u taħriġ li jeżistu għallħaddiema u l-istudenti. Id-drittijiet soċjali tal-ħaddiema jibqgħu jiġu mħarsa.
Pajjiżna jkun jista’ jfittex setturi ġodda biex l-ekonomija Maltija tibqa’ tiġi diversifikata aktar u jitkattar aktar xogħol.
17
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
18
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Ambjent Aħjar L-iżvilupp veru ma jiġix biss minn progress ekonomiku. Biex pajjiż jiżviluppa b’mod sostenibbli jrid itejjeb ukoll l-ambjent. L-Unjoni Ewropea tisħaq ħafna fuq il-bżonn li l-pajjiżi membri jħarsu u jipproteġu l-ambjent. L-Unjoni Ewropea għandha obbligi u miri ċari fuq diversi oqsma ambjentali. Dawn l-obbligi qegħdin iġibu titjib ambjentali kbir madwar l-Ewropa. Pereżempju, l-Unjoni Ewropea hija minn ta’ quddiem fl-isforzi globali li qegħdin isiru biex jitwaqqaf l-effett serra li qiegħed iwassal għal bdil fil-klima. Għalhekk huwa fl-interess ta’ pajjiżna li nkunu fuq quddiem nett biex jonqos l-użu tal-gassijiet u kimiċi li qegħdin jikkawżaw il-bdil fil-klima. Huwa fl-interess ta’ pajjiżna li nippromwovu l-użu ta’ enerġija rinnovabbli, enerġija li tiġi mixxemx, mir-riħ u mill-baħar. Hemm bżonn li jsir aktar investiment firriċerka, partikolarment fir-riċerka ta’ teknoloġija dwar enerġija mill-kurrenti f’qiegħ il-baħar. Din ir-riċerka taf tkun ta’ benefiċċju kbir għal pajjiżna.
Matul dawn l-għaxar snin, pajjiżna għamel qabżiet kbar ta’ kwalità filqasam ambjentali. Stajna nagħmlu dan permezz tal-fondi li pajjiżna kiseb mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-fondi ntużaw sabiex saru proġetti infrastrutturali kbar. Bis-saħħa ta’ dan l-investiment, il-kwalità tal-ilma baħar tagħna hija fost l-aqwa fil-Mediterran. Pajjiżna beda jimmaniġġja l-iskart aħjar permezz ta’ impjanti tar-riċiklaġġ. Ingħalqet il-miżbla tal-Magħtab. Beda jitwettaq il-proġett tal-interconnector li se jwassal biex tingħalaq il-power station tal-Marsa. Saru wkoll numru ta’ proġetti ta’ tisbiħ bħall-proġetti tar-restawr tas-swar, proġetti ta’ promenades, proġetti ta’ tisbiħ ta’ pjazez u zoni pedonali. Intużaw fondi wkoll sabiex negozji u familji jinvestu f’pannelli fotovoltajċi u b’hekk pajjiżna beda juża enerġija alternattiva.
19
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
Il-ħidma favur l-ambjent trid tkompli. Il-Partit Nazzjonalista, anke millOppożizzjoni, se jkompli jaħdem sabiex pajjiżna u l-Unjoni Ewropea jilħqu l-miri ambjentali tagħhom. Il-Gvern Laburista ftit li xejn qiegħed juri sensittività lejn l-ambjent. Jidher ċar li hemm nuqqas ta’ interess kbir fl-ambjent fil-mod kif qegħdin jittieħdu d-deċiżjonijiet. Eżempju ċar huwa d-deċiżjoni tal-Gvern li jankra tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk minkejja opinjonijiet ta’ espert wara ieħor li qalu li hemm ir-riskju li jseħħ inċident, li jikkawża diżastru. Huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ħadem kemm fuq bażi lokali kif ukoll fuq livell Ewropew biex jassigura li l-Gvern jagħmel l-istudji kollha li hemm bżonn qabel ipoġġi dan ilperiklu fuq l-għatba tar-residenti ta’ Marsaxlokk, Marsaskala u Birżebbuġa. L-Oppożizzjoni trid tkun it-tarka talambjent Malti u ma tħallix lill-Gvern Laburista jinjora l-aspett ambjentali fil-ħidma tiegħu.
20
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
L-Impenn Tagħna Għaldaqstant, il-Membri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew se jaħdmu sabiex: L-Unjoni Ewropea tibqa’ tarka favur l-ambjent u tarka li tipproteġi liċċittadini meta l-istandards ambjentali f’pajjiżna ma jiġux rispettati. L-Unjoni Ewropea tinvesti aktar fi proġetti ta’ riċerka favur l-ambjent, partikularment fuq riċerka dwar enerġija rinnovabbli. Pajjiżna jagħmel l-aħjar użu millfondi Ewropej sabiex jitjieb l-ambjent f’pajjiżna. L-Unjoni Ewropea tinvesti aktar fi proġetti u pjani li għandhom impatt pożittiv fuq l-ambjent, fosthom il-proġett tal-pipeline tal-gass li se jassigura li kull pajjiż membru talUnjoni Ewropea jkollu aċċess għallprovvista ta’ gass.
Il-familji u intrapriżi Maltin ikollom aċċess aħjar għall-fondi li jgħinuhom jieħdu inizjattivi favur l-ambjent bħalma sar fil-każ tal-skemi talpannelli fotovoltajċi. Jaraw li pajjiżna jkompli jlaħħaq malparametri u livelli ambjentali maqbula mal-Unjoni Ewropea u dan sabiex ilkoll ikunu nistgħu ngħixu livell ta’ ħajja aħjar. Jiddefendu lil kull ċittadin Malti li jkollu lment ġustifikat marbut mal-qasam ambjentali. Fejn u jekk ikun hemm bżonn, lesti niddefendu liċ-ċittadini Maltin fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
21
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
22
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Pajjiżna Stmat u Rispettat Is-suċċess ta’ pajjiżna jiddependi ħafna fuq ir-reputazzjoni li ngawdu ma’ sħabna l-membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-kumplament tad-dinja. Matul dawn l-aħħar snin pajjiżna rnexxielu jibni reputazzjoni tajba bħala pajjiż stabbli, sigur, b’ekonomija b’saħħitha u b’servizzi ta’ saħħa u sistemi ta’ servizzi soċjali tal-ogħla kwalità. Din ir-reputazzjoni kompliet tissaħħaħ waqt il-kriżi tal-Libja meta pajjiżna kellu rwol ewlieni fil-ħarsien tal-ħajja tal-ħaddiema barranin li nqabdu fil-Libja waqt ir-rivoluzzjoni. Hija ħasra li din ir-reputazzjoni bdiet tixxellef minħabba l-attitudni u l-politika żbaljata tal-Gvern Laburista dwar l-Unjoni Ewropea. Hekk ġara, pereżempju, meta l-Prim Ministru nfexx jgħajjar lill-Unjoni Ewropea fuq kwistjonijiet bħall-immigrazzjoni bħallikieku bl-insulti u t-tgħajjir se jasal aktar malajr. Hekk ġara meta l-Prim Ministru ried jibgħat lura b’mod immedjat immigranti irregolari li kienu għadhom kif waslu Malta b’theddida
ċara għal ħajjithom u twaqqaf biss mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Hekk ġara bil-mod kif il-Gvern ħareġ bl-iskema ta’ bejgħ ta’ ċittadinanza li waqqgħet isem pajjiżna għar-ridikolu madwar id-dinja. Anke l-membri parlamentari Soċjalisti Ewropej, sħab il-Partit Laburista Malti, ivvutaw kontra l-proposta tal-gvern Malti li jbigħ iċ-ċittadinanza u qalu li dan imur kontra l-valuri Ewropej. Dan wassal biex il-Gvern Laburista kellu jibdel għal darba, darbtejn, tlieta u erba’ darbiet l-iskema li ħoloq sakemm fl-aħħar ġabha żewġ. Malta jixirqilha aħjar minn hekk. Isem Malta għandu jgawdi dejjem l-ogħla rispett. Dan ma jseħħx jekk il-Gvern Malti jinnegozja b’theddid minflok b’argumenti sodi.
23
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
Pajjiżna jrid irawwem l-aħjar relazzjonijiet mal-pajjiżi membri, relazzjonijiet ibbażati fuq rispett reċiproku. Dan ir-rispett jgħinna nwasslu b’mod iżjed ċar u qawwi l-pożizzjoni tagħna fuq kwistjonijiet ta’ interess għal pajjiżna. L-Unjoni Ewropea mhix suq fejn min jgħajjat l-aktar jirbaħ. L-Unjoni Ewropea mhix ‘huma’, iżda hija ‘aħna’. Il-ħidma tal-Membri Maltin talParlament Ewropew trid tibda minn Malta, permezz ta’ djalogu kontinwu mal-imsieħba soċjali u ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Ma jistax ikun hemm rappreżentanza effettiva mingħajr din il-konsultazzjoni. Din ilkonsultazzjoni hija l-bażi li fuqha jridu jibnu l-pożizzjonijiet li jieħdu fil-ħidma tagħhom fl-istituzzjonijiet Ewropej.
24
Il-Partit Nazzjonalista mhux talli dejjem kien il-partit favur l-Unjoni Ewropea, talli kien il-partit li ħadem sabiex isem Malta jikber fl-Ewropa u sabiex pajjiżna jkun stmat u rispettat. Jekk dan għamilnieh b’żewġ Membri Nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew, kemm nistgħu nagħmluh aktar bi tlieta.
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
L-Impenn Tagħna Għaldaqstant, il-Membri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew se jaħdmu sabiex: Jaħdmu favur l-interess nazzjonali, l-interess taċ-ċittadini Maltin u talintrapriżi Maltin mingħajr ebda biża’ jew favur u bi trasparenza sħiħa. Jassiguraw li l-istituzzjonijiet Ewropej, inkluż il-Parlament Ewropew, ikunu aktar sensittivi u proattivi fuq materji li jikkonċernaw il-Mediterran. Ikun hemm iżjed għarfien taddiffikultajiet li qegħdin jiffaċċjaw pajjiżi li qegħdin fil-fruntiera talEwropa u li jiffaċċjaw il-problema tal-immigrazzjoni irregolari, u li dan l-għarfien jissarraf fi qsim aħjar tarresponsabbiltà.
Il-Membri Parlamentari eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista jżommu djalogu regolari mal-korpi kostitwiti u mattrade unions, kif ukoll mal-għaqdiet tas-soċjetà ċivili u b’mod partikulari mal-membri Maltin tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u talKumitat tar-Reġjuni. Fuq kollox, jaħdmu bil-forza tar-raġuni u mhux bit-theddid li ma jwassal għal xejn ħlief li l-pajjiż jiġi iżolat.
25
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
26
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Il-Programm Elettorali tal-Partit Popolari Ewropew Fil-Parlament Ewropew, il-Partit Nazzjonalista jifforma parti mill-Partit Popolari Ewropew (PPE). Dan il-grupp iħaddan l-istess valuri u ideali li għandu l-Partit Nazzjonalista. Aktar kmieni din is-sena, il-Partit Popolari Ewropew ħareġ il-manifest elettorali tiegħu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, dokument li huwa frott il-ħidma tal-partiti li qegħdin fi ħdan dan il-grupp, fosthom il-Partit Nazzjonalista. Dan il-manifest jelenka l-punti li se jkun qiegħed
jaħdem fuqhom il-grupp tal-PPE filParlament Ewropew fil-ħames snin li ġejjin. Bħala partit li jifforma parti minn dan il-grupp, il-membri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista se jkunu qegħdin jaħdmu sabiex jitwettaq dan il-programm ta’ ħidma.
Dawn huma, fil-qosor, l-impenji li qed jagħmel il-Partit Popolari Ewropew fil-programm tiegħu: Minn fejn ġejna u fejn irridu mmorru
Noħolqu Ewropa aħjar għaċ-ċittadini kollha
Il-PPE jemmen li l-ewro hija munita b’saħħitha li tassigura stabbiltà politika u tagħmilna aktar kompetittivi fuq livell globali.
Il-PPE jrid Unjoni Ewropea li tingħaqad biex tegħleb il-problemi l-kbar u li tħalli l-problemi ż-żgħar fir-responsabbiltà tal-pajjiżi membri individwali.
Il-PPE se jirriforma s-swieq finanzjarji b’mod li l-banek kollha jsegwu l-istess regoli, waqt li nfittxu li globalment ikun hawn qafas regolatorju aħjar għasswieq finanzjarji.
Il-PPE jemmen li għandna naħdmu għal Ewropa li hija aktar demokratika, aktar trasparenti u li tirrispondi aħjar għall-ħtiġiet taċ-ċittadini.
27
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
Mir-riformi għat-tkabbir Il-PPE joħloq kundizzjonijiet li jiffavorixxu n-negozji żgħar u ta’ daqs medju, intrapriżi ta’ familji, negoziji li għadhom jibdew u imprendituri fosthom billi jiffavorixxi r-riċerka u l-iżvilupp, investiment privat u aċċess aħjar għal self. Il-PPE jinvesti fl-edukazzjoni, riċerka u teknoloġija li twassal għallinnovazzjoni, ideat ġodda u ekonomija aktar kompetittiva bbażata fuq l-għarfien u servizzi diġitali ġodda.
Nibnu ekonomija bbażata fuq il-prinċipji tas-suq ħieles u b’impenn soċjali biex nagħqdu l-libertà mas-solidarjetà Il-PPE joħloq bilanċ bejn il-prinċipji tal-libertà u s-solidarjetà. Il-PPE se jaħdem favur suq tal-enerġija Ewropew u jinvesti f’teknoloġiji b’livelli baxxi ta’ karbonju.
Moviment taċ-ċittadini Ewropej fl-Ewropa Il-PPE jqis il-mobilità bħala dritt assolut li jagħti benefiċċji kbar lill-poplu, lillintrapriżi u lill-ekonomija u l-libertà liċ-ċittadini biex jaħdmu f’pajjiżhom u f’pajjiżi barranin. Kontroll fuq l-immigrazzjoni sabiex inħarsu s-sigurtà interna. Il-PPE jesiġi aktar koperazzjoni bejn ilmembri tal-Unjoni Ewropea fil-ħarsien tal-fruntieri, biex b’hekk tintwera aktar solidarjetà mal-pajjiżi li qegħdin jiffaċċjaw l-influss tal-immigranti.
Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata Il-PPE se jkun fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità.
Nassiguraw li l-protezzjoni tad-data ssir dritt uman Il-PPE jikkommetti ruħu li jsaħħaħ id-dritt tal-privatezza taċ-ċittadin billi jipproteġi d-data personali.
28
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Nippromwovu l-paċi u l-istabbiltà f’dinja globalizzata Il-PPE jsaħħaħ il-politika Barranija, tasSigurtà u tad-Difiża Ewropea – sabiex jassigura li l-Ewropa tkun tista’ taġixxi aħjar fid-dinja.
Inkunu prudenti fuq ittkabbir tal-Unjoni Ewropea Il-PPE jaqbel ma’ tkabbir aktar għaqli li jħares l-identità tal-Unjoni Ewropea u li jqis l-abbiltà tal-Unjoni Ewropea li tintegra membri ġodda.
Nibnu relazzjoni mibnija fuq fiduċja mal-Istati Uniti Il-PPE jilqa’ n-negozjati dwar ilkummerċ li qegħdin isiru mal-Istati Uniti sakemm dawn in-negozjati jipproteġu l-istandards għolja Ewropej u li elementi importanti tal-identità Ewropea jiġu mħarsa.
Nagħmlu l-politika ta’ żvilupp tagħna aktar effettiva Il-PPE jrid politika ta’ żvilupp effettiva, b’responsabbiltajiet ċari li tnaqqas il-faqar u li hija bbażata fuq il-prinċipji tas-suq ħieles u soċjali.
Nifirxu d-demokrazija u d-dritt tas-saltna fost il-ġirien tagħna Il-PPE jaħdem sabiex l-Unjoni Ewropea tkun imdawra b’pajjiżi demokratiċi, stabbli u li jgawdu minn progress.
29
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
It-team tal-Partit Nazzjonalista
Ray Bugeja e rbugeja@pn.org.mt 30
Imwieled Tas-Sliema, ta’ 21 sena mar jgħix barra. Għex u ħadem għal 32 sena fl-Ewropa u għal sitt snin fl-Amerika t’Isfel u fl-Asja, f’Londra, Buenos Aires, Hong Kong u Milan. Ħadem ma’ Reuters u UBS. Fl-1999 waqqaf flimkien ma’ kollegi tal-UBS organizzazzjoni tal-investment management. Huwa Chartered Certified Accountant, għandu MBA u qiegħed fil-fażi finali biex jikseb Dottorat fil-Business Administration. Huwa Chartered Fellow tas-Securities and Investment Institute u Fellow tal-Institute of Directors. Minn meta ġie lura Malta fl-2010 ħadem u qiegħed jaħdem fi ħdan il-Partit Nazzjonalista f’diversi rwoli. Huwa membru elett tal-Kumitat Eżekuttiv u f’Jannar laqa’ s-sejħa sabiex jikkandida ruħu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
David Casa e dcasa@pn.org.mt
David Casa kien il-konsulent u l-assistent personali tal-Professur Guido de Marco meta kien Ministru talAffarijiet Barranin. Fl-1999 ħadem bħala koordinatur interministerjali għall-kwistjonijiet tal-UE. Kien membru tal-Kunsill tas-CMTU u tal-Kumitat tal-Union talBankiera. Bħala fundatur u Segretarju tal-Moviment IVA Malta fl-Ewropa, ħadem fil-kampanja favur id-dħul ta’ Malta fl-UE. Fl-2004 kien elett Membru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista. Fl-ewwel ħames snin kien rapporteur għal żewg rapporti sensittivi ħafna, jiġifieri l-Fond Ewropew għas-Sajd u l-adozzjoni tal-munita ewro mis-Slovakkja. Fl-2009 reġa’ ġie elett u ħadem fuq diversi rapporti ta’ importanza fosthom dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u dak dwar il-futur tal-VAT. 31
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
Therese Comodini Cachia e tcomodinicachia@pn.org.mt
Kevin Cutajar e kcutajar@pn.org.mt
Helga Ellul e hellul@pn.org.mt 32
Bħala avukat tirrappreżenta vittmi ta’ ksur ta’ drittijiet u ta’ abbuż ta’ poter quddiem il-Qrati Malta u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Kisbet deċiżjonijiet importanti li kellhom effett ġenerali kif ukoll fuq il-ħajja tal-individwi. Hija lecturer f’Malta u barra minn Malta. Chairperson tal-Human Rights Programme fl-Università. Inħatret fuq diversi networks Ewropej biex tħejji rapporti fuq kwistjonijiet soċjali u drittijiet fundamentali u kkontribwiet għal diversi pubblikazzjonijiet tal-Fundamental Rights Agency tal-UE. Fl-2008 hija ngħatat żewġ premjijiet mill-Junior Chamber International bħala żagħżugħa li ddistingwiet ruħha fil-qasam tad-drittijiet umani. L-avukatura u l-involviment tagħha fl-NGOs dejjem ressquha viċin in-nies. Hija temmen li l-kuntatt dirett man-nies huwa fundamentali biex lilha jgħinha tirrappreżenta lil dawk li jfittxu l-għajnuna tagħha. Twieled, trabba u għex ix-Xagħra, Għawdex. Huwa jgħożż il-valuri u l-appoġġ li ħa mingħand il-familja, li tant għenuh biex jirnexxi fil-ħajja. Ta’ 13-il sena tilef il-vista iżda hu ħa l-ħajja bħala avventura u emmen filkapaċitajiet tiegħu li jsib is-sodisfazzjon mill-ħajja. Huwa jaħdem ma’ diversi għaqdiet tal-persuni b’diżabilità għaliex jixtieq jara l-persuni b’diżabilità jirnexxu fil-ħajja. Huwa ggradwa fil-lingwi u fil-liġi. Illum jipprattika ta’ avukat. Involva ruħu fil-politika għaliex jixtieq ikun ta’ servizz u għażel lill-Partit Nazzjonalista għaliex jemmen li dan il-partit dejjem kellu l-ideat l-aktar serji u innovattivi. Huwa kkontesta l-elezzjoni għall-kunsill lokali tax-Xagħra u dejjem ġie elett. Ikkontesta wkoll l-elezzjoni ġenerali tal-2013 u minkejja li ma ġiex elett, ġab riżultat personali li kien ta’ inkoraġġiment għalih. Minbarra li kienet il-Kap Eżekuttiv ta’ Playmobil Malta, okkupat karigi għoljin fi ħdan il-Brandstatter Group, is-sidien tal-Playmobil. Kienet Chairperson ta’ Playmobil USA. Meta Helga bdiet il-ħidma tagħha fi ħdan Playmobil Malta, il-kumpanija kellha 50 impjegat, li telgħu għal aktar minn 1,000 sa meta hi rtirat. Helga serviet bħala Deputat Chairperson tal-ETC u fuq il-Bord tal-Malta Enterpise. Hi kienet l-ewwel President talKamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, President tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani kif ukoll Gvernatur tal-MCAST filwaqt li kellha diversi rwoli f’għadd ta’ kumpaniji privati kif ukoll f’għaqdiet mhux governattivi. Fl-1994 ingħatat il-Medalja għall-Qadi tar-Repubblika bħala rikonoxximent għall-kontribut li tat lill-industrija tal-manifattura lokali. Fl-2012 Helga ngħatat il-Lifetime Achievement Award. Helga miżżewġa lil Joe Ellul u għandhom żewġt itfal.
MANIFEST ELETTORALI | MALTA AĦJAR
Stefano Mallia e smallia@pn.org.mt
Roberta Metsola e rmetsola@pn.org.mt
Kevin Plumpton e kplumpton@pn.org.mt
Stefano Mallia ilu involut fl-Unjoni Ewropea mill-1998 meta kien Viċi President tal-Moviment Ewropew u, flimkien ma’ Simon Busuttil, huwa kien ferm attiv fil-kampanja ‘IVA’ favur sħubija fl-Unjoni Ewropea. Ilħidma tiegħu fil-qasam tal-ekonomija Maltija wasslitu biex jiżviluppa l-għarfien tiegħu dwar setturi varji lokali kif ukoll jitħarreġ u jsir espert fuq il-fondi tal-UE u l-politika Ewropea tal-kummerċ. Mill-2010 sal-2013 Stefano serva bħala Viċi President u President talKamra tal-Kummerċ u l-Intrapriża. F’dan il-perjodu ġie maħtur biex jirrappreżenta l-Kamra tal-Kummerċ fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Stefano jirrappreżenta lil Malta fil-Kumitat Ekonomiku Soċjali Ewropew (EESC). Bħala membru ta’ dan il-Kumitat hu jaħdem fuq kwistjonijiet importanti għal Malta, bħal pereżempju l-Intrapriżi Żgħar, il-Fondi Ewropej, u l-problemi ta’ gżejjer żgħar. Roberta Metsola, avukat li speċjalizzat fil-liġi Ewropea. Bħala Membru parlamentari Ewropew, tinvolvi ruħha f’issues li jolqtu lil Malta, fosthom l-impjiegi, ilkundizzjonijiet tal-ħaddiema, il-fondi, l-immigrazzjoni, il-konsumatur, id-drittijiet fundamentali, il-protezzjoni tad-data, il-ħlasijiet ghall-mobile waqt l-ivvjaġġar, online gaming u l-pensjonijiet. Tul is-sena li ilha MEP kienet membru ta’ erba’ kumitati: il-LIBE responsabbli mid-drittijiet taċ-ċittadini, l-immigrazzjoni, il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; il-kumitat biex ifassal strateġija kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; il-kumitat tal-petizzjonijiet fejn ċittadin iressaq petizzjoni jekk trattat b’mod inġust, u l-kumitat dwar il-konsumatur. Bejn l-2004 u l-2012 kienet responsabbli mill-affarijiet legali fir-Rappreżentanza Permanenti Maltija għall-UE. Wara ntgħazlet konsulent legali tarRappreżentanta Għolja tal-UE għall-Affarijiiet Barranin Catherine Asthon. Kevin Plumpton għandu 30 sena, u miżżewweġ. Iggradwa fil-psikoloġija u l-management mill-Università ta’ Malta fl-2005. Wara sentejn jaħdem fi sptar privat, reġa’ daħal l-Università fejn studja l-liġi u preżentement jinsab fl-aħħar sena u qed ilesti d-Dottorat, filwaqt li jipprattika ma’ ditta legali. Kevin twieled u għex ĦażŻabbar, filwaqt li kemm ilu miżżewweġ qed joqgħod iżŻurrieq. Kevin ilu sitt snin jagħti s-servizz tiegħu fil-Partit Nazzjonalista kif ukoll fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar. Ilħidma tiegħu fil-Partit Nazzjonalista bdiet fil-fergħa tażżgħażagħ u fl-2010 ġie elett President tal-MŻPN. Kevin kien ukoll membru tal-Amministrattiv u l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista għal diversi snin, u serva wkoll bħala Kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar, kif ukoll fil-Kumitat Sezzjonali ta’ din il-lokalità. 33
ELEZZJONIJIET PARLAMENT EWROPEW 2014
Jonathan Shaw huwa imprenditur ta’ suċċess li għal dawn l-aħħar tmintax-il sena mexxa inizjattivi kummerċjali, kemm f’Malta u anke barra minn Malta. Huwa ħadem f’diversi setturi, fosthom f’dak ta’ konsulenza u kien ukoll fundatur ta’ kumpanija online tal-ivvjaġġar. Huwa kien direttur ta’ numru ta’ kumpaniji, Chairman ta’ kumpanija ta’ supermarkets, direttur mhux eżekuttiv tal-Malta Film Commission u membru tal-Aviation Supervisory Committee fi ħdan Transport Malta. Jonathan għandu MBA u huwa kofundatur ta’ Teatru Unplugged, kunċert li ilu jittella’ kull sena fitTeatru Manoel mill-1998.
Jonathan Shaw e jshaw@pn.org.mt
Norman Vella għandu 37 sena u jaħdem bħala Uffiċjal tal-Immigrazzjoni. Fl-aħħar snin kien ġurnalist u production manager tal-iktar programm segwit f’Malta, ‘Xarabank’ u tas-sensiela ta’ dokumentarji ‘Bijografiji’. Huwa kien ukoll preżentatur u producer tal-programm ta’ ġrajjiet kurrenti ‘TVHEMM’ li kien jixxandar kuljum fuq l-istazzjon nazzjonali TVM. Huwa gradwat flIstudji Soċjali (Relazzjonijiet Industrijali), kien involut fit-trejdunjoniżmu, huwa eks referee internazzjonali tal-futsal u huwa opinjonist u kontributur regolari fuq ġurnali, fuq it-televiżjoni u fuq is-social media. Miżżewweġ lil Karin u għandhom tifel, Michael.
Norman Vella e nvella@pn.org.mt
Francis Zammit Dimech e fzammitdimech@pn.org.mt 34
Francis Zammit Dimech iġorr miegħu esperjenza vasta fil-Parlament Malti, ta’ diversi karigi Ministerjali u talħajja politika f’Malta. Jemmen li dik l-esperjenza issa hija meħtieġa biex permezz tagħha jkun ta’ servizz filParlament Ewropew. Għalih huma importanti wkoll ilvaluri tal-onestà u tas-serjetà – u li tħares lejn il-politika bħala mezz ta’ kif tkun ta’ servizz lejn il-poplu Malti kollu. Qiegħed iħares lejn il-qasam tax-xogħol bħala qasam ta’ prijorità għalih jekk ikun elett fil-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, dejjem ħadem viċin ilqasam tal-volontarjat u jrid li l-NGOs f’pajjiżna jgawdu aktar mill-opportunitajiet u l-vantaġġi li toffri l-Unjoni Ewropea. L-esperjenza tiegħu tinkludi ż-żmien li fih serva bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej – kif ukoll bħala President tal-Kumitat tal-Kamra rigward l-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Ritratti ta’ Malta c Rene Rossignaud
maltaahjar.com
facebook.com/partitnazzjonalista twitter.com/SimonBusuttil