Nru 13,933
It-Tlieta, 23 ta‘ Diċembru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
L-Isptar il-ġdid tal-Onkoloġija jibda jilqa’ l-pazjenti
Ara paġna 4
Is-sħab iswed fuq il-bajja ta’ Marsaxlokk ilbieraħ ma tantx kien jawgura tajjeb għall-bqija tal-ġimgħa tal-Milied. Donnu ried iwissi li ġejja xi maltempata qawwija, anke jekk skont il-previżjonijiet tal-Uffiċċju Meteoroloġiku, sa nhar il-Ħamis, 25 ta’ Diċembru mhux mistenni jkollna maltemp u l-jiem ta’ qabel il-Milied se jkunu sbieħ għalkemm b’temp imsaħħab u xi ftit tar-riħ. Mill-għada tal-Milied, imbagħad, mistenni jkollna x-xita u r-riħ se jżid fil-qawwa tiegħu biex sa tmiem il-ġimgħa jkun qed jonfoħ mill-Majjistral Forza 7 bit-temperatura se tinżel sa 10 gradi Celsius bejn is-Sibt u l-Ħadd. (Ritratt: Roberto Runza)
Il-Pulizija ma kellha l-ebda dritt tħalli ffilmjar jibqa’ għaddej
Iffilmjar ta’ kanzunetta li sar f’Mejju f’dik li kienet fabbrika tad-Dowty fl-Imrieħel kien qed isir f’sit mimli perikli għal saħħet il-bniedem, kemm f’termini infrastrutturali, kif ukoll minħabba l-preżenza qawwija ta’ asbestos Joe Mikallef
Meta f’Mejju li għadda lPulizija żaret l-eksfabbrika tadDowty fl-Imrieħel wara rapporti li waslulha li fiha kien qiegħed jinġibed filmat għal kanzunetta, ma kellha l-ebda dritt tħalli dan liffilmjar jibqa’ għaddej, kemm minħabba li ma kienx intalab ilpermess tas-sidien tal-proprjetà, kemm minħabba li s-sit għandu problemi infrastrutturali kbar, kif ukoll għaliex fl-istess sit hemm preżenza qawwija ħafna ta’ asbestos li jagħmel ħsara kbira lis-saħħa tal-bniedem. Jirriżulta li f’Mejju li għadda lkumpanija Malta Film kienet kummissjonata biex tiġbed filmat għad-diska ‘Everlasting’ talgrupp mużikali Malti Winter Moods. Dan il-filmat kien deċiż li jinġibed fis-sit tal-eksfabbrika
tad-Dowty li tinsab fl-Imrieħel. Dan is-sit ilu magħluq għal bosta snin wara li l-istess fabbrika telqet minn dan is-sit u bdiet taħdem minn post ġdid f’Ħal Far.
istess suffett waqa’ u jinsab imxerred mal-art. Jirriżulta wkoll li dan l-istess materjal matul is-snin iddeterjora sal-punt li llum hu litteralment imfarrak fl-art.
Il-kumpanija Malta Film kienet kumissjonata biex tiġbed filmat għad-diska ‘Everlasting’ tal-band Maltija Winter Moods, u kien deċiż li dan jinġibed f’dan is-sit
Dan l-istess sit hu kundannabbli għall-fatt li għandu ħsarat infrastrutturali kbar tant li jinsab għattwaqqigħ. Barra minn hekk, fl-istess sit hemm bosta perikli oħra ġejjin mill-fatt li fih hemm preżenza qawwija ħafna ta’ asbestos. Fil-fatt is-suffett tal-istess fabbrika hu magħmul millasbestos u matul is-snin kemm ilha wieqfa din il-fabbrika, dan l-
Dan ifisser li meta f’Mejju li għadda l-kumpanija Malta Film ħadet numru ta’ persuni fis-sit biex jinġibed dan il-filmat – għadd konsiderevolment kbir minħabba li minbarra l-erba’ atturi, żgur li kien hemm ukoll il-membri talcrew – kemm dawk li kienu qed jiffilmjaw, kif ukoll dawk li kienu qed jarmaw u jieħdu ħsieb issound u d-dwal, dawn kollha
kienu qed jieħdu sehem f’biċċa xogħol mill-aktar perikoluża f’sit litteralment ikkundannat għaliex apparti l-infrastruttura fis-sitwazzjoni prekarja li jinsab fih, kienu esposti għal numru ta’ sigħat għall-għabra u t-trabijiet kaġunati mill-asbestos. Nifhmu li ħadd ma talab ebda permess biex dan il-filmat jinġibed ġo din li kienet fabbrika tad-Dowty. Anzi meta fil-post inġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet u marru fil-post – fosthom ilPulizija – irriżulta li dawn mhux talli ma kellhom l-ebda permess tal-Malta Industrial Parks – li taħtu taqa’ l-fabbrika, talli l-istess pulizija ħadu l-inizjattiva u flok żgumbraw lil kulħadd minn dan ilpost, taw il-barka biex kollox jibqa’ għaddej u l-filmat ta’ dan ilvideo jissokta qisu mhu xejn. għal paġna 3
Il-Maġġur tad-Dixxiplina f’Għawdex jorganizza ikla għal numru ta’ pulizija “magħżulin”
Ara paġna 5
Il-Bird Park kostrett ikeċċi l-ħaddiema minħabba x-xogħol fis-Salini
Ara paġna 6
2
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
Mewġa ġdida ta’ serq f’Tas-Sliema
Joe Mikallef F’dawn il-jiem ta’ festi jidher li llokalità ta’ Tas-Sliema qed terġa’ tintlaqat minn mewġa ta’ serq b’numru ta’ residenti jisfaw vittmi ta’ ħalliel jew ħallelin li jidħlu fiddar jew fl-appartament tagħhom biex jisirqu. Residenti li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’ qalu li diversi proprjetajiet f’toroq differenti f’Tas-Sliema fis-sajf li għadda diġà kienu filmira ta’ ħalliel jew ħallelin – possibbilment ukoll ta’ nazzjonalità barranija – li kienu tefgħu għajnejhom fuq djar u appartamenti u finnuqqas tas-sidien tagħhom, daħlu fihom għal skop ta’ serq. Wara li l-Pulizija, dakinhar, kienu żiedu l-preżenza tagħhom u anke wara li n-nies li joqogħdu f’Tas-Sliema kienu qagħdu aktar attenti, dak is-serq kien naqas drastikament iżda sussegwentement kien infirex f’lokalitajiet oħra, l-ewwel f’Ħ’Attard u mbagħad fil-Mellieħa. Issa jidher li fl-aħħar jiem residenti f’Tas-Sliema lmentaw li xi ħadd reġa’ kien irnexxielu jidħol fid-dar jew fl-appartament tiegħu għal skop ta’ serq. Jidher li din issitwazzjoni ntlaqtu biha aktar residenti fl-istess lokalità. Nifhmu li b’dawn il-każi kienu infurmati wkoll il-Pulizija tadDistrett u dawk tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali li għaddejjin bl-istħarriġ tagħhom. Jidher li l-investigazzjonijiet
Fil-jiem tal-festi, residenti Slimiżi qed jerġgħu jispiċċaw vittmi ta’ serq minn ċirku organizzat ta’ ħallelin li qed jidħlu fid-djar
huma diffiċli anki minħabba l-fatt li min qiegħed iwettaq dawn is-serqiet qajla qiegħed iħalli traċċi warajh u qiegħed jidħol fil-proprjetà li jidentifika wara li jkun żgur li r-residenti jkunu ħarġu minħabba xi qadja jew għal xi raġunijiet oħra. Prinċipalment f’dawn is-serqiet fil-mira qed ikun hemm flus u oġġetti prezzjużi bħal deheb u fided. Inizjalment, meta kien qiegħed isir is-serq minn proprjetajiet f’TasSliema, dak li kien qiegħed jiġri kien li minn jiem qabel persuna jew persuni jkunu identifikaw sit u wara li jistudjaw l-istil ta’ ħajja tarresidenti, jimmarkaw fuq il-bieb, mal-ħajt jew taħt il-qanpiena permezz ta’brix li mbagħad jinftiehem tajjeb minn min fiżikament ikun se jidħol fl-istess post. Dawn is-sinjali jkunu jfissru anki l-ħin ideali għal tali tentattiv ta’ serq minħabba li r-residenti jkunu ħarġu, jew biex imorru għaxxogħol, jew biex jisimgħu xi quddiesa fil-każ ta’ persuni anzjani. Li hu żgur hu li dawk moħbija wara din is-sensiela ta’ serqiet qed jagħmlu minn kollox biex l-identità tagħhom tibqa’ mistura u mhux
magħrufa. Żgur li dan iċ-ċirku ta’ ħallelin organizzati għandu esperjenza tajba ta’ kif jidentifika siti u jattakkahom għal skop ta’ serq. Persuna li lbieraħ tkellmet ma’ ‘In-Nazzjon’ uriet it-tħassib tagħha kif dawn l-attentati qed jissoktaw b’mod regolari u filwaqt li l-ħalliel jew ħallelin ma jinqabdux, persuni anzjana bħalha jispiċċaw jgħixu filbiża’ tant li kważi jippreferu ma joħorġux minn darhom, milli joħorġu u meta jirritornaw id-dar isibu li xi ħadd ikun żgassalhom ilbieb ta’ barra u seraqhom. L-istess persuna appellat lillPulizija biex – sew jekk fuq irronda kif ukoll permezz tal-karozzi – tkun aktar preżenti u viġilanti fittoroq l-aktar imfittxija minn dawn il-ħallelin biex hekk iservu ta’ deterrent għal min ikun qiegħed jippjana li jwettaq xi serqa. Il-persuna li tkellmet ma’ dan ilġurnal qalet li għal darba oħra filpreżent fit-toroq ta’ Tas-Sliema qiegħed ikun hemm għadd ġmielu ta’ barranin. “Naturalment mhux kull barrani jħassbek ħażin, iżda ġieli jkun hawn gruppi li ngħid għalija ma tantx nieħu gost bihom!”
www.maltarightnow.com
LOKALI
Konkluż il-ftehim mal-Autobuses de Leon
Il-Gvern laħaq ftehim li permezz tiegħu l-ishma tal-Malta Public Transport – il-kumpanija mmexxija minnu biex tħaddem is-servizz tranżitorju tat-trasport pubbliku – inxtraw mill-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon għall-prezz ta’ €8 miljun. Dan ilftehim intlaħaq wara li ngħalqu nnegozjati mal-kumpanija Spanjola, negozjati li kienu ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur, u li kellhom jiġu sospiżi għal xahar minħabba mandat ta’ inibizzjoni li madankollu ġie miċħud mill-Qorti. Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim, ilkumpanija Spanjola ntrabtet li tibda tmexxi s-servizz tattrasport pubbliku mit-8 ta’ Jannar li ġej.
L-operatur il-ġdid se jkun qed jinvesti madwar €40 miljun biex iħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku, li jinkludi x-xiri ta’ 142 karozza tal-linja ġdida li se jidħlu fis-servizz sas-sajf li ġej. Barra minn hekk, biex is-servizz ikun jista’ jidħol gradwalment sakemm jaslu l-karozzi tal-linja l-ġodda, se jinkrew numru ta’ karozzi tal-linja tat-tip low floor. Il-ftehim jinkludi wkoll l-implimentazzjoni b’mod gradwali ta’ rotot ġodda u frekwenzi aħjar tattrasport pubbliku li se jammontaw għal żieda ta’ 3 miljun kilometru kull sena. Kopja tal-ftehim se tkun imqiegħda fuq il-mejda talKamra tar-Rappreżentanti filġranet li ġejjin.
Kien ippubblikat abbozz ta’politika ġdida b’linji-gwida dwar solar farms ġodda. L-abbozz tas-Solar Farms Policy, li se jkun qed jiffaċilita wkoll l-impenn ta’Malta biex tintlaħaq il-mira li sal-2020 pajjiżna jkollu 10% tal-enerġija li tiġġedded, kien ippubblikat mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), u mill-Ministeru responsabbli mill-Enerġija. L-abbozz jirrakkomanda li s-solar farms ikunu fil-viċinanzi ta’ zoni urbani jew f’zoni ta’ konsum elettriku għoli u jgħid speċifikament li dawn ma jiġux ikkunsidrati jekk isiru fost oħrajn fil-kampanja, f’siti Natura
2000, f’widien jew f’zoni ta’interess arkeoloġiku, kulturali jew xjentifiku. Fejn possibbli, l-abbozz iħeġġeġ biex l-infrastruttura għas-solar farms tkun imqiegħda taħt l-art, filwaqt li xogħlijiet ta’ trinek u rotot ta’ aċċess għandhom ikunu limitati għal mogħdijiet eżistenti. Jingħad ukoll li skont id-daqs u fejn ikunu s-solar farms, il-MEPA tista’ titlob li jsiru l-istudji meħtieġa, fosthom dawk dwar l-impatt ambjentali. Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand il-MEPA sat-13 ta’ Frar li ġej. Fl-ewwel stadju ta’ konsultazzjoni pubblika, mis-settur privat daħlu 72 sottomissjoni.
Politika dwar is-solar farms
L-Ispeaker Anġlu Farrugia fl-aħħar jiem kien preżenti għal għotja ta’ demm li saret minn numru ta’ uffiċjali li jaħdmu fil-Parlament, waqt żjara fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa. Anġlu Farrugia appella biex iktar ħaddiema jingħaqdu fi gruppi u jersqu biex jagħtu d-demm fil-jiem li ġejjin meta d-domanda tista’ faċilment issir aktar akuta. Hu appella wkoll sabiex filwaqt li kulħadd jieħu l-opportunità li jiċċelebra f’dan iż-żmien ta’ festi, issir attenzjoni f’dak li huwa konsum ta’ alkoħol li huwa l-kawża prinċipali ta’ inċidenti tat-traffiku li jistgħu jwasslu biex ir-riserva tad-demm tkompli tonqos serjament. (Ritratt: DOI)
www.maltarightnow.com
LOKALI
Ħadd ma talab il-permess biex jintuża dan il-post minn paġna 1
Jirriżulta li fil-post tal-iffilmjar kienu qed jieħdu sehem numru ta’ kumpaniji oħra mqabbda minn Malta Film, fosthom il-kumpanija Nexos Lighting, u dan anki skont kif jirriżulta mill-credits tal-video. Ta’ min jgħid li dak li kien proprjetarju ta’ din il-kumpanija – Silvio Scerri – illum għadu jokkupa l-kariga ta’ Chief of Staff tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Sa ftit tal-jiem ilu l-istess sidien tal-fabbrika, Malta Industrial Parks lanqas biss kellhom liċken idea b’dak li kien ġara f’Mejju li għadda u kien biss meta ħareġ il-filmat li xegħlitilhom bozza ħamra. Kelliem għall-istess Malta Industrial Parks qal li huma ma kellhom l-ebda informazzjoni dwar dak li kien ġara, u wisq u wisq inqas intalbu l-permess biex setgħu jinġibdu dawn il-filmati f’dan il-periklu. Min-naħa tagħha, il-band Winter Moods iddiżassoċjat ruħha kompletament mill-ġbid ta’ dan il-filmat u ddikjarat li l-
3
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
grupp kien involut biss fi ftehim ta’ Malta Film għall-ġbid ta’ dan il-filmat li għalih ma tħallas xejn, filwaqt li l-kumpanija tingħata biss pubbliċità. Minn stħarriġ li għamlet ‘InNazzjon’ jirriżulta li matul ilġimgħat ta’ wara – minn ftit talġimgħat ilu biss ’l hawn – ilkumpanija PT Matic li hi sussidjarja tal-kumpanija Alberta, rebħet tender biex is-sit tal-eksfabbrika Dowty fl-Imrieħel, jitnaddaf mill-asbestos u jkun dekontaminat. Nifhmu li s’issa, minn dan issit – fejn ix-xogħol għadu għaddej – inħarġu xejn inqas minn għaxar kontejners tal-erbgħin pied mimlijin xkejjer talasbestos. Dan il-materjal qiegħed ikun esportat lejn sit fi Spanja fejn imbagħad jindifen f’ħofor oriġinarjament użati għall-minjieri. Dan kollu skont il-liġijiet stretti tal-Unjoni Ewropea. Dwar il-perikli li jikkaġuna lasbestos, f’dawn il-jiem tkellimna ma’ Robert Cortis li hu espert fil-qasam tal-asbestos u l-kwalità tal-arja. Hu kkum-
Is-sit fejn kien hemm il-fabbrika tad-Dowty fl-Imrieħel (Ritratt: Martin Agius)
menta li kien fil-bidu tas-snin disgħin meta bdiet tqum kuxjenza kbira dwar il-fatt li lmaterjal kollu maħdum millasbestos potenzjalment jikkaġuna ħsarat kbar lis-saħħa talbniedem, b’mod partikulari meta persuna tibla’ l-għabra tiegħu. Robert Cortis kompla li aktar ma għadda ż-żmien din il-kux-
jenza kompliet tikber sal-punt li llum l-asbestos mhux talli ma jistax jintuża b’mod kummerċjali, talli fejn hemm l-asbestos qed isir impenn kbir biex dan jitneħħa u hekk ikunu evitati perikli għas-saħħa tal-bniedem. Sfortunatament f’Malta fadal ħafna siti li għad fihom materjal maħdum bl-asbestos. Dan kemm f’bini ta’ natura kum-
merċjali, kif ukoll f’binjiet domestiċi bħal djar antiki. Cortis temm li l-asbestos hu perikoluż dejjem u għandha tissokta kull kampanja biex aktar u aktar nies jedukaw lilhom infushom u jżommu ’l bogħod minn siti fejn ikun hemm lasbestos, u agħar minn hekk, fejn ikun hemm imxerrdin biċċiet u għabra tal-istess asbestos.
Familji ta’ tfal bil-kanċer jingħataw jumejn mistrieħ
Grupp ta’ 30 familja li t-tfal tagħhom intlaqtu mill-marda talkanċer u qed jingħataw għajnuna minn Puttinu Cares kellhom lokkażjoni iqattgħu jumejn ta’ mistrieħ f’żewġ lukandi ewlenin f’Malta. Din l-inizjattiva ittieħdet millgrupp DB Hotels and Resorts, bil-familji tat-tfal iż-żgħar iqattgħu jumejn fil-lukanda San Antonio fil-Qawra u l-familji bi tfal ikbar iqattgħu jumejn fillukanda Seabank fil-bajja talGħadira. Kif spjega d-direttur ta’ DB Hotels and Resorts Vincent Degiorgio, din hi l-ewwel inizjattiva ta’ din ix-xorta mill-grupp bħala parti mill-ħidma ta’ responsabbiltà soċjali. It-tfal kellhom programm sħiħ ta’ attivitajiet li nkluda fost oħrajn, sessjoni ta’ tisjir flimkien mal-Executive Chef tal-lukanda u attivitajiet
oħrajn mal-animation team. Vincent Degiorgio qal li dan ilġest hu intiż bħala turija ta’ appoġġ għal dawn il-familji ħalli jaqtgħu ftit mill-isfidi li jiffaċċjaw kuljum. Il-Fundatur ta’ Puttinu Cares, it-tabib Victor Calvagna irringrazzja lill-management ta’ DB Hotels and Resorts ta’ din linizjattiva li tikkumplimenta u tghin il-ħidma ta’ appoġġ li ssir minn Puttinu Cares fost il-familji tat-tfal milquta. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li inizjattivi bħal dawn itaffu xi ftit mit-trawma li jgħaddu minnha ttfal u l-familji tagħhom. Hu qal li dawn il-familji jgħaddu minn trawma emozzjonali u anki finanzjarja u tenna li ġesti bħal dawn jagħmlu differenza lil dawn il-familji.
JINGĦALQU PARTIJIET MINN ŻEWĠ ROUNDABOUTS FIL-LIMITI TAN-NAXXAR. Fl-aħħar jiem, partijiet minn żewġ roundabouts fil-limiti tan-Naxxar ingħalqu u dan ħoloq inkonvenjent mhux ħażin lis-sewwieqa li ta’ kuljum jgħaddu minn dawn l-inħawi waqt li żiedu l-konġestjoni tat-traffiku. Dwar din id-deċiżjoni ma nħarġet l-ebda stqarrija minn Transport Malta, u s-Sibt filgħodu s-sewwieqa sabu l-bollards u l-ktajjen ma’ wiċċhom. Jidher ukoll li fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd diġà kien hemm l-ewwel inċident hekk kif wieħed mill-bollards intlaqat u tgħawweġ b’xi daqqa minn vettura. Mhux magħruf x’inhu l-iskop wara dan it-tibdil. ‘In-Nazzjon’ ippruvat tieħu l-kummenti tal-perit ta’ TM Audrey Testaferrata de Noto iżda hi irrifjutat u nsistiet li għandna nibagħtu l-mistoqsijiet bl-email. (Ritratti: Martin Agius)
4
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
Iċ-Ċentru tal-Onkoloġija jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti Ilbieraħ bdew jintlaqgħu lewwel pazjenti fiċ-Ċentru talOnkoloġija Sir Anthony Mamo biswit l-Isptar Mater Dei. Il-migrazzjoni mill-Isptar Boffa għaċ-Ċentru Sir Anthony Mamo se ssir fuq perjodu ta’ sitt xhur. Dan, skont is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, sabiex ma jkunx hemm tnaqqis fil-kura tal-pazjenti. Dan il-proġett – imfassal u mibdi minn Gvern Nazzjonalista – kien beda jinbena fl-2010, bl-iskavar għall-bunkers li fihom tpoġġew ilmagni li jintużaw għar-radiotherapy. Iċ-Ċentru tal-Onkoloġija, li sar b’investiment ta’ €52 miljun, li lparti l-kbira minnhom huma fondi Ewropej, se jfisser qabża fil-kwalità fis-servizzi offruti s’issa millIsptar Sir Paul Boffa. Fil-fatt, l-Outpatients biss żdied minn żewġ kmamar għal tnax-il kamra. In-numru ta’ sodod żdied minn 78 għal 113 u kienu impjegati 96 professjonist ieħor f’dixxiplini differenti. Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li ħolqa importanti hi l-prevenzjoni u ħabbar li minbarra l-iscreening tassider u tal-musrana l-kbira, is-sena d-dieħla mistenni jibda screening għall-kanċer tal-għonq tal-utru.
L-Onkologu Stefan Laspina spjega li ċ-ċentru l-ġdid se jkollu żewġ magni tar-radiotherapy li huma fost l-iktar avvanzati li hawn bħalissa u li qed jiġu kkummissjonati f’dawn il-jiem. Hu qal li dan l-apparat jippermetti trattament tar-raġġi iktar preċiż u li jieħu inqas zmien. Barra minn hekk, dawn il-magni se jagħtu wkoll il-possibbiltà ta’ trattamenti ġodda li sa ftit ilu ma kinux isiru f’pajjiżna. Sadanittant, fi stqarrija lKelliem tal-Oppożizzjoni għasSaħħa Claudio Grech iddeskriva lIsptar tal-Onkoloġija bħala raġġ ta’ tama għal eluf ta’ pazjenti li jgħaddu mit-trattament tal-kanċer. Grech qal li dan iċ-Ċentru ġdid ta’ eċċellenza se jġib miegħu qabża fil-kwalità f’dan il-qasam u huwa wkoll xhieda ta’ kif il-kunsens filpolitika dwar is-saħħa f’pajjiżna jista’ jagħti l-frott. Dan għaliex dan huwa proġett li ġie ppjanat, finanzjat u mibdi taħt il-Gvern Nazzjonalista, b’dan il-Gvern qed ikompli fuq dawn il-passi. Claudio Grech esprima t-tama tiegħu li l-proġett jitlesta skont ittimeframes stabbiliti, u esprima lgratitudni tal-Oppożizzjoni għallħaddiema kollha f’dan is-settur.
www.maltarightnow.com
Iċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija, li lbieraħ beda jilqa’ l-ewwel pazjenti (Ritratti: Martin Agius)
Proġett imfassal u mibdi minn Gvern Nazzjonalista b’fondi Ewropej li fisser investiment ta’ €52 miljun fil-qasam tal-kura tal-kanċer
LOKALI
www.maltarightnow.com
5
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
LOKALI
Pulizija Għawdxin qed jistaqsu x’kien l-iskop tal-ikla organizzata għal numru ta’ pulizija magħżulin mill-Maġġur tad-Dixxiplina, li f’dan ir-ritratt jidher fuq il-lemin
Ikla għal pulizija “magħżulin” organizzata mill-Maġġur tad-Dixxiplina f’Għawdex Il-ġenerożità tal-Fondazzjoni HSBC Malta ġabet tbissima għal ħafna individwi żvantaġġjati f’Malta dan ix-xahar
Il-Fondazzjoni HSBC Malta tnissel tbissima fuq l-uċuħ għall-Milied
Il-Fondazzjoni HSBC Malta qed tagħti sehemha biex tgħolli l-ispirtu festiv ta’ dawk li huma soċjo-ekonomikament żvantaġġjati billi tappoġġja diversi karitajiet anki f’dan ix-xahar. L-għotjiet tal-Fondazzjoni qed jgħinu direttament lil dawn l-organizzazzjonijiet biex jagħmlu riċevimenti tal-Milied, attivitajiet, u jingħataw rigali lill-familji u l-individwi. John Rolè, li jmexxi t-tim talFoster Care fl-Aġenzija Appoġġ, qal li “matul ix-xahar ta’ Diċembru, it-tim tal-Foster Care jorganizza riċevimenti talMilied għat-tfal li nieħdu ħsieb u għall-familji li jżommuhom.
Din is-sena, bħal snin oħra, qed nagħtu ktieb bħala rigal lit-tfal kollha li jattendu għar-riċeviment. Dan kien possibbli permezz tal-appoġġ ġeneruż talFondazzjoni HSBC Malta.” Claire Cachia Attard, infermiera tal-psikjatrija inkarigata miċ-Child Guidance Clinic, spjegat li “Noperaw faċilità out-patient fejn nivvalutaw u nsegwu tfal u adolexxenti sa 16-il sena li għandhom problemi ta’ mġiba, emozzjonali u mentali. Bħalissa għandna madwar 1,400 klijent. Lappoġġ ta’ HSBC jgħinna nġibu tbissima għal kull wieħed minn dawn il-pazjenti.”
Persuni oħra li bbenefikaw huma dawk fil-Unit għażŻgħażagħ, fejn l-infermiera li hi inkarigata qalet li l-għajnuna finanzjarja li jingħataw mill-HSBC tgħinhom ikomplu jipprovdu l-aqwa attenzjoni possibbli għaż-żgħażagħ li jiġu l-Unit għal għajnuna fil-problemi ta’ saħħa mentali tagħhom. L-għotjiet ta’ HSBC din issena marru għand l-Aġenzija Appoġġ, iċ-Child Guidance Clinic, il-Kummissjoni Djakonija – Żurrieq, ilPaediatric Day Care Ward ta’ Mater Dei, u l-Young People’s Unit fl-Isptar Monte Carmeli.
Pulizija f’Għawdex qed jistaqsu x’kien l-iskop ta’ ikla li saret dan laħħar għal numru magħżul ta’ pulizija fi klabb f’Għajnsielem. Minn informazzjoni li kiseb dan il-ġurnal, jirriżulta li għal din likla, li saret nhar it-Tlieta 9 ta’ Diċembru fir-ristorant ta’ wieħed mill-klabbs fir-raħal ta’ Għajnsielem, attenda l-Maġġur tad-Dixxiplina f’Għawdex Mario Cassar magħruf aħjar bħala “ilBrajġu”. Membri tal-Korp li tkellmu magħna qalulna li ma fiha xejn ħażin li tkun organizzata ikla għall-pulizija Għawdxin, imma mhux sew li jkunu organizzati ikliet għal “pulizija magħżulin” tad-distrett, aktar u aktar, filpreżenza tal-Maġġur inkarigat mid-Dixxiplina li suppost li xogħlu hu li jissorvelja lill-istess pulizija – li jaqgħu taħtu – u jiżgura li jkun hemm dixxiplina fuq livell ta’ distrett. Dawk li tkellmu magħna staqsew kemm hu etiku li lMaġġur tad-Dixxiplina jagħżel grupp ta’ pulizija, u joħroġ jiekol
magħhom, u jekk dan jistax jagħti lok għal abbuż. L-istess pulizija qed jistaqsu għaliex l-ikla li organizza lMaġġur Cassar – li huwa minNadur – ma saritx għal kulħadd. Mill-informazzjoni li kiseb ‘InNazzjon’ il-Maġġur Cassar kien wieħed minn dawk li wara l-aħħar elezzjoni ġie trasferit lejn Għawdex. F’dak l-istess grupp ta’ pulizija li dakinhar ġew trasferiti lejn Għawdex, kien hemm min qabeż pulizija Għawdxin oħrajn li kien imisshom jibdew jaħdmu f’Għawdex imma nqabżu. Fost dawn jispikka l-famuż każ tal-Maġġur Mario Rotin, li taħt ilGvern Laburista qala’ mill-inqas tliet transfers f’ġurnata, fosthom lejn Għawdex u lura. Rotin, li kien ġie trasferit lejn Malta meta laħaq Maġġur, darba minnhom fl-istess jum filgħodu kien ingħata transfer lejn Għawdex, u sa filgħaxija ħariġlu transfer ieħor biex jerġa’ jirrapporta f’Malta. Issa, ftit xhur ilu, f’Settembru, Rotin dabbar transfer ieħor.
Grupp ta’ residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kellhom iċ-ċans jikkontribwixxu fis-soċjetà permezz ta’ logħba futbol kontra tim iffurmat minn numru ta’ personalitajiet b’risq l-Istrina. Il-partita ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium ilbieraħ, bil-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tagħti l-‘kick-off’. It-tim tal-personalitajiet kien magħmul minn numru ta’ eksplejers tat-tim nazzjonali Malti, fosthom Ray ‘Mundu’ Vella, Reggie Cini u Carmel Busuttil. Kien hemm ukoll numru ta’ personalitajiet mill-qasam tal-ispettaklu, fosthom il-kantanti Gianluca Bezzina u Kurt Calleja, u anke politiċi miż-żewġ naħat tal-Parlament fosthom il-Ministru Carmelo Abela u d-Deputat tal-PN Jason Azzopardi. (Ritratti: Martin Agius)
www.maltarightnow.com
6
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
QORTI
Il-Bird Park kostrett ikeċċi l-ħaddiema minħabba x-xogħol fis-Salini
Is-sid tal-istabbiliment iressaq Protest Ġudizzjarju fil-Qorti dwar il-proġett ta’ Triq il-Kosta
Wara protesti li saru mir-residenti, issa kien imiss lis-sid talBird Park li jieħu l-każ il-Qorti u fi Protest Ġudizzjarju li ressaq fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili saħaq li minħabba lproġett ta’ Triq il-Kosta, ingħalaq l-aċċess għall-istabbiliment tiegħu, bil-konsegwenza li sofra telf ta’ negozju u kellu jnaqqas il-ħaddiema. Kevin Mallia, proprjetarju tal-Bird Park li jinsab fisSalini, ippreżenta l-Protest kontra Transport Malta, ilMinisteru għat-Trasport u lKummissarju tal-Pulizija. Filprotest, Mallia qal li l-Bird Park jinsab viċin Kennedy Grove u jista’ jiġi aċċessat millpubbliku minn żewġ toroq, biex anke jkunu jistgħu josservaw u jgawdu n-natura. Iżda minn nhar id-9 ta’ Awwissu li għadda bdew ixxogħlijiet fi Triq il-Kosta, u minħabba dawn ix-xogħlijiet, twaqqaf kull aċċess għal dawn iż-żewġ toroq li jwasslu għallBird Park. Hu qal li meta dan seħħ, kien
ikkomunika mal-Periti tat-triq biex jitkellem magħhom dwar din il-problema. Is-sitwazzjoni baqgħet ma nbidlitx u ssegwentament Mallia kkomunika malPerit Anton Zammit li huwa inkarigat minn dan il-proġett. Mallia ġie infurmat mill-Perit Zammit li Transport Malta kienet tat ordni biex l-aċċess għall-Bird Park minn Triq il-Kosta ma jkunx imfixkel bl-ebda mod. Fit-22 ta’ Settembru li għadda Mallia attenda laqgħa mal-Perit Anton Zammit, kif ukoll malpersuni l-oħrajn kollha inkarigati minn dan il-proġett, u matulha ntqal li kellu jkun hemm aċċess minn triq, u meta din it-triq tingħalaq kellu jkun hemm aċċess minn triq oħra, dejjem min-naħa ta‘ Triq il-Kosta. L-għada, f’korrispondenza oħra mal-Perit Zammit, ingħad li sal-ġurnata ta’ qabel, l-aċċess kien parzjalment magħluq, waqt li l-għada dan ingħalaq għal kollox bi blokka tal-konkrit li kienet qed tostakola l-aċċess. Dan affettwa negattivament lammont ta’ turisti li jżuru l-Bird
Park speċjalment dawk ġejjin min-naħat ta’ Buġibba u lQawra. Il-Protest jgħid ukoll li mhux biss ingħalaq kull aċċess
Każ ta’ traffikar ta’ droga kien f’periklu minħabba żball ta’ Spettur Niġerjana u Malti jitressqu l-Qorti dwar il-qabda ta’ 3kg kokaina fi tmiem il-ġimgħa
Wara li l-Pulizija dehret li solviet każ ta’ traffikar ta’ tliet kilos droga kokaina tard nhar isSibt filgħaxija fejn kienu arrestati Malti ta’ 25 sena, u Niġerjana ta’ 28 sena li tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia, il-każ filkonfront ta’ Christopher Polidano kien fil-periklu li jaqa’, bl-akkużat seta’ jiġi meħlus. Dan wara li l-Ispettur Gabriel Micallef għamel żball fl-akkuża. Hekk kif Polidano, li hu minn Ħal Safi tressaq il-Qorti, lakkuża prinċipali mhux biss kienet qed tikkwota l-liġi ħażin, imma d-dokument ippreżentat kien jaqa’ taħt liġi żbaljata li ma tinkludix id-drogi perikolużi bħal kokaina, eroina u drogi oħra li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ mediċini perikolużi. Dan ifisser li quddiem il-Qorti nġieb dokument żbaljat. Meta ra hekk, l-Avukat Franco Debono,
li flimkien mal-Avukat Marion Camilleri dehru għal Polidano, talab mill-ewwel biex il-klijent tiegħu jiġi rilaxxat, minħabba liżball kbir li kien sar. L-Ispettur Gabriel Micallef talab lill-Qorti biex tagħtih ċans jikkonsulta mal-Uffiċċju talAvukat Ġenerali u wara xi ħin hu ammetta mal-Qorti, li l-iżball kien tiegħu, u bidel id-dokument il-ħażin mal-wieħed it-tajjeb. L-ewwel ma tressqet fuq dan il-każ kienet Rachael Fred, inNiġerjana, li kienet ġiet arrestata mal-wasla tagħha f’Malta fuq ilkatamaran minn Pozzallo. Moħbija f’qiegħ falz ta’ bagalja li l-mara kienet qiegħda ġġorr, instabu madwar tliet kilogrammi ta’ droga suspettata li hi kokaina. Wara investigazzjonijiet ulterjuri li għamlet il-Pulizija, l-Ħadd għall-ħabta tal-10am f’Paceville,ir- raġel Malti ġie arrestat wara li allegatament mar biex jiġbor id-droga. Hekk kif il-
Pulizija ppruvat twaqqaf lil dan ir-raġel, hu rikeb f’vettura u pprova jaħrab minn fuq il-post billi saq fuq il-bankina, bil-konsegwenza li ħabat ma’ diversi vetturi pparkjati u waqaf wara li ħabat ma’ arblu tad-dawl. Fil-Qorti Fred wieġbet li ma kinitx ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha. Ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tagħha u għalhekk inżammet taħt arrest preventiv. Fil-Qorti ħareġ li l-Pulizija organizzat “controlled delivery”, u dan biex jinqabad il-persuna li għalih kienet destinata d-droga. Wara, b’mod separat tressaq Polidano, minn Ħal Safi, li f’wiċċu kellu diversi ġrieħi serji, fosthom “black eye”. Wara li qamet il-kwistjoni dwar il-mod kif ġiet ippreżentata l-akkuża, ilQorti laqgħet it-talba tad-difiża għal-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €20,000.
għat-traffiku lejn in-negozju tiegħu, iżda wkoll l-aċċess għannies li riedu jidħlu bil-mixi, li ġew mogħtija ordnijiet millkumpanija Transport Malta biex jaqbdu direzzjoni oħra li kienet tikkonsisti f’dawra ta’ 5.6 kilometri. Dan apparti mill-fatt li l-Bus Stop viċin il-Bird Park tneħħiet minħabba dawn ix-xogħlijiet u b’konsegwenza ta’ hekk ġie terminat l-użu tagħha. Fid-29 ta’ Settembru, saret laqgħa oħra mal-Perit Zammit, fejn intlaħaq ftehim biex jitwaħħlu t-tabelli bħala sinjal ta’ direzzjoni għat-traffiku lejn ilBird Park. Kien biss fil-15 ta’ Ottubru li għadda li ġew imwaħħla żewġ tabelli kontra xulxin minn Transport Malta
viċin ir-roundabout tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. Wara, l-aċċess għal Triq ilKosta ġie temporanjament miftuħ wara laqgħa bejn il-Perit Zammit u Mallia. Minħabba dan l-aġir abbużiv, il-proprjetarju talBird Park qal li kellu bilfors jwaqqaf l-impjieg ta’ għadd ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-istabbiliment tiegħu. Dan apparti li sofra danni finanzjarji. Għaldaqstant is-sid tal-Bird Park talab lil Transport Malta, il-Ministeru għat-Trasport u lKummissarju tal-Pulizija biex jersqu għal-likwidazzjoni u ħlas relatati mad-danni u spejjeż li ġarrab u għadu jsofri inkluż imgħaxijiet. Il-protest kien iffirmat mill-Avukat Robert Piscopo.
Partick Dalli, ir-raġel talMinistru Helena Dalli, ippreżenta żewġ libelli kontra l-ġurnalista ta’ The Times of Malta Caroline Muscat dwar għadd ta’ artikli li deheru fil-ġurnal b’rabta mal-każ tal-farmhouse tiegħu u ta’ martu fiż-Żejtun. L-ewwel libell huwa dwar artiklu miktub minn Muscat li deher fit-28 ta’ Novembru bit-
titlu “Minister shuns questions over husband’s property”. Libell ieħor sar dwar artikli li dehru fit13, is-16, it-23 u d-29 ta’ Novembru fuq l-istess każ. Fil-libelli li ppreżenta, Patrick Dalli sostna li f’dawn l-artikli saru allegazzjonijiet libellużi u malafamanti, li naqqsu l-ġieħ tiegħu. Il-libelli ġew ippreżentati mill-Avukat Edward Gatt.
Patrick Dalli b’żewġ libelli kontra The Times of Malta
www.maltarightnow.com
7
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
LOKALI
Mela darba kien hemm... Sindyrella u l-Bestja
Tiftaħ b’suċċess il-pantomima tal-Milied fit-teatru tal-Istitut Kattoliku
Nhar il-Ħadd li għadda ngħata bidu għall-ewwel rappreżentazzjonijiet tal-pantomima talMilied bil-Malti fl-Istitut Kattoliku. Il-kummenti taludjenza numeruża jagħtu kuraġġ lill-organizzaturi, il-kumpanija Teatru Rjal. Il-pubbliku preżenti faħħar l-iskript, imma l-aktar li impressjona kien l-ispettaklu maħluq mid-dwal, żfin, kostumi spettakolari u atmosfera divertenti għall-membri kollha talfamilja ‘Mela darba kien hemm... Sindyrella u l-Bestja’, u m’għandniex xi ngħidu d-Dama Kondita... l-istorja proprja ta’ Sindyrella rakkuntata mill-Fairy Tinker Bell... fejn niskopru li omm Sindyrella, Kondita, tkun tirrispettaha ħafna imma ħutha ttewmin il-ħin kollu mqabbdin magħha peress li hi sabiħa u huma koroh... Allura l-Bestja fiex jidħol? Kontu tafu li Sleeping Beauty u Rapunzell huma ħbieb kbar ta’ Sindyrella? Is-Saħħara għaliex il-ħin kollu tfittex lil Snow White? Snow White x’għandha x’taqsam? U lPastur min hu? Xmara ta’ Mħabba? Tgħid se jirnexxilu
jikkonverti lid-Dama li ma tibqax dama… u d-Dama tagħna b‘liema praspar u avventuri se toħroġ biex issalva s-sitwazzjoni, jekk mhux tgħarraqha? Mela ejjew ħalli nsiru naqtgħu dawn il-kurżitajiet u nassistu għal serata mimlija spettaklu, kulur, kant, daħk, żfin u divertiment għall-familja kollha. Il-parti tad-Dama Kondita hija fdata għat-tielet sena konsekuttiva f’idejn l-attur bravu Toni Busuttil li żgur m’għandu bżonn ebda introduzzjoni. Miegħu għandu kast ta’ atturi u kantanti stabbiliti fosthom Snits bħala lFairy, Ina Robinich, Brian Farrugia, Simon Curmi, Jeffrey Scicluna, Neville Refalo, Julie Pomorski, Laura Bruno, Pawlu Bonello, Franky Borg, Alan Falzon, Bernice Darmanin, Graziella Farrugia, Rhea Chetcuti, u oħrajn. Il-band bħas-soltu hija live taħt id-direzzjoni ta’ Abigail Brown b’arranġamenti mużikali ta’ Joe Brown. Iż-żfin hu f’idejn Kinetic Dance Studio b’koreografija ta’ Clayton Mifsud u Daphny Gatt. Il-kostumi huma kollha disinjati u meħjuta minn Noel ta’ Louie
Noir u l-irtokk f’idejn Justin Brincat ‘Mela darba kien hemm... Sindyrella u l-Bestja’ għandu skript oriġinali ta’ Brian Farrugia b’direzzjoni ta’ Ray Abdilla. Ilproduzzjoni bħas-soltu hi ta’ Pawlu Testa. Ir-rappreżentazzjonijiet ikomplu kif ġej: Il-Ġimgħa 26 (Boxing Day) fis-2.30 p.m. u fis7.30 p.m., is-Sibt 27 fis-7 p.m., il-Ħadd 28 fis-2 p.m. u fis-6.30 p.m. u t-Tnejn 29 fis-7.30 p.m. F’Jannar isiru dawn ir-rappreżentazzjonijiet: Il-Ġimgħa 2 fis-7.30 p.m., is-Sibt 3 fis-7 p.m., u l-Ħadd 4 fis-6.30 p.m. Ir-rappreżentazzjonijiet kollha jsiru fl-Istitut Kattoliku, ilFurjana. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mingħand: Pawlu Testa Travel: 21223340/99476468, Booking Office Istitut Kattoliku (pm): 21238429, Bar tal-Istitut Kattoliku (am u pm): 21242551, Carmen Azzopardi tar-Rabat: 21454836 u Tereża Bazaar ta’ Ħaż-Żabbar: 21662968. Wieħed jista’ jibbukkja wkoll onlajn minn www.kumpanijateatrurjal.com jew www.istitutkattoliku.com.
‘Minn Qalb iż-Żrieraq’ huwa lisem ta’ attività ta’ ġbir ta’ fondi mifruxa fuq tlett ijiem b’risq Dar Santa Tereża, fiż-Żurrieq. Għall-ħdax-il sena konsekuttiva, l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria organizzat din lattività b’xandir kontinwu fuq irradju tagħha ‘Leħen ilKarmelitani’ u b’attivitajiet f’Misraħ ir-Repubblika, biswit il-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq. B’attivitajiet bħal bazaar,
bejgħ ta’ pjanti u ponsjetti, bejgħ ta’ ikel tradizzjonali tal-Milied u diversi maratoni, fosthom dik talbilliard, l-Għaqda fittxet li tiġbor iktar fondi b’risq ir-residenti ta’ din id-Dar fiż-Żurrieq, fejn isir ħafna xogħol volontarju. Dar Santa Tereża hija magħrufa għas-servizz li tagħti lit-tfal bejn tliet snin u disgħa, u li għal xi raġuni m’għandhomx dar xierqa fejn jgħixu. F’dawn laħħar ħdax-il sena, inġabru iktar
minn €35,000 b’risq dawn it-tfal permezz ta’ din l-attività annwali. Biex tkompli żżid mal-ispirtu tal-Milied, għal sena oħra kienet organizzata wkoll wirja tal-presepji, bis-sehem ta’ numru sabiħ ta’ artisti u dilettanti Maltin. Spikkat fost affarijiet oħrajn ilvarjetà ta’ materjali użati f’din ilwirja, minn sulfarini, kartapesta, ħġieġ, bajd, għal materjal riċiklat, bi presepju minnhom iddisinjat minn tfal tal-iskola.
Attività b’risq it-tfal fil-bżonn fiż-Żurrieq
38 organizzazzjoni, fosthom trejdunjins, assoċjazzjonijiet, gruppi ta’ appoġġ u NGOs li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, irċivew bejniethom total ta’ €341,000 f’għajnuna mill-Gvern sabiex ikunu aktar attivi fuq livell Ewropew. Dan il-fond tas-soċjetà ċivili twaqqaf bil-għan li jassisti lill-organizzazzjonijiet fil-ħidma tagħhom. Għas-sena d-dieħla, il-Gvern se jkun qed iżid il-baġit f’dan il-qasam b’aktar minn €60,000, hekk li b’kollox għal dan il-fond, ġew allokati total ta’ €450,000 f’għajnuna. (Ritratt: DOI, Clodagh Farrugia O’Neill)
Atturi u kantanti stabbiliti protagonisti fil-pantomima tal-Milied li qed tittella’ f’dawn il-jiem fl-Istitut Kattoliku
Ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Mellieħa
Għall-ewwel darba, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jkun qed jorganizza ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena għallpubbliku fil-Pjazza tal-Parroċċa fil-Mellieħa. Attività li qed tkun organizzata bl-appoġġ tasSegretarjat Parlamentari għallGvern Lokali u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Din l-attività tibda għall-ħabta tad-9 p.m. Se jkun hemm kant u mużika għall-familja kollha, u se jieħdu sehem ukoll kor tat-tfal u mużiċisti Melleħin. Għall-ħabta ta’ nofsillejl se tintwera projettazzjoni 3D fuq ilfaċċata tal-knisja parrokkjali u wara tintlaqa’ s-sena l-ġdida b’ħarqa spettakolari ta’ nar koordinata mill-Għaqda tan-Nar
Marija Bambina. Wara dan ikompli programm ta’ mużika varjata għal kulħadd. Bħala parti mill-preparamenti għal din l-attività, il-Kunsill ippubblika programm li fih ingħata spazju lill-għaqdiet Melleħin biex jippromwovu lattivitajiet li qegħdin jorganizzaw għal żmien il-Milied. Dan il-programm se jitqassam f’diversi rħula madwar Malta bil-għan li l-Kunsill joffri lappoġġ tiegħu lil dawn l-għaqdiet u l-attivitajiet li jorganizzaw. Il-Kunsill Lokali jħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi għal dawn l-attivitajiet. Dan il-programm jinstab ukoll fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill www.mellieha.gov.mt.
www.maltarightnow.com
8
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru 2014
Il-ħsejjes tal-ħażen u t-tajjeb
Jgħidu li l-ħażin jagħmel iktar ħoss mit-tajjeb. F’dawn laħħar ftit ġimgħat, żgur. Għax madwarna, f’diversi pajjiżi, ilħoss tal-ħażen u tat-tbatija qed jirbombja. Donnu s-sewwa siket u daħal f’qoxortu. Għax fl-aħħar jiem u ġimgħat għajjejna u nfnejna nisimgħu stejjer li kidduna u ta’ qsim il-qalb. Jumejn ilu traġedja flAwstralja fejn omm qatlet brutalment lil uliedha. Jew bħal dik ta’ għexieren ta’ tfal żgħar maqtula kiesaħ u biered fi skola fil-Pakistan ġimgħa ilu. Tfal żgħar innoċenti xkubettati fil-klassijiet tagħhom mill-fundamentalisti. Is-silenzju talħrief bla tebgħa u fraġli u ferrieħa kien stuprat mill-massakru tal-innoċenti. Għax dak li ġara elfejn sena ilu, meta Erodi ordna l-qtil, le, il-massakru tattfal taħt is-sentejn kellu jsib leku tiegħu f’Peshawar proprju meta qed inħejju biex niċċelebraw il-Milied. Hemm ħsejjes oħra kiebja ħerġin minn pajjiżi oħra mifni-
ja minn gwerer jew theddid ta’ gwerer. Pajjiżi viċin tagħna ferm, speċjalment fl-Afrika ta’ Fuq, u pajjiżi ftit iktar ’il bogħod bħal fl-Art Imqaddsa stess u l-madwar, jew f’pajjiżi iktar lil hinn, bħar-Russja u lUkrajna. Tassew li uffiċjal għoli ferm tal-Unjoni Ewropea dan l-aħħar ġie kkwotat jgħid li qatt daqs illum id-dinja ma kienet daqshekk instabbli u post perikoluż. Tħares fejn tħares, dmija u dmugħ, qlub maqsuma u iġsma mbiċċra. Tisħet kemm tisħet id-dlam, m’hemmx li jfiġġ raġġ ta’ dawl. F’mumenti bħal dawn, leħfef ħaġa li lkoll nistgħu nagħmlu, jien inkluż, hi li nisħtu d-dlam. Iżda b’dan ilmod, ma nkunu għamilna lebda pass ’il quddiem. Kif kien qal xi ħadd għaref xi żmien ilu, ikun aħjar jekk imqar tixgħel xemgħa. Għax iktar ma jkun tqil id-dlam, iktar jiddi filbogħod dak ir-raġġ inemnem ta’ xemgħa li taf tieħu suriet
Jumejn oħra niċċelebraw ilMilied u nibdew nagħlqu ssena 2014 u nippreparaw biex nibdew sena ġdida. B'mod ġenerali dan hu żmien ta' ferħ. Il-Milied hu żmien ta' għaqda u solidarjetà u aħna l-Maltin magħrufa għall-ġenerożità tagħna speċjalment f'dawn iljiem tas-sena. Sfortunatament, iżda, hawn nies li għalihom, minħabba ċċirkostanzi li jinsabu fihom, ilMilied ma jġibx il-ferħ li hu assoċjat miegħu. Għal min qiegħed f'xi sptar, jew f'qiegħ xi sodda, għal min tilef lil xi ħadd għażiż, għal min hu nieqes mill-aktar ħtiġiet bażiċi, il-Milied ta' din is-sena mhux se jkun wieħed ta' ferħ. F'dawn il-jiem il-ħsibijiet tiegħi waqgħu fuq il-mijiet ta' emigranti irregolari li hawn fostna. Forsi minħabba li f'dawn il-jiem qed naqraw ħafna fuq kwistjonijiet marbuta mal-immigranti irregolari u
aktar u aktar għall-istorja xokkanti li qrajna din ilġimgħa meta raġel ta xebgħa nobis lil mara b'ġilda skura, kissrilha snienha u hedded li joqtol lilha u lil dawk kollha ta' ġilda skura li hawn f'pajjiżna. Dan il-‘bully’ issa jinsab f'idejn il-pulizija u nħallu lġustizzja tieħu l-kors tagħha u tagħtih dak li ħaqqu. Iżda nafu li dan it-tali mhux waħdu li jaħseb li dawn ħutna bnedmin li qed ikollhom jaħarbu minn gwerer u faqar f'pajjiżhom, ma hawnx post għalihom filkomunità tagħna. Anzi hawn min saħansitra jaħseb li dawn in-nies mhux biss f'Malta tagħna ma hawnx posthom, iżda mkien fid-dinja. X'inhu dan jekk mhux lagħar forma ta' bullying? Ilmedia soċjali kif ukoll ilkolonni tal-kummenti tal-ġurnali elettroniċi mimlija b'kummenti dispreġjattivi u razzisti kontra dawn in-nies. Ġurnal
Solidarjetà
Ma nistgħux inkomplu nħallu l-baħar li jdawwarna jsir ċimiterju għal dawn l-imsejkna. Fosthom mijiet ta' tfal innoċenti, ommijiet żgħażagħ u missirijiet li jippruvaw jagħmlu l-aħjar li jistgħu għall-familji tagħhom
Jason Azzopardi
jason.azzopardi@gov.mt
differenti. F’pajjiżna għandna l-grazzja li hawn bosta li proprju f ’dawn il-jiem jaħdmu iktar biex idawlu l-qlub u jferrgħu ftit balzmu fuq feriti ġodda jew qodma. Ħajr u ġieħ lil dawk kollha li jaħdmu fil-volontarjat. Kemm hawn minnhom! U ħafna minnhom jaħdmu bla daqq tattrombi, mingħajr ma jistennew kelma ta’ ringrazzjament. Jagħtu minn ħinhom u millenerġija tagħhom sakemm
Mario Schiavone
mario.p.schiavone@gmail.com
tal-Ħadd ippubblika storja oħra kerha li turi kif dan is-sentiment negattiv issa qed jinxtered ukoll fost it-tfal tal-iskola. X'diżgrazzja. Hu tajjeb li l-iskola qed tieħu passi biex tassigura li dawn ilkażi ma jkomplux jiżdiedu u jittieħdu l-passi meħtieġa biex dan il-bullying jieqaf immedjatament. Iżda l-problema għandha għeruq ferm aktar fondi minn dawn iż-żewġ każi speċifiċi li semmejt. Biex tgħaxxaq, kellna saħansitra Ministru li waqqaf id-djalogu ma’ għaqdiet volontarji li jaħdmu ma' dawn l-immigranti. B'xorti tajba, il-Ministru lġdid, waħda mill-ewwel affarijiet li għamel kienet li reġa' beda dan id-djalogu u wiegħed li dalwaqt se jniedi politika ġdida dwar dan il-qasam. Jalla
OPINJONI
Jumejn qabel il-Milied irrid insellem lil dawk kollha li f’Jum il-Milied se jkunu xogħol, speċjalment lil dawk li l-ħidma tagħhom hi servizz lilna lkoll biex inkunu nistgħu ngawdu b’moħħna mistrieħ huma wkoll iħossu l-uġigħ. Għax hekk kienet qalet ixxwejħa qaddisa ta’ Calcutta, Madre Tereża: give, and give until it hurts. Hawnhekk irrid insellem l-inizjattiva blappoġġ tal-Fondazzjoni Appoġġ imsejħa ‘childrendreams.org’ fejn kulħadd jista’ jgħin b’mod prattiku biex jitwettaq il-ħolm ta’ tfal filbżonn jew bi problemi soċjali. Tgħin skont il-mezzi tiegħek u skont l-età tat-tfal li għandhom bżonn. Tiskanta kemm nistgħu nagħmlu ġid anke bi ftit ħafna. Għax anke jekk il-ħażin jagħmel ħoss iktar mit-tajjeb, hawn ħafna tajjeb li qed isir fis-skiet.
Jumejn qabel il-Milied irrid insellem lil dawk kollha li f ’Jum il-Milied se jkunu xogħol, speċjalment lil dawk li l-ħidma tagħhom hi servizz lilna lkoll. Jiġuni f’moħħi dawk li jaħdmu fl-isptarijiet u d-djar talanzjani, produzzjoni ta’ ilma u dawl u l-forzi tal-ordni. Tislima speċjali lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, Armata, Protezzjoni Ċivili, Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, u dawk li jaħdmu f’ċentri ta’ detenzjoni. Il-Milied it-tajjeb u hieni lilek Sur Editur, il-ħaddiema tiegħek kollha u lilkom għeżież qarrejja.
Hu tajjeb li l-iskola qed tieħu passi biex tassigura li dawn il-każi ma jkomplux jiżdiedu u jittieħdu l-passi meħtieġa biex dan il-bullying jieqaf immedjatament. Iżda l-problema għandha għeruq ferm aktar fondi minn dawn iż-żewġ każi speċifiċi li semmejt din tkun politika li tagħti ddinjità xierqa lil dawn in-nies. Għal dawn in-nies xejn ma jimporta li pajjiżna jilqa' fih eluf ta' barranin li ġejjin minn diversi pajjiżi basta ma għandhom ġilda skura. Iżda għal dawn l-imsejkna li qed jaħarbu mill-gwerer u l-miżerja biex ifittxu futur aħjar, f'pajjiżna ma hawnx post. B'xorti tajba, dawn in-nies huma f'minoranza. Fil-maġġoranza kbira tiegħu l-poplu Malti lest jilqa' u juri solidarjetà ma' dawn in-nies. Filwaqt li kultant naqraw stejjer koroh bħal dawk li semmejt aktar ’il fuq, madwarna naraw ta' kuljum stejjer sbieħ ta' solidarjetà ma’ dawn in-nies. Dan ma jfissirx li meta jaslu numri kbar, f'daqqa, minn dawn l-immigranti, il-pajjiż ma jgħaddix minn diffikultajiet. Ilkoll nafu li d-daqs tagħna hu tali li ma jippermettilniex li
noffru kenn xieraq lil numru bla limitu minn dawn in-nies. Iżda dan ma jfissirx li ma għandniex nagħtuhom il-kenn li għandhom bżonn sakemm tinstabilhom sistemazzjoni aħjar f'pajjiżi oħra, kif fil-fatt kultant jiġri, għalkemm mhux bil-frekwenza meħtieġa. Ma nistgħux inkomplu nħallu l-baħar li jdawwarna jsir ċimeterju għal dawn l-imsejkna. Fosthom mijiet ta' tfal innoċenti, ommijiet żgħażagħ u missirijiet li jippruvaw jagħmlu laħjar li jistgħu għall-familji tagħhom. F'dawn il-jiem sbieħ talMilied, ejjew nuru s-solidarjetà tagħna ma’ kull min hu filbżonn. Inkluż dawn l-immigranti, li għalihom, Ġesu’ Bambin twieled ukoll. Ejjew ngħinu fl-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà tagħna sakemm isibu pajjiżi oħra li jilqgħuhom.
www.maltarightnow.com
9
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL
Il-Milied: festa tas-solidarjetà u tal-volontarjat li jagħniha
Il-ġranet tal-Milied huma ġranet li fihom tispikka x-xewqa tassoċjetà tagħna għas-solidarjetà. U għalhekk il-Milied hu festa tassolidarjetà. Imma hu wkoll festa tal-volontarjat. Il-volontarjat jarrikkixxi s-solidarjetà, anzi jagħmel ħafna mill-attivitajiet li jsiru f’dawn il-ġranet attivitajiet ta’ solidarjetà vera.
L-ispazju tal-volontarjat fis-soċjetà tagħna Il-volontarjat hu l-ispazju importanti li hemm fis-soċjetà tagħna li la hu tal-Istat imħallas mit-taxxi ta’ bilfors u lanqas hu tal-privat imħallas mill-qligħ tal-flus. Hu settur għalkollox differenti li lenerġija tiegħu jġibha mill-qalb u l-ħsus tal-bniedem. L-Istat finanzjat mit-taxxi u l-privat finanzjat mill-qligħ tal-flus Hemm veru ħafna solidarjetà li ssir mill-Istat li jikkontrolla aktar minn 40 fil-mija tal-ġid li joħloq il-pajjiż permezz tat-taxxi li jiġbor u minn dawn l-40 fil-mija ħafna jmorru għal benefiċċji u solidarjetà li jagħmel l-Istat. Hemm ukoll attivitajiet li tista’ tgħidilhom ta’ solidarjetà imma li wieħed iħallas għalihom, għalkemm importanti li jsiru bi spirtu ta’ empatija, jiġifieri li jħoss dak li qed iħoss min qed ikun megħjun.
L-attività u l-enerġija volontarja misjuqa mill-qalb u s-sentiment Hemm imbagħad ħafna attività oħra li hi purament volontarja; la hi kkontrollata mill-Istat u lanqas issir għall-profitt privat. U f’din l-attività volontarja jieħdu sehem eluf ta’ Maltin bħala individwi jew f’għaqdiet u li jagħtu fiha mhux biss flus imma wkoll lilhom infushom. Għax il-ħin li dawn l-eluf ta’ Maltin iqattgħu f’attività volontarja u l-enerġija li jagħtu fiha huma parti minn ħajjithom stess – attività misjuqa mill-qalb u mis-sentiment li jġiegħlek tħoss dak li qed iħoss ħaddieħor.
Sejħa għal aktar studju dwar il-volontarjat Għalkemm nafu li f’Malta hawn ħafna attività volontarja, għadha ftit l-informazzjoni dwar l-għaliex u l-kif tagħha. L-akkademiku Andrew Azzopardi sentejn ilu kien ippubblika studju li kien għamel mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u malKummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-volontarjat. U waħda mir-rakkomandazzjonijiet li kien għamel kienet propju li jsiru aktar studji biex nagħrfu kif il-volontarjat jista’ jikber u jisseddaq. Saru wkoll aktar studji, imma l-bżonn ta’ għarfien aqwa tal-volontarjat jibqa’ sostanzjali.
Il-volontarjat jagħni ħajjitna Waqt li f’dawn il-ġranet nagħtu kif jixraq għotjiet ta’ flus, tajjeb naħsbu wkoll kif nistgħu nagħtu mill-ħin u l-enerġija tagħna f’għajnuna volontarja. Għax min jagħti għajnuna lil ħaddieħor jieħu wkoll – sodisfazzjon u tagħlim kbir dwar il-ħajja nnifisha. U naturalment min jirċievi wkoll. Bl-attività volontarja ta’ kull tip inkunu qed narrikkixxu din l-esperjenza meraviljuża li hi l-ħajja li qed ngħixu aħna u li naqsmuha ma’ ħaddieħor fis-solidarjetà.
Awguri minn Nazareth
Nhar il-Ħadd li għadda lFondazzjoni Nazareth organizzat għall-ewwel darba l-attività talMilied ‘Awguri minn Nazareth’, b’għanjiet tal-Milied madwar ittoroq taż-Żejtun bil-parteċipazzjoni tat-tfal u r-residenti talFondazzjoni Nazareth – attività li kienet suċċess. L-attività ntlaqgħet tajjeb ħafna mir-residenti tat-toroq li ġiet mgħoddija minnhom, hekk kif permezz talgħanjiet tal-Milied, ilFondazzjoni Nazareth marret
lura lejn it-tradizzjonijiet antiki, u b’hekk daħħlet lill-pubbliku flispirtu tal-Milied. Il-pubbliku kellu l-opportunità li jduq il-kokotina, il-kejkijiet kif ukoll il-krustini li ħejjew ilmembri tal-Kumitat ta’ din ilFondazzjoni. Barra minn hekk, il-pubbliku ngħata tifkira talokkażjoni li nħadmet mir-residenti tal-Fondazzjoni stess. Il-Fondazzjoni Nazareth organizzat din l-attività bil-għan li tirringrazzja lill-pubbliku tal-għajnuna kbira li jagħtiha matul issena. Fl-istess waqt, ir-residenti wasslu x-xewqat tagħhom permezz tal-għanjiet tal-Milied. Il-Fondazzjoni Nazareth temmen fl-inkużjoni ta’ kull resident
25 sena ilu f’In-Nazzjon
fl-attivitajiet li torganizza. B’din l-attività, il-Fondazzjoni Nazareth għalqet il-kalendarju tal-attivitajiet għas-sena 2014, iżda qed tħejji għadd ġmielu ta‘ attivitajiet biex fis-sena 2015 tiċċelebra l-20 sena mit-twaqqif tagħha. Dawn l-attivitajiet se jkunu qed isiru biex jinġabru donazzjonijiet biex tkun tista’ tinbena r-raba’ dar talFondazzjoni, iżda kull attività hi bil-għan li l-pubbliku jkun parteċipi u jieħu gost. Il-familja Nazzarena tixtieq tawgura l-festi t-tajba. Glen Chircop Segretarju tal-Kumitat tal-Fondazzjoni Nazareth
Il-ħarġa tal-ġurnal ‘in-Nazzjon tagħna’ tasSibt 23 ta’ Diċembru 1989 kienet l-aħħar waħda qabel Jum il-Milied, u allura l-faċċata tal-ġurnal kienet iddedikata kollha kemm hi lill-messaġġ tad-direzzjoni tal-ġurnal lill-qarrejja b’xewqat sbieħ għall-Milied ta’ dik issena. Fuq ritratt mill-isbaħ tax-xena tan-natività, ilġurnal għażel it-titlu “Paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba” u d-deskrizzjoni tar-ritratt kienet tal-mument meta s-Slaten Maġi waslu fl-għar ta’ Betlem – b’silta, taħt ir-ritratt, meħuda minn San Luqa (Kap 11 : 10-11). Ir-ritratt ittieħed minn riproduzzjoni ħajja li tellgħu l-atturi tal-Grupp Żgħażagħ Bormliżi.
Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt
www.maltarightnow.com
10
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru 2014
OPINJONI
Nirrispettaw lir-residenti Beltin matul il-jiem tal-festi
Matul dawn il-jiem tal-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena, il-belt kapitali tagħna qed tkun mimlija bin-nies. Nieħu gost nara u nosserva li ħafna nies minn barra l-Belt Valletta qed jidħlu fil-belt kapitali matul il-ġurnata biex jixtru r-rigali għall-familji u l-ħbieb tagħhom jew biex imorru jieklu f’wieħed mill-ħafna restaurants li hemm. Filgħaxijiet il-Belt Valletta qed tkunu ħajja u attiva, b’ħafna li qed jagħżlu din il-lokalità għal ftit ħin ta’ rilassament waqt li jieħdu drink talokkażjoni fl-isfond tal-ispirtu talMilied. Dan hu l-mod kif ilKunsill Lokali tal-Belt Valletta jixtieq li jara l-belt kapitali ta’ pajjiżna; mimlija ħajja u attivitajiet bl-istess mod kif ikunu attivi l-bqija tal-bliet kapitali fil-bqija tal-Ewropa. Bla dubju, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta dejjem kien fuq in-naħa tal-komunità kummerċjali għaliex jifhem l-importanza tar-rwol li għandhom biex illokalita’ tkun dejjem ħajja u aħjar milli hi. Aktar minn hekk, wieħed ma jridx jinsa li l-komu-
nità kummerċjali tal-Belt Valletta tħaddem ħafna residenti Beltin u allura hu fl-interess tal-Kunsill Lokali tagħna li l-kummerċ filBelt Valletta jkompli miexi ’l quddiem. Fl-istess waqt nammira lisforzi kbar li qed isiru minn ħafna li għandhom in-negozju fil-Belt Valletta biex iħajru aktar nies jidħlu l-Belt u jixtru r-rigali tagħhom. Illum il-marketing sar għodda importanti biex tħajjar aktar nies jagħmlu użu millprodott tiegħek jew jixtruh. Lil hinn minn dan kollu, bħala Viċi Sindku tal-Belt Valletta nixtieq nieħu din l-opportunità biex inwassal messaġġ dirett lil dawk kollha li mhumiex residenti talBelt Valletta u se jkunu qed jidħlu fil-belt kapitali matul dawn il-jiem ta’ festi. Ejjew u ħudu gost fil-lokalita’ tagħna iżda dejjem uru rispett lejn ilBelt Valletta u r-residenti li jgħixu fiha. Fuq kollox, ejjew inżommu lBelt Valletta nadifa u sabiħa kif inhi. Il-Belt Valletta mhix tar-residenti jew tal-Beltin biss, iżda hi
Christian Micallef
micallef_christian@yahoo.co.uk
belt tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Ir-rispett lejn ir-residenti hu importanti għaliex fl-aħħar millaħħar, dawn huma n-nies li jiffurmaw parti integrali mill-karatterstika tal-lokalita’. Ejjew ma ninsewx li ħafna mir-residenti filBelt Valletta huma anzjani u għalhekk jeħtieġ li nirrispettaw il-liġijiet tal-pajjiż speċjalment fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Importanti li wieħed jikkopera mal-pulizija u jżomm f’moħħu li dawn iridu jagħmlu xogħolhom u
Ir-rispett lejn ir-residenti hu importanti għaliex fl-aħħar mill-aħħar, dawn huma n-nies li jiffurmaw parti integrali mill-karatteristika tal-lokalità
jaraw li ħadd ma jkun qed jikser il-liġi jew idejjaq lil ħaddieħor li jkun jinsab f’daru. Importanti wkoll li nkunu nafu fejn għandna nipparkjaw il-vetturi tagħna fil-Belt Valletta u naraw li ħadd ma jabbuża billi jipparkja f’parkeġġi li huma riservati speċifikament għar-residenti. Ejjew ma ndejqux lil ħaddieħor f’dawn il-jiem tal-festi. Għaldaqstant, dawk kollha li mhumiex residenti fil-Belt Valletta, għall-ebda raġuni m’għandhom jipparkjaw il-vettura tagħhom f’parking space aħdar. Il-kulur aħdar hu riservat esklussivament għal dawk li joqogħdu l-Belt Valletta. Dawk li mhumiex residenti l-Belt jistgħu jipparkjaw il-vettura tagħhom f’kull ħin tal-ġurnata fuq parking space abjad jew fuq parking
space blu, iżda mhux matul ilħinijiet ta’ filgħaxija. Il-kulur blu fil-ħinijiet ta’ filgħaxija hu riservat għar-residenti biss. Ejjew nirrispettaw lil ħaddieħor u meta f’dawn il-jiem ta’ festi nkunu fil-Belt Valletta, naraw li nkunu responsabbli billi nżommu l-lokalità nadifa, nosservaw il-liġijiet, nikkoperaw mal-pulizija u nipparkjaw il-vetturi tagħna fejn suppost u mhux fuq parkeġġi tar-residenti. Nieħu din l-opportunità biex permezz ta’ dan l-artiklu nsellem, nirringrazzja u nawgura l-festi ttajba lir-residenti Beltin, ilkomunità kummerċjali fil-Belt Valletta, lill-pulizija u lill-gwardjani lokali li qed jaħdmu fil-belt kapitali. Jalla matul l-2015 ilBelt Valletta tkompli tkun isbaħ u aħjar milli hi llum!
www.maltarightnow.com
OPINJONI
Għal darba, ejjew ninsew id-differenzi!
Ninsabu fil-Milied. L-isbaħ żmien tas-sena għax fih kulħadd isib il-ferħ, kulħadd iħoss sens ta’ trankwillità, kulħadd jesperjenza l-paċi. Il-paċi vera li ġejja mis-sema bil-barka taċ-ċkejken Ġesù Bambin, li twieled għalina biex jeħlisna mill-irbit tad-dnub oriġinali u jsalvana. Kemm hi festa kbira u sabiħa l-festa talMilied! Festa tal-kbar u tażżgħar, festa l-aktar tat-tfal. Hija festa wkoll tal-anzjani li ġġibilhom ħafna tifkiriet u nostalġiji sbieħ tal-imgħoddi. Festa wkoll għall-morda li minkejja l-mard u l-uġigħ, xorta dakinhar iħossuhom ftit aħjar, ftit aktar ferħanin, ftit aktar kuntenti. Taf min ma jħossux ferħan u kuntent fil-Milied? a jħossuhomx ferħanin fil-Milied dawk li jgħixu weħedhom, fissolitudni, li m’għandhom lil ħadd min jittawlilhom u jagħtihom il-festi t-tajba. Dawn iva, dawn mhux talli ma jħossux ilferħ tal-Milied, iżda dakinhar forsi jkunu mdejqin aktar missoltu. Għalhekk huwa verament importanti u meħtieġ li dawk ittalin li għad għandhom lil xi ġenitur ħaj jew xi ħadd familjari ieħor, jaraw li jagħmlu dmirhom u dakinhar jaslu wasla sa ħdejhom u jagħtuhom lawguri tal-festi tal-Milied u xi rigal ċkejken jew xi borża pastini jew ċikkulatini jew xi ftit frott, kulħadd skont id-dieta tiegħu. Kelma ta’ faraġ u tbissima hija biżżejjed biex wieħed iħoss l-imħabba fil-qalb tiegħu. L-istess nistgħu ngħidu għal ħutna li jinsabu l-ħabs jiskontaw xi sentenza tal-qorti dwar xi reat li jkunu wettqu, jew li jkunu jistennew li tinstema l-kawża tagħhom. Iva, anke dawn huma ħutna u jistennew u jifirħu meta xi ħadd, għall-inqas nieshom imorru jżuruhom u jgħaddulhom ixxewqat sbieħ ta’ dawn il-festi. Għax wara kollox, min ma jiżbaljax? F’dawn il-jiem sbieħ tas-sena hemm bżonn li niftakru wkoll f’dawk li huma anqas ixxurtjati minna, il-foqra, dawk b’xi diżabbiltà fiżika jew mentali. Anke dawn jistennewna nżuruhom. Dawn ukoll jimmeritaw il-ħsieb, l-imħabba u l-interess tagħna ċ-ċittadini. Qabża salisptarijiet jew sad-djar tal-anzjani matul dan iż-żmien, ma tkunx ħin mitluf, imma ħin prezzjuż u investit b’mod għaqli u ferm xieraq. Għax it-tiżjin tasswali u tal-kmamar, id-dwal ipetptu fuq is-Siġra tal-Milied, kif ukoll ix-xbihat tal-Bambin fuq it-tiben fil-grotta jew fil-
11
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
Euchar Mizzi
mizzieuchar@gmail.com
maxtura, ma jimlewx il-vojt ta’ qalb dik l-omm jew qalb dak ilmissier li min jaf kemm batew biex rabbew mill-aħjar li setgħu lil uliedhom kollha, rawhom jikbru u jieħdu pożizzjoni, joħorġu mid-dar u jibnu familja għalihom. Il-preżenza tagħhom u ta’ wliedhom ċkejknin jew anke dawk adolexxenti timla verament il-vojt fil-qalb ta’ dawn l-għeżież tagħna. U għalhekk trid tkun verament qalbek xierfa biex tonqos minn dan iddmir u obbligu hekk kbir u ma tagħmlux b’rikonoxxenza almenu ta’ dak li huma għamlu miegħek mit-twelid sakemm forsi kienu għadhom jifilħu u jgħinuk b’xi mod jew ieħor. Niftakru fil-kliem talImgħallem tagħna meta qal; “kont bil-ġuħ u tmajtuni, bilgħatx u sqejtuni, għeri u libbistuni, marid jew il-ħabs u ġejtu żżuruni” eċċ. Imbagħad meta staqsew meta għamlu dan miegħu, Ġesù weġibhom; “Kull meta għamiltu dan ma’ wieħed mill-iċken fostkom, dan għamiltuh miegħi”. Dan huwa ż-żmien ta’ tiżjin, sew fid-dar, fil-knejjes u anke fil-postijiet fejn jiltaqgħu n-nies u saħansitra anke barra filpjazez u t-toroq ewlenin talbliet u l-irħula tagħna. Ħaġa sabiħa li minna nnifisha toħloq atmosfera grazzjuża għal dan iż-żmien qaddis tal-Milied filgħaxijiet, waqt li jkun għaddej ix-xiri tar-rigali tal-Milied għall-għeżież u l-ħbieb tagħna. Anke d-daqq ħlejju tal-għanjiet tal-Milied fl-istess postijiet ikompli jgħin fit-tgawdija ta’ dan l-istaġun tant mistenni millmaġġoranza tal-poplu tagħna. Xi ħaġa ta’ min ifaħħarha u jalla tibqa’ ssir għaż-żminijiet li ġejjin, hi t-tiżjin tat-twieqi u gallariji tad-djar tagħna bixxbieha tal-presepju jew talbambin impoġġi fuq ftit tiben ġewwa maxtura u mdawwar bilbozoz ikkuluriti jew bojod. Anke s-siġra tal-Milied birrigali taħtha għandha sinifikat sabiħ u li jġiegħlek tifraħ tħares
Lejlet il-Milied ir-raħal kollu joħroġ għall-purċissjoni tal-bambin li tiġi organizzata mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija MUSEUM
lejha. Dawn huma kollha użanzi ġejjin mill-imgħoddi ta’ niesna waqt li wħud minnhom huma drawwiet li daħlu fostna kemm mill-Ingliżi matul il-ħakma tagħhom hawn f’pajjiżna, kif ukoll minn pajjiżi oħra fejn niesna kienu emigrati li meta rritornaw ġabu magħhom dawn id-drawwiet. Imma l-aqwa u lisbaħ ornament tal-Milied kien, għadu u jibqa’ l-presepju filfamilji tagħna, f’post ċentrali u mżejjen bil-ġulbiena bajda bajda u xi xemgħat mixgħula quddiemu. Hawn irrid nifraħ lill-Għaqda Ħbieb tal-Presepji Għawdex u Malta tal-ħidma kbira tagħha sabiex il-preżenza tal-presepju fid-djar tagħna mhux biss ma tmutx, imma tikber u tidħol possibbilment f’kull dar u post li jeżisti f’pajjiżna. Il-Knisja tippreparana sewwa għal din il-festa kbira. Nibdew bl-Avvent, ħames ġimgħat qabel u bin-novena li tibda għaxart ijiem qabel Lejlet ilMilied. Isiru prietki bibliċi li jkolhom x’jaqsmu mat-twelid ta’ Ġesù Bambin, l-aktar mitTestment l-Antik. Il-qari jkun kollu dwar dan lepisodju hekk kbir tat-twelid ta’
F’dan iż-żmien speċjali tas-sena, ejjew ningħaqdu lkoll flimkien bħala poplu wieħed u nwarrbu d-differenzi ta’ bejnietna
Ġesù Bambin. Anke fil-kant ta’ waqt il-quddies matul dan iżżmien nibdew nisimgħu l-għanjiet tal-Milied li tant huma melodjużi, l-aktar meta jitkantaw mit-tfal. Lejlet il-Milied ir-raħal kollu joħroġ għall-purċissjoni talbambin li tiġi organizzata misSoċjetà tad-Duttrina Nisranija MUSEUM. Din tispiċċa filknisja fejn wara jittella’ pageant dwar il-Milied imżewwaq bilgħanjiet u bil-prietka tal-Milied mit-tifel. Nistgħu ngħidu li ttfal kollha tal-parroċċa jieħdu sehem f’din l-attività. Imbagħad ikun imiss il-funzjoni straordinarja tal-lejl tal-Milied. Ir-raħal kollu jinġabar filknisja liebes l-aħjar ilbies taxxitwa, u mal-Arċipriet u l-Kleru kollu jassisti għall-ġrajja tattwelid ta’ Ġesù Bambin. Fi tmiem il-fuzjoni kulħadd jagħti l-Milied it-Tajjeb lil xulxin, xi ħaġa verament sabiħa mimlija ferħ u paċi tal-qalb.
L-għada filgħodu t-tfal joħorġu barra bir-rigal li ġabilhom Santa Klaws. Fi żmienna, aħna, ta’ tfal li konna, konna nemmnu li r-rigali ġabhomlna lBambin. Illum iż-żgħar jgħidu li ġabhomlhom Santa Klaws, waqt li l-kbar jagħtu rigal lil xulxin wara l-quddiesa ta’ nofsillejl jew qabel l-ikla talMilied f’nofsinhar. L-ikla ta’ nofsinhar baqgħet l-isbaħ mument li fih il-familja kollha, bin-nanniet b’kollox, tiltaqa’ flimkien biex tiffesteġġja din ilfesta tal-familja, fejn il-platt prinċipali aktarx li jkun iddundjan. F’dan iż-żmien speċjali tassena, ejjew ilkoll kemm aħna ningħaqdu flimkien bħala poplu wieħed u nwarrbu d-differenzi ta’ bejnietna, u minn qalbna nagħtu lil xulxin b’mod ġenwin, l-awgurju tal-Milied it-Tajjeb u sena mimlija paċi u ġid lil kulħadd. Il-festi t-tajba lil kulħadd.
www.maltarightnow.com
12
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Raġel jgħajjat ‘Allah hu Akbar’ isuq fuq folla nies FRANZA
Raġel li nstema’ jgħajjat ‘Allah hu Akbar’ kien arrestat fi Franza wara li saq il-vettura tiegħu f’folla nies. Mill-inqas 13-il persuna ndarbu, tnejn minnhom serjament, wara li s-sewwieq kellu fil-mira tiegħu nies li kienu mexjin fittriq, f’ħames zoni differenti filbelt ta’ Dijon. Xhieda qalu lill-pulizija li hu nstema’ jgħajjat ukoll li kien qed
“jaġixxi għan-nom tat-tfal Palestinjani” matul dagħdija, li damet madwar nofs siegħa. Dan il-każ seħħ jum wara li raġel ieħor, li wkoll instema’ jgħajjat ‘Allah hu Akbar’, ta daqqiet ta’ sikkina lil tliet pulizija fil-belt ċentrali ta’ Joue-lesTours. Il-mottivi wara l-aħħar attakk għadhom mhumiex ċari. IlPresident Franċiż Francois
Iddikjara rebħa IT-TUNEŻIJA
Il-politiku veteran Beji Caid Essebsi ddikjara rebħa fl-elezzjoni presidenzjali li saret nhar il-Ħadd. Din l-elezzjoni kienet meqjusa bħala l-aħħar pass fiċċaqliqa tat-Tuneżija għaddemokrazija – erba’ snin wara li rewwixta neħħiet lil Zine ElAbidine Ben Ali mill-poter. Ir-riżultati uffiċjali tal-elezzjoni ħarġu lbieraħ u r-rivali ta’ Essebsi, Moncef Marzouki, irrifjuta li jikkonċedi telfa. Iżda ftit wara li l-postijiet talvotazzjoni għalqu, Essebsi, eks speaker tal-parlament ta’ 88 sena li serva taħt Ben Ali, ħabbar li hu kien rebaħ b’marġini ċara, u sostenituri ferħanin niżlu fittoroq tal-kapitali u ċċelebraw, filwaqt li għajtu “Beji President!” Ir-rebħa għal Essebsi se ġġiegħlu jikkonsolida l-poter, mal-partit sekulari ġdid, Nidaa Tounes li diġà qed jikkontrolla lparlament wara li għeleb lill-partit Iżlamiku fl-elezzjonijiet leġiżlattivi li saru f’Ottubru. B’kostituzzjoni progressiva ġdida u b’numru ta’ elezzjonijiet li ntemmu b’suċċess, it-Tuneżija ġiet imfissra bħala eżempju ta’ bidla demokratika f’reġjun li qed
jitħabat biex ilaħħaq mal-eżitu tal-irvellijiet matul ir-Rebbiegħa Għarbija tal-2011. “Niddedika r-rebħa tiegħi għall-martri tat-Tuneżija. Nirringrazzja lil Marzouki, u issa għandna naħdmu flimkien mingħajr ma nħallu lil ħadd barra,” qal Essebsi lil stazzjon tat-televiżjoni lokali. Madankollu, ir-rivali tiegħu Marzouki, eksattivista dwar iddrittijiet tal-bniedem, li għandu 69 sena, irrifjuta r-rebħa ta’ Essebsi u ssuġġerixxa li hu se joħroġ rebbieħ meta joħorġu rriżultati uffiċjali. “It-Tuneżija rebħet, iddemokrazija rebħet, jeħtieġ li nibqgħu magħqudin. Minkejja listqarrijiet tal-avversarju tagħna, lindikazzjonijiet kollha huma pożittivi għalina, għaldaqstant inħarsu ’l quddiem,” qal lil folla numeruża mill-gallarija tal-kwartieri għallkampanja elettorali f’Tuneż. Sadattant, il-pulizija sparaw ilgass tad-dmugħ biex tferrex ftit mijiet ta’ dimostranti f’belt finNofsinhar tal-pajjiż li marru fittoroq u pprotestaw kontra ddiskors tar-rebħa li sar minn Essebsi.
Hollande appella lill-awtoritajiet biex ikunu viġilanti wara dawn linċidenti, filwaqt li appella lillpubbliku biex ma jinkwetax iżżejjed. Il-Ministeru tal-Intern Franċiż qal li s-sewwieq ta’ 40 sena kien magħruf mill-awtoritajiet minħabba offiżi żgħar li jmorru lura għas-snin disgħin. “Ir-raġel... milli jidher hu persuna żbilanċjata u kien pazjent fi
sptar psikjatriku,” qal sors partikulari. Hemm spekulazzjoni fil-media li żewġ persuni oħra kienu filkarozza dak il-ħin li seħħ lattakk. Il-Prim Ministru Franċiż Manuel Valls bagħat messaġġ fuq il-media soċjali Twitter u esprima solidarjetà mal-vittmi, filwaqt li l-Ministru għall-Intern Bernard Cazeneuve żar Dijon
fejn seħħ il-każ vjolenti. Żewġ attakki fi żmien jumejn żiedu l-biża’ fi Franza dwar ilpossibbiltà ta’ aktar atroċitajiet minn xi individwi. L-ISIS u organizzazzjonijiet terroristiċi oħrajn irrepetew is-sejħiet tagħhom għal aktar attakki kontra Franza, parzjalment minħabba s-sehem militari tagħha flazzjonijiet militari mmexxija mill-Istati Uniti fl-Iraq.
Il-Papa jattakka l-burokrazija Il-Papa waqt id-diskors tiegħu tal-bieraħ (Ritratt: EPA)
IL-VATIKAN
Il-Papa Franġisku nieda attakk fuq il-burokrazija fil-Vatikan u akkuża lill-Kleru li jmexxi sSanta Sede talli għandu kilba perikoluża għall-poter. It-tislijiet annwali għall-Milied mill-Papa lill-kardinali, l-isqfijiet u s-saċerdoti li jmexxu s-Santa Sede, inbidlu fi kritika qawwija mill-Papa Franġisku bħala parti mill-kruċjata tiegħu biex jirriforma l-Knisja Kattolika. Il-Papa uża kliem iebes u elen-
ka 15-il marda li jeżistu filVatikan, fosthom li “wieħed iħossu immortali”, “il-marda Alzheimer spiritwali”, “skiżofrenija eżistenzjali” u “tterroriżmu tax-xnihat”. Jidher li l-kritika qawwija tiegħu ma ntlaqgħetx tajjeb millKleru miġbur quddiemu hekk kif din intlaqgħet biss minn applaws imqanżaħ. Il-Papa Franġisku saħaq u qal li “jkun aħjar li wieħed jaħseb
dwar il-Kurja Rumana bħala mudell żgħir tal-Knisja, jiġifieri korp li ta’ kuljum ifittex li jkun magħqud fl-armonija, korp li jkollu diversi elementi iżda li ma jaħdimx nofs leħja, anzi b’mod koordinat biex ikun effiċjenti”. Il-Papa kkonkluda d-diskors tiegħu billi talab maħfra għannuqqasijiet tiegħu u tal-kollaboraturi tiegħu, kif ukoll għal numru ta’ skandli li għamlu ħafna ħsara lill-Knisja.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Imbassar li l-prezz taż-żejt se jibqa’ rħis
13
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA Waqt laqgħa tal-enerġija li saret fl-Emirati Għarab Magħquda, ministri tal-pajjiżi ewlenin tal-OPEC, l-għaqda tal-pajjiżi li jesportaw iż-żejt, bassru li għax-xhur li ġejjin ilprezz taż-żejt se jibqa’ rħis. Hemm pressjoni minn pajjiżi li jipproduċu ż-żejt u li mhumiex membri tal-OPEC
biex il-produzzjoni tonqos biex hekk il-prezz jibda jiżdied. Imma waqt il-laqgħa li saret f’Abu Dhabi, Ali al-Naimi, ilMinistru taż-Żejt tal-Arabja Sawdija, għamilha ċara li ma kien se jkun hemm ebda qtugħ fil-produzzjoni u ma’ dan qabel Ali al-Omair, il-Ministru
taż-Żejt tal-Kuwajt. Anzi hu għamilha ċara li talanqas sa Ġunju tas-sena ddieħla, il-produzzjoni se tinżamm kif inhi. Il-prezz taż-żejt naqas bi kważi 50 fil-mija minn Ġunju, l-aktar minħabba provvista tajba fis-swieq. Din kienet effettwata wkoll minn
provvista minn metodi ġodda għall-ħruġ taż-żejt magħrufa bħala shale oil production minn pajjiżi barra l-OPEC fosthom fl-Istati Uniti u l-Kanada. Suhail al-Mazrouei, ilMinistru taż-Żejt tal-Emirati qal li ma kienx se jkun hemm indħil mill-OPEC għas-sitwazzjoni ta’ prezz irħis u l-għaqda
riedet tal-anqas sitt xhur biex tara x’se jiġri. Hu żied li lOPEC kienet determinata li tiltaqa’ biex tiddiskuti s-sitwazzjoni wara sitt xhur. Adel Abdulmahdi, ilMinistru taż-Żejt tal-Iraq, qal li jemmen li l-prezz taż-żejt se jistabbilixxi ruħu għal madwar 60 dollaru kull barmil.
Kritika għallkundizzjonijiet tax-xogħol IĊ-ĊINA
IL-VATIKAN: Marcello Di Finizio, negozjant Taljan, li matul il-lejl bejn il-Ħadd u t-Tnejn tela’ fuq il-faċċata tal-Bażilika ta’ San Pietru biex jipprotesta kontra direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar is-servizzi fis-suq intern magħrufa bħala d-Direttiva Bolkestein (Ritratt: EPA)
Mill-protesti għal kant ta’ inijiet fit-toroq HONG KONG
Għal numru ta’ xhur, iddimostranti f’Hong Kong ipparalizzaw il-belt, ikkampjaw fit-toroq, blukkaw it-traffiku u xejru umbrelel sofor. Issa, wara li l-Pulizija fl-aħħar irnexxielha tneħħihom mit-toroq, id-dimostranti libsu brieret ta’ Santa Klaws u nġabru biex ikantaw innijiet b’messaġġi ta’ protesta. Nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, grupp ta’ madwar 200 persuna allegraw lin-nies li kienu qed jixtru fit-toroq ta’ Hong Kong. “Kulħadd għandu ġrieħi f’rasu u riġlejn imdemmija,” kantaw iddimostranti bil-Kantoniż, għallinnu ‘Ninġabru Nsara’. “Pulizija
bla qalb ixejru l-lembubi tagħhom b’rabja kbira, bit-tama li joqtlu xi ftit tan-nies,” komplew ikantaw iddimostranti. Mal-mużika ta’ innu popolari tal-Milied, id-dimostranti nnutaw li ċ-ċittadini ta’ Hong Kong kienu rrabjati għall-proposti li tressqu minn Beijing għall-elezzjoni li jmiss u appellaw lill-pubbliku biex “jibqa’ magħqud u jipprotesta kontra l-Partit Komunista Ċiniż”. Il-kantanti tal-innijiet kienu organizzati minn Narrow Church, knisja Kristjana li hi attiva politikament, u kienu segwiti mill-qrib minn madwar mitt pulizija, li kull tant żmien avżawhom biex jibqgħu fuq il-bankina.
Investigazzjoni tal-BBC sabet li ħaddiema Ċiniżi f’fabbriki li jipproduċu prodotti tal-Apple kienu qed jaħdmu f’kundizzjonijiet mill-agħar. F’servizz għall-programm ‘Panorama’, intwerew ħaddiema li ma jkunux jifilħu jaħdmu aktar xifts ta’ 12-il siegħa kif ukoll ħaddiema li kellhom jaħdmu 18il ġurnata konsekuttivi. L-Apple qalet li ma kinitx taqbel mal-konklużjonijiet tal-programm dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-fabbriki tagħha. Il-kundizzjonijiet ħżiena filfabbriki Ċiniżi tal-Apple kienu taħt il-lenti fl-2010 meta 14-il ħaddiem għamlu suwiċidju minħabba l-kundizzjonijiet taxxogħol fl-akbar fabbrika li kellha l-Apple. Wara, l-Apple kienet ħarġet regoli dwar f’liema kundizzjonijiet iridu jaħdmu l-ħaddiema fiċ-Ċina.
www.maltarightnow.com
14
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Iben Jackie Chan mixli b’abbuż ta’ droga IĊ-ĊINA
L-OLANDA: Ħaddiema jneħħu s-soft toys li tpoġġew mad-daħla tal-bażi ta’ Korporaal van Oudheusden f’Hilversum, fejn kienu twasslu l-katavri tal-vittmi tat-tiġrif tal-ajruplan tal-Malaysia Airlines MH17 fil-Lvant tal-Ukrajna fis-17 ta’ Lulju. Xi wħud minnhom se jinżammu iżda għad irid ikun deċiż x’se jsir minnhom (Ritratt: EPA)
Id-dar fejn inqatlu t-tfal se titwaqqa’ L-AWSTRALJA
Id-dar fejn omm Awstraljana allegatament qatlet tmint itfal, ilmaġġoranza tagħhom uliedha, x’aktarx se titwaqqa’. Dan sabiex tinżamm it-tradizzjoni tal-kultura indiġena bl-iskop li jsir monument minflok id-dar. Id-destin tad-dar fil-belt ta’ Cairns kien diskuss filwaqt li mħallef ċaħad talba biex il-każ ta’ qtil kontra Raina Mersane Ina Thaiday, li għandha 37 sena, ikun trasferit fil-Qorti tas-Saħħa Mentali fl-istat ta’ Queensland. Thaiday hi l-omm ta’ erba’ subien u tlieta mill-bniet li nqatlu. It-tmien tifla kienet inneputija tal-mara. Gavin King, membru parlamentari fi Queensland, qal li lGvern ta’ Queensland qabel dwar it-twaqqigħ tad-dar minħabba l-mod orribbli kif inqatlu t-tfal, kif ukoll biex tinżamm it-tradizzjoni ma’ twemmin kulturali ta’ nies indiġeni. “Wara konsultazzjoni estensiva, id-dar se titwaqqa’ fi żmien qasir,” sostna King, hekk kif kellem lill-media f’park fejn kienu jilgħabu t-tfal li nqatlu. Gavin King żied li l-Gvern se jkun qed ikellem lill-komunità
dwar x’tip ta’ monument għandu jitwaqqaf. Thaiday kienet mixlija nhar ilĦadd bi tmien kapi ta’ akkuża dwar il-qtil tat-tfal, li l-età tagħhom kienet tvarja bejn sentejn u 14-il sena. Il-Maġistrat Alan Comans irrifjuta talba li saret minn Steven MacFarlane, l-avukat ta’ Thaiday, sabiex il-każ imur filQorti tas-Saħħa Mentali. Fi smigħ qasir fil-Qorti talMaġistrati f’Cairns, ilbieraħ Comans qal li t-talba saret wisq malajr. Ebda verdett ma ngħata fissmigħ għan-nom ta’ Thaiday, li baqgħet taħt superviżjoni millpulizija fi sptar. Hi qed tingħata l-kura għal daqqiet ta’ sikkina li kellha fuq ġisimha. MacFarlane stqarr li hu ma kienx ċert kemm se ddum l-isptar il-klijenta tiegħu, li qed tistenna biex tkun eżaminata minn psikjatra. Il-pulizija talbu lill-media biex timxi mal-etika u tirrispetta lkultura indiġena li l-familja tagħmel parti minnha, kif ukoll biex toqgħod lura milli xxandar l-ismijiet u r-ritratti tat-tfal li nqatlu.
Il-Prosekutur tal-istat fiċ-Ċina akkuża formalment lil Jaycee Chan, iben l-attur popolari talkung fu, Jackie Chan, b’abbuż ta’ droga. Jaycee Chan, attur u kantant ta’ 32 sena, kien arrestat f’Beijing din is-sena wara li rriżulta pożittiv għall-mariwana. Il-pulizija qalu li nstabu mitt gramma droga fid-dar ta’ Chan. Fi stqarrija qasira, l-awtoritajiet Ċiniżi qalu li bdew proċeduri legali kontra Chan “għal reat talli laqa’ lil ħaddieħor f’daru biex
jabbuża mid-droga”. Il-President Xi Jinping, f’Ġunju qal li ċ-Ċina se tkun ħarxa ħafna kontra d-droga. L-attur Jackie Chan, li għandu 60 sena, serva bħala kelliem għar-rieda tajba għall-Kumitat Nazzjonali Kontra d-Droga fiċĊina fl-2009, u ppromwova stil ta’ ħajja ħieles mid-droga. Jaycee Chan ma kienx disponibbli għal kumment. F’Awwissu, missieru talab skuża mill-pubbliku għall-arrest ta’ ibnu.
IL-KOREA T’ISFEL: Kim Chang-Gon, il-Kaptan tal-Pulizija fis-Sezzjoni tas-Salvataġġ ta’ Bukhan San, u l-membri Eum Beom-Seok, Woo Hwa-Seung u Jeong Han-Yong, libsin kostumi ta’ Santa Klaws, waqt li qed jixxabbtu ma’ muntanja matul avveniment li jfakkar l-istaġun festiv fuq il-muntanja Bukhan qrib Seoul (Ritratt: EPA)
Il-Prinċipessa Cristina se tgħaddi ġuri SPANJA
Il-Prinċipessa Cristina, oħt irRe ta’ Spanja, se tgħaddi ġuri dwar frodi ta’ taxxa fuq allegati rabtiet ma’ negozjati kummerċ-
jali li għamel żewġha. Din hi l-ewwel darba għal Spanja moderna li persuna rjali se tittella’ l-qorti u tgħaddi ġuri.
Żewġha Inaki Urdangarin hu akkużat li ffroda miljuni ta’ ewro f’fondi pubbliċi ma’ ekssieħeb kummerċjali.
www.maltarightnow.com
AĦBARIJIET TA’ BARRA
Thedded lill-Istati Uniti dwar is-Sony IL-KOREA TA’ FUQ
Il-Korea ta’ Fuq heddet li twettaq attakki mhux speċifiċi fuq l-Istati Uniti, f’eskalazzjoni ta’ gwerra bil-kliem wara l-attakki bl-internet fuq il-kumpanija Sony Pictures. Fi stqarrija rrabjata, il-Korea ta’ Fuq avżat dwar attakki kontra l-White House, il-Pentagon u l-kumplament tal-Istati Uniti. Il-Korea ta’ Fuq ċaħdet l-
Traġedja fil-qalba ta’ Glasgow
istqarrijiet, li għamlet l-Istati Uniti, li hi kienet il-moħħ wara l-attakki bl-internet fuq film li juri l-qtil fittizju tal-mexxej tagħha, Kim Jong-un. Il-Korea ta’ Fuq għandha storja twila ta’ theddid kontra l-Istati Uniti. L-aħħar stqarrija saret wara li l-Istati Uniti akkużat formalment lill-Korea ta’ Fuq li qed torkestra attakk kbir bl-internet fuq Sony Pictures.
“L-armata u l-poplu talKorea ta’ Fuq huma lesti li jikkonfrontaw lill-Istati Uniti fl-ispazji kollha ta’ gwerra, fosthom attakki bl-internet,” qalet stqarrija twila li saret mill-Aġenzija tal-Aħbarijiet Ċentrali tal-Korea ta’ Fuq. Il-Korea ta’ Fuq hi sensittiva ħafna għal kull nuqqas ta’ rispett li jsir fil-konfront talmexxej tagħha, Kim Jong-un.
“Il-konfrontazzjoni iebsa qed issir b’kuraġġ kontra lWhite House, il-Pentagon u lkumplament tal-Istati Uniti – iċ-ċentru tat-terroriżmu”. Il-Korea ta’ Fuq akkużat lillPresident Obama talli “qed twassal ix-xniegħa” li lawtoritajiet fi Pyongyang huma responsabbli għallattakk fuq is-Sony. Sadattant, f’analiżi li saret
15
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
dwar il-Korea ta’ Fuq, intqal li dan il-pajjiż spiss juża rettorika ħarxa kontra l-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti. Barra minn hekk, l-istqarrija li saret minn Pyongyang tidħol aktar fid-dettall dwar l-argument tal-FBI li kien hemm sinjali fil-kodiċi tal-kompjuter u li l-Korea ta’ Fuq kienet responsabbli għall-attakk li sar fuq is-Sony.
IR-RENJU UNIT
Tal-anqas sitt persuni nqatlu wara li lbieraħ waranofsinhar trakk tal-iskart baqa’ dieħel f’folla nies fil-qalba ta’ Glasgow. Il-każ seħħ f’George Square u t-trakk baqa’ dieħel filMillenium Hotel li qiegħda maġenb Queen Street Station. Skont xi xhieda, it-trakk ħabat ma’ vettura qabel ma tela’ fuq ilbankina u laqat in-nies. Iżda sakemm morna għall-istampa ma kienx magħruf jekk it-trakk instaqx apposta lejn in-nies jew kienx hemm raġuni oħra wara din it-traġedja. Rapporti filmedia Ingliża kienu qed isostnu li aktarx is-sewwieq sofra attakk tal-qalb. Il-post kien mimli nies minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet talMilied. Fil-post fil-pront wasalu ħafna ambulanzi u membri tal-forzi tas-sigurtà. Xhieda qalu li lbankina fejn spiċċa t-trakk kienet mimlija nies midruba jew mejtin. Nies tul 15-il metru tal-bankina ntlaqtu mit-trakk.
IR-RUMANIJA: Gwardja tal-Unur tagħti ġieħ lill-vittmi tar-rivoluzzjoni tal-1989 waqt ċerimonja lbieraħ fil-monument f’Bucharest dedikat lill-eroj tar-rivoluzzjoni Rumena. F’dawn il-ġranet ir-Rumeni qed ifakkru l-25 anniversarju mir-rivoluzzjoni li neħħiet mill-poter lil Nicolae Ceausescu. Aktar minn 1,000 persuna kienu nqatlu f’dawk il-ġranet ta’ 25 sena ilu (Ritratt: EPA)
Ikeċċi aktar ministri tal-kabinett Il-media tibqa’ tiġi IŻ-ŻIMBABWE
Il-President taż-Żimbabwe Robert Mugabe keċċa żewġ ministri tal-kabinett u ħames deputati ministri, f’dik li hi maħsuba li hi tpattija kontra alleati tal-eksdeputat tiegħu Joice Mujuru. Id-deċiżjoni li ħa Mugabe ttieħdet wara xhur ta’ taqlib politiku li seħħ fiż-Żimbabwe dwar min se jkun is-suċċessur ta’ Robert Mugabe, li għandu 90 sena, meta jmut jew meta jċedi s-siġġu tal-poter. Mugabe, li bħalissa qed iqatta’ l-vaganzi tiegħu fl-Asja, keċċa lil Flora Buka, ministru tal-istat għall-affarijiet presidenzjali, u
lil Sylvester Nguni, ministru talistat fl-uffiċċju tal-viċi president. Skont stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-President, Robert Mugabe qal li “l-aġir tagħhom kien ’il bogħod minn dak mistenni minnhom.” Iż-żewġ ministri li tkeċċew x’aktarx kienu alleati tal-eksviċi president Mujuru, li kien tkeċċa ġimagħtejn ilu flimkien ma’ seba‘ ministri tal-kabinett u deputat ministru. Ħames deputati ministri – għas-saħħa, għall-ġustizzja, għall-affarijiet rurali, għaxxogħol u għat-trasport – ukoll tkeċċew nhar il-Ħadd.
Deskritt bħala l-favorit li jieħu r-riedni minn idejn Mugabe, Mujuru safa attakkat kontinwament mill-mara ta’ Robert Mugabe nnifsu, Grace, li hi personalità b’saħħitha fiżŻimbabwe. Mujuru kien akkużat li pprova joqtol lill-President Mugabe, li pprova joħloq diviżjonijiet fost il-fazzjonijiet fil-partit fil-gvern, u hu mixli wkoll dwar negozjati kummerċjali ħżiena. Mujuru kien inbidel minn viċi president, u postu ħadhulu lMinistru tal-Ġustizzja Emmerson Mnangagwa, alleat u ħabib kbir ta’ Mugabe.
kkalpestata L-AZERBAIJAN
Dunja Mijatovic, rappreżentanta tal-Organizzazzjoni għasSigurtà u l-Kooperazzjoni flEwropa (OSCE), ikkundannat l-arrest ta’ Khadija Ismailova, ġurnalista mill-Azerbaijan. “L-arrest ta’ Ismailova mhu xejn ħlief intimidazzjoni orkestrata, li hi parti minn kampanja mmirata biex toħnoq ilvuċi ħielsa u kritika tagħha,” qalet Mijatovic. Khadija Ismailova, ġurnalista ma’ Radio Azadiq, ingħatat detenzjoni ta’ xahrejn qabel ma tgħaddi ġuri fuq akkużi li hi
ħajret persuna biex tikkommetti suwiċidju. Jekk tinstab ħatja, Ismailova tista’ tintbagħat ilħabs għal seba’ snin. “Nirrepeti t-talba tiegħi lillawtoritajiet fl-Azerbaijan sabiex jieqfu minn din il-prattika, li hi ta’ detriment għal-libertà tal-media,” qalet Mijatovic. L-arrest ta’ Khadija jsegwi numru ta’ arresti li saru dan laħħar, kif ukoll sentenzi twal ta’ ħabs mogħtija lill-ġurnalisti u sostenituri dwar il-libertà talespressjoni fl-Azerbaijan.
www.maltarightnow.com
16
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
FEATURE
L-għoti tad-demm importanti wkoll fi żmien il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena Charles Muscat
Ninsabu fil-jiem tal-festi talMilied u tal-Ewwel tas-Sena meta ħafna nies jiċċelebraw u jiddevertu, u jkun hemm ukoll min jixrob ammonti akbar ta' alkoħol li jistgħu jwasslu għal inċidenti gravi, fosthom waqgħat u inċidenti tat-traffiku. Għalhekk l-għoti tad-demm hu importanti wkoll fi żmien il-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena meta normalment jiżdiedu l-inċidenti. Barra minn hekk, anke matul dan iż-żmien tas-sena fl-isptarijiet jibqgħu jsiru l-operazzjonijiet u jkun hemm bżonn ukoll li xi nies issirilhom trasfużjoni taddemm minħabba mard jew raġunijiet oħra.
Appell għall-għoti tad-demm Fil-jiem li għaddew is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tadDemm appella lill-pubbliku biex jagħti d-demm għax il-Bank tadDemm kellu nuqqas minn kull tip ta’ demm. Għalkemm l-għoti tad-demm f’dawn l-aħħar jiem kien f’numri inkoraġġanti ħafna, dan ma wassalx biex titla’ r-riserva għax l-inċidenti ta’ kull tip u ta’ ċerta gravità baqgħu jseħħu tista’ tgħid kuljum. Għaldaqstant is-Servizz appella biex individwi flimkien mal-kollegi tax-xogħol jersqu biex jagħtu d-demm bittama li r-riserva titla’ malajr kemm jista’ jkun. L-appell sar għall-benefiċċju tal-pazjenti eżistenti kif ukoll għas-serħan ilmoħħ u bi preparazzjoni għal dak kollu li jista’ jinqala’ f’dawn il-jiem ta’ festi. L-għoti taddemm fiċ-Ċentru tal-Għoti tadDemm ta’ Gwardamanġa jista’ jsir kuljum mit-8 a.m. sas-6 p.m. L-ewwel reġistrazzjoni ssir fit-8 a.m. u l-aħħar waħda fis-6 p.m. Hu importanti li dejjem tintwera l-Karta tal-Identità ta' min imur jagħti d-demm. Kompatibbiltà ta’ tipi differenti ta’ demm Dawk li għandhom tip ta' demm O jistgħu jagħtu d-demm lil kulħadd imma huma jistgħu jirċievu d-demm mingħand min għandu l-istess tip ta' demm, jiġifieri O biss. Dawk li għandhom tip ta' demm A jistgħu jagħtu lil min għandu l-istess tip ta' demm u lil dawk li għandhom demm tat-tip AB. Dawk li għandhom demm tat-tip B jistgħu jagħtu lil dawk li għandhom l-istess tip ta' demm u lil dawk li għandhom tip ta' demm AB. Dawn tat-tip B jistgħu jirċievu
d-demm mingħand dawk li għandhom l-istess tip ta' demm u mingħand min għandu tip ta' demm O. Dawk li għandhom tip ta' demm A jistgħu jirċievu minn dawk li għandhom demm tat-tip A u O. Min għandu demm tat-tip AB jista' jagħti biss lil min għandu l-istess tip ta' demm imma jista' jirċievi mingħand kulħadd.
Il-fattur Rhesus Hemm ukoll grupp ieħor ta' fatturi li jeffettwaw il-kompatibbiltà. Dawn huma l-fatturi Rhesus (Rh) fejn l-antigen Rd D hu l-iktar sinifikanti. Dan hu antigen ieħor fuq il-wiċċ taċċelloli ħomor tad-demm. L-isem Rhesus hu meħud mir-razza taxxadina li ntużat fl-esperimenti biex jistudjaw dawn il-fatturi. Meta dan l-antigen Rhesus ikun preżenti, il-grupp tad-demm jissejjaħ positive. Meta l-fattur Rhesus jkun assenti, il-grupp tad-demm jissejjaħ negative. Għalhekk hemm grupp ta' demm O Rh Positive u O Rh Negative, A Rh Positive u Rh Negative, B Rh Positive u B Rh Negative u AB Rh Positive u AB Rh Negative. Bħala regola ġenerali dawk mill-grupp Rh Negative
jistgħu jagħtu d-demm lil dawk mill-grupp Rh Positive. Madankollu, dawk mill-grupp Rh Positive mhumiex rakkomandati bħala donaturi lil pazjenti mill-grupp Rh Negative. Dan mhux dejjem il-każ minħabba li d-demm Rhesus Positive jista' jingħata lil pazjenti bid-demm Rhesus Negative flimkien ma’ mediċini speċjali, f'emerġenzi. Madankollu t-trasfużjoni ta' demm Rhesus Positive f'pazjent Rhesus Negative ġeneralment ikun evitat, speċjalment fi tfajliet żgħażagħ li jistgħu jsiru ommijiet. It-transfużjoni ta' demm Rhesus Positive f'nisa Rhesus Negative jinstiga l-formazzjoni ta' antibodies kontra lantigen Rh D fid-demm ta' dik li se ssir omm. Dan jista' joħloq problemi fuq it-tarbija matul ittqala u jikkawża l-marda msejħa heamolytic fuq it-tarbija. Min jista’ jsir donatur tad-demm? Id-deċiżjoni jekk persuna tkunx eliġibbli bħala donatur tad-demm tkun deċiża millistaff mediku tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-
Min jiddeċiedi li jagħti d-demm għandu jirrilassa minħabba li dan hu proċess sempliċi u bla tbatija Demm u l-identifikazzjoni ssir permezz tal-karta tal-identità Maltija, tal-liċenzja tas-sewqan Maltija jew permezz ta' passaport Malti. Donatur tad-demm irid ikollu bejn 18 u 63 sena u dawk li għandhom 17-il sena jrid ikollhom l-approvazzjoni tal-ġenituri jew ta' min ikun qed jieħu ħsiebhom. Donaturi regolari li jkollhom aktar minn 63 sena u taħt it-68 sena jistgħu jagħtu d-demm imma l-intervall bejn donazzjoni u oħra m'għandux jaqbeż is-sitt xhur. Ma jkunux aċċettati donaturi ġodda li jkollhom aktar minn 63 sena. Il-piż ma jistax ikun inqas minn 50 kilo Il-piż ta' min se jagħti d-demm m'għandux ikun ta' inqas minn 50 kilo u fil-każ ta' donaturi nisa li jiżnu bejn 50 kilo u 65 kilo, ilpiż minimu meħtieġ ikun ikkalkulat skont it-tul tagħhom biex ikun żgurat li jkun hemm
volum biżżejjed ta' demm. Innisa jistgħu jagħtu d-demm kull erba' xhur imma mhux waqt ilmenstruazzjoni filwaqt li l-irġiel jistgħu jagħtu d-demm kull tliet xhur. Nisa li ma jkollhom iċċiklu ta' menstruazzjoni jistgħu jagħtu d-demm kull tliet xhur. Id-donatur irid ikun b'saħħtu u ma jkunx sofra xi marda serja reċentement. Dawk li jkunu se jagħtu ddemm għall-ewwel darba jridu jimlew kwestjonarju u wara jiddiskutuh mal-uffiċjal mediku biex ikun deċiż jekk wieħed jistax jagħti d-demm jew le. Dan kollu jsir b'kunfidenzjalità stretta minħabba li l-onestà tad-donaturi hi importanti ħafna.
Il-proċess tal-għoti tad-demm hu sempliċi Hu importanti li wieħed jinnota li l-proċess tal-għoti taddemm mhux trawmatiku fuq persuna b'saħħitha u għalhekk min jiddeċiedi li jagħti d-demm
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
www.maltarightnow.com
17
FEATURE
Il-mobile unit tiġbor aktar minn 3,000 unit ta’ demm kull sena
għandu jirrilassa minħabba li dan hu proċess sempliċi. Jekk persuna jkollha d-deni, uġigħ ta' griżmejn jew sintomi bħal influwenza jew kellha ddijarea dan l-aħħar, għandha tevita milli tmur tagħti d-demm minħabba li ma titħalliex tagħmel dan. Jekk tkun qed tieħu xi kura, għandha tgħid littabib l-isem tal-mediċini li tkun qed tieħu u aħjar iġġibhom magħha. Min imur jagħti ddemm għandu jevita li jilbes ilbies issikkat madwar għonqu, qaddu u idu. Qabel persuna tmur tagħti ddemm għandha tieħu kolazzjon jew ikla tajba u qatt m'għandha tagħti d-demm bi stonku vojt għax tħossha xi ftit storduta. Għandha tevita ikel bħal pizza, pastizzi u junk food qabel tagħti d-demm u importanti li tibda tixrob l-ilma qabel tmur tagħti d-demm. Fil-ġurnata li fiha tkun se tagħti d-demm m'għandhiex tixrob alkoħol. Wara li persuna tkun tat id-demm għandha tkompli tixrob l-ilma b'mod
regolari għall-kumplament talġurnata u tevita l-alkoħol.
Trid tevita attività fiżika qawwija Persuna li tkun tat id-demm għandha tevita attività fiżika qawwija bħal mixi mgħaġġel jew ġiri u tevita rfigħ ta' affarijiet tqal sa tlett ijiem minn meta tkun tat id-demm. Għandha tevita wkoll l-għawm u x-xemx, u lgħads għandha tevitah għal ġimgħa sħiħa, u ma ttirx fuq ajruplan qabel tlett ijiem. Jekk tkun ħadet xi injezzjonijiet qabel siefret, għandha tħalli sitt xhur qabel tagħti d-demm. Filġurnata li fiha persuna tkun tat id-demm għandha tevita l-użu ta' makkinarju tqil, għandha tevita l-faċendi inkluż ilmogħdija u s-slielem, m'għandhiex tpejjep sa sagħtejn wara li tkun tat id-demm. Sitt xhur wara l-ħlas Mara li tkun welldet tista' tagħti d-demm sitt xhur wara lħlas. Persuna li tkun għamlet xi
tattoo jew tkun ittaqqbet għandha tħalli sitt xhur biex tkun tista' tagħti d-demm.
Mobile Unit tad-Demm Il-Blood Donation Mobile Unit iżżur diversi lokalitajiet u postijiet tax-xogħol matul issena biex aktar nies jagħtu ddemm. Din il-unit tiffaċilita u tinkoraġġixxi donaturi ġodda speċjalment dawk li ftit ikollhom ħin liberu. Din il-mobile unit tiġbor aktar minn 3,000 unit ta' demm kull sena u saret sors importanti ta' ġbir ta' demm. Meta l-Blood Donation Mobile Unit iżżur xi belt jew raħal, din tissejjaħ Blood Drive. L-għoti tad-demm f’Għawdex L-għoti tad-demm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex isir fidDipartiment tal-Outpatients Ħadd iva u Ħadd le u l-ħin ikun bejn it-8.30 a.m. u s-1 p.m. u Tlieta iva u Tlieta le bejn is-1 p.m. u l-5 p.m.
www.maltarightnow.com
19
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
LETTERATURA
Żminijiet ta’ hemm
“Tassew li ż-żmien huwa għorna kbira ta’ twerwir, li madwarha serp jixxeblek waqt li jitkebbeb jigdem lilu nnifsu f’denbu. Issa hija s-siegħa, kull siegħa, kull biċċa ta’ siegħa, kull dqiqa żmien li fit-tmiem tagħha terġa’ tibda mill-ġdid u qatt ma tieqaf li tintemm, bidu li dejjem għaddej, dejjem qed jintemm.’’ ‘Hawksmoor’ li minnu ħadt din is-silta huwa rumanz postmodern ta’ Peter Ackroyd. Biċċiet ta’ kitba huma miktuba b’ortografija Ingliża antika. Kapitli bin-numru fard huma rakkuntati mill-protagonist Nicholas Dyer li qed jibni knejjes f’Londra fis-seklu sbatax taħt il-ħarsa ta’ Sir Christopher Wren, arkitett kbir, waqt li dawk bin-numri żewġ huma rakkuntati minn għaref li jdawwar il-qarrej ma’ Londra fit-tmeninijiet tasseklu l-ieħor. Hija logħba fiżżmien għaliex “xi nies jitwieldu u jmutu biss biex jitwieldu u jgħixu l-istess ġrajjiet għal kemm-il darba, maqbuda għal dejjem firrota dejjem sejra ta’ ħajja u mewt.’’ L-aħħar kliem ta’ kapitlu hu wkoll l-ewwel kliem ta’ dak ta’ warajh. Minkejja li parti talġrajja sseħħ fis-seklu sbatax u parti oħra fis-seklu għoxrin, xi karattri, ħidmiet, tagħrif, ġrajjiet, għanjiet, ballati u poeżiji huma mtennija. Il-ktieb jixbah ħafna lix-xogħol ta’ Ian Sinclair ‘Lud Heat’. Xebh ukoll ma’ Milton (‘Paradise Lost’). William Blake u T.S. Eliot. Nicholas Dyer inħoloq millkittieb. Nicholas Hawkmoor li jidher bħala ditektiv fis-seklu għoxrin, kien tassew arkitett tasseklu sbatax li ħadem f’Londra wara l-Pesta l-Kbira u l-Ħruq ilKbir tal-1666. L-ewwel isem tattnejn huwa l-istess. Ta’ tfajjel, Nicholas Dyer, li
Joe Cassar
stcassar@gmail.com jitlef lill-ġenituri kmieni, ikollu jara kif se jsib għajxien. Isib ruħu f’setta satanika mmexxija minn ċertu Mirabilis. Hekk imrobbi u mħeġġeġ jitlob debha għal kull knisja li jibni. Fi kliem iktar ċar, jgħaddi minn qtil għal ieħor. Aktar minn mitejn sena wara, idditektiv Nicholas Hawksmoor isib il-katavri imma ma jistax isib tarf għax fuq il-katavri ma jisib lebda għelm li jista’ jgħin flistħarriġ tiegħu. Jitkisser bixxogħol. Skont Dyer, “l-alla li hu minnu għandu jiġi mogħti qima f’postijiet mudlama u ta’ biża’, birresqiet tagħhom ta’ twerwir, u hekk dawn ta’ qabilna taw qima lid-demonju fis-sura ta’ ġebel kbir. Il-ġebel iżomm għal dejjem l-uġigħ tal-ħaddiema li waqqfuh.’’ Flimkien ma’ Sir Christopher Wren, Nicholas Dyer iżur Stonehenge. (Dwar Stonehenge, il-qarrej jista’ jaqra ‘Stonehenge’ ta’ Mike Parker Pearson, basta ma jinsiex Ħaġar Qim. L-ismijiet ‘Ħaġar Qim’ u ‘Stonehenge’ għandhom l-istess tifsira - ‘Ġebel Imqajjem’). Il-ġebla hi alla u lill-alla ssibu fil-ġebla. “U meta serraħt dahri ma’ dik il-ġebla ħassejt fil-binja x-xogħol u l-agunija ta’ dawk li bnewha, is-setgħa ta’ dak li
saħħarhom u l-għelma dejjiema li tqiegħdu hemm.’’ Dyer jemmen fl-okkult u jibni b’forom ta’ slaleb u trijangli. Il-kittieb ħoloq dinja ta’ dlamijiet u qawwiet moħbija. “Din id-dinja ta’ dlam, din id-dinja mdella tal-bniedem hi mgħarrqa fil-lejl; ma hemm lebda għalqa mingħajr l-iħirsa tagħha, lanqas hemm belt mingħajr ix-xjaten tagħha u limġienen iħabbru tbassir waqt li
l-għorrief jaqgħu fil-ħofra, kollha kemm aħna qegħdin fid-dlam wieħed mal-ieħor.’’ Kajjin bena l-ewwel belt. U din Londra x’inhi? Żmien ilu Dyer jgħid li “l-belt kapitali tad-dinja ta’ niket għadha s’issa l-kapitali tad-dlam jew kalzri tad-dlam taxxewqat tal-bniedem: Fiċ-ċentru ma hemmx triqat suret in-nies jew djar, imma art mogħxa b’għarajjex maħmuġa u mherrija
dejjem se jiġġarrfu jew jieħdu nnar, b’daħliet mibnija u mgħarrqa, lagi ta’ tajn u widien ċkejkna ta’ ħama, kif jixraq lill-masġar duħħani ta’ Molok.’’ Dik tad-ditektiv Hawksmoor hija belt ta’ ħsejjes ta’ sireni, ferroviji, kompjuters li l-kapitaliżmu qered. F’kull żmien kien fiha l-vagabondi. Kumpass jinstab wara li ntilef tliet mitt sena qabel. Ħajr lil Agenda Book Shop
www.maltarightnow.com
20
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
MADWARNA
The Broken Heart – kunċert tal-NPICU
Donazzjoni ta’ kotba mill-KNK lill-Iskola Primarja tal-Belt
Il-Kunsill Nazzjonali talKtieb (KNK) dan l-aħħar għamel donazzjoni mdaqqsa ta' kotba lill-Iskola Primarja talBelt, Kulleġġ San Ġorġ Preca. Il-preżentazzjoni saret minn Mark Camilleri, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u misSegretarju Joe Debattista, filpreżenza tas-Surmast Bernard Riolo, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, James
Camilleri u numru ta' għalliema tal-istess skola, Iċ-ċerimonja saret biswit ilkappella tal-iskola li dan laħħar ġiet rinnovata bil-ħsieb li sservi bħala librerija ġdida. Din il-librerija se tiġi inawgurata uffiċjalment fit-12 ta' Jannar li ġej. Id-donazzjoni ta' kotba mill-KNK hi l-ewwel donazzjoni tax-xorta tagħha lil din illibrerija. Bernard Riolo rringrazzja lill-
Kunsill tal-Ġenituri għall-għajnuna u l-inizjattiva kif ukoll lil Mediterranean Bank għal parti mill-fondi biex jittella' dan ilproġett. Il-kotba mogħtija mill-KNK, fosthom kotba għall-qari u kotba ta' referenza, se jkunu jistgħu jiġu mislufa mil-librerija stess kif ukoll se jiġu użati għall-qari fil-klassijiet. Il-kotba nxtraw wara konsultazzjoni mal-għalliema tal-istess skola.
Il-kunċert uffiċjali tal-għeluq tal-kampanja Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) Awareness Campaign, taħt il-patroċinju ta' MarieLouise Coleiro Preca, ilPresident ta’ Malta, se jsir nhar is-Sibt 10 ta’ Jannar 2015 filPalazzo de La Salle, il-Belt Valletta fis-7.30 p.m. Il-kunċert ta’ mużika klassika/kontemporanja hu msejjaħ The Broken Heart – A Musical Evening. Din il-kampanja, inizjattiva tal-kompożitur Maurizio Schembri u ta' Sharon Deguara Cipriott, li hi qabla filParentcraft Unit, fl-Isptar Mater Dei, għandha l-għanijiet li toħloq kuxjenza u toffri għarfien dwar ix-xogħol imprezzabbli li jsir b’dedikazzjoni u professjonalità kbira mit-tim tal-NPICU. Skop ieħor hu li jintefa’ dawl fuq sfidi li jiffaċċjaw u l-bżonnijiet li għandhom it-trabi filkura intensiva, l-esperjenzi fiżiċi u emozzjonali tal-ġenituri
u l-familji li t-trabi tagħhom għandhom bżonn kura speċjali, kif ukoll li jingħataw għarfien u kuraġġ lil dawk il-ġenituri li jistgħu jiġu bżonn is-servizz talNPICU fil-futur. Il-kampanja se tasal fi tmiemha bil-kunċert ta’ mużika klassika/kontemporanja, The Broken Heart – A Musical Evening, b’xogħlijiet varji talkompożitur Maurizio Schembri u li se jkunu kkaratterizzati missoprano Rosabelle Bianchi; Christopher Camilleri (klarinett baxx); Yvette Galea (pjanu); Jefferson Borg (pjanu); Graziella Vella (klarinett); Sharon Deguara Cipriott (pjanu); Josef Grech (klarinett); Alex Abela (vjolin); Sarah Tanti (vjolin); Joseph Mallia (vjola) u Gilmour Peplow (cello). Id-dħul għal dan il-kunċert se jkun bla ħlas. Se jinġabru donazzjonijiet b’risq il-Fondazzjoni Qalb it-Tfal. Aktar dettalji jinkisbu minn www.maurizioschembri.com
www.maltarightnow.com
21
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
MILIED
L-iktar presepju popolari fl-Ewropa issa qiegħed f’pajjiżna ‘In-Nazzjon’ jitkellem mal-maestro presepista minn Caltagirone, Salvatore Milazzo
Fil-kripta tal-Agostinjani, filBelt Valletta ftit tal-jiem ilu fetaħ in-Nativity Musuem, bl-iskop li jiġi ċċelebrat it-twelid ta’ Ġesu’. Fil-qalb tal-mużew hemm dak li hu meqjus bħala l-aktar presepju popolari fl-Ewropa. Dan il-presepju, ta’ ftit anqas minn 40 metru kwadru, inħadem 20 sena ilu minn Salvatore Milazzo minn Caltagirone. Kif tara l-presepju, mill-ewwel tolqtok is-sbuħija tiegħu u partikolarment id-dettall li fih. Il-pasturi, kważi kollha mekkanizzati, jagħtu ħajja lil dan il-presepju, li kontra dak li wieħed jistenna, mhux ambjentat f’Betlem imma fi Sqallija. Minn 20 sena ilu, dan il-presepju, li mbagħad issemma ‘IlPresepe Animato in Terracotta’, beda jiġbed ċertu interess, u Salvatore beda jirċievi talbiet biex il-presepju jiġi esebit f’partijiet differenti fl-Italja. Minn dakinhar ’l hawn dan il-presepju ftit li xejn qatta’ ġranet f’Caltagirone, għax għamel 20 sena jdur mal-Ewropa. Fost oħrajn, ġie esebit għall-ftuħ talParlament Ewropew fi Strasburgu, fin-Notre Dame f’Pariġi u f’Assisi, l-Italja. Dan il-ġurnal iltaqa’ ma’ Salvatore Milazzo, li hu meqjus bħala maestro presepista minn Caltagirone, li diġà jindika t-talent li għandu dan ir-raġel. Hu evidenti mill-ewwel li x-xenarju fil-presepju hu differenti minn dak li mdorrijin naraw. Il-presepju tiegħek ambjentat fi Sqallija.
Għaliex għażilt li tagħmel dan? Għamilt dan għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett Ġesu’ twieled għal kulħadd, irrelevanti intix f’Betlem jew f’postijiet oħra. U allura kien jagħmel sens li nwassal dan il-messaġġ permezz ta’ presepju. Int fejn int, Ġesu’ twieled għalik ukoll. It-tieni, permezz tal-presepju qed naqsam it-tradizzjonijiet u lgħeruq ta’ art twelidi ma’ kull min jarah. Fil-presepju l-pasturi jaħdmu, qed jagħmlu xogħlijiet li kienu jsiru matul dak iż-żmien, ħafna minnhom ta’ tbatija kbira, u oħrajn bilkemm jitwemmnu. X’ispirak biex tagħmel dan il-presepju? Tista’ tgħid li jien tfuliti filknejjes. In-Natività għalija hi ġrajja importanti ħafna għallbniedem, u bħala Nisrani ridt inxerred l-aħbar tat-twelid ta’ Ġesu’ Bambin billi nuża żewġ doni li tani l-Mulej - l-arti u lkreattività. Id-dettall fil-presepju tiegħek hu verament impressjonanti. Kemm ħadt żmien biex lestejtu kollu? Bdejtu fl-1990 u sena wara ġie esebit għall-ewwel darba fi knisja f’Caltagirone. Iżda bħalma jaf kull min b’xi mod imiss mal-presepju, fil-verità dejjem tara x’tivvinta. Tħares lejh u tgħid…iva, issa nagħmel hekk u hekk. Fil-fatt, matul is-snin bdaqjt insebbħu u nirranġah. Ilpresepju hu magħmul minn diversi materjali, bħal ġibs,
ġebel, injam, terrakotta u pjanti. Il-pasturi huma uniċi, naturalment maħduma apposta għal dan il-presepju, u peress li huma mekkanizzati, huma stess maqsumin f’partijiet differenti skont il-moviment.
Dan il-presepju hu meqjus bħala l-iktar presepju popolari fl-Ewropa. Meta bnejtu kellek xi post partikulari għalih f’moħħok u kif spiċċa fil-Parlament Ewropew u postijiet oħra? Ma bnejtux għal xi post partikulari għalkemm kelli xi ideat f’moħħi. Fil-fatt, ma għandux ilpost tiegħu, jista’ jitiqies bħala presepju “on tour”. Ġie esebit f’diversi bliet u rħula differenti. Bejn l-1999 u l-2000 kien Strasburgu wara li ntgħażel minn
fost proġetti li jirrappreżentaw ilpajjiżi differenti waqt l-inawgurazzjoni tal-Parlament Ewropew. Bejn l-2002 u l-2003 ntgħażel biex ikun esebit f’Assisi filwaqt li s-sena li għaddiet (bejn l-2012 u l-2013) intlabt biex narmah finNotre Dame f’Pariġi fejn kien qed jiġi ċċelebrat it-850 anniversarju tal-Katidral. Issa qiegħed Malta u min jaf fejn se jmur.
Kif tħossok meta tirċievi dawn it-talbiet? Tħossok onorat, u fuq kollox sodisfatt. Dak li jien kont bdejt bħala passatemp, matul is-snin sar litteralment vokazzjoni li ġabet magħha ħafna sodisfazzjon. Ifittxuni ħafna nies, minn pajjiżi differenti għal proġetti varji u kollha jfaħħru l-kwalità ta’ xogħli. Għalhekk inħossni apprezzat u kburi bix-xogħol li
nagħmel, filwaqt li din il-fiduċja żżommni dejjem motivat biex nagħmel biċċa xogħol aħjar minn oħra.
Bħalma taf, f’Malta hawn ħafna dilettanti tal-presepji. Tista tgħid li hawn presepju kważi f’kull dar. X’parir tista’ tgħaddi lil min hu dilettant tal-presepju? Parir wieħed biss nista’ nagħti. Il-presepju hu mezz kif infakkru t-twelid ta’ Ġesu’. Għalhekk, tagħmel x’tagħmel, żomm dan f’moħħok, imma anke f’qalbek. Il-Milied mhuwiex ir-rigali, jew is-siġra tal-Milied, jew il-presepju. Il-Milied huwa t-twelid ta’ Ġesu’. Jekk iżżomm dan bħala punt ċentrali f’dak li tagħmel, allura kull presepju huwa l-isbaħ wieħed.
www.maltarightnow.com
22
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
0600 0602 0755 0800 0900 0902 1000 1002 1057 1100 1155 1200 1230 1430 1500 1502 1600 1602 1657 1700 1755 1800 1830 2000 2002 2130 2230 2233
TV/RADJU
News Update Radio 101 Breakfast Club Obituaries/Angelus Radio 101 Breakfast Club (Cont) News Update Magazine 101 News Update Magazine 101 (Cont) Editorjal Club 101 Obituaries/Angelus News Bulletin The Big Show Hitsteria News Update Hitsteria (Cont) News Update Hitsteria (Cont) Editorjal Newsdesk Obituaries News Bulletin Lura D-Dar News Update Fuzzbox Opportunitajiet Indaqs Editorjal Newsdesk ®
Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:05 - Austin & Ally 06:30 - Dog With a Blog 06:55 - Liv & Maddie 07:20 - Wizards of Waverly Place 07:45 - Hannah Montana 08:10 - That’s So Raven 08:35 - Good Luck Charlie: The Road Trip Movie! 10:15 - Austin & Ally 10:40 – Jessie 11:05 - I Didn’t Do It 11:30 - So Random! 11:55 - Liv & Maddie 12:20 - The Adventures of Disney Fairies 12:45 - Mickey Mouse 13:00 - Jessie 13:20 - Good Luck Jessie: NYC Christmas 13:45 - Liv & Maddie 14:10 - Austin & Ally 14:35 Gravity Falls 15:00 - Girl Meets World 15:25 – Jessie 15:50 - Code 9 16:15 Dog With a Blog 16:40 - Good Luck Charlie 17:05 - Liv & Maddie 17:30 Liv & Maddie 17:55 - Austin & Ally 18:20 – Jessie 18:45 - Good Luck Jessie: NYC Christmas 19:10 - Hannah Montana 19:35 - That’s So Raven 20:00 - The Suite Life on Deck 20:25 A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 - Wolfblood 21:35 – Wolfblood 22:00 - Violetta 22:45 - The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 - Art Attack 23:40 - Jungle Junction 23:50 - Jungle Junction Nickelodeon 06:15 - The Penguins of Madagascar 06:40 - SpongeBob SquarePants 07:05 - SpongeBob SquarePants 07:30 - The Fairly OddParents 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 – Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 - Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 – iCarly 12:55 Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 Rocket Monkeys 15:55 - Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 – iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 The Fairly OddParents 19:15 SpongeBob SquarePants 19:40 Victorious 20:05 – iCarly 20:30 SpongeBob SquarePants 20:55 Avatar: The Legend of Aang 21:20 Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar 22:35 - The Penguins of Madagascar 23:00 – iCarly 23:25 - iCarly 23:50 -
Victorious
Jim Jam 06:05 - Monkey See, Monkey Do 06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky & Friends 07:05 – Rubbadubbers 07:15 Gombby’s Green Island 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 – Noksu 07:45 – Jarmies 08:00 - Kipper 08:10 - Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 What’s The Big Idea? 08:30 – Gazoon 08:35 – Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 - Igloo-Gloo 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 Woody Buddies 11:25 Woody Buddies 11:30 - Monkey See, Monkey Do 11:40 - Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 – Noksu 12:25 - Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 - Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 – Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 - Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 Noksu 15:15 - Jarmies 15:30 - Angelina Ballerina 15:45- Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 - Monkey See, Monkey Do 17:45 - Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 - Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 My Animal Family 19:15 - Noksu 19:20 - Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 - Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 Connie the Cow 20:45 Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 - Dougie in Disguise 22:45 - Slim Pig.
Meander – NET TV
F’Meander illejla, l-ispirtu tal-Milied u dan iż-żmien sabiħ tas-sena, l-istorja tan-Nativita’ fi presepju minn Caltagirone, u fl-arti ta’ Leonardo da Vinci. Il-Pantomima, issa parti hi ukoll mit-tradizzjoni Maltija, il-ħelu speċjali tal-Milied, tiżjin, Ballet u kotba, Mariella Pisani Bencini titkellem dwar dan kollu f’din ledizzjoni speċjali tal-Milied, maż-żewg mistiedna fl-istudjo. Meander Arti u Kultura, bi produzzjoni u prezentazzjoni ta’Mariella Pisani Bencini, b’ripettizzjoni isSibt fl-22:00. TVM 05:30 – Secret Show 05:45 – Deadly Art 06:00 – Me and my monsters 06:30 – Ħbieb u Għedewwa 07:00 – TVAM 08:30 – Analiżi Budget 2015 09:45 – Luxdesign 11:00 – Pellikola 11:30 – Teleshopping 12:00 – News 12:10 – TVPM 15:00 – News 15:05 – Ħbieb u Għedewwa 15:45 – Teleshopping 16:30 – Secret Show 16:45 – Deadly Art 17:00 – Secret Show 17:15 – Me and my monsters 17:50 – Nisga Maltija 18:00 – News 18:15 – Crosscraft Teleshopping 18:45 – Times Talk 20:00 – News 20:50 – Royal variety show 21:50 – Headline news 21:55 – Venere 22:30 – Għawdex illum 23:00 – News 23:20 – Ħbieb u Għedewwa.
TVM2 06:00 – Euronews 07:00 – News Loop 08:30 – TVAM (r) 10:00 – Marine Machines 11:00 – Valletta 11:30 – Madwarna 12:00 – House Hunt 12:30 – It-triq/Twelid 12:45 – Reporter 14:00 – Marine Machines 15:00 – It-triq/ Twelid 15:10 – TVPM 18:00 – Paq paq Lifestyles 18:30 – Tiġrijiet biss 19:00 – MEA 19:30 – Marine Machines 20:30 – News for the hearing impaired 20:40 – Kurrenti 21:40 – Headline news 21:45 – Il-Gwerra l-Kbira 22:15 – Mixage 22:45 – Sports News 23:00 – Financial News 23:00 – News in English 23:10 – BOV Premier Match. ONE 06:30 – ONE news 07:00 – ONE Breakfast 09:00 – Siegħa Żmien 10:00 – Telebejgħ 11:00 – Better Living 12:05 - Ieqaf 20 minuta 12:30 – ONE news 12:40 – Kalamita 16:15 – Ħilithom 16:55 – Telebejgħ 17:30 – ONE news 17:40 – Telebejgħ 18:00 – Dak li jgħodd 19:05 – Samsara 19:10 – Identità 19:30 – ONE News 20:20 – News.Mt 20:45 – L-Oskur 21:30 – One Night Stand 23:30 – ONE news.
Smash 07:00 – News 07:40 – Erġa’ lura 08:40 – News 09:00 – Ħabbejtek 10:00 – Kċina ma’ Farah 10:50 – TSN Teleshopping 13:00 – A to Z Teleshopping 14:20 – Ma’
Majsi 16:10 – Kċina ma’ Farah 17:10 – Erġa lura 17:50 – Foreing News 18:15 Bingo 75 18:40 – TV Shop 19:00 – News 19:30 – Nursery Stars 20:30 – Drama 21:30 – Malta u l-Unjoni Ewropea 22:00 – News 22:30 – Poker
Raiuno 06:45 – Unomattina (Jinkludi t-Tg 1 fis-7am, fit-8am, fid-9am, fid-9:30am, fl10am, fil-11am) 10:00 - |Storie vere 11:10 – A Conti fatti 12:00 – La prova del cuoco 13:30 – Telegiornale 14:00 – Tg 1 economia 14:05 – Dolci dopo il tiggi 14:40 – Torto o ragione? il-verdetto finale 16.00 – La vita in diretta 18:50 – L'eredità 20:00 – Telegiornale 20:30 – Affari tuoi 21:10 – Carosello reloaded 21:15 – La bella e la bestia 23:20 – Grizzly falls – la valle degli orsi. Film 1999 00:50 – TG1 01:30 – Sottovoce 02:00 – Rai Cultura terza pagina.
Raidue 07:10 – Army Wives 08:35 – The good witch's garden – il giardino dell'amore. Film 2009 10:05 – Tg 2 insieme 11:00 – I fatti vostri 13:00 - TG2 Giorno 13:50 – Medicina 33 14:00 – Detto fatto 16:15 – Quando l'amore diventa coraggio. Filom 2011 17:45 – TG Parlamento 18:00 – Tg sport / Tg 2 18:50 – NCIS Los angeles 19:40 – NCIS Unita anticrimine 20:30 – Tg 2 21:00 – Zio Ganni 21:10 – Il piu grande pasticcere 23:15 – TG2 notizie 23:30 – Operazione cupcake. Film 2012 01:05 –12 volte natale. Film 2011 02:25 – La notte prima della notte di natale Film 2010. Raitre 06:00 – Rai news morning 08:00 – Agora 10:00 – Mi manda raitre 10:00 – Mi manda raitre 11:00 – Elisir 12:45 – Pane quotidiano 13:10 – Rai cultura - il tempo e la storia 14:00 – Tg regione / Meteo / Tg 3 /Meteo 3 14:50 – Tgr Leonardo 15:10 – Terra nostra 2 15:55 – Aspettando geo 16:40 – Geo 19:00 – TG3 19:30 – TG Regione 20:00 – Blob 20.15 – Tre mogli per un papà 20:35 Un poste al sole 21:05 – Ballero 23:50 – Il candida-
to zucca presidente 00:15 – Rai Parlamento 00:25 – Rai Cultura 00:55 – Fuori orario.
Canale 5 06:00 – Prima pagina / Traffico 07:50 – Borse e monete / Meteo.It / Tg 5 08:45 –Un ciclone infamiglia 2 11:00 - Forum 13:00 – Tg 5 / Meteo.It 13:40 – Beautiful 14:45 – Temptation island 16:00 – Il segreto 17:00 – L'incredibile caso babbo natale. Film 2013 18;45 – Avanti un altro! 20:40 – Striscia la notizia 21:10 – Miracolo nella 34 strada. Film 1994 23:20 - Heroes – Lo sport nel cuore 00:45 – Tg5 notte 01:05 – Striscia la notizia 01:05 – Striscia la notizia.
Rete 4 06:50 – Zorro 07:10 – Hunter 08:05 – Cuore ribelle 2 09:30 – Carabinieri 7 10:45 – Ricette all'Italiana 12:00 – Un dectective in corsia (tf) 13:00 - La signora in giallo 14:00 – Lo sportello di forum 15:30 – Hamburg distretto 21 16:35 – Un esercito di 5 umonini. Film 1969 18:55 – Tg 4 / Meteo.It 19:35 – Il segreto 20:05 - Centovetrine 20:30 – Tempesta d’amore 21:15 – Victor Ros (fiction) 22:50 - The Mentalist 23:40 – Dentro la notizia 00:15 – La regina dei dannati. Film 2002 02:45 – Rag. Arturo de fanti bancario precario. Film 1980. Italia 1 06:15 – Summer crash 07:10 –Heidi 07:35 – L'incantevole creamy 08:00 – Sailor moon 08:30 – L'incantesimo del lago 2 – il segreto del castello. Film 1997 10:10 – Il topolino marty 2. Film 2008 12:05 – Cotto e mangiato – il menu del giorno 12:25 – Studio aperto / Meteo.It 13:00 – Sport mediaset 14:05 – I Simpson 14:30 – Il ritorno di prancer la renna di babbo natale. Film 2010 16:25 – Un bianco natale per zeus. Film 2010 18:30 - Studio aperto / Meteo.It 18:30 – I simpson 19:25 - C.S.I. NY 21:10 –Twilight. Film 2008 23:35 – Push. Film 2009 01:40 – Sport Mediaset 02:05 – Studio Aperto 02:05 –Trasnformat 04:10 –Eliseo.Film 2003
www.maltarightnow.com
23
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
TV/RADJU
Melita More 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 – Dallas 12:00 - Hit The Floor 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 - Rude Tube 14:15 Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 - The Mentalist 17:15 – Psych 18:15 Days Of Our Lives 19:00 - Perception 19:45 - Dallas 20:30 - Suits 21:15 Chicago Fire 22:00 – Spartacus 23:00 - Boardwalk Empire 00:00 - Person Of Interest 00:45 – Perception 01:30 Rude Tube 02:00 - 30 Rock Go Stars 07:45 - Merry In-Laws 09:15- Epic 10:55 - A Simple Wish 12:25 - Along Came Polly 13:55 - Little Miss Sunshine 15:40 - Identity Thief 17:35 - Total Recall (2012) 19:30 - Angels Sing 21:00 - Seal Team Eight: Behind Enemy Lines 22:40 - Labor Day 00:30 - A Very Harold & Kumar Christmas 02:00 - Little Miss Sunshine 03:50 – Epic 05:40 - Total Recall (2012) 07:45 - CLOSE Mediaset Italia 06:05 - Il falco e la colomba 08:00 Avanti un altro! 08:50 - Sarabanda 09:35 - Pomeriggio cinque 11:01 Centovetrine 11:25 - Mattino cinque 13:05 - Uomini e donne 14:10 - Vivere IV 14:35 - Avanti un altro! 15:25 – Sarabanda 16:15 - Due Per Tre I 16:40 – Forum 18:05 – Centovetrine 18:30 A cuccia di cuori 19:00 – TG5 19:35 Sai cosa mangi? 19:45 - Carabinieri 20:30 - Mattino cinque 22:10 - Uomini e donne 23:15 - Avanti un altro!
BBC Entertainment 06:00 – Teletubbies 06:25 - Me Too! 06:45 - Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 07:05 - 3rd & Bird 07:15 Teletubbies 07:40 - Me Too! 08:00 Charlie and Lola 08:15 - The Weakest Link 09:00 - My Family 09:30 - My Family 10:00 – EastEnders 10:30 – Doctors 11:00 - Lorna Doone 11:50 The Weakest Link 12:35 - My Family 13:05 - My Family 13:35 - As Time Goes By 14:20 - EastEnders 14:50 – Doctors 15:20 - Doctor Who 16:20 Lorna Doone 17:10 - My Family
17:40 - The Bleak Old Shop of Stuff 18:10 – EastEnders 18:40 - Doctors 19:10 - As Time Goes By 20:00 Doctor Who 21:00 - Jonathan Creek 22:45 - Swingin’ Christmas
TCM 06:00 – Spinout 07:35 - Seven Brides for Seven Brothers 09:15 - The Merry Widow 11:00 - Challenge to Lassie 12:15 - Texas Carnival 13:35 Seven Women 15:00 – Casablanca 16:45 - The Unsinkable Molly Brown 18:55 - Mr. Skeffington 21:00 - The Last Run 22:35 - The Big Sleep
MGM Channel 07:45 - In the Heat of the Night 09:35 - Taras Bulba 11:40 - Game of Arms 12:40 - Marie: A True Story 14:30 - Livin’ Large! 16:10 – Stella 18:00 - Game of Arms 19:00 - An American Rhapsody 20:50 - A Prayer for the Dying 22:35 - Love, Cheat & Steal Diva Universal 06:00 - Agatha Christie’s Poirot 06:55 - Law & Order 07:50 - Agatha Christie’s Poirot 09:33 - Great Women 09:50 - JAG 10:50 - Agatha Christie’s Poirot 11:50 - Agatha Christie’s Poirot 13:35 - Great Women 13:50 – JAG 14:50 - Quincy, M.E. 15:50 - Agatha Christie’s Poirot 16:50 - Agatha Christie’s Poirot 18:38 - Great Women 18:50 - Quincy, M.E. 19:50 - Agatha Christie’s Poirot 20:50 - Great Women 21:00 - Midsomer Murders 22:50 Great Women 23:00 - Mystery Woman
Discovery Channel 06:00 - How It’s Made: Artificial Eyes/ Dog and Cat Food/ Mirrors 06:25 - Auction Kings: Massage-ABelt; Oversized Haberdashery 06:50 Storage Hunters: Rednecks & Riches 07:15 - Dual Survival: Twin Peaks 08:10 - Dual Survival: Into the Frying Pan 09:05 - Dual Survival: Mars on Earth 09:55 - Dual Survival: The Green Hell 10:50 - Dual Survival: Trouble in Paradise 11:40 - Wheeler Dealers: Lotus Elise 12:35 - Siberian Cut: Belly Up 13:30 - Ice Cold Gold: There’s No Place Like Storo 14:25 Manhunt: Before the Chase 15:20 -
The Client, NET Television
Manhunt: South Africa 16:15 Manhunt: Poland 17:10 - The Liquidator: I’d Bet the Pot 17:40 Storage Hunters: Wine Country 18:05 - Auction Hunters: Allen’s Got Balls 18:35 - Auction Kings: WWI Trench Knife; Opium License 19:00 - How It’s Made 19:30 - How Do They Do It?: Frankfurters; Sniper Rifles; Casino Security 20:00 - Driven To Extremes: Hottest Road 21:00 - Hardcore Heroes: Taking Flight 22:00 - Wheeler Dealers: Lamborghini Urraco 23:00 Wheeler Dealers: Porsche Boxster Discovery world 06:00 - Lake Escapes 06:25 - Long Way Down 07:15 - Long Way Down 08:05 - Long Way Down 08:55 Treasures Decoded 09:45 - Abalone Wars 10:35 - Abalone Wars 11:25 Abalone Wars 12:15 - Incredible Flying Cars 13:05 - Incredible Flying Cars 13:55 - Chef Gone Wild 14:45 Shadow OPS 15:35- Shadow OPS 16:25 - Shadow OPS 17:20 - Against the Odds 18:15 - Abalone Wars 19:10 - Abalone Wars 20:05 - Abalone Wars 21:00 - Against the Odds 21:55 - The Fight 22:50 - LA: City of Demons 23:45 - GT Racer
National Geographic 06:00 - Terror in the Skies: Small Mistakes 07:00 - Terror in the Skies: Technical Meltdown 08:00 - Air Crash Investigation: The Plane That Flew Too High 09:00 - Worst Weather Ever? 10:00 - Top Ten Natural Disasters 12:00 - Real Time Disaster: Meteor Strike 12:30 - Real Time Disaster: Ice Tsunami 13:00 - Survive the Tribe: Eagle Assassins 14:00 Survive the Tribe: Desert Hunters 15:00 - Survive the Tribe: Rainforest Masters 16:00 - Die Trying: Great White Ambush 17:00 - Ultimate Survival Alaska: River of No Return 18:00 - Do or Die: Choking to Death 18:30 - Do or Die: Raging Bull 19:00 - Do or Die: Falling Through Ice 19:30 - Do or Die: Killer Tsunami! 20:00 - Crowd Control 20:30 - Crowd Control 21:00 - Beyond Magic With DMC: The Sting 22:00 - Inside Area 51’s Secrets 23:00 - Crowd Control 23:30 - Crowd Control
Fil-programm The Client tal-lum Claudia Calleja u t-tim tagħha se jkunu qed jaħdmu reklam għall-klijent li għandu cafe fil-belt Valletta. L-esperti se jagħtu pariri professjonali tagħhom ideali għal nisa, rġiel u ħafna mil-pariri se jkunu ideali għal żmien ta' festi li dalwaqt nibdew niċċelebraw. Għall-ewwel darba f'dan il-programm se jkun involut raġel bħala l-mudell li se jkun qed jintuża għax xewqa tal-klijent. The Client hu produzzjoni ta' Claudia Calleja minn Pink Comunication.
07:00 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 16:45 18:00 18:05 18:30 19:00 19:30 19:50 20:40 21:40 21:45 22:30 23:00
Net News Klinika Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Telebejgħ NET News Big Time Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika Newsfeed NET News Newsfeed Meander Arti u Kultura NET News The Client What’s for dinner NET News
Sport fuq il-Cable
Fox Sports Europe 06:00 - NFL Football 08:30 NFL Football 11:00 - Bass Fishing 12:00 - NFL Football 14:30 - Car Science 15:00 Pumped 15:30 - The Car Show 16:30 - NFL Football 19:00 NFL Football 21:30 - Volvo Ocean Race 22:00 - NFL Football
GO sports 1 07:00 - Barclays Premier League - Week 19 - Newcastle Utd v Sunderland 09:00 ATP Masters 1000 – 2014 Season in Review 10:00 - Barclays Premier League - Week 19 Stoke City v Chelsea 12:00 Ligue 1 - Round 19 - Olympique de Marseille v LOSC Lille 14:00 - Premier League Monday Review - Week 19 15:00 Serie A - Round 16 - Roma v Milan 17:00 - Aviva Premiership - Round 10 Northampton Saints v Leicester Tigers 19:00 Ligue 1 - Round 19 – Highlights 20:00 - FIFA Futbol Mundial/501 20:30 UEFA Champions League Magazine Programme 15 21:00 - Barclays Premier League - Week 19 - Aston Villa v Manchester Utd 23:00 Netbusters - Week 19 23:30 Vincennes Horseracing 02:00 - Trans World Sport /1442 03:00 - Ligue 1 - Round 19 Metz v AS Monaco 05:00 Barclays Premier League - Week 19 - Manchester City v Crystal Palace GO sports 7
07:00 Vincennes Horseracing 09:30 - Serie A - Round 16 - Fiorentina v Empoli 11:30 - Barclays Premier League - Week 19 Tottenham H v Burnley 13:30 - Guinness Pro12 - Round 10 Ospreys v Ulster 15:30 Ligue 1 - Round 19 - Girondins de Bordeaux v Olympique Lyonnais 17:30 - Serie A Round 16 - Sassuolo v Cesena 19:30 - Netbusters - Week 19 20:00 - PGA European Tour Alfred Dunhill Championships Day 2 01:00 - Serie A Round 16 - Sampdoria v Udinese 03:00 - Barclays Premier League - Week 19 - Southampton v Everton 05:00 - Aviva Premiership - Round 10 - Sale Sharks v Exeter Chiefs GO sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 11:30 - Serie A - Round 16 Fiorentina v Empoli 13:30 Barclays Premier League - Week 19 - Tottenham H v Burnley 15:30 - Guinness Pro12 - Round 10 - Ospreys v Ulster 17:30 Ligue 1 - Round 19 - Girondins de Bordeaux v Olympique Lyonnais 19:30 - Serie A Round 16 - Sassuolo v Cesena 21:30 - Netbusters - Week 19 22:00 - PGA European Tour Alfred Dunhill Championships Day 2 03:00 - Serie A Round 16 - Sampdoria v Udinese 05:00 Barclays Premier League - Week 19 - Southampton v Everton 07:00 - Aviva Premiership - Round 10 - Sale Sharks v Exeter Chiefs.
www.maltarightnow.com
24
TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
TISLIBA
Rapport tat-temp
UV INDEX
2
IT-TEMP Ftit jew wisq imsaħħab li jsir ftit imsaħħab VIŻIBBILTÀ Tajba IR-RIĦ Ħafif l-aktar mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir ħafif għal moderat mill-Majjistral BAĦAR Ħafif għal moderat IMBATT Baxx mill-Grieg il-Lvant li jsir ftit li xejn TEMPERATURA L-ogħla 18˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 4.4mm Xita mill-1 ta’ Settembru 231.2mm IX-XEMX titla’ fis-07.09 u tinżel fil-16.52
Il-ħamest ijiem li ġejjin
IT-TLIETA L-ogħla 18˚C L-inqas 12˚C
2
UV
L-ERBGĦA L-ogħla 19˚C L-inqas 12˚C
2
UV
IL-ĦAMIS L-ogħla 18˚C L-inqas 13˚C
2
UV
IL-ĠIMGĦA L-ogħla 17˚C L-inqas 12˚C
2
UV
Temperaturi fi bliet barranin
Mimdudin:5. Indikazzjoni (5) 6. Ivvjaġġar (5) 7. Fil-passat (5) 10. Tittawwal minnha għal barra (5) 11. Omm l-omm li jkollha t- tfal (5) 12. Tubu żgħir (5) 14. Giuseppe ……, kompożitur tal-opri (5) 16. Qafla (5) 17. Soċjetajiet kummerċjali (5) 18. Swied ta’ qalb (5)
Weqfin:1. Stinka kemm felaħ (6) 2. Mammalu li mis-suf tiegħu jintiseġ drapp ħafif (6) 3. Ta’ barra (6) 4. Ġirja madwar id-dinja b’rota ta’ wieħed? (6) 8. Deċenza (5) 9. Bin-namra tifforma l- buġija (5) 12. Imxekkel, għandu xi jde- jqu (6) 13. Applawsi (6) 14. Karrijiet miġbudin minn ferrovija (6) 15. Dubbiena, pereżempju (6)
Soluzzjoni tat-Tisliba tal-bieraħ
Mimdudin:- 5. Eqlel; 6. Kemxa; 7. Iġorr; 10. Sfaru; 11. Tlift; 12. Qadef; 14. Onest; 16. Ħrafa; 17. Luzzu; 18. żbark. Weqfin:- 1. Melles; 2. Eloġju; 3. Skurat; 4. Ballat; 8. Gawda; 9. Gidem; 12. Qandlu; 13. Fervur; 14. Offiża; 15. Tipiku.
Sudoku
Qiegħed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru lkbir. Kull numru għandu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru żgħir ta’ tliet kaxxi bi tlieta. Soluzzjoni Sudoku
IS-SIBT L-ogħla 16˚C L-inqas 10˚C
2
UV
It-temperatura u t-temp f’dawn il-bliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienu: Malta 18˚C ftit imsaħħab, Alġeri 19˚C xemxi, Amsterdam 12˚C imsaħħab, Ateni 13˚C xemxi, Liżbona 9˚C xemxi, Berlin 11˚C imsaħħab, Brussell 10˚C imsaħħab, il-Kajr 20˚C ftit imsaħħab, Dublin 12˚C xita, Kopenħagen 9˚C xita, Frankfurt 8˚C imsaħħab, Milan 10˚C ftit imsaħħab, Istanbul 8˚C xemxi, Londra 13˚C imsaħħab, Madrid 10˚C xemxi, Moska -6˚C imsaħħab, Pariġi 10˚C imsaħħab, Barċellona 13˚C xemxi, Ruma 16˚C xemxi, Tel Aviv 17˚C imsaħħab, Tripli N/A, Tuneż 17˚C ftit imsaħħab, Vjenna 9˚C imsaħħab, Zurich 5˚C ftit imsaħħab, Munich 4˚C imċajpar, San Pietruburgu -1˚C imsaħħab
Tagħrif
Kanzunetta Milied 2014 Id-Dipartiment tal-Malti tad-Direttorat tal-Edukazzjoni u l-Kunsill Nazzjonali talIlsien Malti għadhom kemm tellgħu fis-siti tagħhom ilkanzunetta tal-Milied 2014. Din tinsab ukoll fl-istazzjon tal-YouTube "Ilsien Pajjiżi". Il-kanzunetta hija "Frans talPosta", miktuba mill-awtur Trevor Żahra u mmużikata minn Sammy Galea. Din qiegħda f'għamla ta' filmat bit-tpinġijiet ta' Trevor Żahra stess biex tkun tista' titgawda b'mod sabiħ mit-tfal u l-kbar. Fil-filmat hemm ukoll iżżigarella bil-kliem għaddej ħalli t-tfal ikunu jistgħu jkantaw magħha.
Wirja ta’ presepju Se ssir wirja ta' presepju kbir maħdum mill-jablo u lġibs u l-pasturi magħmulin fuq stil bibliku bit-terrakotta. Ilpresepju fih effetti ta' dawl u ta' ilma. Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku f'134, Garage Redentur, Triq Gilormu Cassar, il-Mosta sal-4 ta' Jannar 2015. Il-ħinijiet huma: ġranet tax-xogħol bejn il-5.30 p.m. u t-8.30 p.m., isSibtijiet mill-10.30 a.m. sa 12 p.m. u mill-5.30 p.m. sat-8.30
p.m. U fil-Ħdud u l-festi tiftaħ mill-10.30 sa nofsinhar u mit3.30 p.m. sat-8.30 p.m.
Awguri lill-Isqfijiet Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tasSena l-Ġdida, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku sede vacante, lArċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. u l-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, nhar il-Ħadd 28 ta’ Diċembru se jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, bejn l-10 a.m. u nofsinhar. Il-bdil tal-awguri se jsir fil-Kurja tal-Arċisqof, ilFurjana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibbiltà, se jkun miftuħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja (u mhux il-bieb prinċipali). Dakinhar, għall-ħabta tal-10.30 a.m. lIsqof Scicluna se jgħaddi messaġġ lil dawk preżenti. Lejlet l-Ewwel tas-Sena, lIsqof Charles J. Scicluna, lArċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. u l-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca se jilqgħu lill-awtoritajiet talIstat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri, filPalazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta.
www.maltarightnow.com
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
25
AVVIŻI PN
Il-Kelliema Ewlenin tal-PN Simon Busuttil simon.busuttil@teampn.org
Kap tal-Oppożizzjoni
Mario de Marco mario.demarco@teampn.org
Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar
Chris Said chris.said@teampn.org
Segretarju :enerali tal-Partit Nazzjonalista
Beppe Fenech Adami Kelliem għall-:ustizzja beppe.fenechadami@teampn.org
Ċensu Galea ċensu.galea@teampn.org
Deputat Speaker u Kelliem għall-Agrikultura u s-Sajd
Fredrick Azzopardi fredrick.azzopardi@teampn.org
Deputat Whip u Kelliem għas-Servizzi tas-Saħħa u l-Edukazzjoni f’Għawdex
David Agius david.agius@teampn.org
Whip tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall-Gvern Lokali
Giovanna Debono Kelliema għal Għawdex giovanna.debono@teampn.org
SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN
IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 79990757. SANTA VENERA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u nofsinhar se jkun hemm uffiċjal biex jiltaqa’ miegħek fl-Uffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys, Santa Venera. Tista’ tikkuntattjana wkoll billi ċċempel 21441438 / 21441682 jew tibgħat e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt.
George Pullicino george.pullicino@teampn.org
Kelliem għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma
Joe Cassar joe.cassar@teampn.org
Kelliem dwar l-Edukazzjoni
ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634.
Kelliem għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali
AVVIŻI SOĊJALI
Tonio Fenech tonio.fenech@teampn.org
Jason Azzopardi jason.azzopardi@teampn.org Francis Zammit Dimech francis.zammitdimech @teampn.org
Kelliem għall-Finanzi
Kelliem għall-Kultura u l-Komunikazzjoni
Carm Mifsud Bonnici Kelliem għall-Affarijiet Barranin carm.mifsudbonnici@teampn.org
Clyde Puli clyde.puli@teampn.org
Kelliem għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali
Robert Arrigo robert.arrigo@teampn.org
Kelliem għat-Turiżmu
Stephen Spiteri stephen.spiteri@teampn.org
Kelliem għall-Impjiegi u l-Persuni b’Diżabbiltà
Mario Galea mario.galea@teampn.org
Kelliem għall-Anzjani
Charlò Bonnici charlo.bonnici@teampn.org
Kelliem għall-Iżvilupp Soċjali, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima
Michael Gonzi michael.gonzi@teampn.org
Kelliem għad-Drittijiet tal-Annimali
Antoine Borg antoine.borg@teampn.org
Kelliem għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej
Toni Bezzina toni.bezzina@teampn.org
Kelliem għat-Trasport u l-Infrastruttura
Claudette Buttigieg Kelliema għad-Djalogu Soċjali claudette.buttigieg@teampn.org u l-Libertajiet Ċivili Ryan Callus ryan.callus@teampn.org
Robert Cutajar robert.cutajar@teampn.org Kristy Debono kristy.debono@teampn.org
Albert Fenech albert.fenech@teampn.org
Claudio Grech claudio.grech@teampn.org
Kelliem għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Kelliem għaż-Żgħażagħ u l-Isport
Kelliema għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku
Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Kelliem għas-Saħħa
Paula Mifsud Bonnici Kelliema għall-Kompetizzjoni paula.mifsudbonnici@teampn.org u d-Drittijiet tal-Konsumatur
Marthese Portelli Kelliema għall-Affarijiet Ewropej marthese.portelli@teampn.org
L-IMTARFA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mtarfa se jorganizza Christmas Buffet Dinner nhar is-Sibt, 27 ta’ Diċembru filLukanda Bellavista, il-Qawra mit-8:30pm ’il quddiem. Prezz 18-il ewro għall-kbar u 10 ewro għat-tfal taħt it-12-il sena. Trasport 1 ewro. Jattendu logħla uffiċjali tal-Partit. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99474079, 99491849 jew 79452545. Bookings sal-lum 23 ta’ Diċembru.
BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza ħarġa għal Għawdex, nhar il-Ħadd, 28 ta’ Diċembru. Inżuru Betlem f’Għajnsielem u xi wirjiet oħra fosthom ilMużew ta’ Karmni Grima. Wara mmorru nieklu f’restaurant f’Marsalforn. Nitilqu minn Malta fis-7am u niġu lura malvapur tas-6pm jew tas-7pm. Prezz 25 ewro. Il-vann ikun magħna l-ħin kollu. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79914618 jew ikkuntattjaw lil xi membru tal-kumitat.
IN-NADUR. Il-Kumitat Sezzjonali PN Nadur se jorganizza Pizza u Tombla Night nhar it-Tnejn, 5 ta’ Jannar f’Ta Kenuna Bar and Restaurant, inNadur. Ħafna rigali x’jintrebħu.
IŻ-ŻURRIEQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Żurrieq se jorganizza Party għall-Anzjani Nazzjonalisti tal-lokalità u lĦbieb, nhar it-Tlieta, 6 ta’ Jannar 2015 fil-Każin tal-Partit, mis2pm ’il quddiem.
ĦAL TARXIEN. Il-Kumitat Sezzjonali PN Tarxien se jorganizza Get Together għat-tesserati u l-ħbieb nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Jannar fil-Każin tal-Partit fis7pm. Tattendi l-amministrazzjoni tal-Partit. IL-MELLIEĦA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mellieħa se jorganizza Riċeviment għat-Tesserati fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, nhar is-Sibt, 10 ta’ Jannar, fis-7:30pm filKażin tal-Partit.
IŻ-ŻURRIEQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Żurrieq se jorganizza Get Together għanNazzjonalisti tal-lokalità, nhar is-Sibt, 10 ta’ Jannar 2015 flAida Hall, iż-Żurrieq mis7:30pm ’il quddiem.
IL-MELLIEĦA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mellieħa se jorganizza attività politika li fiha jieħu sehem id-Deputat Jason Azzopardi, nhar il-Ħadd, 18 ta’ Jannar fl-10:30am fil-Każin talPartit.
KRISTY DEBONO. Il-Ħbieb ta’ Kristy Debono se jorganizzaw Ikla Buffet fl-okkażjoni tas-Sena l-Ġdida u għeluq snin Kristy Debono, nhar is-Sibt 24 ta’ Jannar fil-Lukanda Fortina, TasSliema fit-8:30pm. Jattendi għal din l-attività l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Prezz 22 ewro u tfal minn ħames snin sa 12-il sena 10 ewro. Għal aktar informazzjoni jew biex tixtru l-biljetti ċemplu 99473932 jew 99993707, jew ibagħtu email fuq info@kristydebono.com. AVVIŻI OĦRA
TONI BEZZINA. Id-Deputat tal-PN jixtieq javża li qed jiltaqa’ man-nies, nhar ta’ Erbgħa mis7pm ’il quddiem fl-Uffiċċju tażŻurrieq fi 2, Triq is-Sajjieda, iżŻurrieq u nhar ta’ Ħamis mill4pm ’il quddiem fl-Uffiċċju f’Birżebbuġa li jinsab fi 23,
Misraħ il-Pjazza, Birżebbuġa. Għal appuntament ċemplu 21490826. STEPHEN SPITERI. IdDeputat tal-PN jixtieq javża li qed jiltaqa’ u jara l-kostitwenti flewwel Ħadd tax-xahar bejn l10am u l-11am fil-Każin talPartit. Għal appuntament ċemplu 99490593.
ĦAL BALZAN. Il-Kumitat Sezzjonali PN jixtieq javża li ttesseri l-ġodda jistgħu jinġabru mill-Każin, inkella billi titkellmu ma’ xi membru tal-Kumitat.
IN-NAXXAR. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li qed jilqa’ offerti għat-tmexxija tal-bar talKażin PN Naxxar. Il-Kumitat javża li dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-offerta tagħhom bid-dettalji kollha lisSegretarju Kumitat PN Naxxar, Dar id-9 ta’ Mejju 1987, Vjal ilLabour, in-Naxxar, sal-Ħamis 8 ta’ Jannar fis-7pm. Il-Kumitat jirriserva d-dritt li jirrifjuta kwalunkwe offerta anke dik laktar vantaġġuża. L-ISLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li l-bar tal-Uffiċċju PN qed jitmexxa minn management ġdid. Qed ikun miftuħ kuljum sa tard filgħaxija, u s-Sibt u l-Ħadd jiftaħ fid-9 a.m. Qed ikunu servuti wkoll l-appetizers. ĦAL SAFI. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li l-bar talKażin qed jitmexxa taħt management ġdid tas-Sur Ray Axiaq. Qed jiftaħ mit-Tlieta sal-Ħadd u qed jieħu booking għal ikliet. Għal iktar informazzjoni ċemplu 79614916.
SANTA VENERA. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li qed isir tqassim tat-tesseri fid-djar. Għal min ma jkunx id-dar meta jiġu rrappreżentanti tal-Partit, l-uffiċjali tal-kumitat se jkunu fil-Każin biex iġeddu t-tesseri kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u 12pm flUffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys u nhar ta’ Ħamis filgħaxija bejn is-7:15pm u t8:30pm fl-Uffiċċju Enrico Mizzi, Triq Reġjonali. Tistgħu ċċemplu 99845132 jew tibagħtu email fuq pnsantavenera@pn.org.mt biex isir appuntament u niġu d-dar.
www.maltarightnow.com
26
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
KLASSIFIKATI
PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra talbanju u bitħa. Ċemplu 99428000. NIKRI
Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għal perjodu ta’ 4 snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655. AVVIŻI
Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront.
Xogħlijiet GĦAL kull xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ bini, alterazzjonijiet ta’ bini, ftuħ ta’ ħitan bi travi talħadid, ftuħ ta’ bibien, twieqi, ħnejjiet, bdil ta’ soqfa tal-konkos, xorok, nirranġaw, induru fejn ikun hemm ħsara fis-soqfa, gallarijiet, travi u xibka b’materjal apposta, qlugħ ta’ madum, kmamar tal-banju, tibjid, kisi, żebgħa, tikħil. Xogħol b’esperjenza kbira u xogħol fil-pront. Ċemplu 99602436. JINĦTIEĠU
Installer BIEX jgħin fl-installazzjoni ta’ cables għal sistemi ta’ CCTV, alarms u sistemi oħra. Tingħata preferenza lil dawk b’esperjenza f’xogħol simili. Dawk interessati jistgħu jibagħtu email fuq info@jgrima.com jew iċemplu 21445533 biex jagħmlu appuntament għall-interview. L-indirizz huwa J. Grima & Co. Limited, 130, Triq Psaila, Birkirkara. Lapplikazzjonijiet kollha jiġu trattati bl-aktar mod kunfidenzjali. Ma jintlaqgħux applikazzjonijiet mingħand persuni li m’għandhomx kondotta tal-Pulizija nadifa.
www.maltarightnow.com
SPORT
Sena memorabbli għal Sirens ASC GĦAWM
Sirens ASC kellhom sena mimlija suċċess b’għadd ta’ għawwiema tagħhom jiksbu riżultati eċċellenti kemm fuq livell personali kif ukoll nazzjonali. Fost dawn kien hemm Jerome Gregory Zerafa, għawwiem ġdid mal-klabb li għam il-100m freestyle f’59.84 sek, li hu l-aħjar ħin personali tiegħu. Il-klabb qal li f’sena eċċitanti, l-iskwadra kollha wriet titjib b’taħriġ metikoluż taħt ittmexxija ta’ Cat Stan u Daniela Deguara Gatt. Għal din is-sena li ġejja l-klabb mistenni jkompli jiżviluppa blintroduzzjoni ta’ dak li qed jissejjaħ Programm ta’ Prestazzjoni Atletika, inkluż kowċing psikoloġiku u ta’ motivazzjoni biex jinkoraġġixxi l-aħjar prestazzjoni mill-għawwiema. It-taħriġ se jkompli matul ilperjodu tal-Milied hekk kif uħud mir-rebbieħa fis-27 ta’ Diċembru se jmorru Sqallija biex jieħdu sehem fil-Coppa Panettone 2014 li hi kompetizzjoni tal-klabbs. Wara, l-klabb se jkompli bittaħriġ tiegħu ta’ kuljum biex jipprepara għal-laqgħa tal-Għid tal2015. Madankollu l-għawma mpressjonanti li kellu Matthew Zammit f’isem il-klabb u Malta, tibqa’ bla dubju l-aktar għawma li spikkat din is-sena. Waqt il-kampjonati tad-Dinja tal-FINA aktar kmieni dan ixxahar f’Doha fil-Qatar, Zammit waqqaf rekord nazzjonali ta’
27
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
Matthew Zammit
22.77 sek fil-50 metru freestyle. B’dan il-ħin Zammit kiser irrekord ta’ Andrew Chetcuti ta’ 22.95 sek li kien twaqqaf filkampjonati nazzjonali f’Lulju. Fil-kampjonati tad-dinja talFINA ħadu sehem madwar 900 għawwiem minn madwar iddinja u Matthew Zammit spiċċa fil-55 post minn fost 173 li ħadu sehem fil-50m freestyle. Zammit li għandu 19-il sena u twieled u trabba f’Malta bħalissa jinsab fi Plymouth fejn qed jistudja l-fiżjoterapija u jitħarreġ mal-klabb tal-lokal Plymouth Leander flimkiem ma’ għawwiema oħra ta’ klassi mondjali. Il-mira tiegħu issa hi li jieħu sehem fil-logħob tal-pajjiżi żŻgħar u jikkwalifika għallOlimpjadi ta’ Rio fl-2016.
Luxol mill-ġdid fil-quċċata
FUTSAL
Il-logħba tant mistennija millkampjonat Premier tal-Futsal kienet dik bejn bejn Balzan u Luxol fejn ir-rebbieħ kellu jsib postu fl-ewwel post tal-klassifika. Balzan kienu bla telfa minn ħames logħbiet, filwaqt li Luxol kellhom ħames rebħiet u draw. Fl-ewwel taqsima Balzan kienu qed igawdu vantaġġ ta’ 43, fejn għal Balzan skurjaw Glenn Bonello, Marco Conti u darbtejn Frane Despotovic. Għal Luxol skurja darbtejn Florin Anton u William Barbosa. Iżda t-tieni taqsima kienet determinanti biex Luxol ħarġu rebbieħa minn dan il-konfront. Wara li fl-14-il minuta talewwel taqsima, Frane Despotovic kien irċieva karta safra għal simulazzjoni, erba’ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima rċieva t-tieni karta safra wara li mess il-ballun b’idu. B’hekk ġiet fi tmiemha l-partita għal Despotovic. Luxol ħadu vantaġġ minn din it-tkeċċija u skurjaw permezz ta’ żewġ gowls oħra għal Florin Anton (li b’kollox skurja erba’ gowls), doppjetti għal Celino Alves u Peter Pullicino, gowl ta’ Karl Saliba u awtogowl ta’
Florin Anton ta’ Luxol li b’kollox skurja erba’ gowls kontra Balzan
Giancarlo Sammut. Balzan naqqsu d-distakk għal darb’oħra permezz ta’ Glenn Bonello. Matul il-ġimgħa kien hemm ukoll ir-rebħa ta’ Ħamrun Spartans fuq Swieqi United 7-3, Qormi għelbu lil Mosta 7-5 u Valletta għelbu lil Żebbuġ Rangers 11-3 B’hekk issa fil-kampjonat Premier, Luxol reġgħu telgħu fil-quċċata b’19-il punt segwiti minn Ħamrun bi 18, Balzan 15, Swieqi 12, Valletta 9, Qormi 7,
Mosta u Gżira bi 3 punti u Żebbuġ jibqgħu bla punti. Mill-Ewwel Diviżjoni Lija kienu mpenjati darbtejn, fejn għelbu lil Mdina 6-1 u lil Naxxar bl-iskor ta’ 5-1. Attard ukoll kellhom żewġ logħbiet fejn ġew megħluba minn Mellieħa 5-1 u rebħu lil Luqa St. Andrew’s 5-2. Intant Msida St. Joseph għelbu lil Mqabba bl-iskor ta’ 3-2. B’hekk Mellieħa u Lija jibqgħu għaddejjin bil-ġirja tagħhom fil-quċċata tal-klassifika bi 30 punt.
It-tieni rebħa għal Jival MASTERS FOOTBALL
Il-Kampjonat MSV LIFE Masterstal-futbol kompla b’żewġ partiti oħra, bil-JIVAL jirbħu t-tieni partita tagħhom u Bank of Valletta jiksbu l-ewwel punt. Issa l-kampjonat jieqaf għal tliet ġimgħat minħabba lfesti u jkompli fit-8 ta’ Jannar. JIVAL, it-tim tar-residenti talFaċilità Korrettiva rebaħ t-tieni partita tiegħu meta għeleb l-lisfida ta’Attard Mealy 6-4, f’partita li għal ħafna ħin kienet ibbilanċjata u kien biss fl-aħħar li JIVAL skurjaw il-gowls importanti. Għal JIVAL reġa’ spikka Jean Pierre Abdilla li skorja erba’ goals. Fit-tieni partita Bank of
Valletta kisbu l-ewwel punt fi draw ta’ 5-5 kontra l-Luxol. BOV lagħbu l-aħjar partita tagħhom s’issa u anki kienu filvantaġġ sal-ewwel taqsima 3-1. Fit-tieni taqsima Luxol żiedu lisforzi tagħhom u b’Nicky Tonna f’forma tajba fejn skorja darbtejn, irnexxielhom jieħdu punt. Iżda t-telf ta’ żewġ punti mportanti għal Luxol jistgħu jiswew ħafna aktar il-quddiem fl-attent tagħhom għar-rebħ tal-unuri. Fil-klassifika tal-aqwa skorers fl-ewwel post hemm Glenn Barry ta’ Mqabba bi 17-il gowl segwit minn Stefan Sultana ta’ Mosta bi 15 u Christian Muscat ta’ Rabat b’14-il gowl.
It-tim ta’ Marsa White Stars wara l-preżentazzjoni
Marsa WS jirbħu t-Tazza tal-Milied MAFA
Marsa White Stars rebħu lChristmas Cup tal-MAFA wara li għelbu lil Zejtun Red Stars fil-ħin barrani 2-1, wara li salħin regolamentari l-iskor kien dak 1 -1. Zejtun marru fil-vantaġġ fl14-il minuta permezz ta’ Darren
Vella u qabel tmiem l-ewwel taqsima Jurgen Gerada kiseb id- draw għal Marsa White Stars. Kien propju żewġ minuti qabel it-tisfira finali tal-ħin barrani li Diones da Silva ta rrebħa lil Marsa White Stars
b’gowl mill-isbaħ. Ir-referee tal-logħba kien Shaun Calleja megħjun minn Lorry Sammut u Jason Saliba. Wara l-logħba, Twanny Agius, President tal-MAFA, ippreżenta t-trofej lill-finalisti u lir-rebbieħa.
28
www.maltarightnow.com
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
Tmiem il-ġimgħa ta’ futbol Malti
Simon Farrugia
Analiżi u kummenti dwar il-partiti tal-Kampjonat Premier BOV
Logħob li jmiss
Kif jinsabu
Is-Sibt 3 ta’ Jannar, 2015 Stadium Nazzjonali 2.00pm Floriana v Naxxar L. 4.00pm Qormi v Valletta
Hibernians Valletta Birkirkara Balzan Floriana Mosta Sliema W. Qormi Naxxar L. Tarxien R. Pieta` H. Żebbuġ R.
Il-Ħadd 4 ta’ Jannar, 2015 Victor Tedesco Stadium 2.00pm Sliema W. v Pietà H. 4.15pm Tarxien R. v Balzan Hibs Stadium 2.00pm Mosta v Birkirkara 4.00pm Hibernians v Żebbuġ R.
L R 16 15 16 10 16 10 16 5 16 5 16 6 16 5 16 4 16 4 16 3 16 3 16 1
D 1 1 1 7 6 2 4 5 5 7 5 6
SPORT T 0 5 5 4 5 8 7 7 7 6 8 9
F 50 38 27 19 25 16 18 16 20 16 13 18
It-tim tal-ġimgħa
Innutajna…
J. Haber C. Attard R. Ekani D. Pisani C. Failla I. Goubadia E. Marcelina E. Bilbao Zarate H. Barry E.L. Dos Santos H. Shola Shodiya
LI kompliet id-drawwa ta’ logħob li jibda tard hekk kif nhar is-Sibt fil-Victor Tedesco Stadium il-Ħamrun, it-tieni logħba bejn Balzan u Mosta bdiet ħames minuti aktar tard milli skedat. Dan meta f’dan ilgrawnd bejn logħba u oħra tingħata nofs siegħa u mhux kwarta bħal fl-Istadium Nazzjonali u fil-Hibs Stadium. LI l-ġimgħa li għaddiet semmejt li kienet saret tinda filVictor Tedesco Stadium biex minnha jgħaddu l-plejers u uffiċjali sabiex ma’ jkunux daqstant viċin il-partitarji. Issa minn dak li rajt nhar is-Sibt l-iskop diġà beda jintilef. Rajt numru ta’ plejers li m’għaddewx minn taħtha imma mill-ġenb inkluż assistent referee. Possibbli nkunu daqstant
mgħaġġlin biex nidħlu lura fiddressing room? LI fi tmiem din il-ġimgħa assistejna għar-ritorn ta’ Esther Azzopardi li ikkontrollat il-logħba bejn Floriana u Żebbuġ Rangers. Kellha wkoll mumenti jaħarqu lejn tmiem il-partita fejn keċċiet lill-plejer ta’ Floriana Samb. Inċidentalment dan il-plejer kien qed jirritorna minn sospensjoni. Donnu li minkejja lkwalitajiet tajbin tiegħu dan ilplejer hemm bżonn li jaħdem aktar fuq id-dixxiplina biex Floriana jibdew jieħdu l-veru frott minnu. LI nhar is-Sibt fil-Victor Tedesco Stadium kien hemm attendenza ta’ 493 spettatur, medja ta’ 125 kull tim. Ma’ nafx jekk nidħakx jew nibkix meta
Michardi ta’ Żebbuġ mgħasses minn Cobo u Briffa ta’ Floriana
nara attendenzi ta’ din ix-xorta. Ovvjament l-inċidenti li nqalgħu fi tmiem il-partita bejn Mosta u Balzan ikomplu jbiegħdu aktar nies mill-grawnds tagħna. Għax min suppost jagħti l-eżempju qed ikunu huma li jaqilgħu l-inkwiet. Hawn nistaqsi. Il-Cards fil-VIP qed joħorġu bl-addoċċ? Għax laktar inkwiet li qed jinqala’ huwa minn din iż-żona. LI wara l-konfront tal-ġimgħa li għaddiet fejn Hibernians għelbu lil Valletta, kieku kellhom jinqasmu l-punti l-Pawlisti kienu jibdew b’vantaġġ ta’ 8 punti. Din il-ġimgħa ż-żewġ timijiet rebħu u li kieku jinqasmu l-punti issa Hibernians jibdew b’vantaġġ ta’ 7 punti. Tajba hux din. Tirbaħ u flok jiżdiedlek il-vantaġġ, jonqos! Imma dak huwa l-format li
(B’Kara) (Pietà H.) (Mosta) (Qormi) (Hibernians) (Balzan) (Floriana) (Balzan) (Valletta) (Hibernians) (B’Kara)
Tarabai jżid il-vantaġġ L-AQWA SKORERS
Clive Psaila ta’ Sliema jipprova jwaqqaf ħarba ta’ Nafti ta’ Valletta
K 8 12 17 21 31 30 21 26 24 24 27 38
E. Luis Dos Santos (Hibernians) J. Da Silva Pereira (Hibernians) E. Morais Costa (B’Kara) C. Failla (Hibernians) V. Plut (Floriana) L. Elford-Alliyu (Valletta) M. Britto (Żebbuġ R.) G. Piccioni ( Balzan) R. Ledesma (B’Kara) B. Kaljevic (Mosta) G. Da Silva Ribeiro (Naxxar L.) A. Samb ( Floriana) H. Barry (Valletta) A. Rodrigues Silva (Tarxien R.) C. Monti (Żebbuġ R.) A. Nafti (Valletta)
18 12 11 9 9 9 8 7 7 7 6 6 6 5 5 5
Shola Shodiya li skorja doppjetta għal B’Kara ssikkat minn Bjorn Bondin ta’ Qormi
Pt 46 31 31 22 21 20 19 17 17 16 14 9
www.maltarightnow.com
29
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
SPORT
Wara t-tkeċċija ta’ Kaljevic il-logħba saret nervuża INTERVISTI
“Ninsab kuntent li wara tlett xhur irritornajna għar-rebħ.” Hekk ikkummenta ma’ dan ilġurnal il-kowċ ta’ Balzan Oliver Spiteri b’ton ta’ serħan u sodisfazzjon wara t-tlett punti importanti li kisbu kontra Mosta. “Minkejja li bi plejer anqas Mosta ippressawna ħafna b’mod partikolari fit-tieni taqsima għax fl-ewwel taqsima konna aħjar mill-avversarji tagħna.” Mistoqsi dwar it-tensjoni li rrenjat matul il-partita, Spiteri qal li l-logħba nbidlet wara li Mosta sabu ruħhom bi plejer anqas. “Kienet kalma fil-bidu iżda donnu li wara t-tkeċċija ta’ Kaljevic saret nervuża. Ovvjament kif tinsab is-sitwazzjoni bħalissa, meta għandek mir-raba’ post l-isfel kulħadd flimkien, kull logħba tkun akkanita u kumbattuta.” Issa li l-kampjonat ikompli filbidu tas-sena l-ġdida, Spiteri ma ħebiex il-fatt li Balzan se jfittxu plejers ġodda biex isaħħu liskwadra.
- Oliver Spiteri (kowċ Balzan FC)
Naħseb kien ħaqqna xi ħaġa aħjar
Konna erratiċi ħafna
Bojan Kaljevic ta’ Mosta (lemin) li tkeċċa fil-logħba, jidher fl-azzjoni ma’ Justin Grioli u Clive Brincat ta’ Balzan (ritratt: Alex Degabriele)
- Peter Smith (kowċ Mosta FC)
“Ninsab diżappuntat għaliex l-affarijiet ma’ ġewx kif ippjanajna,” Kliem il-kowċ ta’ Mosta Peter Smith wara t-telfa kontra Balzan. Mistoqsi dwar jaħsibx li ttkeċċija kinitx ġusta, Smith qal, “X’għamel Kaljevic ma’ nafx, għax ma’ stajtx nara
minn fejn kont. Kienet logħba bilanċjata li setgħet marret kull naħa. Nixtieq nifraħ lill-plejers tiegħi għal dak kollu li għamlu. Taw wirja tajba u naħseb kien ħaqqna xi ħaġa aħjar.” Smith ikkummenta wkoll dwar dwar dak li jista’ jiġri fil-ġimgħat li ġejjin u jekk
hux se jkun hemm tibdil fliskwadra. “Diġà tkellimt mad-diriġenti tal-klabb fejn qegħdin naħdmu fuq kif nistgħu nsaħħu liskwadra. Hemm xi plejers li possibilment jitilqu wkoll. Irridu nistennew u naraw kif se jiżviluppaw l-affarijiet.”
VALLETTA……………....…0 LEEDS UNITED……...……4 EMPIRE STADIUM, GŻIRA 19 ta’ SETTEMBRU, 1979
Fil-fatt il-klabb tasSupporters lokali ta’ Leeds kien anka għamel souvenir programme għal din l-okkażjoni speċjali. L-ewwel logħba ntlagħbet flEmpire Stadium fid-19 ta’ Settembru, 1979 fejn mill-att finanzjarju l-Beltin kienu marru tajjeb ħafna. Qliegħ mill-attendenza, eluf ta’ kopji tas-souvenir programme kif ukoll tour organizzat għal-logħba ta’ritorn fl-Ingilterra. Attendenza ta’ madwar 18,000 spettatur ħonqot lIstadium tal-Gżira fejn l-entusjażmu tal-partitarji Beltin dam biss 13-il minuta. F’logħba ddominata mit-tim minn Yorkshire li fetaħ l-iskor
fit-13-il minuta minn ARTHUR GRAHAM. Kompla jiddomina u żewġ gowls oħra mill-istess GRAHAM u gowl ieħor minn ALAN CURTIS taw rebħa 4-0 lil Leeds fuq Valletta. Minkejja din it-telfa xorta waħda din il-ġurnata tista’ titqies bħala waħda mill-aktar importanti għal Valletta meta ltaqgħu ma’ wieħed mit-timijiet ewlenin tal-Ingilterra. Il-logħba ta’ ritorn kienet kunsidrata bħala ċans għal Leeds li jiksbu rebħa bi skor rekord. Iżda wirja kbira millgowlkiper Frankie Grima ċaħħdet lill-plejers ta’ Leeds minn rebħa kbira f’logħba li kellha tim wieħed biss filpitch.
- Paul Zammit (kowċ B’Kara
B’Kara kellhom jitħabtu ferm biex ħadu tliet punti kontra Qormi li żammewhom fit-tieni post ma’ Valletta, imma l-kowċ Paul Zammit jemmen li t-tim ma lagħabx kif kellu jilgħab anke jekk qal li “Fil-logħba kontra Qormi ma’ rnexxilniex inkunu offensivi kif suppost. Konna sfortunati li lqatna l-lasta u fortunati li sibna l-
gowl qabel tmiem l-ewwel taqsima. Mill-bqija konna erratiċi ħafna bħala wirja komplessiva. Qormi lagħbu tajjeb u dan jidher fil-fatt li kemm id-difiża kif ukoll il-gowlkiper tagħna kellhom logħba tajba. Irridu naħdmu aktar sabiex nerġgħu niksbu l-kunfidenza biex dak li naħdmu matul il-ġimgħa jiġi attwat fil-logħba,” ikkonkluda Zammit.
Valletta jiltaqgħu kontra Leeds fit-Tazza UEFA LOGĦBIET MEMORABBLI
Lejn tmiem is-snin sittin u fis-sebgħinijiet il-famuż klabb Ingliż ta’ Leeds United immexxi minn Don Revie kien iddomina l-futbol Brittaniku. Fl-1979 dan it-tim kienet diġà bdiet tispiċċa l-era tiegħu minkejja li xorta waħda kellu reputazzjoni kbira. L-aħbar tal-polza li Valletta kienu ser jiltaqgħu ma’ Leeds fl-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA ntlaqgħet b’entusjażmu kbir kemm mill-partitarji Beltin kif ukoll mis-supporters lokali ta’ dan il-klabb.
Leeds kienu determinati li jiksru r-rekord tagħhom ta’ rebħa ta’ aktar minn 11-0 f’aggregate iżda kellu jkun Grima li bis-saves stupendi tiegħu waqqaf tentattivi bir-ras u xuttijiet fejn anki salva penalty biex żamm l-iskor rispettabbli għal telfa ta’ 3-0.
VALLETTA - F. Grima, R. Gauci, E. Farrugia, J. Abdilla, C. Spiteri, D. Fenech, V. Magro, L.Farrugia, C. Agius, E. Seychell (P.Curmi), C. Seychell LEEDS UNITED - D. Harvey, K. Hird, P.Hampton, B. Flynn, P. Hart, P. Madeley, E. Gray, T. Cherry, R. Hankin, A. Curtis, A. Graham (C. Harris)
Il-gowlkiper ta’ Valletta Frankie Grima qabel il-logħba kontra Leeds fil-Gżira
www.maltarightnow.com
30
It-Tlieta, 23 ta’Diċembru, 2014
Interess qawwi f’Leighton Grech
SPORT
Il-liċenzja PRO se tibda ssir f’pajjiżna
BOV PREMIER
Iż-żagħżugħ Leighton Grech ta’ B’Kara qed jattira l-interess ta’ numru ta’ klabbs millKampjonat Premier u mhux eskluża l-possibiltà li dan jista’ jibdel il-klabb matul Jannar. Fost dawk interessanti fisservizzi ta’ dan il-plejer hemm Balzan, Floriana, Naxxar Lions u Qormi. Jidher li Floriana huma lakbar favoriti għall-firma tiegħu. Sadanittant Floriana qed ifittxu li jakkwistaw difensur ċentrali u fil-jiem li għaddew tkellmu ma’ Qormi dwar id-difensur Arġentin Mauricio Matias Mazzetti Latini. Dan il-plejer jista’ jkun wieħed
Leighton Grech
mill-plejers barranin li jbiddel klabb matul il-kampanja akkwisti ta’ Jannar. Fi tmiem il-ġimgħa kienet ukoll l-aħħar partita għal Alvaro
Andre Rodrigues Silva ta’ Tarxien Rainbows. L-attakkant ta’ 25 sena ħalla Malta lbieraħ u mistenni jkun mibdul ma’ barrani ieħor. Tarxien laħqu ftehim amikevoli sabiex il-plejer jinħall mill-kuntratt. Se jitlaq ukoll il-winger Brażiljan ta’ fuq ix-xellug, Clebinho minħabba raġunijiet familjari. Fil-jiem li għaddew, Pipico wkoll ħalla Malta; aħbar li kienet ħasdet lill-partitarji ta’ Tarxien. It-tluq ta’ dawn il-plejers hu konferma li f’Jannar Tarxien Rainbows se jkollhom barranin ġodda.
Dan il-ġurnal jinsab infurmat li l-JIRA panel tal-UEFA, ikkonferma li ċ-Ċentru Tekniku talMFA, fi ftit xhur oħra jista’ jibda jorganizza korsijiet għalLiċenzja PRO (professjonali) talkowċing. Din hija l-aktar liċenzja importanti li kowċ jista’ jkollu għaliex biha jista’ jħarreġ timijiet nazzjonali u kif ukoll l-aqwa timijiet fuq livell ta’ klabbs. Fil-fatt biex jinbdew il-proceduri għat-twettiq ta’ dan kollu flewwel xhur tas-sena l-UEFA se tibgħat uffiċjali f’Malta sabiex iwasslu t-teknikalitajiet neċċessarji dwar il-korsijiet tal-PRO License.
Blatter f’laqgħat sigrieta mal-FIFA dwar il-futur tal-Presidenza
Ilbieraħ kien rappurtat li saru taħdidiet sigrieta bejn uffiċjali tal-FIFA u l-President Sepp Blatter dwar il-futur tiegħu bħala President tal-assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol fid-dinja. Id-diskussjonijiet li kienu jinvolvu rappreżentanti minn numru ta’ konfederazzjonijiet tal-futbol, hu stmat li bdew f’Ottubru tal-2013 waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-150 anniversarju tal-FA Ingliża. Blatter ilu sa minn dakinhar jikkonferma l-ħsieb tiegħu li jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali ta’ Mejju għall-ħames terminu tiegħu. Madankollu bid-data tad-29 ta’ Jannar riesqa viċin (bħala l-aħħar jum biex wieħed jiddikjara linteress tiegħu), hemm tħassib qawwi fost diversi membri tależekuttiv tal-FIFA dwar il-futur u t-tmexxija tal-FIFA. Meta kien qed jitkellem f’Manila aktar kmieni dan ixxahar, Blatter reġa’ tenna li għandu appoġġ minn ħamsa minn sitt Konfederazzjonijiet tal-FIFA, biex imexxi għal ħames snin oħra. Madankollu issa qed jingħad li l-kriżi li hemm fi ħdan il-FIFA, li bdiet minn investigazzjoni li saret fil-proċess ta’ kandidatura għat-Tazza tad-Dinja u laħqet ilqofol tagħha l-ġimgħa l-oħra birriżenja tal-investigatur tal-kumitat ta’ etika Michael Garcia, jista’ jkollha effetti qawwija. Garcia rriżenja minħabba dak li sejjaħ nuqqas ta’ indipendenza fil-proċess ġudizzjarju tal-FIFA u jemmen li hemm il-kultura li lorganizzazzjoni ma tistax tiġi riformata.
Wara dawn l-avveniment kollha riċenti, qed jingħad li hemm numru ta’ kandidati li qed jikkunsidraw il-kandidatura tagħhom.
Lil min se jappoġġja? Il-mistoqsijiet li issa qed isiru fiċ-ċirku tal-FIFA, huma dwar li jekk Blatter, jagħżel li ma jikkontestax l-elezzjoni f’Mejju, ikunx lest li jappoġġja pubblikament il-kandidatura ta’ wieħed mill-ħames Presidenti talKonfederazzjonijiet li qed jgħid li għandu l-appoġġ tagħhom. Il-UEFA s’issa għadha l-aktar Konfederazzjoni kritika għaxxewqa ta’ Blatter li jkompli bilkariga. F’Ġunju waqt laqgħa sħuna f’Sao Paolo, kienu bosta l-presidenti ta’ FA’s Ewropej li talbu lil Blatter biex iwarrab. Madankollu l-UEFA għad trid tipproponi l-kandidat tagħha wara li l-President tagħha Michel Platini eskluda lilu nnifsu millkandidatura ta’ Lulju. Il-membru tal-eżekuttiv talFIFA, l-Prinċep Ali tal-Ġordan hu mifhum li hu wieħed millkandidati li l-UEFA tikkunsidra li tagħti l-appoġġ tagħha. Madankollu peress li lKonfederazzjoni Asjatika hi taħt it-tmexxija tax-Shaikh Salman tal-Bahrain, li ddikjara appoġġ qawwi lejn Blatter, hu maħsub li jkun diffiċli għalih li jaċċerta lvoti neċessarji biex jirbaħ. Barra dan Ali qed jiffaċċja lġlieda personali tiegħu biex jibqa’ fl-Eżekuttiv tal-FIFA hekk kif dalwaqt isiru l-elezzjonijiet tal-AFC u minflok, jista’ jagħżel
li jikkonċentra fuq dan l-objettiv minflok. Hu mhux beħsiebu jħabbar iddeċiżjoni qabel lejn l-aħħar ta’ Jannar u l-ġimgħa l-oħra irrifjuta li jitkellem jekk hux se jikkontesta. Bl-eks uffiċjal tal-FIFA Jerome Champagne, l-uniku persuna li pubblikament stqarr li jixtieq li jkun president tal-FIFA, l-attenzjoni fost dawk li jimmilitaw fil-FIFA issa qed iddur fuq Jeffrey Webb. Huwa nħatar President talCONCACAF (IlKonfederazzjoni tal-futbol fittramuntana, l-Amerika Ċerntrali u l-Karribew) fl-2012 wara skandlu finanzjarju li fih kienu nvoluti l-eks Viċi-Presidenti talFIFA Chuck Blazer u Jack Warner. Sa minn dakinhar stabilizza lfinanzi tal-organizzazzjoni u mexxa t-task force ta’ kontra ddiskiriminazzjoni tal-FIFA fejn introduċa sanzjonijiet iebsa għal offiżi ta’ razziżmu fi ħdan illogħba. Webb indika li mhux beħsiebu jikkontesta l-Presidenza tal-2015 u l-aspetattiva fost l-osservaturi hi, li minflok beħsiebu jimmira lejn dik tal-2019. Sadanittant Sepp Blatter insista li l-proċess ta’ riforma li għaddej fil-FIFA se jkun suċċess. “Dan il-proċess ta’ riforma issa jinsab fl-aqwa tiegħu u jrid ikun implimentat mill-assoċjazzjonijiet u l-Konfederazzjonijiet. Irid jgħaddi ftit żmien biex jgħaddi imma se jkun maħdum tajjeb. Il-problema prinċipali li qed niffaċċjaw bħalissa mal-
F’Malta huma ftit il-kowċis li għandhom din il-Liċenzja fosthom: Paul Zammit, Jesmond Zammit, John Buttigieg, Carmel Busuttil, Stephen Azzopardi u bħalissa l-kowċ nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella wkoll qiegħed jattendi għal kors f’Coverciano sabiex jakkwista din il-liċenzja. Tajjeb ukoll li wieħed jirrimarka li fost il-kowċis barannin li hawn f’pajjiżna, Pietro Ghedin, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Alfonso Greco kowċ ta’ Żebbug Rangers u anke Giovanni Tedesco kowċ ta’ Floriana, kollha għandhom din il-Liċenzja PRO.
Sepp Blatter għadu konvint li jibqa’ jmexxi l-FIFA
assoċjazzjonijiet nazzjonali u lKonfederazzjonijiet hi l-Kumitat ta’ Etika għaliex naħseb li kultant in-nies ma jifhmux xi tfisser li jkollok kumitat ta’ etika. Hemm ħafna dixxiplina u rispett
fi ħdan il-209 assoċjazzjonijiet nazzjonali u nista’ ngħid li filkungress li jmiss f’Mejju se nħossni kburi bir-realizzazzjoni tal-proċess ta’ riformi,” qal Blatter.
Il-kowċ nazzjonali tal-Korea t’Isfel, il-Ġermaniż Uli Stielike inkluda lid-debuttant Lee Jeonghyeop fl-iskwadra tiegħu għatTazza tal-Asja li tibda x-xahar iddieħel. L-attakkant ta’ 23 sena lagħab 25 logħba fil-K League ma’ Sangju Sangmu fl-2014 u skorja erba’ gowls. Hu l-uniku plejer imsejjaħ fl-iskwadra li m’għandux esperjenza internazzjonali imma jinsab determinat li jimpressjona.
“Se nagħmel ħilti kollha biex nonora r-responsabbiltajiet,” qal l-attakkant. Plejer li tħalla barra hu lattakkant ta’ esperjenza Park Chu-young li tilef postu taħt Stielike. Il-Korea t’Isfel ittellgħu fi Grupp A flimkien mal-Awstralja, l-Kuwajt u l-Oman u qed jittamaw li jtemmu stennija ta’ 55 sena biex jiksbu suċċess f’din ilkompetizzjoni wara li l-aħħar suċċess tagħhom kien fl-1960.
Stielike jinkludi debuttant TAZZA TAL-ASJA
32
It-Tlieta, 23 ta’ Diċembru, 2014
www.maltarightnow.com
LOKALI
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista sar il-party annwali tal-Milied għat-tfal tal-impjegati ta’ Media Link Communications. Numru mdaqqas ta’ tfal tal-ħaddiema tal-media tal-PN attendew għal dan il-festin li l-qofol tiegħu ntlaħaq mal-wasla ta’ Santa Klaws li qassam ir-rigali lil kull wieħed u waħda mit-tfal li attendew. Matul l-attività kienu preżenti wkoll numru ta’ animaturi li organizzaw logħob għat-tfal ta’ kull età li kienu preżenti. (Ritratti: John Paul Bonanno)