Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013 Regolamenti dwar parteċipazzjoni
1. ORGANIZZAZZJONI 1.1 1.2
Il‐konkors isir taħt l‐awspiċi tal‐Partit Nazzjonalista. Il‐Konkors huwa maqsum f’żewġ kategoriji: 1.2.1 dik magħrufa bħala “il‐Kantanti Stabbiliti”; 1.2.2 u oħra li qed tissejjaħ “Talent Żagħżugħ ”.
2. FAŻIJIET 2.1
Iż‐żewġ kategoriji jgħaddu minn żewg fażijiet ta’ eliminazzjoni.
2.2
Fl‐ewwel fażi, il‐ġurija tisma’ l‐kanzunetti kollha u tagħti l‐voti tagħha. Fl‐aħħar tal‐ewwel fażi, jintgħażlu: 2.2.1 49 kanzunetta minn dawk kollha sottomessi fil‐kategorija tal‐Kantanti Stabbiliti; 2.2.2 30 kanzunetta minn dawk kollha sottomessi fil‐kategorija tat‐Talent Żagħżugħ.
2.3
Fit‐tieni fażi, il‐kanzunetti magħżula jerġgħu jgħaddu quddiem ġurija, din id‐darba b’interpretazzjoni LIVE, li tista’ wkoll tigi ffilmjata (sħiħa jew partijiet minnha). Fl‐aħħar tat‐tieni fażi, jintgħażlu: 2.3.1 19‐il kanzunetta minn dawk kollha sottomessi fil‐kategorija tal‐Kantanti Stabbiliti; 2.3.2 15‐il kanzunetta minn dawk kollha sottomessi fil‐kategorija tat‐Talent Żgħażugħ;
2.4
Il‐kanzunetti tal‐kategorija tal‐Kantanti Stabbiliti jgħaddu għas‐serata finali, waqt li l‐15‐il kanzunetta fil‐kategorija tat‐Talent Żgħażugħ se jkunu qed jieħdu sehem f’fazi oħra waqt programm televiżiv fis‐sajf u minnhom, l‐aktar tlieta vvutati bit‐televoting (60%) u l‐ġurija (40%) se jkunu qed jipparteċipaw bejniethom f’sezzjoni apposta waqt l‐istess finali tal‐Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013.
2.5 Il‐kanzunetta nru 20 li tieħu sehem fil‐finali fis‐sezzjoni tal‐kantanti stabbilita‘ hi dik interpretata minn kantant/kantanta rebbieħa ta‘ Passport to Indifest.
3. KOMPOŻITURI ‐ AWTURI 3.1
Il‐konkors hu miftuħ għall‐kompożituri u awturi li jkunu ta’ nazzjonalita‘ Maltija.
3.2
Il‐kompożituri u awturi jagħżlu huma stess il‐kantanti għall‐kanzunetti tagħhom.
3.3
Kull kompożitur u awtur jista’ jibgħat aktar minn kanzunetta waħda.
4. KANTANTI 4.1
Il‐kantanti prinċipali magħżula mill‐kompożituri u awturi jridu jkunu għalqu sittax (16)‐il sena fid‐ data tal‐fażi finali u jridu jkunu wkoll ta’ nazzjonalita Maltija.
4.2
Fil‐kaz tal‐Kantanti fis‐sezzjoni talent żgħażugħ, l‐eta miftuħa għall‐kompetizzjoni hija minn 14‐il sena (maghluqa sal‐ahhar ta’ Gunju 2013) sa 26 sena, u l‐parteċipanti jridu jkunu kantanti li ma jkunux rebħu festivals mtella fuq livell nazzjonali.
4.3
Gruppi ta’ kantanti vokali u strumentali, eċċ. jkunu meqjusa bħala “kantant / kantanta “ jew “wieħed / waħda”.
4.4
Fiz‐żewg kategoriji, kantant(a) ma jistax jinterpreta aktar minn kanzunetta waħda fis‐serata finali. F’kaz li kantant jgħaddulu aktar minn kanzunetta waħda, tgħaddi awtomatikament dik bl‐ għola punteġġ, waqt li l‐kompozitur u l‐awtur jingħataw id‐dritt li jżommu il‐kanzunetta, iżda li tkun interpretata minn kantant/a ieħor/oħra. Il‐Kumitat ghandu jigi infurmat fi zmien 12‐il siegha b’din id‐decizjoni.
page 1 of 4
Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013 Regolamenti dwar parteċipazzjoni
5. KANZUNETTI 5.1
Il‐konkors mhux marbut ma' tema partikolari, imma l‐versi ma jridux ikunu joffendu sentimenti reliġjuzi, politiċi, tar‐razza u tas‐sess. Kanzunetta li, fl‐opinjoni ta’ l‐organizzaturi, ma tkunx konformi ma’ dawn ir‐regolamenti, tiġi eliminata.
5.2
Il‐kanzunetti jridu jkunu oriġinali, bl‐ilsien Malti, inediti (qatt ma ġew pubblikati jew interpretati fil‐pubbliku qabel is‐sottomissjoni) u ħielsa minn kull tip ta’ materjal inkriminatorju u li jista’ joffendi.
5.3
Il‐kanzunetti iridu jkunu ta’ bejn tlett minuti u tlett minuti w nofs ‘l waħda.
5.4
Il‐mużika tal‐kanzunetti trid tkun ipprovduta permezz ta’ prerecording fuq CD. L‐arranġamenti u r‐recordings isiru a spejjeż tal‐kompożitur u l‐awtur.
5.5
L‐organizzaturi jżommu d‐dritt li jaraw li l‐kwalita’ tar‐recording tkun ta’ livell.
5.6
Waqt is‐serata finali tal‐Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013, il‐vuċijiet prinċipali jkunu kollha live. Il‐backing vocals jistgħu jiġu rrekordjati jew ikantaw live.
5.7
Strumenti mhux se jindaqqu LIVE. Madankollu, jekk ser jintużaw strumenti, għall‐apparenza biss, l‐organizzaturi xorta waħda jridu jkunu infurmati minn qabel.
5.8
Il‐kanzunetta rebbieħa terġa’ tiġi nterpreta fl‐aħħar serata tal‐finali tal‐Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013 u waqt l‐aħħar serata tal‐Festi ta’ l‐Indipendenza 2013 fuq il‐Fosos tal‐Furjana nhar l‐20 ta’ Settembru 2013.
6. APPLIKAZZJONIJIET 6.1
Kull formola għandha tintuża għall‐kanzunetta waħda biss. Jistgħu jintużaw fotokopji tal‐istess formola f’każ li se jiġu sottomessi aktar minn kanzunetta waħda.
6.2
Għal kull kanzunetta jridu jkunu ppreżentati żewġ envelopes (ipprovduti mill‐applikant) immarkati – “A” u “B”.
6.3
Envelope “A” irid ikun immarkat fuq barra bin‐nom de plume BISS u mmarkat bil‐kelma “FORMOLA” (ara fig.01):
Envelope A
[Nom de plume]
FORMOLA fig.01
Fuq ġewwa ta’ envelope “A” jrid ikun hemm BISS: 6.3.1 il‐formola ta’ l‐applikazzjoni. Dawn l‐envelopes, li jinkludu d‐dettalji personali, jinfetħu biss WARA li jintgħażlu l‐kanzunetti finalisti; 6.3.2 CD li tinkludi – kopja elettronika tal‐lirika, profil qasir bil‐Malti tal‐kantant, tal‐kompożitur u tal‐awtur li qed jippartecipaw. Dan biex ikun jista’ jintuża bħala parti mill‐materjal promozzjonali tal‐kanzunetti, tal‐kantanti, tal‐awturi u tal‐kompożituri tagħhom.Fuq ic‐cd ghandu jkun hemm imnizzel isem il‐kanzunetta u isem il‐kantant.
6.4
L‐envelope “B” irid ikun immarkat fuq barra bin‐nom de plume, kif ukoll bil‐kelma “MATERJAL” (ara fig.02):
page 2 of 4
Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013 Regolamenti dwar parteċipazzjoni Envelope B
[Nom de plume]
MATERJAL fig.02
Fuq ġewwa ta’ envelope “B” irid ikun hemm:
6.4.1 Għaxar (10) kopji tal‐versi tal‐kanzunetta ittajpjati;
6.4.2 CD b’recording ċar tal‐kanzunetta bil‐vuċijiet kollha . Dan ir‐recording jinstema’ mill‐ġurija waqt l‐ewwel fażi eliminatorja. Fuq ic‐cd ghandu jkun hemm imnizzel isem il‐kanzunetta u n‐nome de plume.
Hu importanti li kulma jkun hemm f’dan l‐envelope (B) , ikun immarkat bl‐isem tal‐kanzunetta u bin‐nom de plume BISS. Kull tip ta’ mmarkar ieħor li jista’ jidentifika lill‐kompozitur jew lill‐awtur jew il‐kantant/a iservi biex il‐kanzunetta tkun eliminata.
6.5
Għal kull kanzunetta li tkun sottomessa, irid isir ħlas ta’ €50.00 (ħamsin Euro) u tinħareg riċevuta f’isem in‐nom de plume tal‐kanzunetta partikulari.
6.6
Il‐kategorija tal‐kanzunetta trid tkun immarkata wkoll fuq l‐envelopes.
6.7
Il‐kanzunetti għandhom jiġu sottomessi bejn id‐09:00 u s‐19:00 ta’ nhar il‐Ġimgħa 17 ta’ Mejju 2013.
7. ĠURIJA 7.1
F’kull fażi, l‐ġurija tista’ tkun differenti;
7.2
Għall‐fażi eliminatorja, is‐smiegħ tal‐kanzunetti applikanti ser jinqasam fuq ġranet skont kemm jidħlu applikazzjonijiet u kif jiġi deċiż mill‐Kumitat.
7.3
It‐televoting ma jkollu l‐ebda influwenza fuq ir‐riżultat tas‐serata final tal‐Kategorija tal‐Kantanti Stabbiliti.
7.4
Ir‐riżultat tal‐ġurija jkun it‐total tal‐voti li jingħataw fuq il‐mużika, il‐lirika u I‐interpretazzjoni.
7.5
Wara l‐fażi eliminatorja tal‐kantanti fis‐sezzjoni Talent Żagħżugħ, il‐finalisti jikkompetu bejniethom fil‐programm li se jniedi Net TV bħala promozzjoni għall‐Konkors, u jkun il‐ġudizzju ta’ ġurija esperta (60%) u l‐vot tal‐pubbliku permezz tat‐televoting (40%) li jiddetermina it‐tlett (3) kantanti finalisti. Dawn it‐tlieta jerġgħu jikkompetu bejniethom fis‐serata finali fejn hemmhekk, għal darb’oħra, jgħaddu mill‐ġudizzju ta’ ġurija esperta (60%) u l‐vot tal‐pubbliku (40%) sabiex tintgħażel il‐kanzunetta rebbieħa f’din il‐kategorija.
8. PREMJIJIET 8.1
Il‐premjijiet fil‐kategorija tal‐Kantanti Stabbiliti, li jingħataw lill‐aħjar tlett (3) kanzunetti hekk kif determinat mill‐ġurija esperta, jitqassmu kif ġej: 8.1.1 għall‐kanzunetta fl‐ewwel (1) post:
Trofew u €1,200.00
8.1.2 għall‐kanzunetta fit‐tieni (2) post:
Trofew u €750.00
8.1.3 għall‐kanzunetta fit‐tielet (3) post:
Trofew u €500.00
8.2
Jingħata trofew separat f’każ li l‐kantanti, l‐kompożituri u/jew l‐awturi rebbieħa jkunu differenti.
8.3
Jingħata trofew lill‐kompożitur, lill‐awtur u lill‐kantant/a tal‐kanzunetta li tirċievi l‐akbar ammont ta’ voti fir‐riżultat tat‐televoting u dak tal‐pubbliku.
8.4
Jingħata trofew lill‐kompożitur, lill‐awtur u lill‐kantant/a tal‐kanzunetta li tirbaħ is‐sezzjoni Talent Żagħżugħ.
page 3 of 4
Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013 Regolamenti dwar parteċipazzjoni
9. DRITTIJIET 9.1
l‐organizzaturi jżommu d‐dritt tal‐kanzunetti kompluti li jgħaddu għas‐serata finali.
10. DATI 10.1 L‐ewwel eliminatorja ssir fit‐18 ta’ Mejju 2013 u t‐tieni eliminatorja ssir fit‐25 ta’ Mejju 2013. Kantanti applikanti għandhom iżommu l‐ġurnata tat‐tieni eliminatorja vojta u mhux se jingħataw ġranet oħra minbarra din għall‐ebda raġuni. 10.2 Is‐serata finali tal‐Konkors Kanzunetta Indipendenza 2012 ser issir matul il‐festi ta’ l‐ Indipendenza, li jsiru fuq il‐Fosos tal‐Floriana, f’Settembru 2013, fid‐18 jew 19 ta’ Settembru 2013.
11. AFFARIJIET OĦRA 11.1
Waqt li l‐organizzaturi jkunu disposti li jikkunsidraw is‐suġġerimenti kollha li jsirulhom, iżommu d‐ dritt illi dawk id‐deċiżjonijiet li jittieħdu minnhom dwar l‐organizzazzjoni, kif ukoll id‐deċiżjonijiet tal‐ġurija f’kull fażi tal‐konkors, ikunu finali u inappellabbli.
11.2
Wara it‐tieni fażi eliminatorja, hekk kif jitħabbru l‐20 finalista, dawk kollha li ma jkunux għaddewlhom il‐kanzunetti, jistgħu jiġbru l‐materjal tagħhom fuq preżentazzjoni ta’ l‐irċevuta sa erba’ ġimgħat wara li jitħabbru l‐20 finalist. F’każ li ma jinġabrux, il‐materjal jiġi distrutt.
11.3
Fil‐jum tas‐sottomissjonijiet, kantanti, kompozituri w awturi se jingħataw iċ‐ċans li jħallu d‐dettalji (permezz ta’ formoli apposta) ta’ indirizz elettroniku (e‐mail) biex b’hekk jirċievu b’mod regolari l‐aġġornamenti dwar il‐konkors matul dan il‐perjodu.
11.4 L‐informazzjoni u l‐materjal (hawn taħt imsemmija) tal‐kanzunetti finalisti, jridu jaslu għand l‐ organizzaturi sa mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem minn mindu jithabbru l‐finalisti: a.
numru ta’ nies li ser ikunu fuq il‐palk (dan in‐numru għandu jinkludi kantanti, backing vocalists, żeffiena, mużicisti, eċċ.). In‐numru ta‘ persuni li jakkumpanjaw lill‐kantant fuq il‐ palk (minbarra l‐backing vocals) ma jistax ikun ta‘ aktar minn 6 persuni.
b. jekk humiex se jintużaw strumenti jew props c.
ir‐recording komplut u tal‐kanzunetta/i magħżula.
d.
ir‐recording tal‐backing tal‐kanzunetta/i magħżula
11.5
Videos ta’ kanzunetti jew bi stampi u kanzunetti fuq l‐internet etc m’humiex permessi, sakemm ma jkunux dawk mehuda minn programmi ta’ NET TV.
11.6 Kantanti jew gruppi li jkunu qed jiehdu sehem ma jistghux ikantaw il‐kanzunetta li qed jiehdu sehem biha fil‐pubbliku jew fuq stazzjonijiet tat‐TV jekk mhux kif indikat mill‐Kumitat. 11.7
Kantanti jew gruppi li jkunu qed jiehdu sehem ma jistghux jippartecipaw fi programmi muzikali bhala kompetituri jew f’festival ohra li jkunu qed isiru bejn Lulju u Settembru 2013.
11.8 Waqt is‐serata finali tal‐Konkors Kanzunetta Indipendenza m’hux se jkunu permessi persuni backstage hlief dawk li jkunu se jaghmlu l‐performance u jkollhom il‐permess. 11.9 Waqt is‐serata finali mhux permess li kumpaniji jew persuni li ma jkunu sponsors ufficcjali jew akkredidati mill‐Kumitat jidħlu backstage biex jagħmlu make‐up, xagħar etc lil xi kantant jew grupp partikolari. 11.6 Sottomissjoni ta’ kanzunetti fil‐Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013 jimplika aċċettazzjoni ta’ dawn ir‐regolamenti.
page 4 of 4
Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013 Regolamenti dwar parteċipazzjoni
Kull korrispondenza għandha tkun indirizzata hekk: l‐Amministrazzjoni Konkors Kanzunetta Indipendenza 2010 Dar Ċentrali ‐ Partit Nazzjonalista Triq Herbert Ganado, Tal‐Pieta’ PTA 1450
Għal aktar informazzjoni staqsu għal: Mark Azzopardi ‐ Chairman tal‐kumitat organizzattiv tal‐KKI EMAIL:
kki@pn.org.mt / markazzopardi81@gmail.com
page 5 of 4