In-Nazzjon - 26 ta' Novembru

Page 1

Nru 13,910

L-Erbgħa, 26 ta‘ Novembru, 2014 €0.80

Mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Manwel Mallia

www.maltarightnow.com

Għaqdiet ambjentali jikkritikaw il-pont bejn Malta u Għawdex

Ara paġna 3

Simon Busuttil iħabbar li l-Oppożizzjoni se tressaq mozzjoni ta’ sfiduċja f’Manwel Mallia la l-PM ma kellux il-kuraġġ jieħu azzjoni hu fuq l-inċident li fih kien involut ix-xufier tiegħu L-Oppożizzjoni se tressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manwel Mallia wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ baqa’ jiddefendi lill-Ministru tiegħu fir-Replika tiegħu għallBaġit 2015. F’konferenza tal-aħbarijiet wara li Muscat temm id-diskors tiegħu fil-Parlament li bih wieġeb għallkritika tal-Oppożizzjoni għall-baġit, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħabbar li lOppożizzjoni se tkun qed tressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Parlament kontra l-Ministru Mallia, għax dan

ma jixraqlux jibqa’jokkupa l-kariga li għandu fil-Kabinett, wara l-każ tal-ġimgħa li għaddiet li fih ix-xufier tiegħu spara fuq sewwieq barrani fil-Gżira. Simon Busuttil fakkar li l-PN diġà sejjaħ biex il-PM ineħħi lil Mallia, imma minflok, Muscat baqa’ jiddefendih, waqt li nnota kif fid-diskors tiegħu aktar kmieni fil-Kamra tad-Deputati, il-Prim Ministru ma ddefenda lill-ebda wieħed mill-Ministri tiegħu li kienu nvoluti fi skandli, ħlief lill-Ministru Mallia.

Il-Papa Franġisku lbieraħ indirizza għall-ewwel darba lill-Parlament Ewropew. Fil-bidu tas-seduta speċjali fi Strasburgu, hu ntlaqa’ mill-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz. Iż-żjara – ta’ erba’ sigħat – kienet l-iqsar waħda li qatt għamel Papa barra mill-Vatikan. Ara l-istorja fil-paġni tal-aħbarijiet ta’ barra, f’paġna 13. Ara wkoll paġna 32. (Ritratt: EPA)

Il-każ tal-Leisure Clothing jixkef skandlu akbar għal paġna 5

Hawn mijiet ta’ ħaddiema barranin sfruttati u abbużati f’diversi industriji, ħaddiema mħallsin biċ-ċiċri, ħaddiema b’pagi parzjalment miżmuma mill-management fejn jaħdmu, ħaddiema mogħtija ħlas cash imma l-payslip turi ħlas differenti, u oħrajn imġiegħla jagħmlu xogħol speċjalizzat li mhumiex imħarrġin għalih

Joe Mikallef F’pajjiżna – suppost pajjiż modern u membru fl-Unjoni Ewropea – illum, fis-sena 2014, hawn impjegati mijiet ta’ ħaddiema, l-aktar barranin, li litteralment qed ikunu sfruttati u abbużati fil-post tax-xogħol fejn jaħdmu. Diversi huma l-industriji li fihom jinstabu dawn il-ħaddiema, fosthom fil-qasam tattessuti, kif spjegajna kemm-il darba li allegatament qed jiġri fil-Leisure Clothing; fis-settur tas-saħħa, inkluż fi sptarijiet u fi djar tal-anzjani tal-Gvern fejn ċerti xogħlijiet qed isiru minn

kuntratturi privati; fl-industrija tal-kostruzzjoni u f’siti – kbar jew żgħar – fejn qed isiru proġetti ta’ infrastruttura; filqasam tal-indafa u t-tindif; fissettur tal-edukazzjoni fejn għandna rapporti dwar skola partikulari fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta mmexxija minn barranin fejn l-għalliema huma mħallsin b’mod fqir; u anki fil-qasam tas-sigurtà minn kumpaniji li joffru servizzi ta’ sigurtà u għassa. Minn meta żvelajna l-allegati abbużi fil-Leisure Clothing li tinsab fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel, ħafna kienu dawk li

avviċinawna u rrakkontawlna stejjer ta’ sfruttament ta’ ħaddiema fil-post fejn jaħdmu. Jirriżulta li bosta minn dawn ir-rapporti, f’xi żmien jew ieħor, saru u twasslu wkoll lidDipartiment tal-Impjiegi u rRelazzjonijiet Industrijali, iżda għal xi raġuni jidher li ftit li xejn ittieħdu miżuri biex dawn l-abbużi jitwaqqfu u min hu moħbi warajhom jitressaq ilQorti u jkun akkużat bi ksur talliġijiet tax-xogħol. Minn stħarriġ li għamel ilġurnal ‘In-Nazzjon’ jidher li bosta huma l-forom ta’ sfruttament fil-postijiet tax-xogħol u

fil-parti l-kbira tagħhom jikkonċernaw ħaddiema minn pajjiżi minn barra l-Ewropa, fosthom Asjatiċi, Għarab u Afrikani. Madankollu għandna wkoll każi komuni ta’ ħaddiema minn pajjiżi fl-Ewropa, li iżda mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea, li wkoll qed ikunu sfruttati. Fil-lista miġbura minn dan ilġurnal jeżistu wkoll ħaddiema minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li ġew Malta biex jaħdmu u jaqilgħu lira, li wkoll qed jiffaċċjaw żminijiet diffiċli filpost tax-xogħol tagħhom. għal paġna 6

Manwel Mallia jgħid li ma rax l-istqarrija tad-DOI dwar l-isparatura qabel ħarġet

Ara paġna 5

L-iskorta tal-PM tinjora l-proċeduri ġodda ta’ sigurtà fil-Parlament

Ara paġna 7


www.maltarightnow.com

2

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

L-Enemalta tieħu azzjoni kontra l-abbuż mill-elettriku fl-Armier u fil-Bajja ta’ San Tumas

Il-Korporazzjoni Enemalta ħabbret li bdiet ħidma intensiva biex tneħħi konnessjonijiet irregolari tal-elettriku fil-kmamar talArmier u l-Bajja ta’ San Tumas. Xahar ilu l-Enemalta tat lill-klijenti tagħha xahar ċans biex japplikaw għall-provvista temporanja tal-elettriku f’dawn il-kmamar illegali. Din il-miżura kienet lewwel pass biex tnaqqas it-telf li l-Korporazzjoni kienet qed issofri f’dawn ix-xtajtiet. Iż-żmien tal-applikazzjonijiet għalaq nhar il-Ħamis 20 ta’ Novembru, u fil-bidu ta’ din ilġimgħa ħaddiema tal-Enemalta, blgħajnuna tal-Pulizija, bdew għadd ta’ spezzjonijiet biex isibu u jneħħu konnessjonijiet ta’ provvista talelettriku mhux awtorizzati u irregolaritajiet oħrajn simili.

Fl-ewwel ġurnata ta’ spezzjonijiet instabu u tneħħew madwar 100 konnessjoni suspettati li huma illegali. Aktar stħarriġ għadu għaddej u qed ikompli matul din il-ġimgħa. L-Inġinier Fredrick Azzopardi, Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, spjega li matul din is-sena lEnemalta nediet miżuri differenti biex twaqqaf is-serq tal-elettriku u tnaqqas sorsi oħrajn ta’ telf ta’ dħul ikkawżat minn raġunijiet mhux tekniċi. “Bdejna ħidma kbira biex neliminaw każ serju ta’ serq ta’ elettriku permezz ta’ meters irregolari u komplejna nistinkaw biex inwaqqfu tipi oħrajn ta’ serq bħal dan. Investigajna kull każ u ħadna l-miżuri meħtieġa biex niġbru lura l-flus li tlifna. Għaddejna

wkoll it-tagħrif lill-Pulizija biex ikomplu jinvestigaw. Qed nagħmluha ċara li l-Enemalta mhix se tippermetti abbużi bħal dawn,” spjega Azzopardi. “Ftit xhur ilu dawwarna l-attenzjoni tagħna wkoll fuq l-irregolaritajiet tal-elettriku fil-Boathouses tal-Armier u l-Bajja ta’ San Tumas. Rajna x’konnessjonijiet awtorizzati kienu twaħħlu millEnemalta fis-snin li għaddew u tajna xahar ċans biex dawk li ma’ għandhomx konnessjoni regolari japplikaw għal servizz temporanju billi jħallsu l-ispejjeż u ddepożiti meħtieġa. Issa qegħdin niżguraw li nwaqqfu kull irregolarità li għad baqa’ fis-servizzi talelettriku f’dawn l-inħawi,” qal iċChairman.

Il-pitkala ma jafu xejn dwar laqgħa li se ssir dalgħodu Robert Cremona

Silta mill-ittra li rċivew il-pitkala nhar it-Tnejn b’avviż dwar laqgħa li se ssir għalihom dalgħodu

Nhar it-Tnejn il-pitkala ġew infurmati li llum se ssir laqgħa urġenti għalihom fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, lAmbjent u t-Tibdil fil-Klima, f’Santa Venera. Iżda jirriżulta li l-pitkala nfushom ma jafu assolutament xejn dwar din il-laqgħa u għaliex issejħet ta’ malajr.

Fil-fatt, il-pitkala ġew avzati bil-laqgħa li se ssir għalihom, jumejn ilu. Il-laqgħa se ssir dalgħodu fid-9am, u għaliha ġew imsejħa l-pitkala kollha. F’ittra li rċivew, jintqal li fillaqgħa se jkellmuhom dwar “tibdiliet li se jiġu fis-seħħ filPitkalija”, iżda ma ngħatawx aktar dettalji. Numru ta’ pitkala li tkellmu ma’ ‘In-Nazzjon’ qalulna

li dwar il-laqgħa ta’ dalgħodu, u x’inhu l-iskop tagħha, ma jafu xejn, u ma jafux lanqas x’se jgħidilhom is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u sSajd, u d-Drittijiet tal-Annimali. L-ittra tgħid li l-attendenza talpitkala għal din il-laqgħa hija obbligatorja. Min ma jistax jattendi dalgħodu ġie mitlub jibgħat rappreżentant.

F’dawn il-jiem diversi studenti li jattendu l-MCAST f’Għawdex avviċinaw lil dan ilġurnal u lmentaw kif f’dan ilKulleġġ mhux biss hemm nuqqas kbir ta’ kotba adegwati, iżda l-librerija nnifisha fl-istess skola hi waħda verament fqira. Dawn l-istudenti qalu li matul ix-xhur li għaddew sar xogħol kbir fil-kampus tal-MCAST f’Għawdex u llum jista’ jingħad li din hi skola ġdida u mgħammra b’kollox. Madankollu min ħaseb biex jgħammar din l-isko-

la xejn ma ta importanza lillibrerija tal-istess skola tant li hi deskritta bħala waħda mill-aktar fqar. Jirriżulta fil-fatt li meta l-istudenti jistaqsu għal xi kotba lillibrar li jmexxi din il-librerija, dan jispiċċa biex jimbarazza lilu nnifsu għax ma jkunx jista’ jaqdi lill-istudenti. Fil-fatt, jirriżulta li din illibrerija hi mgħammra b’kotba antiki li jmorru lura għall-2004 u qabel. Dan jistona ħafna meta listudenti għandhom bżonn kotba

ġodda, aġġornati mat-tagħlim li qed jieħdu u mhux li meta jiġu biex jagħmlu r-riċerka, jispiċċaw isibu kotba li huma ‘outdated’. L-istudenti qalu li huma ddiżappuntati ħafna b’din ilħaġa li bla dubju ta’ xejn tiskoraġġihom ħafna fl-impenji tagħhom għax meta jfittxu xi ktieb li tassew ikunu jridu, jispiċċaw jiskopru li jew dak ilktieb ma jeżistix fil-librerija taliskola, inkella jkun hemm verżjoni antika u mhux aġġornata tiegħu.

Studenti Għawdxin jilmentaw dwar librerija fqira fl-MCAST ta’ Għawdex


www.maltarightnow.com

LOKALI

Għaqdiet ambjentali Ir-raġel tagħha jidher kontra l-pont

3

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

IL-KAŻ TAL-FARMHOUSE TA’ HELENA DALLI

quddiem il-MEPA

Ilbieraħ filgħodu lEnvironment and Planning Commission tal-MEPA, iddifferiet it-talba biex issir estensjoni ta’ binja eżistenti fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, li tagħmel ma’ Triq ir-Ramla, fiż-Żejtun. Din ilbinja hi l-farmhouse tal-Ministru Helena Dalli u r-raġel tagħha Patrick Dalli, li kienet fl-aħbarijiet fl-aħħar jiem. Dan hekk kif kien żvelat li lMinistru Dalli qed tagħmel xogħol illegali fuq din il-proprjetà, li tinsab ftit passi ’l isfel mir-residenza tagħha u ta’ żewġha, u li tinsab f’zona ODZ, b’avviż ta’ infurzar kontriha maħruġ mill-Awtorità Maltija tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Quddiem il-Kummissjoni talAmbjent u l-Ippjanar tal-MEPA, il-Perit Brian Ebejer li qed jidher għall-Ministru Dalli, u li kien akkumpanjat mir-raġel talMinistru Patrick Dalli, ippreżenta ritratti mill-ajru tal-farmhouse kif kienet fl-1994, u kif inhi llum, u qal li kif kienet fl-1994, il-binja kienet ikbar milli hi llum.

Iżda l-membri talKummissjoni talbu biex tiġi ppreżentata pjanta dettaljata li turi biċ-ċar x’kien hemm fizzona fl-1994. Din il-pjanta, imbagħad, għandha tintbagħat lid-Direttorat tal-Ippjanar biex janalizzaha. Il-Kummissjoni qalet ukoll li l-ambjent tal-madwar ma ġiex analizzat u għalhekk il-perit fil-pjanta ntalab jagħmel deskrizzjoni ċara tas-siġar li hemm madwar il-binja. Fil-jiem li għaddew, ilMinistru Dalli qalet li ma kinitx taf li kien qed isir xogħol filfarmhouse tagħha, minkejja li lgaffa fuq is-sit kienet talkumpanija tagħha PADA Builders. Il-Ministru Helena Dalli saħqet li l-post imsemmi qiegħed fuq konvenju u jekk qed isir xi xogħol, qed isir mix-xerrej ilġdid u mhux mir-raġel tagħha, li ma kienx infurmat bix-xogħlijiet. Iżda quddiem l-Environment and Planning Commission jakkumpanja lill-perit kien hemm propju Patrick Dalli, irraġel tal-Ministru.

FAA u Din l-Art Ħelwa jappellaw għal aktar trasparenza Il-flus biex isir pont jew mina bejn Malta u Għawdex ikun aħjar jekk jiġu investiti f’dak li hu flinteress veru tal-Għawdxin, jiġifieri fil-ħolqien tal-impjiegi u titjib tat-trasport, is-saħħa u ledukazzjoni tal-poplu Għawdxi. Dan sostnietu l-għaqda ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar li fi stqarrija qalet li dak li għandu bżonn verament Għawdex, hu impenn effettiv biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità, flimkien ma’ titjib tat-trasport bil-baħar, toroq aħjar u trasport pubbliku aktar effiċjenti. L-NGO ambjentali kkritikat ukoll il-fatt li fil-Baġit 2015 ma ssemma xejn dwar il-fast-ferry service li kien imwiegħed bejn ilport tal-Imġarr, il-Port il-Kbir, u nNofsinhar ta’ Malta. Minflok jiffoka fuq dawn ilħtiġiet tal-Għawdxin, il-Gvern qed jagħti prijorità lis-servizz blajru li se jakkomoda biss lit-turisti li jifilħu jħallsu, sostniet l-NGO, waqt li kompliet li l-Gvern messu jara li l-Għawdxin jingħataw prijorità meta jiġu biex jaqbdu lvapur lejn Malta.

L-għaqda kompliet li xejn ma jiġġustifika l-bini ta’ pont li jiġi jiswa iktar minn biljun ewro, u li jkun jinħtieġ aktar minn miljun ewro oħra fis-sena għallmanutenzjoni. Minflok, il-flus għandhom jintefqu f’titjib fittoroq. Pont ixekkel il-vijabbiltà kummerċjali ta’ Għawdex waqt li jpoġġi piżijiet addizzjonali fuq iċċittadini li jħallsu t-taxxi, għax isservizz tal-vapur bejn iż-żewġ gżejjer xorta jkollu jinżamm, minħabba li hu fatt li madwar lEwropa kollha, il-pontijiet ikollhom jingħalqu meta jkun riħ qawwi. Problemi oħra indikati minn FAA jekk isir il-pont huma ż-żieda ta’ traffiku u tniġġis f’Għawdex, leffetti fuq is-saħħa tal-Għawdxin, iż-żieda fil-bini, it-telf tal-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex u l-possibbiltà li jonqsu l-persuni li jkunu jridu jmorru Għawdex għal ftit jiem ta’ mistrieħ. Finalment, tkompli l-istqarrija, pont ikollu impatt viżwali negattiv fuq il-fliegu, li FAA tfakkar li hu sit protett. U proġett bħal dan

m’għandux ikun deċiż permezz ta’ referendum fost l-Għawdxin, iżda skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea u wara konsultazzjoni pubblika fuq livell nazzjonali. Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li l-Gvern f’dan il-każ qed jerġa’ juri li lest jissagrifika kollox biex jaġevola lill-industrija tal-kostruzzjoni, waqt li esprimiet dubji serji kemm hu legali li listudju dwar il-vijabbiltà ta’ proġett bħal dan isir mill-istess kumpanija li eventwalment tibni l-pont. Dwar dan il-punt tkellmet ukoll fi stqarrija separata NGO ambjentali oħra. Din l-Art Ħelwa qalet li fir-rigward ta’ dan ilproġett jispikka n-nuqqas ta’ trasparenza. L-għaqda fakkret li hi ilha minn Awwissu titlob lill-Gvern biex jippubblika l-istudju tal-kumpanija China Communications Construction Company dwar ilvijabbiltà ta’ proġett bħal dan. Imma minkejja li ngħatat xi informazzjoni lill-media fl-aħħar jiem, hi għadha ma ngħatatx l-informazzjoni li talbet.


www.maltarightnow.com

4

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

Il-Prim Ministru jiddefendi lill-Ministru Mallia

LOKALI

Jagħmel ir-Replika għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni bi tweġiba għall-Baġit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ fil-Parlament iddefenda lill-Ministru Manwel Mallia li x-xufier tiegħu kien involut fi sparatura. Iġġustifika wkoll lid-deputati tal-Gvern li tahom ukoll karigi għolja flaġenziji tal-Gvern imma qagħad lura milli jiddefendi lill-Ministri l-oħra li kienu involuti fi skandli. F’diskors li bih wieġeb għallkritika li saret mill-Kap talOppożizzjoni għall-baġit, Muscat qal li l-baġit hu mibni fuq l-ottimiżmu. Muscat qal li l-Gvern tiegħu mhux gvern perfett, u jagħmel liżbalji iżda hu gvern b’enerġija li jibni fuq it-tajjeb, u dak li mhux tajjeb jinbidel. Dwar din l-aħħar sena, Muscat qal li wettaq 80% tal-proposti u l-miżuri li tħabbru s-sena li għaddiet, u qal li din hi bidla fil-kultura. Qal li hawn l-ogħla rata ta’ nies jaħdmu u l-inqas rata ta’ qgħad, u l-inqas rata ta’ għoli tal-ħajja, bi żbilanċ taħt kontroll u finanzi li qed jissodaw. Hu ddeskriva l-kritika tal-Oppożizzjoni bħala negattiva waqt li qal li l-Gvern se jibqa’ b’idejh fuq il-polz talpoplu, biex jifhem id-difetti tiegħu u fejn irid jaħdem aktar. Dwar id-defiċit, il-Gvern se jkun qed jerġa’ jilħaq il-miri tiegħu. Filwaqt li qal li taħt l-amministrazzjoni preċedenti żdied iddejn tal-pajjiż, Muscat kompla li dan il-Gvern se jkompli jnaqqas id-dejn. Il-PM qal li r-realtà hi li llum il-ġurnata l-pajjiż sejjer aħjar. L-esportazzjoni u l-importazzjoni f’dawn l-aħħar sentejn marru aħjar mis-snin ta’ qabel. Ix-xogħol żdied, l-għoli tal-ħajja naqas, u l-akbar sodisfazzjon għall-gvern hu li s-saħħa tal-paga din is-sena żdiedet bi kważi 3%. Muscat qal li l-ġid qed jitqassam

b’ġustizzja ma’ kulħadd. Il-PM qabbel l-ewwel 500 jum ta’ dan ilGvern mal-aħħar 500 jum talGvern ta’ qabel, u qal li nħolqu ddoppju tal-postijiet tax-xogħol, anke f’Għawdex. Dwar dak li jifdallu l-ħaddiem fil-but, Muscat qal li matul lewwel nofs tas-sena l-ħaddiem għandu saħħa fil-paga ta’ aktar minn €8 fil-ġimgħa. Dwar iż-żieda ta’ 58ċ, qal li lGvern ta wkoll bonus mhux taxxabbli ta’ €35 bla ma kien ta’ piż għas-settur privat. Għall-kritika li x-xogħol żdied għax żdiedu l-impjiegi mal-Gvern, Muscat qabbel l-aħħar 19-il xahar tal-Gvern preċedenti u l-ewwel 19il xahar ta’ dan il-Gvern. Qal li kif jitilqu l-ħaddiema li kienu malArriva, il-ħaddiema fis-settur pubbliku se jkunu naqsu. F’sena u nofs, qal Muscat, il-Gvern ħoloq 15,000 post tax-xogħol. Semma li hemm kategorija oħra tas-soċjetà, il-middle class, li lGvern fis-snin li ġejjin se jkun qed iħares lejha. Semma wkoll ilmiżuri li ħa l-Gvern f’dan il-baġit, u qal li dan hu riżultat ta’ roadmap mifruxa fuq ħames snin. Baġit li jaħseb ukoll fiż-żgħażagħ biex dawk li mhumiex imħarrġa jingħataw it-taħriġ meħtieġ filwaqt li qal li dan il-Gvern naqqas ilqgħad fost iż-żgħażagħ bi 30%. Sejjaħ pass kuraġġjuż il-miżuri li ħa biex ma jkunx hemm abbużi fil-qasam tal-benefiċċji soċjali, u saħaq li hu ħalliel biss min jisraq il-benefiċċji soċjali u mhux min jagħmel użu minnhom. Min jirrifjuta t-taħriġ, qal il-Prim Ministru Muscat, mhux se jsib il-kenn talGvern. Dwar is-single parents, Muscat qal li l-Gvern sa jagħmel ġlieda kontra min hu diżonest. Muscat qal li l-Gvern se jkompli jżid in-nefqa fl-edukazzjoni. Kienu

Il-kumment li tellgħet Marlene Farrugia fuq Facebook

identifikati 9,000 familja bi tfal f’riskju ta’ faqar li se jkunu megħjuna u qal li huwa għalhekk li dan hu baġit soċjali. Żdiedu listipendji anke jekk il-kritika hi li ż-żieda kienet ta‘ 2ċ biss. Se tiżdied ukoll b’55% in-nefqa flUniversità. Meta tkellem dwar is-saħħa, qal li l-mediċini out of stock niżlu għal livelli żgħar u se jibda proġett pilota biex il-mediċini jibdew jaslu fid-djar tal-anzjani. Dwar il-waiting lists, qal li għad hemm problemi fil-hip replacement iżda naqsu l-listi ta’ stennija għall-MRI, għallkatarretti, u għall-ECG, waqt li għall-angiograms m’hemmx waiting list. Dwar il-problema tal-konkos flIsptar Mater Dei, il-Prim Ministru qal li bdew l-investigazzjonijiet. F’bini residenzjali ieħor fl-Imtarfa, ukoll hemm problemi strutturali u qed jittieħdu l-miżuri neċessarji. Dwar dak li ġara fl-isparatura li fiha kien involut ix-xufier talMinistru Mallia, Muscat qal li hu diżgustat għax il-każ kien jinvolvi membru tal-Korp tal-Pulizija li kien assenjat ma’ Ministru. Għall-akkuża li xi ħadd għamel cover-up, wieġeb li l-Gvern qabbad tliet persuni indipendenti u se jittieħdu l-passi meħtieġa. Ikkritika l-pożizzjoni li ħadet lOppożizzjoni li ma nnominatx persuna biex tmexxi l-inkjesta. Dwar l-Air Malta, Muscat qal li se joqgħod pass lura dwar ilproċess li għaddej, u meta jasal ilwaqt, jitkellem u jiddibatti. Dwar dawk li jaqilgħu anqas minn €7,000, qal li l-Gvern qed jinsisti li dawn jirreġistraw għallVAT u li joħorġu irċevuta. B’riferenza għall-miżura li ddaħħlet fuq il-bejgħ tal-proprjetà, il-Prim Ministru qal li f’sena, ilkumpaniji tal-proprjetà kellhom €55 miljun f’bejgħ u ħallsu €1.7

miljun f’taxxa. Issa se jkunu qed iħallsu aktar, €4.4 miljun. Il-Prim Ministru qal li se jibqgħu l-eżenzjonijiet li hemm illum. Il-Prim Ministru qal li ma jiħux gost jgħolli t-taxxa. Muscat qal li l-Oppożizzjoni tinsab f’paniku meta titkellem fuq l-awtorità morali. Hu qal li ffranka l-flus bid-deputati li qed iservu wkoll bħala Chairpersons ta’diversi entitajiet tal-Gvern. Dwar l-enerġija, il-Prim Ministru qal li traħħsu l-kontijiet u min għandu negozju, is-sena ddieħla se jorħoslu l-kont b’25%. Ilpjan tal-Gvern hu li jirristruttura lEnemalta u jinvolvi lill-privat, filwaqt li ammetta li waqa’ lura fiżżmien. Se jkun il-Ministru responsabbli li se jagħti t-timeline l-ġdida tal-proġett tal-powerstation. Hu qal li kien jirriżenja kieku ma sabx konsorzja li jidħlu għallproġett u għalhekk mhux se jirriżenja. Dwar il-petrol u d-diesel, Muscat qal li minn Jannar li ġej ilprezz se jerġa’ jorħos. Skont hu, bejn Jannar u Novembru l-prezzijiet kienu anqas mill-medja Ewropea.

Dwar l-ambjent, qal li bis-separazzjoni tal-MEPA, l-ambjent se jissaħħaħ. Spjega li n-nies tannaħa t’isfel ta’ Malta batew u issa se jkunu qed jingħataw l-attenzjoni huma wkoll b’diversi proġetti, fosthom bil-proġett ta’ Pace Grasso, li qal li se jkun il-pulmun tanNofsinhar ta’ Malta. Dwar Għawdex, Muscat qal li żdiedu wkoll l-impjiegi u l-postijiet tax-xogħol. Il-Gvern irid ukoll li jkollu l-għażliet kollha u se jkompli bl-istudji dwar link permanenti bejn Malta u Għawdex. Għall-proposta tal-Oppożizzjoni dwar trasport b’xejn lill-istudenti wkoll fl-iskejjel mhux tal-istat, Muscat qal li l-Oppożizzjoni mhix qed tgħix f’realtà. Hu qal s-servizz ġdid tat-trasport pubbliku se jkun sfida u qal li hawn min qed jipprova jfixkel b’mandati fil-Qorti. B’riferenza għat-traffiku, Muscat qal li f’sena waħda żdiedu 3,000 karozza u din ukoll hi sfida. B’rabta mat-traffikiu, il-Gvern se jkun qed jara wkoll jekk il-ħinijiet tal-iskejjel jibqgħux l-istess. Tkellem ukoll dwar il-qasam taddiżabbiltà u qal li l-Gvern se jkun qed iwettaq dak li wiegħed.

F’post fuq Facebook, id-deputata tal-Gvern Marlene Farrugia awgurat lill-Kap talOppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għad-diskors li għamel filParlament nhar it-Tnejn filgħaxija bi tweġiba għall-Baġit 2015. F’kumment qasir, fuq ritratt talbandiera Maltija, ftit biss wara li ntemm id-diskors tal-Kap talOppożizzjoni fil-Parlament, ilbackbencher laburista kitbet

“Prosit Dr Simon Busuttil. IsSewwa jirbaħ żgur!” Kien b’din l-istess frażi li Simon Busuttil temm l-indirizz tiegħu lill-Kamra tad-Deputati nhar it-Tnejn filgħaxija. Aktar tard, Marlene Farrugia kompliet tikteb taħt l-istess kummenti, u żiedet tfakkar li dawk kollha li vvutaw Labour fl-aħħar elezzjoni għamlu dan biex ikollhom “Xogħol, Ġustizzja u Libertà”.

Marlene Farrugia tfaħħar id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni bi tweġiba għall-baġit


www.maltarightnow.com

5

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

S’issa x-xufier għadu ma tressaqx il-Qorti minn paġna 1

Simon Busuttil qal li fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru ma wieġeb xejn dwar il-gwida morali tiegħu. Ma ddefenda lil ħadd fuq dak li qalet lOppożizzjoni dwar membri talGvern għaliex jaf li għandha raġun. Ma semma xejn dwar Luciano Busuttil, dwar Helena Dalli u dwar Owen Bonnici. Lanqas dwar dak li ntqal fil-konfront ta’ Konrad Mizzi, Joe Mizzi u Chris Cardona. Il-Prim Ministru iddefenda biss, u bissaħħa lil Manwel Mallia, jiġifieri l-aktar Ministru li għalih in-nies huma ddiżgustati. “Dan ifisser li l-Prim Ministru hu kompliċi ma’ Manwel Mallia fuq l-abbużi li twettqu”, qal Simon Busuttil. “U ladarba lPrim Ministru wera li mhux kapaċi jerfa’ r-responsabbiltà politika u jieħu deċiżjoni dwar ilkaż tax-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, se tkun lOppożizzjoni li tagħmel dak li hemm bżonn u se tippreżenta mozzjoni ta’ sfiduċja filMinistru”, sostna l-Kap tal-PN. Simon Busuttil kompla li l-fatt li l-PM jordna inkjesta ma jservi għal xejn, għax l-ebda inkjesta mhi se tagħti r-riżultat ta’ min għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika – hu biss il-PM li jista’ jieħu deċiżjoni bħal din. Simon Busuttil fakkar ukoll li s’issa x-xufier ta’ Manwel Mallia għadu ma tressaqx il-Qorti, u dan ikompli jikkonferma s-suspetti

ta’ cover-up. Dan isegwi l-fatt kif l-istqarrija inizjali tal-Gvern ma tatx il-verżjoni korretta talaffarijiet kif ġraw, il-fatt li lkarozza Ministerjali ġiet imċaqilqa qabel ma saret linkjesta maġisterjali, u anke l-fatt li l-għada nħaslet qabel isiru linvestigazzjonijiet fuqha. “Min hu l-Prim Ministru veru?” staqsa Simon Busuttil. “Joseph Muscat? Jew Muscat hu ostaġġ f’idejn il-Ministru Mallia? F’każ ovvju fejn għandu jerfa’ r-repsonsabbiltà politika, Manwel Mallia qed jgħaddiha lixxa.” Simon Busuttil ikkummenta wkoll dwar il-fatt li l-avukat li se jiddefendi lix-xufier tal-Ministru Mallia ġej mill-istess uffiċċju talavukati tal-Ministru. Il-Kap talOppożizzjoni qal li di hi tgħaffiġa waħda. L-atteġġjament talMinistru Manwel Mallia juri li lGvern ma jafx jistħi. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru hu dgħajjef quddiem l-abbuż tal-poter u wara ġimgħa minn dan l-inċident skandaluż għadu ma ttieħed lebda pass kontra min spara. Simon Busuttil tkellem ukoll dwar in-nuqqas tal-Prim Ministru li jieħu azzjoni fil-kofnront ta’ Luciano Busuttil u Helena Dalli. Hu qal li jekk verament għandu awtorità morali, ilPrim Ministru messu ħa azzjoni. Għandu l-awtorità politika iżda tilef l-awtorità morali tiegħu. Meta tkellem dwar il-baġit, Simon Busuttil semma wkoll il-

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ilbieraħ, waqt li kien qed jindirizza l-konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem id-diskors tal-Prim Ministru (Ritratti: Roberto Runza)

passi li ttieħdu fil-passat kontra labbuż mill-benefiċċji soċjali u qal li l-mod kif aġixxa l-Prim Ministru din id-darba, tefa’ lil kulħadd f’keffa waħda u b’hekk żied l-istigma fuq min forsi verament għandu bżonn l-għajnuna. Dwar iż-żieda tal-eks Ministri, qal li dawn ġew ritornati kollha skont l-istqarrija uffiċjali talGvern li kienet saret dakinhar. Għall-kritika li saritlu fuq l-istatistika li kkwota fid-diskors tiegħu, Simon Busuttil qal li kull ċifra li kkwota, hu sostniha bi statistika uffiċjali li turi li d-dejn, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena, żdied blogħla rata minn mindu Malta

L-ISPARATURA MIX-XUFIER TAL-MINISTRU MALLIA

daħlet fl-UE. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li lPrim Ministru naqas li jsemmi fid-diskors tiegħu dak li kien ilqofol tal-kampanja tiegħu, jiġifieri l-bini tal-powerstation, u qal biss li se jkun il-Ministru li jħabbar id-dati l-ġodda meta din se ssir. “Id-diskors tal-Prim Ministru kien teatrin b’diskors fuq id-difensiva. Jaf li l-kredibbiltà tiegħu ħadet tisbita kbira u qegħda in free-fatt”, qal Simon Busuttil. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li meta wieħed jagħsar id-diskors tal-Prim Ministru jsib li ma wieġeb xejn minn dak li kienu qed jistennew in-nies. Ma wieġeb xejn

Jien ma rajtx l-istqarrija tad-DOI qabel ħarġet

Minkejja li nħarġet f’isem ilMinisteru tiegħu, ftit biss wara li nhar l-Erbgħa x-xufier tiegħu spara fuq sewwieq barrani filGżira, fil-Parlament il-Ministru Manwel Mallia lbieraħ iddikjara li hu la kiteb u lanqas awtorizza l-istqarrija li ħarġet mid-DOI. Stqarrija li kienet qalet li Paul Sheehan spara biss tiri ta’ twissija, li imbagħad irriżulta li ma kienu tiri ta’ twissija xejn. Fil-Parlament il-Ministru Manwel Mallia lbieraħ ħarab milli jwieġeb sensiela ta’ domandi li sarulu fil-ħin tal-mistoqsijiet mid-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech għaliex sostna li ma kienx jiftakar x’kien għadu kemm ġie mistoqsi. Francis Zammit Dimech għamel diversi mistoqsijiet lill-Ministru Mallia wara li kien għadu kemm qal li hu fl-ebda mod ma ndaħal f‘dak li kien qed isir wara lisparatura mix-xufier tiegħu.

Manwel Mallia qal li fil-ħin li fih saret l-isparatura hu kien f’attività fid-Depot tal-Pulizija. Għal din l-attività, li għaliha kienet preżenti anke martu, kien hemm ukoll il-Kummissarju talPulizija. Il-Ministru qal li f’mument minnhom daħlu xi nies li kellmu lill-Kummissarju tal-Pulizija. Hu ma setax ikun jaf x’qalulu peress li min kellmu kien fuq in-naħa loħra ta’ fejn kien hu. Manwel Mallia qal li l-ewwel informazzjoni li ngħata kienet li xi ħadd spara fuq il-karrozza ministerjali tiegħu. Hu ħassu xxukkjat, iżda ma ħassx li xi ħaġa bħal dik kellu joqgħod jistqarrha quddiem il-mistiedna barranin li kien hemm għallattività. Il-Ministru sostna li lKummissarju qam minn fejn kien u qallu li kien se jmur jivverifika x’ġara. Aktar tard il-

Kummissarju niżel fis-sala u reġa’ ħareġ ftit ħin wara. F’ebda ħin ma kien infurmat b’dak li seħħ fid-dettal. Francis Zammit Dimech staqsa lill-Ministru meta sar jaf bid-dettalji tal-inċident. Staqsa min ta lordni biex tinħareġ l-istqarrija ppubblikata mid-Dipartiment talInformazzjoni f’isem ilMinisteru tal-Intern u s-Sigurtà

Nazzjonali. Staqsa wkoll jekk ilKummissarju nfurmahx li kienet ngħatat ordni biex il-vettura milquta mill-balal tax-xufier titneħħa mill-post fejn twaqqfet qabel il-wasla tal-Maġistrat. Francis Zammit Dimech staqsa wkoll kif il-Ministru ma esprimiex id-dispjaċir tiegħu dwar dak li ġara fil-konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ l-għada, u minflok

dwar l-ekonomija x’direzzjoni se tkun qed tieħu, u ma wieġeb xejn dwar l-imġiba skandaluża talmembri tal-Gvern. Fuq lekonomija, il-Prim Ministru ma semmiex lanqas settur wieħed ġdid li l-Gvern irid imexxi l-pajjiż fih. Fuq l-aspett soċjali, il-Prim Ministru ma tax sodifazzjoni biżżejjed lin-nies li l-aktar se jintlaqtu. Ma semma xejn għan-nies li jrabbu familja, għall-istudenti li kulma se jieħdu huma żewġ ċenteżmi kuljum, ma semmiex lillanzjani u ma semmiex l-istudju tal-Caritas li juri kif xirja tal-anzjani llum tiswa €81, li jfisser €31 aktar milli kienet sentejn ilu.

- Manwel Mallia

esprima dan is-sentiment flistqarrija maħruġa mill-Prim Ministru kważi 24 siegħa wara. Għal din is-sensiela ta’ domandi, il-Ministru Mallia wieġeb li hu ma kienx se jiftakar din is-sensiela ta’ domandi għaliex hu mhux “seasoned politician” bħal Francis Zammit Dimech. Sostna li meta l-għada filgħodu skopra li parti minn dik listqarrija kienet skorretta, sejjaħ konferenza stampa u kkoreġiha. Manwel Mallia qal li hu mhux se jagħti x-xhieda tiegħu filParlament għaliex hemm inkjesta li hu se jixhed quddiemha. Ċaħad li pprova jaħbi u sostna li l-Oppożizzjoni trid twarrbu minn Ministru u mill-Moviment Laburista. Qal li dan qed isir biex l-Oppożizzjoni tirbaħ punti politiċi u enfasizza li hu m’għandux x’jaqsam ma’ xi ħaġa li għamel ħaddieħor.


L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

6

Sfruttament mifrux u li jieħu diversi forom minn paġna 1

L-akbar problema f’dan ixxenarju kollu hi li l-parti l-kbira ta’ dawn il-ħaddiema sfruttati m’għandhom l-ebda alternattiva għas-sitwazzjoni mwiegħra li jinsabu fiha. Fi ftit kliem, ma jistgħux jirrappurtaw dak li għaddejjin minnu għax min iħaddimhom faċilment jurihom ilbieb ta’ barra. Agħar minn hekk, jeżistu każi fejn ħaddiema barranin sfruttati lanqas huma fil-pussess tal-passaport tagħhom għaliex dan, malli waslu Malta u bdew fl-impjieg ġdid tagħhom, itteħdilhom minn min iħaddimhom bl-iskuża li ma jintilfilhomx. Dan kollu jfisser li dawn l-istess ħaddiema sfruttati huma maqbuda f’ċirku perikoluż ħafna li minnu qajla jistgħu joħorġu. Każi komuni ta’ biża’ partikulari ġejjin minn ħaddiema Asjatiċi li mhux biss jibżgħu jitkellmu u jressqu l-biża’ tagħhom, talli jgħidulek li jibżgħu jitkellmu wkoll għax lura f’pajjiżhom hemm il-qraba tagħhom u ma jkunux iridu li dawn jispiċċaw fil-mira ta’ xi ħadd. Żewġ tfajliet Asjatiċi li tkellmu ma’ ‘In-Nazzjon’ qalu li huma ġew Malta biex jaqilgħu l-flus u fl-istess ħin jibagħtu xi flus lillfamilji tagħhom f’pajjiżhom biex hekk ikunu jistgħu jgħixu aħjar. Minn dan kollu mhuma jagħmlu xejn għax il-paga li qed jingħataw f’idejhom bilkemm isservihom biex jgħixu. Dwar dan ix-xenarju kollu tkellimna wkoll ma’ persuna professjonali fil-qasam tal-NGOs. Din qaltilna li sfortunatament issitwazzjoni – li sa ftit talġimgħat ilu kienet litteralment moħbija – issa ħarġet fil-beraħ. Madankollu, dak li qed jixxokkja lilha u lill-kollegi tagħha hu l-fatt li dan l-abbuż jidher li hu mifrux sew ma’ Malta kollha u f’diversi industriji.

Qalet li huma ftit li xejn qed isibu għajnuna mill-awtoritajiet konċernati u l-agħar f’dan kollu hu l-fatt li l-istess ħaddiema sfruttati, għax beżgħana ħafna, faċilment jobżqulek fis-sunnara għax ikunu jibżgħu ħafna minn min iħaddimhom. “Dan hu xenarju kumplikat għall-aħħar u diffiċli ferm biex taħdem fih. Anki għalina hu diffiċli ħafna għax kif ismek joħroġ ma’ xi sitwazzjoni, allura jgħadduna minn ħafna theddid.” Din il-persuna li tkellmet magħna staqsiet x’inhu l-interess tal-ogħla awtoritajiet fil-pajjiż li ma jeħdux passi konkreti biex dawn l-abbużi jinqatgħu. “Mela d-Dipartiment talImpjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, il-Pulizija, l-ETC u oħrajn li suppost iħarsu l-interessi ġenwini u veri tal-ħaddiema, jibqgħu kważi indifferenti quddiem dan kollu. Dan hu tal-mistħija!” Hi kompliet li kważi kważi tibda temmen realtà agħar minn hekk – jiġifieri li dawk involuti f’dawn iċ-ċrieki ta’ sfruttament tal-ħaddiema għandhom xi interessi diretti! Din l-NGO kompliet li sfruttament sfaċċat ta’ ħaddiema jista’ jkun innutat ukoll ta’ kuljum f’zoni bħall-Marsa u f’Ħal Far fejn għadd ta’ persuni ta’ kulur joħorġu kmieni filgħodu biex jitgħabbew fi trakkijiet u f’vannijiet biex jittieħdu għal xi jum sħiħ xogħol li għalih jitħallsu b’rati baxxi. “Dan kollu qiegħed jiġri quddiem għajnejn kulħadd. Bla dubju ta’ xejn, ħafna minn dawn il-persuni lanqas biss ikollhom ktieb tax-xogħol. U kollox jibqa’ għaddej qisu mhu xejn!” Ta’ min jgħid li skont statistika uffiċjali, f’Malta hawn jaħdmu kważi 10,000 persuna minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk hawn jaħdmu aktar minn 11,500

www.maltarightnow.com

LOKALI

Joħorġu kmieni filgħodu biex jitgħabbew fi trakkijiet u f’vannijiet biex jittieħdu għal xi jum sħiħ xogħol li għalih jitħallsu b’rati baxxi

persuna oħra minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE. Minn stħarriġ li għamlet ‘InNazzjon’, matul dawn l-aħħar ġimgħat wara li żvelajna l-allegati abbużi fil-Leisure Clothing (factory) Limited, kienu diversi l-abbużi li ltqajna magħhom:

Komuni hu l-ħlas miżeru. Saħansitra għassiesa li qed jitħallsu €3.60 kull siegħa millkumpanija tas-sigurtà li tħaddimhom. Ħaddiema oħra jkollhom parti sostanzjali mill-paga tagħhom miżmuma minn min iħaddimhom bl-iskuża li jkun qiegħed iġemmagħhielhom. Bir-riżultat li fl-aħħar tax-xahar f’idejhom jingħataw biss ftit għexieren ta’ ewro. Każ ieħor hu ta’ għalliema fi skola privata li jingħataw issalarju fi flus kontanti... imma dan ma jkun jaqbel xejn malflus imniżżlin fil-payslip. Każi komuni ħafna huma dawk ta’ ħaddiema mħaddma mingħajr il-ktieb tax-xogħol. Ħinijiet twal esaġerati ta’ bejn sittin siegħa u aktar filġimgħa. Prattikament mit-

Jekk irridu nkunu onesti u kredibbli, irridu nammettu li dawn l-abbużi fis-suq taxxogħol ilhom għaddejjin bosta snin. L-abbużi fil-postijiet tax-xogħol ma bdewx ilbieraħ. Li hu inkwetanti hu li donnu min qiegħed f ’responsTnejn filgħodu sal-Ħadd filgħaxija! Ħaddiema barranin imħassba għax id-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom huma miżmumin f’xi safe minn min jimpjegahom. Iltqajna wkoll ma’ każ ta’ ħaddiema li jaħdmu sigħat twal bi brejk wieħed ta’ siegħa. Komuni ħafna fl-industrija tal-kostruzzjoni hi l-problema ta’ ħaddiema mingħajr ilbies protettiv – la żraben protettivi, la helmets protettivi, la ingwanti…prattikament jissugraw ħajjithom mingħajr ebda lbies li jħarsilhom saħħithom fil-post tax-xogħol. Komuni ħafna wkoll hi sitwazzjoni oħra fejn ħaddiema jitħaddmu f’xogħlijiet li ma jkollhomx għarfien dwarhom u ebda taħriġ.

abbiltà li jiġġieled dawn labbużi, donnu jkaxkar saqajh. Fl-istħarriġ dwar l-allegati abbużi fil-Leisure Clothing, ‘InNazzjon’ ma ħarset lejn wiċċ ħadd. Irrappurtajna l-fatti kif irriżultawlna. Wara li ċċekkjajniehom biex ikkonfermajniehom. Ikun gwaj kbir jekk f’dawn ir-rappurtaġġi nħarsu lejn l-uċuħ. Tony Zarb, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU), u Josef Vella, isSegretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), jaqblu li quddiem każi ta’ prekarjat u ta’ abbuż ta’ ħaddiema, ħadd ma jista’ jdawwar wiċċu n-naħa l-oħra. Min quddiem l-abbużi jagħżel li jagħlaq ħalqu u jdawwar ħarstu, ijkun qed jirrendi lilu nnifsu kompliċi f’dawn irreati serji. Tony Zarb u Josef Vella, li jmexxu l-akbar żewġ trejdunjons f’pajjiżna, jaqblu wkoll li l-ġlieda lill-prekarjat m’għandhiex issir biss fir-rigward ta’ meta jkunu abbużati l-ħaddiema Maltin, imma għandha ssir kull meta jkun hemm rapporti dwar allegat xogħol prekarju... ikunu ta’ liema nazzjonalità jkunu lħaddiema involuti.

Il-Jum Internazzjonali biex tiġi eliminata l-vjolenza kontra l-mara Il-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-PN fakkar il-Jum Internazzjonali biex tiġi eliminata l-vjolenza kontra l-mara. Fi stqarrija, l-FOIPN qal li lvjolenza fuq il-mara tinkludi vjolenza fiżika, domestika, abbuż sesswali u psikoloġiku, waqt li nnuqqas ugwali fil-poter huwa wkoll forma diskriminatorja kontra l-mara u jista’ jnaqqas, jew saħansitra jelimina d-drittijiet fundamentali tal-bniedem għall-mara.

Il-vjolenza kontra l-mara twassal għal xkiel fl-iżvilupp tagħha u għal faqar materjali u tbatijiet soċjali wkoll. Il-Forum fakkar ukoll li l-vjolenza fuq il-mara tista’ sseħħ f’kull stadju tal-ħajja: fuq tarbija, fuq tifla, fuq tfajla, fuq mara u fuq anzjana – li kollha jistgħu jkunu vittmi ta’ vjolenza. Fl-isfond ta’ din ir-realtà, ilForum jagħti leħen lill-vuċi siekta tal-mara li qiegħda tbati minn xi forma ta’ vjolenza u jisħaq li

minbarrra li għandha titkabbar ilkuxjenza pubblika dwar dan issuġġett, l-awtoritajiet huma flobbligu li jilleġiżlaw kontra kull forma ta’ vjolenza fuq il-mara u li jipprovdu servizzi effiċjenti għall-vittmi tal-vjolenza. Il-FOIPN għaddej b’ħidma biex jirrispondi għas-sejħa reali talvjolenza fuq il-mara f’pajjiżna, u qed jaħdem biex ifassal qafas politiku biex tiġi eliminata kull forma ta’ vjolenza fuq il-mara.


www.maltarightnow.com

PARLAMENT

L-iskorta tal-Prim Ministru tinjora l-proċeduri ġodda ta’ sigurtà Filwaqt li nhar it-Tnejn daħlu fis-seħħ il-proċeduri ġodda ta’ sigurtà fil-bini tal-Parlament fuq struzzjonijiet tal-Ispeaker Anġlu Farrugia, l-iskorta tal-Prim Ministru Joseph Muscat injorat għalkollox dawn il-proċeduri.

Iżda l-iskorta tal-Prim Ministru Joseph Muscat injorat għalkollox din il-proċedura u lmembri tagħha baqgħu telgħin mit-taraġ prinċipali ma’ Muscat. Għalxejn is-suldat li kien xogħol ipprova jiġbdil-

Dawn il-proċeduri daħlu fisseħħ wara l-każ tal-ġimgħa li għaddiet, li fih ix-xufier talMinistru Manwel Mallia, li kien armat, spara tiri fid-direzzjoni ta’ vettura oħra. Skont dawn il-proċeduri, ilMembri Parlamentari biss jistgħu jitilgħu mit-taraġ prinċipali filwaqt li impjegati u membri tal-pubbliku jgħaddu minn entratura sekondarja fejn issir tfittxija fuqhom għall-armi.

hom l-attenzjoni għall-istruzzjonijiet tal-Ispeaker, għax baqgħu għaddejjin. Sadanittant, f’email li ntbagħtet liż-żewġ Whips talGruppi Parlamentari millIskrivan tal-Kamra, ingħad li wara l-problemi inizjali li nqalgħu, il-proċeduri ta’ sigurtà se jkunu estiżi ukoll għallentratura prinċipali talParlament qabel it-taraġ ilwiesa’.

Il-proċeduri ġodda ta’ sigurtà għad-dħul fil-Parlament ġew ordnati wara l-każ tal-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia fuq vettura l-ġimgħa l-oħra

99 infermier barrani impjegati mill-Gvern din is-sena Il-Ministru Konrad Mizzi jagħti ċ-ċifri biss u ma jagħtix l-informazzjoni kollha mitluba

Matul din is-sena l-Gvern diġà impjega 99 infermier barrani. Lammont ta’ infermieri barranin li kienu impjegati hu aktar missnin preċedenti. Is-sena li għaddiet kienu impjegati 13-il infermier barrani, 60 fl2012; 53 fl-2011 u 11 fl-2010. Fil-Parlament, il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi ma tax l-informazzjoni kollha mitluba mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, ilKelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa, li staqsa wkoll lillMinistru Mizzi jagħti n-nazzjonalitajiet tal-infermieri. Il-Ministru Konrad Mizzi qal biss kemm kienu l-infermieri baranin impjegati kull sena.

7

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

Nefaq €1 miljun fuq titjiriet f’19-il xahar

Il-Ministeru responsabbli mill-Ambjent immexxi minn Leo Brincat s’issa sewa lillpoplu Malti €1 miljun f’titjiriet biss għas-safar tal-Ministru u d-delegazzjoni tiegħu kemm ilu l-Partit Laburista filGvern. Dan l-ammont jidher li huwa biss għat-titjiriet tal-Ministru u d-delegazzjonijiet li mexxa kull darba li siefer fl-aħħar 19il xahar, u ma jinkludix lispiża ta’ kull safra. S’issa l-Ministru għadu ma jridx iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu dwar dan issuġġett, u kull darba li ġie mistoqsi wieġeb li l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Madankollu, dan il-ġurnal hu infurmat li din l-informazzjoni ilha li nġabret, tant li ġiet mgħoddija lilna minn sorsi filMinisteru u llum qegħdin nippubblikawha. Issa ilu ftit jiem mhux ħażin li d-Deputat talPN Marthese Portelli staqsiet fil-Parlament lill-Ministri kollha tal-Kabinett tal-PM Joseph Muscat biex jagħtu dettalji dwar l-ispiża li għamlu f’safar minn Marzu 2013 lil hawn. Minn dawn tmienja wieġbu, imma sebgħa oħra qalu li linformazzjoni għadha qed tiġi

miġbura, fosthom il-Ministru Leo Brincat. Madankollu, ‘In-Nazzjon’ hi infurmata li l-informazzjoni ilha f’idejn Leo Brincat, imma għal xi raġuni, s’issa għadu ma weġibx il-mistoqsija parlamentari li saritlu u ma poġġiex id-dettalji fuq il-mejda talKamra. Jirriżulta li minn dawn ilmiljun ewro f’titjiriet għas-

safar f’inqas minn sentejn, ftit aktar minn €140,000 intefqu f’titjiriet li nxtraw mingħand laġenzija tal-ivvjaġġjar talGWU, l-Untours. Imbagħad kien hemm kważi €860,000 li ntefqu biex inxtraw biljetti talajru mingħand Bianchi Travel u mingħand il-kumpanija Tristar. Il-kumplament kienu ammonti żgħar li ntefqu għand aġenziji differenti.


www.maltarightnow.com

8

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Kristu Re f’Għawdex jittratta t-tema tal-vokazzjonijiet Ikantaw l-Ekklesia Sisters

“Il-familji huma l-ewwel seminarju.” Hekk qal Monsinjur Mario Grech, l-Isqof ta’ Għawdex, fil-Manifestazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re li saret f’Għawdex nhar ilĦadd, quddiem is-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Belt Victoria. Hu spjega li din is-sena ntgħażel is-Seminarju għal din iċ-ċelebrazzjoni billi t-tema magħżula, fl-okkażjoni wkoll tal-150 anniversarju mit-twaqqif tad-Djoċesi ta’ Għawdex, kienet dik tal-vokazzjonijiet. L-Isqof sejjaħ is-Seminarju, miftuħ sentejn biss wara li twaqqfet id-Djoċesi fl-1864, bħala l-qalb tad-Djoċesi, talpoplu kollu ta’ Alla f’Għawdex. “Minn din id-dar,” qal l-Isqof, “ħarġu ’l fuq minn sitt mitt saċerdot. U għalhekk ġejna hawn biex napprezzaw dan iddon ta’ Knisja żagħżugħa 150

sena u nkomplu nitolbu lil Kristu, Sultan u Ragħaj, biex ikompli jsejjaħ aktar qlub ġenerużi.” Hu indirizza b’mod speċjali ladolexxenti u ż-żgħażagħ li, għalkemm fil-parti l-kbira tagħhom huma mrawma tajjeb fil-fidi, bħar-raġel għani talVanġelu għandhom ħafna mistoqsijiet serji u profondi f’qalbhom li jistennew risposta. It-tweġiba li tista’ tissodisfa dan in-nuqqas ta’ serħan, kompla l-Isqof, qiegħda fil-ħarsa ta’ mħabba ta’ Ġesù li naqraw dwarha fl-istess Vanġelu. U żżgħażagħ tagħna jistgħu jaslu biex iwieġbu għal sejħa saċerdotali, reliġjuża jew ta’ ħajja kkonsagrata, jekk fil-ġenituri u lfamilji tagħhom isibu din ilħarsa ħelwa. Għalhekk il-familji huma mixtla ta’ vokazzjonijiet. “Għeżież żgħażagħ, il-Knisja

jinteressaha minnkom u tistmakom.” Il-proposta ta’ Ġesù hi li ż-żgħażagħ jiftħu qalbhom għall-foqra u jsiru strumenti ta’ komunjoni, għax dan jibni lvokazzjoni. L-Isqof irringrazzja b’mod speċjali lill-animaturi vokazzjonali u pastorali fil-parroċċi li jgħinu lill-adolexxenti fit-tiftix tas-sejħa tagħhom. Hu semma kif baqa’ milqut minn kummenti ta’ membri żgħar talGrupp tal-Vokazzjonijiet fixXagħra, fejn qed jagħmel iżżjara pastorali bħalissa, li semmewlu numru sabiħ ta’ saċerdoti li jammiraw, fosthom għadd sabiħ ta’ anzjani. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet b’korteo bl-istatwa tar-Ragħaj itTajjeb minn Pjazza Santu Wistin, li fih ħadu sehem abbatini minn Għawdex kollu. Sorpriża sabiħa għal dawk preżenti kien l-intervent tal-

L-Ekklesia Sisters ikantaw fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re f’Għawdex nhar il-Ħadd li għadda (Ritratt: John Cordina)

Ekklesia Sisters, friski missehem tagħhom fil-Malta Eurovision Song Contest bissilta ‘Love and let go’. Waħda mis-sorijiet Ursolini rrakkontat ukoll l-esperjenza vokazzjonali tagħha. L-Isqof irringrazzjahom tax-xhieda li taw fuq il-palk tal-kultura ta’ pajjiżna. Sadanittant, l-Isqof ta’ Għawdex bagħat ukoll messaġġ ta’ awgurju lill-Arċisqof Emeritu ta’ Malta Monsinjur Pawlu Cremona fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re

li saret f’Malta, festa li din issena serviet biex il-Knisja ssellem u tirringrazzja lil Mons. Cremona tat-tmien snin tal-episkopat tiegħu. Fil-messaġġ tiegħu, l-Isqof t’Għawdex qal li ma setax ikun preżenti f’Malta minħabba li ried jippresiedi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Sultan f’Għawdex, imma f ’isem l-Għawdxin, stieden lill-Arċisqof Emeritu biex fis-17 ta’ Jannar jippresiedi quddiesa ta’ ringrazzjament fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, fl-Għarb.

Kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza Se jfakkar il-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tal-istess Dar Id-Dar tal-Providenza se tiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mit-twaqqif tagħha b’kunċert li se jsir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt nhar it-Tnejn 15 ta’ Diċembru fis-7.30pm. Il-kunċert se jittella’ millBanda tal-Forzi Armati ta’ Malta, bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity u bil-korteżija talFondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. Se jkun taħt ilpatroċinju tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, u tal-Isqof Mons. Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku tal-Knisja f’Malta. Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-Maġġur John Ivan Borg, u se ddoqq kompożizzjoni li nkitbet għall-okkażjoni bl-isem ‘Ispirazzjoni Divina’ b’kitba ta’ Sunny Aquilina, u mużika ta’ Mro

Ray Sciberras. Se jieħdu sehem is-sopran Rosabelle Bianchi, ilkor Coro Bel Canto u l-kor tat-tfal mill-Kulleġġ De La Salle. Kompożizzjonijiet oħra ppjanati għall-kunċert jinkludu l‘Ave Verum Chorpus’ ta’ Mozart, l-‘Ave Maria’ ta’ William Christopher Gomez, kif ukoll, peress li se nkunu dħalna sew fi żmien il-Milied, il-Banda talForzi Armati ta’ Malta se tesegwixxi siltiet mużikali tal-Milied. Fl-2015, id-Dar tal-Providenza se tkun qed tiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tagħha minn Mons. Mikiel Azzopardi. Illum din id-Dar għandha malmitt resident fi djar differenti, tmexxi tlett idjar fil-komunità u toffri wkoll servizz ta’ respite. Biex twettaq din il-ħidma, id-Dar tal-Providenza għandha bżonn mat-€3.5 miljun fis-sena.


9

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

“Għandkom kondotta b’potenzjal li tkun best-seller

www.maltarightnow.com

QORTI

Tuneżina residenti Malta tammetti li għamlet abort

“Kieku l-kondotta tagħkom kellha titpoġġa fi ktieb, din ikollha l-potenzjal li tkun best-seller.” Dawn kienu l-kummenti talMaġistrat Carol Peralta fil-konfront ta’ koppja li kienet mixlija li attakkat u rreżistiet lillPulizija. Il-Maġistrat għamel dawn il-kummenti ftit wara li tressqu Tony Armando Zahra ta’ 39 sena, u s-sieħba tiegħu Tracey Borg ta’ 40 sena, it-tnejn li huma minn San Pawl il-Baħar, li kienu mixlijin li attakkaw u ħebbew għal għal żewġ Surġenti talPulizija li waqqfuhom f’Ta’ Xbiex nhar il-Ħadd waranofsinhar. “Qed ngħejja nħares u nqalleb il-kondotta tiegħek fejn r-rekord

kriminali huwa wieħed voluminuż,” qal il-Maġistrat lil Zahra, waqt li kompla, “Għandek biċċa minn kollox hawn.” Dan hekk kif Zahra wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Madankollu, skuża ruħu għal dak kollu li għamel u waħħal kollox fil-Pulizija għallinċidenti li nqalgħu. Hu ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €600 u garanzija personali ta’ €3,000. Meta lAvukat tal-akkużat qal li ddepożitu hu wieħed qawwi peress li l-klijent tiegħu ma jaħdimx, il-Maġistrat wieġeb “huwa kważi mirklu li Zahra ngħata l-pleġġ mingħandi. Ma nistax innaqqas id-depożitu.”

Anke fil-konfront ta’ Tracey Borg, il-Maġistrat ikkummenta li anke din għandha kondotta voluminuża. “Jekk inti u ssieħeb tiegħek tagħmlu l-fedina penali fil-forma ta’ ktieb, dan għandu jkun best-seller,” tenna Peralta. Min-naħa tagħha, Borg insistiet għall-ħatra ta’ espert tal-Qorti biex jeżamina l-feriti li kellha f’idejha, anke jekk kien ċar li dawn saru minħabba l-manetti. Il-Maġistrat ċaħad it-talba tagħha għal-libertà proviżorja. L-Ispettur Joseph Busuttil mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Angie Muscat dehru għall-koppja.

Tuneżina ta’ 30 sena miżżewġa Malti ġiet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettiet li fl-10 ta’ Novembru li għadda u fil-jiem ta’ qabel għamlet abort meta kellha bejn sitt ġimgħat u sebgħa tqala. Il-ħabiba tagħha, li hija Marokkina, ammettiet li għenet lil Raya Sellami Zammit biex tikkommetti dan l-abort billi tatha mediċina li wasslet għallmewt tat-tarbija fil-ġuf u anke hi ġiet ikkundannata 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin. Mill-provi rriżulta li l-abort sar fil-Fgura meta Zammit belgħet numru ta’ pilloli u poġġiet ukoll pilloli fil-parti intima tagħha. IlQorti preseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ikkunsidrat l-ammissjoni bikrija magħmula mill-ħatja u li mill-ewwel ikkoperat mal-Pulizija waqt l-investigazzjoni tagħha. Il-Qorti qieset ukoll il-kondotta

Tliet membri ta’ Birdlife Malta, li kienu fotografati jżommu għasafar mejtin biex jinfurmaw lill-pubbliku dwar kaċċa illegali, bdew għaddejjin proċeduri fil-Qorti quddiem ilMaġistrat Anthony Vella mixlijin b’pussess ta’ speċi protetti. Il-każ beda fuq insistenza talFederazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) li membri tagħha mistennija jagħtu x-xhieda tagħhom fis-seduta li jmiss f’Jannar. Il-każ kontra l-membri talBirdlife hu kontra Fiona Burrows, Nicholas Barbara u Caroline Rance li qed iwieġbu li

mhumiex ħatja. Ir-raba’ membru, Rupert Masefield, ma kienx preżenti fl-awla minħabba li ma kienx notifikat u ħalla l-gżejjer Maltin. F’Lulju, il-Qorti ordnat li tittieħed azzjoni kriminali kontra lerba’ membri tal-Birdlife wara li l-FKNK sfidat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex dawn jiġu investigati. Dan wara li f’Ottubru 2012, il-Birdlife ppubblikat ritratt li għaddietu lill-media u li fih, membri tagħha dehru b’diversi għasafar protetti mejtin. Is-Supretendent Ramon Mercieca qal li fid-9 ta’ Ottubru 2012, meta hu kien jaħdem mat-

taqsima tal-ALE tal-Pulizija, kien irċieva email mingħand lFKNK titlob lill-Pulizija biex tieħu azzjoni kontra l-membri tal-Birdlife li kienu ħarġu stqarrija tlett ijiem qabel. L-FKNK bagħtu wkoll kopja tal-gazzetta ‘The Sunday Times’ fejn ikkwotaw l-istess stqarrija u rritratt li deher fuqha. Ix-xhud qal li meta ra l-każ hu kien stabbilixxa li m’hemm lebda prova biex joħorġu lakkużi. Hu rrefera għal każ li kien seħħ fis-sena 2000, meta membru tal-Birdlife kien ipproduċa għasfur protett li kien mejjet waqt il-programm televiżiv

‘Xarabank’, biex juri każ ta’ kaċċa illegali. Qal li lKummissarju tal-Pulizija ta’ dak iż-żmien, George Grech, kien ikkonkluda li ma kien hemm lebda intenzjoni kriminali u li lgħan prinċipali kien biex wieħed juri każ ta’ kaċċa illegali. Hu qal li kien għamel rapport dwar id-deċiżjoni li kien ħa u kien informa lill-FKNK. Madankollu, l-Avukat tal-FKNK Kathleen Grima insistiet malPulizija biex jipproċedu, u wara l-FKNK sfidat id-deċiżjoni. Dan il-każ beda fuq nota ħażina meta l-Prosekuzzjoni infurmat lill-Qorti li l-erba’ persuni

– il-Maġistrat Peralta

ta’ Zammit, li hija waħda nadifa, u l-fatt li l-Prosekuzzjoni ma insistietx għal piena ta’ priġunerija effettiva, waqt li kkunsidrat ukoll issuġġeriment magħmul lilha millpartijiet dwar il-piena. Dwar dan is-suġġeriment, il-Qorti qieset listqarrija min-naħa ta’ Zammit, li wara li ħadet parir legali, spjegat ir-raġunijiet li wassluha biex tikkommetti l-abort. Skont Raya Sellami Zammit, il-fetu xorta waħda kien se jitwieled mejjet, anke mingħajr l-intervent talmediċini. Anke fil-każ tal-Marokkina Soumia Mansouri, li ammettiet li kienet hi li tat il-mediċina lil Zammit, il-Qorti kkunsidrat lammissjoni bikrija u li din millewwel ikkoperat mal-Pulizija, u li għandha l-kondotta nadifa. IlProsekuzzjoni tmexxiet millIspetturi Joseph Busuttil u Spiridione Zammit.

kienu se jiġu akkużati b’mod individwali. Iżda l-Qorti qalet li hi kienet infurmata li dawn kienu se jgħaddu proċeduri flimkien, imma ntqal li dan kien se jikkawża problemi minħabba li Masefield ma kienx preżenti. Għaldaqstant, il-Qorti semgħet il-każ kontra t-tliet akkużati b’mod separat minn dak ta’ kontra Masefield. LAvukat Stephen Tonna Lowell irrimarka b’mod sarkastiku li lPulizija setgħu jippruvaw joħorġu mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront ta’ Masefield minħabba li kien qed iżomm għasfur protett mejjet.

Jibda l-każ tal-membri tal-Birdlife li kienu dehru f’ritratt iżommu għasafar mejtin


10

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

Differenza ċara bejn iż-żewġ mexxejja politiċi

Bejn nhar it-Tnejn u lbieraħ filgħaxija, il-poplu Malti kellu l-opportunita’ jara d-differenza bejn iż-żewġ mexxejja politiċi u jduq is-sustanza politika tattnejn. Fuq naħa, Prim Ministru li jinsab maqbud f’morsa u qed ikun ostaġġ ta’ min għenu jirbaħ l-elezzjoni ġenerali f’Marzu tal-2013. Aktar minn qatt qabel, illum qed naraw kemm il-Prim Ministru ta’ pajjiżna hu dgħajjef u nieqes mill-abbiltajiet politiċi biex imexxi pajjiż Ewropew u li qed jaspira li jkun l-aqwa flEwropa. L-aħħar avvenimenti politiċi li seħħew f’pajjiżna kixfu lmaskra vera ta’ Joseph Muscat waqt li esprimew il-faqar politiku ta’ dak li kien qed jipproġetta ruħu bħala mexxej b’saħħtu u ġdid. Illum nafu li Muscat mhu xejn għajr mexxej li jaħbi l-verita’, ma jżommx kelmtu u mhux kapaċi jieħu deċiżjonijiet ibsin fil-konfront tal-Ministri tiegħu. F’kliem aktar sempliċi, Muscat mhux kapaċi jmexxi u dan qed narawh bl-aktar mod ċar fiddirezzjoni li qabad pajjiżna taħt Gvern Laburista. Fuq in-naħa l-oħra, qed naraw Kap tal-Oppożizzjoni li diskors wara l-ieħor qed itejjeb il-figura u d-dehra tiegħu. Fuq kollox, qed jiżdied filkredibbilta’ tiegħu għaliex qed juri li l-onesta’, is-serjeta’, it-trasparenza, il-ġustizzja u l-irġulija huma prinċipji mill-aktar importanti li jsawru mexxej kredibbli u b’saħħtu. F’inqas minn sentejn bħala Kap ta’ partit li tilef elezzjoni b’aktar minn 36,000 vot, ilpoplu qed jitkellem fuq ilmod kif Simon Busuttil qed ikun kapaċi jiġġieled dak li hu irregolari f’dan il-pajjiż u dak li qed ikun permess u approvat bl-aktar mod diżonest millPrim Ministru Muscat. Veru każ li f ’pajjiżna għandna mexxej politiku li qed jaħdem bis-sħiħ biex jiġġieled ilħażin u jkun it-tarka ta’ min qed jitgħaffeġ taħt Gvern Laburista. Il-Baġit li ppreżenta ġimgħa ilu l-Partit Laburista kien prova ċara li Muscat jagħtik f’but u jeħodlok minn ieħor. Kien Baġit twil iżda nieqes mis-sustanza u intenzjonat biss sabiex jaħbi s-serq ta’ dan il-Gvern, inkluż li Muscat qed jisraq lill-poplu Malti 5 ewro kull darba li tagħtu 25 ewro petrol/diesel. Fuq temi oħra kurrenti, Muscat wera biċ-ċar

www.maltarightnow.com

OPINJONI

David Casa

dcasa@pn.org.mt

li għalih it-traffiku mhux problema iżda sempliċement perċezzjoni waqt li għallpoplu Malti u Għawdxi huwa problema ta’ kuljum. Dan hu Gvern li ma jiddejjaq xejn jidħak bil-poplu bl-aktar mod diżonest bħal meta ddeċieda li jagħti 35 ewro għal sena iżda mhux lil kulħadd. Inkredibbli! Fuq kollox, bil-Baġit li ppreżenta Muscat u li llum ħadd mhu qed jitkellem dwaru tant kemm hu bla sugu u mhux pożittiv, marru l-agħar iżżgħażagħ, min irabbi, il-ħaddiema u l-pensjonanti. Quddiem dan kollu, il-Partit Nazzjonalista u l-poplu Malti u Għawdxi għandhom jibqgħu jiġġieldu sabiex jaraw li lverita’ tirbaħ żgur, anke jekk sal-lum hemm min qed jipprova jaħbiha, bħal fil-każ talistazzjon nazzjonali li qed jagħżel li jkun diżonest firrappurtaġġ tiegħu kull darba li jkun hemm storja u referenza għall-Gvern. Wasal iż-żmien li nifhmu aktar minn qatt qabel li dan ilpajjiż mhuwiex tal-Laburisti biss iżda ta’ kulħadd, irrelevanti l-kulur politiku li wieħed iħaddan. Sabiex niġġieldu din il-ġlieda għal pajjiżna jeħtieġ li nkunu magħqudin u nuru li aħna qed naħdmu fl-aħjar interess nazzjonali u għallaħjar ta’ pajjiżna. M’għandix dubju li dan ilmessaġġ qed jasal aktar minn qatt qabel u kuljum qed niltaqa’ jew nikkomunika ma’ ħafna minn dawk li jesprimu d-dispjaċir tagħhom li flaħħar elezzjoni ġenerali vvutaw lill-Partit Laburista. Li l-Partit Laburista fil-Gvern jiżbalja mhux biżżejjed biex il-PN jirbaħ lura l-voti li darba kien jirbaħ, iżda jeħtieġ li naħdmu aktar sabiex inkomplu nkunu konvinċenti u kredibbli fis-sustanza u d-dehra tagħna. Konvint li dan jista’ jseħħ!

Kap tal-Oppożizzjoni li f’diskors wara ieħor qed itejjeb il-figura u d-dehra tiegħu. Fuq kollox, qed tiżdied ilkredibbilta’ tiegħu għaliex qed juri li l-onesta’, is-serjeta’, it-trasparenza, il-ġustizzja u l-irġulija huma prinċipji mill-aktar importanti li jsawru mexxej kredibbli u b’saħħtu


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

It-timbru ta’ Simon Busuttil: opportunitajiet għalik, solidarjetà miegħek u ġid gawdut flimkien

Ħafna faħħru d-diskors ta’ Simon Busuttil ilbiraħtlula filParlament. Sod u ġenwin, Simon Busuttil fisser kif il-baġit ma kien xejn għajr cover-up, ħabi tan-nuqqas ta’ direzzjoni ekonomika, duħħan biex jaħbi t-taxxi li daħħal Joseph Muscat, paraventu biex jgħatti n-nuqqas ta’ ruħ soċjali tiegħu, il-ħabi tal-qgħad b’eluf ta’ impjiegi mal-gvern, u l-gideb biex Muscat jaħbi l-abbuż tal-poter u l-iffangar fi flus il-poplu.

Simon Busuttil sod quddiem l-abbuż tal-poter... Mal-kritika qawwija għal baġit cover-up, Simon Busuttil kixef il-maskra ta’ sensiela sħiħa ta’ Ministri li qed jabbużaw mill-poter u li mill-aġir tagħhom – investigat anke f’kawżi fil-Qrati – ħierġa riħa tinten ta’ ħmieġ. Ħafna nies raw lil Simon Busuttil sod quddiem l-abbuż ta’ poter minn Gvern ta’ Joseph Muscat li tant wiegħed il-kontabilità u l-kultura tar-riżenji imma li ddeġenera f’Ministri u Deputati jaħtfu kemm jifilħu.

...quddiem il-gideb... Kien ukoll qawwi ħafna Simon Busuttil quddiem il-gideb fliskandlu ta’ Manwel Mallia; gideb li qed jittimbra lill-Gvern Laburista minn fuq s’isfel mhux biss bil-gideb oxxen tal-Ministru ta’ Muscat, il-Ministeru tiegħu u x-xandir pubbliku li jikkontrolla imma wkoll il-gideb tal-Prim Ministru nnifsu bil-wegħda tarriżenja, bil-gideb fuq power station on track u b’wegħdi oħrajn li qed iwettaq biss fil-maqlub.

...u quddiem l-irwejjaħ tal-ħmieġ fil-kuntratti tal-Gvern Tant iddeġenera dal-Gvern li l-iskandlu ta’ Manwel Mallia – li l-Prim Ministru ma jridx jew ma jistax ineħħih – hu biss wieħed fost ħafna. Skandlu ieħor qawwi li spjega Simon Busuttil hu dak ta’ Chris Cardona bi ndħil kbir u sa mill-bidu fil-proċess biex tingħata liċenzja għal każinò ieħor. Dan il-proċess qed ikun investigat f’kawża fil-Qorti fejn ħerġin irwejjaħ ta’ ħmieġ u saħansitra allegazzjonijiet ta’ ġuramenti foloz.

Il-viżjoni ta’ Simon Busuttil għalik, mhux għal tal-qalba Kif fisser Simon Busuttil fid-diskors tiegħu, il-Gvern ta’ Joseph Muscat m’għandu l-ebda viżjoni ħlief kif tal-qalba se jaħtfu għalihom u għal ta’ madwarhom b’abbuż ta’ poter u tal-flus li nħallsu f’taxxi. Imma ma waqafx hemm. Simon Busuttil wera wkoll ilpersonalità ta’ politiku ta’ viżjoni kif ilu minn kmieni fil-karriera tiegħu meta kien strumentali biex aħna l-Maltin nifhmu xi tfisser l-Unjoni Ewropea u ma nibilgħux il-gideb tal-kampanja kontra lEwropa mmexxija minn Joseph Muscat.

Opportunitajiet, solidarjetà, ġid komuni Din il-viżjoni hi għalik: opportunitajiet bix-xogħol produttiv, bl-edukazzjoni u bit-taħriġ; solidarjetà ma’ kull min hu vulnerabbli; u ġid li nistgħu ngawduh flimkien u nħalluh lil ta’ warajna bħall-ambjent. Din hi l-viżjoni ta’ opportunitajiet, solidarjetà u ġid komuni li Simon Busuttil fassal anke f’diskors li fih waqqa’ bil-qawwi l-maskra ta’ Gvern mibni fuq il-gideb u fuq l-abbuż ta’ poter u ta’ flus il-poplu.

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru 2014

Manifestazzjoni ta’ Kristu Re

Nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru d-Djoċesi Għawdxija fakkret lil Kristu Re, Sultan tal-Ħolqien kollu, b’manifestazzjoni tajba ħafna u ferm organizzata saliċken dettall li bdiet b’korteo minn Pjazza Santu Wistin, Victoria, u ntemmet quddiem ilbini tas-Seminarju fejn saret funzjoni tassew interessanti. Is-suġġett li ntgħażel f’din lokkażjoni, kif kien qed jispjega tajjeb Monsinjur Isqof Mario Grech fil-messaġġ li ta f’din lokkażjoni lill-għadd sabiħ ta’ Għawdxin li attendew, kien ilvokazzjonijiet u allura kien jagħmel sens tassew li din il-festa familja tinżamm quddiem isSeminarju fejn il-vokazzjonijiet jilħqu l-qofol tagħhom. ‘P.A. system’ tul it-triq kollha għenet ħafna biex tagħti ħajja lil din il-manifestazzjoni kif ukoll id-dwal li dawlu tajjeb Triq Enrico Mizzi fejn mijiet ta’ siġġijiet tqiegħdu għall-kumdità ta’ dawk li attendew. Monsinjur Isqof ħeġġeġ biex nitolbu għallvokazzjonijiet u radd ħajr lil numru kbir ta’ abbatini li attendew biex ikomplu jaqdu l-altar u jisimgħu dak li jgħidulhom issaċerdoti u l-katekisti matul din ilmixja tagħhom għax minn fos-

thom il-Mulej kien dejjem lest li jsejjaħ il-vokazzjonijiet. Huwa fakkar kif dis-sena Għawdex qed jagħlaq 150 sena djoċesi u kif sentejn wara din ilġrajja Għawdex kellu sSeminarju tiegħu li sal-lum, fuq medda ta’ 148 sena ta mas-600 saċerdot barra vokazzjonijiet reliġjużi oħra. Kien mistieden jagħti xhieda saċerdot mill-Iraq imma dan ma kienx preżenti għax ma ngħatax il-visa biex jiġi fostna u allura taraw kemm hu importanti li nitolbu għal dan il-pajjiż fejn isaltnu l-gwerra u l-persekuzzjoni lill-Insara. Min-naħa l-oħra, ilpreżenza tal-Ecclesia Sisters ferrħet lill-miġemgħa billi dawn kantaw xi kanzunetti fosthom dik li biha ħadu sehem fil-Malta Eurovision Song Contest; waħda minnhom tkellmet ukoll dwar ilvokazzjoni tagħha u t-triq li wasslitha s’hemm li ma kinitx waħda kollha ward u żahar. Ċert li kull min attenda ħareġ sodisfatt; it-temp ukoll kien sabiħ u jħajrek toħroġ, u l-Għawdxin ma baqgħux lura. Prosit u grazzi lill-organizzaturi għal din il-manifestazzjoni ta’ darba fis-sena fi tmiem is-sena liturġika tal-Knisja. Ejjew issa għeżież qarrejja nħejju ruħna għall-miġja tal-Avvent li trid twassalna għall-Milied. Joe M. Attard Victoria, Għawdex

25 sena ilu f’il-Mument

Korsijiet tal-ETC

11

X’kuxjenza jrid ikollok, meta fil-ħinijiet xitwin ta’ filgħaxija u jasal ħin il-ġabra tal-familja, toħroġ minn daru u tifred ilmissier minn ma’ martu u wliedu, sabiex minn ĦadDingli tibagħtu għall-kors obbligatorju mill-ETC f’Ħal Far għal tliet xhur konsekuttivi? Nistaqsi lis-sinjuri uffiċjali tal-ETC jekk dan hux sewwa li toħroġ mid-dar missier ta’ familja għall-ħabta tat-3pm u jerġa’ lura d-dar għall-ħabta tal11pm? Possibbli l-ETC ma ssibx rimedju biex dawn il-korsijiet isiru fin-nofstanhar ta’ filgħodu? Jew forsi dan hu l-aħjar mod kif l-individwu ma jaċċettax li jmur dawn il-korsijiet sabiex jinqata’ mir-reġistru? Daren Decelis Il-Mosta L-ittri f’din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.co m.mt jew fl-indirizz ta’ Media Link Communications li jidher aktar ‘l isfel fil-paġna

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami temm iż-żjara statali li kien qed jagħmel fil-Ġermanja tal-Punent, u f’kummenti mal-wasla tiegħu f’Malta, qal li jinsab ċert li din iż-żjara se tħalli riżultati pożittivi fl-interess taż-żewġ pajjiżi. Tħabbar, intant, li l-Gvern Malti ta l-permess diplomatiku biex iż-żewġ bastimenti, wieħed Sovjetiku u l-ieħor Amerikan, li fuqhom kien se jsir is-Summit bejn Bush u Gorbachev, ikunu jistgħu jidħlu Malta. Il-permess ingħata peress li t-talba li saret miż-żewġ superpotenzi hi konformi ma’ Riżoluzzjoni approvata millParlament is-sena ta’ qabel. Il-gazzetta ‘il-Mument’ irrappurtat ukoll li flewwel sentejn u nofs ta’ Gvern Nazzjonalista, mill-1987, inħolqu madwar 4,000 impjieg ġdid mas-settur privat.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

12

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

OPINJONI

LIL HINN MINN XTUTNA

Ħelsu mill-Komunisti iżda mbeżżgħin mir-Russja

Sa kważi għaxar snin ilu lMoldovja setgħet ‘tiftaħar’ li kienet l-uniku pajjiż, minn wara l-waqgħa tal-Komuniżmu fl-eksUnjoni Sovjetika u fl-Ewropa talLvant, fejn l-elettorat issorprenda lid-dinja billi ta maġġoranza lil partit imsejjaħ espressament ‘Partit tal-Komunisti tarRepubblika Moldova’ (PCRM), u dan mhux darba, iżda tliet darbiet, f’elezzjonijiet meqjusa ħielsa u ġusti minn osservaturi internazzjonali, fl-2001, fl-2005 u fl2009. Minħabba, però, li fl-2009, ilKomunisti ma kellhomx maġġoranza biżżejjed biex jaħtru President tar-Repubblika li riedu huma, allura, skont kif tgħid ilkostituzzjoni, fin-nuqqas ta’ ftehim fil-parlament dwar min kellu jsir president, reġgħet saret elezzjoni tliet xhur wara, u oħra fl2010 fejn koalizzjoni ĊentruLeminija msejħa ‘Alleanza għallIntegrazzjoni Ewropea’ kisbet aktar voti mill-Partit Komunista li kompla naqqas il-voti (mill50% tal-2001 niżel għal 39% fl2010), iżda baqa’ l-ikbar partit – minħabba li 46% tal-popolazzjoni għandhom iktar minn 50 sena, bil-biċċa l-kbira minnhom għad għandhom nostalġija lejn ilKomuniżmu. Minkejja dan, il-koalizzjoni bil-maġġoranza ta’ siġġijiet filparlament kien irnexxielha tifforma gvern u taħtar lill-imħallef indipendenti Nicolae Timofti president, u li l-Komunisti bbojkottjaw.

Mhux moħħu mistrieħ Imma issa li dawn tal-aħħar qed jingħataw dejjem aktar ilġenb mill-elettorat tal-Moldova, il-poplu xorta waħda m’għandux moħħu mistrieħ minħabba l-kriżi, anzi, il-gwerra li għaddejja bejn ir-Russja u l-Ukrajna, u dan se jkun f’moħħhom żgur meta nhar il-Ħadd li ġej imorru jerġgħu jivvutaw għall-parlament. Dan għax il-Kremlin ta’ Putin għadu jqis l-ekspajjiżi satelliti tal-Unjoni Sovjetika Komunista, l-aktar dawk qrib il-fruntiera malFederazzjoni Russa, bħala “arja ta’ interess Russu”, u allura xejn mhu qed jieħu gost jara dejjem aktar minn dawn il-pajjiżi ġirien mhux biss jersqu lejn l-Ewropa tal-Punent, imma jridu jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, u fin-Nato wkoll. Fil-fatt il-Moldova, flimkien mal-Ukrajna u l-Ġorġja, f’Ġunju li għadda ffirmat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea, skont kif kienu wiegħ-

Il-President indipendenti tal-Moldova Nicolae Timofti quddiem il-bandiera tal-pajjiż. In-nies tal-Moldova rnexxielhom ibiegħdu l-periklu li minflok l-istemma tal-pajjiż il-bandiera tispiċċa bil-minġell u l-martell, imma issa qed jibżgħu li xorta jerġgħu jkunu satellita tar-Russja

du qabel l-aħħar elezzjoni t-tliet partiti tal-koalizzjoni ĊentruLeminija, dak Liberali Demokratiku (PLDM) tal-Prim Ministru Iurie Leancǎ, dak Demokratiku (PDM) u l-Liberali (li f’April tas-sena l-oħra sofra qasma fi ħdanu meta l-partit ħareġ mill-koalizzjoni, iżda bilmaġġoranza tad-deputati baqgħu jappoġġjaw lill-gvern ta’ Leancǎ, u ffurmaw partit għalhom, il-Partit Liberali Riformista (PLR). Fl-isfond tal-gwerra flUkrajna, l-elezzjoni tal-Ħadd se tkun kunflitt dwar liema direzzjoni se tieħu l-Moldova. Ir-riżultat se jiddeċiedi jekk il-Moldova tkomplix bil-politika proEwropea, inkella tmurx lura lejn ir-Russja. L-opinjoni pubblika filMoldova għadha xxaqleb lejn lUE, iżda maż-żmien tista’ ddur minħabba impatt eventwali ta’ sanzjonijiet Russi. Id-dipendenza tal-ekonomija tal-pajjiż fuq irRussja hija sinifikanti l-aktar minħabba l-esportazzjoni u nnumru ta’ ħaddiema millMoldova li jmorru jfittxu xogħol fir-Russja. Tul is-sentejn li għaddew, ferm qabel il-ġrajjiet riċenti fl-Ukrajna, is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-UE kienet diġà preokkupanti. Imma mbagħad l-invażjoni Russa flUkrajna kompliet għarrqet is-sitwazzjoni. Minn wara l-annessjoni tal-Krimea, imbagħad, il-ġejjieni tal-Moldova qajjem ċertu pessimiżmu, bi tbassir xejn inkuraġġanti dwar l-implikazzjonijiet ġeopolitiċi.

Joe Calleja jocal@me.com

Bejn l-Ewropa u r-Russja Lokalment u reġjonalment issitwazzjoni għall-Moldova saret aktar kumplessa fl-aħħar xhur, u lpajjiż fil-ġejjieni qrib se jkollu jinnegozja pożizzjoni bejn ir-Russja u l-UE. Madankollu, hemm ukoll kwistjonijiet interni li se jinfluwenzaw ir-riżultat tal-elezzjoni. Il-partit pro-Russu Komunista – li l-kap tiegħu l-eks-President talpajjiż Vladimir Voronin, isostni li “l-Moldova teħtieġ relazzjonijiet mas-sieħba strateġiċi tagħha (i.e. ir-Russja u l-pajjiżi eksSovjetiċi)” – li issa ilu flOppożizzjoni mill-2009, ikkritika lill-koalizzjoni fraġli tal-partiti pro-Ewropa liberali u l-pożizzjoni riċenti tagħhom dwar il-miżuri ta’ awsterità u r-riformi, u wkoll linkapaċità perċepita tal-gvern li jiġġieled il-korruzzjoni Il-Komunisti setgħu japprofittaw ruħhom mill-fatt li l-Partit Liberali ħareġ mill-koalizzjoni u kkritika r-riformi tal-Gvern, fil-

L-opinjoni pubblika fil-Moldova għadha xxaqleb lejn l-UE, iżda maż-żmien tista’ ddur minħabba impatt eventwali ta’ sanzjonijiet Russi. Id-dipendenza tal-ekonomija tal-pajjiż fuq ir-Russja hi sinifikanti, l-aktar minħabba l-esportazzjoni u n-numru ta’ ħaddiema mill-Moldova li jmorru jfittxu xogħol fir-Russja

waqt li qed iwiegħdu aktar stabbiltà. Imma fl-istess waqt anki lPartit Komunista mhux tant f’qagħda feliċi fi ħdanu bi ġlied intern, hekk kif qed jidher li ma rnexxilux jimmobilizza l-partitarji bħal qabel għall-elezzjoni. Wara l-intervent Russu flUkrajna, il-Gvern tal-Moldova beda jiffaċċja instabbiltà f’diversi partijiet tal-pajjiż marbuta direttament mal-indħil Russu: f’Marzu lParlament tat-Transnistria, stat defacto fil-Lvant tal-Moldova, uffiċjalment talab lill-Gvern ta’ Putin biex jgħaqqad lil Transnistria filFederazzjoni Russa. Xahar qabel r-reġjun awtonomu ta’ Gagawzja fin-Nofsinhar tal-pajjiż, organizza referendum illegali, fejn maġġoranza kbira ta’ dawk li vvutaw qablu li dan ir-reġjun jingħaqad mal-Unjoni Doganali mwaqqfa mir-Russja.

Minoranzi Russi Kemm fi Transnistria u f’Gagawzja hemm minoranzi

sostanzjali etniċi Russi (wirt talħakma Sovjetika ta’ 51 sena fuq il-Moldova), u għalhekk il-biża’ tan-nies tal-Moldova hu li jkun hemm ripetizzjoni tal-‘bravura’ ta’ Putin fil-Krimea u l-Lvant talUkrajna. Dan il-biża’ stqarrewh mhux biss il-mexxejja Moldavi imma wkoll uffiċjali tan-Nato matul din is-sena, li wrew it-tħassib ta’ “theddida” prospettiva mir-Russja fid-dawl tal-indħil u intervent flUkrajna, filwaqt li wissew li lKremlin jista’ jkun qed jaħseb fuq replika tax-xenarju talKrimea. Għalhekk, jekk fl-elezzjonijiet ta’ qabel l-ikbar preokkupazzjoni tal-elettorat Moldav kienet li jekk il-partit Komunista jibqa’ jirbaħ, il-pajjiż jerġa’ jispiċċa bil-minġell u l-martell minflok l-istemma talpajjiż fuq il-bandiera blu, safra u ħamra tiegħu, l-inkwiet bħalissa hu li l-Moldova tispiċċa terġa’ tinħakem mir-Russja mingħajr ilminġell u l-martell.


www.maltarightnow.com

13

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Appell lill-Ewropa biex tkun aktar protagonista IL-PARLAMENT EWROPEW

FRANZA: Il-Papa Franġisku jindirizza l-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Fid-diskors tiegħu, fost suġġetti oħrajn, il-Papa sejjaħ għal policies li jiffukaw aktar fuq in-nies milli fuq it-teknikalitajiet (Ritratt: EPA)

Eks-Prim Ministru Soċjalista jinżamm il-ħabs IL-PORTUGALL

L-eks-Prim Ministru Soċjalista tal-Portugall, Josè Socrates, intbagħat il-ħabs fuq suspett li evada t-taxxa, dwar korruzzjoni kif ukoll dwar ħasil tal-flus. Socrates, li għandu 57 sena, ġie arrestat mal-wasla tiegħu minn Pariġi l-Ġimgħa u diġà qatta’ tliet iljieli fil-ħabs. L-imħallef ta d-deċiżjoni tiegħu wara li l-pulizija investigaw trasferimenti suspettużi ta’

flus u tranżazzjonijiet finanzjarji. Socrates, li qed jiċħad kull involviment kriminali, qed ikun investigat flimkien mas-sewwieq tiegħu, ħabib qrib tiegħu u avukat. L-eks-Prim Ministru kien filpoter mill-2005 sal-2011. Lavukat tiegħu, Joao Araujo, stqarr li l-klijent tiegħu se jkun qed jappella kontra d-deċiżjoni tal-imħallef.

Taħt is-sistema Portugiża, akkużi formali jsiru biss fi tmiem investigazzjoni li tista’ tieħu sa tmien xhur. Il-politika Portugiża diġà kienet qed tixxaqqaq wara rriżenja ta’ Miguel Macedo, ilMinistru għall-Intern, fid-dawl ta’ inkjesta separata dwar każ ta’ korruzzjoni assoċjat mal-allokazzjoni ta’ permessi biex jinbnew id-djar.

Il-Papa Franġisku appella lillUnjoni Ewropea biex tegħleb ilkriżijiet ekonomiċi u n-nazzjonaliżmu estrem, filwaqt li ssaħħaħ irrwol ta’ tmexxija dinjija. Dan hekk kif il-mexxej tal-Knisja Kattolika żar l-istituzzjonijiet Ewropej fi Strasburgu lbieraħ. F’diskors fil-Parlament Ewropew, il-Papa Franġisku talab lill-Unjoni Ewropea biex tgħin lillimmigranti irregolari li qed jaħarbu mil-Lvant Nofsani u mill-Afrika. Il-Papa saħaq li l-Mediterran m’għandux isir “ċimiterju enormi” ta’ katavri. Din kienet l-ewwel żjara ta’ Papa fi Strasburgu mindu l-Papa Ġwanni Pawlu II żar il-belt Franċiża fl1988 fi tmiem il-Gwerra l-Bierda. Din id-darba, il-Papa Franġisku qed iħabbat wiċċu ma’ kontinent aktar sekulari u aktar ewroxettiku, mifni b’diviżjonijiet u biżgħat dwar l-ekonomija. “L-Ewropa qed tagħti limpressjoni li qed tixjieħ, u qed tħossha inqas u inqas protagonista,” sostna l-Papa Franġisku fil-

waqt li żied li “wasal iż-żmien għalina li nabbandunaw l-idea ta’ Unjoni Ewropea beżżiegħa, sabiex tissaħħaħ u tinkoraġġixxi Ewropa ta’ tmexxija.” Intant, it-tokki tal-qniepen instemgħu minn knejjes Kattoliċi fi Strasburgu sabiex titfakkar din iżżjara, fosthom il-katidral storiku li jinsab fiċ-ċentru tal-belt, fejn mijiet ta’ Nsara segwew id-diskors talPapa fuq screens kbar li twaqqfu quddiem il-bini. Mal-wasla tiegħu quddiem ilParlament Ewropew, il-Papa Franġisku ntlaqa’ mill-President Martin Schulz. Il-Kap tal-Knisja Kattolika wkoll iltaqa’ malPresident il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker u leks-President tal-Kunsill Ewropew Herman van Rompuy. Id-diskors tal-Papa Franġisku rrepeta twissijiet bikrija li kienu saru lill-Ewropa minħabba t-tixrid ta’ gruppi radikali, partikularment fost iż-żgħażagħ, kif ukoll ir-razziżmu f’pajjiżi mifnija bil-kriżi ekonomika.


www.maltarightnow.com

14

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Tfittxija għal fotografu misterjuż fil-Palazz Elysee FRANZA

Bħalissa qed issir tfittxija fil-Palazz Elysee għal persuna attenta ħafna u bil-kamera wara li rivista prominenti ppubblikat ritratt li “nġibed fuq ġewwa”, tal-President Francois Hollande jitkellem mat-tfajla tiegħu, Julie Gayet, li hi attriċi. Ir-ritratt, l-ewwel tal-koppja flimkien, juri lilhom jitkellmu ma’ mejda f’parti moħbija talġonna tal-palazz presidenzjali xi darba l-Ħadd. L-investigaturi xejnu l-possibbiltà li r-ritratt inġibed minn ‘paparazzo’ b’lenti sofistikata minn barra l-Palazz Elysee. Huma rrifjutaw il-possibbiltà li r-ritratt inġibed minn xi drone żgħir. L-angulatura tar-ritratt, li kien pubblikat mir-rivista Voici, tagħti x’wieħed jifhem

li seta’ nġibed mill-appartamenti privati tal-President filPalazz. Hemmhekk jaħdmu biss 12-il persuna. Skont ilgazzetta Le Journal du Dimanche, ilkoll qed ikunu interrogati mill-Pulizija u uffiċjali tas-sigurtà. M’hemm xejn impressjonanti dwar dan ir-ritratt, ħlief bħala mezz ta’ evidenza fi gwerra filmedia bejn rivisti Franċiżi. Uħud insistew, f’dawn l-aħħar ġimgħat, li l-ħbiberija romantika bejn il-President Hollande u Gayet ta’ 42 sena, intemmet. Oħrajn qed isostnu li r-relazzjoni għadha għaddejja. Ir-rivelazzjoni tar-relazzjoni tal-President Hollande ma’ Gayet minn ritratti li ġew pubblikati mir-rivista Closer f’Jannar wasslu għat-tmiem ta’ relazzjoni bejn il-President u l-

Valerie Trierweiler

First Lady, Valerie Trierweiler. Trierweiler tinsab Londra din il-ġimgħa biex tippromwovi lverżjoni bl-Ingliż tal-ktieb tagħha, Merci pour ce moment (Grazzi għal dan il-mument).

Il-President Francois Hollande

F’intervisti għal The Andrew Marr Show u Newsnight, Trierweiler insistiet li l-ktieb ma kienx vendikattiv kontra Hollande iżda rakkont onest dwar it-tlajja’ u l-inżul tar-

Julie Gayet

relazzjoni ta’ mħabba. “Għalija l-kitba hi forma ta’ terapija. Bdejt nikteb meta kont qed inħossni tajba u dik kienet raġuni f’waqtha biex nikteb,” qalet Trierweiler.


www.maltarightnow.com

15

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

L-ajruport ta’ Mitiga attakkat mill-ġdid IL-LIBJA

Attakk ġdid mill-ajru ħakem lill-uniku ajruport li qed jaħdem fi Tripli, il-Libja, ġurnata wara li seħħet offensiva militari minn forzi leali lejn ġeneral prominenti kontra l-estremisti Iżlamiċi. L-attakk ma għamel ebda ħsara lit-terminal jew lill-mitjar, għalkemm it-titjiriet kienu trasferiti temporanjament lejn lajruport ta’ Misrata, xi 200 kilometru fil-Lvant ta’ Tripli. Forzi leali lejn il-ġeneral irtirat

Khalifa Haftar, li ilu jmexxi offensiva separata b’appoġġ mill-Gvern kontra l-milizzji Iżlamiċi f’Bengażi, qalu li huma wettqu l-attakk mill-ajru nhar itTnejn. Il-bażi tal-ajru f’Mitiga, f’subborg fil-Lvant ta’ Tripli, kienet luniku ajruport li kien għadu jaħdem fil-belt, wara li danni kbar li ġew ikkawżati minn ġlied qalil, wasslu għall-għeluq tal-ajruport ċivili f’Lulju.

Jinħelsu tmien ostaġġi IL-JEMEN

Grupp ta’ seba’ ċittadini mill-Jemen u espert militari Amerikan, li kienu nħatfu bħala ostaġġi minn grupp assoċjat mal-al-Qaeda, inħelsu minn Forzi Speċjali talJemen. It-tmien persuni kienu nħatfu fil-provinċja ta’ Lahij, fin-Nofsinhar tal-Jemen. Seba’ militanti nqatlu f’dan l-attakk li sar matul il-lejl li għadda. Għexieren ta’ persuni nħatfu fil-Jemen f’dawn l-aħħar snin, minn irġiel ta’ tribuijiet għal skop ta’ rahan. U dan l-

aħħar inħatfu wkoll persuni minn estremisti Iżlamiċi bħala parti mill-idealiżmu tagħhom. Kelliem għall-Gvern talJemen qal li l-Amerikan li nħeles kien instructor militari li ħadem fil-bażi tal-ajru alAnad fil-provinċja ta’ Lahij, madwar 60 kilometru fitTramuntana tal-port ta’ Aden. L-istess kelliem qal li lmissjoni ta’ salvataġġ seħħet qrib il-bażi u mhux ċar meta t-tmien persuni kienu nħatfu bħala ostaġġi.

Attakk suwiċida f’suq iffullat IN-NIĠERJA

Żewġ tfajliet li kellhom splussivi marbutin magħhom splodew lilhom infushom f’suq iffullat u qatlu mill-inqas 30 persuna f’Maidugori, belt li tinsab fit-Tramuntana tanNiġerja. Xhieda li kienu fil-post fissru li tfajla splodiet lilha nnifisha lewwel u hekk kif in-nies inġabru biex jgħinu lill-vittmi, it-tieni tfajla splodiet lilha nnifisha. It-tfajliet, libsin hijab sħiħa, daħlu fis-suq u tfajla minnhom, wara li qabdet lisplussiv, qatlet lilha nnifisha u lil tliet persuni oħrajn. It-tieni tfajla kienet aktar effettiva fl-attakk vjolenti għax qatlet madwar 30 persuna. Il-grupp Iżlamiku Boko

Haram s’issa ma kkummentax dwar dan l-attakk imdemmi. Listess grupp estremista kien ibbażat f’Maidugori, il-kapitali tal-istat ta’ Borno, wara li twaqqaf fl-2002. Iżda l-grupp Iżlamiku kellu jirtira ’l barra mill-belt mill-militar u minn gruppi viġilanti. Nhar it-Tnejn, estremisti Iżlamiċi ħakmu l-belt ta’ Damasak, inqas minn 200 kilometru ’l bogħod minn Maidugori, u ngħata n-nar lirresidenzi kif ukoll inqatlu diversi persuni. Il-ġellieda daħlu fil-belt libsin ta’ negozjanti u kienu qed iġorru kaxex li fihom kien hemm stivati numru ta’ rifles tat-tip AK-47.

L-ISTATI UNITI: Il-pulizija jilbsu l-maskri kontra l-gass tad-dmugħ wara li ġrew wara nies li serqu minn ħanut f’Ferguson, Missouri (Ritratt: EPA)

Deċiżjoni ta’ ġurija twassal għal lejl ta’ vjolenza L-ISTATI UNITI

Fil-belt Amerikan ta’ Ferguson fl-istat ta’ Missouri rrenjaw l-irvellijiet u serq bladdoċċ wara li ġurija ddeċidiet li ma tressaq ebda akkuża filkonfront ta’ pulizija li qatel żagħżugħ iswed. Michael Brown, ta’ 18-il sena, inqatel minn pulizija abjad, Darren Wilson, fid-9 ta’ Awwissu, f’każ li wassal għal protesti kbar. Kap tal-pulizija stqarr li lvjolenza fis-subborg ta’ St. Louis, f’Missouri, kienet “probabbilment ħafna agħar” minn xi lejl partikulari mindu seħħet il-

mewt taż-żagħżugħ. Jon Belmar, il-kap tal-pulizija f’St. Louis qal li d-dimostranti sparaw xi 150 tir. Ħafna mill-komunità AfroAmerikana talbu biex Darren Wilson jiġi mixli bi qtil, iżda wara deliberazzjonijiet twal, ġurija – magħmula minn disa’ bojod u tliet membri suwed – ma għamlet ebda rakkomandazzjoni biex il-pulizija jitressaq taħt att ta’ akkuża. Il-President Amerikan Barack Obama ngħaqad mal-familja taż-żagħżugħ maqtul u appella għall-kalma filwaqt li ħeġġeġ

liċ-ċittadini Amerikani biex jaċċettaw id-deċiżjoni li ħadet il-ġurija. Wara d-deċiżjoni tal-ġurija, ġie rappurtat ħafna vandaliżmu kif ukoll tkissru vetrini ta’ diversi ħwienet minn fejn sar ħafna serq bl-addoċċ. Sigħat wara li bdiet il-vjolenza, inħarqu diversi negozji f’Ferguson u l-Pulizija rnexxielha tarresta diversi persuni. Il-Gvernatur ta’ Missouri Jay Nixon ordna l-Gwardja Nazzjonali iżda jidher li l-membri tagħha ma kinux involuti kontra d-dimostranti.


www.maltarightnow.com

16

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Tarresta diversi attivisti wara protesti qalila HONG KONG

Il-Pulizija f ’Hong Kong arrestat mill-inqas għaxar attivisti favur id-demokrazija wara li nqala’ l-ġlied hekk kif numru ta’ uffiċjali żarmaw laffarijiet li kienu qed jostakolaw sit fejn seħħew il-protesti. L-awtoritajiet aġixxew fuq ordni tal-qorti sabiex jitnaddaf kamp f’Mong Kok, issit ta’ numru ta’ protesti li

seħħew fil-ġimgħat li għaddew. Id-dimostranti, għall-ewwel, ma rreżistewx hekk kif il-ħaddiema neħħew il-barrikati, iżda mbagħad grupp żgħir ta’ attivisti rrifjuta li jħalli l-post. L-attivisti kienu ilhom fittoroq minn Ottubru, fejn talbu għażla ħielsa għall-mexxej ġdid ta’ Hong Kong fl-elezzjoni li se

ssir fl-2017. Madankollu, iċ-Ċina qalet li numru ta’ kandidati li l-poplu ta’ Hong Kong se jkun qed jivvota għalihom, irid jintgħażel minn kumitat appoġġjat minn Beijing. Id-dimostranti, oriġinarjament, ammontaw għal għexieren ta’ eluf meta t-taqlib politiku f’Hong Kong beda jgħolli rasu f’Ottubru. Iżda mbagħad

in-numru ta’ dimostranti tbaxxa għal ftit mijiet, filwaqt li attentati miż-żewġ naħat biex jintlaħaq kompromess ftit li xejn għamlu progress. Sadattant, il-ħidma ta’ żgumbrar kienet immirata lejn kamp tal-attivisti madwar Argylle Street u Nathan Road, distrett kummerċjali u turistiku li jara ħafna nies.

“L-attivisti għandhom jerfgħu l-affarijiet tagħhom u jitilqu issa. Inkella l-oġġetti tagħhom ikunu kkunsidrati bħala rimi u għall-iskart,” qalet Maggie Chan, avukat għal kumpanija tal-karozzi tal-linja li kisbet permess biex it-triq tiġi żgumbrata. Xi attivisti nstemgħu jgħajtu, “Irridu elezzjonijiet ta’ veru” u wkoll “irridu d-demokrazija”.

Kostum tal-iljun minn The Wizard of Oz jinbiegħ $3 miljun L-INDONESJA: Żeffiena minn Bali jieħdu sehem f’parata kulturali f’Denpasar, f’Bali (Ritratt: EPA)

L-ISTATI UNITI

Il-kostum ta’ ‘The Cowardly Lion’ mill-film klassiku tal1939, ‘The Wizard of Oz’, inbiegħ għal aktar minn $3 miljun fi rkant li sar fi New York. Il-libsa famuża marret għallprezz ta’ $3.07 miljun fid-dar tal-irkanti Bonham’s għal

memorabilja ta’ Hollywood nhar it-Tnejn. Il-kostum ġie awtentikat għal dak li l-attur Bert Lahr libes f’ħafna xeni fil-film. Il-wiċċ hu tixbiha skolpita tal-attur. Ilkostum kien sar mill-pil reali ta’ ljun. Fost oġġetti oħrajn li ġew

irkantati kien hemm pjanu mill-film ‘Casablanca’ li nħadem fl-1942 u li nbiegħ $2.9 miljun. L-istrument inbiegħ flimkien ma’ 30 oġġett ieħor mill-film ambjentat matul itTieni Gwerra Dinjija. Il-pjanista Sam, parti interpretata minn Dooley Wilson,

kien kanta l-kanzunetta ‘As Time Goes By’ fil-film li fih kien ħadmu l-atturi Humphrey Bogart u Ingrid Bergman. Il-pjanu, wieħed minn tnejn użati fil-film, kien ta’ dentist minn Los Angeles, Gary Milan. Il-pjanu kien deher bi prominenza fil-film, rebbieħ tal-

Oscar, li l-maġġoranza tax-xeni tiegħu nħadmu proprju fil-belt Marokkina, Casablanca. F’xena famuża, Bogart uża lpjanu bħala moħba għal dokumenti illegali. Dawn l-istess “dokumenti”, ukoll ġew irkantati u ġabu l-prezz ta’ $100,000.


www.maltarightnow.com

l-erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

17

1

2

1) IL-ĠERMANJA: L-għaddasa Henning May u Alexander Dressel jgħoddsu libsin bħala Santa Klaws u l-Anġlu rispettivament f’Ozeanum in Strasland 2) IL-BELĠJU: Membri Ġermaniżi ta’ Forzi Speċjali tal-Pulizija waqt eżerċizzju simulat kontra t-terroriżmu u kontra attakk bl-użu tal-kimiki f’Ranst. Dan l-eżerċizzju hu organizzat mill-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun ittestjat jekk is-servizzi tas-sigurtà humiex lesti biex jaffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli f’livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew 3) SPANJA: Nies jieħdu sehem fil-Classic Ride Rally f’Valencia. Fir-rally ħadu sehem madwar mitt persuna fuq muturi klassiċi mis-snin 20 sas-snin 70 4) IN-NEPAL: Gwardji tal-unur min-Nepal jistennew lill-President Afgan Ashraf Ghani qabel ma wasal fl-Ajruport ta’ Kathmandu 5) IL-ĠERMANJA: Luise Fischer taħdem fuq l-għaġina għall-iStollen (il-kejk tradizzjonali tal-frott tal-Milied) fil-forn Hinkel, fejn hi qed tagħmel l-apprentistat tagħha fi Dresden (Ritratti: EPA)

3

5

4


www.maltarightnow.com

18

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

MADWARNA

Nail technician Maltija tirbaħ bosta unuri internazzjonali Charles Muscat

Romina Mccairn hi nail technician professjonali Maltija li qed tagħmel unur lil pajjiżna f'kompetizzjonijiet internazzjonali tant li matul l-aħħar erba' snin irnexxielha tirbaħ bosta kompetizzjonijiet. Hi ħadet it-taħriġ tagħha f'diversi pajjiżi u ħadmet ma’ mudelli u kantanti professjonali.

L-aktar unur prestiġjuż L-aktar unur prestiġjuż li rebħet kien f'Novembru ta' din is-sena meta kisbet l-ewwel post fl-MBA International Nail Competition li saret fl-Ungerija. Hi rebħet l-ewwel premju fil-Gold Cup Nail Tip – Media Mixed Box u l-ewwel premju fil-Gold Cup Stiletto Nails. F'din il-kompetizzjoni hi għamlet tpinġijiet fuq ġojjellerija, fuq cover tal-mobile u fuq sett ta' dwiefer stiletto bit-tema tal-fantasija għal kategorija minnhom. Id-dwiefer stiletto jikkonsistu fi dwiefer twal ippuntati li fuqhom isiru arti u skultura. Fil-kategorija l-oħra hi ppreżentat xogħol fuq il-Mixed Media Tip Box. L-ewwel unur tagħha F'Diċembru 2011 Romina Mccairn kisbet l-ewwel post filComopetizione Italiana Unghie li saret f'Ruma. Hi ġiet l-ewwel finNail Art fost 200 kompetitur internazzjonali u anke ngħatat ċertifikat u medalja, u d-dritt li tipparteċipa fin-Nailympics. Hi kienet l-ewwel Maltija li kkompetiet u rebħet kompetizzjoni internazzjonali.

Fetħet in-negozju tagħha Romina Mccairn, li għandha 28 sena, toqgħod l-Imtarfa u għal erba' snin ħadmet bħala nail technician u beauty therapist malkumpanija Body Essentials. F'Ġunju 2009 hi fetħet in-negozju tagħha fil-qasam tas-sbuħija, taddwiefer u l-kura tax-xagħar, Beautilicious School, fil-Mosta. Hi tagħti wkoll korsijiet ta' taħriġ u edukazzjoni f'dan is-settur.

Kwalifiki u taħriġ Bejn l-2008 u l-2011 hi ħadet ittaħriġ tagħha bħala nail technician f'diversi pajjiżi fosthom fil-Belġju fejn kisbet Basic Teaching Diploma, f'Valencia u f'Malta fejn ħadet it-taħriġ minn Antonio Sacripante u kienet beauty consultant fil-programm Stenbaħ fuq ITV fl-2012. Hi kisbet ukoll Diploma in Advanced Teaching u kellha tagħmel xogħol fuq erba' mudelli Belġjani. Romina Mccairn kienet l-unika studenta li rnexxielha tikseb suċċess millgrupp tagħha biex kisbet din iddiploma. Hi kisbet ukoll kwalifiki fil-Fusion Acrylic PhD, Reflections Design PhD, Gellish Hard Gel PhD u Gellish and Gellish Design PhD. Dan il-kors kien meħtieġ biex kisbet il-Master Educator Level mill-organizzazzjoni Nail Harmony. Hi ħadet ukoll taħriġ mill-membru tal-ġurija internazzjonali Max Praga u f'Ġunju li għadda kkwalifikat bħala Mail Master Educator fl-arti u fl-istruttura tad-difrejn millMBA Hungary Nails School.

Romina Mccairn (lemin) rebħet diversi titli internazzjonali fis-sengħa, jew aħjar, l-arti fid-disinn tad-dwiefer

Xogħol ma’ għadd ta’ personalitajiet

Romina Mccairn għamlet xogħol ma’ diversi personalitajiet fosthom mudelli u kantanti. Fost dawn kien hemm il-mudella Victoria Schembri li kienet ħadet sehem f'photoshoot li deher f'I Do Bridal Magazine, kif ukoll malkantanta Nicole Azzopardi li kienet kisbet l-ewwel post flAżerbajġan. Hi ħadet sehem ukoll fil-Malta Fasion Awards u kisbet it-tieni post fin-Nail Art bit-tema Venezjana fejn għamlet maskri tipiċi Venezjani 3D. Bħala parti millFace of Malta Promotional Event hi organizzat stand fejn uriet ixxogħol tagħha fuq żewġ mudelli li kienu mlibbsin b'temi li għażlet hi

stess li kienu Geisha Ġappuniża u Ice Princess. Hi ħadet sehem ukoll fil-Milan Fasion Week u kellha xxorti taħdem ma’ mudelli magħrufa li kienu jirrappreżentaw lil Dsquared2 meta użat il-prodotti Morgan Taylor. Matul din l-esperjenza ltaqgħet mal-kantant, kittieb u attur Kandiż, Michael Buble' u mal-kantanta Taljana, Alessandra Amoroso.

Unuri oħra li rebħet Romina Mccairn rebħet ukoll bosta unuri matul il-karriera tagħha fosthom fin-Nailympics f'Settembru 2012 meta ġiet flewwel post fil-Master Level Soak off, 1st runner up overall Certifiace and Award, fit-tieni post fil-Master Level Nail Art, fit-tieni post fil-Master Level Photo Competition, fit-tielet post filMaster Level Gels u rebħet Team Complete. Is-sena l-oħra ħadet sehem ukoll fil-Catania Fitness

and Fitness Show u kisbet it-tielet post fi Stiletto Nails filwaqt li din is-sena fl-istess show kisbet lewwel premju fil-Gold Cup Mixed Media/Tip Box u t-tieni premju tas-Silver Cup in Stiletto Nails. Hi pparteċipat f'żewġ kategoriji ewlenin li kienu Stiletto u Mixed Media. Il-Media Tip Box tikkonsisti f'għaxar dwiefer imqabblin flimkien li kienu mpinġija u bl-iskultura fihom biex jirrakkontaw storja. Romina Mccairn għażlet li tittratta t-tema tal-abbuż fuq it-tfal biex titqajjem kuxjenza kontra dan l-abbuż. Hi ħadet sehem ukoll fil-Latina Wellness Show fl-Italja u kisbet ittieni post fil-kategorija Mixed Media, u ħadet il-medalja talfidda. Hi kienet avviċinata minn Maesto Marco Bonvicini biex tidħol għal din il-kompetizzjoni partikulari minħabba l-kwalita’ li kienet ippreżentat fil-Mixed Media meta pparteċipat fi Sqallija.


www.maltarightnow.com

19

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

FINANZI

Is-swieq madwar id-dinja jissaħħu Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi tenna l-impenn tiegħu li jżid l-inflazzjoni malajr kemm jista’ jkun

Is-swieq madwar id-dinja u prezzijiet taż-żejt issaħħu megħjuna mit-tama għal tkabbir globali wara li ċ-Ċina implimentat tnaqqis mhux mistenni fir-rati tal-interessi u l-Bank Ċentrali Ewropew wera li se jżid ix-xiri tal-assi biex itejjeb l-ekonomija taz-zona ewro. Matul din il-ġimgħa l-MSCI world equity index li jkejjel landament ta’ ishma minn 45 pajjiż issaħħaħ b’0.76 fil-mija. Stokks fl-Ewropa ssaħħu għall-ogħla livell f’xahrejn hekk kif il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi

tenna l-impenn tiegħu li jżid linflazzjoni malajr kemm jista’ jkun u ċ-Ċina baxxiet ir-rati talinteressi. L-iStandard & Poor’s 500 Index issaħħaħ b’1.2 fil-mija għal 2,063.50 għall-aħħar ħamest ijiem fl-aħjar andament fuq perjodu ta’ ġimgħa dan ixxahar. Id-Dow Jones Industrial Average ssaħħaħ b’1 fil-mija. L-iStoxx Europe 600 Index issaħħaħ bi 2.9 fil-mija hekk kif id-DAX fil-Ġermanja ssaħħaħ b’5.2 fil-mija, l-aktar minn Lulju 2013. L-MSCI Asia Pacific Index tilef 1.3 fil-mija.

Fil-Ġappun it-Topix issaħħaħ fl-aħħar erbat ijiem hekk kif Abe sejjaħ elezzjoni u l-Bank of Japan żamm il-wegħda li jespandi l-bażi monetarja b’pass annwalizzat ta’ 80 triljun yen ($676 biljun). Fl-Istati Uniti dawk li jfasslu l-politika wieżnu l-impenn tagħhom li jżommu r-rati tal-interessi viċin iż-żero għal żmien konsiderevoli skont il-minuti ta’ Ottubru tal-Fed. Iċ-Ċina baxxiet ir-rati talinteressi għall-ewwel darba minn Lulju 2012 hekk kif ilmexxejja qed ifittxu li jappoġġ-

jaw it-tkabbir globali fit-tieni lakbar ekonomija fid-dinja. Ittnaqqis isegwi żieda fil-likwidita’ u tnaqqis immirat lejn ir-riservi meħtieġa. Stokks tal-enerġija u l-materja prima ssaħħu hekk kif iż-żejt għola fil-prezz għall-ewwel darba fi tmien ġimgħat. Metalli li jiġu mill-ħadid kellhom tnaqqis għall-ħames ġimgħa konsekuttiva bil-prezzijiet jinnegozjaw viċin l-aktar livell baxx mill-2009 fuq tħassib li tnaqqis fit-tkabbir fiċ-Ċina se jxekkel lid-domanda hekk kif żieda fil-provvista bil-prezz

baxx wasslet għall-provvista żejda globali. Dan ir-rapport inkiteb minn Valletta Fund Management Limited, kumpanija sussidjarja tal-BOV Group. L-uffiċċji talkumpanija jinsabu f ’TG Complex, Suite 2, Level 3, Brewery Str., l-Imrieħel BKR 3000. Valletta Fund Management Limited hi liċenzjata mill-MFSA. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-VFM permezz tal-email infovfm@bov.com, billi ċċempel Freephone 80072344 jew żur il-websajt www.vfm.com.mt.


www.maltarightnow.com

20

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

FEATURE

F’Malta kull xahar titwieled tarbija bid-Down Syndrome Charles Muscat Minn statistika jirriżulta li bħala medja, f'Malta kull xahar titwieled tarbija li jkollha d-Down Syndrome, li hi l-iktar kawża komuni tad-diżabbiltà intelletwali. Din il-kundizzjoni tiġi kkawżata minn chromosome 21 żejda magħrufa wkoll bħala trisomy 21. Għal xi raġuni mhix magħrufa, it-tarbija jkollha 47 chromosome minflok is-soltu 46. Id-Down Syndrome hi riżultat ta' inċident ġenetiku fil-ħin talkonċepiment jew eżatt wara u mhix kawża ta' xi ħaġa li setgħu għamlu l-ġenituri qabel jew waqt it-tqala. Tissejjaħ Down Syndrome għat-tabib Brittaniku, John Langdon Down li kien lewwel li identifikaha fl-1866. Medja ta’ tarbija bid-Down Syndrome minn kull 660 twelid Id-Down Syndrome tolqot lil nies ta' kull età u razza, irrispettivament mil-livelli ekonomiċi u kulturali, u hi fost l-iktar anomaliji frekwenti fil-chromosomes li jinsabu fil-bniedem. Bejn wieħed u ieħor isseħħ darba f'kull 660 twelid. Malli tarbija titwieled bidDown Syndrome jkollha karatteristiċi fiżiċi partikulari li jikkonfermaw li jkollha d-Down Syndrome meta ssir analiżi tal-chromosomes.

Karatteristiċi komuni Dawk li jkollhom din il-kundizzjoni jkollhom ċerti karatteristiċi komuni, għalkemm kull persuna hi persuna individwali, b'apparenza u personalità unika u possibbilment b'abbiltajiet differenti. Il-karatteristiċi fiżiċi tadDown Syndrome mhumiex indikazzjoni tal-kapaċità intellettwali tat-tarbija. Din il-kundizzjoni hi marbuta ma’ dewmien fliżvilupp fiżiku b'karatteristiċi filforma tal-wiċċ u diżabbiltà intellettwali ħafifa jew moderata. LIQ medju ta' persuna żagħżugħa li jkollha d-Down Syndrome hu ta' 50, jiġifieri daqs il-kapaċità mentali ta' tifel jew tifla ta' tmien snin jew disgħa, għalkemm din tista' tvarja ħafna. Karatteristiċi oħra huma geddum żgħir, għajnejn imġebbdin, nuqqas ta' żvilupp tal-muskoli, imnieħer ċatt u ilsien kbir li joħroġ ’il barra mill-ħalq minħabba li ħafna drabi l-ħalq ikun żgħir. Persuna bidDown Syndrome jkollha wiċċ ċatt u wiesa’, għonq qasir, flessibbiltà eċċessiva, spazju akbar bejn is-saba’ tas-sieq ilkbir u s-saba’ ta' ħdejh u anke swaba’ qosra. Persuna bid-Down

L-edukazzjoni u l-attenzjoni meħtieġa kapaċi jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta' tfal b'din il-kundizzjoni

Syndrome titwal iktar bil-mod u għalhekk ħafna jkollhom statura qasira tant li t-tul medju tal-irġiel hu ta' 154 ċentimetru, jew 5 piedi u pulzier u t-tul medju tan-nisa hu ta' 142 ċentimetru jew 4 piedi u 8 pulzieri. Dawk li għandhom din il-kundizzjoni huma f'riskju akbar ta' obeżità aktar ma jikbru.

Tista’ tkun identifikata waqt it-tqala Id-Down Syndrome tista' tkun identifikata waqt it-tqala permezz ta' screening tal-omm li jkun segwit minn test tad-djanjosi. Tista' tkun identifikata wkoll eżatt wara t-twelid b'osservazzjoni diretta u testijiet ġenetiċi. Sfortunatament, minn meta kien introdott liscreening, ħafna mit-tqaliet li jkollhom djanjosi ta' din il-kundizzjoni jitwaqqfu permezz talabort, l-aktar f'dawk il-pajjiżi fejn l-abort hu legalizzat. Hu rakkomandat li persuna li jkollha dDown Syndrome, matul ħajjitha tkun eżaminata b'mod regolari għal xi problemi ta' saħħa komuni f'min ikollu din il-kundizzjoni fosthom mard tal-qalb, lewkimja, diżordi fit-thyroid u mard mentali. Id-Down Syndrome mhix marda u ma tistax tiġi kkurata Id-Down Syndrome mhix

marda u ma tistax tiġi kkurata. Flimgħoddi dawk li jkollhom idDown Syndrome ma kinux mistennija jimxu ħafna ’l quddiem, imma llum b'għajnuna u stimulazzjoni minn kmieni, iċ-ċansijiet li persuni bid-Down Syndrome jgawdu l-ħajja u jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom, żdiedu ħafna.

Żvilupp aktar bil-mod Persuni b'din il-kundizzjoni jkollhom żvilupp fiżiku aktar bilmod tant li huma jkunu kapaċi jitkaxkru ta' tmien xhur minflok ta' ħames xhur u jitgħallmu jimxu ta' 21 xahar minflok ta' 14-il xahar. Uħud mill-persuni bid-Down Syndrome jitilfu l-kapaċità li jitkellmu wara li jagħlqu t-30 sena. Ħafna jkunu iktar kapaċi jifhmu milli jitkellmu tant li bejn 10 u 45 fil-mija jitkellmu b'mod mgħaġġel u irregolari u jkun diffiċli li wieħed jifhimhom. 30 fil-mija tat-tfal ikollhom mard mentali u bejn ħamsa u għaxra fil-mija jkollhom l-awtiżmu. Nies li jkollhom id-Down Syndrome jesperjenzaw firxa ta' emozzjonijiet u filwaqt li ġeneralment huma ferriħin, jistgħu jiżviluppaw sintomi ta' dipressjoni u ta' ansjetà kmieni fl-adolexxenza. Riskju akbar ta’ diversi kundizzjonijiet Tfal u adulti bid-Down

B’għajnuna u stimulazzjoni minn kmieni, iċ-ċansijiet li persuni bid-Down Syndrome jgawdu l-ħajja u jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom, isiru aktar possibbli

Syndrome huma f'riskju akbar li jiżviluppaw ċerti kundizzjonijiet fosthom attakki ta' epilessija li jseħħu f'bejn ħamsa u għaxra filmija tat-tfal u sa 50 fil-mija fladulti. Madwar 15 fil-mija li jgħixu sa 40 sena jew aktar, jiżviluppaw id-dimensja tat-tip Alzheimer. Bejn 50 u 70 fil-mija ta' dawk li jgħixu sa 60 sena jew aktar, jiżviluppaw id-dimensja. Aktar minn nofs il-persuni li għandhom id-Down Syndrome jkollhom problemi ta' smigħ u ta' vista tant li bejn 38 u 80 fil-mija jkollhom problemi ta' vista u bejn 20 u 50 fil-mija jkollhom nuqqas ta' koordinazzjoni ta' għajnejhom. Madwar 15 fil-mija jkollhom il-katarretti u din il-kundizzjoni tista' tkun mit-twelid filwaqt li lglawkoma hi wkoll komuni. Irrata ta' mard tal-qalb fi trabi bidDown Syndrome hi ta' madwar 40 fil-mija.

Problemi ta’ smigħ Bejn 50 u 90 fil-mija ta' tfal bid-Down Syndrome jkollhom problemi ta' smigħ u dan anke minħabba infezzjonijiet kroniċi fil-widnejn li jseħħu fuq bejn 40 u 60 fil-mija. L-infezzjonijiet filwidnejn sikwit jibdew fl-ewwel snin ta' ħajjithom u ammont eċċessiv ta' xama’ fil-widna jista' wkoll itellef is-smigħ, u dan jista' jkollu effett negattiv.

Il-kanċer fil-persuni bid-Down Syndrome Għalkemm ir-riskju talkanċer hu l-istess, persuni li jkollhom id-Down Syndrome għandhom riskju akbar li jkollhom il-lewkimja jew kanċer testikolari. Il-kanċer fid-demm hu bejn 10 u 15 fil-mija aktar komuni fi tfal bid-Down Syndrome tant li l-lewkimja hi 20 darba iktar komuni f'persuni b'din il-kundizzjoni.


www.maltarightnow.com

21

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

FEATURE

Iċ-ċansijiet li persuni bid-Down Syndrome jgawdu l-ħajja u jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom żdiedu ħafna Chris Burke, artist famuż fis-sensiela televiżiva popolari ‘Life Goes On’. Hu jgħid li wasal fejn wasal bl-appoġġ kbir li ngħata mill-familja

Il-fertilità fil-persuni bid-Down Syndrome Irġiel li għandhom id-Down Syndrome normalment ma jkollhomx tfal filwaqt li n-nisa għandhom rati ta' fertilità aktar baxxi minn dawk in-nisa li m'għandhomx din il-kundizzjoni. Bejn 30 u 50 fil-mija tan-nisa bid-Down Syndrome jista' jkollhom it-tfal imma huma jkollhom ilmenopawsa ta’ età iżgħar. Il-fertilità baxxa fl-irġiel hu maħsub li hi kaġun ta' problemi fl-iżvilupp talisperma u tista' tkun ukoll minħabba li ma jkunux attivi sesswalment. Mis-sena 2006, kienu rappurtati tliet każi ta' rġiel bid-Down Syndrome li kellhom it-tfal u kien hemm 26 każ ta' nisa bid-Down Syndrome li kellhom it-tfal. Mingħajr l-għajnuna tatteknoloġija riproduttiva, madwar nofs it-tfal li jitwieldu minn xi ħadd bid-Down Syndrome, ukoll ikollhom din il-kundizzjoni.

L-edukazzjoni ttejjeb il-kwalità tal-ħajja L-edukazzjoni u l-attenzjoni meħtieġa kapaċi jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta' tfal b'din il-kundizzjoni. Xi tfal li jkollhom id-Down Syndrome jingħataw edukazzjoni inklużiva mainstream ma’ tfal

oħra filwaqt li oħrajn ikollhom bżonn aktar edukazzjoni speċjalizzata. Uħud mill-persuni bid-Down Syndrome jieħdu edukazzjoni postsekondarja u wħud anke jiggradwaw mill-Università. Fl-Istati Uniti tal-Amerika, 20 fil-mija taladulti bid-Down Syndrome jaħdmu u ħafna minnhom jaħdmu f'ambjent ta' xogħol maħsub għalihom. Fil-pajjiżi żviluppati u b'kura adattata, persuni bid-Down Syndrome jgħixu bejn 50 u 60 sena.

Persuni ċelebri bid-Down Syndrome Dawk il-familji li għandhom tfal bid-Down Syndrome jeħtieġu assigurazzjonijiet kontinwi li lisforzi tagħhom biex itejbu l-ħajja ta' wliedhom qatt mhuma għalxejn. Jirriżulta li hemm nisa u rġiel li għandhom id-Down Syndrome minn pajjiżi differenti u li ngħataw attenzjoni mill-ġenituri u mill-komunitajiet tagħhom li kisbu suċċess kbir f'oqsma differenti u saru nies ċelebri. Fost dawn hemm Chris Burke, artist famuż fis-sensiela televiżiva popolari ‘Life Goes On’. Hu jgħid li wasal fejn wasal bl-appoġġ kbir li ngħata mill-familja tiegħu u min-nies kollha f'ħajtu fosthom l-għal-

liema, il-ħbieb u dawk li ħadem magħhom. Peruna oħra bid-Down Syndrome li għamlet suċċess hi Nigel Hunt li hu awtur tal-ktieb ‘The World of Nigel Hunt: The Diary of a Mongoloid Youth’. Sheenagh Hardie twieldet bidDown Syndrome, imma bil-għajnuna tal-ġenituri tagħha, it-tobba, l-għalliema u psikologi hi rnexxielha tlaħħaq ma’ sħabha u rebħet il-Baker of the Year 1982 Gold Medal u l-Kyle Apter Award for Achievement fl-1989. Karen Gaffney, li wkoll kellha d-Down Syndrome, meta kellha 23 sena qasmet il-Kanal Ingliż bħala parti minn tim tar-relay u għalhekk saret l-ewwel persuna b'din ilkundizzjoni li rnexxielha tagħmel dan. Hi kienet tgħallmet tgħum ta’ età żgħira u l-instructor tagħha hu missierha stess. ‘Count Us In: Growing Up with Down Syndrome’ hu ktieb mill-iktar interessanti ppubblikat fl-1994 u li hu miktub minn żewġt iħbieb Amerikani li għandhom id-Down Syndrome. Dawn huma Mitchell Levitz li twieled fl-1971 u Jason Kingslet li twieled fl-1974. Meta twieldu, il-ġenituri tagħhom kienu ngħataw parir mill-obstetricians tagħhom biex ma jistennew xejn minn uliedhom, imma huma

ma ħadux dan il-parir. Il-ġenituri ta' dawn iż-żewġ subien taw iċċans kollu lil uliedhom biex juru sa fejn kienu kapaċi jaslu u għamlu suċċess f'ħajjithom.

L-Assoċjazzjoni Maltija tad-Down Syndrome L-Assoċjazzjoni Maltija tadDown Syndrome toffri diversi servizzi lil ġenituri ta' persuni bid-

Down Syndrome u lil dawk li għandhom din il-kundizzjoni. Fost dawn hemm appoġġ lil ġenituri li titwildilhom tarbija bid-Down Syndrome meta dawn jitolbu lgħajnuna, attivitajiet soċjali kull xahar, taħditiet, pubblikazzjoni kull sena b'aħbarijiet u opinjonijiet, newsletter, klassijiet tal-keep fit, lezzjonijiet tal-arti u crafts, u lezzjonijiet tal-kompjuter.


www.maltarightnow.com

MADWARNA

Delegazzjoni Maltija f’konferenza internazzjonali dwar l-awtiżmu Delegazzjoni millAssoċjazzjoni Maltija talAwtiżmu u mid-Dar talProvidenza kienet fost il-madwar 650 parteċipant minn 57

pajjiż li attendew għad-29 Konferenza Internazzjonali dwar l-Awtiżmu li saret fis-sala l-ġdida tas-Sinodu fil-Belt talVatikan bit-tema ‘Il-Persuna

bl-Awtiżmu. Nibnu t-tama’. Il-Konferenza kienet organizzata mill-Kunsill Pontifiċju għall-Ħaddiema tal-Qasam tasSaħħa u saret bejn l-20 u t-22 ta’ Novembru. Din il-konferenza ntemmet b’laqgħa millisbaħ tal-Papa Franġisku mhux biss mal-parteċipanti kollha imma wkoll ma’ għadd kbir ta’ persuni bil-kundizzjoni talawtiżmu u l-ġenituri tagħhom. Kienet ittra miktuba lill-Papa minn koppja Kanadiża li għandha tifel bl-awtiżmu li ispirat lill-Kunsill Pontifiċju għall-Ħaddiema tal-Qasam tasSaħħa biex din is-sena jiddiskuti l-kundizzjoni tal-awtiżmu, kundizzjoni li l-impatt tagħha qiegħed jinħass dejjem aktar. Il-Kunsill Pontifiċju xtaq li permezz ta’ din il-konferenza jibgħat messaġġ li l-Knisja tixtieq tkun aktar sensittiva u qrib tal-persuni b’din il-kundizzjoni, il-qraba tagħhom, ilkomunità xjentifika internaz-

zjonali, skejjel u assoċjazzjonijiet li jaħdmu fil-qrib ma’ dawn il-persuni. Fid-diskors tiegħu, il-Papa Franġisku saħaq li hemm bżonn li jitkissru l-iżolament u lpreġudizzji dwar il-persuni bilkundizzjoni tal-awtiżmu. Hu rringrazzja mill-qalb lillparteċipanti kollha għax-xhieda qawwija tagħhom ta’ dak li tfisser li tgħix bl-awtiżmu. IlPapa tkellem dwar il-fraġilità tat-tfal u l-familji milquta minn din il-kundizzjoni. Huwa tkellem ukoll favur il-ħolqien ta’ xibka ta’ appoġġ u servizzi li jistgħu jintlaħqu minn kulħadd li għandhom il-għan li jwieġbu għall-bżonnijiet u jkissru l-iżolament ta’ dawn il-persuni u lqraba tagħhom. Dan mhux biss ir-responsabbiltà tal-gvernijiet u istituzzjonijiet iżda wkoll talkomunitajiet Insara, parroċċi u familji. Dan, kompla l-Papa, għandu jgħin ħafna lill-familji biex jirbħu d-diffikultajiet li jesperjenzaw kuljum.

25

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

Il-Papa għalaq id-diskors tiegħu bi kliem ta’ inkoraġġiment għall-akkademiċi u riċerkaturi f’dan il-qasam biex jiskopru terapiji, sapport u għodod biex jgħinu u fuq kollox jipprevjenu kemm jista’ jkun din il-kundizzjoni filwaqt li jiġu mħarsa d-drittijiet inaljenabbli ta’ kull persuna. Numru sabiħ ta’ ġenituri, esperti, xjenzjati u riċerkaturi fuq is-suġġett kienu mistiedna bħala l-kelliema ewlenin ta’ din il-konferenza. L-aktar żewġ kelliema li spikkaw kienu l-koppja Bob u Suzanne Wright li għandhom neputi bl-awtiżmu u li ispirahom biex iwaqqfu lassoċjazzjoni Autism Speaks fl-Amerika. Huma qasmu ma’ dawk kollha preżenti l-istorja tagħhom ta’ suċċess biex jagħtu appoġġ lil tant persuni bl-awtiżmu u lill-qraba tagħhom kif ukoll biex joħolqu aktar għarfien dwar din il-kundizzjoni fiddinja kollha.


www.maltarightnow.com

26

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

KLASSIFIKATI

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Gwardamanġa GARAXX ġdid fiċ-ċentru, li fih jidħlu żewġ karozzi. Prezz €27,000. Ċemplu 99467024. Il-Ħamrun APPARTAMENT l-ewwel sular, għandu bejt għalih. Bla ċens. F’area bla tniġġis fl-arja. Prezz €65,000. Ċemplu 99467024. Il-Ħamrun GARAXX kbir livell mat-triq, 60 pied x 16-il pied x 19-il filata għoli. Bitħa kbira. Bla ċens. Prezz €75,000. Ċemplu 99467024. Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE

arjuż

ħafna

f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. JINĦTIEĠU Pizzaiolo FULL-TIME. Min hu interessat iċempel Ir-Rokna Restaurant fuq 21384060 bejn id-9.30am u l11.30am u bejn il-5.30pm u s7.00pm.


www.maltarightnow.com

27

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Jake Satariano jidher fl-azzjoni fl-Arġentina u fuq il-lemin jidher flimkien maċ-Champion tad-Dinja l-Olandiż Rolaz (xellug)

Jake Satariano fit-62 post fil-Kampjonati tad-Dinja IBBURDJAR

Dan l-aħħar fl-Arġentina saru l-Kampjonati tad-Dinja talklassi Optimist fl-Ibburdjar fejn Malta kienet rappreżentata minn Jake Satariano li ta’ 12-il sena ħalla mpressjoni millaqwa. Satariano mar għal dawn il-

Tiġrijiet fi Fleur de Lys ATLETIKA

Il-Birkirkara St. Joseph Sports Club inkonnessjoni malkumitat amministrattiv ta’ Fleur de Lys se jkun qed jorganizza tiġrija u mixja fi Fleur de Lys nhar is-Sibt 13 ta’ Diċembru li jibdew fit-8.30 a.m. Dawn it-tiġrijiet se jsiru taħt l-awspiċi talAssoċjazzjoni Maltija talAtletika u se jkunu sponsorjati mill-Eurosport. L-avveniment se jkun tiġrijiet ta’ 10 km u 5 km u mixja ta’ 5 km. L-ewwel raġel u mara fit-tlielaq tal-10 u l-5 km se jkunu qed jingħataw €75 voucher mingħand Eurosport waqt li se jkunu qed jingħataw ukoll trofej lill-ewwel tlieta, nisa u rġiel fiż-żewġ distanzi. Se jingħataw ukoll trofew lillewwel atleti, mara u raġel filkategoriji kollha. Atleti li għandhom16-il sena jew aktar jistgħu jieħdu sehem fl-10km u l-5km waqt li lmixja ta’ 5km hi miftuħa għal kulħadd. L-applikazzjonijiet jagħlqu s-Sibt 6 ta’ Diċembru u jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit uffiċjali ta’ Birkirkara St. Joseph SC.

kampjonati bil-mira li jikseb aktar esperjenza u jipprova jikseb l-aħjar riżultat possibli. Minflok kiseb ferm aktar meta kkwalifika għal dik imsejħa lflotta Gold u bħala wieħed milliżgħar kompetituri fil-kategorija kiseb riżultati mill-aktar

promettenti. Fil-fatt Satariano spiċċa fit-62 post overall minn fost 209 parteċipanti. Ir-rebħa marret għand l-Iżvizzeru Rolaz quddiem Tajlandiż u Grieg. Sa minn meta kellu 7 snin Jake kien imħarreġ bl-aħjar

mod possibli minn Jean Paul Fleri Soler fejn kellu bidu millaqwa tant li ta’ 8 snin kien ħa sehem fl-ewwel Euromed regatta li saret f’Malta u mbagħad waslu l-ewwel parteċipazzjonijiet tiegħu barra minn Malta fidDanimarka u fi Sqallija.

Jake jinsab determinat li jirnexxi f’dan l-isport u matul issajf kellu ġimgħat sħaħ ta’ taħriġ intensiv fi Spanja u ħa sehem f’diversi regattas. Sa tmiem is-sena huwa se jkun ukoll impenjat fil-Euromed internazzjonali li se jsir f’Diċembru.


www.maltarightnow.com

28

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

Rebħa tennistika għal Nadur Youngsters GFA CUP KWARTI TAL-FINALI

Nadur Y. ………......……. 6 Sannat L. …………….......0 Nadur Y: M. Grima (C. Muscat), S. Attard, L. Dos Santos, P. Camilleri, J. Vella, J. Buttigieg (C. Azzopardi), M. Stojanovic, C. Hili, C. Debono, C. Antunes (M. Hyzler), J. Grima. Sannat L: A. Brignoli, J. Buttigieg, P. Camilleri, L. Pisani, A. Debono (L. Attard), A. Williams, J. Agius (J. Bonnici (E. Gauci), N. Micallef, M. Muscat, F. De Andrade, E. Nwankwo. Referee: Keith Buhagiar Kif mistenni l-holders Nadur Youngsters kisbu passaġġ faċli għas-semifinali tal-GFA Cup meta eliminaw lit-tim tal-qiegħ talEwwel Diviżjoni, Sannat Lions. Nadur aċċertaw mir-rebħa flewwel taqsima meta daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu ta’ ħamsa. Sannat mill-ewwel urew li se tkun logħba ferm diffiċli għalihom. Nadur ħarġu ferm aggressivi u fid-9 minuta żblukkaw ir-riżultat meta minn pass fil-baxx ta’ Josef Buttigieg, JOSEPH GRIMA xeħet fir-rokna. F’risposta mmedjata talLions żewġ minuti wara xutt ta’ Nicholas Micallef spiċċa mal-lasta biex fit-12-il minuta Nadur irduppjaw minn CHRISTIAN DEBONO. Nadur komplew jassedjaw u fl14-il minuta Claudio Antunes kien sfortunat li laqat sieq il-lasta. Fis16-il minuta wasal gowl ieħor Naduri permezz ta’ JOSEPH VELLA b’xutt minn barra l-kaxxa wara azzjoni personali. Fl-20 minuta wasal ir-raba’ wieħed b’daqqa ta’ ras ta’ CLAUDIO ANTUNES u fit-32 minuta kien CHRISTIAN DEBONO li b’xutt angulat kiseb doppjetta personali. Għat-tieni taqsima l-logħba ma kienx fadlilha storja u Nadur żewġ minuti mit-tmiem issiġillaw irrebħa b’gowl ta’ JOSEPH VELLA li wkoll kiseb doppjetta biex issiġilla dan is-suċċess Naduri. Idawru telfa f’rebħa Oratory Y. ……….....…….2 Kerċem A. ………….....….0 Oratory Y: E. Fenech, F. Cini, J. Chetcuti, J. Attard, K. Borg, K. Farrugia (M. Gauci), J. Tabone (C. Cardona), A. Debrincat (M. Mumford), T. Dos Santos, S. Attard, M. Camilleri. Kerċem A: B. Spiteri, P. Kyumyurdhziev, A.Buttigieg, J. Azzopardi, M. Mifsud, J. Said (O. Spiteri), J. P. Mizzi, K. Mifsud, I. Xuereb (S. Rais), A. Mizzi, A. Ribiero. Referee: Stefan Pace F’logħba oħra bejn żewġ timijiet tal-Ewwel Diviżjoni, doppjetta

tal-protagonista Mark Camilleri fit-tieni taqsima dawret telfa f’rebħa għal Oratory Youths biex issa r-Rabtin jaffrontaw lill-holders Nadur Youngsters fis-semi-finali, ripetizzjoni tal-finali tal-istaġun lieħor. Bidu bilanċjat sakemm Kerċem fetħu l-iskor fit-22 minuta meta minn kross ta’ Andrew Mizzi, ddifensur Keith Borg kien sfortunat meta f’attentat li jikklerja xeħet wara sieħbu Fenech. It-tieni taqsima bdiet bl-insistenza kontinwa tal-Youths li wara seba’ minuti minn kross ta’Andrea Debrincat, daqqa ta’ ras ta’ Mark Camilleri kienet salvata parzjalment minn Spiteri, b’Thiago Dos Santos jerġa’ jdendel għan-nofs fejn MARK CAMILLERI kiseb id-draw mill-viċin. Fit-18-il minuta l-Youths kellhom gowl ta’ Thiago Dos Santos imħassar għal offside. Fis-36 minuta kienu Oratory li kisbu l-gowl tar-rebħa meta f’azzjoni ta’ kontrattakk ta’ Thiago Dos Santos, MARK CAMILLERI b’xutt fil-baxx antiċipa ġewwa l-ħarġa talgowlkiper tal-Ajax. Fil-ftit ħin li kien għad fadal, Kerċem għamlu tentattivi biex jevitaw it-telfa iżda d-difiża Rabtija żammet sod salaħħar il-vantaġġ minimu.

Rebħa drammatika Għajnsielem………....…..2 Għarb R. ………......……..1 Għajnsielem FC: L. Buttigieg, R. Grima, S. Sultana, M. Portelli, K. Hili, J. Attard (A. Attard, D.Hili, L. Buttigieg, C. Tabone, J. Cassar, J. Portelli. Għarb R: D. Spiteri, C. Attard, M. Grech, C. Gafa, R. Vella, N. Borg, C. Attard, J. Portelli, J. Azzopardi, F. Attard (D. Muscat), S. Apap. Referee: Nelson Jose De Vella Seixon Fil-logħba bejn żewġ timijiet tat-Tieni Diviżjoni Għajnsielem b’gowl ħames minuti fuq il-ħin mogħti żejjed kisbu kwalifikazzjoni drammatika biex issa iktar tard f’dan l-istaġun jaffrontaw lil Xewkija Tigers tal-Ewwel Diviżjoni. B’hekk huma l-uniku tim tatTieni Diviżjoni li jinsab mal-aħħar erbgħa. Għajnsielem kienu aħjar fl-ewwel taqsima u ħadu vantaġġ meritat, biex imbagħad għal nofs it-tieni taqsima Għarb wettqu rimonta qawwija fejn kisbu ddraw fid-90 minuta iżda mbagħad reġgħu kienu Għajnsielem li kisbu l-gowl tar-rebħa. Fil-25 minuta Għajnsielem ferm viċin bi frikik ta’ Jason Portelli u daqqa ta’ ras ta’ Matthew Portelli u save brillanti ta’ Spiteri għal

SPORT

Paul Rapa ta’ Xewkija jantiċipa lil Michael Bezzina ta’ Hotspurs

korner sakemm fit-38 minuta Għajnsielem fetħu l-iskor meta Spiteri ma żammx ix-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Matthew Portelli u approfitta CHARLON TABONE li b’xutt mill-viċin xeħet f’lasti vojta. Għajnsielem bdew l-aħjar fittieni taqsima imma fid-90 minuta Għarb ġustament kisbu d-draw meta frikik ta’ Justin Azzopardi spiċċa mal-mimduda u approfitta STEPHEN APAP li xeħet ġewwa mill-viċin. Minuta wara fuq innaħa l-oħra gowl ta’ Charlon Tabone kien imħassar għal fawl fuq il-gowlkiper. Fil-ħames minuta tal-ħin mogħti żejjed Għajnsielem kisbu l-gowl ta’ kwalifikazzjoni meta minn pass ta’ Tabone li kien daħal fil-kaxxa, JASON PORTELLI mill-viċin għeleb lil Spiteri. Rebħa stretta Victoria H. …………...…. 2 Xewkija T. ……...………..3 Victoria H: M. Vella, F. Apap, M. Bamba, J. Pace, M. Buhagiar, J. Bajada, D. Farrugia, N. Vasilic, D. Mercieca (A. Camilleri), M. Bezzina, R. Buttigieg. Xewkija T: A. Parnis, J. Cefai, D. Sakic, P. Buttigieg, K. Mercieca, C. Bugeja, P. Rapa (J. M. Vella), C. Camilleri (G. Hili), C. Farrugia (D. Shields), D. Bogdanovic, J. Camilleri. Referee: Marco Borg F’logħba mill-iktar akkanita u nċerta sal-aħħar, Xewkija Tigers għelbu bi skor strett lil Victoria Hotspurs biex huma wkoll għaddew mal-aħħar erbgħa. Kienet partita tant mistennija fejn bla dubju ssodisfat lill-folla numeruża li ppakkjat il-Kerċem Ajax Stadium. Xewkija kienu iktar

prattiċi fil-logħob tagħhom fejn għarfu jikkontrollaw l-inizjattiva tal-avversarji u mbagħad approfittaw ukoll minn nuqqasijiet difensivi tar-Rabtin. Fl-24 minuta kienu Xewkija li fetħu l-iskor meta minn clearance ħażina tal-gowlkiper Matthew Vella, approfitta CHRIS CAMILLERI li b’lob minn 25 metru bogħod illobbja f’lasti vojta. Erba’ minuti wara minn azzjoni ta’ korner, Christian Bugeja kkonkluda għoli. Fid-29 minuta f’risposta ta’ Hotspurs, Buttigieg għaġġel biex jikkonkludi u finalment ixxuttja ftit barra. Għat-tieni taqsima Hotspurs ħarġu jfittxu d-draw li wasal fit13-il minuta kisbu d-draw meta minn kross ta’ Jonathan Bajada, leks-RODNEY BUTTIGIEG żmarkat fil-kaxxa b’daqqa ta’ ras għeleb lil Adrian Parnis. Iżda Xewkija ma damux ma reġgħu marru minn fuq meta minn kross mil-lemin ta’ John Camilleri, DANIEL BOGDANOVIC xeħet ġewwa fil-baxx wara li kellu daqqa ta’ ras salvata parzjament minn Vella. Fl-20 minuta Hotspurs ipprotestaw għal penalty għal allegat hands ta’ Peter Buttigieg iżda l-logħob tħalla għaddej. Minuta wara kien Parnis li ċaħħad lil Buttigieg milli jerġa’ jikseb id-draw meta dawwarlu għal korner. Fl-24 minuta pero wasal id-draw meta minn daqqa ta’ ras ta’ Buttigieg, NIKOLA VASILIC antiċipa l-ħarġa ta’ Parnis biex xeħet f’lasti vojta. Fit33 minuta Xewkija reġgħu ħadu lvantaġġ meta Kenneth Mercieca ħarab fuq ix-xellug u mill-kross tiegħu Mousa Bamba f’attentat li jikklerja kien sfortunat li xeħet ilballun fix-xibka tiegħu stess għal awto gowl klassiku.

MELITA II DIV

Riżultat ġust

Żebbuġ R. ………...………1 Xagħra Utd. ………...……1

Żebbuġ R: B. Saliba, A. Tramboo, F. Cassar (O. Saliba), M. Formosa, P. Cardona, M. Zerafa, M. Cordina, O. Calleja, G. Portelli (C. Vella), W. Cassar, S. Muscat. Xagħra Utd: D. Galea, E. Galea, J. Scerri (M. Azzopardi), J. Xerri (A. Tabone), J. Buhagiar, A. Bezzina, S. Harland, D. Bartolo, A. Farrugia, V. J. Saliba, L. Attard. Referee: Jules Ngangue Żebbuġ Rovers u Xagħra United ħadu punt kull wieħed f’partita bilanċjata fejn kull tim kien aħjar f’taqsima. Fil-fatt flewwel waħda Xagħra kellhom iktar inizjattiva fejn ikkrejaw iktar mill-avversarji biex meritatament daħlu jistrieħu minn fuq. Iżda wara l-intervall kienu żŻebbuġin li wettqu reazzjoni qawwija fejn ġustament kisbu ddraw. B’dan l-ewwel draw tagħhom, ir-Rovers evitaw li jibqgħu waħedhom fl-aħħar post meta issa laħqu lil Qala Saints. Fis-26 minuta kienu Xagħra li fetħu l-iskor b’daqqa ta’ ras millviċin tal-iżmarkat DANIEL BARTOLO li xeħet ġewwa wara kross ta’ Emanuel Galea. Fit-tieni taqsima Żebbuġ ħarġu jfittxu l-gowl tad-draw li kisbuh fit-12-il minuta b’lob angulat ta’ MANWEL CORDINA. Sattmien iż-żewġ naħat stinkaw biex jiksbu l-gowl tar-rebħa iżda ż-żewġ difiżi żammew sod biex ma reġgħux ġew megħluba.


www.maltarightnow.com

SPORT

Il-Brażil mal-Kolombja u l-Arġentina mal-Urugwaj COPA AMERICA 2015

Il-Brażil se jkun qed jiltaqa’ kontra l-kwarti finalisti tat-Tazza tad-Dinja l-Kolombja fil-Copa America tal-2015 wara li t-tnejn ittellgħu flimkien fil-fażi talgruppi. Iż-żewġ timijiet se jkunu qed jikkompetu fi Grupp C flimkien mal-Peru u l-Veneżwela waqt li l-Arġentina, il-holders lUrugwaj, il-Paragwaj u lĠamajka se jkunu fi Grupp B. Grupp A se jkun jikkonsisti florganizzaturi ċ-Ċile, l-Messiku, l-Ekwador u l-Bolivja. 12-il tim se jkunu qed jikkompetu għat-titlu tal-Amerika t’Isfel bit-turnament jibda f’Santiago lĦamis 11 ta’ Ġunju. Il-Brażil wasal sas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja b’rebħa 2-1 kontra l-Kolombja fis-sajf li għadda. Il-partita tibqa’ magħrufa għall-injury serja li sofra lposter tat-turnament, Neymar, u li permezz tagħha kien tilef issemifinali kontra l-Ġermanja.

Il-Maskot tal-Copa America

L-akkwist ta’ Barcelona Luis Suarez se jkun qed jitlef ilCopa America wara li kien sospiż għal disa’ partiti kompetitivi mal-Urugwaj talli gidem lit-Taljan Giorgio Chiellini waqt it-Tazza tadDinja. Il-grupp tal-finalisti tat-Tazza tad-Dinja, l-Arġentina, se jkun qed jirriproduċu l-finali tal2011 bejn l-Urugwaj u lParagwaj waqt li l-Ġamajka hu

RIO 2016

Preżentati l-maskots tal-Olimpjadi u l-logħob Paralimpiku

Il-maskots għal-logħob Olimpiku u Paralimpiku tal2016 f’Rio fil-Brażil, kienu żvelati u huma inspirati millannimali u l-pjanti fil-Brażil. Il-maskot l-isfar Olimpiku jirrappreżenta l-annimali filBrażil waqt li l-maskot blue paralimpiku hu ‘taħlita ta’ pjanti misjuba fil-foresti talBrażil’. Se ssir votazzjoni biex jingħataw isem li jitħabbru fl14 ta’ Diċembru. L-ismijiet li minnhom iridu jiġu magħżula huma Oba u Eba, Tiba Tuque u Esquindim

29

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

jew Vinicius u Tom. Waqt li ddeskira l-maskot Olimpiku, il-Kumitat Organizzattiv qal li dawn ilmaskots jikkombinaw flimkien “l-aġilità tal-qattus, il-bilanċ tax-xadini u s-sbuħija talgħasafar,” u li jista’ jġebbed saqajh u jdejh kemm irid. Dwar il-maskot Paralimpiku intqal li dan “qed jieħu lenerġija mill-fotosintesi (bħallpjanti) u jista’ jattira lejh kwalunkwe oġġett mir-ras talweraq li għandu,” waqt li fl-istess ħin dejjem qed jikber u jissupera l-ostakli.

wieħed miż-żewġ timijiet mistiedna flimkien mal-Messiku. Wara l-fażi tal-gruppi, lewwel żewġ timijiet minn kull grupp jgħaddu għall-kwarti talfinali flimkien mal-aħjar żewġ timijiet minn tlieta fit-tielet post u imbagħad it-turnament jieħu forma ta’ knock-out salfinal tal-4 ta’ Lulju. Interessanti l-fatt li ċ-Ċile qatt ma rebaħ il-kompetizzjoni u l-Arġentina ilhom ma jirbħu titlu maġġuri sa mill-Copa America tal-1993 waqt li lBrażil iridu jpattu għall-umiljazzjoni fit-Tazza tad-Dinja. Grupp A - Ċile, Messiku, Ekwador, Bolivja Grupp B - Arġentina, Urugwaj, Paragwaj, Ġamajka Grupp C – Brażil, Kolombja, Peru, Veneżwela

BASKETBALL

Vassallo f’impenji fi Franza u l-Belġju

Wara partiti fl-Italja u fit-Turkija aktar kmieni dan ix-xahar, ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball, Bernard Vassallo, se jerġa’ jkun impenjat fl-ambitu Ewropew fil-ġranet li ġejjin wara li rċieva nominazzjonijiet oħra mill-FIBA Europe. Fil-fatt, matul din il-ġimgħa, rreferee lokali Bernard Vassallo se jmur Franza biex nhar l-Erbgħa jikkontrolla l-partita mir-raba’ ġurnata ta’ Grupp B tal-FIBAEurope Euroleague li se tintlagħab filPalais des Sports du Prado bejn iċChampions Franċiżi Bourges u tTorok Agu Spor Kayseri. Wara tliet ġranet ta’ kompetizzjoni, Fenerbahce jinsabu l-ewwel fi Grupp B bi tliet rebħiet waqt li Bourges għandhom żewġ rebħiet. Kayseri kellhom suċċess wieħed li wasal ġimgħa ilu f’darhom kontra l-Ispanjoli ta’ Salamanca.

Bħala uffiċjali għal din il-logħba, Vassallo, li hu r-referee prinċipali, se jkollu miegħu lil Chris Dodds (Skozja) u Aso Jermno (Żvezja). Il-ġimgħa d-dieħla mbagħad Vassallo se jkun impenjat f’żewġ partiti fil-Belġju meta nhar it-Tlieta 2 ta’ Diċembru se jirreffja l-partita minn Grupp G tal-FIBA EuroCup fil-Lotto Arena f’Antwerp bejn listess Antwerp u l-Franċiżi ta’ Nantes. L-għada, l-Erbgħa 3 ta’ Diċembru, Vassallo jerġa’ jkun impenjat fil-Belġju meta f’Waterloo jirreffja l-partita minn Grupp E bejn Castors Braine u lFranċiżi Carolo Basket. Għal dawn iż-żewġ partiti filBelġju, Vassallo se jkun ukoll irreferee prinċipali u miegħu se jkun hemm Gavin Williama (Renju Unit) u Michel Glod (Lussemburgu).


www.maltarightnow.com

30

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

Liverpool u Arsenal jeħtieġu titjib drastiku CHAMPIONS LEAGUE

Il-manager ta’ Liverpool, Brendan Rodgers, qed jinsisti li Liverpool joħorġu aggressivi kontra Ludogorets fil-konfront tal-lejla fiċ-Champions League. Il-logħba hi deċiżiva għall-kwalifikazzjoni minn Grupp B għallavventura tar-Reds fil-kompetizzjoni. Fil-fatt, il-futur ta’ Rodgers innifsu bħala manager ta’ Liverpool jista’ jiddependi minn din il-logħba li hi daqstant ieħor importanti għal Ludogorets, iċChampions tal-Bulgarija, li jeħtieġu rebħa, fl-Istadium Nazzjonali Vasil Levski biex jevitaw l-eliminazzjoni. Liverpool tilfu tliet logħbiet fi Grupp B mindu għelbu lil Ludogorets, 2-1, f’Anfield u jinsabu f’battalja qalila biex jikkwalifikaw minflok l-istess Bulgari u t-tim Żvizzeru ta’ Basle, li l-lejla jilqa’ lil Real Madrid, liders tal-grupp li rebħu l-erba’ konfronti tagħhom s’issa. Intant, kulħadd qed jitkellem dwar il-forma ħażina ta’ Liverpool li jidhru biss dell tattim li, fl-istaġun li għadda, wasal daqstant qrib li jirbaħ il-kampjonat Ingliż. Liverpool, il-Ħadd, tilfu r-raba’ logħba konsekuttiva fil-kompetizzjonijiet kollha, blavversarji, Crystal Palace, idawru telfa f’rebħa konvinċenti, 3-1, f’Selhurst Park. B’din id-disfatta, ir-Reds jins-

abu fit-12 il-pożizzjoni filPremier Ingliż u jafu li rebħa biss, illum, tħallihom jittamaw fi progress fiċ-Champions League, meta l-aħħar konfront fi Grupp B hu proprju ma’ Basel, li jinsabu ttieni, bi tliet punti aktar mit-tim ta’ Rodgers.

Il-klabb Ġermaniż VFB Stuttgart reġa’ ħatar lill-Olandiż Huub Stevens bħala kowċ, sitt xhur biss wara li kien żamm lillistess klabb fil-Bundesliga, bi Stuttgart jagħlqu l-impenji għallistaġun 2013-14 fil-15 il post talogħla diviżjoni. Stevens beda jaħdem mat-tim b’effett immedjat wara r-riżenja, nhar it-Tnejn, ta’ Armin Veh. Dan wara l-aħħar sensiela ta’ riżultati negattivi li ħallew lil Stuttgart fl-aħħar post talBundesliga wara 12-il logħba. Intant, Stevens, li għandu 60 sena u li sa ftit ilu kien involut mal-klabb Grieg ta’ PAOK, ingħata kuntratt sal-aħħar tassena ma’ Stuttgart u qal li qed jilqa’ din l-isfida ‘b’idejh miftuħa’. Stevens għandu esperjenza kbira fil-Bundesliga fejn, fost oħrajn, mexxa klabbs bħal Hamburg, Hertha Berlin, Cologne u Schalke 04. WILSHERE: Arsenal, se

jilagħbu l-konfronti li jmisshom fl-Ewropa u fil-kampjonat mingħajr is-servizzi tal-midfielder, Jack Wilshere, li weġġa’ lgħaksa, kontra Manchester United. Wilshere mhux se jkun fit-tim tal-Gunners illejla kontra Borussia Dortmund, bil-manager, Arsene Wenger, jammetti li lplejer se jitlef ukoll il-logħba ta’ nhar is-Sibt ma’ West Bromwich Albion. L-istampa Ingliża ma teskludix li jista’ jdum barra millogħba għal talanqas xahrejn. CHELTENHAM: Il-klabb ta’ League Two, fl-Ingilterra, keċċa lill-manager, Mark Yates, wara li tilef l-aħħar erba’ logħbiet u meta issa jinsab fit-18-il pożizzjoni f’din id-diviżjoni. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li t-telfa ta’ nhar isSibt, kontra Oxford United, b’kelliema għall-klabb qed jistennew li s-suċċessur ta’ Yates jinħatar proprju għada. Mark Yates hu eks-plejer ta’ Cheltenham u bħala manager kien mexxa lill-klabb għall-play-

Wenger taħt pressjoni Sadanittant, il-manager ta’ Arsenal, Arsene Wenger, ukoll jinsab taħt pressjoni, anki jekk ilGunners, li tilfu ħafna mill-forma li wrew fil-bidu tal-istaġun, jeħtieġu biss punt mill-konfront tal-lejla ma’ Borussia Dortmund fl-Emirates Stadium biex jikkwalifikaw minn Grupp D. Arsenal iddiżappuntaw bissħiħ fl-aħħar logħba tal-grupp meta raw vantaġġ ta’ tliet gowls ma’ Anderlecht jisfuma u bilBelġjani jagħmlu rimonta minn sitwazzjoni kważi impossibbli, bi tliet gowls fl-aħħar nofs siegħa. Il-Gunners, intant, sejrin ħażin fil-kampjonat fejn tilfu laħħar logħbiet ma’ Swansea u Man Utd, waqt li Borussia Dortmund - li, b’sorpriża, jinsabu fis-16 il-post fil-Bundesliga qed jirriservaw l-aħjar logħob għaċ-Champions League u jridu punt biss biex jirbħu l-grupp. Il-logħba fiha element ta’ interess partikolari, peress li l-kowċ ta’ Dortmund, Jurgen Klopp, issemma bħala s-suċċessur

potenzjali ta’ Wenger li kieku lGunners jiddeċiedu li jneħħu lillmanager Franċiż li ilu fit-tmun għal dawn l-aħħar 17-il sena.

Ma jistgħux ifallu Fi Grupp A, xejn m’għadu deċiż, b’Juventus se jagħmlu minn kollox biex jieħdu t-tliet punti importanti mill-konfront mat-tim Żvediż, Malmo, fisSwedbank Stadion. Il-Bianconeri, bħalissa, għaddejjin minn forma kbira fis-Serie A u rebħu l-aħħar erba’ logħbiet konsekuttivi fejn skurjaw 15 ilgowl. Iżda din is-sena reġgħu qed isibuha diffiċli biex jirrepetu l-istess kwalità ta’ logħob fiċChampions League. Juventus jinsabu t-tielet fi Grupp A wara r-rebħa drammatika, 3-2, fuq Olympiacos fl-aħħar ħarġa u laħqu lill-Griegi fuq sitt punti – tlieta anqas mil-liders, Atletico Madrid, li l-lejla jikkwalifikaw mal-aħħar sittax b’rebħa fuq l-istess Olympiacos fil-Vicente Calderon. Intant, Olympiacos jistgħu javanzaw f’każ li jegħlbu lil Atletico fi Spanja u Juventus jispiċċaw fi draw ma’ Malmo. Madankollu, il-midfielder Franċiż ta’ Juventus, Paul Pogba, jemmen li t-tim għandu jrabbi lkuraġġ mill-aħħar wirja ma’ Olympiacos, fejn hu u sħabu wrew grinta rari biex idawru l-

Il-midfielder ta’ Malmo Simon Kroon (xellug) waqt sessjoni ta’ taħriġ fis-swedbank Stadium f’Malmo fejn illum se jilqgħu lil Juventus

iżvantaġġ momentanju. “M’hemmx alternattiva ħlief li nirritornaw mill-Iżvezja bit-tliet punti,” qal Pogba u waqt li jammetti li Juventus ġieli jbatu fiċ-

Champions League, qed jara spirtu kumbattiv fit-tim u determinazzjoni kbira mill-plejers li jilħqu t-tragward li jmiss f’din ilkompetizzjoni.

biltà li jħalli l-klabb biex jippersisti b’karriera ta’ kowċing x’imkien ieħor. Giggs, li għandu 40 sena, u li hu sinonimu marRed Devils, irtira mil-logħob fl-

aħħar tal-istaġun li għadda u anki ħa r-riedni tat-tim għal erba’ logħbiet bħala caretaker-manager wara t-tkeċċija ta’ David Moyes, f’April. Fil-preżent, Giggs hu l-assistent-kowċ talmanager, Louis van Gaal, u waqt li ħafna jaħsbu li l-eksinternazzjonali ta’ Wales għad jista’ jilħaq fit-tmexxija tal-klabb wara Van Gaal, Giggs innifsu mhux jeskludi esperjenza ġdida ta’ kowċing ma’ klabb ieħor. JUANMI: L-attakkant filforma ta’ Malaga, Juanmi, se jkun qed jagħmel perjodu barra wars li kiser driegħu tax-xellug waqt it-taħriġ. Juanmi li skorja tliet gowls fl-aħħar erba’ partiti se jkun operat nhar it-Tnejn. SANDRO: QPR se jkunu mingħajr Sandro sal-bidu tassena l-ġdida wara li sofra injury kontra Newcastle. Il-midfielder kien mibdul mas-siegħa logħob fit-telfa 1-0 f’St. James Parku scans urew li kellu ħsara fil-ligamenti.

Stevens jirritorna jmexxi lil Stuttgart FUTBOL

SPORT

Huub Stevens fir-ritorn ma’ Stuttgart

offs ta’ League Two, fl-istaġuni 2011-12 u 2012-13. GIGGS: L-eks-plejer ta’ Manchester United, Ryan Giggs, qal li jista’ jikkunsidra l-possi-


www.maltarightnow.com

32

L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

IL-PAPA FIL-PARLAMENT EWROPEW. Il-Papa Franġisku lbieraħ indirizza l-Parlament Ewropew fi Strasburgu, f’diskors li fih iffoka fuq temi soċjali u ekonomiċi, imma b’mod partikulari fuq il-problema tal-immigrazzjoni, hekk kif appella għal ħidma biex il-Mediterran ma jsirx ċimiterju. Il-Papa Arġentin appella wkoll biex l-Ewropa toħloq aktar impjiegi u ma tħallix il-burokrazija tal-istituzzjonijiet tagħha xxekkel l-ideali li kienet magħrufa għalihom l-Unjoni Ewropea, għax inkella qed tirriskja li ma tibqax protagonista fid-dinja. Waqt żjara qasira ta’ ftit sigħat f’din il-belt Franċiża, il-Kap tal-Knisja Kattolika indirizza wkoll il-Kunsill tal-Ewropa. Din kienet it-tieni żjara tal-Papa barra mill-Italja, f’pajjiż ieħor Ewropew, minn meta nħatar fit-tmun tal-Knisja, wara li f’Settembru żar l-Albanija. Fl-1988 il-Papa Ġwanni Pawlu II wkoll kien indirizza lill-Ewroparlamentari miġburin fi Strasburgu. Ara l-istorja f’paġna 13. (Ritratt: EPA)

ESKLUSSIVA

Il-Gvern isejjaħ lura Pulizija tal-SMU

Fl-aħħar ġimgħat iddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija dak li fi żmien Gvern Soċjalista tas-snin tmenin kien PC1000 – Mario Farrugia. Farrugia ddaħħal lura fil-Korp minn dan il-Gvern wara li flaħħar xhur beda eżerċizzju biex jiġu re-instated Pulizija li kienu rtiraw bil-25 sena servizz. Issa dan il-Pulizija sab ruħu jerġa’ jilbes l-uniformi “sewda kollha”, din id-darba tal-Iskwadra tarRapid Intervention Unit (RIU). Mario Farrugia kien fl-Ispecial Mobile Unit (SMU) fi żmien lagħar ħruxijiet kontra partitarji Nazzjonalisti. Fil-fatt, uffiċjali irtirati tal-Pulizija qalulna li “dan l-uffiċjal kien wieħed mill-aktar ħorox fl-attitudni tiegħu meta hu kien fl-SMU”. Illum, meta l-Korp tal-Pulizija jinsab f’idejn il-Ministru Manwel Mallia u l-Aġent Kummissarju Ray Zammit, Farrugia reġa’ ddaħħal fil-Korp mal-RIU. Ironikament, kien issa

wkoll li l-uniformi tal-RIU nbidlet biex ġiet kollha sewda, filwaqt li l-iSpecial Assignment Group (SAG) ġie żarmat milleks-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit. L-SAG kien twaqqaf minn Gvern Nazzjonalista fl-1987 biex jieħu post l-SMU, li kellha

tebgħa kbira fuqha wara snin ta’ azzjonijiet xejn feliċi. L-SMU kienet inħolqot milleks-Supretendent tal-Pulizija Charles Cassar wara l-elezzjoni ġenerali tal-1981. Din liskwadra, li għall-bidu kienet tissejjaħ Skwadra Kontra Attakki Terroristiċi, kienet taqa’ taħt ir-

“Dan Pulizija li kien wieħed mill-aktar ħorox man-Nazzjonalisti”

responsabbiltà tal-Ispettur Cassar u direttament taħt ilKummissarju ta’ dak iż-żmien

Stakkament tal-SMU b’uniformi apposta, imżanżna f’dawk iż-żminijiet, u ritratt li juri l-uniformi l-ġdida tal-RIU “sewda kollha”

Lawrence Pullicino. L-SMU ma kienet twieġeb lejn l-ebda uffiċjal ieħor, filwaqt li ħafna uffiċjali għolja tal-Pulizija lanqas kienu jafu min huma lmembri ta’ din l-iskwadra. Kien biss wara l-bidla fil-Gvern li bdew joħorġu ċerti dettalji u ismijiet li sal-1987 kienu miżmumin mistura. L-ewwel darba li l-iskwadra dehret fil-pubbliku kien f’mass meeting Nazzjonalista f’ĦażŻebbuġ.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.