L-iSports June13 - Issue 60

Page 1

Gunju 2013 No.60


Wasalna fi tmiem ta’ staġun ieħor li bħalma jiġri dejjem tibqa’ mistagħġeb kemm għadda malajr. Filli nkunu qed nippreparaw biex nibdew staġun ġdid, filli nsibu rwieħna qed insellmu lill-plejers u l-istaff tekniku, u nawgurawlhom vaganza tajba qabel nerġgħu nibdew mill-ġdid naħsbu għal staġun ieħor. Analiżi żgħira ta’ kif żvolġa l-istaġun: wara li bdejna fuq nota pożittiva, kellna xi riżultati mħallta fosthom tnejn diżastrużi, biex wara komplejna l-ewwel rawnd billi ġbarna punti importanti li tellgħuna f’nofs il-klassifika u b’ċans sabiħ li nistgħu niċċalinġjaw, billi dan l-istaġun kellhom jiġu promossi erba’ timjiet. Imma dan iċ-ċans ma wasal qatt, għax spiċċajna l-ewwel rawnd b’telfa kontra l-aħħar tim. Fit-tieni rawnd konna inkonsistenti u spiċċajna l-istaġun b’ħames telfiet infila biex ksibna d-disa’ post filklassifika ta’ 14-il tim. Xorta waħda naħseb li kien hemm sforz ġenwin minn kulhadd. Kienu introdotti għadd ta’ plejers żgħażagħ bħal Chris Tonna, Jack Vella, Keane Cutajar, Isaac Fenech, Jamie Attard u Christian Borg. Dawn, flimkien ma’ oħrajn li semmejt fl-aħħar ħarġa ta’ din in-newsletter, ġabu t-total ta’ plejers li ntużaw dan l-istaġun għal wieħed rekord. Nieħu l-opportunità biex f’isem il-Kumitat nirringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti flamministrazzjoni tat-tim, u lill-plejers kollha, kemm tal-kbar kif ukoll tal-Youths. Issa l-mument opportun li nkomplu nibnu fuq dak li bdejna billi nibdew naħsbu minn issa għal staġun ġdid. Naħsbu ħalli jkollna organizazzjoni tajba, billi nsibu nies ġodda li jafu jmexxu tajjeb kemm f’dik li hi amministrazzjoni, kif ukoll fuq livell tekniku. Barra minn hekk irridu nkunu ċerti li nżommu ħaj lentużjażmu ta’ dawn iż-żgħażagħ, li żgur huwa ta’ inkoraġġiment u ta’ awgurju tajjeb għall-futur talfutbol Mellieħi. IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI SER ISSIR IL-ĦADD 16 TA’ ĠUNJU FL-10:00. MELLIEĦA SPORTS CLUB, TRIQ VINCENZO CIAPPARA, IL-MELLIEĦA


Sirens Ground

Il-Ħadd 13 ta’ Jannar 2013

MELLIEĦA........1

MĠARR UTD.....1

[h.t. 1 - 0] Sko: Ryan Cutajar (16min.). Formazzjoni: K. Cutajar, L. Cauchi, M.Vella, Ph. Taylor, W. Borg (capt.), J. Zammit, W. Borg St.John, K. Fenech, G. Galea (75min. K. Simiana), R. Cutajar (86min. J. Cutajar), D. Saliba (65min. D. Borg [ii]). Statistika: Din kienet l-10 logħba kontra Mġarr Utd. Irbaħna 8, draw 2, u qatt ma rebħulna. Gowls favur 25, kontra 3. Iddebutta mal-Mellieħa, l-goalkeeper żagħżugħ Mellieħi Keane Cutajar (18-il sena), li ġie misluf mingħand Sliema W. sal-aħħar talistaġun. William Borg lagħab il-220 logħba mal-Mellieħa, filwaqt li għal Luke Cauchi kienet il-160 waħda. F’din il-logħba ntwera l-karta ħamra Matthew Vella; ir-raba’ waħda għall-Mellieħa dan l-istaġun.

Mosta Ground

Is-Sibt 26 ta’ Jannar 2013

MELLIEĦA........3

SIĠĠIEWI.....2

[h.t. 2 - 1] Sko: Daniel Saliba (22min.), Giovanni Galea (34, u 76min.). Formazzjoni: K. Cutajar, L. Cauchi, D. Cauchi, Ph. Taylor, D. Borg (ii), W. Borg (capt.), W. Borg St.John (53min. J. Farrugia), K. Fenech, G. Galea, D.Saliba (62min. K. Simiana), R. Cutajar (46min. J. Zammit). Statistika: B’37 logħba, Siġġiewi hu l-aktar tim li lgħabna miegħu fl-istorja iżda għalkemm rebħulna 17-il darba, ilhom ma jirbħulna 13-il sena. Kienet il-11-il rebħa kontrihom, u ġejna draw 9 darbiet. Għal Daniel Saliba, dan kien l-ewwel goal tiegħu mal-Mellieħa. Fl-aħħar minuti tal-logħba, weġġa’ l-goalkeeper Keane Cutajar, u floku daħal Giovanni Galea, għaliex kienu diġà saru tliet sostituzzjonjiet. Siġġiewi naqqsu l-iskor fl-aħħar sekondi, b’hekk Giovanni f’din il-logħba skorja tnejn u qala’ wieħed.

Centenary Stadium

Il-Ħadd 3 ta’ Frar 2013

MELLIEĦA........0

MSIDA S.J......0

Formazzjoni: Jon. Vella, M. Vella, L. Cauchi, D. Cauchi, Ph. Taylor, W. Borg (capt.)(67min. K. Simiana), J. Zammit, K. Fenech, W. Borg St.John, G. Galea (89min. M. Trapani), D. Borg (77min.R. Cutajar). Statistika: Lagħbna kontra Msida 10 darbiet. Irbaħna 1, draw 3, u tlifna 6. Goals favur 5, kontra 20. Iddebutta l-goalkeeper Jonathan Vella, li ngħaqad mat-tim Mellieħi fit-‘transfer window’ ta’ Jannar. Din kienet it-30 logħba ta’ Giovanni Galea mal-Mellieħa.


Sirens Ground

Is-Sibt 9 ta’ Frar 2013

MELLIEĦA........1

SAN ĠWANN.....1

[h.t. 0 - 1] Sko: William Borg(79min.). Formazzjoni: Jon. Vella, D. Borg, M. Vella, D. Cauchi, Ph.Taylor (capt.), K. Fenech, K. Simiana, D. Borg, D. Saliba(88min. A.Attard), W. Borg St.John (73min. L.Cauchi), G. Galea, R.Cutajar (63min.W. Borg). Statistika: Lgħabna kontra San Ġwann 24 darba. Irbaħna 10, draw 8, u tlifna 6. Goals favur 35, kontra 24. David Cauchi lagħab il-100 logħba mal-Mellieħa, biex daħal fil-lista tal-Club 100. William Borg skorja l-ewwel goal personali tal-istaġun, biex tella’ t-total għal 46, f’223 logħba. Ryan Cutajar lagħab l-20 logħba malMellieħa.

Mosta Ground

Il-Ħadd 24 ta’ Frar 2013

MELLIEĦA........1

ŻURRIEQ.....2

[h.t. 0 - 1] Sko: Giovanni Galea (61min.). Formazzjoni: Jon. Vella, L. Cauchi (59min. R. Cutajar), M. Vella, Ph. Taylor (capt.), D. Cauchi, K. Fenech, J. Zammit, D. Borg (85.min. M. Trapani), W. Borg St.John (76min. J. Cutajar), G. Galea, D. Saliba . Statistika: Lgħabna kontra Żurrieq 25 darba. Irbahna 7, draw 9, u tlifna 9. Goals favur 39, kontra 41.

Luxol Ground

Il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu 2013

MELLIEĦA........2

KIRKOP.....0

[h.t. 1 - 0] Sko: Giovanni Galea (19min.), Daniel Saliba (75min.) Formazzjoni: C. Tonna, M.Vella, D. Cauchi (46min. M. Trapani), J. Zammit (90min. J. Cutajar), D.Borg, Ph. Taylor, W.Borg (capt.), K. Fenech, W. Borg St.John , G. Galea, R. Cutajar (65min. D. Saliba). Statistika: Lgħabna kontra Kirkop 23 darba. Irbahna 15, draw 5, u tlifna 3. Goals favur 27, kontra 11. Iddebutta mal-Mellieħa, l-goalkeeper Chris Tonna (20 sena), biex s’issa dan l-istaġun intuzaw 4 goalkeepers differenti, li huwa rekord għall-Mellieħa. Centenary Stadium

Is-Sibt 16 ta’ Marzu 2013

MELLIEĦA........1

ŻEBBUĠ.....4

[h.t. 1 - 3] Sko: Giovanni Galea (33min.). Formazzjoni: C. Tonna, D. Cauchi, J. Zammit (53min. M. Trapani), M. Vella, Ph. Taylor, W. Borg (capt.), K. Fenech, K. Simiana (60min. R. Cutajar), W. Borg St.John, G. Galea, D. Saliba, (73min. J. Cutajar). Statistika: Lgħabna kontra Żebbuġ 34 darba. Irbaħna 8, draw 9, u tlifna 17. Goals favur 34, kontra 56, li jfisser li Żebbuġ huwa l-aktar tim li skurjalna goals fl-istorja.


Sirens Ground

Il-Ħadd 24 ta’ Marzu 2013

MELLIEĦA........2

ST.PATRICK.....0

[h.t. 2 – 0] Sko: Giovanni Galea [1min.], Wayne Borg St.John [33min.]. Formazzjoni: S. Gauci, M. Vella, D. Cauchi, M. Trapani, Ph. Taylor, W. Borg(capt.), W. Borg St.John, K. Fenech (90min. J. Zammit), G. Galea, D. Borg (84min. K. Simiana) , D. Saliba (89min. I. Fenech). Statistika: Lgħabna kontra St.Patrick 30 darba. Irbahna 7, draw 11, u tlifna 12. Goals favur 28, kontra 38. Simon Gauci rritorna għal-logħob wara tmien logħbiet, u din kienet id-90 waħda tiegħu mal-Mellieħa. Għal Kyle Simiana kienet is-60 preżenza, u l-20 waħda ta’ Justin Zammit. Iddebutta Isaac Fenech (17-il sena u nofs.) Mosta Ground

Is-Sibt 30 ta’ Marzu 2013

MELLIEĦA........1

GĦARGĦUR.....2

[h.t. 1 - 1] Sko: David Cauchi [28min.]. Formazzjoni: S. Gauci, M. Vella, D. Cauchi, J. Zammit (73min. J. Cutajar), Ph. Taylor, D. Borg, G. Galea, K. Fenech, W. Borg (capt.) (54min.D. Saliba), K. Simiana (68min. R. Cutajar), W. Borg St.John. Statistika: Din kienet il-21 logħba kontra Għargħur. Irbahna 8, draw 7, u tlifna 6. Goals favur 31, kontra 21. Għal Wayne Borg St.John kienet il-270 logħba mal-Mellieħa, u t-30 waħda ta’ Kevin Fenech.

Luxol Ground

Il-Ġimgħa 5 ta’ April 2013

MELLIEĦA........1

ST.GEORGE’S.....3

[h.t. 0 – 0] Sko: Giovanni Galea [52min.] Formazzjoni: J. Vella, M. Vella (capt.), D. Cauchi, J. Zammit (85min. J. Farrugia), W. Borg K. Fenech, W. Borg St.John, G. Galea, R. Cutajar (71min. K. Simiana), D. Borg, D. Saliba (46min. J. Cutajar). Statistika: Lgħabna kontra St.George’s 21 darba. Irbaħna 6, draw 6, u tlifna 9. Goals favur 24, kontra 31. Matthew Vella lagħab il-100 logħba tiegħu mal-Mellieħa, biex daħal ukoll fil-Club 100. Centenary Stadium

Il-Ħadd 14 ta’ April 2013

MELLIEĦA........2 FGURA UTD......3 [h.t. 1 – 0] Sko: Giovanni Galea[30min.], Wayne Borg St.John[pen.60min.]. Formazzjoni: S.Gauci, M.Trapani (85min.J. Attard), M. Vella, Ph. Taylor, D.Cauchi (capt.), J. Zammit, W.Borg (81min.J.Cutajar), G. Galea, W. Borg St.John, K. Simiana, D. Saliba (56min. R. Cutajar). Statistika: Din kienet it-22 logħba kontra Fgura . Irbaħna 7, draw 8, u tlifna 7. Goals favur 19, kontra 23. Fgura kien ilhom ma jirbħulna 25 sena, mill-istaġun 1987/88. Kienet is-60 logħba ta’ Phil Taylor mal-Mellieħa. Jamie Attard (21 sena) iddebutta f’din il-logħba.


Mosta Ground

Is-Sibt 20 ta’ April 2013

MELLIEĦA........0 PEMBROKE.....1 [h.t. 0 - 0] Formazzjoni: J. Vella, D. Borg, M. Trapani, Ph.Taylor, W. Borg(capt.), J. Cutajar (80min. C. Borg), K. Simiana(67min. J. Muscat), W. Borg St.John, G. Galea, D. Saliba, R. Cutajar (58min. Jk. Vella). Statistika: Lgħabna kontra Pembroke 4 darbiet biss. Kienet l-ewwel telfa kontrihom, wara li rbaħnielhom it-tlieta l-oħra. Goals favur 8, kontra 2. William Borg lagħab il-230 logħba mal-Mellieħa. Iddebuttaw mal-Mellieħa Jack Vella fl-età ta’ 15-il-sena u 9 xhur, u Christian Borg ta’ 17-il sena u 4 xhur. Giovanni Galea skorja l-11-il goal tiegħu dan l-istaġun, u skorja fl-aħħar erba’ logħbiet konsekuttivi. Luxol Ground

Il-Ġimgħa 26 ta’ April 2013

MELLIEĦA........1

ST.VENERA.....2

[h.t. 0 – 1] Sko: Jonathan Muscat [71min.] Formazzjoni: S. Gauci, M. Trapani (57min. J. Cutajar), M. Vella, D. Cauchi, D. Borg, W. Borg, Ph. Taylor, W. Borg St.John, J. Zammit(46min. J.Muscat), K. Simiana, R. Cutajar (68min.Jack Vella). Statistika: Lgħabna kontra St.Venera 35 darba. Irbaħna 9, draw 10, u tlifna 16. Goals favur 33, kontra 32. Jonathan Muscat skorja l-ewwel goal tiegħu mal-Mellieħa. Kienet il-ħames telfa konsekuttiva, biex ilħaqna r-rekord negattiv fit-Tieni Diviżjoni, tal-istaġun 2008/09.


Nagħtu ħarsa lejn l-istaġun li għadu kif spiċċa, fejn ma nistgħux ngħidu li kien wieħed pożittiv, tant li d-disa’ post fil-klassifika jista’ jitqies bħala l-agħar pożizzjoni li ksibna fit-Tieni Diviżjoni mill-istaġun 1990/2000. Nota pożittiva kien in-numru sabiħ ta’ żgħażagħ li ġew introdotti fit-tim, li jawgura tajjeb għall-futur. Lgħabna 27 logħba uffiċjali, 26 fil-league, u 1 fl-F.A. Trophy. Irbaħna 7, draw 7, u tlifna 13. Goals favur 28, kontra 47, inklużi tat-trophy.. Fil-klassifika spiċċajna fid-9 post, fejn qatt ma rnexxielna nkunu qrib il-promozzjoni, iżda bogħod ukoll mir-relegazzjoni. Il-kowċ Alex Delia għamel użu minn 32 plejer, li huwa rekord assolut. Ir-rekord kien ta’ Kevin Gambin li fl-istaġun 2009/10 għamel użu minn 31 plejer differenti. Kien hemm 13-il debuttant:- Darren Borg (ii), Mark Farrugia, Daniel Saliba, Jonathan Cutajar, Jonathan Muscat, Keane Cutajar, Jonathan Vella, Chris Tonna, Jake Farrugia, Isaac Fenech, Jamie Attard, Jack Vella u Christian Borg. L-iżgħar plejer kien Jack Vella li twieled f’Lulju ’97 – 15-il sena, u l-aktar plejer anzjan hu Kevin Fenech li twieled f’Mejju ’78 – 34 sena. Wayne Borg St.John biss lagħab fis-27 logħba. Skorjajna 28 goal:- Giovanni Galea – 13, Wayne Borg St.John – 5, Phil Taylor, Daniel Saliba u Ryan Cutajar – 2, Kyle Simiana, William Borg, David Cauchi u Jonathan Muscat - 1. Kellna 4 penalties favur tagħna, skorjajna tlieta minnhom. Tnejn minn Wayne Borg St.John u l-ieħor Phil Taylor, li falla l-penalty l-ieħor. Kontrina kellna 4, tlieta skorjati. Kellna rekord ieħor negattiv bill-karti ħomor. Total ta’ 6 – tnejn kull wieħed Kevin Fenech, Matthew Vella, u Phil Taylor


Under 19 Tieni Rawnd Mellieħa – Pembroke A.

1-2

own-goal.

Lija Ath - Mellieħa

0-1

Daniel Saliba.

Mellieħa – St. Venera

1-0

Kyle Simiana.

Tarxien - Mellieħa

1-0

Mellieħa – Msida St.J.

0-0

Zejtun C. - Mellieħa

0-2

Mauro Calleja, Kyle Simiana.

Mellieħa – Gudja Utd.

2-2

Matthew Vella, Mauro Calleja.

Mgarr Utd. - Mellieħa

1-2

Daniel Saliba 2.

Dingli S. - Mellieħa

1-2

Kyle Simiana, Matthew Vella.

Mellieħa - Birzebbuga

1-0

Mauro Calleja.

Naxxar L. - Mellieħa

2-0

Knock-out

Under 17 Mellieha-Zejtun

3-3

Jonathan Cutajar 2 , Jack Vella

Mellieha-Balzan Y

2-2

Jake Farrugia, Jonathan Cutajar

Mellieha-Naxxar

3-2

Jack Vella, Ryan Cutajar, Julian Agius.

Mellieħa - Qormi

0-3

Mellieħa - Tarxien

2-0

Mellieħa - St. Andrew's

1-6

Mellieħa - Rabat

1-0

Mellieħa - Floriana

2-6

Mellieħa - Zebbuġ R.

7–1

Mellieha – Tarxien

1-2

Ryan Cutajar, Jake Farrugia.

Ryan Cutajar 4, Jon. Cutajar,Luke Camilleri,Thomas Sant.

Under 15 Mellieħa - Attard

1-1

Carlo Delia.

Mellieħa - Dingli

1-1

Dylan Vella.

Mellieħa - Żebbuġ

3-2

Thomas Stellini, Simon Cutajar 2.

Mellieħa - Birkirkara

1-1

Daniel Agius.

Mellieħa - Pembroke

1-1

Simon Cutajar.

Mellieħa - Tarxien

1-1

Simon Cutajar.

Mellieħa - St. Patrick's

1-0

Etienne Cutajar.

Mellieħa - Żejtun

3-0

W/O


Wasalna fi tmiem staġun iehor. Bħal kull staġun ieħor dan kien ukoll staġun impenjativ. Ilgruppi kollha kienu b’xi mod jew ieħor involuti f’diversi festivals u turnaments, fejn l-ewwel u qabel kollox fittixna l-element sportiv u divertenti. Bdejna l-istaġun billi kellna bidla fil-Head Coach tan-Nursery, fejn is-Sur Kevin Gambin inħatar b’kuntratt ta’ tliet snin. Wara kellna t-tqassim tal-kowċis f’diversi kategoriji. Din is-sena wkoll kellna problema ta’ nuqqas ta’ kowċis u għaldaqstant l-ewwel prijorità kienet li kull grupp talanqas ikollu kowċ kwalifikat, dan sabiex nilħqu l-kriterji ħalli n-Nursery tkun tista’ tingħata lliċenzja meħtieġa biex tkun tista’ topera. Irrid hawnhekk inħeġġeġ aktar zgħażagħ sabiex jimpenjaw ruħhom bħala kowċis. In-Nursery tagħna tagħmel tajjeb għal kull ħlas li jkun hemm sabiex wieħed ikun jista’ jattendi xi kors għalliċenzja ta’ kowċ. Mil-lat amministrattiv kellna tkomplija fl-amministrazzjoni ta’ qabel, għajr bidla waħda, fejn kellna lis-Sur Rudvic Sciberras li ħa post is-Sur Philip Borg, bħala wieħed mit-tliet membri rappreżentanti tal-ġenituri. Anke hawnhekk l-impenji amministrattivi ma naqsux, fejn nistgħu ngħidu li kellna niltaqgħu kważi kull tliet ġimgħat. L-impenn amministrattiv qiegħed kulma jmur dejjem jiżdied u dan ipoġġi piż fuq kull membru tal-amministrazzjoni, dejjem jekk irridu li nNursery tagħna żżomm il-livell tajjeb tagħha. Filwaqt li rrid nirringrazzja lil kull membru fil-Kumitat Amministrattiv għas-sehem u l-impenn tagħhom, nixtieq nistieden aktar ġenituri biex jimpenjaw ruħhom fit-tmexxija u l-attivitajiet tanNursery. Is-sehem tagħkom il-ġenituri huwa meħtieġ u indispensabbli fl-operat tan-Nursery. Ringrazzjament ieħor imur għall-membri tal-istaff tekniku, li ġimgħa wara ġimgħa, għal disa’ xhur sħaħ, jimpenjaw ruħhom fis-sessjonjiet ta’ taħriġ. Mingħajr l-impenn ta’ dawn in-nies, inNursery ma tkunx tista’ topera. Jiena nawgura ftit xhur ta’ mistrieħ lit-tfal kollha u jalla jkollhom sajf sabiħ u divertenti. John Buttigieg Chairman

Evening Tombola At the Mellieha Sports Club Wednesday 5th June - 7pm onwards


KOWĊ GĦALL-ISTAĠUN 2013/14 Wara nuqqas ta’ seba’ snin Dennis Fenech reġa’ ġie ingaġġat mill-Kumitat tal-Mellieħa S.C. bħala Head Coach tat-tim tat-Tieni Diviżjoni. Din hija r-raba’ darba li Dennis ingħata din il-kariga wara l-perjodi li għamel fl-istaġuni 1988/89 – 1993/94, 1997/98 – 1998/99, u 2003/04 – 2004/05. Ċertament li Dennis m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni mal-pubbliku sportiv Mellieħi. Kulħadd jafu sew, speċjalment dawk li jiftakru ż-żminijiet sbieħ meta kien kowċ, fl-ewwel perjodu fejn mit-Tielet Divizjoni (1988/89) tlajna sal-Premier (1992/93). Fl-istaġuni 2003/04 u 2004/05, taħt Dennis tlajna darbtejn fil-finali tan-Knock Out tatTieni u t-Tielet Diviżjoni, u rnexxielna nirbħuha fl-ewwel sena kontra Żebbuġ, u tlifna loħra fl-extra-time kontra Qormi. L-istaġun 2011/12, meta tlifna l-promozzjoni għal ftit, Dennis kien ġie ingaġġat bħala Technical Advisor mal-kowċ Jojo Bajada. Fl-istaġun li għadda huwa kkowċja lil Senglea li spiċċaw Champions tat-Tielet Diviżjoni, u b’hekk promossi għat-Tieni Diviżjoni. Ta’ min isemmi li Dennis baqa’ dejjem isegwi mill-qrib it-tim Mellieħi, anke meta kien jikkowċja timijiet oħra, bħall-istaġun li għadda. Meta kien ikollu ċans kont tarah il-grawnd, qalb is-supporters Melleħin. Sa sentejn ilu, huwa kien ukoll il-Head Coach tal-Mellieħa S.C. Football Nursery, fejn għamel tliet snin, u nistgħu ngħidu li jaf sew il-plejers żgħażagħ tagħna, li ħafna minnhom huma fuq l-għatba tat-tim tal-kbar.

Ir-riżultati ta’ Dennis Fenech mal-Mellieħa S.C.:

Staġun

Diviżjoni

Post filKlassifika

1988/89

It-Tielet

1st.

1989/90

It-Tieni

4th.

1990/91

It-Tieni

1st.

Promossi

1991/92

L-Ewwel

2nd.

Promossi

1992/93

Premier

10th.

Relegati

1993/94

L-Ewwel

8th.

1997/98

L-Ewwel

5th.

1998/99

L-Ewwel

9th.

Relegati

2003/04

It-Tieni

4th.

Cup-Winners

2004/05

It-Tieni

4th.

Finalisti.

Rimarki Promossi


Matthew Vella, rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Mellieħa S.C. għall-istagun li għadda. Din kienet it-tieni darba li dan il-plejer żagħżugħ rebaħ dan l-unur, meta għad għandu biss 21 sena. Matthew twieled fit-28/03/92, u ddebutta mal-Mellieħa fl-istaġun 2009/10, kontra Xgħajra Tornadoes,fin-knock-out tat-Tieni Diviżjoni, meta kien għad kellu 17-il sena. Dan l-istaġun huwa lagħab 24 logħba. L-ammont totali mal-Mellieħa, huwa ta’ 106 logħba, u skorja gowl. Dan l-istaġun huwa lagħab ukoll regolarment fit-tim tal-Youths, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika, fejn skorja 6 gowls, għalkemm minn pożizzjoni ta’ difensur. Matthew huwa prodott tal-Mellieħa Sports Club Football Nursery, fejn beda minn ċkunitu, u baqa tiela’ kategorija wara l-oħra, sakemm wasal fil-Minors u fit-Tieni Diviżjoni. Il-votazzjoni għall-Plejer tas-Sena, issir matul l-istaġun, billi wara kull logħba, jitqassmu 10 envelowps lill-membri tal-Kumitat, supporters u l-kowċ, u kull individwu jagħżel tliet plejers, fejn l-aħjar plejer jingħata 5 punti, it-tieni 3 punti u t-tielet punt. Jekk plejer ikun tkeċċa jitnaqqsulu l-punti li jkun ħa f’dik il-logħba. Flaħħar jingħaddu l-punti komplessivi li kull plejer ikun ġab matul l-istaġun. Il-plejers li spiċċaw fl-ewwel ħames postijiet fil-klassifika tal-Plejer tas-Sena 2012/13 tal-Mellieħa S.C., kienu dawn: 1. Matthew Vella, 2. Phil Taylor, 3. Giovanni Galea, 4. Wayne Borg St.John, 5. David Cauchi.

MELLIEĦA S.C. PLEJER TAS-SENA 1961/62 – 2012/13 1961/62

JOE BORG

1994/95

RAY VELLA

1962/63

EDWIN VELLA

1995/96

KEITH FENECH

1963/64

JOHN CALLEJA

1996/97

KEVIN GAMBIN

1964/65

KRISTINU GRIMA

1997/98

KAMAL EDGELI

1965/66

GREZZJU GRECH

1998/99

WILLIAM BORG

1966/67

CHARLIE ABELA

1999/00

KEVIN GAMBIN

1967/68

JOE CAUCHI

2000/01

KEVIN GAUCI

1968/69

N/A

2001/02

JOSEPH MERCIECA

1969/70

SALVU VELLA

2002/03

KEVIN GAUCI

1970/71

ALFRED FENECH

2003/04 WAYNE BORG ST.JOHN

1971/72

ANTHONY BORG

2004/05 WAYNE BORG ST.JOHN

1972/73 ALFRED VELLA BORG 2005/06

WILLIAM BORG

1973/74

CHARLIE GRIMA

2006/07 WAYNE BORG ST.JOHN

1975/88

Ma ngħatax l-unur

2007/08

KEVIN GAUCI

1989/90

FRANS VELLA

2008/09

DAVID FENECH

1990/91

RALPH FARRUGIA

2009/10

LUKE CAUCHI

1991/92

RAY VELLA

2010/11

MATTHEW VELLA

1992/93 STEPHEN DEGUARA 2011/12 1993/94

KEVIN GAMBIN

2012/13

PHIL TAYLOR MATTHEW VELLA


Nibnu l-futur Bħalma ħafna nnotaw, biswit il-grawnd għaddejja attività kontinwa bit-tkomplija tat-tieni fażi tal-Kumpless Sportiv. Dan wara proċess ta’ ġbir ta’ kwotazzjonjiet diversi mingħand erba’ kuntratturi differenti, biex l-għażla waqgħet fuq id-ditta Central Asphalt Ltd., li min-naħa tagħhom ħadu ħsieb it-taħmil u lqtugħ tal-blat. Wara mbagħad bdew ix-xogħol ta’ kostruzzjoni bid-ditta ‘Tal-Ħerba’ Construction Ltd. Ix-xogħol tal-qtugħ tal-blat tlesta fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu, biex ġimagħtejn wara nbeda x-xogħol fuq il-ġibjun ta’ taħt l-art u l-bini tal-ewwel sular li tlestew fi żmien sitt ġimgħat. Jidher li x-xogħol ser jibqa’ għaddej b’ritmu mgħaġġel, tant li xxogħol ta’ kostruzzjoni mistenni li jkun lest lejn l-aħħar ta’ Ġunju. Bħalma jista’ jidher din hija biċċa xogħol pjuttost kbira, u li qed tiġi ffinanzjata minn fondi li ġew mill-bejgħ tal-każin l-antik, minn għotja tal-MFA, u minn fondi mwiegħda mill-‘Good Causes Fund’. Sadanittant ikun irid jinbeda xogħol anċillari, u li jieħu aktar żmien, fosthom xogħol fuq id-dawl u l-ilma, kisi, madum, aluminium, turġien, katusi eċċ. Hemm lista li ma tispiċċa qatt imma b’determinazzjoni u b’għaqal irridu nagħmlu l-almu tagħna biex jirnexxilna naslu. M’għandniex żmien speċifiku għat-tlestija, imma kull forma ta’ għajnuna, tiġi minn fejn tiġi, hija apprezzata. L-entużjażmu diġà beda jidher, u jiena ċert li hemm ħafna li jixtiequ li jagħtu daqqa t’id. Toqogħdux lura, agħmlu pass ’il quddiem, u kunu parti minn din l-avventura, biex flimkien nibnu l-futur.


30 ta’ Jannar - Tombola / Coffee Morning fis-sala tal-Każin. 2 ta’ Frar – Ipparteċipajna fl-attivitajiet sportivi organizzati mill-Kunsill Lokali fl-okkazjoni ta’ ‘Jum IlKunsill’. Fit-8:30am beda turnament tan-Nursery fil-grawnd tagħna. Fl-10:00am fil-każin beda turnament tas-Snooker li dam sas-2:00pm, bejn it-tim tal-Mellieħa Sports Club u tim minn Għajnsielem, bil-Melleħin joħorġu rebbieħa 5-2. Wara beda turnament tal-futbol bejn plejers veterani, li ntrebaħ minn Valletta, li għelbu l-isfida tat-timijiet ta’ Sliema W., Żurrieq u Mellieħa. 2 ta’ Frar – Bixkla/Fenkata fil-Każin. 27 ta’ Frar – Tombola / Coffee Morning fis-sala tal-Każin. 27 ta’ Frar – Preżentazzjoni mill-Ministru Tonio Fenech ta’ għotja ta’ €30,000 mill-‘Good Causes Fund’, għall-bini tat-tieni fażi tal-proġett tal-Clubhouse. 20 ta’ Marzu – Sessjoni ta’ Qrar fil-Każin. 27 ta’ Marzu – Tombola / Coffee morning fis-sala tal-Każin. 5,7 u 8 ta’ April – Sessjonijiet ta’ taħriġ fil-grawnd tal-Mellieħa, mit-timijiet Nazzjonali tan-Nisa tal-Latvia u l-Albanija, li kienu Malta biex jipparteċipaw f’turnament preliminari tat-Tazza tad-Dinja tan-nisa. 21 ta’ April – Penalty shoot-out tal-Football Nursery. 21 ta’ April – Tberik tal-Għid tal-Każin mill-Kappillan Dun Joe Caruana. 24 ta’ April – Tombola / Coffee morning fis-sala tal-Każin. 26 ta’ April – Jintemm l-istaġun tat-tim tat-Tieni Diviżjoni b’logħba kontra St. Venera. 1 ta’ Mejju – Jintemm l-istaġun tat-tim tal-Under 19, b’logħba kontra Dingli S. 28 ta’ Mejju– Tombola / Coffee morning fis-sala tal-Każin. 30 ta’ Mejju – Jibda 7-a-side turnament organizzat mill-Mellieħa S.C. 31 ta’ Mejju – End of Season dinner fis-Solana Hotel.


It-Tieni Diviżjoni L-ewwel rawnd 21/10/2012

Mellieħa vs Banjos

28 - 32

04/11/2012

MIA vs Mellieħa

27 - 23

11/11/2012

Mellieħa vs NRG Alpine

35 - 24

16/12/2012

All Ages Too vs Mellieħa

30 - 39

13/01/2013

Mellieħa vs Mtarfa

50 - 19

24/02/2013

Ta’ Xbiex ASC vs Mellieħa

30 - 25

17/03/2013

Banjos vs Mellieħa

33 - 26

24/03/2013

Mellieħa vs MIA

21 - 26

07/04/2013

NRG Alpine vs Mellieħa

25 - 26

21/04/2013

Mellieħa vs Ta Xbiex ASC

20 - 42

19/05/2013

Mellieħa vs Imtarfa

35- 18

It-tieni rawnd

Dan l-istaġun wasal kważi fi tmiemu b’logħba waħda biss pendenti, dik mal-All Ages Too li se tintlagħab il-Ħadd 23 ta’ Ġunju fl-10.30am, fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop. Għal din il-logħba, qed naspiraw li niksbu riżultat pożittiv ieħor, peress li fl-ewwel rawnd kellna riżultat tajjeb kontrihom. L-aħjar rebħa f’dan l-istaġun, kienet kontra l-Imtarfa b’distakk qawwi, fejn fil-fatt ir-riżultat spiċċa 50 – 19. Fit-tieni rawnd, ma rnexxilniex nirbħu lil dawk it-timijiet li konna tlifna magħhom fl-ewwel rawnd u pjuttost tlifna b’marġini akbar. Kellna logħba mal-NRG Alpine li setgħet tispiċċa fi draw għax irbaħna b’xott wieħed li lplejer Antoinette Corby għamlet fl-aħħar tliet sekondi tal-logħba. Kienet logħba vera sabiħa u kumbattuta sattmiem. Nixtieq nirringrazzja l-plejers kollha li lagħbu dan l-istaġun, u f’isem it-tim nirringrazzja lill-kowċ tagħna Tania Bugeja tal-ħidma u l-impenn tagħha. Judith Cilia


Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Frar kellna serata oħra tal-Bixkla fil-każin tal-Mellieħa Sports Club. Ħadu sehem 18-il tim, u ntrebħet millkoppja Victor (ix-Xa) u Indri (Ciappara). Fil-finali, dan it-tim millImperial B.C., għelbu l-isfida tal-aħwa, Anġlu / Reno (ta’ Smitt) tim mill-Mellieħa Sports Club. F’dan it-turnament reġa’ kellna logħob akkanit bejn rivali antiki, fejn l-aktar waħda li spikkat kienet ir-rebħa fl-ewwel rawnd ta’ Victor/ Indri fuq Eddie/Grezzju, b’tal-ewwel jibqgħu javvanzaw sakemm saru c-‘champions’ tas-serata. Ipparteċipaw ukoll għall-ewwel darba żewġ timijiet ġodda; Joe (Marċell) / Joe, u Alex/ Ryan, tim ta’ Selmun Bar. Minn Selmun Bar kien hemm ukoll tim iehor; Natasha/Joe. Il-familja ta’ Smitt reġa’ kellha parteċipazzjoni qawwija f’dan it-turnament, b’mhux inqas minn ħames aħwa; Anġlu, Charlie, Joe, Elio u Reno, barra ħtiniethom Mario (Deguara) u Joe (ir-Roma), u żewġ neputijiet Natasha u Luke. Nieqes kien hemm Charlie (il-Landier). Tim ieħor nieqes kien Peter / Ray, għaliex Peter kien imsiefer. Min ma ħariġx sodisfatt bir-riżultat fil-Bixkla, ċertament ħareġ sodisfatt bl-ikel ta’ Johnnie l-Barman, li barra l-fenek, fuq il-menu kellu wkoll il-‘beef’ u l-ħut. Ir-riżultati tal-bixkla kienu dawn:Rawnd preliminarju: Chris / Fredu – Mario / Elio

Anġlu / Reno – Joe / Joe

6 – 5.

6 – 5.

L-ewwel rawnd : Natalino / Charlie – Martin/ Leli

6 – 2.

Sunny / Joe - Joe / Ray

Karmenu / Effie – Alex / Ryan

6 – 1.

Victor / Indri – Eddie / Grezzju 6 – 4.

Luke / Joe – Michael / Karmnu

6 – 2.

Anġlu / Reno – Chris / Fredu

Joe / Joe – Ninu / Joe

6 – 1.

Natasha / Joe – Mike / Charlie

6 – 5. 6 – 4. 6 – 4.

Kwarti-finali : Victor / Indri – Joe / Joe

6 – 1.

Anġlu / Reno - Karmenu / Effie

Natalino / Charlie - Luke / Joe Natasha / Joe - Sunny/ Joe

6 – 4.

6 – 4.

6 – 3.

Semi-finali: Anġlu / Reno – Natalino / Charlie

6 – 3.

Victor / Indri - Natasha / Joe

6 – 5.

FINAL: Victor / Indri - Anġlu / Reno

6 – 4.

Bord Editorjali Sunny Abela Aldo Vella Triq Vincenzo Ciappara Mellieha Tel: 21523583 website : www.melliehasportsclub.org email : info@melliehasportsclub.org

Anton Vella Steve Mifsud Proof reading– Alfred Bartolo


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.