Il-Ħadd 8 ta’ Ġunju 2014
Lesti għal iljieli mqajmin Il-Futbol se jirritorna fl-art spiritwali tiegħu fit-12 ta’ Ġunju. Dan hu rumanz sabiħ bejn il-logħba s-sabiħa u l-Brażil. Tmien snin ilu meta l-Brażil rebaħ id-dritt li jorganizza l-akbar turnament sportiv fid-dinja, kien hemm ċelebrazzjonijiet kbar. Il-Brażil sa fl-aħħar se jkollu ċ-ċans li jpatti għal dik li baqgħet magħrufa bħala ‘Maracanaz’ jew aħjar ‘Id-daqqa tal-Maracana’, tal-logħba li l-Brażil tilef kontra l-Urugwaj f’Rio de Janeiro biex ċeda t-titlu tad-dinja meta l-aħħar li organizza t-turnament fl-1950. Minn dakinhar inbidlu ħafna affarijiet. Il-preparazzjoni kienet imtappna b’dewmien ta’ kostruzzjoni u protesti madwar il-pajjiż. Il-pubbliku qed jitlob servizz pubbliku aħjar u kkritika l-awtoritajiet għall-flus kbar li ntefqu fit-Tazza tad-Dinja, madwar £11.5 biljuni li hu t-tripplu li ntefqu fl-Afrika t’Isfel fl-2010. Madankollu, ladarba r-referee jsaffar l-ewwel tisfira f’Sao Paulo, nemmen li kollox se jitpoġġa temporanjament fil-ġenb u l-futbol jieħu l-palk prinċipali sakemm ikunu magħrufa ċ-Champions tad-Dinja l-ġodda f’Rio de Janeiro fil-Maracana Stadium. It-Tazza tad-Dinja tattira interess mid-dinja kollha, mhux biss dawk li
Kitba: Chris Muscat Disinn: Matthew Calleja Koordinazzjoni: Charles Zammit Moore Ħajr: Dipartiment tar-Reklami Karl Gouder Elton Abela
jħobbu l-futbol imma anke dawk li kull erba’ snin ma jistgħux jagħmlu mod ieħor għajr li jimxu mal-kurrent u xi ftit jew wisq jinħakmu millentużjażmu. Malta m’hix eċċezzjoni. Konxji mill-fatt li t-tim nazzjonali tagħna qatt ma nistgħu narawh fuq dan il-palk, mingħajr ma rridu niddedikaw il-passjoni tagħna lejn tim barrani. U din id-darba r-rivalita` se tkun qawwija ladarba l-Ingilterra u l-Italja, l-aktar żewġ pajjiżi li għandhom partitarji f’Malta, ittellgħu fl-istess Grupp D. Il-partita se tkun l-ewwel waħda tal-grupp is-Sibt sbieħ il-Ħadd għaliex se tibda f’nofsillejl. Imma eluf jinsabu lesti li jibqgħu mqajmin mhux biss għal din il-logħba imma għat-turnament kollu. J’alla jkollna festa ta’ futbol mill-isbaħ li tħallilna togħma tajba ta’ dak li verament hu l-isport tal-logħba tal-futbol u naraw jekk hux se jkollna tim Ewropew rebbieħ għall-ewwel darba fl-Amerika t’Isfel, inkella l-Brażil hux se jagħmlu ‘tagħhom’ din it-tazza. Chris Muscat
Clarissa Ellul Martin Sapiano Claudette Buttigieg Pubblikazzjoni ta’ il-mument Stampat: Print It
Media.Link Communications Tel: 21243641 sales@media.link.com.mt
Imqassam ma’ il-mument tal-Ħadd 8 ta’ Ġunju 2014
Tazza tad-Dinja 2014 :: 3
e u l a V Super r e m Sum
TazzaTad-Dinja 2014 :: 4
Grupp A
Rafael Marquez ‹ Messiku
Ivan Rakitic ‹ Kroazja
Thiago Silva ‹ Brażil
Samuel Eto ‹ Cameroon
TazzaTad-Dinja 2014 :: 4
Tazza tad-Dinja 2014 :: 5
Grupp A ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1992 __________________ Stadium Nazzjonali: Maksimir, Zagreb ________________ It-triq għall-Finali: It-tieni fil-UEFA. Grupp A - 0-0,2-0, (2-0 agg) vs Iceland __________________ Ranking tal-FIFA: 16 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 3 ____________________________ Plejers Importanti: Luka Modric, Mario Mandzukic, Darijo Srna.
Kroazja
Kapaċi joffru sfida lil kull avversarju
Il-pronostiku hu li l-Kroati neqsin minn skwadra qawwija relatata mal-ġenerazzjoni tad-deheb talaħħar tas-snin 90 imma xorta jibqgħu kapaċi joffru sfida lil kull avversarju. Mario Mandzukic ta’ 28 sena għandu medja ta’ aktar minn gowl kull żewġ partiti fl-2013 u għen lil Bayern jirbħu treble stroriku s-sena l-oħra u d-double din is-sena. Dan barra l-erba’ gowls li skorja fil-kwalifikazzjoni għal pajjiżu, anke jekk dan l-aħħar naqas milli jsib ix-xibka aktar spiss. Ironikament, il-karta l-ħamra li dabbar fil-play-off kontra l-Iżlanda se tillimita l-involviment tiegħu. Il-kowċ hu l-eks captain Niko Kovac li ngħata l-kariga f’Ottubru wara r-riżenja ta’ Igor Stimac. Mexxa lit-tim fiż-żewġ legs tal-play-off kontra
l-Iżlanda u din se tkun it-tielet Tazza tad-Dinja għaliha wara li lagħab f’dawk tal-2002 u l-2006. L-aktar riżultat memorabbli għall-Kroazja jibqa’ t-tielet post miksub fid-debutt tagħhom fl-1998 imma mbagħad naqsu milli jgħaddu mill-grupp fl-2002 u l-2006.
‹ Kowċ Niko Kovac
‹ Profil tat-tim _____________ Twaqqaf: 1914 __________________ Stadium Nazzjonali: Maracana, Rio de Janeiro ċ Estadio Nacional, Brasilia ________________ It-triq għall-Finali: Awtomatikament ghax qed jospitaw illoghob __________________ Ranking tal-FIFA: 10 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 19 _________________________________ Rebbieħa: 1958, 1962, 1970, 1994, 2002 ________________________ Plejers Importanti: Neymar, Thiago Silva, Paulinho
Brażil
Tim mimli talent pubbliku ffissat Il-flicks u t-tricks jibqgħu sinonimi imma dan it-tim tal-Brażil hu wkoll wieħed qawwi u organizzat miksi bl-esperjenza tal-kowċ rebbieħ fl-2002, Luiz Felipe Scolari. Jippressa l-fuq fil-ground waqt li l-midfielder Luiz Gustavo jaġixxi bħala t-tielet difensur ċentrali u jippermetti lid-difensuri laterali u plejes bħal David Luiz ikunu avventurużi fl-attakk. Il-Brażil normalment jadotta sistema ta’ 4-2-3-1 u ma jibżax ikun dirett ifittex lill-attakkant Neymar fuq ix-xellug bi blalen fit-tul minn wara. Il-kowċ Luiz Felipe Scolari għandu l-għarfien neċessarju għal turnament bħal dan, il-plejers mimlija talent u tekniċi, il-pubbliku hu ffissat u żgur se jerġa’ jimbotta lit-tim kif għamel fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet matul is-sajf. Ftit huma l-punti debboli imma l-għażliet għal punta
ċentrali huma limitati. L-attakkant normali Fred weġġa’ kmieni dan l-istaġun u Diego Costa għażel li jirrappreżenta lil Spanja. Għalhekk l-eks plejer ta’ Manchester City u Everton, Jo, jista’ jkollu parti. Neymar hu l-plejer importanti. Mimli enerġija li kapaċi jaqbeż plejers b’veloċita` inkredibbli. Hu l-plejer l-aktar kapaċi li jibdel il-logħba għal Scolari. Imbagħad hemm iż-żagħżugħ ta’ 21 sena Bernard, li Scolari kellu ħafna kliem ta’ tifħir għalih.
‹ Kowċ Luiz Felipe Scolari
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 6
Grupp A ‹ Profil tat-tim _____________ Twaqqaf: 1959 __________________ Stadium Nazzjonali: Ahmadou Ahidjo, Yaounde ________________ It-triq ghall-Finali: Rebbieħa tal-CAF it-tieni round Gropp 1 0-0, 4-1 (4-1 agg) vs Tunisia. __________________ Ranking tal-FIFA: 50 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 6 _____________________________ Plejers Importanti: Jean Makcoun Samuel Eto’o, Alexandre Song
Cameroon Mimlijin plejers difensivi u nieqsa mil-kreattivita’ Għaddew ftit tas-snin sa minn meta l-Cameroon ta wirja denja tal-laqam, l-’Iljuni indomabbli’. Naqsu milli jikkwalifikaw fl-aħħar ġewġ finali tatTazza tan-Nazzjonijiet Afrikani minħabba tilwima bejn il-plejers u mal-Federazzjoni tal-pajjiż, li kienet sospiża għal perjodu qasir mill-FIFA f’Lulju tas-sena l-oħra minħabba indħil mill-Gvern. L-iskwadra nazzjonali hi mimlija b’difensuri u midfielders difensivi imma nieqsa mil-kreattivita` tant li Alex Song ta’ Barcelona ngħata rwol insolitu ta’ playmaker. Samuel Eto’o hu l-captain. L-eks attakkant ta’ Chelsea li għandu 33 sena rtira mix-xena internazzjonali għal perjodu qasir f’Settembru wara tilwima mal-kowċ Volker Finke u ma’ sħabu
l-plejers għax sostna li kien hemm komplott kontrih biex ma jqassmulux fil-play-off kontra t-Tuneżija. Issa se jkun qed jilgħab fir-raba’ finali tiegħu wara dawk tal-1998, 2002 u l-2010. Il-Kowċ Ġermaniż Volker Finke ta’ 66 sena ftit hu magħruf u nħatar kowċ f’Mejju tal-2013 bħala s-seba’ kowċ permanenti jew temporanju f’erba’ snin. Mexxa lil Freiburg għal 16-il sena mill-1991 u dan jagħmlu l-aktar manager li dam fil-kariga flistorja tal-futbol Ġermaniż.
‹ Kowċ Volker Finke
‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1927 __________________ Stadium Nazzjonali: Azteca, Mexico City ________________ It-triq ghall-Finali: Rebbieħa tal-CONCACAF It-tielet round Grupp B Ir-raba’ fil-raba round grupp 5-1, 4-2 (9-3agg) vs New Zealand f’Intercontinental play-offs __________________ Ranking tal-FIFA: 21 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 14 ________________________________ Plejers Importanti: Hernandez, Oribe Peralta, Giovani dos Santos
Messiku Il-15-il dehra tal- ‘El Tri’ fil-finali Il-Messiku għamel użu minn 47 plejer u erba’ kowċis f’kampanja mill-aktar imqallba fil-kwalifikazzjoni li ħalliet numru ta’ mistoqsijiet mhux imwieġba. M’hemmx dubju li hemm it-talent fl-iskwadra, imma ċ-Champions Olimpiċi tal-2012 ftit kellhom żmien isibu l-formula rebbieħa. Li wieħed jipprova jsib l-ewwel ħdax tagħhom hu kważi impossibbli imma Oribe Peralta hu l-aqwa skorer fil-kwalifikazzjoni b’10 gowls, inkluż ħamsa fil-play-off kontra New Zealand. L-attakkant ta’ Santos Laguna kien wieħed millplejers overage fl-Olimpjadi tal-2012 u skorja ż-żewġ gowls li bihom il-Messiku għeleb lill-Brażil biex rebaħ id-deheb. Miguel Herrera sar ir-raba’ kowċ f’sitt ġimgħat meta nħatar biex imexxi lill-Messiku
f’Ottubru u jeħu ħsieb il-play-off ma’ New Zaland. Imlaqqam ‘Louse’ hu wkoll il-kowċ ta’ Club America u b’kuraġġ għażel li jsejjaħ biss plejers li jilagħbu fil-Messiku għall-play-off. Din hi l-15-il dehra tagħhom fil-finali, riżultat li aħjar minnu kisbuh biss l-Arġentina, il-Brażil, il-Ġermanja u l-Italja. Kwarti finalisti f’pajjiżhom fl-1970 u fl-1986 kienu eliminati fl-aħħar 16 fl-aħħar ħames turnaments.
‹ Kowċ Miguel Herrera
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 7
Co Mi
Grupp B
Gerard Pique ‹ Spanja Tim Cahill ‹ Awstralja
Alexis Sanchez ‹ Ċili
Robin Van Persie ‹ Olanda
Continental Cars Ltd, Testaferrata Street, Ta’ Xbiex XBX 1407 | Sales: 23476 350 / 360 | Mobile: 9983 8615, 7990 6622 | E-Mail: info@ccl.mizzi.com.mt Mizzi Motors Showroom, Mġarr Road, Ghajnsielem GSM 9016 | Sales: 2155 6942 | Mobile: 9978 2000 | E-Mail: jcassar@mizzimotors.com.mt
Tazza tad-Dinja 2014 :: 9
Grupp B ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1889 __________________ Stadium Nazzjonali: Amsterdam Arena A. ________________ It-triq ghall-Finali: Rebbieħa UEFA Grupp D __________________ Ranking tal-FIFA: 9 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 9 ________________________ Plejers Importanti: Arien Robben, Rafael Van der Vaart, Robin Van Persie
Olanda
Ftit huma l-pajjiżi li kellhom triq aktar faċli
Bħal dejjem bl-Olanda fil-finali ta’ turnament maġġuri, diffiċli tbassar kif se jmorru. Il-finalisti tal2010 ma kienux megħluba fl-2013 u skorjaw gowls għall-gost imma din il-kisba hi anqas impressjonanti meta wieħed iħares min kienu l-avversarji. Ilmistoqsija hi jekk it-Tlieta ta’ quddiem - Arjen Robben, Robin van Persie u Wesley Sneijder humiex fl-aqwa tal-karriera tagħhom jew bdewx in-niżla. Robben ta serje ta’ wirjiet impressjonanti ma’ Bayern Munich fl-aħħar staġuni, imma wieħed ma jridx jinsa lil Robin van Persie, li skorja 11-il gowl f’disa’ partiti ta’ kwalifikazzjoni u qabeż lil Patrick Kluivert bħala l-aqwa skorer fl-istorja tal-Olanda. Il-manager il-ġdid ta’ Manchester United, Louis van Gaal rebaħ il-kampjonat ma’ Ajax,
Barcellona, Bayern Munich u AZ Alkmaar. Maħtur kowċ tal-Olanda fl-2012, għandu jgħinuh lil Danny Blind u Patrick Kluivert, li rebħu ċ-Champions League ma’ Ajax taħt it-tmexxija tiegħu. L-Olanda rebħu 9 mill-10 partiti li lagħbu u skorjaw 34 gowl bid-draw 2-2 kontra l-Estonja jċaħħadhom minn rekord perfett. L-Olandiżi sofrew qsim il-qalb filfinali tat-Tazza tad-Dinja għat-tielet darba fl-2010 meta tilfu kontra Spanja biex żiedu mat-telfiet li ġarrbu fl-1974 u l-1978.
‹ Kowċ Louis Van Gaal
‹ Profil tat-tim _____________ Twaqqaf: 1909 __________________ Stadium Nazzjonali: Estadio Santiago Bernabeu, Madrid ________________ It-triq ghall-Finali: Rebieħa EUFA Grupp 1 __________________ Ranking tal-FIFA: 1 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 13 _________________________________ Rebbieħa: World Cup 2010 ______________________________ Plejers Importanti: Anidres Iniesta, Sergo Ramos, Xavi Hernandez
Spanja Talent ineżawribbli ta’ midfielders Il-logħba ta’ pussess ta’ Spanja flimkien maddeterminazzjoni li jirbħu l-ballun malajr meta ma jkunx tagħhom ilha tgħejja lill-avversarji għal aktar minn seba’ snin. Spanja jilagħbu b’formazzjoni tipika ta’ 4-3-3, bid-difensuri laterali jattakkaw qishom wingers u d-difensuri ċentrali Sergio Ramos u Gerard Pique ħafna drabi jinvolvu ruħhom fil-logħob f’nofs il-gorund avversarju. L-attakkanti għandhom tendenza li jidħlu fil-kaxxa fl-aħħar mument għallelement tas-sorpriża. Spanja jidher li għandhom talent ineżawribbli ta’ midfielders, Xavi, Andres Iniesta, Sergio Busquets, Cesc Fabregas, Xabi Alonso, Juan Mata, David Silva u Santi Cazorla. Pedro li donnu reġa’ sab il-forma, żied dik il-penetrazzjoni żejda u l-gowls.
L-uniċi punti debboli huma li l-gowlkiper u captain Iker Casillas lagħab l-aktar fil-kompetizzjonijiet tattazzi dan l-istaġun waqt li hemm nuqqas ta’ kwalita` għal riservi bħala difensuri ċentrali. Imbagħad hemm il-kwistjoni dwar min se jilgħab bħala attakkant – ħadd mil-kandidati ma bbrilla dan l-istaġun. Erba’ snin ilu rebħu t-titlu għall-ewwel darba u aktar qabel l-aħjar pjazzament tagħhom kien ir-raba’ post fil-Brażil fl-1950.
‹ Kowċ Vicente Del Bosque
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 10
Grupp B ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1961 __________________ Stadium Nazzjonali: Stadium Australia, Sydney ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-AFC, it-tielet round Grupp D, it-tieni fil-AFC, ir-raba’ round Grupp B __________________ Ranking tal-FIFA: 58 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 3 ________________________ Plejers Importanti: Tim Cahill, Brett Holman
‹ Kowċ
Awstralja L-aktar pajjiż b’ranking baxx L-Awstralja hu l-aktar pajjiż b’ranking baxx li kkwalifika għall-finali u l-mira tal-kowċ il-ġdid Ange Postecoglou hi li jtella’ ż-żgħar. Il-predeċesur tiegħu Holger Osieck tkeċċa f’Ottubru wara telfiet konsekuttivi 6-0 kontra l-Brażil u Franza u kien akkużat li kien lejali wisq lejn il-plejers li kienu kibru fl-eta`. Il-plejer tas-sena fl-Awstralja u l-captain il-ġdid Mile Jedinak se jkollu jilgħab rwol ferm importanti bħala protettur tal-midfield jekk l-Awstraljani jridu jaqtgħu l-frott minn din l-edizzjoni. Fl-aqwa tal-karriera tiegħu, il-captain ta’ Crystal Palace jista’ jilgħabb ukoll fid-difiża. Il-kowċ Postecoglou kien qal “meta pajjiżek isejjaħlek, trid twieġeb” wara li ffirma kuntratt
ta’ ħames snin. Bħala plejer, Postecoglou li hu mwieled il-Greċja, lagħab erba’ darbiet għallAwstralja u mexxa lil Brisbane Roar lejn żewġ titli tal-A-League. Għandu reputazzjoni li beda għadd ta’ karrieri ta’ plejers. Dawn huma t-tielet finali għalihom u r-raba’ overall. Taħt Guus Hiddink waslu mal-aħħar 16 fl-2006 imma tilfu fil-ħin barrani kontra l-eventwali Champions l-Italja.
Ange Postecoglou
‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1895 __________________ Stadium Nazzjonali: Estadio Nacional. Santiago ________________ It-triq għall-Finali: It-Tielet fil-CONMEBOL Grupp __________________ Ranking tal-FIFA: 15 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 7 ________________________ Plejers Importanti: Arturo Vidal, Alexis Sanches, Jean Beausejour
Ċile Potenzjal li jaslu mal-aħħar tmienja Il-kowċ il-ġdid Jorge Sampaoli reġa’ ta dehra ġdida lill-futbol Ċilen billi kkombina pressing aggressiv ma’ logħba mexxejja b’ħafna passaġġi. Logħba sabiħa għal min jaraha, diffiċli tilgħab kontriha u b’hekk La Roja għandhom potenzjal li jaslu mal-aħħar tmienja għat-tieni darba biss fl-istorja tagħhom. Dan iżda jekk l-aqwa 11 tagħhom ikunu f’saħħithom. L-attakkant veloċi ta’ Barcelona Alexis Sanchez, skorja 25 gowl mal-klabb u pajjiżu matul l-istaġun u l-midfielder ta’ Juventus Arturo Vidal hu daqtsant ieħor dispensabbli anke jekk fl-aħħar jiem kien operat f’irkopptu. Il-kowċ Sampaoli ħa post Claudio Borghi f’nofs ilkwalifikazzjoni u malajr bidel il-logħba Ċilena.
Iqis lilu nnifsu dixxiplu tal-Arġentin Marcelo Bielsa, li mexxa liċ-Ċile fl-2010 u hu passjonat u enerġetiku fuq il-bank. Aktar kmien fil-karriera kien imwaqqaf milli jara lit-tim tiegħu jilgħab f’diviżjoni iżgħar u għalhekk tela’ fuq siġra fil-viċin minn fejn ta struzzjonijiet lill-plejers. Din hi t-tielet darba li kkwalifikaw fl-aħħar tmien edizzjonijiet, imma kienu waslu mal-aħħar 16 fl-1998 u l-2010 fejn fiddarbtejn tilfu kontra l-Brażil. Waslu sas-semifinali f’pajjiżhom fl-1962.
‹ Kowċ Jorge Sampaoli
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 11
Con Miz
Grupp C Giorgos Karagounis ‹ Greċja
Juan Zuniga ‹ Kolombja
Yaya Toure ‹ Kosta tal-Ivorja
Shinji Kagawa ‹ Ġappun
The new Audi A3 Cabriolet
Continental Cars Ltd, Testaferrata Street, Ta’ Xbiex XBX 1407 | Sales: 23476 350 / 360 | Mobile: 9983 8615, 7990 6622 | E-Mail: info@ccl.mizzi.com.mt Mizzi Motors Showroom, Mġarr Road, Ghajnsielem GSM 9016 | Sales: 2155 6942 | Mobile: 9978 2000 | E-Mail: jcassar@mizzimotors.com.mt
Tazza tad-Dinja 2014 :: 13
Grupp C ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1960 __________________ Stadium Nazzjonali: Felix Houphouet-Bolgny, Abidjan ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa fil-CAF. It-tieni fil-Grupp C 3-1, 1-1, (4-2agg) vs Senegal __________________ Ranking tal-FIFA: 12 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 2 ___________________________________ Plejers Importanti: Salomon Kalou, Yaya Toure, Didier Drogba
Kosta tal-Avorju
Tmiem il-ġenerazzjoni tad-deheb Il-ġenerazzjoni tad-deheb tal-Ivorjani illum għandha lewn aktar griż u dan it-turnament mistenni jkun l-aħħar wieħed fil-karriera internazzjonali ta’ Didier Drogba. L-iskwadra ta’ talent issorprendiet biddiżappunt meta naqset milli tirbaħ almenu darba t-titlu tan-nazzjonijiet tal-Afrika. Is-saħħa ta’ Yaya Toure ta’ Manchester City li skorja erba’ darbiet f’sitt partiti ta’ kwalifikazzjoni hi xi ħaġa li hu biss Salomon Kalou ta’ Lille li għamel aħjar. Yaya Toure u Kalou kienu l-aqwa skorers għall-Ivorjani fil-kwalifiki. Il-ħatra tal-kowċ Sabri Lamouchi f’Mejju tal-2012 kienet waħda ferm kontroversjali. Eks internazzjonali Franċiż li lagħab fil-Euro 1996 ma kellux esperjenza preċedenti fil-kowċing. Neħħa lil Drogba wara Tazza
Afrikana diżappuntanti fl-2013 imma reġa’ sejjaħ lillattakkant veteran f’Awwissu. Flimkien man-Niġerja kienu l-uniċi żewġ timijiet Afrikani mhux megħluba. Fiż-żewġ edizzjonijiet preċedenti ttellgħu fil-’grupp tal-mewt’ u d-darbtejn spiċċaw it-tielet wara l-Arġentina u l-Olanda fl-2006 u wara l-Brażil u l-Portugall fl-2010.
‹ Kowċ Sabri Lamouchi
‹ Profil tat-tim _____________ Twaqqaf: 1921 __________________ Stadium Nazzjonali: International Satdium Yokohama _______________ It-triq għall-Finali: It-tieni fil- AFC, 3 round Grupp C. Rebbieħa tal-AFC raba’ round Grupp B _________________ Ranking tal-FIFA: 47 _______________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 4 ____________________________________ Plejers Importanti: Shinji Kagawa. Keisuke Honda, Eiji Kawashima
Ġappun
Nistennew dak li mhux mistenni Stennew dak mhux mistenni miċ-Champions Asjatiċi teknikament mimlija talent imma suxxettibli fid-difiża. Ikkwalifikaw faċilment imma sfaw eliminati mit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet bi tliet telfiet. Tefliet kontra s-Serbja u l-Belarus wasslu għat-talba tat-tkeċċija tal-kowċ Alberto Zaccheroni. Id-draw f’Novembru fl-Olanda u r-rebħa fil-Belġju fetħu tamiet li l-:appun jistgħu jissorprendu. Keisuke Honda ta’ 27 sena hu l-istilla tal-:appun b’Shinji Kagawa u Shinji Okazaki jimxu fuq il-passi tiegħu. Honda li hu midfielder offensiv u ngħaqad ma’ Milan mingħand CSKA Moscow f’Jannar jekk ikun fil-burdata jista’ jmexxi lil sħabu għal livell ieħor. Alberto Zaccheroni hu s-sitt kowċ barrani talĠappun. It-Taljan inħatar f’Awwissu tal-2010 u l-mira
tiegħu kienet li jressaq il-futbol ġappuniż aktar viċin dak Ewropew biex ikabbar l-edukazzjoni tal-Blue Samurai. Il-Ġappun kien l-ewwel pajjiż li kkwalifika għall-Brażil sa minn Ġunju tal-2013. Kiseb l-aktar punti (17) u skorja l-aktar 16 mill-fażi tal-gruppi talAsja. Iddebuttaw fil-finali fl-1998 u din hi l-ħames finali konsekuttiva tagħhom. Darbtejn waslu mal-aħħar 16, l-ewwel darba f’darhom fl-2002 meta kienu għelbu lit-tim li spiċċa t-tielet, it-Turkija.
‹ Kowċ Alberto Zaccheroni
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 14
Grupp C ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1924 __________________ Stadium Nazzjonali: Estadio Metropolitano Roberto Melendez, Barranquilla ________________ It-triq għall-Finali: It-tieni CONMEBOL Grupp __________________ Ranking tal-FIFA: 4 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 4 _________________________________ Plejers Importanti: Mario Yepes, James Rodrigues, Radamel Falcao
Kolombja Skwadra mimlija b’attakkanti Iż-żewġ plejers ta’ Napoli Juan Zuniga u Pablo Armero li temmew l-istaġun mislufa lil West Ham jipprovdu l-wisa bħala difensuri avventurużi bi Juan Cuadrado ta’ Fiorentina u James Rodriguez ta’ Monaco l-plejers kreattivi. Rodriguez jilgħab malistess klabb tal-attakkant Radamel Falcao u l-ftehim bejniethom hu miċidjali. Din l-iskwadra hi mimlija b’attakkanti ta’ klassi malaqwa klabbs ewropej tant li Jackson Martinez ta’ Porto u Fredy Guarin ta’ Inter jitħabtu biex jilagħbu. Il-kundizzjonijiet fil-Brażil jistgħu anke jkunu adattati għalihom. Lagħbu l-kwalifikazzjoni fis-sħana tremenda tal-Karribew u għażlu li jilagħbuhom kmieni wara nofsinhar bil-għan li l-avversajri jaqtgħu l-avversajri jaqtgħu nifishom.
Jibbażaw wisq fuq Radamel Falcao u n-nuqqas tiegħu ikun daqqa ta’ ħarta għaliex skorja terz millpartiti ta’ kwalifikazzjoni. Is-solitu sieħeb tiegħu flattakk hu Teofilo Gutierrez ta’ River Plate li għandu rekord diskutibbli u għalhekk Jackson Martinez hu l-aħjar alternattiva. Imma hemm dilemma dwar id-difensur ċentrali. Mario Yepes li għandu 38 sena hu nieqes ferm mill-veloċita`, imma madankollu hu l-captain.
‹ Kowċ Jose Pekerman
‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1926 __________________ Stadium Nazzjonali: Olympic Stadium, Athens ________________ It-triq għall-Finali: It-tieni fil-UEFA Grupp G 3-1, 1-1, (4-2agg) vs Romania __________________ Ranking tal-FIFA: 12 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 2 __________________________________ Plejers Importanti: Georgios Samaras, Dimitrius Salpingidis. Georgios Karagounis
Greċja Jieħdu l-massimu minn riżorsi limitati Il-Griegi qalgħu biss erba’ gowls fil-partiti ta’ kwalifikazzjoni, rekord li aħjar minnu hu biss dak ta’ Spanja. Mhumiex l-aktar tim eċċitanti imma żgur jieħdu l-massimu minn riżorsi limitati. Il-bookmakers jikkunsidrawhom bħala l-aktar tim debboli mill-Ewropa fil-Brażil, imma ta’ min ifakkar li ħasdu lir-Russja fil-kwarti tal-finali tal-Euro 2012. L-attakkant Konstantinos Mitroglou kellu t-tieni parti tal-istaġun miżerabbli ma’ Fulham wara wirjiet impressjonanti qabel il-Milied. Injury persisenti fl-irkobba llimitatu għal logħba waħda biss mill-bidu fil-Premier League sa minn meta sieħeb il-Cottagers f’Jannar. Qabel dan kien skorja tliet gowls f’żewġ partiti tal-play-offs kontra r-Rumanija u hat-trick għal Olympiakos kontra Anderlecht biex sar l-ewwel
Grieg li skorja tlieta fiċ-Champions League. Il-kowċ hu l-Portugiż Fernando Santos li ħa r-riedni fl-2010, imma jammetta li r-rabta li hemm mal-kowċ preċedenti Otto Rehhagel, li taħtu l-Greċja rebħet il-Euro 2004, tibqa’ “identita` li diffiċli li tibdel”.
‹ Kowċ Fernando Santos
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 15
Grupp D Mario Balotelli ‹ Italja
Edison Cavani ‹ Uruguay
Michael Bradley ‹ Stati Uniti
Wayne Rooney ‹ Ingilterra
Bryan Ruiz ‹ Costa Rica
Tazza tad-Dinja 2014 :: 17
Grupp D ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1863 __________________ Stadium Nazzjonali: Wembley, London ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieha tal-UEFA Grupp __________________ Ranking tal-FIFA: 13 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali 13 ________________________ Plejers Importanti: Wayne Rooney, Steven Gerrard, Jack Wilshere
Ingilterra
M’għandhomx aspetattivi kbar Għal darba l-Ingilterra waslu sa finali ta’ turnament maġġuri mingħajr wisq aspetattiva. Il-mixja kienet skomda kultant u kultant mingħajr kontroll. Immexxija minn Roy Hodgson, l-ewwel kowċ Ingliż f’16-il sena li se jkollha l-Ingilterra fil-finali hemm pressjoni biex almenu jkomplu bit-tradizzjoni. Darbtejn biss qabel naqsu milli jgħaddu mill-gruppi, fl-1950 u l-1959. Tal-ewwel kienet saret fil-Brażil. Wayne Rooney skorja gowl wieħed biss għallIngilterra f’turnament sa minn meta ddebutta fil-Euro 2004. Din se tkun it-tielet Tazza tad-Dinja għalih u l-plejer innifsu ammetta li l-ewwel tnejn kienu disfatta għalih. Madankollu seba’ gowls f’sitt partiti ta’ kwalifikazzjoni għenuh jersaq aktar qrib Sir Bobby Charlton li għandu r-rekord tal-Ingilterra
ta’ 49. L-Ingliżi se jkollhom bżonn Rooney fl-aqwa forma u Rooney kalm biex jissuperaw il-grupp. Hodgson kien tilef biss waħda mill-ewwel 22 logħba fit-tmexxija qabel it-telfiet kontra ċ-Ċile u l-Ġermanja. Dan hu r-raba’ tim nazzjonali li qed imexxi wara l-Iżvizzera, il-Finlandja u l-Emirati Għarab Magħquda. Din id-darba għażel skwadra b’ħafna plejers żgħażagħ u mimlija enerġija.
‹ Kowċ Roy Hodgson
‹ Profil tat-tim _____________ Twaqqaf: 1896 __________________ Stadium Nazzjonali: Satdio Olimpico, Rome ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-UEFA Grupp B __________________ Ranking tal-FIFA: 7 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 17 _________________________________ Rebbieħa: 1934, 1938, 1982, 2006 ________________________ Plejers Importanti: Andrea Pirlo, Mario Balotelli, Gianluigi Buffon
Italja
Jafu x’qed jistennew u preparati L-Italja kienu qawwija wisq għall-Ingilterra fil-Euro 2012 u eventwalment għelbuhom 4-2 bil-penalties. L-iskwadra hi bażikament ftit jew wisq l-istess ta’ dik ta’ sentejn ilu. It-tim ta’ Prandelli għandu identita` ċara, stil li jiddistingwih u varjeta` fil-logħob tiegħu. L-inklużjoni ta’ attakkanti bħal Ciro Immobile ta’ Torino u Alessio Cerci, kif ukoll Giuseppe Rossi li laħaq irkupra fil-ħin ikomplu jagħtu aktar kulur. Juventus qed jerġgħu jipprovdu s-sinsla tat-tim. Ilgowlkiper Gianluigi Buffon se jkun qed imexxi lit-tim minn wara t-tliet difensuri li jilgħab magħhom malklabb, Giorgio Chiellini, Andreas Barzagli u Leonardo Bonucci. Juventus ukoll jipprovdu lill-Italja bil-moħħ tattim, il-playmaker Andrea Pirlo li wkoll kien
impressjonanti fil-Euro 2012. Prandelli u t-tim tiegħu ħadu ħafna esperjenza minn dak it-turnament u issa l-kowċ jifhem il-valur tar-recovery u għamel minn kollox biex jevita ħafna vvjaġġar għat-tim, ladarba diġa` esperjenza l-kundizzjoni fil-Brażil is-sajf li għadda fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fejn spiċċaw it-tielet meta għelbu lill-Urugwaj bilpenalties. Din id-darba Prandelli ħa miegħu plejers li huma wkoll atleti.
‹ Kowċ Cesare Prandelli
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 18
Grupp D ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1921 __________________ Stadium Nazzjonali: Centenario, Montevideo ________________ It-triq għall-Finali: Il-hamis fil-CONMEBOL grupp 5-0, 0-0, (5-0agg) vs Jordan __________________ Ranking tal-FIFA: 6 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 11 __________________ Rebbieħa: 1930,1950 _________________________ Plejers Importanti: Luis Suarez, Edison Cavani, Diego Godin
‹ Kowċ
Urugwaj L-iskwadra ilha ma tinbidel snin imma kollox possibbli Ftit hemm sigrieti dwar l-Urugwaj. Plejers bħal Edinson Cavani, Alvaro Gonzalez, Diego Forlan u Luis Suarez huma kollha magħrufa mill-Ewropej u barra dan l-iskwadra Urugwajana ilha ma tinbidel snin. Il-kowċ Oscar Tabarez għandu idea ċara ta’ dak li jrid minn dawn il-finali u kemm-il darba tenna li għalkemm mhumiex favorti lesti li jkunu għadma iebsa għal kull avversarju. Dan kollu jindika xi stil se jkun qed jadotta. Biex jiksbu riżultat iridu jaħdmu fil-limitazzjonijiet, iwarrbu kull ħsieb li jkunu superjuri għall-avversarji u minflok jikkonċentraw biex itaffu l-punti debboli. Id-difiża u l-midfielders difensivi ilhom flimkien sa mill-Copa America fl-2007. Hemm ukoll plejers li issa
kibru u li m’għadhomx daqshekk veloċi. Dan ifisser li jistgħu jinqabdu fl-ispazju bħalma, hu d-difensur ta’ West Brom Diego Lugano. Madankollu dan ma japplikax għall-attakk għaliex jekk Diego Forlan kiber, Tabarez għandu l-għażla ta’ Cavani u Suarez li jinsabu fl-aqwa tagħhom. Cavani hu mlaqqam l-attakkant tal-kaxxa u jrid jirtira biex jorbot il-midfield mal-attakk għaliex flaħħar xhur l-Urugwaj kellu tendenza li jżomm wara, bid-difiża viċin il-midfield.
Oscar Washington Tabarez
‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1990 __________________ Stadium Nazzjonali: Estadio Nacional, San Jose ________________ It-triq għall-Finali: It-tieni fil-CONCACAF, it-tielet round Grupp B, It-tieni fil-raba’ round __________________ Ranking tal-FIFA: 31 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali 3 ________________________ Plejers Importanti: Bryan Rutz, Christian Bolanos, Alvairo Saborio
Costa Rica Il-parteċipazzjoni tagħhom hi biss ‘pura vida’ Fil-Costa Rica, xi ħaġa tajba hi riferuta bħala ‘pura vida’, li litteralment tfisser ‘ħajja pura’. Madwar il-widien, vulkani u xtajta ta’ dan il-pajjiż tropikali, wieħed jista’ jisma’ din il-frażi ripetuta kemm il-darba bħal eku. U jekk it-tim nazzjonali magħruf bħala ‘La Sele’, ikun qed jilgħab tajjeb, il-ħajja hija ‘pura vida’. Costa Rica għandhom storja li dejjem kienu l-underdogs, reputazzjoni tajba ħafna għal pajjiż żgħir ta’ ftit aktar minn ħames miljuni. It-Ticos ħadu sehem għall-ewwel darba fil-finali tal-1990 fejn kienu rebħu lill-Iskozja u l-Iżvezja u b’sorpriża għaddew mal-aħħar 16 qabel ġew eliminati miċ-Ċekoslovakkja. Parti kbira mid-destin tat-tim se tiddependi mill-
prestazzjoni ta’ tliet plejers. Il-gowlkiper Keylor Navas, il-midfielder Bryan Ruiz u l-attakkant Joel Campbell. Dan l-istaġun Navas ibbrilla fi Spanja ma’ Levante u ġie klassifikat l-aħjar gowlkiper f’La Liga. Ġarrab biss seba’ gowls fil-kwalifikazzjoni, anqas minn kwalunkwe gowlkiper ieħor. Imqabbel mas-snin preċedenti, Ruiz kien inkonsistenti imma t-talent tiegħu hu indiskutibbli. Joel Campbell ta’ 21 sena li hu plejer veloċi u imprevedibbli ukoll jista’ jħalli impatt fil-Brażil.
‹ Kowċ Jorge Luis Pinto
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 19
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
Tazza tad-Dinja 2014 :: 20
Estadio Amazonia
Arena Pernambuco
Arena Fonte Nova
Manaus
Recife
Salvador
Jesa’: 42,374
Jesa’: 44,248
Jesa’: 48,747
Distanza minn Rio: 2,659 mili
1
Distanza minn Rio: 1,426 mili
2
Distanza minn Rio: 1,008 mili
3
Estados Das Dunas
Estadio Castelao
Arena De Sao Paulo
Natal
Fortaleza
Sao Paulo
Jesa’: 65,807
Jesa’: 64,846
Jesa’: 65,807
Distanza minn Rio: 2,659 mili
4
Distanza minn Rio: 1,617 mili
5
Distanza minn Rio: 269 mili
6
Estadio Mineirao
Estadio Do Maracana
Estadio Da Baixada
Belo Horizonte
Rio De Janeiro
Curitiba
Jesa’: 62,547
Jesa’: 76,804
Jesa’: 41,,456
Distanza minn Rio: 278 mili
7
Distanza minn Rio: xejn
8 Estadio Pantanal
Cuiaba Jesa’: 42,968
Distanza minn Rio: 523 mili
9 Estadio Nacional
Estadio Beira-Rio
Brasilia
Porto Alegre
Jesa’: 68,009
Jesa’: 48,849
Distanza minn Rio: 165 mili
Distanza minn Rio: 724 mili
Distanza minn Rio: 982 mili
10
11
12
Tazza tad-Dinja 2014 :: 21
Grupp E Antonio Valencia ‹ Ekwador
Gokhan Inler ‹ Żvizzera
Wilson Palacios ‹ Honduras
Frank Ribery ‹ Franza
Tazza tad-Dinja 2014 :: 23
Grupp E ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1895 __________________ Stadium Nazzjonali: Stade de Suisse, Bern ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieha tal-UEFA Grupp E __________________ Ranking tal-FIFA: 8 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 9 __________________________________ Plejers Importanti: Tranquillo Barnetta, Xherdan Shaqiri
Żvizzera
Formazzjoni perfetta għall-kontra-attakki
L-Iżvizzera kkalkulaw perfettament meta għandhom jgħollu l-livell biex kienu wieħed mittimijiet seeded għat-Tazza tad-Dinja u t-tim hu bażat fuq difiża soda b’żewġ midfielders ċentrali jipproteġu l-erba’ difensuri. Minkejja dan il-kowċ Ottmar Hitzfeld irrisponda għall-kritika talli adotta tattika difensiva riġida u formazzjoni ta’ 4-4-2, billi ntegra plejers żgħar f’formazzjoni 4-2-3-1 li hi perfetta għal-logħba talkontra-attakk. “Dan hu tim li ma jistaħbix. Lesti nieħdu r-riskji,” qal Ottmar Hitzfeld. Rekord ta’ disa’ partiti bla ma ġarrab gowl fl-aħħar 15-il logħba, inkluż rebħa 1-0 fuq il-Brażil huma prova ċara tas-saħħa fid-difiża.
Barra dan għandhom bosta plejers żgħar ta’ talent li rebħu t-Tazza tad-Dinja U17 fl-2007 u waslu sal-finali tal-Kampjonati Ewropej U21 fl-2011. Madankollu t-tim hu ftit batut fl-attakk hekk kif ma nstabx sostitut denju għal Alexander Frei li rtira u d-difensur Fabian Schars kien l-aqwa skorer bi tliet gowls fil-kwalifikazzjoni. Il-midfielders Granit Xhaka u Xherdan Shaqiri t-tnejn marru fil-Bundesliga fl-2012. L-attakkant ta’ 22 sena Haris Seferovic, skorja l-gowl li tahom ir-rebħa u t-titlu mondjali U17 erba’ snin ilu.
‹ Kowċ Ottmar Hitzfeld
‹ Profil tat-tim _____________ Twaqqaf: 1926 __________________ Stadium Nazzjonali: Estadio Olimpico Atahualpa, Quito ________________ It-triq għall-Finali: Ir-raba, fil-CONMEBOL Grupp __________________ Ranking tal-FIFA: 23 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali 2 ________________________________ Plejers Importanti: Antonio Valancia, Edison Mendez, Felipe Calcedo
Ekwador
Nieqsa minn difensuri ta’ klassi
M’hemmx dubju li l-Ekwador għandhom attakkanti ta’ talent imma hemm nuqqas ta’ difensuri tal-ogħla klassi. Ir-riżultati barra minn Quito - li hi belt li taqta’ nifs l-avversarji - ma jawgurawx tajjeb. F’darhom waqqgħu biss żewġ punti kontra l-Arġentina imma naqsu milli jirbħu logbħa waħda barra minn darhom u ħadu biss tliet punti minn tmien partiti. Il-winger xellugi bażat il-Messiku, Jeferson Montero skorja tliet gowls fil-kwalifikazzjoni u attira nteress minn għadd ta’ klabbs. Il-kowċ hu l-Kolombjan Reinaldo Rueda u lagħab biss fuq livell ta’ dilettanti imma għandu t-talent ta’ kowċ internazzjonali. Bena reputazzjoni mat-tim tal-Youths tal-Kolombja u mat-tim tal-kbar qabel mexxa lil Honduras lejn it-Tazza tad-Dinja tal-2010,
riżultat li għalih ingħata ċittadinanza tal-pajjiż talAmerika Ċentrali. Il-Ministru tal-Isport tal-Ekwador, dan l-aħħar issuġġerixxa unur simili. L-Ekwador kien it-tieni fl-Amerika t’Isfel wara 10 partiti imma mbagħad rebaħ biss waħda mill-aħħar sitt partiti. Importanti iżda kienet dik ir-rebħa li waslet fil-partita qabel l-aħħar kontra l-eqreb rivali Urugwaj u kisbu post awtomatiku fil-Brażil.
‹ Kowċ Reinaldo Rueda
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 24
Grupp E ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1890 (rikonoxuta 1919) __________________ Stadium Nazzjonali: Stade de France, Paris ċSt-Denis ________________ It-triq għall-Finali: It-tieni fil-UEFA Grupp 1 0-2, 3-0 vs Ukrajna __________________ Ranking tal-FIFA: 20 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 13 ______________ Rebbieħa: 1998 ___________________________________ Plejers Importanti: Franck Ribery, Karim Benzema, Hugo Lloris
‹ Kowċ
Franza It-tim ta’ Jekyll u Hyde Fl-aħħar erba’ edizzjonijiet jew naqsu milli jirbħu logħba (2002, 2010) jew waslu sal-finali (1998, 2006). Imma din l-attitudni ta’ Jekyll u Hyde għadha hemm u l-ġurnal L’Equipe staqsa “Dan hu l-agħar tim Franċiż fl-istorja” wara telfa fl-ewwel leg tal-playoff kontra l-Ukrajna. It-titlu tal-istess ġurnal wara rimonta fit-tieni leg kien biss “Rispett.” Paul Pogba ta’ 21 sena stabilixxa bħala wieħed millaqwa midfielders fl-Ewropa sa minn meta ngħaqad ma’ Juventus għaliex għandu kombinazzjoni atletika, teknika u theddida għall-gowl. L-eks kowċ ta’ Monaco, Juventus u Marseille, Didier Deschamps ħa t-tmexxija fl-2012, u dan l-aħħar żied il-kuntratt sal-2016. Sar l-ewwel tim Ewropew li dawwar żvantaġġ ta’ żewġ gowls fil-play-offs meta
għeleb lill-Ukrajna b’rebħa impressjonanti 3-0 anke jekk iggwadanja minn gowl offside ta’ Karim Benzema. Qabel it-tieni leg, 84% tal-Franċiżi kienu pprevedew falliment. Franza marru għall-play-offs wara li spiċċaw tliet punti wara Spanja fil-Grupp. Rebbieħa fl-1998, runners up fl-2006 u semifinalisti fl-1958, 1982 u 1986.
Didier Deschamps
‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1951 __________________ Stadium Nazzjonali: Estadio Olimpico Metropolitano, San Pedro Sula ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-CONCACAF It-tielet round, Grupp Cġ it-tielet fir-raba’ round __________________ Ranking tal-FIFA: 42 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali 2 ________________________________ Plejers Importanti: Maynor Figueroa, Emilio Izaguirre, Jerry Bengtson
Honduras Tkun sorpriża jekk jaqbżu l-grupp Għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom Honduras ikkwalifikaw għal żewġ edizzjonijiet finali konsekuttivi imma tkun sorpriża kbira jekk jevitaw eliminazzjoni wara l-ewwel fażi. L-iskwadra hi nieqsa minn plejers ta’ stoffa u meqjusa outsiders tat-turnament. In-nuqqas ta’ kapaċita` teknika tista’ tkun parzjalment kumpensata mal-familjarita` tal-kundizzjonijiet sħan u umdużi li mistennija jsibu fil-Brażil. Iż-żewġ attakkanti Carlo Costly u Jerry Bengtson skorjaw bejniethom 16-il gowl fil-kwalifikazzjoni imma tal-ewwel hu l-aktar probabbli li jibda jekk Honduras jagħżlu li jibdew b’attakkant wieħed. Il-kowċ Kolombjan Luis Fernando Suarez ħa t-tmexxija fl-2011 u barra li mexxa lit-tim fil-
kwalifikazzjoni, wasslu wkoll sas-semifinali talaħħar żewġ edizzjonijiet tal-Gold Cup u mexxa littim nazzjonali U23 sal-kwarti tal-finali tal-Olimpjadi fl-2012. Il-kowċ ta’ 54 sena għandu esperjenza ta’ finali tat-Tazza tad-Dinja meta għen lill-Ekwador jaslu sal-aħħar 16 fl-2006. Spiċċaw it-tielet fil-partiti ta’ kwalifikazzjoni minkejja li kien biss f’żewġ parti minn 10 li ma qalgħux gowl.
‹ Kowċ Luis Fernando Suarez
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 25
S S
Cont Mizzi
Grupp F Lionel Messi ‹ Arġentina
Edin Dzeko ‹ Bosnia Herzegovina
Javad Nekonam ‹ Iran
John Obi Mikel ‹ Niġerja
SPECIAL OFFERS ON THE NEW SEAT LEON STARTING FROM €16,990*
Continental Cars Ltd, Testaferrata Street, Ta’ Xbiex XBX1407 | Sales: 23476 342 / 350 | Web: www.seat.com.mt | E-Mail: seat@ccl.mizzi.com.mt Mizzi Motors Ltd, Mġarr Road, Ghajnsielem, Gozo GSM9016 | Sales: 2155 6942 | Mobile: 9978 2000 | E-Mail: jcassar@mizzimotors.com.mt
Tazza tad-Dinja 2014 :: 27
Grupp F ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1920 __________________ Stadium Nazzjonali: Azadi Stadium, Tehran ________________ It-triq għall-Finali: 4-0, 1-0 (5-0agg) vs Maldives, Rebbieha tal- AFC. It-tielet round, Grupp E, rebieħa tar-raba, round Grupp A __________________ Ranking tal-FIFA: 33 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali 3 ________________________________ Plejers Importanti: Javad Nekounam, Mohammad Nosrati, All Aarimi
Iran
Dominat minn plejers li jilagħbu f’pajjiżhom
L-Iran għandu tim li hu dominat minn plejers li jilagħbu fil-pajjiż u se jipprova jtejjeb ir-rekord li għandu ta’ rebħa waħda biss f’disa’ partiti fil-fażi finali. Matul l-aħħar fażi ta’ kwalifikazzjoni ġarrab biss żewġ gowls fi tmien partiti imma issa se jkollu avversarji aktar diffiċli. Il-midfielder Javad Nekounam ta’ 33 sena hu l-captain u l-plejer talismatiku imma l-istilla l-ġdida hu Reza Ghoochannejhad l-attakkant imrobbi l-Olanda u mwieled l-Iran li jilgħab ma’ Charlton. Il-plejer ta’ 26 sena ddebutta fix-xena internazzjonali s-sena l-oħra u skorja sitt gowls f’daqstant partiti fl2013. It-tim hu mmexxi mill-eks kowċ ta’ Manchester United Carlos Queiroz wara li tkeċċa minn mat-tim
nazzjonali ta’ pajjiżu fl-2010 u ħa t-tmexxija tal-Iran sena wara. Il-premju tiegħu talli aċċerta post fil-Brażil kienet estensjoni tal-kuntratt sa wara l-finali. L-Iran qatt ma avvanza mill-fażi tal-gruppi fit-tliet edizzjonijiet preċedenti li ħa sehem fihom (1978, 1998, 2006), bl-unika rebħa tasal kontra l-Istati Uniti fl-1998.
‹ Kowċ Carlos Queiroz
‹ Profil tat-tim _____________ Twaqqaf: 1945 __________________ Stadium Nazzjonali: Abuja Stadium, Abuja ________________ It-triq ghall-Finali: Rebbieħa tal-CAF, it-tieni round Grupp, 2 -1, 2-0, (4-1 agg) vs Ethiopia __________________ Ranking tal-FIFA: 37 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 4 ________________________________ Plejers Importanti: Vincent Enyeama, Victor Moses, John Obi Mikel
Niġerja
Għandhom tim aktar żagħżugħ
Wara li naqsu milli jikkwalifikaw għat-Tazza tanNazzjonijiet Afrikani tal-2012, is-Super Eagles għamlu bidla radikali taħt Steven Keshi, li fittex millewwel li jnaqqas il-medja ta’ eta` tal-plejers tiegħu. Il-mod li bih jagħżel il-plejers kultant kontroversjali, ħalla l-frott meta rebħu għall-ewwel darba sa mill1994 it-Tazza Afrikana. Taw wirja diċenti fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet imma jeħtieġ juru titjib biex jaslu sal-fażi tan-knock-out. Victor Moses sar figura integrali fit-tim sa minn meta ddebutta fl-2012. Għamel id-differenza fitTazza tan-Nazzjonijiet Afrikani u n-nuqqas tiegħu inħass ħafna fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet meta kien imweġġa’. Il-kowċ Stephen Keshi mexxa lil Togo lejn l-ewwel finali fit-Tazza tad-Dinja imma
tkeċċa ftit xhur qabel beda t-turnament fl-2006. Erba’ snin qabel l-istess xorti messitu meta kien assistent kowċ tan-Niġerja. L-aħjar rekord tas-Super Eagles kien meta waslu mal-aħħar 16 fl-1994 u l-1998 imma kienu eliminati fl-ewwel ostaklu fiż-żewġ turnaments ta’ wara tal2002 u l-2010.
‹ Kowċ Stephen Keshi
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 28
Grupp F ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1893 __________________ Stadium Nazzjonali: Monumental, Buenos Aires ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-CONMEBOL Grupp __________________ Ranking tal-FIFA: 3 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali 15 ___________________ Rebbieħa: 1978, 1986 _________________________________ Plejers Importanti: Lionel Mesi, Sergio Aguero, Angel Di Maria
‹ Kowċ
Arġentina Żbilanċjati u vulnerabbli fid-difiża L-Arġentina ħafna drabi lagħbu b’formazzjoni ta’ 4-3-3 fil-kwalifiki għalkemm formazzjoni aktar konservattiva ta’ 5-3-2 intużat fil-partiti diffiċli barra minn darhom. Is-sistema tal-ewwel tippermetti lil Lionel Messi jilgħab il-klassiku numru 10 wara ż-żewġ attakkanti Sergio Aguero u Gonzalo Higuain. Imma Angel Di Maria qed jitpoġġa fi rwol bħala parti minn tliet midfielders u din il-formazzjoni ftit toffri protezzjoni difensiva. Los Cuatro Fantasticos – (L-erba’ fantastiċi) ta’ Angel Di Maria, Sergio Aguero, Gonzalo Higuain u Lionel Messi, li prattikament kapaċi jinfdu kull tim fid-dinja. L-Arġentina ħafna drabi lagħbu b’formazzjoni ta’ 4-3-3 fil-kwalifiki għalkemm formazzjoni aktar
konservattiva ta’ 5-3-2 intużat fil-partiti diffiċli barra minn darhom. Is-sistema tal-ewwel tippermetti lil Lionel Messi jilgħab il-klassiku numru 10 wara ż-żewġ attakkanti Sergio Aguero u Gonzalo Higuain. Imma Angel Di Maria qed jitpoġġa fi rwol bħala parti minn tliet midfielders u din il-formazzjoni ftit toffri protezzjoni difensiva.
Alex Sabella
‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1992 __________________ Stadium Nazzjonali: Bilino Polje, Zenica ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-UEFA Grupp G __________________ Ranking tal-FIFA: 19 __________________________________ Plejers Importanti: Asmir Begovic, Edin Dzeko, Vedad Ibisevic
Bosnia-Herzegovina L-uniċi debuttanti kwotati mal-aħħar 16 Il-pajjiż għadu mifni bil-qasma etnika u l-qgħad imma l-kwalifikazzjoni f’dawn il-finali toffri tama. Minkejja li huma l-uniċi debuttanti fil-Brażil, il-Bosnja huma kwotati mill-bookmakers li jaslu mal-aħħar 16 bis-saħħa tal-qawwa li għandhom fl-attakk u l-kapaċita` teknika. Il-formazzjoni tattika tagħhom hi 4-4-2 diamond – li tathom 30 gowl, 18 miż-żewġ attakkanti Edin Dzeko u Vedad Ibisevic. Waqt li l-iskwadra hi mimlija bil-playmakers, hi nieqsa minn plejers li kapaċi jirbħu l-ballun biex jipproteġu d-difiża. Wieħed jistenna li jbiddlu l-formazzjoni kontra l-Arġentina, imma jattakkaw kontra n-Niġerja u l-Iran. Edin Dzeko temm l-istaġun f’forma brillanti maċChampions tal-Premier League Manchester City.
Wieħed mill-aqwa plejers fis-Serie A, Miralem Pjanic ta’ Roma irrifjuta li jilgħab għal Lussemburgu u Franza biex jirrappreżenta l-pajjiż li telaq minnu qabel bdiet il-gwerra. Hu plejer ta’ talent u speċjalista tal-freekicks fejn skorja gowls spettakolari imma bil-veteran Zvjezdan Misimovic favorit li jilgħab in-10, Pjanic irid jiġi minn wara.
‹ Kowċ Safet Susic
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 29
TazzaTad-Dinja 2014 :: 30
Grupp G Cristiano Ronaldo ‹ Portugall
Michael Essien ‹ Ghana
Michael Bradley ‹ Stati Uniti
Manuel Neuer ‹ Ġermanja
Tazza tad-Dinja 2014 :: 31
Grupp G ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1990 __________________ Stadium Nazzjonali: Allianz Arena, MunichċOlympiastadion, Berlin ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-UEFA Grupp C __________________ Ranking tal-FIFA: 2 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali 17 _________________________________ Rebbieħa: 1954, 1974, 1990 ________________________ Plejers Importanti: Mesut Ozil, Philipp Laham, Thomas Muller
Ġermanja Tim tekniku aktar minn qatt qabel Mimlija bi plejers aktar tekniċi milli kellhom timijiet Ġermaniżi tal-passat, il-logħba mexxejja tagħhom 4-2-3-1 hi mmexxija minn Bastian Schweinsteiger u Sami Khedira fil-midfield. Quddiemhom hemm plejers kreattivi bħal Mesut Ozil, li normalment ikollu mal-linji lil Marco Reus u Thomas Muller. Għandhom plejers riserva ta’ livell kważi f’kull pożizzjoni u varjeta` straordinarja ta’ attakkanti minn fejn jagħżlu. Il-Ġermanja tradizzjonalment għandha difiża soda imma dik preżenti dan l-aħħar ixxaqqet u ġarrbet seba’ gowls fil-kwalifikazzjoni kontra l-Iżvezja. Per Mertesacker qed joqrob lejn il-100 logħba
imma mhux veloċi u jista’ jkun vulnerabbli. Miroslav Klose jinsab gowl bogħod mir-rekord ta’ kull żmien ta’ Ronaldo bi 15, u għandu 36 sena. Imma sostitut denju għad irid jinstab. Philip Lahm kien deskritt mill-kowċ ta’ Bayern Munich, Pep Guardiola bħala “l-aktar plejer intelliġenti li qatt kont kowċ tiegħu”. L-aħjar difensur lemini fid-dinja fl-aħħar 10 snin u li kapaċi jilgħab ukoll fil-midfield.
‹ Kowċ Joachim Low
‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1914 __________________ Stadium Nazzjonali: Estadio de Honra, Lisbon ________________ It-triq għall-Finali: It-tieni fil-UEFA Grupp F, 1-0, 3-2 (4-2 agg) vs Sweden __________________ Ranking tal-FIFA: 5 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali 5 ________________________ Plejers Importanti: Cristiano Ronaldo, Pepe,Joao Moutinho
Portugall Fil-Brażil għandhom iħossuhom qishom f’darhom Bi Cristiano Ronaldo fit-tim għandek kollox. Madankllu l-kwalifikazzjoni minn grupp diffiċli se tkun l-ewwel mira tagħhom qabel ma jkunu jistgħu jibdew jaħsbu dwar potenzjalment kwarti tal-finali kontra l-Arġentina, plejers bħal Pepe u Joao Moutinho jagħtuhom sinsla qawwija imma jibqgħu mingħajr, attakkant ta’ klassi li jfisser li r-responsabbilta` tal-gowls se tibqa’ fuq Ronaldo. Imma se jirnexxielu Cristiano Ronaldo jieħu l-forma tiegħu mal-klabb fuq il-palk mondjali? Fil-Brażil għandu jħossuhom qishom qed jilagħbu f’Lisbona għaliex l-appoġġ mill-pubbliku Brażiljan lejhom hu qawwi. Id-dibattiti dwar min hu l-aħjar bejn Ronaldo u Messi għadhom għaddejjin imma fil-Portugall issa qed
jargumentaw dwar min jirbaħ bejn Ronaldo u Eusebio. Il-plejer ta’ Real Madrid kellu forma fqira fl-aħħar edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja imma jekk jilħaq id-disa’ gowls li skorja Eusebio fl-1966, id-dibattiti dwaru u Eusebio jieqfu. Din hi s-sitt finali talPortugall. Spiċċaw it-tielet fid-debutt fl-1966 u kienu wkoll semifinalisti fl-2006. Erba’ snin ilu tilfu kontra l-eventwali Champions Spanja mal-aħħar 16.
‹ Kowċ Paulo Bento
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 32
Grupp G ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1920 __________________ Stadium Nazzjonali: Kumasi Sports Stadium, Ashanti ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-CAF It-tieni Group D, 6-,1-2 (7-3agg) vs Egypt __________________ Ranking tal-FIFA: 24 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali 2 _______________________________ Plejers Importanti: Michqael Essien, Asamoah Gyan, Kevin-Prince Boateng
Ghana
L-aktar tim Afrikan li skorja fil-kwalifikazzjoni Il-Black Stars kienu favoriti li jirrepetu jew anke jtejbu l-mixja tagħhom sal-kwarti tal-finali fl-2010 fil-Brażil. Imma dan kien sakemm ittellgħu l-poloz. Madankollu Ghana xorta huma fiduċjużi u għandhom għalfejn. Fl-attakk almenu għandhom plejers ta’ esperjenza u ta’ talent mondjali. Ir-ritorn ta’ Michael Essien kien kruċjali waqt li ż-żmien li għamel Asamoah Gyan fil-Lvant nofsani, saħħaħlu l-forma tal-gowls. Essien, ‘Il-Bison’, li jgħid li jorqod 12-il siegħa kuljum kien ċertament imqajjem waqt il-play-off kontra l-Eġittu fejn fakkar lil kulħadd kemm hu midfielder effettiv u tattiku. Għandu relazzjoni speċjali malkowċ Portugiż ta’ Chelsea Jose Mourinho, li jgħid li jilgħab kullimkien għajr gowlkiper u attakkant.
Il-kowċ ta’ Ghana hu l-eks captain James Kwesi Appiah li għamel erba’ snin assistent mat-tim nazzjonali qabel ġie promoss. Il-laqam li tawh il-plejers hu l-’qattiel sieket’ għaliex ma tantx iħobb jitkellem imma ma jibżax jieħu passi kontra ismijiet kbar li għandu fid-dressing room jekk jaqbżu l-linja. Hu l-ewwel kowċ minn Ghana li se jmexxi lil pajjiżu fit-Tazza tad-Dinja.
‹ Kowċ Akwasi Applah
‹ Profil tat-tim _____________ Twaqqaf: 1885 __________________ Stadium Nazzjonali: RFK Memorial, Washington DC ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-CONCACAF It-tielet round Grupp Aġ Rebbieħa ir-raba’ round __________________ Ranking tal-FIFA: 14 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali 9 ___________________________________ Plejers Importanti: Tim Howard, Landon Donovan, Clint Dempsey
Stati Uniti
Il-minimu hu li jaslu sal-kwarti tal-finali
Il-kowċ Jurgen Klinsmann qal li l-minimu hu li jaslu sal-kwarti tal-finali u r-riżultati miksuba s-sena l-oħra jindikaw li dan hu possibli. It-tħassib hu fid-difiża fejn hemm nuqqas ta’ kontinwita` tant li kienu utilizzati 37 plejer filkwalfikazzjoni. Bi tmien gowls fil-kwalifikazzjoni u 36 f’103 partiti, il-captain Clint Dempsey se jkompli jipprovdi fiduċja fl-attakk kif wera ma’ Fulham u Tottenham u mbagħad hemm Jozy Altidore, li bbrilla fil-kwalifiki imma kellu staġun mal-klabb diżappuntanti. Barra dan hemm il-kwistjoni ta’ Landon Donovan li ħallieh barra mill-iskwadra. Sa minn meta ħa t-tmexxija tal-Istati Uniti l-eks internazzjonali Ġermaniż Jurgen Klinsmann mexxa
lill-Amerikani lejn serje ta’ riżultati interessanti. Fosthom l-ewwel rebħa għand l-Italja u filMessiku, rebħa fid-debutt kontra l-Ġamajka fil-kwalifikazzjoni u rebħa fuq pajjiżu stess, il-Ġermanja. Dan flimkein ma’ 12-il rebħa konsekuttiva fl-2013 wasslu biex il-kuntratt tiegħu ġie mġedded sal-2018. Din se tkun l-10 finali tagħhom u s-seba’ waħda konsekuttiva.
‹ Kowċ Jurgen Klinsmann
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 33
Con Mi
Grupp H Madjid Bougherra ‹ Alġerija
Alexander Kokorin ‹ Russja Marouane Fellaini ‹ Belgju
Son Heung-min ‹ Korea t’Isfel
The Polo Comfort Plus+ Same Price Better Value! For just €15,490
The MOVE up!
The surprisingly spacious up! For just €10,490
VW - Malta Continental Cars Ltd, Princess Margaret Street, Msida, MSD1330 | Sales: 23476 315/6/7 | Mobile: 9943 3330 | E-Mail: vw@ccl.mizzi.com.mt Mizzi Motors Showroom, Mġarr Road, Ghajnsielem, GSM9016 | Sales: 2155 6942 | Mobile: 9978 2000 | E-Mail: jcassar@mizzimotors.com.mt
Tazza tad-Dinja 2014 :: 35
Grupp H ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1895 __________________ Stadium Nazzjonali: Roi Baudouin, (Heysel) Brussels ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-UEFA Grupp A __________________ Ranking tal-FIFA: 11 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 11 _____________________________________ Plejers Importanti: Vincent Kompany Eden Hazard, Romelu Lukaku
Belġju
Abbundanza ta’ plejers offensivi Il-Belġju ta serje ta’ wrijiet impressjonanti filkwalifikazzjoni u b’difiża dixxiplinata hu preparat li jkun paċenzjuż u jistenna l-mument tiegħu. Marouane Fellaini ta’ Man Utd u Vincent Kompany ta’ Man City huma 12 mill-plejers Belġjani li jilagħbu fil-Premier League. Fil-formazzjoni tipika ta’ 4-2-3-1 jispikka l-aktar il-bdil spiss tal-midfielders offensivi u s-saħħa tagħhom hi waħda fiżika. Barra dan għandhom abbundanza ta’ plejers offensivi u fl-istess ħin spirtu ta’ tim maħdum tajjeb mill-kowċ Marc Wilmots li dan l-aħħar ilmenta li plejers bħal Thomas Vermaelen, Kevin De Bruyne, Nacer Chadli u Marouane Fellaini ma kienux regolari mal-klabbs. Vincent Kompany fid-difiża ċentrali
hu plejer ieħor ferm importanti li n-nuqqas tiegħu jinħass ħafna. Il-Belġju għandu wkoll lill-plejer ta’ 23 sena Eden Hazard, ta’ Chelsea li bbrilla taħt Wilmots, playmaker li kapaċi jibdel il-pass għall-Belġjani. L-aħjar rekord tagħhom fil-finali kien meta waslu sal-fażi tan-knock-out ħames darbiet u temmew irraba’ fl-1986. Ikkwalifikaw sitt darbiet konsekuttivi għall-finali bejn l-1982 u l-2002.
‹ Kowċ Jurgen Marc Wilmots
‹ Profil tat-tim _____________ Twaqqaf: 1962 __________________ Stadium Nazzjonali: Mustapha Tchaker, Blida ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-CAF It-tieni round Grupp H, 2-3,1-0 (3-3agg) vs Burkina Fasco __________________ Ranking tal-FIFA: 26 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 3 _________________________________ Rebbieħa: 1958, 1962, 1970, 1994, 2002 _________________________________ Plejers Importanti: Madjid Bougherra, Islam Slimani, Saphir Taider
Alġerija
L-uniku pajjiż Għarbi preżenti fil-Brażil Li wieħed jeskludi l-Alġerija jkun żball. Il-’volpi taddeżert’ kif inhuma magħrufa, issa huma msaħħa b’kampjonat professjonali, livell aħjar ta’ grassroots u influss ta’ plejers minn ġenituri jew antenati Alġerini. Zinedine Zidane, Karim Benzema u Samir Nasri kollha għaddew mix-xibka Alġerina. Il-ħodor se jittamaw li sa fl-aħħar għalqu dik it-toqba li minnha kienu qed jitilqulhom il-plejers lejn Franza u b’hekk qed itejbu l-iskwadra tagħhom. L-istilel tal-finali tas-snin li għaddew bħal Diego Maradona u Rivaldo, kif ukoll Javier Zanetti, ilhom żmien ifaħħru l-iskwadra preżenti tal-Alġerija, l-uniku pajjiż Għarbi preżenti fil-Brażil. Maradona ppreveda li l-Alġerija se jissorprendu waqt li Rivaldo
qal li l-possibilitajiet li jaslu sat-tieni rond huma abbundanti. Il-midfielder offensiv ta’ 24 sena mwieled fi Franza, Sofiane Feghouli, hu plejer li Arsene Wenger iddeskrivieh bħala ‘eċċezzjonali u fiżikament qisu annimal’ u dan jista’ jibbrilla filBrażil. Il-kowċ hu l-Bosnjak Vahid Halilhodzic, ta’ 61 sena li ħa t-tmexxija f’Lulju tal-2011. Kowċ ta’ dixxiplina li warrab diversi plejers stabbiliti.
‹ Kowċ Vahid Halilhodzic
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 36
Grupp H ‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1912 (Russja) 1946 (Soviet Union) 1991 (Russja) __________________ Stadium Nazzjonali: Luzhniki, Moscow ________________ It-triq għall-Finali: Rebbieħa tal-UEFA Grupp F __________________ Ranking tal-FIFA: 22 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 9 _________________________________ Rebbieħa: 1958, 1962, 1970, 1994, 2002 ____________________________________ Plejers Importanti: Igor Akinfeyev, Sergey Ignashevich, Alexander Kerzhakov
Russja Skwadra bażata fuq żewġ klabbs Fabio Capello u r-Russja jaħdmu għas-saħħa ta’ xulxin. Minn dawk li jistgħu jkunu fl-ewwel skwadra fil-finali, 9 għandhom 40 preżenza jew aktar. Id-difiża hi ffurmata l-aktar minn plejers ta’ CSKA Moscow, waqt li r-rivali Zenit St Petersburg jipprovdu l-kumplament tas-sinsla. Għall-parti kbira tal-partiti Capello sejjaħ biss plejers li jilagħbu fir-Russja biex ikun jaf aktar l-iskwadra u s-saħħa tagħhom. Il-midfield hu importanti ħafna għalihom u jilgħab logħba veloċi u ta’ pressing. Madankollu l-punt debboli jista’ jkun meta minflok ikunu huma li jsofru din it-tip ta’ logħba. Il-gowlkiper Igor Akinfeev dan l-aħħar waqqaf rekord tat-tim nazzjonali meta għamel
12-il rekord tat-tim nazzjonali meta għamel 12-il siegħa mingħajr ma ġarrab gowl. Imma l-karriera tiegħu kienet ukoll milquta minn żewġ injuries serji ma’ CSKA Moscow. Capello se jkun qed jiltaqa’ kontra l-Alġerija għattieni edizzjoni konsekuttiva wara li fl-2010 mexxa lill-Ingilterra fi draw ta’ xejn b’xejn. Capello wiret tim li kien għadu kif ġie eliminat mill-Euro 2012. Mill-ewwel daħħal mentalita` differenti u neħħa lil Andrey Arshavin li kien wasal lejn tmiem il-karriera.
‹ Kowċ Fabio Capello
‹ Profil tat-tim
_____________ Twaqqaf: 1926 __________________ Stadium Nazzjonali: Seoul World Cup Stadium ________________ It-triq għall-Finali: It-tieni fil-AFC: Ir-raba’ round Grupp A __________________ Ranking tal-FIFA: 54 ________________________ Parteċipazzjoni fil-Finali: 8 ____________________________ Plejers Importanti: Lee Jung-Soo Lee Chung-Yong, Park Chu-Young
Korea t’Isfel
Sfidanti denji li javanzaw Meta l-Korea t’Isfel u l-:appun ingħataw id-dritt jorganizzaw it-Tazza tad-Dinja tal-2002 kien bil-mira li jifirxu l-futbol fil-pajjiż. Li jipprovdu kowċing aħjar, faċilitajiet u infrastruttura mhux biss għaż-żewġ pajjiżi imma għall-futbol Ażjatiku kollu. Il-Korea t’Isfel żgur li laqgħu bil-ferħa r-rigal li tathom il-FIFA. Il-kowċ tagħhom Hong Myung-bo kien parti mit-tim ta’ Guus Hiddink li temm ir-raba’ fit-turnament. Wara ġew żewġ kowċis oħra Olandiżi waqt li diversi plejers Koreani spiċċaw jilagħbu flEwropa. Dawk li darba kienu meqjusa bħala plejers ‘tasswat’, it-Taeguk Warriors din id-darba huma sfidanti denji li javanzaw. Din hi t-tmien finali konsekuttiva u għaddew mill-fażi tal-gruppi fi tnejn mill-aħħar
tliet edizzjonijiet. Il-playmaker Son Heung-min ngħaqad ma’ Bayer Leverkusen mingħand Hamburg. Il-kowċ Hong Myung-bo hu eroj u captain tat-tim tal2002 li spiċċa r-raba’. Mexxa lill-Korea t’Isfel lejn midalja tal-bronż fl-Olimpjadi ta’ Londra u kien għażla awtomatika li jmexxi lit-tim ta’ pajjiżu.
‹ Kowċ Hong Myung- Bo
GALLERiASTORE
CiTYSTORE
SOUTHSTORE
RUNWAYSTORE
FGURA
IKLIN
ZEJTUN Tal-Barrani
VALLETTA LUQA
NORTHSTORE MELLIEHA
PROMENADESTORE
GOZOSTORE GOZO
BUGIBBA
OPEN All DAY
Tazza tad-Dinja 2014 :: 37
L-ISTORJA TAT-TAZZA TAD-DINJA 1930
1934 Urugwaj 4-2 Arġentina
1950
1938 Italja 2-1 Ċekoslovakkja
1954 Urugwaj 2-1 Brażil
1962
1958 Ġermanja 3-2 Ungerija
1966 Brażil 3-1 Ċekoslovakkja
1974
Ingilterra 4-2 Ġermanja
Ġermanja 2-1 Olanda
Arġentina 3-1 Olanda
Arġentina 3-2 Ġermanja
Italja 3-1 Ġermanja 1994
Ġermanja 1-0 Arġentina 2002
Franza 3-0 Brażil
Brażil 4-1 Italja 1982
1990
1998
Brażil 5-2 Żvizzera 1970
1978
1986
Italja 4-2 Ungarija
Brażil 3-2 Italja (Penalties) 2006
Ġermanja 0-2 Brażil
Italja 5-3 Franza (Penalties) 2010 Olanda 0-1 Spanja
Tazza tad-Dinja 2014 :: 38
GRAB
GAMEDAY GREATNESS